ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
25 ta' Ottubru 2022


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2022/2036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti bi strateġija ta’ riżoluzzjoni b’punti multipli ta’ dħul u metodi għas-sottoskrizzjoni indiretta ta’ strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2022/2037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

11

 

*

Regolament (UE) 2022/2038 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tas-solliev temporanju mir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni minħabba sitwazzjoni epidemjoloġika jew aggressjoni militari ( 1 )

14

 

*

Regolament (UE) 2022/2039 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) — CARE

23

 

*

Regolament (UE) 2022/2040 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 805/2004 fir-rigward tal-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju sabiex jadattah għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ( 1 )

30

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea

33

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea

48

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2043 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

50

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2044 tat-18 ta’ Ottubru 2022 li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta [Roero (DOP)]

52

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2045 tat-18 ta’ Ottubru 2022 li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi protetti (Chianti Classico (DOP))

53

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2046 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013 fir-rigward tal-adattament tagħhom biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Protokoll tiegħu dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq

55

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2047 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

57

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2048 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li japprova l-aċidu L-(+)-lattiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

60

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2049 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

64

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2050 tat-18 ta’ Ottubru 2022 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

70

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2051 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

72

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

74

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2053 tat-18 ta’ Ottubru 2022 dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar ikel vegan, skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 7481)

75

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2054 tal-21 ta’ Ottubru 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Preventol A 12 TK 50 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 7408)  ( 1 )

77

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament tan-NU Nru 147 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ kombinamenti ta’ vetturi agrikoli [2022/2055]

80

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/1


REGOLAMENT (UE) 2022/2036 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti bi strateġija ta’ riżoluzzjoni b’punti multipli ta’ dħul u metodi għas-sottoskrizzjoni indiretta ta’ strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) emendaw il-qafas ta’ riżoluzzjoni tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment permezz ta’ emendi għar- Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), rispettivament. Dawk l-emendi kienu neċessarji biex fl-Unjoni jiġi implimentat id-“Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf (TLAC)" internazzjonali, ippubblikat mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja fid-9 ta’ Novembru 2015 (l-“istandard TLAC”), għal banek globali sistemikament importanti, imsejħa fil-qafas tal-Unjoni bħala istituzzjonijiet dinjija ta’ importanza sistemika (G-SIIs - global systemically important institutions), u biex tittejjeb l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) għall-banek kollha. Jenħtieġ li l-qafas rivedut tar-riżoluzzjoni bankarja tal-Unjoni jiżgura aħjar li l-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tal-banek iseħħu permezz ta’ mezzi privati meta dawn il-banek isiru finanzjarjament mhux vijabbli u, sussegwentement, jitqiegħdu f’riżoluzzjoni.

(2)

L-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi li G-SIIs bi strateġija ta’ riżoluzzjoni li taħtha jistgħu jiġu riżolti aktar minn entità waħda fi grupp (“strateġija ta’ riżoluzzjoni b’punt ta’ dħul multipli” jew “strateġija ta’ riżoluzzjoni MPE” (multiple point of entry)) għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit tagħhom ibbażat fuq ir-riskju għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fuq is-suppożizzjoni teoretika li entità waħda biss tal-grupp tiġi riżolta, bit-telf u l-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ kwalunkwe sussidjarja ta’ dak il-grupp tiġi ttrasferita lill-entità ta’ riżoluzzjoni (“strateġija ta’ riżoluzzjoni b’punt uniku ta’ dħul” jew “strateġija ta’ riżoluzzjoni SPE” (single point of entry)). Rekwiżit simili huwa previst fl-Artikolu 45d(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, rigward ir-rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu. F’konformità mal-istandard TLAC, jenħtieġ li dawk il-kalkoli jqisu l-entitajiet kollha ta’ pajjiżi terzi li huma parti minn G-SII li jkunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 45h(2), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2014/59/UE, u f’konformità mal-istandard TLAC, is-somma tar-rekwiżiti attwali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ G-SII bi strateġija ta’ riżoluzzjoni tal-MPE ma għandhiex tkun inqas mir-rekwiżit teoretiku ta’ dak il-grupp taħt strateġija ta’ riżoluzzjoni SPE. Sabiex id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu allinjati ma’ dawk tad-Direttiva 2014/59/UE u sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dejjem jaġixxu f’konformità ma’ dik id-Direttiva u jikkunsidraw kemm ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinati f’konformità mal-Artikolu 45d tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiġi emendat u l-Artikolu 92a(3) ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jitħassar. Jenħtieġ li dan ma jipprevjenix lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni milli jikkonkludu li kwalunkwe aġġustament biex jimminimizza jew jelimina d-differenza bejn is-somma tar-rekwiżiti attwali għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ G-SII bi strateġija ta’ riżoluzzjoni MPE u r-rekwiżit teoretiku ta’ dak il-grupp taħt strateġija ta’ riżoluzzjoni SPE, meta tal-ewwel ikun ogħla minn tal-aħħar, ma jkunx xieraq jew ikun inkonsistenti mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-kalkolu msemmi fl-Artikolu 45h(2) ta’ dik id-Direttiva jenħtieġ li jqis ukoll l-entitajiet kollha ta’ pajjiżi terzi li huma parti minn G-SII li jkunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni.

(4)

L-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi li r-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jista’ jiġi ssodisfat bi, fost oħrajn, strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli. Madankollu, il-kriterji għal strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 72b(2), il-punti (c), (k), (l) u (m), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jassumu li l-entità emittenti tkun entità ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li jiġi żgurat li dawk is-sussidjarji materjali jkunu jistgħu joħorġu strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà kollha, kif kien maħsub oriġinarjament.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 72e(4), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa possibbli li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jippermettu li G-SII bi strateġija ta’ riżoluzzjoni tal-MPE tnaqqas ċerti holdings ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarji tagħha li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni billi jitnaqqas ammont aġġustat aktar baxx speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-Artikolu 72e(4), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ li f’każijiet bħal dawn id-differenza bejn l-ammont aġġustat u l-ammont oriġinali titnaqqas mill-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni tas-sussidjarji kkonċernati. F’konformità mal-istandard TLAC, jenħtieġ li dan l-approċċ iqis ir-rekwiżiti bbażati fuq ir-riskju u mhux ibbażati fuq ir-riskju għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja kkonċernata. Barra minn hekk, jenħtieġ li dak l-approċċ ikun applikabbli għas-sussidjarji kollha ta’ pajjiżi terzi li huma parti minn dik il-G-SII, dment li dawk is-sussidjarji jkunu soġġetti għal reġim ta’ riżoluzzjoni li, skont l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti fl-Unjoni, ikun legalment infurzabbli u jimplimenta standards miftiehma internazzjonalment, b’mod aktar speċifiku d-dokument “Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions” tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, ippubblikat f’Ottubru 2011, u l-istandard TLAC.

(6)

Id-Direttiva (UE) 2019/879 emendat id-Direttiva 2014/59/UE sabiex jiġu introdotti regoli speċifiċi dwar issottoskrizzjoni indiretta tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern, jiġifieri fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, fi ħdan gruppi ta’ riżoluzzjoni. Sabiex jiġu operazzjonalizzati dawk ir-regoli u biex jiġi żgurat li s-sottoskrizzjoni indiretta titwettaq b’mod li jkun prudenzjalment sod, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), ingħatat mandat taħt l-Artikolu 45f(6) tad-Direttiva 2014/59/UE biex tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati metodi għal tali sottoskrizzjoni indiretta tar-riżorsi eliġibbli. Madankollu, kif enfasizzat mill-EBA fl-ittra tagħha lill-Kummissjoni bid-data tal-25 ta’ Jannar 2021, kien hemm diversi inkonsistenzi bejn ir-rekwiżiti għad-delega stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE u r-regoli prudenzjali eżistenti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li ma ppermettewx l-applikazzjoni tat-trattament prudenzjali meħtieġ biex il-mandat jiġi ssodisfat kif kien maħsub oriġinarjament. B’mod aktar preċiż, l-EBA nnotat li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma kienx jippermetti t-tnaqqis tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern u, sussegwentement, għall-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju xieraq fil-każijiet kollha rilevanti għall-mandat skont id-Direttiva 2014/59/UE. Ġew identifikati kwistjonijiet simili fil-qasam tar-rekwiżit tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fid-dawl ta’ dawk ir-restrizzjonijiet legali, il-metodi żviluppati mill-EBA jenħtieġ li jiġu inkorporati direttament fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Konsegwentement, l-Artikolu 45f(6) tad-Direttiva 2014/59/UE jenħtieġ li jitħassar.

(7)

Fil-kuntest tas-sottoskrizzjoni indiretta tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern minn entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont il-qafas rivedut ta’ riżoluzzjoni bankarja tal-Unjoni, jenħtieġ li l-entitajiet intermedji jkunu meħtieġa jnaqqsu l-holding sħiħa tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern maħruġa minn entitajiet li huma nfushom ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni u li jappartjenu lill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni. Dak jiżgura l-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmi interni ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni fi grupp u jevita l-għadd doppju tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern ta’ dawk l-entitajiet għall-finijiet ta’ konformità mill-entità intermedja mal-MREL intern tagħha stess. Mingħajr dak it-tnaqqis, l-implimentazzjoni xierqa tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni magħżula tista’ tiġi kompromessa billi l-entità intermedja tista’ tuża mhux biss il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni tagħha stess iżda anki dik ta’ entitajiet oħrajn li huma nfushom ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni u li jappartjenu lill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni, qabel l-entità intermedja jew dawk l-entitajiet oħrajn ma jibqgħux vijabbli. Biex jiġi żgurat li l-obbligu tat-tnaqqis ikun allinjat mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-entitajiet li jistgħu jintużaw mill-entità ta’ riżoluzzjoni għas-sottoskrizzjoni indiretta tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern, u biex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, jenħtieġ li l-entitajiet intermedji jnaqqsu l-holdings tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern maħruġa mill-entitajiet kollha li jappartjenu lill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u li jistgħu jkunu soġġetti għall-konformità mal-MREL intern, u mhux biss il-holdings ta’ riżorsi maħruġa mis-sussidjarji tagħhom. Jenħtieġ li l-istess obbligi japplikaw fil-każ ta’ ħruġ indirett ta’ riżorsi eliġibbli għall-konformità mar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn rilevanti.

(8)

Biex jiġi żgurat li r-reġim tat-tnaqqis jibqa’ proporzjonat, jenħtieġ li l-entitajiet intermedji jkunu jistgħu jagħżlu t-taħlita ta’ strumenti, li tkun tikkonsisti f’fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli, li bihom jiffinanzjaw l-akkwist tas-sjieda ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern. Dak jippermetti lill-entitajiet intermedji jevitaw kompletament kwalunkwe tnaqqis relatat mal-fondi proprji dment li jkunu ħarġu biżżejjed obbligazzjonijiet eliġibbli. Għalhekk jenħtieġ li t-tnaqqis l-ewwel jiġi applikat għall-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet intermedji. Meta l-entità intermedja tkun meħtieġa tikkonforma mal-MREL intern skont id-Direttiva 2014/59/UE fuq bażi individwali, jenħtieġ li t-tnaqqis jiġi applikat għall-obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 45f(2) ta’ dik id-Direttiva. F’każ li l-ammont li jrid jitnaqqas jaqbeż l-ammont tal-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet intermedji, jenħtieġ li l-ammont li jifdal jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ukoll mill-elementi tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2, iżda l-ewwel mill-elementi tal-Grad 2 f’konformità mal-Artikolu 66, il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’każ bħal dan, huwa neċessarju li t-tnaqqis li jikkorrispondi għall-ammont li jifdal jiġi applikat ukoll meta jiġu kkalkulati l-fondi proprji għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Inkella, il-proporzjonijiet ta’ solvenza ta’ entitajiet intermedji li jkunu ħarġu fondi proprji, aktar milli l-obbligazzjonijiet eliġibbli, biex jiffinanzjaw l-akkwist tas-sjieda ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern jistgħu jiġu ddikjarati b’mod eċċessiv. Barra minn hekk, billi t-trattament tal-holdings ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern jinżamm allinjat għal finijiet prudenzjali u ta’ riżoluzzjoni, tiġi evitata żieda bla bżonn fil-kumplessità, peress li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jkomplu jikkalkulaw, jirrapportaw u jiddivulgaw sett wieħed ta’ ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u kejl tal-iskopertura totali għal finijiet prudenzjali u ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan.

(9)

Biex tissaħħaħ aktar il-proporzjonalità tar-reġim ta’ tnaqqis, jenħtieġ li dak ir-reġim ma jkunx applikabbli fil-każijiet eċċezzjonali fejn, skont l-Artikolu 45f(1), it-tielet subparagrafu, u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-MREL intern jiġi applikat fuq bażi konsolidata biss, fir-rigward tal-holdings ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern maħruġa minn entitajiet inklużi fil-perimetru ta’ konsolidazzjoni. Jenħtieġ li l-istess eċċezzjoni tapplika meta r-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE stabbilit fl-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi rispettat fuq bażi konsolidata, skont l-Artikolu 11(3a) ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Jenħtieġ li s-sottoskrizzjoni indiretta ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern tiżgura li, meta sussidjarja tilħaq il-punt ta’ nonvijabbiltà, it-telf jiġi effettivament ittrasferit lill-entità ta’ riżoluzzjoni, u s-sussidjarja kkonċernata tiġi rikapitalizzata minnha. Għalhekk, jenħtieġ li dak it-telf ma jiġix assorbit mill-entità intermedja, li jenħtieġ li ssir sempliċi mezz li minnu dan it-telf jiġi ttrasferit lill-entità ta’ riżoluzzjoni. Konsegwentement, u biex jiġi żgurat li l-eżitu tas-sottoskrizzjoni indiretta jkun ekwivalenti għal dak ta’ sottoskrizzjoni diretta sħiħa, kif previst skont il-mandat stabbilit fl-Artikolu 45f(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità intermedja, jenħtieġ li ma jiġux applikati piżijiet tar-riskju għall-iskoperturi mnaqqsa taħt ir-reġim il-ġdid ta’ tnaqqis li ser jiġi introdott fl-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Bl-istess mod, jenħtieġ li dawk l-iskoperturi jiġu esklużi mill-kalkolu tal-kejl tal-iskopertura totali tal-entità intermedja. It-trattament li jikkonsisti min-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-piżijiet tar-riskju u l-esklużjoni ta’ dawk l-iskoperturi mill-kejl tal-iskopertura totali jenħtieġ li jkun strettament limitat għal skoperturi li jitnaqqsu f’konformità mar-reġim il-ġdid ta’ tnaqqis li ser jiġi introdott fl-Artikolu 72e ta’ dak ir-Regolament għall-fini tal-operazzjonalizzazzjoni tal-approċċ ta’ sottoskrizzjoni indiretta ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern.

(11)

Il-mudelli għad-divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-MREL u dwar ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 (12) jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu r-reġim il-ġdid ta’ tnaqqis għar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern. Jenħtieġ li l-formoli tad-divulgazzjoni jiġu emendati wkoll biex jinkludu l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u l-kejl tal-iskopertura totali li jkollhom l-entitajiet intermedji li kieku ma jeskludux l-iskoperturi mnaqqsa skont dak ir-reġim il-ġdid ta’ tnaqqis.

(12)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi armonizzat bis-sħiħ it-trattament prudenzjali tal-holdings minn entitajiet intermedjarji ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern ta’ entitajiet fl-istess grupp ta’ riżoluzzjoni u li jiġu riveduti b’mod immirat ir-rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs u għas-sussidjarji materjali mhux tal-UE ta’ G-SIIs, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-objettivi.

(13)

Sabiex jiġu vvalutati kif xieraq il-konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati tas-sottoskrizzjoni indiretta ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern, inkluż ir-reġim il-ġdid ta’ tnaqqis, u biex jiġi żgurat trattament proporzjonat u kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn tipi differenti ta’ strutturi ta’ gruppi bankarji, speċjalment istituzzjonijiet li jkollhom kumpanija operattiva bejn il-kumpanija azzjonarja u s-sussidjarji tagħha, u għal entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi li jiġu stralċjati bi proċedimenti ta’ insolvenza normali fil-każ ta’ falliment, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-implimentazzjoni tas-sottoskrizzjoni indiretta ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern mit-tipi differenti ta’ strutturi ta’ gruppi bankarji malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kif xieraq soluzzjonijiet strutturali possibbli għal kwalunkwe kwistjoni identifikata bħat-tkabbir tal-possibbiltà għal entitajiet li mhumiex huma stess entitajiet ta’ riżoluzzjoni biex jikkonformaw mal-MREL tagħhom fuq bażi konsolidata. Jenħtieġ li l-proposta leġiżlattiva ta’ akkumpanjament li l-Kummissjoni tista’ tadotta tikkunsidra kif xieraq id-data tal-applikazzjoni tat-trattament iddedikat għas-sottoskrizzjoni indiretta tar-riżorsi eliġibbli għall-MREL intern, sabiex dan ikun jista’ jiġi implimentat qabel ma l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 isir applikabbli. Proposta leġiżlattiva bħal din jenħtieġ li preferibbilment tkun waħda ddedikata.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed żmien biex jimplimentaw it-trattament iddedikat għas-sottoskrizzjoni indiretta ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern, inkluż ir-reġim il-ġdid ta’ tnaqqis, u li s-swieq ikunu jistgħu jassorbu l-ħruġ addizzjonali ta’ riżorsi eliġibbli għall-MREL intern, fejn meħtieġ, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu dak it-trattament isiru applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2024, skont l-iskadenza għall-konformità mal-MREL.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(130a)

“awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz” tfisser awtorità ta’ pajjiż terz kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (90), tad-Direttiva 2014/59/UE;";

(2)

L-Artikolu 12a huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12a

Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b’entitajiet ta’ riżoluzzjoni multipli

Meta mill-inqas żewġ entitajiet G-SII li huma parti mill-istess G-SII ikunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE ta’ dik il-G-SII għandha tikkalkula l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1), il-punt (a):

(a)

għal kull entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

għall-istituzzjoni prinċipali tal-UE daqslikieku kienet l-unika entità ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII.

Il-kalkolu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jitwettaq fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.";

(3)

fl-Artikolu 49(2), jinżdied is-subparagrafu li ġej:

“Dan il-paragrafu ma għandux japplika fir-rigward tat-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 72e(5).”;

(4)

fl-Artikolu 72b(2), jinżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 92b, ir-referenzi għall-entità ta’ riżoluzzjoni fil-punti (c), (k), (l) u (m) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinftiehmu wkoll bħala referenzi għal istituzzjoni li hija sussidjarja materjali ta’ G-SII mhux tal-UE.";

(5)

l-Artikolu 72e huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija soġġetta għall-Artikolu 92a jkollha holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħal din l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz ta’ kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista’ tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tnaqqas tali holdings billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni prinċipali. Dak l-ammont aġġustat għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:

 

mi = max{0; OPi + LPi – max{0; β · [Oi + Li – max{ri · aRWAi; wi · aLREi}]}}

fejn:

i

=

l-indiċi li juri s-sussidjarja;

OPi

=

l-ammont ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

LPi

=

l-ammont ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

β

=

perċentwal ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali, ikkalkulat kif ġej:

Formula
;

Oi

=

l-ammont ta’ fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

Li

=

l-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

ri

=

il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 92a(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 45c(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, rekwiżit ekwivalenti ta’ riżoluzzjoni applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan ir-Regolament;

aRWAi

=

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità G-SII i kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 92(3), b’kont meħud tal-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 12a jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, ikkalkulat skont ir-regolament lokali applikabbli;

wi

=

il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 92a(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 45c(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, rekwiżit ta’ riżoluzzjoni ekwivalenti applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan ir-Regolament;

aLREi

=

il-kejl tal-iskopertura totali tal-entità G-SII i kkalkulat skont l-Artikolu 429(4) jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, ikkalkulat f’konformità mar-regolamenti nazzjonali applikabbli.

Meta l-istituzzjoni prinċipali titħalla tnaqqas l-ammont aġġustat skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ta’ holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu u dan l-ammont aġġustat għandu jitnaqqas mis-sussidjarja.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b), (c) u (d), tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom inaqqsu mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli l-holdings tagħhom ta’ strumenti ta’ fondi proprji u ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-istrumenti ta’ fondi proprji u l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu miżmuma minn istituzzjoni jew entità li ma tkunx hija stess entità ta’ riżoluzzjoni iżda li tkun sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92b ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

l-istrumenti ta’ fondi proprji u l-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) jkunu nħarġu minn istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 92b(1) ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li ma tkunx hija stess entità ta’ riżoluzzjoni u li tkun tappartjeni għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx jitnaqqsu meta l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tkun obbligata tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi konsolidata u l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tkun inkluża fil-konsolidazzjoni tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Parti Wieħed, Titolu II, Kapitolu 2.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-referenza għal elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tinftiehem bħala referenza għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kkunsidrati għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b;

(b)

obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-referenza għal strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tinftiehem bħala referenza għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 92b(2) u (3);

(b)

fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.";

(6)

fl-Artikolu 92a, jitħassar il-paragrafu 3;

(7)

fl-Artikolu 113, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, il-piżijiet tar-riskju għandhom jiġu applikati għall-iskoperturi kollha, sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2. L-applikazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq il-klassi ta’ skopertura li fiha tkun assenjata l-iskopertura u, sal-limitu speċifikat fit-Taqsima 2, il-kwalità kreditizja tagħha. Il-kwalità kreditizja tista’ tiġi stabbilita b’referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs (External Credit Assessment Institutions) jew għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ aġenziji dwar krediti għall-esportazzjoni f’konformità mat-Taqsima 3.";

(8)

fl-Artikolu 151, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu għal skoperturi li jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta’ skopertura msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punti (a) sa (e) u l-punt (g), għandhom, sakemm dawk l-iskoperturi ma jitnaqqsux mill-fondi proprji jew huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu, jiġu kkalkulati f’konformità mas-Subtaqsima 2.";

(9)

fl-Artikolu 429a(1), jinżdied il-punt li ġej:

“(q)

l-iskoperturi li huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu.";

(10)

fil-Parti Għaxra, Titolu I, Kapitolu 1, Taqsima 3, tinżdied is-subtaqsima li ġejja:

“Subtaqsima 3a

Tnaqqis minn elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 477a

Tnaqqis minn elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   B’deroga mill-Artikolu 72e(4) u sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz ta’ kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista’ tippermetti li l-ammont aġġustat mi jiġi kkalkulat bl-użu tad-definizzjoni li ġejja ta’ ri, u wi:

ri

=

ir-rekwiżit kapitali totali bbażat fuq ir-riskju applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji skont dan ir-Regolament;

wi

=

ir-rekwiżit kapitali totali tal-Grad 1 mhux ibbażat fuq ir-riskju applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala kapital tal-Grad 1 skont dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tagħti l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 meta s-sussidjarja tkun stabbilita f’pajjiż terz li jkun għad ma għandux fis-seħħ reġim ta’ riżoluzzjoni lokali applikabbli jekk tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jkunx hemm impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment minnufih ta’ assi mingħand is-sussidjarja għal għand l-istituzzjoni prinċipali;

(b)

l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz tas-sussidjarja tkun tat opinjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali li assi ugwali għall-ammont li għandu jitnaqqas mis-sussidjarja skont l-Artikolu 72e(4), it-tieni subparagrafu, jistgħu jiġu ttrasferiti mingħand is-sussidjarja għal għand l-istituzzjoni prinċipali.".

