ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 020I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
23ta' Jannar 2023

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/152 tat-23 ta’ Jannar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

1

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/153 tat-23 ta’ Jannar 2023 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

23

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 20/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/152

tat-23 ta’ Jannar 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni,entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti mhux vjolenti, filwaqt li tinnota li dan kien wassal imwiet u għadd kbir ta’ persuni midruba. Id-dikjarazzjoni stqarret ukoll li dawk responsabbli għall-qtil ta’ Mahsa Amini jridu jinżammu responsabbli, u appellat lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw investigazzjonijiet trasparenti u kredibbli biex jiċċaraw l-għadd ta’ persuni mejta u arrestati, biex jeħilsu lid-dimostranti mhux vjolenti kollha u biex jipprovdu proċess xieraq lid-detenuti kollha. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Iran li jirrestrinġi severament l-aċċess għall-Internet u jimblokka pjattaformi ta’ messaġġi istantanji tikser b’mod sfaċċat il-libertà tal-espressjoni. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni stqarret li l-Unjoni ser tikkunsidra l-għażliet kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza l-qtil ta’ Mahsa Amini u l-mod kif il-forzi tas-sigurtà Iranjani wieġbu għad-dimostrazzjonijiet li segwew.

(3)

F’dan il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, fosthom is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jenħtieġ li 18-il persuna u 19-il entità jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi,, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011:

Persuni

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“156.

SAJJADI Seyed Hamid Hazaveh

هزاوه حمید سید سجادی

Data tat-twelid: 21.3.1969

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Ministru Iranjan għall-Isport u ż-Żgħażagħ

Hamid Sajjadi huwa l-Ministru għall-Isport u ż-Żgħażagħ tal-Iran.

Huwa responsabbli talli tefa’ pressjoni fuq atleti tal-Iran biex jibqgħu siekta u talli żammhom milli jsemmgħu leħinhom fuq livell internazzjonali kontra r-repressjoni fl-Iran. Huwa kien personalment involut fil-każ ta’ Elnaz Rekabi, atleta Iranjana fit-tixbit li kkompetiet mingħajr il-ħiġab fil-kompetizzjoni f’Seoul tat-tixbit mal-blat fil-Kampjonat Asjatiku fil-ħarifa tal-2022. Wara l-kompetizzjoni tagħha, Rekabi ġiet ingannata biex tidħol fil-bini tal-ambaxxata Iranjana f’Seoul, fejn il-passaport u l-mobile tagħha ġew ikkonfiskati fuq l-ordnijiet tal-awtoritajiet f’Teheran. Mal-wasla tagħha f’Teheran, li x’aktarx kienet furzata, ġiet interrogata minn żewġ istituzzjonijiet politiċi u sportivi tal-Iran u ltaqgħet ma’ Sajjadi. F’din il-laqgħa ġiet imġiegħla tagħmel dikjarazzjoni li fiha skużat ruħha talli kkompetiet mingħajr ħiġab u ġiet mhedda bil-konfiska tal-art tal-familja. F’Diċembru 2022, kien ċar li d-dar tal-familja ta’ Elnaz Rekabi f’Zanjan kienet twaqqgħet.

Hamid Sajjadi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

157.

GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi

گلپایگانی سید محمد صالح هاشمی

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice)

Entitajiet assoċjati: Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice), Pulizija tal-Moralità

Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani ilu l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (magħruf ukoll bħala l-Office/Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice) mill-25 ta’ Awwissu 2021. Il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil huwa istituzzjoni tal-gvern li hija responsabbli biex tiddetermina u tinforza mudelli ta’ mġiba eċċessivament riġidi fis-soċjetà.

Fl-2022, il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar riġidi għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet riġidi huma infurzati b’mod brutali mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

Bħala l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil, Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

158.

ASGARI Hassan

حسن عسگری

magħruf ukoll bħala ASKARI Hassan

حسن عسکری

Post tat-twelid: Bijar, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: gvernatur ta’ Sanandaj, provinċja ta’ Kurdistan

Entitajiet assoċjati: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Hassan Asgari huwa l-gvernatur tal-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u eks Kmandant tal-forzi lokali tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC).

Bħala l-gvernatur ta’ Sanandaj, huwa responsabbli għar-rispons vjolenti u brutali f’dik il-belt għall-protesti li seħħew wara l-mewt taż-żagħżugħa Kurda Mahsa Amini f’Settembru 2022. Meta ġie rrappurtat li dimostrant ta’ 16-il sena inqatlet mill-forzi tas-sigurtà f’Sanandaj, Asgari u uffiċjali oħra ddikjaraw li mietet b’doża eċċessiva ta’ droga, u li probabbilment kien każ ta’ suwiċidju. L-għoti ta’ kawżi alternattivi foloz tal-mewt għal dimostranti maqtula mill-forzi tas-sigurtà hija tattika komuni użata minn uffiċjali Iranjani biex jevitaw milli jerfgħu r-responsabbiltà għall-abbużi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

159.

KHIABANI Hossein Modarres

مدرس حسین خیابانی

Data tat-twelid: Marzu 1968/1969

Post tat-twelid: Teheran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: eks gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Hossein Modarres Khiabani kien il-gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan- u Baluchestan fl-Iran minn Settembru 2021 sa Diċembru 2022 u kien responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja.

Matul it-tmexxija tiegħu bħala gvernatur, il-LEF u forzi oħra tas-sigurtà rażżnu diversi protesti u użaw vjolenza eċċessiva kontra d-dimostranti. Hemm firxa ta’ provi tal-użu ta’ forza sproporzjonata li wasslet għall-qtil ta’ mill-inqas 66 persuna fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan fit-30 ta’ Settembru 2022.

160.

KOUSHA Esmaeil Zarei

کوشا اسماعیل زارعی

magħruf ukoll bħala KOSHA Ismail

کشا یسمیل

Data tat-twelid: 1978

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan

Esmaeil Zarei Kousha huwa l-gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rispons brutali u l-użu ta’ vjolenza eċċessiva mil-LEF u l-forzi tas-sigurtà għall-protesti li saru f’Kurdistan wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Settembru 2022.

161.

KOWSARI Mohammad Esmail

اسماعیل محمد کوثری

Data tat-twelid: 3.5.1955

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mohammad Esmail Kowsari ilu membru tal-Parlament Iranjan (“MP”) mill-2020. Huwa leġiżlatur estremist u membru tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Qabel ma sar MP, Kowsari kien il-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Sarallah tal-IRGC f’Tehran mill-2017 sal-2020.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa hedded ripetutament lill-forzi tas-sigurtà b’konsegwenzi f’każ li ma jaqdux dmirijiethom u ma jrażżnux il-protesti. Huwa talab ukoll li tittieħed aktar azzjoni militari kontra protesti paċifiċi. Bħala MP, huwa ħeġġeġ lill-ġudikatura Iranjana biex tagħti l-piena tal-mewt lid-dimostranti.

162.

MIRSALIM Mostafa

میرسلیم مستفا

magħruf ukoll bħala MIR-SALIM Mostafa; MIRSALIM Sayyid Mostafa Agha

میر-سالم مستفا

میرسلیم سید مستفا آقا

Data tat-twelid: 9.6.1947

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

nru tal-Passaport: Q5956077 (Iran)

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mostafa Mirsalim huwa membru tal-Parlament Iranjan .

