|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 66 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/147
tal-20 ta’ Jannar 2023
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwi għaċ-ċiromażina, għat-toprameżon u għat-triflumiżol, f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (b), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għaċ-ċiromażina, għat-toprameżon u għat-triflumiżol, il-livelli massimi ta’ residwu (“MRLs”) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont il-prodott. |
|
(2) |
L-approvazzjoni taċ-ċiromażina bħala sustanza attiva għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2019 u ma tressqet l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tagħha. Madankollu, iċ-ċiromażina hija wkoll sustanza farmakoloġikament attiva fil-mediċini veterinarji u l-MRLs għal dik is-sustanza fil-prodotti ovini (ħlief il-ħalib) ġew stabbiliti abbażi tar-rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (2) fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (3). Dawk l-MRLs jenħtieġ li jinżammu fil-livelli eżistenti biex ikopru l-esponiment mill-użu fi prodotti mediċinali veterinarji fl-annimali ovini. Għall-prodotti l-oħra kollha huwa xieraq li jitħassru l-MRLs rispettivi stabbiliti għaċ-ċiromażina fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 14(1)(a) flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) wettqet valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva toprameżon għall-użi proposti mill-applikant fl-2014 (4). Fl-2020, l-applikazzjonijiet kollha għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva toprameżon ġew irtirati u l-proċedura ta’ tiġdid ġiet konkluża bin-nuqqas ta’ approvazzjoni tat-toprameżon (5). L-awtorizzazzjonijiet kollha li diġà jeżistu għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-toprameżon ġew revokati. Għalhekk huwa xieraq li l-MRLs stabbiliti għat-toprameżon fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għal-LOD u li l-LODs rispettivi jiġu elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 14(1)(a) flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
L-approvazzjoni tat-triflumiżol skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2020 u ma tressqet l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tagħha. L-awtorizzazzjonijiet kollha li diġà jeżistu għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triflumiżol ġew revokati. Għalhekk jixraq li l-MRLs stabbiliti għat-triflumiżol fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għal-LOD u li l-LODs rispettivi jiġu elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 14(1)(a) flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Għas-sustanzi kollha koperti minn dan ir-Regolament dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku. |
|
(6) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Għas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, biex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRLs immodifikati u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel it-12 ta’ Awwissu 2023.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Rapport ta’ sinteżi tal-Kumitat għall-prodotti mediċinali veterinarji. L-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, il-Mediċini Veterinarji u l-Ispezzjonijiet. EMEA/MRL/606/99-Final. Ġunju 1999.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2014. Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva toprameżon. EFSA Journal 2014;12(2):3540. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2014.3540.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/79 tal-27 ta’ Jannar 2021 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva toprameżon, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 8).
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, titħassar il-kolonna għat-toprameżon. |
|
(3) |
fl-Anness V, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għat-toprameżon u għat-triflumiżol: “ Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
((*)) Jindika limitu minimu ta’ kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I
((*)) Jindika limitu minimu ta’ kwantifikazzjoni analitika
(2) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I
|
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/148
tal-20 ta’ Jannar 2023
li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrati t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi,
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Fit-13 ta’ Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”) permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (3) (“ir-regolament oriġinali”). |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2019, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni estendiet il-miżuri tar-Regolament oriġinali għal ħames snin oħra permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2019/1198. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Novembru 2019, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) 2019/1198 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131 (4). |
|
(4) |
Fl-investigazzjoni oriġinali. il-kampjunar ġie applikat biex jiġu investigati l-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni imponiet rati individwali ta’ dazju anti-dumping li jvarjaw minn 13,1 % sa 18,3 % fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ inklużi fil-kampjun. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 17,9 %. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1198 kif sostitwit bl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2019/2131. Barra minn hekk, ġiet imposta wkoll rata ta’ dazju mal-pajjiż kollu ta’ 36,1 % fuq il-prodott ikkonċernat minn kumpaniji fir-RPĊ li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, l-Anness I ta' dak ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata tad-dazju medja ponderata ta' 17,9 %, meta dak il-produttur esportatur ġdid jagħti biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
|
B. TALBA GĦAL TRATTAMENT TA’ PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
|
(7) |