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE

Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 45d, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 45h(2), fejn aktar minn entità ta’ G-SII waħda li hija parti mill-istess G-SII tkun entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkalkolaw l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

għal kull entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

għall-impriżi prinċipali tal-Unjoni bħal li kieku kienet l-unika entità ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII.";

(2)

fl-Artikolu 45f, jitħassar il-paragrafu 6;

(3)

fl-Artikolu 45h, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn aktar minn entità G-SII waħda li hija parti mill-istess G-SII tkun entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddiskutu u, fejn ikun il-każ u b’mod konsistenti mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII, jaqblu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe aġġustament biex tkun minimizzata jew eliminata d-differenza bejn it-total tal-ammonti msemmija tal-Artikolu 45d(4), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali jew għal entitajiet ta’ pajjiżi terzi u t-total tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 45d(4), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Tali aġġustament jista’ jiġi applikat soġġett għas-segwenti:

(a)

l-aġġustament jista’ jiġi applikat fir-rigward tad-differenzi fil-kalkolu tal-ammonti totali tal-iskopertura għar-riskju bejn l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi rilevanti billi jiġi aġġustat il-livell tar-rekwiżit;

(b)

l-aġġustament ma għandux jiġi applikat biex ikunu eliminati d-differenzi li jirriżultaw mill-iskoperturi bejn il-gruppi ta’ riżoluzzjoni.

It-total tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 45d(4), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni ma għandux ikun iktar baxx mit-total tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 45d(4), il-punt (b), ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.";

(4)

fl-Artikolu 129, jinżdied il-paragrafu li ġej:

“Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-impatt tas-sottoskrizzjoni indiretta tal-istrumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli bil-kondizzjonijiet ekwivalenti bejn it-tipi differenti ta’ strutturi ta’ gruppi bankarji, inkluż fejn il-gruppi jkollhom kumpanija li topera bejn il-kumpanija azzjonarja identifikata bħala entità ta’ riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha. Hija għandha tivvaluta b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

il-possibbiltà li l-entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jitħallew jikkonformaw mar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fuq bażi konsolidata;

(b)

it-trattament, skont ir-regoli li jirregolaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, ta’ entitajiet li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi li dawn għandhom jiġu stralċjati skont proċedimenti normali ta’ insolvenza;

(c)

l-adegwatezza tal-limitazzjoni tal-ammont ta’ tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar dan quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, filwaqt li titqies id-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 72e(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.".

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità mal-Artikolu 2, il-punti (1) u (3), sal-15 ta’ Novembru 2023. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal dan ir-Regolament jew jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert mill-Artikolu 2, il-punti (1) u (3), ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-14 ta’ Novembru 2022.

Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt (3), il-punt (5)(b), u l-punti (7), (8) u (9) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU C 122, 17.3.2022, p. 33.

(2)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 111.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2022.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(11)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/763 tat-23 ta’ April 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju u d-divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 168, 12.5.2021, p. 1).


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/11


REGOLAMENT (UE) 2022/2037 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie adottat sabiex jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-iktar regoli aġġornati għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO). Sussegwentement, dak ir-Regolament ġie emendat permezz tar-Regolament (UE) 2021/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), sabiex, fil-liġi tal-Unjoni, jiġu implimentati l-miżuri tan-NAFO adottati waqt il-laqgħat annwali tagħha fl-2019 u l-2020.

(2)

Sussegwentement, fit-43 laqgħa annwali tagħha ta’ Settembru 2021, in-NAFO adottat għadd ta’ deċiżjonijiet legalment vinkolanti għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd taħt ir-responsabbiltà tagħha fir-rigward taż-żamma tal-qabdiet għall-kwota “Oħrajn”, tal-ispezzjoni fil-port tal-ħatt l-art tal-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M u tal-ħalibatt ta’ Greenland, u tad-dispożizzjonijiet imsaħħa dwar il-monitoraġġ, il-ksur u l-infurzar (‘id-deċiżjonijiet tan-NAFO’).

(3)

Id-deċiżjonijiet tan-NAFO huma indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tan-NAFO, iżda jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi. Wara li l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar (CEMs) tan-NAFO daħlu fis-seħħ fit-2 ta’ Diċembru 2021, dawn bdew jorbtu lill-Partijiet Kontraenti kollha tan-NAFO. Għalhekk, dawn iridu jiddaħħlu fil-liġi tal-Unjoni sakemm mhumiex diġà previsti mil-liġi tal-Unjoni.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/833 jiġi adattat sabiex japplika dawk is-CEMs il-ġodda għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

(5)

Ċerti dispożizzjonijiet tas-CEMs x’aktarx jiġu emendati waqt il-laqgħat annwali tan-NAFO li ġejjin wara li ddaħħlu miżuri tekniċi ġodda b’rabta mat-tibdil fil-bijomassa tal-istokk u minħabba li jiġu riveduti r-restrizzjonijiet fuq iż-żoni fejn jistgħu jsiru l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ. Għalhekk, sabiex tali emendi futuri tas-CEMs jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni qabel jibda l-istaġun tas-sajd, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-miżuri tal-ħatt l-art u ta’ ispezzjoni għall-ħalibatt ta’ Greenland u tal-miżuri ta’ kontroll għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipultati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/833 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament (UE) 2019/833

Ir-Regolament (UE) 2019/833 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7(3), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fejn il-projbizzjoni fuq is-sajd (moratorja) jew fejn il-kwota “Oħrajn” miftuħa għal dak l-istokk tkun ittieħdet kompletament: 1 250 kg jew 5 %, skont liem hija l-ikbar, fir-rigward ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti wara n-notifika tagħhom għall-użu tal-kwota “Oħrajn” f’konformità mal-Artikolu 6;”;

(2)

fl-Artikolu 9a(1), il-punt (c), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

kull Stat Membru għandu jispezzjona fil-portijiet tiegħu mill-inqas 50 % tal-ħatt l-art jew tat-trażbord tal-qabdiet tal-bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M u jħejji rapport tal-ispezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C tas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u jibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO fi żmien 12-il jum tax-xogħol mid-data meta jkun temm l-ispezzjoni, u jibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni u lill-EFCA. Dak ir-rapport għandu jidentifika u jipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament li jkun ġie nnutat waqt l-ispezzjoni fil-port. Għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli b’rabta mal-każijiet ta’ ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat.”;

(3)

fl-Artikolu 10(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

kull Stat Membru għandu jispezzjona fil-portijiet tiegħu il-ħatt l-art kollu tal-ħalibatt ta’ Greenland, jekk il-kwantità ta’ dak l-istokk abbord tkun tirrappreżenta jew iktar minn 5 % tal-qabda totali jew iktar minn 2 500 kg, u għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C tas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u jibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO fi żmien 14-il jum tax-xogħol mid-data meta jkun temm l-ispezzjoni, u jibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni u lill-EFCA. Dak ir-rapport għandu jidentifika u jipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament li jkun ġie nnutat waqt l-ispezzjoni fil-port. Għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli b’rabta mal-każijiet ta’ ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat.”;

(4)

fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-EFCA (u kopja tagħha lill-Kummissjoni), li għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti li għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-finijiet tan-notifika mill-ewwel ta’ ksur fiż-Żona Regolatorja, u kwalunkwe tibdil sussegwenti għal dik l-informazzjoni, mill-inqas 15-il jum qabel ma jidħol fis-seħħ dak it-tibdil;

(b)

l-ismijiet tal-ispetturi u tal-ispetturi li jkun għadhom qed jitħarrġu u isem kull pjattaforma ta’ spezzjoni li huwa jkun assenja għall-Iskema, kif ukoll is-sinjal tas-sejħa bir-radju tagħha u d-dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni magħha. Huwa għandu jagħti notifika tat-tibdil fid-dettalji nnotifikati b’dan il-mod tal-inqas 60 jum minn qabel kull meta dan ikun possibbli.”;

(5)

fl-Artikolu 35(1), il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

is-sajd b’daqs tal-malja, b’għeriebel jew bi gradilji distanzjati mhux awtorizzati, jew mingħajr l-użu ta’ għeriebel jew gradilji tal-għażla bi ksur tal-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14;”;

(6)

l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

jiżgura li s-sanzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-ksur, u sa fejn hu possibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali għal ksur serju ripetut, b’mod partikolari dak identifikat taħt l-Artikolu 35(3), il-punt (c) (iii) u (iv), ikunu adegwati fis-severità biex ikunu effettivi biex jiżguraw konformità, iwaqqfu milli jsir ksur ieħor jew milli jirrepeti ruħu, u jċaħħad lill-awturi tar-reati milli jgawdi l-benefiċċji li jokkorru mill-ksur.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jinżdiedu l-punti li ġejjin:

“(e)

rekwiżiti ta’ rappurtar miżjuda jew addizzjonali, bħal rappurtar iktar frekwenti jew data addizzjonali li għandha tiġi rrapportata; u

(f)

rekwiżiti ta’ monitoraġġ miżjuda jew addizzjonali, bħal l-użu ta’ osservatur jew ta’ spettur abbord jew l-installazzjoni ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-bastimenti tas-sajd li joperaw fiż-Żona Regolatorja.”;

(7)

fl-Artikolu 40, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti, li ser taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt biex tirċievi t-talbiet skont l-Artikolu 39(5) u biex tibgħat il-konfermi skont l-Artikolu 39(6). Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.”;

(8)

fl-Artikolu 50, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-proċeduri li jikkonċernaw bastimenti b’ qabda totali abbord ta’ aktar minn 50 tunnellata ta’ piż ħaj, li jidħlu fiż-Żona Regolatorja biex jistadu għall-ħalibatt ta’ Greenland fir-rigward tal-kontenut tan-notifiki previsti fl-Artikolu 10(2), fil-punti (a) u (b), tal-kondizzjonijiet għall-bidu tas-sajd previsti fl-Artikolu 10(2), il-punt (d) u tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħatt l-art u l-ispezzjonijiet għall-ħalibatt ta’ Greenland previsti fl-Artikolu 10(1), il-punt (e);”,

(b)

jinżdied il-punt li ġej:

“(l)

miżuri ta’ kontroll għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M kif previst fl-Artikolu 9a.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU C 290, 29.7.2022, p. 149.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2022.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 274, 30.7.2021, p. 32).

(5)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/14


REGOLAMENT (UE) 2022/2038 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tas-solliev temporanju mir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni minħabba sitwazzjoni epidemjoloġika jew aggressjoni militari

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (3) ġie emendat kemm-il darba mill-bidu tal-kriżi tal-COVID-19 ’l hawn peress li r-rekwiżit stabbilit b’dak ir-Regolament li joperaw mill-inqas 80 % ta’ serje ta’ slots biex jinżamm id-dritt għall-istess serje ta’ slots fil-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li kien imiss ma baqax sostenibbli għat-trasportaturi tal-ajru fid-dawl ta’ tnaqqisiet qawwijin fil-livelli tat-traffiku tal-ajru.

(2)

Iċ-ċifri ppubblikati mill-Eurocontrol, li hija l-maniġer tan-network għall-funzjonijiet tan-network tat-traffiku tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, juru li t-traffiku tal-ajru rkupra bil-kbir mill-bidu tal-perjodu ta’ skedar tas-sajf 2022, u li t-traffiku tal-ajru fil-bidu tal-perjodu ta’ skedar tax-xitwa 2022/2023 mistenni jkun madwar 90 % tal-livelli fl-2019 skont il-previżjoni bażi. Dawk iċ-ċifri jiġġustifikaw ritorn għar-rekwiżit tal-użu tas-slots ta’ 80 % bħala regola ġenerali għall-perjodu ta’ skedar tas-sajf 2023, flimkien ma’ tnaqqis speċifiku fl-użu tas-slots meta jkun hemm nuqqas ġustifikat ta’ użu ta’ slots.

(3)

Madankollu, minħabba l-kriżi tal-COVID-19, is-sitwazzjoni fis-settur tal-avjazzjoni għadha inċerta ħafna. Kif ġara fl-aħħar tal-2021, jaf ifeġġu varjanti ġodda tal-COVID-19 u jikkawżaw reazzjonijiet għal għarrieda kemm mill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll mill-konsumaturi li min-naħa tagħhom jistgħu jaffettwaw ħażin lit-traffiku tal-ajru. Barra minn hekk, ċerti swieq fuq distanzi twal għadhom qed jintlaqtu minn miżuri sanitarji li jxekklu serjament it-traffiku tal-ajru.

(4)

Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna qed tħalli wkoll impatt fuq it-traffiku tal-ajru u fuq il-kapaċità tat-trasportaturi tal-ajru li joperaw is-slots tagħhom peress li t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex jitħallew jidħlu fl-ispazju tal-ajru tal-Belarussja, tar-Russja u tal-Ukrajna.

(5)

Ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti mill-istat għal raġunijiet sanitarji u l-impossibbiltà li wieħed jidħol fl-ispazju tal-ajru ta’ dik li saret żona tal-gwerra huma lil hinn mill-kontroll tat-trasportaturi tal-ajru. Dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jwasslu għall-kanċellazzjoni volontarja jew obbligatorja tas-servizzi tal-ajru tagħhom jew għall-aġġustament tal-iskedi. B’mod partikolari, il-kanċellazzjonijiet volontarji jħarsu s-saħħa finanzjarja tat-trasportaturi tal-ajru u fl-istess ħin jevitaw l-impatt ambjentali negattiv ikkawżat mit-titjiriet operati biss biex iżommu s-slots tagħhom.

(6)

F’dawk iċ-ċirkostanzi, it-trasportaturi tal-ajru li jonqsu milli jużaw is-slots tagħhom skont ir-rata tal-użu tas-slots stabbilita fir-Regolament (KEE) Nru 95/93 jenħtieġ li ma jitilfux awtomatikament il-preċedenza fir-rigward tas-serje ta’ slots stipulata fl-Artikoli 8(2) u 10(2) ta’ dak ir-Regolament, li setgħu jgawdu minnhom f’ċirkostanzi oħra. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi.

(7)

Fl-istess ħin, hu importanti li jitfakkru l-objettivi tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, li huma b’mod partikolari li jkun aċċertat l-użu effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruporti u li jkun aċċertat aċċess ġust għat-trasportaturi tal-ajru kollha għal kapaċità limitata tal-ajruporti, biex b’hekk tiġi promossa l-kompetizzjoni. Jenħtieġ li l-aġġustament tar-rekwiżiti tal-użu normali tas-slots billi tonqos ir-rata tal-użu jew billi jiġu estiżi xi eċċezzjonijiet tan-nuqqas ġustifikat ta’ użu jkun limitat strettament għal sitwazzjonijiet meta s-solliev mill-użu tas-slots ikun neċessarju u jenħtieġ li ma joħloqx vantaġġi kompetittivi inġusti lil dawk it-trasportaturi tal-ajru li jkollhom slots storiċi.

(8)

B’mod partikolari, huwa neċessarju li jkun aċċertat li t-trasportaturi tal-ajru li huma disposti li jipprovdu s-servizzi, jitħallew jużaw kapaċità mhux użata u jkollhom il-possibbiltà li jżommu dawk is-slots fit-tul. Jenħtieġ li jinżammu l-inċentivi tat-trasportaturi tal-ajru ħalli tintuża l-kapaċità tal-ajruporti, li min-naħa tagħha hija ta’ benefiċċju għall-konsumaturi.

(9)

Għalhekk huwa neċessarju li jiġu stipulati, f’konformità ma’ dawk il-prinċipji u għal perjodu limitat, il-kundizzjonijiet li skonthom it-trasportaturi tal-ajru jibqgħu intitolati għas-serje tas-slots skont l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, u jiġu stabbiliti rekwiżiti għat-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jirrilaxxaw il-kapaċità mhux użata. Il-perjodu jenħtieġ li jibda jiddekorri mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023 bi qbil mal-irkupru previst mill-Eurocontrol.

(10)

Waqt dan il-perjodu, id-definizzjoni tat-terminu “membru ġdid” jenħtieġ li tinżamm wiesgħa sabiex jiżdied l-għadd ta’ trasportaturi tal-ajru koperti, u b’hekk aktar trasportaturi tal-ajru jingħataw l-opportunità li jistabbilixxu u jespandu l-operazzjonijiet tagħhom.

(11)

Mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023, is-sistema tal-allokazzjoni tas-slots jenħtieġ li tibqa’ tirrikonoxxi l-isforzi tat-trasportaturi tal-ajru li jkunu operaw titjiriet bl-użu ta’ slots li huma parti minn serje li trasportatur tal-ajru ieħor huwa intitolat għaliha skont l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, iżda li jkunu ngħataw lill-koordinatur tas-slots għal riallokazzjoni temporanja. Għalhekk, it-trasportaturi tal-ajru li jkunu operaw mill-inqas ħames slots ta’ serje jenħtieġ li jingħataw prijorità għall-allokazzjoni ta’ dawk is-serje fil-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss, soġġetta għad-disponibbiltà tal-kapaċità tal-ajruport.

(12)

Biex jiġu indirizzati l-effetti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-konnettività bejn l-Unjoni u l-Ukrajna, huwa neċessarju li jiġi estiż il-perjodu li matulu l-operaturi jkunu jistgħu jiddependu fuq ir-raġuni stipulata fl-Artikolu 10(4), il-punt (a), tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 biex jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ użu tas-serje tas-slots fir-rotot bejn l-Unjoni u l-Ukrajna.

(13)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari mar-regoli stipulati fit-Trattati u fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-konsegwenzi negattivi fuq il-kapaċità tal-passiġġieri li jivvjaġġaw minħabba r-restrizzjonijiet possibbli adottati mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi biex jindirizzaw sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi, diżastri naturali jew taqlib politiku, bħal rewwixti, irvellijiet jew diżordni pubbliku severi, ma jistgħux jiġu attribwiti lit-trasportaturi tal-ajru u jenħtieġ li jiġu mitigati meta dawk il-miżuri jħallu impatt sinifikanti fuq il-vijabbiltà jew il-possibbiltà tal-ivvjaġġar jew fuq id-domanda għar-rotot ikkonċernati. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jenħtieġ li jaċċertaw li t-trasportaturi tal-ajru ma jiġux penalizzati għan-nuqqas tal-użu tas-slots meta dak in-nuqqas jiġri minħabba restrizzjonijiet bħal dawk.

(14)

Biex jonqos ir-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex ikun aċċertat l-użu effiċjenti tal-kapaċità tal-ajruporti, jenħtieġ li s-solliev speċifiku mill-effetti tal-impożizzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet ikollu tul ta’ żmien u ambitu limitati, b’hekk ikun aċċertat li l-effett tal-miżuri ta’ mitigazzjoni jkun limitat għall-perjodu meta kienu ġustifikati. Slots koperti minn tali miżuri li jtaffu l-effett tar-restrizzjonijiet jenħtieġ li jitqiesu li ġew operati għall-finijiet tar-Regolament (KEE) Nru 95/93.

(15)

Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet dwar in-nuqqas ġustifikat ta’ użu tal-eċċezzjonijiet tas-slots ma japplikawx għat-trasportaturi tal-ajru li huma l-oġġett ta’ miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jew għat-trasportaturi tal-ajru soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni li huma elenkati fl-Anness A jew B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (5). Biex tkun aċċertata l-applikazzjoni effettiva ta’ dawk il-miżuri, l-impossibbiltà li jiġu invokati d-dispożizzjonijiet dwar in-nuqqas ġustifikat ta’ użu tas-slots jenħtieġ li tapplika wkoll għat-trasportaturi tal-ajru li diġà huma l-oġġett ta’ miżuri restrittivi bħal dawn fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Il-kooperazzjoni bejn il-koordinaturi jenħtieġ li tissaħħaħ biex tkun aċċertata implimentazzjoni uniformi tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 madwar l-Unjoni.

(17)

Jenħtieġ li l-koordinaturi jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, inkluż permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Koordinaturi tal-Ajruporti (EUACA). L-EUACA hija mħeġġa tkompli toħroġ gwida biex tiġi aċċertata implimentazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjoni dwar il-mitigazzjoni tar-restrizzjonijiet. Barra minn hekk, jekk il-mitigazzjoni tiġix applikata jew le hija biċċa informazzjoni importanti għat-trasportaturi tal-ajru meta jkunu qed jippjanaw l-iskedi tagħhom. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi aċċertata komunikazzjoni trasparenti mill-koordinaturi.

(18)

Filwaqt li miżuri li jtaffu r-restrizzjonijiet jenħtieġ li jiġu interpretat b’mod strett peress li dawn jirrappreżentaw eċċezzjoni għar-rekwiżiti tal-użu normali tas-slots, f’ċerti każijiet jenħtieġ li jkun possibbli li tintalab azzjoni komuni mill-koordinaturi kollha biex ikunu aċċertati kundizzjonijiet ekwivalenti madwar l-Unjoni. Skont ċerti kundizzjonijiet u abbażi ta’ deċiżjoni unanima, il-koordinaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw dik id-dispożizzjoni għas-slots kollha miżmuma fl-ajruporti kkoordinati.

(19)

Ir-robustezza tal-previżjonijiet tat-traffiku għall-perjodu ta’ skedar tax-xitwa 2022/2023 hija affettwata b’mod negattiv mill-inċertezza dwar l-evoluzzjoni ta’ diversi kriżijiet, b’mod partikolari s-sitwazzjoni fl-Ukrajna u l-kriżi tal-COVID-19. Konsegwentement, it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jiġu rilaxxati, sa fejn ikun meħtieġ, mir-rekwiżiti li joperaw slots sabiex jinżamm id-dritt għall-istess slots fil-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss. Dan jippermetti lit-trasportaturi tal-ajru jżidu l-forniment ta’ servizzi meta ċ-ċirkostanzi jippermettu, bil-ħsieb li jiġu applikati r-regoli normali għall-operat tas-slots mill-perjodu ta’ skedar tas-sajf 2023, soġġett għal dawk l-adattamenti magħmula mill-Kummissjoni f’ċirkostanzi speċifiċi biex tirreaġixxi għal ċerti sfidi għas-settur tat-trasport bl-ajru.

