ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
8 ta' Novembru 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2111 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-kunflitti ta’ interess għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2112 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti u l-arranġamenti għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ( 1 )

5

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2113 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji ( 1 )

22

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2114 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-test inizjali tal-għarfien u s-simulazzjoni tal-kapaċità li jiġġarrab telf għal investituri mhux sofistikati prospettivi fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv ( 1 )

26

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2115 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tas-self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv ( 1 )

33

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2116 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-miżuri u l-proċeduri għall-pjan għall-kontinwità operazzjonali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ( 1 )

38

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2117 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti ( 1 )

42

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2118 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-immaniġġjar ta’ portafolli individwali ta’ self minn fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, li jispeċifikaw l-elementi tal-metodu għall-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-informazzjoni dwar kull portafoll individwali li għandha tiġi żvelata lill-investituri, u l-politiki u l-proċeduri meħtieġa fir-rigward tal-fondi ta’ kontinġenza ( 1 )

50

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2119 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-Iskeda tal-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment ( 1 )

63

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2120 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards u formati tad-data, mudelli u proċeduri għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ( 1 )

76

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2121 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard li jirrigwardaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA dwar il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji ( 1 )

86

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2122 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji ( 1 )

101

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2123 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki tar-rekwiżiti nazzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA ( 1 )

120

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2111

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-kunflitti ta’ interess għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara il-kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 8(7), ir-raba’ sottoparagrafu, tagħha.

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503 l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom iżommu u joperaw regoli interni effettivi biex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess. Sabiex jiġi żgurat li tali regoli jissodisfaw l-objettiv tagħhom li jipprevjenu kunflitti ta’ interess maż-żmien, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jirrieżaminaw dawk ir-regoli perjodikament u mill-inqas fuq bażi annwali, u jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas fir-rigward ta’ tali regoli.

(2)

Biex jimmaniġġjaw il-kunflitti ta’ interess, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jiddependux iżżejjed fuq ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503. Għalhekk, huma għandhom jistabbilixxu regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess. Ir-regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess jenħtieġ li jkunu xierqa għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv ipprovduti, kif ukoll għad-daqs u l-organizzazzjoni tan-negozju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. F’dak ir-rigward, ir-regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess jenħtieġ li jqisu, fejn rilevanti, iċ-ċirkostanzi relatati mal-fatt li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jappartjeni għal grupp.

(3)

Fit-tfassil ta’ regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess. Meta madankollu jiġi identifikat kunflitt ta’ interess, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw id-divulgazzjoni ta’ dak il-kunflitt ta’ interess lill-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u lil kwalunkwe parti oħra li tista’ tiġi affettwata.

(4)

Jenħtieġ li l-passi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 jiżguraw b’fiduċja raġonevoli li r-riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti jiġu evitati u, fejn dan ma jkunx possibbli, jittaffew b’mod xieraq.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata dwar is-servizzi li jippreżentaw kunflitt ta’ interess reali, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jżommu aġġornata l-informazzjoni, iddivulgata f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503, dwar in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess kif ukoll il-passi meħuda biex jimmitigawhom. Tali żvelar għandu jkun xieraq għan-natura tal-klijenti li lilhom huma indirizzati, b’mod partikolari billi titqies il-kwalifika tagħhom bħala investituri sofistikati jew mhux sofistikati, inklużi investituri prospettivi. Id-divulgazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-kunflitti ta’ interess u r-riskji relatati għall-klijenti.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(7)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta opinjoni fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iż-żamma u t-tħaddim ta’ regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jistabbilixxu bil-miktub, u jimplimentaw u jżommu, regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess. Ir-regoli għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess għandhom ikunu xierqa għad-daqs u l-organizzazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, kif ukoll in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tiegħu.

2.   Meta fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikun membru ta’ grupp, ir-regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu kwalunkwe ċirkostanza li tikkostitwixxi jew li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess minħabba l-istruttura u l-attivitajiet kummerċjali ta’ membri oħra tal-grupp.

3.   Ir-regoli interni għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrikjedu li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv:

(a)

jiżgura li kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2020/1503 ma tiġix aċċettata bħala sidien ta’ proġetti fil-proġetti ta’ finanzjament kollettiv offruti fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv tagħhom;

(b)

jidentifika jekk xi waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/1503 ġietx aċċettata bħala investituri fil-proġetti ta’ finanzjament kollettiv offruti fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv tagħhom;

(c)

jidentifika kwalunkwe ċirkostanza oħra li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali bejn il-persuni msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503, filwaqt li jqis id-daqs u l-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u, fejn applikabbli, tal-grupp li jappartjeni għalih, u r-riskju ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti;

(d)

fejn rilevanti, jispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati, inklużi l-proċeduri u l-miżuri li jikkonċernaw ir-responsabbiltajiet interni rilevanti fl-organizzazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, biex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 u skont il-punt (c) ta’ dan il-paragrafu.

4.   Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), il-persuni kif imsemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 li huma involuti f’attivitajiet ta’ negozju differenti li jinvolvu kunflitt ta’ interess tat-tip speċifikat fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandhom iwettqu dawk l-attivitajiet f’livell ta’ indipendenza xieraq għal:

(a)

id-daqs u l-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(b)

fejn applikabbli, id-daqs u l-attivitajiet tal-grupp li għalih jappartjeni l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(c)

għar-riskju ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti.

5.   Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c), ir-regoli interni għandhom jikkonsistu minn dawn kollha li ġejjin:

(a)

proċeduri effettivi għall-prevenzjoni jew il-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn persuni kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 li huma involuti f’attivitajiet li jinvolvu riskju ta’ kunflitt ta’ interess fejn l-iskambju ta’ dik l-informazzjoni jista’ jagħmel ħsara lill-interessi ta’ klijent wieħed jew aktar tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(b)

dispożizzjonijiet għal superviżjoni separata ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 li l-funzjonijiet prinċipali tagħhom jinvolvu t-twettiq ta’ attivitajiet f’isem, jew il-forniment ta’ servizzi lil, klijenti li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt, jew li b’xi mod ieħor jirrappreżentaw interessi differenti li jistgħu jkunu f’kunflitt, inklużi dawk tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(c)

it-tneħħija ta’ kwalunkwe rabta diretta bejn ir-remunerazzjoni ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 li huma prinċipalment involuti f’attività waħda u r-remunerazzjoni ta’, jew id-dħul iġġenerat minn, persuni differenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503, prinċipalment involuti f’attività oħra, fejn jista’ jinħoloq kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet;

(d)

miżuri li jipprevjenu jew jillimitaw kwalunkwe persuna milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod li bih persuna kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 twettaq servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(e)

miżuri għall-prevenzjoni jew il-kontroll tal-involviment simultanju jew sekwenzjali ta’ persuna kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 f’servizzi ta’ finanzjament kollettiv separati fejn tali involviment jista’ jfixkel il-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta’ interess.

6.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jivvalutaw u jirrieżaminaw ir-regoli interni tagħhom biex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess mill-inqas darba fis-sena u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat.

Artikolu 2

Passi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess

1.   Il-passi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv huma meħtieġa jieħdu f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandu jkollhom l-għan li jiżguraw b’fiduċja raġonevoli li r-riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti ser jiġu evitati, u, fejn dan ma jkunx possibbli, jiġu mitigati b’mod xieraq.

2.   Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tat-tipi ta’ kunflitt ta’ interess li jirriżultaw waqt il-forniment ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u li l-eżistenza tagħhom tista’ tagħmel ħsara lill-interessi ta’ klijent, minbarra t-tipi ta’ kunflitti ta’ interess imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom iqisu, bħala minimu, jekk xi waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 8(4) ta’ dak ir-Regolament:

(a)

huwiex probabbli li tagħmel qligħ finanzjarju, jew tevita telf finanzjarju, għad-detriment tal-klijent;

(b)

jistax ikollha interess fl-eżitu ta’ servizz ipprovdut lil klijent, li jkun distint mill-interess tal-klijent f’dak l-eżitu;

(c)

ikollha inċentiv finanzjarju jew inċentiv ieħor biex tiffavorixxi l-interess ta’ klijent jew grupp ta’ klijenti fuq l-interessi ta’ klijent ieħor.

Artikolu 3

Divulgazzjonijiet dwar in-natura ġenerali u s-sors tal-kunflitti ta’ interess u l-passi ta’ mitigazzjoni

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jippubblikaw u jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503 fuq is-sit web tagħhom f’post li jkun faċilment aċċessibbli għall-klijenti. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jiddivulga dik l-informazzjoni lill-klijenti fuq mezz durabbli, sakemm ma jkun ġie identifikat l-ebda kunflitt ta’ interess f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503, u għandu jaġġorna dik l-informazzjoni fejn rilevanti.

2.   Id-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha deskrizzjoni speċifika u ċara tal-kunflitti ta’ interess u r-riskji assoċjati identifikati fil-kuntest ta’ servizz partikolari, filwaqt li titqies in-natura tal-klijenti li lilhom tkun qed issir id-divulgazzjoni, b’mod partikolari l-kwalifika tagħhom bħala investituri prospettivi sofistikati jew mhux sofistikati.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2112

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti u l-arranġamenti għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 12(16) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu uniformi li permezz tiegħu l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw b’mod effettiv is-setgħat tagħhom fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettivi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti formoli, mudelli u proċeduri standard komuni għal tali applikazzjonijiet.

(2)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv u l-awtorità kompetenti, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti taħtar punt ta’ kuntatt speċifikament għall-fini tal-proċess ta’ applikazzjoni u jenħtieġ li tagħmel id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti pubbliċi fuq is-sit web tagħha.

(3)

Sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivvaluta bir-reqqa jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta, meta l-awtorità kompetenti tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv jipprovdi informazzjoni nieqsa, il-limitu ta’ żmien għall-valutazzjoni tal-kompletezza tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 jenħtieġ li jiġi sospiż mid-data li fiha tintalab tali informazzjoni sad-data li tasal għand l-awtorità kompetenti.

(4)

Sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivvaluta jekk il-bidliet fl-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jistgħux jaffettwaw il-proċedura tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettivi jintalbu jikkomunikaw tali bidliet mingħajr dewmien żejjed. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit li l-limiti ta’ żmien għall-valutazzjoni tal-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) 2020/1503 japplikaw mid-data li fiha l-applikant jipprovdi l-informazzjoni emendata lill-awtorità kompetenti.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(6)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(7)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta opinjoni fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deżinjazzjoni ta’ punt ta’ kuntatt

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt biex jirċievu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2020/1503. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu d-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt maħtur aġġornati u għandhom jippubblikaw dawk id-dettalji ta’ kuntatt fuq is-siti web tagħhom.

Artikolu 2

Formola standard

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettivi għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni bl-użu tal-formola standard li tinsab fl-Anness.

Artikolu 3

Konferma ta’ rċevuta

Fi żmien 10 t’ijiem ta’ xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni u minkejja l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għall-valutazzjoni ta’ jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta f’konformità ma’ dak l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat b’mod elettroniku, fuq karta, jew fiż-żewġ forom, konferma tar-riċevuta lill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv. Dik il-konferma tar-riċevuta għandha tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni li ser jittrattaw l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.

Artikolu 4

Sospensjoni ta’ limitu ta’ żmien fil-każ ta’ informazzjoni nieqsa

Meta l-awtorità kompetenti tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv jipprovdi informazzjoni nieqsa f’konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-limitu ta’ żmien għall-valutazzjoni ta’ jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta f’konformità ma’ dak l-Artikolu għandu jiġi sospiż mid-data li fiha tintalab tali informazzjoni sad-data li fiha tasal.

Artikolu 5

Notifika tal-bidliet

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-fornitur ta’ finanzjament kollettiv prospettiv għandu jipprovdi n-nuqqas ta’ formazzjoni aġġornat billi juża l-formola standard li tinsab fl-Anness.

2.   Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv jipprovdi informazzjoni aġġornata, il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandu jibda jgħodd mid-data li fiha dik l-informazzjoni aġġornata tasal għand l-awtorità kompetenti.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI BĦALA FORNITUR TA’ SERVIZZI TA’ FINANZJAMENT KOLLETTIV

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti


Qasam

Qasam Sekondarju:

Deskrizzjoni

1

Applikant

1

Isem legali sħiħ

Isem legali sħiħ tal-applikant

2

Isem(ismijiet) kummerċjali

Isem/ismijiet kummerċjali li għandhom jintużaw biex jiġu pprovduti s-servizzi ta’ finanzjament kollettiv

3

Indirizz tal-Internet

Indirizz tal-Internet tas-sit tal-Internet operat mill-applikant

4

Indirizz fiżiku

L-indirizz irreġistrat tal-applikant

5

Numru tar-reġistrazzjoni/ID nazzjonali

(fejn disponibbli)

Identifikatur nazzjonali tal-applikant jew evidenza tar-reġistrazzjoni mar-reġistru nazzjonali tal-kumpaniji

6

LEI

(fejn disponibbli)

Identifikatur ta’ entità ġuridika tal-applikant

2

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli mill-applikazzjoni

1

Isem sħiħ

Isem(ismijiet) sħaħ u kunjom(ijiet) tal-persuna ta’ kuntatt

2

Funzjoni

Funzjoni u/jew titlu tal-persuna ta’ kuntatt fi ħdan l-applikant jew status bħala persuna esterna (eż., konsulent, ditta legali) u prova li l-persuna għandha s-setgħa li tippreżenta l-applikazzjoni

3

Indirizz postali (jekk differenti mill-indirizz fiżiku tal-applikant)

 

4

Numru tat-telefown

 

5

Indirizz tal-posta elettronika

 

3

Forma ġuridika

mhux applikabbli

Forma legali ta’ inkorporazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

4

Artikoli ta’ assoċjazzjoni

mhux applikabbli

Artikoli ta’ assoċjazzjoni u, fejn disponibbli, att ta’ inkorporazzjoni

5

Programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li l-applikant biħsiebu jipprovdi u l-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv li biħsiebu jopera, inkluż fejn u kif l-offerti ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiġu kkummerċjalizzati

1

Informazzjoni dwar it-tipi ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

L-applikant għandu jindika:

(a)

Is-servizzi ta’ finanzjament kollettiv li l-applikant biħsiebu jipprovdi (inkroċjati kif xieraq):

Faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self, li tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti bħar-rati ta’ inadempjenza tas-self

Tqegħid mingħajr bażi ta’ impenn sod ta’ titoli trasferibbli u strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv u r-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ dawk it-titoli trasferibbli u l-istrumenti ammessi;

(b)

(Fejn l-applikant jipprovdi jew biħsiebu jipprovdi faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self) Jekk l-applikant għandux l-intenzjoni li jipprovdi ġestjoni tal-portafoll individwali ta’ self inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti interni għall-forniment ta’ tali attività u deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali li l-applikant se jistabbilixxi mas-sidien tal-proġetti u mal-investituri (b’referenza partikolari għall-mandati li l-investituri se jagħtu lill-applikant);

(c)

Servizzi jew attivitajiet oħra li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv biħsiebu jipprovdi (b’mod trasversali kif xieraq):

Indokrar tal-assi

Servizzi ta’ pagament

Użu ta’ veikoli bi skop speċjali għall-forniment ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

Applikazzjoni ta’ punteġġi ta’ kreditu għal proġetti ta’ finanzjament kollettiv

Suġġeriment tal-prezz u/jew tar-rata tal-imgħax tal-offerti ta’ finanzjament kollettiv

Operar ta’ bord tal-bulettini

Stabbiliment u operar ta’ fondi ta’ kontinġenza;

(d)

It-tipi ta’ offerti li l-applikant jippjana li jippreżenta (bħal proġetti bbażati fuq self, proġetti bbażati fuq l-ekwità, it-tip ta’ settur jew attività kummerċjali, it-tip ta’ investimenti li għandhom jiġu offruti fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv, u t-tipi ta’ investituri fil-mira);

(e)

Il-proċedura tal-għażla li tistabbilixxi d-dettalji tal-metodi adottati biex jintgħażlu l-offerti li għandhom jiġu ppreżentati fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv, inklużi n-natura u l-firxa tad-diliġenza dovuta mwettqa fir-rigward tas-sidien tal-proġetti;

(f)

L-arranġamenti biex l-offerti jsiru pubbliċi fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv u kif l-interessi tal-investituri għal proġett ta’ finanzjament kollettiv se jiġu kkomunikati lil sid il-proġett rilevanti;

(g)

Kwalunkwe servizz/attività oħra attwalment (jew maħsuba biex tiġi) ipprovduta mill-applikant mhux koperta mir-Regolament (UE) 2020/1503 li tista’ tiġi pprovduta f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali inklużi referenzi għal u kopja tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti (fejn applikabbli)

2

Informazzjoni dwar il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv

Deskrizzjoni ta’:

(a)

l-arranġamenti biex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/1503 issir disponibbli fuq is-sit web tal-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv tal-applikant, inklużi l-arranġamenti rilevanti tal-IT;

(b)

l-arranġamenti biex il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv issir sistema ta’ informazzjoni bbażata fuq l-Internet, aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr aċċess diskriminatorju;

(c)

il-proċeduri u l-arranġamenti għall-forniment fil-pront, ġust u rapidu tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inkluża d-deskrizzjoni ta’:

(i)

il-proċeduri għar-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti;

(ii)

is-sistemi għall-ipproċessar ta’ tali ordnijiet;

(iii)

kif dawk il-proċeduri u l-arranġamenti jippermettu r-riċeviment u t-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent fuq bażi ugwali;

(d)

mekkaniżmi li l-applikant jippjana li jimplimenta biex jiffaċilita l-flussi ta’ informazzjoni bejn sid il-proġett u l-investituri, jew bejn l-investituri, jekk applikabbli

3

L-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv qed jippjana li juża fl-Unjoni, inklużi l-lingwi tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni; identifikazzjoni tal-Istati Membri fejn ir-reklami se jkunu l-aktar viżibbli fil-midja u l-mezzi ta’ komunikazzjoni mistennija li se jintużaw

6

Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmu ta’ kontroll intern biex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) 2020/1503, inkluż il-ġestjoni tar-riskju u l-proċeduri kontabilistiċi

1

Arranġamenti ta’ governanza

Deskrizzjoni ta’:

(a)

l-istruttura interna tal-applikant (organigramma, eċċ.) b’indikazzjoni tad-distribuzzjoni tal-kompiti u s-setgħat u l-linji ta’ rapportar rilevanti, l-arranġamenti ta’ kontroll implimentati u kwalunkwe informazzjoni utli oħra li turi l-karatteristiċi operazzjonali, il-politiki u l-proċeduri tal-applikant biex tiġi żgurata ġestjoni effettiva u prudenti;

(b)

il-pjan ta’ reklutaġġ tal-persunal, jekk ikun hemm, għat-tliet snin li ġejjin u l-istat ta’ implimentazzjoni relattiv, jew indikazzjoni tal-persunal fil-kariga li għandu jkun responsabbli għat-twettiq tas-servizzi

2

Mekkaniżmi tal-kontroll intern

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontroll intern (bħall-funzjoni tal-konformità u l-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji, fejn stabbiliti) stabbilit mill-applikant, sabiex jimmonitorja u jiżgura l-konformità tal-proċeduri tiegħu mar-Regolament (UE) 2020/1503, inkluża informazzjoni dwar ir-rappurtar lill-korp maniġerjali

3

Ġestjoni tar-riskji

Immappjar tar-riskji identifikati mill-applikant u deskrizzjoni tal-politiki u l-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskji relatati mal-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi tal-applikant, inklużi:

(a)

deskrizzjoni tal-proċessi u l-metodoloġiji interni msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 (fejn applikabbli)

(b)

deskrizzjoni tal-politika tal-fond ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 6(5), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/1503 (fejn applikabbli)

4

Proċeduri kontabilistiċi

Deskrizzjoni tal-proċeduri kontabilistiċi li bihom l-applikant se jirreġistra u jirrapporta l-informazzjoni finanzjarja tiegħu

7

Deskrizzjoni tas-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri għall-kontroll u s-salvagwardja tas-sistema tal-ipproċessar tad-data

mhux applikabbli

Kontroll u salvagwardja tas-sistema tal-ipproċessar tad-data

Deskrizzjoni ta’:

(a)

l-arranġamenti interni adottati biex jiżguraw it-trattament xieraq tad-data personali u l-informazzjoni riċevuta mill-investituri, inkluż l-użu tal-clouds

(b)

il-politika għall-prevenzjoni tal-frodi u l-protezzjoni tal-privatezza/tad-data

(c)

il-postijiet, il-metodi u l-politiki għall-arkivjar tad-dokumentazzjoni, inkluż l-użu tal-clouds

8

Deskrizzjoni tar-riskji operazzjonali

1

Riskji relatati mal-infrastruttura u l-proċeduri tal-IT

Deskrizzjoni tas-sorsi identifikati ta’ riskji operazzjonali u deskrizzjoni tal-proċeduri, is-sistemi u l-kontrolli adottati mill-applikant għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji operazzjonali (affidabbiltà tas-sistema, sigurtà, integrità, privatezza, eċċ.), inkluż:

(a)

proċeduri biex jiġu evitati interruzzjonijiet operattivi;

(b)

tagħmir ta’ riżerva f’postu;

(c)

miżuri dwar salvagwardji kontra l-attakki ta’ hackers

2

Riskju relatat mad-determinazzjoni tal-offerta

Deskrizzjoni tal-għodod tekniċi u r-riżorsi umani ddedikati għad-determinazzjoni tal-offerta, b’mod partikolari d-determinazzjoni tal-ipprezzar f’konformità mal-Artikolu 4(4), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2020/1503

3

Riskji relatati mas-servizzi ta’ salvagwardja tal-assi u mas-servizzi ta’ pagament (fejn applikabbli)

Fejn l-applikant biħsiebu jipprovdi servizzi ta’ salvagwardja tal-assi u servizzi ta’ pagament, deskrizzjoni tas-sorsi identifikati tar-riskji operazzjonali u deskrizzjoni tal-proċeduri, is-sistemi u l-kontrolli adottati mill-applikant għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji relatati ma’ dawk is-servizzi, inkluż meta dawk is-servizzi jiġu pprovduti minn parti terza

4

Riskji relatati mal-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operazzjonali

Meta l-applikant ikun beħsiebu jserraħ fuq parti terza għat-twettiq tal-funzjonijiet operazzjonali, deskrizzjoni tas-sorsi identifikati tar-riskji operazzjonali u deskrizzjoni tal-proċeduri, tas-sistemi u tal-kontrolli adottati mill-applikant għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji operazzjonali

5

Kwalunkwe riskju(i) operazzjonali ieħor(oħra) (fejn applikabbli)

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe sors(i) identifikat(i) ta’ riskji operazzjonali u deskrizzjoni tal-proċeduri, is-sistemi u l-kontrolli adottati mill-applikant għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji operazzjonali

9

Deskrizzjoni tas-salvagwardji prudenzjali tal-applikant skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2020/1503

1

Salvagwardji prudenzjali

L-ammont ta’ salvagwardji prudenzjali li l-applikant għandu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u d-deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet użati għad-determinazzjoni tiegħu

2

Fondi proprji

(fejn applikabbli)

L-ammont tas-salvagwardji prudenzjali koperti mill-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2020/1503

3

Polza tal-assigurazzjoni

(fejn applikabbli)

L-ammont ta’ salvagwardji prudenzjali tal-applikant kopert minn polza tal-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/1503

4

Kalkoli u pjanijiet ta’ tbassir

(a)

Kalkolu mbassar tas-salvagwardji prudenzjali tal-applikant għall-ewwel tliet snin ta’ negozju

(b)

Tbassir tal-pjanijiet kontabilistiċi għall-ewwel tliet snin ta’ operat inkluż:

(i)

tbassir tal-karti tal-bilanċ;

(ii)

tbassir tal-kontijiet tal-profitt u t-telf jew tar-rapporti tal-introjtu;

(c)

Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar għat-tbassir ta’ hawn fuq kif ukoll spjegazzjonijiet taċ-ċifri

5

Salvagwardji prudenzjali tal-ippjanar

Deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ ppjanar u monitoraġġ tas-salvagwardji prudenzjali tal-applikant

10

Prova li l-applikant jissodifa s-salvagwardji prudenzjali tal-applikant skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2020/1503

1

Fondi proprji

(a)

Dokumentazzjoni ta’ kif l-applikant ikkalkula l-ammont skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(b)

Għal impriżi eżistenti, dikjarazzjoni ta’ kont awditjata jew reġistru pubbliku li jiċċertifika l-ammont ta’ fondi proprji tal-applikant;

(c)

Għal impriżi fil-proċess ta’ inkorporazzjoni, rendikont bankarju maħruġ minn bank li jiċċertifika li l-fondi huma ddepożitati fil-kont bankarju tal-applikant

2

Polza tal-assigurazzjoni

(a)

Kopja tal-polza tal-assigurazzjoni sottoskritta li tinkorpora l-elementi kollha meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 11(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2020/1503, fejn disponibbli, jew

(b)

Kopja tal-ftehim ta’ assigurazzjoni preliminari li jinkorpora l-elementi kollha meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 11(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2020/1503 iffirmat minn impriża awtorizzata li tipprovdi assigurazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali

11

Deskrizzjoni tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju

mhux applikabbli

Pjan ta’ kontinwità tal-kummerċ

Deskrizzjoni tal-miżuri u l-proċeduri li jiżguraw, fil-każ ta’ falliment tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv, il-kontinwità tal-forniment ta’ servizzi kritiċi relatati ma’ investimenti eżistenti u amministrazzjoni tajba ta’ ftehimiet bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv u l-klijenti tiegħu, inkluż, fejn applikabbli, dispożizzjonijiet għas-servizzjar kontinwu ta’ self pendenti, notifika tal-klijenti u trasferiment tal-arranġamenti ta’ salvagwardja tal-assi

12

Prova ta’ reputazzjoni tajba tal-azzjonisti li direttament jew indirettament għandhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot

Is-sotto-oqsma 1–10 għandhom jiġu ripetuti u mimlija għal kull wieħed mill-azzjonisti li direttament jew indirettament għandhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot

Meta l-azzjonist li jkollu 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot ma jkunx persuna fiżika, is-sotto oqsma 8 u 9 għandhom jimtlew għall-entità ġuridika u jiġu ripetuti u mimlija għal kull membru tal-korp maniġerjali u persuni oħra li effettivament imexxu n-negozju

1

Ċart tal-istruttura tas-sjieda

Ċart tal-istruttura tas-sjieda tal-applikant li turi s-sehem individwali tal-azzjonisti li direttament jew indirettament għandhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot

2

Isem

(a)

Isem(ismijiet) sħiħ u kunjom(ijiet) fil-każ ta’ persuni fiżiċi;

(b)

Numru tal-ID nazzjonali (ID jew passaport) fil-każ ta’ persuni fiżiċi;

(c)

L-isem ġuridiku u l-forma ġuridika, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi;

(d)

Numru tal-ID/tar-reġistrazzjoni nazzjonali (fejn disponibbli) fil-każ ta’ persuni ġuridiċi

3

Data u post tat-twelid (fejn applikabbli)

Data u post tat-twelid tal-azzjonisti li huma persuni fiżiċi

4

Domiċilju jew indirizz irreġistrat

(a)

Id-domiċilju, fil-każ ta’ persuni fiżiċi

(b)

L-indirizz irreġistrat, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi

5

Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ persuni ġuridiċi

Meta l-azzjonist li jkollu 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot ikun persuna ġuridika, lista sħiħa tal-membri tal-korp maniġerjali u tal-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tiegħu, l-isem, id-data u l-post tat-twelid, id-domiċilju tagħhom, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tagħhom fejn disponibbli

6

Ammont tal-parteċipazzjoni

L-ammont tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma mill-persuna f’valur assolut u f’termini perċentwali.

Fil-każ ta’ azzjonist indirett, l-ammont għandu jirreferi għad-detentur intermedju

7

Informazzjoni fil-każ ta’ azjenda indiretta

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li permezz tagħha jinżamm il-kapital azzjonarju jew id-drittijiet tal-vot

 

 

8

Prova ta’ reputazzjoni tajba

(a)

Ċertifikat uffiċjali jew dokument ekwivalenti ieħor skont il-liġi nazzjonali li jagħti prova tan-nuqqas ta’ rekords kriminali;

(b)

Informazzjoni dwar investigazzjonijiet u/jew proċedimenti kriminali, kif ukoll kawżi ċivili u amministrattivi rilevanti, fir-rigward ta’ ksur ta’ regoli nazzjonali fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, il-liġi kontra l-ħasil tal-flus, il-liġi dwar il-frodi jew l-obbligi ta’ responsabbiltà professjonali, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali (jekk u sa fejn ikun disponibbli mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz rilevanti) jew permezz ta’ dokument ekwivalenti ieħor. Fil-każ li jkunu ġew imposti sanzjonijiet ċivili jew amministrattivi f’wieħed mill-oqsma msemmija hawn fuq, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tagħhom. Għal investigazzjonijiet jew proċedimenti li jkunu għaddejjin, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur;

(c)

Informazzjoni dwar rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; jew l-irtirar, revoka jew it-tmiem ta’ tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju jew tal-gvern jew korp jew assoċjazzjoni professjonali. Għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura li tkun għaddejja relatata ma’ dan ta’ hawn fuq;

(d)

Informazzjoni dwar tkeċċija mill-impjieg relatata ma’ pożizzjonijiet u kompiti li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ fondi jew relazzjonijiet fiduċjarji simili u deskrizzjoni tar-raġunijiet għal tali tkeċċija

9

Valutazzjoni preeżistenti (u li għadha għaddejja)

Informazzjoni dwar jekk valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba tal-azzjonist kinitx diġà (jew qed tiġi) mwettqa minn awtorità kompetenti oħra jew kwalunkwe awtorità oħra skont leġiżlazzjoni finanzjarja oħra, inkluż l-isem ta’ dik l-awtorità u, fejn applikabbli, id-data u l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha

10

Informazzjoni dwar l-istruttura tal-grupp (fejn applikabbli)

Informazzjoni dwar jekk l-applikant huwiex:

(a)

sussidjarja ta’ fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv awtorizzat f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(b)

sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(c)

kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv awtorizzat fi Stat Membru ieħor.

