|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/1 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2022/2523
tal-14 ta’ Diċembru 2022
dwar l-iżgurar ta' livell minimu globali ta' tassazzjoni għal gruppi ta' intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
F'dawn l-aħħar snin, l-Unjoni adottat miżuri storiċi sabiex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa fi ħdan is-suq intern. Id-direttivi kontra l-evitar tat-taxxi stabbilixxew regoli kontra l-erożjoni tal-bażijiet tat-taxxa fis-suq intern u t-trasferiment tal-profitti 'l barra mis-suq intern. Dawk ir-regoli kkonverġew fil-liġi tal-Unjoni r-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) fil-kuntest tal-inizjattiva kontra l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt (BEPS, Base Erosion and Profit Shifting) sabiex jiġi żgurat li l-profitti tal-intrapriżi multinazzjonali (MNEs, multinational enterprises) jiġu ntaxxati fejn l-attivitajiet ekonomiċi li jiġġeneraw dawk il-profitti jsiru u fejn jinħoloq il-valur. |
|
(2) |
Fi sforz kontinwu sabiex jintemmu l-prattiki tat-taxxa tal-MNEs li jippermettulhom iċaqilqu l-profitti lejn ġuriżdizzjonijiet fejn huma soġġetti għal ebda tassazzjoni jew għal rata ta' tassazzjoni baxxa ħafna, l-OECD żviluppat ukoll sett ta' regoli internazzjonali dwar it-taxxa sabiex tiżgura li l-MNEs iħallsu sehem ġust tat-taxxa kull fejn joperaw. Dik ir-riforma ewlenija għandha l-għan li tpoġġi limitu minimu fuq il-kompetizzjoni fir-rati tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu permezz tal-istabbiliment ta' livell globali minimu ta' tassazzjoni. Bit-tneħħija ta' parti sostanzjali mill-vantaġġi tat-trasferiment tal-profitti lejn ġuriżdizzjonijiet mingħajr tassazzjoni jew b'rata ta' tassazzjoni baxxa ħafna, ir-riforma globali tat-taxxa minima ser twassal għal kundizzjonijiet ekwi għan-negozji madwar id-dinja u tippermetti lill-ġuriżdizzjonijiet jipproteġu aħjar il-bażijiet tat-taxxa tagħhom. |
|
(3) |
Dak l-objettiv politiku ġie tradott fl-Isfidi tat-Taxxa li jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija - fir-Regoli Mudell Globali Kontra l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa (it-Tieni Pilastru) ("OECD Regoli Mudell") approvati fl-14 ta' Diċembru 2021 mill-Qafas inklużiv tal-OECD/tal-G20 dwar il-BEPS li l-Istati Membri ħadu impenn li jirrispettaw. Fir-rapport tiegħu lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa approvat mill-Kunsill fis-7 ta' Diċembru 2021, il-Kunsill tenna l-appoġġ sod tiegħu għar-riforma tat-taxxa minima globali u ħa impenn favur implimentazzjoni rapida ta' dik ir-riforma permezz tal-liġi tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, huwa essenzjali li l-Istati Membri jimplimentaw b'mod effettiv l-impenn tagħhom sabiex jiksbu livell globali minimu ta' tassazzjoni. |
|
(4) |
F'Unjoni ta' ekonomiji integrati mill-qrib, huwa kruċjali li r-riforma globali tat-taxxa minima tiġi implimentata b'mod koerenti u kkoordinat biżżejjed. Meta jitqiesu l-iskala, id-dettall u t-teknikalitajiet ta' dawk ir-regoli internazzjonali ġodda tat-taxxa, qafas komuni tal-Unjoni biss jipprevjeni frammentazzjoni tas-suq intern fl-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, qafas komuni tal-Unjoni, imfassal sabiex ikun kompatibbli mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ikun jipprovdi lill-kontribwenti b'ċertezza legali meta jimplimentaw tali regoli. |
|
(5) |
Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġi stabbilit qafas effiċjenti u koerenti għal-livell minimu globali ta' tassazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Dak il-qafas joħloq sistema ta' żewġ regoli minsuġin flimkien, imsejħin f'daqqa wkoll bħala "r-regoli tal-GloBE", li permezz tagħhom jenħtieġ li jinġabar ammont addizzjonali ta' taxxa ('taxxa kumplimentari') kull darba li r-rata tat-taxxa effettiva ta' MNEs f'ġuriżdizzjoni partikolari tkun anqas minn 15 %. F'każijiet bħal dawn, il-ġuriżdizzjoni jenħtieġ li titqies li għandha rata baxxa ta' tassazzjoni. Dawk iż-żewġ regoli minsuġin flimkien jissejħu r-Regola ta' Inklużjoni tal-Introjtu (IIR, Income Inclusion Rule) u r-Regola dwar il-Profitti Sottontaxxati (UTPR, Undertaxed Payment Rule). Skont dik is-sistema, l-entità omm ta' MNE li tinsab fi Stat Membru jenħtieġ li tkun obbligata li tapplika l-IIR għas-sehem tagħha ta' taxxa kumplimentari relatata ma' kwalunkwe entità tal-grupp li għandha rata ta' tassazzjoni baxxa, kemm jekk dik l-entità tinsab fl-Unjoni kif ukoll jekk barra minnha. Jenħtieġ li l-UTPR taġixxi bħala garanzija ta' kontinġenza għall-IIR permezz ta' riallokazzjoni ta' kwalunkwe ammont residwu ta' taxxa kumplimentari f'każijiet li fihom l-ammont kollu ta' taxxa kumplimentari relatata ma' entitajiet b'taxxa baxxa ma jkunx jista' jinġabar mill-entitajiet omm permezz tal-applikazzjoni tal-IIR. |
|
(6) |
Huwa neċessarju li jiġu implimentati r-Regoli Mudell tal-OECD maqbula mill-Istati Membri b'mod li jibqa' kemm jista' jkun qrib il-ftehim globali, sabiex jiġi żgurat li r-regoli implimentati mill-Istati Membri skont din id-Direttiva huma kkwalifikati fit-tifsira tar-Regoli Mudell tal-OECD. Din id-Direttiva ssegwi mill-qrib il-kontenut u l-istruttura tar-Regoli Mudell tal-OECD . Sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-liġi primarja tal-Unjoni, u b'mod partikolari mal-prinċipju ta' libertà ta' stabbiliment, jenħtieġ li r-regoli ta' din id-Direttiva japplikaw għal entitajiet residenti fi Stat Membru kif ukoll għal entitajiet mhux residenti ta' entità omm li tinsab f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika wkoll għal gruppi purament domestiċi fuq skala kbira. B'dan il-mod, il-qafas legali jkun imfassal sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' diskriminazzjoni bejn sitwazzjonijiet transfruntiera u domestiċi. L-entitajiet kollha li jinsabu fi Stat Membru li jkollu rata baxxa ta' tassazzjoni, inkluż l-entità omm li tapplika l-IIR, jenħtieġ li jkunu soġġetti għat-taxxa kumplimentari. Bl-istess mod, l-entitajiet kostitwenti tal-istess entità omm li jinsabu fi Stat Membru ieħor, li jkollu rata baxxa ta' tassazzjoni, jenħtieġ li jkunu soġġetti għat-taxxa kumplimentari. |
|
(7) |
Filwaqt li huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-prattiki tal-evitar tat-taxxa jiġu skoraġġuti, jenħtieġ li jiġu evitati impatti negattivi fuq MNEs iżgħar fis-suq intern. Għal dak il-għan, jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika biss għal entitajiet li jinsabu fl-Unjoni li huma membri ta' gruppi MNE jew ta' gruppi domestiċi fuq skala kbira li jilħqu s-soll annwali ta' mill-inqas EUR 750 000 000 ta' dħul konsolidat. Dak is-soll ikun konsistenti mas-soll tar-regoli internazzjonali eżistenti dwar it-taxxa bħar-regoli ta' rapport għal kull pajjiż kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (3), introdotta permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 (4). L-entitajiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jissejħu 'entitajiet kostitwenti'. Jenħtieġ li ċerti entitajiet jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fuq il-bażi tal-iskop u tal-istatus partikolari tagħhom. L-entitajiet esklużi jenħtieġ li jkunu dawk li ġeneralment ma jwettqux kummerċ jew negozju u jwettqu attivitajiet fl-interess ġenerali, bħal provvista ta' kura tas-saħħa pubblika u l-edukazzjoni jew il-bini ta' infrastruttura pubblika, u li għal dawk ir-raġunijiet, jistgħu ma jkunux soġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-entitajiet governattivi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-fondi tal-pensjoni u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ inkluż l-organizzazzjonijiet għal finijiet bħas-saħħa pubblika. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ ikunu jistgħu jinkludu wkoll assiguraturi tal-kura tas-saħħa li ma jfittxux jew ma jagħmlu l-ebda profitt għajr għall-benefiċċju tal-kura tas-saħħa pubblika. Jenħtieġ li anke l-fondi ta' investiment u l-veikoli ta' investiment immobiljari jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta jkunu fil-quċċata tal-katina tas-sjieda, peress li l-introjtu miksub minn dawk l-entitajiet jiġi ntaxxat fil-livell tas-sidien tagħhom. |
|
(8) |
L-entità omm apikali ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira, fejn dik l-entita' omm direttament jew indirettament għandha interess kontrollanti fl-entitajiet kostitwenti l-oħrajn kollha tal-grupp MNE jew tal-grupp domestiku fuq skala kbira, tinsab fil-qalba tas-sistema. Peress li l-entità omm apikali normalment tkun meħtieġa tikkonsolida l-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet kollha tal-grupp MNE jew tal-grupp domestiku fuq skala kbira jew, jekk dak ma jkunx il-każ, tkun meħtieġa tagħmel dan skont standard ta' kontabilità finanzjarja aċċettabbli, hija jkollha informazzjoni kritika u tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiżgura li l-livell ta' tassazzjoni għal kull ġuriżdizzjoni għall-grupp jikkonforma mar-rata ta' taxxa minima miftiehma. Għalhekk, meta l-entità omm apikali tkun tinsab fl-Unjoni, jenħtieġ li ġġarrab l-obbligu primarju skont din id-Direttiva li tapplika l-IIR għas-sehem allokabbli tagħha tat-taxxa kumplimentari relatata mal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa kollha tal-grupp MNE, kemm jekk ikunu jinsabu fl-Unjoni kif ukoll jekk ikunu barra minnha. L-entità omm apikali ta' grupp domestiku fuq skala kbira jenħtieġ li tapplika l-IIR għall-ammont kollu ta' taxxa kumplimentari fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti tagħha b'taxxa baxxa. |
|
(9) |
F'ċerti ċirkostanzi, dak l-obbligu li jiġi applikat l-IIR jenħtieġ li jgħaddi għal entitajiet kostitwenti oħrajn tal-grupp MNE li jinsabu fl-Unjoni. L-ewwel nett, meta l-entità omm apikali tkun entità eskluża jew tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li ma tkunx implimentat ir-Regoli Mudell tal-OECD jew regoli ekwivalenti u, b'hekk, ma jkollhiex IIR kwalifikata, l-entitajiet omm intermedji li jinsabu taħt l-entità omm apikali fil-katina tas-sjieda u li jinsabu fl-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-obbligu skont din id-Direttiva li japplikaw l-IIR sas-sehem allokabbli tagħhom tat-taxxa kumplimentari. Madanakollu, meta entita' omm intermedja li tkun meħtieġa tapplika l-IIR ikollha interess kontrollanti f'entita' omm intermedja oħra, jenħtieġ li l-IIR tiġi applikata mill-entita' omm intermedja msemmija l-ewwel. |
|
(10) |
It-tieni, irrispettivament minn jekk l-entità omm apikali tkunx tinsab f'ġuriżdizzjoni li għandha IIR kwalifikata, l-entitajiet omm posseduti parzjalment ) li jinsabu fl-Unjoni li jkunu aktar minn 20 % proprjetà ta' detenturi ta' interessi barra mill-grupp jenħtieġ li jiġu obbligati skont din id-Direttiva li japplikaw l-IIR sas-sehem allokabbli tagħhom tat-taxxa kumplimentari. Madankollu, jenħtieġ li t-tali entitajiet omm posseduti parzjalment ma japplikawx l-IIR meta jkunu kompletament proprjetà ta' entita' omm posseduta parzjalment oħra li tkun meħtieġa tapplika l-IIR. It-tielet, meta l-entità omm apikali tkun entità eskluża jew tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni mingħajr IIR kwalifikata, jenħtieġ li l-entitajiet kostitwenti tal-grupp japplikaw il-UTPR għal kwalunkwe ammont residwu ta' taxxa kumplimentari li ma kienx soġġett għall-IIR bi proporzjon ma' formula ta' allokazzjoni bbażata fuq in-numru ta' impjegati u ta' assi tanġibbli tagħhom. Ir-raba’, meta l-entità omm apikali tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz b'IIR kwalifikata, jenħtieġ li l-entitajiet kostitwenti tal-grupp MNE japplikaw il-UTPR għall-entitajiet kostitwenti li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz, f'każijiet li fihom dik il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz ikollha rata baxxa ta' tassazzjoni fuq ir-rata effettiva ta' taxxa tal-entitajiet kostitwenti kollha f'dik il-ġuriżdizzjoni, inkluż dik tal- entità omm apikali. |
|
(11) |
F'konformità mal-objettivi tal-politika tar-riforma globali minima tat-taxxa fir-rigward tal-kompetizzjoni ġusta tat-taxxa fost il-ġuriżdizzjonijiet, jenħtieġ li l-komputazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva ssir f'livell ġuriżdizzjonali. Għall-fini tal-komputazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi sett komuni ta' regoli speċifiċi għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa, imsejħa 'introjtu jew telf kwalifikanti', u għat-taxxi mħallsin, imsejħin 'taxxi koperti'. Il-punt tat-tluq jenħtieġ li jkun il-kontijiet finanzjarji użati għal finijiet ta' konsolidazzjoni, li mbagħad jenħtieġ li jkunu soġġetti għal serje ta' aġġustamenti, inkluż l-akkomodazzjoni tad-differenzi fit-twaqqit, sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni bejn il-ġuriżdizzjonijiet. Barra minn hekk, l-introjtu jew telf kwalifikanti u t-taxxi koperti ta' ċerti entitajiet jenħtieġ li jiġu allokati għal entitajiet rilevanti oħrajn fi ħdan il-grupp MNE sabiex tiġi żgurata n-newtralità fit-trattament tat-taxxa tal-introjtu jew telf kwalifikanti li jista' jkun soġġett għal taxxi koperti f'diversi ġuriżdizzjonijiet, jew minħabba n-natura tal-entitajiet (pereżempju, entitajiet passarella, entitajiet ibridi jew stabbilimenti permanenti) jew minħabba t-trattament tat-taxxa speċifiku tal-introjtu (pereżempju, pagament tal-imgħax jew reġim tat-taxxa għall-kumpaniji barranin kontrollati). Fir-rigward tat-taxxi koperti, jenħtieġ li din id-Direttiva tiġi interpretata fid-dawl ta' kwalunkwe gwida ulterjuri pprovduta mill-OECD, li jenħtieġ li titqies mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni uniformi tat-taxxi koperti tal-Istati Membri kollha u l-ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi. |
|
(12) |
Jenħtieġ li r-rata tat-taxxa effettiva ta' grupp MNE f'kull ġuriżdizzjoni fejn iwettaq attivitajiet jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira titqabbel mar-rata minima miftiehma tat-taxxa ta' 15 % sabiex jiġi ddeterminat jekk il-grupp MNE jew il-grupp domestiku fuq skala kbira jenħtieġx li jkun obbligat iħallas taxxa kumplimentari u, konsegwentement, jenħtieġx li japplika l-IIR jew il-UTPR. Ir-rata minima tat-taxxa ta' 15 % miftiehma mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS tirrifletti bilanċ bejn ir-rati tat-taxxa korporattiva madwar id-dinja. F'każijiet li fihom r-rata tat-taxxa effettiva ta' grupp MNE taqa' taħt ir-rata minima tat-taxxa f'ġuriżdizzjoni partikolari, jenħtieġ li t-taxxa kumplimentari tiġi allokata lill-entitajiet fil-grupp MNE li huma obbligati jħallsu dik it-taxxa f'konformità mal-applikazzjoni tal-IIR u tal-UTPR, sabiex tikkonforma mar-rata effettiva minima miftiehma globalment ta' 15 %. F'każijiet fejn ir-rata effettiva tat-taxxa ta' grupp domestiku fuq skala kbira taqa' taħt ir-rata minima tat-taxxa, jenħtieġ li l-entità omm apikali tal-grupp domestiku fuq skala kbira tapplika l-IIR fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa tagħha, sabiex jiġi żgurat li t-tali grupp ikun obbligat iħallas it-taxxa b'rata ta' taxxa minima effettiva ta' 15 %. |
|
(13) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-dħul mit-taxxa kumplimentari miġbur mill-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa li jinsabu fit-territorju tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li japplikaw sistema ta' taxxa kumplimentari domestika kwalifikata. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta jagħżlu li japplikaw taxxa kumplimentari domestika kwalifikata, bl-objettiv li jipprovdu lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra u ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi, kif ukoll gruppi MNE, b'ċertezza suffiċjenti fir-rigward tal-applikabbiltà tat-taxxa kumplimentari domestika kwalifikata għal entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li l-entitajiet kostitwenti ta' grupp MNE li jinsabu fi Stat Membru li jkun iddeċieda li jimplimenta tali sistema fis-sistema domestika tat-taxxa tiegħu stess iħallsu t-taxxa kumplimentari lil dak l-Istat Membru. Tali sistema jenħtieġ li tiżgura li t-tassazzjoni effettiva minima tal-introjtu jew tat-telf kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti tiġi kkomputata bl-istess mod kif tiġi kkomputata t-taxxa kumplimentari f'konformità ma' din id-Direttiva. |
|
(14) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ proporzjonat, jenħtieġ li din id-Direttiva tqis ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom jitnaqqsu r-riskji tal-BEPS. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tinkludi esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza bbażata fuq il-kostijiet assoċjati mal-impjegati u fuq il-valur tal-assi tanġibbli f'ġuriżdizzjoni partikolari. Dik l-esklużjoni tirriżolvi, sa ċertu punt, sitwazzjonijiet li fihom grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira jwettaq attivitajiet ekonomiċi li jeħtieġu preżenza materjali f'ġuriżdizzjoni b'taxxa baxxa, peress li f'tali każ il-prattiki tal-BEPS x'aktarx ma jiffjorixxux. Jenħtieġ li l-każ speċifiku tal-gruppi MNE li jinsabu fil-fażi inizjali tal-attività internazzjonali tagħhom jitqies ukoll, sabiex ma jiġix skoraġġut l-iżvilupp ta' attivitajiet transfruntiera mill-gruppi MNE li jibbenefikaw minn tassazzjoni baxxa fil-ġuriżdizzjoni domestika tagħhom fejn ikunu qed joperaw b'mod predominanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-attivitajiet domestiċi b'taxxa baxxa ta' tali gruppi MNE jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli għal perijodu tranżizzjonali ta' ħames snin, dment li l-grupp MNE ma jkollux entitajiet kostitwenti f'aktar minn sitt ġuriżdizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għal gruppi domestiċi fuq skala kbira, jenħtieġ li l-introjtu mill-attivitajiet ta' tali gruppi jiġi eskluż ukoll għal perijodu tranżizzjonali ta' ħames snin. |
|
(15) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni partikolari tal-Istati Membri li fihom hemm ftit ħafna gruppi li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom u li jakkomodaw għadd tant baxx ta' entitajiet kostitwenti li jkun sproporzjonat li tintalab immedjatament l-applikazzjoni tal-IIR u tal-UTPR mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta' dawk l-Istati Membri, u minħabba l-istatus ta' approċċ komuni tar-regoli GloBE, ikun adegwat li dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-IIR u l-UTPR għal perijodu limitat ta' żmien. L-Istati Membri li jagħżlu li jagħmlu hekk jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
(16) |
L-Istati Membri li jagħżlu li ma japplikawx l-IIR u l-UTPR temporanjament jenħtieġ li jittrasponu din id-Direttiva sabiex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' tassazzjoni ta' livell minimu globali għal gruppi ta' intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-obbligu għall-entitajiet kostitwenti nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li jinfurmaw lill-entitajiet kostitwenti tal-Istati Membri l-oħra u l-pajjiżi terzi, sabiex l-Istati Membri l-oħra u l-pajjiżi terzi jkunu jistgħu japplikaw l-UTPR. Il-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri li eżerċitaw dik l-għażla jenħtieġ li jkun limitat sa fejn ikun possibbli, filwaqt li tiġi ppreservata l-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva fl-Unjoni kollha. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li jidħlu f'diskussjoni mal-Kummissjoni, filwaqt li jfittxu l-parir u l-assistenza tagħha bil-ħsieb li jintlaħaq fehim komuni tal-arranġamenti prattiċi għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali. |
|
(17) |
Minħabba n-natura volatili ħafna u ċ-ċiklu ekonomiku twil tas-settur tat-tbaħħir, dan is-settur huwa tradizzjonalment soġġett għal reġimi alternattivi jew supplimentari ta' tassazzjoni fl-Istati Membri. Sabiex jiġi evitat li jiġi mminat dak ir-raġunament tal-politika u sabiex l-Istati Membri jitħallew ikomplu japplikaw trattament tat-taxxa speċifiku għas-settur tat-tbaħħir f'konformità mal-prattika internazzjonali u mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-introjtu mit-tbaħħir jiġi eskluż mis-sistema. |
|
(18) |
Sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-objettivi tar-riforma globali tat-taxxa minima u l-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u għall-kontribwenti, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi esklużjoni de minimis għall-gruppi MNE jew għall-gruppi domestiċi fuq skala kbira li għandhom dħul medju ta' anqas minn EUR 10 000 000 u introjtu jew telf kwalifikanti medju ta' anqas minn EUR 1 000 000 f'ġuriżdizzjoni. Jenħtieġ li tali gruppi MNE jew gruppi domestiċi fuq skala kbira ma jħallsux taxxa kumplimentari anke jekk ir-rata effettiva tat-taxxa tagħhom tkun taħt ir-rata minima tat-taxxa f'dik il-ġuriżdizzjoni. |
|
(19) |
L-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva għall-gruppi MNE u għall-gruppi domestiċi fuq skala kbira li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha għall-ewwel darba tista' twassal għal distorsjonijiet li jirriżultaw mill-eżistenza ta' attributi tat-taxxa, inkluż telf minn snin tat-taxxa preċedenti, jew minn differenzi fit-twaqqit, u teħtieġ regoli tranżizzjonali sabiex jiġu eliminati distorsjonijiet bħal dawn. Jenħtieġ li japplika wkoll tnaqqis gradwali tar-rati għall-pagi u għall-esklużjonijiet marbuta mal-assi tanġibbli fuq għaxar snin sabiex tkun tista' ssir tranżizzjoni bla xkiel għas-sistema tat-taxxa l-ġdida. |
|
(20) |
Meta jitqies li l-gruppi MNE u l-gruppi domestiċi fuq skala kbira jenħtieġ li jħallsu t-taxxa f'livell minimu f'ġuriżdizzjoni partikolari u għal sena fiskali partikolari, taxxa kumplimentari jenħtieġ ikollha l-għan esklussiv li tiżgura li l-profitti ta' tali gruppi jkunu soġġetti għal taxxa b'rata tat-taxxa effettiva minima f'sena fiskali partikolari. Għal dik ir-raġuni, ir-regoli dwar taxxa kumplimentari jenħtieġ li ma joperawx bħala taxxa imposta direttament fuq l-introjtu ta' entità iżda minflok jenħtieġ li japplikaw għall-qligħ eċċessiv f'konformità ma' bażi standardizzata u mekkaniżmi speċifiċi ta' komputazzjoni tat-taxxa sabiex jidentifikaw introjtu intaxxat b'rata baxxa fi ħdan il-gruppi kkonċernati u jimponu taxxa kumplimentari li ġġib ir-rata tat-taxxa effettiva ta' grupp fuq dak l-introjtu sal-livell minimu miftiehem ta' taxxa. Madankollu, it-tfassil tal-IIR u tal-UTPR bħala taxxi kumplimentari ma jżommx lil ġuriżdizzjoni milli tapplika dawk ir-regoli skont sistema tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv fil-liġi domestika tagħha. |
|
(21) |
Bħala riżultat tal-ftehim politiku milħuq fil-livell internazzjonali, is-sistemi tat-taxxa fuq id-distribuzzjoni kkunsidrati mir-regoli GloBE jenħtieġ li jkunu dawk fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2021 jew qabel, id-data tal-ewwel dikjarazzjoni tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS intitolata "Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri biex jiġu Indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija", li qablet dwar it-trattament speċjali tas-sistemi tat-taxxa tad-distribuzzjoni eliġibbli. Jenħtieġ li dan ma jipprevjenix bidliet fis-sistema tat-taxxa ta' distribuzzjoni ta' ġuriżdizzjoni li jkunu konformi mad-disinn eżistenti tagħha. |
|
(22) |
Għal applikazzjoni effiċjenti tas-sistema, huwa kruċjali li l-proċeduri jiġu kkoordinati fil-livell ta' grupp. Ser ikun neċessarju li titħaddem sistema li tiżgura l-fluss mhux ostakolat ta' informazzjoni fi ħdan il-grupp MNE u lejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa fejn jinsabu l-entitajiet kostitwenti. Jenħtieġ li r-responsabbiltà primarja tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari tkun tal-entità kostitwenti nnifisha. Madankollu, jenħtieġ li tapplika rinunzja ta' tali responsabbiltà meta l-grupp MNE jkun iddeżinja entità oħra sabiex tissottometti d-dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari. Tista' tkun jew entità lokali, jew entità minn ġuriżdizzjoni oħra li jkollha ftehim ta' awtorità kompetenti fis-seħħ mal-Istat Membru tal-entità kostitwenti. L-informazzjoni ppreżentata bħala parti mid-denunzja tal-informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari jenħtieġ li tippermetti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fejn jinsabu l-entitajiet kostitwenti jevalwaw il-korrettezza tal-obbligazzjoni ta' entità kostitwenti għat-taxxa kumplimentari jew tat-taxxa kumplimentari domestika kwalifikata, skont il-każ, bl-applikazzjoni ta' proċeduri domestiċi, inkluż għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tat-taxxa domestiċi. Gwida ulterjuri li għandha tiġi żviluppata fil-Qafas ta' Implimentazzjoni tal-GloBE tal-OECD ser tkun sors utli ta' illustrazzjoni u interpretazzjoni f'dak ir-rigward, u l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinkorporaw tali gwida fil-liġi domestika. Meta jitqiesu l-aġġustamenti ta' konformità li teħtieġ l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-gruppi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-ewwel darba jingħataw perijodu ta' 18-il xahar sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' informazzjoni. |
|
(23) |
Meta jitqiesu l-benefiċċji tat-trasparenza fil-qasam tat-taxxa, huwa inkoraġġanti li ser jiġi sottomess ammont sinifikanti ta' informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa fil-ġuriżdizzjonijiet parteċipanti kollha. Jenħtieġ li l-gruppi MNE fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jkunu obbligati jipprovdu informazzjoni komprensiva u dettaljata dwar il-profitti tagħhom u r-rata tat-taxxa effettiva f'kull ġuriżdizzjoni fejn ikollhom entitajiet kostitwenti. Tali rappurtar estensiv jista' jkun mistenni jżid it-trasparenza. |
|
(24) |
Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw ir-Regoli Mudell tal-OECD u l-ispjegazzjonijiet u l-eżempji fl-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija - Kummentarju għar-Regoli Mudell Kontra l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa Globali (Pilastru 2)) (mhux disponibbli bil-Malti) maħruġa mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS, kif ukoll il-Qafas ta' Implimentazzjoni tal-GloBE, inkluż ir-regoli rigward il-port sikur, bħala sors ta' illustrazzjoni jew interpretazzjoni sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni fl-Istati Membri kollha sal-punt li dawk is-sorsi jkunu konsistenti ma' din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni. Tali regoli rigward il-port sikur jenħtieġ li jkunu ta' rilevanza fir-rigward tal-gruppi MNE kif ukoll tal-gruppi domestiċi fuq skala kbira. |
|
(25) |
L-effettività u l-ġustizzja tar-riforma globali minima tat-taxxa jiddependu ħafna fuq l-implimentazzjoni tagħha madwar id-dinja. Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tar-regoli skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw penali adegwati, b'mod partikolari fir-rigward ta' entitajiet li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom li jippreżentaw dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari u jħallsu s-sehem tagħhom ta' taxxa kumplimentari. Meta jiddeterminaw dawk il-penali, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi indirizzat ir-riskju li grupp MNE ma jiddikjarax l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-UTPR. Biex jindirizzaw dak ir-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali dissważivi. |
|
(26) |
Ser ikun vitali wkoll li s-sħab kummerċjali ewlenin kollha tal-Unjoni japplikaw jew IIR kwalifikata jew sett ekwivalenti ta' regoli dwar it-tassazzjoni minima. Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk IIR implimentata minn ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li taderixxi mal-ftehim globali hijiex IIR kwalifikata fit-tifsira tal-ftehim globali, huwa xieraq li ssir referenza għall-valutazzjoni li għandha titwettaq fil-livell tal-OECD. Barra minn hekk, u b'appoġġ għaċ-ċertezza legali u għall-effiċjenza tar-regoli globali tat-taxxa minima, huwa importanti li jiġu ddelineati aktar il-kundizzjonijiet li fihom ir-regoli implimentati f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li mhux ser jittrasponu r-regoli tal-ftehim globali jistgħu jingħataw ekwivalenza għal IIR kwalifikata. L-objettiv tal-valutazzjoni tal-ekwivalenza huwa prinċipalment li jiċċara u jiddelinja l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-UTPR. Għal dak il-għan, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi valutazzjoni, imħejjija mill-Kummissjoni wara l-valutazzjoni tal-OECD, tal-kriterji ta' ekwivalenza bbażati fuq ċerti parametri speċifiċi. Id-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li japplikaw oqfsa legali meqjusa bħala ekwivalenti għal IIR kwalifikata jenħtieġ li tirriżulta direttament mill-kriterji oġġettivi stipulati f'din id-Direttiva u jenħtieġ li ssegwi strettament il-valutazzjoni tal-OECD. Għalhekk huwa xieraq, f'kuntest speċifiku bħal dan, li jiġi previst att delegat. B'mod partikolari, jenħtieġ li r-rikors għal att delegat f'dak il-kuntest speċifiku ma jitqiesx bħala preċedent għal strumenti leġiżlattivi oħra adottati skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, minħabba l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet xieraq għall-kwistjonijiet ta' taxxa. |
|
(27) |
Huwa essenzjali li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward ta' kwalunkwe ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li ma tittrasponix ir-regoli tal-ftehim globali u ma tingħatax ekwivalenza tar-regoli domestiċi tagħha għal IIR kwalifikat. F'dak il-kuntest, huwa meħtieġ li tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-allokazzjoni tal-ammonti, li jiġu ttrattati bħala taxxi koperti skont ir-regoli tal-ftehim globali, lil entitajiet fi ħdan grupp MNE li jkunu soġġetti għal taxxa kumplimentari f'konformità mar-regoli ta' din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw il-gwida tal-Qafas ta' Implimentazzjoni tal-GloBE tal-OECD bħala r-referenza tagħhom għall-allokazzjoni ta' tali taxxi koperti. |
|
(28) |
Sabiex tissupplimenta ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-fatt li jiġu ddeterminati, wara valutazzjoni mill-Kummissjoni, il-ġuriżdizzjonijiet b’qafas legali domestiku li jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal IIR kwalifikata . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). |
|
(29) |
B'din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-2022 u l-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni mill-Istati Membri jiġi stabbilit għal mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, l-Unjoni ser taġixxi skont l-iskeda ta' żmien stabbilita fid-Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b’Żewġ Pilastri biex jiġu Indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija maqbula mill-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS fit-8 ta' Ottubru 2021 ("id-dikjarazzjoni tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS ta' Ottubru 2021"), li skontha l-Pilastru 2 jrid jiġi introdott fil-liġi fl-2022, biex ikun effettiv fl-2023, bil-UTPR jidħol fis-seħħ fl-2024. |
|
(30) |
Jenħtieġ li r-regoli ta' din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tal-UTPR japplikaw minn 2024 sabiex jippermettu lill-ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi japplikaw l-IIR fl-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tar-Regoli Mudell tal-OECD. |
|
(31) |
Id-Dikjarazzjoni ta' Ottubru 2021 tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS tipprevedi soluzzjoni b’żewġ pilastri. Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni Dettaljat stabbilit fl-Anness tagħha jistabbilixxi l-iskedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull pilastru. Billi din id-Direttiva għandha l-għan li timplimenta t-Tieni Pilastru, filwaqt li l-ħidma fuq l-Ewwel Pilastru għadha ma tlestietx, hemm bżonn li jiġi aċċertat li l-Ewwel Pilastru jiġi implimentat ukoll. Għal dak il-għan, din id-Direttiva tinkludi dispożizzjoni li tobbliga lill-Kummissjoni tħejji rapport li jivvaluta l-progress miksub fil-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 fir-rigward tal-BEPS. Huwa rikonoxxut li l-Kummissjoni tista’, jekk tqis li jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, biex tiġi kkunsidrata mill-Istati Membri. |
|
(32) |
Jenħtieġ li, qabel it-tmiem ta' kull semestru mill-1 ta’ Lulju 2022 'il quddiem, il-Kunsill jivvaluta s-sitwazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ewwel Pilastru tad-dikjarazzjoni tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS ta' Ottubru 2021. |
|
(33) |
Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jinħoloq qafas komuni għal livell minimu globali ta' tassazzjoni fl-Unjoni abbażi tal-approċċ komuni li jinsab fir-Regoli Mudell tal-OECD, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti minn kull Stat Membru li jaġixxi waħdu, għaliex l-azzjoni indipendenti mill-Istati Membri tkompli tirriskja frammentazzjoni tas-suq intern u għaliex huwa kritiku li jiġu adottati soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern kollu kemm hu, iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala tar-riforma globali tat-taxxa minima, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(34) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta kummenti formali fl-10 ta' Frar 2022. Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 8 tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll ir-Regolament 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) japplika għall-proċessar ta' data personali li jsir fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri komuni għat-tassazzjoni effettiva minima tal-gruppi ta' intrapriżi multinazzjonali (MNE - multinational entity) u gruppi domestiċi fuq skala kbira fil-forma ta’:
|
a) |
regola ta' inklużjoni tal-introjtu (IIR - income inclusion rule) li, f'konformità magħha, entità omm ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira jikkomputa u jiġbor is-sehem allokat tiegħu tat-taxxa kumplimentari fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa tal-grupp; u |
|
b) |
regola dwar il-profitti sottontaxxati (UTPR - undertaxed payments rule) li f'konformità magħha entità kostitwenti ta' grupp MNE jkollha spiża tat-taxxa fi flus addizzjonali ugwali għas-sehem tagħha tat-taxxa kumplimentari li ma kinitx imposta skont l-IIR fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa tal-grupp. |
2. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw taxxa kumplimentari domestika kwalifikata li f'konformità magħha għandha tiġi kkomputata t-taxxa kumplimentari u mħallsa fuq il-profitt eċċessiv tal-entitajiet kostitwenti kollha b'taxxa baxxa li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tagħhom skont din id-Direttiva.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet kostitwenti li jinsabu fi Stat Membru li huma membri ta' grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira li għandu dħul annwali ta' EUR 750 000 000 jew aktar, inkluż id-dħul tal-entitajiet esklużi msemmija fil-paragrafu 3, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali aħħarija tagħha f'mill-inqas sentejn mill-erba' snin tat-taxxa immedjatament qabel is-sena fiskali ttestjata.
2. Meta waħda jew aktar mill-erba' snin tat-taxxa msemmijin fil-paragrafu 1 tkun itwal jew iqsar minn 12-il xahar, il-limitu tad-dħul imsemmi f'dak il-paragrafu għandu jiġi aġġustat proporzjonalment għal kull waħda minn dawk is-snin tat-taxxa.
3. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-entitajiet li ġejjin (“entitajiet esklużi”):
|
a) |
entità governattiva, organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, fond ta' pensjoni, fond ta' investiment li tkun entità omm apikali jew veikolu ta' investiment immobiljari li tkun entità omm apikali; |
|
b) |
entità fejn tal-anqas 95 % tal-valur tal-entità ikun proprjetà ta' entità waħda jew aktar imsemmijin fil-punt (a), direttament jew permezz ta' entità waħda jew diversi entitajiet esklużi, minbarra entitajiet tas-servizzi tal-pensjoni, u li:
|
|
(c) |
entità fejn tal-anqas 85 % tal-valur tal-entità ikun proprjetà, direttament jew permezz ta' entità waħda jew diversi entitajiet esklużi, minn waħda jew aktar entitajiet imsemmijin fil-punt (a), minbarra entitajiet tas-servizzi tal-pensjoni, dment li sostanzjalment l-introjtu kollu tagħha jkun derivat minn dividendi jew minn gwadann jew telf ta' ekwità li jkun eskluż mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti f'konformità mal-Artikolu 16(2), punti (b) u (c). |
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-entità kostitwenti dikjaranti tista' tagħmel għażla, f'konformità mal-Artikolu 45(1), biex ma tittrattax entità msemmija fil-punti (b) u (c) ta' dak is-subparagrafu bħala entità eskluża.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“entità” tfisser kwalunkwe arranġament ġuridiku li jħejji kontijiet finanzjarji separati jew kwalunkwe persuna ġuridika; |
|
(2) |
“entità kostitwenti” tfisser:
|
|
(3) |
“grupp” tfisser:
|
|
(4) |
“grupp MNE” tfisser kwalunkwe grupp li jinkludi tal-anqas entità waħda jew stabbiliment permanenti wieħed li ma jkunx jinsab fil-ġuriżdizzjoni tal-entità omm apikali; |
|
(5) |
“grupp domestiku fuq skala kbira” tfisser kwalunkwe grupp li l-entitajiet kostitwenti kollha tiegħu jinsabu fl-istess Stat Membru; |
|
(6) |
“rapporti finanzjarji konsolidati” tfisser:
|
|
(7) |
“sena fiskali” tfisser il-perijodu kontabilistiku li fir-rigward tiegħu l-entità omm apikali ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira tħejji r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha jew, jekk l-entità omm apikali ma tħejjix ir-rapporti finanzjarji konsolidati, is-sena kalendarja; |
|
(8) |
“entità kostitwenti dikjaranti” tfisser entità li tissottometti dikjarazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari f'konformità mal-Artikolu 44; |
|
(9) |
“entità governattiva” tfisser entità li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
|
|
(10) |
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva, inkluż organizzazzjoni supranazzjonali, jew aġenzija bi sjieda sħiħa jew l-istrumentalità tagħha li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
|
|
(11) |
“organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ” tfisser entità li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
|
|
(12) |
“entità passarella” (flow-through) tfisser entità sal-punt li hija fiskalment trasparenti fir-rigward tal-introjtu, tan-nefqa, tal-profitt jew tat-telf tagħha fil-ġuriżdizzjoni fejn tkun inħolqot dment li mhix residenti tat-taxxa u soġġetta għal taxxa koperta fuq l-introjtu jew fuq il-profitt tagħha f'ġuriżdizzjoni oħra; entità passarella titqies li hija:
għall-finiijiet ta' din id-definizzjoni, 'entità fiskalment trasparenti' tfisser entità li l-introjtu, in-nefqa, il-profitt jew it-telf tagħha jiġi ttrattat mil-liġijiet ta' ġuriżdizzjoni daqslikieku kien derivat jew imġarrab direttament mis-sid ta' dik l-entità bi proporzjon għall-interess ta' dik l-entità; interess proprjetarju f'entità jew stabbiliment permanenti li huwa entità kostitwenti għandu jiġi ttrattat bħala miżmum permezz ta' struttura trasparenti tat-taxxa jekk dak l-interess proprjetarju jinżamm indirettament permezz ta' katina ta' entitajiet trasparenti tat-taxxa; entità kostitwenti li ma hijiex residenti tat-taxxa u li ma hijiex soġġetta għal taxxa koperta jew għal taxxa kumplimentari domestika kwalifikata fuq il-bażi tal-post ta' ġestjoni tagħha, tal-post ta' ħolqien tagħha jew ta' kriterji simili għandha tiġi trattata bħala entità passarella u entità trasparenti fit-taxxa fir-rigward tal-introjtu, tan-nefqa, tal-profitt jew tat-telf tagħha sal-punt li:
|
|
(13) |
“stabbiliment permanenti” tfisser:
|
|
(14) |
“entità omm apikali” tfisser:
|
|
(15) |
“rata minima tat-taxxa” tfisser ħmistax fil-mija (15 %); |
|
(16) |
“taxxa kumplimentari” tfisser it-taxxa kumplimentari kkalkulata għal ġuriżdizzjoni jew għal entità kostitwenti skont l-Artikolu 27; |
|
(17) |
“reġim tat-taxxa għall-kumpaniji barranin kontrollati” tfisser sett ta' regoli tat-taxxa, għajr IIR kwalifikata, li permezz tagħhom azzjonist dirett jew indirett ta' entità barranija, jew l-entità ewlenija ta' stabbiliment permanenti, ikun soġġett għal tassazzjoni fuq is-sehem tiegħu ta' parti mill-introjtu jew tal-introjtu kollu ggwadanjat minn dik l-entità kostitwenti barranija, irrispettivament minn jekk dak l-introjtu jiġix distribwit lill-azzjonist; |
|
(18) |
“IIR kwalifikata” tfisser sett ta' regoli li huma implimentati fil-liġi domestika ta' ġuriżdizzjoni, dment li tali ġuriżdizzjoni ma tipprovdi l-ebda benefiċċju li huwa relatat ma' dawk ir-regoli, u li:
|
|
(19) |
“entità kostitwenti b'taxxa baxxa” tfisser:
|
|
(20) |
"entità omm intermedja" tfisser entità kostitwenti li jkollha, direttament jew indirettament, interess proprjetarju f'entità kostitwenti oħra fl-istess grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira u li ma tikkwalifikax bħala entità omm apikali, entità omm posseduta parzjalment, stabbiliment permanenti jew entità ta' investiment; |
|
(21) |
“interess kontrollanti” tfisser interess proprjetarju f'entità li bih id-detentur tal-interess ikun meħtieġ, jew kien ikun meħtieġ, jikkonsolida l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus tal-entità fuq bażi linja b'linja, f'konformità ma' standard aċċettabbli tal-kontabilità finanzjarja; entità ewlenija titqies li jkollha fil-pussess tagħha l-interessi kontrollanti fl-istabbilimenti permanenti tagħha; |
|
(22) |
“entità omm posseduta parzjalment” tfisser entità kostitwenti li tkun is-sid, b'mod dirett jew indirett, ta' interess proprjetarju f'entità kostitwenti oħra tal-istess grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira, u li għaliha aktar minn 20 % tal-interess proprjetarju fil-profitti tagħha jkun miżmum, b'mod dirett jew indirett, minn persuna jew diversi persuni li ma jkunux entitajiet kostitwenti ta' dak il-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira u li ma tikkwalifikax bħala entità omm apikali, stabbiliment permanenti jew entità ta' investiment; |
|
(23) |
“interess proprjetarju” tfisser kwalunkwe interess ta' ekwità li jġorr drittijiet għall-profitti, għall-kapital jew għar-riżervi ta' entità jew ta' stabbiliment permanenti; |
|
(24) |
“entità omm” tfisser entità omm apikali li ma hijiex entità eskluża, entità omm intermedja jew entità omm posseduta parzjalment; |
|
(25) |
“standard aċċettabbli tal-kontabilità finanzjarja” tfisser Standards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS jew IFRS kif adottati mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)) u l-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati tal-Awstralja, tal-Brażil, tal-Kanada, tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, ta' Hong Kong (iċ-Ċina), tal-Ġappun, tal-Messiku, ta' New Zealand, tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, tar-Repubblika tal-Indja, tar-Repubblika tal-Korea, tar-Russja, ta' Singapore, tal-Iżvizzera, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti tal-Amerka; |
|
(26) |
"standard tal-kontabilità finanzjarja awtorizzat" ifisser, fir-rigward ta’ entità, sett ta’ prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettabbli permessi minn korp tal-kontabilità awtorizzat fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab dik l-entità; għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, 'korp tal-kontabilità awtorizzat' tfisser il-korp b’awtorità legali f’ġuriżdizzjoni li jippreskrivi, jistabbilixxi jew jaċċetta standards kontabilistiċi għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju; |
|
(27) |
"distorsjoni materjali tal-kompetizzjoni" tfisser, fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ prinċipju jew ta’ proċedura speċifika skont sett ta’ prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettabbli, applikazzjoni li tirriżulta f’varjazzjoni aggregata tal-introjtu jew tal-ispejjeż ta’ aktar minn EUR 75 000 000 f'sena fiskali meta mqabbel mal-ammont li kien jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni tal-prinċipju jew tal-proċedura korrispondenti skont l-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju (IFRS jew IFRS kif adottati mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002); |
|
(28) |
“taxxa kumplimentari domestika kwalifikata” tfisser taxxa kumplimentari li hija implimentata fil-liġi domestika ta' ġuriżdizzjoni dment li tali ġuriżdizzjoni ma tipprovdi l-ebda benefiċċju li huwa relatat ma' dawk ir-regoli, u li:
|
|
(29) |
“valur kontabilistiku nett tal-assi tanġibbli” tfisser il-medja tal-valuri tal-bidu u tat-tmiem tal-assi tanġibbli wara li jitqiesu d-deprezzament, it-tnaqqis u l-indeboliment akkumulati, kif irreġistrati fir-rapporti finanzjarji; |
|
(30) |
“entità ta' investiment” tfisser:
|
|
(31) |
“fond ta' investiment” tfisser entità jew arranġament li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(32) |
“veikolu ta' investiment immobiljari” tfisser entità taħt parteċipazzjoni azzjonarja wiesgħa li jkollha parteċipazzjoni predominanti fi proprjetà immobbli u li tkun soġġetta għal livell wieħed ta' tassazzjoni, jew f'idejha jew f'idejn id-detenturi tal-interess tagħha, b'differiment ta' mhux aktar minn sena; |
|
(33) |
“fond ta' pensjoni” tfisser:
|
|
(34) |
“entità tas-servizzi tal-pensjonijiet” tfisser entità li hija stabbilita u operata esklużivament jew kważi esklużivament sabiex tinvesti fondi għall-benefiċċju tal-entitajiet imsemmijin fil-punt (33) (a) jew sabiex twettaq attivitajiet li huma anċillari għall-attivitajiet regolati msemmijin fil-punt (33)(a), dment li l-entità tas-servizzi tal-pensjonijiet tkun tifforma parti mill-istess grupp bħall-entitajiet li jwettqu dawk l-attivitajiet regolati; |
|
(35) |
“ġuriżdizzjoni b'rata baxxa ta' taxxa” tfisser fir-rigward ta' grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira fi kwalunkwe sena fiskali, Stat Membru jew ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li fiha l-grupp MNE jew il-grupp domestiku fuq skala kbira jkollu introjtu kwalifikanti u huwa soġġett għal rata tat-taxxa effettiva li tkun aktar baxxa mir-rata tat-taxxa minima; |
|
(36) |
“introjtu jew telf kwalifikanti” tfisser l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta' entità kostitwenti aġġustat f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitoli III, VI u VII; |
|
(37) |
“taxxa tal-imputazzjoni rimborżabbli skwalifikata” tfisser kwalunkwe taxxa, minbarra taxxa tal-imputazzjoni kwalifikata, dovuta lil jew imħallsa minn entità kostitwenti li tkun:
għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, 'taxxa tal-imputazzjoni kwalifikata' tfisser taxxa koperta dovuta jew imħallsa minn entità kostitwenti, inkluż stabbiliment permanenti, li tkun rimborżabbli jew kreditabbli, lis-sid benefiċjarju tad-dividend distribwit mill-entità kostitwenti, jew fil-każ ta' taxxa koperta dovuta jew imħallsa minn stabbiliment permanenti, dividend distribwit mill-entità ewlenija, sal-punt li r-rifużjoni tkun pagabbli jew li l-kreditu jiġi pprovdut:
|
|
(38) |
“kreditu ta' taxxa rimborżabbli kwalifikat” tfisser:
kreditu ta' taxxa rimborżabbli kwalifikat ma jinkludi l-ebda ammont ta' taxxa kreditabbli jew rimborżabbli skont taxxa ta' imputazzjoni kwalifikata jew taxxa ta' imputazzjoni rimborżabbli skwalifikata; |
|
(39) |
“kreditu ta' taxxa rimborżabbli mhux kwalifikat” tfisser kreditu ta' taxxa li mhuwiex kreditu ta' taxxa rimborżabbli kwalifikat iżda li jista' jiġi rimborżat kompletament jew parzjalment; |
|
(40) |
“entità ewlenija” tfisser entità li tinkludi l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta' stabbiliment permanenti fir-rapporti finanzjarji tagħha; |
|
(41) |
“sid ta' entità kostitwenti” tfisser entità kostitwenti li tkun is-sid, b'mod dirett jew indirett, ta' interess proprjetarju f'entità kostitwenti oħra tal-istess grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira; |
|
(42) |
“sistema tat-taxxa ta' distribuzzjoni eliġibbli” tfisser sistema tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu li:
|
|
(43) |
“UTPR kwalifikata” tfisser sett ta' regoli implimentata fil-liġi domestika ta' ġuriżdizzjoni, dment li tali ġuriżdizzjoni ma tipprovdi l-ebda benefiċċju li huwa relatat ma' dawk ir-regoli, u li:
|
|
(44) |
“entità dikjaranti deżinjata” tfisser l-entità kostitwenti, minbarra l-entità omm apikali, li tkun inħatret mill-grupp MNE jew il-grupp domestiku fuq skala kbira sabiex twettaq l-obbligi ta' preżentazzjoni stipulati fl-Artikolu 44 f'isem il-grupp MNE jew il-grupp domestiku fuq skala kbira. |
Artikolu 4
Il-post ta' entità kostitwenti
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, entità għajr entità passarella għandha tiġi ddeterminata li tinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn hija kkunsidrata li hija residenti għal finijiet ta' taxxa abbażi tal-post ta' ġestjoni tagħha, il-post tal-ħolqien tagħha jew kriterji simili.