(20)

Biex jiġi indirizzat l-impatt li qed jevolvi tal-kriżi tal-COVID-19 jew ta’ sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi oħra, kif ukoll l-impatt devastanti dirett tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russa kontra l-Ukrajna fuq it-traffiku tal-ajru u biex tiġi appoġġata l-konnettività mill-Ukrajna u lejha, u biex ikun hemm rispons flessibbli, meta strettament neċessarju u ġustifikat, għall-isfidi li s-settur tat-trasport bl-ajru qed jiffaċċa bħala konsegwenza, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-valuri perċentwali tar-rata minima tal-użu f’ċerta firxa u għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar fil-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023 bi qbil mal-irkupru previst mill-Eurocontrol u fir-rigward tal-emendar tal-valuri perċentwali tar-rata minima tal-użu f’ċerta firxa għar-rotot bejn l-Unjoni u l-Ukrajna u għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6). B’mod partikolari, biex tkun aċċertata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(21)

L-ajruporti, il-fornituri tas-servizzi tal-ajruport u t-trasportaturi tal-ajru jeħtieġ li jiġu informati dwar il-kapaċità disponibbli għall-finijiet ta’ ppjanar adegwat. It-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jibqgħu jagħmlu disponibbli lill-koordinatur kull slot li ma jkunx beħsiebhom jużaw, minn kmieni kemm jista’ jkun u sa tliet ġimgħat qabel id-data ppjanata tal-operat tas-slots, ħalli l-koordinatur ikun jista’ jirriallokahom lil trasportaturi tal-ajru oħrajn. Meta t-trasportaturi tal-ajru jonqsu ripetutament milli jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit, jenħtieġ li ma jibbenefikawx minn rata mnaqqsa tal-operat tas-slots.

(22)

Meta koordinatur ikun sodisfatt li trasportatur tal-ajru jkun waqaf jopera f’ajruport, il-koordinatur jenħtieġ li jieħu minnufih is-slots mingħand it-trasportatur tal-ajru inkwistjoni u jqegħedhom fil-ġabra tas-slots għal riallokazzjoni lil trasportaturi oħra.

(23)

Il-projbizzjoni fuq it-trasportaturi tal-ajru milli jtiru fl-ispazju tal-ajru tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 29 TUE jew l-Artikolu 215 TFUE jew ta’ projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 tista’ tikkawża l-imblukkar mhux ġustifikat ta’ slots fl-ajruporti tal-Unjoni. Filwaqt li s-slots użati qabel minn trasportaturi tal-ajru bħal dawn jistgħu jiġu riallokati fuq bażi ad hoc tul il-perjodu ta’ skedar, dan ma jħeġġiġx biżżejjed l-użu effiċjenti tas-slots li jippermetti lil-linji tal-ajru jżidu l-kompetizzjoni u l-konnettività fit-tul għall-benefiċċju tal-konsumaturi. Għalhekk, is-slots jenħtieġ li jiġu rtirati minnufih mit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati.

(24)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi u s-solliev mir-regoli ġenerali dwar l-użu tas-slots għal perjodu ta’ żmien limitat, ħalli jittaffew l-effetti ta’ kriżi epidemjoloġika u tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq it-traffiku bl-ajru, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(25)

Minħabba l-urġenza taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-kriżi tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(26)

Biex tkun aċċertata l-applikazzjoni malajr tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li bħala kwistjoni ta’ urġenza, dan jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 95/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (ba), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“matul il-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023, ‘membru ġdid’ għandha tfisser:”;

(b)

fil-punt (f), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“trasportaturi tal-ajru” għandha tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li jkollha liċenzja valida biex topera jew ekwivalenti mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar għall-perjodu ta’ skedar tas-sajf li jkun imiss jew fil-31 ta’ Awwissu għall-perjodu ta’ skedar tax-xitwa li jkun imiss; għall-finijiet tal-Artikoli 4, 8, 8a, 10 u 10a, id-definizzjoni ta’ trasportatur tal-ajru għandha tinkludi wkoll operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali, meta joperaw skont skeda; għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 14, id-definizzjoni ta’ trasportatur tal-ajru għandha tinkludi wkoll l-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru ċivili;;

(2)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 8a u 9, l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 14, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:”;

(b)

fil-paragrafu 2a, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2a.   Matul il-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023, u soġġetta għad-disponibbiltà tal-kapaċità fl-ajruport, serje tas-slots li ġiet ritornata fil-ġabra tas-slots f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi tmiem il-perjodu ta’ skedar (il-‘perjodu ta’ skedar ta’ referenza’) għandha, fuq talba, tiġi allokata għall-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss lil trasportatur tal-ajru li jkun opera mill-inqas ħames slots tas-serje inkwistjoni wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(7) matul il-perjodu ta’ skedar ta’ referenza.”;

(c)

il-paragrafu 6a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6a.   Fil-perjodu meta japplikaw il-parametri ta’ koordinazzjoni tal-COVID-19, u sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati kif xieraq dawn il-parametri ta’ koordinazzjoni, il-koordinatur jista’, wara li jkun sema’ lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat, jemenda l-ħin tas-slots mitluba jew allokati li jkunu fil-perjodu speċifikat mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023 jew jikkanċellahom. F’dan il-kuntest, il-koordinatur għandu jqis ir-regoli u l-linji gwida addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fih.”;

(3)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 2a;

(b)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għar-rotot meta jkunu ġew imposti obbligi ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 li jirriżultaw fis-sospensjoni temporanja tal-operat ta’ dawk ir-rotot.”;

jitħassar il-punt (e);

(ii)

jitħassru t-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi;

(iii)

jinżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-qerda ta’ infrastruttura kritika jaffettwaw il-kapaċità li jiġu pprovduti servizzi tal-ajru, kif ukoll id-domanda għal servizzi tal-ajru, il-koordinaturi għandhom japplikaw l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għar-rotot bejn l-Unjoni u l-Ukrajna għall-perjodu tal-għeluq tal-ispazju tal-ajru jew għall-għeluq tal-ajruporti, skont liema jseħħ l-aħħar, u perjodu addizzjonali ta’ 16-il ġimgħa. Il-koordinatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bid-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ 16-il ġimgħa”;

(c)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“4a.   Barra minn hekk, matul il-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023, in-nuqqas ta’ użu ta’ slot jista’ jiġi ġġustifikat ukoll bl-introduzzjoni, mill-awtoritajiet pubbliċi, ta’ restrizzjonijiet maħsuba biex jindirizzaw kull sitwazzjoni epidemjoloġika maġġuri, diżastru naturali jew taqlib politiku f’tarf tar-rotta li għaliha s-slot inkwistjoni jkun ġie operat jew kien ippjanat li jiġi operat, dment li dawk ir-restrizzjonijiet iħallu impatt sinifikanti fuq il-possibbiltà tal-ivvjaġġar jew fuq id-domanda għall-ivjaġġar, u li, fir-rotot ikkonċernati, ir-restrizzjonijiet iwasslu għal waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

għeluq parzjali jew sħiħ tal-fruntiera, tal-ajruport jew tal-ispazju tal-ajru tul parti sostanzjali tal-perjodu ta’ skedar rilevanti;

(b)

xkiel serju għall-kapaċità tal-passiġġieri li jivvjaġġaw ma’ kwalunkwe trasportatur f’dik ir-rotta diretta matul parti sostanzjali tal-perjodu ta’ skedar rilevanti, pereżempju, meta l-impediment ikun relatat ma’ xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta’ residenza, il-projbizzjoni ta’ kull vjaġġ ħlief dak essenzjali, jew il-projbizzjonijiet fuq it-titjiriet minn jew lejn ċerti pajjiżi jew żoni ġeografiċi,

ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment, jew miżuri ta’ kwarantina jew iżolament, fil-pajjiż jew fir-reġjun tal-ajruport tad-destinazzjoni (inkluż punti intermedji), dment li l-kwarantina ma tkunx tista’ tiġi evitata permezz ta’ test negattiv, prova ta’ fejqan jew prova tat-tilqim rikonoxxuti mill-Unjoni,

ir-restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ servizzi essenzjali li jappoġġaw direttament l-operat tas-servizz tal-ajru, inkluż l-għeluq tas-servizzi tal-ospitalità u pubbliċi, inkluż it-trasport, li jikkawża tnaqqis serju fid-domanda f’wieħed mit-truf tar-rotta,

il-limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ passiġġieri għal kull titjira u frekwenzi għal kull trasportatur tal-ajru li jikkawżaw tnaqqis serju fid-domanda f’wieħed mit-truf tar-rotta;

(c)

ir-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-ekwipaġġ tal-linji tal-ajru li jfixklu b’mod sinifikanti l-operat tas-servizzi tal-ajru minn jew lejn l-ajruporti servuti, inkluż projbizzjonijiet għal għarrieda fuq id-dħul jew il-waqfien mhux mistenni tal-ekwipaġġ minħabba miżuri ta’ kwarantina, sakemm il-kwarantina ma tkunx tista’ tinqabeż permezz ta’ test negattiv, prova ta’ fejqan jew prova tat-tilqim rikonoxxuti mill-Unjoni.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-perjodu li fih japplikaw ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u għal perjodu sa sitt ġimgħat addizzjonali, soġġett għat-tielet u r-raba’ subparagrafi. Madankollu, meta dawk ir-restrizzjonijiet ma jibqgħux japplikaw anqas minn sitt ġimgħat qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ skedar, dan il-paragrafu għandu japplika għall-bqija tal-perjodu ta’ sitt ġimgħat biss meta s-slots fil-perjodu ta’ skedar sussegwenti jintużaw għall-istess rotta.

Dan il-paragrafu għandu japplika biss għas-slots użati għar-rotot li għalihom kienu diġà ntużaw qabel il-pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dan il-paragrafu għandu jieqaf japplika meta t-trasportatur tal-ajru, li juża s-slots inkwistjoni, jibdel rotta li ma tkunx affettwata mir-restrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Meta maġġoranza ta’ Stati Membri li jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni japplikaw ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-possibbiltà tal-ivvjaġġar jew fuq id-domanda għall-ivjaġġar u li jwasslu għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu, kull koordinatur jista’, wara deċiżjoni unanima mill-koordinaturi tal-ajruporti kkoordinati kollha tal-Komunità sabiex in-nuqqas ta’ użu ta’ slots ikun iġġustifikat b’mod ġenerali u n-notifika tiegħu minnhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, japplika dan il-paragrafu għas-slots kollha miżmuma f’tali ajruporti għat-tul tar-restrizzjonijiet li jkunu fis-seħħ u sa sitt ġimgħat addizzjonali, dment li dawk ir-restrizzjonijiet jaffettwaw għadd sinifikanti ta’ rotot lejn jew minn ajruport Komunitarju, u b’hekk jagħmlu t-traffiku tal-ajru fl-Unjoni fil-parti l-kbira mhux vijabbli jew iwasslu għal kundizzjonijiet mhux ekwivalenti.

4b.   Meta n-nuqqas ta’ użu ta’ slot ikun iġġustifikat mir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 jew 4a, il-koordinaturi għandhom iqisu li s-slot ġie operat fis-serje tas-slots ikkonċernati.

4c.   It-trasportaturi tal-ajru li l-operat tagħhom huwa mxekkel minn miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inklużi dawk fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2022 u t-trasportaturi tal-ajru soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni li huma elenkati fl-Anness A jew B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (*1) ma għandhomx ikunu intitolati li jinvokaw ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ użu tas-slots skont il-paragrafi 4 u 4a ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, b’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta tali trasportaturi tal-ajru jitħallew joperaw inġenji tal-ajru mikrija bl-ekwipaġġ ta’ trasportatur tal-ajru li l-operat tiegħu ma jkunx imfixkel minn tali miżuri restrittivi u li ma jkunx soġġett għal tali projbizzjoni fuq l-operat, huma jistgħu jinvokaw ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ użu tas-slots skont il-paragrafi 4 u 4a, dment li jkun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli fl-Unjoni.

4d.   Il-koordinaturi għandhom jiskambjaw regolarment l-aqwa prattiki dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 4 u 4a bil-għan li jiżguraw applikazzjoni koerenti u konsistenti madwar l-Unjoni.

Il-koordinaturi għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment il-lista tad-destinazzjonijiet li għalihom japplikaw il-paragrafi 4 u 4a.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).”;"

(d)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew bl-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 4a mill-koordinatur ta’ ajruport li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”;

(4)

L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Artikolu 10a

Allokazzjoni ta’ slots b’reazzjoni għal ċerti sitwazzjonijiet ta’ kriżi”;

(b)

jitħassru l-paragrafi 1, 2 u 4;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Matul il-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sal-25 ta’ Marzu 2023 u għall-finijiet tal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, jekk trasportatur tal-ajru juri għas-sodisfazzjon tal-koordinatur li opera s-serje ta’ slots li ġiet allokata lilu, kif awtorizzata mill-koordinatur, għal mill-inqas 75 % tal-ħin matul il-perjodu ta’ skedar li għalih ġiet allokata, dak it-trasportatur tal-ajru għandu jkun intitolat l-istess serje ta’ slots għall-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss.”;

(d)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Meta d-data ppubblikata mill-Eurocontrol turi b’mod ċar li t-traffiku tal-ajru ta’ kull ġimgħa, matul perjodu ta’ ġimagħtejn konsekuttivi, naqas taħt it-80 % tal-livelli tal-2019 tal-ġimgħat korrispondenti, minħabba l-kriżi tal-COVID-19, sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi oħra jew bħala effett dirett tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u li, abbażi tal-previżjonijiet tat-traffiku tal-Eurocontrol, it-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru meta mqabbel mal-livell fil-perjodu korrispondenti fl-2019 x’aktarx li jippersisti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-valuri perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, f’firxa ta’ bejn 0 % u 70 % għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar li jaqa’ bejn it-30 ta’ Ottubru 2022 u t-28 ta’ Ottubru 2023. Il-valur perċentwali applikat għandu jkun proporzjonali għal-livell tal-previżjonijiet tat-traffiku tal-ajru mill-Eurocontrol.

Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

id-data ppubblikata mill-Eurocontrol dwar il-livelli tat-traffiku u l-previżjonijiet tat-traffiku;

(b)

indikaturi relatati mad-domanda għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż ix-xejriet dwar il-prenotazzjonijiet bil-quddiem, l-iskedi ppjanati tal-linji tal-ajru, id-daqs tal-flotta, l-użu tal-flotta, u l-fatturi tat-tagħbija;

(c)

miżuri ta’ awtoritajiet pubbliċi relatati mal-kriżi tal-COVID-19 jew sitwazzjoni epidemjoloġika oħra li tikkawża effett sinifikanti fuq il-livelli tat-traffiku tal-ajru minn u lejn l-ajruporti tal-Unjoni, riprogrammar sfurzat tar-rotot minħabba għeluq tal-ispazju tal-ajru jew projbizzjoni fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni milli jidħlu fi spazju tal-ajru ta’ pajjiż terz, filwaqt li jitqies il-parir tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bullettin ta’ Informazzjoni tagħha dwar iż-Żona ta’ Kunflitt;

(d)

data miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-COVID-19 jew dwar sitwazzjoni epidemjoloġika oħra kkaratterizzata bħala kontaġjuża ħafna u li aktarx twassal għal tnaqqis serju fir-ritmu tal-ivvjaġġar bl-ajru.

Bil-ħsieb tat-tħejjija tal-iskedi mit-trasportaturi tal-ajru qabel il-perjodu ta’ skedar, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tadotta dawk l-atti delegati skont dan il-paragrafu qabel il-bidu tal-perjodu ta’ skedar, sabiex it-trasportaturi tal-ajru jkunu jistgħu jippjanaw l-iskedi ta’ titjir tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tadotta tali atti matul il-perjodu ta’ skedar f’każ ta’ ċirkostanzi imprevisti.”;

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   Meta l-Kummissjoni ssib li minħabba l-qerda tal-infrastruttura u l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien ikkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, ir-restawr gradwali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Ukrajna u l-Unjoni jkun jeħtieġ tnaqqis fir-rata tal-użu għar-rotot li jservu lill-Ukrajna, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a biex temenda l-valuri perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu, f’firxa ta’ bejn 0 % u 70 % għas-slots użati għar-rotot minn u lejn l-Ukrajna għal kwalunkwe perjodu ta’ skedar fil-perjodu li jaqa’ bejn it-30 ta’ Ottubru 2022 u t-28 ta’ Ottubru 2023.

Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin:

(a)

id-data ppubblikata mill-Eurocontrol dwar il-livelli tat-traffiku u l-previżjonijiet tat-traffiku tar-rotot bejn l-Unjoni u l-Ukrajna;

(b)

indikaturi relatati mad-domanda għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż ix-xejriet fil-prenotazzjonijiet bil-quddiem u l-iskedi ppjanati tal-linji tal-ajru;

(c)

riprogrammar sfurzat tar-rotot minħabba għeluq tal-ispazju tal-ajru jew projbizzjoni fuq it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni milli jidħlu fi spazju tal-ajru ta’ pajjiż terz filwaqt li jitqies il-parir tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bullettin ta’ Informazzjoni tagħha dwar iż-Żona ta’ Kunflitt.”;

(f)

il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“6.   Meta, bħala riżultat tal-impatt fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19, ta’ sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi oħra jew tal-effetti diretti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

7.   Matul perjodu meta s-solliev mill-użu tas-slots japplika skont il-paragrafu 3, 5 jew 5a ta’ dan l-Artikolu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħmlu disponibbli kull slot li ma jkunx beħsiebhom jużaw, sa tliet ġimgħat qabel id-data ppjanata tal-operat, ħalli l-koordinatur jirriallokahom lil trasportaturi tal-ajru oħrajn. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (4a), fejn trasportatur tal-ajru jonqos milli jagħmel disponibbli lill-koordinatur aktar minn tliet slots f’serje f’konformità ma’ dan il-paragrafu, dak it-trasportatur għandu jkun intitolat għas-serje kollha tas-slots fil-perjodu ta’ skedar ekwivalenti li jmiss biss jekk is-serje kollha tas-slots tkun ġiet operata, jew jekk is-serje kollha tas-slots titqies li tkun ġiet operata f’konformità mal-Artikolu 10(4b), mit-trasportatur għal mill-inqas 80 % tal-ħin, irrispettivament minn jekk l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) ikunux ġewx emendati mill-att delegat imsemmi f’dan l-Artikolu.”;

(5)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ appell taħt il-liġi nazzjonali, l-ilmenti li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikoli 8, 8a u 10, l-Artikolu 10a(7), l-Artikolu 14(1) sa (4) u l-Artikolu 14(6) għandhom jintbagħtu lill-kumitat ta’ koordinazzjoni. Il-kumitat għandu, fi żmien perjodu ta’ xahar wara s-sottomissjoni tal-ilment, jikkunsidra l-kwistjoni u jekk possibbli jagħmel proposti lill-koordinatur biex jipprova jsolvi l-problema. Jekk l-ilment ma jkunx jista’ jiġi solvut, l-Istat Membru responsabbli jista’, f’perjodu ieħor ta’ xahrejn, jipprevedi medjazzjoni permezz ta’ organizzazzjoni rappreżentattiva tat-trasportaturi tal-ajru jew tal-ajruport jew parti terza oħra.”;

(6)

fl-Artikolu 12a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 10a għandha tingħata lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Ottubru 2023.”;

(7)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (4a), jekk ir-rata ta’ użu ta’ 80 % kif definita fl-Artikolu 8(2) ma tkunx tista’ tinkiseb minn trasportatur tal-ajru, il-koordinatur jista’ jiddeċiedi li jirtira mingħand dak it-trasportatur tal-ajru s-serje tas-slots inkwistjoni għall-bqija tal-perjodu tal-iskedar u jqegħedhom fil-ġabra tas-slots li jkun sema’ lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (4a), jekk wara ħin allokat li jikkorrispondi għal 20 % tal-perjodu tal-validità tas-serje, ma tintuża ebda slot ta’ dik is-serje, il-koordinatur għandu jqiegħed is-serje tas-slots inkwistjoni fil-ġabra tas-slots għall-bqija tal-perjodu ta’ skedar wara li jkun sema’ lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat.

Matul il-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023, meta koordinatur jiddetermina, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, li trasportatur tal-ajru waqqaf l-operat tiegħu f’ajruport u ma għadux jista’ jopera s-slots li jkunu ġew allokati lilu, il-koordinatur għandu jirtira s-serje tas-slots inkwistjoni mingħand dak it-trasportatur tal-ajru għall-bqija tal-perjodu ta’ skedar u jqegħedhom fil-ġabra tas-slots, wara li jkun sema’ lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat.

Matul il-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2022 sat-28 ta’ Ottubru 2023, meta koordinatur jiddetermina, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, li trasportatur tal-ajru li jkun soġġett għall-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 29 TUE jew l-Artikolu 215 TFUE, inkluż dawk fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2022, jew li trasportatur tal-ajru li jkun soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni u jkun elenkat fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, ma jkunx jista’ jopera slots għal parti sostanzjali tal-perjodu ta’ skedar, il-koordinatur għandu, wara li jkun sema’ lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat, jirtira s-serje tas-slots inkwistjoni mingħand dak it-trasportatur tal-ajru għall-bqija tal-perjodu ta’ skedar u jqegħedhom fil-ġabra tas-slots.

Madankollu, meta trasportatur tal-ajru jkun soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni u jkun elenkat fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u jitħalla jopera inġenji tal-ajru mikrija bl-ekwipaġġ ta’ trasportatur tal-ajru li l-operat tiegħu ma jkunx imfixkel minn tali miżuri restrittivi u li ma jkunx soġġett għal tali projbizzjoni fuq l-operat, ir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għas-slots ta’ dak it-trasportatur, dment li jkun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli fl-Unjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ Settembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2022.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/23


REGOLAMENT (UE) 2022/2039 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) — CARE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Istati Membri, u b’mod partikolari r-reġjuni ċentrali u tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea, ġew affettwati serjament mill-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, fi żmien meta l-ekonomiji tal-Istati Membri għadhom qed jirkupraw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Waqt li qed jiffaċċjaw influss kontinwu ta’ persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni Russa, ħafna Stati Membri huma affettwati wkoll minn nuqqas ta’ ħaddiema, diffikultajiet fil-katina tal-provvista u prezzijiet u kostijiet tal-enerġija li qed jogħlew. Min-naħa, dan jiġġenera problemi għall-baġits pubbliċi u, min-naħa l-oħra, idewwem b’mod sostanzjali l-implimentazzjoni tal-investimenti. Tali ċirkostanzi ħolqu sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi u mmirati sew, sabiex ma jkunx meħtieġ tibdil fil-limiti massimi annwali tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-impenji u l-pagamenti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (2), kif ukoll biex jiġi evitat li jiddgħajjef l-irkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija li għaddej bħalissa.