13

L-identità tal-persuni fiżiċi responsabbli għall-ġestjoni tal-applikant u prova li l-persuni fiżiċi involuti fil-ġestjoni tal-applikant huma ta’ reputazzjoni tajba u għandhom biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex jimmaniġġjaw il-fornitur prospettiv ta’ finanzjament kollettiv u jimpenjaw biżżejjed ħin għat-twettiq ta’ dmirijiethom

Is-sotto oqsma 1–12 għandhom jiġu ripetuti u mimlija għal kull persuna fiżika li hija membru tal-korpi maniġerjali jew superviżorji tal-applikant, u għal kull persuna fiżika li effettivament tmexxi n-negozju

Is-sotto oqsma 1–8 u 10–11 għandhom jiġu ripetuti u mimlija għal kull persuna fiżika li hija responsabbli mill-funzjonijiet ta’ kontroll intern (fejn maħtura)

1

Isem sħiħ

Isem(ismijiet) sħaħ u kunjom(ijiet) tal-persuna fiżika rilevanti

2

Numru tal-passaport/ID

 

3

Data u post tat-twelid

 

4

Domiċilju

 

5

Indirizz postali

Indirizz postali, jekk differenti mill-indirizz tad-domiċilju

6

Numru tat-telefown

 

7

Indirizz tal-posta elettronika

 

8

Pożizzjoni

Pożizzjoni fi ħdan il-korp maniġerjali jew l-organizzazzjoni tal-applikant li fiha tinħatar il-persuna fiżika

9

Prova ta’ reputazzjoni tajba

(a)

Ċertifikat uffiċjali jew dokument ekwivalenti ieħor skont il-liġi nazzjonali li jagħti prova tan-nuqqas ta’ rekords kriminali;

(b)

Informazzjoni dwar investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali, kif ukoll kawżi ċivili u amministrattivi rilevanti, fir-rigward ta’ ksur ta’ regoli nazzjonali fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, il-liġi kontra l-ħasil tal-flus, il-liġi dwar il-frodi jew l-obbligi ta’ responsabbiltà professjonali, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali (jekk u sa fejn ikun disponibbli mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz rilevanti) jew permezz ta’ dokument ekwivalenti ieħor. Fil-każ tal-eżistenza ta’ sanzjonijiet ċivili jew amministrattivi fir-rigward tal-oqsma msemmija hawn fuq, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tagħhom. Għal investigazzjonijiet jew proċedimenti li jkunu għaddejjin, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur;

(c)

Informazzjoni dwar rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; jew l-irtirar, revoka jew it-tmiem ta’ tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju jew tal-gvern jew korp jew assoċjazzjoni professjonali. Għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura li tkun għaddejja relatata ma’ dan ta’ hawn fuq;

(d)

Informazzjoni dwar tkeċċija mill-impjieg relatata ma’ pożizzjonijiet u kompiti li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ fondi jew relazzjonijiet fiduċjarji simili u deskrizzjoni tar-raġunijiet għal tali tkeċċija;

10

Curriculum Vitae

Curriculum vitae li jiddikjara:

(a)

l-edukazzjoni rilevanti (inkluż l-isem/ismijiet u t-tip(i) tal-istituzzjoni(jiet) edukattiva(i), it-tip, u d-data tad-diploma(i)) u t-taħriġ professjonali (inkluż is-suġġett tat-taħriġ, it-tip(i) tal-istituzzjoni(jiet) edukattiva(i) u d-data sa meta tlesta t-taħriġ);

(b)

esperjenza professjonali rilevanti (fis-settur finanzjarju u barra minnu), inklużi l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet kollha li għalihom il-persuna tkun ħadmet, u n-natura u t-tul tal-funzjonijiet imwettqa (dati tal-bidu u tat-tmiem) u r-raġuni għat-tluq (funzjoni ġdida fi ħdan il-kumpanija/grupp, tluq volontarju, tluq furzat jew skadenza tal-mandat);

(c)

għall-pożizzjonijiet miżmuma fl-10 snin preċedenti, meta jiġu deskritti dawk l-attivitajiet, għandhom jiġu inklużi dettalji dwar is-setgħat kollha miżmuma u l-oqsma tal-operazzjonijiet taħt kontroll.

Il-curriculum vitae jista’ jinkludi wkoll dettalji (isem, indirizz, numru tat-telefon, email) ta’ kwalunkwe persuna(i) ta’ referenza li jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtorità kompetenti (dan il-qasam mhuwiex obbligatorju)

11

Żmien li għandu jiġ ddedikat għat-twettiq tad-dmirijiet

Informazzjoni dwar il-ħin minimu li ser ikun iddedikat għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-persuna fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv (indikazzjonijiet annwali u ta’ kull xahar), inkluż informazzjoni dwar:

(a)

l-għadd ta’ karigi ta’ direttur f’kumpaniji finanzjarji u mhux finanzjarji miżmuma minn dik il-persuna fl-istess ħin;

(b)

il-karigi ta’ direttur f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux b’mod predominanti objettivi kummerċjali miżmuma minn dik il-persuna fl-istess ħin;

(c)

attivitajiet professjonali esterni oħra, u kwalunkwe funzjoni oħra u attività rilevanti, kemm fis-settur finanzjarju kif ukoll barra minnu

12

Valutazzjoni preeżistenti (jew li għadha għaddejja) tar-reputazzjoni u l-esperjenza

L-informazzjoni dwar jekk valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba u tal-għarfien u l-esperjenza tal-persuna fiżika kinitx diġà (jew qed tiġi) mwettqa minn awtorità kompetenti oħra jew kwalunkwe awtorità oħra skont leġiżlazzjoni finanzjarja oħra inkluża d-data tal-valutazzjoni, l-identità ta’ dik l-awtorità u, fejn applikabbli, id-data u l-eżitu ta’ din il-valutazzjoni

13

Awtovalutazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza kollettivi

Dettalji tar-riżultat tal-valutazzjoni dwar il-pussess kollettiv ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti għall-ġestjoni tal-fornitur ta’ finanzjament kollettiv prospettiv mill-persuni fiżiċi involuti fil-ġestjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv, imwettqa mill-applikant innifsu

14

Deskrizzjoni tar-regoli interni li jipprevjenu lill-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 milli jinvolvu ruħhom, bħala sidien tal-proġetti, f’servizzi ta’ finanzjament kollettiv offruti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv

mhux applikabbli

Proċeduri interni dwar il-kunflitti ta’ interess tas-sidien tal-proġetti

Deskrizzjoni tar-regoli interni rilevanti adottati mill-applikant

15

Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni

mhux applikabbli

Informazzjoni dwar arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni

Deskrizzjoni ta’:

(a)

il-funzjonijiet operazzjonali li l-applikant jippjana li jesternalizza, inkluża l-esternalizzazzjoni tal-cloud;

(b)

il-partijiet terzi li lilhom jiġu esternalizzati l-funzjonijiet operazzjonali (fejn disponibbli), inkluża l-indikazzjoni tal-post tagħhom u sommarju tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni f’każ li l-parti terza tkun tinsab f’pajjiż terz (fejn disponibbli);

(c)

l-arranġamenti interni u r-riżorsi allokati għall-kontroll tal-funzjonijiet esternalizzati;

(d)

il-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz fis-seħħ mal-fornituri tas-servizzi

16

Deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu ttrattati l-ilmenti mill-klijenti

mhux applikabbli

Informazzjoni dwar it-trattament tal-ilmenti

Deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu ttrattati l-ilmenti mill-klijenti adottati mill-applikant, inkluż il-perjodu ta’ żmien li fih se tiġi nnotifikata deċiżjoni dwar l-ilment lil ilmentaturi potenzjali, kif previst fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2117 (1)

17

Konferma dwar jekk l-applikant għandux l-intenzjoni li jipprovdi servizzi ta’ pagament huwa stess jew permezz ta’ parti terza, skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew permezz ta’ arranġament f’konformità mal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503

mhux applikabbli

Informazzjoni dwar servizzi ta’ pagament

1.

L-applikant għandu jinforma lill-awtorità kompetenti jekk is-servizzi ta’ pagament humiex se jiġu pprovduti (aqta’ kif xieraq):

L-applikant inniffsu. Jekk iva, l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni rilevanti bħala fornitur ta’ servizzi ta’ pagament skont id-Direttiva (UE) 2015/2366.

Parti terza awtorizzata Jekk dan ikun il-każ, l-applikant għandu jindika l-isem tal-parti terza, u l-applikant għandu jissottometti kopja tal-ftehim sottoskritt mal-parti terza li jinkorpora l-elementi kollha meħtieġa għall-konformità mar-Regolament (UE) 2020/1503, meta disponibbli, jew kopja tal-ftehim preliminari mal-parti terza, li jinkorpora l-elementi kollha meħtieġa għall-konformità mar-Regolament (UE) 2020/1503 iffirmat minn parti terza awtorizzata għal servizzi ta’ ħlas skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

Permezz ta’ arranġamenti f’konformità mal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503, li jiżgura li s-sidien tal-proġetti jaċċettaw finanzjament ta’ proġetti ta’ finanzjament kollettiv, jew kwalunkwe pagament ieħor, biss permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366. Jekk iva, l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni ta’ dawn l-arranġamenti.

2.

L-applikant għandu jinkludi deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sistemi stabbiliti li permezz tagħhom il-fondi mill-investituri se jintbagħtu lis-sid tal-proġett u li permezz tagħhom l-investituri se jirċievu r-rimunerazzjoni tal-kapital investit

18

Proċeduri għall-verifika tal-kompletezza, il-korrettezza u ċ-ċarezza tal-informazzjoni li tinsab fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

mhux applikabbli

Proċeduri fuq l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

Deskrizzjoni tar-regoli interni rilevanti adottati mill-applikant

19

Proċeduri fir-rigward tal-limiti ta’ investiment għal investituri mhux sofistikati msemmija fl-Artikolu 21(7) tar-Regolament (UE) 2020/1503

mhux applikabbli

Proċeduri dwar il-limiti ta’ investiment għal investituri mhux sofistikati

1.

L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-proċeduri adottati sabiex:

(a)

titwettaq il-valutazzjoni dwar jekk u liema servizzi ta’ finanzjament kollettiv offruti huma xierqa, inklużi dettalji dwar l-informazzjoni mitluba lill-investituri mhux sofistikati dwar l-esperjenza tagħhom, l-objettivi ta’ investiment, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-fehim bażiku tar-riskji involuti fl-investiment b’mod ġenerali u fl-investiment fit-tipi ta’ investimenti offruti fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv, imsemmija fl-Artikolu 21(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

(b)

titwettaq is-simulazzjoni meħtieġa għal investituri prospettivi mhux sofistikati tal-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf, imsemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503

(c)

tiġi provduta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503

2.

L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-proċeduri adottati mill-applikant dwar il-limiti ta’ investiment għal investituri mhux sofistikati, inkluża d-deskrizzjoni tal-kontenut tat-twissija ta’ riskju speċifiku u l-arranġamenti biex jinkiseb il-kunsens espliċitu mill-investitur.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2117 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti ) (Ara l-paġna 42 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/22


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2113

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(8), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503 jenħtieġ li tippermetti lil dawk l-awtoritajiet iwettqu b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar skont dak ir-Regolament. Konsegwentement, jenħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw sabiex ikunu jistgħu jwettqu dawk il-kompiti.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw b’mod effettiv il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw informazzjoni ġenerali ta’ sfond u d-dokumenti kostitwenti, inklużi dokumenti ta’ inkorporazzjoni nazzjonali, jew dokumenti oħra li jipprovdu għarfien dwar l-istruttura u l-attivitajiet operazzjonali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar il-proċess ta’ awtorizzazzjoni u l-korpi ta’ ġestjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inkluż informazzjoni dwar l-adegwatezza għall-ġestjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u r-reputazzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali, u informazzjoni dwar l-azzjonisti, il-penali imposti u l-miżuri amministrattivi, l-azzjonijiet ta’ infurzar u l-istorja rilevanti tal-kondotta u tal-konformità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

(3)

Sabiex jaqdu d-dmirijiet superviżorji tagħhom b’mod komprensiv, jenħtieġ ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw informazzjoni rilevanti dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra u partijiet terzi relatati mal-finanzjament kollettiv li huma ta’ rilevanza għall-forniment tas-servizzi pprovduti mill-fornituri tas-servizzi tal-finanzjament kollettiv, inkluża l-informazzjoni. fuq partijiet terzi nominati biex iwettqu funzjonijiet operazzjonali b’rabta mal-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

(4)

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti se jkun l-aktar utli fiċ-ċirkostanzi fejn jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet ta’ tħassib regolatorju relatati mal-entitajiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1503, inkluża informazzjoni dwar l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, is-superviżjoni kontinwa tal-konformità ta’ entità ma’ dak ir-Regolament, u azzjonijiet superviżorji u ta’ infurzar li jista’ jkollhom impatt fuq l-operazzjonijiet ta’ entità f’ġurisdizzjoni oħra.

(5)

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni kkonċernati, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8, rispettivament, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jrid jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority).

(7)

L-ESMA ma għamlet ebda konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li huma l-bażi tar-Regolament, u lanqas ma analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali billi dan kien ikun sproporzjonat fir-rigward tal-ambitu u l-impatt ta’ dawk l-istandards, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li dawk l-istandards prinċipalment jikkonċernaw lill-awtoritajiet kompetenti.

(8)

L-ESMA talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(9)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u ta opinjoni fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Informazzjoni dwar il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li għandha tiġi skambjata

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni li ġejja dwar fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv:

(a)

informazzjoni ġenerali u dokumenti relatati mal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv:

(i)

l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali jew reġistrat tiegħu, id-dettalji ta’ kuntatt, il-kodiċi ISO 17442 tiegħu tal-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) u siltiet rilevanti minn reġistri miżmuma nazzjonalment;

(ii)

informazzjoni dwar dokumenti kostituzzjonali li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv huwa meħtieġ li jkollu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli;

(b)

informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi responsabbli għall-ġestjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li ġiet ipprovduta bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni, inkluż:

(i)

l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni personali, meta dan tal-aħħar ikun disponibbli fl-Istat Membru rilevanti;

(ii)

informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet li tali persuni jkollhom fi ħdan il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(c)

informazzjoni meħtieġa biex jiġu vvalutati r-reputazzjoni tajba u l-adegwatezza tal-persuni fiżiċi responsabbli għall-ġestjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inkluż, fejn disponibbli:

(i)

informazzjoni dwar l-esperjenza tax-xogħol tagħhom;

(ii)

l-informazzjoni li ġejja dwar ir-reputazzjoni tagħhom:

(1)

informazzjoni dwar rekords kriminali, jew sanzjonijiet amministrattivi jew ċivili u informazzjoni dwar investigazzjonijiet kriminali miftuħa kontra tali persuni fir-rigward ta’ ksur ta’ regoli nazzjonali fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, il-liġi kontra l-ħasil tal-flus, il-liġi dwar il-frodi jew l-obbligi ta’ responsabbiltà professjonali, permezz ta’ ċertifikat uffiċjali, jew dokument ekwivalenti ieħor f’konformità mal-liġi nazzjonali, u deskrizzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe sanzjoni ċivili jew amministrattiva imposta;

(2)

informazzjoni dwar investigazzjonijiet jew proċedimenti li jkunu għaddejjin għajr dawk stabbiliti fil-punt (c)(ii)(1);

(3)

informazzjoni dwar kwalunkwe rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq negozju jew professjoni, u informazzjoni dwar l-irtirar, revoka jew terminazzjoni ta’ tali reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja, jew esklużjoni minn korp regolatorju jew governattiv jew minn korp jew assoċjazzjoni professjonali;

(4)

informazzjoni dwar kwalunkwe tkeċċija mill-impjieg relatata ma’ pożizzjonijiet u kompiti li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ fondi jew relazzjonijiet fiduċjarji simili u deskrizzjoni tar-raġunijiet għal tali tkeċċija;

(d)

informazzjoni dwar l-azzjonisti li għandhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inkluża informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ rekords kriminali jew sanzjonijiet amministrattivi jew ċivili u informazzjoni dwar investigazzjonijiet kriminali miftuħa kontra tali azzjonisti, fir-rigward ta’ ksur tar-regoli nazzjonali fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, il-liġi kontra l-ħasil tal-flus, il-liġi dwar il-frodi jew l-obbligi ta’ responsabbiltà professjonali u deskrizzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe sanzjoni ċivili jew amministrattiva imposta;

(e)

informazzjoni dwar l-istruttura organizzazzjonali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, il-kundizzjonijiet operattivi u l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/1503, li ġiet ipprovduta bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni u kif aġġornata permezz tal-attivitajiet superviżorji tal-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba għal informazzjoni, inkluż iżda mhux limitat għal:

(i)

informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern li jiżguraw il-konformità mar-Regolament (UE) 2020/1503, inklużi l-ġestjoni tar-riskju u l-proċeduri tal-kontabilità;

(ii)

programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ipprovduti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1503;

(iii)

rekords ta’ konformità tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inkluża informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti;

(iv)

informazzjoni li tista’ tintalab mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fir-rigward tal-attivitajiet u r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 3 sa 11 tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(f)

informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 12, 13 u 17 tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(g)

informazzjoni dwar kwalunkwe penali, inklużi penali kriminali, miżuri amministrattivi jew azzjonijiet ta’ infurzar, imposti fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(h)

kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-kooperazzjoni fl-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Artikolu 2

Informazzjoni dwar persuni oħra u entitajiet mhux inkorporati li għandha tiġi skambjata

1.   Fir-rigward ta’ partijiet terzi relatati mal-finanzjament kollettiv li huma ta’ rilevanza għall-forniment tas-servizzi pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u li huma persuni fiżiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-isem, id-data u l-post tat-twelid tal-persuna, in-numru ta’ identifikazzjoni personali, fejn disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, u l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt.

2.   Fir-rigward ta’ partijiet terzi relatati mal-finanzjament kollettiv li huma ta’ rilevanza għall-forniment tas-servizzi pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u li huma persuni ġuridiċi, awtorità kompetenti tista’ titlob ukoll dokumenti li jiċċertifikaw:

(a)

l-isem tan-negozju tal-persuna ġuridika;

(b)

l-indirizz tal-kap jew tal-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika, u l-indirizz postali fejn dan ikun differenti;

(c)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ġuridika, u n-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew il-kodiċi LEI fejn disponibbli;

(d)

ir-reġistrazzjoni tal-forma legali tal-persuna ġuridika, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli;

(e)

lista sħiħa ta’ persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-persuna ġuridika, inklużi isimhom, id-data u l-post tat-twelid, l-indirizz, id-dettalji ta’ kuntatt, u n-numru ta’ identifikazzjoni personali tagħhom fejn disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-kooperazzjoni fl-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/26


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2114

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-test inizjali tal-għarfien u s-simulazzjoni tal-kapaċità li jiġġarrab telf għal investituri mhux sofistikati prospettivi fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari ir-raba subparagrafu tal-Artikolu 21(8) tiegħu

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv iwettqu t-test inizjali tal-għarfien għall-investituri mhux sofistikati prospettivi msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2020/1503 b’mod armonizzat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-valutazzjoni ta’ jekk u liema servizzi ta’ finanzjament kollettiv offruti ikunu xierqa għall-investituri mhux sofistikati prospettivi.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jaċċertaw li l-investituri mhux sofistikati prospettivi jifhmu l-livell ta’ riskju assoċjat mal-investimenti ta’ finanzjament kollettiv, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni li tinġabar minn investituri mhux sofistikati prospettivi tkun affidabbli u tirrifletti b’mod preċiż l-għarfien, il-ħiliet, l-esperjenza u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, l-objettivi ta’ investiment u l-fehim bażiku tar-riskji involuti.

(3)

L-investituri jenħtieġ li jiġu infurmati b’mod ċar u uniformi dwar ir-riskji li jġarrbu jekk jiddeċiedu li jinvestu f’servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Għaldaqstant jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv joħorġu twissija ta’ riskju armonizzata lil investituri mhux sofistikati prospettivi li ma jirnexxilhomx jagħmlu t-test inizjali tal-għarfien skont rekwiżiti speċifiċi dwar kif it-twissija jenħtieġ li tintwera lil tali investituri.

(4)

Sabiex tiġi promossa l-protezzjoni tal-investitur u jiġi żgurat li s-simulazzjoni tal-kapaċità li jġarrbu t-telf titwettaq b’mod adegwat minn investituri mhux sofistikati prospettivi, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jagħmlu disponibbli fuq is-sit web tagħhom għodda ta’ kalkolu online bil-għan li tgħin lill-investituri mhux sofistikati prospettivi jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf. Madankollu, minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn investituri mhux sofistikati prospettivi f’tali għodda ta’ kalkolu online, jenħtieġ li dik l-għodda tiġi stabbilita b’mod li tipprevjeni lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv milli jkunu jistgħu jaċċessaw jew jirreġistraw l-informazzjoni mdaħħla minn investituri mhux sofistikati prospettivi.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni pprovduta minn investituri mhux sofistikati prospettivi fl-għodda ta’ kalkolu online ma tkunx tista’ tinġabar mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom, jenħtieġ li dik l-għodda tiġi stabbilita b’mod li tipprevjeni lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv milli jbiddlu jew jinterferixxu mar-riżultat tas-simulazzjoni mwettqa minn investituri mhux sofistikati prospettivi. Barra minn hekk, sabiex jiġu protetti l-investituri mhux sofistikati prospettivi u b’mod partikolari biex ikunu jistgħu jivverifikaw li l-informazzjoni li jkunu daħħlu hija korretta u preċiża, jenħtieġ li r-riżultat tas-simulazzjoni tal-kapaċità li jiġġarrab it-telf ma jinġabarx direttament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv iżda pjuttost jenħtieġ li jiġi kondiviż biss minn investituri mhux sofistikati prospettivi ladarba jqisu li r-riżultat tas-simulazzjoni jirrifletti b’mod adegwat il-kapaċità tagħhom li jiġġarrab it-telf.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-flessibbiltà fil-mod kif titwettaq is-simulazzjoni tal-kapaċità li jġarrbu t-telf, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikunu jistgħu joffru lill-investituri mhux sofistikati prospettivi l-possibbiltà li jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġarrbu t-telf permezz ta’ metodu differenti mingħajr l-għajnuna tal-għodda ta’ kalkolu online, dment li tali possibbiltà tiġi offruta u li l-għodda ta’ kalkolu online ssir disponibbli fuq is-sit web tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

(7)

Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat fis-simulazzjoni tal-kapaċità tal-investituri mhux sofistikati prospettivi li jġarrbu telf, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward ta’ kif il-valur nett tal-investituri mhux sofistikati prospettivi għandu jiġi kkalkulat, abbażi tal-introjtu annwali tagħhom, it-total tal-assi likwidi u l-impenji finanzjarji annwali tagħhom.

(8)

Minħabba r-riskji ta’ approċċi diverġenti, u l-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ tali diverġenzi fuq is-sinifikat tas-simulazzjoni tal-kapaċità tal-investituri mhux sofistikati prospettivi li jġarrbu t-telf, ikun xieraq li jiġi speċifikat bi grad suffiċjenti ta’ dettall kif kull wieħed mill-komponenti użati għall-kalkolu tal-valur nett jenħtieġ li jiġi kkalkolat u li tiġi stabbilita data komuni għall-valutazzjoni tad-diversi komponenti.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u żviluppat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea.

(10)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(11)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Valutazzjoni tal-adegwatezza tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv

1.   Fil-valutazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503, dwar jekk u liema servizzi ta’ finanzjament kollettiv offruti ikunu xierqa għal investituri mhux sofistikati prospettivi, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jikkunsidraw dan li ġej:

(a)

jekk l-investitur mhux sofistikat prospettiv għandux l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa biex jifhem ir-riskji involuti fl-investiment b’mod ġenerali;

(b)

jekk l-investitur mhux sofistikat prospettiv għandux l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa biex jifhem ir-riskji involuti fit-tipi ta’ investimenti offruti fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jivvalutaw il-fehim tal-investitur mhux sofistikat prospettiv ta’ x’jikkostitwixxi servizz ta’ finanzjament kollettiv u r-riskji involuti fih.

Artikolu 2

Informazzjoni li trid tintalab f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

1.   L-informazzjoni li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jitolbu minn investituri mhux sofistikati prospettivi rigward l-esperjenza tagħhom u l-fehim bażiku tar-riskji involuti fl-investiment għandha tinkludi, sa fejn xieraq għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizz ta’ finanzjament kollettiv offrut u t-tip ta’ investiment previst, dan li ġej:

(a)

it-tipi ta’ servizzi ta’ investiment u investimenti finanzjarji familjari għall-investitur mhux sofistikat prospettiv;

(b)

in-natura, il-volum u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet passati tal-investitur mhux sofistikat prospettiv f’titoli trasferibbli, strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv jew self, inkluż f’negozji fi stadju bikri jew ta’ espansjoni, u l-perjodu li matulu twettqu dawk it-tranżazzjonijiet;

(c)

il-livell ta’ edukazzjoni u professjoni jew il-professjoni preċedenti rilevanti tal-investitur mhux sofistikat prospettiv, inkluż kwalunkwe esperjenza professjonali jew ħiliet miksuba b’rabta mal-investimenti ta’ finanzjament kollettiv.

2.   L-informazzjoni li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jitolbu minn investituri mhux sofistikati prospettivi rigward l-objettivi ta’ investiment tagħhom għandha tinkludi, fejn rilevanti fir-rigward tat-tip ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv offrut, dan li ġej:

(a)

informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żamma mistenni tal-investimenti tal-investituri mhux sofistikati prospettivi;

(b)

il-profil tar-riskju tal-investituri mhux sofistikati prospettivi u l-preferenzi tagħhom rigward is-sostenibbiltà tal-investimenti;

(c)

l-għanijiet tal-investiment tal-investituri mhux sofistikati prospettivi.

3.   Meta jivvalutaw is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ investituri mhux sofistikati prospettivi, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom iqisu r-riżultati tas-simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Artikolu 3

Affidabbiltà tal-informazzjoni li tintalab f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni li tinġabar minn investituri mhux sofistikati prospettivi f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 tkun affidabbli u tirrifletti b’mod preċiż l-għarfien, il-ħiliet, l-esperjenza u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-investituri mhux sofistikati prospettivi, l-objettivi ta’ investiment u l-fehim bażiku tar-riskji involuti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

jinformaw lill-investituri mhux sofistikati prospettivi dwar l-importanza li tingħata informazzjoni preċiża u aġġornata;

(b)

jiżguraw li l-mezzi użati biex tinġabar l-informazzjoni jkunu xierqa għall-għanijiet ta’ dawk l-investituri mhux sofistikati prospettivi u mfassla b’mod xieraq għall-użu minn dawk l-investituri mhux sofistikati prospettivi;

(c)

jiżguraw li l-mistoqsijiet li jsiru x’aktarx jinftiehmu minn investituri mhux sofistikati prospettivi u preċiżi biżżejjed biex jiġbru informazzjoni li tirrifletti b’mod adegwat u preċiż is-sitwazzjoni ta’ investituri mhux sofistikati prospettivi.

Artikolu 4

Twissija ta’ riskju skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503

1.   Meta joħorġu t-twissija ta’ riskju msemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma għandhomx iħeġġu lill-investituri mhux sofistikati prospettivi biex jipproċedu bl-investiment.

2.   It-twissija ta’ riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha dan it-test li ġej:

“Investiment fi proġett ta’ finanzjament kollettiv jinkludi r-riskju li jintilfu l-flus kollha li jiġu investiti.”

3.   It-twissija ta’ riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintwera lil investituri mhux sofistikati prospettivi b’mod li jinqara faċilment u b’mod prominenti fuq is-sit web tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

4.   It-tieqa li turi t-twissija ta’ riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun prominenti u tibqa’ viżibbli fuq is-sit web tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv sakemm l-investituri mhux sofistikati prospettivi jkunu rrikonoxxew li rċevew u fehmu dik it-twissija.

Artikolu 5

Simulazzjoni tal-kapaċità li ġġarrab telf bl-użu ta’ għodda ta’ kalkolu online

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jagħmlu disponibbli fuq is-sit web tagħhom għodda ta’ kalkolu online li tippermetti lill-investituri mhux sofistikati prospettivi jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġarrbu t-telf.