Meta ma jkunx possibbli li jiġi determinat il-post ta' entità minbarra entità passarella fuq il-bażi tal-ewwel subparagrafu, għandu jitqies li hija tinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn tkun inħolqot.
2. Entità passarella għandha titqies li hija mingħajr stat, sakemm ma tkunx l-entità omm apikali ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira jew ma tkunx meħtieġa tapplika IIR f'konformità mal-Artikoli 5, 6, 7 u 8, f'liema każ l-entità passarella għandha titqies li tinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn tkun inħolqot.
3. Stabbiliment permanenti kif iddefinit fl-Artikolu 3, punt (13)(a), għandu jiġi determinat bħala li jinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn jiġi ttrattat bħala stabbiliment permanenti u huwa soġġett għat-taxxa skont it-trattat dwar it-taxxa applikabbli.
Stabbiliment permanenti kif iddefinit fl-Artikolu 3, punt (13)(b), għandu jiġi determinat bħala li jinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn ikun soġġett għal tassazzjoni fuq il-bażi netta tal-preżenza kummerċjali tiegħu.
Stabbiliment permanenti kif iddefinit fl-Artikolu 3, punt (13)(c), għandu jiġi determinat bħala li jinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn jinsab.
Stabbiliment permanenti kif iddefinit fl-Artikolu 3, punt (13)(d), għandu jitqies mingħajr stat.
4. Meta entità kostitwenti tinsab f'żewġ ġuriżdizzjonijiet u dawk il-ġuriżdizzjonijiet ikollhom trattat dwar it-taxxa applikabbli, l-entità kostitwenti għandha titqies li tinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn titqies li hija residenti għall-finijiet tat-taxxa skont dak it-trattat dwar it-taxxa.
Meta t-trattat dwar it-taxxa applikabbli jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim reċiproku dwar ir-residenza preżunta għall-finijiet tat-taxxa tal-entità kostitwenti, u ma jintlaħaq l-ebda ftehim, għandu japplika l-paragrafu 5.
Meta ma jkun hemm l-ebda ħelsien minn taxxa doppja skont it-trattat dwar it-taxxa applikabbli , minħabba l-fatt li entità kostitwenti tkun residenti għal finijiet tat-taxxa fiż-żewġ partijiet kontraenti, għandu japplika l-paragrafu 5.
5. Meta entità kostitwenti tinsab f'żewġ ġuriżdizzjonijiet u dawk il-ġuriżdizzjonijiet ma jkollhomx trattat dwar it-taxxa applikabbli, l-entità kostitwenti għandha titqies li tinsab fil-ġuriżdizzjoni li tkun imponiet l-ogħla ammont ta' taxxi koperti għas-sena fiskali.
Għall-finijiet tal- komputazzjoni tal-ammont ta' taxxi koperti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ammont ta' taxxa mħallsa f'konformità ma' reġim tat-taxxa għall-kumpaniji barranin kontrollati ma għandux jitqies.
Jekk l-ammont ta' taxxi koperti dovuti fiż-żewġ ġuriżdizzjonijiet ikun l-istess jew żero, l-entità kostitwenti għandha titqies li tkun tinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn ikollha l-ogħla ammont ta' esklużjoni tal-introjtu bbażat fuq is-sustanza kkalkulat fuq bażi ta' entità f'konformità mal-Artikolu 28.
Jekk l-ammont tal-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza fiż-żewġ ġuriżdizzjonijiet ikun l-istess jew żero, l-entità kostitwenti għandha titqies bħala mingħajr stat, sakemm ma tkunx entità omm apikali, f'liema każ għandha titqies li tinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn tkun inħolqot.
6. Meta, bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5, entità omm tinsab f'ġuriżdizzjoni fejn ma tkunx soġġetta għal IIR kwalifikata, hija għandha titqies li tkun soġġetta għal IIR kwalifikata tal-ġuriżdizzjoni l-oħra, sakemm trattat dwar it-taxxa applikabbli ma jipprojbixxix l-applikazzjoni ta' tali regola.
7. Meta entità kostitwenti tbiddel il-post tagħha matul sena fiskali, hija għandha titqies li tkun tinsab fil-ġuriżdizzjoni fejn tkun tqieset li tinsab skont dan l-Artikolu fil-bidu ta' dik is-sena fiskali.
KAPITOLU II
L-IIR U L-UTPR
Artikolu 5
Entità omm apikali fl-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità omm apikali li hija entità kostitwenti li tinsab fi Stat Membru tkun soġġetta għat-taxxa kumplimentari (it-"taxxa kumplimentari tal-IIR”) għas-sena fiskali fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa li jinsabu f'ġuriżdizzjoni oħra jew li jkunu mingħajr stat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta entità kostitwenti li hija l-entità omm apikali ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira tkun tinsab fi Stat Membru tkun ġuriżdizzjoni b'rata baxxa ta' taxxa, hija tkun soġġetta għat-taxxa kumplimentari tal-IIR fir-rigward tagħha stess u tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa kollha tal-grupp li jinsabu fl-istess Stat Membru għas-sena fiskali.
Artikolu 6
Entità omm intermedja fl-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità omm intermedja li tinsab fi Stat Membru u miżmuma minn entità omm apikali li tinsab f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz tkun soġġetta għat-taxxa kumplimentari tal-IIR għas-sena fiskali fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa li jinsabu f'ġuriżdizzjoni oħra jew li jkunu mingħajr stat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta entità omm intermedja tkun tinsab fi Stat Membru li huwa ġuriżdizzjoni b'rata baxxa ta' tassazzjoni u miżmuma minn entità omm apikali li tinsab f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz, hija tkun soġġetta għat-taxxa kumplimentari tal-IIR fir-rigward tagħha stess u tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa tagħha li jinsabu fl-istess Stat Membru għas-sena fiskali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta:
|
(a) |
l-entità omm apikali tkun soġġetta għal IIR kwalifikata għal dik is-sena fiskali; jew |
|
(b) |
entità omm intermedja oħra tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni fejn tkun soġġetta għal IIR kwalifikata għal dik is-sena fiskali u tkun is-sid, direttament jew indirettament, ta' interess kontrollanti fl-entità omm intermedja. |
Artikolu 7
Entità prinċipali intermedja li tinsab fl-Unjoni u miżmuma minn entità prinċipali aħħarija eskluża
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn entità omm intermedja li tinsab fi Stat Membru hija miżmuma minn entità omm apikali li hija entità eskluża, hija soġġetta għat-taxxa kumplimentari tal-IIR għas-sena fiskali fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa li jinsabu f'ġuriżdizzjoni oħra jew li jkunu mingħajr stat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta entità omm intermedja li tkun tinsab fi Stat Membru li huwa ġuriżdizzjoni b'rata baxxa ta' tassazzjoni tkun miżmuma minn entità omm apikali li hija entità eskluża, hija tkun soġġetta għat-taxxa kumplimentari tal-IIR fir-rigward tagħha stess u l-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa tagħha li jinsabu fl-istess Stat Membru għas-sena fiskali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta entità prinċipali intermedja oħra tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni fejn tkun soġġetta għal IIR kwalifikat għal dik is-sena fiskali u jkollha, direttament jew indirettament, interess ta' kontroll fl-entità prinċipali intermedja msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 8
Entità omm posseduta parzjalment fl-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità omm posseduta parzjalment li tinsab fi Stat Membru tkun soġġetta għat-taxxa kumplimentari tal-IIR għas-sena fiskali fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti li jkunu jinsabu f'ġuriżdizzjoni oħra jew li jkunu mingħajr stat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta entità omm posseduta parzjalment li tinsab fi Stat Membru tkun ġuriżdizzjoni b'rata baxxa ta' tassazzjoni, hija tkun soġġetta għat-taxxa kumplimentari tal-IIR fir-rigward tagħha stess u tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa tagħha li jinsabu fl-istess Stat Membru għas-sena fiskali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta l-interessi proprjetarji tal-entità omm posseduta parzjalment ikunu miżmumin kompletament, direttament jew indirettament, minn entità omm oħra posseduta parzjalment li tkun soġġetta għal IIR kwalifikata għal dik is-sena fiskali.
Artikolu 9
Allokazzjoni tat-taxxa kumplimentari skont l-IIR
1. It-taxxa kumplimentari tal-IIR dovuta minn entità omm fir-rigward ta' entità kostitwenti b'taxxa baxxa skont l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(1) għandha tkun ugwali għat-taxxa kumplimentari tal-entità kostitwenti b'taxxa baxxa, kif ikkalkolata f'konformità mal-Artikolu 27, immultiplikata bis-sehem allokabbli tal-entità omm f'tali taxxa kumplimentari għas-sena fiskali.
2. Is-sehem allokabbli ta' entità omm mit-taxxa kumplimentari fir-rigward ta' entità kostitwenti b'taxxa baxxa għandu jkun il-proporzjon tal-interess proprjetarju tal-entità omm mill-introjtu kwalifikanti tal-entità kostitwenti b'taxxa baxxa. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-introjtu kwalifikanti tal-entità kostitwenti b'taxxa baxxa għas-sena fiskali, imnaqqas bl-ammont ta' tali introjtu attribwibbli għall-interessi proprjetarji miżmuma minn sidien oħra, diviż bl-introjtu kwalifikanti tal-entità kostitwenti b'taxxa baxxa għas-sena fiskali.
L-ammont ta' introjtu kwalifikanti attribwibbli għall-interessi proprjetarji f'entità kostitwenti b'taxxa baxxa miżmuma minn sidien oħra għandu jitqies l-ammont li kien jiġi ttrattat bħala attribwibbli għal tali sidien skont il-prinċipji tal-istandard tal-kontabilità finanzjarja aċċettabbli użat fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali kieku l-introjtu nett tal-entità kostitwenti b'taxxa baxxa kien ugwali għall-introjtu kwalifikanti tagħha u:
|
(a) |
l-entità omm kienet ħejjiet rapporti finanzjarji konsolidati skont dak l-istandard tal-kontabilità ("ir-rapporti finanzjarji konsolidati ipotetiċi"); |
|
(b) |
l-entità omm kellha interess kontrollanti fl-entità kostitwenti b'taxxa baxxa b'tali mod li l-introjtu u l-ispejjeż kollha tal-entità kostitwenti b'taxxa baxxa kienu konsolidati fuq bażi linja b'linja ma' dawk tal-entità omm fir-rapporti finanzjarji konsolidati ipotetiċi; |
|
(c) |
l-introjtu kwalifikanti kollu tal-entità kostitwenti b'taxxa baxxa kien attribwibbli għal tranżazzjonijiet ma' persuni li mhumiex entitajiet tal-grupp; u |
|
(d) |
l-interessi proprjetarji kollha mhux miżmuma direttament jew indirettament mill-entità omm kienu miżmuma minn persuni li mhumiex entitajiet tal-grupp. |
3. Minbarra l-ammont allokat lil entità omm f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, it-taxxa kumplimentari tal-IIR dovuta minn entità omm skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2) għandha tinkludi, għas-sena fiskali, f'konformità mal-Artikolu 27:
|
(a) |
l-ammont sħiħ ta' taxxa kumplimentari kkalkulata għal dik l-entità omm; u |
|
(b) |
l-ammont ta' taxxa kumplimentari kkalkulata għall-entitajiet kostitwenti tagħha b'taxxa baxxa li jinsabu fl-istess Stat Membru mmultiplikat bis-sehem allokabbli tal-entità omm f'tali taxxa kumplimentari għas-sena fiskali. |
Artikolu 10
Mekkaniżmu ta' kumpens IIR
Meta entità omm li tinsab fi Stat Membru jkollha interess proprjetarju f'entità kostitwenti b'taxxa baxxa, indirettament permezz ta' entità omm intermedja jew entità omm posseduta parzjalment li tkun soġġetta għal IIR kwalifikata għas-sena fiskali, it-taxxa kumplimentari skont l-Artikolu 5 sa 8 għandha titnaqqas b'ammont ugwali għall-porzjon tas-sehem allokabbli tal-entità omm imsemmija l-ewwel tat-taxxa kumplimentari li tkun dovuta mill-entità omm intermedjarja jew mill-entità omm posseduta parzjalment.
Artikolu 11
Għażla għall-applikazzjoni ta' taxxa kumplimentari domestika kwalifikata
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw taxxa kumplimentari domestika kwalifikata.
Jekk Stat Membru fejn ikunu jinsabu l-entitajiet kostitwenti ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira jiddeċiedi li japplika taxxa kumplimentari domestika kwalifikata, kull entità kostitwenti b'taxxa baxxa tal-grupp MNE jew tal-grupp domestiku fuq skala kbira f'dak l-Istat Membru għandha tkun soġġetta għal dik it-taxxa kumplimentari domestika għas-sena fiskali.
B'taxxa kumplimentari domestika kwalifikata, il-profitti eċċessivi domestiċi tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa jistgħu jiġu kkomputati abbażi ta' standard tal-kontabilità finanzjarja aċċettabbli jew standard tal-kontabilità finanzjarja awtorizzat permess mill-korp tal-kontabilità awtorizzat u aġġustat biex jipprevjeni kwalunkwe distorsjoni materjali tal-kompetizzjoni, pjuttost milli l-istandard tal-kontabilità finanzjarja użat fir-rapporti finanzjarji konsolidati.
2. Meta entità omm ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira jkun jinsab fi Stat Membru, u l-entitajiet kostitwenti tiegħu miżmumin direttament jew indirettament jew f'dak l-Istat Membru jew f'ġuriżdizzjoni oħra jkunu soġġetti għal taxxa kumplimentari domestika kwalifikata għas-sena fiskali f'dawk il-ġuriżdizzjonijiet, l-ammont ta' kwalunkwe taxxa kumplimentari kkomputata f'konformità mal-Artikolu 27 dovut mill-entità omm skont l-Artikoli 5 sa 8 għandu jitnaqqas, sa żero, bl-ammont ta' taxxa kumplimentari domestika kwalifikata dovuta minnha stess jew minn dawk l-entitajiet kostitwenti.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, jekk it-taxxa kumplimentari domestika kwalifikata tkun ġiet ikkomputata għal sena fiskali f'konformità mal-istandard tal-kontabilità finanzjarja aċċettabbli tal-entità omm apikali jew l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS jew IFRS kif adottati mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002), ebda taxxa kumplimentari ma għandha tiġi kkomputata skont l-Artikolu 27 għal dik is-sena fiskali fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti ta' dak il-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira li jinsab f'dak l-Istat Membru. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-komputazzjoni ta' kwalunkwe taxxa kumplimentari addizzjonali skont l-Artikolu 29 fil-każ fejn Stat Membru ma japplikax taxxa kumplimentari domestika kwalifikata biex jiġbor kwalunkwe taxxa kumplimentari addizzjonali li tirriżulta skont l-Artikolu 29.
3. Meta l-ammont ta' taxxa kumplimentari domestika kwalifikata għal sena fiskali ma jkunx tħallas fl-erba' snin fiskali wara s-sena fiskali meta kien dovut, l-ammont tat-taxxa kumplimentari domestika kkwalifikata li ma tkunx tħallset għandu jiżdied mat-taxxa kumplimentari ġuriżdizzjonali kkomputata f'konformità mal-Artikolu 27(3), u ma għandux jinġabar mill-Istat Membru li għamel l-għażla skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4. L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw taxxa kumplimentari domestika kwalifikata għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dik id-deċiżjoni fi żmien erba' xhur wara l-adozzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tagħhom li jintroduċu taxxa kumplimentari domestika kwalifikata. Tali għażla għandha tkun valida u ma tistax tiġi revokata għal perijodu ta' tliet snin. Fi tmiem kull perijodu ta' tliet snin, l-għażla għandha tiġġedded awtomatikament, sakemm l-Istat Membru ma jirrevokax l-għażla tiegħu. Kwalunkwe revoka tal-għażla għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' tliet snin.
Artikolu 12
Applikazzjoni ta' UTPR għall-grupp MNE kollu
1. Meta l-entità omm apikali ta' grupp MNE tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li ma tapplikax IIR kwalifikata, jew meta l-entità omm apikali ta' grupp MNE tkun entità eskluża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kostitwenti li jinsabu fl-Unjoni jkunu soġġetti, fl-Istat Membru li fih ikunu jinsabu, għal aġġustament ugwali għall-ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil dak l-Istat Membru għas-sena fiskali f'konformità mal-Artikolu 14.
Għal dak il-għan, tali aġġustament jista' jieħu l-forma ta' taxxa kumplimentari dovuta minn dawk l-entitajiet kostitwenti jew ċaħda ta' tnaqqis mill-introjtu taxxabbli ta' dawk l-entitajiet kostitwenti li jirriżulta f'ammont ta' obbligazzjoni ta' taxxa meħtieġ biex jinġabar l-ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil dak l-Istat Membru.
2. Meta Stat Membru japplika l-aġġustament skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-forma ta' ċaħda ta' tnaqqis mill-introjtu taxxabbli, tali aġġustament għandu japplika sa fejn ikun possibbli fir-rigward tas-sena taxxabbli li fiha tintemm is-sena fiskali li għaliha kien ikkomputat u allokat lil Stat Membru, f'konformità mal-Artikolu 14, l-ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR.
Kwalunkwe ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR li jibqa' dovut fir-rigward ta' sena fiskali bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' ċaħda ta' tnaqqis mill-introjtu taxxabbli għal dik is-sena fiskali għandu jiġi riportat sa fejn ikun meħtieġ u għandu jkun soġġett, fir-rigward ta' kull sena fiskali sussegwenti, għall-aġġustament skont il-paragrafu 1 sakemm ikun tħallas l-ammont sħiħ tat-taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil dak l-Istat Membru għal dik is-sena fiskali.
3. L-entitajiet kostitwenti li huma entitajiet ta' investiment ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Applikazzjoni ta' UTPR fil-ġuriżdizzjoni ta' entità omm apikali
1. Meta l-entità omm apikali ta' grupp MNE tkun tinsab f'ġurisdizzjoni ta'' pajjiż terz b'rata baxxa ta' tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kostitwenti li jinsabu fl-Unjoni jkunu soġġetti, fl-Istat Membru li fih ikunu jinsabu, għal aġġustament ugwali għall-ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil dak l-Istat Membru għas-sena fiskali f'konformità mal-Artikolu 14.
Għal dak il-għan, tali aġġustament jista' jieħu l-forma ta' taxxa kumplimentari dovuta minn dawk l-entitajiet kostitwenti jew ċaħda ta' tnaqqis mill-introjtu taxxabbli ta' dawk l-entitajiet kostitwenti li jirriżulta f'ammont ta' obbligazzjoni ta' taxxa meħtieġ biex jinġabar l-ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil dak l-Istat Membru.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-entità omm apikali f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz b'rata baxxa ta' tassazzjoni tkun soġġetta għal IIR kwalifikata fir-rigward tagħha stess u tal-entitajiet kostitwenti tagħha b'taxxa baxxa li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni.
2. Meta Stat Membru japplika l-aġġustament skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-forma ta' ċaħda ta' tnaqqis mill-introjtu taxxabbli, tali aġġustament għandu japplika sa fejn ikun possibbli fir-rigward tas-sena taxxabbli li fiha tintemm is-sena fiskali li għaliha kien ikkomputat u allokat lil Stat Membru, f'konformità mal-Artikolu 14, l-ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR.
Kwalunkwe ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR li jibqa' dovut fir-rigward ta' sena fiskali bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' ċaħda ta' tnaqqis mill-introjtu taxxabbli għal dik is-sena fiskali għandu jiġi riportat sa fejn ikun meħtieġ u għandu jkun soġġett, fir-rigward ta' kull sena fiskali sussegwenti, għall-aġġustament skont il-paragrafu 1 sakemm ikun tħallas l-ammont sħiħ tat-taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil dak l-Istat Membru għal dik is-sena fiskali.
3. L-entitajiet kostitwenti li huma entitajiet ta' investiment ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Komputazzjoni u allokazzjoni tal-ammont tat-taxxa kumplimentari tal-UTPR
1. L-ammont tat-taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil Stat Membru għandu jiġi kkalkulat billi t-taxxa kumplimentari totali tal-UTPR, kif iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 2, tiġi mmultiplikata bil-perċentwal tal-UTPR tal-Istat Membru, kif iddeterminat f'konformità mal-paragrafu 5.
2. It-taxxa kumplimentari tal-UTPR totali għal sena fiskali għandha tkun ugwali għas-somma tat-taxxa kumplimentari kkomputata għal kull entità kostitwenti b'taxxa baxxa tal-grupp MNE għal dik is-sena fiskali, f'konformità mal-Artikolu 27, soġġetta għall-aġġustamenti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
3. It-taxxa kumplimentari tal-UTPR ta' entità kostitwenti b'taxxa baxxa għandha tkun ugwali għal żero fejn, għas-sena fiskali, l-interessi proprjetarji kollha tal-entità omm apikali f'tali entità kostitwenti b'taxxa baxxa jkunu miżmuma direttament jew indirettament minn entità omm waħda jew aktar li huma meħtieġa japplikaw IIR kwalifikata fir-rigward ta' dik l-entità kostitwenti b'taxxa baxxa għal dik is-sena fiskali.
4. Fejn il-paragrafu 3 ma japplikax, it-taxxa kumplimentari tal-UTPR ta' entità kostitwenti b'taxxa baxxa għandha titnaqqas bis-sehem allokabbli tal-entità omm tat-taxxa kumplimentari ta' dik l-entità kostitwenti b'taxxa baxxa li tiġi involuta taħt IIR kwalifikata.
5. Il-perċentwal tal-UTPR ta' Stat Membru għandu jiġi kkalkulat, għal kull sena fiskali u għal kull grupp MNE, skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
(a) |
in-numru ta' impjegati fl-Istat Membru huwa n-numru totali ta' impjegati tal-entitajiet kostitwenti kollha tal-grupp MNE li jinsabu f'dak l-Istat Membru; |
|
(b) |
in-numru ta' impjegati fil-ġuriżdizzjonijiet kollha b'UTPR huwa n-numru totali ta' impjegati tal-entitajiet kostitwenti kollha tal-grupp MNEs li jinsabu f'ġuriżdizzjoni li għandha UTPR kwalifikata fis-seħħ għas-sena fiskali; |
|
(c) |
il-valur totali tal-assi tanġibbli fl-Istat Membru huwa s-somma tal-valur nett tal-assi tanġibbli tal-entitajiet kostitwenti kollha tal-grupp MNE li jinsabu f'dak l-Istat Membru; |
|
(d) |
il-valur totali tal-assi tanġibbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha b'UTPR huwa s-somma tal-valur nett tal-assi tanġibbli tal-entitajiet kostitwenti kollha tal-grupp MNE li jinsabu f'ġuriżdizzjoni li jkollha UTPR kwalifikata fis-seħħ għas-sena fiskali. |
6. In-numru ta' impjegati għandu jkun in-numru ta' impjegati fuq bażi ta' ekwivalenti għal full time tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni rilevanti, inkluż kuntratturi indipendenti dment li jipparteċipaw fl-attivitajiet operatorji ordinarji tal-entità kostitwenti.
L-assi tanġibbli għandhom jinkludu l-assi tanġibbli tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni rilevanti iżda ma għandhomx jinkludu flus jew ekwivalenti ta' flus, assi intanġibbli jew finanzjarji.
7. L-impjegati li l-kostijiet tal-pagi tagħhom ikunu inklużi fil-kontijiet finanzjarji separati ta' stabbiliment permanenti kif stabbilit mill-Artikolu 18(1) u aġġustati f'konformità mal-Artikolu 18(2) għandhom jiġu allokati fil-ġurisdizzjoni li fiha l-istabbiliment permanenti jinsab.
L-assi tanġibbli inklużi f'kontijiet finanzjarji separati ta' dak l-istabbiliment permanenti kif stabbilit fl-Artikolu 18(1) u aġġustati skont l-Artikolu 18(2) għandhom jiġu allokati fil-ġurisdizzjoni li fiha l-istabbiliment permanenti jinsab.
L-għadd ta' impjegati u l-assi tanġibbli allokati għall-ġuriżdizzjoni ta' stabbiliment permanenti ma għandhomx jitqiesu għan-numru ta' impjegati u l-assi tanġibbli tal-ġuriżdizzjoni tal-entità ewlenija.
In-numru ta' impjegati u l-valur kontabilistiku nett tal-assi tanġibbli miżmumin minn entità ta' investiment għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-formula stabbiliti fil-paragrafu 5.
In-numru ta' impjegati u l-valur kontabilistiku nett tal-assi tanġibbli ta' entità passarella għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-formula stabbiliti fil-paragrafu 5, sakemm ma jkunux allokati għal stabbiliment permanenti jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment permanenti, għall-entitajiet kostitwenti li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni fejn tkun inħolqot l-entità passarella.
8. B'deroga mill-paragrafu 5, il-perċentwal tal-UTPR ta' ġuriżdizzjoni għal grupp MNE għandu jitqies bħala żero għal sena fiskali sakemm l-ammont tat-taxxa kumplimentari tal-UTPR allokat lil dik il-ġuriżdizzjoni f'sena fiskali preċedenti ma jkunx wassal sabiex l-entitajiet kostitwenti ta' dak il-grupp MNE li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni jkollhom spiża addizzjonali tat-taxxa fi flus kontanti ugwali, b'kollox, għall-ammont ta' taxxa kumplimentari tal-UTPR għal dik is-sena fiskali preċedenti allokat lil dik il-ġuriżdizzjoni.
In-numru ta' impjegati u l-valur nett tal-assi tanġibbli tal-entitajiet kostitwenti ta' grupp MNE li jinsab f'ġuriżdizzjoni b'perċentwal tal-UTPR ta' żero għal sena fiskali għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-formula għall-allokazzjoni tat-taxxa kumplimentari totali tal-UTPR għall-grupp MNE għal dik is-sena fiskali.
9. Il-paragrafu 8 ma għandux japplika għal sena fiskali jekk il-ġuriżdizzjonijiet kollha b'UTPR kwalifikat fis-seħħ għas-sena fiskali jkollhom perċentwal tal-UTPR ta' żero għall-grupp MNE għal dik is-sena fiskali.
KAPITOLU III
KOMPUTAZZJONI TAL-INTROJTU JEW TELF KWALIFIKANTI
Artikolu 15
Determinazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti
1. L-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità kostitwenti għandu jiġi kkalkulat billi jsiru l-aġġustamenti stipulati fl-Artikoli 16 sa 19 għall-introjtu jew għat-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-entità kostitwenti għas-sena fiskali qabel kwalunkwe aġġustament ta' konsolidazzjoni għall-eliminazzjoni ta' tranżazzjonijiet intragrupp, kif iddeterminat skont l-istandard kontabilistiku użat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali.
2. Meta ma jkunx raġonevolment prattikabbli li jiġi ddeterminat l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta' entità kostitwenti fuq il-bażi tal-istandard kontabilistiku finanzjarju aċċettabbli jew l-istandard kontabilistiku finanzjarju awtorizzat użat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-entità kostitwenti għas-sena fiskali jista' jiġi ddeterminat bl-użu ta' standard aċċettabbli ieħor tal-kontabilità finanzjarja jew ta' standard awtorizzat tal-kontabilità finanzjarja dment li:
|
(a) |
il-kontijiet finanzjarji tal-entità kostitwenti jinżammu fuq il-bażi ta' dak l-istandard kontabilistiku; |
|
(b) |
l-informazzjoni li tinsab fil-kontijiet finanzjarji hija affidabbli; u |
|
(c) |
differenzi permanenti ta' aktar minn EUR 1 000 000 li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' prinċipju jew ta' standard partikolari għal entrati ta' introjtu jew ta' spiża jew għal tranżazzjonijiet, fejn dak il-prinċipju jew standard ivarja mill-istandard finanzjarju użat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali, huma aġġustati sabiex jikkonformaw mat-trattament meħtieġ għal dik l-entrata skont l-istandard kontabilistiku użat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati. |
3. Meta entità omm apikali ma tkunx ħejjiet ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha f'konformità ma' standard tal-kontabilità finanzjarja aċċettabbli kif imsemmi fl-Artikolu 3, punt (6)(c), ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali għandhom jiġu aġġustati sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni materjali fil-kompetizzjoni.
4. Meta entità omm apikali ma tħejjix rapporti finanzjarji konsolidati kif imsemmija fl-Artikolu 3, punti (6)(a), (b) u (c), ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali msemmija fl-Artikolu 3, punt (6)(d), għandhom ikunu dawk li kienu jitħejjew li kieku l-entità omm apikali kienet meħtieġa tħejji dawn ir-rapporti finanzjarji konsolidati f'konformità ma’:
|
(a) |
standard tal-kontabilità finanzjarja aċċettabbli; jew |
|
(b) |
standard tal-kontabilità finanzjarja awtorizzat, dment li tali rapporti finanzjarji konsolidati jiġu aġġustati sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni materjali tal-kompetizzjoni. |
5. Meta tiġi applikata taxxa kumplimentari domestika kwalifikata minn ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-entitajiet kostitwenti li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru jew pajjiż terz jistgħu jiġu ddeterminati f'konformità ma' standard tal-kontabilità finanzjarja aċċettabbli jew standard tal-kontabilità finanzjarja awtorizzat li jkun differenti mill-istandard tal-kontabilità finanzjarja użat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali, dment li tali introjtu jew telf nett tal-kontabilità finanzjarja jiġi aġġustat biex jipprevjeni kwalunkwe distorsjoni materjali tal-kompetizzjoni.
6. Meta l-applikazzjoni ta' prinċipju jew ta' proċedura speċifika skont sett ta' prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati tirriżulta f'distorsjoni materjali tal-kompetizzjoni, it-trattament kontabilistiku ta' kwalunkwe entrata jew tranżazzjoni soġġetta għal dak il-prinċipju jew dik il-proċedura għandu jiġi aġġustat sabiex jikkonforma mat-trattament meħtieġ għall-entrata jew għat-tranżazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS jew IFRS kif adottati mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002).
Artikolu 16
Aġġustamenti sabiex jiġi ddeterminat l-introjtu jew telf kwalifikanti
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“spiża tat-taxxi netta” tfisser l-ammont nett tal-entrati li ġejjin:
|
|
(b) |
“dividend eskluż” tfisser dividend jew distribuzzjoni oħra riċevut jew dovut fir-rigward ta' interess proprjetarju, ħlief dividend jew distribuzzjoni oħra riċevut jew dovut fir-rigward ta’:
|
|
(c) |
“gwadann jew telf ta' ekwità eskluż” tfisser gwadann, profitt jew telf, inkluż fl-introjtu jew telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-entità kostitwenti, li jirriżulta minn:
|
|
(d) |
“gwadann jew telf tal-metodu ta' rivalwazzjoni inkluż” tfisser gwadann jew telf nett, miżjud jew imnaqqas bi kwalunkwe taxxa koperta assoċjata għas-sena fiskali, li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodu jew ta' prattika kontabilistika li, fir-rigward ta' kull proprjetà, impjant u tagħmir:
|
|
(e) |
“gwadann jew telf asimetriku tal-kambju” tfisser gwadann jew telf f'munita barranija ta' entità li l-muniti funzjonali tal-kontabilità u tat-taxxa tagħha huma differenti u li huwa:
il-munita funzjonali tat-taxxa hija l-munita funzjonali użata biex jiġi ddeterminat l-introjtu jew it-telf taxxabbli tal-entità kostitwenti għal taxxa koperta fil-ġuriżdizzjoni li tinsab fiha; il-munita funzjonali tal-kontabilità hija l-munita funzjonali użata biex jiġi ddeterminat l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-entità kostitwenti; it-tielet munita barranija hija munita li mhix il-munita funzjonali tat-taxxa u lanqas il-munita funzjonali tal-kontabilità tal-entità kostitwenti; |
|
(f) |
“spiża inammissibbli mill-politika” tfisser:
|
|
(g) |
“żbalji u bidliet fil-prinċipji kontabilistiċi fil-perijodu preċedenti” tfisser bidla fl-ekwità tal-ftuħ ta' entità kostitwenti fil-bidu ta' sena fiskali li tkun attribwibbli għal:
|
|
(h) |
“spiża tal-pensjoni dovuta” tfisser id-differenza bejn l-ammont tal-ispiża ta' obbligazzjoni tal-pensjoni inkluża fl-introjtu jew fit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja u l-ammont ikkontribwit għal fond ta' pensjoni għas-sena fiskali. |
2. L-introjtu jew it-telf tal-kontabilità finanzjarja nett ta' entità kostitwenti għandu jiġi aġġustat bl-ammont tal-entrati li ġejjin sabiex jiġi ddeterminat l-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha:
|
(a) |
l-ispejjeż netti tat-taxxi; |
|
(b) |
id-dividendi esklużi; |
|
(c) |
il-gwadanji jew it-telf ta' ekwità esklużi; |
|
(d) |
inkluż il-gwadanji jew it-telf tal-metodu ta' rivalwazzjoni; |
|
(e) |
il-gwadanji jew it-telf mid-disponiment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 35; |
|
(f) |
il-gwadanji jew it-telf asimetriċi tal-kambju; |
|
(g) |
l-ispejjeż inammissibbli mill-politika; |
|
(h) |
żbalji u bidliet fil-prinċipji kontabilistiċi fil-perijodu preċedenti; u |
|
(i) |
l-ispejjeż tal-pensjoni dovuti. |
3. Skont l-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, entità kostitwenti tista' tissostitwixxi l-ammont tal-ispiża fil-kontijiet finanzjarji tagħha għal kost jew spiża ta' tali entità kostitwenti li tkun tħallset b'kumpens ibbażat fuq il-borża bl-ammont permess bħala tnaqqis għall-komputazzjoni tal-introjtu taxxabbli tagħha fil-post fejn tkun tinsab.
Meta ma tkunx ġiet eżerċitata l-opzjoni li jintużaw l-opzjonijiet ta' stokk, l-ammont tal-kost jew tal-ispiża tal-kumpens ibbażata fuq l-istokk li jkun tnaqqas mill-introjtu jew mit-telf tal-kontabilità finanzjarja nett tal-entità kostitwenti għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha għas-snin fiskali kollha preċedenti għandu jiġi inkluż fis-sena fiskali li fiha tkun skadiet dik l-opzjoni.
Meta parti mill-ammont tal-kost jew tal-ispiża tal-kumpens ibbażata fuq l-istokk tkun ġiet irreġistrata fil-kontijiet finanzjarji tal-entità kostitwenti fis-snin finanzjarji qabel is-sena fiskali li fiha ssir l-għażla, ammont ugwali għad-differenza bejn l-ammont totali tal-kost jew tal-ispiża tal-kumpens ibbażata fuq l-istokkijiet li tnaqqas għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha f'dawk is-snin finanzjarji preċedenti u l-ammont totali tal-kost jew tal-ispiża tal-kumpens ibbażata fuq l-istokkijiet li kien jitnaqqas għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha f'dawk is-snin finanzjarji preċedenti li kieku l-għażla saret f'dawn is-snin finanzjarji għandu jiġi inkluż fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entità kostitwenti għal dik is-sena fiskali.
L-għażla għandha ssir f'konformità mal-Artikolu 45(1) u għandha tapplika b'mod konsistenti għall-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni għas-sena li fiha ssir l-għażla u għas-snin finanzjarji sussegwenti kollha.
Fis-sena fiskali li fiha tiġi rrevokata l-għażla, l-ammont tal-kost jew tal-ispiża ta' kumpens ibbażata fuq l-istokkijiet mhux imħallsa, imnaqqas skont l-għażla, li jaqbeż l-ispiża tal-kontabilità finanzjarja dovuta għandu jiġi inkluż fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entità kostitwenti.
4. Kwalunkwe tranżazzjoni bejn entitajiet kostitwenti li jinsabu f'ġuriżdizzjonijiet differenti li mhijiex irreġistrata fl-istess ammont fil-kontijiet finanzjarji taż-żewġ entitajiet kostitwenti jew li mhijiex konsistenti mal-prinċipju ta' distakkament għandha tiġi aġġustata sabiex tkun fl-istess ammont u konsistenti mal-prinċipju ta' distakkament.
Telf minn bejgħ jew trasferiment ieħor ta' assi bejn żewġ entitajiet kostitwenti li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni li ma jkunx irreġistrat b'mod konsistenti mal-prinċipju ta' distakkament għandu jiġi aġġustat abbażi tal-prinċipju ta' distakkament jekk dak it-telf ikun inkluż fil-komputazzjoni tal-introjtu jew it-telf kwalifikanti.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, 'il-prinċipju ta' distakkament' ifisser il-prinċipju li permezz tiegħu it-tranżazzjonijiet bejn entitajiet kostitwenti għandhom jiġu rreġistrati b'referenza għall-kundizzjonijiet li kienu jinkisbu bejn intrapriżi indipendenti fi tranżazzjonijiet komparabbli u f'ċirkostanzi komparabbli.
5. Il-krediti tat-taxxa rimborżabbli kwalifikati msemmija fl-Artikolu 3, punt (38) għandhom jiġu ttrattati bħala introjtu għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità kostitwenti. Il-krediti tat-taxxa rimborżabbli mhux kwalifikati ma għandhomx jiġu ttrattati bħala introjtu għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità kostitwenti.
6. Skont l-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, il-gwadann u t-telf fir-rigward tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li huma soġġetti għall-kontabilità abbażi tal-valur ġust jew tal-indeboliment fir-rapporti finanzjarji konsolidati għal sena fiskali jistgħu jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-prinċipju tar-realizzazzjoni għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti.
Il-gwadann jew it-telf li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-kontabilità abbażi tal-valur ġust jew tal-indeboliment fir-rigward ta' assi jew ta' obbligazzjoni għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità kostitwenti skont l-ewwel subparagrafu.
Il-valur kontabilistiku ta' assi jew ta' obbligazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni ta' gwadann jew ta' telf skont l-ewwel subparagrafu għandu jkun il-valur kontabilistiku fiż-żmien li l-assi jkun ġie akkwiżit jew li tkun iġġarrbet l-obbligazzjoni, jew fl-ewwel jum tas-sena fiskali li fiha ssir l-għażla, skont liema data tkun l-aktar tard.
L-għażla għandha ssir f'konformità mal-Artikolu 45(1) u għandha tapplika għall-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu f'ġuriżdizzjoni li ssir l-għażla għaliha, sakemm l-entità kostitwenti dikjaranti ma tagħżilx li tillimita l-għażla għall-assi tanġibbli tal-entitajiet kostitwenti jew għall-entitajiet ta' investiment.
Fis-sena fiskali li fiha l-għażla tiġi rrevokata, ammont ugwali għad-differenza bejn il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni kif ukoll il-valur kontabilistiku tal-assi jew l-obbligazzjoni fl-ewwel jum tas-sena fiskali li fiha ssir ir-revoka, iddeterminat skont l-għażla, għandu jiġi inkluż, jekk il-valur ġust jeċċedi l-valur kontabilistiku, jew jitnaqqas, jekk il-valur kontabilistiku jeċċedi l-valur ġust, għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti.
7. Skont l-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, l-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità kostitwenti li tinsab f'ġuriżdizzjoni li jirriżulta mid-disponiment ta' assi tanġibbli lokali li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni minn tali entità kostitwenti lil partijiet terzi, minbarra membru tal-grupp, għal sena fiskali jista' jiġi aġġustat kif stabbilit f'dan il-paragrafu . Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-assi tanġibbli lokali huma proprjetà immobbli li tinsab fl-istess ġuriżdizzjoni tal-entità kostitwenti.
Il-gwadann nett li jinħoloq mid-disponiment ta' assi tanġibbli lokali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu fis-sena fiskali li fiha ssir l-għażla għandu jiġi paċut kontra kwalunkwe telf nett ta' entità kostitwenti li tinsab f'dik il-ġuriżdizzjoni li jinħoloq mid-disponiment ta' assi tanġibbli lokali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu fis-sena fiskali li fiha ssir l-għażla u fl-erba' snin finanzjarji qabel dik is-sena fiskali (il-“perijodu ta' ħames snin”). Il-gwadann nett l-ewwel għandu jiġi paċut kontra t-telf nett, jekk ikun hemm, li jkun irriżulta fl-aktar sena fiskali bikrija tal-perijodu ta' ħames snin. Kwalunkwe ammont residwu ta' gwadann nett għandu jiġi riportat u paċut kontra kwalunkwe telf nett li jirriżulta fis-snin finanzjarji sussegwenti tal-perijodu ta' ħames snin.
Kwalunkwe ammont residwu ta' gwadann nett li jifdal wara l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu għandu jinfirex b'mod ugwali matul il-perijodu ta' ħames snin għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' kull entità kostitwenti li tinsab f'dik il-ġuriżdizzjoni li tkun għamlet gwadann nett mid-disponiment ta' assi tanġibbli lokali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu fis-sena fiskali li fiha ssir l-għażla. L-ammont residwu ta' gwadann nett allokat lil entità kostitwenti għandu jkun proporzjonali għall-gwadann nett ta' dik l-entità kostitwenti diviż bil-gwadann nett tal-entitajiet kostitwenti kollha.
Meta l-ebda entità kostitwenti f'ġuriżdizzjoni ma tkun għamlet gwadann nett mid-disponiment ta' assi tanġibbli lokali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu fis-sena fiskali li fiha ssir l-għażla, l-ammont residwu ta' gwadann nett kif imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jiġi allokat b'mod ugwali għal kull entità kostitwenti f'dik il-ġuriżdizzjoni u jinfirex b'mod ugwali fuq il-perijodu ta' ħames snin għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' kull waħda minn dawk l-entitajiet kostitwenti.
Kwalunkwe aġġustament skont dan il-paragrafu għas-snin fiskali ta' qabel is-sena fiskali li fiha ssir l-għażla għandu jkun soġġett għal aġġustamenti f'konformità mal-Artikolu 29(1). L-għażla għandha ssir annwalment f'konformità mal-Artikolu 45(2).
8. Kwalunkwe spiża relatata ma' arranġament ta' finanzjament li bih entità kostitwenti waħda jew aktar tipprovdi kreditu lil jew tagħmel investiment mod ieħor f'entità kostitwenti waħda jew aktar tal-istess grupp ('l-arranġament ta' finanzjament intragrupp') ma għandhiex titqies fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità kostitwenti jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-entità kostitwenti tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni b'taxxa baxxa jew f'ġuriżdizzjoni li kienet tkun b'taxxa baxxa li kieku l-ispiża ma kinitx dovuta mill-entità kostitwenti; |
|
b) |
jista' jkun raġonevolment antiċipat li, matul id-durata mistennija tal-arranġament ta' finanzjament intragrupp, l-arranġament ta' finanzjament intragrupp ser iżid l-ammont ta' spejjeż li jitqiesu għall-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' dik l-entità kostitwenti, mingħajr ma jirriżulta f'żieda proporzjonata fl-introjtu taxxabbli tal-entità kostitwenti li tipprovdi l-kreditu (il-"kontroparti"); |
|
(c) |
il-kontroparti tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni li mhijiex ġuriżdizzjoni b'rata baxxa ta' tassazzjoni jew f'ġuriżdizzjoni li ma kienx ikollha rata baxxa ta' tassazzjoni kieku l-introjtu relatat mal-ispiża ma kienx dovut mill-kontroparti. |
9. Entità omm apikali tista' tagħżel li tapplika t-trattament kontabilistiku konsolidat tagħha biex telimina l-introjtu, l-ispiża, il-gwadann u t-telf minn tranżazzjonijiet bejn entitajiet kostitwenti li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni u inklużi fi grupp ta' konsolidazzjoni tat-taxxa għall-fini tal-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti nett ta' dawk l-entitajiet kostitwenti.
L-għażla għandha ssir f'konformità mal-Artikolu 45(1).
Fis-sena fiskali li fiha ssir jew tiġi rrevokata l-għażla, għandhom isiru aġġustamenti xierqa sabiex l-entrati ta' introjtu jew telf kwalifikanti ma jitqisux aktar minn darba jew jitħallew barra bħala riżultat ta' tali għażla jew revoka.
10. Kumpanija tal-assigurazzjoni għandha teskludi mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha kwalunkwe ammont mitlub lid-detenturi tal-poloz għat-taxxi mħallsin mill-kumpanija tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-redditi lid-detenturi tal-poloz. Kumpanija tal-assigurazzjoni għandha tinkludi fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha kwalunkwe redditu lid-detenturi tal-poloz li ma jkunx rifless fl-introjtu jew fit-telf tal-kontabilità finanzjarja nett tagħha sal-punt li ż-żieda jew it-tnaqqis korrispondenti fl-obbligazzjoni għad-detenturi tal-poloz ikun rifless fl-introjtu jew fit-telf tal-kontabilità finanzjarja nett tagħha.
11. Kwalunkwe ammont li huwa rikonoxxut bħala tnaqqis fl-ekwità ta' entità kostitwenti u huwa r-riżultat ta' distribuzzjonijiet magħmulin jew dovuti fir-rigward ta' strument maħruġ minn dik l-entità kostitwenti skont ir-rekwiżiti regolatorji prudenzjali ('il-kapital tal-ewwel livell addizzjonali') għandhom jiġu ttrattati bħala spiża fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħhom.
Kwalunkwe ammont li huwa rikonoxxut bħala żieda fl-ekwità ta' entità kostitwenti u huwa r-riżultat ta' distribuzzjonijiet riċevuti jew li għandhom jiġu riċevuti fir-rigward ta' kapital tal-ewwel livell addizzjonali miżmum mill-entità kostitwenti għandu jiġi inkluż fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha.
Artikolu 17
Esklużjoni tal-introjtu mit-tbaħħir internazzjonali
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
a) |
“introjtu mit-tbaħħir internazzjonali” tfisser introjtu nett miksub minn entità kostitwenti mill-attivitajiet li ġejjin, dment li t-trasport ma jsirx permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni fl-istess ġuriżdizzjoni:
|
|
(b) |
“introjtu anċillari kwalifikat mit-tbaħħir internazzjonali” tfisser introjtu nett miksub minn entità kostitwenti mill-attivitajiet li ġejjin, dment li tali attivitajiet jitwettqu primarjament b'rabta mat-trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija minn bastimenti fit-traffiku internazzjonali:
|
2. L-introjtu mit-tbaħħir internazzjonali u l-introjtu anċillari kwalifikat mit-tbaħħir internazzjonali ta' entità kostitwenti għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha, dment li l-entità kostitwenti turi li l-ġestjoni strateġika jew kummerċjali tal-bastimenti kollha kkonċernati effettivament titwettaq minn ġewwa l-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità kostitwenti.
3. Meta l-komputazzjoni tal-introjtu mit-tbaħħir internazzjonali u tal-introjtu anċillari kwalifikat mit-tbaħħir internazzjonali ta' entità kostitwenti tirriżulta f'telf, tali telf għandu jiġi eskluż mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entità kostitwenti.
4. L-introjtu anċillari kwalifikat mit-tbaħħir internazzjonali aggregat tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu f'ġuriżdizzjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-introjtu mit-tbaħħir internazzjonali ta' dawk l-entitajiet kostitwenti.
5. Il-kostijiet imġarrbin minn entità kostitwenti attribwibbli direttament lill-attivitajiet internazzjonali tagħha tat-tbaħħir elenkati fil-paragrafu 1, punt (a) u mill-attivitajiet internazzjonali anċillari tat-tbaħħir kwalifikati elenkati fil-paragrafu 1, punt (b) għandhom jiġu allokati għal tali attivitajiet għall-fini tal-komputazzjoni tal-introjtu nett mit-tbaħħir internazzjonali u tal-introjtu nett kwalifikat mit-tbaħħir internazzjonali tal-entità kostitwenti.