(2)

Bil-ħsieb li jittaffa l-piż li qed dejjem jiżdied fuq il-baġits nazzjonali, ir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għamel għadd ta’ emendi mmirati għar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (4) u (UE) Nru 223/2014 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri biex jużaw l-allokazzjoni li fadal tagħhom tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (Fund for European Aid to the Most Deprived, FEAD) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020, kif ukoll biex jużaw ir-riżorsi REACT-EU biex jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2022/613 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ta aktar possibbiltajiet biex ir-riżorsi jiġu mobilizzati malajr biex ipattu għall-kostijiet baġitarji immedjati mġarrba mill-Istati Membri u stabbilixxa kost unitarju biex jiffaċilita l-finanzjament tal-ħtiġijiet bażiċi u l-appoġġ għall-persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni Russa u li jingħataw protezzjoni temporanja.

(4)

Madankollu, minħabba n-natura estiża tal-invażjoni Russa, speċjalment fir-rigward ta’ operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà ta’ arranġamenti eċċezzjonali addizzjonali biex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għas-sitwazzjoni soċjoekonomika mingħajr preċedent.

(5)

Minħabba l-pressjoni addizzjonali fuq il-baġits pubbliċi kkawżata mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, il-flessibbiltà rigward l-użu tal-FEŻR u l-FSE prevista fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għal tali operazzjonijiet jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri wkoll il-Fond ta’ Koeżjoni sabiex ir-riżorsi tiegħu jkunu jistgħu jintużaw ukoll biex jappoġġaw operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR jew tal-FSE f’konformità mar-regoli applikabbli għal dawk il-Fondi. Barra minn hekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ simplifikati stabbiliti fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġu estiżi għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE li jindirizzaw l-isfidi migratorji, fejn dawn l-operazzjonijiet ikunu pprogrammati f’assi prijoritarju li jindirizza biss dawkn l-isfidi. Barra minn hekk, għall-prijoritajiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi dawk iddedikati għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni Russa, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-possibbiltà ta’ rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % fiż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni, sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ persuni spostati kemm issa kif ukoll fil-futur. Bl-istess mod, l-ammont għall-kost unitarju għall-faċilitazzjoni tal-finanzjament tal-ħtiġijiet bażiċi u l-appoġġ tar-refuġjati jenħtieġ li jiżdied filwaqt li l-applikazzjoni tiegħu tittawwal.

(6)

Barra minn hekk, jidher li l-iffissar tad-data tal-24 ta’ Frar 2022 bħala d-data ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa ma kienx biżżejjed biex jiżgura li l-operazzjonijiet rilevanti kollha li jindirizzaw dawn l-isfidi jiġu appoġġati mill-Fondi. Għalhekk ikun xieraq li, b’mod eċċezzjonali, l-għażla ta’ tali operazzjonijiet tkun tista’ ssir qabel l-approvazzjoni ta’ emenda ta’ programm relatat filwaqt li n-nefqa għal tali operazzjonijiet li jkunu tlestew fiżikament jew ikunu ġew implimentati bis-sħiħ tkun eliġibbli - u dawn il-flessibbiltajiet jiġu estiżi wkoll għal operazzjonijiet appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) li jindirizzaw il-konsegwenzi fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura li jirriżultaw mill-aggressjoni Russa. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni tal-finanzjament limitat disponibbli fir-reġjuni l-aktar affettwati, jenħtieġ li jkun possibbli li tali operazzjonijiet jiġu appoġġati lil hinn mil-limiti taż-żona tal-programm fi ħdan Stat Membru partikolari, peress li s-sitwazzjoni tal-persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni Russa u li jiċċaqilqu fi ħdan u bejn l-Istati Membri hija ta’ sfida għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni kollha kemm hi. Għaldaqstant, tali operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli irrispettivament minn fejn jiġu implimentati fi ħdan Stat Membru partikolari, peress li l-post fejn jinsabu fl-aħħar mill-aħħar mhuwiex kriterju deċiżiv meta jiġu indirizzati l-bżonnijiet immedjati.

(7)

Barra minn hekk, minħabba li l-piż li jinsab fuq spallejn l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russahuwa kbir, jenħtieġ jitwarrab il-livell minimu ta’ appoġġ ta’ 30 % għal tali korpi fil-kuntest tar-riżorsi li jintużaw biex jappoġġaw operazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR jew tal-FSE f’konformità mal--Artikolu 98(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(8)

Bil-ħsieb li jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri biex iqisu l-ħtiġijiet li qed jevolvu u l-konformità mal-allokazzjonijiet finanzjarji fi programm operazzjonali, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020 għal emenda formali ta’ programm fir-rigward ta’ trasferimenti bejn l-objettivi tematiċi fi prijorità tal-istess Fond u kategorija ta’ reġjun.

(9)

Fl-aħħar nett, sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-allokazzjonijiet ta’ bejn l-2014 u l-2020 fil-kuntest tal-għeluq tal-programmi taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020, il-limitu tal-flessibbiltà bejn il-prijoritajiet għall-kalkolu tal-bilanċ finali tal-kontribuzzjoni mill-Fondi jenħtieġ li jiżdied.

(10)

Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll ċerti flessibbiltajiet biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni bla preċedent fil-qafas legali li jirregola l-programmi taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027. Għal darb’ oħra bil-ħsieb li jittaffa l-piż fuq il-baġits nazzjonali, il-pagamenti ta’ prefinanzjament għall-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għandhom jiżdiedu. Barra minn hekk, minħabba l-isfidi kkawżati mill-ispostament ta’ persuni u r-risponsi integrati meħtieġa mill-Istati Membri, meta Stat Membru jalloka prijorità taħt wieħed mill-programmi ta’ koeżjoni tiegħu ta’ bejn l-2021 u l-2027 biex jappoġġa operazzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li tkun possibbli rata ta’ kofinanzjament sa 100 % għal dik il-prijorità, sat-30 ta’ Ġunju 2024, dment li livell xieraq ta’ appoġġ jiġi dirett lejn l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’komunitajiet lokali u li l-ammont totali pprogrammat taħt dawn il-prijoritajiet fi Stat Membru ma jaqbiżx 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizzjali ta’ dak l-Istat Membru mill-FEŻR u l- Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) flimkien. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jipprogrammaw ammonti addizzjonali għal tali prijoritajiet b’rati ta’ kofinanzjament regolari. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni għat-tfixkil fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020 ikkaġunat mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, minbarra l-konsegwenzi dejjiema tal-pandemija COVID-19 fuq l-implimentazzjoni tal-proġetti u t-tfixkil kontinwu tal-ktajjen tal-valur, jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll flessibbiltà addizzjonali li tippermetti l-għoti dirett ta’ appoġġ u t-tlestija tal-operazzjonijiet li jkunu bdew jiġu implimentati f’konformità mal-qafas leġiżlattiv ta’ bejn l-2014 u l-2020 qabel id-data tal-proposta leġiżlattiva għal dan ir-Regolament, anki fejn tali operazzjonijiet ma jkunux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond kkonċernat taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet fejn il-Fondi jkunu ntużaw skont l-Artikolu 98(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġi żgurat li tali operazzjonijiet jistgħu jiġu attribwiti għat-tipi ta’ interventi, l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jenħtieġ li jiġi aġġustat skont dan. L-appoġġ għal tali operazzjonijiet jenħtieġ li ma jaffettwax l-obbligi tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika u mal-miri tal-kontribuzzjoni klimatika.

(11)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li l-Istati Membri jingħataw assistenza għall-indirizzar tal-isfidi maħluqin mill-għadd eċċezzjonalment kbir ta’ wasliet ta’ persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri għall-isforzi kontinwi tagħhom lejn irkupru tal-ekonomija reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) 2021/1060 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(13)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tingħata għajnuna rapida għall-baġits pubbliċi bil-għan li titħares il-kapaċità tal-Istati Membri li jsostnu l-proċess ta’ rkupru ekonomiku kif ukoll biex tkun tista’ ssir programmazzjoni malajr tad-diviżjoni f’fażijiet tal-operazzjonijiet tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 30, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi allokazzjonijiet finanzjarji bejn objettivi tematiċi differenti fl-istess prijorità tal-istess Fond u kategorija ta’ reġjun tal-istess programm.

Tali trasferimenti għandhom jitqiesu bħala mhux sostanzjali u ma għandhomx jirrikjedu deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm. Madankollu, dawn it-trasferimenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha u għandhom jiġu approvati minn qabel mill-kumitat ta’ monitoraġġ. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti lill-Kummissjoni.

7.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-applikazzjoni ta’ rata ta’ kofinanzjament sa 100 % skont l-Artikolu 120(9) għal assi prijoritarju li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkun ġie stabbilit fi ħdan programm, inklużi dawk dedikati għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, ma għandhiex tirrikjedi deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm. Il-kumitat għall-monitoraġġ għandu japprova l-emenda minn qabel. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti lill-Kummissjoni.”;

(2)

fl-Artikolu 65 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“10a.   Il-paragrafu 6 ma għandux japplika għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa.

Il-paragrafu 6 ma għandux japplika wkoll għal operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS li jindirizzaw il-konsegwenzi ta’ dik l-aggressjoni fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

B’deroga mill-Artikolu 125(3), il-punt (b), tali operazzjonijiet jistgħu jintgħażlu għall-appoġġ mill-FEŻR, mill-FSE, mill-Fond ta’ Koeżjoni jew mill-FEMS qabel l-approvazzjoni tal-programm emendat.”;

(3)

fl-Artikolu 68c, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, fin-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għall-pagament, l-Istati Membri jistgħu jinkludu kost unitarju marbut mal-ħtiġijiet bażiċi u mal-appoġġ ta’ persuni li ngħataw protezzjoni temporanja jew protezzjoni adegwata oħra skont il-liġi nazzjonali f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 (*1) u mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (*2). Dak il-kost unitarju għandu jkun ta’ EUR 100 fil-ġimgħa għal kull ġimgħa sħiħa jew parzjali li l-persuna tkun fl-Istat Membru kkonċernat. Il-kost unitarju jista’ jintuża għal massimu ta’ 26-il ġimgħa b’kollox, mid-data tal-wasla tal-persuna fl-Unjoni.

(*1)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja, (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1)."

(*2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).”;"

(4)

fl-Artikolu 70(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“F’każijiet meta operazzjonijiet li jirċievu appoġġ mill-FEŻR, il-FSE jew il-Fond ta’ Koeżjoni li jindirizzaw sfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa jiġu implimentati barra ż-żona tal-programm iżda fl-Istat Membru, għandu japplika biss il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu.”;

(5)

fl-Artikolu 70, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet appoġġati mill-FSE, bl-eċċezzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2.”;

(6)

fl-Artikolu 96, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(5), (6) u (7), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tapprova l-elementi kollha, inkluż kwalunkwe emenda futura tagħha, tal-programm operazzjonali li jaqa’ taħt dan l-Artikolu, minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punti (b)(vi), (c)(v) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-paragrafi 4 u 5, il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 6, u l-paragrafu 7, li jibqgħu taħt ir-responsabilità tal-Istati Membri.”;

(7)

fl-Artikolu 98, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Barra minn hekk, tali operazzjonijiet jistgħu jiġu ffinanzjati wkoll mill-Fond ta’ Koeżjoni abbażi ta’ regoli applikabbli għall-FEŻR jew għall-FSE.”;

(b)

is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:

“Fejn assi prijoritarju ddedikat jużu l-possibbiltà stabbilita fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, mill-inqas 30 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ dak l-assi prijoritarju għandu jiġi attribwit għal operazzjonijiet b’benefiċjarji li jkunu awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’komunitajiet lokali, jew it-tnejn li huma. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-issodisfar ta’ dik il-kundizzjoni fir-rapport finali ta’ implimentazzjoni meħtieġ skont l-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 111. Fejn dik il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata, ir-rimborż mill-Kummissjoni taħt l-assi prijoritarju kkonċernat għandu jitnaqqas proporzjonalment biex jiġi żgurat li dik il-kundizzjoni tiġi rispettata meta jiġi kkalkulat il-bilanċ finali li għandu jitħallas lill-programm.”;

(c)

it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta jkun meħtieġ li d-data dwar il-parteċipanti tiġi rrapportata għal operazzjonijiet taħt l-assi prijoritarju msemmi fit-tielet subparagrafu, dik id-data għandha tkun ibbażata fuq stimi infurmati u għandha tkun limitata għall-għadd totali ta’ persuni appoġġati u l-għadd ta’ tfal taħt it-18-il sena. L-istess rekwiżiti ta’ rappurtar għandhom japplikaw ukoll għal assi prijoritarji oħra appoġġati mill-FSE li qed jappoġġaw biss operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa.”;

(8)

fl-Artikolu 120 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“9.   Assi prijoritarju separat li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’rata ta’ kofinanzjament sa 100 % jista’ jiġi stabbilit fi ħdan programm operazzjonali. Assi ta’ prijorità bħal dan jista’ jkun iddedikat kompletament għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa, inkluż l-assi prijoritarju ddedikat imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 98(4).”;

(9)

fl-Artikolu 130(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“B’deroga mill-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew mill-FEMS permezz ta’ pagamenti tal-bilanċ finali għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni fl-aħħar sena ta’ kontabbiltà ma għandhiex taqbeż, b’aktar minn 15 %, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew mill-FEMS għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni kif stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.”;

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1060

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 90(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-prefinanzjament addizzjonali ta’ 0,5 % għandu jitħallas fl-2022 immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u fl-2023 għandu jitħallas prefinanzjament addizzjonali ta’ 0,5 % għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ jew mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Jekk programm jiġi adottat wara l-31 ta’ Diċembru 2022, il-pagament akkont tal-2022 għandu jitħallas fis-sena tal-adozzjoni.”;

(2)

Fl-Artikolu 90(5), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-ammont imħallas bħala prefinanzjament għas-snin 2021 u 2022, bl-eċċezzjoni tal-prefinanzjament addizzjonali msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiġi approvat mill-kontijiet tal-Kummissjoni kull sena. L-ammonti l-oħra kollha mħallsa bħala prefinanzjament għandhom jiġu approvati mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali f’konformità mal-Artikolu 100.”;

(3)

fl-Artikolu 112 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Meta tiġi stabbilita prijorità separata fi ħdan programm biex tappoġġa operazzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għandha tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagament sa tmiem is-sena kontabilistika li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2024. Wara dik id-data, għandha tapplika r-rata ta’ kofinanzjament stabbilita fil-programm skont ir-rati massimi ta’ kofinanzjament elenkati taħt il-paragrafi 3 u 4.

L-ammont totali pprogrammat taħt dawn il-prijoritajiet fi Stat Membru m’għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ dak l-Istat Membru mill-FEŻR u l-FSE+ flimkien.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-rata ta’ kofinanzjament sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Mill-inqas 30 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ tali prijorità separata għandha tiġi attribwita għal operazzjonijiet b’benefiċjarji li jkunu awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’komunitajiet lokali. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-issodisfar ta’ dik il-kundizzjoni fir-rapport finali dwar il-prestazzjoni meħtieġ skont l-Artikolu 43. Fejn dik il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata, ir-rimborż mill-Kummissjoni taħt il-prijorità kkonċernata għandu jitnaqqas proporzjonalment biex jiġi żgurat li dik il-kundizzjoni tiġi rispettata meta jiġi kkalkulat il-bilanċ finali li għandu jitħallas fil-programm.”;

(4)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 118a

Kundizzjonijiet għal operazzjonijiet soġġetti għal implimentazzjoni f’fażijiet li ntgħażlu għall-appoġġ qabel id-29 ta’ Ġunju 2022 skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

1.   Minkejja l-Artikolu 118, meta operazzjoni b’kost totali li jaqbeż il-EUR 1 000 000 ntgħażlet biex tingħata appoġġ u li bdiet qabel id-29 ta’ Ġunju 2022 skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolamenti speċifiċi dwar il-Fond (UE) Nru 1301/2013 (*3), (UE) Nru 1304/2013 (*4), (UE) Nru 1300/2013 (*5), (UE) Nru 1299/2013 (*6) u (UE) Nru 508/2014 (*7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tali operazzjoni għandha titqies bħala eliġibbli skont dan ir-Regolament u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi korrispondenti fil-perjodu ta’ programmazzjoni għal bejn l-2021 u l-2027.

B’deroga mill-Artikolu 73(1) u (2), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ dirett għal tali operazzjoni taħt dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-operazzjoni jkollha żewġ fażijiet li huma identifikabbli mil-lat finanzjarju, b’sekwenzi tal-awditjar separati;

(b)

l-operazzjoni taqa’ taħt azzjonijiet ipprogrammati taħt objettiv speċifiku rilevanti u tkun attribwita għal tip ta’ intervent f’konformità mal-Anness I;

(c)

in-nefqa inkluża f’applikazzjoni għal pagament fir-rigward tal-ewwel fażi mhijiex inkluża taħt kwalunkwe applikazzjoni għal pagament b’rabta mat-tieni fażi;

(d)

l-Istat Membru jimpenja ruħu li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jlesti u jibda jħaddem it-tieni u l-aħħar fażi fir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni, jew fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fl-aħħar rapport annwali dwar l-implimentazzjoni, ippreżentat f’konformità mal-Artikolu 141 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa li huma appoġġati bl-użu tal-possibbiltà prevista fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470)."

(*5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281)."

(*6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259)."

(*7)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).”;"

(5)

fl-Anness I, il-linji li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tat-Tabella 1:

IL-QASAM TA’ INTERVENT (3)

Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi ambjentali

“Kodiċijiet oħra relatati ma’ operazzjonijiet soġġetti għal implimentazzjoni f’fażijiet skont l-Artikolu 118a

183

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: miżbla

0  %

100  %

184

Il-ħażna u t-trażmissjoni tal-elettriku

100  %

40  %

185

Gass naturali: ħażna, trasmissjoni u distribuzzjoni

0  %

0  %

186

Ajruporti

0  %

0  %

187

Investiment produttiv f’intrapriżi kbar marbuta ma’ ekonomija b’konsum baxx ta’ karbonju

40  %

0  %”

Artikolu 3

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2022.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2022/613 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU u l-istabbiliment ta’ kost unitarju (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 38).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispozizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew ghall-Izvilupp Regjonali, il-Fond Socjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koezjoni, il-Fond ghal Tranzizzjoni Gusta u l-Fond Ewropew ghall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji ghalihom u ghall-Fond ghall-Azil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond ghas-Sigurtà Interna u l-Istrument ghall-Appogg Finanzjarju ghall-Gestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Vizi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/30


REGOLAMENT (UE) 2022/2040 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 805/2004 fir-rigward tal-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju sabiex jadattah għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

It-Trattat ta’ Liżbona mmodifika l-qafas legali li jirregola s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mil-leġiżlatur, billi jintroduċi distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv (atti delegati) u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta’ implimentazzjoni).

(2)

L-atti leġiżlattivi adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona jikkonferixxu setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (2).

(3)

Proposti li saru qabel b’rabta mal-allinjament tal-leġiżlazzjoni li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju bil-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Liżbona ġew irtirati (3) minħabba l-istaġnar fin-negozjati interistituzzjonali.

(4)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sussegwentement qablu dwar qafas ġdid għall-atti delegati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4), u rrikonoxxew il-ħtieġa għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni kollha eżistenti mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Liżbona. B’mod partikolari, qablu dwar il-ħtieġa li tingħata prijorità għolja għall-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tħejji proposta għal dak l-allinjament sa tmiem l-2016.

(5)

Is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex temenda l-formoli standard stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tipprevedi l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju. Peress li dik is-setgħa tissodisfa l-kriterji skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li tiġi adattata għal dik id-dispożizzjoni.

(6)

Sabiex jiġi aġġornat ir-Regolament (KE) Nru 805/2004, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tkun tista’ temenda l-Annessi ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(7)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-proċeduri pendenti li l-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu dwarhom skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(9)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(10)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 805/2004 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 805/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 31

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31a sabiex temenda l-Annessi, sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard.”;

(2)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 31a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ottubru 2022. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 31 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*1).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

l-Artikolu 32 huwa mħassar.

Artikolu 2

Proċeduri pendenti

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu dwarhom skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (ĠU C 158, 30.4.2021, p. 832) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-28 ta’ Ġunju 2022 (ĠU C 280, 21.7.2022, p. 14). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

(3)  ĠU C 80, 7.3.2015, p. 17.

(4)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15).


DIRETTIVI

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/33


DIRETTIVA (UE) 2022/2041 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Ottubru 2022

dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2), il-punt (b), flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (b), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-għanijiet tal-Unjoni huma, fost l-oħrajn, li tippromwovi l-benesseri tal-popli tagħha u li taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa bbażat fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, li tfittex li tiżgura impjieg sħiħ u progress soċjali, livell għoli ta’ protezzjoni u titjib fil-kwalità tal-ambjent, filwaqt li tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni għandha l-obbligu tqis, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, u mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

(2)

L-Artikolu 151 tat-TFUE jipprevedi li l-Unjoni u l-Istati Membri, filwaqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea (KSE), għandhom bħala l-objettivi tagħhom, fost l-oħrajn, il-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jinżamm it-titjib, protezzjoni soċjali xierqa u djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema.

(3)

L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (4) (il-“Karta”) jipprevedi d-dritt ta’ kull ħaddiem għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu. L-Artikolu 27 tal-Karta jipprevedi d-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni. L-Artikolu 28 tal-Karta jipprevedi li l-ħaddiema u l-impjegaturi, jew l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi u l-prattiki nazzjonali, ikollhom dritt li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fil-livelli xierqa. L-Artikolu 23 tal-Karta jipprevedi d-dritt għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inklużi l-impjieg, ix-xogħol u l-paga.

(4)

Il-KSE tistabbilixxi li l-ħaddiema kollha għandhom id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Hi tirrikonoxxi d-dritt tal-ħaddiema kollha għal remunerazzjoni ġusta suffiċjenti għal standard tal-għajxien deċenti għalihom u għall-familji tagħhom. Tirrikonoxxi wkoll ir-rwol ta’ ftehimiet kollettivi konklużi liberament kif ukoll ta’ mekkaniżmi ta’ ffissar tal-pagi minimi statutorji, biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv ta’ dan id-dritt, id-dritt tal-ħaddiema u tal-impjegaturi kollha li jorganizzaw f’organizzazzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali għall-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u soċjali tagħhom u d-dritt li jinnegozjaw b’mod kollettiv.

(5)

Il-Kapitolu II tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (il-“Pilastru”), ipproklamat f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017, jistabbilixxi sett ta’ prinċipji biex iservu ta’ gwida lejn l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Il-Prinċipju Nru 6 tal-Pilastru jafferma mill-ġdid id-dritt tal-ħaddiema għal pagi ġusti li jipprovdu standard tal-għajxien deċenti. Jipprevedi wkoll li pagi minimi adegwati għandhom ikunu żgurati, b’mod li jipprevedu li l-bżonnijiet tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom jiġu ssodisfati fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali, filwaqt li jissalvagwardjaw l-aċċess għall-impjiegi u l-inċentivi li jfittxu xogħol. Barra minn dan, ifakkar li l-faqar fost min għandu xogħol għandu jiġi evitat u li l-pagi kollha għandhom jiġu ffissati b’mod trasparenti u prevedibbli skont il-prattiki nazzjonali u fir-rispett tal-awtonomija tas-sħab soċjali. Il-Prinċipju Nru 8 tal-Pilastru jipprevedi li s-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi, tal-impjieg u soċjali skont il-prattiki nazzjonali, u għandhom jitħeġġu jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jiġu rispettati l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva.