2.   L-għodda online msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkalkula l-kapaċità li ġġarrab telf ta’ investituri mhux sofistikati prospettivi, abbażi tal-informazzjoni elenkata fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503, kif previst mill-investitur mhux sofistikat.

3.   L-għodda online msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun faċli biex tintuża u ma għandhiex tirrikjedi li investituri mhux sofistikati prospettivi jwettqu xi kompitu ieħor għajr li jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 21(5), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/1503.

4.   L-għodda online msemmija fil-paragrafu 1 għandha turi r-riżultat tas-simulazzjoni b’mod li jkun ċar u li jinftiehem minn investituri mhux sofistikati prospettivi.

5.   L-għodda online msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita b’mod li ma jippermettix lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jaċċessaw jew jirreġistraw l-informazzjoni mdaħħla minn investituri prospettivi skont il-paragrafu 3 jew li jemendaw jew jinterferixxu mar-riżultat tas-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Madankollu, l-għodda online tista’ tinkorpora karatteristika li tippermetti lill-investituri mhux sofistikati prospettivi jittrażmettu r-riżultat tas-simulazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

Artikolu 6

Simulazzjoni tal-kapaċità li jiġġarrab telf minbarra l-għodda ta’ kalkolu online

Minbarra l-għodda online msemmija fl-Artikolu 5(1), il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jistgħu joffru lill-investituri mhux sofistikati prospettivi l-possibbiltà li jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf permezz ta’ metodu differenti, dment li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jipprovdi lill-investituri mhux sofistikati prospettivi b’informazzjoni xierqa dwar il-metodu użat għas-simulazzjoni tal-kapaċità li jġarrbu t-telf.

Artikolu 7

Kalkolu tal-valur nett ta’ investitur mhux sofistikat prospettiv

Għall-finijiet tas-simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-valur nett tal-investituri mhux sofistikati prospettivi għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

 

Valur nett = (introjtu annwali nett) + (total tal-assi likwidi) — (impenji finanzjarji annwali)

Artikolu 8

Introjtu annwali nett

1.   L-introjtu annwali nett imsemmi fil-formula stabbilita fl-Artikolu 7 għandu jiġi kkalkulat bħala l-introjtu annwali totali riċevut mill-investitur mhux sofistikat wara t-tnaqqis tal-kostijiet u l-imposti, il-kontribuzzjonijiet soċjali u t-taxxi assoċjati.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-introjtu annwali totali għandu jkun is-somma ta’ kwalunkwe introjtu mix-xogħol, kwalunkwe mgħax fuq depożiti bankarji jew strumenti oħra ta’ dejn, kwalunkwe pagament ta’ dividendi jew kwalunkwe introjtu minn proprjetà immobbli, fejn:

(a)

“introjtu mix-xogħol” għandu jinkludi l-pagi, il-benefiċċji tal-qgħad u l-pagamenti tal-pensjoni riċevuti mill-investitur mhux sofistikat, bl-esklużjoni ta’ pagamenti eċċezzjonali;

(b)

“imgħaxijiet fuq depożiti bankarji jew strumenti oħra ta’ dejn” għandhom jinkludi pagamenti fuq depożiti bankarji jew strumenti oħra ta’ dejn riċevuti mill-investitur mhux sofistikat matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-esklużjoni ta’ pagamenti eċċezzjonali;

(c)

“pagamenti ta’ dividendi” għandhom jinkludu pagamenti riċevuti mill-investitur mhux sofistikat prospettiv permezz taż-żamma ta’ ishma jew unitajiet ta’ skema ta’ investiment kollettiv jew strumenti azzjonarji oħra, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe gwadann kapitali realizzat mill-bejgħ ta’ tali parteċipazzjoni kollha jew parti minnha;

(d)

“introjtu minn proprjetà immobbli” għandu jinkludi kwalunkwe pagament riċevut b’rabta mal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe qligħ kapitali miksub mill-bejgħ ta’ tali proprjetajiet immobbli kollha jew parti minnhom.

Artikolu 9

Total tal-assi likwidi

1.   L-assi likwidi totali msemmija fil-formula stabbilita fl-Artikolu 7 għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-flus totali miżmuma minn investitur mhux sofistikat fil-kontijiet tat-tfaddil u l-kontijiet kurrenti, u l-valur tal-assi li jistgħu jiġu kkonvertiti faċilment u malajr fi flus kontanti, inklużi:

(a)

Prodotti ta’ tfaddil li jistgħu jinbidlu fi flus kontanti f’mhux aktar minn 30 jum kalendarju;

(b)

strumenti finanzjarji nnegozjati f’suq regolat skont it-tifsira tal-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(c)

ishma u unitajiet ta’ skemi kollettivi ta’ investiment li joffru drittijiet ta’ tifdija mill-inqas fuq bażi ta’ kull ġimgħa.

2.   L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu assi likwidi:

(a)

proprjetajiet immobbli;

(b)

ammonti mħallsa fi skema ta’ pensjoni għal skopijiet ta’ rtirar mix-xogħol;

(c)

ishma ta’ kumpaniji li mhumiex mifdija jew trasferibbli liberament, inklużi investimenti ta’ finanzjament kollettiv preċedenti.

Artikolu 10

Impenji finanzjarji annwali

L-impenji finanzjarji annwali msemmija fil-formula stabbilita fl-Artikolu 7 għandhom jinkludu l-infiq kollu li għalih investitur mhux sofistikat ikun impenja ruħu fir-rigward ta’ sena kalendarja partikolari, inklużi:

(a)

pagamenti ta’ manteniment u manteniment għat-tfal;

(b)

pagamenti ta’ kera u ipoteka;

(c)

ripagament ta’ self;

(d)

pagamenti ta’ primia tal-assigurazzjoni;

(e)

pagamenti għall-ispejjeż tal-utilitajiet, inklużi dawk magħmula biex ikopru l-ispejjeż tal-elettriku, tat-tisħin u tal-ilma;

(f)

pagamenti ta’ abbonament għas-servizz;

(g)

taxxa fuq l-introjtu u taxxi fuq il-proprjetà.

Artikolu 11

Data tal-valwazzjoni tat-total tal-assi likwidi u l-impenji finanzjarji annwali

1.   It-total tal-assi likwidi msemmija fl-Artikolu 9 l-impenji finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jiġu stmati mill-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel dik li fiha titwettaq is-simulazzjoni.

2.   Madankollu, fejn valwazzjoni f’tali data ma tirriflettix b’mod preċiż is-sitwazzjoni attwali tal-valur nett tal-investitur prospettiv, il-valwazzjoni għandha titwettaq f’data aktar reċenti li tippermetti valwazzjoni aktar preċiża.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, data aktar reċenti tista’ tkun kwalunkwe data bejn l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel dik li fiha titwettaq is-simulazzjoni u d-data li fiha titwettaq is-simulazzjoni u għandha tkun l-istess għall-valutazzjoni tat-total tal-assi likwidi u l-impenji finanzjarji annwali. Meta jiddeterminaw din id-data, l-investituri mhux sofistikati prospettivi għandhom jikkunsidraw jekk it-teħid ta’ tali data bħala d-data ta’ referenza jippermettix valutazzjoni preċiża fir-rigward tal-introjtu annwali nett, it-total tal-assi likwidi u l-impenji finanzjarji annwali msemmija fil-formula stabbilita fl-Artikolu 7.

4.   L-introjtu annwali nett imsemmi fl-Artikolu 8 għandu jkun l-introjtu tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena li fiha titwettaq is-simulazzjoni. Madankollu, fejn il-valwazzjoni tat-total tal-assi likwidi u l-impenji finanzjarji annwali titwettaq bl-użu ta’ data aktar reċenti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-introjtu annwali nett għandu jkun l-introjtu riċevut matul it-12-il xahar li jippreċedu tali data aktar reċenti.

Artikolu 12

Trażmissjoni tar-riżultat tas-simulazzjoni tal-kapaċità li jiġġarrab telf

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jitolbu lill-investituri mhux sofistikati prospettivi biex jipprovdulhom ir-riżultat tas-simulazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/33


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2115

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tas-self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li l-investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment. Peress li proġett ta’ finanzjament kollettiv wieħed jista’ joffri aktar minn self wieħed, huwa meħtieġ, meta tiġi speċifikata l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tal-proġetti offruti fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv, li jiġu stabbiliti regoli għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza fil-livell ta’ kull self individwali fir-rigward ta’ proġett ta’ finanzjament kollettiv partikolari offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv. Definizzjoni ta’ inadempjenza f’livell aktar granulari, jiġifieri, fil-livell tas-self, tippermetti li jinqabdu każijiet fejn sid ta’ proġett x’aktarx ma jissodisfax l-obbligi ta’ kreditu tiegħu relatati ma’ self wieħed iżda mhux ma’ oħrajn. Għalhekk, għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tal-proġetti offruti fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jikkunsidrawx awtomatikament is-self differenti għall-istess proġett bħala kollu inadempjenti fl-istess ħin. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jivvalutaw jekk xi indikazzjonijiet ta’ inadempjenza humiex relatati mal-proġett ta’ finanzjament kollettiv kollu kemm hu, aktar milli self partikolari. B’mod partikolari, fejn parti sinifikanti tas-self relatat ma’ proġett ta’ finanzjament kollettiv tkun inadempjenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jistgħu jqisu li huwa improbabbli li s-self l-ieħor ta’ dak il-proġett ta’ finanzjament kollettiv jitħallas kollu mingħajr rikors għal azzjonijiet, inkluż ir-realizzazzjoni tas-sigurtà u t-trattament ta’ dak is-self bħala inadempjenti wkoll.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u li l-investituri jkunu jistgħu jqabblu l-prestazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self, u, b’mod partikolari, il-kwalità tal-proġetti offruti fuq il-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv. Għalhekk huwa xieraq li jiġu speċifikati l-elementi li abbażi tagħhom jenħtieġ li tali fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv iqisu li seħħet inadempjenza fir-rigward ta’ self offrut fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikollhom fis-seħħ proċessi effettivi li jippermettulhom jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jidentifikaw, mingħajr dewmien żejjed, l-okkorrenza tal-inadempjenza tas-self offrut fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv tagħhom.

(3)

L-Artikolu 20(1), tar-Regolament (UE) 2020/1503 jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self jiżvelaw kull sena r-rati ta’ inadempjenza tal-proġetti ta’ finanzjament kollettiv offruti fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv tagħhom matul mill-inqas is-36 xahar preċedenti u jippubblikaw dikjarazzjoni tal-eżitu fi żmien erba’ xhur mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja li tindika r-rata ta’ inadempjenza mistennija u attwali tas-self kollu li jkunu ffaċilitaw. Sabiex jiġi żgurat li l-investituri u l-investituri potenzjali jkollhom aċċess għal informazzjoni b’orizzonti ta’ żmien simili għall-metriċi tar-riskji u l-gwadanji fir-rigward tas-self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 180(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u jintużaw rati ta’ inadempjenza ta’ sena bħala referenza għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza. Ir-rati ta’ inadempjenza ta’ sena jirrappreżentaw is-sehem ta’ self li jmur minn status mhux inadempjenti għal status inadempjenti mill-inqas darba matul perjodu ta’ osservazzjoni ta’ sena. Għalhekk, ir-rata ta’ inadempjenza mistennija għandha tipprovdi stima tal-proporzjon ta’ self mhux inadempjenti li huwa mistenni li jkun inadempjenti f’perjodu ta’ osservazzjoni ta’ sena. Konsegwentement, sabiex l-istima ta’ tali rata ta’ inadempjenza mistennija tkun ibbażata fuq ir-rata attwali ta’ inadempjenza, il-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza attwali jenħtieġ li jkun ristrett għal self li jkun fi status mhux inadempjenti fil-bidu tal-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ sena. Sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni komparabbli u ġusta tar-rati ta’ inadempjenza, jenħtieġ li ma tiġi applikata l-ebda skema ta’ ponderazzjoni biex jiġu kkalkulati r-rati ta’ inadempjenza annwali (kalkolu bbażat fuq is-self). Għalhekk, jenħtieġ li l-ammont monetarju tas-self ma jintużax għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza biex jiġi evitat li tingħata aktar prevalenza lil xi self f’tali kalkolu. F’każ ta’ preġudizzju minħabba l-preżenza ta’ self fuq terminu qasir, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self jenħtieġ li jaġġustaw il-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza. Sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni ġusta tar-rati ta’ inadempjenza lill-investituri, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self jenħtieġ li ma jimmanipulawx jew ma jirrappreżentawx ħażin ir-rati ta’ inadempjenza ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

(4)

Data inkonsistenti, mhux preċiża, mhux kompluta jew skaduta tista’ twassal għal żbalji u fil-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tal-proġetti ta’ finanzjament kollettiv. Konsegwentement, sabiex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-kwalità għolja tad-data, il-proċeduri relatati mal-ġbir u l-ħżin tad-data jenħtieġ li jkunu robusti u ddokumentati sew.

(5)

Il-metodu intern tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza attwali u mistennija jenħtieġ li jkun ibbażat fuq informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ self iffaċilitat minn dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-kategoriji ta’ riskju stabbiliti fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 19(7), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2020/1503.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea.

(7)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Inadempjenza ta’ self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jikkonsistu fil-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self għandhom iqisu li seħħet inadempjenza fir-rigward ta’ self partikolari offrut fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv tagħhom meta jkunu seħħew xi wieħed mill-avvenimenti li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv iqis li huwa improbabbli li sid il-proġett iħallas bis-sħiħ, jew inkella jissodisfa l-obbligi ta’ kreditu tiegħu relatati mas-self ikkonċernat, mingħajr rikors għal azzjonijiet, bħar-realizzazzjoni tas-sigurtà;

(b)

is-sid tal-proġett ikun qabeż id-data tal-għeluq b’aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligu ta’ kreditu materjali relatat mas-self ikkonċernat.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala indikaturi tal-improbabbiltà tal-ħlas:

(a)

seħħ ristrutturar f’diffikultà tal-obbligu ta’ kreditu relatat mas-self ikkonċernat fejn dan x’aktarx jirriżulta f’obbligu finanzjarju mnaqqas ikkawżat mill-maħfra materjali, jew il-posponiment, tal-kapital, l-imgħax jew, fejn rilevanti, it-tariffi.

(b)

is-sid tal-proġett applika għal, jew tqiegħed fi, falliment jew protezzjoni simili, fejn dan jevita jew idewwem il-ħlas lura lill-investituri ta’ obbligu ta’ kreditu relatat mas-self ikkonċernat.

Għall-finijiet tal-punt (a), ristrutturar f’diffikultà għandu jitqies li jkun seħħ meta l-konċessjonijiet ikunu ġew estiżi għal sid il-proġett li jkun qed jiffaċċja jew dalwaqt jiffaċċja diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (b), fejn il-ftehim ta’ kreditu espliċitament jippermetti lil sid il-proġett ibiddel l-iskeda ta’ pagament, jew jissospendi jew jipposponi l-pagamenti taħt ċerti kundizzjonijiet, u fejn sid il-proġett jaġixxi skont id-drittijiet mogħtija f’dak il-ftehim ta’ kreditu, il-pagamenti mibdula, sospiżi jew posposti ma għandhomx jitqiesu skaduti, iżda l-għadd ta’ jiem skaduti għandu jkun ibbażat fuq l-iskeda ta’ pagament il-ġdida ladarba tiġi speċifikata. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom janalizzaw ir-raġunijiet għal tali bidliet fl-iskeda ta’ pagament, jew is-sospensjoni jew il-posponiment tal-pagamenti, u jivvalutaw il-possibbiltà ta’ improbabbiltà tal-ħlas kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a).

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżvelaw il-livell limitu ta’ materjalità użat għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-investituri f’każ ta’ inadempjenza ta’ self mingħajr dewmien.

Artikolu 2

Metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza tas-self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv

1.   Għall-finijiet tal-iżvelar imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jikkalkulaw il-medja sempliċi tar-rata ta’ inadempjenza ta’ sena osservata matul il-perjodu kollu ta’ osservazzjoni storika billi jużaw twieqi ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar li ma jikkoinċidux.

2.   Għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza ta’ sena msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)

li d-denominatur jikkonsisti fl-għadd ta’ self mhux inadempjenti osservat fil-bidu tal-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar;

(b)

li n-numeratur jinkludi s-self kollu kkunsidrat fid-denominatur li kellu mill-inqas event wieħed ta’ inadempjenza matul il-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, self li għalih ma huwa skedat l-ebda pagament fl-iskeda tal-pagamenti matul il-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar għandu jiġi eskluż mis-sett ta’ data użat għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza għal dak il-perjodu.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u irrispettivament minn jekk fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikunx qed juża sorsi ta’ data esterni, interni jew miġbura, jew taħlita tat-tlieta, it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun mill-inqas 36 xahar għal mill-inqas sors wieħed. Meta l-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li ilu jopera għal inqas minn 36 xahar għandu juża l-perjodu li matulu ilu jopera.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżvelaw id-denominatur u n-numeratur użati għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza ta’ sena f’konformità mal-paragrafu 2 għall-perijodu ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 4.

Artikolu 3

Metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza attwali tas-self skont il-kategorija ta’ riskju

1.   Għall-pubblikazzjoni tar-rati ta’ inadempjenza attwali tas-self kollu f’konformità mal-Artikolu 20(1), il-punt (b) (i), tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jikkalkulaw il-medji sempliċi tar-rata ta’ inadempjenza ta’ sena osservata skont il-kategorija ta’ riskju matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika kollu bl-użu ta’ twieqi ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar li ma jikkoinċidux.

2.   Għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza ta’ sena skont il-kategorija ta’ riskju, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)

li d-denominatur jikkonsisti fl-għadd ta’ self mhux inadempjenti osservat fil-bidu tal-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar fil-kategorija ta’ riskju li għaliha tiġi kkalkulata r-rata ta’ inadempjenza;

(b)

li n-numeratur jinkludi s-self kollu kkunsidrat fid-denominatur li kellu mill-inqas event wieħed ta’ inadempjenza matul il-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, self li għalih ma huwa skedat l-ebda pagament fl-iskeda tal-pagamenti matul il-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar għandu jiġi eskluż mis-sett ta’ data użat għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza għal dak il-perjodu.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, irrispettivament minn jekk fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikunx qed juża sorsi ta’ data esterni, interni jew miġbura, jew taħlita tat-tlieta, it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun mill-inqas 36 xahar għal mill-inqas sors wieħed. Meta l-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li ilu jopera għal inqas minn 36 xahar għandu juża l-perjodu li matulu ilu jopera.

5.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżvelaw id-denominatur u n-numeratur użati għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza attwali tas-self kollu skont il-kategorija ta’ riskju f’konformità mal-paragrafu 2 għall-perijodu ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 4.

Artikolu 4

Metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza mistennija tas-self skont il-kategorija ta’ riskju

1.   Għall-pubblikazzjoni tar-rati ta’ inadempjenza mistennija tas-self kollu f’konformità mal-punt (b)(i) tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jibbażaw l-istimi tagħhom tar-rati ta’ inadempjenza mistennija skont il-kategorija ta’ riskju fuq ir-rati ta’ inadempjenza attwali tas-self skont il-kategorija ta’ riskju kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 3.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u irrispettivament minn jekk fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikunx qed juża sorsi ta’ data esterni, interni jew miġbura, jew taħlita tat-tlieta, għall-istima tar-rata ta’ inadempjenza mistennija tiegħu, it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun ta’ mill-inqas 36 xahar għal mill-inqas sors wieħed. Meta l-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li ilu jopera għal inqas minn 36 xahar għandu juża l-perjodu li matulu ilu jopera.

Artikolu 5

Assenjazzjoni għal kategoriji ta’ riskju

Għall-finijiet tal-Artikoli 3 u 4, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jassenjaw is-self individwali lill-kategorija ta’ riskju rilevanti stabbilita fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju abbażi ta’ kriterji sodi u definiti sew u b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha li jista’ jkollhom effetti sfavorevoli fuq il-prestazzjoni tas-self.

Artikolu 6

Preċiżjoni tad- data

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw il-konsistenza u l-adegwatezza tad-data użata għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/38


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2116

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-miżuri u l-proċeduri għall-pjan għall-kontinwità operazzjonali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 12(16) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri u l-proċeduri għall-pjan għall-kontinwità operazzjonali imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 ikunu armonizzati kif xieraq fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-miżuri u l-proċeduri ta’ tali pjan.

(2)

Biex jiġu indirizzati kif xieraq ir-riskji assoċjati mal-waqfien ta’ servizzi kritiċi, il-pjan għall-kontinwità operazzjonali jenħtieġ li jiżgura li s-servizzi kritiċi, inklużi dawk li jiġu esternalizzati, ikomplu jitwettqu minkejja l-falliment tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, jew tal-parti terza li lilha jkunu ġew esternalizzati s-servizzi kritiċi.

(3)

Minħabba l-firxa ta’ avvenimenti li jista’ jkollhom impatt detrimentali fuq il-prestazzjoni ta’ servizzi kritiċi, il-pjan għall-kontinwità operazzjonali jenħtieġ li jindirizza sitwazzjonijiet li jwasslu għal difett sinifikanti jew inadempjenza fil-prestazzjoni ta’ servizzi kritiċi.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-pjan għall-kontinwità operazzjonali jkun effettiv, huwa xieraq li jiġi stabbilit il-kontenut minimu tal-miżuri u l-proċeduri tal-pjan għall-kontinwità operazzjonali.

(5)

Huwa xieraq li jiġi ċċarat numru limitat ta’ termini tekniċi. Dawk id-definizzjonijiet tekniċi huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u, għalhekk, jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ ġabra unika tar-regoli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv tal-Unjoni. Dawk id-definizzjonijiet iservu biss għall-fini li jiġu stabbiliti l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u jenħtieġ li jkunu limitati strettament għall-fehim ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(7)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“servizzi kritiċi” tfisser servizzi operazzjonali u tan-negozju li d-difett jew l-inadempjenza tagħhom fit-twettiq tagħhom ifixklu materjalment il-konformità kontinwa ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mar-Regolament (UE) 2020/1503, jew il-prestazzjoni finanzjarja tiegħu, jew is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ finanzjament kollettiv tiegħu, b’mod partikolari fil-konfront tal-klijenti tiegħu.

(b)

“falliment” tfisser kwalunkwe proċediment ta’ insolvenza jew ta’ qabel l-insolvenza applikabbli skont il-liġi nazzjonali rilevanti jew kwalunkwe interruzzjoni sinifikanti tan-negozju.

(c)

“interruzzjoni sinifikanti tan-negozju” tfisser difett sinifikanti jew inadempjenza li tfixkel il-prestazzjoni ta’ servizzi kritiċi b’mod materjali.

Artikolu 2

Kontenut minimu tal-pjan għall-kontinwità operazzjonali

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżviluppaw pjan dettaljat għall-kontinwità operazzjonali li jindirizza r-riskji assoċjati mal-falliment tagħhom (“il-pjan għall-kontinwità operazzjonali”).

2.   Il-pjan għall-kontinwità operazzjonali għandu jinkludi:

(a)

miżuri u proċeduri biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-forniment ta’ servizzi kritiċi relatati ma’ investimenti eżistenti;

(b)

miżuri u proċeduri biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-ftehimiet bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-klijenti tiegħu u l-amministrazzjoni tajba ta’ data kummerċjali kritika.

Artikolu 3

Kontinwità tal-forniment ta’ servizzi kritiċi

1.   Il-pjan għall-kontinwità operazzjonali għandu jiżgura li s-servizzi kritiċi inklużi dawk li jiġu esternalizzati lil partijiet terzi, ikomplu jitwettqu minkejja l-falliment tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew tal-parti terza li lilha jkunu ġew esternalizzati s-servizzi kritiċi.

2.   Il-miżuri li jinsabu fil-pjan għall-kontinwità operazzjonali għandhom jiġu adattati għall-mudell kummerċjali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u għandhom jinkludu arranġamenti li jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi kritiċi permezz tal-esternalizzazzjoni ta’ xi wħud minn dawn is-servizzi kritiċi jew kollha kemm huma lil entità terza.

3.   Il-pjan għall-kontinwità operazzjonali għandu jinkludi dispożizzjonijiet għal:

(a)

in-notifika tal-klijent dwar l-okkorrenza ta’ avveniment ta’ falliment;

(b)

l-aċċess tal-klijenti għal informazzjoni relatata mal-investimenti tagħhom;

(c)

fejn applikabbli, l-issoktar tas-servizzjar ta’ self pendenti;

(d)

fejn applikabbli, il-kontinwazzjoni tas-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2020/1503, inklużi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu;

(e)

fejn applikabbli, it-trasferiment tal-arranġamenti ta’ salvagwardja tal-assi kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Artikolu 4

Amministrazzjoni tajba tal-ftehimiet

1.   Il-pjan għall-kontinwità operazzjonali għandu, filwaqt li jqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv kif ukoll il-mudell kummerċjali tiegħu, jistabbilixxi miżuri dettaljati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-ftehimiet bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-klijenti tiegħu.

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġi applikati għal:

(a)

ftehimiet bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-klijenti tiegħu, inkluża informazzjoni li hija ta’ importanza kritika għall-amministrazzjoni tajba tal-ftehimiet;

(b)

riżultati tat-test inizjali tal-għarfien kif imsemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(c)

data kummerċjali kritika oħra.

3.   Il-passi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu minn dan li ġej:

(a)

il-ħżin f’post sikur ta’ ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2, punt (a), fejn l-oriġinal ikun disponibbli biss f’forma stampata;

(b)

back-up rilevanti tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.   L-informazzjoni u l-ftehimiet li jippermettu t-traċċar tal-pagamenti magħmula mill-investituri u mis-sidien tal-proġetti għandhom jitqiesu bħala data kummerċjali kritika għall-finijiet tal-paragrafu 2, punt (c).

Artikolu 5

Proċeduri

1.   Il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(2) għandhom jiġu adattati għall-mudell kummerċjali tal-fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv u għandhom jinkludu:

(a)

il-ġbir ta’ lista ta’ dettalji ta’ kuntatt tal-persuni jew tad-dipartiment responsabbli f’każ ta’ falliment tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(b)

l-identifikazzjoni tat-tliet xenarji ta’ falliment l-aktar probabbli u d-deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu biex jittaffa l-impatt tagħhom fuq il-kontinwità tas-servizzi kritiċi;

(c)

dispożizzjonijiet dwar l-aċċess mill-persunal tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għall-ispazju tax-xogħol u n-network tal-kumpaniji;

(d)

dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni tal-klijent u, fejn rilevanti, l-assi tal-klijenti;

(e)

l-identifikazzjoni tar-riskji operazzjonali u finanzjarji kif ukoll miżuri biex titnaqqas l-okkorrenza tagħhom;

(f)

l-identifikazzjoni ta’ sistemi kummerċjali kritiċi u miżuri ta’ kontinġenza biex tiġi żgurata l-kontinwità tagħhom;

(g)

identifikazzjoni ta’ relazzjonijiet kummerċjali kritiċi, inklużi funzjonijiet esternalizzati;

(h)

proċeduri biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-komunikazzjoni bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, il-klijenti tiegħu, is-sħab kummerċjali, l-impjegati u l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/42


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2117

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi protett l-investitur kif ukoll biex tiġi promossa sistema effettiva ta’ governanza interna jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jipprovdu għall-klijenti tagħhom fuq is-sit web tagħhom aċċess faċli għal deskrizzjoni ċara, li tinftiehem u aġġornata rigward il-proċedura għat-trattament tal-ilmenti tagħhom.

(2)

Sabiex jiġu evitati proċeduri diverġenti għat-trattament tal-ilmenti fost il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv fl-Unjoni, jenħtieġ li l-klijenti jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom bl-użu ta’ formati standard armonizzati.

(3)

Sabiex jiġi pprovdut livell adegwat ta’ protezzjoni għall-investituri huwa xieraq li l-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikunu obbligati jiżguraw li tal-inqas l-ilmentaturi jitħallew iressqu lmenti fil-lingwa użata mill-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv meta jippromwovu s-servizzi jew l-offerti ta’ finanzjament kollettiv tagħhom fl-Unjoni.

(4)

Sabiex jiġi żgurat trattament fil-pront u f’waqtu tal-ilmenti, il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jikkonfermaw li rċevew kull lment u jinfurmaw lill-ilmentatur fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu l-ilment dwar jekk dan l-ilment huwiex ammissibbli. Wara l-konferma li l-ilment ikun wasal, l-ilmentatur jenħtieġ li jirċievi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna jew tad-dipartiment għal kwalunkwe mistoqsija relatata mal-ilment, kif ukoll perjodu ta’ żmien indikattiv li fih tkun mistennija d-deċiżjoni dwar l-ilment. Meta lment jitqies inammissibbli, jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jinforma lill-ilmentatur bid-deċiżjoni tiegħu u jipprovdi lill-ilmentatur bir-raġunijiet għal din l-inammissibbiltà.

(5)

Sabiex tiġi żgurata investigazzjoni fil-pront, f’waqtha u ġusta tal-ilmenti, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, malli jirċievu lment, jivvalutaw jekk dak l-ilment huwiex ċar, komplut u jkunx fih l-evidenza u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex huma jindirizzawh. Fejn ikun xieraq, għandha tintalab informazzjoni addizzjonali minnufih. Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jiġbru u jinvestigaw l-evidenza u l-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-ilment. L-ilmentaturi għandhom jinżammu infurmati kif dovut dwar il-proċess tat-trattament tal-ilmenti.