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. Huwa talab li d-dimostranti jingħataw il-mewt f’temp ta’ ftit jiem wara li jiġu arrestati. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa favur ir-restrizzjoni tal-media soċjali.

163.

NAGHDALI Mohammad Taghi

تقی محمد نقدعلی

Data tat-twelid: 6.6.1972

Post tat-twelid: Khomeinishahr- Isfahan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mohammad Taghi Naghdali huwa membru tal-Parlament Iranjan u membru tal-kummissjoni legali tal-Parlament.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa involut fl-abbozzar ta’ liġijiet biex jiġi ristrett il-fluss ħieles tal-informazzjoni.

164.

GHAZANFARABADI Mousa

موسا غضنفرآبادی

Data tat-twelid: 1966

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan; kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament

Mousa Ghazanfarabadi huwa membru tal-Parlament Iranjan u l-kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament. Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rieżami ġudizzjarju u legali ta’ pjanijiet ministerjali proposti fil-Parlament, ir-rieżami u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet relatati mad-dritt kriminali kif ukoll l-investigazzjoni tal-prestazzjoni ta’ uffiċjali u maniġers tal-pajjiż minn perspettiva ġudizzjarja u legali.

Huwa ma kkundannax il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem tal-uffiċjali Iranjani matul il-protesti tal-2022/2023. Minflok, iddikjara personalment li n-nisa li jiksru r-regoli marbuta mal-ħiġab għandhom jiċċaħħdu mid-drittijiet soċjali u tkellem favur l-użu tal-forza biex dawn jiġu indirizzati. Qiegħed ukoll jaħbi deliberatament ir-reati mwettqa mill-forzi Iranjani billi jiddefendi l-verżjoni tal-avvenimenti rakkontati mill-gvern b’rabta mal-mewt ta’ Mahsa Amini.

165.

NOROOZI Ahmad

نوروزی احمد

magħruf ukoll bħala NOROUZI Ahmad; NEWROUZI Ahmad; NAWROUZI Ahmad

Data tat-twelid: 1988

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service; Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV

Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB); Press TV

Ahmad Noroozi huwa l-kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, il-kanal ewlieni favur il-gvern bl-Ingliż li jissorvelja l-istabbilimenti tal-IRIB b’lingwi barranin.

L-IRIB hija l-korporazzjoni tal-media mmexxija mill-istat Iranjan u xandret mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati minn detenuti Iranjani, b’nazzjonalità doppja, u internazzjonali fl-Iran. L-IRIB u s-sussidjarji tiegħu jaġixxu bħala għodda kritika fil-kampanja massiva ta’ trażżin u ta’ ċensura tal-gvern Iranjan kontra l-poplu tiegħu stess. L-IRIB ipproduċa u reċentement xandar intervisti ta’ individwi li ġew furzati jistqarru li l-qraba tagħhom ma nqatlux mill-awtoritajiet Iranjani matul il-protesti fil-pajjiż kollu iżda li mietu minħabba kawżi aċċidentali u mhux relatati.

Press TV hija responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-ammissjonijiet ta’ ħtija furzati ta’ detenuti, fosthom ġurnalisti, attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, li jiksru d-drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett.

Fil-kapaċità tiegħu bħala l-kap tal-IRIB u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, Ahmad Noroozi għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

166.

POURANVARI Youssef

یوسف پورانواری

magħruf ukoll bħala POURANVARI Youssuf

Data tat-twelid: 26.5.1983

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 0492699836 (Iran)

Funzjoni: direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Youssef Pouranvari huwa d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB).

Bħala l-konglomerat tal-media mmexxi mill-istat tal-Iran, l-IRIB għandu monopolju fuq is-servizzi tat-televiżjoni u tar-radju fl-Iran u jaqdi rwol ċentrali biex jirrestrinġi l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u jimpedixxi l-fluss liberu ta’ informazzjoni fl-Iran permezz ta’ attivitajiet ta’ ċensura. L-IRIB jipproduċi, jisponsorja u jxerred propoganda tal-gvern kemm fl-Iran kif ukoll fl-isfera internazzjonali. Barra minn hekk, l-IRIB ixxandar regolarment akkużi foloz u mingħajr bażi kontra ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u barranin, u juża aħbarijiet iffalsifikati biex jagħti informazzjoni ħażina dwar dawk li jitqiesu bħala għedewwa mir-reġim u jinkriminahom b’mod falz. L-IRIB jikkoopera wkoll b’mod estensiv ma’ aġenziji tas-sigurtà u tal-intelligence, fosthom il-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), biex jikseb u jxerred fost il-pubbliku konfessjonijiet furzati minn ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u detenuti barranin. Testimonjanzi u evidenza oħra jippuntaw lejn l-użu tat-tortura, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika; theddid kontra membri tal-familja; u trattament degradanti biex jinkisbu ammissjonijiet ta’ ħtija furzati. Sa mill-2009, il-programmi tal-IRIB xandru mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati kif ukoll kontenut ta’ malafama kontra mijiet aktar. L-IRIB juża ammissjonijiet ta’ ħtija furzati b’mod partikolari biex ipinġi lil persuni b’nazzjonalità doppja u lil barranin bħala spiji, jiddemonizza l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u jilleġittimizza r-repressjoni kontra gruppi ta’ minoranzi reliġjużi bħall-komunità Baha’i.

Fil-kapaċità tiegħu bħala d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-IRIB, Youssef Pouranvari jikkontribwixxi għar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħra li jitkellmu favur id-drittijiet leġittimi tagħhom.

167.

KADEM Ahmad

کادم احمد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: kap tal-kwartieri ġenerali reġjonali ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem huwa l-kap tal-Bażi Operattiva (kwartieri ġenerali reġjonali) ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

Matul il-protesti tal-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-bliet ta’ Khorramabad (Lorestan) u Izeh (Khusestan). It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti. Bħala kmandant ġenerali tat-truppi tal-IRGC f’dawn ir-reġjuni, Kadem huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti mwettqa minn dawn it-truppi.

168.

AZIMI Mohammad Nazar

نظر محمد عظیمی,

magħruf ukoll bħala AZIMI Mohammadnazar

عظیمی موهاممادنازار

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi huwa l-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Kermanshah.

169.

NILFRUSHAN Abbas Mortaza

نیلفروشان عباس مرتاضا

magħruf ukoll bħala NILFOROUSHAN Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN Abbas; NILFRUSHAN DARDASHTI Abbas Mortaza

نیلفروشان دردشتی عباس

Data tat-twelid: 23.8.1966

Post tat-twelid: Isfahan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Nru tal-passaport: P46631463 (Iran)

Funzjoni: viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Abbas Nilfrushan huwa l-viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u responsabbli għall-Kmand tal-Operazzjonijiet tal-IRGC, waħda mill-organizzazzjonijiet tas-sigurtà direttament inkarigata mit-trażżin tal-protesti.

F’din il-kapaċità, huwa ddefinixxa l-moviment ta’ protesti ċivili spontanji tal-2022 bħala moviment terroristiku u theddida diretta għas-sigurtà tal-Iran, b’hekk jilleġittimizza r-reazzjoni ħarxa għall-protesti paċifiċi.

