ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 026I |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 26/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/192
tat-30 ta’ Jannar 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
L-Iran jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li entità involuta fl-iżvilupp u l-kunsinna ta’ Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord lir-Russja jenħtieġ li tinżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KULLGREN
ANNESS
L-entità li ġejja tinżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
|
Entitajiet
|
DEĊIŻJONIJIET
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 26/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/193
tat-30 ta’ Jannar 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
L-Iran jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li entità involuta fl-iżvilupp u l-kunsinna ta’ Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord lir-Russja jenħtieġ li tinżdied mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KULLGREN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
L-entità li ġejja tinżdied mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“175. |
Iran Aircraft Manufacturing Industries Corporation (HESA) شرکت صنایع هواپیماسازی ایران |
Indirizz: Sepahbod Gharani Avenue 107, Tehran, Iran Tip ta’ entità: Manifattur ajruspazjali Korporazzjoni ta’ proprjetà tal-gvern Post tar-reġistrazzjoni: Isfahan, l-Iran Data tar-reġistrazzjoni: 1977 Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) |
Iran Aircraft Manufacturing Industries Corporation (HESA) hija kumpannija Iranjana speċjalizzata fil-manifattura ta’ inġenji tal-ajru militari u ċivili, u vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs). Il-HESA timmanifattura UAVs użati mill-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u l-HESA hija involuta fir-riċerka dwar UAVs, l-iżvilupp, il-produzzjoni, u l-operazzjonijiet ta’ titjir tagħhom. Il-HESA hija sussidjarja tal-Iran Aviation Industries Organisation (IAIO), intrapriża ta’ proprjetà tal-gvern subordinata għall-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) tal-Iran. L-UAVs prodotti mill-HESA fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, il-HESA hija responsabbli talli appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
30.1.2023” |