(6)

Il-Linja Gwida 5 fl-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1512 (5) jistieden lill-Istati Membri li jkollhom imwaqqfa mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar ta’ pagi minimi statutorji biex jiżguraw involviment effettiv tas-sħab soċjali fl-iffissar tal-pagi, jipprovdu pagi ġusti li jippermettu standard tal-għajxien deċenti, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi b’introjtu aktar baxx u medju, bl-għan li jkun hemm konverġenza ’l fuq. Dik il-Linja Gwida tistieden ukoll lill-Istati Membri jippromwovu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv bil-għan li jiġu ffissati l-pagi. Hi titlob ukoll lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom pagi adegwati u ġusti billi jibbenefikaw minn ftehimiet kollettivi jew pagi minimi statutorji adegwati, u filwaqt li jitqies l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu, filwaqt li jitħarsu l-prattiki nazzjonali. Il- komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 intitolata ‘L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli tal-2021’ tiddikjara li l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019 intitolata ‘L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020’ fakkret li, fil-kuntest ta’ firdiet soċjali dejjem jikbru, hu importanti li jiġi żgurat li kull ħaddiem jaqla’ paga ġusta. Inħarġu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lil għadd ta’ Stati Membri fil-qasam tal-pagi minimi bil-għan li jittejbu l-iffissar u l-aġġornament ta’ pagi minimi.

(7)

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar, inkluż permezz ta’ pagi minimi adegwati, huma ta’ benefiċċju kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-negozji fl-Unjoni, kif ukoll għas-soċjetà u l-ekonomija b’mod ġenerali u huma prerekwiżit biex jinkiseb tkabbir ġust, inklużiv u sostenibbli. L-indirizzar ta’ differenzi kbar fil-kopertura u l-adegwatezza tal-protezzjoni tal-paga minima jikkontribwixxi għat-titjib tal-ġustizzja tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni, għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-pagi u soċjali, u l-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali u konverġenza ’l fuq. Il-kompetizzjoni fis-suq intern jenħtieġ li tkun ibbażata fuq standards soċjali għoljin, inkluż fuq livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, kif ukoll fuq innovazzjoni u titjib fil-produttività, filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi.

(8)

Meta jiġu ffissati f’livelli adegwati, il-pagi minimi, kif previst fil-liġi nazzjonali jew fil-ftehimiet kollettivi, jipproteġu d-dħul ta’ ħaddiema, b’mod partikolari ta’ ħaddiema żvantaġġati, jgħinu biex jiġi żgurat għajxien deċenti kif inhu l-għan fil-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Iffissar tal-Paga Minima Nru 131 (1970). Il-pagi minimi li jipprevedu standard tal-għajxien deċenti u b’hekk jilħqu limitu ta’ deċenza, jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar fil-livell nazzjonali u għas-sostenn tad-domanda domestika u l-kapaċità tal-akkwist, isaħħu l-inċentivi għax-xogħol, inaqqsu l-inugwaljanzi fil-pagi, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u l-faqar fost dawk li jaħdmu, u jillimitaw it-tnaqqis fl-introjtu matul reċessjonijiet ekonomiċi.

(9)

Il-faqar fost dawk li jaħdmu fl-Unjoni żdied matul l-aħħar għaxar snin u aktar ħaddiema qed jesperjenzaw il-faqar. Matul perjodi ta’ reċessjonijiet ekonomiċi, ir-rwol tal-pagi minimi xierqa fil-protezzjoni tal-ħaddiema b’paga baxxa huwa partikolarment importanti peress li huma aktar vulnerabbli għall-konsegwenzi ta’ tali reċessjonijiet, u huwa essenzjali għall-fini li jiġi appoġġjat irkupru ekonomiku sostenibbli u inklużiv, li jenħtieġ li jwassal għal żieda f’impjiegi ta’ kwalità. Bil-għan li jiġi żgurat irkupru sostenibbli, huwa essenzjali li n-negozji, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar, jirnexxu. Minħabba l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, huwa importanti li tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-pagi f’setturi b’pagi baxxi, li wrew li huma essenzjali u ta’ valur soċjali kbir matul il-kriżi.

(10)

In-nisa, il-ħaddiema żgħażagħ, il-ħaddiema migranti, il-ġenituri waħedhom, il-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, il-persuni b’diżabilità, u b’mod partikolari l-persuni li jbatu minn forom multipli ta’ diskriminazzjoni għad għandhom probabbiltà ogħla li jaqilgħu paga minima jew paga baxxa minn gruppi oħra. Minħabba r-rappreżentanza żejda tan-nisa f’impjiegi b’pagi baxxi, it-titjib tal-adegwatezza tal-pagi minimi jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, kif ukoll joħroġ lin-nisa u l-familji tagħhom mill-faqar, u jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-Unjoni.

(11)

Il-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 qed ikollha impatt sinifikanti fuq is-settur tas-servizzi, il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar, li għandhom sehem għoli ta’ ħaddiema li jaqilgħu paga baxxa u paga minima. Il-pagi minimi għalhekk huma importanti wkoll fid-dawl tax-xejriet strutturali li qed isawru mill-ġdid is-swieq tax-xogħol u li huma kkaratterizzati dejjem aktar minn sehem għoli ta’ forom ta’ xogħol prekarju u mhux standard, spiss bl-inklużjoni ta’ ħaddiema part-time, staġjonali, ta’ pjattaforma u ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija. Dawk ix-xejriet, f’ħafna każijiet, wasslu għal żieda fil-polarizzazzjoni tal-impjiegi li tirriżulta f’sehem dejjem jikber ta’ impjiegi u setturi b’pagi baxxi u b’livell baxx ta’ ħiliet fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, kif ukoll għal inugwaljanza akbar fil-pagi f’xi wħud minnhom. Huwa aktar diffiċli għall-ħaddiema b’kuntratti mhux standard li jorganizzaw ruħhom u jinnegozjaw ftehimiet kollettivi.

(12)

Għalkemm il-protezzjoni tal-paga minima teżisti fl-Istati Membri kollha, f’xi wħud minnhom din il-protezzjoni ġejja minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u permezz ta’ ftehimiet kollettivi filwaqt li f’oħrajn hija pprovduta esklużivament permezz ta’ ftehimiet kollettivi. Jenħtieġ li t-tradizzjonijiet nazzjonali differenti fl-Istati Membri jiġu rrispettati.

(13)

Il-protezzjoni tal-paga minima pprovduta fi ftehimiet kollettivi f’impjiegi b’paga baxxa fil-parti l-kbira tal-każijiet hija adegwata u għalhekk tipprovdi standard tal-għajxien deċenti, u wriet li hija mezz effettiv li bih jitnaqqas il-faqar fix-xogħol. F’ħafna Stati Membri, il-pagi minimi statutorji huma normalment baxxi meta mqabbla ma’ pagi oħrajn fl-ekonomija. Fl-2018, il-paga minima statutorja nazzjonali ma kinitx tipprovdi dħul biżżejjed għal persuna waħda b’paga minima biex tilħaq il-limitu ta’ “f’riskju ta’ faqar” f’disa’ Stati Membri.

(14)

Mhux il-ħaddiema kollha fl-Unjoni huma protetti b’mod effettiv b’pagi minimi, peress li f’xi Stati Membri, xi ħaddiema, għalkemm huma koperti, jirċievu remunerazzjoni inqas mill-paga minima statutorja fil-prattika, minħabba n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli eżistenti. Instab li dan in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa, b’mod partikolari lin-nisa, lill-ħaddiema żgħażagħ, lill-ħaddiema b’ħiliet baxxi, lill-ħaddiema migranti, lill-ġenituri waħedhom, lill-persuni b’diżabilità, lill-ħaddiema b’forom mhux standard ta’ impjieg bħal ħaddiema temporanji u ħaddiema part-time, u lill-ħaddiema agrikoli u tal-ospitalità, li konsegwentement inaqqas il-pagi. Fi Stati Membri fejn il-protezzjoni tal-paga minima hi pprovduta biss fi ftehimiet kollettivi, is-sehem tal-ħaddiema mhux koperti huwa stmat li jvarja minn 2 % sa 55 % tal-ħaddiema kollha.

(15)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tirrikjedi li l-ħaddiema b’diżabilità, inklużi dawk f’impjieg protett, jirċievu remunerazzjoni ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali. Dak il-prinċipju huwa rilevanti wkoll fir-rigward tal-protezzjoni tal-paga minima.

(16)

Filwaqt li negozjar kollettiv b’saħħtu, b’mod partikolari fil-livell tas-settur jew transindustrijali, jikkontribwixxi biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-paga minima, f’dawn l-aħħar deċennji l-istrutturi tradizzjonali tan-negozjar kollettiv tnaqqru, minħabba, fost l-oħrajn, bidliet strutturali fl-ekonomija lejn setturi inqas junjonizzati u minħabba t-tnaqqis fis-sħubija fit-trade unions, b’mod partikolari, b’konsegwenza ta’ prattiki ta’ union-busting u ż-żieda fil-forom ta’ xogħol prekarju u mhux standard. Barra minn hekk, in-negozjar kollettiv fil-livell settorjali u transindustrijali kien taħt pressjoni qawwija f’xi Stati Membri fid-dawl tal-kriżi finanzjarja tal-2008. Madankollu, in-negozjar kollettiv fil-livell settorjali u transindustrijali huwa fattur essenzjali biex tinkiseb protezzjoni adegwata tal-paga minima u għalhekk jeħtieġ li jiġi promoss u msaħħaħ.

(17)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-maniġment u lill-ħaddiema fi proċess f’żewġ fażijiet fir-rigward ta’ azzjoni possibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-protezzjoni ta’ pagi minimi adegwati fl-Unjoni, skont l-Artikolu 154 tat-TFUE. Ma kien hemm ebda ftehim bejn is-sħab soċjali biex jidħlu f’negozjati fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet. Madankollu, hu importanti li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fl-Unjoni, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-pagi minimi adegwati, filwaqt li jitqiesu l-eżiti tal-konsultazzjoni tas-sħab soċjali.

(18)

Bil-ħsieb li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, kif ukoll il-konverġenza soċjali ’l fuq fl-Unjoni, din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi fil-livell tal-Unjoni u tfassal obbligi proċedurali għall-adegwatezza ta’ pagi minimi statutorji, u żżid aċċess effettiv tal-ħaddiema għall-protezzjoni tal-paga minima, fil-forma ta’ paga minima statutorja fejn teżisti, jew prevista fil-ftehimiet kollettivi kif iddefinit għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva tippromwovi wkoll negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi.

(19)

F’konformità mal-Artikolu 153(5) tat-TFUE, din id-Direttiva la għandha l-għan li tarmonizza l-livell tal-pagi minimi fl-Unjoni kollha u lanqas li tistabbilixxi mekkaniżmu uniformi għall-iffissar tal-pagi minimi. Hi ma tinterferixxix mal-libertà tal-Istati Membri li jiffissaw pagi minimi statutorji jew li jippromwovu l-aċċess għall-protezzjoni tal-paga minima pprovduta permezz ta’ ftehimiet kollettivi, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali u l-ispeċifiċitajiet ta’ kull Stat Membru u b’rispett sħiħ għall-kompetenzi nazzjonali u d-dritt tas-sħab soċjali li jikkonkludu ftehimiet. Din id-Direttiva ma timponix u jenħtieġ li ma titqisx bħala li qed timponi obbligu fuq l-Istati Membri fejn il-formazzjoni tal-paga hija żgurata esklussivament permezz ta’ ftehimiet kollettivi biex jintroduċu paga minima statutorja jew li tiddikjara l-ftehimiet kollettivi bħala applikabbli universalment. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tistabbilixxix il-livell tal-paga, li jaqa’ fi ħdan id-dritt tas-sħab soċjali li jikkonkludu ftehimiet fil-livell nazzjonali u fi ħdan il-kompetenza rilevanti tal-Istati Membri.

(20)

Din id-Direttiva tqis li, f’konformità mal-Konvenzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol Marittimu (2006) (6), kif emendata, l-Istati Membri li rratifikaw dik il-Konvenzjoni, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara, għandhom jistabbilixxu proċeduri għad-determinazzjoni tal-pagi minimi għall-baħħara. L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara għandhom jipparteċipaw f’tali proċeduri. Fid-dawl tan-natura speċifika tagħhom, l-atti tal-Istati Membri li jirriżultaw minn tali proċeduri jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għar-regoli dwar il-pagi minimi statutorji stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva. Tali atti jenħtieġ li ma jinterferixxux fin-negozjar kollettiv ħieles bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet tal-baħħara.

(21)

Filwaqt li jkun hemm konformità mar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit mil-liġi, minn ftehimiet kollettivi jew minn prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru, billi jiġu kkunsidrati l-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) għad-determinazzjoni tal-istatus ta’ ħaddiem. Dment li jissodisfaw dawk il-kriterji, il-ħaddiema kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, kif ukoll il-ħaddiema domestiċi, il-ħaddiema fuq talba, il-ħaddiema intermittenti, il-ħaddiema li jitħallsu bil-vawċers, il-ħaddiema tal-pjattaformi, it-trainees, l-apprendisti u ħaddiema oħra mhux standard, kif ukoll il-ħaddiema b’impjieg indipendenti fittizju u ħaddiema mhux iddikjarati jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-persuni li ġenwinament jaħdmu għal rashom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva peress li ma jissodisfawx dawk il-kriterji. L-abbuż tal-istatus ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, kif definit fil-liġi nazzjonali, sew f’sitwazzjonijiet fil-livell nazzjonali jew transfruntiera, huwa forma ta’ xogħol iddikjarat b’mod falz li sikwit ikun assoċjat ma’ xogħol mhux iddikjarat. Impjieg indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tkun iddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet li jikkaratterizzaw relazzjoni ta’ impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Dawn il-persuni jenħtieġ li jiġu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ impjieg jenħtieġ li tkun iggwidata mill-fatti relatati mat-twettiq effettiv tax-xogħol u mhux mid-deskrizzjoni tar-relazzjoni mill-partijiet.

(22)

Negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi li jiffunzjona tajjeb huwa mezz importanti li bih jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu protetti b’pagi minimi adegwati li għalhekk jipprevedu standard tal-għajxien deċenti. Fl-Istati Membri b’pagi minimi statutorji, in-negozjar kollettiv jappoġġja l-iżviluppi ġenerali fil-pagi u għalhekk jikkontribwixxi għat-titjib tal-adegwatezza tal-pagi minimi kif ukoll tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema. Fl-Istati Membri fejn il-protezzjoni tal-paga minima hija pprovduta esklussivament permezz ta’ negozjar kollettiv, il-livell tagħha kif ukoll is-sehem ta’ ħaddiema protetti huma determinati direttament mill-funzjonament tas-sistema ta’ negozjar kollettiv u l-kopertura tan-negozjar kollettiv. Negozjar kollettiv b’saħħtu u li jiffunzjona tajjeb flimkien ma’ kopertura għolja ta’ ftehimiet kollettivi settorjali jew transindustrijali jsaħħu l-adegwatezza u l-kopertura tal-pagi minimi.

(23)

Il-protezzjoni tal-paga minima permezz ta’ ftehimiet kollettivi hija ta’ benefiċċju għall-ħaddiema u l-impjegaturi kif ukoll għan-negozji. F’ċerti Stati Membri ma hemmx pagi minimi statutorji. F’dawk l-Istati Membri, il-pagi, inkluża l-protezzjoni tal-paga minima, huma pprovduti esklussivament permezz tan-negozjar kollettiv bejn is-sħab soċjali. Il-pagi medji f’dawk l-Istati Membri huma fost l-ogħla fl-Unjoni. Dawk is-sistemi huma kkaratterizzati minn kopertura ta’ negozjar kollettiv għolja ħafna kif ukoll livelli għoljin ta’ affiljazzjoni kemm mal-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi kif ukoll mat-trade unions. Il-pagi minimi li huma previsti minn ftehimiet kollettivi li ġew iddikjarati applikabbli universalment mingħajr ebda diskrezzjoni tal-awtorità dikjaranti fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet applikabbli, jenħtieġ li ma jitqisux bħala pagi minimi statutorji.

(24)

F’kuntest ta’ tnaqqis fil-kopertura tan-negozjar kollettiv, huwa essenzjali li l-Istati Membri jippromwovu n-negozjar kollettiv, jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt tan-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi u b’hekk itejbu l-iffissar tal-pagi pprovdut minn ftehimiet kollettivi biex itejbu l-protezzjoni tal-paga minima tal-ħaddiema. L-Istati Membri rratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni Nru 87 (1948) u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv Nru 98 (1949). Id-dritt li jsir negozjar b’mod kollettiv huwa rikonoxxut skont dawk il-konvenzjonijiet tal-ILO, skont il-Konvenzjoni tal-ILO dwar ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol (Servizzi Pubbliċi) Nru 151 (1978) u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar in-Negozjar Kollettiv Nru 154 (1981), kif ukoll skont il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-KSE. L-Artikoli 12 u 28 tal-Karta jiggarantixxu, rispettivament, il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni u d-dritt ta’ negozjar u azzjoni kollettivi. Skont il-preambolu tagħha, il-Karta tafferma mill-ġdid dawk id-drittijiet kif jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mill-Karti Soċjali adottati mill-Unjoni u mill-Kunsill tal-Ewropa. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu, kif xieraq u f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, miżuri li jippromwovu n-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi. Tali miżuri jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess tar-rappreżentanti tat-trade unions għall-ħaddiema.

(25)

Stati Membri b’kopertura għolja ta’ negozjar kollettiv għandhom it-tendenza li jkollhom sehem żgħir ta’ ħaddiema b’pagi baxxi u għandhom pagi minimi għoljin. Stati Membri b’sehem żgħir ta’ dawk li jaqilgħu paga baxxa għandhom rata ta’ kopertura ta’ negozjar ’il fuq minn 80 %. Bl-istess mod, il-maġġoranza tal-Istati Membri b’livelli għoljin ta’ pagi minimi meta mqabbla mal-paga medja għandhom kopertura ta’ negozjar kollettiv ta’ aktar minn 80 %. Għalhekk, kull Stat Membru b’rata ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv ta’ inqas minn 80 % jenħtieġ li jadotta miżuri bil-ħsieb li jsaħħu tali negozjar kollettiv. Kull Stat Membru b’kopertura ta’ negozjar kollettiv taħt livell limitu ta’ 80 % jenħtieġ li jipprovdi qafas li jippermetti l-kundizzjonijiet għan-negozjar kollettiv, u jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex jippromwovi n-negozjar kollettiv biex progressivament iżidu r-rata ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv. Sabiex tiġi rispettata l-awtonomija tas-sħab soċjali, li tinkludi d-dritt tagħhom għal negozjar kollettiv u teskludi kwalunkwe obbligu li jiġu konklużi ftehimiet kollettivi, il-livell limitu ta’ 80 % tal-kopertura tan-negozjar kollettiv jenħtieġ li jintuża biss bħala indikatur li jiskatta l-obbligu li jiġi stabbilit pjan ta’ azzjoni.

Il-pjan ta’ azzjoni jenħtieġ li jiġi rieżaminat fuq bażi regolari, mill-inqas kull ħames snin, u, jekk ikun meħtieġ, jiġi rivedut. Il-pjan ta’ azzjoni u kwalunkwe aġġornament tiegħu jenħtieġ li jiġu notifikati lill-Kummissjoni u jiġu ppubblikati. Kull Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jiddeċiedi dwar il-forma xierqa tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu. Pjan ta’ azzjoni li ġie adottat minn Stat Membru qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jista’ jkun meqjus bħala pjan ta’ azzjoni skont din id-Direttiva dment li jkun fih azzjonijiet li jippromwovu b’mod effettiv in-negozjar kollettiv u jkun jissodisfa l-obbligi skont din id-Direttiva. Kull Stat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi tali pjan ta’ azzjoni wara li jiġu kkonsultati s-sħab soċjali jew bi ftehim magħhom, jew, wara t-talba konġunta tas-sħab soċjali, kif maqbul bejniethom. Ir-rati ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv tal-Istati Membri jvarjaw b’mod sinifikanti minħabba għadd ta’ fatturi, inklużi t-tradizzjoni u l-prattika nazzjonali kif ukoll il-kuntest storiku. Dan jenħtieġ li jitqies meta jiġi vvalutat il-progress lejn kopertura ta’ negozjar kollettiv ogħla, b’mod partikolari fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni previst f’din id-Direttiva.

(26)

Hemm bżonn ta’ regoli, proċeduri u prattiki effettivi għall-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji biex ikunu pprovduti pagi minimi adegwati, filwaqt li jiġu salvagwardjati opportunitajiet ta’ impjieg eżistenti u jinħolqu oħrajn ġodda, kundizzjonijiet ekwi u l-kompetittività tal-kumpaniji inklużi l-intrapriżi mikro, l-intrapriżi żgħar u l-intrapriżi ta’ daqs medju (SMEs). Dawk ir-regoli, proċeduri u prattiki jinkludu għadd ta’ komponenti li jikkontribwixxu għall-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji, inklużi kriterji biex jiggwidaw l-Istati Membri fl-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji u indikaturi għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom, aġġornamenti regolari u f’waqthom, l-eżistenza ta’ korpi konsultattivi u l-involviment tas-sħab soċjali. Involviment f’waqtu u effettiv ta’ dawn tal-aħħar fl-iffissar u fl-aġġornament tal-pagi minimi statutorji kif ukoll fl-istabbiliment jew il-modifika ta’ mekkaniżmi ta’ indiċjar awtomatiku, fejn dawn jeżistu, huwa element ieħor ta’ governanza tajba li jippermetti proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat u inklużiv. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lis-sħab soċjali b’informazzjoni rilevanti dwar l-iffissar u l-aġġornament tal-paga minima statutorja. Il-fatt li s-sħab soċjali jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu opinjonijiet, u li jirċievu tweġiba motivata għall-opinjonijiet espressi qabel il-preżentazzjoni ta’ proposti, dwar l-iffissar u l-aġġornament tal-paga minima statutorja u qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni jista’ jikkontribwixxi għall-involviment xieraq tas-sħab soċjali f’dak il-proċess.