Fit-30 ta’ Ottubru 2020, Raoping Jinde Ceramics Co. Ltd. (“Jinde” jew l-“applikant”) ressqet talba lill-Kummissjoni biex tingħata trattament ta’ produttur esportatur ġdid (new exporting producer treatment, “NEPT”) u għalhekk tkun soġġetta għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw fir-RPĊ mhux inklużi fil-kampjun, li hija ta’ 17,9 %, filwaqt li sostniet li kienet issodisfat it-tliet kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1198 (“il-kundizzjonijiet NEPT”). |
|
(8) |
Sabiex tiddetermina jekk l-applikanti ssodisfawx il-kundizzjonijiet tan-NEPT, il-Kummissjoni l-ewwel bagħtet kwestjonarju lill-applikanti fejn talbet għal evidenza li turi li kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tan-NEPT. |
|
(9) |
Wara l-analiżi tat-tweġiba għall-kwestjonarju, fis-6 ta’ April 2021 il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni u evidenza ta’ sostenn, li l-applikant ippreżenta. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk l-applikant kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet tan-NEPT. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni analizzat l-evidenza ppreżentata mill-applikant u kkonsultat diversi bażijiet tad-data online inklużi Orbis (5) u Qichacha (6). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni infurmat lill-industrija tal-Unjoni dwar it-talba tal-applikant u stednitu jipprovdi kwalunkwe kumment jekk ikun hemm bżonn. L-industrija tal-Unjoni ssottomettiet kummenti fir-rigward tal-konformità tal-applikant mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) 2019/1198. |
Ċ. ANALIŻI TAT-TALBA
|
(11) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) 2019/1198 li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant tassew ma esportax lejn l-Unjoni matul il-perjodu. Jinde twaqqfet f’Diċembru 1995 u l-kumpanija ilha tesporta minn mindu twaqqfet. Madankollu, ir-reġistru tal-bejgħ tagħha ma juri l-ebda rekord ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, ir-reġistri ta’ Jinde matul dak il-perjodu kienu konformi mar-rapporti finanzjarji pprovduti u ma kien hemm l-ebda traċċa jew evidenza ulterjuri li tissuġġerixxi li l-applikant esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni qabel Jannar 2012, jiġifieri wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Fil-kummenti inizjali tagħha, l-industrija tal-Unjoni enfasizzat il-fatt li l-applikant kien involut f’attivitajiet ta’ esportazzjoni sa mill-istabbiliment tiegħu fl-1995, iżda ma pprovda l-ebda evidenza li turi li Jinde ma kinitx konformi mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) 2019/1198. Għalhekk, hemm biżżejjed evidenza li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (UE) 2019/1198 li l-applikant mhu relatat mal-ebda esportatur jew produttur li huwa soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (UE) 2019/1198, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet li Jinde mhi relatata mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping. Skont Qichacha, l-azzjonisti ta’ Jinde għandhom ishma fi tliet kumpaniji għajr Jinde nnifisha, li l-ebda waħda minnhom ma hija soġġetta għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (UE) 2019/1198. Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (UE) 2019/1198, li l-applikant effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni matul l-investigazzjoni stabbiliet li l-applikant kien esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fl-2019, għaldaqstant wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. L-applikanti ppreżentat fattura, ordni ta’ xiri, dokumenti ta’ żdoganar, polza ta’ kargu u rċevuta ta’ ħlas għal ordni magħmula fl-2019 minn kumpannija fi Franza. Minbarra din il-kunsinna, bejn l-2012 u l-2019 kien hemm konsenji oħra tal-prodott ikkonċernat lejn Franza, li għalihom l-applikant ipprovda wkoll dokumenti ta’ sostenn. Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni. |
|
(14) |
Għaldaqstant, l-applikant jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet li biex jingħata trattament ta’ produttur esportatur ġdid, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1198 u jenħtieġ għalhekk li t-talba tiġi milqugħa. Konsegwentement, l-applikant għandu jkun soġġett għal dazju anti-dumping ta’ 17,9 % għall-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali. |
D. DIVULGAZZJONI
|
(15) |
L-applikant u l-industrija tal-Unjoni kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet skont liema tqies xieraq li tingħata r-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli lill-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali lil Raoping Jinde Ceramics Co. Ltd. |
|
(16) |
Il-partijiet ingħataw il-possibbiltà li jissottomettu kummenti u l-industrija tal-Unjoni pprovdiet kummenti. |
|
(17) |
Wara d-divulgazzjoni, l-industrija tal-Unjoni sostniet li dikjarazzjoni finanzjarja awditjata hija rekwiżit statutorju għal kumpaniji b’investiment barrani fiċ-Ċina, li jinkludi wkoll l-applikant. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni talbet li tiġi pprovduta bl-isem tal-kumpanija relatata sabiex tipprovdi kummenti dwar l-operazzjonijiet kummerċjali tal-kumpanija relatata. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni pprovduta mill-applikant dwar il-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm rekwiżit statutorju ta’ dikjarazzjoni finanzjarja awditjata għal kumpaniji ta’ investiment barrani fiċ-Ċina. Fl-2009, il-Fergħa tat-Tassazzjoni ta’ Qiandong tal-Uffiċċju tat-Tassazzjoni tal-Kontea ta’ Raoping fil-Belt ta’ Chaozhou ħarġet avviż lill-applikant, li permezz tiegħu eżentatha mill-obbligu li tippreżenta rapporti awditjati. Konsegwentement, il-Kummissjoni stabbiliet li ma kienx hemm rekwiżit obbligatorju la qabel u lanqas wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet lill-industrija tal-Unjoni bl-isem tal-kumpanija relatata tal-applikant. Ma waslux aktar kummenti. |
|
(19) |
Dan ir-Regolament huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2019/1198 kif modifikat mir-Regolament (UE) 2019/2131 li fih il-lista tal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Kumpanija kodiċi addizzjonali |
TARIC |
|
Raoping Jinde Ceramics Co. Ltd. |
C879 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 189, 15.7.2019, p. 8.