Il-kostijiet imġarrbin minn entità kostitwenti li indirettament jirriżultaw mill-attivitajiet internazzjonali tagħha tat-tbaħħir u mill-attivitajiet anċillari kwalifikati tat-tbaħħir internazzjonali għandhom jitnaqqsu mid-dħul tal-entità kostitwenti minn tali attivitajiet għall-komputazzjoni tal-introjtu mit-tbaħħir internazzjonali tagħha u l-introjtu anċillari kwalifikat mit-tbaħħir internazzjonali tal-entità kostitwenti fuq il-bażi tad-dħul tagħha minn tali attivitajiet b'mod proporzjonat għad-dħul totali tagħha.
6. Il-kostijiet diretti u indiretti kollha attribwiti lill-introjtu mit-tbaħħir internazzjonali u l-introjtu anċillari kwalifikat mit-tbaħħir internazzjonali ta' entità kostitwenti f'konformità mal-paragrafu 5 għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha.
Artikolu 18
Allokazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti bejn entità ewlenija u stabbiliment permanenti
1. Meta entità kostitwenti tkun stabbiliment permanenti kif iddefinit fl-Artikolu 3, punt (13)(a), (b) jew (c) , l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tagħha għandu jkun l-introjtu jew it-telf nett rifless fil-kontijiet finanzjarji separati ta' dak l-istabbiliment permanenti.
Meta stabbiliment permanenti ma jkollux kontijiet finanzjarji separati, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tagħha għandu jkun l-ammont li kien ikun rifless fil-kontijiet finanzjarji separati tagħha li kieku tħejjew fuq bażi awtonoma u f'konformità mal-istandard kontabilistiku użat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali.
2. Meta entità kostitwenti tissodisfa d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti fl-Artikolu 3, punt (13)(a) jew (b), l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tagħha għandu jiġi aġġustat sabiex jirrifletti biss l-ammonti u l-entrati tal-introjtu u tal-ispiża li jkunu attribwibbli għaliha skont it-trattat dwar it-taxxa applikabbli jew il-liġi domestika tal-ġuriżdizzjoni fejn tkun tinsab, irrispettivament mill-ammont tal-introjtu soġġett għat-taxxa u mill-ammont ta' spejjeż deduċibbli f'dik il-ġuriżdizzjoni.
Meta entità kostitwenti tissodisfa d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti fl-Artikolu 3, punt (13)(c) , l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tagħha għandu jiġi aġġustat sabiex jirrifletti biss l-ammonti u l-entrati tal-introjtu u tal-ispiża li kienu jkunu attribwibbli għaliha f'konformità mal-Artikolu 7 tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq Introjtu u fuq il-Kapital, kif emendat .
3. Meta entità kostitwenti tissodisfa d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti fl-Artikolu 3, punt (13)(d), l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tagħha għandu jiġi kkomputat abbażi tal-ammonti u l-entrati tal-introjtu li jkunu eżentati fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità ewlenija u attribwibbli għall-operazzjonijiet imwettqin barra minn dik il-ġuriżdizzjoni u l-ammonti u l-entrati ta' spiża li ma jitnaqqsux għal finijiet tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tkun tinsab l-entità ewlenija u li jkunu attribwibbli għal tali operazzjonijiet.
4. L-introjtu jew it-telf tal-kontabilità finanzjarja nett ta' stabbiliment permanenti ma għandux jitqies fid-determinazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entità ewlenija, ħlief kif previsti fil-paragrafu 5.
5. Telf kwalifikanti ta' stabbiliment permanenti għandu jiġi ttrattat bħala spiża tal-entità ewlenija għall-komputazzjoni tal-introjtu jew it-telf kwalifikanti tagħha sal-punt li t-telf tal-istabbiliment permanenti jiġi ttrattat bħala spiża fil-komputazzjoni tal-introjtu taxxabbli domestiku ta' tali entità ewlenija u ma jiġix paċut kontra entrata tal-introjtu taxxabbli domestiku li huwa soġġett għat-taxxa skont il-liġijiet kemm tal-ġuriżdizzjoni tal-entità ewlenija kif ukoll tal-ġuriżdizzjoni tal-istabbiliment permanenti.
L-introjtu kwalifikanti li sussegwentement jinkiseb mill-istabbiliment permanenti għandu jiġi ttrattat bħala introjtu kwalifikanti tal-entità ewlenija sal-ammont tat-telf kwalifikanti li qabel kien ittrattat bħala spiża tal-entità ewlenija skont l-ewwel subparagrafu.
Artikolu 19
Allokazzjoni u komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità passarella
1. L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta' entità kostitwenti li tkun entità passarella għandu jitnaqqas bl-ammont allokat lis-sidien tagħha li ma jkunux entitajiet tal-grupp u li għandhom l-interess proprjetarju tagħhom f'tali entità passarella direttament jew permezz ta' katina ta' entitajiet trasparenti fir-rigward tat-taxxa, ħlief jekk:
|
(a) |
l-entità passarella tkun entità omm apikali; jew |
|
(b) |
l-entità passarella tkun taħt parteċipazzjoni azzjonarja, direttament jew permezz ta' katina ta' entitajiet trasparenti fir-rigward tat-taxxa, minn entità omm apikali msemmija fil-punt (a). |
2. L-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja ta' entità kostitwenti li tkun entità passarella għandu jitnaqqas mill-introjtu jew mit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja li jiġi allokat lil entità kostitwenti oħra.
3. Meta entità passarella twettaq negozju kompletament jew parzjalment permezz ta' stabbiliment permanenti, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tagħha li jifdal wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi allokat għal dak l-istabbiliment permanenti f'konformità mal-Artikolu 18.
4. Meta entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa ma tkunx l-entità omm apikali, l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-entità passarella li jifdal wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3 għandu jiġi allokat lis-sidien tal-entità kostitwenti tagħha f'konformità mal-interessi proprjetarji tagħhom fl-entità passarella.
5. Meta entità passarella tkun entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa li tkun l-entità omm apikali jew entità ibrida bil-maqlub, kwalunkwe introjtu jew telf nett tal-kontabilità finanzjarja tal-entità passarella li jifdal wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3 għandu jiġi allokat lill-entità omm apikali jew lill-entità ibrida bil-maqlub.
6. Il-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu applikati separatament fir-rigward ta' kull interess proprjetarju fl-entità passarella.
KAPITOLU IV
IL-KOMPUTAZZJONI TAT-TAXXI KOPERTI AĠĠUSTATI
Artikolu 20
Taxxi koperti
1. It-taxxi koperti ta' entità kostitwenti għandhom jinkludu:
|
(a) |
it-taxxi rreġistrati fil-kontijiet finanzjarji ta' entità kostitwenti fir-rigward tal-introjtu jew tal-profitti tagħha, jew is-sehem tagħha mill-introjtu jew mill-profitti ta' entità kostitwenti li fiha jkollha interess proprjetarju; |
|
(b) |
it-taxxi fuq il-profitti distribwiti, id-distribuzzjonijiet tal-profitti preżunti, u l-ispejjeż mhux tan-negozju imposti skont sistema tat-taxxa tad-distribuzzjoni eliġibbli; |
|
(c) |
it-taxxi imposti minflok taxxa korporattiva fuq l-introjtu applikabbli b'mod ġenerali; u |
|
(d) |
it-taxxi imposti b'referenza għall-qligħ imfaddal u għall-ekwità korporattiva, inkluż it-taxxi fuq komponenti multipli bbażati fuq l-introjtu u fuq l-ekwità. |
2. It-taxxi koperti ta' entità kostitwenti ma għandhomx jinkludu:
|
(a) |
it-taxxa kumplimentari akkumulata minn entità prinċipali taħt IIR kwalifikata; |
|
(b) |
it-taxxa kumplimentari akkumulata minn entità kostitwenti taħt taxxa kumplimentari domestika kwalifikata; |
|
(c) |
it-taxxi attribwibbli għal aġġustament magħmul minn entità kostitwenti bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' UTPR kwalifikata; |
|
(d) |
it-taxxa tal-imputazzjoni rimborżabbli skwalifikata; u |
|
(e) |
it-taxxi mħallsin minn kumpanija tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-redditi għad-detenturi tal-poloz. |
3. It-taxxi koperti fir-rigward ta' kwalunkwe gwadann jew telf nett li jirriżulta mid-disponiment ta' assi tanġibbli lokali kif imsemmi fl-Artikolu 16(7), fl-ewwel subparagrafu, fis-sena fiskali li fiha ssir l-għażla msemmija f'dak is-subparagrafu għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tat-taxxi koperti.
Artikolu 21
Taxxi koperti aġġustati
1. It-taxxi koperti aġġustati ta' entità kostitwenti għal sena fiskali għandhom jiġu ddeterminati billi tiġi aġġustata s-somma tal-ispiża tat-taxxa attwali dovuta fl-introjtu jew fit-telf nett tal-kontabilità finanzjarja tagħha fir-rigward tat-taxxi koperti għas-sena fiskali, billi:
|
(a) |
l-ammont nett taż-żidiet u tat-tnaqqis tagħha għat-taxxi koperti għas-sena fiskali kif stipulat fil-paragrafi 2 u 3; |
|
(b) |
l-ammont totali ta' aġġustament tat-taxxa differita kif stipulat fl-Artikolu 22; u |
|
(c) |
kwalunkwe żieda jew tnaqqis fit-taxxi koperti rreġistrat f'ekwità jew f'introjtu komprensiv ieħor b'rabta mal-ammonti inklużi fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti li ser ikunu soġġetti għat-taxxa skont ir-regoli lokali tat-taxxa. |
2. Iż-żidiet mat-taxxi koperti ta' entità kostitwenti għas-sena fiskali għandhom jinkludu:
|
(a) |
kwalunkwe ammont ta' taxxi koperti dovuti bħala spiża fil-profitt qabel it-tassazzjoni fil-kontijiet finanzjarji; |
|
(b) |
kwalunkwe ammont ta' assi ta' taxxa differita ta' telf kwalifikanti li jkun intuża skont l-Artikolu 23(2); |
|
(c) |
kwalunkwe ammont ta' taxxi koperti relatati ma' pożizzjoni tat-taxxa inċerta preċedentement eskluża skont paragrafu 3, punt (d), li jitħallas fis-sena fiskali; u |
|
(d) |
kwalunkwe ammont ta' kreditu jew ta' rifużjoni fir-rigward ta' kreditu tat-taxxa rimborżabbli kwalifikat li kien dovut bħala tnaqqis għall-ispiża tat-taxxa attwali. |
3. It-tnaqqis għat-taxxi koperti ta' entità kostitwenti għas-sena fiskali għandu jinkludi:
|
(a) |
l-ammont ta' spiża tat-taxxa attwali fir-rigward tal-introjtu eskluż mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti skont il-Kapitolu III; |
|
(b) |
kwalunkwe ammont ta' kreditu jew ta' rifużjoni fir-rigward ta' kreditu tat-taxxa rimborżabbli mhux kwalifikat li ma kienx irreġistrat bħala tnaqqis għall-ispiża tat-taxxa attwali; |
|
(c) |
kwalunkwe ammont ta' taxxi koperti rimborżati jew kreditati lil entità kostitwenti li ma ġietx ittrattata bħala aġġustament għall-ispiża tat-taxxa attwali fil-kontijiet finanzjarji, sakemm ma jkunx relatat ma' kreditu tat-taxxa rimborżabbli kwalifikat; |
|
(d) |
l-ammont ta' spiża tat-taxxa attwali, li huwa relatat ma' pożizzjoni tat-taxxa inċerta; u |
|
(e) |
kwalunkwe ammont ta' spiża tat-taxxa attwali li ma huwiex mistenni li jitħallas fi żmien tliet snin wara t-tmiem tas-sena fiskali. |
4. Għall-finijiet tal-komputazzjoni ta' taxxi koperti aġġustati, fejn ammont ta' taxxa koperta huwa deskritt f'aktar minn punt wieħed fil-paragrafi 1, 2 u 3, dan għandu jitqies darba biss.
5. Fejn, għal sena fiskali, ma jkun hemm l-ebda introjtu kwalifikanti nett f'ġuriżdizzjoni u l-ammont ta' taxxi koperti aġġustati għal dik il-ġuriżdizzjoni jkun negattiv u anqas minn ammont ugwali għat-telf kwalifikanti nett immultiplikat bir-rata minima tat-taxxa ('it-taxxi koperti aġġustati mistennija'), l-ammont ugwali għad-differenza bejn l-ammont ta' taxxi koperti aġġustati u l-ammont ta' taxxi koperti aġġustati mistennija għandu jiġi ttrattat bħala taxxa kumplimentari addizzjonali għal dik is-sena fiskali. L-ammont ta' taxxa kumplimentari addizzjonali għandu jiġi allokat lil kull entità kostitwenti fil-ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikolu 29(3).
Artikolu 22
Ammont totali ta' aġġustament tat-taxxa differita
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
a) |
"dovuti inammissibbli" tfisser:
|
|
b) |
“dovuti mhux mitluba” tfisser kwalunkwe żieda f'obbligazzjoni tat-taxxa differita rreġistrata fil-kontijiet finanzjarji ta' entità kostitwenti għal sena fiskali li ma hijiex mistennija li titħallas fil-perijodu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u li l-entità kostitwenti dikjaranti annwalment tagħżel, f'konformità mal-Artikolu 45(2), li ma tinkludix fl-ammont totali ta' aġġustament tat-taxxa differita għat-tali sena fiskali. |
2. Meta r-rata tat-taxxa applikata għall-fini tal-komputazzjoni tal-ispiża tat-taxxa differita tkun daqs jew anqas mir-rata minima tat-taxxa, l-ammont totali ta' aġġustament tat-taxxa differita li għandu jiżdied mat-taxxi koperti aġġustati ta' entità kostitwenti għal sena fiskali skont Artikolu 21(1), punt (b) għandu jkun l-ispiża tat-taxxa differita dovuta fil-kontijiet finanzjarji tagħha fir-rigward tat-taxxi koperti, soġġett għall-aġġustamenti skont il-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
Meta r-rata tat-taxxa applikata għall-fini tal-komputazzjoni tal-ispiża tat-taxxa differita tkun aktar mir-rata minima tat-taxxa, l-ammont totali ta' aġġustament tat-taxxa differita li għandu jiżdied mat-taxxi koperti aġġustati ta' entità kostitwenti għal sena fiskali skont l-Artikolu 21(1), punt (b), għandu jkun l-ispiża tat-taxxa differita dovuta fil-kontijiet finanzjarji tagħha fir-rigward tat-taxxi koperti riformulati bir-rata minima tat-taxxa, soġġett għall-aġġustamenti skont il-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
3. L-ammont totali tal-aġġustament tat-taxxa differita għandu jiżdied b'dawn:
|
(a) |
kwalunkwe ammont ta' dovuti inammissibbli jew ta' dovuti mhux mitluba mħallsa matul is-sena fiskali; u |
|
b) |
kwalunkwe ammont ta' obbligazzjoni ta' taxxa differita rkuprata mill-ġdid iddeterminata f'sena fiskali preċedenti li jkun tħallas matul is-sena fiskali. |
4. Meta, għal sena fiskali, assi ta' taxxa differita tat-telf ma jkunx rikonoxxut fil-kontijiet finanzjarji minħabba li ma jiġux issodisfati l-kriterji tar-rikonoxximent, l-ammont totali tal-aġġustament tat-taxxa differita għandu jitnaqqas bl-ammont li kien inaqqas l-ammont totali tal-aġġustament tat-taxxa differita li kieku kien sar dovut assi ta' taxxa differita tat-telf għas-sena fiskali.
5. L-ammont totali tal-aġġustament tat-taxxa differita ma għandux jinkludi:
|
(a) |
l-ammont ta' spiża tat-taxxa differita fir-rigward tal-entrati esklużi mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti skont il-Kapitolu III; |
|
(b) |
l-ammont ta' spiża tat-taxxa differita fir-rigward tad-dovuti inammissibbli u tad-dovuti mhux mitlubin; |
|
(c) |
l-impatt ta' aġġustament ta' valwazzjoni jew ta' aġġustament tar-rikonoxximent tal-kontabilità fir-rigward ta' assi ta' taxxa differita; |
|
(d) |
l-ammont ta' spiża tat-taxxa differita li tirriżulta minn kejl mill-ġdid fir-rigward ta' bidla fir-rata tat-taxxa domestika applikabbli; u |
|
(e) |
l-ammont ta' spiża tat-taxxa differita fir-rigward tal-ġenerazzjoni u tal-użu ta' krediti tat-taxxa. |
6. Meta assi ta' taxxa differita li jkun attribwibbli għal telf kwalifikanti ta' entità kostitwenti jkun ġie rreġistrat għal sena fiskali b'rata aktar baxxa mir-rata minima tat-taxxa, dan jista' jiġi rriformulat bir-rata minima tat-taxxa fl-istess sena fiskali, dment li l-kontribwent ikun jista' juri li l-assi ta' taxxa differita huwa attribwibbli għal telf kwalifikanti.
Meta assi ta' taxxa differita jiżdied skont l-ewwel subparagrafu, l-ammont totali ta' aġġustament tat-taxxa differita għandu jitnaqqas kif xieraq.
7. Obbligazzjoni ta' taxxa differita li ma titreġġax lura u li l-ammont tagħha ma jitħallasx fil-ħames snin fiskali sussegwenti għandha tiġi rkuprata sa fejn tkun ġiet ikkunsidrata fl-ammont totali ta' aġġustament tat-taxxa differita ta' entità kostitwenti.
L-ammont tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita rkuprata ddeterminat għas-sena fiskali attwali għandu jiġi ttrattat bħala tnaqqis għat-taxxi koperti fil-ħames sena fiskali li tippreċedi s-sena fiskali attwali, u r-rata tat-taxxa effettiva u t-taxxa kumplimentari ta' dik is-sena fiskali għandhom jerġgħu jiġu kkomputati f'konformità mal-Artikolu 29(1). L-obbligazzjoni ta' taxxa differita rkuprata għas-sena fiskali attwali għandha tkun l-ammont taż-żieda fil-kategorija tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita li kien inkluż fl-ammont totali ta' aġġustament ta' taxxa differita fil-ħames sena fiskali li tippreċedi s-sena fiskali attwali li ma jkunx tħallas lura sa tmiem l-aħħar jum tas-sena fiskali attwali.
8. B'deroga mill-paragrafu 7, meta obbligazzjoni ta' taxxa differita tkun dovuti ta' eċċezzjoni rkuprata, din ma għandhiex tiġi rkuprata anke jekk ma titreġġax lura jew ma titħallasx fil-ħames snin sussegwenti. Dovuti ta' eċċezzjoni rkuprata għandhom ikunu l-ammont ta' spiża tat-taxxa dovuta li jkun attribwibbli għal bidliet fl-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita assoċjati, fir-rigward tal-entrati li ġejjin:
|
(a) |
provvedimenti għall-irkupru tal-kostijiet fuq assi tanġibbli; |
|
b) |
il-kost ta' liċenzja jew ta' arranġament simili minn gvern għall-użu ta' proprjetà immobbli jew għall-isfruttament ta' riżorsi naturali li jinvolvi investiment sinifikanti f'assi tanġibbli; |
|
(c) |
l-ispejjeż tar-riċerka u tal-iżvilupp; |
|
(d) |
l-ispejjeż ta' dekummissjonar u ta' rimedju; |
|
(e) |
il-kontabilità abbażi tal-valur ġust fuq gwadann nett mhux realizzat; |
|
(f) |
il-gwadann nett mill-kambju tal-muniti barranin; |
|
(g) |
ir-riżervi tal-assigurazzjoni u l-kostijiet tal-akkwiżizzjoni differiti tal-polza tal-assigurazzjoni; |
|
(h) |
il-gwadann mill-bejgħ ta' proprjetà tanġibbli li tinsab fl-istess ġuriżdizzjoni bħall-entità kostitwenti li jiġi investit mill-ġdid fi proprjetà tanġibbli fl-istess ġuriżdizzjoni; u |
|
(i) |
l-ammonti addizzjonali dovuti bħala riżultat tal-bidliet fil-prinċipju kontabilistiku fir-rigward tal-entrati elenkati fil-punti (a) sa (h). |
Artikolu 23
Għażla ta' telf kwalifikanti
1. B'deroga mill-Artikolu 22, entità kostitwenti dikjaranti tista' tagħmel għażla ta' telf kwalifikanti għal ġuriżdizzjoni li skont din assi ta' taxxa differita ta' telf kwalifikanti għandu jiġi ddeterminat għal kull sena fiskali li fiha jkun hemm telf nett kwalifikanti f'dik il-ġuriżdizzjoni. Għal dak il-għan, l-assi tat-taxxa differita tat-telf kwalifikanti għandu jkun ugwali għat-telf kwalifikanti nett għal sena fiskali għall-ġuriżdizzjoni mmultiplikat bir-rata minima tat-taxxa.
Għażla ta' telf kwalifikanti ma għandhiex issir għal ġuriżdizzjoni b'sistema ta' taxxa ta' distribuzzjoni eliġibbli taħt l-Artikolu 40.
2. L-assi ta' taxxa differita ta' telf kwalifikanti ddeterminat skont il-paragrafu 1 għandu jintuża fi kwalunkwe sena fiskali sussegwenti li fiha jkun hemm introjtu kwalifikanti nett għall-ġuriżdizzjoni f'ammont ugwali għall-introjtu kwalifikanti nett immultiplikat bir-rata minima tat-taxxa jew, jekk ikun aktar baxx, l-ammont ta' assi ta' taxxa differita ta' telf kwalifikanti li jkun disponibbli.
3. L-assi ta' taxxa differita ta' telf kwalifikanti ddeterminat skont il-paragrafu 1 għandu jitnaqqas bl-ammont li jintuża għal sena fiskali u l-bilanċ għandu jiġi riportat għas-snin finanzjarji sussegwenti.
4. Meta għażla ta' telf kwalifikanti tiġi revokata, kwalunkwe assi ta' taxxa differita ta' telf kwalifikanti li jifdal ddeterminat skont il-paragrafu 1 għandu jitnaqqas għal żero mill-ewwel jum tal-ewwel sena fiskali li fiha l-għażla ta' telf kwalifikanti ma tibqax applikabbli.
5. L-għażla ta' telf kwalifikanti għandha tiġi sottomessa mal-ewwel dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari msemmija fl-Artikolu 44 tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira li tinkludi l-ġuriżdizzjoni li għaliha ssir l-għażla.
6. Meta entità passarella li tkun l-entità omm apikali ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira tagħmel għażla ta' telf kwalifikanti skont dan l-Artikolu, l-assi ta' taxxa differita ta' telf kwalifikanti għandu jiġi kkomputat b'referenza għat-telf kwalifikanti tal-entità passarella wara t-tnaqqis skont l-Artikolu 38(3).
Artikolu 24
Allokazzjoni speċifika tat-taxxi koperti mġarrba minn ċerti tipi ta' entitajiet kostitwenti
1. Stabbiliment permanenti għandu jiġi allokat l-ammont ta' kwalunkwe taxxa koperta li hija inkluża fil-kontijiet finanzjarji ta' entità kostitwenti u li tirrigwarda l-introjtu jew telf kwalifikanti ta' dak l-istabbiliment permanenti.
2. Sid ta' entità kostitwenti għandu jiġi allokat l-ammont ta' kwalunkwe taxxa koperta li tkun inkluża fil-kontijiet finanzjarji ta' entità trasparenti tat-taxxa u li tkun relatata ma' introjtu jew telf kwalifikanti allokat lil dak is-sid ta' entità kostitwenti f'konformità mal-Artikolu 19(4).
3. Entità kostitwenti għandha tiġi allokata l-ammont ta' kwalunkwe taxxa koperta inkluża fil-kontijiet finanzjarji tas-sidien ta' entità kostitwenti diretti jew indiretti tagħha taħt reġim tat-taxxa għall-kumpaniji barranin kontrollati, fuq is-sehem tagħhom tal-introjtu tal-kumpanija barranija kkontrollata.
4. Entità kostitwenti li tkun entità ibrida għandha tiġi allokata l-ammont ta' kwalunkwe taxxa koperta inkluża fil-kontijiet finanzjarji tas-sid tal-entità kostitwenti tagħha u li hija relatata mal-introjtu kwalifikanti tal-entità ibrida.
'Entità ibrida' tfisser entità ttrattata bħala persuna separata għall-finijiet tat-taxxa fuq l-introjtu fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab iżda bħala fiskalment trasparenti fil-ġuriżdizzjoni li fiha jinsab is-sid tagħha.
5. Entità kostitwenti li tkun għamlet distribuzzjoni matul is-sena fiskali għandha tiġi allokata l-ammont ta' kwalunkwe taxxa koperta dovuta fil-kontijiet finanzjarji tas-sidien tal-entità kostitwenti diretta tagħha fuq tali distribuzzjoni.
6. Entità kostitwenti li tkun ġiet allokata taxxi koperti skont il-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tal-introjtu passiv għandha tinkludi tali taxxi koperti fit-taxxi koperti aġġustati tagħha f'ammont ugwali għat-taxxi koperti allokati fir-rigward ta' tali introjtu passiv.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-entità kostitwenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi fit-taxxi koperti aġġustati l-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-perċentwal tat-taxxa kumplimentari għall-ġuriżdizzjoni bl-ammont tal-introjtu passiv tal-entità kostitwenti li jkun inkluż taħt reġim tat-taxxa għall-kumpaniji barranin kontrollati jew regola dwar it-trasparenza fiskali meta r-riżultat ikun anqas minn dak l-ammont iddeterminat skont l-ewwel subparagrafu. Għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, il-perċentwal tat-taxxa kumplimentari għall-ġuriżdizzjoni għandu jiġi ddeterminat mingħajr ma jitqiesu t-taxxi koperti mġarrba fir-rigward ta' tali introjtu passiv mis-sid ta' entità kostitwenti.
Kwalunkwe taxxa koperta tas-sid ta' entità kostitwenti mġarrba fir-rigward ta' tali introjtu passiv li jifdal wara l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu ma għandhiex tiġi allokata skont il-paragrafi 3 u 4.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, 'introjtu passiv' ifisser l-entrati ta' introjtu li ġejjin inklużi f'introjtu kwalifikanti sa fejn sid ta' entità kostitwenti kien soġġett għat-taxxa taħt reġim tat-taxxa għall-kumpaniji barranin kontrollati jew b'riżultat ta' interess proprjetarju f'entità ibrida:
|
(a) |
dividend jew ekwivalenti ta' dividend; |
|
(b) |
imgħax jew ekwivalenti ta' mgħax; |
|
(c) |
kera; |
|
(d) |
royalty; |
|
(e) |
annwalità; jew |
|
(f) |
gwadann nett mill-proprjetà ta' tip li tipproduċi introjtu deskritt fil-punti (a) sa (e). |
7. Meta l-introjtu kwalifikanti ta' stabbiliment permanenti jiġi ttrattat bħala introjtu kwalifikanti tal-entità ewlenija f'konformità mal-Artikolu 18(5), kwalunkwe taxxa koperta li tirriżulta fil-ġuriżdizzjoni fejn jinsab l-istabbiliment permanenti u assoċjata ma' tali introjtu għandha tiġi ttrattata bħala taxxa koperta tal-entità ewlenija għal ammont li ma jaqbiżx tali introjtu mmultiplikat bl-ogħla rata tat-taxxa fuq introjtu ordinarju fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità ewlenija.
Artikolu 25
Aġġustamenti u bidliet fir-rata tat-taxxa ta' wara d-dikjarazzjoni
1. Meta entità kostitwenti tirreġistra aġġustament għat-taxxi koperti tagħha għal sena fiskali preċedenti fil-kontijiet finanzjarji tagħha, tali aġġustament għandu jiġi ttrattat bħala aġġustament għat-taxxi koperti fis-sena fiskali li fiha jsir l-aġġustament, sakemm l-aġġustament ma jkunx relatat ma' sena fiskali li fiha jkun hemm tnaqqis fit-taxxi koperti għall-ġuriżdizzjoni.
Meta jkun hemm tnaqqis fit-taxxi koperti li kienu inklużi fit-taxxi koperti aġġustati tal-entità kostitwenti għal sena fiskali preċedenti, ir-rata tat-taxxa effettiva u t-taxxa kumplimentari għal tali sena fiskali għandhom jiġu kkomputati mill-ġdid f'konformità mal-Artikolu 29(1) billi jitnaqqsu t-taxxi koperti aġġustati bl-ammont tat-tnaqqis fit-taxxi koperti. L-introjtu kwalifikanti għas-sena fiskali u kwalunkwe sena fiskali preċedenti għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.
Fl-għażla annwali tal-entità kostitwenti dikjaranti, magħmula f'konformità mal-Artikolu 45(2), tnaqqis immaterjali fit-taxxi koperti jista' jiġi ttrattat bħala aġġustament fit-taxxi koperti fis-sena fiskali li fiha jsir l-aġġustament. Tnaqqis immaterjali fit-taxxi koperti għandu jkun tnaqqis aggregat ta' anqas minn EUR 1 000 000 fit-taxxi koperti aġġustati ddeterminati għall-ġuriżdizzjoni għas-sena fiskali.
2. Meta r-rata tat-taxxa domestika applikabbli titnaqqas taħt ir-rata minima tat-taxxa u tali tnaqqis jirriżulta fi spiża tat-taxxa differita, l-ammont tal-ispiża tat-taxxa differita li jirriżulta għandu jiġi ttrattat bħala aġġustament għall-obbligazzjoni tal-entità kostitwenti għat-taxxi koperti li jitqiesu skont l-Artikolu 21 għal sena fiskali preċedenti.
3. Meta spiża tat-taxxa differita tkun ġiet ikkunsidrata b'rata aktar baxxa mir-rata minima tat-taxxa u aktar tard ir-rata tat-taxxa applikabbli tiżdied, l-ammont tal-ispiża tat-taxxa differita li jirriżulta minn tali żieda għandu jiġi ttrattat fil-mument tal-pagament bħala aġġustament għall-obbligazzjoni ta' entità kostitwenti għat-taxxi koperti mitlub għal sena fiskali preċedenti f'konformità mal-Artikolu 21.
L-aġġustament skont l-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż ammont ugwali għall-ispiża tat-taxxa differita riformulata bir-rata minima tat-taxxa.
4. Meta aktar minn EUR 1 000 000 tal-ammont dovut minn entità kostitwenti bħala spiża tat-taxxa attwali u inkluż f'taxxi koperti aġġustati għal sena fiskali ma jitħallasx fi żmien tliet snin wara t-tmiem ta' dik is-sena fiskali, ir-rata tat-taxxa effettiva u t-taxxa kumplimentari għas-sena fiskali li fiha l-ammont mhux imħallas intalab bħala taxxa koperta għandhom jiġu kkomputati mill-ġdid f'konformità mal-Artikolu 29(1) billi dak l-ammont mhux imħallas jiġi eskluż mit-taxxi koperti aġġustati.
KAPITOLU V
KOMPUTAZZJONI TAR-RATA TAT-TAXXA EFFETTIVA U TAT-TAXXA KUMPLIMENTARI
Artikolu 26
Determinazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva
1. Ir-rata tat-taxxa effettiva ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira għandha tiġi kkomputata, għal kull sena fiskali u għal kull ġuriżdizzjoni dment li jkun hemm introjtu nett kwalifikanti fil-ġuriżdizzjoni, f'konformità mal-formula li ġejja:
meta t-taxxi koperti aġġustati tal-entitajiet kostitwenti jkunu s-somma tat-taxxi koperti aġġustati tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ddeterminati f'konformità mal-Kapitolu IV.
2. L-introjtu jew it-telf kwalifikanti nett tal-entitajiet kostitwenti fil-ġuriżdizzjoni għal sena fiskali għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
(a) |
l-introjtu kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti huwa s-somma pożittiva, jekk ikun hemm, tal-introjtu kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu III; |
|
(b) |
it-telf kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti huwa s-somma tat-telf kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu III. |
3. It-taxxi koperti aġġustati u l-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entitajiet kostitwenti li jkunu entitajiet ta' investiment għandhom jiġu esklużi mill- komputazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva f'konformità mal-paragrafu 1 u mill-komputazzjoni tal-introjtu kwalifikanti nett f'konformità mal-paragrafu 2.
4. Ir-rata tat-taxxa effettiva ta' kull entità kostitwenti mingħajr stat għandha tiġi kkalkulata, għal kull sena fiskali, separatament mir-rata tat-taxxa effettiva tal-entitajiet kostitwenti l-oħra kollha.
Artikolu 27
Komputazzjoni tat-taxxa kumplimentari
1. Meta r-rata tat-taxxa effettiva ta' ġuriżdizzjoni li fiha jinsabu l-entitajiet kostitwenti tkun taħt ir-rata minima tat-taxxa għal sena fiskali, il-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira għandu jikkomputa t-taxxa kumplimentari separatament għal kull waħda mill-entitajiet kostitwenti tiegħu li jkollha introjtu kwalifikanti inkluż fil-komputazzjoni tal-introjtu nett kwalifikanti ta' dik il-ġuriżdizzjoni. It-taxxa kumplimentari għandha tiġi kkomputata fuq bażi ġuriżdizzjonali.
2. Il-perċentwal tat-taxxa kumplimentari għal ġuriżdizzjoni għal sena fiskali għandha tkun id-differenza fil-punti perċentwali pożittivi, jekk ikun hemm, ikkomputat f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn ir-rata tat-taxxa effettiva hija r-rata kkomputata f'konformità mal-Artikolu 26.
3. It-taxxa kumplimentari ġuriżdizzjonali għal sena fiskali għandha tkun l-ammont pożittiv, jekk ikun hemm, ikkomputat f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
(a) |
it-taxxa kumplimentari addizzjonali hija l-ammont ta' taxxa kif iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 29 għas-sena fiskali; |
|
(b) |
it-taxxa kumplimentari domestika hija l-ammont ta' taxxa għas-sena fiskali kif iddeterminat skont l-Artikolu 11 jew skont taxxa kumplimentari domestika kwalifikata ta' ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz. |
4. Il-profitt eċċessiv għall-ġuriżdizzjonali għas-sena fiskali msemmija fil-paragrafu 3 għandu jkun l-ammont pożittiv, jekk ikun hemm, ikkomputat f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
(a) |
l-introjtu nett kwalifikanti huwa l-introjtu ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 26(2) għall-ġuriżdizzjoni; |
|
(b) |
l-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza hija l-ammont iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 28 għall-ġuriżdizzjoni. |
5. It-taxxa kumplimentari ta' entità kostitwenti għas-sena fiskali attwali għandha tiġi kkomputata f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
(a) |
l-introjtu kwalifikanti tal-entità kostitwenti għal ġuriżdizzjoni għal sena fiskali huwa l-introjtu ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu III; |
|
(b) |
l-introjtu kwalifikanti aggregat tal-entitajiet kostitwenti kollha għal ġuriżdizzjoni għal sena fiskali huwa s-somma tal-introjtu kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni għas-sena fiskali. |
6. Jekk it-taxxa kumplimentari ġuriżdizzjonali tirriżulta minn komputazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 29(1) u ma jkun hemm ebda introjtu kwalifikanti nett fil-ġuriżdizzjoni għas-sena fiskali, it-taxxa kumplimentari għandha tiġi allokata lil kull entità kostitwenti bl-użu tal-formula stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fuq il-bażi tal-introjtu kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti fis-snin fiskali li għalihom jitwettqu l-komputazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 29(1).
7. It-taxxa kumplimentari ta' kull entità kostitwenti mingħajr stat għandha tiġi kkomputata, għal kull sena fiskali, separatament mit-taxxa kumplimentari tal-entitajiet kostitwenti l-oħra kollha.
Artikolu 28
Esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“impjegati eliġibbli” tfisser impjegati full-time jew part-time ta' entità kostitwenti u ta' kuntratturi indipendenti li jipparteċipaw fl-attivitajiet operatorji ordinarji tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira; |
|
(b) |
“kostijiet eliġibbli tal-pagi” tfisser nefqiet ta' kumpens lill-impjegati, inkluż salarji, pagi u nefqiet oħrajn li jipprovdu benefiċċju personali dirett u separat lill-impjegat, bħall-assigurazzjoni tas-saħħa u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, il-pagi u t-taxxi fuq l-impjiegi, u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur; |
|
(c) |
“assi tanġibbli eliġibbli” tfisser:
|
2. Sakemm entità kostitwenti dikjaranti ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira ma tagħżilx, f'konformità mal-Artikolu 45(2), li ma tapplikax l-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza għas-sena fiskali, l-introjtu kwalifikanti nett għal ġuriżdizzjoni għandu jitnaqqas, għall-fini tal- komputazzjoni tat-taxxa kumplimentari, b'ammont ugwali għas-somma tal-esklużjoni marbuta mal-pagi kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-esklużjoni marbuta mal-assi tanġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għal kull entità kostitwenti li tinsab fil-ġuriżdizzjoni.
3. L-esklużjoni marbuta mal-pagi ta' entità kostitwenti li tinsab f'ġuriżdizzjoni għandha tkun ugwali għal 5 % tal-kostijiet tal-pagi eliġibbli tagħha tal-impjegati eliġibbli li jwettqu attivitajiet għall-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira f'tali ġuriżdizzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kostijiet tal-pagi eliġibbli li jkunu:
|
(a) |
kapitalizzati u inklużi fil-valur miżmum fil-kotba ta' assi tanġibbli eliġibbli; |
|
(b) |
attribwibbli għal introjtu li jkun eskluż f'konformità mal-Artikolu 17. |
4. L-esklużjoni marbuta mal-assi tanġibbli ta' entità kostitwenti li tinsab f'ġuriżdizzjoni għandha tkun ugwali għal 5 % tal-valur kontabilistiku tal-assi tanġibbli eliġibbli li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni, bl-eċċezzjoni ta’:
|
(a) |
il-valur kontabilistiku tal-proprjetà, inkluż l-art u l-bini, li tinżamm għall-bejgħ, lokazzjoni jew investiment; |
|
(b) |
il-valur kontabilistiku tal-assi tanġibbli użati sabiex jiġi dderivat l-introjtu li huwa eskluż f'konformità mal-Artikolu 17. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-valur kontabilistiku tal-assi tanġibbli eliġibbli għandu jkun il-medja tal-valur kontabilistiku tal-assi tanġibbli eliġibbli fil-bidu u fit-tmiem tas-sena fiskali, kif irreġistrat għall-fini tat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali, imnaqqas bi kwalunkwe deprezzament akkumulat, amortizzament u eżawriment u żieda bi kwalunkwe ammont attribwibbli għall-kapitalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-pagi.
6. Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4, il-kostijiet tal-pagi eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli ta' entità kostitwenti li tkun stabbiliment permanenti għandhom ikunu dawk li jkunu inklużi fil-kontijiet finanzjarji separati tagħha f'konformità mal-Artikolu 18(1) u (2), dment li l-kostijiet tal-pagi eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli jkunu jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni bħall-istabbiliment permanenti.
Il-kostijiet tal-pagi eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli ta' stabbiliment permanenti ma għandhomx jitqiesu għall-kostijiet tal-pagi eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli tal-entità ewlenija.
Meta l-introjtu ta' stabbiliment permanenti jkun ġie eskluż kompletament jew parzjalment skont l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 38(5), il-kostijiet tal-pagi eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli ta' tali stabbiliment permanenti għandhom jiġu esklużi bl-istess proporzjon mill-komputazzjoni skont dan l-Artikolu għall-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira.
7. Il-kostijiet tal-pagi eliġibbli tal-impjegati eliġibbli mħallsin minn entità passarella, u l-assi tanġibbli eliġibbli li huma proprjetà ta' din, li ma jiġux allokati skont il-paragrafu 6 għandhom jiġu allokati lil:
|
(a) |
is-sidien kostitwenti tal-entità passarella, fi proporzjon mal-ammont allokat lilhom skont l-Artikolu 19(4), dment li l-impjegati eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tas-sidien tal-entità kostitwenti; u |
|
(b) |
l-entità passarella, jekk tkun l-entità omm apikali, imnaqqsa b'mod proporzjonat mal-introjtu eskluż mill-komputazzjoni tal-introjtu kwalifikanti tal-entità passarella skont l-Artikolu 38(1) u (2), dment li l-impjegati eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tal-entità passarella. |
Il-kostijiet tal-pagi eliġibbli l-oħrajn kollha u l-assi tanġibbli eliġibbli tal-entità passarella għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjonijiet tal-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza tal-grupp MNE jew tal-grupp domestiku fuq skala kbira.
8. L-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza ta' kull entità kostitwenti mingħajr stat għandha tiġi kkomputata, għal kull sena fiskali, separatament mill-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza tal-entitajiet kostitwenti l-oħra kollha.
9. L-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza kkomputata skont dan l-Artikolu ma għandhiex tinkludi l-esklużjoni marbuta mal-pagi u l-esklużjoni marbuta mal-assi tanġibbli tal-entitajiet kostitwenti li huma entitajiet ta' investiment f'dik il-ġuriżdizzjoni.
Artikolu 29
Taxxa kumplimentari addizzjonali
1. Meta, skont l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 16(7), l-Artikolu 22(6), l-Artikolu 25(1) u (4) u l-Artikolu 40(5), aġġustament għat-taxxi koperti jew l-introjtu jew telf kwalifikanti jirriżulta fil- komputazzjoni mill-ġdid tar-rata tat-taxxa effettiva u tat-taxxa kumplimentari tal-grupp MNE jew tal-grupp domestiku fuq skala kbira għal sena fiskali preċedenti, ir-rata tat-taxxa effettiva u t-taxxa kumplimentari għandhom jerġgħu jiġu kkomputati f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26, 27 u 28. Kwalunkwe ammont ta' taxxa kumplimentari inkrimentali li jirriżulta minn tali komputazzjoni mill-ġdid għandu jiġi ttrattat bħala taxxa kumplimentari addizzjonali għall-finijiet tal-Artikolu 27(3) għas-sena fiskali li matulha ssir il- komputazzjoni mill-ġdid.
2. Meta jkun hemm taxxa kumplimentari addizzjonali u ebda introjtu nett kwalifikanti għall-ġuriżdizzjoni għas-sena fiskali, l-introjtu kwalifikanti ta' kull entità kostitwenti li tinsab f'dik il-ġuriżdizzjoni għandu jkun ammont ugwali għat-taxxa kumplimentari allokat lil tali entitajiet kostitwenti skont l-Artikolu 27(5) u (6) diviż bir-rata minima tat-taxxa.
3. Meta, skont l-Artikolu 21(5), tkun dovuta taxxa kumplimentari addizzjonali, l-introjtu kwalifikanti ta' kull entità kostitwenti li tinsab fil-ġuriżdizzjoni għandu jkun ammont ugwali għat-taxxa kumplimentari allokata lil tali entità kostitwenti diviża bir-rata minima tat-taxxa. L-allokazzjoni għandha ssir pro rata, għal kull entità kostitwenti, fuq il-bażi tal-formula li ġejja:
It-taxxa kumplimentari addizzjonali għandha tiġi allokata biss lill-entitajiet kostitwenti li jirreġistraw ammont ta' taxxa koperta aġġustata li jkun anqas minn żero u anqas mill-introjtu jew telf kwalifikanti ta' tali entitajiet kostitwenti mmultiplikat bir-rata minima tat-taxxa.
4. Meta entità kostitwenti tiġi allokata taxxa kumplimentari addizzjonali f'konformità ma' dan l-Artikolu, u l-Artikolu 27(5) u (6), tali entità kostitwenti għandha tiġi ttrattata bħala entità kostitwenti b'taxxa baxxa għall-finijiet tal-Kapitolu II.
Artikolu 30
Esklużjoni de minimis
1. B'deroga mill-Artikolu 26 sa 29 u l-Artikolu 31, skont l-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, it-taxxa kumplimentari dovuta għall-entitajiet kostitwenti li jinsabu f'ġuriżdizzjoni għandha tkun żero għal sena fiskali jekk, għal tali sena fiskali:
|
(a) |
id-dħul kwalifikanti medju tal-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu f'tali ġuriżdizzjoni jkun anqas minn EUR 10 000 000; u |
|
(b) |
l-introjtu jew telf kwalifikanti medju tal-entitajiet kostitwenti kollha f'tali ġuriżdizzjoni jkun telf jew ikun anqas minn EUR 1 000 000. |
L-għażla għandha ssir annwalment f'konformità mal-Artikolu 45(2).
2. Id-dħul kwalifikanti medju jew l-introjtu jew telf kwalifikanti medju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-medja tad-dħul kwalifikanti jew tal-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni għas-sena fiskali u għas-sentejn finanzjarji preċedenti.
Jekk ma jkun hemm l-ebda entità kostitwenti bi dħul kwalifikanti jew b'telf kwalifikanti li tinsab fil-ġuriżdizzjoni fl-ewwel jew fit-tieni sena fiskali preċedenti, jew fit-tnejn, tali sena fiskali jew snin fiskali għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tad-dħul kwalifikanti medju jew tal-introjtu jew telf kwalifikanti ta' dik il-ġuriżdizzjoni.
3. Id-dħul kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti li jinsabu f'ġuriżdizzjoni għal sena fiskali għandu jkun is-somma tad-dħul kollu tal-entitajiet kostitwenti li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni, imnaqqas jew miżjud bi kwalunkwe aġġustament imwettaq f'konformità mal-Kapitolu III.
4. L-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entitajiet kostitwenti li jinsabu f'ġuriżdizzjoni għal sena fiskali għandu jkun l-introjtu jew telf kwalifikanti nett ta' dik il-ġuriżdizzjoni kif ikkomputat f'konformità mal-Artikolu 26(2).
5. L-esklużjoni de minimis stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ma għandhiex tkun applikabbli għal entitajiet kostitwenti mingħajr stat u għal entitajiet ta' investiment. Id-dħul u l-introjtu jew it-telf kwalifikanti ta' tali entitajiet għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tal-esklużjoni de minimis.
Artikolu 31
Entitajiet kostitwenti bi sjieda minoritarja
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“entità kostitwenti posseduta b'minoranza” tfisser entità kostitwenti li fiha l-entità omm apikali jkollha interess proprjetarju dirett jew indirett ta' 30 % jew anqas; |
|
(b) |
“entità omm bi sjieda minoritarja” tfisser entità kostitwenti bi sjieda minoritarja li jkollha, direttament jew indirettament, l-interessi kontrollanti ta' entità kostitwenti oħra bi sjieda minoritarja, ħlief meta l-interessi kontrollanti tal-entità preċedenti jkunu miżmumin, direttament jew indirettament, minn entità kostitwenti oħra bi sjieda minoritarja; |
|
(c) |
“sottogrupp bi sjieda minoritarja” tfisser entità omm bi sjieda minoritarja u s-sussidjarji bi sjieda minoritarja tagħha; u |
|
(d) |
“sussidjarja bi sjieda minoritarja” tfisser entità kostitwenti bi sjieda minoritarja li l-interessi kontrollanti tagħha jkunu miżmumin, direttament jew indirettament, minn entità omm bi sjieda minoritarja. |
2. Il-komputazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva u tat-taxxa kumplimentari għal ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Kapitoli III sa VII fir-rigward tal-membri ta' sottogrupp bi sjieda minoritarja għandha tapplika daqslikieku kull sottogrupp bi sjieda minoritarja kien grupp MNE separat jew grupp domestiku fuq skala kbira.
It-taxxi koperti aġġustati u l-introjtu jew telf kwalifikanti ta' membri ta' sottogrupp bi sjieda minoritarja għandhom jiġu esklużi mid-determinazzjoni tal-ammont residwu tar-rata tat-taxxa effettiva tal-grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira kkomputat f'konformità mal-Artikolu 26(1) u mill-introjtu nett kwalifikanti kkomputat f'konformità mal-Artikolu 26(2).
3. Ir-rata tat-taxxa effettiva u t-taxxa kumplimentari ta' entità kostitwenti bi sjieda minoritarja li ma hijiex membru ta' sottogrupp bi sjieda minoritarja għandhom jiġu kkomputati fuq bażi ta' entità f'konformità mal-Kapitoli III sa VII.
It-taxxi koperti aġġustati u l-introjtu jew telf kwalifikanti tal-entità kostitwenti bi sjieda minoritarja għandhom jiġu esklużi mid-determinazzjoni tal-ammont residwu tar-rata tat-taxxa effettiva tal-grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira kkomputat f'konformità mal-Artikolu 26(1) u mill-introjtu nett kwalifikanti kkomputat f'konformità mal-Artikolu 26(2).
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal entità kostitwenti bi sjieda minoritarja li tkun entità ta' investiment.
Artikolu 32
Portijiet sikuri
B'deroga mill-Artikoli 26 sa 31, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, it-taxxa kumplimentari dovuta minn grupp f'ġuriżdizzjoni għandha titqies li tkun żero għal sena fiskali jekk il-livell effettiv ta' tassazzjoni tal-entitajiet kostitwenti li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' ftehim internazzjonali kwalifikanti dwar portijiet sikuri.
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, 'ftehim internazzjonali li jikkwalifika dwar portijiet sikuri' jfisser sett ta' regoli u kundizzjonijiet internazzjonali li l-Istati Membri kollha jkunu taw il-kunsens tagħhom għalihom u li jagħti lill-gruppi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-possibbiltà li jagħżlu li jibbenefikaw minn port sikur wieħed jew aktar għal ġuriżdizzjoni.