(6)

Sabiex jiġi żgurat trattament ġust u effettiv tal-ilmenti, huwa meħtieġ li d-deċiżjonijiet dwar l-ilmenti jindirizzaw il-punti kollha mqajma mill-ilmentatur fl-ilment tiegħu. Barra minn hekk, l-ilmenti li jippreżentaw ċirkostanzi simili jenħtieġ li jirriżultaw f’deċiżjonijiet konsistenti, dment li l-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma jkunx jista’ jipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal xi devjazzjoni possibbli minn deċiżjoni li tkun ittieħdet.

(7)

Sabiex jiġi żgurat trattament fil-pront tal-ilmenti, id-deċiżjonijiet dwar l-ilmenti jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-ilmentatur malajr kemm jista’ jkun u fil-perjodu ta’ żmien determinat fil-proċedura għat-trattament tal-ilmenti. F’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma jkunx jista’ jissodisfa dan il-perjodu ta’ żmien, l-ilmentatur jenħtieġ li jiġi infurmat bir-raġunijiet għad-dewmien u bid-data sa meta se tintbagħat deċiżjoni.

(8)

Meta d-deċiżjoni dwar ilment ma tindirizzax b’mod pożittiv it-talba kollha tal-ilmentatur, huwa xieraq li d-deċiżjoni jkun fiha raġunament bir-reqqa u informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli.

(9)

Sabiex jiġu żgurati interazzjonijiet effiċjenti, il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jikkomunikaw mal-ilmentaturi b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Jenħtieġ li l-komunikazzjonijiet tal-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv isiru b’mezzi elettroniċi bil-miktub jew, fuq talba tal-ilmentatur, f’forma stampata.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA).

(11)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(12)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Proċeduri għat-trattament tal-ilmenti

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “ilment” tfisser dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon indirizzata lil fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv minn wieħed mill-klijenti tiegħu relatata mal-forniment tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

2.   Il-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandhom jipprovdu lill-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv b’informazzjoni ċara u preċiża u għandu jkun fihom mill-inqas dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tal-ilmenti;

(b)

l-informazzjoni li tindika li l-ilmenti jiġu ppreżentati u ttrattati mingħajr ħlas;

(c)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kif għandhom jitressqu l-ilmenti, inklużi:

(1)

l-informazzjoni li l-ilmenti jridu jiġu ppreżentati bl-użu tal-mudell standard stabbilit fl-Anness;

(2)

it-tip ta’ informazzjoni u evidenza li għandhom jiġu pprovduti mill-ilmentatur;

(3)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li lilha jew id-dipartiment li lilu jridu jiġu indirizzati l-ilmenti;

(4)

il-pjattaforma elettronika, is-sistema jew l-indirizz fejn iridu jiġu ppreżentati l-ilmenti;

(5)

il-lingwa jew il-lingwi li bihom l-ilmentatur jista’ jressaq ilment skont l-Artikolu 2(2);

(d)

il-proċess għat-trattament tal-ilmenti, kif speċifikat fl-Artikoli minn 3 sa 5;

(e)

il-perjodu ta’ żmien li fih tiġi nnotifikata lill-ilmentatur id-deċiżjoni dwar l-ilment.

3.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom ikunu jistgħu jemendaw il-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti, fejn xieraq. Huma għandhom jippubblikaw deskrizzjoni aġġornata ta’ tali proċeduri fuq is-sit web tagħhom, kif ukoll il-mudell standard stabbilit fl-Anness, u jiżguraw li kemm id-deskrizzjoni kif ukoll dan il-mudell ikunu faċilment aċċessibbli minn fuq is-sit web tagħhom.

4.   Id-deskrizzjoni tal-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti u l-mudell standard stabbilit fl-Anness għandhom jiġu ppubblikati f’kull waħda mil-lingwi tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imsemmija fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (UE) 2020/1503 jew tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Format u lingwa standard

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti b’mezzi elettroniċi, bl-użu tal-mudell standard stabbilit fl-Anness.

2.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti fi kwalunkwe waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 1(4).

Artikolu 3

Il-konferma li l-ilment wasal u l-verifika ta’ ammissibbiltà

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jikkonfermaw li rċevew ilment u jinfurmaw lill-ilmentatur dwar jekk l-ilment huwiex ammissibbli fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta jirċevuh. Meta lment ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2), il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jipprovdu lill-ilmentatur bi spjegazzjoni ċara tar-raġunijiet l-għaliex l-ilment ġie rrifjutat għax inammissibbli.

2.   Il-konferma li l-ilment wasal għandu jkun fiha dan li ġej:

(a)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefon, tal-persuna li lilha, jew id-dipartiment li lilu, l-ilmentaturi jistgħu jindirizzaw kwalunkwe mistoqsija relatata mal-ilment tagħhom;

(b)

referenza għall-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (e).

Artikolu 4

Investigazzjoni tal-ilmenti

1.   Malli jirċievu lment ammissibbli, il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jivvalutaw jekk l-ilment huwiex ċar u komplut. B’mod partikolari huma għandhom jivvalutaw jekk l-ilment fihx l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti kollha. Meta fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jikkonkludi li lment ma jkunx ċar jew ma jkunx komplut, huwa għandu jitlob minnufih kwalunkwe informazzjoni jew evidenza addizzjonali meħtieġa biex l-ilment jiġi ttrattat b’mod xieraq.

2.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jiġbru u jeżaminaw l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti kollha rigward l-ilment.

3.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom iżommu lill-ilmentatur infurmat kif dovut dwar kwalunkwe pass addizzjonali meħud biex jiġi ttrattat l-ilment, u jwieġbu mingħajr ebda dewmien żejjed għal talbiet raġonevoli magħmulin mill-ilmentatur dwar informazzjoni.

Artikolu 5

Deċiżjonijiet

1.   Fid-deċiżjoni tiegħu dwar ilment, il-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jindirizza l-punti kollha mqajma fl-ilment u għandu jiddikjara r-raġunijiet għall-eżitu tal-investigazzjoni. Din id-deċiżjoni għandha tkun konsistenti ma’ kwalunkwe deċiżjoni preċedenti meħuda mill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv fir-rigward ta’ lmenti simili, sakemm il-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma jkunx jista’ jiġġustifika l-għaliex ittieħdet konklużjoni differenti.

2.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom dwar ilment lill-ilmentatur malajr kemm jista’ jkun u fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 1(2).

3.   Meta f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali d-deċiżjoni dwar ilment ma tkunx tista’ tiġi pprovduta fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 1(2), il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-ilmentatur dwar ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u jispeċifikaw id-data tad-deċiżjoni.

4.   Meta d-deċiżjoni ma tissodisfax it-talba tal-ilmentatur jew tissodisfaha biss parzjalment, id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi bir-reqqa r-raġunament u għandu jkun fiha informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli.

Artikolu 6

Komunikazzjoni mal-ilmentaturi

1.   Meta jittrattaw l-ilmenti, il-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jikkomunikaw mal-ilmentaturi b’lingwaġġ ċar u sempliċi li jkun faċli biex jinftiehem.

2.   Kwalunkwe komunikazzjoni magħmula mill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv skont l-Artikoli minn 3 sa 5 li tkun indirizzata lil ilmentatur għandha ssir bil-lingwa li biha l-ilmentatur ikun ressaq l-ilment tiegħu, dment li l-lingwa użata mill-ilmentatur tkun waħda mil-lingwi msemmijin fl-Artikolu 1(4). Il-komunikazzjoni jenħtieġ li ssir b’mezzi elettroniċi bil-miktub jew, fuq talba tal-ilmentatur, f’forma stampata.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Il-format standard għas-sottomissjoni tal-ilmenti

IS-SOTTOMISSJONI TA’ LMENT

(li għandha tintbagħat mill-klijent lill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv)

1.a   Id-data personali tal-ilmentatur

KUNJOM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA

ISEM

NUMRU TA’ REĠISTRAZZJONI U LEI (JEKK DISPONIBBLI)

 

 

 


INDIRIZZ:

TRIQ, NUMRU, SULAR

(għall-uffiċċju rreġistrat tad-ditti)

KODIĊI POSTALI:

BELT

PAJJIŻ

 

 

 

 


TELEFOWN

 

POSTA ELETTRONIKA

 

1.b   Id-dettalji ta’ kuntatt (jekk differenti minn 1.a)

KUNJOM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA

ISEM

 

 


INDIRIZZ:

TRIQ, NUMRU, SULAR

(għall-uffiċċju rreġistrat tad-ditti)

KODIĊI POSTALI:

BELT

PAJJIŻ

 

 

 

 


TELEFOWN

 

POSTA ELETTRONIKA

 

2.a   Id-data personali tar-rappreżentant legali (jekk applikabbli) (il-prokura jew dokument uffiċjali ieħor bħala prova tal-ħatra tar-rappreżentant)

KUNJOM

ISEM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA

NUMRU TA’ REĠISTRAZZJONI U LEI (JEKK DISPONIBBLI)

 

 

 


INDIRIZZ:

TRIQ, NUMRU, SULAR

(għall-uffiċċju rreġistrat tad-ditti)

KODIĊI POSTALI:

BELT

PAJJIŻ

 

 

 

 


TELEFOWN

 

POSTA ELETTRONIKA

 

2.b   Id-dettalji ta’ kuntatt (jekk differenti minn 2.a)

KUNJOM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA

ISEM

 

 


INDIRIZZ:

TRIQ, NUMRU, SULAR

(għall-uffiċċju rreġistrat tad-ditti)

KODIĊI POSTALI:

BELT

PAJJIŻ

 

 

 

 


TELEFOWN

 

POSTA ELETTRONIKA

 

3.   Informazzjoni dwar l-ilment

3.a   Ir-referenza sħiħa tal-investiment jew tal-ftehim li miegħu huwa relatat l-ilment (jiġifieri n-numru ta’ referenza tal-investiment, l-isem ta’ sid il-proġett/il-kumpanija jew tal-proġett ta’ finanzjament kollettiv, ir-referenzi l-oħra tat-tranżazzjonijiet rilevanti...)

 

3.b   Id-deskrizzjoni tas-suġġett tal-ilment (speċifika b’mod ċar is-suġġett tal-ilment)

 

Ipprovdi dokumentazzjoni li ssostni l-fatti msemmija.

3.c   Id-data(i) tal-fatti li wasslu għall-ilment

 

3.d   Id-deskrizzjoni tal-ħsara, it-telf jew id-dannu kkawżati (fejn rilevanti)

 

3.e   Kummenti oħra jew l-informazzjoni rilevanti (jekk hemm)

 


Fi

(post)

nhar

(data)

 

FIRMA


ILMENTATUR/RAPPREŻENTANT LEGALI

Dokumentazzjoni pprovduta (immarka l-kaxxa xierqa):

 

Prokura jew dokument rilevanti ieħor

 

 

Kopja tad-dokumenti kuntrattwali tal-investimenti li għalihom jirreferi l-ilment.

 

 

Dokumenti oħra li jsostnu l-ilment:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/50


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2118

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-immaniġġjar ta’ portafolli individwali ta’ self minn fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, li jispeċifikaw l-elementi tal-metodu għall-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-informazzjoni dwar kull portafoll individwali li għandha tiġi żvelata lill-investituri, u l-politiki u l-proċeduri meħtieġa fir-rigward tal-fondi ta’ kontinġenza

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Meta jinvestu f’portafoll ta’ self offrut minn fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, l-investituri ma jagħżlux il-proġetti li fihom se jinvestu l-fondi tagħhom, imma jagħżlu għadd ta’ parametri u indikaturi tar-riskju u jħallu f’idejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament biex jalloka l-fondi kif xieraq. Għaldaqstant, il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jiżvela l-livelli xierqa ta’ informazzjoni lil investituri prospettivi u attwali, biex ikun possibbli li dawn l-investituri jkollhom biżżejjed għarfien dwar ir-redditi u r-riskji tal-proġetti u jieħdu deċiżjonijiet informati.

(2)

Sabiex titnaqqas l-asimmetrija tal-informazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament u l-investituri, jenħtieġ li l-investituri jiġu pprovduti bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll, inklużi l-proġetti fejn jiġu investiti l-fondi tagħhom, kif ukoll il-kwalità tas-self li jiffinanzja dawn il-proġetti. Jenħtieġ li dan jippermetti lill-investituri jifhmu u jqabblu aħjar il-prestazzjoni u l-livell ta’ riskju ta’ portafolli differenti, kemm jekk offruti fuq l-istess pjattaforma jew fuq pjattaformi alternattivi.

(3)

L-investituri mhumiex esposti biss għal riskji marbuta mal-proġetti jew mas-self li fihom jiġu investiti l-fondi tagħhom, imma anki għall-mod kif il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jivvaluta r-riskju ta’ dak is-self u dawk il-proġetti u kif dak il-fornitur jimmaniġġja l-għażla tas-self għall-portafoll. F’dan ir-rigward, it-twettiq ta’ testijiet tal-istress fuq l-analiżi tal-portafoll u tas-sensittività fuq is-selfa individwali u d-detentur tal-proġett individwali jista’ jkun partikolarment effettiv biex jipprovdi valutazzjoni profonda u kompluta tal-investimenti. Għalhekk huwa xieraq li, meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv iwettaq tali testijiet tal-istress, ir-riżultati ta’ dawn l-analiżijiet jiġu żvelati lill-investituri.

(4)

Sabiex tiġi żgurata trasparenza effettiva, l-informazzjoni dwar l-elementi li għandhom jiġu inklużi mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fil-metodu użat biex jitwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-kreditu jenħtieġ li tiġi żvelata kif xieraq. Din tippermetti lill-investituri jifhmu jekk il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jiħdux approċċ adegwat u prudenzjali fil-proċess tal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-proġetti li jkunu qed jiġu ffinanzjati, l-affordabilità tas-self għad-detenturi tal-proġett, u l-kompożizzjoni tas-self individwali f’portafoll strutturat.

(5)

Jista’ jagħti l-każ li fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jagħmel użu minn fond ta’ kontinġenza ddedikat biex jikkumpensa lill-investituri għat-telf li dawk l-investituri jistgħu jġarrbu f’każ li d-detenturi tal-proġetti ma jħallsux lura s-self tagħhom. L-investituri jridu jiġu informati li s-sempliċi eżistenza ta’ tali fond ta’ kontinġenza ma tipprovdix garanzija li l-investiment jista’ jitqies bħala mingħajr riskju u li se jiġu rimborżati f’każ li s-selfa li jkunu ffinanzjaw tkun inadempjenti, billi hemm diskrezzjoni assoluta min-naħa tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv biex jiddeċiedi dwar kwalunkwe pagament. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-investituri, huwa importanti li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikollhom fis-seħħ politiki u arranġamenti ta’ governanza xierqa meta jimmaniġġjaw, jew direttament jew permezz ta’ fornitur terz, fondi ta’ kontinġenza.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u ppreżentati lill-Kummissjoni.

(7)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Preċiżjoni u affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-investituri

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lill-investituri skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 tkun preċiża, affidabbli u tinżamm aġġornata regolarment.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li:

(a)

id-data użata biex jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament tkun konsistenti, kompluta u xierqa;

(b)

it-tekniki tal-kejl ikunu xierqa għall-kumplessità u għal-livell tar-riskji sottostanti għall-proġetti uniċi u/jew għall-portafolli ta’ proġetti ta’ finanzjament kollettiv, ikunu bbażati fuq data affidabbli, u jkunu soġġetti għal validazzjoni perjodika; u

(c)

il-proċeduri relatati mal-ġestjoni tad-data huma robusti, dokumentati sew, affidabbli u aġġornati regolarment.

Artikolu 2

Format tal-informazzjoni li għandha tiġi żvelata

1.   Għall-finijiet tal-Kapitolu II, l-informazzjoni pprovduta lill-investituri għandha tkun faċilment disponibbli fit-taqsima ddedikata tas-sit web tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, li tista’ tintgħaraf b’mod ċar mill-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-Kapitolu III, l-informazzjoni pprovduta lill-investituri individwali dwar il-portafoll tagħhom ta’ self għandha tkun disponibbli fuq paġna sigura tas-sit web tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz adegwat ta’ identifikazzjoni personali.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi ppreżentata b’mod li jaġevola l-qari u espressa b’mod u bl-użu ta’ lingwaġġ li jiffaċilita l-fehim tagħha. Fejn jista’ jintuża kliem ordinarju għandhom jiġu evitati termini tekniċi u, meta jintużaw, dawn għandhom ikunu spjegati.

KAPITOLU II

Elementi, inkluż il-format, li għandhom jiġu inklużi fid-deskrizzjoni tal-metodu għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Artikolu 3

Riskju ta’ kreditu ta’ proġetti individwali ta’ finanzjament kollettiv

Id-deskrizzjoni pprovduta lill-investituri tal-metodu biex jiġi vvalutat ir-riskju ta’ kreditu ta’ proġetti individwali ta’ finanzjament kollettiv f’portafoll, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1503, għandu jkun fiha l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

il-kriterji u l-indikaturi finanzjarji ewlenin użati biex jiġu stabbiliti l-fattibbiltà u s-sostenibbiltà tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju tal-proġetti individwali ta’ finanzjament kollettiv;

(b)

analiżi tal-flussi ta’ flus mistennija tal-proġetti ta’ finanzjament kollettiv u valutazzjoni ta’ kif ċerti flussi ta’ flus mistennija huma fuq orizzonti ta’ żmien differenti;

(c)

analiżi tal-karatteristiċi, inkluż il-grad ta’ kompetizzjoni, tal-qasam ta’ negozju li fih joperaw id-detenturi tal-proġett;

(d)

valutazzjoni tal-għarfien, tal-esperjenza, tar-reputazzjoni u tal-kapaċità tad-detenturi tal-proġett biex jimmaniġġjaw l-attivitajiet ta’ negozju fis-settur speċifiku tal-proġett;

(e)

il-proċeduri rigward l-aċċettazzjoni u r-rikonoxximent ta’ kollateral jew garanzija u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, jekk rilevanti;

(f)

it-tip tal-iskeda ta’ ħlas lura għas-selfa u l-frekwenza tal-pagamenti parzjali;

(g)

il-proċeduri biex kull selfa assoċjata ma’ proġett tiġi assenjata għal kategorija ta’ riskju xierqa kif definit fil-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju;

(h)

is-sors u t-tip ta’ data użata għall-finijiet tal-punti (a) sa (g).

Artikolu 4

Riskju ta’ kreditu fil-livell ta’ portafoll tal-investitur

1.   Id-deskrizzjoni pprovduta lill-investituri tal-metodu biex jiġi vvalutat ir-riskju ta’ kreditu fil-livell tal-portafoll tal-investitur kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandu jkun fiha spjegazzjoni ta’ kif jitqiesu l-elementi li ġejjin fil-proċess ta’ kompożizzjoni ta’ portafoll:

(a)

id-distribuzzjoni tas-self f’konformità mal-maturità tagħhom fl-istess portafoll;

(b)

ir-rata tal-imgħax għal kull selfa tal-istess portafoll;

(c)

is-sehem tas-self f’portafoll uniku mogħti lill-istess detentur tal-proġett jew lil grupp ta’ detenturi tal-proġetti konnessi;

(d)

is-sehem tas-self f’portafoll uniku mogħti lil detenturi tal-proġetti stabbiliti jew li joperaw fl-istess ġuriżdizzjoni jew żona ġeografika;

(e)

is-sehem tas-self f’portafoll uniku mogħti lil detenturi tal-proġetti li joperaw fl-istess settur tan-negozju;

(f)

is-sehem tas-self assenjat għall-istess kategorija ta’ riskju;

(g)

il-metodu użat biex tiġi evalwata l-korrelazzjoni tar-riskji fl-istess portafoll.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c), grupp ta’ detenturi tal-proġetti konnessi għandu jfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li jikkostitwixxu riskju wieħed għax waħda minnhom, direttament jew indirettament, għandha kontroll fuq l-oħra jew l-oħrajn;

(b)

żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li huma tant interkonnessi li, jekk waħda minnhom kellha tesperjenza problemi finanzjarji, l-oħra jew l-oħrajn kollha x’aktarx li jiltaqgħu wkoll ma’ diffikultajiet ta’ finanzjament jew ta’ ħlas lura.

3.   Fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jirreklama rata fil-mira speċifika ta’ redditu fuq l-investiment għal portafoll għandu jiżvela l-proċedura użata biex jintgħażel is-self individwali li għandu jiġi inkluż fil-portafoll.

Artikolu 5

Riskju ta’ kreditu tad-detenturi tal-proġetti

Id-deskrizzjoni pprovduta lill-investituri tal-metodu użat biex jiġi vvalutat ir-riskju ta’ kreditu tad-detenturi tal-proġett kif imsemmija fl-Artikolu 6(2)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1503, għandu jkun fiha l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

il-proċeduri għall-approvazzjoni tal-kreditu u l-proċessi ta’ monitoraġġ;

(b)

il-proċeduri biex jiġi ddeterminat il-punteġġ tal-kreditu tad-detentur tal-proġett, jekk applikabbli;

(c)

il-proċeduri għall-użu ta’ klassifikazzjonijiet esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ detentur tal-proġett;

(d)

il-proċeduri rigward l-aċċettazzjoni u r-rikonoxximent ta’ kollateral jew garanzija u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, jekk rilevanti;

(e)

il-proċeduri u d-data użati għall-valutazzjoni tal-istorja finanzjarja tad-detentur tal-proġett u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ li d-detentur tal-proġett jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa jew jirrifjuta li jagħmel dan.

Artikolu 6

L-użu ta’ mudelli

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata dwar il-mudelli inklużi fil-metodu użat għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-proġetti ta’ finanzjament kollettiv, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tad-detenturi tal-proġetti, għall-approvazzjoni tal-kreditu u l-proċessi ta’ monitoraġġ, u għall-kompożizzjoni tal-portafolli, inkluż dan kollu li ġej:

(a)

is-sors tad-data użata bħala input għall-mudelli;

(b)

il-qafas użat biex tiġi żgurata l-kwalità tad-data tal-input;

(c)

l-eżistenza ta’ arranġamenti ta’ governanza xierqa għat-tfassil u l-użu ta’ tali mudelli;

(d)

il-qafas biex jiġi żgurat li l-kwalità tal-output tal-mudell tiġi vvalutata u vvalidata regolarment, u fejn xieraq, analizzata.

2.   Meta jintużaw mudelli awtomatizzati bħala parti mill-metodu għall-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta’ proġetti ta’ finanzjament kollettiv, fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tad-detenturi tal-proġett, fl-approvazzjoni ta’ kreditu u l-proċessi ta’ monitoraġġ, jew fil-kompożizzjoni tal-portafolli, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżvelaw dan kollu li ġej:

(a)

kif l-użu ta’ mudelli awtomatizzati huwa xieraq għad-daqs, għan-natura u għall-kumplessità tat-tipi ta’ proġetti ta’ finanzjament kollettiv magħżula għall-portafoll tal-investitur;

(b)

il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat fl-approvazzjoni tal-kreditu u fil-proċessi ta’ monitoraġġ, inkluż l-identifikazzjoni ta’ self, segmenti u limiti li għalihom huwa permess it-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

Artikolu 7

Informazzjoni dwar l-ittestjar tal-istress u l-analiżi tas-sensittività

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jwettqu testijiet tal-istress u eżerċizzji ta’ analiżi tas-sensittività għandhom jipprovdu lill-investituri informazzjoni dwar dan kollu li ġejjin:

(a)

fil-livell tas-selfa unika u tad-detentur tal-proġett uniku, kwalunkwe analiżi tas-sensittività mwettqa biex tirrifletti events futuri tas-suq u idjosinkratiċi potenzjalment negattivi li huma rilevanti għat-tip u għall-iskop tas-selfa;

(b)

fil-livell tal-portafoll, il-proċeduri u s-sistemi ta’ informazzjoni għall-ittestjar tal-istress li jitwettqu biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tal-portafoll matul iċ-ċiklu ekonomiku u f’xenarji differenti.

KAPITOLU III

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar kull portafoll individwali

Artikolu 8

Kalkolu tar-rata tal-imgħax annwali medja ponderata

1.   Għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax annwali medja ponderata fuq is-self f’portafoll kif imsemmi fl-Artikolu 6(4)(b) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jikkalkulaw il-medja, ponderata għall-ammont pendenti ta’ self f’portafoll, tar-rata tal-imgħax annwali ta’ kull selfa li l-portafoll huwa magħmul minnha.

2.   Sabiex jikkalkulaw ir-rata tal-imgħax annwali medja ponderata msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)

li d-denominatur jikkonsisti fis-somma tal-ammont nozzjonali ta’ kull selfa inkluża fil-portafoll;

(b)

li n-numeratur jikkonsisti fis-somma tal-prodotti ta’:

(i)

l-ammont nozzjonali ta’ kull selfa;

(ii)

ir-rata tal-imgħax annwali ta’ kull selfa inkluża fil-portafoll;

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b)(ii), ir-rata tal-imgħax annwali għandha tikkorrispondi għal xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ rata tal-imgħax fissa, ir-rata tal-imgħax annwali kif stabbilita fil-kuntratt tas-self;

(b)

fil-każ ta’ rata varjabbli, ir-rata tal-imgħax fis-seħħ fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-medja ponderata tar-rata tal-imgħax annwali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe limitu massimu kif stabbilit fil-kuntratt tas-self;

(c)

f’każijiet fejn is-selfa tinqasam f’segmenti b’rati tal-imgħax differenti, il-medja ponderata tar-rati tal-imgħax kif stabbilit fil-kuntratt tas-selfa.

Artikolu 9

Distribuzzjoni tas-self skont il-kategorija ta’ riskju

1.   Għall-kalkolu tad-distribuzzjoni ta’ self skont il-kategorija ta’ riskju, f’numri assoluti u bħala perċentwal, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li kull selfa individwali tiġi assenjat lill-kategorija ta’ riskju rilevanti stabbilita fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju fuq il-bażi ta’ kriterji sodi u definiti sew, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(f) tar-Regolament (UE) 2020/1503, u kif speċifikat f’konformità mal-Artikolu 19(7)(d) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, u għal kull kategorija ta’ riskju, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-distribuzzjoni ta’ self skont il-kategorija ta’ riskju f’numri assoluti għandha tirreferi għas-somma tal-ammont nozzjonali ta’ kull selfa fl-istess kategorija ta’ riskju.

(b)

id-distribuzzjoni ta’ self skont il-kategorija ta’ riskju bħala perċentwal għandha tirreferi għall-proporzjon bejn:

(i)

is-somma tal-ammont nozzjonali ta’ kull selfa fl-istess kategorija ta’ riskju;

(ii)

l-ammont nozzjonali totali tas-self kollu fil-portafoll.

3.   Għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni lill-investituri, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri ċari u effettivi għall-ispeċifikazzjoni tal-kategoriji ta’ riskju.

Artikolu 10

Informazzjoni ewlenija għal kull selfa inkluża fil-portafoll

1.   L-informazzjoni ewlenija għal kull selfa li minnha huwa magħmul portafoll imsemmija fl-Artikolu 6(4)(d) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandu jkun fiha dan kollu li ġej:

(a)

l-ammont tas-selfa, inkluż il-bilanċ pendenti l-aktar reċenti;

(b)

il-munita li fiha tingħata s-selfa;

(c)

l-entità responsabbli għall-għoti ta’ service b’rabta mas-selfa, inkluż l-isem ġuridiku, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-post tar-reġistrazzjoni tagħha, l-uffiċċju rreġistrat u d-dettalji ta’ kuntatt, u l-politika tagħha tal-għoti ta’ service;

(d)

l-identità tad-detentur tal-proġett, inkluża l-indikazzjoni tal-isem ġuridiku tiegħu, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat u s-sit web korporattiv;

(e)

l-istruttura tas-sjieda tad-detentur tal-proġett;

(f)

l-iskop tas-selfa, billi tiżdied deskrizzjoni qasira tal-proġett ta’ finanzjament kollettiv;

(g)

ir-rata tal-imgħax jew kwalunkwe kumpens ieħor stipulat fis-selfa, għal kull sena sal-maturità, u jekk ir-rata tal-imgħax jew kwalunkwe kumpens ieħor ma jkunx disponibbli, il-metodu tal-kalkolu;

(h)

id-data ta’ maturità tas-selfa;

(i)

il-kategorija ta’ riskju rilevanti li għaliha tiġi assenjata s-selfa f’konformità mal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 4(4)(f) tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(j)

l-iskeda ta’ ħlas lura tal-kapital u għall-ħlas tal-imgħax fuq is-selfa;

(k)

il-konformità tad-detentur tal-proġett mal-iskeda tal-ħlas parzjali tas-selfa billi jiġi indikat kwalunkwe ħlas wara d-data tal-għeluq jew kwalunkwe inadempjenza kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2115 (4);

(l)

il-perċentwal tal-ammont tal-proġett ta’ finanzjament kollettiv li qed jiġi ffinanzjat mill-investitur permezz tas-selfa, espress bħala l-proporzjon bejn:

(i)

l-ammont nozzjonali tas-selfa;

(ii)

l-ammont totali tal-proġett ta’ finanzjament kollettiv.