(3) ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1.
(4) ĠU L 321, 12.12.2019, p. 139.
(5) Orbis huwa fornitur globali tad-data ta’ informazzjoni korporattiva li jkopri aktar minn 220 miljun kumpanija madwar id-dinja. Prinċipalment jipprovdi informazzjoni standardizzata dwar kumpaniji privati u strutturi korporattivi.
(6) Qichacha hija bażi ta’ data privata, bi skop ta’ qligħ, li tipprovdi data kummerċjali, informazzjoni ta’ kreditu, u analitika ta’ kumpaniji privati u pubbliċi bbażati fiċ-Ċina, għall-konsumaturi/professjonisti.
|
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/149
tal-20 ta’ Jannar 2023
li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/108/KE (2) inkludiet il-benfluralin bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin, kif stabbilita fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fit-28 ta’ Frar 2023. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin lin-Norveġja, l-Istat Membru relatur, u lin-Netherlands, l-Istat Membru korelatur. |
|
(5) |
L-applikanti ressqu l-fajls supplimentari meħtieġa lill-Istat Membru relatur, lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
|
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid b’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur, u ressqu lill-Awtorità u lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Awwissu 2017. Fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tagħha, in-Norveġja pproponiet li ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tal-benfluralin. |
|
(7) |
L-Awtorità għamlet il-fajls supplimentari disponibbli għall-pubbliku. L-Awtorità bagħtet ukoll l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikanti u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Fis-27 ta’ Settembru 2019, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni (6) tagħha dwar jekk jistax ikun mistenni li l-benfluralin jissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(9) |
Fil-konklużjoni tagħha, l-Awtorità identifikat għadd ta’ punti ta’ tħassib. B’mod partikolari identifikat riskju fit-tul għall-għasafar u għall-mammiferi, inkluż ir-riskju mill-avvelenament sekondarju ta’ għasafar u mammiferi li jieklu l-ħniex, bħala qasam kritiku ta’ tħassib. Barra minn hekk, l-Awtorità identifikat il-preżenza ta’ riskju fit-tul għall-organiżmi akkwatiċi mill-benfluralin, anki meta jiġu applikati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ riskju fit-tul għall-organiżmi akkwatiċi kkawżat mill-metaboliti 371R u 372R bħala qasam kritiku ta’ tħassib. Fl-aħħar nett, hija qalet li l-potenzjal ġenotossiku ta’ impurità ma jistax jiġi eskluż peress li l-ispeċifikazzjoni teknika, inkluż il-livell ta’ dik l-impurità, ma kinitx sostnuta mill-valutazzjoni tossikoloġika. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikanti jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni stiednet lill-applikanti biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar ir-rapport ta’ tiġdid. L-applikanti ressqu l-kummenti tagħhom, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(11) |
Fis-16 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni bagħtet mandat lill-Awtorità b’talba biex tirrevedi l-valutazzjonijiet tal-esponiment u tar-riskju fir-rigward tal-għasafar, tal-mammiferi u tal-organiżmi akkwatiċi. Fil-25 ta’ Awwissu 2022 (7), l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni konklużjoni aġġornata li kkonfermat it-tħassib identifikat fil-konklużjoni preċedenti. Il-Kummissjoni stiednet lill-applikanti jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar ir-rapport tat-tiġdid rivedut. L-applikanti ppreżentaw il-kummenti tagħhom, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(12) |
Minkejja l-argumenti mressqa mill-applikanti, it-tħassib dwar is-sustanza attiva u wieħed mill-metaboliti ma setax jiġi eliminat. |
|
(13) |
Għaldaqstant, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti ma ġiex stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew issodisfati. Għalhekk, jixraq li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin ma tiġġeddidx. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw iż-żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-benfluralin. |
|
(16) |
Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-benfluralin, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ grazzja f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dak il-perjodu jenħtieġ li jiskadi sa mhux iktar tard mit-12 ta’ Mejju 2024. |
|
(17) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2068 (8) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tal-benfluralin sat-28 ta’ Frar 2023 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza. Peress li ttieħdet deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni qabel dik id-data ta’ skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika qabel dik id-data. |
|
(18) |
Dan ir-Regolament ma jimpedixxix is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-benfluralin skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin mhijiex imġedda.