KAPITOLU VI
REGOLI SPEĊJALI GĦAL STRUTTURI KORPORATTIVI TA' RISTRUTTURAR U TA' PARTEĊIPAZZJONI
Artikolu 33
Applikazzjoni tas-soll tad-dħul konsolidat għal fużjonijiet u defużjonijiet ta' gruppi
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“fużjoni” tfisser kwalunkwe arranġament li fih:
|
|
(b) |
“defużjoni” tfisser kwalunkwe arranġament li bih l-entitajiet ta' grupp li jkun grupp wieħed jiġu sseparati f'żewġ gruppi differenti jew aktar li ma jkunux għadhom konsolidati mill-istess entità omm apikali. |
2. Meta żewġ gruppi jew aktar jidħlu f'fużjoni sabiex jifformaw grupp wieħed fi kwalunkwe waħda mill-aħħar erba' snin fiskali konsekuttivi eżatt qabel is-sena fiskali ttestjata, is-soll tad-dħul konsolidat tal-grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira msemmi fl-Artikolu 2 għandu jitqies li ġie ssodisfat għal kwalunkwe sena fiskali qabel il-fużjoni jekk is-somma tad-dħul inkluża f'kull wieħed mir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom għal dik is-sena fiskali tkun ta' EUR 750 000 000 jew aktar.
3. Meta entità li ma tkunx membru ta' grupp ('il-bersall') tiffużjona ma' entità jew ma' grupp ('l-entità akkwirenti') fis-sena fiskali ttestjata, u jew il-bersall jew l-entità akkwirenti ma kellhiex rapporti finanzjarji konsolidati fi kwalunkwe waħda mill-aħħar erba' snin fiskali konsekuttivi eżatt qabel is-sena fiskali ttestjata, is-soll tad-dħul konsolidat tal-grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira għandu jitqies li ġie ssodisfat għal dik is-sena jekk is-somma tad-dħul inkluża f'kull wieħed mir-rapporti finanzjarji jew mir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom għal dik is-sena fiskali tkun ta' EUR 750 000 000 jew aktar.
4. Meta grupp MNE uniku jew grupp domestiku fuq skala kbira fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiddefużjona u jinqasam f'żewġ gruppi jew aktar (kull wieħed 'grupp defużjonat'), is-soll tad-dħul konsolidat għandu jitqies li ġie ssodisfat minn grupp defużjonat li fih:
|
(a) |
fir-rigward tal-ewwel sena fiskali ttestjata li tintemm wara d-defużjoni, il-grupp defużjonat għandu dħul annwali ta' EUR 750 000 000 jew aktar f'dik is-sena fiskali; |
|
(b) |
fir-rigward tat-tieni sar-raba' sena fiskali ttestjata li tintemm wara d-defużjoni, il-grupp defużjonat għandu dħul annwali ta' EUR 750 000 000 jew aktar f'mill-anqas tnejn minn dawk is-snin fiskali. |
Artikolu 34
Entitajiet kostitwenti li jingħaqdu u li jħallu grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira
1. Meta entità ('il-bersall') issir jew ma tibqax entità kostitwenti ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira bħala riżultat ta' trasferiment ta' interessi proprjetarji diretti jew indiretti fil-bersall, jew meta l-bersall isir l-entità omm aħħarija ta' grupp ġdid matul sena fiskali ('is-sena tal-akkwiżizzjoni'), il-bersall għandu jiġi ttrattat bħala membru tal-grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira għall-finijiet ta' din id-Direttiva dment li porzjon tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tal-introjtu, tal-ispejjeż u tal-flussi tal-flus tagħha jkun inkluż fuq bażi ta' linja b'linja fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali fis-sena tal-akkwiżizzjoni.
Ir-rata tat-taxxa effettiva u t-taxxa kumplimentari tal-bersall għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-paragrafi 2 sa 8.
2. Fis-sena tal-akkwiżizzjoni, grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira għandu jqis biss l-introjtu jew it-telf nett tal-kontabilità finanzjarja u t-taxxi koperti aġġustati tal-bersall li huma inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
3. Fis-sena tal-akkwiżizzjoni, u f'kull sena fiskali sussegwenti, l-introjtu jew telf kwalifikanti u t-taxxi koperti aġġustati tal-bersall għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kontabilistiku storiku tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħha.
4. Fis-sena tal-akkwiżizzjoni, il-komputazzjoni tal-kostijiet eliġibbli tal-pagi tal-bersall skont l-Artikolu 28(3) għandha tqis biss il-kostijiet li jkunu riflessi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali.
5. Il-komputazzjoni tal-valur kontabilistiku tal-assi tanġibbli eliġibbli tal-bersall skont l-Artikolu 28(4) għandha tiġi aġġustata, fejn applikabbli, fi proporzjon mal-perijodu ta' żmien li fih il-bersall kien membru tal-grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira matul is-sena tal-akkwiżizzjoni.
6. Bl-eċċezzjoni tal-assi ta' taxxa differita tat-telf kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 23, tal-assi ta' taxxa differita u tal-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita ta' bersall li jiġu ttrasferiti bejn il-gruppi MNE jew gruppi domestiċi fuq skala kbira għandhom jitqiesu mill-grupp MNE jew minn grupp domestiku fuq skala kbira akkwirenti bl-istess mod u sal-istess punt bħallikieku l-grupp MNE jew il-grupp domestiku fuq skala kbira akkwirenti kien qed jikkontrolla l-bersall meta rriżultaw dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet.
7. L-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita tal-bersall li qabel kienu inklużi fl-ammont totali tal-aġġustament tat-taxxa differita tiegħu għandhom jiġu ttrattati bħala invertiti, għall-finijiet tal-Artikolu 22(7), mill-grupp MNE jew minn grupp domestiku fuq skala kbira tad-disponiment u meqjusa li rriżultaw mill-grupp MNE jew minn grupp domestiku fuq skala kbira akkwirenti fis-sena tal-akkwiżizzjoni, ħlief li f'tali każ kwalunkwe tnaqqis sussegwenti tat-taxxi koperti skont l-Artikolu 22(7) għandu jkollu effett fis-sena li fiha l-ammont jiġi rkuprat.
8. Meta l-bersall ikun entità omm u jkun entità ta' grupp f'żewġ gruppi MNE jew gruppi domestiċi fuq skala kbira jew aktar matul is-sena tal-akkwiżizzjoni, dan għandu japplika separatament l-IIR għall-ishma allokabbli tagħha tat-taxxa kumplimentari tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa ddeterminati għal kull grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira.
9. B'deroga mill-paragrafi 1 sa 8, l-akkwiżizzjoni jew id-disponiment ta' interess kontrollanti f'bersall għandhom jiġu ttrattati bħala akkwiżizzjoni jew disponiment ta' assi u obbligazzjonijiet jekk il-ġuriżdizzjoni li fiha jinsab il-bersall, jew fil-każ ta' entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa l-ġuriżdizzjoni li fiha jinsabu l-assi, tittratta l-akkwiżizzjoni jew id-disponiment ta' dak l-interess kontrollanti bl-istess mod, jew b'mod simili, bħal akkwiżizzjoni jew disponiment ta' assi u ta' obbligazzjonijiet, u timponi taxxa koperta fuq il-bejjiegħ fuq il-bażi tad-differenza bejn il-bażi tat-taxxa u l-korrispettiv imħallas bi skambju għall-interess kontrollanti jew il-valur ġust tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.
Artikolu 35
Trasferiment ta' assi u ta' obbligazzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“riorganizzazzjoni” tfisser trasformazzjoni jew trasferiment ta' assi u obbligazzjonijiet bħal f'fużjoni, defużjoni, likwidazzjoni jew tranżazzjoni simili fejn:
|
|
(b) |
"qligħ jew telf mhux kwalifikanti" tfisser il-qligħ jew it-telf l-aktar baxx tal-entità kostitwenti ta' disponiment li jirriżulta b'rabta mar-riorganizzazzjoni li tkun soġġetta għat-taxxa fil-post fejn tkun tinsab l-entità kostitwenti ta' disponiment u l-qligħ jew it-telf tal-kontabilità finanzjarja li jirriżulta b'rabta mar-riorganizzazzjoni. |
2. Entità kostitwenti li tiddisponi minn assi u minn obbligazzjonijiet ('l-entità kostitwenti ta' disponiment') għandha tinkludi l-gwadann jew it-telf li jirriżulta minn tali disponiment fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha.
Entità kostitwenti li takkwista assi u obbligazzjonijiet ('l-entità kostitwenti akkwirenti') għandha tiddetermina l-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha fuq il-bażi tal-valur kontabilistiku tagħha tal-assi u tal-obbligazzjonijiet akkwiżiti ddeterminati skont l-istandard tal-kontabilità finanzjarja użat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, meta jsir disponiment jew akkwiżizzjoni ta' assi u ta' obbligazzjonijiet fil-kuntest ta' riorganizzazzjoni:
|
(a) |
l-entità kostitwenti ta' disponiment għandha teskludi kwalunkwe gwadann jew telf li jirriżulta minn tali disponiment mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha; u |
|
(b) |
l-entità kostitwenti akkwirenti għandha tiddetermina l-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha fuq il-bażi tal-valur kontabilistiku tal-assi u tal-obbligazzjonijiet akkwiżiti tal-entità kostitwenti ta' disponiment mad-disponiment. |
4. B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, meta d-disponiment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jitwettaq fil-kuntest ta' riorganizzazzjoni li tirriżulta, għall-entità kostitwenti ta' disponiment, fi gwadann jew telf mhux kwalifikanti:
|
(a) |
l-entità kostitwenti ta' disponiment għandha tinkludi l-qligħ jew it-telf fuq id-disponiment fil-komputazzjoni tal-introjtu jew it-telf kwalifikanti tagħha sal-punt tal-qligħ jew it-telf mhux kwalifikanti; u |
|
(b) |
l-entità kostitwenti akkwirenti għandha tiddetermina l-introjtu jew it-telf kwalifikanti tagħha wara l-akkwiżizzjoni bl-użu tal-valur kontabilistiku tal-assi u tal-obbligazzjonijiet akkwistati tal-entità kostitwenti ta' disponiment mad-disponiment, kif aġġustat b'mod konsistenti mar-regoli lokali tat-taxxa tal-entità kostitwenti akkwirenti sabiex tikkontabilizza l-qligħ jew it-telf mhux kwalifikanti. |
5. Skont l-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, meta entità kostitwenti tkun meħtieġa jew permessa taġġusta l-bażi tal-assi tagħha u l-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħha għal valur ġust għal fini tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab, tali entità kostitwenti tista’:
|
(a) |
tinkludi, fil-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti tagħha, ammont ta' gwadann jew ta' telf fir-rigward ta' kull assi u obbligazzjonijiet tagħha, li għandha tkun:
|
|
(b) |
tuża l-valur ġust għall-finijiet tal-kontabilità finanzjarja tal-assi jew tal-obbligazzjoni immedjatament wara l-avveniment skattatur sabiex tikkalkula l-introjtu jew telf kwalifikanti fis-snin fiskali wara tmiem l-avveniment skattatur; u |
|
(c) |
tinkludi t-total nett tal-ammonti ddeterminati fil-punt (a) fl-introjtu jew it-telf kwalifikanti tal-entità kostitwenti b'wieħed mill-modi li ġejjin:
|
Artikolu 36
Impriżi konġunti
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
"impriża konġunta" tfisser entità li r-riżultati finanzjarji tagħha jkunu rrappurtati skont il-metodu tal-ekwità fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali, dment li l-entità omm apikali tkun is-sid, b'mod dirett jew indirett, ta' mill-inqas 50 % tal-interess proprjetarju tagħha. Impriża konġunta ma tinkludix:
|
|
(b) |
"affiljat ta' impriża konġunta" tfisser:
|
2. Entità omm li jkollha interess proprjetarju dirett jew indirett f'impriża konġunta jew f'affiljat ta' impriża konġunta għandha tapplika l-IIR fir-rigward tas-sehem allokabbli tagħha tat-taxxa kumplimentari ta' dik l-impriża konġunta jew impriża konġunta affiljata f'konformità mal-Artikoli 5 sa 10.
3. Il-komputazzjoni tat-taxxa kumplimentari tal-impriża konġunta u tal-affiljati tal-impriża konġunta tagħha (flimkien “grupp ta' impriża konġunta”), għandha ssir f'konformità mal-Kapitoli III sa VII, daqslikieku kienu entitajiet kostitwenti ta' grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira separat u l-impriża konġunta kienet l-entità omm apikali ta' dak il-grupp.
4. It-taxxa kumplimentari dovuta mill-grupp ta' impriżi konġunti għandha titnaqqas mis-sehem allokabbli ta' kull entità omm tat-taxxa kumplimentari skont il-paragrafu 2 ta' kull membru tal-grupp tal-impriża konġunta li jiġi involut skont il-paragrafu 3. Kwalunkwe ammont li jifdal ta' taxxa kumplimentari għandu jiżdied mal-ammont totali tat-taxxa kumplimentari tal-UTPR skont l-Artikolu 14(2).
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, "taxxa kumplimentari dovuta mill-grupp ta' impriża konġunta" tfisser is-sehem allokabbli tal-entità omm mit-taxxa kumplimentari tal-grupp ta' impriża konġunta.
Artikolu 37
Gruppi MNE b'aktar minn omm waħda
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda” tfisser żewġ gruppi jew aktar li fihom l-entitajiet omm apikali jidħlu f'arranġament li jkun struttura stapled jew arranġament b'elenkar doppju li jinkludi tal-anqas entità waħda jew stabbiliment permanenti wieħed tal-grupp magħqud li jkun jinsab f'ġuriżdizzjoni differenti minn fejn ikunu jinsabu l-entitajiet l-oħra tal-grupp magħqud; |
|
(b) |
"struttura stapled" tfisser arranġament konkluż bejn żewġ entitajiet omm apikali jew aktar ta' gruppi separati li skontu:
|
|
(c) |
“arranġament b'elenkar doppju ” tfisser arranġament konkluż bejn żewġ entitajiet omm apikali jew aktar ta' gruppi separati li skontu:
|
2. Meta l-entitajiet u l-entitajiet kostitwenti ta' żewġ gruppi jew aktar jifformaw parti minn grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda, l-entitajiet u l-entitajiet kostitwenti ta' kull grupp għandhom jiġu ttrattati bħala membri ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda.
Entità, minbarra entità eskluża msemmija fl-Artikolu 2(3), għandha tiġi ttrattata bħala entità kostitwenti jekk tkun konsolidata fuq bażi linja b'linja mill-grupp MNE jew minn grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda jew jekk l-interessi kontrollanti tagħha jkunu miżmuma minn entitajiet fil-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda.
3. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda għandhom ikunu r-rapporti finanzjarji konsolidati kombinati msemmijin fid-definizzjonijiet ta' struttura stapled jew ta' arranġament b'elenkar doppju fil-paragrafu 1, imħejjija skont standard aċċettabbli tal-kontabilità finanzjarja, li jitqies bħala l-istandard kontabilistiku tal-entità omm apikali.
4. L-entitajiet omm apikali tal-gruppi separati li jiffurmaw il-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda għandhom ikunu l-entitajiet omm apikali tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda.
Meta tiġi applikata din id-Direttiva fir-rigward ta' grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda, għandha tapplika kwalunkwe referenza għal entità omm apikali, kif meħtieġ, daqslikieku dawn ikunu referenzi għal diversi entitajiet omm apikali.
5. L-entitajiet omm tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda li jinsabu fi Stat Membru, inkluż kull entità omm apikali, għandhom japplikaw l-IIR f'konformità mal-Artikoli 5 sa 10 fir-rigward tas-sehem allokabbli tagħhom tat-taxxa kumplimentari tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa.
6. L-entitajiet kostitwenti tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda li jinsabu fi Stat Membru għandhom japplikaw il-UTPR f'konformità mal-Artikoli 12, 13 u 14, filwaqt li jqisu t-taxxa kumplimentari ta' kull entità kostitwenti b'taxxa baxxa li tkun membru tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda.
7. L-entitajiet omm apikali tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda għandhom ikunu obbligati jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari f'konformità mal-Artikolu 44 sakemm ma jaħtrux entità dikjaranti deżinjata unika skont it-tifsira tal-Artikolu 44(3), punt (b). Dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar kull wieħed mill-gruppi li jsawwar il-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira b'aktar minn omm waħda.
KAPITOLU VII
NEWTRALITÀ FISKALI U REĠIMI TA' DISTRIBUZZJONI
Artikolu 38
Entità omm apikali li hija entità passarella
1. L-introjtu kwalifikanti ta' entità passarella li hija entità omm apikali għandu jitnaqqas, għas-sena fiskali, bl-ammont ta' introjtu kwalifikanti li jkun attribwibbli għad-detentur ta' interess proprjetarju ('id-detentur tas-sjieda') fl-entità passarella, dment li:
|
(a) |
id-detentur tas-sjieda jkun soġġett għat-taxxa fuq tali introjtu għal perijodu taxxabbli li jintemm fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem ta' dik is-sena fiskali b'rata nominali li tkun daqs jew akbar mir-rata minima tat-taxxa; jew |
|
(b) |
jista' jkun raġonevolment mistenni li l-ammont aggregat ta' taxxi koperti aġġustati tal-entità omm apikali u ta' taxxi mħallsin mid-detentur tas-sjieda fuq it-tali introjtu fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tas-sena fiskali jkun daqs jew jaqbeż ammont ugwali għal dak l-introjtu mmultiplikat bir-rata minima tat-taxxa. |
2. L-introjtu kwalifikanti ta' entità passarella li hija entità omm apikali għandu jitnaqqas ukoll, għas-sena fiskali, bl-ammont ta' introjtu kwalifikanti li jiġi allokat lid-detentur tas-sjieda fl-entità passarella dment li d-detentur tas-sjieda jkun:
|
(a) |
persuna fiżika li tkun residenti tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità omm apikali u li jkollha interessi proprjetarji li jirrappreżentaw dritt għal 5 % jew anqas tal-profitti u tal-assi tal-entità omm apikali; jew |
|
(b) |
entità governattiva, organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ jew fond ta' pensjoni li hija residenti tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità omm apikali u li jkollha interessi proprjetarji li jirrappreżentaw dritt għal 5 % jew anqas tal-profitti u tal-assi tal-entità omm apikali. |
3. It-telf kwalifikanti ta' entità passarella li tkun entità omm apikali għandu jitnaqqas, għas-sena fiskali, bl-ammont ta' telf kwalifikanti li jkun attribwibbli għad-detentur tas-sjieda fl-entità passarella.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika sal-punt li d-detentur tas-sjieda ma jkunx permess juża tali telf għall-komputazzjoni tal-introjtu taxxabbli.
4. It-taxxi koperti ta' entità passarella li tkun entità omm apikali għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali għall-ammont ta' introjtu kwalifikanti mnaqqas f'konformità mal-paragrafi 1 u 2.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw għal stabbiliment permanenti li permezz tiegħu entità passarella li tkun entità omm apikali twettaq kompletament jew parzjalment in-negozju tagħha jew li permezz tiegħu jitwettaq kompletament jew parzjalment in-negozju ta' entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa, dment li l-interess proprjetarju tal-entità omm apikali f'dik l-entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa jinżamm direttament jew permezz ta' katina ta' entitajiet trasparenti fir-rigward tat-taxxa.
Artikolu 39
Entità omm apikali soġġetta għal reġim ta' dividendi deduċibbli
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“reġim ta' dividendi eżerċitabbli” tfisser reġim tat-taxxa li japplika livell uniku ta' tassazzjoni fuq l-introjtu tas-sidien ta' entità billi jitnaqqsu jew jiġu esklużi mill-introjtu tal-entità l-profitti distribwiti lis-sidien jew billi tiġi eżentata kooperattiva mit-tassazzjoni; |
|
(b) |
“dividend deduċibbli” tfisser, fir-rigward ta' entità kostitwenti li tkun soġġetta għal reġim ta' dividendi deduċibbli:
|
|
(c) |
“kooperattiva” tfisser entità li b'mod kollettiv tikkummerċjalizza jew takkwista oġġetti jew servizzi f'isem il-membri tagħha u li tkun soġġetta għal reġim tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab li jiżgura n-newtralità fiskali fir-rigward ta' oġġetti jew ta' servizzi li jinbiegħu jew jiġu akkwistati mill-membri tagħha permezz tal-kooperattiva. |
2. Entità omm apikali ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira li tkun soġġetta għal reġim ta' dividendi deduċibbli għandha tnaqqas, sa żero, għas-sena fiskali, l-introjtu kwalifikanti tagħha bl-ammont li jiġi distribwit bħala dividend deduċibbli fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tas-sena fiskali, dment li:
|
(a) |
id-dividend ikun soġġett għat-taxxa f'idejn ir-riċevitur għal perijodu taxxabbli li jintemm fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tas-sena fiskali b'rata nominali li tkun daqs jew akbar mir-rata minima tat-taxxa; jew |
|
(b) |
jista' jkun raġonevolment mistenni li l-ammont aggregat ta' taxxi koperti aġġustati u ta' taxxi tal-entità omm apikali mħallsin mir-riċevitur fuq tali dividend ikun daqs jew jaqbeż dak l-introjtu mmultiplikat bir-rata minima tat-taxxa. |
3. Entità omm apikali ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira li tkun soġġetta għal reġim ta' dividendi deduċibbli għandha tnaqqas ukoll, sa żero, għas-sena fiskali, l-introjtu kwalifikanti tagħha bl-ammont li hija tiddistribwixxi bħala dividend deduċibbli fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tas-sena fiskali, dment li r-riċevitur ikun:
|
(a) |
persuna fiżika, u d-dividend riċevut ikun dividend ta' patroċinju minn kooperattiva tal-provvista; |
|
(b) |
persuna fiżika li tkun residenti tat-taxxa fl-istess ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità omm apikali u li jkollha interessi proprjetarji li jirrappreżentaw dritt għal 5 % jew anqas mill-profitti u mill-assi tal-entità omm apikali; jew |
|
(c) |
entità governattiva, organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ jew fond ta' pensjoni minbarra entità tas-servizzi tal-pensjonijiet, li hija residenti tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità omm apikali. |
4. It-taxxi koperti ta' entità omm apikali, minbarra t-taxxi li għalihom kien permess it-tnaqqis tad-dividendi, għandhom jitnaqqsu proporzjonalment għall-ammont ta' introjtu kwalifikanti mnaqqas f'konformità mal-paragrafi 2 u 3.
5. Meta l-entità omm apikali jkollha interess proprjetarju f'entità kostitwenti oħra li tkun soġġetta għal reġim ta' dividendi deduċibbli, direttament jew permezz ta' katina ta' tali entitajiet kostitwenti, il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw għal kwalunkwe entità kostitwenti oħra li tinsab fil-ġuriżdizzjoni tal-entità omm apikali li tkun soġġetta għar-reġim tad-dividendi deduċibbli, sa fejn l-introjtu kwalifikanti tagħha jkompli jiġi distribwit mill-entità omm apikali lir-riċevituri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 u 3.
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, dividend ta' patroċinju distribwit permezz ta' kooperattiva tal-provvista għandu jiġi ttrattat bħala soġġett għat-taxxa f'idejn ir-riċevitur sa fejn tali dividend inaqqas spiża jew kost deduċibbli fil-komputazzjoni tal-introjtu jew tat-telf taxxabbli tar-riċevitur.
Artikolu 40
Sistemi tat-taxxa tad-distribuzzjoni eliġibbli
1. Entità kostitwenti dikjaranti tista' tagħmel għażla għaliha stess jew fir-rigward ta' entità kostitwenti oħra li tkun soġġetta għal sistema tat-taxxa fuq id-distribuzzjoni eliġibbli sabiex tinkludi l-ammont iddeterminat bħala taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta f'konformità mal-paragrafu 2 fit-taxxi koperti aġġustati tal-entità kostitwenti għas-sena fiskali.
L-għażla għandha ssir kull sena f'konformità mal-Artikolu 45(2) u għandha tapplika għall-entitajiet kostitwenti kollha li jinsabu f'ġuriżdizzjoni.
2. L-ammont ta' taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta għandu jkun l-anqas wieħed fost:
|
(a) |
l-ammont ta' taxxi koperti aġġustati neċessarji sabiex tiżdied ir-rata tat-taxxa effettiva kif ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 27(2) għall-ġuriżdizzjoni għas-sena fiskali għar-rata minima tat-taxxa; jew |
|
(b) |
l-ammont ta' taxxa li kien ikun dovut li kieku l-entitajiet kostitwenti li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni kienu ddistribwew l-introjtu kollu tagħhom li huwa soġġett għas-sistema tat-taxxa tad-distribuzzjoni eliġibbli matul it-tali sena fiskali. |
3. Meta ssir għażla skont il-paragrafu 1, għandu jiġi stabbilit kont ta' rikopertura għat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta għal kull sena fiskali li fiha tapplika tali għażla. L-ammont ta' taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta f'konformità mal-paragrafu 2 għall-ġuriżdizzjoni għandu jiżdied mal-kont ta' rikopertura għat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta għas-sena fiskali li fiha jkun ġie stabbilit.
Fi tmiem kull sena fiskali sussegwenti, il-bilanċi pendenti fil-kontijiet ta' rikopertura għat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta stabbiliti għas-snin fiskali preċedenti għandhom jitnaqqsu f'ordni kronoloġika, sa żero, mit-taxxi mħallsin mill-entitajiet kostitwenti matul is-sena fiskali fir-rigward ta' distribuzzjonijiet reali jew preżunti.
Kwalunkwe ammont residwu fil-kontijiet ta' rikopertura għat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta li jifdal wara l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu għandu jitnaqqas, sa żero, b'ammont ugwali għat-telf nett kwalifikanti ta' ġuriżdizzjoni mmultiplikat bir-rata minima tat-taxxa.
4. Kwalunkwe ammont residwu ta' telf kwalifikanti nett multiplikat bir-rata minima tat-taxxa li jifdal wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu għall-ġuriżdizzjoni, għandu jiġi riportat għas-snin finanzjarji segwenti u għandu jitnaqqas kwalunkwe ammont residwu fil-kontijiet ta' rikopertura għat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta li jifdal wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għall-ġuriżdizzjoni.
5. Il-bilanċ pendenti, jekk ikun hemm, tal-kont ta' rkuprar tat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta fl-aħħar jum tar-raba' sena fiskali wara s-sena fiskali li għaliha jkun ġie stabbilit it-tali kont għandu jiġi ttrattat bħala tnaqqis fit-taxxi koperti aġġustati ddeterminati qabel għat-tali sena fiskali. Ir-rata tat-taxxa effettiva u t-taxxa kumplimentari għat-tali sena fiskali għandha tiġi komputata mill-ġdid skont dan, f'konformità mal-Artikolu 29(1).
6. It-taxxi li jitħallsu matul is-sena fiskali fir-rigward ta' distribuzzjonijiet reali jew preżunti ma għandhomx jiġu inklużi f'taxxi koperti aġġustati sa fejn inaqqsu kont ta' rkuprar tat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta f'konformità mal-paragrafi 3 u 4.
7. Meta entità kostitwenti li tkun soġġetta għal għażla skont il-paragrafu 1 tħalli l-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira jew kważi l-assi kollha tagħha jiġu ttrasferiti lil persuna li ma tkunx entità kostitwenti tal-istess grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira li tinsab fl-istess ġuriżdizzjoni, kwalunkwe bilanċ pendenti tal-kontijiet ta' rkuprar tat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta fis-snin fiskali preċedenti li fihom ikun ġie stabbilit it-tali kont għandu jiġi ttrattat bħala tnaqqis fit-taxxi koperti aġġustati għal kull waħda minn dawk is-snin fiskali f'konformità mal-Artikolu 29(1).
Kwalunkwe ammont addizzjonali ta' taxxa kumplimentari dovut għandu jiġi mmultiplikat bil-proporzjon li ġej sabiex tiġi ddeterminata t-taxxa kumplimentari addizzjonali dovuta għall-ġuriżdizzjoni:
fejn:
|
(a) |
l-introjtu kwalifikanti tal-entità kostitwenti jiġi ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu III għal kull sena fiskali li fiha jkun hemm bilanċ pendenti tal-kontijiet ta' rkuprar tat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta għall-ġuriżdizzjoni; u |
|
(b) |
l-introjtu kwalifikanti nett tal-ġuriżdizzjoni jiġi ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 26(2) għal kull sena fiskali li fiha jkun hemm bilanċ pendenti tal-kontijiet ta' rkuprar tat-taxxa fuq id-distribuzzjoni preżunta għall-ġuriżdizzjoni. |
Artikolu 41
Determinazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva u tat-taxxa kumplimentari ta' entità ta' investiment
1. Meta entità kostitwenti ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira tkun entità ta' investiment li ma tkunx entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa u li ma tkunx għamlet għażla f'konformità mal-Artikoli 42 u 43, ir-rata tat-taxxa effettiva ta' tali entità ta' investiment għandha tiġi kkalkulata separatament mir-rata tat-taxxa effettiva tal-ġuriżdizzjoni li fiha tkun tinsab.
2. Ir-rata tat-taxxa effettiva tal-entità ta' investiment kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali għat-taxxi koperti aġġustati tagħha diviżi b'ammont ugwali għas-sehem allokabbli tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira mill-introjtu jew telf kwalifikanti ta' dik l-entità ta' investiment.
Meta aktar minn entità ta' investiment waħda tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni, ir-rata tat-taxxa effettiva ta' dawn għandha tiġi kkomputata billi jiġu kkombinati t-taxxi koperti aġġustati tagħhom kif ukoll is-sehem allokabbli tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira mill-introjtu jew telf kwalifikanti tagħhom.
3. It-taxxi koperti aġġustati ta' entità ta' investiment kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu t-taxxi koperti aġġustati li jkunu attribwibbli għas-sehem allokabbli tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira mill-introjtu kwalifikanti tal-entità ta' investiment u t-taxxi koperti allokati lill-entità ta' investiment f'konformità mal-Artikolu 24. It-taxxi koperti aġġustati tal-entità ta' investiment ma għandhom jinkludu l-ebda taxxa koperta akkumulata mill-entità ta' investiment attribwibbli għall-introjtu li mhuwiex parti mis-sehem allokabbli tal-introjtu tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira tal-introjtu tal-entità ta' investiment.
4. It-taxxa kumplimentari ta' entità ta' investiment kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ammont ugwali għall-perċentwal tat-taxxa kumplimentari tal-entità ta' investiment immultiplikat bl-ammont ugwali għad-differenza bejn is-sehem allokabbli tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira fl-introjtu kwalifikanti tal-entità ta' investiment u l-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza kkomputata għall-entità ta' investiment.
Il-perċentwal tat-taxxa kumplimentari ta' entità ta' investiment għandu jkun ammont pożittiv ugwali għad-differenza bejn ir-rata minima tat-taxxa u r-rata tat-taxxa effettiva ta' tali entità ta' investiment.
Meta aktar minn entità ta' investiment waħda tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni, ir-rata tat-taxxa effettiva tagħhom għandha tiġi kkomputata billi l-ammonti tal-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza kif ukoll is-sehem allokabbli tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira jiġu kkombinati fl-introjtu jew it-telf kwalifikanti tagħhom.
L-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza ta' entità ta' investiment għandha tiġi ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 28(1) sa (7). Il-kostijiet tal-pagi eliġibbli tal-impjegati eliġibbli u l-assi tanġibbli eliġibbli kkunsidrati għal tali entità ta' investiment għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonat mas-sehem allokabbli tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira fl-introjtu kwalifikanti tal-entità ta' investiment diviż bl-introjtu kwalifikanti totali ta' tali entità ta' investiment.
5. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sehem allokabbli tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira fl-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità ta' investiment għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 9, b'kont meħud biss tal-interessi li mhumiex soġġetti għal għażla f'konformità mal-Artikolu 42 jew 43.
Artikolu 42
Għażla sabiex entità ta' investiment tiġi ttrattata bħala entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, 'entità ta' investiment fl-assigurazzjoni' tfisser entità li tissodisfa d-definizzjoni ta' fond ta' investiment stipulat fl-Artikolu 3, -punt (31) , jew veikolu ta' investiment immobiljari stipulat fl-Artikolu 3, punt (32) , li kieku ma kinitx ġiet stabbilita fir-rigward tal-obbligazzjonijiet taħt kuntratt ta' assigurazzjoni jew ta' vitalizju u li kieku ma kinitx proprjetà sħiħa ta' entità li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab bħala kumpanija tal-assigurazzjoni.
2. Waqt l-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, entità kostitwenti li hija entità ta' investiment jew entità ta' investiment fl-assigurazzjoni tista' tiġi ttrattata bħala entità trasparenti fir-rigward tat-taxxa jekk is-sid tal-entità kostitwenti jkun soġġett għat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni li fiha jinsab b'valur tas-suq ġust jew b'reġim simili bbażat fuq il-bidliet annwali fil-valur ġust tal-interessi proprjetarji tiegħu fit-tali entità u r-rata tat-taxxa applikabbli għas-sid tal-entità kostitwenti fuq tali introjtu tkun ugwali għar-rata minima tat-taxxa jew ogħla minnha.
3. Entità kostitwenti li indirettament ikollha interess proprjetarju f'entità ta' investiment jew f'entità ta' investiment fl-assigurazzjoni permezz ta' interess proprjetarju dirett f'entità ta' investiment oħra jew entità ta' investiment fl-assigurazzjoni għandha titqies bħala soġġetta għat-taxxa skont reġim ta' valur tas-suq ġust jew reġim simili fir-rigward tal-interess proprjetarju indirett tagħha fl-entità msemmija l-ewwel jew fl-entità ta' investiment fl-assigurazzjoni jekk tkun soġġetta għal reġim ta' valur tas-suq ġust jew għal reġim simili fir-rigward tal-interess proprjetarju dirett tagħha fl-entità msemmija t-tieni jew fl-entità ta' investiment fl-assigurazzjoni.
4. L-għażla skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha ssir f'konformità mal-Artikolu 45(1).
Jekk l-għażla tiġi revokata, kwalunkwe gwadann jew telf mid-disponiment ta' assi jew ta' obbligazzjoni miżmuma mill-entità ta' investiment jew minn entità ta' investiment fl-assigurazzjoni għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-valur ġust tas-suq tal-assi jew tal-obbligazzjoni fl-ewwel jum tas-sena li fiha ssir ir-revoka.
Artikolu 43
Għażla għall-applikazzjoni ta' metodu ta' distribuzzjoni taxxabbli
1. Skont l-għażla tal-entità kostitwenti dikjaranti, sid ta' entità kostitwenti ta' entità ta' investiment jista' japplika metodu ta' distribuzzjoni taxxabbli fir-rigward tal-interess proprjetarju tiegħu fl-entità ta' investiment, dment li s-sid tal-entità kostitwenti ma jkunx entità ta' investiment u jkun raġonevolment mistenni li jkun soġġett għat-taxxa fuq id-distribuzzjonijiet mill-entità ta' investiment b'rata tat-taxxa li tkun daqs ir-rata minima tat-taxxa jew ogħla minnha.
2. Skont il-metodu ta' distribuzzjoni taxxabbli, id-distribuzzjonijiet u d-distribuzzjonijiet preżunti tal-introjtu kwalifikanti ta' entità ta' investiment għandhom jiġu inklużi fl-introjtu kwalifikanti tas-sid tal-entità kostitwenti li jkun irċieva d-distribuzzjoni, dment li ma tkunx entità ta' investiment.
L-ammont ta' taxxi koperti mġarrba mill-entità ta' investiment li jkun kreditabbli kontra l-obbligazzjoni tat-taxxa tas-sid tal-entità kostitwenti li tirriżulta mid-distribuzzjoni tal-entità ta' investiment għandu jiġi inkluż fl-introjtu kwalifikanti u fit-taxxi koperti aġġustati tas-sid tal-entità kostitwenti li jkun irċieva d-distribuzzjoni.
Is-sehem tas-sid tal-entità kostitwenti fl-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit tal-entità ta' investiment imsemmija fil-paragrafu 3 li jirriżulta fit-tielet sena ta' qabel is-sena fiskali ('is-sena ttestjata') għandu jiġi ttrattat bħala introjtu kwalifikanti ta' dik l-entità ta' investiment għas-sena fiskali. L-ammont ugwali għal tali introjtu kwalifikanti mmultiplikat bir-rata minima tat-taxxa għandu jiġi ttrattat bħala taxxa kumplimentari ta' entità kostitwenti b'taxxa baxxa għas-sena fiskali għall-finijiet tal-Kapitolu II.
L-introjtu jew telf kwalifikanti ta' entità ta' investiment u t-taxxi koperti aġġustati attribwibbli għal tali introjtu għas-sena fiskali għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva f'konformità mal-Kapitolu V u mal-Artikolu 41(1) sa (4), ħlief għall-ammont ta' taxxi koperti msemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
3. L-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit ta' entità ta' investiment għas-sena ttestjata għandu jkun l-ammont ta' introjtu kwalifikanti ta' dik l-entità ta' investiment għas-sena ttestjata mnaqqas, sa żero, b'dawn:
|
(a) |
it-taxxi koperti tal-entità ta' investiment; |
|
(b) |
id-distribuzzjonijiet u d-distribuzzjonijiet preżunti lill-azzjonisti li ma jkunux entitajiet ta' investiment matul il-perijodu li jibda bl-ewwel jum tat-tielet sena ta' qabel is-sena fiskali u tintemm bl-aħħar jum tas-sena fiskali ta' rappurtar li fiha nżamm l-interess proprjetarju ('il-perijodu ta' ttestjar'); |
|
(c) |
it-telf kwalifikanti li jinħoloq matul il-perijodu ta' ttestjar; u |
|
(d) |
kwalunkwe ammont residwu ta' telf kwalifikanti li ma jkunx diġà naqqas l-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit ta' dik l-entità ta' investiment għal sena ttestjata preċedenti, jiġifieri 'r-riport tat-telf ta' investiment'. |
L-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit ta' entità ta' investiment ma għandux jitnaqqas b'distribuzzjonijiet jew b'distribuzzjonijiet preżunti li diġà naqqsu l-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit ta' dik l-entità ta' investiment għal sena ttestjata preċedenti b'applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, punt (b).
L-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit ta' entità ta' investiment ma għandux jitnaqqas bl-ammont ta' telf kwalifikanti li diġà naqqas l-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit ta' dik l-entità tal-investiment għal sena preċedenti ttestjata b'applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, punt (c).
4. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, distribuzzjoni preżunta għandha tinħoloq meta interess proprjetarju dirett jew indirett fl-entità ta' investiment jiġi ttrasferit lil entità li ma tkunx tappartjeni għall-grupp MNE jew għall-grupp domestiku fuq skala kbira u tkun ugwali għas-sehem tal-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit attribwibbli għal tali interess proprjetarju fid-data ta' tali trasferiment, iddeterminat mingħajr ma titqies id-distribuzzjoni preżunta.
5. L-għażla skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha ssir f'konformità mal-Artikolu 45(1).
Jekk l-għażla tiġi rrevokata, is-sehem tas-sid tal-entità kostitwenti mill-introjtu kwalifikanti nett mhux distribwit tal-entità ta' investiment għas-sena ttestjata fi tmiem is-sena fiskali ta' qabel is-sena fiskali meta tkun saret ir-revoka għandu jiġi ttrattat bħala introjtu kwalifikanti tal-entità ta' investiment għas-sena fiskali. L-ammont ugwali għal tali introjtu kwalifikanti mmultiplikat bir-rata minima tat-taxxa għandu jiġi ttrattat bħala taxxa kumplimentari ta' entità kostitwenti b'taxxa baxxa għas-sena fiskali għall-finijiet tal-Kapitolu II.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
Artikolu 44
Obbligi ta' preżentazzjoni
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“entità lokali deżinjata” tfisser l-entità kostitwenti ta' grupp MNE jew ta' grupp domestiku fuq skala kbira li tinsab fi Stat Membru u li nħatret mill-entitajiet kostitwenti l-oħra tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira li jinsab fl-istess Stat Membru sabiex tippreżenta d-dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari jew tippreżenta n-notifiki f'konformità ma' dan l-Artikolu f'isimhom; |
|
(b) |
“ftehim kwalifikanti tal-awtoritajiet kompetenti” tfisser ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali bejn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar li jipprevedi l-iskambju awtomatiku ta' dikjarazzjonijiet ta' informazzjoni annwali dwar it-taxxa kumplimentari. |
2. Entità kostitwenti li tinsab fi Stat Membru għandha tissottometti dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari lill-amministrazzjoni tat-taxxa tagħha f'konformità mal-paragrafu 5.
Tali dikjarazzjoni tista' tiġi sottomessa minn entità lokali deżinjata f'isem l-entità kostitwenti.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, entità kostitwenti ma għandhiex ikollha l-obbligu li tissottometti dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari lill-amministrazzjoni tat-taxxa tagħha jekk tali dikjarazzjoni tkun ġiet ippreżentata, f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5, minn din:
|
(a) |
l-entità omm apikali li tinsab f'ġuriżdizzjoni li jkollha fis-seħħ, għas-sena fiskali ta' rappurtar, ftehim kwalifikanti tal-awtoritajiet kompetenti mal-Istat Membru li fih tinsab l-entità kostitwenti; jew |
|
(b) |
l-entità dikjaranti deżinjata li tinsab f'ġuriżdizzjoni li jkollha fis-seħħ, għas-sena fiskali ta' rappurtar, ftehim kwalifikanti tal-awtoritajiet kompetenti mal-Istat Membru li fih tinsab l-entità kostitwenti. |
4. Meta japplika l-paragrafu 3, l-entità kostitwenti li tinsab fi Stat Membru, jew l-entità lokali deżinjata f'isimha, għandha tinnotifika lill-amministrazzjoni tat-taxxa tagħha dwar l-identità tal-entità li tkun qed tippreżenta d-dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari kif ukoll dwar il-ġuriżdizzjoni li fiha tkun tinsab.
5. Id-dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari għandha tiġi ppreżentata f'mudell standard u tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-entitajiet kostitwenti, inkluż in-numri ta' identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom, jekk ikun hemm, il-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu jinsabu u l-istatus tagħhom skont ir-regoli ta' din id-Direttiva; |
|
(b) |
informazzjoni dwar l-istruttura korporattiva ġenerali tal-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira, inkluż l-interessi ta' kontroll fl-entitajiet kostitwenti miżmumin minn entitajiet kostitwenti oħrajn; |
|
(c) |
l-informazzjoni li tkun neċessarja sabiex jiġu kkomputati:
|
|
(d) |
rekord tal-għażliet magħmulin f'konformità ma' din id-Direttiva. |
6. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta entità kostitwenti tkun tinsab fi Stat Membru b'entità omm apikali li tinsab f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li tapplika regoli li jkunu ġew ivvalutati bħala ekwivalenti għar-regoli ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 52, l-entità kostitwenti jew l-entità lokali deżinjata għandha tissottometti dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-informazzjoni kollha li tkun neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8, inkluż:
|
|
(b) |
l-informazzjoni kollha li tkun neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13, inkluż:
|
|
(c) |
l-informazzjoni kollha li tkun neċessarja għall-applikazzjoni ta' taxxa kumplimentari domestika kwalifikata minn kwalunkwe Stat Membru li jkun għażel li japplika tali taxxa kumplimentari, f'konformità mal-Artikolu 11. |
7. Id-dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari msemmija fil-paragrafi 5 u 6 u kwalunkwe notifika rilevanti għandha tiġi preżentata lill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru li fih tinsab l-entità kostitwenti mhux aktar tard minn 15-il xahar wara l-aħħar jum tas-sena fiskali ta' rappurtar.
Artikolu 45
Għażliet
1. L-għażliet imsemmija fl-Artikoli 2(3), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 16(3), (6) u (9) u fl-Artikoli 42 u 43 għandha tkun valida għal perijodu ta' ħames snin, li jibda mis-sena li fiha ssir l-għażla. L-għażla għandha tiġġedded awtomatikament sakemm l-entità kostitwenti dikjaranti ma tirrevokax l-għażla fi tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Revoka tal-għażla għandha tkun valida għal perijodu ta' ħames snin, li jibda minn tmiem is-sena li fiha ssir ir-revoka.
2. L-għażliet imsemmija fl-Artikolu 16(7), fl-Artikolu 22(1), il-punt (b), fl-Artikolu 25(1), fl-Artikolu 28(2), fl-Artikolu 30(1) u fl-Artikolu 40(1) għandha tkun valida għal perijodu ta' sena. L-għażla għandha tiġġedded awtomatikament sakemm l-entità kostitwenti dikjaranti ma tirrevokax l-għażla fi tmiem is-sena.
3. L-għażliet imsemmija fl-Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 16(3), (6), (7), u (9), fl-Artikolu 22(1), il-punt (b), fl-Artikolu 25(1), fl-Artikolu 28(2), fl-Artikolu 30(1), fl-Artikolu 40(1), fl-Artikoli 42 u 43 għandha ssir fir-rigward tal-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru li fih tinsab l-entità kostitwenti dikjaranti.
Artikolu 46
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, inkluż dawk li għandhom x'jaqsmu mal-obbligu ta' entità kostitwenti li tippreżenta u tħallas is-sehem tagħha ta' taxxa kumplimentari jew li jkollha spiża tat-taxxa fi flus addizzjonali, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implementati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
KAPITOLU IX
REGOLI TA' TRANŻIZZJONI
Artikolu 47
Trattament tat-taxxa ta' assi ta' taxxa differita, obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u assi trasferiti mat-tranżizzjoni
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, 'sena ta' tranżizzjoni' għal ġuriżdizzjoni tfisser l-ewwel sena fiskali li fiha grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' dik il-ġuriżdizzjoni.
2. Meta tiġi ddeterminata r-rata tat-taxxa effettiva għal ġuriżdizzjoni f'sena ta' tranżizzjoni, u għal kull sena fiskali sussegwenti, il-grupp MNE jew grupp domestiku fuq skala kbira għandu jqis l-assi ta' taxxa differita kollha u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita riflessi jew żvelati fil-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet kostitwenti kollha f'ġuriżdizzjoni għas-sena ta' tranżizzjoni.
L-assi ta' taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita għandhom jitqiesu fl-aktar livell baxx tar-rata minima tat-taxxa u tar-rata tat-taxxa domestika applikabbli. Madankollu, assi ta' taxxa differita li jkun ġie rreġistrat b'rata tat-taxxa aktar baxxa mir-rata minima tat-taxxa jista' jitqies bir-rata minima tat-taxxa jekk il-kontribwent ikun jista' juri li l-assi ta' taxxa differita jkun attribwibbli għal telf kwalifikanti.
L-impatt ta' kwalunkwe aġġustament fil-valwazzjoni jew aġġustament fir-rikonoxximent kontabilistiku fir-rigward ta' assi ta' taxxa differita ma għandux jitqies.
3. Assi ta' taxxa differita li jirriżultaw minn entrati esklużi mill-komputazzjoni tal-introjtu jew telf kwalifikanti f'konformità mal-Kapitolu III għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 meta t-tali assi ta' taxxa differita jiġu ġġenerati fi tranżazzjoni li sseħħ wara t-30 ta' Novembru 2021.
4. Fil-każ ta' trasferiment ta' assi bejn entitajiet kostitwenti wara t-30 ta' Novembru 2021 u qabel il-bidu ta' sena ta' tranżizzjoni, il-bażi fl-assi akkwiżiti, minbarra l-inventorju, għandu jkun ibbażat fuq il-valur kontabilistiku tal-entità kostitwenti ta' disponiment tal-assi trasferiti fil-mument tad-disponiment, fejn assi u obbligazzjonijiet ta' taxxa differita jiġu ddeterminati fuq dik il-bażi.
Artikolu 48
Eżenzjoni ta' tranżizzjoni għall-esklużjoni tal-introjtu bbażata fuq is-sustanza
1. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3), il-valur ta' 5 % għandu jiġi sostitwit, għal kull sena fiskali li tibda mill-31 ta' Diċembru tas-snin kalendarji ta' wara, bil-valuri kif jinsabu fit-tabella li ġejja:
|
2023 |
10 % |
|
2024 |
9,8 % |
|
2025 |
9,6 % |
|
2026 |
9,4 % |
|
2027 |
9,2 % |
|
2028 |
9,0 % |
|
2029 |
8,2 % |
|
2030 |
7,4 % |
|
2031 |
6,6 % |
|
2032 |
5,8 % |
2. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28(4), il-valur ta' 5 % għandu jiġi sostitwit, għal kull sena fiskali li tibda mill-31 ta' Diċembru tas-snin kalendarji ta' wara, bil-valuri kif jinsabu fit-tabella li ġejja:
|
2023 |
8 % |
|
2024 |
7,8 % |
|
2025 |
7,6 % |
|
2026 |
7,4 % |
|
2027 |
7,2 % |
|
2028 |
7,0 % |
|
2029 |
6,6 % |
|
2030 |
6,2 % |
|
2031 |
5,8 % |
|
2032 |
5,4 % |
Artikolu 49
Il-fażi inizjali tal-esklużjoni mill-IIR u l-UTPR ta' gruppi MNE u gruppi domestiċi fuq skala kbira
1. It-taxxa kumplimentari dovuta minn entità omm apikali li tinsab fi Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 5(2), jew minn entità omm intermedja li tinsab fi Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 7(2) meta l-entità omm apikali tkun entità eskluża, għandha titnaqqas għal żero:
|
(a) |
fl-ewwel ħames snin tal-fażi inizjali tal-attività internazzjonali tal-grupp MNE, minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu V; |
|
(b) |
fl-ewwel ħames snin, li jibdew mill-ewwel jum tas-sena fiskali li fiha l-grupp domestiku fuq skala kbira jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-ewwel darba. |
2. Meta l-entità omm apikali ta' grupp MNE tkun tinsab f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz, it-taxxa kumplimentari dovuta minn entità kostitwenti li tinsab fi Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 14(2) għandha titnaqqas għal żero fl-ewwel ħames snin tal-fażi inizjali tal-attività internazzjonali ta' dak il-grupp MNE, minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu V.