170.

MOEIN Moslem

مسلم معین

Data tat-twelid: 22.9.1985

Post tat-twelid: Eslamabad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 3341588477 (Iran)

Indirizz: Part 7, Block 25, Ground Floor, 16th Street, Sarvestan Street, Chaghamirza Phase 2 Shahid Mehrabi, Kermanshah, Iran

Funzjoni: kap tal-Basji Resistance Force (Basij) Cyberspace Headquarters

Moslem Moein huwa uffiċjal għoli fil-Basij Resistance Force (Basij), elenkata fil-lista tal-UE li hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) b’fergħat madwar l-Iran.

Il-Basij kellha rwol importanti fir-repressjoni fatali tar-reġim fil-protesti li ilhom jinfirxu mal-pajjiż minn Settembru 2022. Bħala kap tal-Basij Cyberspace Headquarters, Moein jissorvelja l-isforzi għall-kontroll u ċ-ċensura tal-attivitajiet online tal-Iranjani. Tkellem pubblikament dwar il-prijorità tal-Basij li timmonitorja l-użu tal-internet tal-Iranjani. Barra minn hekk, Moein kien favur l-iżvilupp tal-intranet nazzjonali tal-Iran, li permezz tiegħu r-reġim jista’ jiskonnettja lill-Iran mill-internet globali. Il-gvern Iranjan ikompli jiffiltra u jimblokka l-fluss liberu tal-informazzjoni fl-Iran.

171.

KARAMI Mohammad

محمد کرمی

Data tat-twelid: 27.1.1966

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Nru tal-passaport: K50849392 (Iran), jiskadi t-23.9.2024

Funzjoni: Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) headquarters Quds għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami huwa l-kmandant tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) headquarters Quds, li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman.

Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat uħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu tal-munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, Karami huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, b’mod partikolari waqt il-”Ġimgħa mdemmija”.

172.

JAVIDAN Ali Akbar

جاویدان علی اکبر

Data tat-twelid: 21.3.1967

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah

Ali Akbar Javidan ilu l-kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah minn Ġunju 2019.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli talli ordna r-reazzjoni vjolenti tal-LEF għall-protesti tal-2022 f’Kermanshah. Huwa responsabbli wkoll li jiżgura l-implimentazzjoni stretta mil-LEF ta’ politiki ta’ moralità li jiksru b’mod sever id-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tar-repressjoni attiva tan-nisa li ma jikkonformawx mal-kodiċi tal-velu. Huwa responsabbli wkoll għall-arresti mil-LEF tan-nisa matul il-protesti ta’ Lulju 2022. Huwa responsabbli għall-vjolenza, id-diskriminazzjoni, l-imġiba kattiva u degradanti, u għad-detenzjoni arbitrarja tan-nisa.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

173.

AZARPENDAR Abbas

آذرپندار عباس

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co; maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

Abbaz Azarpendar huwa s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co li hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir ta’ Radis Vira Tejarat Co ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex jiġu mrażżna b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wasslu għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Azarpendar huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.”

23.1.2023”;

Entitajiet

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“13.

Ravin Academy

آکادمی راوین

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 2019

Numru ta’ reġistrazzjoni: 49135

Post prinċipali ta’ negozju: Second Floor, No. 36, Naqdi Street, North Sohrevardi Street, Shahid Ghandi-Niloufar Neighborhood, Tehran, Iran

Ravin Academy hija kumpannija taċ-ċibersigurtà bbażata fl-Iran, li tipprovdi edukazzjoni u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà fil-qasam tad-difiża u f’dak tal-offiża, kif ukoll taħriġ dwar il-hacking.

Barra minn hekk, ir-Ravin Academy topera f’isem il-Ministeru Iranjan tal-Intelligence (MOIS) u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u tappoġġahom fir-reklutaġġ tal-hackers.

Il-hackers imħarrġa fir-Ravin Academy kienu involuti fit-tfixkil dirett tal-komunikazzjoni ta’ dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim Iranjan, u b’hekk il-hackers kienu qed irażżnu l-protesti.

Għalhekk, ir-Ravin Academy hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

14.

Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company

شرکت سامان گستر سحاب پرداز با مسئولیت محدود

magħruf bħala Sahab Pardaz

سحاب پرداز

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Post prinċipali ta’ negozju:

Tehran, No. 22, Khorramshahr Street

Tehran, North Shohvardi Street, Korramshahr Street, Number 24, Floor 1

Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija kumpannija bbażata fl-Iran li tipprovdi servizzi għall-iffiltrar tal-media soċjali.

Hija involuta fl-attivitajiet ta’ ċensura u sorveljanza għall-Gvern tal-Iran, inkluż matul il-protesti tal-2022, li jipprojbixxu, jillimitaw jew jippenalizzaw l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni jew tat-tlaqqigħ taċ-ċittadini tal-Iran, jew li jillimitaw l-aċċess għall-istampar jew il-media tax-xandir.

Għalhekk, Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

15.

Communications Regulatory Authority (CRA)

ارتباطات و مقررات تنظیم سازمان رادیویی

magħrufa wkoll bħala Communication Regulation Authority (CRA)

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Entità assoċjata: Iranian Ministry for Information and Communications Technology (ICT)

Il-Communications Regulatory Authority (CRA) taqa’ taħt l-awtorità tal-Ministeru Iranjan għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT). Is-CRA tinforza r-rekwiżiti tal-gvern Iranjan għall-iffiltrar tal-kontenut tal-internet permezz ta’ spjunaġġ imsejjaħ SIAM.

Matul il-protesti tal-2022, is-CRA użat il-kontroll tagħha tal-aċċess tal-internet u tal-mowbajls biex issegwi lid-dimostranti u toħloq stampa ddettaljata tal-attivitajiet tad-dissidenti u tad-dimostranti għall-awtoritajiet biex jużawha kif jixtiequ. Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għall-appoġġ tar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħrajn li jitkellmu favur id-difiża tad-drittijiet leġittimi tagħhom.

Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

16.

Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

ستاد امر به معروف و نهی از منکر

magħrufa wkoll bħala Office for Enjoining Right And Forbidding Evil; Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice; Setad-PV

ستاد پو

Tip ta’ entità: istituzzjoni tal-gvern

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi, kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

Entitajiet assoċjati oħra: Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

Il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma istituzzjoni tal-gvern, responsabbli għad-determinazzjoni u l-infurzar ta’ mudelli ta’ mġiba eċċessivament stretti fis-soċjetà.

Fl-2022, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar stretti għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet stretti huma infurzati b’mod brutali mil-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

Għalhekk, il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

17.

Imen Sanat Zaman Fara Company

شرکت ایمن صنعت زمان فرا

Indirizz: Shahrak-e-Jafar Abad-e-Jangal Rd, Naseriyeh, Tehran, Iran;

Number 16, Kolezar alley, Farsian Street, Shahid Rezaiee Street, Azadegan Autobahn, Tehran, Iran;

Number 16, Gholshan 14, Golestan Boulevard, Negarestan Boulevard, Sham Abad, Tehran, Iran

Tip ta’ entità: kumpannija privata

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 2010

Nru tal-identità nazzjonali: 103201991293 (Iran)

Nru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju: 369541 (Iran)

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: Mohammad Zandi Aliabadi, president tal-bord tad-diretturi;

Mohammad Zandi Aliabadi, Viċi president tal-bord tad-diretturi;

Fatemeh Haghshenas, CEO

Imen Sanat Zaman Fara Company hija kumpannija Iranjana li timmanifattura u timporta t-tagħmir tas-sigurtà għall-forzi tas-sigurtà Iranjani.