2.   L-informazzjoni pprovduta għal kull selfa inkluża f’portafoll għandha tirrapporta jekk detentur tal-proġett għandux aktar minn proġett ta’ finanzjament kollettiv wieħed fis-seħħ iffinanzjat permezz ta’ kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, u trid tingħata l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

it-tip ta’ offerta u l-istrument użat għall-finanzjament tal-proġett;

(b)

id-data tat-tlestija (fil-passat jew mistennija);

(c)

l-ammont nozzjonali li d-detentur tal-proġett qed jissellef;

(d)

informazzjoni rilevanti oħra, inklużi l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti l-oħra kollha.

3.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jirrikjedi li d-detentur tal-proġett jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu passi xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta mid-detenturi tal-proġetti f’konformità mal-paragrafu 3 tkun preċiża, affidabbli u aġġornata.

Artikolu 11

Informazzjoni dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 6(4)(e) tar-Regolament (UE) 2020/1503, “miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju” għandha tfisser teknika użata minn detentur tal-proġett biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ selfa, li jista’ jkollha waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

“protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu”, li tfisser teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju fejn it-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu assoċjat ma’ selfa jirriżulta mid-dritt tal-investitur, f’każ ta’ inadempjenza tas-selfa jew jekk iseħħu events ta’ kreditu speċifiċi oħra relatati mal-proġett jew mad-detentur tal-proġett, li jillikwida jew jikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta’ ċerti assi jew ammonti, jew li jżommhom, jew li jnaqqas l-ammont tas-selfa;

(b)

“protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata”, li tfisser teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju fejn it-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ selfa jirriżulta mill-obbligu ta’ parti terza li tħallas ammont f’każ ta’ inadempjenza tas-selfa jew jekk iseħħu events ta’ kreditu speċifiċi oħra relatati mal-proġett jew mad-detentur tal-proġett.

2.   Jekk self jiġi ggarantit minn “protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu” kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

it-tip ta’ assi(jiet);

(b)

il-valwazzjoni l-aktar reċenti ta’ tali assi(jiet) u l-ammont(i) li jistgħu jiġu likwidati, trasferiti, miżmuma jew approprjati;

(c)

il-metodu ta’ valwazzjoni;

(d)

il-proporzjon bejn l-ammont imsemmi fil-punt (b) u l-ammont nozzjonali totali tas-selfa, espress bħala perċentwal.

3.   Jekk self jiġi ggarantit minn “protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata” kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jipprovdi, bħala minimu, l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u n-natura legali tal-parti terza li taġixxi bħala fornitur jew garanti tal-protezzjoni;

(b)

il-proporzjon bejn:

(i)

l-ammont nozzjonali tas-selfa kopert mill-parti terza;

(ii)

l-ammont nozzjonali totali tas-selfa, espress bħala perċentwal.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)

li l-eliġibbiltà u l-valwazzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju tiġi vvalutata f’konformità ma’ politiki u proċeduri adegwati fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(f) tar-Regolament (UE) 2020/1503 u kif speċifikat f’konformità mal-Artikolu 19(7)(d) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

li l-valwazzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju tqis il-kostijiet kollha tad-disponiment li jirriżultaw mill-kisba u l-bejgħ tal-kollateral.

Artikolu 12

Informazzjoni dwar inadempjenzi fuq ftehimiet ta’ kreditu mid-detentur tal-proġett

1.   Sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 6(4)(f) tar-Regolament (UE) 2020/1503, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jeżiġu li d-detenturi tal-proġetti jipprovdu informazzjoni dwar l-inadempjenzi li seħħew skont il-ftehimiet ta’ kreditu fl-aħħar 5 snin.

2.   Meta “ftehim ta’ kreditu” jirreferi għal ftehim li bih investitur jagħti kreditu lil detentur tal-proġett fil-forma ta’ selfa għal proġett ta’ finanzjament kollettiv speċifiku, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“inadempjenza” tfisser “inadempjenza” kif definit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2115;

(b)

“ftehim ta’ kreditu” tfisser ftehim li bih investitur jagħti kreditu lil detentur tal-proġett fil-forma ta’ selfa għal proġett ta’ finanzjament kollettiv speċifiku.

3.   L-informazzjoni dwar l-inadempjenzi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata mid-detentur tal-proġett lill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fil-każijiet kollha:

(a)

fil-punt tal-oriġinazzjoni tas-self;

(b)

immedjatament wara li jseħħ event ta’ inadempjenza;

(c)

sad-data ta’ maturità tal-ftehim ta’ kreditu inkluż fil-portafoll.

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu passi xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta mid-detenturi tal-proġetti f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 tkun preċiża, affidabbli u aġġornata.

5.   Jekk “ftehim ta’ kreditu” jkun ifisser kwalunkwe strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(50) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar inadempjenzi passati, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jeżiġu li d-detenturi tal-proġetti jipprovdu l-informazzjoni kollha li ġejja għall-aħħar 5 snin:

(a)

jiem wara d-data tal-għeluq;

(b)

ammont ta’ arretrati

6.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżvelaw lill-investituri jekk is-sors tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafi 2 u 5 huwiex inkluż f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin u jispeċifikaw liema:

(a)

dikjarazzjoni ġuramentata mid-detentur tal-proġett;

(b)

informazzjoni disponibbli fir-reġistri ta’ kreditu;

(c)

informazzjoni disponibbli pubblikament, inkluż minn kumpaniji tal-ġbir tad-dejn jew aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;

(d)

tip ieħor ta’ informazzjoni.

7.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)

li l-informazzjoni pprovduta mid-detenturi tal-proġetti f’konformità mal-paragrafu 5 tkun preċiża, affidabbli u aġġornata;

(b)

li l-iżvelar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-investituri ikun f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 13

Informazzjoni dwar tariffi mħallsa fir-rigward tas-selfa mill-investitur, mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew mid-detentur tal-proġett

L-informazzjoni dwar it-tariffi mħallsa fir-rigward ta’ self kif imsemmi fl-Artikolu 6(4)(g) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandu jkun fiha dan kollu li ġej:

(a)

il-persuna fiżika jew ġuridika li tħallas it-tariffi, inkluż jekk dik il-persuna hijiex l-investitur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, id-detentur tal-proġett, jew parti terza;

(b)

l-ammont monetarju tat-tariffi;

(c)

il-persuna fiżika jew ġuridika li tirċievi t-tariffi, inkluż jekk dik il-persuna tkunx il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew, f’każ li l-funzjonijiet operazzjonali jiġu esternalizzati, parti terza;

(d)

kwalunkwe servizz remunerat b’tariffi, inklużi tariffi ta’ abbonament, tariffi ta’ ġestjoni, tariffi għal proċessi ta’ ġbir ta’ dejn u tariffi ta’ ħruġ;

(e)

il-metodu ta’ kalkolu għat-tariffi, inkluż jekk l-ammont tat-tariffi jirrappreżentax perċentwal tal-ammont nozzjonali tas-selfa jew kwalunkwe varjabbli ieħor, jew ammont fiss;

(f)

l-iskeda ta’ ħlasijiet tat-tariffi.

Artikolu 14

Informazzjoni dwar il-valwazzjoni tas-selfa

1.   Għal kull selfa individwali, il-valwazzjoni tas-selfa msemmija fl-Artikolu 6(4)(h) għandha tirrifletti r-redditu reali probabbli, iddefinit bħala r-redditu annwali skontat fuq l-investiment mistenni mill-investitur f’data ta’ valwazzjoni partikolari, fuq il-bażi tal-aktar informazzjoni reċenti disponibbli.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kalkolu tar-redditu attwali probabbli għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

ir-rata tal-imgħax jew kwalunkwe kumpens ieħor stabbilit fis-selfa;

(b)

ir-rendiment sal-maturità;

(c)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa kif imsemmija fl-Artikolu 6(4)(g) tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(d)

ir-rati ta’ inadempjenza mistennija, iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2115;

(e)

kwalunkwe kostijiet oħra mħallsa mid-detentur tal-proġett jew mill-investitur jew mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fir-rigward tas-selfa.

3.   Il-valwazzjoni tas-selfa kif imsemmija fl-Artikolu 6(4)(h) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandha tinkludi l-valwazzjoni tal-portafoll li fih hija inkluża s-selfa, espressa bħala l-proporzjon bejn dawn li ġejjin:

(a)

in-numeratur li jinkiseb bis-somma tal-prodotti ta’:

(i)

l-ammont nozzjonali ta’ kull selfa fil-portafoll;

(ii)

ir-redditu attwali probabbli rispettiv ta’ kull selfa li minnha huwa magħmul il-portafoll

(b)

id-denominatur li jinkiseb bis-somma tal-ammont nozzjonali ta’ kull selfa li minnha huwa magħmul il-portafoll

KAPITOLU IV

Politiki, proċeduri u arranġamenti organizzattivi meħtieġa fir-rigward tal-fondi ta’ kontinġenza

Artikolu 15

Rekwiżiti ġenerali

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li stabbilew u joperaw fond ta’ kontinġenza għall-attivitajiet tagħhom relatati mal-immaniġġjar ta’ portafolli individwali ta’ self għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri adegwati u arranġamenti ta’ organizzazzjoni biex jiżguraw li l-fond ta’ kontinġenza jiġi mmaniġġjat b’mod prudenti u jkun jista’ jissodisfa l-objettivi tiegħu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti organizzazzjonali relatati mal-fond ta’ kontinġenza għandhom jiġu approvati mill-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u għandhom ikunu bil-miktub, aġġornati, u dokumentati sew.

Artikolu 16

Arranġamenti ta’ organizzazzjoni

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw struttura organizzazzjonali u operazzjonali robusta u trasparenti għal kwalunkwe fond ta’ kontinġenza li jaf ikollhom u għandu jkollhom deskrizzjoni bil-miktub tagħha.

2.   Il-korp maniġerjali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u ta’ organizzazzjoni tal-fond ta’ kontinġenza.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-membri kollha tal-korp maniġerjali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(a)

għandu jkollhom għarfien sħiħ tal-istruttura legali, organizzattiva u operazzjonali tal-fond ta’ kontinġenza u jiżguraw li dik l-istruttura tkun konformi mal-għanijiet approvati tagħha;

(b)

għandhom ikunu konxji għalkollox tal-istruttura, tar-responsabbiltajiet u tad-diviżjoni tal-kompiti fil-fond ta’ kontinġenza.

4.   L-istruttura organizzazzjonali tal-fond ma għandhiex timpedixxi l-kapaċità tal-korp maniġerjali li jidentifika, jissorvelja u jimmaniġġja b’mod effettiv ir-riskji li se jiffaċċa l-fond b’riżultat tal-operazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 17

Politika ta’ governanza

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jkollhom politika ta’ governanza biex jirregolaw il-fond ta’ kontinġenza. Dik il-politika għandha tiżgura li l-arranġamenti ta’ governanza, il-proċessi u l-mekkaniżmi interni jkunu konsistenti, integrati sew u adegwati biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-fond ta’ kontinġenza.

2.   Il-politika ta’ governanza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-elementi u l-informazzjoni kollha li ġejjin:

(a)

l-iskop tal-fond ta’ kontinġenza;

(b)

l-istruttura legali u operazzjonali tal-fond ta’ kontinġenza, inkluż jekk huwiex operat mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv innifsu jew minn parti terza;

(c)

id-durata tal-fond ta’ kontinġenza, inklużi każijiet li fihom il-fond għandu terminu mhux limitat.

3.   F’każ li l-fond ta’ kontinġenza jitħaddem minn parti terza, il-politika ta’ governanza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi wkoll dan kollu li ġej:

(a)

il-kompożizzjoni tal-korp maniġerjali tal-fond ta’ kontinġenza;

(b)

ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-korp maniġerjali tal-fond ta’ kontinġenza;

(c)

deskrizzjoni tal-kompetenzi u l-ħiliet ta’ kull membru tal-korp maniġerjali tal-fond ta’ kontinġenza;

(d)

il-frekwenza tal-laqgħat tal-korp maniġerjali tal-fond ta’ kontinġenza;

(e)

l-obbligi ta’ rapportar bejn il-korp maniġerjali tal-fond ta’ kontinġenza u l-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(f)

ir-responsabbiltajiet għad-dokumentazzjoni, għall-maniġment u għall-kontroll tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni;

(g)

l-identifikazzjoni ta’ membru wieħed jew iżjed tal-persunal superjuri li huwa kontabbli direttament għall-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u responsabbli għall-ġestjoni u għas-sorveljanza tar-riskji tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni, inkluża d-dokumentazzjoni rispettiva.

Artikolu 18

Politika ta’ finanzjament

1.   Il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jkollu politika ta’ finanzjament biex jiddetermina kif il-fond ta’ kontinġenza jiġi ffinanzjat u kif jiġu ġestiti r-rikavati miġbura.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-politika ta’ finanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-elementi u l-informazzjoni kollha li ġejjin:

(a)

kwalunkwe kontribuzzjoni inizjali magħmula mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fil-fond ta’ kontinġenza;

(b)

it-tip ta’ tariffi miġbura sabiex jiġi akkumulat il-fond ta’ kontinġenza;

(c)

il-kriterji li jqis il-maniġment tal-fond ta’ kontinġenza meta jiddeċiedi dwar it-tip ta’ tariffi li se jiġu imposti;

(d)

il-kriterji li jqis il-maniġment tal-fond ta’ kontinġenza meta jiddeċiedi l-ammont ta’ tariffi li se jiġu imposti għal kull selfa;

(e)

il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għad-determinazzjoni tal-ammont u tan-natura tat-tariffi li se jiġu imposti;

(f)

l-istrateġija ta’ investiment adottata mill-fond ta’ kontinġenza għall-investiment tal-fondi mmaniġġjati;

(g)

is-sjieda legali tal-fondi;

(h)

kif il-fondi se jitħallsu f’każ ta’ maturità tal-fond ta’ kontinġenza;

(i)

kif il-fondi jiġu segregati minn assi oħra li huma fil-pussess tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(j)

kif il-flus imħallsa fil-fond ta’ kontinġenza jiġu ttrattati fil-każ ta’ insolvenza tal-operatur tal-fond ta’ kontinġenza.

Artikolu 19

Politika ta’ żborż

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jkollu politika li tiddetermina kif l-elementi kollha li ġejjin jiġu kkunsidrati fid-deċiżjoni dwar l-iżborż lill-investituri mill-fond ta’ kontinġenza:

(a)

bilanċ aġġornat tal-fondi disponibbli;

(b)

is-sehem tas-self li jkun sar inadempjenti f’portafoll speċifiku;

(c)

ir-rati tal-imgħax u l-maturità tas-self li jkun sar inadempjenti f’portafoll partikolari;

(d)

il-proċedura li trid tiġi segwita meta jiġi kkunsidrat jekk għandux isir pagament diskrezzjonali mill-fond ta’ kontinġenza;

(e)

iċ-ċirkostanzi li fihom il-fond ta’ kontinġenza jista’ jiġi attivat għall-ħlas;

(f)

il-kriterji li jridu jiġu kkunsidrati fil-każ ta’ pretensjonijiet li jikkompetu jew simultanji ta’ investituri fuq l-istess self inadempjenti.

Artikolu 20

Politika għall-kontinwità tal-operat

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jistabbilixxu politika ta’ kontinwità tan-negozju soda għall-fond ta’ kontinġenza biex jiżguraw il-kapaċità tiegħu li jopera fuq bażi kontinwa u biex jillimitaw it-telf possibbli f’każ ta’ falliment temporanju jew definittiv.

Artikolu 21

Trasparenza u żvelar lill-investituri

1.   Il-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jinforma u jaġġorna lill-persunal tiegħu dwar il-politiki u l-proċeduri tal-fond ta’ kontinġenza b’mod ċar u konsistenti, tal-anqas sal-livell meħtieġ biex jitwettqu d-dmirijiet tal-fond ta’ kontinġenza.

2.   Il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti organizzattivi li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jkollu f’konformità mal-Artikolu 6(7)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandhom jiġu riflessi b’mod konsistenti fil-politika tal-fond ta’ kontinġenza msemmija fl-Artikolu 6(5)(b) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2115 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza ta’ self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv (Ara l-paġna 33 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/63


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2119

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-Iskeda tal-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 23(16) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn l-iskedi tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment ta’ offerti differenti ta’ finanzjament kollettiv u jiġi ffaċilitat l-abbozzar tal-iskedi tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment mis-sidien tal-proġetti, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni kkonċernata. Jenħtieġ li dan il-mudell jiżgura li s-sidien tal-proġetti jsegwu mudell ta’ preżentazzjoni simili fil-forma u fis-sustanza, filwaqt li jippermetti l-flessibbiltà meħtieġa li tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ kull offerta ta’ finanzjament kollettiv filwaqt li jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tagħha.

(2)

Biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tad-data u biex tkun tista’ ssir kontroreferenza tal-informazzjoni inkluża fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment ma’ informazzjoni oħra, b’mod partikolari l-informazzjoni rrapportata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2120 (2), kull skeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li jkun fiha identifikatur uniku għall-offerta ta’ finanzjament kollettiv li tkun relatata magħha.

(3)

Sabiex is-sidien tal-proġetti jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu aktar informazzjoni rilevanti lill-investituri prospettivi, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu inklużi hyperlinks, li għandhom isegwu mudell komuni. Madankollu dawn il-hyperlinks jenħtieġ li ma jfixklux milli l-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tkun kompresiva bħala dokument awtonomu. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ hyperlinks ma jeżentax lis-sidien tal-proġetti mill-obbligu li jinkludu l-informazzjoni rilevanti fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment b’mod ċar u komprensiv.

(4)

Sabiex l-investituri prospettivi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment, l-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li jkun fiha deskrizzjoni speċifika u mhux ġenerika dwar ir-riskji rilevanti kollha relatati mal-proġett ta’ finanzjament kollettiv, l-offerta ta’ finanzjament kollettiv u sid il-proġett.

(5)

Sabiex jippermettu l-komparabbiltà u ċ-ċarezza tal-informazzjoni finanzjarja li tinsab fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, u b’hekk titjieb it-trasparenza għall-investituri prospettivi, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni jenħtieġ li jiġu ppreżentati skont standards u prinċipji komunement rikonoxxuti.

(6)

Sabiex ikun hemm informazzjoni trasparenti dwar il-kummissjonijiet, it-tariffi u spejjeż oħra tat-tranżazzjonijiet li l-investitur iġarrab tul ħajjet il-proġett ta’ finanzjament kollettiv, l-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li tippreżenta analiżi tal-ispejjeż diretti u indiretti, tispeċifika l-ispejjeż tad-dħul, l-ispejjeż tal-ħruġ, l-ispejjeż imġarrba tul il-proġett u l-ispejjeż inċidentali.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(8)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(9)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

1.   Meta l-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jipprovdu l-informazzjoni fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir disponibbli malli l-offerta ta’ finanzjament kollettiv rilevanti tiġi ppubblikata mill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

Artikolu 2

Format u rekwiżiti lingwistiċi tal-mudell tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi ppreżentata b’mod li jkun faċli biex tinqara u għandha tiġi espressa b’mod li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, inkluż minn investituri prospettivi mhux sofistikati, filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet possibbli ta’ fehim li jirriżultaw min-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv.

2.   Il-lingwa użata fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tkun ċara u konċiża u għandhom jiġu evitati termini tekniċi fejn minflokhom jista’ jintuża kliem ta’ kuljum.

Artikolu 3

L-identifikatur tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv

1.   L-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tinkludi identifikatur standardizzat, permanenti u uniku tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv rilevanti.

2.   L-identifikatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ir-riżultat tal-konkatenazzjoni tal-elementi li ġejjin, fl-ordni kif ġej:

(a)

il-kodiċi ISO 17442 tal-identifikatur tal-entità ġuridika (legal entity identifier, LEI) tal-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(b)

il-kodiċi magħmul minn tmien karattri numeriċi, li għandu jiġi ġġenerat internament mill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv u li għandu jkun uniku għal kull offerta ta’ finanzjament kollettiv ippubblikata mill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv.

3.   L-identifikatur iffurmat skont il-paragrafu 2 ma għandux jinbidel hekk kif l-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tinbidel minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

it-traduzzjoni tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment f’lingwi differenti skont l-Artikolu 23(4) u (13) tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(b)

aġġornamenti fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment skont l-Artikolu 23(8) u (12) tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(c)

xi alterazzjoni mhux materjali oħra tal-informazzjoni inkluża fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

Artikolu 4

L-għażla tat-termini fil-mudell tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

Meta l-mudell tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment stabbilit fl-Anness jippermetti għażla ta’ termini jew espressjonijiet, din l-għażla għandha ssir kif ġej:

(a)

l-espressjonijiet “kapital fil-mira” jew “ġenerazzjoni ta’ kapital” għandhom jintużaw għall-offerti ta’ finanzjament kollettiv relatati ma’ titoli trasferibbli ta’ ekwità jew strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv;

(b)

l-espressjonijiet “fondi fil-mira” jew “self ta’ fondi” għandhom jintużaw għall-offerti ta’ finanzjament kollettiv relatati ma’ self, titoli trasferibbli mhux ta’ ekwità jew strumenti ibridi;

(c)

it-termini “titoli trasferibbli” jew “strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv” għandhom jintużaw f’konformità mat-tip ta’ strumenti offruti.

Artikolu 5

L-użu ta’ hyperlinks fil-mudell tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

1.   L-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jista’ jkun fiha hyperlinks kif stabbilit fil-mudell stipulat fl-Anness.

2.   Il-hyperlinks għandhom ikunu komplementari għall-informazzjoni mogħtija u ma għandhomx jissostitwixxu din l-informazzjoni, ħlief jekk ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-mudell.

3.   Il-hyperlinks għandhom ikunu konsistenti mal-informazzjoni li tingħata xi mkien ieħor fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, u r-riżorsi esterni msemmija fil-hyperlinks għandhom ikunu aċċessibbli b’mod liberu u faċli.

Artikolu 6

Tipi ta’ riskji ewlenin assoċjati mal-offerta ta’ finanzjament kollettiv

1.   It-tipi ta’ riskji ewlenin li huma assoċjati ma’ offerta ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiġu ddivulgati fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment relatata ma’ din l-offerta f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fil-Parti C tal-Anness. Fejn rilevanti, riskji oħra għandhom jiġu ddivulgati wkoll.

2.   Id-deskrizzjoni tar-riskji assoċjati ma’ offerta ta’ finanzjament kollettiv għandha tkun ta’ rilevanza għal dik l-offerta speċifika u għandha titħejja biss għall-benefiċċju ta’ investituri prospettivi u ma għandhiex tagħti dikjarazzjonijiet ġenerali dwar ir-riskji ta’ investiment jew tillimita r-responsabbiltà ta’ sid il-proġett jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom.

Artikolu 7

Proporzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet u informazzjoni fil-mudell tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

Ir-rapporti finanzjarji u l-informazzjoni msemmija fil-mudell tal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ppreżentati skont l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) jew il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati (Generally Accepted Accounting Principles, GAAP) lokali, skont kif applikabbli.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2120 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards u formati tad-data, mudelli u proċeduri għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv (Ara paġna 76 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

MUDELL TAL-ISKEDA TAL-INFORMAZZJONI EWLENIJA DWAR L-INVESTIMENT

Din l-offerta ta’ finanzjament kollettiv la ġiet ivverifikata u lanqas ma ġiet approvata minn [l-awtoritajiet kompetenti – daħħal l-isem sħiħ tal-awtorità/awtoritajiet kompetenti] jew mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA).

L-adegwatezza tal-esperjenza u l-għarfien tiegħek ma kinux neċessarjament ivvalutati qabel ma ngħatajt aċċess għal dan l-investiment.

Meta qed tagħmel dan l-investiment, qed terfa’ r-responsabbiltà tar-riskju kollu ta’ dan l-investiment, inkluż ir-riskju li titlef il-flus investiti kollha jew parti minnhom.

Twissijiet dwar ir-riskju

L-investiment f’dan il-proġett ta’ finanzjament kollettiv jinvolvi riskji, inkluż ir-riskju li titlef il-flus investiti kollha jew parti minnhom. L-investiment tiegħek ma huwiex kopert mill-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Lanqas ma huwa kopert mill-iskemi ta’ kumpens tal-investitur stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Inti tista’ ma tirċievi l-ebda redditu fuq l-investiment tiegħek.

Dan mhuwiex prodott tat-tfaddil u r-rakkomandazzjoni tagħna hija li ma tinvestix aktar minn 10 % tal-valur nett tiegħek fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv.

Jaf ma tkunx tista’ tbigħ l-istrumenti tal-investiment meta tkun tixtieq. Jekk inti tkun kapaċi tbigħhom, tista’ madankollu ġġarrab telf.

(1)

Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti, (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(2)

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).

Perjodu ta’ riflessjoni prekuntrattwali għall-investituri mhux sofistikati

L-investituri mhux sofistikati jibbenefikaw minn perjodu ta’ riflessjoni li matulu jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jirrevokaw l-offerta tagħhom li jinvestu jew jesprimu interess fl-offerta ta’ finanzjament kollettiv mingħajr ma jagħtu raġuni u mingħajr ma jġarrbu penali. Il-perjodu ta’ riflessjoni jibda mill-mument li l-investitur prospettiv mhux sofistikat jagħmel offerta biex jinvesti jew jindika l-espressjoni ta’ interess tiegħu, u jiskadi wara erbat ijiem kalendarji minn dan il-mument ’il quddiem.

[Hawnhekk daħħal il-modalitajiet li bihom l-investituri mhux sofistikati jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ revoka tagħhom waqt il-perjodu ta’ riflessjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar dan il-proċess u l-konsegwenzi tiegħu.]

Ħarsa ġenerali lejn l-offerta ta’ finanzjament kollettiv

Identifikatur tal-offerta

Identifikatur tal-offerta kif stabbilit fl-Artikolu 3

Sid il-proġett u isem il-proġett

 

Tip ta’ offerta u tip ta’ strument

 

Ammont fil-mira

L-ammont fil-mira u l-munita tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv, inkluż il-valur ekwivalenti f’euro u d-data tar-rata tal-kambju, jekk l-offerta ta’ finanzjament kollettiv tipprevedi munita mhux tal-euro.

Skadenza

Id-data li fiha l-offerta se tingħalaq għal investituri prospettivi.

Parti A: Informazzjoni dwar sid il-proġett(i) u l-proġett ta’ finanzjament kollettiv

(a)

Sid il-proġett u l-proġett ta’ finanzjament kollettiv  (1)

[Imla din it-Taqsima billi tinkludi l-informazzjoni indikata hawn taħt, kif applikabbli]

Identità:

L-isem legali ta’ sid il-proġett, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni/tar-reġistrazzjoni u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

Forma ġuridika:

Forma ġuridika.

Dettalji ta’ kuntatt:

Is-sit web, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown.

Sjieda:

Id-data tal-aħħar bidla fis-sjieda u deskrizzjoni qasira tal-istruttura tas-sjieda ta’ sid il-proġett u, fejn rilevanti, tal-proġett. Din l-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fil-forma ta’ dijagramma (2).

Ġestjoni:

Deskrizzjoni qasira tal-korpi ta’ ġestjoni ta’ sid il-proġett. Fejn disponibbli u meqjus xieraq, tista’ tiġi inkluża hyperlink għall-curricula vitae tal-membri fil-korpi tal-ġestjoni.

(b)

Responsabbiltà għall-informazzjoni pprovduta f’din l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

“Sid il-proġett jiddikjara li, sa fejn jaf hu, l-ebda informazzjoni ma tħalliet barra jew hija materjalment qarrieqa jew mhux preċiża. Sid il-proġett huwa responsabbli mit-tħejjija ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.”

[Imla din it-Taqsima billi telenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li huma responsabbli mill-informazzjoni mogħtija fl-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment skont il-liġi nazzjonali. Fil-każ ta’ persuni fiżiċi, bħalma huma l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ sid il-proġett, indika l-ismijiet u l-funzjonijiet tagħhom. Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, indika isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom.]

“Id-dikjarazzjoni tal-persuni [kull waħda] msemmijin hawn fuq fir-rigward tar-responsabbiltà tagħhom għall-informazzjoni mogħtija f’din l-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment skont l-Artikolu 23(9) tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* (3) hija inkluża bħala [l-Anness [A] hawnhekk (4)]”.

(c)

L-attivitajiet prinċipali ta’ sid il-proġett; prodotti jew servizzi offruti minn sid il-proġett

Deskrizzjoni qasira tan-natura tal-attivitajiet prinċipali u l-kisbiet kummerċjali attwali ta’ sid il-proġett, inkluż, fejn rilevanti, preżentazzjoni qasira tal-istrateġija tiegħu u l-valur miżjud maħluq.

(d)

Hyperlink għall-aktar dikjarazzjonijiet finanzjarji reċenti ta’ sid il-proġett

Sa fejn ikun disponibbli, għandha tiġi inkluża hyperlink għar-rapporti finanzjarji l-aktar reċenti ta’ sid il-proġett.

Jekk ir-rapporti finanzjarji jkunu ġew awditjati, tista’ tiġi inkluża wkoll hyperlink għar-rapport(i) tal-awditjar rilevanti.

Jekk ir-rapporti finanzjarji l-aktar reċenti ma jkunux disponibbli, dan il-fatt għandu jissemma b’mod espliċitu. Ir-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta’ disponibbiltà jistgħu jiġu speċifikati. Huwa biss meta r-rapporti finanzjarji l-aktar reċenti ma jkunux disponibbli, li minflok tista’ tiġi inkluża hyperlink għall-karta tal-bilanċ aġġornata ta’ sid il-proġett, jekk tkun disponibbli.