3. Grupp MNE għandu jitqies li jkun fil-fażi inizjali tal-attività internazzjonali tiegħu jekk, għal sena fiskali:
|
(a) |
ikollu entitajiet kostitwenti f'mhux aktar minn sitt ġuriżdizzjonijiet; u |
|
(b) |
is-somma tal-valur nett tal-assi tanġibbli tal-entitajiet kostitwenti kollha tal-grupp MNE li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjonijiet kollha minbarra l-ġuriżdizzjoni ta' referenza ma taqbiżx il-EUR 50 000 000. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, punt (b), 'ġuriżdizzjoni ta' referenza' tfisser il-ġuriżdizzjoni li fiha l-entitajiet kostitwenti tal-grupp MNE jkollhom l-ogħla valur totali ta' assi tanġibbli fis-sena fiskali li fiha l-grupp MNE oriġinarjament jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-valur totali ta' assi tanġibbli f'ġuriżdizzjoni għandu jkun is-somma tal-valur kontabilistiku nett tal-assi tanġibbli kollha tal-entitajiet kostitwenti kollha tal-grupp MNE li jinsabu f'dik il-ġuriżdizzjoni.
4. Il-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafi 1, punt (a), u fil-paragrafu 2 għandu jibda mill-bidu tas-sena fiskali li fiha l-grupp MNE oriġinarjament jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Għall-gruppi MNE li jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta tidħol fis-seħħ, il-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a) għandu jibda fil-31 ta' Diċembru 2023.
Għall-gruppi MNE li jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta tidħol fis-seħħ, il-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda fil-31 ta' Diċembru 2024.
Għall-gruppi domestiċi fuq skala kbira li jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta tidħol fis-seħħ, il-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, punt (b), għandu jibda fil-31 ta' Diċembru 2023.
5. L-entità dikjaranti deżinjata msemmija fl-Artikolu 44 għandha tinforma lill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru li tkun tinsab fih dwar il-bidu tal-fażi inizjali tal-attività internazzjonali tal-grupp MNE.
Artikolu 50
Għażla għal dewmien fl-applikazzjoni tal-IIR u l-UTPR
1. B'deroga mill-Artikoli 5 sa 14, l-Istati Membri li fihom jinsabu mhux aktar minn tnax-il entitajiet omm apikali ta' gruppi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-IIR u l-UTPR għal sitt snin fiskali konsekuttivi mill-31 ta' Diċembru 2023. L-Istati Membri li jagħmlu tali għażla għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2023.
2. Fejn l-entità omm apikali ta' grupp MNE tkun tinsab fi Stat Membru li jkun għamel għażla skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri, minbarra dak li fih tkun tinsab l-entità omm apikali, għandhom jiżguraw li l-entitajiet kostitwenti ta' dak il-grupp MNE jkunu soġġetti, fl-Istat Membru li fih ikunu jinsabu, għall-ammont ta' taxxa kumplimentari għall-UTPR allokat lil dak l-Istat Membru għas-snin fiskali li jibdew mill-31 ta' Diċembru 2023 f'konformità mal-Artikolu 14.
L-entità omm apikali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha taħtar entità relatriċi maħtura fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li fih tinsab l-entità omm apikali jew, jekk il-grupp MNE ma għandu l-ebda entità kostitwenti fi Stat Membru ieħor, f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz li, għas-sena tat-taxxa ta' rappurtar, għandha ftehim ta' awtorità kompetenti kwalifikata fis-seħħ mal-Istat Membru li fih tinsab l-entità omm apikali.
F'dak il-każ, l-entità relatriċi maħtura għandha tippreżenta rapport ta' informazzjoni supplimentari dwar it-taxxa f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 44(5). L-entitajiet kostitwenti li jinsabu fl-Istat Membru li eżerċita l-għażla f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jipprovdu lill-entità relatriċi maħtura bl-informazzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-Artikolu 44(5) u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' rappurtar imsemmi fl-Artikolu 44(2).
3. Il-perċentwal tal-UTPR iddeterminat għal Stat Membru li jkun għamel għażla skont il-paragrafu 1 għandu jitqies bħala żero għas-sena fiskali.
Artikolu 51
Eżenzjoni tranżitorja għall-preżentazzjoni tal-obbligi
Minkejja l-Artikolu 44(7), id-dikjarazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa kumplimentari u n-notifiki msemmijin fl-Artikolu 44 għandhom jiġu ppreżentati lill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istati Membri mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-aħħar jum tas-sena fiskali ta' rappurtar li tkun is-sena ta' tranżizzjoni msemmija fl-Artikolu 47.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 52
Valutazzjoni tal-ekwivalenza
1. Il-qafas legali implimentat fil-liġi domestika ta' ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz għandu jitqies bħala li huwa ekwivalenti għal IIR kwalifikata deskritta fil-Kapitolu II, u ma għandux jiġi ttrattat bħala reġim ta' tat-taxxa għal kumpaniji barranin kkontrollati, jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jinforza sett ta' regoli li f'konformità magħhom l-entità omm ta' grupp MNE għandha tikkomputa u tħallas is-sehem allokabbli tagħha tat-taxxa kumplimentari fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b'taxxa baxxa tal-grupp MNE; |
|
(b) |
jistabbilixxi rata tat-taxxa effettiva minima ta' mill-inqas 15 % li taħtha entità kostitwenti titqies li jkollha rata baxxa ta' tassazzjoni; |
|
(c) |
għall-finijiet tal-komputazzjoni tar-rata minima effettiva tat-taxxa, jippermetti biss it-taħlit tal-introjtu ta' entitajiet li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni; u |
|
(d) |
għall-fini tal-komputazzjoni ta' taxxa kumplimentari skont IIR ekwivalenti kwalifikata, din tipprevedi eżenzjoni għal kwalunkwe taxxa kumplimentari li tħallset fi Stat Membru b'applikazzjoni ta' IIR kwalifikata u għal kwalunkwe taxxa kumplimentari domestika kwalifikata stipulata f'din id-Direttiva. |
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 53, sabiex tiddetermina l-lista ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li jkunu implimentaw qafas legali fil-liġi domestika tagħhom li titqies bħala li hija ekwivalenti għal IIR kwalifikata f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li taġġorna dik il-lista bħala riżultat ta' valutazzjoni sussegwenti tal-qafas legali implimentat minn ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz fil-liġi domestika tiegħu.
Artikolu 53
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 52 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-23 ta’ Diċembru 2022.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 52 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru b'konformita' mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar tfassil aħjar tal-liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 52 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjona. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Kunsill.
Artikolu 54
Notifika lill-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, u dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.
Artikolu 55
Ftehim bilaterali dwar l-obbligi ta' rapportar simplifikati
L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehimiet ma’ ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li l-oqfsa legali tagħhom ġew ivvalutati bħala ekwivalenti għal IIR kwalifikata f'konformità mal-Artikolu 52, bil-ħsieb li torganizza qafas għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 44(6).
Artikolu 56
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2023. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri fir-rigward tas-snin fiskali li jibdew mill-31 ta' Diċembru 2023.
Madankollu, bl-eċċezzjoni tal-arranġament previst fl-Artikolu 50(2), għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 12, 13 u 14 fir-rigward tas-snin fiskali li jibdew mill-31 ta' Diċembru 2024.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.
Artikolu 57
Rieżami tal-implimentazzjoni tal-Ewwel Pilastru mill-Kummissjoni
Sat-30 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill li jivvaluta s-sitwazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ewwel Pilastru tad-Dikjarazzjoni dwar Soluzzjoni b'Żewġ Pilastri biex jiġu Indirizzati l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija maqbula mill-OECD/G20 fil-Ftehim Inklussiv dwar il-BEPS fit-8 ta' Ottubru 2021 u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dawk l-isfidi tat-taxxa fin-nuqqas tal-implimentazzjoni tas-soluzzjoni tal-Ewwel Pilastru.
Artikolu 58
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 59
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 52.
(2) L-opinjoni tad-19 ta' Mejju 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8).
(5) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2524
tat-12 ta' Diċembru 2022
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagarfu, il-punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati, skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, dwar it-tqassim tal-kwoti tar-rati tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
|
(2) |
In-negozjati ma' New Zealand ġew konklużi fl-20 ta’ Diċembru 2021 bl-inizjar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”). |
|
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fl-20 ta’ Lulju 2022, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/781 (2). |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) Approvazzjoni tat-22 ta’ Novembru 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/781 tas-16 ta' Mejju 2022 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 19.5.2022, p. 1).
(3) Ara paġna 61 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/61 |
FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U NEW ZEALAND SKONT L-ARTIKOLU XXVIII TAL-FTEHIM ĠENERALI DWAR IT-TARIFFI U L-KUMMERĊ (GATT) TAL-1994 RELATAT MAL-MODIFIKA TAL-KONĊESSJONIJIET FUQ IL-KWOTI TAR-RATI TARIFFARJI KOLLHA INKLUŻI FL-ISKEDA CLXXV TAL-UE BĦALA KONSEGWENZA TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA
L-UNJONI EWROPEA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”
u
NEW ZEALAND,
minn hawn ’il quddiem b’mod konġunt imsejħin “il-Partijiet”,
WARA LI KKUNSIDRAW in-negozjati li saru taħt il-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatati mal-modifika proposta tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tat-Tariffi tal-Unjoni Ewropea b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-dokument G/SECRET/42/Add.2,
WARA LI NNUTAW li l-approċċ meħud f’dan il-każ jirrifletti ċ-ċirkostanzi uniċi li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Objettivi
Mingħajr preġudizzju għal negozjati futuri skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 u għall-finijiet biss tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jintlaħaq qbil dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tal-kwoti tar-rati tariffarji u l-impenji kwantitattivi li jirriżultaw tal-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit, fir-rigward tal-kwoti tar-rati tariffarji li għalihom New Zealand għandha drittijiet ta’ negozjar jew konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994.
Artikolu 2
Approċċ li għandu jittieħed għall-volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji f’dan il-każ
L-Unjoni u New Zealand jifhmu li l-approċċ li għandu jittieħed għal dawn il-volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji tad-WTO fiċ-ċirkostanzi uniċi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni se jkunu tali li l-impenji kwantitattivi skedati fl-għamla ta’ dawn il-kwoti tar-rati tariffarji tad-WTO meħuda mill-Unjoni, flimkien mal-kwoti tar-rati tariffarji kontroparti tad-WTO meħuda mir-Renju Unit wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni, mhux se jaqbżu l-volumi għal dawn il-kwoti stabbiliti fl-Iskeda tat-Tariffi tal-Unjoni (EU28).
Artikolu 3
Kwoti tar-rati tariffarji tal-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit
1. Fir-rigward tal-kwoti tar-rati tariffarji ta’ hawn taħt, New Zealand u l-Unjoni jaqblu dwar il-bidliet li ġejjin fl-impenji skedati kif ġej:
|
(a) |
Kwota tar-rata tariffarja 006 (laħam ta’ kwalità għolja tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat): il-volum tal-Unjoni ta’ din il-kwota speċifika għall-pajjiż ta’ New Zealand għandu jiġi aġġustat għal 1 102 tunnellati; |
|
(b) |
Kwota tar-rata tariffarja 020 (laħam tan-nagħaġ): il-volum tal-Unjoni ta’ din il-kwota speċifika għall-pajjiż ta’ New Zealand għandu jiġi aġġustat għal 125 769 tunnellata; |
|
(c) |
Kwota tar-rata tariffarja 030 (trab tal-ħalib xkumat): il-volum tal-Unjoni ta’ din il-kwota erga omnes għandu jiġi aġġustat għal 62 917-il tunnellata. |
2. Fir-rigward tal-kwoti tar-rati tariffarji ta’ hawn taħt, New Zealand u l-Unjoni jaqblu dwar il-bidliet li ġejjin fl-impenji skedati biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ xi kwoti tar-rati tariffarji:
|
(a) |
Kwota tar-rata tariffarja 011 (laħam tal-annimali bovini, iffriżat; ġewwieni li jittiekel ta’ annimali bovini, iffriżat): l-Unjoni għandha tnaqqas il-parti ad valorem tad-dazju fil-kwota minn 20 % għal 15 %; |
|
(b) |
Kwota tar-rata tariffarja 032 (butir): l-Unjoni għandha tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi tal-prodott li applikaw skont din il-kwota tar-rata tariffarja u tallinja l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott mad-definizzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-butir u testendi l-eliġibbiltà għall-kodiċi HS 0405 10 kollu; l-Unjoni għandha wkoll tħassar l-obbligu ta’ monitoraġġ li jinsab fl-Artikolu 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761, attwalment fis-seħħ għall-piż u l-kontenut ta’ xaħam tal-prodotti importati skont din il-kwota tar-rata tariffarja; |
|
(c) |
Kwota tar-rata tariffarja 040 (ġobnijiet Cheddar sħaħ): l-Unjoni għandha tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott speċifiċi li applikaw skont din il-kwota tar-rata tariffarja u testendi l-eliġibbiltà għall-benefiċċju minn din il-kwota tar-rata tariffarja għall-kodiċi NM 0406 90 21 kollu. |
3. Fir-rigward tal-kwoti tar-rati tariffarji l-oħra fejn New Zealand għandha drittijiet ta’ negozjar jew konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, New Zealand taqbel mal-impenji tal-kwoti tar-rati tariffarji proposti kif stabbiliti fid-Dokument G/SECRET/42/Add.2 meħuda mill-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit, soġġetti għal kwalunkwe aġġustament li jirriżulta mill-Artikolu 4 hawn taħt.
Artikolu 4
In-negozjati tal-Unjoni li għaddejjin skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-Unjoni qed tkompli twettaq negozjati u konsultazzjonijiet ma’ Membri oħra tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar jew konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO.
2. B’riżultat ta’ dawk in-negozjati u l-konsultazzjonijiet, l-Unjoni tista’ tqis bidla fl-ishma u l-kwantitajiet jew kundizzjonijiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 3 jew dawk fid-dokument G/SECRET/42/Add.2. Fil-każ ta’ tali bidla fir-rigward ta’ impenn preċedenti tal-kwota tar-rata tariffarja tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 li għalih New Zealand għandha dritt ta’ negozjar jew konsultazzjoni, l-Unjoni għandha tikkonsulta lil New Zealand bil-ħsieb li tfittex eżitu sodisfaċenti b’mod reċiproku qabel ma tipproċedi għal kwalunkwe bidla bħal din, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kull parti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri legali interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan l-għan.
2. Dan l-arranġament jikkostitwixxi ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u New Zealand, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.
3. Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull test huwa awtentiku bl-istess mod.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Ftehim.
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/63 |
Avviż dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda tal-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea
L-emenda tal-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (1), iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Ottubru 2010, tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
REGOLAMENTI
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/64 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2525
tal-21 ta’ Diċembru 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(2) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-627/20 (2), jenħtieġ li titħassar l-entrata għal entità elenkata. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(2) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2022, Libyan African Investment Company (Laico) v. Council, T-627/20.
ANNESS
Fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)), Parti B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:
|
“1. |
Libyan Arab African Investment Company — LAAICO (magħrufa wkoll bħala LAICO)”. |
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/66 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2526
tat-23 ta’ Settembru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju f’forma likwida
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (1), u partikolarment l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2017/852 jistabbilixxi li l-merkurju u l-komposti tal-merkurju, kemm jekk f’forma pura kif ukoll jekk f’taħlitiet, u li joriġinaw minn erba’ sorsi kbar speċifikati f’dak l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala skart skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li huma destinati għar-rimi finali. |
|
(2) |
L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2017/852 jirrikjedi li l-iskart tal-merkurju, inkluż l-iskart prodott mill-erba’ sorsi kbar ikkonċernati, għandu jgħaddi, qabel ir-rimi finali, minn operazzjonijiet speċifiċi ta’ trattament, jiġifieri konverżjoni u, fejn ikun maħsub li jintrema b’mod permanenti f’faċilitajiet fuq l-art, konverżjoni u solidifikazzjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2017/852 jippermetti, b’deroga mill-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill1999/31/KE (3), li l-iskart tal-merkurju f’forma likwida sakemm isirulu l-konverżjoni u s-solidifikazzjoni jinħażen temporanjament f’landfills dedikati u mgħammra apposta sal-31 ta’ Diċembru 2022, f’konformità mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem stabbiliti fid-Direttiva 1999/31/KE. |
|
(4) |
L-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri f’Mejju 2022 indikat li aktar minn 2 000 tunnellata ta’ skart tal-merkurju likwidu għadhom fi ħżin temporanju fl-Unjoni u li l-konverżjoni u s-solidifikazzjoni ta’ dak l-iskart jeħtieġu aktar żmien. L-estensjoni tal-perjodu permess għal tali ħżin sal-31 ta’ Diċembru 2025 hija meqjusa meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ħżin temporanju fil-landfills ikompli jseħħ f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 1999/31/KE. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2017/852 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2017/852, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Id-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tibqa’ tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/68 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2527
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(3), 14(5), 16(5), 19(8), 22(3), 28(10) u (11), 29(6), 30(8), 33(4), 34(5), 35(10), 36(5), 45(6), 47(6) u l-Artikolu 89 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha fuq l-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibilità lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li jeħtieġ jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2023 sa 31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi għal tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Minħabba f’hekk, iħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għad-disinn tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet strateġiċi tal-PAK, jiġifieri mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (3). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 (4). |
|
(4) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 154(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkompli japplika għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2025 u għan-nefqa li jġarrbu l-benefiċjarji u li tħallas l-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas ta’ dawk il-programmi tal-iżvilupp rurali sal-31 ta’ Diċembru 2025, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu għandu jkompli japplika għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2025 u għan-nefqa li jġarrbu l-benefiċjarji u li tħallas l-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas ta’ dawk il-programmi tal-iżvilupp rurali sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/70 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2528
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u li jħassar ir-Regolamenti Delegati (UE) Nru 611/2014, (UE) 2015/1366 u (UE) 2016/1149 applikabbli għal skemi ta’ għajnuna f’ċerti setturi agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30, l-Artikolu 37(a)(i), (ii), (iii) u (vi), (b), (c), (d) u (e)(i), l-Artikolu 53 u l-Artikoli 56(1), 223(2) u 231(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 62(1), 63(4), 64(6) u 106(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-politika agrikola komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha tal-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibilità lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li jeħtieġ jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi t-tipi kollha ta’ intervent f’ċerti setturi agrikoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. B’konsegwenza ta’ dan, ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jikkanċella d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, fis-settur tal-inbid, fis-settur tal-apikultura u fis-settur tal-ħops stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għat-tfassil tal-interventi li jridu jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jiġifieri bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (5). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stabbiliti fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 (6), (UE) 2015/1366 (7), (UE) 2016/1149 (8) u (UE) 2017/891 (9). |
|
(4) |
Ir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/1366, (UE) 2016/1149 u (UE) 2017/891 fihom ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-verifiki, il-kontrolli, il-penali jew l-ispeċifikazzjoni tal-avveniment operattiv fir-rigward tal-għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, fis-settur tal-apikultura u fis-settur tal-inbid li ġew adottati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013. F’konformità mal-approċċ introdott bir-Regolament (UE) 2021/2115, għat-twettiq tal-objettivi tal-Unjoni, dak ir-Regolament iħalli wkoll aktar flessibbiltà lill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu u l-penali li għandhom jiġu imposti. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Artikoli u l-Annessi rilevanti tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 5(4) u (6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2117 u f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punt (a)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li dawn ikomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fir-rigward tal-programmi operazzjonali li jkomplu joperaw sat-tmiem tagħhom, inklużi dawk il-programmi operazzjonali li l-Istati Membri jkunu approvaw fl-2022 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(7) |
Jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 611/2014 u (UE) 2015/1366 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2021/2117, jenħtieġ li dawn ikomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għall-operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskemi ta’ għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda u fis-settur tal-apikultura, rispettivament. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2117, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 jitħassar b’effett mis-16 ta’ Ottubru 2023 u jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati qabel is-16 ta’ Ottubru 2023 fi ħdan il-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid u fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għall-operazzjonijiet implimentati skont l-Artikoli 46 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2025, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2117, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-Artikolu 2, il-punti (f) sa (m), l-Artikoli 22 sa 54, l-Artikoli 56, 57 u 58, l-Artikolu 59(7) u (8), l-Artikoli 60 sa 67, l-Artikolu 76, l-Artikolu 77, il-punt (a), u l-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u l-Annessi I, II, III, IV u V ta’ dak ir-Regolament jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, dawk l-Artikoli u l-Annessi mħassra għandhom ikomplu japplikaw:
|
(a) |
fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għal operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 32 sa 38 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
|
(b) |
fir-rigward tal-programmi operazzjonali li jkomplu joperaw sat-tmiem tagħhom skont il-kundizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’konformità mal-Artikolu 5(6), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2021/2117 jew li l-Istati Membri jkunu approvaw f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 611/2014, (UE) 2015/1366 u (UE) 2016/1149 u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 611/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għal operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1366 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għal operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
3. Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 jitħassar b’effett mis-16 ta’ Ottubru 2023.
Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward ta’:
|
(a) |
in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għal operazzjonijiet implimentati skont dak ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 39 sa 52 ta’ dak ir-Regolament; |
|
(b) |
in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għal operazzjonijiet implimentati skont l-Artikoli 46 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2025, dment li sal-15 ta’ Ottubru 2023 tali operazzjonijiet jkunu ġew parzjalment implimentati u n-nefqa mġarrba tammonta għal mill-anqas 30 % tan-nefqa totali ppjanata u li tali operazzjonijiet jkunu ġew implimentati bis-sħiħ sal-15 ta’ Ottubru 2025. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta’ appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 55).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 tal-11 ta’ Mejju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna fis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 3).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta’ April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li għandhom jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/74 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2529
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3), 8(3), 9(5), 35(1), (2) u (3), 36(6), 39(3), 43(12), 44(5), 45(5) u (6), 46(9), 50(11), 52(9), 57(3), 58(5), 59(3), 67(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha tal-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibilità lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi tipi ta’ intervent għall-pagamenti diretti. B’konsegwenza ta’ dan, iħassar ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għat-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jiġifieri bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (3). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (4). |
|
(4) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 154(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin tat-talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/76 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2530
tal-1 ta’ Diċembru 2022
li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(11), 31(2), 34(5), 36(4), 39(4), 43(13), 45(7), 55(2), 57(4) u 67(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha tal-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibilità lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti. Minħabba dan, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għat-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, fost l-oħrajn għall-pagamenti diretti, jiġifieri bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (3). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 641/2014 (4). |
|
(4) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 154(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin tat-talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 u dispożizzjoni tranżizzjonali
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 641/2014 huwa mħassar.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 641/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 74).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/78 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2531
tal-1 ta’ Diċembru 2022
li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 12, l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 41, l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 66(5), l-Artikolu 67, l-Artikoli 75(5) u l-Artikolu 76(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha tal-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibbiltà lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Minħabba dan, ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għat-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, inter alia għall-iżvilupp rurali, jiġifieri bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (4). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (5). |
|
(4) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 154(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkompli japplika fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2025 u fir-rigward tan-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas ta’ dawk il-programmi tal-iżvilupp rurali sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 u dispożizzjoni tranżizzjonali
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu għandu jkompli japplika fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2025 u fir-rigward tan-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas ta’ dawk il-programmi tal-iżvilupp rurali sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/80 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2532
tal-1 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 738/2010 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014, (UE) 2015/1368 u (UE) 2016/1150 applikabbli għal skemi ta’ għajnuna f’ċerti setturi agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31, 38, 54, l-Artikolu 57, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c), l-Artikolu 60 u l-Artikolu 174(1), il-punt (d), u l-Artikolu 223(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 58(4) il-punti (a) u (b), 62(2), il-punti (a) sa (d) u (h), u l-Artikoli 63(5), 64(7), 66(4) u 106(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-politika agrikola komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha tal-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibbiltà lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi t-tipi kollha ta’ intervent f’ċerti setturi agrikoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. B’konsegwenza ta’ dan, ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jikkanċella d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, fis-settur tal-inbid, fis-settur tal-apikultura u fis-settur tal-ħops stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għat-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jiġifieri bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (5). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 738/2010 (6), kif ukoll fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 (7), (UE) 2015/1368 (8), (UE) 2016/1150 (9) u (UE) 2017/892 (10). |
|
(4) |
Dawk ir-Regolamenti fihom ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-verifiki, il-kontrolli, il-penali, il-garanziji fir-rigward tal-għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, fis-settur tal-apikultura, fis-settur tal-inbid u fis-settur tal-ħops li ġew adottati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013. F’konformità mal-approċċ introdott bir-Regolament (UE) 2021/2115, għat-twettiq tal-objettivi tal-Unjoni, dak ir-Regolament iħalli wkoll aktar flessibbiltà lill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu u l-penali li għandhom jiġu imposti. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Artikoli u l-Annessi rilevanti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 5(4) u (6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2117 u f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punt (a)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li dawn ikomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fir-rigward tal-programmi operazzjonali li jkomplu joperaw sat-tmiem tagħhom, inklużi dawk il-programmi operazzjonali li l-Istati Membri jkunu approvaw fl-2022 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (12) qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(7) |
Jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 u (UE) 2015/1368 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2021/2117, jenħtieġ li dawn ikomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskemi ta’ għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda u fis-settur tal-apikultura, rispettivament. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2117, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1150 jitħassar b’effett mis-16 ta’ Ottubru 2023 u jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati qabel is-16 ta’ Ottubru 2023 fi ħdan il-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid u fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati skont l-Artikoli 46 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2025, diment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2117. |
|
(9) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 738/2010 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/2117, jenħtieġ li dawn ikomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskemi ta’ għajnuna fis-settur tal-ħops. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-Artikoli 2 sa 21 u l-Artikoli 25 sa 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 u l-Annessi I sa VI ta’ dak ir-Regolament jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, dawk l-Artikoli u l-Annessi mħassra għandhom ikomplu japplikaw:
|
(a) |
fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għal operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 32 sa 38 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
|
(b) |
fir-rigward tal-programmi operazzjonali li jkomplu joperaw sat-tmiem tagħhom skont il-kundizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f’konformità mal-Artikolu 5(6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2117 jew li l-Istati Membri jkunu approvaw f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mar-Regolament (UE) 2017/891 qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014, (UE) 2015/1368, (UE) 2016/1150 u r-Regolament (UE) Nru 738/2010 u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għal operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għal operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
3. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 jitħassar b’effett mis-16 ta’ Ottubru 2023.
Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward ta’:
|
(a) |
in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għal operazzjonijiet implimentati skont dak ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 39 sa 52 ta’ dak ir-Regolament; |
|
(b) |
in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru għal operazzjonijiet implimentati skont l-Artikoli 46 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-16 ta’ Ottubru 2025, dment li sal-15 ta’ Ottubru 2023 tali operazzjonijiet jkunu ġew parzjalment implimentati u n-nefqa mġarrba tammonta għal mill-anqas 30 % tan-nefqa totali ppjanata u li tali operazzjonijiet jkunu ġew implimentati bis-sħiħ sal-15 ta’ Ottubru 2025. |
4. Ir-Regolament (UE) Nru 738/2010 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jkunu saru qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 58, 59 u 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 738/2010 tas- 16 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar pagamenti lil organizzazzjonijiet tal-produtturi Ġermaniżi fis-settur tal-ħops (ĠU L 216, 17.8.2010, p. 11).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 95).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 tas-6 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 9).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta’ April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 23).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).
(11) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/84 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2533
tal-15 ta’ Diċembru 2022
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Miele della Lunigiana” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Miele della Lunigiana” li ġiet irreġistrata f’konformita mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1845/2004 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir l-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-modifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Miele della Lunigiana” (DOP), hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1845/2004 tat- 22 ta’ Ottubru 2004 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tal-ismijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Tergeste, Lucca, Miele della Lunigiana et Αγιος Ματθαιος Κερκυρας (Agios Mathaios Kerkyras)) (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 14).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/85 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2534
tal-21 ta’ Diċembru 2022
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-betalattoglobulina (β-lattoglobulina) tal-ħalib bovin bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Lulju 2020, il-kumpanija Arla Foods Ingredients Group P/S (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed il-betalattoglobulina (β-lattoglobulina) tal-ħalib bovin, iżolat mix-xorrox bovin f’kundizzjonijiet aċidużi jew newtrali, fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-betalattoglobulina tal-ħalib bovin tintuża fis-soft drinks ikkummerċjalizzati b’rabta mal-eżerċizzju fiżiku, fit-trab tax-xorrox, fix-xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u prodotti simili, u fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali li għandha aktar minn tliet snin minbarra n-nisa tqal u li qed ireddgħu. |
|
(4) |
Fit-22 ta’ Lulju 2020, l-applikant talab ukoll lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ studji u data xjentifiċi proprjetarji mressqa b’appoġġ tal-applikazzjoni, jiġifieri ta’ test reversiv batteriku (4); assaġġ in vitro tal-mikronukleu bil-limfoċiti tal-bniedem (5); studju fuq 14-il jum għat-tiftix tal-medda tat-tossiċità orali fir-rodituri (6); studju ta’ 90 jum tat-tossiċità subkronika orali fir-rodituri (7); ir-riżultati tal-analiżijiet kompożizzjonali u ċ-ċertifikati analitiċi għal 23 lott addizzjonali tal-ikel ġdid u 20 lott ta’ iżolat tal-proteina tax-xorrox kummerċjali (8); u r-riżultati tal-analiżijiet tal-għadd tal-kolonji mikrobiċi totali tal-ikel ġdid u ċ-ċertifikati tagħhom (9). |
|
(5) |
Fil-5 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) twettaq valutazzjoni tal-betalattoglobulina bħala ikel ġdid. |
|
(6) |
Fit-28 ta’ Frar 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of beta-lactoglobulin as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (10) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-betalattoglobulina tal-ħalib bovin hija sikura fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-betalattoglobulina tal-ħalib bovin, meta tintuża fis-soft drinks ikkummerċjalizzati b’rabta mal-eżerċizzju fiżiku, fit-trab tax-xorrox, f’xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u fi prodotti simili, u f’ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali li għandha aktar minn tliet snin minbarra n-nisa tqal u li qed ireddgħu, tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-tqegħid tagħha fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(8) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnotat ukoll li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq studji u data xjentifiċi fuq test reversiv batteriku, assaġġ in vitro tal-mikronukleu bil-limfoċiti tal-bniedem, studju fuq 14-il jum għat-tiftix tal-medda tat-tossiċità orali fir-rodituri, studju ta’ 90 jum tat-tossiċità subkronika orali fir-rodituri, ir-riżultati tal-analiżijiet kompożizzjonali u ċ-ċertifikati analitiċi għal 23 lott addizzjonali tal-ikel ġdid u 20 lott ta’ iżolat tal-proteina tax-xorrox kummerċjali, u r-riżultati tal-analiżijiet tal-għadd tal-kolonji mikrobiċi totali tal-ikel ġdid u ċ-ċertifikati tagħhom, li jinsabu fil-fajl tal-applikant, li mingħajrhom ma setatx tivvaluta l-ikel ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni talbet lill-applikant jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji u data xjentifiċi u t-testijiet u biex jiċċara t-talba tiegħu li jkollu d-dritt esklużiv ta’ referenza għalihom f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(10) |
L-applikant iddikjara li kellu drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għall-istudji u għad-data xjentifiċi mit-test reversiv batteriku, assaġġ in vitro tal-mikronukleu bil-limfoċiti tal-bniedem; studju fuq 14-il jum għat-tiftix tal-medda tat-tossiċità orali fir-rodituri, studju ta’ 90 jum tat-tossiċità subkronika orali fir-rodituri; ir-riżultati tal-analiżijiet kompożizzjonali u ċ-ċertifikati analitiċi għal 23 lott addizzjonali tal-ikel ġdid u 20 lott ta’ iżolat tal-proteina tax-xorrox kummerċjali; u r-riżultati tal-analiżijiet tal-għadd tal-kolonji mikrobiċi totali tal-ikel ġdid u ċ-ċertifikati tagħhom, fiż-żmien li ppreżenta l-applikazzjoni u li l-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu għal dik id-data b’mod legali. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u qieset li kien issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, l-istudji u d-data xjentifiċi dwar it-test reversiv batteriku, assaġġ in vitro tal-mikronukleu bil-limfoċiti tal-bniedem, studju fuq 14-il jum għat-tiftix tal-medda tat-tossiċità orali fir-rodituri; studju ta’ 90 jum tat-tossiċità subkronika orali fir-rodituri; ir-riżultati tal-analiżijiet kompożizzjonali u ċ-ċertifikati analitiċi għal 23 lott addizzjonali tal-ikel ġdid u 20 lott ta’ iżolat tal-proteina tax-xorrox kummerċjali; u r-riżultati tal-analiżijiet tal-għadd tal-kolonji mikrobiċi totali tal-ikel ġdid u ċ-ċertifikati tagħhom, jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed l-betalattoglobulina tal-ħalib bovin fis-suq fl-Unjoni matul perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-betalattoglobulina tal-ħalib bovin u tar-referenza għall-istudji u għad-data xjentifiċi fil-fajl tal-applikant għall-użu tiegħu biss ma twaqqafx lil applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni. |
|
(13) |
Minħabba li s-sors tal-ikel ġdid ġej mill-ħalib bovin, li huwa elenkat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) bħala wieħed minn għadd ta’ sustanzi jew prodotti li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi, is-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-betalattoglobulina, jenħtieġ li jkunu tikkettati kif xieraq skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(14) |
Jixraq li l-inklużjoni tal-betalattoglobulina tal-ħalib bovin bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-betalattoglobulina tal-ħalib bovin tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-betalattoglobulina (β-lattoglobulina) tal-ħalib bovin hija awtorizzata li titqiegħed fis-suq fl-Unjoni.
Il-betalattoglobulina (β-lattoglobulina) tal-ħalib bovin għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kumpanija Arla Foods Ingredients Group P/S (12) biss hija awtorizzata li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ikel il-ġdid imsemmi fl-Artikolu 1, għal perjodu ta’ 5 snin mill-11 ta’ Jannar 2023, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi ftehim ma’ Arla Foods Ingredients Group P/S.
Artikolu 3
Id-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr ftehim ma’ Arla Foods Ingredients Group P/S.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
(4) Arla Foods Ingredients Group P/S (2019a, mhux ippubblikat).
(5) Arla Foods Ingredients Group P/S (2019b, mhux ippubblikat).
(6) Arla Foods Ingredients Group P/S (2019c, mhux ippubblikat).
(7) Arla Foods Ingredients Group P/S (2019d, mhux ippubblikat).
(8) Arla Foods Ingredients Group P/S (2021 and 2022, mhux ippubblikat).
(9) Arla Foods Ingredients Group P/S (2022, mhux ippubblikat).
(10) EFSA Journal 2022;20(4):7204.
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(12) Indirizz: Sønderhøj 10 -12, 8260 Viby J, id-Danimarka.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (L-ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:
|
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/91 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2535
tal-21 ta’ Diċembru 2022
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Novembru 2018, il-kumpanija Golden Biotechnology Corp (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata tintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) f’doża massima ta’ 990 mg/jum, għall-popolazzjoni ġenerali. |
|
(4) |
Fit-12 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tal-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphoratabħala ikel ġdid. |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Mejju 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of freeze-dried mycelia of Antrodia camphorata as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (4) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-miċeli lijofilizzati tal-Antrodia camphorata kienu sikuri għall-adulti u għall-adolexxenti li għandhom aktar minn 14-il sena meta jiżdiedu mas-supplimenti tal-ikel f’doża massima ta’ kuljum ta’ 990 mg/jum. Madankollu, l-Awtorità ma stabbilietx is-sikurezza tal-ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għal individwi taħt l-14-il sena fil-livell massimu ta’ konsum ta’ 990 mg/jum kif propost mill-applikant, minħabba li l-konsum jaqbeż il-livell sikur (16,5 mg/kg ta’ piż tal-ġisem kuljum) stabbilit mill-Awtorità. Għalhekk, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-miċeli lijofilizzati tal-Antrodia camphorata, meta jintużaw f’doża massima ta’ kuljum ta’ 990 mg/jum fis-supplimenti tal-ikel, maħsuba għal individwi li għandhom 14-il sena jew aktar, jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tagħhom fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità tqis li għalkemm ma hemm l-ebda evidenza disponibbli ta’ riskju ta’ allerġeniċità, minħabba l-kontenut ta’ proteini tal-ikel ġdid, ma jistax jiġi eskluż li hemm xi riskju. Ir-riċerkja bibljografika mwettqa mill-applikant ma identifikat l-ebda evidenza ppubblikata dwar il-potenzjal allerġeniku tal-Antrodia camphorata, u ma hemmx informazzjoni jew data oħra li normalment tkun meħtieġa biex jiġi kkonfermat jew eskluż ir-riskju potenzjali tal-allerġeniċità. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li fil-preżent, il-potenzjal tat-trab tal-miċeli tal-Antrodia camphorata li jikkawża l-allerġeniċità x’aktarx li ma jimmanifestax ruħu fil-ħajja reali u, konsegwentement, l-ebda rekwiżit speċifiku ta’ tikkettar ma jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid f’dan ir-rigward. |
|
(8) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita deżinjazzjoni ċara tal-ikel ġdid kif ukoll rekwiżit tat-tikettar għas-supplimenti tal-ikel li fihom il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata, sabiex jiġi żgurat li dawk is-supplimenti tal-ikel ma jiġux ikkunsmati mit-tfal u mill-adoloxxenti taħt l-14-il sena. |
|
(9) |
Għalhekk jixraq li l-inklużjoni tal-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(10) |
Il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphoratajenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata hija awtorizzata biex titqiegħed fis-suq fl-Unjoni.
Il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphoratagħandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(4) EFSA Journal 2022; 20(6):7380.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja: [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet huwa ġentilment mitlub idaħħal il-verżjoni bil-MT fl-ordni alfabetika EN.]
|
DEĊIŻJONIJIET
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/94 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2536
tat-12 ta' Diċembru 2022
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1187 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji ("il-Ftehim") ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2019 , soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
|
(2) |
It-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi għall-fini li tinżamm is-sigurtà fl-Unjoni ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, minħabba n-natura tal-kriminalità internazzjonali, li mhijiex limitata għall-fruntieri tal-Unjoni. Il-possibbiltà li l-Istati Membri kollha u l-Konfederazzjoni Żvizzera jkollhom aċċess reċiproku għal bażijiet ta' data nazzjonali rigward fajls tal-analiżi tad-DNA, sistemi ta' identifikazzjoni dattiloskopika u data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi huwa ta' importanza ċentrali fit-trawwim tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi transkonfinali. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 8(3) tal-Ftehim, l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Ftehim ġie applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tal-Ftehim. |
|
(4) |
L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (3), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (4) u l-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI (5), u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni. (6)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (7).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) Approvazzjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1187 tas-6 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (ĠU L 187, 12.7.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).
(5) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 14).
(6) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 187, 12.7.2019, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(7) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/96 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2537
tat-12 ta' Diċembru 2022
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1172 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji ('il-Ftehim) ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2019, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
|
(2) |
It-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi għall-fini li tinżamm is-sigurtà fl-Unjoni ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, minħabba n-natura ta' kriminalità internazzjonali, li mhijiex limitata għall-fruntieri tal-Unjoni. Il-possibbiltà li l-Istati Membri kollha u l-Prinċipat tal-Liechtenstein jkollhom aċċess reċiproku għal bażijiet ta' data nazzjonali rigward il-fajls tal-analiżi tad-DNA, is-sistemi ta' identifikazzjoni dattiloskopika u data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi huwa ta' importanza ċentrali fit-trawwim tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi transkonfinali. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 8(3) tal-Ftehim, l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Ftehim ġie applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tal-Ftehim. |
|
(4) |
L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (3), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (4) u l-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI (5), u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Jenħtieġ lil-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (6).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (7).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) Approvazzjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1172 tas-6 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (ĠU L 184, 10.7.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).
(5) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 14).
(6) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 184, 10.7.2019, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(7) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/98 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2538
tat-13 ta’ Diċembru 2022
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2210 (2) li testendi l-mandat tas-Sur Christopher REYNOLDS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(3) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2445 (3) li testendi l-mandat ta’ EUCAP Somalia sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(4) |
Fis-17 ta’ Novembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Kauko AALTOMAA huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/2210 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2021) (ĠU L 447,14.12.2021, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2445 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 91).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/99 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2539
tat-13 ta’ Diċembru 2022
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 (BiH/34/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (l-Operazzjoni Althea) (il-"Kmandant tal-Forza tal-UE"). |
|
(2) |
Fl-10 ta' Jannar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 (2), li taħtar lill-Ġeneral Maġġur Anton WESSELY bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Fit-13 ta' Ottubru 2022, l-awtoritajiet militari Awstrijaċi rrakkomandaw il-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Helmut HABERMAYER biex jieħu post il-Ġeneral Maġġur Anton WESSELY bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE mill-20 ta' Jannar 2023. |
|
(4) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni għall-Operazzjoni ALTHEA appoġġa r-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet militari Awstrijaċi. |
|
(5) |
Fl-24 ta' Novembru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel mar-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet militari Awstrijaċi. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 titħassar. |
|
(7) |
Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen adotta dikjarazzjoni li ssostni li l-arranġamenti "Berlin plus" u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tan-NATO jew li jinsabu fil-programm "Sħubija għall-Paċi", u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Maġġur Ġeneral Helmut HABERMAYER huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) mill-20 ta' Jannar 2023.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Jannar 2023.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/59 tal-10 ta’ Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/5 (BiH/32/2022) (ĠU L 10, 17.1.2022, p. 77).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/101 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2540
tad-19 ta’ Diċembru 2022
li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, tal-impjegati, u ta' partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2020 sal-20 ta' Settembru 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Dominique MICHEL, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sur Olivier JORIS, Executive Manager du Centre de compétence Europe et International de la Fédération des Entreprises de Belgique (FEB) (Maniġer Eżekuttiv, Dipartiment tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali, Federazzjoni tal-Intrapriżi fil-Belġju), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Olivier JORIS, Executive Manager du Centre de compétence Europe et International de la Fédération des Entreprises de Belgique (FEB) (Maniġer Eżekuttiv, Dipartiment tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali, Federazzjoni tal-Intrapriżi fil-Belġju), huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta' Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2020 sal-20 ta' Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2020 sal-20 ta' Settembru 2025 adottata fit-18 ta' Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/103 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2541
tad-19 ta’ Diċembru 2022
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Gabriele MÜLLER-LIST, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Andreas KRUSE, Mitglied im Vorstand der Bundesarbeitsgemeinschaft der Seniorenorganisation e.V. (BAGSO) (Membru tal-Bord tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ġermaniża tal-Organizzazzjonijiet taċ-Ċittadini Anzjani (BAGSO)), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Andreas KRUSE, Mitglied im Vorstand der Bundesarbeitsgemeinschaft der Seniorenorganisation e.V. (BAGSO) (Membru tal-Bord tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ġermaniża tal-Organizzazzjonijiet taċ-Ċittadini Anzjani (BAGSO)), huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/105 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2542
tad-19 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1904 li tawtorizza lin-Netherlands jintroduċu miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1904 (2), in-Netherlands kienu awtorizzati jintroduċu miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE biex teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 25 000 (il-“miżura speċjali”). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1904 ser tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022. Permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Awwissu 2022, in-Netherlands talbu awtorizzazzjoni biex ikomplu japplikaw il-miżura speċjali għal perjodu ulterjuri sal-31 ta’ Diċembru 2024, id-data sa meta l-Istati Membri jridu jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 (3). Minn dik id-Direttiva jirriżulta li mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri ser jitħallew jeżentaw mill-VAT il-provvista ta’ merkanzija u servizzi magħmula minn persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom fi Stat Membru partikolari ma jaqbiżx il-limitu ta’ EUR 85 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba magħmula min-Netherlands lill-Istati Membri l-oħra, minbarra lil Spanja, permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Awwissu 2022. Permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ Awwissu, il-Kummissjoni bagħtet dik it-talba lil Spanja. Permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni nnotifikat lin-Netherlands li kellha l-informazzjoni kollha neċessarja biex tivvaluta t-talba. |
|
(4) |
Il-miżura speċjali hija konformi mad-Direttiva 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2020/285, li tfittex li tnaqqas il-piż tal-konformità tal-impriżi ż-żgħar u tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
|
(5) |
Il-miżura speċjali ser tibqa’ fakultattiva għall-persuni taxxabbli peress li xorta jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT skont l-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(6) |
Skont l-informazzjoni pprovduta min-Netherlands, il-miżura speċjali ser ikollha effett negliġibbli biss fuq l-ammont kumplessiv tad-dħul mit-taxxa miġbur min-Netherlands fl-istadju tal-konsum finali. |
|
(7) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/769 (4), ma għandu jsir l-ebda kalkolu ta’ kumpens min-Netherlands fir-rigward tad-dikjarazzjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT mis-sena finanzjarja 2022 ’il quddiem. |
|
(8) |
Minħabba l-fatt li ll-miżura speċjali kellha impatt pożittiv fuq is-simplifikazzjoni tal-obbligi relatati mal-VAT, peress li naqqset il-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità kemm għall-impriżi żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet tat-taxxa, u peress li ma jistax ikollha impatt kbir fuq id-dħul totali ġġenerat mill-VAT, jixraq li n-Netherlands jitħallew japplikaw il-miżura speċjali stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1904. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżura speċjali tkun limitata fiż-żmien. Jenħtieġ li l-limitu ta’ żmien ikun biżżejjed biex jippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-effettività u l-adegwatezza tal-livell limitu attwali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2020/285, l-Istati Membri jridu jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva, u jridu japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2025. Għalhekk, jixraq li n-Netherlands jiġu awtorizzati japplikaw il-miżura speċjali sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(10) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1904 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1904 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1904 tal-4 ta’ Diċembru 2018 li tawtorizza lin-Netherlands jintroduċu miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 310, 6.12.2018, p. 25).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (ĠU L 62, 2.3.2020, p. 13).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/769 tat-30 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 165, 11.5.2021, p. 9).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/107 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2543
tal-21 ta’ Diċembru 2022
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(2) |
Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-627/20 (2), jenħtieġ li titħassar l-entrata għal entità elenkata. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
(2) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2022, Libyan African Investment Company (Laico) v. Council, T-627/20.