It-tagħmir tagħha jintuża mill-forzi tas-sigurtà Iranjani biex irażżnu protesti paċifiċi, inkluż il-protesti li seħħew fl-2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fl-2022, u dan wassal għat-tortura u l-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas ta’ 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Imen Sanat Zaman Fara Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

18.

Iranian Special Police Forces

نیروی ویژه پاد وحشت

Magħrufin ukoll bħala NOPO; Iran’s Counter-Terror Special Forces; Niroo-ye Vizhe Pasdar-e Velayat; Supreme Leader’s Guardian Special Forces; Provincial Special Forces; Special Counter-Terrorism Force

Indirizz: Iran

Tip ta’ entità: police force

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Individwi assoċjati: Mohsen Ebrahimi (Kmandant)

Entitajiet assoċjati oħra: L-iSpecial Unit Forces tal-Iran, Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

L-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma subdiviżjoni tal-iSpecial Unit Forces tal-Iran u tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF). In-NOPO huma unità mħarrġa ħafna u speċjalizzata li ħafna drabi tiġi msejħa biex itemm il-protesti.

Matul il-protesti tal-2022, wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena, in-NOPO użaw vjolenza eċċessiva u forza letali kontra d-dimostranti li ma kinux armati, inkluż in-nisa u t-tfal, eż billi sparaw b’armi awtomatiċi lejn id-dimostranti.

Għalhekk, l-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

19.

Radis Vira Tejarat Co

شرکت رادیس ویرا تجارت

Indirizz: Tehran, Pasdaran St., West Gilan St., No. 5, Unit 1, Corner of Mohed Dou Alley

Tip ta’ entità: fornitur tas-sigurtà fiżika, intrapriża privata

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: Abbas Azarpendar, CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co u maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (klijenti), Pars Ertebat Afzar Co (distributur)

Radis Vira Tejarat Co hija r-rappreżentant Iranjan tal-kumpannija Tiandy Technologies. Ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanniji huma sottolinjati mill-fatt li s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co, Abbas Azarpendar, huwa wkoll il-maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies. Radis Vira Tejarat Co hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir tagħha ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps(IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex irażżnu b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wassal għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Radis Vira Tejarat Co hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

20.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Shohada (Korp Reġjonali Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’West-Azerbaijan

شهداء

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: West-Azerbaijan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: West Azerbaijan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Shohada jopera fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan.

Il-Brigadier Ġeneral Habib Shahsavari, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-IRGC Regional Corps Shohada wettaq operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Piranshahr, Mahabad u Bukan fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC fl-ibliet ta’ Mahabad u Bukan ħallew mill-inqas erba’ persuni u 12-il persuna mejta rispettivament.

L-IRGC Regional Corps Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

21.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram (Korp Reġjonali Hazrat Nabi Akram tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kermanshah

حضرت نبی اکرم

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Kermanshah, Iran

Post ta’ reġistrazzjoni: Kermanshah, Iran

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram jopera fil-provinċja ta’ Kermanshah.

Il-Brigadier Ġeneral Bahman Rahan, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-IRGC Regional Corps Hazrat Nabi Akram għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

22.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Quds (Korp Reġjonali Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Gilan

قدس

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Gilan, Iran

Post ta’ reġistrazzjoni: Gilan, Iran

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds jopera fil-provinċja ta’ Gilan.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Abdollahpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Gilan rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

23.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Karbala (Korp Reġjonali Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Mazandaran

کربلای

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Mazandaran, Iran

Post ta’ reġistrazzjoni: Mazandaran, Iran

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Karbala jopera fil-provinċja ta’ Mazandaran.

Il-Brigadier Ġeneral Siavash Moslemi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fil-provinċja ta’ Mazandaran. F’dawk l-operazzjonijiet, użat forza u vjolenza sproporzjonati kontra d-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Karbala għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

24.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada (Korp Reġjonali Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) fil-provinċja ta’ Tehran

الشهداء سید

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Tehran, Iran

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada jopera fil-provinċja ta’ Tehran.

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Zulqadr, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, ir-repressjoni vjolenti tal-protesti fil-provinċja ta’ Tehran mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, kienet partikolarment qawwija u eċċessiva.

L-IRGC Regional Corps Seyyed al-Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

25.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Karbala (Bażi Operattiva Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

کربلا

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Southwest-Iran (provinces of Khusestan, Lorestan and Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Karbala jopera fil-Lbiċ tal-Iran u jkopri il-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-belt ta’ Khorramabad f’Lorestan. Matul dawk l-operazzjonijiet, it-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata, bl-użu ta’ munizzjon attiv kontra dimostranti.

L-IRGC Operational Base Karbala għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

26.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds (Bażi Operattiva Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds huwa l-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC fix-Xlokk tal-Iran li jikkontrollaw il-provinċja ta’ Kerman u l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard.

L-IRGC Operational Base Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

27.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Najaf-e-Ashraf (Bażi Operattiva Najaf-e-Ashraf tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

الاشرف نجف

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Najaf-e-Ashraf jikkontrolla l-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

L-IRGC Operational Base Najaf-e-Ashraf għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

28.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr (Korp Reġjonali Valiasr tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Khuzestan

عصر ولی

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Khuzestan, Iran

Post ta’ reġistrazzjoni: Khuzestan, Iran

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr jopera fil-provinċja ta’ Khuzestan.

Il-Brigadier Ġeneral Hassan Shahvarpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

L-IRGC Regional Corps Valiasr huwa responsabbli għal massakri ta’ dimostranti f’Khuzestan f’Novembru 2020. Barra minn hekk, matul il-protesti tal-2022 fl-Iran, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti b’mod partikolari fil-belt ta’ Izeh. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawk l-operazzjonijiet, li wasslu għall-qtil ta’ dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Valiasr għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

29.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl (Korp Reġjonali Hazrat Abufazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Lorestan

حضرت ابوالفضل

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Lorestan, Iran

Post ta’ reġistrazzjoni: Lorestan, Iran

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl jopera fil-provinċja ta’ Lorestan.

Matul il-protesti tal-2022, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, twettqu operazzjonijiet fil-belt ta’ Khorramabad ta’ Lorestan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Hazrat Abufazl għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

30.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas (Korp Reġjonali Beit-al-Moqadas tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kurdistan

المقدس بيت

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Kurdistan, Iran

Post ta’ reġistrazzjoni: Kurdistan, Iran

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas jopera fil-provinċja ta’ Kurdistan.

Il-Brigadier Ġeneral Sadegh Hosseini, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, din l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Sanandaj, Kamyaran u Saqqez fil-Kurdistanu fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC ħallew mill-inqas seba’ persuni mejta fil-belt ta’ Sanandaj u mill-inqas żewġ persuni oħra mejta kemm f’Kamyaran, kif ukoll f’Saqqez, rispettivament.