Artikolu 2
Emenda lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 188 dwar il-benfluralin.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-benfluralin bħala sustanza attiva sat-12 ta’ Awwissu 2023.
Artikolu 4
Perjodu ta’ Grazzja
Kull perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jiskadi sat-12 ta’ Mejju 2024.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/108/KE tas-26 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-flutolanil, il-benfluralin, il-fluazinam, il-fuberidazole u l-mepiquat bħala sustanzi attivi (ĠU L 317, 27.11.2008, p. 6).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26). Dan ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament (UE) 2020/1740, iżda għadu japplika għall-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi: (1) li l-perjodu tal-approvazzjoni tagħhom jintemm qabel is-27 ta’ Marzu 2024; (2) li fil-każ tagħhom, Regolament adottat f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fis-27 ta’ Marzu 2021 jew wara din id-data, jestendi l-perjodu tal-approvazzjoni sas-27 ta’ Marzu 2024 jew sa data iktar tard.
(6) EFSA. 2019. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance benfluralin. EFSA Journal 2019;17(10):5842. 34 pp. doi:10.2903/j.efsa.2019.5842.
(7) EFSA. 2022. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance benfluralin. EFSA Journal 2022;20(9):7556, 36 pp. doi:10.2903/j.efsa.2022.7556.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2068 tal-25 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimoxystrobin, fluazinam, flutolanil, mecoprop-P, mepiquat, metiram, oxamyl u pyraclostrobin (ĠU L 421, 26.11.2021, p. 25).
|
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/150
tal-20 ta’ Jannar 2023
li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew l-irtirar tiegħu, ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, rigward ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(3), 36(4) u 42(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard għal kull marda elenkata f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu u jistabbilixxi kif iridu jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tiegħu, u programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tiegħu, u l-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tapprova jew tirtira l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (c) tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelisen mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard tal-annimali elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod speċifiku, jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li għandhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard wasslet għall-ħtieġa li issa jiġu emendati ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, sabiex jiġu elenkati Stati Membri jew żoni tagħhom u biex jitneħħew mil-listi ż-żoni fejn ġew ikkonfermati tifqigħat ta’ mard jew fejn il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ma għadhomx jiġu ssodisfati. |
|
(4) |
Għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, M. caprae u M. tuberculosis) (MTBC), l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV), l-infezzjoni bid-dijarea virali bovina (BVD), l-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (BTV), u l-infezzjoni bis-settiċemija emorraġika virali (VHS), għadd ta’ Stati Membri reċentement applikaw mal-Kummissjoni biex ikollhom status ta’ ħelsien mill-mard għal parti mit-territorju tagħhom. Għadd ta’ Stati Membri nnotifikaw ukoll tifqigħat ta’ infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV), BTV, u ta’ infezzjoni bin-nekrożi ematopojetika (IHN) li jeħtieġ li jiġu riflessi wkoll f’ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
|
(5) |
Għall-infezzjoni bl-MTBC, Spanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bl-MTBC stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Komunitajiet Awtonomi tal-Gżejjer Baleariċi, tal-Katalonja u ta’ Murcia. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-MTBC. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bl-MTBC. |
|
(6) |
Għall-infezzjoni bl-ADV, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-ADV stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Komunità Awtonoma ta’ Trento u ta’ Veneto. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji tal-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-ADV. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bl-ADV. |
|
(7) |
Għall-infezzjoni bil-BVD, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BVD stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati f‘Dachau, f’Straubing-Bogen u f’Günzburg fil-Bavarja. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-BVD. |
|
(8) |
L-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni b’diversi tifqigħat ta’ infezzjoni bil-RABV fil-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg. Peress li t-territorju kollu tal-Ungerija għandu status ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-RABV u huwa elenkat fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jenħtieġ li jiġi rtirat, u l-entrata għall-Ungerija f’dik il-lista jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Għall-infezzjoni bil-RABV, l-Ungerija ressqet ukoll applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-RABV. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jiġi elenkat fil-Parti II tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala żona li għandha programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-RABV. |
|
(10) |
Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni b’tifqigħat ta’ infezzjoni bil-BTV serotip 4 fid-distretti ta’ Aveiro, Bragança, Coimbra, Guarda u Viseu, li jaffettwaw ukoll id-distretti tal-madwar. Peress li dawk id-distretti għandhom status ta’ ħelsien mill-mard u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tagħhom għall-infezzjoni bil-BTV jiġi rtirat, u jenħtieġ li l-entrata għall-Portugall f’dik il-lista tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat tal-infezzjoni bil-BTV serotip 4 fil-provinċja ta’ Toledo fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, u fil-provinċja ta’ Salamanca fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y Leon li taffettwa wkoll żoni fil-provinċja ta’ Avila u Zamora. Peress li dawk iż-żoni għandhom status ta’ ħelsien mill-mard u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tagħhom għall-infezzjoni bil-BTV jiġi rtirat, u jenħtieġ li l-entrata għal Spanja f’dik il-lista tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, Spanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BTV huma ssodisfati għal ċerti reġjuni tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Aragona u ta’ Navarra u f’ċerti reġjuni fil-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. Peress li l-BTV ġie eradikat b’suċċess minn dawk il-Komunitajiet Awtonomi, it-territorju kollu ta’ dawk il-Komunitajiet Awtonomi, jenħtieġ għalhekk, li jiġi elenkat fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-BTV. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BTV huma ssodisfati għall-Bundesland Saarland u għal ċerti partijiet tal-Bundesland Rheinland-Pfalz. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-BTV. |
|
(14) |
Fir-rigward tal-VHS, il-Finlandja pprovdiet informazzjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-VHS huma ssodisfati għall-provinċja ta’ Åland. Dik l-informazzjoni tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-VHS. Peress li l-VHS ġie eradikat b’suċċess mill-provinċja ta’ Åland, it-territorju kollu tal-Finlandja jenħtieġ għalhekk, li jiġi elenkat fil-Parti I tal-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu status ta’ ħelsien mill-mard għall-VHS. |
|
(15) |
Minbarra dan, il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħa ta’ IHN fil-provinċja ta’ Åland, f’żona li hija elenkata bl-istatus ta’ ħelsien mill-mard fl-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk, jenħtieġ li l-istatus ta’ ħelsien mill-mard taż-żona infettata jiġi rtirat u jenħtieġ li dak il-kompartiment jitħassar mill-Parti I ta’ dak l-Anness, u jenħtieġ li l-entrata għal dak l-Istat Membru f’dik il-lista tiġi emendata skont dan. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II, III, VI, VII, VIII, XII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, VI, VII VIII, XII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).
ANNESS
L-Annessi II, III, VI, VII, VIII, XII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej
|
|
(4) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Anness VIII, il-Parti I hija emendata kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Anness VIII, il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI II L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-BTV
|
|
(7) |
Fl-Anness XII, il-Parti I, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(8) |
Fl-Anness XIII, il-Parti I, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/151
tas-17 ta’ Jannar 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-FSE stabbilit skont il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti AfrikaĊentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tas-Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, (il-“Ftehim”) (1), ġie ffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Jannar 2009 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE (2), u ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-4 ta’ Awwissu 2014. |
|
(2) |
Skont il-Ftehim, il-Parti Afrika Ċentrali hija komposta mir-Repubblika tal-Kamerun. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 92 tal-Ftehim, huwa stabbilit Kumitat tal-FSE UE-Afrika Ċentrali, li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-oqsma kollha koperti mill-Ftehim u għat-twettiq tal-kompiti kollha msemmija fih. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE UE-Afrika Ċentrali, adottati fil-15 ta’ Diċembru 2016 bid-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat tal-FSE (3), għat-twettiq effettiv tal-kompiti tiegħu, il-Kumitat tal-FSE UE-Afrika Ċentrali jista’ jistabbilixxi taħt l-awtorità tiegħu sottokumitati responsabbli għat-trattament ta’ suġġetti speċifiċi skont il-Ftehim. Għaldaqstant, il-Kumitat tal-FSE UE-Afrika Ċentrali jista’ jistabbilixxi Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar l-istabbiliment ta’ Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali peress li din se jkollha effetti legali fl-Unjoni. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-istabbiliment tas-Sottokumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tal-FSE stabbilit skont il-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda u l-Parti Afrika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 57, 28.2.2009, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru .../2023 TAL-KUMITAT TAL-FSE stabbilit mill-FTEHIM PRELIMINARI LEJN FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA bejn IL-KOMUNITÀ EWROPEA u L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, min-naħa, u L-PARTI AFRIKA ĊENTRALI, min-naħa l-oħra,
ta' ...