ANNESS
Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), Parti B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:
|
“1. |
Libyan Arab African Investment Company — LAAICO (magħrufa wkoll bħala LAICO)”. |
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/109 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2022/2544
tad-19 ta’ Diċembru 2022
li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-UE skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”) billi stabbilixxa l-istrateġija diversifikata ta’ finanzjament bħala metodu uniku ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u dawk tal-ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni. L-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika għall-programmi ta’ assistenza finanzjarja li għalihom l-atti bażiċi jidħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2022 jew wara. L-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata ma għandhiex tapplika għal programmi eżistenti, li taħthom l-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self jenħtieġ li jkomplu jitwettqu skont il-metodu tradizzjonali back-to-back, f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju. Il-metodu back-to-back jista’ japplika wkoll, bħala eċċezzjoni, għal programmi ġodda ta’ assistenza finanzjarja u għandu japplika għal kwalunkwe programm tal-Euratom. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jinkludu qafas ta’ governanza, proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju u metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, li jenħtieġ li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li jkunu relatati mal-assistenza finanzjarja jitħallsu mill-pajjiż benefiċjarju. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti l-arranġamenti applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u għall-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni applikat għall-ewwel darba l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self fil-kuntest tan-NextGenerationEU (“NGEU”), l-istrument temporanju tal-Unjoni biex tappoġġa l-irkupru ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19. Dan ippermetta l-mobilizzazzjoni b’suċċess ta’ fondi għal appoġġ u self mhux ripagabbli skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u programmi oħra tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (4) |
|
(4) |
Il-mudell ta’ governanza u l-proċessi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata taħt l-NGEU ġew stabbiliti f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2021) 2502 (5). Dawn l-arranġamenti jinkludu fost l-oħrajn qafas ta’ governanza, ġestjoni tar-riskju u proċeduri ta’ konformità. Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 ġiet żviluppata metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet (6). Huwa xieraq li l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata skont l-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju jiġu bbażati fuq il-mudell ta’ governanza għall-NGEU. |
|
(5) |
Għalkemm din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika prinċipalment għal operazzjonijiet imwettqa taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, huwa xieraq li xi wħud mill-arranġamenti stabbiliti fiha jiġu estiżi għal operazzjonijiet imwettqa taħt il-metodu back-to-back. Dan l-approċċ jiżgura konsistenza fil-programmi differenti, sa fejn applikabbli. Dan jiggarantixxi wkoll li l-operazzjonijiet kollha jkunu koperti mill-ogħla standard ta’ regoli, f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Dan jenħtieġ li jkun il-każ għal arranġamenti relatati mal-ġestjoni tar-riskju u l-proċeduri ta’ konformità. |
|
(6) |
Deċiżjoni annwali ta’ teħid b’self jenħtieġ li tistabbilixxi l-elementi tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self ippjanati taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata fuq perjodu ta’ sena. B’mod partikolari, jenħtieġ li tiddetermina d-dimensjonijiet tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn li għandhom jitwettqu bil-ħsieb li titfassal l-iskopertura ġenerali tal-baġit tal-Unjoni u tal-benefiċjarji tas-self. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tistabbilixxi firxa għall-ammonti massimi ta’ ħruġ ta’ finanzjament fit-tul għall-finijiet kollha, ammont pendenti massimu ta’ finanzjament fuq terminu qasir, il-maturità medja massima tal-finanzjament fit-tul tal-Unjoni, limitu għall-ammont pendenti finali għal kull ħruġ u, jekk applikabbli, l-ammont massimu ta’ ħruġ tal-Kummissjoni li jista’ jinżamm f’isimha stess u li jista’ jintuża bħala sors ta’ finanzjament addizzjonali jew biex jappoġġa s-suq sekondarju. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-fondi meħtieġa jkunu disponibbli biex jiġu ssodisfati l-impenji taħt il-programmi ta’ assistenza finanzjarja relatati hekk kif isiru dovuti għal operazzjonijiet ta’ pagament, teħid b’self u ġestjoni tad-dejn taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li jitwettqu abbażi ta’ pjanijiet ta’ finanzjament biannwali. Il-pjanijiet ta’ finanzjament jinkwadraw dawk l-operazzjonijiet matul dan il-perjodu b’referenza għall-pagamenti li jridu jsiru biex jiġu implimentati l-programmi relatati. L-istabbiliment tal-pjan ta’ finanzjament jenħtieġ li għalhekk jiżgura rabta diretta mal-ħtiġijiet ta’ pagament biex jiġu ssodisfati l-impenji tan-nefqa li jkunu saru skont l-atti bażiċi korrispondenti. Il-pjan ta’ finanzjament jenħtieġ li jiġi stabbilit abbażi tal-limiti stabbiliti fid-deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self. Il-pjan ta’ finanzjament huwa l-bażi biex il-parteċipanti fis-suq jiġu infurmati dwar il-pjanijiet indikattivi ta’ finanzjament fil-perjodu li ġej. |
|
(8) |
Billi jiffissa ammont massimu indikattiv ta’ teħid b’self li jkopri, bħala regola, perjodu ta’ sitt xhur, u jistabbilixxi ċerti parametri ewlenin oħra tal-operazzjonijiet ippjanati, il-pjan ta’ finanzjament jiżgura wkoll prevedibbiltà ogħla tal-ħruġ, filwaqt li jżomm il-flessibbiltà u jipprovdi għal trasparenza fis-swieq. Il-bażi tal-investituri fil-mira teħtieġ informazzjoni dwar il-ħruġ li ġej u indikazzjoni dwar iż-żmien għat-tħejjija tal-ippjanar tal-investiment min-naħa tagħhom. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni annwali dwar it- teħid b’self u l-pjan ta’ finanzjament jenħtieġ li iservu bħala bażi għall-informazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 220a(2) tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll għall-komunikazzjoni lis-swieq u lill-pubbliku. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aspetti kollha tal-istrateġija tagħha dwar it- teħid b’self u l-ġestjoni tad-dejn, b’mod komprensiv u fuq bażi regolari, skont l-Artikolu 220a(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
|
(10) |
Id-definizzjoni ta’ pjanijiet ta’ finanzjament preċiżi u sinifikanti skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tiddependi fuq il-komunikazzjoni regolari u f’waqtha ta’ informazzjoni mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-perjodi ta’ żmien u l-ammonti għall-approvazzjonijiet tal-pagamenti mistennija. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi kkomunikata lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, bħala s-servizz responsabbli għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ finanzjament, permezz tal-għodda ta’ tbassir finanzjarju tal-Kummissjoni. |
|
(11) |
L-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li tfittex li tikseb l-aktar kundizzjonijiet finanzjarji vantaġġużi għall-Unjoni, permezz tal-ippjanar sod u l-eżekuzzjoni bla xkiel tat-tranżazzjonijiet bl-aħjar termini possibbli fil-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. Minħabba l-ħtieġa li jinġabar finanzjament sabiex l-iżborżamenti jkunu jistgħu jsiru lill-programmi rispettivi, il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni limitata fir-rigward taż-żmien tat-tranżazzjonijiet tas-suq. L-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tgħammar lill-Kummissjoni b’firxa usa’ ta’ tekniki ta’ finanzjament, inkluż finanzjament fuq terminu qasir, li jippermettilha tnaqqas ir-riskju tal-eżekuzzjoni tas-suq meta jkun meħtieġ li tiġbor fondi f’ċirkostanzi tas-suq aktar avversi. |
|
(12) |
L-istrumenti ta’ finanzjament taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li jinkludu, fost l-oħrajn, varjetà ta’ bonds ta’ referenza u Kambjali tal-UE. L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li jiġu organizzati bħala rkanti, tranżazzjonijiet sindakati jew pjazzamenti privati, skont liema jkun l-aktar xieraq minħabba d-daqs u n-natura tal-operazzjonijiet. |
|
(13) |
L-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li tinkludi l-kapaċità li jinħarġu strumenti fuq terminu qasir u li tinżamm riżerva ta’ likwidità, li tippermetti lill-Kummissjoni tassorbi diskrepanzi fiż-żmien bejn it- teħid b’self u l-iżborżi, u li tissodisfa talba għal żborż f’każ ta’ kundizzjonijiet ta’ finanzjament avversi. L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self fuq terminu qasir permezz ta’ Kambjali tal-UE jenħtieġ li jiġu implimentati permezz ta’ rkantijiet regolari biex jipprovdu flessibbiltà u effiċjenza. Dawk l-irkantijiet jenħtieġ li jiġu organizzati b’tali mod li jiżguraw status ta’ emittent trasparenti u prevedibbli tal-Unjoni u trattament ugwali tal-parteċipanti. |
|
(14) |
L-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jippermettu ġestjoni aħjar tar-rata tal-imgħax u riskji finanzjarji oħra. Huwa għalhekk xieraq li jiġi permess l-użu ta’ derivattivi bħal swaps għall-ġestjoni tar-rata tal-imgħax jew riskji finanzjarji oħra fir-rigward ta’ self għall-pajjiżi benefiċjarji, filwaqt li dejjem jiġi rrispettat il-prinċipju tal-bilanċ baġitarju, jew jidħlu fi tranżazzjonijiet tas-suq monetarju garantiti jew mhux garantiti ma’ uffiċċji tal-ġestjoni tad-dejn tal-Istati Membri, istituzzjonijiet supranazzjonali, aġenziji nazzjonali tas-settur pubbliku, istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment b’affidabbiltà kreditizja jew kontropartijiet ċentrali xierqa. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun awtorizzata wkoll tixtri lura u/jew iżżomm il-bonds tagħha stess għall-finijiet tal-ġestjoni tal-likwidità u l-appoġġ għal-likwidità fis-suq għall-bonds tal-UE. |
|
(15) |
L-operazzjonijiet ta’ għoti b’self jenħtieġ li jitwettqu skont l-att bażiku rilevanti u l-ftehimiet ta’ self korrispondenti. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi li taħthom jitħallas is-self. Jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li l-pajjiżi benefiċjarji jġarrbu l-kostijiet kollha relatati mas-self imġarrba mill-Unjoni f’konformità ma’ metodoloġija stabbilita mill-Kummissjoni f’deċiżjoni separata kkomplementata minn linji gwida dettaljati għall-kalkolu ta’ tali kostijiet. |
|
(16) |
Il-pajjiżi benefiċjarji jenħtieġ li jiġu offruti l-possibbiltà li jitolbu lill-Kummissjoni biex tirranġa self b’hedging fiss ta’ rata tal-imgħax. Dan ikun jeħtieġ li l-Kummissjoni tuża strumenti finanzjarji bħal swaps tar-rati tal-imgħax sabiex toffri self b’rata fissa. Il-kostijiet għall-ġestjoni tar-riskji bid-derivattivi jenħtieġ li jitħallsu mill-pajjiż benefiċjarju. |
|
(17) |
L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self taħt il-programmi ta’ assistenza finanzjarja eżistenti jitwettqu taħt il- “Programm ta’ Ħruġ ta’ Dejn UE-Euratom” stabbilit fl-2019 u aġġornat fl-2021 (il-“Programm ta’ Ħruġ ta’ Dejn”). Dan jinkludi, fost l-oħrajn, Ċirkolari ta’ Offerti li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa lis-swieq skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, u arranġamenti operazzjonali u kuntrattwali ma’ kontropartijiet li huma strumentali għall-attivitajiet ta’ teħid b’self. L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jenħtieġ li jitwettqu taħt il-Programm ta’ Ħruġ ta’ Dejn, wara l-introduzzjoni tal-emendi meħtieġa fid-dokumentazzjoni eżistenti. |
|
(18) |
Sabiex jiġu implimentati operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kapaċitajiet operazzjonali xierqa, inklużi kapaċitajiet ta’ saldu tat-tranżazzjonijiet, pjattaforma tal-irkant, u l-possibbiltà li jsir rikors għal tranżazzjonijiet u swaps ta’ riakkwist. |
|
(19) |
Sabiex twettaq operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiftaħ kontijiet iddedikati esklużivament għall-fini ta’ dawn l-operazzjonijiet. L-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk għall-kontijiet għall-operazzjonijiet tal-NGEU jenħtieġ li japplikaw għal dawn il-kontijiet. B’mod partikolari, biex jiġi indirizzat ir-riskju tal-likwidità li jirriżulta minn dawn l-operazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti parteċipazzjonijiet ta’ flus prudenzjali siguri u speċifiċi għall-iskop għall-pagamenti. Ir-rekwiżit li jinżamm tali riżerva ta’ flus prudenzjali ddedikata jirrappreżenta parti integrali u indispensabbli tal-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju għal strateġija ta’ finanzjament diversifikata. Sabiex jiġi żgurat li dawn il-parteċipazzjonijiet kritiċi ta’ flus kontanti ma jkunux soġġetti għal xi riskju tal-kontroparti li jirriżulta mill-falliment tal-istituzzjoni li magħha jinżammu dawn ir-riżervi, huwa imperattiv li dawn il-parteċipazzjonijiet ta’ flus prudenzjali jinżammu ma’ bank ċentrali. Dawk il-parteċipazzjonijiet ta’ flus kontanti jenħtieġ li jinżammu f’kont iddedikat mal-BĊE u jenħtieġ li jinżammu fl-aktar livell baxx meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pagamenti li ġejjin matul perjodu qasir, iżda jistgħu jvarjaw fl-ammont bħala funzjoni tal-iskeda tal-ħruġ u l-iżborż. Kuntratt dwar servizzi ta’ aġenzija fiskali jenħtieġ li jiġi konkluż mal-BĊE li jippermetti l-kopertura tal-kostijiet relatati. |
|
(20) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li qafas ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ konformità għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ta’ ġestjoni tad-dejn u ta’ għoti b’self jiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiżgura li l-attivitajiet kollha jitwettqu b’mod konsistenti mal-ogħla standards ta’ integrità, onestà u ġestjoni finanzjarja u tar-riskju soda. F’dak ir-rigward, ir-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskju stabbilit preċedentement skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2021) 2502 jenħtieġ li jiġi estiż biex japplika għall-operazzjonijiet kollha taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata skont din id-Deċiżjoni. L-uffiċjal Kap tar-Riskju jenħtieġ li jkun appoġġat mill-Kumitat għar-Riskji u l-Konformità fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. |
|
(21) |
L-Uffiċjal Kap tar-Riskju, skont l-aħjar prattiki u l-istandards internazzjonali rikonoxxuti, jenħtieġ li jfassal Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità li jkun fiha linji gwida dwar ir-riskju u l-konformità għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet b’indipendenza sħiħa. |
|
(22) |
B’mod partikolari, l-Uffiċjal Kap tar-Riskju jenħtieġ li jiżgura li l-operazzjonijiet jikkonformaw mal-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità u li r-riskji relatati ma’ dawn l-operazzjonijiet jiġu identifikati, mifhuma, ġestiti, u rrappurtati lill-Uffiċjal Kap tar-Riskju. Fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, l-Uffiċjal Kap tar-Riskju jenħtieġ li jkun appoġġat minn Uffiċjal għall-Konformità, li jenħtieġ li jirrapporta direttament lill-Uffiċjal Kap tar-Riskju dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-konformità mar-regoli, il-proċeduri u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti applikabbli għall-operazzjonijiet kollha implimentati permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jkunu uniformi, huwa xieraq li d-Deċiżjoni C (2021) 2502 titħassar. |
|
(24) |
Sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self li ġejjin taħt l-istrument li jipprovdi appoġġ lill-Ukrajna (7) jibbenefikaw mill-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
IS-SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll għall-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati.
2. Il-Kapitolu 4 għandu japplika wkoll għall-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self imwettqa skont il-metodu spalla ma’ spalla.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“operazzjonijiet ta’ teħid b’self” tfisser operazzjonijiet fis-swieq, b’mod partikolari ħruġ ta’ dejn għat-teħid b’self, inkluż teħid b’self riportat; |
|
(2) |
“operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn” tfisser operazzjonijiet tas-suq relatati mad-dejn li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self biex tiġi ottimizzata l-istruttura tad-dejn pendenti, biex jittaffew ir-rata tal-imgħax, il-likwidità u riskji finanzjarji oħra u operazzjonijiet li jappoġġaw il-likwidità tas-suq sekondarju; |
|
(3) |
“operazzjonijiet ta’ għoti b’self ” tfisser operazzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ self u linji ta’ kreditu għall-assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(4) |
“żborż” tfisser it-trasferiment ta’ rikavati miksuba permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn biex jiġi ffinanzjat appoġġ li jitħallas lura jew li ma jitħallasx lura lil benefiċjarju; |
|
(5) |
“uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-programm” tfisser l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, skont l-Anness I tar-Regoli Interni stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 5120 (8), għall-implimentazzjoni tal-linji baġitarji ta’ programm ta’ assistenza finanzjarja u programm iffinanzjat skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2094, sa fejn jimplimenta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament; |
|
(6) |
“swap” tfisser swap kif definit fit-Taqsima 1, il-punt 10, tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (9); |
|
(7) |
“derivati” tfisser derivati kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
|
(8) |
“tranżazzjonijiet ta’ riakkwist” jew “tranżazzjoni ta’ retroriakkwist” ifissru tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjoni ta’ retroriakkwist kif definit fl-Artikolu 3(9) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
|
(9) |
“tranżazzjoni ta’ akkwist bil-patt ta’ rivendita” jew “tranżazzjoni ta’ vendita bil-patt ta’ riakkwist” ifissru tranżazzjoni ta’ akkwist bil-patt ta’ rivendita u tranżazzjoni ta’ vendita bil-patt ta’ riakkwist kif definit fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2015/2365; |
|
(10) |
“tranżazzjoni sindakata” tfisser tranżazzjoni li biha l-finanzjament jiġi offrut minn grupp ta’ selliefa, imsejħa sindakat, lil individwu wieħed li jissellef; |
|
(11) |
“rkant” tfisser il-proċess tal-operazzjonijiet ta’ ħruġ tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom abbażi ta’ offerti kompetittivi permezz ta’ pjattaforma għall-irkantijiet; |
|
(12) |
“finanzjament fit-tul” tfisser finanzjament minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self għal terminu ta’ aktar minn sena, esklużi l-ammonti miżmuma f’isimhom stess; |
|
(13) |
“finanzjament fuq terminu qasir” tfisser finanzjament minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self għal terminu ta’ sena jew inqas u l-użu ta’ tranżazzjonijiet tas-suq monetarju mhux garantiti u tranżazzjonijiet tas-suq tal-flus garantiti bl-użu ta’ titoli miżmuma f’isimhom stess. |
KAPITOLU 2
OPERAZZJONIJIET TA’ TEĦID B’SELF, ĠESTJONI TAD-DEJN U GĦOTI B’SELF
TAQSIMA 1
Strateġija ta’ finanzjament
Artikolu 3
Deċiżjoni annwali ta’ teħid b’self
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni qafas dwar it-teħid b’self li tistabbilixxi l-limiti massimi għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u l-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tad-dejn, li għandhom ikopru perjodu ta’ sena (“deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self”).
2. Id-Deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self għandha tistabbilixxi l-parametri ta’ finanzjament li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont annwali massimu ta’ finanzjament fit-tul ibbażat fuq il-volumi mistennija ta’ żborżamenti ppjanati u tal-ħtiġijiet ta’ rifinanzjament; |
|
(b) |
l-ammont pendenti massimu ta’ finanzjament fuq terminu qasir, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ Kambjali tal-UE, l-użu ta’ tranżazzjonijiet tas-suq monetarju mhux garantiti, abbażi tal-ħtiġijiet mistennija għall-ġestjoni tal-likwidità, finanzjament temporanju u, fejn rilevanti, l-użu ta’ tranżazzjonijiet tas-suq monetarju garantiti bl-użu ta’ ħruġ proprju miżmum f’ismu stess inkluż biex jappoġġa s-suq sekondarju fil-bonds tal-UE; |
|
(c) |
l-ammont pendenti massimu finali għal kull ħruġ li jirrifletti r-riskju tal-konċentrazzjoni mal-maturità; |
|
(d) |
il-maturità medja massima ta’ finanzjament fit-tul; |
|
(e) |
jekk ikun xieraq, l-ammont massimu pendenti ta’ ħruġ proprju li jista’ jinżamm f’isem il-Kummissjoni stess u li jista’ jintuża għal tranżazzjonijiet tas-suq monetarju garantit jew biex jappoġġa s-suq sekondarju fil-bonds tal-UE. |
3. Għandhom jitqiesu l-fatturi li ġejjin għat-tħejjija tad-deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self:
|
(a) |
ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-atti bażiċi sottostanti, b’mod partikolari l-atti bażiċi msemmija fl-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(b) |
l-obbligi ta’ ħlas għas-servizz ta’ dejn pendenti u l-ħlas lura tal-kapital, skont il-programm ta’ ħidma annwali u b’kont meħud tal-ipprogrammar finanzjarju; |
|
(c) |
il-kompatibbiltà mal-limiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 u, kif xieraq, ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (12), u mal-limiti tad-durata massima jew il-maturità medja massima stabbiliti fl-att bażiku sottostanti. Fir-rigward tal-NGEU, dawk il-limiti għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 għal-limitu massimu addizzjonali tar-riżorsi proprji ta’ 0,6 punti perċentwali tad-ING tal-Istati Membri, u, fil-każ ta’ ħlas lura ppjanat tat-teħid b’self mill-baġit tal-Unjoni, bil-limitu stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
il-maturitajiet tas-self stabbiliti fil-ftehimiet ta’ self konklużi bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju; |
|
(e) |
fatturi oħra rilevanti għad-determinazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn. |
4. Id-Deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self għandha tiġi adottata qabel il-bidu tal-perjodu kopert minnha.
5. Id-Deċiżjoni ta’ teħid b’self annwali tista’ tiġi emendata b’mod partikolari f’każ ta’ riskju serju li l-maturità medja massima ma tkunx tista’ tiġi rispettata minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ħruġ tal-ammonti ta’ finanzjament fit-tul jew fil-każ tal-bidla f’fattur wieħed jew aktar imsemmija fil-paragrafu 3.
6. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni annwali ta’ teħid b’self lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 4
Il-pjan ta’ finanzjament
1. Il-pjan ta’ finanzjament għandu jiffissa mira indikattiva għall-fondi li għandhom jinġabru permezz ta’ operazzjonijiet ta’ it-teħid b’self u ġestiti permezz ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn, li bħala regola għandha tkopri perjodu ta’ sitt xhur.
2. Il-pjan ta’ finanzjament għandu jindika l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self ippjanati u, skont il-każ, l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn, li għandhom jitwettqu skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Fil-limiti stabbiliti fid-deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self u b’kont meħud tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 3(3) u l-kondizzjonijiet finanzjarji fis-suq primarju u sekondarju, il-pjan ta’ finanzjament għandu jinkludi, fost l-oħrajn, il-parametri ta’ finanzjament li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont massimu mistenni ta’ finanzjament fuq terminu qasir u twil għall-perjodu; |
|
(b) |
il-maturità medja peżata massima ta’ finanzjament fit-tul li għandha titwettaq; |
|
(c) |
limitu superjuri fuq il-likwidità medja mistennija li għandha tkun disponibbli bħala riżerva biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ pagament għall-perjodu ppjanat; |
|
(d) |
jekk ikun xieraq, l-ammont massimu pendenti ta’ ħruġ proprju li jista’ jinżamm f’isem il-Kummissjoni stess u li jista’ jintuża għal tranżazzjonijiet tas-suq monetarju garantit jew biex jappoġġa s-suq sekondarju. |
Meta jiġi stabbilit il-pjan ta’ finanzjament, l-opinjoni tal-Uffiċjal Kap tar-Riskju msemmi fl-Artikolu 18(2)(a) għandha titqies kif xieraq.
3. Il-pjan ta’ finanzjament għandu jiġi adottat qabel il-bidu tal-perjodu kopert minnha.
4. Il-pjan ta’ finanzjament jista’ jiġi emendat f’każ ta’ bidla sostanzjali f’fattur wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 3(3).
5. Abbażi tal-pjan ta’ finanzjament adottat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 5
Komunikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ żborż proġettati għall-finijiet tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ finanzjament
1. Il-pjan ta’ finanzjament għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni aġġornata, li għandha tiġi pprovduta lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit mill-uffiċjali li jawtorizzaw il-programm, dwar l-iskeda ta’ ħlasijiet mistennija matul il-perjodu ta’ sitt xhur inkwistjoni. L-informazzjoni pprovduta għandha tkun kemm jista’ jkun preċiża u affidabbli.
2. Xahar qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ finanzjament, l-uffiċjali awtorizzanti tal-programm għandhom jipprovdu projezzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet ta’ żborż għall-programmi rispettivi.
3. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-programm għandhom jipprovdu, sa fejn ikun possibbli, aġġornamenti regolari, preċiżi u affidabbli tal-informazzjoni pprovduta fir-rigward tal-iżborżi proġettati, inklużi bidliet fl-iskedi ta’ żmien għat-tlestija tal-proċeduri għall-approvazzjonijiet tal-pagamenti.
4. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-programm għandhom jużaw is-sistema elettronika għall-komunikazzjoni u l-aġġornament tal-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ żborż proġettati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-previżjonijiet tal-pagamenti previsti fl-Artikolu 11(2)(h) għall-finijiet tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn
1. L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self individwali għandhom jitwettqu f’konformità mal-aħħar aġġornament applikabbli tal-pjan ta’ finanzjament għall-perjodu inkwistjoni.
Abbażi tal-aġġornamenti regolari, ipprovduti skont l-Artikolu 5(3), tal-informazzjoni dwar l-ammonti u ż-żmien mistenni għall-approvazzjoni tal-iżborżi mill-uffiċjali awtorizzanti tal-programm, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit għandu joħroġ struzzjonijiet regolari dwar l-ammonti li għandhom jinġabru permezz tal-ħruġ tad-dejn.
2. L-ammonti li dwarhom kienu ngħataw struzzjonijiet għandhom jinġabru billi tiġi applikata l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata definita fl-Artikolu 7 filwaqt li jiġu rispettati l-parametri ta’ finanzjament tal-pjan ta’ finanzjament stabbilit fl-Artikolu 4(2).
L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, li jinkludi s-segregazzjoni xierqa tar-rwoli u r-responsabbiltajiet, il-flussi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar immirati biex jiggarantixxu s-sorveljanza indipendenti u r-responsabbiltà, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet kollha. Dawk l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu skont l-aħjar prattika fis-suq u b’rispett għall-konvenzjonijiet tas-suq.
Artikolu 7
Strateġija ta’ investiment diversifikata
1. Fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin, kif xieraq, b’rispett sħiħ tal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, biex jissellfu l-finanzjament meħtieġ biex jiġu ssodisfati fi żmien xieraq il-ħtiġijiet tal-programmi rilevanti għal appoġġ ripagabbli u mhux ripagabbli, u biex id-dejn li jirriżulta jiġi ġestit bl-aktar mod effiċjenti u rapidu possibbli, filwaqt li jfittxu li jiksbu l-aktar kundizzjonijiet finanzjarji vantaġġużi skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għall-baġit tal-Unjoni u l-pajjiżi benefiċjarji, u jimmiraw għal preżenza regolari fis-suq kapitali:
|
(a) |
l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn jistgħu jitwettqu fis-suq primarju, fis-suq sekondarju u fis-swieq tal-flus; |
|
(b) |
l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self għandhom jiġu organizzati permezz ta’ sett ta’ teħid b’self individwali ta’ maturitajiet differenti, li jvarjaw minn finanzjament fuq terminu qasir għal finanzjament fit-tul; |
|
(c) |
l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self jistgħu jiġu organizzati permezz ta’ taħlita ta’ tranżazzjonijiet sindakati u rkanti, u pjazzamenti privati, fiż-żewġ każijiet li jiddependu fuq is-servizzi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li huma membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 (13); |
|
(d) |
id-dejn li jirriżulta jista’ jiġi riportat għall-fini tal-ġestjoni tal-maturità; |
|
(e) |
id-diskrepanzi fil-fluss tal-flus u r-riskju tal-likwidità għandhom jiġu ġestiti permezz ta’ miżuri ta’ ġestjoni tal-likwidità fuq terminu qasir ta’ ammonti miżmuma f’kont iddedikat bl-użu ta’ tranżazzjonijiet tas-suq tal-flus garantiti u mhux garantiti. |
2. Fejn meħtieġ biex tiġi żgurata ġestjoni aħjar tar-rata tal-imgħax u riskji finanzjarji oħra li jirriżultaw fl-eżekuzzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jużaw ukoll operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn li jistgħu jikkonsistu fl-użu ta’ derivattivi bħal swaps għall-ġestjoni tar-rata tal-imgħax jew riskji finanzjarji oħra, jew jistgħu jimplikaw id-dħul fi tranżazzjonijiet tas-suq tal-flus garantiti jew mhux garantiti ma’ uffiċċji tal-ġestjoni tad-dejn tal-Istati Membri, istituzzjonijiet supranazzjonali, aġenziji nazzjonali tas-settur pubbliku, istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment b’pożizzjoni kreditizja xierqa u kontropartijiet ċentrali. Għal dan l-għan, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jixtru lura u jżommu l-bonds tagħhom stess. B’mod partikolari, l-iswaps jistgħu jintużaw biss għall-iħħeġġjar tar-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax imġarrba mill-pajjiżi li jibbenefikaw minn self. Il-kostijiet għall-ġestjoni tar-riskji bid-derivattivi għandhom jitħallsu mill-pajjiż benefiċjarju tal-operazzjoni tal-ġestjoni tar-riskji.
TAQSIMA 2
Operazzjonijiet ta’ għoti b’self
Artikolu 8
Operazzjonijiet ta’ għoti b’self
L-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ għoti b’self għandha titwettaq skont ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-att bażiku rilevanti, kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet ta’ self konklużi bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju skont l-att bażiku rilevanti.
Artikolu 9
Żborżi u aċċellerazzjoni tas-self
L-iżborż ta’ pagamenti tas-self jew segmenti għandu jsir bl-aktar mod effiċjenti u rapidu possibbli, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament. Il-ftehimiet ta’ self għandu jkun fihom impenn inkondizzjonat u irrevokabbli tal-pajjiż benefiċjarju li jġarrab il-kostijiet kollha relatati mat-teħid b’self, inklużi l-kostijiet amministrattivi, u li jħallas lura l-ammont kapitali u l-imgħax u jista’ jippermetti l-użu ta’ derivattivi, b’mod partikolari swaps.
Il-ftehimiet ta’ self skont ir-Regolament (UE) 2021/241 għandu jkun fihom klawżola ta’ aċċellerazzjoni li tintitola lill-Kummissjoni titlob ħlas lura bikri tas-self, fost l-oħrajn, f’konformità mal-Artikoli 22 (5) u 24 (9) tar-Regolament (UE) 2021/241 u għall-irkupru tal-prefinanzjament mhux ikklerjat.
Artikolu 10
Il-kostijiet tas-self
Il-kostijiet kollha, inklużi dawk assoċjati mal-ġestjoni tar-rata tal-imgħax u riskji finanzjarji oħra, imġarrba mill-Unjoni b’rabta mat-teħid b’self ta’ fondi għas-self għandhom jiġġarrbu mill-pajjiżi benefiċjarji, f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju u l-atti bażiċi rilevanti u għandhom jiġu kkalkulati skont metodoloġija stabbilita mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2545 (14), ikkomplementata minn linji gwida speċifiċi, b’rispett sħiħ tal-prinċipji tat-trasparenza u trattament ugwali.
Kwalunkwe kost mġarrab mill-Unjoni għad-derivattivi għandu jiġġarrab mill-pajjiż benefiċjarju.
Il-kostiiet għandhom jiġu fatturati regolarment lill-pajjiż benefiċjarju.
TAQSIMA 3
Implimentazzjoni u rapportar
Artikolu 11
Jiġu stabbiliti kapaċitajiet operazzjonali
1. L-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u l-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati għandha tinkorpora li jiġu stabbiliti u ġestiti l-kapaċitajiet operazzjonali filwaqt li jiġi żgurat li s-sistemi stabbiliti jżommu ġestjoni finanzjarja tajba u jkunu soġġetti għal ġestjoni tar-riskju robusta u dokumentazzjoni tal-proċessi u d-deċiżjonijiet.
2. Dawn il-kapaċitajiet operazzjonali għandhom b’mod partikolari jinkludu:
|
(a) |
in-negozjar, ir-reviżjoni u l-iffirmar ta’ ftehimiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi jew privati u depożitorji ċentrali tat-titoli nazzjonali jew internazzjonali meħtieġa għall-konklużjoni tas-saldu tat-tranżazzjonijiet; |
|
(b) |
ir-reviżjoni, l-emendar, it-tibdil, l-abbozzar mill-ġdid u l-finalizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tat-teħid b’self, inkluża d-dokumentazzjoni taħt il-Programm tal-Ħruġ tad-Dejn; |
|
(c) |
l-istabbiliment ta’ arranġamenti u regoli għall-organizzazzjoni tal-irkantijiet, inklużi ftehimiet ma’ fornituri esterni ta’ sistemi u sorveljanza kostanti tal-prestazzjoni tal-irkantijiet; |
|
(d) |
l-implimentazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self individwali permezz ta’ tranżazzjonijiet sindakati, irkanti u pjazzamenti privati; |
|
(e) |
il-kalkolu tal-ispejjeż imġarrba skont il-metodoloġija li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni f’linji gwida speċifiċi li għandhom jiġu ddebitati lill-baġit tal-Unjoni u lill-pajjiżi benefiċjarji fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ għoti b’self; |
|
(f) |
l-istabbiliment ta’ arranġamenti u n-negozjar, ir-reviżjoni u l-iffirmar ta’ ftehimiet, inklużi ftehimiet ma’ kontropartijiet u fornituri ta’ sistemi ta’ negozjar, meħtieġa għat-twettiq tat-tranżazzjonijiet u l-istrumenti li ġejjin:
|
|
(g) |
it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet tas-suq sekondarju, tranżazzjonijiet tas-suq monetarju mhux garantiti u garantiti, inklużi dawk imsemmija fil-punti (f) (i) u (ii) hawn fuq; |
|
(h) |
l-istabbiliment u l-ġestjoni tas-sistema elettronika għall-komunikazzjoni u l-aġġornament tal-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ żborżament proġettati msemmija fl-Artikolu 5(4). |
Artikolu 12
Rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport darbtejn fis-sena dwar l-aspetti kollha tal-istrateġija tagħha ta’ teħid b’self u ġestjoni tad-dejn, bħall-bażi legali, l-ammonti pendenti ta’ bonds u kambjali, il-profil tal-maturità, l-għotjiet u s-self żborżati, l-iskeda ta’ ħlas lura tas-self żborżat, il-kost tal-finanzjament u l-ammont li l-Kummissjoni biħsiebha toħroġ fis-semestru li jmiss. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
KAPITOLU 3
IL-KONTABILITÀ U L-UFFIĊJAL TAL-KONTABILITÀ
Artikolu 13
Kont tal-ġestjoni tar-rikavat
1. Ir-rikavati relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self għandhom jiġu ġestiti permezz ta’ kont miftuħ mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-Kontabilità għandu jiddelega l-ġestjoni ta’ dan il-kont lis-servizzi rilevanti fid-Direttorat Ġenerali tal-Baġit li għandhom jamministrawh f’konformità mar-regoli, il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
2. Il-kont għandu jinżamm mal-BĊE fuq il-bażi ta’ kuntratt dwar servizzi ta’ aġenzija fiskali. Dan għandu jintuża għal riżervi ta’ flus prudenzjali ddedikati li għandhom jiġu adattati għall-ammonti ta’ pagamenti li ġejjin.
Artikolu 14
Il-kontabilità għal ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self
L-uffiċjal tal-Kontabbiltà għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-kontabbiltà xierqa għall-operazzjonijiet kollha ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self skont ir-regoli kontabilistiċi tal-Unjoni u t-Titolu XIII tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 15
Stabbiliment tar-rapporti finanzjarji
1. L-Uffiċjal tal-Kontabilità għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji annwali fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self skont ir-regoli tal-kontabbiltà tal-Unjoni u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-programm.
2. Dawn ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu parti mill-kontijiet annwali konsolidati tal-baġit tal-Unjoni.
KAPITOLU 4
ĠESTJONI TAR-RISKJU U KONFORMITÀ
Artikolu 16
Ir-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskju għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self
1. Għandu jkun hemm Uffiċjal Kap tar-Riskju għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self, li s-setgħat u l-funzjonijiet tiegħu huma stabbiliti f’din id-deċiżjoni.
2. Ir-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskju huwa li jiżgura li s-sistemi u l-proċessi użati għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self huma mfassla u implimentati b’mod li jiżgura kemm jista’ jkun il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self.
3. Ir-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jiġi eżerċitat indipendentement mill-funzjonijiet u l-kompiti relatati mal-ippjanar, l-implimentazzjoni, l-eżekuzzjoni u l-kontabbiltà tal-operazzjonijiet. L-uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jgawdi awtonomija fit-twettiq tal-kompiti u r-responsabbiltajiet deskritti f’dan il-Kapitolu u għandu jingħata r-riżorsi meħtieġa.
4. L-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jirrapporta direttament lill-Membru tal-Kulleġġ responsabbli għall-Baġit fir-rigward tar-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
5. Membru tal-persunal fdat bir-rwol ta’ Uffiċjal għall-Konformità għandu jirrapporta direttament lill-Uffiċjal Kap tar-Riskju dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(4).
Artikolu 17
L-istabbiliment ta’ Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità
1. L-uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jfassal Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità li għandha tidentifika r-riskji prinċipali għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self, tal-ġestjoni tad-dejn u tal-għoti b’self. F’dan il-kuntest, l-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jqis il-prinċipji għar-rikonoxximent u l-valutazzjoni tar-riskju, li skonthom sistema effettiva ta’ kontroll intern tidentifika u tivvaluta kontinwament ir-riskji prinċipali.
2. Il-politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità għandha tistabbilixxi l-objettivi strateġiċi tar-riskju u għandha tipprovdi l-qafas ġenerali għal-linji gwida għall-ġestjoni tar-riskju applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self.
3. Il-politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità għandha tidentifika r-riskji assoċjati kollha, inklużi r-riskji tal-likwidità, tas-suq, tal-finanzjament, tal-kreditu, tal-kontroparti u operazzjonali, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self, tal-ġestjoni tad-dejn u ta’ għoti b’self. Il-politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità għandha tistabbilixxi għal kull riskju l-aptit għar-riskju ta’ livell għoli, il-metodoloġiji ġenerali għall-kejl tal-iskopertura għar-riskju, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ eskalazzjoni li għandu jittieħed f’każ ta’ ksur jew nuqqas ta’ konformità. Hija għandha tivverifika s-solidità tal-proċeduri meħtieġa biex tiżgura l-onestà, l-integrità u t-trasparenza ta’ dawk l-operazzjonijiet u għandha tillimita kwalunkwe riskju finanzjarju jew operazzjonali b’mod xieraq.
4. Il-politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità għandha tinkludi r-regoli u l-proċeduri li ġejjin:
|
(a) |
regoli u proċeduri li għandhom jiġu rispettati minn persuni li huma responsabbli għall-implimentazzjoni operazzjonali u l-eżekuzzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, u; |
|
(b) |
regoli u proċeduri għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-eżekuzzjoni tat-teħid b’self, il-ġestjoni tad-dejn u l-operazzjonijiet ta’ għoti b’self minn entitajiet inkorporati fi jew stabbiliti f’ġurisdizzjonijiet elenkati taħt il-politika rilevanti dwar ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx jew li huma identifikati bħala pajjiżi b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jew li ma jikkonformawx b’mod effettiv mal-istandards tat-taxxa tal-Unjoni jew miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni, ksur ta’ reġimi ta’ sanzjonijiet u irregolaritajiet finanzjarji rilevanti oħra. |
5. Il-politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità għandha tiġi rieżaminata mill-inqas darba fis-sena u tiġi riveduta jekk ikun meħtieġ.
6. Il-politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità għandha tiġi ppreżentata mill-Uffiċjal Kap tar-Riskju lill-Membru tal-Kulleġġ responsabbli għall-Baġit għall-approvazzjoni.
Artikolu 18
Ir-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskju
1. L-uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jimmonitorja li l-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità tiġi implimentata b’mod komprensiv u konsistenti.
2. B’mod partikolari, l-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
joħroġ opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan ta’ finanzjament; |
|
(b) |
jirrevedi r-regoli interni u d-dokumenti ta’ gwida maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-konsistenza mal-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità, li jista’ jitlob li jimmodifika; |
|
(c) |
jistabbilixxi u jissorvelja l-konformità kontinwa ma’ proċessi robusti għall-identifikazzjoni, il-kwantifikazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskju; |
|
(d) |
jidentifika ksur potenzjali tal-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità jew ta’ linji gwida, politiki u limiti oħra relatati mar-riskju u jirrakkomanda passi possibbli li għandhom jittieħdu f’każ ta’ ksur jew nuqqas ta’ konformità. |
Artikolu 19
Ir-rappurtar mill-Uffiċjal Kap tar-Riskju
1. L-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jirrapporta regolarment dwar ir-riskji materjali u dwar il-konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 17(4) lill-Membru tal-Kulleġġ responsabbli għall-Baġit, lill-Kumitat għar-Riskji u l-Konformità, lid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit u lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà. L-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jipprovdi wkoll informazzjoni regolari dwar ir-riskji u l-limiti lil persuni li huma responsabbli għall-eżekuzzjoni operazzjonali tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata.
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit għandu, mingħajr dewmien żejjed, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jindirizza dawk is-sejbiet u jipprovdi spjegazzjonijiet dwar il-miżuri meħuda lill-Uffiċjal Kap tar-Riskju.
Meta jirrapporta lill-Membru tal-Kulleġġ responsabbli għall-Baġit, l-Uffiċjal Kap tar-Riskju jista’ wkoll, kif xieraq, jinforma lil dak il-Membru dwar is-sejbiet imsemmija fit-tieni subparagrafu u dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għar-Riskju u l-Konformità.
2. L-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità lill-Kummissjoni darba fis-sena.
Artikolu 20
Ir-rwol tal-Kumitat għar-Riskji u l-Konformità
1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat għar-Riskji u l-Konformità biex jappoġġa lill-Uffiċjal Kap tar-Riskju fit-twettiq tar-responsabbiltajiet ta’ dak l-uffiċjal.
2. Il-Kumitat għar-Riskji u l-Konformità għandu:
|
(a) |
jiġi kkonsultat mill-Uffiċjal Kap tar-Riskju dwar il-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità; |
|
(b) |
jappoġġa lill-Uffiċjal Kap tar-Riskju fil-kompiti msemmija fl-Artikolu 18(2), il-punti (a), (b) u (c); |
|
(c) |
jipparteċipa fl-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-approvazzjoni ta’ prattiki rigward l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità u relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u tal-għoti b’self; |
|
(d) |
jappoġġja lill-Uffiċjal Kap tar-Riskju fil-valutazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju emerġenti b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ġestjoni tad-dejn u għoti b’self, u jkun infurmat mill-Uffiċjal Kap tar-Riskju dwar il-qbiż tal-limiti stabbiliti biex jitnaqqsu r-riskji jew in-nuqqas ta’ konformità mal-Politika ta’ Livell Għoli dwar ir-Riskju u l-Konformità, u linji gwida, politiki u limiti oħra relatati mar-riskju. |
Artikolu 21
Il-membri u l-organizzazzjoni tal-Kumitat għar-Riskji u l-Konformità
1. Il-membri tal-Kumitat għar-Riskju u l-Konformità għandhom ikunu l-Uffiċjal Kap tar-Riskju, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni, l-Uffiċjal għall-Konformità, żewġ membri tal-persunal mid-Direttorati Ġenerali li l-funzjonijiet tagħhom jinvolvu għarfien tal-ġestjoni tar-riskju u tas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, u żewġ membri tal-persunal tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit.
2. L-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jistieden żewġ esperti esterni għal-laqgħat tal-Kumitat dwar ir-Riskji u l-Konformità. L-esperti esterni għandhom jagħtu opinjonijiet u jipparteċipaw f’deliberazzjonijiet mingħajr drittijiet tal-vot dwar kwistjonijiet miġjuba quddiem il-Kumitat.
3. Il-Kumitat dwar ir-Riskji u l-Konformità għandu, fejn possibbli, jadotta pożizzjonijiet abbażi ta’ kunsens jew, meta ma jintlaħaqx kunsens, abbażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Fil-każ ta’ voti ndaqs, il-vot tal-Uffiċjal Kap tar-Riskju għandu jkun deċiżiv.
4. Il-Kumitat dwar ir-Riskji u l-Konformità għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 22
Tħassir
Id-Deċiżjoni C(2021) 2502 hija mħassra.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 23
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu ġenerali ta’ teħid b’self (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2021li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Rkupru tal-Unjoni EwropeaStrument li jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433, I, 22.12.2020, p. 23).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 u għall-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati ma’ self mogħti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 tat-2 ta’ Lulju 2021 li tistabbilixxi l-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn permezz tan-NextGenerationEU (ĠU L 236, 5.7.2021, p. 75).
(7) Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)5120 final tat-3 ta’ Awwissu 2018 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni Ewropea) għall-attenzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta’ trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta’ investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta’ emissjonijiet u d-derivattivi (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 229).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 tal-14 ta’ April 2021 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 170).