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

31.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman (Korp Reġjonali Salaman tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Sistan u Baluchestan

سلمان

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Sistan u Baluchestan, Iran

Post ta’ reġistrazzjoni: Sistan u Baluchestan, Iran

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman jikkontrolla l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-Brigadier Ġeneral Amanollah Garshasbi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra d-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Salaman għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.”

23.1.2023”

DEĊIŻJONIJIET

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 20/23

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/153

tat-23 ta’ Jannar 2023

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti mhux vjolenti, filwaqt li tinnota li dan kien wassal imwiet u għadd kbir ta’ persuni midruba. Id-dikjarazzjoni stqarret ukoll li dawk responsabbli għall-qtil ta’ Mahsa Amini jridu jinżammu responsabbli, u appellat lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw investigazzjonijiet trasparenti u kredibbli biex jiċċaraw l-għadd ta’ persuni mejta u arrestati, biex jeħilsu lid-dimostranti mhux vjolenti kollha u biex jipprovdu proċess xieraq lid-detenuti kollha. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Iran li jirrestrinġi severament l-aċċess għall-Internet u jimblokka pjattaformi ta’ messaġġi istantanji tikser b’mod sfaċċat il-libertà tal-espressjoni. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni stqarret li l-Unjoni ser tikkunsidra l-għażliet kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza l-qtil ta’ Mahsa Amini u l-mod kif il-forzi tas-sigurtà Iranjani wieġbu għad-dimostrazzjonijiet li segwew.

(3)

F’dan il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, fosthom is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jenħtieġ li 18-il persuna u 19-il entità jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/235/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK:

Persuni

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“156.

SAJJADI Seyed Hamid Hazaveh

هزاوه حمید سید سجادی

Data tat-twelid: 21.3.1969

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Ministru Iranjan għall-Isport u ż-Żgħażagħ

Hamid Sajjadi huwa l-Ministru għall-Isport u ż-Żgħażagħ tal-Iran.

Huwa responsabbli talli tefa’ pressjoni fuq atleti tal-Iran biex jibqgħu siekta u talli żammhom milli jsemmgħu leħinhom fuq livell internazzjonali kontra r-repressjoni fl-Iran. Huwa kien personalment involut fil-każ ta’ Elnaz Rekabi, atleta Iranjana fit-tixbit li kkompetiet mingħajr il-ħiġab fil-kompetizzjoni f’Seoul tat-tixbit mal-blat fil-Kampjonat Asjatiku fil-ħarifa tal-2022. Wara l-kompetizzjoni tagħha, Rekabi ġiet ingannata biex tidħol fil-bini tal-ambaxxata Iranjana f’Seoul, fejn il-passaport u l-mobile tagħha ġew ikkonfiskati fuq l-ordnijiet tal-awtoritajiet f’Teheran. Mal-wasla tagħha f’Teheran, li x’aktarx kienet furzata, ġiet interrogata minn żewġ istituzzjonijiet politiċi u sportivi tal-Iran u ltaqgħet ma’ Sajjadi. F’din il-laqgħa ġiet imġiegħla tagħmel dikjarazzjoni li fiha skużat ruħha talli kkompetiet mingħajr ħiġab u ġiet mhedda bil-konfiska tal-art tal-familja. F’Diċembru 2022, kien ċar li d-dar tal-familja ta’ Elnaz Rekabi f’Zanjan kienet twaqqgħet.

Hamid Sajjadi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

157.

GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi

گلپایگانی سید محمد صالح هاشمی

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice)

Entitajiet assoċjati: Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice), Pulizija tal-Moralità

Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani ilu l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (magħruf ukoll bħala l-Office/Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice) mill-25 ta’ Awwissu 2021. Il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil huwa istituzzjoni tal-gvern li hija responsabbli biex tiddetermina u tinforza mudelli ta’ mġiba eċċessivament riġidi fis-soċjetà.

Fl-2022, il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar riġidi għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet riġidi huma infurzati b’mod brutali mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

Bħala l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil, Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

158.

ASGARI Hassan

حسن عسگری

magħruf ukoll bħala ASKARI Hassan

حسن عسکری

Post tat-twelid: Bijar, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: gvernatur ta’ Sanandaj, provinċja ta’ Kurdistan

Entitajiet assoċjati: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Hassan Asgari huwa l-gvernatur tal-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u eks Kmandant tal-forzi lokali tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC).

Bħala l-gvernatur ta’ Sanandaj, huwa responsabbli għar-rispons vjolenti u brutali f’dik il-belt għall-protesti li seħħew wara l-mewt taż-żagħżugħa Kurda Mahsa Amini f’Settembru 2022. Meta ġie rrappurtat li dimostrant ta’ 16-il sena inqatlet mill-forzi tas-sigurtà f’Sanandaj, Asgari u uffiċjali oħra ddikjaraw li mietet b’doża eċċessiva ta’ droga, u li probabbilment kien każ ta’ suwiċidju. L-għoti ta’ kawżi alternattivi foloz tal-mewt għal dimostranti maqtula mill-forzi tas-sigurtà hija tattika komuni użata minn uffiċjali Iranjani biex jevitaw milli jerfgħu r-responsabbiltà għall-abbużi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

159.

KHIABANI Hossein Modarres

مدرس حسین خیابانی

Data tat-twelid: Marzu 1968/1969

Post tat-twelid: Teheran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: eks gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Hossein Modarres Khiabani kien il-gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan- u Baluchestan fl-Iran minn Settembru 2021 sa Diċembru 2022 u kien responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja.

Matul it-tmexxija tiegħu bħala gvernatur, il-LEF u forzi oħra tas-sigurtà rażżnu diversi protesti u użaw vjolenza eċċessiva kontra d-dimostranti. Hemm firxa ta’ provi tal-użu ta’ forza sproporzjonata li wasslet għall-qtil ta’ mill-inqas 66 persuna fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan fit-30 ta’ Settembru 2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

160.

KOUSHA Esmaeil Zarei

کوشا اسماعیل زارعی

magħruf ukoll bħala KOSHA Ismail

کشا یسمیل

Data tat-twelid: 1978

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan

Esmaeil Zarei Kousha huwa l-gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rispons brutali u l-użu ta’ vjolenza eċċessiva mil-LEF u l-forzi tas-sigurtà għall-protesti li saru f’Kurdistan wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Settembru 2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

161.

KOWSARI Mohammad Esmail

اسماعیل محمد کوثری

Data tat-twelid: 3.5.1955

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mohammad Esmail Kowsari ilu membru tal-Parlament Iranjan (“MP”) mill-2020. Huwa leġiżlatur estremist u membru tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Qabel ma sar MP, Kowsari kien il-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Sarallah tal-IRGC f’Tehran mill-2017 sal-2020.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa hedded ripetutament lill-forzi tas-sigurtà b’konsegwenzi f’każ li ma jaqdux dmirijiethom u ma jrażżnux il-protesti. Huwa talab ukoll li tittieħed aktar azzjoni militari kontra protesti paċifiċi. Bħala MP, huwa ħeġġeġ lill-ġudikatura Iranjana biex tagħti l-piena tal-mewt lid-dimostranti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

162.