(27)

L-Istati Membri li jużaw mekkaniżmu ta’ indiċjar awtomatiku, inklużi mekkaniżmi semiawtomatiċi li fihom tkun mill-inqas garantita żieda obbligatorja minima tal-paga minima statutorja, jenħtieġ li, mill-inqas kull erba’ snin, iwettqu wkoll il-proċeduri għall-aġġornament tal-pagi minimi statutorji. Dawk l-aġġornamenti regolari jenħtieġ li jikkonsistu f’evalwazzjoni tal-paga minima filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta’ gwida, segwiti, jekk ikun meħtieġ, minn modifika tal-ammont. Il-frekwenza tal-aġġustamenti tal-indiċjar awtomatiku minn naħa waħda, u l-aġġornamenti tal-pagi minimi statutorji min-naħa l-oħra jistgħu jvarjaw. L-Istati Membri li fihom ma jeżistux mekkaniżmi ta’ indiċjar awtomatiċi jew semiawtomatiċi jenħtieġ li jaġġornaw il-paga minima statutorja tagħhom mill-inqas kull sentejn.

(28)

Il-pagi minimi huma meqjusin bħala adegwati jekk ikunu ġusti fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-pagi fl-Istat Membru rilevanti u jekk jipprovdu standard tal-għajxien deċenti għall-ħaddiema abbażi ta’ relazzjoni ta’ impjieg full-time. L-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji hija ddeterminata u vvalutata minn kull Stat Membru fid-dawl tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi nazzjonali tiegħu, inklużi t-tkabbir fl-impjiegi, il-kompetittività u l-iżviluppi reġjonali u settorjali. Għall-fini ta’ dik id-determinazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-kapaċità tal-akkwist, il-livelli u l-iżviluppi fil-produttività nazzjonali fit-tul, kif ukoll il-livelli tal-pagi, id-distribuzzjoni tal-pagi u t-tkabbir tal-pagi.

Fost strumenti oħra, sett ta’ oġġetti u servizzi bi prezzijiet reali stabbilit fil-livell nazzjonali jista’ jkun strumentali biex jiġi ddeterminat l-għoli tal-ħajja bil-għan li jinkiseb standard tal-għajxien deċenti. Minbarra n-neċessitajiet materjali bħall-ikel, il-ħwejjeġ u l-akkomodazzjoni, tista’ titqies ukoll il-ħtieġa ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali, edukattivi u soċjali. Huwa xieraq li jiġu kkunsidrati l-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji b’mod separat mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ għall-introjtu. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw indikaturi u valuri ta’ referenza assoċjati biex jiggwidaw il-valutazzjoni tagħhom tal-adegwatezza tal-paga minima statutorja. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu fost l-indikaturi użati b’mod komuni fil-livell internazzjonali u/jew l-indikaturi użati fil-livell nazzjonali. Il-valutazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq valuri ta’ referenza użati b’mod komuni fil-livell internazzjonali, bħall-proporzjon tal-paga minima grossa għal 60 % tal-paga medja grossa u l-proporzjon tal-paga minima grossa għal 50 % tal-paga medja grossa, li bħalissa mhumiex issodisfati mill-Istati Membri kollha, jew il-proporzjon tal-paga minima netta għal 50 % jew 60 % tal-paga medja netta. Il-valutazzjoni tista’ tkun ibbażata wkoll fuq valuri ta’ referenza assoċjati ma’ indikaturi użati fil-livell nazzjonali, bħat-tqabbil tal-paga minima netta mal-limitu tal-faqar u l-kapaċità tal-akkwist tal-pagi minimi.

(29)

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-paga minima statutorja u li jippermettu varjazzjonijiet u tnaqqis, huwa importanti li jiġi evitat li l-varjazzjonijiet u t-tnaqqis jintużaw b’mod wiesa’, peress li hemm ir-riskju li jkollhom impatt negattiv fuq l-adegwatezza tal-pagi minimi. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-varjazzjonijiet u t-tnaqqis jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità. Għalhekk, il-varjazzjonijiet u t-tnaqqis jenħtieġ li jsegwu għan leġittimu. Eżempji ta’ tali tnaqqis jistgħu jkunu l-irkupru ta’ ammonti sopravvalutati mħallsa jew tnaqqis ordnat minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva. Tnaqqis ieħor, bħal dak relatat mat-tagħmir meħtieġ biex jitwettaq impjieg jew tnaqqis ta’ allowances in natura, bħall-akkomodazzjoni, jippreżenta riskju għoli li jkun sproporzjonat. Barra minn hekk, jenħtieġ li xejn f’din id-Direttiva ma jinftiehem bħala impożizzjoni ta’ obbligu fuq l-Istati Membri biex jintroduċu varjazzjonijiet fil-pagi minimi jew tnaqqis minnhom.

(30)

Sistema effettiva ta’ infurzar, inklużi monitoraġġ affidabbli, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, hija neċessarja biex tiżgura l-funzjonament tal-oqfsa nazzjonali tal-paga minima statutorja u l-konformità magħhom. Biex tissaħħaħ l-effettività tal-awtoritajiet tal-infurzar, hija meħtieġa wkoll kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, inkluż biex jiġu indirizzati sfidi kritiċi bħal dawk relatati mas-sottokuntrattar abbużiv, il-ħaddiema b’impjieg indipendenti fittizju, is-sahra mhux irreġistrata jew ir-riskji tas-saħħa u tas-sikurezza marbuta ma’ intensità tax-xogħol miżjuda. Il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jiġu żviluppati wkoll, b’mod partikolari permezz ta’ taħriġ u gwida. Żjarat ta’ rutina u mhux imħabbra, proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi u penali fil-każ ta’ ksur huma mezzi importanti li bihom l-impjegaturi jiġu skoraġġuti milli jiksru r-regoli.

(31)

L-implimentazzjoni effettiva tal-protezzjoni tal-paga minima ffissata permezz ta’ dispożizzjonijiet legali jew previsti fil-ftehimiet kollettivi hija essenzjali fl-għoti u fit-twettiq tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku u ta’ konċessjoni. In-nuqqas ta’ rispett tal-ftehimiet kollettivi li jipprovdu l-protezzjoni tal-paga minima jista’ tabilħaqq iseħħ fl-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti jew fil-katina tas-sottokuntrattar minn hemm ’il quddiem, li jirriżulta f’ħaddiema li jitħallsu inqas mil-livell ta’ paga miftiehem fil-ftehimiet kollettivi settorjali. Biex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn, f’konformità mal-Artikoli 30(3) u 42(1) tad-Direttiva 2014/23/UE (8), l-Artikoli 18(2) u 71(1) tad-Direttiva 2014/24/UE (9) u l-Artikoli 36(2) u 88(1) tad-Direttiva 2014/25/UE (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtoritajiet kontraenti tal-akkwist pubbliku u l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu miżuri xierqa, inkluża l-possibbiltà li jintroduċu kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt, u jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi japplikaw għall-ħaddiema tagħhom il-pagi previsti fil-ftehimiet kollettivi għas-settur u ż-żona ġeografika rilevanti u jirrispettaw id-drittijiet tal-ħaddiema u tat-trade unions li jirriżultaw mill-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni Nru 87 (1948) u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv Nru 98 (1949), kif imsemmi f’dawk id-Direttivi, sabiex jiġu rispettati l-obbligi applikabbli fil-qasam tal-liġi tax-xogħol. Madankollu, din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu addizzjonali fir-rigward ta’ dawk id-Direttivi.

(32)

Għall-applikanti għall-appoġġ finanzjarju mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni, taħt ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-kundizzjonijiet abilitanti fih, ir-regoli għall-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet jenħtieġ li jiġu applikati b’mod adegwat, inkluż fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet kollettivi.

(33)

Monitoraġġ affidabbli u l-ġbir tad-data huma essenzjali għal protezzjoni effettiva tal-pagi minimi. Għall-finijiet ta’ ġbir tad-data, l-Istati Membri jistgħu jiddependu minn kampjuni ta’ stħarriġiet rappreżentattivi biżżejjed, bażijiet ta’ data nazzjonali, data armonizzata mill-Eurostat u sorsi oħra aċċessibbli għall-pubbliku bħall-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. F’każijiet eċċezzjonali fejn ma tkunx disponibbli data preċiża, l-Istati Membri jistgħu jużaw stimi. L-impjegaturi, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi u SMEs oħra, jenħtieġ li ma jġorrux piż amministrattiv bla bżonn fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ġbir tad-data. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta kull tieni sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-analiżi tagħha tal-livelli u tal-iżviluppi fl-adegwatezza u l-kopertura tal-pagi minimi statutorji kif ukoll il-kopertura tan-negozjar kollettiv abbażi tad-data u l-informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri.

Barra minn dan, il-progress jenħtieġ li jiġi mmonitorjat fil-qafas tal-proċess tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u tal-impjiegi fil-livell tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu lill-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, f’konformità mal-Artikoli 150 u 160 tat-TFUE rispettivament, biex jeżaminaw, fil-qasam ta’ kompetenza rispettiv tagħhom, l-iżvilupp tal-kopertura tan-negozjar kollettiv u l-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji fl-Istati Membri abbażi tar-rapport prodott mill-Kummissjoni u għodod oħra ta’ sorveljanza multilaterali bħall-valutazzjoni komparattiva. Matul tali eżami, il-Kumitati għandhom jinvolvu lis-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, inklużi s-sħab soċjali transsettorjali, f’konformità mal-Artikoli 150 u 160 tat-TFUE rispettivament.

(34)

Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni komprensiva dwar il-pagi minimi statutorji kif ukoll dwar il-protezzjoni tal-paga minima prevista fil-ftehimiet kollettivi applikabbli universalment biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevedibbiltà fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, inkluż għall-persuni b’diżabilità f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(35)

Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, inklużi dawk li huma membri jew rappreżentanti ta’ trade union, jenħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom meta jkunu nkisru d-drittijiet tagħhom relatati mal-protezzjoni tal-paga minima previsti fil-liġi nazzjonali jew fil-ftehimiet kollettivi. Sabiex jiġi evitat li l-ħaddiema jiġu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom, previsti fil-liġi nazzjonali jew fi ftehimiet kollettivi, u mingħajr preġudizzju għal forom speċifiċi ta’ rimedju u soluzzjoni tat-tilwim previsti fil-ftehimiet kollettivi, inklużi sistemi ta’ soluzzjoni tat-tilwim kollettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema jkollhom aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim effettiva, f’waqtha u imparzjali u dritt għal rimedju, kif ukoll protezzjoni ġudizzjarja u/jew amministrattiva effettiva minn kwalunkwe forma ta’ detriment, jekk jiddeċiedu li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. L-involviment tas-sħab soċjali fl-iżvilupp ulterjuri ta’ mekkaniżmi imparzjali għas-soluzzjoni tat-tilwim fl-Istati Membri jista’ jkun ta’ benefiċċju. Il-ħaddiema jenħtieġ li jiġu infurmati dwar il-mekkaniżmi ta’ rimedju għall-fini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju.

(36)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni li tipprovdi l-bażi għal rieżami dwar l-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jiġu infurmati bir-riżultati ta’ dik ir-rieżami.

(37)

Ir-riformi u l-miżuri adottati mill-Istati Membri biex jippromwovu protezzjoni adegwata tal-paga minima tal-ħaddiema, filwaqt li huma passi fid-direzzjoni t-tajba, ma kinux dejjem komprensivi u sistematiċi. Barra minn hekk, azzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni, biex titjieb l-adegwatezza u l-kopertura tal-pagi minimi tista’ tikkontribwixxi għal aktar titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fl-Unjoni u tista’ ttaffi t-tħassib dwar l-impatti ekonomiċi negattivi possibbli li jirriżultaw minn miżuri iżolati tal-Istati Membri. Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(38)

Din id-Direttiva tistabbilixxi obbligi proċedurali bħala rekwiżiti minimi, u għalhekk tħalli l-prerogattiva tal-Istati Membri sabiex jintroduċu u jżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli. Id-drittijiet akkwistati skont il-qafas legali nazzjonali eżistenti jenħtieġ li jkomplu japplikaw, diment li ma jkunux introdotti dispożizzjonijiet aktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tistax tintuża biex jitnaqqsu d-drittijiet eżistenti għall-ħaddiema, u lanqas ma tista’ tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fil-qasam kopert b’din id-Direttiva, inkluż, b’mod partikolari, fir-rigward tat-tnaqqis jew tal-abolizzjoni tal-pagi minimi.

(39)

Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali bla bżonn, b’mod partikolari jekk dawn iżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-SMEs. L-Istati Membri huma għalhekk imħeġġa jevalwaw l-impatt tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs biex jiżguraw li dawn ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-mikrointrapriżi u lill-piż amministrattiv, u jippubblikaw ir-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet. Jekk l-Istati Membri jsibu li l-SMEs huma affettwati b’mod sproporzjonat bil-miżuri ta’ traspożizzjoni, huma jenħtieġ li jikkunsidraw li jintroduċu miżuri biex jappoġġjaw lill-SMEs biex jaġġustaw l-istrutturi ta’ remunerazzjoni tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.

(40)

Ir-Regolamenti (UE) 2021/240 (13) u (UE) 2021/1057 (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma disponibbli għall-Istati Membri biex jiżviluppaw jew itejbu l-aspetti tekniċi tal-oqfsa tal-paga minima, inkluż dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza, il-monitoraġġ u l-ġbir ta’ data, it-twessigħ tal-aċċess, kif ukoll dwar l-infurzar u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ġenerali relatati mal-implimentazzjoni ta’ dawk l-oqfsa. Skont ir-Regolament (UE) 2021/1057, l-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq għall-bini tal-kapaċità tas-sħab soċjali,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fl-Unjoni, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-pagi minimi għall-ħaddiema sabiex tikkontribwixxi għal konverġenza soċjali ’l fuq u jitnaqqsu l-inugwaljanza fil-pagi, din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għal:

(a)

l-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji bil-għan li jinkisbu kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti;

(b)

il-promozzjoni ta’ negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi;

(c)

it-tisħiħ tal-aċċess effettiv tal-ħaddiema għad-drittijiet ta’ protezzjoni tal-paga minima fejn previst fil-liġi nazzjonali u/jew minn ftehimiet kollettivi.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rispett sħiħ tal-awtonomija tas-sħab soċjali, kif ukoll għad-dritt tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi.

3.   F’konformità mal-Artikolu 153(5) tat-TFUE, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell ta’ pagi minimi, kif ukoll għall-għażla tal-Istati Membri li jiffissaw pagi minimi statutorji, biex jippromwovu l-aċċess għall-protezzjoni tal-paga minima prevista fi ftehimiet kollettivi, jew fit-tnejn li huma.

4.   L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun f’konformità sħiħa mad-dritt tan-negozjar kollettiv. Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jinftiehem li jimponi obbligu fuq xi Stat Membru:

(a)

fejn il-formazzjoni tal-pagi huwa żgurat esklużivament permezz ta’ ftehimiet kollettivi, biex jintroduċu paga minima statutorja; jew

(b)

biex jiddikjara kwalunkwe ftehim kollettiv bħala applikabbli universalment.

5.   L-atti li bihom Stat Membru jimplimenta l-miżuri li jikkonċernaw il-pagi minimi tal-baħħara perjodikament stabbiliti mill-Kummissjoni Marittima Konġunta jew korp ieħor awtorizzat mill-Korp Governattiv tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva. Tali atti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ negozjar kollettiv u għall-possibbiltà li jiġu adottati livelli ogħla ta’ paga minima.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema fl-Unjoni li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit mil-liġi, mill-ftehimiet kollettivi jew mill-prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“paga minima” tfisser ir-remunerazzjoni minima stabbilita bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi li impjegatur, inkluż fis-settur pubbliku, hu mitlub iħallas lill-ħaddiema għax-xogħol imwettaq matul perjodu partikolari;

(2)

“paga minima statutorja” tfisser paga minima stabbilita mil-liġi, jew minn dispożizzjonijiet legali vinkolanti oħra, bl-esklużjoni tal-pagi minimi ffissati minn ftehimiet kollettivi li ġew iddikjarati bħala applikabbli universalment mingħajr ebda diskrezzjoni tal-awtorità dikjaranti fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet applikabbli;

(3)

“negozjar kollettiv” tfisser in-negozjati kollha li jsiru skont il-liġi u l-prattika nazzjonali f’kull Stat Membru bejn impjegatur, grupp ta’ impjegaturi jew organizzazzjoni tal-impjegaturi waħda jew aktar, fuq naħa waħda, u trade union waħda jew aktar, fuq in-naħa l-oħra, biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg;

(4)

“ftehim kollettiv” tfisser ftehim bil-miktub rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg konklużi mis-sħab soċjali li għandhom il-kapaċità li jinnegozjaw f’isem il-ħaddiema u l-impjegaturi rispettivament skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, inklużi ftehimiet kollettivi li ġew iddikjarati bħala applikabbli universalment;

(5)

“kopertura tan-negozjar kollettiv” tfisser is-sehem ta’ ħaddiema fil-livell nazzjonali li għalihom japplika ftehim kollettiv, ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-għadd ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi għall-għadd ta’ ħaddiema li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jistgħu jiġu rregolati minn ftehimiet kollettivi f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali.

Artikolu 4

Promozzjoni ta’ negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi

1.   Bil-għan li jżidu l-kopertura tan-negozjar kollettiv u jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt għan-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi, l-Istati Membri, bl-involviment tas-sħab soċjali, u f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, għandhom:

(a)

jippromwovu l-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab soċjali biex jinvolvu ruħhom f’negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi, b’mod partikolari fil-livell settorjali jew transindustrijali;

(b)

jinkoraġġixxu negozjati kostruttivi, sinifikanti u infurmati dwar il-pagi bejn is-sħab soċjali, fuq bażi ugwali, fejn iż-żewġ partijiet ikollhom aċċess għal informazzjoni xierqa sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fir-rigward tan-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi;

(c)

jieħdu miżuri, kif xieraq, biex jipproteġu l-eżerċizzju tad-dritt ta’ negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi u biex jipproteġu lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tat-trade unions minn atti li jiddiskriminaw kontrihom fir-rigward tal-impjieg tagħhom abbażi tal-parteċipazzjoni jew tal-parteċipazzjoni mixtieqa tagħhom f’negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi;

(d)

għall-fini tal-promozzjoni tan-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi, jieħdu miżuri, kif xieraq, biex jipproteġu t-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi li jipparteċipaw jew li jixtiequ jipparteċipaw f’negozjar kollettiv kontra kwalunkwe att ta’ interferenza minn xulxin jew mill-aġenti jew mill-membri ta’ xulxin fl-istabbiliment, fil-funzjonament jew fl-amministrazzjoni tagħhom.

2.   Barra minn hekk, kull Stat Membru li fih ir-rata tal-kopertura tan-negozjar kollettiv hi taħt il-livell limitu ta’ 80 % għandu, jipprevedi qafas li jippermetti l-kundizzjonijiet għan-negozjar kollettiv, jew bil-liġi wara li jikkonsulta lis-sħab soċjali jew bi ftehim magħhom. Tali Stat Membru għandu wkoll jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex jippromwovi n-negozjar kollettiv. L-Istat Membru għandu jistabbilixxi tali pjan ta’ azzjoni wara li jikkonsulta lis-sħab soċjali, jew bi ftehim mas-sħab soċjali, jew, wara talba konġunta mis-sħab soċjali, kif maqbul bejn is-sħab soċjali. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi skeda ta’ żmien ċara u miżuri konkreti biex tiżdied progressivament ir-rata ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv, b’rispett sħiħ għall-awtonomija tas-sħab soċjali. L-Istat Membru għandu jirrieżami l-pjan ta’ azzjoni tiegħu regolarment u għandu jaġġornah jekk ikun hemm bżonn. Fejn Stat Membru jaġġorna l-pjan ta’ azzjoni tiegħu, huma għandu jagħmel hekk wara li jikkonsulta lis-sħab soċjali jew bi ftehim magħhom, jew, wara talba konġunta mis-sħab soċjali, kif miftiehem bejn is-sħab soċjali. Fi kwalunkwe każ, tali pjan ta’ azzjoni għandu jiġi rieżaminat talanqas darba kull ħames snin. Il-pjan ta’ azzjoni u kwalunkwe aġġornament tiegħu għandu jsir pubbliku u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni.

KAPITOLU II

PAGI MINIMI STATUTORJI

Artikolu 5

Proċedura għall-iffissar ta’ pagi minimi statutorji adegwati

1.   L-Istati Membri b’pagi minimi statutorji għandhom jistabbilixxu l-proċeduri meħtieġa għall-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji. Tali stabbiliment u aġġornament għandhom ikunu ggwidati minn kriterji stabbiliti biex jikkontribwixxu għall-adegwatezza tagħhom, bil-għan li jinkiseb standard tal-għajxien deċenti, jitnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu, kif ukoll jiġu promossi l-koeżjoni soċjali u l-konverġenza soċjali ’l fuq, u titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu dawk il-kriterji skont il-prattiki nazzjonali tagħhom fil-liġi nazzjonali rilevanti, f’deċiżjonijiet tal-korpi kompetenti tagħhom jew fi ftehimiet bejn tliet partijiet. Il-kriterji għandhom jiġu definiti b’mod ċar. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar il-piż relattiv ta’ dawk il-kriterji, inklużi l-elementi imsemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi nazzjonali tagħhom.

2.   Il-kriterji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kapaċità tal-akkwist tal-pagi minimi statutorji, filwaqt li jitqies l-għoli tal-ħajja;

(b)

il-livell ġenerali tal-pagi u d-distribuzzjoni tagħhom;

(c)

ir-rata ta’ tkabbir tal-pagi;

(d)

il-livelli u l-iżviluppi tal-produttività nazzjonali fit-tul.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw barra minn hekk mekkaniżmu awtomatiku għall-aġġustamenti tal-indiċjar tal-pagi minimi statutorji, abbażi ta’ kwalunkwe kriterju xieraq u f’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, dment li l-applikazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu ma twassalx għal tnaqqis tal-paga minima statutorja.

4.   L-Istati Membri għandhom jużaw valuri ta’ referenza indikattivi biex jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji tagħhom. Għal dak il-għan, huma jistgħu jużaw valuri ta’ referenza indikattivi użati komunement fil-livell internazzjonali bħal 60 % tal-paga medjana grossa u 50 % tal-paga medja grossa, u/jew valuri ta’ referenza indikattivi użati fil-livell nazzjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li aġġornamenti regolari u f’waqthom tal-pagi minimi statutorji jsiru mill-inqas kull sentejn jew, għall-Istati Membri li jużaw mekkaniżmu ta’ indiċjar awtomatiku kif imsemmi fil-paragrafu 3, mill-inqas kull erba’ snin.

6.   Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi korp konsultattiv wieħed jew aktar biex jagħti pariri lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwistjonijiet relatati mal-pagi minimi statutorji, u għandu jippermetti l-funzjonament operazzjonali ta’ dawk il-korpi.

Artikolu 6

Varjazzjonijiet u tnaqqis

1.   Meta l-Istati Membri jippermettu rati differenti ta’ paga minima statutorja għal gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema jew tnaqqis li jbaxxi ir-remunerazzjoni mħallsa għal livell inqas minn dak tal-paga minima statutorja rilevanti, huma għandhom jiżguraw li dawk il-varjazzjonijiet u t-tnaqqis jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità u dan tal-aħħar għandu jinkludi l-insegwiment ta’ għan leġittimu.