(14) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2545 tad-19 ta’ Diċembru 2022 dwar l-istabbiliment tal-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata (ara paġna 123 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(15) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/123 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2022/2545
tad-19 ta’ Diċembru 2022
dwar l-istabbiliment tal-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jintroduċi l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu uniku ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”). Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434, l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata għandha tapplika għall-programmi ta’ assistenza finanzjarja li għalihom l-atti bażiċi jidħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2022 jew wara. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. L-applikazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata teħtieġ l-adozzjoni ta’ sett ta’ regoli biex tiġi determinata l-allokazzjoni tal-kostijiet rispettivi għall-programmi ta’ assistenza finanzjarja rilevanti, li jenħtieġ li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li jkunu relatati mal-assistenza finanzjarja jiġu ddebitati lill-benefiċjarju. |
|
(3) |
Il-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata permezz tan-NextGenerationEU (NGEU) ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 (3). Huwa xieraq li dawn l-arranġamenti jiġu estiżi għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn imwettqa permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata skont l-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-obbligi ta’ ripagament jibqgħu tal-benefiċjarji tal-assistenza finanzjarja, f’konformità mal-Artikolu 220(5), il-punt (e) tar-Regolament Finanzjarju u f’konformità mal-prinċipji baġitarji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-ekwilibriju. Jenħtieġ li l-kostijiet kollha jiġġarrbu mill-benefiċjarji abbażi ta’ metodoloġija unika għall-allokazzjoni tal-kostijiet li tiżgura allokazzjoni trasparenti u proporzjonali tal-kostijiet. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet tiżgura li ma jkun hemm l-ebda sussidju inkroċjat tal-kostijiet minn kategorija waħda ta’ benefiċjarju minn oħra. Jenħtieġ li l-kostijiet tas-selfiet jiġu imputati bis-sħiħ lill-benefiċjarji ta’ dawk is-selfiet, minn naħa waħda, u l-kostijiet ta’ ammonti mhux ripagabbli lill-Baġit tal-UE, min-naħa l-oħra, abbażi tal-kostijiet reali mġarrba biex jiżdied u jiġi żburżat is-sehem rispettiv tar-rikavati lill-benefiċjarji differenti. Jenħtieġ li l-metodoloġija tkopri l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn, inklużi l-kostijiet amministrattivi kollha, u jenħtieġ li din tiżgura li jiġu kkalkulati kategoriji differenti ta’ kostijiet għal kull żborż. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat trattament ġust u ugwali bejn il-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta metodoloġija komuni u unifikata għall-kostijiet, applikabbli għat-tipi kollha ta’ żborżi (dawk ripagati mill-baġit tal-Unjoni, u dawk ripagati mill-benefiċjarji), li timputa l-kostijiet lill-benefiċjarji abbażi tas-sehem tar-rikavati riċevuti. |
|
(7) |
Jenħtieġ li din il-metodoloġija tal-kalkolu u tal-allokazzjoni tal-kostijiet tiddistingwi bejn tliet kategoriji ta’ kostijiet: il-kost tal-finanzjament, il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità u l-kostijiet amministrattivi. Il-kost tal-finanzjament jirriżulta mir-rata tal-imgħax u imposti oħra li l-Kummissjoni trid tħallas fuq l-istrumenti differenti maħruġa biex tiffinanzja l-iżborżi inkwistjoni. Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità huma l-kostijiet imġarrba b’riżultat tal-ammonti maħruġa u miżmuma temporanjament fil-kontijiet tal-likwidità bħala riżervi biex jiġu ssodisfati l-pagamenti li ġejjin. Din l-ispiża ġenerali operazzjonali kontinwa hija karatteristika intrinsika tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u jenħtieġ li tinqasam b’mod ġust bejn il-benefiċjarji kollha. It-tielet kategorija ta’ kostijiet huma l-kostijiet amministrattivi tal-bini tal-kapaċità teknika u operazzjonali biex tiġi implimentata strateġija ta’ finanzjament diversifikata u li jirriżultaw b’mod ċar b’riżultat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. |
|
(8) |
L-attribuzzjoni ġusta u proporzjonata tal-kostijiet għandha titwettaq permezz tal-kompartimentalizzazzjoni tal-iżborżi u tal-istrumenti ta’ finanzjament relatati f’perjodi ta’ żmien (minn hawn’ il quddiem “kompartimenti taż-żmien”). Żborżi preeżistenti u tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self relatati mwettqa permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, li diġà huma assenjati għal kompartimenti taż-żmien għandhom jibqgħu mhux affettwati miż-żieda ta’ żborżi permezz tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju. Mill-bidu ta’ tali żborżi ta’ self, kwalunkwe żborż iffinanzjat permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata se jkollu l-kostijiet tiegħu kkalkulati u attribwiti b’mod identiku. Il-vantaġġ ewlieni ta’ dan l-approċċ huwa li l-kost tal-finanzjament ikun l-istess għall-iżborżi kollha attribwiti għall-istess kompartiment taż-żmien li jiżgura li t-teħid b’self ikun imfassal apposta għall-ħtiġijiet tal-iżborż. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda impatt fuq id-distribuzzjoni tal-kostijiet għal ebda wieħed mill-programmi li għalih tapplika l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet sa mill-adozzjoni tagħha tapplika għat-teħid b’self tal-NGEU u għas-selfiet skont ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li għandhom durata u struttura simili. Għaldaqstant, huwa possibbli li jiġu inklużi fl-istess kompartimenti taż-żmien. Jekk jiġi stabbilit programm ġdid ta’ assistenza finanzjarja, b’durata u struttura differenti, li x’aktarx ikollu impatt fuq il-kostijiet, jenħtieġ li din il-metodoloġija tiġi rieżaminata kif xieraq. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-kalkolu tal-kost tal-finanzjament li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self ikun derivat mill-kostijiet li jirriżultaw mill-operazzjonijiet kollha ta’ teħid b’self matul il-perjodu ta’ sitt xhur madwar id-data tal-iżborż. Din il-kompartimentalizzazzjoni tal-kostijiet tal-finanzjament hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kost tal-finanzjament impost fuq l-iżborż ikun marbut mill-qrib mar-rati prevalenti tas-suq fiż-żmien meta jsir. Dan l-approċċ ifisser li l-kost preċiż tal-finanzjament ikun iffissat biss meta titlesta l-aggregazzjoni ta’ finanzjament fl-għeluq tal-kompartiment ta’ żmien ta’ sitt xhur, iżda l-prezzijiet indikattivi se jkunu disponibbli għall-benefiċjarji tas-self qabel il-kost finali. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tas-self jew, għad-dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094 (5), il-baġit tal-UE jħallas l-istess imposta. Dan jevita l-arbitrarjetà jew il-ħtif ta’ opportunità li jikkaratterizza l-metodu tradizzjonali back-to-back fejn il-kostijiet għal xi benefiċjarju partikolari kienu t-termini li setgħu jinkisbu f’jum partikolari li fih jkun sar it-teħid b’self. |
|
(11) |
Jenħtieġ li kull kompartiment taż-żmien ikun attiv għal perjodu ta’ sitt xhur li jibda mill-1 ta’ Jannar jew mill-1 ta’ Lulju. Madankollu, jenħtieġ li l-ewwel kompartiment taż-żmien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni. |
|
(12) |
Filwaqt li l-kost tal-finanzjament jista’ jvarja bejn il-kompartimenti taż-żmien ta’ sitt xhur minħabba differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ finanzjament lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni se timmaniġġa l-operazzjonijiet tat-teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn sabiex tiżgura li kull kompartiment taż-żmien ikollu profili ta’ maturità simili kemm jista’ jkun. |
|
(13) |
L-istrateġija ta’ finanzjament tal-Kummissjoni tippermetti ġestjoni aħjar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u riskji finanzjarji oħra. Filwaqt li r-rati tal-imgħax imposti fuq il-benefiċjarji tas-self se jkunu stabbli, se jkun meħtieġ rikalkolu perjodiku u marġinali tar-rati meta l-istrumenti li jimmaturaw fl-aggregazzjoni ta’ finanzjament jeħtieġ li jiġu sostitwiti. Jekk ikun ġustifikat, il-Kummissjoni se tiżviluppa l-kapaċità tagħha li tuża derivattivi bħal swaps biex timmaniġġa kwalunkwe riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jifdal u toffri l-opzjoni ta’ selfiet b’rata tal-imgħax fissa lil benefiċjarju. Jenħtieġ li l-kostijiet ta’ din il-faċilità b’rata tal-imgħax fissa jiġġarrbu b’mod sħiħ u esklużiv mill-benefiċjarju li jeżerċita din l-opzjoni. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-ammonti ta’ żborżi f’kompartiment taż-żmien ikunu daqs l-ammont tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil attribwiti għal dak il-kompartiment taż-żmien. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-iżborżi tar-rikavati jseħħu u jiġu attribwiti lill-istess kompartiment taż-żmien tal-ħruġ tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil użati biex jiġu ġġenerati r-rikavati. Madankollu, dewmien mhux previst biex isir l-iżborż jista’ jirriżulta f’sitwazzjonijiet fejn ir-rikavati tal-finanzjament ta’ terminu twil ikunu ġew iġġenerati, iżda ma jkunux jistgħu jiġu żborżati kif skedat inizjalment. F’dan ix-xenarju, l-iżborż jista’ jiġi ttardjat minn kompartiment taż-żmien wieħed għall-kompartiment taż-żmien sussegwenti. Madankollu, jekk il-fondi għal dawn il-ħtiġijiet ta’ finanzjament partikolari jkunu diġà ġew iġġenerati u ġew attribwiti għall-kompartiment taż-żmien preċedenti, dawn ma jistgħux jintużaw għal ħtiġijiet oħra f’dan il-kompartiment taż-żmien. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu attribwiti żborżi għall-kompartiment taż-żmien li għalih ikunu nħarġu l-istrumenti ta’ finanzjament. Jenħtieġ li jkun ugwalment possibbli li l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil tal-kompartiment taż-żmien li jkun imiss jiġu attribwiti lill-kompartiment taż-żmien preċedenti f’każ li l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil ta’ dak il-kompartiment taż-żmien ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ammont tal-iżborżi. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni se jkollha bżonn ukoll xi mezzi biex tantiċipa, fil-kompartiment taż-żmien preċedenti, il-ħtiġijiet tal-iżborż li jinqalgħu kmieni fil-ħajja tal-kompartiment taż-żmien li jmiss. Sabiex ikunu koperti sitwazzjonijiet bħal dawn u jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha r-riżorsi disponibbli b’termini vantaġġużi biex tagħmel l-iżborżi li jseħħu qrib it-tranżizzjoni bejn il-kompartimenti taż-żmien, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tattribwixxi l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil lill-kompartiment taż-żmien sussegwenti. |
|
(16) |
Il-kapaċità li tiġi ġestita l-likwidità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament permezz ta’ aċċess għal teħid b’self għal terminu qasir u ż-żamma ta’ flus għal finijiet prudenzjali hija karatteristika ċentrali u li tiddefinixxi l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Din il-ġestjoni tal-likwidità se tippermetti li l-Kummissjoni tissodisfa l-ħtiġijiet kollha ta’ pagament u tadatta l-ħruġ għall-kundizzjonijiet tas-suq. Din il-kapaċità twassal għall-kostijiet li jiġġeneraw rikavati permezz tal-ħruġ ta’ karta ta’ terminu qasir, u li jżommu xi rikavati fuq bażi temporanja f’kont tal-likwidità sabiex tiġi garantita l-kapaċità li jsiru l-pagamenti kollha meta ssir talba. L-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jippermettu mmaniġġar aħjar tar-rata tal-imgħax u ta’ riskju finanzjarju ieħor. Dawn jistgħu jinkludu l-użu ta’ derivattivi bħal swaps għall-immaniġġar tar-rata tal-imgħax jew riskji finanzjarji oħra fir-rigward ta’ self għall-benefiċjarji, jew għad-dħul fi tranżazzjonijiet tas-suq monetarju garantiti jew mhux garantiti. Jenħtieġ li l-kostijiet imġarrba b’rabta ma’ riakkwisti u/jew maż-żamma ta’ bonds proprji għall-finijiet tal-ġestjoni tal-likwidità jitqiesu bħala kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi bażi għall-kalkolu ta’ dawn il-kostijiet ta’ likwidità u l-impożizzjoni tagħhom fuq bażi ġusta u ekwa fuq il-benefiċjarji rilevanti kollha tar-rikavati matul is-sena inkwistjoni. |
|
(17) |
Ħtiġijiet ta’ żborż ogħla mill-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati għall-kompartiment taż-żmien rispettiv jew għall-pagamenti tal-imgħax jistgħu jirriżultaw f’defiċit ta’ likwidità ta’ kompartiment taż-żmien. Ħtiġijiet tal-iżborż aktar baxxi mill-ammont tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati għall-kompartiment taż-żmien rispettiv jew pagamenti ta’ tifdija riċevuti fir-rigward tal-iżborżi pendenti allokati għall-kompartiment jistgħu jirriżultaw f’surplus ta’ likwidità. Il-kumpens ta’ dawn is-surpluses jew defiċits ta’ likwidità huwa rekwiżiti inevitabbli tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Jenħtieġ li dawn il-kostijiet ma jiġġarrbux mill-kompartimenti taż-żmien rispettivi, iżda jenħtieġ li jiġu iżolati u ġestiti bħala parti minn spiża ġenerali distinta tal-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu biex jiġu separati l-kostijiet li jirriżultaw minn defiċits jew surpluses ta’ likwidità sabiex ikunu jistgħu jiġu assorbiti mill-programm ta’ finanzjament usa’ fil-forma ta’ kostijiet tal-ġestjoni ta’ likwidità. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità biex jiġi bbilanċjat kwalunkwe bilanċ ta’ flus pożittiv jew negattiv fil-kompartimenti taż-żmien għall-ammont totali ta’ żborżi. |
|
(18) |
L-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata teħtieġ l-akkwist ta’ kapaċitajiet ġodda meħtieġa biex jinkiseb l-aktar aċċess vantaġġuż għas-swieq kapitali u biex tiġi żgurata l-manutenzjoni ta’ tali infrastruttura b’mod kontinwu u effettiv. Dan jinkludi l-kostijiet meħtieġa biex jinżammu l-kontijiet tal-likwidità, biex tinkiseb il-kapaċità biex isiru rkanti għall-kambjali u l-bonds tal-UE u biex jiġu implimentati kapaċitajiet interni ġodda għall-ipproċessar tad-data. Jenħtieġ li tali kostijiet li jirriżultaw direttament mill-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self u ta’ żborż jiġu trattati bħala spejjeż ġenerali li jiddistingwu l-kostijiet relatati mal-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-teħid b’self u ta’ pagament. Jenħtieġ li dawn il-kostijiet jiġu koperti mill-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi. |
|
(19) |
Il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jiġbor fih il-kostijiet amministrattivi kollha mġarrba direttament bl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Dawn il-kostijiet għandhom jiġġarrbu bħala kostijiet tal-istabbiliment, relatati ma’ kostijiet ta’ darba għall-bini ta’ kapaċitajiet operazzjonali jew bħala kostijiet rikorrenti, li huma kostijiet inevitabbli direttament attribwibbli għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u li jseħħu maż-żmien. Filwaqt li l-kostijiet rikorrenti huma kostijiet annwali regolari ddebitati għall-iżborżi li jseħħu f’sena partikolari, jenħtieġ li l-kostijiet tal-istabbiliment ikunu tariffi ta’ darba. |
|
(20) |
Il-kostijiet relatati mal-istabbiliment u mal-bini tal-kapaċitajiet ta’ dawn l-operazzjonijiet ilhom jiġġarrbu mill-2021 u diġà ġew attribwiti lill-benefiċjarji tal-programmi ta’ appoġġ finanzjarju tal-NGEU, permezz ta’ spiża ġenerali speċifika għall-istabbiliment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-benefiċjarji ta’ programmi oħra ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju ma jġarrbux kostijiet relatati ma’ dan il-bini ta’ kapaċitajiet preċedenti iżda nefqa futura relatata mal-manutenzjoni ta’ din l-infrastruttura biss. Għaldaqstant, jenħtieġ li s-sehem tal-kostijiet amministrattivi tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju, għajr l-NGEU, ikun ristrett għal kostijiet rikorrenti, u dawn il-programmi jiġu trattati bħal kwalunkwe benefiċjarju tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. |
|
(21) |
Jenħtieġ li l-kostijiet amministrattivi inklużi fil-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jkunu limitati għal lista magħluqa ta’ kostijiet eliġibbli, li huma relatati direttament mal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. It-tariffi kuntrattwali għar-reklutaġġ ta’ persunal ta’ konsulenti esterni jiżdiedu mal-lista ta’ nefqa amministrattiva eliġibbli wara ftehimiet milħuqa fil-kuntest tal-Baġit Annwali għall-2023. L-estensjoni tal-lista ta’ nefqiet amministrattivi eliġibbli ġiet ikkomunikata lill-awtoritajiet tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-kost aggregat tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jirrappreżenta sehem limitat ħafna tal-kostijiet aggregati mill-operazzjonijiet tal-istrateġija finanzjarja diversifikata. |
|
(22) |
Il-proċess ta’ fatturazzjoni ex post huwa mfassal biex jiżgura li l-kostijiet jiġu rkuprati fis-sena ta’ wara u sal-mument li l-kostijiet ma jibqgħux jiġu ġġenerati minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self, tal-immaniġġar tad-dejn u ta’ pagamenti permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. |
|
(23) |
Eċċezzjonalment għas-selfiet ta’ assistenza finanzjarja lill-Ukrajna mogħtija permezz tar-Regolament (UE) 2022/2463, l-Unjoni tista’ ġġarrab il-kost tal-imgħaxijiet u l-kostijiet amministrattivi relatati mal-għoti u t-teħid b’self f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2022/2463. Ir-riżorsi meħtieġa jiġu pprovduti minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2022/2463. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fatturazzjoni ta’ dawk il-kostijiet tiġi allinjata mal-fatturazzjoni tal-kostijiet fir-rigward tal-iżborżi bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094 u tiġi raggruppata għal kull trimestru tas-sena. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ avviż ta’ konferma dwar kull żborż, inkluż appoġġ mhux ripagabbli fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) u (c) tar-Regolament (UE) 2020/2094, appoġġ ripagabbli lill-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (UE) 2020/2094, u selfiet lil Stat Membru jew pajjiż terz permezz ta’ programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju. |
|
(25) |
Is-selfiet permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata għandhom jiġu implimentati fuq termini finanzjarji standard (profil ta’ maturità u ta’ ripagament) għal kull żborż. Għal appoġġ mhux ripagabbli, jenħtieġ li l-avviż ta’ konferma jkun l-element ta’ sostenn ewlieni li jiddetermina dawn it-termini finanzjarji għall-Baġit tal-UE. L-avviż ta’ konferma għandu jiddetermina t-talba dwar il-kostijiet abbażi tat-termini finanzjarji tagħha. Jenħtieġ li dawn it-termini jinkludu d-data tal-iżborż, l-ammont tal-appoġġ finanzjarju, id-data tal-kost tal-pagamenti ta’ finanzjament u d-data tal-maturità. L-avviż ta’ konferma jikkostitwixxi l-bażi essenzjali li fuqha huwa bbażat l-ippjanar baġitarju, iċ-ċirkwiti finanzjarji u l-kontabbiltà għal appoġġ mhux ripagabbli tal-UE. |
|
(26) |
Ir-referenzi xierqa fil-ftehimiet ta’ self se jispeċifikaw li l-kostijiet tal-iżborżi huma ddeterminati bl-applikazzjoni tal-metodoloġija stabbilita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(27) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika għat-tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self u l-iżborżi kollha permezz tal-programm NGEU, inklużi dawk li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tagħha. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U REGOLI ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u prinċipju regolatorju
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi metodoloġija unika u unifikata biex jiġu allokati l-kostijiet imġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn imwettqa permezz ta’ programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju u ta’ appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (6) (“il-programmi CAM”).
2. L-implimentazzjoni tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-ġustizzja u tat-trattament ugwali, billi jiġi żgurat li l-kostijiet jinfirxu abbażi tas-sehem relattiv tal-appoġġ riċevut.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“benefiċjarju” tfisser Stat Membru jew pajjiż terz li huwa parti ta’ ftehim ta’ self permezz ta’ programm CAM, jew il-baġit tal-Unjoni għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053; |
|
(2) |
“żborż” tfisser it-trasferiment ta’ rikavati miksuba permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn biex jiġi ffinanzjat appoġġ ripagabbli jew mhux ripagabbli lil benefiċjarju; |
|
(3) |
“strumenti ta’ finanzjament” tfisser bonds, noti, karta kummerċjali, kambjali tal-UE jew kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja xierqa oħra ta’ terminu qasir u/jew twil permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata; |
|
(4) |
“perjodu ta’ mgħax” tfisser perjodu ta’ 12-il xahar, jew perjodu ieħor bħal dan li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż ta’ konferma, li jibda mid-data tal-iżborż jew mid-data preċedenti tal-pagament tal-imgħax; |
|
(5) |
“ġestjoni tal-likwidità” tfisser il-ġestjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-istrumenti ta’ finanzjament u l-iżborżi; |
|
(6) |
“ftehim ta’ self” tfisser ftehim bejn il-Kummissjoni u benefiċjarju permezz ta’ programm CAM; |
|
(7) |
“operazzjonijiet ta’ teħid b’self” tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2544 (7); |
|
(8) |
“operazzjonijiet tal-immaniġġar tad-dejn” tfisser l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2544; |
|
(9) |
“finanzjament ta’ terminu qasir” tfisser finanzjament imsemmi fl-Artikolu 2(11) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2544; |
|
(10) |
“finanzjament ta’ terminu twil” tfisser finanzjament imsemmi fl-Artikolu 2(10) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2544 |
Artikolu 3
Tipi ta’ kostijiet
Għandhom jiġu stabbiliti l-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kost tal-finanzjament; |
|
(b) |
il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità; |
|
(c) |
il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi. |
KAPITOLU 2
KOST TAL-FINANZJAMENT U KOSTIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-LIKWIDITÀ
TAQSIMA 1
Kompartimenti
Artikolu 4
Kompartimenti taż-żmien
1. Kompartiment taż-żmien għandu jkun attiv għal perjodu ta’ sitt xhur li jibda mill-1 ta’ Jannar jew mill-1 ta’ Lulju. Madankollu, l-ewwel kompartiment taż-żmien għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
2. Il-kompartiment taż-żmien għandu jkun magħmul mill-iżborżi li jkunu saru matul il-perjodu attiv tiegħu u mill-istrumenti ta’ finanzjament relatati allokati għalih. Kwalunkwe żborż għandu jiġi attribwit għall-kompartiment taż-żmien attiv fid-data ta’ dak l-iżborż.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, f’każ li l-ammont tar-rikavati tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil attribwit għall-kompartiment taż-żmien preċedenti jaqbeż l-ammont ta’ żborżi attribwiti għal dak il-kompartiment f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-iżborżi għandhom ikomplu jiġu allokati għal dak il-kompartiment taż-żmien sakemm l-ammont totali ta’ żborżi jilħaq l-ammont tar-rikavati ta’ dawk l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil.
L-iżborż għandu jibqa’ attribwit lill-kompartiment taż-żmien fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont pendenti li jkun għad irid isir ripagament tiegħu.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2), ir-rikavati tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil għandhom jiġu attribwiti lil kompartiment taż-żmien.
4. L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment taż-żmien li jkun attiv fil-mument tal-konklużjoni tal-operazzjoni ta’ teħid b’self li ġġenerathom.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu:
|
(a) |
strumenti ta’ finanzjament iġġenerati bil-ħsieb li jiġi ffinanzjat żborż fil-kompartiment taż-żmien sussegwenti jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-kompartiment taż-żmien; |
|
(b) |
f’każ li l-ammont tal-iżborżi fi tmiem il-kompartiment taż-żmien attiv jaqbeż l-ammont ta’ rikavati tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil, l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil iġġenerati mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self wara tmiem il-perjodu attiv tal-kompartiment taż-żmien għandhom jiġu attribwiti lil dak il-kompartiment taż-żmien sakemm l-ammont tar-rikavati tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil jilħaq l-ammont tal-iżborżi ta’ dak il-kompartiment taż-żmien. |
5. L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jissostitwixxu l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jimmaturaw għandhom jiġu attribwiti lill-istess kompartiment taż-żmien. L-Artikolu 6 għandu japplika f’każ ta’ diskrepanza bejn id-data tal-maturità tal-istrument ta’ maturità ta’ terminu twil u d-data tat-teħid b’self tal-istrument ta’ terminu twil li tissostitwiha.
Artikolu 5
Kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità
1. Il-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jopera sakemm isir ripagament sħiħ tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self awtorizzati fil-programmi CAM.
2. L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir, l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tad-dejn u l-kostijiet li jirriżultaw minnhom għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità.
Artikolu 6
Livellar tal-bilanċi tal-likwidità
1. Il-livell tal-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità f’kompartiment taż-żmien għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum bħala d-differenza bejn l-influssi u l-flussi ta’ ħruġ, kif stabbilit fil-pass 3 tal-punt 1 tal-Anness.
2. Kwalunkwe ammont pożittiv imsemmi fil-paragrafu 1 (“surplus ta’ likwidità”) għandu jkun fuq bażi ta’ kuljum allokat mill-kompartiment taż-żmien għall-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, kif stabbilit fil-pass 4 tal-punt 1 tal-Anness bil-kost tal-finanzjament tal-kompartiment taż-żmien rilevanti f’dak il-jum.
3. Kwalunkwe ammont li jikkorrispondi għall-ammont negattiv imsemmi fil-paragrafu 1 (“defiċit ta’ likwidità”) għandu jiġi attribwit fuq bażi ta’ kuljum mill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għall-kompartiment taż-żmien, kif stabbilit fil-pass 6 tal-punt 1 tal-Anness, bil-kost tal-finanzjament tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità f’dak il-jum.
TAQSIMA 2
Kalkolu tal-kostijiet tal-finanzjament u tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità
Artikolu 7
Kalkolu tal-kost tal-finanzjament ta’ kompartiment taż-żmien
1. Il-kostijiet tal-finanzjament għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi ta’ kuljum.
2. Il-kost tal-finanzjament ta’ strument ta’ finanzjament għandu jinkludi l-imgħax ta’ kuljum fir-rigward ta’ kull strument ta’ finanzjament u agio/disagio potenzjali bbażat fuq il-prezz ta’ ħruġ kumplessiv.
3. Il-kost tal-finanzjament ta’ kuljum tal-kompartiment taż-żmien għandu jinkludi l-kost tal-finanzjament ta’ kuljum tal-istrumenti ta’ finanzjament attribwit għall-kompartiment taż-żmien wara r-riżultati tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (3).
Artikolu 8
Kalkolu tal-kost tal-ġestjoni tal-likwidità
1. Il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jkun it-total tal-kost tar-riport fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness.
2. Il-kost tar-riport għandu jkun id-differenza bejn l-imgħax akkumulat permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, il-kostijiet u r-redditi li jirriżultaw mil-livellar ta’ kwalunkwe surplus ta’ likwidità jew defiċits ta’ likwidità msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3), u r-redditu fuq l-investiment iġġenerat mill-parteċipazzjonijiet.
3. Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-finanzjament għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi ta’ kuljum.
Artikolu 9
Allokazzjoni tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità
1. Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità għandhom jiġu kkalkulati bħala t-total tal-kostijiet ta’ kuljum tal-ġestjoni tal-likwidità matul trimestru. Dawn il-kostijiet għandhom jiġu attribwiti lil kull żborż fuq bażi prorata tas-sehem relattiv tal-iżborż għall-ammonti pendenti totali ta’ żborżi fi tmiem it-trimestru.
2. Il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-metodoloġija u l-passi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness.
Artikolu 10
Attribuzzjoni tal-kost tal-finanzjament għal żborż
1. L-iżborżi tal-istess kompartiment taż-żmien għandhom iġorru l-istess kost ta’ finanzjament medju ta’ kuljum sakemm isir ir-ripagament tagħhom.
2. Għal kull żborż pendenti, il-kost ta’ finanzjament ta’ kuljum għandu jiġi kkalkulat billi l-kost ta’ finanzjament totali tal-kompartiment wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (3) jiġi mmultiplikat bl-ammont tal-iżborż diviż bl-ammonti pendenti totali tal-iżborżi tal-kompartiment taż-żmien li għalih jiġi attribwit l-iżborż.
KAPITOLU 3
KOST TAS-SERVIZZ GĦALL-ISPEJJEŻ ĠENERALI AMMINISTRATTIVI
Artikolu 11
Kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi
Il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi għandu jinkludi kostijiet amministrattivi rikorrenti għall-benefiċjarji u kostijiet ta’ stabbiliment għal self permezz tal-RRF. Dawn għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-punt 3 tal-Anness.
Artikolu 12
Kostijiet amministrattivi rikorrenti
1. Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jinkludu kwalunkwe kost imġarrab mill-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn, li jinkludu t-tipi li ġejjin: tariffi legali bħal dawk imġarrba għal opinjonijiet ġuridiċi, kostijiet rikorrenti tal-ġestjoni tal-kontijiet, kostijiet għall-awditjar estern, tariffi ta’ manutenzjoni tal-pjattaforma tal-irkant, tariffi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni, elenkar, taxxi, reġistrazzjoni, tariffi ta’ pubblikazzjoni u ta’ saldu, teknoloġija tal-informazzjoni, spejjeż tar-riċerka relatati mas-suq, u tariffi tal-aġenti kuntrattwali relatati mal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata.
2. Sa fejn dawn il-kostijiet ikunu komuni għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self implimentati għal programmi oħra ta’ assistenza finanzjarja, il-kostijiet inklużi fil-kalkolu għandhom jiġu kkalkulati abbażi tas-sehem prorata attribwit għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn fis-sena kalendarja rilevanti.
3. Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu kkalkulati għal kull żborż riċevut permezz ta’ kull ftehim dwar self fuq bażi prorata tal-iżborż għall-ammonti totali ta’ żborżi fi tmiem is-sena kalendarja.
Artikolu 13
Kostijiet tal-istabbiliment għas-self permezz tal-RRF
1. Il-kostijiet tal-istabbiliment għas-self permezz tal-RRF għandhom jinkludu kwalunkwe kost imġarrab mill-Kummissjoni fil-bini tal-kapaċità għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self, tal-ġestjoni tad-dejn u tal-ġestjoni tal-pagamenti tal-NGEU. Dawn jinkludu kostijiet relatati mal-istabbiliment tal-kontijiet tal-NGEU, l-istabbiliment ta’ pjattaforma tal-irkant, għodda tal-ġestjoni tal-investituri, kostijiet oħra tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tariffi ta’ riċerka u konsulenza relatati mas-suq.
2. L-Istati Membri li jiffirmaw ftehimiet dwar self permezz tal-RRF għandhom iġarrbu 48 % tal-kostijiet tal-istabbiliment totali.
3. Fl-2021, fl-2022 u fl-2023, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-kostijiet tal-istabbiliment imsemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prorata tal-ammont tas-self skont il-ftehim dwar self permezz tal-RRF iffirmat għall-ammont totali ta’ selfiet skont il-ftehimiet dwar self permezz tal-RRF kollha ffirmati, kif stabbilit fil-punt 3(2)(a) u 3(2)(b) tal-Anness.
4. Sat-30 ta’ Ġunju 2024, kwalunkwe kost tal-istabbiliment mhux allokat lill-Istati Membri li ffirmaw ftehimiet ta’self permezz tal-RRF għandu jiġi allokat fuq bażi prorata għall-ammont ta’ self iffirmat skont kull ftehim ta’ self permezz tal-RRF għall-ammonti totali ta’ selfiet skont il-ftehimiet ta’ self permezz tal-RRF kollha ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2023, kif stabbilit fil-punt 3(2)(c) tal-Anness.
5. L-ebda kost tal-istabbiliment addizzjonali għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self ma għandu jkun dovut wara tmiem is-sena 2023 jew allokat għall-programmi CAM, sakemm dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053.
KAPITOLU 4
FATTURAZZJONI
Artikolu 14
Avviż ta’ konferma
1. Fir-rigward ta’ kull żborż, għandu jiġi stabbilit avviż ta’ konferma li jkun fih it-termini li jwasslu għat-talba dwar il-kostijiet mill-Kummissjoni.
2. L-avviż ta’ konferma għandu jiddetermina t-termini għall-kost tal-pagament ta’ finanzjament u r-ripagament tal-kapital li għandu jsir ripagament tagħhom mill-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 għal appoġġ mhux ripagabbli u mill-benefiċjarji ta’ ftehimiet ta’ self.
3. L-avviż tal-ftuħ ta’ konferma għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont tal-iżborż, |
|
(b) |
id-data ta’ maturità, |
|
(c) |
l-iskeda ta’ ripagament, |
|
(d) |
l-attribuzzjoni tal-iżborż għal kompartiment taż-żmien, |
|
(e) |
perjodu tal-imgħax li jindika d-data tal-pagament. |
4. L-avviż ta’ konferma għas-self għandu jinkludi wkoll elementi addizzjonali indikati fil-ftehimiet ta’ self.
Artikolu 15
Fatturazzjoni tal-kostijiet ta’ finanzjament
1. Il-kost ta’ finanzjament għandu jiġi kkalkulat b’rabta ma’ kull żborż fi tmiem il-perjodu tal-imgħax iddeterminat fl-avviż ta’ konferma.
2. Il-fatturazzjoni għandha ssir fi tmiem il-perjodu tal-imgħax iddeterminat fl-avviż ta’ konferma. Fir-rigward tal-iżborżi bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094 u l-iżborżi skont l-istrument AMF+, f’każ li l-Ukrajna titlob sussidjar tal-kostijiet relatati, il-fatturi jistgħu jiġu raggruppati għal kull trimestru tas-sena.
Artikolu 16
Fatturazzjoni tal-kost tal-ġestjoni tal-likwidità
Il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi fatturat fil-bidu ta’ kull sena kalendarja għall-kost imġarrab matul is-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 17
Fatturazzjoni tal-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi
Il-benefiċjarji tas-selfiet għandhom jiġu fatturati fil-bidu ta’ kull sena kalendarja għall-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi mġarrba matul is-sena kalendarja preċedenti, fir-rigward tal-kostijiet aggregati allokati skont l-Artikolu 11.
Il-pagamenti mill-benefiċjarji għall-kostijiet tas-servizz għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern fis-sens tal-Artikolu 21(3)(a) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 18
Tħassir
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1095 hija mħassra.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu ġenerali ta’ teħid b’self (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 tat-2 ta’ Lulju 2021 li tistabbilixxi l-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet mutwatarji u tal-ġestjoni tad-dejn permezz tan-NextGenerationEU (ĠU L 236, 5.7.2021, p. 75).
(4) Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 23).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2544 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn tal-UE permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati (ara l-paġna 109 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
1. Kalkolu tal-ispiża tal-finanzjament
L-ispiża tal-finanzjament għandha tiġi kkalkulata fil-fażijiet li ġejjin:
Pass Nru 1: Kalkolu tal-ispejjeż totali ta’ kuljum ta’ strument ta’ finanzjament individwali f’perjodu ta’ żmien jew f’kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità
Id-dovuti ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati:
Għal kull strument ta’ finanzjament, l-agio/id-disagio għandhom jitqassmu b’mod lineari tul ħajjet l-istrument:
agio/disagio ta’ kuljum = (100-prezz tal-ħruġ):(data tal-maturità - data tal-ħruġ)
meta l-prezz tal-ħruġ = Prezz li jinkludi kollox (inklużi t-tariffi bankarji)
Għal kull strument ta’ finanzjament, l-ispejjeż totali ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati:
CoFta’ kuljum għal kull strument = ACCta’ kuljum+agio/disagiota’ kuljum
Pass Nru 2: Kalkolu tal-ispejjeż totali aggregati ta’ kuljum tal-finanzjament
Għal kull perjodu ta’ żmien (TC1-TC11), l-ispejjez totali ta’ kuljum għall-kompartiment qabel l-ibbilanċjar imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom ikunu s-somma tal-ispejjez totali ta’ kuljum kollha ta’ kull strument ta’ finanzjament attribwit għall-perjodu ta’ żmien:
CoFTC(x) ta’ kuljum qabel l-ibbilanċjar=∑ CoFta’ kuljum għal kull strument allokat għat-TC(x)
Għall-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, l-Ispiża tal-Finanzjament għandha tkun:
CoFLMC ta’ kuljum qabel l-ibbilanċjar=∑ CoFta’ kuljum għal kull strument allokat għal-LMC
Pass Nru 3: Kalkolu tal-bilanċi tal-likwidità fil-kompartimenti tal-ħin
Il-livell ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum kif ġej:
LikwiditàTC(x) = Dħul [Ħruġ ta’ rikavat + Imgħaxself/għotjiet + Ripagamentiself/għotjiet] – Ħruġ [Żborżi + Kupunidejn pendenti+ Tifdija tad-Dejn]
Pass Nru 4: Kalkolu tal-ispiża tal-finanzjament tal-istrumenti ta’ finanzjament affettwati mis-surplus tal-likwidità
Dan il-pass jidentifika l-parti tas-CoF tal-kompartimenti tal-ħin b’surplus ta’ likwidità li jista’ jiġi attribwit għal-likwidità miżmuma f’dak il-kompartiment.
L-ispejjeż tal-finanzjament relatati mal-istrumenti ta’ finanzjament għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
CoFSurplus tal-LikwiditàTC(surplus) =
CoFTC ta’ kuljum (surplus) qabel l-ibbilanċjar * Likwidità TC ta’ kuljum (surplus): TC (surplus)
CoFTC ta’ kuljum (surplus) wara l-ibbilanċjar = CoFTC ta’ kuljum (surplus) qabel l-ibbilanċjar - CoFsurplus tal-likwiditàTC (surplus)
Pass Nru 5: Kalkolu tal-ispiża tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità f’każ li l-ispiża tal-finanzjament tiġi attribwita lilu mill-perjodu ta’ żmien b’surplus tal-likwidità
F’każ li l-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità jirċievi surplus mill-perjodu ta’ żmien, l-ispiża tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
CoFLMC ta’ kuljum wara l-ibbilanċjar = CoFLMC ta’ kuljum wara l-ibbilanċjar + ∑ CoFSurplus tal-likwidità TC(surplus)
Pass Nru 6: Il-kalkolu tal-ispiża tal-finanzjament tal-perjodu ta’ żmien b’defiċit ta’ likwidità
Kull defiċit ta’ likwidità f’perjodu ta’ żmien jiġi bbilanċjat bi trasferiment ta’ likwidità mill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità bl-ispejjeż ta’ kuljum tal-finanzjament tiegħu (Pass Bru 5).
Għal kompartimenti ta’ żmien b’bilanċ tal-likwidità pożittiv, l-ispiża ta’ wara l-ibbilanċjar tal-finanzjament diġà tirriżulta mill-Pass Nru 4 hawn fuq.
CoFtrasferiment ta’ likwidità ta’ kuljum mil-LMC = CoFLMC ta’ kuljum wara l-ibbilanċjar * Ammont ta’ trasferiment: LMC
CoFTC ta’ kuljum (defiċit) ta’ wara l-ibbilanċjar = CoFTC ta’ kuljum (defiċit) ta’ qabel l-ibbilanċjar + CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC
Filwaqt li l-ispiża tal-finanzjament tista’ tvarja bejn kompartimenti ta’ żmien ta’ sitt xhur minħabba differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ finanzjament lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-operazzjonijiet ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn biex tiżgura li kull perjodu ta’ żmien ikollu profili ta’ maturità simili kemm jista’ jkun.
Pass Nru 7: Il-kalkolu tal-ispiża ta’ kuljum tal-finanzjament tal-iżborż
L-ispiża ta’ kuljum tal-finanzjament tal-iżborż għandha tkun l-ammont tal-iżborż immultiplikat bis-sehem relattiv tal-iżborż b’rabta mal-perjodu ta’ żmien li għalih ikun ġie allokat.
COF tal-iżborż f’TC(x) =
CoFTC(x) ta’ kuljum wara l-ibbilanċjar * ammont pendenti ta’ żborżi: ∑ żborżi pendenti fit-TC(x)
2. Kalkolu tal-Ispiża tal-Ġestjoni tal-Likwidità
L-ispejjeż tal-ġestjoni tal-likwidità għal kull żborż għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-ispejjeż ta’ kuljum tal-parteċipazzjoni tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità wara l-ibbilanċjar tal-bilanċi tal-likwidità tal-kompartimenti tal-ħin matul il-perjodu tal-kalkolu. Kull prospett (jew spiża f’każ ta’ rati negattivi) għandu jitnaqqas kif ġej:
LIQMta’ trimestru= ∑ CoFLMCta’ kuljum wara l-ibbilanċjar matul it-trimestru – RoI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwiditàta’ trimestru
Il-LIQM għandu jiġi attribwit għal kull żborż kif ġej:
LIQM tal-iżborż =
LIQMta’ trimestru *
∑ żborż pendentifi tmiem it-trimestru: ∑ żborżi pendentifi tmiem it-trimestru
3. Kalkolu tal-Ispiża tas-Servizz għall-ispejjeż amministrattivi
3.1. Kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi rikorrenti
L-ispejjeż amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
l-ispejjeż amministrattivi rikorrenti annwali total = ∑ elementi ta’ spiża amministrattiva rikorrenti għas-sena kalendarja
L-ispejjeż amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu allokati kif ġej:
l-ispejjeż amministrattivi rikorrenti annwali għal kull benefiċjarju = l-ispejjeż amministrattivi rikorrenti annwali total *
∑ żborż pendenti għall-benefiċjarjufi tmiem is-sena: ∑ żborżi pendentifi tmiem is-sena
3.2. Kalkolu u allokazzjoni tal-ispejjez ta’ stabbiliment
L-ispejjeż tal-istabbiliment għal kull benefiċjarju ta’ self permezz tal-RRF għandhom jiġu kkalkulati fiż-żewġ passi li ġejjin:
|
(a) |
L-ispejjeż ta’ stabbiliment għal self permezz tal-RRF għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: spejjeż tal-istabbiliment għal self permezz tal-RRF = 48 %*∑ elementi tal-ispejjeż tal-istabbiliment |
|
(b) |
L-ispejjeż tal-istabbiliment għas-self tal-RRF għandhom jiġu allokati għas-snin 2021, 2022 u 2023 lil kull Stat Membru li jkun iffirma ftehim ta’ self tal-RRF kif ġej: spejjeż tal-istabbiliment għal kull self permezz tal-RRF iffirmat = spejjeż tal-istabbiliment għal self permezz tal-RRF* ammont ta’ self iffirmat għal kull Stat Membru fi tmiem is-sena: ammont massimu totali ta’ self mill-RRF |
|
(c) |
Mill-1 ta’ Jannar 2024, kull spiża ta’ stabbiliment mhux allokata għandha tiġi kkalkulata kif ġej: spiża ta’ stabbiliment mhux allokat għal self permezz tal-RRF = spejjeż ta’ stabbiliment għal self permezz tal-RRF - ∑ spiża ta’ stabbiliment allokata għal self permezz tal-RRF fl-2021, l-2022 u l-2023 Dawn għandhom jiġu allokati bħala spejjeż ta’ stabbiliment addizzjonali għall-iżborżi lill-Istati Membri skont il-ftehim ta’ self permezz tal-RRF kif ġej: spiża ta’ stabbiliment addizjonali għal kull benefiċjarju = spiża ta’ stabbiliment mhux allokat għal self permezz tal-RRF fi tmiem l-2023* ∑ ammonti ta’ self iffirmati għal kull benefiċjarju fi tmiem l-2023: ammont totali ta’ self fil-ftehimiet ta’ self permezz tal-RRF iffirmati fi tmiem l-2023 |
3.3. Kalkolu tal-Ispiża tas-Servizz għal kull benefiċjarju
CoSAnnwali = ∑ Elementi tal-ispejjeż amministrattivi rikorrenti + ∑ Elementi tal-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment
4. Glossarju tal-akronimi
|
ACCdaily |
L-ispejjeż tal-imgħax akkumulati mqassma skont il-jum |
|
(ACC) ta’ kuljum |
Akkumulazzjonijiet ta’ kuljum ta’ strument ta’ finanzjament individwali |
|
Agio/disagiota’ta’ kuljun |
agio jew disagio mqassma skont il-jum |
|
Benefiċjarju |
Stat Membru jew pajjiż terz li huwa parti għal ftehim ta’ self skont il-programm CAM, jew il-baġit tal-Unjoni għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 |
|
COF ta’ pretensjoni individwali f’TC(x) |
COF ta’ pretensjoni f’perjodu ta’ żmien X |
|
CoFta’ kuljum għal kull strument |
COF ta’ kuljum għal kull strument ta’ finanzjament |
|
CoFLMC ta’ kuljum wara l-ibbilanċjar |
COF ta’ kuljum għal-LMC wara l-ibbilanċjar |
|
CoFLMC ta’ kuljum qabel l-ibbilanċjar |
COF ta’ kuljum għal-LMC qabel l-ibbilanċjar |
|
CoFTC ta’ kuljum (defiċit) wara l-ibbilanċjar |
CoF ta’ kuljum wara l-ibbilanċjar tal-kompartimenti b’defiċit ta’ likwidità inizjali |
|
CoFTC ta’ kuljum (surplus) wara l-ibbilanċjar |
CoF ta’ kuljum wara l-ibbilanċjar tal-kompartimenti b’surplus ta’ likwidità inizjali |
|
CoFTC(x) ta’ kuljum qbel l-ibbilanċjar |
CoF ta’ kuljum qabel l-ibbilanċjar tal-kompartiment X |
|
CoFSurplus tal-LikwiditàTC(surplus) |
CoF ta’ kuljum relatat mas-surplus tal-likwidità fil-perjodu ta’ żmien |
|
CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC |
CoF ta’ kuljum relatat mal-likwidità li tiġi ttrasferita lil-LMC |
|
CoSAnnwali |
Is-somma tal-ispejjeż amministrattivi tas-servizz maul is-sena kalendarja |
|
Kupun |
Imgħaxijiet imħallsa mill-emittent fuq il-bond |
|
LikwiditàTC(x) |
L-ammont ta’ likwidità fil-perjodu ta’ żmien X. Is-surplus jew id-defiċit huwa indikat wara l-Pass Nru 3 |
|
Spejjez tal-LMCtrimestru |
Spejjeż tal-ġestjoni tal-likwidità matul trimestru |
|
nozzjonali |
Ammont nominali |
|
ROI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwiditàta’ trimestru |
Redditu fuq l-investiment tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità matul trimestru |
|
TC(x) |
Is-somma totali tal-pretensjonijiet u l-likwidità tal-perjodu ta’ żmien X |
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/136 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/2546 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Diċembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-euro (BĊE/2022/46)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 (1), b’mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lill-Kroazja msemmija fl-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 (2) ser tiġi abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) jiddefinixxi l-‘[i]skema ta’ distribuzzjoni ta’ karti tal-flus’ u jirreferi għall-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika sa mill-1 ta’ Frar 2020. Peress li l-Kroazja se tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2023 se japplikaw ponderazzjonijiet ġodda tal-iskema kaptali minn dik id-data, id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 jeħtieġ li tiġi emendata sabiex tiddetermina l-iskema għad-distibuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija emendata kif ġej:
|
1. |
l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) hija ssostitwita b’ li ġej: ‘L-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.’; |
|
2. |
L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Jannar 2023.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 187, 14.7.2022, p. 31).
(2) Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21).
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).