MIRSALIM Mostafa

میرسلیم مستفا

magħruf ukoll bħala MIR-SALIM Mostafa; MIRSALIM Sayyid Mostafa Agha

میر-سالم مستفا

میرسلیم سید مستفا آقا

Data tat-twelid: 9.6.1947

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

nru tal-Passaport: Q5956077 (Iran)

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mostafa Mirsalim huwa membru tal-Parlament Iranjan .

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. Huwa talab li d-dimostranti jingħataw il-mewt f’temp ta’ ftit jiem wara li jiġu arrestati. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa favur ir-restrizzjoni tal-media soċjali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

163.

NAGHDALI Mohammad Taghi

تقی محمد نقدعلی

Data tat-twelid: 6.6.1972

Post tat-twelid: Khomeinishahr- Isfahan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mohammad Taghi Naghdali huwa membru tal-Parlament Iranjan u membru tal-kummissjoni legali tal-Parlament.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa involut fl-abbozzar ta’ liġijiet biex jiġi ristrett il-fluss ħieles tal-informazzjoni.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

164.

GHAZANFARABADI Mousa

موسا غضنفرآبادی

Data tat-twelid: 1966

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan; kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament

Mousa Ghazanfarabadi huwa membru tal-Parlament Iranjan u l-kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament. Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rieżami ġudizzjarju u legali ta’ pjanijiet ministerjali proposti fil-Parlament, ir-rieżami u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet relatati mad-dritt kriminali kif ukoll l-investigazzjoni tal-prestazzjoni ta’ uffiċjali u maniġers tal-pajjiż minn perspettiva ġudizzjarja u legali.

Huwa ma kkundannax il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem tal-uffiċjali Iranjani matul il-protesti tal-2022/2023. Minflok, iddikjara personalment li n-nisa li jiksru r-regoli marbuta mal-ħiġab għandhom jiċċaħħdu mid-drittijiet soċjali u tkellem favur l-użu tal-forza biex dawn jiġu indirizzati. Qiegħed ukoll jaħbi deliberatament ir-reati mwettqa mill-forzi Iranjani billi jiddefendi l-verżjoni tal-avvenimenti rakkontati mill-gvern b’rabta mal-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

165.

NOROOZI Ahmad

نوروزی احمد

magħruf ukoll bħala NOROUZI Ahmad; NEWROUZI Ahmad; NAWROUZI Ahmad

Data tat-twelid: 1988

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service; Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV

Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB); Press TV

Ahmad Noroozi huwa l-kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, il-kanal ewlieni favur il-gvern bl-Ingliż li jissorvelja l-istabbilimenti tal-IRIB b’lingwi barranin.

L-IRIB hija l-korporazzjoni tal-media mmexxija mill-istat Iranjan u xandret mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati minn detenuti Iranjani, b’nazzjonalità doppja, u internazzjonali fl-Iran. L-IRIB u s-sussidjarji tiegħu jaġixxu bħala għodda kritika fil-kampanja massiva ta’ trażżin u ta’ ċensura tal-gvern Iranjan kontra l-poplu tiegħu stess. L-IRIB ipproduċa u reċentement xandar intervisti ta’ individwi li ġew furzati jistqarru li l-qraba tagħhom ma nqatlux mill-awtoritajiet Iranjani matul il-protesti fil-pajjiż kollu iżda li mietu minħabba kawżi aċċidentali u mhux relatati.

Press TV hija responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-ammissjonijiet ta’ ħtija furzati ta’ detenuti, fosthom ġurnalisti, attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, li jiksru d-drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett.

Fil-kapaċità tiegħu bħala l-kap tal-IRIB u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, Ahmad Noroozi għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

166.

POURANVARI Youssef

یوسف پورانواری

magħruf ukoll bħala POURANVARI Youssuf

Data tat-twelid: 26.5.1983

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 0492699836 (Iran)

Funzjoni: direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Youssef Pouranvari huwa d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB).

Bħala l-konglomerat tal-media mmexxi mill-istat tal-Iran, l-IRIB għandu monopolju fuq is-servizzi tat-televiżjoni u tar-radju fl-Iran u jaqdi rwol ċentrali biex jirrestrinġi l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u jimpedixxi l-fluss liberu ta’ informazzjoni fl-Iran permezz ta’ attivitajiet ta’ ċensura. L-IRIB jipproduċi, jisponsorja u jxerred propoganda tal-gvern kemm fl-Iran kif ukoll fl-isfera internazzjonali. Barra minn hekk, l-IRIB ixxandar regolarment akkużi foloz u mingħajr bażi kontra ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u barranin, u juża aħbarijiet iffalsifikati biex jagħti informazzjoni ħażina dwar dawk li jitqiesu bħala għedewwa mir-reġim u jinkriminahom b’mod falz. L-IRIB jikkoopera wkoll b’mod estensiv ma’ aġenziji tas-sigurtà u tal-intelligence, fosthom il-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), biex jikseb u jxerred fost il-pubbliku konfessjonijiet furzati minn ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u detenuti barranin. Testimonjanzi u evidenza oħra jippuntaw lejn l-użu tat-tortura, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika; theddid kontra membri tal-familja; u trattament degradanti biex jinkisbu ammissjonijiet ta’ ħtija furzati. Sa mill-2009, il-programmi tal-IRIB xandru mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati kif ukoll kontenut ta’ malafama kontra mijiet aktar. L-IRIB juża ammissjonijiet ta’ ħtija furzati b’mod partikolari biex ipinġi lil persuni b’nazzjonalità doppja u lil barranin bħala spiji, jiddemonizza l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u jilleġittimizza r-repressjoni kontra gruppi ta’ minoranzi reliġjużi bħall-komunità Baha’i.

Fil-kapaċità tiegħu bħala d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-IRIB, Youssef Pouranvari jikkontribwixxi għar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħra li jitkellmu favur id-drittijiet leġittimi tagħhom.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

167.

KADEM Ahmad

کادم احمد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: kap tal-kwartieri ġenerali reġjonali ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem huwa l-kap tal-Bażi Operattiva (kwartieri ġenerali reġjonali) ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

Matul il-protesti tal-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-bliet ta’ Khorramabad (Lorestan) u Izeh (Khusestan). It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti. Bħala kmandant ġenerali tat-truppi tal-IRGC f’dawn ir-reġjuni, Kadem huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti mwettqa minn dawn it-truppi.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

168.

AZIMI Mohammad Nazar

نظر محمد عظیمی,

magħruf ukoll bħala AZIMI Mohammadnazar

عظیمی موهاممادنازار

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi huwa l-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Kermanshah.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

169.

NILFRUSHAN Abbas Mortaza

نیلفروشان عباس مرتاضا

magħruf ukoll bħala NILFOROUSHAN Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN Abbas; NILFRUSHAN DARDASHTI Abbas Mortaza

نیلفروشان دردشتی عباس

Data tat-twelid: 23.8.1966

Post tat-twelid: Isfahan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Nru tal-passaport: P46631463 (Iran)

Funzjoni: viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Abbas Nilfrushan huwa l-viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u responsabbli għall-Kmand tal-Operazzjonijiet tal-IRGC, waħda mill-organizzazzjonijiet tas-sigurtà direttament inkarigata mit-trażżin tal-protesti.

F’din il-kapaċità, huwa ddefinixxa l-moviment ta’ protesti ċivili spontanji tal-2022 bħala moviment terroristiku u theddida diretta għas-sigurtà tal-Iran, b’hekk jilleġittimizza r-reazzjoni ħarxa għall-protesti paċifiċi.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

170.