Fejn ikun hemm entità bi skop speċjali li tintervjeni bejn sid il-proġett u l-investituri, l-informazzjoni ta’ hawn fuq tista’ tiġi pprovduta wkoll fir-rigward tal-entità bi skop speċjali.

(e)

Iċ-ċifri u l-proporzjonijiet finanzjarji annwali ewlenin għal sid il-proġett għal dawn l-aħħar tliet snin

Preżentazzjoni taċ-ċifri u l-proporzjonijiet finanzjarji annwali ewlenin bħal:

(i)

il-fatturat;

(ii)

il-profitt nett annwali;

(iii)

l-assi totali,

(iv)

il-marġini ta’ profitt gross, operattiv u nett;

(v)

id-dejn nett; il-proporzjon ta’ dejn-ekwità;

(vi)

il-proporzjon ta’ likwidità immedjata; il-proporzjon tal-kopertura tas-servizz tad-dejn;

(vii)

il-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (earnings before interest, taxes, depreciation and amortisation, EBITDA);

(viii)

ir-redditu fuq l-ekwità;

(ix)

il-proporzjon tal-assi fissi intanġibbli mal-assi totali.

(f)

Deskrizzjoni tal-proġett ta’ finanzjament kollettiv, inkluż l-iskop tiegħu u l-karatteristiċi prinċipali.

Deskrizzjoni tal-proġett ta’ finanzjament kollettiv, inkluż l-iskop u l-karatteristiċi ewlenin tiegħu u l-użu maħsub tal-fondi miġbura.

Parti B: Il-karatteristiċi ewlenin tal-proċess ta’ finanzjament kollettiv u l-kundizzjonijiet [għall-ġenerazzjoni ta’ kapital] jew [għas-self ta’ fondi]

(a)

Minimu [kapital fil-mira li għandu jiġi ġġenerat] jew [fondi fil-mira li għandhom jittieħdu b’self] f’offerta unika ta’ finanzjament kollettiv

[Ammont u munita]

L-għadd ta’ offerti (pubbliċi jew mhux pubbliċi) li diġà tlestew minn sid il-proġett jew mill-fornitur ta’ finanzjament kollettiv għal dan il-proġett ta’ finanzjament kollettiv

Tip ta’ offerta u tip ta’ strument offruti

Id-data għat-tlestija

Ammont [miġbur/meħud b’self] u l-ammont fil-mira (inkluż il-valur ekwivalenti f’euro u d-data tar-rata tal-kambju fil-każ ta’ muniti mhux tal-euro)

Informazzjoni rilevanti oħra, jekk ikun hemm

 

 

 

 

(b)

L-iskadenza biex jintlaħaq [il-kapital fil-mira jew il-fondi fil-mira li jridu jittieħdu b’self]:

[Id-data li fiha l-offerta se tingħalaq għal investituri potenzjali.]

(c)

Informazzjoni dwar il-konsegwenzi jekk [il-kapital fil-mira ma jiġix iġġenerat] jew [il-fondi fil-mira ma jittieħdux b’self] sal-iskadenza

Informazzjoni dwar il-konsegwenzi relatati mal-proċess ta’ finanzjament kollettiv u l-parteċipazzjoni tal-investituri, jekk l-offerta ta’ finanzjament kollettiv ma tilħaqx l-ammont minimu fil-mira, inkluż:

(i)

jekk l-offerta ta’ finanzjament kollettiv u l-impenji tal-investituri jiġux ikkanċellati;

(ii)

jekk xi ammonti li tħallsu mill-investituri jiġux rimborżati u, jekk iva, taħt liema modalitajiet u meta;

(iii)

jekk l-investituri humiex se jġarrbu xi tariffi jew spejjeż jekk l-offerta li ma tilħaqx l-ammont fil-mira.

(d)

L-ammont massimu tal-offerta meta jkun differenti [mill-kapital fil-mira] jew [il-fondi fil-mira] msemmijin fil-punt (a)

L-ammont massimu tal-offerta u l-munita (inkluż il-valur ekwivalenti f’euro jekk il-munita mhijiex l-euro), jekk tali ammont ikun differenti [mill-kapital fil-mira] jew [mill-fondi fil-mira].

(e)

L-ammont tal-fondi proprji impenjati għall-proġett ta’ finanzjament kollettiv minn sid il-proġett;

Indikazzjoni dwar jekk l-azzjonisti ewlenin jew il-membri tal-korpi maniġerjali, superviżorji jew amministrattivi ta’ sid il-proġett investewx fl-istrumenti offruti, issottoskrivewx ruħhom għalihom jew impenjawx ruħhom li jinvestu fihom, u l-ammont kemm hu, inkluż bħala perċentwal fir-rigward tal-ammont fil-mira tal-offerta.

(f)

Bidla fil-kompożizzjoni tal-kapital ta’ sid il-proġett jew tas-self relatat mal-offerta ta’ finanzjament kollettiv

Deskrizzjoni tal-bidliet li se jirriżultaw fil-kompożizzjoni tal-kapital u d-dejn ta’ sid il-proġett bħala konsegwenza tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv.

Parti C: Fatturi tar-riskju

Preżentazzjoni tar-riskji ewlenin

Imla din it-Taqsima billi tiddeskrivi r-riskji ewlenin assoċjati mal-proġett ta’ finanzjament kollettiv skont it-tipi ta’ riskji ewlenin identifikati hawn taħt.

Il-lista li ġejja tat-tipi ta’ riskji ewlenin mhijiex eżawrjenti. Kwalunkwe riskju ewlieni ieħor li huwa rilevanti għall-proġett ta’ finanzjament kollettiv, l-offerta ta’ finanzjament kollettiv, sid il-proġett, it-titoli trasferibbli, u l-istrumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv jew self għandhom jiġu deskritti wkoll f’din il-Parti.

Tip 1 – Riskju tal-proġett

Ir-riskji li huma intrinsiċi għall-proġett u li jistgħu jwasslu biex il-proġett ifalli. Dawn ir-riskji jistgħu jikkonċernaw, iżda mhumiex limitati għal:

(i)

id-dipendenzi tal-proġett, bħall-finanzjament, l-aspett ġuridiku, l-għoti ta’ liċenzji, id-drittijiet tal-awtur;

(ii)

l-okkorrenza ta’ xenarji avversi b’impatt negattiv;

(iii)

l-iżvilupp teknoloġiku ta’ kompetituri jew prodotti kompetittivi;

(iv)

ir-riskji li jirriżultaw minn sid il-proġett.

Tip 2 – Riskju tas-settur

Riskji li huma intrinsiċi għal settur speċifiku. Dawn ir-riskji jistgħu jiġu kkawżati, pereżempju, minn bidla fiċ-ċirkostanzi makroekonomiċi, tnaqqis fid-domanda fis-settur li fih jopera l-proġett ta’ finanzjament kollettiv u d-dipendenza fuq setturi oħra.

Is-settur tal-proġett għandu jkun deskritt billi tintuża l-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Tip 3 – Riskju ta’ inadempjenza

Ir-riskju li proġett jew sid il-proġett jista’ jkun soġġett għal falliment jew proċedimenti oħra ta’ insolvenza, u okkorrenzi oħra li jikkonċernaw il-proġett jew sid il-proġett li jistgħu jirriżultaw fit-telf tal-investiment għall-investituri.

Riskji bħal dawn jistgħu jiġu kkawżati minn diversi fatturi, inkluż:

(a)

bidla (severa) fiċ-ċirkostanzi makroekonomiċi;

(b)

ġestjoni ħażina;

(c)

nuqqas ta’ esperjenza

(d)

frodi;

(e)

finanzjament mhux adegwat għall-fini tan-negozju;

(f)

it-tnedija mingħajr suċċess ta’ prodotti;

(g)

in-nuqqas ta’ fluss ta’ flus.

Tip 4 – Riskju ta’ tnaqqis, dewmien jew l-assenza ta’ redditu

Ir-riskju li r-redditu jkun aktar baxx milli mistenni, idum jew li l-proġett jonqos milli jħallas il-kapital jew l-imgħax.

Tip 5 – Riskju assoċjat mal-falliment tal-pjattaforma

Ir-riskju li l-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv ma tkunx tista’ tipprovdi s-servizzi tagħha b’mod temporanju jew permanenti.

Tip 6 – Riskju ta’ illikwidità tal-investiment

Ir-riskju li l-investituri ma jistgħux ibigħu l-investiment tagħhom.

Tip 7 – Riskji oħra

Riskji li huma, inter alia, barra mill-kontroll ta’ sid il-proġett, bħar-riskji politiċi u regolatorji.

Parti D: Informazzjoni relatata mal-offerta ta’ titoli trasferibbli u strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv

(a)

L-ammont totali u t-tip ta’ [titoli trasferibbli] jew [strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv] li jridu jiġu offruti

Għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni li ġejja:

(i)

deskrizzjoni tat-tip u tal-klassi ta’ strumenti li għandhom jiġu offruti;

(ii)

fejn applikabbli, l-għadd ta’ strumenti li għandhom jiġu offruti, id-denominazzjoni, il-munita u t-termini tagħhom;

(iii)

il-livell relattiv tal-istrumenti fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta’ insolvenza inkluż, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell u s-subordinazzjoni tat-titoli.

(b)

Il-prezz tas-sottoskrizzjoni

Il-prezz li bih [it-titoli trasferibbli] jew [l-istrumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv] se jiġu offruti. Fejn applikabbli, din it-Taqsima għandha tindika wkoll l-ammont minimu ta’ sottoskrizzjoni għal kull investitur.

(c)

Jekk humiex aċċettati sottoskrizzjonijiet żejda u kif dawn jiġu allokati

(d)

It-termini tas-sottoskrizzjoni u l-pagament

Din it-Taqsima għandha tinkludi deskrizzjoni ċara tat-termini tas-sottoskrizzjoni, inkluż it-trasferiment tal-prezz tas-sottoskrizzjoni, u tal-proċess tal-pagament, inkluż it-twaqqit u l-metodu.

Din it-Taqsima tista’ tinkludi wkoll hyperlink għad-deskrizzjoni tal-proċess ta’ sottoskrizzjoni u l-istruzzjonijiet.

(e)

Il-kustodja u l-konsenja ta’ [titoli trasferibbli] jew [strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv] lill-investituri

F’din it-Taqsima għandhom jiġu speċifiki d-data tal-konsenja (jew fejn ma jista’ jsir l-ebda impenn sod bħal dan, l-aħħar data possibbli tal-konsenja) u l-proċess tal-konsenja tal-istrumenti rilevanti (inkluż kwalunkwe kollateral għall-istrumenti), u indikat l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt (inkluż l-indirizz tal-posta elettronika) tal-emittent jew tal-aġent tiegħu.

Meta s-servizzi ta’ kustodja ma jiġux ipprovduti mill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, għandha ssir dikjarazzjoni ċara għal dan l-għan.

Din it-Taqsima għandha tinkludi l-identità, in-numru ta’ reġistrazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tad-depożitarju. Għandu jiġi indikat jekk hix dovuta xi tariffa mill-investitur għad-depożitarju.

(f)

Informazzjoni relatata mal-garanzija jew mal-kollateral li bih huwa garantit l-investiment (fejn applikabbli)

(i)

Il-[garanti] jew il-[fornitur tal-kollateral] huwa persuna ġuridika?

(ii)

L-identità, il-forma ġuridika u d-dettalji ta’ kuntatt [tal-garanti] jew [tal-fornitur tal-kollateral]

(iii)

Informazzjoni dwar in-natura u t-termini [tal-garanzija] jew [tal-kollateral] (inkluż il-livell tagħhom);

(g)

Informazzjoni relatata ma’ impenn sod biex jinxtraw lura [it-titoli trasferibbli] jew [l-istrumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv] (fejn applikabbli)

Deskrizzjoni tal-arranġament ta’ xiri lura

Din it-Taqsima għandha tipprovdi informazzjoni ċara u konċiża fir-rigward ta’ kwalunkwe impenn ta’ xiri lura. Fejn xieraq, tista’ tiġi pprovduta informazzjoni aktar iddettaljata permezz ta’ hyperlink.

Perjodu ta’ żmien għax-xiri lura

Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fix-xiri lura (inkluż kwalunkwe skadenza applikabbli).

(h)

Informazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax u l-maturità

Din it-Taqsima għandha tapplika għal titoli trasferibbli mingħajr ekwità (bħal bonds) jew għal strumenti ibridi (bħal bonds konvertibbli f’ishma).

Rata ta’ imgħax nominali:

Ir-rata tal-imgħax nominali kull sena għandha tiġi ddikjarata b’mod ċar. Barra minn hekk, din it-Taqsima għandha tinkludi spjegazzjoni qasira tal-metodu użat għall-kalkolu tagħha jew hyperlink għas-sit web tal-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv inkluż tali spjegazzjoni.

Ir-rata tal-imgħax annwali għandha tiġi ddivulgata b’żewġ deċimali ta’ preċiżjoni u fil-format ippreferut li ġej:

[•] % fis-sena (ikkalkulata permezz ta’ [inkludi l-metodu ta’ kalkolu applikat]); jew meta r-rata tal-imgħax hija varjabbli, informazzjoni fil-qosor dwar il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw ir-rata tal-imgħax (pereż. ir-Rata Interbankarja Offruta f’Euro, EURIBOR, flimkien ma’ X %) u l-kalkolu tagħha.

Data minn meta l-imgħax isir pagabbli:

Dati ta’ skadenza għall-pagamenti tal-imgħax:

Data ta’ maturità (inklużi l-ħlasijiet lura intermedji fejn applikabbli):

Rendiment applikabbli:

Ir-rendiment għandu jiġi kkalkulat bħala rata annwali u f’konformità mal-metodu użat għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax nominali annwali u pprovdut bi preċiżjoni ta’ żewġ deċimali. Is-suppożizzjonijiet ewlenin li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tar-rendiment għandhom ukoll jiġu divulgati fil-qosor.

Parti E: Informazzjoni dwar entitajiet bi skop speċjali (special purpose vehicles, SPV)

(a)

Hemm involuta entità bi skop speċjali bejn sid il-proġett u l-investitur?

Iva/le

(b)

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-SPV.

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija ta’ hawn fuq hija “iva”, din it-Taqsima għandha tispeċifika l-identità, il-forma legali u l-uffiċċju rreġistrat tal-SPV.

Parti F: Id-drittijiet tal-investituri

[F’konformità mal-Artikolu23(7) tar-Regolament (UE) 2020/1503, fil-każ ta’ strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv, meta l-informazzjoni meħtieġa skont il-Parti F tal-Anness I taqbeż l-ammont ta’ naħa waħda ta’ karta A4 meta tiġi stampata, il-bqija tagħha għandha tiġi ppreżentata f’anness mehmuż mal-iskeda tal-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.]

(a)

Id-drittijiet ewlenin marbuta [mat-titoli trasferibbli] jew [mal-istrumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv]

Deskrizzjoni qasira tad-drittijiet ewlenin marbuta mal-istrumenti, miġburin skont it-tipi, bħalma huma:

(i)

id-drittijiet tad-dividendi;

(ii)

id-drittijiet tal-vot;

(iii)

id-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni;

(iv)

id-drittijiet ta’ prelazzjoni f’offerti għal sottoskrizzjoni ta’ strumenti tal-istess klassi;

(v)

id-dritt għal sehem mill-profitti tal-emittent;

(vi)

id-dritt għal sehem minn kwalunkwe surplus fil-każ ta’ likwidazzjoni;

(vii)

id-drittijiet ta’ tifdija;

(viii)

id-drittijiet ta’ konverżjoni;

(ix)

id-drittijiet ta’ ħruġ konġunt f’każ li tinqala’ ċirkustanza operattiva (jiġifieri bidla fil-kontroll, id-drittijiet tag-along).

Tista’ tiġi inkluża hyperlink għad-dokumenti kostituzzjonali ta’ sid il-proġett jew kwalunkwe dokument legali rilevanti ieħor, flimkien ma’ referenzi għall-artikoli jew għan-numri tat-taqsimiet rilevanti.

(b) kif ukoll (c)

Restrizzjonijiet li għalihom huma soġġetti [t-titoli trasferibbli] jew [l-istrumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv] u r-restrizzjonijiet fuq it-trasferiment tal-istrumenti.

Din it-Taqsima għandha tinkludi deskrizzjoni ta’ kwalunkwe ftehim tal-azzjonisti jew ta’ xi arranġament ieħor li jipprevjeni jew fi kwalunkwe każ jillimita t-trasferibbiltà tal-istrumenti, bħal klawżoli li jirrestrinġu d-dritt li jinbiegħu l-istrumenti (pereżempju klawżoli ta’ approvazzjoni jew klawżoli ta’ inaljenabbiltà temporanja).

Din it-Taqsima għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni ta’ restrizzjonijiet oħra li għalihom huma soġġetti l-istrumenti, bħall-klawżoli ta’ disponiment sfurzat (pereżempju klawżoli ta’ esklużjoni, klawżoli ta’ xiri mill-ġdid, obbligu ta’ ħruġ konġunt fil-każ ta’ bidla fil-kontroll, id-drittijiet drag-along), li jispeċifikaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ tali disponimenti.

(d)

Opportunitajiet għall-investitur biex joħroġ mill-investiment

(e)

Għall-istrumenti ta’ ekwità, id-distribuzzjoni tal-kapital u tad-drittijiet tal-vot qabel u wara ż-żieda fil-kapital li tirriżulta mill-offerta (jekk jitqies li [it-titoli trasferibbli] jew [l-istrumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv] kollha se jiġu sottoskritti).

Meta tiġi ppreżentata d-distribuzzjoni tal-kapital u tad-drittijiet tal-vot qabel u wara ż-żieda fil-kapital li tirriżulta mill-offerta, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża għal kull klassi ta’ kapital azzjonarju:

(i)

it-total tal-kapital azzjonarju awtorizzat tal-emittent;

(ii)

l-għadd tal-ishma maħruġa u mħallsa għal kollox u l-għadd tal-ishma maħruġa iżda mhux imħallsa għal kollox; kif ukoll

(iii)

il-valur nominali għal kull sehem, jew li l-ishma ma għandhomx valur nominali;

Jekk ikun hemm ishma li ma jirrappreżentawx kapital, iddikjara l-għadd u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawn l-ishma.

Parti G: Divulgazzjonijiet relatati ma’ self

(a)

In-natura, it-tul u termini materjali oħra tas-self

(b)

Ir-rati tal-imgħax applikabbli jew, meta applikabbli, kumpens ieħor lill-investitur

Ir-rati tal-imgħax applikabbli għal kull sena għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar. Barra minn hekk, din it-Taqsima għandha tinkludi spjegazzjoni qasira tal-metodu użat għall-kalkolu tagħhom jew ħolqa għas-sit web tal-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv inkluża din l-ispjegazzjoni.

Ir-rata tal-imgħax annwali għandha tiġi ddivulgata bi preċiżjoni ta’ żewġ deċimali u fil-format ippreferut li ġej:

[•] % fis-sena (ikkalkulata permezz ta’ [inkludi l-metodu ta’ kalkolu applikat]); jew meta r-rata tal-imgħax hija varjabbli, informazzjoni fil-qosor dwar il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw ir-rata tal-imgħax (pereż. EURIBOR, flimkien ma’ X %) u l-kalkolu tagħha.

(c)

Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, inkluż l-eżistenza ta’ fornituri ta’ kollateral jew garanti jew tipi oħra ta’ garanziji

(d)

L-iskeda għall-ħlas lura tal-kapital u għall-ħlas tal-imgħax

Meta jkun permess ħlas lura ta’ self bil-quddiem, fuq l-inizjattiva ta’ sid il-proġett jew tal-mutwanti, dan għandu jiġi deskritt, filwaqt li jiġu stipulati t-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħlas lura.

(e)

Kwalunkwe inadempjenza fuq ftehimiet ta’ kreditu minn sid il-proġett fl-aħħar ħames snin

[Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, id-definizzjoni ta’ inadempjenza kif stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2115  (6)

(f)

Is-servizzjar tas-self, (inkluż f’sitwazzjonijiet fejn sid il-proġett ma jissodisfax l-obbligi tiegħu)

Din it-Taqsima għandha tispeċifika l-entità (inkluż l-isem ġuridiku, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-post ta’ reġistrazzjoni, l-uffiċċju rreġistrat u d-dettalji ta’ kuntatt) responsabbli mis-servizzjar tas-self u tipprovdi informazzjoni qasira fir-rigward tal-politika ta’ servizzjar tagħha, li għandha tinkludi informazzjoni dwar il-proċeduri meħuda f’każ li l-obbliġi tas-self ma jiġux issodisfati. Tista’ tingħata hyperlink għall-paġna jew għad-dokument rilevanti li jkollhom id-dettalji tal-politika ta’ servizzjar.

Parti H: Tariffi, informazzjoni u rimedju ġuridiku

(a)

It-tariffi u l-ispejjeż imġarrba mill-investitur fir-rigward tal-investiment (inkluż l-ispejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ strumenti ammessi għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv)

Din it-Taqsima għandu jkun fiha preżentazzjoni f’format ta’ tabella tat-tariffi, kummissjonijiet, spejjeż u imposti diretti u indiretti kollha mġarrba mill-investitur fir-rigward tal-investiment tiegħu u l-ħruġ mill-investiment.

Fejn jiġu ddikjarati ammonti u valuri perċentwali tal-euro (jew munita applikabbli oħra), dawn għandhom jiġu kkalkulati għal investiment ipotetiku ta’ EUR 10 000 u fuq bażi annwali.

 

Tariffi, Imposti u Spejjeż oħra

f’euro

(jew munita oħra applikabbli)

bħala perċentwal tal-ammont totali tal-investiment

Eżempji

(mhux eżawrjenti)

Ta’ darba

Spejjeż tad-dħul (ipprovdi d-dettalji)

EUR […]

[…] %

L-ispejjeż li l-investitur iħallas meta jagħmel l-investiment. Dawn l-ispejjeż jinkludu spejjeż relatati mas-sottoskrizzjoni tal-investitur (bħal tariffi notarili, ħlasijiet bil-quddiem u taxxi tal-boll), u spejjeż relatati mal-assi sottostanti (bħat-tariffi tas-sejjieb u tal-aġent, it-tariffi notarili, it-taxxi fuq il-proprjetà immobbli u taxxi oħra fuq l-akkwist)

Spejjeż tal-ħruġ

(ipprovdi d-dettalji)

EUR […]

[…] %

L-ispejjeż li l-investitur iħallas meta joħroġ mill-investiment fil-maturità (bħat-tariffi tas-sejjieb u tal-aġent, it-tariffi notarili, it-taxxi fuq il-proprjetà immobbli u taxxi oħra fuq l-akkwist, l-ispejjeż tal-istralċ)

Kontinwi

 

EUR […]

[…] %

L-ispejjeż li l-investitur iġarrab tul il-perjodu ta’ żamma tal-investiment (bħat-tariffi ta’ kustodja u ta’ ġestjoni, it-tariffi legali u tal-awditjar, it-taxxi kurrenti relatati mal-investiment tiegħek jew mal-assi sottostanti)

Inċidentali

Tariffi fuq il-prestazzjoni/

Kumpens għall-prestazzjoni (ipprovdi d-dettalji)

EUR […]

[…] %

Tariffi li l-investitur iħallas lil sid(ien) il-proġett jekk jintlaħqu ċerti parametri ta’ suċċess

Tariffi inċidentali oħra (ipprovdi d-dettalji)

EUR […]

[…] %

It-tariffi tas-sejjieb, it-tariffi ta’ rifinanzjament, it-tariffi tat-tranżazzjonijiet (jekk mhux diġà inklużi fit-tariffi ta’ darba)

(b)

Minn fejn u kif tista’ tinkiseb bla ħlas informazzjoni addizzjonali dwar il-proġett ta’ finanzjament kollettiv, sid il-proġett [u, fejn applikabbli, l-SPV]

(c)

Kif, u lil min l-investitur jista’ jindirizza lment dwar l-investiment jew dwar l-imġiba ta’ sid il-proġett jew ta’ fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv

Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja fil-qosor:

(i)

il-passi li għandhom jiġu segwiti għat-tressiq ta’ lment dwar l-investiment jew dwar l-imġiba ta’ sid il-proġett jew ta’ fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv;

(ii)

ħolqa għall-paġna web u l-formola rilevanti għal dawn l-ilmenti;

(iii)

sit web jew indirizz elettroniku aġġornat li fih jistgħu jiġu sottomessi dawn l-ilmenti.


(1)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni stabbilita f’din it-Taqsima, sid il-proġett jista’ jinkludi wkoll il-logo tiegħu f’din it-Taqsima.

(2)  Fil-każ, pereżempju, li sid il-proġett ikun parti minn grupp, id-dijagramma tista’ turi l-istruttura tal-grupp u l-pożizzjoni ta’ sid il-proġett fi ħdan il-grupp.

(3)  Ir-Regolament (EU) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).

(4)  Id-dikjarazzjoni ta’ kull persuna responsabbli għandha tikkonforma mal-Artikolu 23(9) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika, ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2115 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tas-self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv (Ara paġna 33 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/76


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2120

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards u formati tad-data, mudelli u proċeduri għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-finijiet ta’ aggregazzjoni u tqabbil effettivi ta’ informazzjoni dwar proġetti ta’ finanzjament kollettiv iffinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza fl-istandards u l-formati użati mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv meta jirrapportaw dik l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell, li jipprevedi standards u formati komuni għar-rappurtar ta’ dik l-informazzjoni.

(2)

Sabiex jippermettu l-ġbir f’waqtu ta’ informazzjoni u s-sottomissjoni sussegwenti tagħha lill-ESMA mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jirrapportaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti għal sena kalendarja sa mhux aktar tard minn tmiem Frar tas-sena ta’ wara. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jiġu pprovduti b’informazzjoni komprensiva li hija meħtieġa biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-entitajiet rispettivi kif ukoll biex l-ESMA tkun tista’ tiżviluppa u tippubblika statistika kompluta relatata mas-suq tal-finanzjament kollettiv fl-Unjoni, jenħtieġ li l-informazzjoni rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv tinkludi informazzjoni dwar il-proġetti kollha ffinanzjati fuq pjattaforma ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inklużi proġetti li ma ġabru l-ebda flus fis-sena rilevanti. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni li jipprovdu tkun kompluta u preċiża.

(3)

Minħabba s-sensittività tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, jenħtieġ li l-proċeduri għar-rapportar ta’ dik l-informazzjoni jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni rrapportata.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni ċerta u effiċjenti tas-sidien tal-proġetti, jenħtieġ li jiġu rrapportati l-identifikaturi tagħhom li jintużaw b’mod komuni. Meta sid il-proġett ikun entità ġuridika, jenħtieġ li jiġi rrapportat il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ entità ġuridika ISO 17442 (LEI) ta’ sid il-proġett. Minħabba li ma hemm l-ebda standard internazzjonali komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi u minħabba l-importanza li tiġi żgurata identifikazzjoni ċara tas-sidien tal-proġetti, li huma persuni fiżiċi, jenħtieġ li l-identifikatur stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (2) jiġi rrapportat għal dawk is-sidien tal-proġetti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tad-data u biex l-informazzjoni rrapportata tkun tista’ tiġi ssupplimentata b’data oħra disponibbli fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2020/1503, jenħtieġ li jiġi rrapportat l-identifikatur tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2119 (3).

(5)

Sabiex l-ESMA tkun tista’ twettaq aggregazzjoni u tqabbil transfruntiera effettivi tal-informazzjoni u tiżviluppa statistika relatata mas-suq tal-finanzjament kollettiv fl-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza fl-istandards u l-formati użati meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar proġetti ta’ finanzjament kollettiv mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell, li jipprevedi standards u formati komuni għar-rappurtar ta’ dik l-informazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-ESMA b’informazzjoni kompluta u preċiża, bl-identifikazzjoni ta’ sid il-proġett anonimizzat bl-użu ta’ metodu komuni.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(7)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li huma l-bażi ta’ dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Standards u formati tad-data, mudell u proċeduri għar-rappurtar ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandha tinkludi d-dettalji kompluti u preċiżi msemmija fit-Tabella 2 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-istandards u l-formati speċifikati f’dik it-Tabella, bl-użu ta’ formola elettronika f’mudell CSV komuni jew f’format alternattiv ieħor aċċettat mill-awtorità kompetenti li lilha għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni.

2.   Il-proċeduri għar-rapportar ta’ informazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jinkludu mekkaniżmi li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni rrapportata.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrapportata għal kull sena kalendarja sal-aħħar ta’ Frar tas-sena kalendarja ta’ wara.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

għall-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, l-identifikatur ta’ entità ġuridika ISO 17442 (LEI);

(b)

għal sid il-proġett:

(i)

il-kodiċi LEI, jekk is-sid tal-proġett huwa persuna ġuridika;

(ii)

l-identifikatur stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590, jekk sid il-proġett ikun persuna fiżika;

(c)

għal kull proġett individwali, l-identifikatur tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2119.

Artikolu 2

Standards u formati tad-data, mudell u proċeduri għar-rappurtar ta’ informazzjoni lill-ESMA

1.   L-informazzjoni rrapportata skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandha tinkludi d-dettalji kompluti u preċiżi msemmija fit-Tabella 3 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-istandards u l-formati speċifikati f’dik it-Tabella, bl-użu ta’ formola elettronika f’mudell komuni tas-CSV.