ANNESS
‘ANNESS I
SKEMA TA’ DISTRIBUZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 ta’ Jannar 2023
|
% |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 % |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,3250 % |
|
Deutsche Bundesbank |
24,0575 % |
|
Eesti Pank |
0,2570 % |
|
Central Bank of Ireland |
1,5455 % |
|
Bank of Greece |
2,2575 % |
|
Banco de España |
10,8825 % |
|
Banque de France |
18,6390 % |
|
Hrvatska narodna banka |
0,7400 % |
|
Banca d’Italia |
15,5035 % |
|
Central Bank of Cyprus |
0,1965 % |
|
Latvijas Banka |
0,3555 % |
|
Lietuvos bankas |
0,5280 % |
|
Banque centrale du Lussemburgu |
0,3005 % |
|
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0960 % |
|
De Nederlandsche Bank |
5,3480 % |
|
Oesterreichische Nationalbank |
2,6710 % |
|
Banco de Portugal |
2,1360 % |
|
Banka Slovenije |
0,4395 % |
|
Národná banka Slovenska |
1,0450 % |
|
Suomen Pankki |
1,6765 % |
|
TOTAL |
100,0000 %. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/138 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2547
tat-13 ta’ Diċembru 2022
li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 168(6) u l-Artikolu 292, l-ewwel u t-tieni sentenza tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Jannar 2022, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 (1). Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 issegwi approċċ "ibbażat fuq il-persuna" rigward ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, billi tipprevedi li persuna li tkun fil-pussess ta' ċertifikat validu maħruġ abbażi tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (iċ-"Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE") jenħtieġ li fil-prinċipju ma tkunx soġġetta għal restrizzjonijiet addizzjonali, bħal testijiet jew kwarantina, irrispettivament mill-post tat-tluq tagħha fl-Unjoni. Persuni li ma jkollhomx Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu jistgħu jintalbu jwettqu test qabel jew mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-wasla tagħhom. Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 adattat ukoll il-metodoloġija tal-mappa tad-dawl tat-traffiku li tindika s-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-livell reġjonali madwar l-Unjoni stabbilita bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 (3) u ppubblikata kull ġimgħa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Novembru 2021, meta l-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha (4) għal dik li saret ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107, is-sitwazzjoni epidemjoloġika li tikkonċerna l-pandemija tal-COVID-19 kienet differenti b'mod sinifikanti mil-lum. F'dak il-mument, il-varjant ta' tħassib Delta kien għadu prevalenti fl-Unjoni. Aktar minn għaxar xhur wara, il-varjant Omicron li huwa trażmissibbli ħafna sar il-varjant dominanti fl-Unjoni – fil-forma ta' subvarjanti differenti. |
|
(3) |
Il-varjant Omicron huwa inqas sever mill-varjant Delta osservat qabel, u dan jista' jiġi attribwit mill-inqas parzjalment għall-effett protettiv tal-vaċċinazzjoni u tal-infezzjoni preċedenti (5). B'riżultat ta' dan, u flimkien ma' livelli ogħla ta' protezzjoni li jirriżultaw mill-vaċċinazzjoni u minn infezzjoni preċedenti, il-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa bħalissa għadha f'livelli maniġġabbli, anki matul l-ogħla livelli momentarji ta' infezzjonijiet bħall-mewġa xprunata mis-subvarjanti Omicron BA.4 u BA.5 osservati matul is-sajf tal-2022. |
|
(4) |
Kwalunkwe restrizzjoni fuq il-moviment liberu stabbilita b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 ma għandhiex testendi lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika. Kif innotat fil-punti 1 u 2 tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107, jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni bħal din, f'konformità mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, titneħħa hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti. Sa Awwissu 2022, l-Istati Membri kollha kienu neħħew il-miżuri kollha li jaffettwaw il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni, inkluż ir-rekwiżit li l-vjaġġaturi jkollhom Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. |
|
(5) |
Għalhekk l-approċċ stabbilit fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 jenħtieġ li jiġi adattat. B'mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-Istati Membri fil-prinċipju jenħtieġ li ma jimponu l-ebda restrizzjoni relatata mal-pandemija għall-moviment liberu tal-persuni għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Il-mewġa ta' infezzjonijiet tas-sajf tal-2022 turi kif iċ-ċirkolazzjoni għolja tal-virus, wara l-feġġ ta' varjant ġdid ta' tħassib, mhux neċessarjament twassal għal pressjoni sostanzjali fuq is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa. Dan jenfasizza l-importanza ta' approċċ prudenti meta tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-persuni abbażi tal-għadd ta' każijiet jew tal-preżenza ta' varjant ġdid. |
|
(6) |
Fl-istess ħin, il-pandemija globali tal-COVID-19 għadha ma spiċċatx. Mewġiet ġodda ta' infezzjonijiet li jistgħu jikkawżaw li s-sitwazzjoni epidemjoloġika tmur għall-agħar, inkluż bħala riżultat tal-feġġ ta' varjant ġdid ta' tħassib jew interess, ma jistgħux jiġu esklużi. Għalhekk huwa importanti li titkompla l-koordinazzjoni tal-isforzi ta' tħejjija madwar l-Unjoni. Bħala parti minn dawn l-isforzi, fid-29 ta' Ġunju 2022, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill estendew il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE sat-30 ta' Ġunju 2023. |
|
(7) |
L-estensjoni tal-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn ċertifikati interoperabbli u aċċettati b'mod reċiproku tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan mill-COVID-19 f'sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri jistgħu jqisu li jkun meħtieġ li jiġu introdotti mill-ġdid temporanjament ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu abbażi tas-saħħa pubblika. Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi enfasizzat li r-Regolament (UE) 2021/953 bl-ebda mod ma jobbliga lill-Istati Membri jitolbu prova tal-istatus tat-tilqim, ta' test jew tal-fejqan fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-moviment liberu. |
|
(8) |
Meta, b'rispons għal deterjorament serju tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, Stat Membru jqis li madankollu huma meħtieġa restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu biex tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika u huma proporzjonati, dawn ir-restrizzjonijiet jenħtieġ li jkunu limitati għar-rekwiżit li l-vjaġġaturi jkunu fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-persuni li jivvjaġġaw fl-Unjoni li jkunu fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu, f'sitwazzjonijiet bħal dawn, ma jkunux meħtieġa jagħmlu kwarantina, awtoiżolament jew ittestjar addizzjonali. Sabiex jiġi ddeterminat jekk sitwazzjoni għandhiex tikkwalifika bħala deterjorament serju tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu b'mod partikolari l-pressjoni fuq is-sistema tal-kura tas-saħħa tagħhom minħabba l-COVID-19, b'mod partikolari f'termini ta' ammissjonijiet u għadd ta' pazjenti fl-isptarijiet u fl-unitajiet tal-kura intensiva, is-severità tal-varjanti tas-SARS-CoV-2 li jkunu qed jiċċirkolaw, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. F'dan il-kuntest, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jippubblika data rilevanti dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. |
|
(9) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk tali restrizzjonijiet hux probabbli li jkollhom impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika, inkluż tnaqqis sinifikanti fil-pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa, minħabba li l-fatturi domestiċi normalment huma xpruni aktar b'saħħithom tas-sitwazzjoni epidemjoloġika mill-ivvjaġġar transfruntier. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, interventi domestiċi mhux farmaċewtiċi, bħall-ilbies tal-maskri, il-ventilazzjoni u t-tbegħid fiżiku, aktar milli restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, jistgħu jkunu effettivi biex inaqqsu r-ritmu tat-tixrid tal-COVID-19, jekk jiġu implimentati kmieni u b'mod komprensiv u jiġu pprattikati b'mod suffiċjenti mis-soċjetà (6). |
|
(10) |
Fir-rigward tar-rekwiżit possibbli li wieħed ikun fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu, l-emendi fir-Regolament (UE) 2021/953 introdotti bir-Regolament (UE) 2022/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107. L-ewwel nett, ta' min isemmi li ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġa lil persuni li jipparteċipaw fi provi kliniċi għall-vaċċini kontra l-COVID-19 jistgħu jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra sabiex jitneħħew ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu. Biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu rċevew vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun lesta l-proċedura ta' elenkar għall-użu ta' emerġenza tad-WHO, huwa rrakkomandat ukoll li l-Istati Membri jaċċettaw Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE maħruġa wara l-amministrazzjoni ta' tali vaċċini. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati tat-testijiet u tal-fejqan issa jistgħu jinħarġu fuq il-bażi ta' assaġġi antiġeniċi bbażati fil-laboratorju. |
|
(11) |
Minħabba s-sitwazzjoni speċifika jew il-funzjoni essenzjali tagħhom, ċerti kategoriji ta' vjaġġaturi jenħtieġ li jiġu eżentati minn rekwiżit possibbli li jkunu fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, meta jkunu qed jeżerċitaw din il-funzjoni essenzjali. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tas-sigurtà, huwa importanti li din il-lista tinkludi b'mod ċar diplomatiċi, persunal ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet internazzjonali, persunal militari, ħaddiema tal-għajnuna umanitarja u persunal tal-protezzjoni ċivili. Jenħtieġ li l-lista tinkludi wkoll persuni koperti mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 (8) u tkun konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2548 (9). Fl-istess ħin, dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli joffru vaċċinazzjoni u ttestjar lil dawn il-kategoriji ta' persuni. |
|
(12) |
Sabiex ikun jista' jkun hemm reazzjoni f'waqtha għall-varjanti emerġenti ġodda tas-SARS-CoV-2, il-"brejk ta' emerġenza", jiġifieri, il-possibbiltà li jittieħdu miżuri oħra minbarra ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li jinżamm. Din il-proċedura tal-"brejk ta' emerġenza" tista' tintuża b'reazzjoni għall-feġġ ta' varjant ġdid ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2, bl-għan li jitnaqqas it-tixrid tiegħu permezz ta' restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, ikun hemm aktar ħin biex tiġi mobilizzata l-kapaċità tal-isptarijiet f'daqqa, u jiġi attivat l-iżvilupp tal-vaċċini. Tista' tintuża wkoll f'sitwazzjonijiet fejn is-sitwazzjoni epidemjoloġika tmur għall-agħar malajr u severament b'mod li jissuġġerixxi l-feġġ ta' varjant ġdid ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2. |
|
(13) |
Meta Stat Membru jintroduċi rekwiżit biex jippreżenta Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu, jew meta jieħu miżuri addizzjonali f'konformità mal-proċedura tal-brejk ta' emerġenza, jenħtieġ li jinforma malajr lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq permezz tan-network Integrat ta' Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (Integrated Political Crisis Response, "IPCR") u jipprovdi informazzjoni dwar ir-raġunijiet, l-impatt mistenni, id-dħul fis-seħħ u t-tul ta' żmien ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar bħal din. Dan jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar għaliex l-introduzzjoni ta' tali restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tikkonforma mal-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, pereżempju minħabba s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tal-Istat Membru kkonċernat jew il-vulnerabbiltajiet partikolari tas-sistema tal-kura tas-saħħa nazzjonali tiegħu. Dan jenħtieġ li jservi wkoll biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-regoli dwar l-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi. Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li n-network tal-IPCR jiltaqa' malajr biex jeżamina s-sitwazzjoni jekk Stat Membru jattiva l-brejk ta' emerġenza. |
|
(14) |
Sabiex tinkiseb informazzjoni f'waqtha, rilevanti u rappreżentattiva dwar il-feġġ u ċ-ċirkolazzjoni ta' varjanti ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2, l-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw iċ-ċirkolazzjoni ta' varjanti differenti tas-SARS-CoV-2 fil-komunità billi jagħżlu kampjuni rappreżentattivi għas-sekwenzjar, iwettqu karatterizzazzjoni ġenetika u jirrapportaw ir-riżultati tat-tipizzazzjoni tal-varjanti f'konformità mal-gwida dwar is-sekwenzjar ippubblikata miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (10). |
|
(15) |
Jibqa' importanti wkoll li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar kwalunkwe miżura ġdida tkun disponibbli pubblikament malajr kemm jista' jkun. Tabilħaqq, kif innotat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Settembru 2022 (11), l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-vjaġġaturi potenzjali jkunu infurmati tajjeb dwar ir-restrizzjonijiet possibbli fuq l-ivvjaġġar li jistgħu jiffaċċjaw meta jidħlu fi Stat Membru ieħor. Il-pjattaforma web "Re-Open EU" tibqa' punt ta' referenza ewlieni għal kull min jivvjaġġa fl-Unjoni. |
|
(16) |
Huwa xieraq li titwaqqaf il-mappa tad-dawl tat-traffiku ppubblikata miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 f'Ottubru 2020. Fid-dawl tal-iżviluppi epidemjoloġiċi, il-metodoloġija tal-mappa ġiet adattata diversi drabi. L-aktar iterazzjoni reċenti tagħha, bl-użu tar-rata ta' notifika ta' 14-il jum ponderata skont it-teħid tal-vaċċin, kienet ibbażata fuq esperjenzi miksuba dwar il-varjant Delta. Madankollu, in-numri għoljin ta' infezzjonijiet kkawżati mill-varjant Omicron wasslu biex partijiet kbar tal-mappa jiġu mmarkati bħala "ħomor skuri" minkejja li l-Istati Membri kollha neħħew ir-restrizzjonijiet tagħhom fuq il-moviment liberu. Barra minn hekk, hekk kif l-Istati Membri adattaw ir-reġimi tal-ittestjar tagħhom, diversi reġjuni dehru bħala "griżi skuri" minħabba r-rati tal-ittestjar irrappurtati li waqgħu taħt il-limitu stabbilit mir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107. Din il-bidla fl-istrateġiji tal-ittestjar lejn kampjuni rappreżentattivi tal-popolazzjoni mhux ser tinbidel fil-futur prevedibbli. B'riżultat ta' dan, il-mappa tas-sinjali tat-traffiku kienet saret rappreżentazzjoni inadegwata tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni. Wara diskussjonijiet mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard diġà ssospenda temporanjament il-pubblikazzjoni tal-mappa f'Lulju 2022. |
|
(17) |
Konsegwentement, ir-referenzi għal miżuri addizzjonali speċifiċi għall-persuni li jivvjaġġaw minn żoni "ħomor skuri" jenħtieġ li jitneħħew mir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 flimkien mal-mappa tad-dawl tat-traffiku. |
|
(18) |
Is-sottomissjoni obbligatorja tal-formoli tal-lokalizzazzjoni tal-passiġġieri ("PLF") fil-kuntest tal-ivvjaġġar intra-UE għal skopijiet ta' traċċar tal-kuntatti tikkostitwixxi rekwiżit addizzjonali għall-eżerċizzju tal-moviment liberu. Tali rekwiżit huwa għalhekk iġġustifikat biss jekk ikun neċessarju u proporzjonat. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrikjedux li l-vjaġġaturi li jużaw it-trasport privat, kemm jekk ikunu karozzi, roti jew bil-mixi, jissottomettu l-PLF. Dan minħabba li l-esponiment tagħhom huwa neċessarjament inqas intensiv milli fil-każ tat-trasport pubbliku u minħabba li tipikament ikunu jafu l-identitajiet tas-sħab fil-vjaġġ tagħhom. |
|
(19) |
Fl-istess ħin, jekk l-Istati Membri jkunu jixtiequ jattivaw it-traċċar tal-kuntatti ta' passiġġieri transfruntiera, għodod komuni, bħall-Formola tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri diġitali tal-UE u l-modulu ta' skambju selettiv tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Rispons, ikunu disponibbli għall-iskambju ta' data dwar il-passiġġieri biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom ta' traċċar tal-kuntatti filwaqt li jillimitaw il-piżijiet fuq il-passiġġieri u l-operaturi tat-trasport. Sabiex tiġi evitata l-ħtieġa għall-preżentazzjoni tal-PLF, l-Istati Membri jistgħu, fejn possibbli skont il-liġi nazzjonali u f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, jikkunsidraw ukoll li jużaw id-data eżistenti dwar il-passiġġieri għall-finijiet tat-traċċar tal-kuntatti. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni, bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, jenħtieġ li tkompli r-rieżami regolari tagħha tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107, u tibgħat is-sejbiet tagħha lill-Kunsill għall-konsiderazzjoni tagħha, flimkien ma' proposta biex tiġi emendata din ir-Rakkomandazzjoni, fejn meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-intestatura "Qafas ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19" wara l-punt 10 hija sostitwita b'dan li ġej: "Qafas ikkoordinat dwar il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19"; |
|
(2) |
il-punt 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(3) |
jiddaħħlu l-punti 11a, 11b u 11c li ġejjin:
|
|
(4) |
il-punt 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt 16, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(7) |
titħassar l-intestatura "mappa tal-UE bil-kuluri tad-dawl tat-traffiku u eċċezzjonijiet u miżuri addizzjonali bbażati fuqha" wara l-punt 16; |
|
(8) |
jitħassru l-punti 17, 18 u 19; |
|
(9) |
fil-punt 20, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Biex jappoġġa lill-Istati Membri, jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikompli jippubblika informazzjoni u data dwar il-varjanti ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2."; |
|
(10) |
il-punti 21, 22 u 23 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
|
(11) |
il-punt 24 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Meta Stat Membru jikkunsidra li jattiva l-brejk ta' emerġenza b'reazzjoni għall-emerġenza ta' varjant ġdid tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib jew ta' interess, jenħtieġ li n-network tal-IPCR jitlaqqa' fit-48 siegħa ta' wara biex tiġi diskussa l-ħtieġa ta' miżuri kkoordinati madwar l-UE biex tiġi ttardjata l-firxa tal-varjant il-ġdid, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Matul tali laqgħa ta' koordinazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jispjega għaliex jikkunsidra li jattiva l-brejk ta' emerġenza. Jenħtieġ li l-miżuri diskussi jiġu implimentati mill-Istati Membri kif xieraq, b'mod koordinat. Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni regolari ta' evidenza ġdida dwar il-varjanti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, id-diskussjonijiet rilevanti dwar is-saħħa pubblika fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u l-analiżi pprovduta mill-grupp ta' esperti Ewropew dwar il-varjanti tas-SARS-CoV-2, tista' tissuġġerixxi wkoll diskussjoni fil-Kunsill dwar varjant ġdid ta' tħassib jew ta' interess tas-SARS-CoV-2."; |
|
(12) |
il-punt 27 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(13) |
il-punti 29 u 30 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
|
(14) |
l-Anness jitħassar. |
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tal-25 ta' Jannar 2022 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 110).
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3).
(4) Il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (COM(2021) 749 final).
(5) https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19/latest-evidence/clinical
(6) Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-COVID-19 – Sostenn tal-Istat tat-Tħejjija u r-Rispons tal-UE: Ħarsa 'l quddiem (COM(2022)190 final).
(7) Ir-Regolament (UE) 2022/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 37).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta' Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2548 tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar approċċ ikkoordinat għall-ivvjaġġar lejn l-Unjoni matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 (ara paġna 146 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(10) https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/methods-detection-and-characterisation-sars-cov-2-variants-second-update
(11) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Rispons tal-UE għall-COVID-19: inħejju għall-ħarifa u x-xitwa 2023 (COM (2022) 452 final).
(12) Disponibbli minn: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/coronavirus-response/public-health/high-quality-covid-19-testing_en
(13) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta' Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).
(14) https://www.euplf.eu/en/home/index.html
(15) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/146 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2548
tat-13 ta’ Diċembru 2022
dwar approċċ ikkoordinat għall-ivvjaġġar lejn l-Unjoni matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punti (b) u (e), u l-Artikolu 292, l-ewwel u t-tieni sentenza tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta' Ġunju 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta' tali restrizzjoni (1). |
|
(2) |
Minn dak iż-żmien 'l hawn, iż-żieda fit-teħid tat-tilqim madwar id-dinja, b'vaċċini li joffru livelli għoljin ta' protezzjoni kontra każijiet severi ta' mard u mwiet, kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni tar-razez Omicron BA.4 u BA.5, li ilhom dominanti madwar id-dinja minn Lulju 2022 u għandhom it-tendenza li jikkawżaw eżiti inqas severi mill-varjanti Delta preċedenti, wasslu għal titjib sinifikanti tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. |
|
(3) |
Għalhekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u mistennija, jidher xieraq li tiġi rakkomandata t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn l-Unjoni. L-Istati Membri u l-pajjiżi kollha li għalihom japplika l-acquis ta' Schengen diġà rrevokaw dawn ir-restrizzjonijiet matul is-sajf. |
|
(4) |
Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 introduċiet, fost l-oħrajn, fl-Anness I tagħha, lista ta' dawk il-pajjiżi terzi, ir-reġjuni amministrattivi speċjali, u entitajiet u awtoritajiet territorjali oħra ("pajjiżi terzi jew reġjuni") li jissodisfaw il-kriterji epidemjoloġiċi stabbiliti f'dik ir-Rakkomandazzjoni u li minnhom tista' titneħħa r-restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni. Bil-laxkar tar-restrizzjonijiet, dik il-lista ma għadhiex meħtieġa u, għalhekk, jenħtieġ li titħassar. |
|
(5) |
Madankollu, il-virus tas-SARS-CoV-2 għadu qed jiċċirkola. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu lesti li jaġixxu b'mod koordinat u proporzjonat f'każ li s-sitwazzjoni epidemjoloġika tiddeterjora b'mod sinifikanti, inkluż minħabba l-emerġenza ta' varjant ġdid ta' tħassib jew ta' interess. |
|
(6) |
B'mod partikolari, meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika f'pajjiż terz jew reġjun tmur għall-agħar b'mod sinifikanti, jenħtieġ li l-Istati Membri, fejn meħtieġ, jillimitaw l-ivvjaġġar mhux essenzjali bl-eċċezzjoni ta' persuni li jkunu tlaqqmu jew irkupraw, jew li ġew ittestjati b'mod negattiv permezz ta' Test ta' Amplifikazzjoni tal-Aċidi Nuklejċi (NAAT) fi żmien 72 siegħa qabel it-tluq tagħhom. Dan ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri addizzjonali mal-wasla bħal pereżempju ttestjar addizzjonali, awtoiżolament jew kwarantina. |
|
(7) |
Kull meta Stat Membru jintroduċi restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19 f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2022/107 (2), jenħtieġ li l-Istati Membri, fl-istrutturi tal-Kunsill u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, jikkoordinaw bil-ħsieb li jiddeterminaw jekk jenħtieġx li jiġu introdotti restrizzjonijiet simili fir-rigward tal-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar kwalunkwe miżura ġdida tiġi ppubblikata kmieni kemm jista' jkun u, bħala regola ġenerali, mill-inqas 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ, filwaqt li jitqies li hija meħtieġa ċertu flessibbiltà għal emerġenzi epidemjoloġiċi. |
|
(8) |
F'dan il-kuntest, jenħtieġ li ċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolamenti (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jibqa' l-punt ta' referenza biex jiġu ppruvati t-tilqim, l-irkupru u l-ittestjar. Dan jenħtieġ li jkopri wkoll ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi li huma koperti minn deċiżjoni ta' implimentazzjoni adottata skont l-Artikolu 3(10) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
|
(9) |
Barra minn hekk, meta jitfaċċa varjant ta' tħassib jew ta' interess f'pajjiż terz jew reġjun, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqa' jkollhom il-possibbiltà li jieħdu, b'mod koordinat, miżuri urġenti, limitati fiż-żmien u flessibbli sabiex idewmu u jħejju għall-introduzzjoni ta' tali varjant ta' tħassib jew ta' interess. |
|
(10) |
Jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi wkoll l-eżenzjonijiet meħtieġa mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li persuni li jivvjaġġaw għal ħtieġa jew funzjoni essenzjali jitħallew jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għalihom japplika l-acquis ta' Schengen anki fejn japplika l-brejk ta' emerġenza. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-lista ta' vjaġġaturi essenzjali tiġi adattata biex tkun limitata għal dawk il-persuni li jeħtieġ li jkunu jistgħu jivvjaġġaw anki f'sitwazzjonijiet bħal dawn. |
|
(11) |
Bl-istess mod, jenħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Unjoni jkunu jistgħu jirritornaw lejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità jew tar-residenza tagħhom, madankollu jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri mal-wasla tagħhom. Tfal taħt it-12-il sena ma għandux għalfejn ikollhom prova ta' tilqim, fejqan jew test. |
|
(12) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni. Peress li din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, jenħtieġ li d-Danimarka, f'konformità mal-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni, jekk tkunx ser timplimentah. |
|
(13) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5). Għaldaqstant, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(14) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u tan-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (6) ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (7). |
|
(15) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (8) ta' Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (9). |
|
(16) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (10) ta' Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (11). |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha, fl-interess tal-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, jiddeċiedu dwar kwalunkwe introduzzjoni mill-ġdid ta' restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni b'mod koordinat, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar
|
(1) |
Mit-22 ta’ Diċembru 2022, ir-restrizzjonijiet kollha marbuta mal-COVID-19 għall-vjaġġaturi lejn l-Unjoni jenħtieġ li jitneħħew. |
Rekwiżiti għall-ivvjaġġar f'każ ta' deterjorament serju tas-sitwazzjoni epidemjoloġika
|
(2) |
Fejn ikun meħtieġ biex jiġi indirizzat deterjorament serju tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, kemm fl-Istati Membri kif ukoll f'pajjiżi terzi, l-Istati Membri, fejn meħtieġ, jenħtieġ li jiddeċiedu, b'mod koordinat mal-Kunsill u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, li jintroduċu mill-ġdid rekwiżiti xierqa għall-vjaġġaturi qabel it-tluq tagħhom. Tali rekwiżiti jistgħu jkunu wieħed dawn li ġejjin jew taħlita tagħhom:
|
|
(3) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk sitwazzjoni għandhiex, għall-finijiet tal-punt 2, tiġi kwalifikata bħala li sejra għall-agħar b'mod serju, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu, b'mod partikolari, il-pressjoni fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom minħabba l-COVID-19, b'mod partikolari f'termini ta' ammissjonijiet u għadd ta' pazjenti fl-isptarijiet u fl-unità tal-kura intensiva, is-severità tal-varjanti tas-SARS-CoV-2, kif ukoll l-informazzjoni mogħtija regolarment miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fir-rigward tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. |
|
(4) |
Barra minn hekk, jekk Stat Membru wieħed jew aktar jintroduċu mill-ġdid restrizzjonijiet ibbażati fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 (13), rigward l-ivvjaġġar fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddiskutu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), jekk ikunx meħtieġ li jiġu introdotti restrizzjonijiet simili skont din ir-Rakkomandazzjoni fir-rigward tal-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri. |
|
(5) |
Meta r-restrizzjonijiet ikunu ġew introdotti mill-ġdid f'konformità mal-punti 2 jew 4, il-vjaġġaturi għandhom ikunu fil-pussess ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
|
(6) |
It-tfal taħt l-età ta' 12-il sena ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit qabel it-tluq. |
|
(7) |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll miżuri addizzjonali mal-wasla f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali, bħal, pereżempju, ittestjar addizzjonali, awtoiżolament u kwarantina. |
|
(8) |
Madanakollu:
|
|
(9) |
Meta l-Istati Membri jimponu miżuri addizzjonali mal-wasla, kif stabbilit fil-punt 7, jenħtieġ li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-vjaġġaturi l-informazzjoni xierqa b'mod faċilment aċċessibbli. |
Provi tat-tilqim, tal-irkupru u tal-ittestjar
|
(10) |
Minbarra ċ-ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2021/953, jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw provi tat-tilqim, tal-fejqan jew tal-ittestjar kontra l-COVID-19 koperti minn att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 3(10) jew l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Meta ma jkun ġie adottat l-ebda att ta' implimentazzjoni bħal dan għall-finijiet tal-punt 5, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw, għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali, prova tat-tilqim, tal-fejqan jew tal-ittestjar maħruġa minn pajjiż terz, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tkun tista' ssir verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità tad-dokument, u jekk dan ikunx fih id-data rilevanti kollha kif previst fir-Regolament (UE) 2021/953. |
Indirizzar ta' varjanti ta' tħassib jew ta' interess u l-mekkaniżmu ta' brejk ta' emerġenza
|
(12) |
Meta jiġi identifikat varjant ta' tħassib jew ta' interess f'pajjiż terz jew reġjun, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri urġenti ("brejk ta' emerġenza") biex irażżnu l-firxa tal-varjant lejn l-Unjoni. B'rispons għall-emerġenza ta' tali varjant ġdid ta' tħassib jew ta' interess f'pajjiż terz jew reġjun, jenħtieġ li fi żmien 48 siegħa tissejjaħ laqgħa fl-istrutturi tal-Kunsill biex tiġi diskussa l-ħtieġa ta' miżuri koordinati għall-ivvjaġġar lejn l-Unjoni biex jiġi ttardjat it-tixrid tal-varjant il-ġdid, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeċiedu, b'mod koordinat fil-Kunsill, dwar kwalunkwe rekwiżit xieraq. L-Istati Membri jistgħu eċċezzjonalment jistabbilixxu fi ħdan l-istrutturi tal-Kunsill, restrizzjoni urġenti, komuni u temporanja fuq il-vjaġġi kollha lejn it-territorji tagħhom għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu żaru dak il-pajjiż terz jew reġjun fi kwalunkwe ħin matul l-14-il jum qabel it-tluq lejn l-Istati Membri. Dan jenħtieġ li japplika wkoll għal sitwazzjonijiet meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tiddeterjora malajr u b'mod gravi b'mod li jissuġġerixxi l-emerġenza ta' varjant ġdid tas-SARS-CoV-2 li jkun ta' tħassib jew ta' interess. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri, fi ħdan l-istrutturi tal-Kunsill u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jirrieżaminaw regolarment is-sitwazzjoni b'mod koordinat. |
|
(14) |
Jenħtieġ li tali restrizzjonijiet jiskadu wara 21 jum kalendarju, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux, fi ħdan il-proċedura stabbilita fil-punti 12 u 13, li jqassruhom jew jestenduhom għal perjodu addizzjonali. |
|
(15) |
Jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jippubblika u jaġġorna regolarment mappa li tippreżenta s-sitwazzjoni fir-rigward tal-varjanti ta' tħassib u l-varjanti ta' interess f'pajjiżi terzi. |
Eżenzjonijiet minn restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar
|
(16) |
Jenħtieġ li l-vjaġġaturi b'funzjoni jew ħtieġa essenzjali msemmija fl-Anness ma jkunux soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imsemmija fil-punti 2 u 12. |
|
(17) |
Il-kategoriji ta' persuni li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imsemmija fil-punti 2 u 12, iżda jenħtieġ li jżommu l-possibbiltà li jirritornaw lejn l-Unjoni:
Meta tali persuni ma jkunux fil-pussess ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu, huma jistgħu jkunu soġġetti, mal-wasla tagħhom, għall-miżuri addizzjonali msemmija fil-punt 7. |
|
(18) |
Jenħtieġ li l-miżuri addizzjonali li jistgħu jiġu applikati mal-wasla kif stabbilit fil-punt 7 jkomplu japplikaw għall-vjaġġaturi eżentati mir-restrizzjonijiet f'konformità mal-punti 16 u 17. |
Komunikazzjoni u informazzjoni lill-pubbliku
|
(19) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar kwalunkwe miżura ġdida taħt il-punt 5 tiġi ppubblikata kmieni kemm jista' jkun u, bħala regola ġenerali, mill-inqas 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ. |
Dispożizzjonijiet finali
|
(20) |
Għall-fini ta' din ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li r-residenti ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede jitqiesu bħala nazzjonali ta' pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt 17(b). |
|
(21) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912. Jenħtieġ li tapplika mit-22 ta’ Diċembru 2022. |
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 tat-30 ta' Ġunju 2020 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta' tali restrizzjoni (ĠU L 208 I, 1.7.2020, p. 1).
(2) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 110).
(3) Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).
(4) Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(8) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(9) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(10) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(11) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(12) Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).
(13) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475.
(14) Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).
(15) Ara wkoll il-Gwida tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2020 (COM (2020) 686 final, 28.10.2020).
(16) Kif definit fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(17) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44).
ANNESS
Kategoriji ta' persuni li jivvjaġġaw fl-eżerċizzju ta' funzjoni jew ħtieġa essenzjali:
|
i. |
Professjonisti fil-kura tas-saħħa, riċerkaturi tas-saħħa, u professjonisti fil-kura tal-anzjani; |
|
ii. |
Ħaddiema fruntaliera; |
|
iii. |
Persunal tat-trasport; |
|
iv. |
Diplomatiċi, persunal ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet internazzjonali, persunal militari u ħaddiema tal-għajnuna umanitarja u persunal tal-protezzjoni ċivili; |
|
v. |
Passiġġieri fi tranżitu; |
|
vi. |
Passiġġieri li jivvjaġġaw minħabba raġunijiet imperattivi mediċi jew tal-familja; |
|
vii. |
Baħħara; |
|
viii. |
Persuni li jaħdmu f'infrastrutturi kritiċi jew bi kwalunkwe mod ieħor essenzjali; |
|
ix. |
Persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jew għal raġunijiet umanitarji oħra; |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/153 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2022 TAL-KUNSILL TAS-SĦUBIJA STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
tal-21 ta’ Diċembru 2022
fir-rigward tat-tieni u l-aħħar estensjoni tal-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri ta’ passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit [2022/2549]
IL-KUNSILL TAS-SĦUBIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 552 tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu skont l-Artikolu 552(4) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri ta’ passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit huwa estiż għat-tieni u l-aħħar darba sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont l-Artikolu 552(13) ta’ dak il-Ftehim.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell u f’Londra, il-21 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill tas-Sħubija
Il-Kopresidenti
Maroš SEFČOVIČ
James CLEVERLY
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/154 |
DEĊIŻJONI Nru 3/2022 TAL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
tal-21 ta’ Diċembru 2022
li tistabbilixxi lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni [2022/2550]
IL-KUNSILL TA’ SĦUBIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 752(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 752(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kunsill ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ tribunal tal-arbitraġġ. Il-lista għandha tkun ta’ mill-anqas 15-il persuna u tkun magħmula minn tliet sublisti: (a) sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mill-Unjoni; (b) sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mir-Renju Unit; u (c) sublista waħda ta’ individwi li ma jkunu nazzjonali tal-ebda Parti li għandhom iservu bħala president tat-tribunal tal-arbitraġġ. |
|
(2) |
Kull sublista għandha tinkludi mill-anqas ħames individwi. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 741 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-arbitri kollha għandhom ikunu persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom, li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra fl-ogħla uffiċċju ġudizzjarju fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jew li jkunu ġurikonsulti ta’ kompetenza rikonoxxuta. Huma għandhom ikunu wrew għarfien espert fil-liġi u l-kummerċ internazzjonali, inkluż dwar kwistjonijiet speċifiċi koperti mit-Titoli I sa VII, il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII, it-Titoli minn IX sa XII tal-Intestatura Wieħed jew tal-Intestatura Sitta tat-Tieni Parti, jew fil-liġi u kwalunkwe kwistjoni oħra koperta minn dan il-Ftehim jew minn kwalunkwe ftehim supplimentari u, fil-każ ta’ president, ikollhom ukoll esperjenza fi proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 752(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Gvern ta’ xi Stat Membru, jew tal-Gvern tar-Renju Unit. |
|
(5) |
Abbażi tal-proposti tal-Unjoni u tar-Renju Unit, huwa xieraq li l-Kunsill ta’ Sħubija jaqbel dwar iż-żewġ sublisti ta’ sitt persuni għall-pożizzjoni ta’ membri tat-tribunal tal-arbitraġġ, u dwar is-sublista ta’ tmien persuni għall-pożizzjoni ta’ president tat-tribunal tal-arbitraġġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, hija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell u f’Londra, il-21 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill tas-Sħubija
Il-Kopresidenti
Maroš ŠEFČOVIČ
James CLEVERLY
ANNESS
|
(a) |
sublista ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mill-Unjoni:
|
|
(b) |
sublista ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mir-Renju Unit:
|
|
(c) |
sublista ta’ individwi li għandhom iservu bħala president tat-tribunal tal-arbitraġġ:
|
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/157 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 4 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ UE-KOREA
tat-30 ta’ Novembru 2022
dwarl-emenda tal-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra [2022/2551]
IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikoli 10.24.1, 10.25.1, 10.25.3, 15.1.4(c) u 15.5.2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 15.1.4(c) tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), il-Kumitat għall-Kummerċ jista’ jikkunsidra emendi għall-Ftehim jew jemenda dispożizzjonijiet tal-Ftehim fil-każijiet li jkun hemm provvediment speċifiku għalihom fil-Ftehim. |
|
(2) |
L-Artikolu 15.5.2 tal-Ftehim jipprevedi li deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ biex jiġu emendati l-Annessi, l-Appendiċijiet, il-Protokolli u n-Noti għall-Ftehim tista’ tiġi adottata mill-Partijiet, suġġett għar-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom. |
|
(3) |
L-Artikolu 10.24.1 tal-Ftehim jippermetti lill-Partijiet iżidu indikazzjonijiet ġeografiċi li jridu jiġu protetti għall-Annessi 10-A u 10-B f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.25. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 10.25.1 tal-Ftehim, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“Grupp ta’ Ħidma IĠ”) jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta deċiżjonijiet b’kunsens. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 10.25.3 tal-Ftehim, il-Grupp ta’ Ħidma IĠ jista’ jiddeċiedi li jimmodifika l-Annessi 10-A u 10-B biex iżid indikazzjonijiet ġeografiċi individwali tal-UE jew tal-Korea, jew biex ineħħi indikazzjonijiet ġeografiċi individwali li ma jkunux aktar protetti mill-Parti tal-oriġini, jew li ma jissodisfawx aktar il-kundizzjonijiet biex jitqiesu bħala indikazzjoni ġeografika fil-Parti l-oħra. Huwa jista’ jiddeċiedi wkoll li jkun jenħtieġ li referenza għal-leġiżlazzjoni fil-Ftehim titqies li hija referenza għal dik il-leġiżlazzjoni kif emendata u sostitwita u fis-seħħ f’data partikolari wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 5.2 tad-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Grupp ta’ Ħidma UE-Korea dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tas-17 ta’ Settembru 2019 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu (“regoli ta’ proċedura”), il-Grupp ta’ Ħidma IĠ jista’ jiddeċiedi, b’kunsens, li jirrakkomanda ż-żieda jew it-tneħħija ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal deċiżjoni finali fil-Kumitat għall-Kummerċ f’konformità mal-Artikolu 10.21.4, l-Artikolu 10.24 u l-Artikolu 10.25 tal-Ftehim. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 5.3 tar-regoli ta’ proċedura li jirreferu għall-Artikoli 15.3.5 u 15.5.2 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ jista’ jwettaq il-kompitu assenjat lill-Grupp ta’ Ħidma IĠ u jista’ jiddeċiedi li jimmodifika l-Annessi 10-A u 10-B, u l-Partijiet jistgħu jadottaw id-deċiżjoni soġġett għar-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom. |
|
(8) |
B’applikazzjoni tal-Artikolu 10.25.3(c) tal-Ftehim, il-Partijiet ikkonfermaw il-kwistjonijiet li ġejjin relatati ma’ referenzi għal leġiżlazzjoni fil-Ftehim:
|
|
(9) |
Il-Partijiet qablu li jżidu 44 indikazzjoni ġeografika tal-UE u 41 indikazzjoni ġeografika tal-Korea mal-Annessi 10-A u 10-B permezz tal-proċess li ġej:
|
|
(10) |
Il-Partijiet qablu li jneħħu tliet indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE u erba’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Korea mill-Annessi 10-A u 10-B permezz tal-proċess li ġej:
|
|
(11) |
Il-Partijiet qablu li jissostitwixxu erba’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE fl-Anness 10-A tal-Ftehim li kellhom bidliet fl-isem bl-indikazzjonijiet ġeografiċi korrispondenti aġġornati permezz tal-proċess li ġej:
|
|
(12) |
Skont l-Artikolu 12.2 tal-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea tat- 23 ta’ Diċembru 2011 (18), il-Kumitat għall-Kummerċ jista’ jadotta deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub, jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, fil-perjodu bejn il-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ. Il-proċedura bil-miktub tkun tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn il-Presidenti tal-Kumitat għall-Kummerċ. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Korea fil-Kapitolu 10, it-Taqsima B, is-Subtaqsima C “Indikazzjonijiet Ġeografiċi”, in-noti f’qiegħ il-paġna (51), (53) – (55) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikata fl-UE jew l-istess noti f’qiegħ il-paġna nnumerati bħala (2), (4)-(6) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikat fil-Korea (19), għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dik il-leġiżlazzjoni kif emendata jew sostitwita f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim huma emendati kif ġej:
|
(1) |
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Istat Membru rispettiv fil-Parti A tal-Anness 10-A tal-Ftehim; |
|
(2) |
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Korea fil-Parti B tal-Anness 10-A tal-Ftehim; |
|
(3) |
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Istat Membru rispettiv fit-Taqsima 1 u fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 10-B tal-Ftehim; |
|
(4) |
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Korea fil-Parti B tal-Anness 10-B tal-Ftehim; |
|
(5) |
it-tneħħija tal-indikazzjonijiet ġeografiċi “Pacharán” (Spanja), “Polska Wiśniówka/Polish Cherry” (il-Polonja) u “Scotch Whisky” (ir-Renju Unit) mil-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 10-B tal-Ftehim; |
|
(6) |
it-tneħħija tal-indikazzjonijiet ġeografiċi “Seosan Garlic (서산마늘)”, “Muan White Lotus Tea (무안백련차)”, “Cheongyang Powdered Hot Pepper (청양고춧가루)” u “Yeoju Sweet Potato (여주고구마)” mil-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Korea fil-Parti B tal-Anness 10-A tal-Ftehim; u |
|
(7) |
sostituzzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li kellhom bidliet fl-isem fil-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Istat Membru rispettiv fil-Parti A tal-Anness 10-A tal-Ftehim bl-ismijiet korrispondenti tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness VI ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi li jiċċertifikaw li huma lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.
(1) ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1.
(2) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(3) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(4) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(5) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(6) ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.
(7) ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14.
(8) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
(9) ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1.
(10) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(11) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(12) 대한민국정부 관보 제20151호(gazzetta uffiċjali 20151), 21.12.2021, p.47.
(13) 대한민국정부 관보 제19907호(gazzetta uffiċjali 19907), 29.12.2020, p.110.
(14) 대한민국정부 관보 제20151호(gazzetta uffiċjali 20151), 21.12.2021, p.39.
(15) 대한민국정부 관보 제20163호 별권1(gazzetta uffiċjali 20163, volum separat 1), 6.1.2022, p.4
(16) ĠU L 114, 30.4.2019, p. 7.
(17) “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence” sar “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence/Essence de lavande Haute-Provence” (traskrizzjoni: 윌 에썽씨엘 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 / 에썽스 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 (오뜨 프로방스 라벙드 에센스 오일) – “Prosciutto di S. Daniele” sar “Prosciutto di San Daniele” (it-traskrizzjoni tibqa’ l-istess) – “Jamon de Teruel” sar “Jamón de Teruel/Paleta de Teruel” (traskrizzjoni: 하몬 데 떼루엘 / 빨레따 데 떼루엘) – “Jamón de Huelva” sar “Jabugo” (traskrizzjoni: 하부고).
(18) Id-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat Kummerċjali tal-UE u l-Korea tat- 23 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ (ĠU L 58, 1.3.2013, p. 9).
(19) 대한민국 관보 제17538호(그2) (gazzetta uffiċjali 17538, volum separat 2), 28.6.2011, p.800.
ANNESS I
Referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Korea fil-Kapitolu 10, it-Taqsima B, is-Subtaqsima C “Indikazzjonijiet Ġeografiċi”, in-noti f’qiegħ il-paġna (51), (53) – (55) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikata fl-UE jew l-istess noti f’qiegħ il-paġna nnumerati bħala (2), (4)-(6) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikat fil-Korea, għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dik il-leġiżlazzjoni kif emendata jew sostitwita bil-modi li ġejjin:
|
(1) |
Għar-referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE:
|
|
(2) |
Għar-referenzi għal-leġiżlazzjoni Koreana:
|
ANNESS II
|
Kodiċi tal-Pajjiż |
Isem li għandu jkun protett |
Prodott |
Traskrizzjoni għall-alfabett Korean |
|
AT |
Steirisches Kürbiskernöl |
Żejt taż-żerriegħa tal-qara’ aħmar |
슈타이리쉐스 퀴르비스케른욀 |
|
CY |
Λουκούμι Γεροσκήπου / Loukoumi Geroskipou |
Ħelu |
루꾸미 게로스끼뿌 |
|
DE |
Hopfen aus der Hallertau |
Ħops |
할러타우 홉펜 |
|
DE |
Lübecker Marzipan |
Ħelu |
뤼베커 마르지판 |
|
DE |
Nürnberger Lebkuchen |
Ħelu |
뉘른베르거 렙쿠헨 |
|
DE |
Schwarzwälder Schinken |
Perżut |
슈바르츠벨더 쉰켄 |
|
DK |
Danablu |
Ġobon |
다나블루 |
|
ES |
Aceite de Terra Alta/Oli de Terra Alta |
Żejt taż-żebbuġa |
아쎄이떼 데 떼라 알따; 올리 데 떼라 알따 |
|
ES |
Aceite Monterrubio |
Żejt taż-żebbuġa |
아쎄이떼 몬떼루비오 |
|
ES |
Estepa |
Żejt taż-żebbuġa |
에스떼빠 |
|
ES |
Les Garrigues |
Żejt taż-żebbuġa |
레스 가리게스 |
|
ES |
Sierra de Cazorla |
Żejt taż-żebbuġa |
씨에라 데 까쏘를라 |
|
ES |
Siurana |
Żejt taż-żebbuġa |
씨우라나 |
|
EL |
Καλαμάτα / Kalamata (1) |
Żejt taż-żebbuġa |
칼라마타 |
|
EL |
Σητεία Λασιθίου Κρήτης / Sitia Lasithiou Kritis |
Żejt taż-żebbuġa |
시티아 라시티우 크리티스 |
|
EL |
Λακωνία / Lakonia |
Żejt taż-żebbuġa |
라코니아 |
|
EL |
Γραβιέρα Κρήτης / Graviera Kritis |
Ġobon |
그라비에라 크리티스 |
|
EL |
Κασέρι / Kasseri |
Ġobon |
카세리 |
|
IT |
Aceto Balsamico di Modena |
Ħall |
아체토 발사미코 디 모데나 |
|
IT |
Bresaola della Valtellina |
Perżut |
브레사올라 델라 발텔리나 |
|
IT |
Kiwi Latina |
Kiwi |
키위 라티나 |
|
IT |
Mela Alto Adige / Südtiroler Apfel |
Tuffieħ |
멜라 알토 아디제; 수드티롤레르 아펠 |
|
IT |
Toscano |
Żejt taż-żebbuġa |
토스카노 |
|
IT |
Pecorino Toscano |
Ġobon |
페코리노 토스카노 |
|
IT |
Salamini italiani alla cacciatora |
Salami |
살라미니 이탈리아니 알라 카차토라 |
|
NL |
Edam Holland |
Ġobon |
에담 홀란드 |
|
NL |
Gouda Holland |
Ġobon |
고다 홀란드 |
(1) Il-protezzjoni tal-IĠ “Kalamata” ma għandhiex tipprevjeni l-użu tal-isem ta’ varjetà ta’ pjanti fir-rigward taż-żebbuġ fit-territorju tal-Korea. Dik il-formulazzjoni ma tbiddilx jew ma tnaqqasx il-protezzjoni diġà mogħtija mill-Ftehim lill-IĠ protetta “Elia Kalamatas”.
ANNESS III
|
Isem li għandu jkun protett |
Prodott |
Traskrizzjoni għall-alfabett Latin |
|
천안배(Cheonan Bae (Pear)) |
Lanġas |
Cheonan Bae |
|
나주배(Naju Bae (Pear)) |
Lanġas |
Naju Bae |
|
안성배(Anseong Bae (Pear)) |
Lanġas |
Anseong Bae |
|
고려흑삼제품(Korean Black Ginseng Product) |
Prodotti tal-Ġinseng Iswed |
Goryeo Heuksamjepum |
|
예산사과(Yesan Apple) |
Tuffieħ |
Yesan Sagwa |
|
안성쌀(Anseong Ssal (Rice)) |
Ross |
Anseong Ssal |
|
영월고춧가루(Yeongwol Red Pepper Powder) |
Trab tal-Bżar Aħmar |
Yeongwol Gochutgaru |
|
고려흑삼(Korean Black Ginseng) |
Ġinseng iswed |
Goryeo Heuksam |
|
보성웅치올벼쌀(Boseong Ungchi Olbyeossal) |
Ross |
Boseong Ungchi Olbyeossal |
|
김포쌀(Gimpo Ssal (Rice)) |
Ross |
Gimpo Ssal |
|
진도검정쌀(Jindo Black Rice) |
Ross |
Jindo Geomjeong Ssal |
|
군산쌀(Gunsan Ssal (Rice)) |
Ross |
Gunsan Ssal |
|
영월고추(Yeongwol Red Pepper) |
Bżar Aħmar |
Yeongwol Gochu |
|
영천포도(Yeongcheon Grapes) |
Għeneb |
Yeongcheon Podo |
|
무주사과(Muju Apple) |
Tuffieħ |
Muju Sagwa |
|
삼척마늘(Samcheok Garlic) |
Tewm |
Samcheok Maneul |
|
김천자두(Gimcheon Jadu (Plum)) |
Għanbaqar |
Gimcheon Jadu |
|
영동포도(Yeongdong Grapes) |
Għeneb |
Yeongdong Podo |
|
문경오미자(Mungyeong Omija) |
Omija |
Mungyeong Omija |
|
청도반시(Cheongdo Seedless Flat Persimmon) |
Kaki |
Cheongdo Bansi |
|
평창산양삼(PyeongChang Wild-cultivated Ginseng) |
Ġinseng ikkultivat fis-selvaġġ |
PyeongChang Sanyangsam |
|
보은대추(Boeun Jujube) |
Jujube |
Boeun Daechu |
|
충주밤(Chungju Bam (Chestnut)) |
Qastan |
Chungju Bam |
|
가평잣(Gapyeong Korean Pine nuts) |
Ġewż tal-Arżnu |
Gapyeong Jat |
|
정선곤드레(Jeongseon Gondre) |
Gondre (Xewk Korean) |
Jeongseon Gondre |
|
영동곶감(Yeongdong Persimmon Dried) |
Kaki |
Yeongdong Gotgam |
|
부여표고(Buyeo Pyogo (Oak mushroom)) |
Faqqiegħ tal-Ballut |
Buyeo Pyogo |
|
완도미역(Wando Sea mustard) |
Mustarda tal-Baħar |
Wando Miyeok |
|
완도다시마(Wando Sea tangle) |
Laminarja tas-Swaba’ |
Wando Dasima |
|
기장미역(Gijang sea mustard) |
Mustarda tal-Baħar |
Gijang Miyeok |
|
기장다시마(Gijang sea tangle) |
Laminarja tas-Swaba’ |
Gijang Dasima |
|
완도김(Wando Laver) |
Laver |
Wando Gim |
|
장흥김(Jangheung Laver) |
Laver |
Jangheung Gim |
|
여수굴(Yeosu Gul (Yeosu Oyster)) |
Gajdri |
Yeosu Gul |
|
고흥미역(Goheung Dried Sea mustard) |
Mustarda tal-Baħar |
Goheung Miyeok |
|
고흥다시마(Goheung Dried Sea tangle) |
Laminarja tas-Swaba’ |
Goheung Dasima |
|
신안김(Sinan Gim (Laver)) |
Laver |
Sinan Gim |
|
해남김(Haenam Gim (Laver)) |
Laver |
Haenam Gim |
|
고흥김(Goheung Laver) |
Laver |
Goheung Gim |
|
고흥굴(Goheung Gul (Oyster)) |
Gajdri |
Goheung Gul |
ANNESS IV
TAQSIMA 1
INBEJJED LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA
|
Kodiċi tal-Pajjiż |
Isem tad-Denominazzjoni |
Traskrizzjoni għall-alfabett Korean |
|
CY |
Κουμανδαρία (traskrizzjoni għall-alfabett Latin: Commandaria ) |
꼬만다리아 |
|
DE |
Franken |
프랑켄 |
|
ES |
Utiel-Requena |
우띠엘 레께나 |
|
FR |
Pays d'Oc |
패이 독 / 뻬이 독 |
|
FR |
Romanée-Conti |
로마네 콘티 / 로마네 꽁띠 |
|
FR |
Pauillac |
포이약 / 뽀이약 |
|
FR |
Saint-Estèphe |
세인트 에스테브 / 쎙 에스테프 |
|
IT |
Prosecco |
프로세코 |
|
RO |
Cotnari |
코트나리 |
|
SI |
Vipavska dolina |
비파브스카 돌리나 |
|
SK |
Vinohradnícka oblasť Tokaj |
비노흐라드니스카 오블라스트 토카이 |
TAQSIMA 2
SPIRTI LI JORIĠINAW MILL-UNJONI EWROPEA
|
Kodiċi tal-Pajjiż |
Isem tad-Denominazzjoni |
Traskrizzjoni għall-alfabett Korean |
|
CY |
Ζιβανία/Τζιβανία/Ζιβάνα/Zivania |
지바니아 |
|
ES |
Brandy del Penedés |
브란디 델 뻬네데스 |
|
EL |
Τσίπουρο/Tsipouro |
치푸로 |
|
IE |
Irish Cream |
아이리쉬 크림 |
|
LT |
Originali lietuviška degtinė/Original Lithuanian vodka |
오리지널 리투아니아 보드카 |
|
BE+NL+FR+DE |
Genièvre/Jenever/Genever |
예네이버/제니버 |
ANNESS V
|
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni għall-alfabett Latin |
|
무주머루와인 (Muju Wild Grape Wine) |
Muju Meoru Wine |
ANNESS VI
FRANZA
|
Huile essentielle de lavande de Haute-Provence/Essence de lavande de Haute-Provence (1) |
Żejt essenzjali tal-lavanda |
윌 에썽씨엘 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 / 에썽스 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 (오뜨 프로방스 라벙드 에센스 오일) |
L-ITALJA
|
Prosciutto di San Daniele (2) |
Perżut |
프로슈토 디 산 다니엘레(생햄) |
SPANJA
|
Jamón de Teruel/Paleta de Teruel (3) |
Perżut |
하몬 데 떼루엘 / 빨레따 데 떼루엘 |
|
Jabugo (4) |
Perżut |
하부고 |
(1) “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence” sar “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence/Essence de lavande Haute-Provence”.
(2) “Prosciutto di S. Daniele” sar “Prosciutto di San Daniele”.
(3) “Jamon de Teruel” sar “Jamón de Teruel/Paleta de Teruel”.
(4) “Jamón de Huelva” became “Jabugo”.
Rettifika
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/169 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/2400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 dwar il-pollutanti organiċi persistenti
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 317 tad-9 ta’ Diċembru 2022 )
F’paġna 29, fl-Anness, il-punt (1)(c), ir-raba’ kolonna tat-tabella, il-punt (a),
minflok:
|
“(a) |
sad-29 ta’ Diċembru 2027, 500 mg/kg;”, |
aqra:
|
“(a) |
sad-29 ta’ Diċembru 2025, 500 mg/kg;”; |
f’paġna 29, fl-Anness, il-punt (1)(c), ir-raba’ kolonna tat-tabella, il-punt (b),
minflok:
|
“(b) |
mit-30 ta’ Diċembru 2025 sat-28 ta’ Diċembru 2027, 350 mg/kg jew, jekk ogħla, is-somma tal-konċentrazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fejn ikunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, kif stabbilit fir-raba’ kolonna, punt 2, tal-Anness I għas-sustanzi etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil;”, |
aqra:
|
“(b) |
mit-30 ta’ Diċembru 2025 sad-29 ta’ Diċembru 2027, 350 mg/kg jew, jekk ogħla, is-somma tal-konċentrazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fejn ikunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, kif stabbilit fir-raba’ kolonna, punt 2, tal-Anness I għas-sustanzi etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil;”. |
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/170 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2353 tal-1 ta’ Diċembru 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Forzi Armati tal-Bożnija-Ħerzegovina
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 311 tat-2 ta' Diċembru 2022 )
It-titolu fil-paġna tal-werrej u t-titolu fil-paġna 149,
minflok:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2353 ...”,
aqra:
“Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2353 ...”.