MOEIN Moslem

مسلم معین

Data tat-twelid: 22.9.1985

Post tat-twelid: Eslamabad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 3341588477 (Iran)

Indirizz: Part 7, Block 25, Ground Floor, 16th Street, Sarvestan Street, Chaghamirza Phase 2 Shahid Mehrabi, Kermanshah, Iran

Funzjoni: kap tal-Basji Resistance Force (Basij) Cyberspace Headquarters

Moslem Moein huwa uffiċjal għoli fil-Basij Resistance Force (Basij), elenkata fil-lista tal-UE li hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) b’fergħat madwar l-Iran.

Il-Basij kellha rwol importanti fir-repressjoni fatali tar-reġim fil-protesti li ilhom jinfirxu mal-pajjiż minn Settembru 2022. Bħala kap tal-Basij Cyberspace Headquarters, Moein jissorvelja l-isforzi għall-kontroll u ċ-ċensura tal-attivitajiet online tal-Iranjani. Tkellem pubblikament dwar il-prijorità tal-Basij li timmonitorja l-użu tal-internet tal-Iranjani. Barra minn hekk, Moein kien favur l-iżvilupp tal-intranet nazzjonali tal-Iran, li permezz tiegħu r-reġim jista’ jiskonnettja lill-Iran mill-internet globali. Il-gvern Iranjan ikompli jiffiltra u jimblokka l-fluss liberu tal-informazzjoni fl-Iran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

171.

KARAMI Mohammad

محمد کرمی

Data tat-twelid: 27.1.1966

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Nru tal-passaport: K50849392 (Iran), jiskadi t-23.9.2024

Funzjoni: Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) headquarters Quds għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami huwa l-kmandant tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) headquarters Quds, li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman.

Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat uħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu tal-munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, Karami huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, b’mod partikolari waqt il-”Ġimgħa mdemmija”.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

172.

JAVIDAN Ali Akbar

جاویدان علی اکبر

data tat-twelid: 21.3.1967

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah

Ali Akbar Javidan ilu l-kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah minn Ġunju 2019.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli talli ordna r-reazzjoni vjolenti tal-LEF għall-protesti tal-2022 f’Kermanshah. Huwa responsabbli wkoll li jiżgura l-implimentazzjoni stretta mil-LEF ta’ politiki ta’ moralità li jiksru b’mod sever id-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tar-repressjoni attiva tan-nisa li ma jikkonformawx mal-kodiċi tal-velu. Huwa responsabbli wkoll għall-arresti mil-LEF tan-nisa matul il-protesti ta’ Lulju 2022. Huwa responsabbli għall-vjolenza, id-diskriminazzjoni, l-imġiba kattiva u degradanti, u għad-detenzjoni arbitrarja tan-nisa.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

173.

AZARPENDAR Abbas

آذرپندار عباس

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co; maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

Abbaz Azarpendar huwa s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co li hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir ta’ Radis Vira Tejarat Co ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex jiġu mrażżna b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wasslu għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Azarpendar huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023”;

Entitajiet

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“13.

Ravin Academy

آکادمی راوین

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 2019

Numru ta’ reġistrazzjoni: 49135

Post prinċipali ta’ negozju: Second Floor, No. 36, Naqdi Street, North Sohrevardi Street, Shahid Ghandi-Niloufar Neighborhood, Tehran, Iran

Ravin Academy hija kumpannija taċ-ċibersigurtà bbażata fl-Iran, li tipprovdi edukazzjoni u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà fil-qasam tad-difiża u f’dak tal-offiża, kif ukoll taħriġ dwar il-hacking.

Barra minn hekk, ir-Ravin Academy topera f’isem il-Ministeru Iranjan tal-Intelligence (MOIS) u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u tappoġġahom fir-reklutaġġ tal-hackers.

Il-hackers imħarrġa fir-Ravin Academy kienu involuti fit-tfixkil dirett tal-komunikazzjoni ta’ dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim Iranjan, u b’hekk il-hackers kienu qed irażżnu l-protesti.

Għalhekk, ir-Ravin Academy hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

14.

Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company

شرکت سامان گستر سحاب پرداز با مسئولیت محدود

magħruf bħala Sahab Pardaz

سحاب پرداز

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Post prinċipali ta’ negozju:

Tehran, No. 22, Khorramshahr Street

Tehran, North Shohvardi Street, Korramshahr Street, Number 24, Floor 1

Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija kumpannija bbażata fl-Iran li tipprovdi servizzi għall-iffiltrar tal-media soċjali.

Hija involuta fl-attivitajiet ta’ ċensura u sorveljanza għall-Gvern tal-Iran, inkluż matul il-protesti tal-2022, li jipprojbixxu, jillimitaw jew jippenalizzaw l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni jew tat-tlaqqigħ taċ-ċittadini tal-Iran, jew li jillimitaw l-aċċess għall-istampar jew il-media tax-xandir.

Għalhekk, Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

15.

Communications Regulatory Authority (CRA)

ارتباطات و مقررات تنظیم سازمان رادیویی

magħrufa wkoll bħala Communication Regulation Authority (CRA)

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Entità assoċjata: Iranian Ministry for Information and Communications Technology (ICT)

Il-Communications Regulatory Authority (CRA) taqa’ taħt l-awtorità tal-Ministeru Iranjan għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT). Is-CRA tinforza r-rekwiżiti tal-gvern Iranjan għall-iffiltrar tal-kontenut tal-internet permezz ta’ spjunaġġ imsejjaħ SIAM.

Matul il-protesti tal-2022, is-CRA użat il-kontroll tagħha tal-aċċess tal-internet u tal-mowbajls biex issegwi lid-dimostranti u toħloq stampa ddettaljata tal-attivitajiet tad-dissidenti u tad-dimostranti għall-awtoritajiet biex jużawha kif jixtiequ. Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għall-appoġġ tar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħrajn li jitkellmu favur id-difiża tad-drittijiet leġittimi tagħhom.

Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

16.

Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

ستاد امر به معروف و نهی از منکر

magħrufa wkoll bħala Office for Enjoining Right And Forbidding Evil; Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice; Setad-PV

ستاد پو

Tip ta’ entità: istituzzjoni tal-gvern

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi, kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

Entitajiet assoċjati oħra: Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

Il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma istituzzjoni tal-gvern, responsabbli għad-determinazzjoni u l-infurzar ta’ mudelli ta’ mġiba eċċessivament stretti fis-soċjetà.

Fl-2022, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar stretti għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet stretti huma infurzati b’mod brutali mil-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

Għalhekk, il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

17.

Imen Sanat Zaman Fara Company

شرکت ایمن صنعت زمان فرا

Indirizz: Shahrak-e-Jafar Abad-e-Jangal Rd, Naseriyeh, Tehran, Iran;

Number 16, Kolezar alley, Farsian Street, Shahid Rezaiee Street, Azadegan Autobahn, Tehran, Iran;

Number 16, Gholshan 14, Golestan Boulevard, Negarestan Boulevard, Sham Abad, Tehran, Iran

Tip ta’ entità: kumpannija privata

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 2010

Nru tal-identità nazzjonali: 103201991293 (Iran)

Nru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju: 369541 (Iran)

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: Mohammad Zandi Aliabadi, president tal-bord tad-diretturi;

Mohammad Zandi Aliabadi, Viċi president tal-bord tad-diretturi;

Fatemeh Haghshenas, CEO

Entitajiet assoċjati oħra: Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

Imen Sanat Zaman Fara Company hija kumpannija Iranjana li timmanifattura u timporta t-tagħmir tas-sigurtà għall-forzi tas-sigurtà Iranjani.