2.   L-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ sid il-proġett għandha tiġi anonimizzata bl-użu ta’ algoritmu hash kriptografiku komuni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2119 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-Iskeda tal-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment (Ara l-paġna 63 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament(UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Tabella 1

Glossarju għat-Tabelli 2 u 3

SIMBOLU

TIP TA’ DATA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kamp tat-test liberu.

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2.

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-munita bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-munita ISO 4217.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifri b’kollox li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta’ frazzjonijiet

Kaxxa numerika kemm għal valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa “.” (full stop);

is-separatur tal-eluf ma jintużax;

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b’“-” (minus);

il-valuri huma approssimati u mhux maqtugħa.

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n ċifri b’kollox

Kaxxa numerika kemm għal valuri ta’ numri sħaħ pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur tal-eluf ma jintużax;

iċ-ċifri negattivi huma prefissi b’“-” (minus).

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Il-kodiċi ISO 17442 tal-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI)

{NATIONAL_ID}

35 karattri alfanumeriċi

L-identifikatur jiġi derivat f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.


Tabella 2

Informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata lill-awtoritajiet kompetenti

N

Kamp

Kontenut li għandu jiġi rrappurtat

Format u standard li għandhom jintużaw għar-rapportar

1

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

Kodiċi użat biex jiġi identifikat il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv responsabbli għas-sottomissjoni tar-rapport.

{LEI}

2

Perjodu ta’ rapportar

Is-sena li għaliha qed jiġi ppreżentat ir-rapport.

SSSS

Informazzjoni dwar il-proġetti li għalihom tkun saret offerta ta’ finanzjament kollettiv mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv matul il-perjodu ta’ rapportar.

Il-kaxxi 3 sa 6 għandhom jiġu ripetuti għal kull proġett. Jekk l-ammont miġbur jiġi espress f’aktar minn munita waħda, il-kaxxi 5 sa 6 għandhom jiġu ripetuti għal kull munita rispettivament.

3

Identifikatur tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv

Identifikatur uniku tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv kif speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2119.

{ALPHANUM-28}

4

Settur

Is-settur tal-proġett kif speċifikat fl-ewwel livell ta’ klassifikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

{ALPHANUM-1}

5

Ammont miġbur

L-ammont miġbur għall-proġett.

L-informazzjoni rrappurtata f’din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valur ipprovdut fil-kaxxa numru 12.

{DECIMAL-18/5}

6

Ammont ta’ munita miġbura

Munita li fiha huwa espress l-ammont miġbur.

{CURRENCYCODE_3}

Informazzjoni dwar is-sid(ien) tal-proġett ta’ kull proġett.

Il-kaxxa numru 7 għandha tiġi ripetuta għal kull sid il-proġett.

7

Identifikatur tas-sid(ien) tal-proġett

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tas-sid tal-proġett:

(a)

meta sid il-proġett ikun entità ġuridika, il-kodiċi LEI;

(b)

meta sid il-proġett ikun persuna fiżika, l-identifikatur iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

{LEI}

{NATIONAL_ID}

Informazzjoni dwar l-investituri u l-istrumenti maħruġa għal kull proġett.

Jekk għandhom jiġu rrapportati tipi differenti ta’ strumenti, tipi differenti ta’ investituri, pajjiżi differenti ta’ investituri jew muniti, il-kaxxi 8 sa 13 għandhom jiġu ripetuti kemm-il darba jkun meħtieġ għal kull kombinazzjoni ta’ tip ta’ strument, tip ta’ investitur, pajjiż investitur u munita.

8

Tip ta’ strument

Tip ta’ strumenti maħruġa.

LOAN — Self

ICFP — Strumenti ddepożitati għal skopijiet ta’ finanzjament kollettiv

EQUI — Strumenti ta’ ekwità li huma titoli trasferibbli skont il-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), bħal dawk imsemmija fil-punt (a) tagħha

DEBT — Strumenti ta’ dejn li huma titoli trasferibbli skont il-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, bħal dawk imsemmija fil-punt (b) tagħha

OTHR — Titoli trasferibbli oħrajn, skont il-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, bħal dawk imsemmija fil-punt (c) tagħha

9

Tip ta’ investur

Tip jew tipi ta’ investituri li jindikaw jekk l-investitur huwiex:

(a)

persuna fiżika jew ġuridika li hija klijent professjonali permezz tat-Taqsima I, il-punti (1) sa (4), tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-approvazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv biex tiġi ttrattata bħala investitur sofistikat f’konformità mal-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(c)

investitur mhux sofistikat;

(d)

għal sid il-proġett.

Meta l-ammont irrapportat fl-entrata 12 jirreferi għall-ammont investit fil-proġett minn sid il-proġett, allura t-tip ta’ investitur irrapportat f’din il-kaxxa għandu jinkludi sid il-proġett kif imsemmi fil-punt (d).

PROF — klijent professjonali skont it-Taqsima I, il-punti (1) sa (4), tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE

SOPH — investitur sofistikat skont il-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/1503

RETL — investitur mhux sofistikat

OTHR — Sidien ta’ proġetti

10

Pajjiż investitur

Il-pajjiż ta’ residenza fiskali tal-investituri.

{COUNTRYCODE_2}

11

Numru ta’ investituri

In-numru ta’ investituri individwali għat-tip ta’ investitur partikolari u l-pajjiż investitur.

{INTEGER-9}

12

Ammont investit

L-ammont totali investit għat-tip ta’ investitur partikolari u l-pajjiż investitur espress fil-munita użata għall-pagament.

{DECIMAL-18/5}

13

Munita tal-ammont investit

Munita li fiha l-ammont investit huwa espress.

{CURRENCYCODE_3}


Tabella 3

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-ESMA

N

Kamp

Kontenut li għandu jiġi rrappurtat

Format u Standard li għandhom jintużaw għar-rapportar

1

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

Kodiċi użat biex jiġi identifikat il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv responsabbli għas-sottomissjoni tar-rapport.

{LEI}

2

Perjodu ta’ rapportar

Is-sena li għaliha qed jiġi ppreżentat ir-rapport.

SSSS

Informazzjoni dwar il-proġetti li għalihom tkun saret offerta ta’ finanzjament kollettiv mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv matul il-perjodu ta’ rapportar.

Il-kaxxi 3 sa 6 għandhom jiġu ripetuti għal kull proġett. Jekk l-ammont miġbur jiġi espress f’aktar minn munita waħda, il-kaxxi 5 sa 6 għandhom jiġu ripetuti għal kull munita rispettivament.

3

Identifikatur tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv

Identifikatur uniku tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv kif speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2119.

{ALPHANUM-28}

4

Settur

Is-settur tal-proġett kif speċifikat fl-ewwel livell ta’ klassifikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

{ALPHANUM-1}

5

Ammont miġbur

L-ammont miġbur għall-proġett.

L-informazzjoni rrappurtata f’din il-kaxxa għandha tkun konsistenti mal-valur ipprovdut fil-kaxxa 12.

{DECIMAL-18/5}

6

Ammont ta’ munita miġbura

Munita li fiha l-ammont miġbur huwa espress.

{CURRENCYCODE_3}

Informazzjoni dwar is-sid (ien) tal-proġett ta’ kull proġett.

Il-kaxxa 7 għandha tiġi ripetuta għal kull sid il-proġett.

7

Identifikatur anonimizzat tas-sid (ien) tal-proġett

L-identifikatur ta’ sid il-proġett anonimizzat skont l-Artikolu 2(2).

{ALPHANUM}

Informazzjoni dwar l-investituri u l-istrumenti maħruġa għal kull proġett.

Jekk għandhom jiġu rrapportati tipi differenti ta’ strumenti jew tipi differenti ta’ investituri, pajjiżi differenti ta’ investituri jew muniti, il-kaxxi 8 sa 13 għandhom jiġu ripetuti kemm-il darba jkun meħtieġ għal kull kombinazzjoni ta’ tip ta’ strument, tip ta’ investituri, pajjiż tal-investituri u munita.

8

Tip ta’ strument

Tip ta’ strumenti maħruġa.

LOAN — Self

ICFP — Strumenti ddepożitati għal skopijiet ta’ finanzjament kollettiv

EQUI — Strumenti azzjonarji li huma titoli trasferibbli skont il-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, bħal dawk imsemmija fil-punt (a) tagħha

DEBT — Strumenti ta’ dejn li huma titoli trasferibbli skont il-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, bħal dawk imsemmija fil-punt (b) tagħha

OTHR — Titoli trasferibbli oħrajn skont il-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, bħal dawk imsemmija fil-punt (c) tagħha

9

Tip ta’ investur

Tip ta’ investituri li jindikaw jekk l-investitur huwiex:

(a)

persuna fiżika jew ġuridika li hija klijent professjonali permezz tat-Taqsima I, il-punti (1) sa (4), tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-approvazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv biex tiġi ttrattata bħala investitur sofistikat f’konformità mal-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(c)

investitur mhux sofistikat;

(d)

għal sid il-proġett:

Meta l-ammont irrapportat fl-entrata 12 jirreferi għall-ammont investit fil-proġett minn sid il-proġett, allura t-tip ta’ investitur irrapportat f’din il-kaxxa għandu jinkludi sid il-proġett kif imsemmi fil-punt (d).

PROF — klijent professjonali skont it-Taqsima I, il-punt (1) sa (4), tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE

SOPH — investitur sofistikat skont il-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/1503

RETL — investitur mhux sofistikat

OTHR — Sidien ta’ proġetti

10

Pajjiż investitur

Il-pajjiż ta’ residenza fiskali tal-investituri.

{COUNTRYCODE_2}

11

Numru ta’ investituri

In-numru ta’ investituri individwali għat-tip ta’ investitur partikolari u l-pajjiż investitur.

{INTEGER-9}

12

Ammont investit

L-ammont totali investit għat-tip ta’ investitur partikolari u l-pajjiż investitur espress fil-munita użata għall-pagament.

{DECIMAL-18/5}

13

Munita tal-ammont investit

Munita li fiha huwa espress l-ammont investit.

{CURRENCYCODE_3}


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/86


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2121

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard li jirrigwardaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA dwar il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ikunu jistgħu jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni b’mod effiċjenti u f’waqtu għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2020/1503, huwa xieraq li jiġu stabbiliti formoli, mudelli u proċeduri standard li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għal din il-kooperazzjoni u għal dan l-skambju ta’ informazzjoni, inkluż għas-sottomissjoni ta’ talbiet rilevanti, il-konferma li t-talbiet waslu, u t-tweġibiet għal dawn it-talbiet, kif ukoll għat-trażmissjoni mhux mitluba ta’ informazzjoni.

(2)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jenħtieġ li jaħtru punt ta’ kuntatt biex jittratta l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jipproċessaw it-talbiet għall-kooperazzjoni jew għall-informazzjoni b’mod effiċjenti u malajr, kull talba jenħtieġ li tistabbilixxi b’mod ċar ir-raġunijiet għat-talba. Il-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA waqt il-proċess kollu.

(4)

Peress li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-ESMA tikkoordina spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transfruntier, huwa xieraq li tiġi stabbilita formola standard li għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti meta jagħmlu dawn it-talbiet.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati lill-Kummissjoni mill-ESMA.

(6)

Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA u mhux lill-parteċipanti fis-suq. Għalhekk, l-ESMA qieset jkun ferm sproporzjonat, fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozz tal-istandards ta’ implimentazzjoni f’dan ir-Regolament, li twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi dwar dawn l-istandards jew li tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali.

(7)

L-ESMA talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Punti ta’ kuntatt

1.   L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt, kull wieħed, bl-għan li jiġu kkomunikati t-talbiet għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni magħmulin skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2020/1503.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bid-dettalji tal-punti ta’ kuntatt tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, u għandhom iżommu lill-ESMA infurmata dwar kwalunkwe bidla f’dawn id-dettalji.

3.   L-ESMA għandha żżomm u taġġorna lista tal-punti ta’ kuntatt kollha maħtura skont il-paragrafu 1.

Artikolu 2

Talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju tal-informazzjoni

1.   Meta l-ESMA jew awtorità kompetenti tagħmel talba għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2020/1503, l-awtorità kompetenti rikjedenti u l-ESMA għandhom jużaw il-formola standard stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Il-parti rikjedenti għandha tindirizza t-talba lill-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jew lill-ESMA, kif ikun adegwat.

2.   Meta tagħmel talba għall-informazzjoni, l-awtorità kompetenti rikjedenti jew l-ESMA għandha tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni rilevanti li qed tfittex, u tidentifika, fejn xieraq, il-kwistjonijiet relatati mal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mitluba.

3.   F’każijiet urġenti, l-awtorità kompetenti rikjedenti jew l-ESMA tista’ tagħmel talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni verbalment, dment li sussegwentement issir konferma tat-talba bil-miktub fi żmien raġonevoli, sakemm l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jew l-ESMA ma tiftehimx mod ieħor.

Artikolu 3

Il-konferma li t-talbiet waslu

1.   Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba magħmula skont l-Artikolu 2, u l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jew l-ESMA, kif xieraq, għandha tibgħat konferma li rċeviet it-talba lill-awtorità kompetenti rikjedenti jew lill-ESMA, kif xieraq, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness II, u, fejn possibbli, tindika d-data prevista tat-tweġiba.

2.   Meta l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jew l-ESMA, kif xieraq, ikollha xi dubju fir-rigward tal-kontenut tal-kooperazzjoni jew tal-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503, għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, hija għandha titlob malajr kemm jista’ jkun aktar kjarifiki bl-użu ta’ kwalunkwe mezz xieraq, kemm jekk verbalment kif ukoll jekk bil-miktub. L-awtorità li lilha tkun indirizzata din it-talba għandha tipprovdi tweġiba fil-pront.

Artikolu 4

It-tweġiba għal talba

1.   Meta twieġeb għal talba magħmula skont l-Artikolu 2, l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jew l-ESMA, kif xieraq, għandha:

(a)

tuża l-formola standard stabbilita fl-Anness III;

(b)

tieħu l-passi kollha raġonevoli f’setgħetha biex tipprovdi l-kooperazzjoni jew l-informazzjoni mitluba;

(c)

taġixxi mingħajr dewmien żejjed filwaqt li tqis il-kumplessità tat-talba, u jekk hemmx bżonn li jiġu involuti partijiet terzi.

2.   F’każijiet urġenti, l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jew l-ESMA, kif xieraq, tista’ twieġeb dwar talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni verbalment, dment li t-tweġiba tingħata sussegwentement bil-miktub fi żmien raġonevoli bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness III, sakemm l-awtorità kompetenti rikjedenti jew l-ESMA, kif xieraq, ma taqbilx mod ieħor.

Artikolu 5

Mezzi ta’ komunikazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 4(2), il-formoli standard għandhom jintbagħtu bil-miktub.

2.   Meta jiġu ddeterminati l-mezzi l-aktar xierqa ta’ komunikazzjoni, għandhom jitqiesu b’mod dovut il-kunsiderazzjonijiet tal-kunfidenzjalità, il-ħin neċessarju għall-korrispondenza, il-volum tal-materjal li se jiġi kkomunikat u l-faċilità tal-aċċess għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti rikjedenti jew l-ESMA, kif xieraq.

3.   Kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni għandu jiżgura li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tas-suġġett tal-informazzjoni tal-iskambju jinżammu waqt it-trażmissjoni.

Artikolu 6

Proċeduri għall-ipproċessar ta’ talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni

1.   L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rikjedenti jew lill-ESMA, kif xieraq, meta ssir taf b’ċirkostanzi li jistgħu jwasslu għal dewmien ta’ aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol lil hinn mid-data prevista tat-tweġiba speċifikata skont l-Artikolu 3(1).

2.   Meta l-awtorità kompetenti rikjedenti jew l-ESMA tikkwalifika t-talba bħala urġenti, kif xieraq, l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jew l-ESMA, kif xieraq, għandha taqbel dwar il-frekwenza li biha se taġġorna lill-parti rikjedenti dwar kull progress li jkun sar fir-rigward tal-ipproċessar tat-talba u dwar id-data prevista tat-tweġiba.

3.   L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw biex isolvu kwalunkwe diffikultà li tista’ tinqala fl-ipproċessar ta’ rikjesta.

4.   L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jipprovdu, fejn xieraq, feedback lil xulxin dwar l-utilità tal-assistenza riċevuta, l-eżitu tal-każ li fir-rigward tiegħu ntalbet l-assistenza, u kwalunkwe problema li nqalgħet fl-għoti ta’ tali assistenza.

Artikolu 7

Talba lill-ESMA għall-koordinazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post jew ta’ investigazzjoni b’effett transfruntier

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-ESMA biex tikkoordina spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transfruntier, f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503, dawn għandhom jużaw il-formola standard stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha.

3.   Jekk l-ESMA tintalab, skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 biex tikkoordina spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transfruntier, l-ESMA tista’ tistabbilixxi grupp temporanju fuq bażi ad hoc biex tinkludi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri affettwati mill-ispezzjoni u mill-investigazzjoni.

Artikolu 8

Skambji mhux mitluba ta’ informazzjoni

1.   Meta awtorità kompetenti jew l-ESMA jkollha informazzjoni li temmen li tista’ tgħin lill-ESMA jew lil xi awtorità kompetenti rispettivament, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont ir-Regolament (UE) 2020/1503, hija għandha tittrażmetti din l-informazzjoni billi tuża l-formola standard stipulata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, jekk l-awtorità kompetenti jew l-ESMA, li għandhom jibagħtu l-informazzjoni, jemmnu li l-informazzjoni għandha tintbagħat urġentement, huma jistgħu inizjalment jikkomunikaw l-informazzjoni b’mod verbali. F’każ bħal dan, it-trażmissjoni sussegwenti tal-informazzjoni għandha ssir bl-użu tal-formola standard stabbilita fl-Anness III, dment li l-awtorità kompetenti jew l-ESMA li tirċievi l-informazzjoni ma tiftehimx mod ieħor.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Il-formola għal talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2020/1503

Talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni

In-numru ta’ referenza:

Data:

Informazzjoni ġenerali

MINGĦAND:

L-awtorità nazzjonali kompetenti

L-ESMA

L-Istat Membru:

L-awtorità kompetenti rikjedenti:

L-indirizz:

L-indirizz

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

LIL:

L-Istat Membru (jekk applikabbli):

Ir-riċevitur:

L-indirizz:

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

Għażiż/a [daħħal l-isem xieraq],

F’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2020/1503 qed jintalab il-kontribut tiegħek dwar il-kwistjoni(jiet) imniżżla f’aktar dettall hawn taħt.

Napprezza jekk nirċievi tweġiba għat-talba ta’ hawn fuq minn [daħħal id-data indikattiva għal tweġiba u f’każ ta’ talba urġenti daħħal l-iskadenza biex l-informazzjoni tiġi pprovduta minn] jew, jekk dan mhuwiex possibbli, indikazzjoni dwar meta taħseb li tkun f’pożizzjoni li tipprovdi l-assistenza mitluba.

Tip ta’ talba

Jekk jogħġbok immarka l-kaxxa/i adattata/i:

Is-setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

Miżuri prekawzjonarji

Oħra

Jekk oħra, jekk jogħġbok speċifika:

Raġuni għat-talba

[daħħal id-dispożizzjoni(jiet) tal-leġiżlazzjoni settorjali li taħtha l-awtorità rikjedenti hija kompetenti biex tittratta l-kwistjoni]

It-talba hija għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar…

[daħħal id-deskrizzjoni tas-suġġett tat-talba, il-fini li għalih qed tintalab il-kooperazzjoni jew l-iskambju tal-informazzjoni, il-fatti li fuqhom hija bbażata l-investigazzjoni li minħabba fiha qed issir it-talba u spjegazzjoni ta’ għalfejn din hija ta’ għajnuna]

Kif ukoll…

[jekk applikabbli, daħħal id-dettalji tat-talba preċedenti li fuqhom hija bbażata din it-talba]

F’każ ta’ talba urġenti u tal-iffissar ta’ xi skadenza, agħti spjegazzjoni sħiħa dwar l-urġenza tat-talba u spjegazzjoni dwar kwalunkwe skadenza li l-awtorità rikjedenti tkun talbet għall-għoti tal-informazzjoni li għandha tingħata minn:

Informazzjoni addizzjonali:

L-informazzjoni inkluża f’din it-talba għandha tinżamm kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2020/1503. Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Id-drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


ANNESS II

Formola għall-konferma li t-tabla waslet

Konferma li t-tabla waslet

In-numru ta’ referenza:

Data:

L-awtorità nazzjonali kompetenti

L-ESMA

L-Istat Membru:

L-awtorità kompetenti rikjedenti:

L-indirizz:

L-indirizz

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

LIL:

L-Istat Membru (jekk applikabbli):

Ir-riċevitur:

L-indirizz:

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

Għażiż/a [daħħal l-isem xieraq],

Wara t-talba tiegħek [daħħal ir-referenza tat-talba] nixtiequ ngħarrfuk li rċevejna t-talba tiegħek fi [daħħal id-data meta t-talba għall-kooperazzjoni jew għall-informazzjoni waslet].

Id-data mistennija tat-tweġiba: …

Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Id-drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


ANNESS III

Formola għal tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll għall-iskambju mhux mitlub ta’ informazzjoni

Tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju ta’ informazzjoni

In-numru ta’ referenza:

Data:

Informazzjoni ġenerali

L-awtorità nazzjonali kompetenti

L-ESMA

L-Istat Membru:

L-awtorità kompetenti rikjedenti:

L-indirizz:

L-indirizz

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

LIL:

L-Istat Membru:

Ir-riċevitur:

L-indirizz:

(Id-dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

Għażiż/a [daħħal l-isem xieraq],

Nikkonfermaw li t-talba tiegħek iddatata [jj.xx.ssss] bir-referenza [daħħal in-numru ta’ referenza tat-talba] ġiet ipproċessata minna [mhux applikabbli fil-każ ta’ skambju mhux mitlub ta’ informazzjoni].

Informazzjoni miġbura

[jekk l-informazzjoni diġà nġabret, jekk jogħġbok niżżel l-informazzjoni hawnhekk jew spjega kif din se tingħata].

[fil-każ ta’ skambju mhux mitlub ta’ informazzjoni, jekk jogħġbok niżżel l-informazzjoni li tingħata fuq bażi mhux mitluba].

[L-informazzjoni pprovduta hija kunfidenzjali u qed tiġi divulgata lil [daħħal isem l-awtorità rikjedenti] skont [daħħal id-dispożizzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503], filwaqt li jkun mifhum li l-informazzjoni, għandha tibqa’ kunfidenzjali skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2020/1503.]. [jew] [L-informazzjoni pprovduta tista’ tiġi divulgata skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503.]

Fejn rilevanti, jekk jogħġbok spjega kwalunkwe kjarifika li tkun teħtieġ rigward l-informazzjoni preċiżament mitluba:

Jekk jogħġbok ipprovdi, fuq inizjattiva tiegħek stess, kull informazzjoni essenzjali li tista’ tkun ta’ iżjed għajnuna għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju tal-informazzjoni għall-finijiet tat-talba:

Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Id-drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


ANNESS IV

Formola għal talba biex l-ESMA tikkoordina spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transfruntier skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

Talba għall-koordinazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transfruntier

In-numru ta’ referenza:

Data:

Informazzjoni ġenerali

MINGĦAND:

L-Istat Membru:

L-awtorità kompetenti rikjedenti:

L-indirizz:

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

LIL:

L-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq (ESMA)

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt)

L-isem:

It-telefown:

L-indirizz elettroniku:

Informazzjoni dwar it-talba għall-koordinazzjoni

Raġuni għat-talba

[daħħal id-dispożizzjoni(jiet) tal-leġiżlazzjoni settorjali li taħtha l-awtorità rikjedenti hija kompetenti biex tittratta l-kwistjoni]

It-talba tirrigwarda l-koordinazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni b’effett transfruntier dwar

[daħħal deskrizzjoni tas-suġġett tat-talba, il-fini li għalih qed tintalab il-koordinazzjoni tal-ispezzjoni fuq il-post jew tal-investigazzjoni b’effett transfruntier, il-fatti li fuqhom hija bbażata l-investigazzjoni li minħabba fiha qed issir it-talba u spjegazzjoni ta’ għalfejn din hija ta’ għajnuna]

Kif ukoll

[jekk applikabbli, daħħal id-dettalji tat-talba preċedenti li fuqhom hija bbażata din it-talba]

F’każ ta’ talba urġenti u tal-iffissar ta’ xi skadenza, agħti spjegazzjoni sħiħa dwar l-urġenza tat-talba u spjegazzjoni dwar kwalunkwe skadenza li l-awtorità rikjedenti tkun talbet għall-għoti tal-informazzjoni li għandha tingħata minn:

Informazzjoni addizzjonali:

L-informazzjoni inkluża f’din it-talba għandha tinżamm kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2020/1503. Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Id-drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/101


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2122

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fornituri Ewropej is-7 ta' Ottubru 2020 ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 31(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2020/1503, kull awtorità kompetenti jenħtieġ li taħtar u tikkomunika lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) punt ta’ kuntatt.

(2)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza u biex tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn awtoritajiet kompetenti differenti, huwa importanti li jiġi stabbilit li l-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw li jaġixxu fuq talba għal informazzjoni jew talba biex jikkooperaw ma’ investigazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti rikjedenti b’tali rifjut u jinformaw lil dik l-awtorità kompetenti bir-raġunijiet għal dak ir-rifjut.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw b’mod effiċjenti meta jwettqu attivitajiet ta’ superviżjoni, investigazzjoni u infurzar għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2020/1503. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri komuni u uniformi f’każ li l-kooperazzjoni mitluba tinvolvi t-teħid ta’ dikjarazzjonijiet. Dawk il-proċeduri jenħtieġ li jistabbilixxu l-elementi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, meta jikkooperaw dwar it-teħid ta’ dikjarazzjoni minn kwalunkwe persuna. Dawk l-elementi jenħtieġ li jinkludu d-drittijiet tal-persuna li mingħandha għandha tittieħed id-dikjarazzjoni u l-arranġamenti li jippermettu lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti jipproċedi b’mod effiċjenti bil-kooperazzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw il-protezzjoni tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għal preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża, minquxa fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jinvolvu ruħhom b’mod effiċjenti f’talbiet għal kooperazzjoni dwar spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, inkluż dwar l-adegwatezza li titwettaq spezzjoni jew investigazzjoni konġunta fuq il-post. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri komuni u uniformi li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn, il-konsultazzjonijiet u l-interazzjonijiet bejn l-awtorità kompetenti rikjedenti u l-awtorità kompetenti rikjesta, kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-persuni li huma soġġetti għal spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(6)

L-ESMA ma għamlet ebda konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards regolatorji li huma l-bażi tar-Regolament, u lanqas ma analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali billi dan kien ikun sproporzjonat ħafna fil-konfront tal-fini u tal-impatt ta’ dawk l-istandards, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li prinċipalment dawn jikkonċernaw lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

(7)

L-ESMA talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-punti ta’ kuntatt

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2020/1503.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-punti ta’ kuntatt lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u jinfurmaw lill-ESMA bi kwalunkwe tibdil f’dawk id-dettalji.

3.   L-ESMA għandha żżomm lista aġġornata tal-punti ta’ kuntatt kollha deżinjati mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1 u taġġorna din il-lista kif ikun meħtieġ għall-użu tal-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 2

Talba għal kooperazzjoni jew għal skambju ta’ informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni bil-miktub, billi jużaw il-formola stabbilita fl-Anness I.

2.   Meta jagħmlu talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti rikjedenti għandhom:

(a)

tispeċifika dettalji tal-informazzjoni li l-awtorità rikjedenti tkun qed titlob mill-awtorità kompetenti rikjesta;

(b)

tidentifika, fejn xieraq, kwistjonijiet relatati mal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tista’ tinkiseb.

3.   F’każijiet urġenti, l-awtorità rikjedenti tista’ tagħmel talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni bil-fomm dment li sussegwentement issir konferma tat-talba bil-miktub fi żmien raġonevoli, billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness I, sakemm l-awtorità rikjesta ma taqbilx mod ieħor.

Artikolu 3

Tweġiba għal talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni

1.   Fi żmien 10 t’ijiem ta’ xogħol minn meta tirċievi talba magħmula skont l-Artikolu 2, l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għandha tibgħat konferma tar-riċevuta lill-awtorità kompetenti rikjedenti billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness II u, fejn possibbli, għandha tindika data ta’ stima għat-tweġiba.

2.   Fejn l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba jkollha xi dubju dwar il-kontenut preċiż tal-kooperazzjoni jew l-iskambju ta’ informazzjoni mitluba, hija għandha titlob aktar kjarifiki malajr kemm jista’ jkun bl-użu ta’ kwalunkwe mezz xieraq, kemm jekk orali kif ukoll jekk bil-miktub.

Artikolu 4

Tweġiba għal talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni

1.   Meta twieġeb għal talba magħmula skont l-Artikolu 2, l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għandha:

(a)

twieġeb bil-miktub, billi juża l-formola li tinsab fl-Anness III;

(b)

tieħu l-passi raġonevoli kollha fis-setgħa tiegħu biex jipprovdi l-kooperazzjoni jew l-informazzjoni mitluba;

(c)

taġixxi mingħajr dewmien b’mod li jiżgura li kwalunkwe azzjoni regolatorja neċessarja tipproċedi mingħajr dewmien, waqt li tqis il-kumplessità tat-talba u l-ħtieġa li jiġu involuti partijiet terzi jew xi awtorità kompetenti oħra.