2.   Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jinftiehem bħala impożizzjoni ta’ obbligu fuq l-Istati Membri biex jintroduċu varjazzjonijiet fil-pagi minimi statutorji jew tnaqqis minnhom.

Artikolu 7

Involviment tas-sħab soċjali fl-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinvolvu lis-sħab soċjali fl-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji b’mod f’waqtu u effettiv u li jipprevedi l-parteċipazzjoni volontarja tagħhom fid-diskussjonijiet matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kollu, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-korpi konsultattivi imsemmija fl-Artikolu 5(6) u b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)

l-għażla u l-applikazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-livell tal-paga minima statutorja, u l-istabbiliment ta’ formula ta’ indiċjar awtomatiku u l-modifika tagħha fejn teżisti tali formula, imsemmija fl-Artikolu 5(1), (2) u (3);

(b)

l-għażla u l-applikazzjoni tal-valuri ta’ referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 5(4) għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji;

(c)

l-aġġornamenti tal-pagi minimi statutorji msemmija fl-Artikolu 5(5);

(d)

l-istabbiliment ta’ varjazzjonijiet u tnaqqis fil-pagi minimi statutorji msemmija fl-Artikolu 6;

(e)

id-deċiżjonijiet kemm fuq il-ġbir tad-data u t-twettiq ta’ studji u analiżijiet biex tingħata informazzjoni lill-awtoritajiet u lill-partijiet rilevanti oħra involuti fl-iffissar tal-pagi minimi statutorji.

Artikolu 8

Aċċess effettiv tal-ħaddiema għal pagi minimi statutorji

L-Istati Membri, bl-involviment tas-sħab soċjali, għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin biex itejbu l-aċċess effettiv tal-ħaddiema għall-protezzjoni tal-paga minima statutorja kif xieraq, inkluż, fejn xieraq it-tisħiħ tal-infurzar tagħha:

(a)

jipprevedu l-kontrolli effettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-ispettorati tax-xogħol jew il-korpi responsabbli għall-infurzar tal-pagi minimi statutorji;

(b)

jiżviluppaw il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-infurzar, b’mod partikolari permezz ta’ taħriġ u bl-għoti ta’ gwida, biex b’mod proattiv iżommu fil-mira tagħhom u jsegwu impjegaturi mhux konformi.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

Artikolu 9

Akkwist pubbliku

Skont id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, fl-għoti u fit-twettiq ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku jew ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, l-operaturi ekonomiċi u s-sottokuntratturi tagħhom jikkonformaw mal-obbligi applikabbli b’rabta mal-pagi, mad-dritt ta’ organizzazzjoni u n-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi, fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali, minn ftehimiet kollettivi jew dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u tax-xogħol, inkluż il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni Nru 87 (1948) u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar id-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv Nru 98 (1949).

Artikolu 10

Monitoraġġ u ġbir ta’ data

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ għodod effettivi għall-ġbir tad-data għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tal-pagi minimi.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tieni sena, qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena ta’ rapportar, id-data u l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-rata u l-iżvilupp ta’ kopertura ta’ negozjar kollettiv;

(b)

għall-pagi minimi statutorji:

(i)

il-livell tal-paga minima statutorja u s-sehem tal-ħaddiema koperti biha;

(ii)

deskrizzjoni tal-varjazzjonijiet u t-tnaqqis eżistenti u r-raġunijiet għall-introduzzjoni tagħhom u s-sehem tal-ħaddiema koperti minn varjazzjonijiet, sa fejn id-data tkun disponibbli;

(c)

għall-protezzjoni tal-paga minima prevista biss fil-ftehimiet kollettivi:

(i)

ir-rati tal-paga l-aktar baxxi previsti fil-ftehimiet kollettivi li jkopru lil dawk li jaqilgħu paga baxxa jew stima tagħhom, jekk id-data preċiża ma tkunx disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, u s-sehem ta’ ħaddiema koperti minnhom jew stima tagħhom, jekk id-data preċiża ma tkunx disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli;

(ii)

il-livell tal-pagi mħallsa lill-ħaddiema li mhumiex koperti minn ftehimiet kollettivi u r-relazzjoni tiegħu mal-livell tal-pagi mħallsa lill-ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi.

L-Istati Membri li huma soġġetti għall-obbligi ta’ rappurtar imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandhom ikunu meħtieġa li jirrappurtaw id-data msemmija fil-punt (i) tiegħu mill-inqas fir-rigward ta’ ftehimiet kollettivi settorjali, ġeografiċi u oħrajn bejn għadd ta’ impjegaturi, inklużi ftehimiet kollettivi li ġew iddikjarati applikabbli universalment.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-istatistika u l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, id-diżabilità, id-daqs tal-kumpanija u s-settur sa fejn dawn ikunu disponibbli.

L-ewwel rapport għandu jkopri 2021, 2022 u 2023 u għandu jasal sal-1 ta’ Ottubru 2025. L-Istati Membri jistgħu jħallu barra statistika u informazzjoni li ma tkunx disponibbli qabel il-15 ta’ Novembru 2024.

3.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-data u l-informazzjoni trażmessa mill-Istati Membri fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u fil-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Hija għandha tirrapporta f’dan ir-rigward kull tieni sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u fl-istess ħin għandha tippubblika d-data u l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri.

Artikolu 11

Informazzjoni dwar il-protezzjoni tal-paga minima

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-pagi minimi statutorji kif ukoll il-protezzjoni tal-pagi minimi prevista fil-ftehimiet kollettivi applikabbli universalment, inkluża informazzjoni dwar mekkaniżmi ta’ rimedju, tkun disponibbli għall-pubbliku, fejn meħtieġ fl-aktar lingwa rilevanti, kif determinat mill-Istat Membru, b’mod komprensiv u faċilment aċċessibbli, inkluż għall-persuni b’diżabilità.

Artikolu 12

Dritt għal rimedju u protezzjoni kontra trattament jew konsegwenzi negattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għal forom speċifiċi ta’ rimedju u soluzzjoni tat-tilwim previsti, fejn applikabbli, fi ftehimiet kollettivi, il-ħaddiema, inklużi dawk li r-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom tkun intemmet, ikollhom aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim effettiva, f’waqtha u imparzjali u dritt għal rimedju, fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet relatati mal-pagi minimi statutorji jew mal-protezzjoni tal-paga minima, meta drittijiet ta’ dan it-tip huma previsti fil-liġi nazzjonali jew fi ftehimiet kollettivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema, inkluż dawk li huma membri jew rappreżentanti tat-trade unions jew, minn kwalunkwe trattament negattiv mill-impjegatur u minn kwalunkwe konsegwenza negattiva li tirriżulta minn ilment imressaq quddiem l-impjegatur jew li tirriżulta minn kwalunkwe proċediment mibdi bil-għan li tiġi infurzata l-konformità fil-każ li jkun hemm ksur tad-drittijiet relatati mal-protezzjoni tal-paga minima, meta drittijiet ta’ dan it-tip huma previsti mil-liġi nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi.

Artikolu 13

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-drittijiet u l-obbligi li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sa fejn dawk id-drittijiet u l-obbligi huma previsti fil-liġi nazzjonali jew fi ftehimiet kollettivi. Fl-Istati Membri mingħajr pagi minimi statutorji, dawk ir-regoli jistgħu jinkludu jew ikunu limitati għal referenza għal kumpens u/jew penali kuntrattwali previsti, fejn applikabbli, fir-regoli dwar l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Tixrid tal-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ relatati mas-suġġett kif stabbilit fl-Artikolu 1, jinġiebu għall-attenzjoni tal-ħaddiema u l-impjegaturi, inklużi l-SMEs.

Artikolu 15

Evalwazzjoni u rieżami

Sal-15 ta’ Novembru 2029, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta minn hemm ’il quddiem rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jagħmel rieżami tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tipproponi, fejn xieraq, emendi leġiżlattivi.

Artikolu 16

Nonrigressjoni u dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fl-Istati Membri, partikolarment fir-rigward tat-tnaqqis jew l-abolizzjoni tal-pagi minimi.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prerogattiva tal-Istati Membri li japplikaw jew li jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema jew li jinkoraġġixxu jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema. Dan ma għandux jiġi interpretat li jipprevjeni lill-Istati Membri milli jżidu l-pagi minimi statutorji.

3.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt mogħti lill-ħaddiema b’atti legali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 17

Traspożizzjoni u implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ Novembru 2024. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, miżuri adegwati biex jiżguraw l-involviment effettiv tas-sħab soċjali bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għal dak il-għan, huma jistgħu jafdaw lis-sħab soċjali b’dik l-implimentazzjoni, jew kompletament jew ta’ parti minnha, inkluż fir-rigward tal-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(2) meta s-sħab soċjali jitolbu b’mod konġunt li jagħmlu dan. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-obbligi previsti minn din id-Direttiva jkunu rispettati f’kull mument.

4.   Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi deskrizzjoni tal-involviment tas-sħab soċjali fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Marzu 2021 (ĠU C 220, 9.6.2021, p. 106).

(2)  Opinjoni tad-19 ta’ Marzu 2021 (ĠU C 175, 7.5.2021, p. 89).

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2022.

(4)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1512 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 344, 19.10.2020, p. 22).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/431/KE tas-7 ta’ Ġunju 2007 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 63).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(8)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(10)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/48


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2042

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 tintroduċi modifika fit-titolu tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK.

(3)

Għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 tingħata effett, b’mod partikolari bil-ħsieb li tkun aċċertata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-titolu tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  Ara paġna 74 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Guinea (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26).


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/50


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2043

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/1755.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tliet persuni jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2), jitħassru l-entrati li ġejjin:

daħla1 (Godefroid BIZIMANA);

daħla 2 (Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA);

daħla 4 (Léonard NGENDAKUMANA).


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/52


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2044

tat-18 ta’ Ottubru 2022

li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta [“Roero” (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Roero” li ntbagħtitilha mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Roero” (DOP), huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 170, 25.4.2022, p. 21.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/53


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2045

tat-18 ta’ Ottubru 2022

li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi protetti (“Chianti Classico” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Chianti Classico” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2446/2000 (2), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 216/2011 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 267/2013 (4).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Chianti Classico” (DOP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2446/2000 tas-6 ta’ Novembru 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet -“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet tal-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 281, 7.11.2000, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi protetti [Chianti Classico (DOP)] (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 17).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 267/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi protetti [Chianti Classico (DOP)] (ĠU L 82, 22.3.2013, p. 38).

(5)  ĠU C 234, 17.6.2022, p. 14.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2046

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li jemenda l-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013 fir-rigward tal-adattament tagħhom biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Protokoll tiegħu dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

L-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (2) jistabbilixxu l-ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis mogħtija lil kull Stat Membru lil impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali msemmija, rispettivament, fl-Artikolu 3(3) u fl-Artikolu 3(3a) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), li l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali minnu, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

(3)

Il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fl-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li matulu d-dritt tal-Unjoni baqa’ fil-biċċa l-kbira applikabbli għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih, intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

(4)

Madankollu, l-Artikolu 10 tal-Protokoll jipprevedi li ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 5 ta’ dak il-Protokoll għandhom japplikaw għar-Renju Unit fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 huwa elenkat fost dawk id-dispożizzjonijiet.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Protokoll, jeħtieġ li l-ammonti kumulattivi massimi għar-Renju Unit kollu stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013 jiġu sostitwiti bl-ammonti korrispondenti għall-Irlanda ta’ Fuq biss.

(7)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, l-ammonti kumulattivi massimi għall-Irlanda ta’ Fuq jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istess metodu ta’ kalkolu bħal dak li ntuża għall-Istati Membri fiż-żmien meta ġew stabbiliti dawk l-Annessi.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1408/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(1) (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għajnuna għall-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri (*1), l-aktar għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;

(*1)  Billi f’konformità mal-Artikolu 10 u l-Anness 5 tal-Protokoll tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 384, I, 12.11.2019), ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit, kwalunkwe referenza għal Stat Membru f’dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għal Stat Membru jew għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq”"

(2)

fl-Anness I, ir-ringiela li tistabbilixxi l-ammont kumulattiv massimu tal-għajnuna de minimis għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq 29 741 417”;

(3)

fl-Anness II, ir-ringiela li tistabbilixxi l-ammont kumulattiv massimu tal-għajnuna de minimis għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq 35 689 700.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).

(3)  ĠU C 384I, 12.11.2019.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/57


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2047

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(3) u l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 (2) jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti għall-fini ta’ ekwivalenza u li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi.

(2)

L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (3) oriġinarjament kien irrikonoxxa l-“Ecocert SA” għall-Bahrain fir-rigward tal-kategorija tal-prodotti D. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 ħalla vojta bi żball ir-ringiela relatata mal-Bahrain għall-kategorija tal-prodotti D. Dak l-iżball jeħtieġ li jiġi kkoreġut.

(3)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 elenka bi żball “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” bħala korp rikonoxxut fil-Costa Rica għall-kategorija ta’ prodotti A. Barra minn hekk, il-korp ta’ kontroll ma kienx ipprovda dettalji dwar it-tip ta’ prodotti li jixtieq jiċċertifika għall-kategorija ta’ prodotti D fil-Costa Rica, u għalhekk ir-rikonoxximent tiegħu għal dik il-kategorija ta’ prodotti ngħata bi żball. L-entrata rilevanti jeħtieġ li tiġi kkoreġuta.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 jiġi kkoreġut kif xieraq.

(5)

L-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent ta’ “Ecocert SA” kien limitat bi żball. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-iżball relatat mal-Bahrain għall-kategorija ta’ prodotti D jiġi kkoreġut b’mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325. Ir-rikonoxximent tal-“Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” ġie estiż bi żball għall-kategoriji tal-prodotti A u D fil-Costa Rica. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-iżball jiġi kkoreġut b’mod retroattiv mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fil-punt 3 tal-entrata għal “Ecocert SA”, ir-ringiela għall-Bahrain hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

“BH-BIO-154

Il-Bahrain

x

x

x

—”

(2)

fil-punt 3 tal-entrata għal “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, ir-ringiela għall-Costa Rica hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

“CR-BIO-144

Il-Costa Rica

x

—”


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/60


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2048

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li japprova l-aċidu L-(+)-lattiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista tas-sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-aċidu L-(+)-lattiku.

(2)

L-aċidu L-(+)-lattiku ġie evalwat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6, preservattivi għal prodotti matul il-ħżin, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tagħha ressqet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) fit-3 ta’ Settembru 2020.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 75(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi. F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzija (3) fil-15 ta’ Ġunju 2021, wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6 li fihom l-aċidu L-(+)-lattiku jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dejjem jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(6)

Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, jixraq li l-aċidu L-(+)-lattiku jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6, soġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

B’mod partikolari, peress li l-aċidu L-(+)-lattiku huwa kklassifikat għall-korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda, is-subkategorija 1C, u għall-ħsara u l-irritazzjoni lill-għajnejn, il-Kategorija 1, kif speċifikat fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi jew taħlitiet ittrattati bis-sustanza attiva, jew li jinkorporawha, f’konċentrazzjonijiet li jwasslu għall-klassifikazzjoni għall-korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda jew għall-ħsara/irritazzjoni lill-għajnejn jenħtieġ li tiżgura li l-esponiment għall-pubbliku ġenerali jiġi minimizzat permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju xierqa.

(8)

Peress li l-aċidu L-(+)-lattiku jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala korrużiv għas-sistema respiratorja kif speċifikat fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi jew taħlitiet ittrattati bis-sustanza attiva, jew li jinkorporawha, f’konċentrazzjoni li twassal għall-klassifikazzjoni għall-korrużjoni tas-sistema respiratorja jenħtieġ li tiżgura li l-esponiment għall-pubbliku ġenerali jiġi minimizzat permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju xierqa.

(9)

Sabiex jiġi ggarantit l-użu sikur tal-prodotti bijoċidali li fihom l-aċidu L-(+)-lattiku f’oġġetti ttrattati u sabiex l-utenti ta’ oġġetti ttrattati jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq ta’ oġġett ittrattat bl-aċidu L-(+)-lattiku, jew li jinkorporah, jenħtieġ li tiżgura li t-tikketta ta’ dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 58(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew, f’każ ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni, jenħtieġ li jispeċifikaw fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali ta’ prodott bijoċidali li fih l-aċidu L-(+)-lattiku, l-istruzzjonijiet rilevanti għall-użu u l-prekawzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fuq it-tikketta tal-oġġetti ttrattati skont l-Artikolu 58(3), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(10)

Qabel ma tiġi approvata sustanza attiva, jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli li jippermetti lill-partijiet interessati jlestu l-miżuri ta’ tħejjija li jeħtieġu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċidu L-(+)-lattiku huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 6, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali rigward l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva: aċidu L-(+)-lattiku, Tip ta’ prodott: 6; ECHA/BPC/280/2021, adotata fil-15 ta’ Ġunju 2021.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta’ skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta’ prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Aċidu L-(+)-lattiku

Isem tal-IUPAC:

Aċidu (2S)-2-idrossipropanojku

Numru KE: 201-196-2

Nru CAS: 79-33-4

≥ 955 g/kg (piż niexef)

fl-1 ta’ Novembru 2023.

fil-31 ta’ Ottubru 2033.

6

L-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert b’applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji (2) tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.

2.

Minħabba r-riskji identifikati fil-każ tal-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari:

(a)

għall-utenti professjonali u l-utenti industrijali;

(b)

l-utenti mhux professjonali.

It-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1)

Il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq ta’ sustanza jew taħlita ttrattata bl-aċidu L-(+)-lattiku, jew li tinkorporah, f’konċentrazzjonijiet fis-sustanza jew fit-taħlita li jwasslu għall-klassifikazzjoni għal:

(a)

effetti lokali li jikkonċernaw il-korrużjoni/l-irritazzjoni tal-ġilda jew il-ħsara/l-irritazzjoni lill-għajnejn, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandha tiżgura li l-esponiment għall-pubbliku ġenerali jiġi minimizzat permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju xierqa. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta’ formulazzjoni simili għal dik ta’ ġell, imballaġġ b’għajnuna għad-dożaġġ jew imballaġġ b’qoxra li tinħall waħidha;

(b)

tossiċità akuta fir-rigward tal-korrużività għas-sistema respiratorja, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandha tiżgura li l-esponiment mill-arja għall-pubbliku ġenerali jiġi minimizzat permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju xierqa. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu tikketta li tindika: li ma tistax tidħol fiż-żona ttrattata sakemm tinxef, jew li ma tistax issir applikazzjoni fil-preżenza tal-pubbliku ġenerali/qrib tal-pubbliku ġenerali.

2)

Il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq ta’ oġġett ittrattat bl-aċidu L-(+)-lattiku jew li jkun jinkorporah, għandha tiżgura li t-tikketta ta’ dak l-oġġett ittrattat ikun fiha l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 58(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

3)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew, f’każ ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni, għandhom jispeċifikaw fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali ta’ prodott bijoċidali li jkun fih l-aċidu L-(+)-lattiku, l-istruzzjonijiet rilevanti għall-użu u l-prekawzjonijiet li għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tal-oġġetti ttrattati skont l-Artikolu 58(3), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott li jitqiegħed fis-suq tista’ tkun tal-istess purità jew ta’ purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hi teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali rigward l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva: Aċidu L-(+)-lattiku, Tip ta’ prodott: 6; ECHA/BPC/280/2021, adottata fil-15 ta’ Ġunju 2021.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/64


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2049

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(3) u l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistemi ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3).

(2)

L-Indja infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha ssospendiet il-korp ta’ kontroll “TQ Cert Services Private Limited” u għalhekk dak il-korp ta’ kontroll jenħtieġ jitneħħa mil-lista ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Indja.

(3)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti għall-fini ta’ ekwivalenza, u li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi. Fid-dawl ta’ informazzjoni u talbiet ġodda li rċeviet il-Kummissjoni mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet f’dik il-lista.

(4)

In-notifiki ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità saru fis-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Biedja Organika (OFIS) ta’ “Control Union Certifications” (BIO-149), “Ecocert SA” (BIO-154), “Lacon GmbH” (BIO-134) u “OneCert International PVT Ltd” (BIO-152). Dawk in-notifiki jikkonċernaw il-kontaminazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kunsinni ta’ oġġetti, prodotti fl-Indja u ċċertifikati bħala organiċi minn dawk il-korpi ta’ kontroll. Il-każijiet ta’ kontaminazzjoni kienu jinvolvu prodotti u sustanzi mhux permessi fil-produzzjoni organika u/jew fil-produzzjoni konvenzjonali fl-Unjoni, f’livelli ogħla, u ħafna drabi ferm ogħla, mill-Livelli Massimi tar-Residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawk il-każijiet ta’ kontaminazzjoni jinkludu l-kontaminazzjoni bl-ossidu tal-etilen, li huwa karċinoġeniku, mutaġeniku, u tossiku għar-riproduzzjoni, iżda ma jinvolvux din is-sustanza biss.

(5)

Barra minn hekk, dawk il-korpi ta’ kontroll naqsu milli juru li l-prodotti organiċi importati taħt il-kontroll tagħhom ġew prodotti skont ir-regoli tal-produzzjoni u soġġetti għal arranġamenti ta’ kontroll ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (5) u (KE) Nru 1235/2008 (6).

(6)

Barra minn hekk, dawn il-korpi ta’ kontroll naqsu milli jieħdu miżuri korrettivi b’reazzjoni għall-irregolaritajiet u għall-ksur osservati.

(7)

Għal kull waħda minn dawk ir-raġunijiet, u f’konformità mal-Artikolu 4(1), (d)(iv), (d)(v) u (d)(vii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 (7), il-korpi ta’ kontroll “Control Union Certifications”, “Ecocert SA”, “Lacon GmbH” u “OneCert International PVT Ltd” jenħtieġ li jiġu rtirati mil-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll rikonoxxuti għall-Indja għall-fini tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(8)

“A CERT European Organization for Certification S.A.” innotifikat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tagħha.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “BioGro New Zealand Limited” biex tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-pajjiżi terzi kollha li għalihom hija rikonoxxuta f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325.

(10)

“Bureau Veritas Certification France SAS” innotifika lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-indirizz tal-Internet tiegħu.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex tibdel isimha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li l-isem ta’ dak il-korp ta’ kontroll jiġi sostitwit għal “Ecocert SAS”.

(12)

Il-korp ta’ akkreditazzjoni IOAS informa lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-akkreditazzjoni tiegħu relatata mal-korp ta’ kontroll “FairCert Certification Services Pvt Ltd”. Il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-korp ta’ kontroll biex jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu u biex jieħu azzjoni ta’ rimedju xierqa u f’waqtha. Madankollu, “FairCert Certification Services Pvt Ltd” naqset milli twieġeb b’mod sodisfaċenti fi żmien l-iskadenza stabbilita apposta għal dan l-iskop. Fl-aħħar nett, “FairCert Certification Services Pvt Ltd” ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha relatata mad-dossier tekniku tagħha. Għal kull waħda minn dawk it-tliet raġunijiet, u f’konformità mal-Artikolu 4(1) (d)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1342, jenħtieġ li “FairCert Certification Services Pvt Ltd” tiġi rtirata mil-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll stabbilita fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 għall-pajjiżi terzi kollha.