dwar l-istabbiliment tas-Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
IL-KUMITAT TAL-FSE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat tal-FSE tal-15 ta’ Diċembru 2016 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 92 tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (il-"Ftehim") (1), jipprevedi li l-Kumitat tal-FSE għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-oqsma kollha koperti mill-Ftehim u mit-tlestija tal-kompiti kollha msemmija fih. |
|
(2) |
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat tal-FSE tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (2) jipprevedi li l-Kumitat tal-FSE jista’ jistabbilixxi taħt l-awtorità tiegħu sottokumitati responsabbli għat-trattament ta’ suġġetti speċifiċi skont il-Ftehim. |
|
(3) |
Huwa neċessarju li jiġi stabbilit Sottokumitat tal-FSE dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għas-sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Parti Afrika Ċentrali huwa b’dan stabbilit biex iwettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 2.
2. L-għan ewlieni tas-Sottokumitat tal-EPA għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali huwa li jiffaċilita l-iskambji dwar kwistjonijiet agrikoli, pastorali u ta’ żvilupp rurali.
Artikolu 2
1. Is-Sottokumitat tal-EPA għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun responsabbli biex jistudja dokumenti sabiex jelabora opinjonijiet, kif ukoll jiżviluppa u joħroġ opinjonijiet u jagħmel suġġerimenti dwar kwistjonijiet agrikoli, pastorali u ta’ żvilupp rurali. Huwa għandu jippermetti lill-Partijiet jiskambjaw l-esperjenzi, l-informazzjoni u l-aħjar prattiki tagħhom u jikkonsultaw lil xulxin dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-objettivi ġenerali u speċifiċi definiti fl-Artikolu 2 tat-Titolu I tal-Ftehim, u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sottokumitat kif deskritt hawn taħt.
2. Is-Sottokumitat tal-EPA għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun responsabbli, taħt l-awtorità tal-Kumitat tal-FSE, għal:
|
(a) |
il-monitoraġġ tal-aspetti kollha tat-Titoli II, III u V tal-Ftehim relatati mal-kummerċ fi prodotti agrikoli u tal-bhejjem, kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji, is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali, kif ukoll kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali u żvilupp sostenibbli, kif japplikaw għall-prodotti agrikoli u tal-bhejjem; |
|
(b) |
it-twettiq ta’ djalogu ta’ politika dwar l-agrikoltura, il-bhejjem u l-iżvilupp rurali fl-oqsma li ġejjin:
|
3. Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun responsabbli wkoll għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE sa fejn dawn ikunu relatati mal-qasam ta’ kompetenza definit fil-paragrafu 2.
4. Is-Sottokumitat tal-FSE għandu jippreżenta l-opinjonijiet tiegħu lill-Kumitat tal-FSE.
Artikolu 3
Is-Sottokumitat tal-FSE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għandu jkun magħmul, fuq naħa waħda, minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u, fuq in-naħa l-oħra, minn rappreżentanti tal-Parti Ċentru-Afrikana. Il-partijiet rappreżentati jistgħu jiddeċiedu b’mod konġunt li jistiednu parteċipanti oħra, b’mod partikolari rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati milquta mill-qasam ta’ kompetenza tas-sottokumitat.
Artikolu 4
Is-Sottokumitat tal-FSE għandu jiltaqa’ jew fiżikament jew bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor stabbilit bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. L-aġenda u l-frekwenza tal-laqgħat tas-sottokumitat għandhom jiġu stabbiliti b’kunsens bejn il-partijiet.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fd-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, ....
Għar-Repubblika tal-Kamerun
Għall-Unjoni Ewropea