2.   F’każijiet urġenti, l-awtorità rikjedenti tista’ tagħmel talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni bil-fomm dment li sussegwentement issir konferma tat-talba bil-miktub fi żmien raġonevoli, billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness III, sakemm l-awtorità kompetenti rikjedenti ma taqbilx mod ieħor.

Artikolu 5

Mezzi ta’ komunikazzjonijiet

1.   Ħlief jekk jiġi ddikjarat mod ieħor f’dan ir-Regolament, kwalunkwe formola li tintuża skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat bil-miktub bil-posta, b’faks jew b’mezzi elettroniċi.

2.   Meta jiġu ddeterminati l-mezzi ta’ komunikazzjoni l-aktar xierqa f’każ partikolari, għandhom jitqiesu b’mod dovut il-kunsiderazzjonijiet tal-kunfidenzjalità, iż-żmien neċessarju għall-korrispondenza, il-volum tal-materjal li se jiġi kkomunikat u l-faċilità tal-aċċess għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti rikjedenti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tas-suġġett tal-informazzjoni tal-iskambju jinżammu matul it-trażmissjoni.

Artikolu 6

Proċeduri għall-ipproċessar u t-twettiq ta’ talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti rikjedenti għandha twieġeb minnufih għal kwalunkwe talba għal kjarifiki kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) mill-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba.

2.   L-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rikjedenti fejn tkun qed tantiċipa dewmien ta’ aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol mid-data stmata għat-tweġiba speċifikata fir-rikonoxximent tal-wasla msemmija fl-Artikolu 3(1).

3.   Meta t-talba tkun ġiet ikkwalifikata mill-awtorità kompetenti rikjedenti bħala urġenti, l-awtorità kompetenti rikjesta u l-awtorità rikjedenti għandhom jaqblu dwar il-frekwenza li biha l-awtorità rikjesta se taġġorna lill-awtorità rikjedenti dwar it-trattament tat-talba u dwar id-data li fiha tistenna li tagħti risposta.

4.   L-awtorità kompetenti rikjedenti u l-awtorità kompetenti rikjedenti għandhom jikkooperaw biex isolvu kwalunkwe diffikultà li tista’ tinħoloq fl-eżekuzzjoni ta’ talba.

5.   Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu feedback lil xulxin dwar l-utilità tal-informazzjoni jew għajnuna oħra rċevuta, dwar l-eżitu tal-każ li fih l-għajnuna ġiet mitluba u kwalunkwe problema li tinqala’ fl-għoti ta’ tali għajnuna jew informazzjoni.

Artikolu 7

Notifika ta’ rifjut li tittieħed azzjoni dwar it-talba għal kooperazzjoni jew għal skambju ta’ informazzjoni

Meta, f’konformità mal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503, l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba tirrifjuta li taġixxi, b’mod sħiħ jew parzjali, fuq talba kif imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, hija għandha, fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta tirċievi t-talba, tinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti rikjedenti dwar ir-rifjut tagħha li taġixxi, billi tuża l-formola stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 8

Proċeduri għal talba għal kooperazzjoni dwar it-teħid ta’ dikjarazzjoni

1.   Fejn talba għal kooperazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tinkludi t-teħid ta’ dikjarazzjoni minn kwalunkwe persuna, l-awtorità kompetenti rikjedenti u l-awtorità kompetenti rikjesta għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, jivvalutaw u jqisu dan kollu li ġej:

(a)

id-drittijiet tal-persuna li mingħandha għandha tittieħed id-dikjarazzjoni, f’konformità mal-Liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(b)

id-drittijiet tal-persuna relatati mal-lingwa tad-dikjarazzjoni, u l-iskemi ta’ traduzzjonijiet possibbli;

(c)

ir-rwol tal-persunal tal-awtorità kompetenti rikjedenti u tal-awtorità kompetenti rikjesta fit-teħid tad-dikjarazzjoni;

(d)

jekk il-persuna li mingħandha trid tittieħed d-dikjarazzjoni għandhiex id-dritt li tkun assistita minn rappreżentant legali, u jekk iva, l-ambitu tal-assistenza mir-rappreżentant matul it-teħid tad-dikjarazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwalunkwe rekord jew rapport tad-dikjarazzjoni;

(e)

jekk id-dikjarazzjoni tkunx se tittieħed fuq bażi volontarja jew imġiegħla;

(f)

jekk, abbażi tal-informazzjoni li tkun disponibbli fiż-żmien tat-talba, il-persuna li mingħandha trid tittieħed id-dikjarazzjoni tkunx xhud jew suġġett ta’ investigazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja;

(g)

jekk, abbażi tal-informazzjoni li tkun disponibbli fiż-żmien tat-talba, id-dikjarazzjoni tkunx tista’ jew hijiex maħsuba biex tintuża fi proċedimenti kriminali;

(h)

ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni u tal-proċeduri applikabbli, inkluż jekk hux ser ikunu kontemporanji jew minuti sommarji miktubin jew reġistrazzjoni awdjo jew awdjoviżiva;

(i)

il-proċeduri dwar iċ-ċertifikazzjoni jew il-konferma tad-dikjarazzjoni mill-persuni li jagħmlu d-dikjarazzjoni, anke jekk dan iseħħ wara li d-dikjarazzjoni tkun ittieħdet;

(j)

il-proċeduri ta’ konsenja tad-dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti rikjedenti, inklużi l-format u l-perjodu ta’ żmien mitluba.

2.   L-awtorità kompetenti rikjesta u l-awtorità kompetenti rikjedenti għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ arranġamenti biex il-persunal tagħhom jipproċedi b’mod effiċjenti u biex il-persunal tagħhom jiftiehem dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa, inklużi dan li ġej:

(a)

l-ippjanar ta’ dati;

(b)

il-lista ta’ mistoqsijiet li għandhom isiru lill-persuna li mingħandha trid tittieħed id-dikjarazzjoni u r-rieżami tagħha;

(c)

l-arranġamenti tal-ivvjaġġar jew ta’ vidjokonferenza, inkluż l-iżgurar li fejn meħtieġ, l-awtoritàjiet kompetenti kkonċernati jkunu jistgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu l-kwistjoni qabel ma tittieħed id-dikjarazzjoni;

(d)

l-arranġamenti tat-traduzzjoni.

Artikolu 9

Proċeduri għal talba għal kooperazzjoni għal verifika jew investigazzjoni fuq il-post

1.   Meta talba għal kooperazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tikkonċerna t-twettiq ta’ spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, l-awtorità kompetenti rikjedenti u l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-aħjar mod biex jagħtu effett lil dik it-talba, inkluż dwar il-merti tat-twettiq ta’ spezzjoni konġunta fuq il-post jew investigazzjoni konġunta.

2.   Għall-finijiet tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dan kollu li ġej:

(a)

il-kontenut tat-talba, inkluża l-adegwatezza li titwettaq l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni fuq il-post b’mod konġunt;

(b)

jekk l-awtoritajiet kompetenti humiex qed iwettqu l-inkjesti separati dwar kwistjoni b’implikazzjonijiet transfruntiera u jekk din il-kwistjoni tkunx trattata aħjar b’kollaborazzjoni konġunta;

(c)

il-qafas legali u regolatorju applikabbli f’kull waħda mill-ġurisdizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, b’mod li jiżguraw li ż-żewġ awtoritajiet ikunu fehmu sew ir-restrizzjonijiet potenzjali u l-limitazzjonijiet legali fuq l-aġir tagħhom u fuq kwalunkwe proċediment li jista’ jsegwi, inkluż kwalunkwe kwistjoni relatata mal-prinċipju ta’ ne bis in idem u l-ħarsien tad-drittijiet tal-persuni soġġetti għal spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

(d)

l-immaniġġjar u d-direzzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni jew l-ispezzjoni fuq il-post;

(e)

l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-ħatra tal-persunal inkarigat biex iwettaq investigazzjonijiet jew spezzjonijiet fuq il-post;

(f)

il-possibbiltà li jiġi stabbilit pjan ta’ azzjoni konġunta u l-iskedar tal-ħidma;

(g)

l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, b’mod konġunt jew b’mod individwali, mill-awtoritajiet kompetenti;

(h)

il-kondiviżjoni reċiproka tal-informazzjoni miġbura u tar-rappurtar dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet individwali meħuda;

3.   Meta l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess kif imsemmi fl-Artikolu 31(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2020/1503, hija għandha żżomm lill-awtorità kompetenti rikjedenti infurmata dwar il-progress tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni u għandha tagħti s-sejbiet tagħha fi żmien xieraq.

(a)

L-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu li jwettqu investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunta fuq il-post kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) 2020/1503 għandhom:

(b)

jidħlu fi djalogu kontinwu biex jikkoordinaw il-proċess tal-ġbir tal-informazzjoni u l-konstatazzjoni tal-fatti;

(c)

jaħdmu mill-qrib u jikkooperaw ma’ xulxin meta jwettqu investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post;

(d)

jidentifikaw id-dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jkunu s-suġġett tal-investigazzjoni jew tal-ispezzjoni fuq il-post;

(e)

jipprovdu assistenza reċiproka dwar proċedimenti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti sa fejn ikun legalment permissibbli, inkluż bil-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe proċedimenti jew azzjoni ta’ infurzar relatati mal-eżitu tal-investigazzjoni konġunta jew tal-ispezzjoni konġunta fuq il-post jew, fejn xieraq, il-prospetti ta’ soluzzjoni;

(f)

fejn rilevanti, jaqblu dwar mill-inqas dan li ġej:

(g)

it-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni konġunt li jispeċifika s-sustanza, in-natura u l-iskedar tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fl-implimentazzjoni tal-eżitu tal-ħidma u filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet rispettivi ta’ kull awtorità;

(h)

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni jew restrizzjoni legali u kwalunkwe differenzi fil-proċeduri fir-rigward ta’ azzjoni investigattiva jew ta’ infurzar jew kwalunkwe proċediment ieħor, inklużi d-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna soġġetta għal investigazzjoni;

(i)

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-privileġġi professjonali legali speċifiċi li jista’ jkollhom impatt fuq il-proċedimenti ta’ investigazzjoni kif ukoll il-proċedimenti ta’ infurzar, inkluża l-awtoinkriminazzjoni;

(j)

l-istrateġija mal-pubbliku u mal-istampa;

(k)

l-użu maħsub tal-informazzjoni skambjata matul l-investigazzjoni konġunta jew l-ispezzjoni konġunta fuq il-post.

Artikolu 10

Skambju ta’ informazzjoni mhux mitluba

1.   Awtorità kompetenti li jkollha informazzjoni li temmen li tgħin lil awtorità kompetenti oħra fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont ir-Regolament (UE) 2020/1503 għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni bil-miktub billi tuża l-formola stabbilita fl-Anness III.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, jekk l-awtorità kompetenti li tibgħat l-informazzjoni, taħseb li l-informazzjoni jenħtieġ li tintbagħat b’urġenza, din tista’ inizjalment tikkomunika l-informazzjoni verbalment dment li ssir trasmissjoni sussegwenti tal-informazzjoni bil-miktub fi żmien raġonevoli, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness III sakemm l-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni ma taqbilx mod ieħor.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Formula għal talba għal kooperazzjoni jew għal skambju ta’ informazzjoni

Talba għal kooperazzjoni jew għal skambju ta’ informazzjoni

Numru ta’ referenza: …

Data: …

Informazzjoni ġenerali

MINGĦAND:

L-Istat Membru:

Awtorità Kompetenti rikjedenti:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

GĦAL:

L-Istat Membru:

Riċevitur:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

Għażiż/a [daħħal isem xieraq]

F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) qed jintalab il-kontribut tiegħek dwar il-kwistjoni(jiet) imniżżla f’aktar dettall hawn taħt.

Inkun grat jekk nirċievi tweġiba għat-talba ta’ hawn fuq minn [daħħal data indikattiva ta’ tweġiba u f’każ ta’ talba urġenti daħħal l-iskadenza biex l-informazzjoni tiġi pprovduta minn] jew, jekk dan mhuwiex possibbli, indikazzjoni dwar meta taħseb li tkun f’pożizzjoni li tipprovdi l-assistenza mitluba.

Tip ta’ talba

Jekk jogħġbok immarka l-kaxxa/i adattata/i

Attivitajiet Superviżorji (għoti ta’ informazzjoni, teħid ta’ dikjarazzjoni, oħrajn)

Investigazzjoni jew spezzjonijiet fuq il-post

Infurzar

Proċedura għall-awtorizzazzjoni

Raġuni għat-talba

……

[Daħħal id-dispożizzjoni(jiet) tal-leġiżlazzjoni settorjali li taħtha l-awtorità rikjedenti hija kompetenti biex tittratta l-kwistjoni]

It-talba hija għal [kooperazzjoni] jew għal [skambju ta’ informazzjoni] dwar

[Daħħal deskrizzjoni tas-suġġett tat-talba, il-fini li għalih qed tintalab il-kooperazzjoni jew l-iskambju ta’ informazzjoni, il-fatti li fuqhom hija bbażata l-investigazzjoni li minħabba fiha qed issir it-talba u spjegazzjoni ta’ għalfejn din hija ta’ għajnuna]

Wara …

[Jekk applikabbli, ikteb id-dettalji tat-talba preċedenti sabiex tkun tista’ tiġi identifikata]

Attivitajiet Superviżorji (għoti ta’ informazzjoni, teħid ta’ dikjarazzjoni)

Provvista ta’ informazzjoni

(a)

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni speċifika mitluba bir-raġunijiet l-għala dik l-informazzjoni se tkun ta’ assistenza u, jekk magħruf, lista tal-persuni meqjusa li għandhom l-informazzjoni mitluba jew tal-postijiet minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

(b)

Jekk it-talba tikkonċerna l-kooperazzjoni jew l-iskambju ta’ informazzjoni relatata ma’ titolu trasferibbli speċifiku, strument ammess għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv jew self ta’ offerta ta’ finanzjament kollettiv, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

ID tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv: …

[Daħħal deskrizzjoni preċiża tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv, inkluż l-identifikatur imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2119 (2) ]

ID personali: …

[Daħħal l-identità ta’ kwalunkwe persuna konnessa mal-offerta ta’ finanzjament kollettiv u/jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv rilevanti]

Data: …

[Daħħal id-data ta’ meta l-offerta ta’ finanzjament kollettiv ġiet ipprovduta fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv]

(c)

Jekk it-talba tikkonċerna informazzjoni relatata man-negozju jew mal-attivitajiet ta’ persuna, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni kemm jista’ jkun preċiża sabiex dik il-persuna tkun tista’ tiġi identifikata.

(d)

Jekk hemm kunsiderazzjonijiet speċjali dwar is-sensittività tal-informazzjoni mitluba (inkluż minħabba kunsiderazzjonijiet investigattivi), jekk jogħġbok ipprovdi indikazzjoni ta’ tali sensittività u kwalunkwe prekawzjoni speċjali li trid tittieħed fil-ġbir tal-informazzjoni.

(e)

Jekk jogħġbok agħti kwalunkwe informazzjoni addizzjonali.

[Jekk l-awtorità rikjedenti kinitx f’kuntatt jew hijiex se tkun f’kuntatt ma’ kwalunkwe awtorità jew aġenzija tal-infurzar tal-liġi oħra fl-Istat Membru tagħna b’rabta mas-suġġett tat-talba jew kwalunkwe awtorità oħra li l-awtorità rikjedenti taf li għandha interess attiv fis-suġġett tat-talba]

(f)

F’każ ta’ talba urġenti u tal-iffissar ta’ xi skadenza, agħti spjegazzjoni sħiħa dwar l-urġenza tat-talba u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe skadenza ffissata għall-għoti tal-informazzjoni

Teħid ta’ dikjarazzjoni

Jekk jogħġbok indika:

(a)

Dikjarazzjoni taħt: Ġurament ☐/dikjarazzjoni ☐ fejn permess, l-ebda waħda☐

(b)

Ħtieġa u għan tat-teħid ta’ dikjarazzjoni:

(c)

Isem tal-persuna/i mingħand min trid tittieħed id-dikjarazzjoni:

[Daħħal id-dettalji tal-persuni mingħand min se tittieħed id-dikjarazzjoni sabiex l-awtorità li ssirilha t-talba tkun tista’ tibda l-proċess tat-tħarrik fejn applikabbli]

(d)

Deskrizzjoni ddettaljata tal-informazzjoni mitluba, inkluż lista preliminari ta’ mistoqsijiet (jekk disponibbli fiż-żmien tat-talba):

(e)

Kull informazzjoni oħra li tista’ tkun utli:

[jekk il-persunal tal-awtorità rikjedenti qed jintalab li jipparteċipa fit-teħid tad-dikjarazzjoni, daħħal id-dettalji tal-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti li se jipparteċipaw, fejn ikun xieraq, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit legali u proċedurali li jrid jiġi rispettat sabiex tkun żgurata l-ammissibbiltà tad-dikjarazzjoni fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità kompetenti rikjedenti]

Spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post

Jekk it-talba tikkonċerna spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, ipprovdi informazzjoni li tippermetti lir-riċevitur jivvaluta liema mill-azzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(4), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (e), tar-Regolament (UE) 2020/1503 jista’ jieħu u jekk jistax ikollu interess li jidħol fi spezzjoni jew investigazzjoni konġunta fuq il-post. Jekk jogħġbok ipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-proposta tal-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba għall-ispezzjoni jew l-investigazzjoni, ir-raġunament tagħha u l-benefiċċji għar-riċevitur.

[Inkludi l-informazzjoni rilevanti kollha biex ir-riċevitur tat-talba jkun jista’ jipprovdi l-assistenza meħtieġa, kif xieraq]

Infurzar

(a)

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni speċifika mitluba bir-raġunijiet għaliex dik l-informazzjoni se tkun ta’ għajnuna.

(b)

Jekk it-talba tikkonċerna l-kooperazzjoni jew l-iskambju ta’ informazzjoni relatata ma’ titolu trasferibbli speċifiku, strument ammess għal finijiet ta’ finanzjament kollettiv jew self ta’ offerta ta’ finanzjament kollettiv, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

ID tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv: …

[Daħħal deskrizzjoni preċiża tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv, inkluż l-identifikatur imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Regolament Delegat (UE) 2022/2119]

ID personali…

[Daħħal l-identità ta’ kwalunkwe persuna konnessa mal-offerta ta’ finanzjament kollettiv u/jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv rilevanti]

Data: …

[Daħħal id-data ta’ meta l-offerta ta’ finanzjament kollettiv ġiet ipprovduta fuq il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv]

Proċedura għall-awtorizzazzjoni

(a)     Suġġett:

(b)     Informazzjoni dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni

(c)     Informazzjoni dwar awtoritajiet kompetenti oħra involuti

[jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni hawn jew inkella agħmel referenza għall-annessi li fihom l-informazzjoni]

(d)     Informazzjoni mfittxija

[jekk jogħġbok daħħal deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni speċifika mitluba, inkluż kwalunkwe dokumenti rilevanti mitluba, bir-raġunijiet l-għala dik l-informazzjoni hija meħtieġa għall-eżami tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni]

(e)     Kull informazzjoni oħra li tista’ tkun utli:

[Daħħal kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Jekk ikun hemm konsiderazzjonijiet speċjali dwar is-sensittività tal-informazzjoni mitluba, jekk jogħġbok agħti indikazzjoni tas-sensittività tal-informazzjoni li tinsab fit-talba u ta’ kwalunkwe prekawzjoni speċjali li trid tittieħed fil-ġbir tal-informazzjoni.]

Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


(1)  Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).

(2)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2119 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-Iskeda tal-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment (Ara l-paġna 63 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS II

Formola tal-konferma tar-riċevuta

Konferma tar-riċevuta

Numru ta’ referenza:

Data:

MINGĦAND:

L-Istat Membru:

Riċevitur:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

GĦAL:

L-Istat Membru:

Awtorità Kompetenti rikjedenti:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

Għażiż/a [daħħal isem xieraq]

Wara t-talba tiegħek [daħħal ir-referenza tat-talba], ixtiequ ngħarrfuk li rċevejna t-talba tiegħek għal kooperazzjoni jew għal informazzjoni fi [daħħal id-data ta’ meta waslet it-talba għal kooperazzjoni jew talba].

Data mistennija tar-risposta: …

Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


ANNESS III

Formola għat-tweġiba għal talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni u għall-iskambju mhux mitlub ta’ informazzjoni

[Tweġiba għal talba għal kooperazzjoni jew skambju ta’ informazzjoni] [Skambju ta’ informazzjoni mhux mitluba]

Numru ta’ referenza:

Data:

Informazzjoni ġenerali

MINGĦAND:

L-Istat Membru:

Awtorità Kompetenti rikjedenti:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

GĦAL:

L-Istat Membru:

Riċevitur:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

Għażiż/a [daħħal isem xieraq]

Nikkonfermaw li t-talba tiegħek datata [jj.xx.ssss] bir-referenza [daħħal in-numru ta’ referenza tat-talba] ġiet ipproċessata minna [mhux applikabbli fil-każ ta’ skambju ta’ informazzjoni mhux mitlub].

Informazzjoni miġbura

Informazzjoni miġbura [Jekk l-informazzjoni nġabret, jekk jogħġbok niżżel l-informazzjoni hawnhekk jew spjega kif se tingħata.]

[Fil-każ ta’ skambju ta’ informazzjoni mhux mitlub, jekk jogħġbok niżżel l-informazzjoni li tingħata fuq bażi mhux mitluba].

[L-informazzjoni pprovduta hija kunfidenzjali u qed tiġi żvelata lil [Daħħal isem l-awtorità kompetenti li qed tirċievi l-informazzjoni mhux mitluba] skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u fuq il-bażi li dik l-informazzjoni għandha tibqa’ kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503.] [jew] [L-informazzjoni pprovduta hija permessa li tiġi żvelata skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503.]

Il- [daħħal l-isem tal-awtorità kompetenti rikjedenti jew riċeventi] għandha tosserva r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Fejn rilevanti, jekk jogħġbok spjega kwalunkwe kjarifika li tkun teħtieġ rigward l-informazzjoni preċiża mitluba:

Jekk jogħġbok ipprovdi, fuq inizjattiva tiegħek stess, kull informazzjoni essenzjali li tista’ tkun ta’ iżjed għajnuna għall-kooperazzjoni jew għall-iskambju tal-informazzjoni għall-finijiet tat-talba:

Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


(1)  Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).


ANNESS IV

Formola għan-notifika ta’ rifjut

Notifika tar-Rifjut

Numru ta’ referenza:

Data:

MINGĦAND:

L-Istat Membru:

Awtorità Kompetenti rikjedenti:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

GĦAL:

L-Istat Membru:

Riċevitur:

Indirizz:

(Dettalji tal-punt ta’ kuntatt)

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

Għażiż/a [daħħal isem xieraq]

Wara t-talba tiegħek [daħħal ir-referenza għat-talba], aħna b’dan ninnotifikawk li aħna nirrifjutaw li naġixxu dwarha minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali f’konformità mal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Qgħadna fuq iċ-ċirkostanza eċċezzjonali li ġejja għal dan ir-rifjut li naġixxu fuq it-talba tiegħek

[Daħħal deskrizzjoni taċ-ċirkostanza rilevanti f’konformità mal-Artikolu 31(2), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/1503].

Id-Deċiżjoni tagħna li niċħdu li naġixxu fuq it-talba tiegħek kienet tiddependi fuq ir-raġuni (jiet) li ġejjin

[Daħħal ir-raġunijiet sħaħ għar-rifjut tar-riċevitur li jaġixxi fuq it-talba tal-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba għal kooperazzjoni jew talba għal informazzjoni, b’kont meħud taċ-ċirkostanza eċċezzjonali li fuqha huwa bbażat ir-rifjut]

Kwalunkwe data personali pprovduta għandha tiġi pproċessata mill-ESMA f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod partikolari, kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data f’konformità mat-Taqsima 2 “Informazzjoni u aċċess għad-data personali” tal-KAPITOLU III “Drittijiet tas-suġġett tad-data” ta’ dawn ir-Regolamenti.

Dejjem tiegħek,

[firma]


(1)  Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).


8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/120


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2123

tat-13 ta’ Lulju 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki tar-rekwiżiti nazzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-diverġenzi regolatorji bejn l-Istati Membri rigward ir-rekwiżiti nazzjonali dwar il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jistgħu joħolqu ostakli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li joperaw madwar l-Unjoni. Formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-ESMA jiżguraw li l-pubblikazzjonijiet li għandhom isiru mill-ESMA skont l-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) 2020/1503 ikunu ċari u jnaqqsu l-inċertezza legali. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar ta’ dawk in-notifiki u tiġi ffaċilitata l-ESMA biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) 2020/1503, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jinnotifikaw lill-ESMA, permezz ta’ indirizz iddedikat, f’perjodi ta’ żmien speċifiċi u bl-użu ta’ formoli u mudelli standard armonizzati.

(2)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tan-notifiki mill-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw waħda miż-żewġ mudelli differenti, skont jekk jagħmlux notifika skont l-Artikolu 28(2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(4)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li huma l-bażi ta’ dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Punt ta’ kuntatt

L-ESMA għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz elettroniku, li għandhom jintużaw għan-notifiki skont l-Artikolu 28(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Artikolu 2

Perjodu ta’ żmien

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu n-notifika msemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 fi żmien xahrejn wara t-28 ta’ Novembru 2022.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu n-notifika msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503 qabel id-data tal-applikazzjoni fl-Istat Membru rilevanti tal-bidla li tkun qed tiġi nnotifikata.

Artikolu 3

Mudelli u sottomissjoni

1.   Meta jagħmlu notifika skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta jagħmlu notifika skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu l-mudelli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 billi jużaw l-indirizz elettroniku pprovdut mill-ESMA skont l-Artikolu 1.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Mudell għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

TAQSIMA A

Informazzjoni ġenerali

Data tan-notifika:

MINGĦAND:

Stat Membru:

Awtorità kompetenti:

Indirizz legali:

Dettalji tal-persuna responsabbli għan-notifika:

 

Isem:

 

Telefon:

 

Indirizz Elettroniku:

TAQSIMA B

Informazzjoni dwar il-liġijiet nazzjonali notifikati, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

Qasam

Sottoqasam

Deskrizzjoni

1

F’każ li notifika tinvolvi diversi miżuri nazzjonali, is-sottoqsma 1 sa 7 għandhom jiġu ripetuti u mimlija għal kull miżura nazzjonali notifikata.

1

Tip ta’ miżura nazzjonali

Spjega jekk il-miżura nazzjonali notifikata hijiex liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva.

2

Titolu uffiċjali bil-lingwa oriġinali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali notifikata applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

 

3

Traduzzjoni tat-titolu uffiċjali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva prevista fil-punt 2 f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali

 

4

Data tad-dħul fis-seħħ fis-sistema legali nazzjonali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva notifikati

 

5

Iperlink għat-taqsima rilevanti tas-sit web uffiċjali tal-Istat Membru li fiha t-test sħiħ tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali.

 

6

Traduzzjoni tat-titolu uffiċjali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali (f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali)

 

7

Informazzjoni addizzjonali (mhix obbligatorja)

 


ANNESS II

Mudell għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503

TAQSIMA A

Informazzjoni ġenerali

Data tan-notifika:

MINGĦAND:

Stat Membru:

Awtorità kompetenti:

Indirizz legali:

Dettalji tal-persuna responsabbli għan-notifika:

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

TAQSIMA B

Informazzjoni dwar il- bidliet fil-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali notifikati applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

Qasam

Sottoqasam

Deskrizzjoni

1

Fil-każ li notifika tinvolvi bidliet multipli f’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali waħda, is-sottoqsma 1 sa 8 għandhom jimtlew darba u jinkludu l-bidliet kollha magħmula għal tali miżura nazzjonali.

F’każ li notifika tinvolvi diversi miżuri nazzjonali, is-sottoqsma 1 sa 8 għandhom jiġu ripetuti u mimlija għal kull miżura nazzjonali notifikata.

1

Tip ta’ miżura nazzjonali

Spjega jekk il-miżura nazzjonali notifikata li tbiddel il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali hijiex liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva.

2

Titolu uffiċjali bil-lingwa oriġinali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali notifikata applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv

 

3

Traduzzjoni tat-titolu uffiċjali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva prevista fil-punt 2 f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali

 

4

Data tal-adozzjoni tal-liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ta’ att ieħor notifikat li jibdlu l-informazzjoni pprovduta inizjalment skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

 

5

Data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ta’ att ieħor notifikat li jbiddel l-informazzjoni pprovduta inizjalment skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

 

6

Iperlink għat-taqsima rilevanti tas-sit web uffiċjali tal-Istat Membru li fiha t-test sħiħ tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali jew att ieħor notifikat.

 

7

Sommarju tal-liġi, regolament, jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali notifikata skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 kif aġġornat wara l-bidliet innotifikati f’din il-formola (f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali)

 

8

Informazzjoni addizzjonali (mhix obbligatorja)