It-tagħmir tagħha jintuża mill-forzi tas-sigurtà Iranjani biex irażżnu protesti paċifiċi, inkluż il-protesti li seħħew fl-2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fl-2022, u dan wassal għat-tortura u l-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas ta’ 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Imen Sanat Zaman Fara Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

18.

Iranian Special Police Forces

نیروی ویژه پاد وحشت

Magħrufin ukoll bħala NOPO; Iran’s Counter-Terror Special Forces; Niroo-ye Vizhe Pasdar-e Velayat; Supreme Leader’s Guardian Special Forces; Provincial Special Forces; Special Counter-Terrorism Force

Indirizz: Iran

Tip ta’ entità: police force

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Individwi assoċjati: Mohsen Ebrahimi (Kmandant)

Entitajiet assoċjati oħra: L-iSpecial Unit Forces tal-Iran, Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

L-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma subdiviżjoni tal-iSpecial Unit Forces tal-Iran u tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF). In-NOPO huma unità mħarrġa ħafna u speċjalizzata li ħafna drabi tiġi msejħa biex itemm il-protesti.

Matul il-protesti tal-2022, wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena, in-NOPO użaw vjolenza eċċessiva u forza letali kontra d-dimostranti li ma kinux armati, inkluż in-nisa u t-tfal, eż billi sparaw b’armi awtomatiċi lejn id-dimostranti.

Għalhekk, l-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

19.

Radis Vira Tejarat Co

شرکت رادیس ویرا تجارت

Indirizz: Tehran, Pasdaran St., West Gilan St., No. 5, Unit 1, Corner of Mohed Dou Alley

Tip ta’ entità: fornitur tas-sigurtà fiżika, intrapriża privata

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: Abbas Azarpendar, CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co u maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (klijenti), Pars Ertebat Afzar Co (distributur)

Radis Vira Tejarat Co hija r-rappreżentant Iranjan tal-kumpannija Tiandy Technologies. Ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanniji huma sottolinjati mill-fatt li s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co, Abbas Azarpendar, huwa wkoll il-maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies. Radis Vira Tejarat Co hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir tagħha ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps(IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex irażżnu b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wassal għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Radis Vira Tejarat Co hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

20.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Shohada (Korp Reġjonali Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’West-Azerbaijan

شهداء

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: West-Azerbaijan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: West Azerbaijan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Shohada jopera fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan.

Il-Brigadier Ġeneral Habib Shahsavari, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-IRGC Regional Corps Shohada wettaq operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Piranshahr, Mahabad u Bukan fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC fl-ibliet ta’ Mahabad u Bukan ħallew mill-inqas erba’ persuni u 12-il persuna mejta rispettivament.

L-IRGC Regional Corps Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

21.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram (Korp Reġjonali Hazrat Nabi Akram tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kermanshah

حضرت نبی اکرم

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Kermanshah, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Kermanshah, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram jopera fil-provinċja ta’ Kermanshah.

Il-Brigadier Ġeneral Bahman Rahan, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-IRGC Regional Corps Hazrat Nabi Akram għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

22.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Quds (Korp Reġjonali Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Gilan

قدس

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Gilan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Gilan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds jopera fil-provinċja ta’ Gilan.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Abdollahpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Gilan rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

23.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Karbala (Korp Reġjonali Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Mazandaran

کربلای

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Mazandaran, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Mazandaran, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Karbala jopera fil-provinċja ta’ Mazandaran.

Il-Brigadier Ġeneral Siavash Moslemi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fil-provinċja ta’ Mazandaran. F’dawk l-operazzjonijiet, użat forza u vjolenza sproporzjonati kontra d-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Karbala għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

24.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada (Korp Reġjonali Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) fil-provinċja ta’ Tehran

الشهداء سید

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Tehran, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada jopera fil-provinċja ta’ Tehran.

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Zulqadr, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, ir-repressjoni vjolenti tal-protesti fil-provinċja ta’ Tehran mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, kienet partikolarment qawwija u eċċessiva.

L-IRGC Regional Corps Seyyed al-Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

25.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Karbala (Bażi Operattiva Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

کربلا

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Southwest-Iran (provinces of Khusestan, Lorestan and Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad)

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Karbala jopera fil-Lbiċ tal-Iran u jkopri il-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-belt ta’ Khorramabad f’Lorestan. Matul dawk l-operazzjonijiet, it-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata, bl-użu ta’ munizzjon attiv kontra dimostranti.

L-IRGC Operational Base Karbala għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

26.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds (Bażi Operattiva Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

قدس

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds huwa l-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC fix-Xlokk tal-Iran li jikkontrollaw il-provinċja ta’ Kerman u l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard.

L-IRGC Operational Base Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

27.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Najaf-e-Ashraf (Bażi Operattiva Najaf-e-Ashraf tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

الاشرف نجف

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Najaf-e-Ashraf jikkontrolla l-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-IRGC Operational Base Najaf-e-Ashraf għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

28.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr (Korp Reġjonali Valiasr tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Khuzestan

عصر ولی

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Khuzestan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Khuzestan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr jopera fil-provinċja ta’ Khuzestan.

Il-Brigadier Ġeneral Hassan Shahvarpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

L-IRGC Regional Corps Valiasr huwa responsabbli għal massakri ta’ dimostranti f’Khuzestan f’Novembru 2020. Barra minn hekk, matul il-protesti tal-2022 fl-Iran, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti b’mod partikolari fil-belt ta’ Izeh. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawk l-operazzjonijiet, li wasslu għall-qtil ta’ dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Valiasr għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

29.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl (Korp Reġjonali Hazrat Abufazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Lorestan

حضرت ابوالفضل

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Lorestan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Lorestan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl jopera fil-provinċja ta’ Lorestan.

Matul il-protesti tal-2022, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, twettqu operazzjonijiet fil-belt ta’ Khorramabad ta’ Lorestan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Hazrat Abufazl għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

30.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas (Korp Reġjonali Beit-al-Moqadas tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kurdistan

المقدس بيت

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Kurdistan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Kurdistan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas jopera fil-provinċja ta’ Kurdistan.

Il-Brigadier Ġeneral Sadegh Hosseini, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, din l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Sanandaj, Kamyaran u Saqqez fil-Kurdistanu fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC ħallew mill-inqas seba’ persuni mejta fil-belt ta’ Sanandaj u mill-inqas żewġ persuni oħra mejta kemm f’Kamyaran, kif ukoll f’Saqqez, rispettivament.

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

31.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman (Korp Reġjonali Salaman tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Sistan u Baluchestan

سلمان

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Sistan u Baluchestan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Sistan u Baluchestan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman jikkontrolla l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-Brigadier Ġeneral Amanollah Garshasbi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra d-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Salaman għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023”.