(13)

“Kiwa Sativa” innotifikat lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-indirizz tal-Internet tagħha.

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Lacon GmbH” biex tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-pajjiżi terzi kollha li għalihom hija rikonoxxuta fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “LETIS S.A.” biex tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-Afganistan, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, l-Etjopja, l-Iran, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, il-Moldova, il-Marokk, il-Pakistan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Uzbekistan.

(16)

Il-korp ta’ akkreditazzjoni IOAS informa lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-akkreditazzjoni tiegħu relatata ma’ ‘LETIS S.A.’ fit-Turkija. Il-Kummissjoni stiednet ukoll lil dan il-korp ta’ kontroll jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu rigward it-Turkija u jieħu azzjoni ta’ rimedju xierqa u f’waqtha. Madankollu, “LETIS S.A.” naqset milli twieġeb b’mod sodisfaċenti fi żmien l-iskadenza stabbilita għal dan il-għan. Għal kull waħda minn dawk iż-żewġ raġunijiet, u f’konformità mal-Artikolu 4(1) (d)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1342, huwa ġġustifikat li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ “LETIS S.A.” għat-Turkija.

(17)

“OneCert International PVT Ltd” innotifikat lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-indirizz postali u fl-indirizz tal-Internet tagħha.

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand “Oregon Tilth” biex jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha għall-Panama.

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand “Organic Standard” biex jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha għar-Russja.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Soil Association Certification Limited” biex volontarjament twaqqaf l-attivitajiet tagħha għall-pajjiżi terzi kollha li għalihom hija rikonoxxuta f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325.

(21)

“Tse-Xin Organic Certification Corporation” innotifikat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tagħha.

(22)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 jiġi emendat skont dan.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2021/2325 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334 12.12.2008, p. 25).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-prodotti organiċi importati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżerċizzju ta’ dik is-superviżjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 20).


ANNESS I

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2325, fil-punt 5 tal-entrata għall-Indja, titħassar ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi IN-ORG-006.


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata ta’ “A CERT European Organization for Certification S.A.”, il-punt 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

Indirizz: 52, 19is Maiou Street, 57001 Tessaloniki, il-Greċja”;

(2)

l-entrata għal “BioGro New Zealand Limited” titħassar;

(3)

fl-entrata għal ‘Bureau Veritas Certification France SAS’, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Indirizz tal-Internet: https://www.bureauveritas.fr/besoin/agriculture-biologique-certification-bio”;

(4)

fit-Tabella fil-punt 3 tal-entrata għal “Control Union Certifications”, titħassar ir-ringiela tal-Indja;

(5)

l-entrata għal “Ecocert SA” hija emendata kif ġej:

(a)

l-isem “Ecocert SA” huwa sostitwit b’“Ecocert SAS”;

(b)

fil-punt 3, ir-ringiela tal-Indja titħassar;

(6)

l-annotazzjoni għal “FairCert Certification Services Pvt Ltd” titħassar;

(7)

fl-entrata għal “Kiwa Sativa”, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Indirizz tal-Internet: www.kiwa.com/pt”;

(8)

l-entrata għal “Lacon GmbH” titħassar;

(9)

fl-entrata għal “LETIS S.A.”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

AR-BIO-135

L-Arġentina

x

x

BO-BIO-135

Il-Bolivja

x

x

BR-BIO-135

Il-Brażil

x

x

x

BZ-BIO-135

Il-Belize

x

x

x

CO-BIO-135

Il-Kolombja

x

x

x

CR-BIO-135

Il-Costa Rica

x

DO-BIO-135

Ir-Repubblika Dominicana

x

x

x

EC-BIO-135

L-Ekwador

x

x

GT-BIO-135

Il-Gwatemala

x

x

x

HN-BIO-135

Il-Honduras

x

x

x

KY-BIO-135

Il-Gżejjer Cayman

x

x

MX-BIO-135

Il-Messiku

x

PA-BIO-135

Il-Panama

x

x

x

PE-BIO-135

Il-Perù

x

x

PY-BIO-135

Il-Paragwaj

x

x

SV-BIO-135

El Salvador

x

x

x

UY-BIO-135

L-Urugwaj

x

—”

(10)

l-entrata għal “OneCert International PVT Ltd” hija emendata kif ġej:

(a)

il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.

Indirizz: KA-23B, Near Greenphield Public School, Shri Ram Colony, Ramnagar Ext., Sodala, Jaipur, 302019, Rajasthan, l-Indja

2.

Indirizz tal-Internet: www.onecertinternational.com”;

(b)

fil-punt 3, ir-ringiela tal-Indja titħassar;

(11)

fit-tabella fil-punt 3 tal-entrata għal “Oregon Tilth”, ir-ringiela tal-Panama titħassar;

(12)

fit-tabella fil-punt 3 tal-entrata għal “Organic Standard”, ir-ringiela tar-Russja titħassar;

(13)

l-entrata għal “Soil Association Certification Limited” titħassar.

(14)

fl-entrata għal “Tse-Xin Organic Certification Corporation.”, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Indirizz: Xizhi District, City: 221416 New Taipei City, 26 F, No. 95, Sec. 1, Xintai 5th Rd.”.


DEĊIŻJONIJIET

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/70


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2050

tat-18 ta’ Ottubru 2022

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fis-17 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/235 (2) li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fil-21 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1000 (3) li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Christopher DREXLER. sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Hannes WENINGER bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

(5)

Il-Gvern Awstrijak ippropona lis-Sur Werner AMON, r-rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Landesrat, Steiermärkische Landesregierung (Membru tal-Gvern Provinċjali, Gvern Provinċjali ta’ Styria), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(6)

Il-Gvern Awstrijak ippropona lis-Sur Thomas STEINER, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Mitglied des Gemeinderats von Eisenstadt (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Eisenstadt) bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Werner AMON, Landesrat, Steiermärkische Landesregierung (Membru tal-Gvern Provinċjali, Gvern Provinċjali ta’ Styria),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Thomas STEINER, Mitglied des Gemeinderats von Eisenstadt (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Eisenstadt).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/235 tas-17 ta’ Frar 2020 li taħtar membru u membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 47I, 20.2.2020, p. 7).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1000 tal-21 ta’ Ġunju 2022 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 168, 27.6.2022, p. 78).


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2051

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta’ Ottubru 2023 u jenħtieġ li tliet persuni jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 hija emendata kif ġej:

(1)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2023.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 1 u 2), jitħassru l-entrati li ġejjin:

daħla 1 (Godefroid BIZIMANA);

daħla 2 (Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA);

daħla 4 (Léonard NGENDAKUMANA).


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/74


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2052

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2023.

(3)

Il-Kunsill iqis li t-titlu tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK jenħtieġ li jiġi emendat.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea”;

(2)

Fl-Artikolu 8, paragrafu (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2023. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/75


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2053

tat-18 ta’ Ottubru 2022

dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar ikel vegan”, skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 7481)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Awwissu 2022 il-Kummissjoni ġiet ippreżentata talba għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar ikel vegan”.

(2)

L-objettiv tal-inizjattiva kif spjegati mill-organizzaturi huwa li “fl-ispazji privati u pubbliċi li jbigħu l-ikel u x-xorb fl-Ewropa dejjem ikun hemm espliċitament alternattiva vegana. L-inizjattiva taċ-Ċittadini tal-UE dwar IKEL VEGAN għal dawk li huma vegani u għal dawk li jirrispettaw id-dritt għal alternattiva vegana kif ukoll għal azzjoni favur it-tibdil fil-klima permezz tad-disponibblità aktar faċli ta’ ikel ibbażat fuq il-pjanti fil-ħajja ta’ kuljum tal-konsumaturi tal-UE. Id-dieta vegana mhijiex krudili għax ma timplikax l-isfruttament u l-qtil tal-annimali, u hija tweġiba għall-għarfien kollettiv li qed jiżdied dwar id-drittijiet tal-annimali. Barra minn hekk, id-dieta vegana twassal għal tibdil fit-territorju minħabba l-għażla ta’ attivitajiet, strutturi u loġistika tal-produzzjoni u tal-impjiegi li jniġġsu anqas. L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar IKEL VEGAN titlob l-introduzzjoni bil-liġi ta’ alternattiva vegana fil-bejgħ tal-ikel u x-xorb lill-pubbliku fl-Ewropa bit-tama li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej twassal għall-approvazzjoni ta’ liġi tal-UE b’benefiċċji kbar għall-pjaneta, jiġifieri il-mitigazzjoni tal-kriżi klimatika, l-estinzjoni tal-ispeċi selvaġġi, id-deforestazzjoni, l-użu aħjar tal-art, il-ħarsien tal-ħajja fil-baħar, il-ħela tal-ikel u l-malnutrizzjoni.”

(3)

Wieħed isib aktar dettalji dwar is-suġġett, l-objettivi u l-isfond tal-inizjattiva f’anness u f’dokument addizzjonali, li jistabbilixxu u jagħtu dettalji dwar ir-raġunijiet għall-appoġġ li qed jingħata għal din l-inizjattiva. L-organizzaturi jsostnu li d-disponibbiltà ta’ alternattiva vegana fil-bejgħ ta’ ikel u xorb lill-pubbliku fi spazji privati u pubbliċi jippermetti li l-aċċess għal alternattiva vegana jsir aktar faċli, u b’hekk jingħata sostenn fil-ġlieda kontra l-kriżi klimatika billi jiżdied il-konsum ta’ ikel ibbażat fuq il-pjanti filwaqt li l-ikel jirħas. Fi kliem l-organizzaturi, “L-iffaċilitar tad-disponibbiltà tal-ikel vegana fis-setturi tal-bejgħ tal-ikel u x-xorb pubbliċi u privati jikkonċerna t-tnaqqis tat-tniġġis fl-emissjonijiet tas-CO2, tal-kontaminazzjoni ambjentali, tal-użu tal-ilma u tat-tbatija għall-annimali”.

(4)

Fir-rigward tal-objettiv tal-inizjattiva, li titlob l-introduzzjoni ta’ obbligu legali għall-operaturi fis-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u x-xorb li joffru prodotti vegani, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposta għal att legali abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE. Barra minn hekk, sa fejn l-inizjattiva tista’ taffettwa jew teħtieġ miżuri speċifiċi skont il-politika agrikola komuni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali abbażi tal-Artikolu 43 tat-TFUE.

(5)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda parti mill-inizjattiva ma taqa’ manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati.

(6)

Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet sostantivi konkreti meħtieġa biex il-Kummissjoni taġixxi, inklużi l-konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u l-kompatibbiltà mad-drittijiet fundamentali, ikunux issodisfati f’dan il-każ.

(7)

Il-grupp ta’ organizzaturi pprovda evidenza xierqa li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/788 u ħatar il-persuni ta’ kuntatt f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

L-inizjattiva la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Għaldaqstant, l-inizjattiva intitolata “Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għal ikel vegan” jenħtieġ li tiġi rreġistrata.

(10)

Il-konklużjoni li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788 huma ssodisfati ma timplikax li l-Kummissjoni b’xi mod jew ieħor tikkonferma l-korrettezza fattwali tal-kontenut tal-inizjattiva, li hija r-responsabbiltà unika tal-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva. Il-kontenut tal-inizjattiva jesprimi biss il-fehmiet tal-grupp ta’ organizzaturi, u bl-ebda mod ma jista’ jitqies li jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għaldaqstant, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għal ikel vegan” għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini intitolata “Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għal ikel vegana”, irrappreżentat mis-Sinjura Paola SGARBAZZINI u mis-Sinjura Nora PAGLIONICO li jaġixxu bħala persuni ta’ kuntatt.

Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Viċi President


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.


25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/77


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2054

tal-21 ta’ Ottubru 2022

dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Preventol A 12 TK 50 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 7408)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Novembru 2016, il-kumpanija Lanxess Deutschland GmbH (“l-applikant”) issottomettiet applikazzjoni għar-rikonoxximent reċiproku b’mod paralleli f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-prodott bijoċidali Preventol A 12 TK 50 (“il-prodott bijoċidali”) lill-awtoritajiet kompetenti ta’ għadd ta’ Stati Membri, inkluż Franza, l-Iżvezja u l-Ġermanja. Il-prodott bijoċidali, li fih il-propikonażol bħala sustanza attiva, huwa preżervattiv għall-pellikoli tat-tip ta’ prodott 7, li għandu jintuża mill-utenti industrijali biex jippreservaw iż-żebgħa u l-kisi b’bażi ta’ ilma u b’bażi ta’ solvent. In-Netherlands huma l-Istat Membru ta’ referenza responsabbli għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

Fis-16 ta’ Settembru 2020, il-Ġermanja ressqet oġġezzjonijiet lill-grupp ta’ koordinazzjoni, li jindikaw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni stabbiliti min-Netherlands ma jiżgurawx li l-prodott bijoċidali jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punt (b)(iii), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Fis-17 ta’ Settembru 2020, is-segretarjat tal-grupp ta’ koordinazzjoni stieden lill-Istati Membri kkonċernati l-oħra u lill-applikant biex jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-riferiment. L-applikant issottometta kummenti bil-miktub fid-29 ta’ Settembru 2020. Ir-riferiment ġie diskuss fil-grupp ta’ koordinazzjoni fil-21 ta’ Ottubru 2020 bil-parteċipazzjoni tal-applikant.

(4)

Il-Ġermanja jidhrilha li l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti ttrattati bil-prodott jew li jinkorporaw il-prodott jistgħu jiġu inklużi biss f’awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali jekk ikunu ssemmew fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva. Peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1609 (2) ma jinkludix il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju meħtieġa għat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti ttrattati bil-prodott jew li jinkorporaw il-prodott, il-Ġermanja jidhrilha li l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għat-tqegħid fis-suq tal-oġġetti ttrattati proposti min-Netherlands ma jistgħux jiġu inklużi fl-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali. Għaldaqstant, skont il-Ġermanja, la l-effetti inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent mill-użu tal-prodott bijoċidali ma jistgħux jiġu indirizzati kif suppost fl-awtorizzazzjoni tal-prodott, jenħtieġ li l-prodott ma jiġix awtorizzat.

(5)

Peress li ma ntlaħaqx qbil mill-grupp ta’ koordinazzjoni dwar l-oġġezzjoni magħmula mill-Ġermanja, fis-16 ta’ Diċembru 2021 in-Netherlands ressqu l-oġġezzjoni mhux riżolta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. B’hekk ipprovdew dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li tispjega fid-dettall il-kwistjoni li l-Istati Membri ma setgħux jaqblu dwarha u r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta’ qbil. Dik id-dikjarazzjoni ntbagħtet lill-Istati Membri kkonċernati u lill-applikant.

(6)

L-Artikolu 19(1), il-punti (b)(iii) u (b)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprevedi li waħda mill-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni hija li jkun stabbilit, skont il-prinċipji komuni għall-evalwazzjoni tad-dossiers tal-prodotti bijoċidali stipulati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, li l-prodott bijoċidali ma għandu l-ebda effett inaċċettabbli hu nnifsu, u lanqas bħala riżultat tar-residwi tiegħu, fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u fuq l-ambjent.

(7)

L-Artikolu 19(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprevedi li l-evalwazzjoni ta’ jekk prodott bijoċidali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dak l-Artikolu għandha tqis il-mod kif jistgħu jintużaw oġġetti ttrattati bil-prodott bijoċidali jew li jkun fihom il-prodott bijoċidali.

(8)

L-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprevedi li oġġett ittrattat ma għandux jiġi introdott fis-suq sakemm is-sustanzi attivi kollha li jinsabu fil-prodott bijoċidali li ġie ttrattat bih jew li jinkorporah, ma jkunux inklużi fil-lista mfassla skont l-Artikolu 9(2) ta’ dak ir-Regolament, għat-tip u l-użu tal-prodott rilevanti, jew fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, u tkun issodisfata kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni speċifikata hemmhekk. In-Netherlands ikkonkludew li jkun hemm effetti inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent li jirriżultaw mill-użu tal-prodott bijoċidali u li għalhekk fl-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali jeħtieġ jiġu inklużi miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-oġġetti ttrattati bil-prodott bijoċidali jew li jinkorporaw il-prodott bijoċidali. li jeħtieġu miżuri. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1609 ma jinkludux miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiċi marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti ttrattati bil-propikonażol jew li jinkorporaw il-propikonażol, u dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma jagħtix il-possibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jistabbilixxu dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju fl-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propikonażol għall-prodotti tat-tip 7, li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati r-riskji mhux aċċettabbli identifikati għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tal-oġġetti ttrattati bil-prodott bijoċidali jew li jinkorporaw il-prodott bijoċidali.

(9)

Wara li eżaminat l-informazzjoni kollha bir-reqqa, il-Kummissjoni tagħraf li ma jistax ikun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19(1), il-punti (b)(iii) u (b)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-prodott bijoċidali jiġu ssodisfati billi jiġu imposti kundizzjonijiet fuq l-użu tal-prodotti bijoċidali fl-oġġetti trattati mingħajr ma, fl-istess ħin, jiġu imposti obbligi fuq il-persuni li jqiegħdu fis-suq l-oġġetti ttrattati li jinkorporaw dawk il-prodotti bijoċidali. Iżda peress li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1609 ma ġewx stabbiliti l-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat użu sikur tal-prodott bijoċidali li jqis il-mod kif jistgħu jintużaw l-oġġetti ttrattati bil-prodott bijoċidali jew li jinkorporaw il-prodott bijoċidali, u peress li dawn ma jistgħux jiġu stabbiliti fl-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali, l-użu tal-prodott bijoċidali fl-oġġetti ttrattati jkollu effetti inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

(10)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni jidhrilha li minħabba li l-użu sikur tal-prodott bijoċidali fl-oġġetti ttrattati ma jistax jiġi żgurat biss billi jiġu imposti kundizzjonijiet fuq l-użu tal-prodotti bijoċidali fl-oġġetti ttrattati mingħajr ma, fl-istess ħin, jiġu imposti obbligi fuq il-persuni li jqiegħdu fis-suq l-oġġetti ttrattati, il-prodott ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punti (b)(iii) u (b)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(11)

Fil-21 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-applikant jipprovdi l-kummenti tiegħu bil-miktub f’konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Fit-18 ta’ Lulju 2022, l-applikant ipprovda kummenti bil-miktub li l-Kummissjoni qieset.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minħabba li l-użu sikur tal-prodott bijoċidali fl-oġġetti ttrattati ma jistax jiġi żgurat biss billi jiġu imposti kundizzjonijiet fuq l-użu tal-prodotti bijoċidali fl-oġġetti ttrattati, il-prodott bijoċidali identifikat bin-numru tal-każ BC-HH028132-58 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punti (b)(iii) u (b)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1609 tal-24 ta’ Settembru 2015 li japprova l-propikonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 7 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 17).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/80


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq dan l-indirizz:

https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations

Ir-Regolament tan-NU Nru 147 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ kombinamenti ta’ vetturi agrikoli [2022/2055]

Data tad-dħul fis-seħħ: 2 ta’ Jannar 2019

Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2018/69.

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ Applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ mekkaniżmu jew ta’ komponent mekkaniku tal-akkoppjar

4.

Rekwiżiti ġenerali għall-mekkaniżmi jew għall-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar

5.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura mgħammra b’mekkaniżmu jew b’komponent mekkaniku tal-akkoppjar

6.

Rekwiżiti ġenerali għall-vetturi mgħammra b’mekkaniżmu jew b’komponent mekkaniku tal-akkoppjar

7.

Immarkar

8.

Approvazzjoni

9.

Modifiki tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar, jew tal-vettura u l-estensjoni tal-approvazzjoni

10.

Konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni

11.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

12.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1

Komunikazzjoni dwar mekkaniżmi u komponenti

2

Komunikazzjoni dwar il-vetturi

3

Eżempju ta’ arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

4

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ mmarkar tal-valuri karatteristiċi

5

Rekwiżiti għall-mekkaniżmi jew għall-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għall-vetturi tal-kategoriji T, R u S

6

L-ittestjar ta’ mekkaniżmi jew komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għal vetturi tal-kategoriji T, R u S

7

Installazzjoni u rekwiżiti speċjali

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li l-mekkaniżmi u l-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għandhom jissodisfaw sabiex jitqiesu internazzjonalment bħala kompatibbli b’mod reċiproku u interkambjabbli.

1.2.

Dan ir-Regolament japplika għal mekkaniżmi u komponenti maħsuba għal vetturi tal-kategorija T, R jew S (1) (vetturi agrikoli) maħsuba biex jiffurmaw kombinament ta’ vetturi. (2)

1.3.

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.3.1.

Mekkaniżmi u komponenti standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.2.;

1.3.2.

Mekkaniżmi u komponenti mhux standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.3.;

1.3.3.

Mekkaniżmi u komponenti mixxellanji mhux standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.4.

1.4.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal power lifts (konnessjoni tal-irmonk bi tliet punti) jew għad-dirgħajn ta’ konnessjoni ta’ isfel tat-trattur u l-konnessjonijiet tagħhom mal-vettura rmunkata.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar” tfisser dawk l-oġġetti kollha fuq il-qafas, il-partijiet tal-karozzerija li jġorru t-tagħbija u x-xażi tal-vettura bil-mutur u t-trejler li permezz tagħhom ikunu konnessi flimkien biex jiffurmaw il-kombinament ta’ vetturi jew tal-vetturi artikolati. Huma inklużi partijiet fissi, mobbli jew li jistgħu jinqalgħu għat-twaħħil jew għat-tħaddim tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar.

2.1.1.

Ir-rekwiżit tal-akkoppjar awtomatiku jinkiseb jekk ir-riversjar tal-vettura tal-irmonk mat-trejler ikun biżżejjed biex l-akkoppjar jinqafel kompletament, biex dan jiġi maqful b’mod awtomatiku u jiġi indikat it-twaħħil xieraq tal-mekkaniżmi ta’ mblukkar mingħajr ebda intervent estern.

2.2.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar standard” jikkonformaw mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi kif mogħtija f’dan ir-Regolament. Huma interkambjabbli fil-klassi tagħhom, indipendentement mill-manifattur fir-rigward tad-dimensjonijiet tal-immuntar u jistgħu jitqabbdu ma’ mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar standard tal-klassi xierqa f’konformità mat-Tabella 2 tal-Anness 5.

2.3.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar mhux standard” ma jikkonformawx fl-aspetti kollha mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi mogħtija f’dan ir-Regolament iżda jistgħu jitqabbdu ma’ mekkaniżmi u ma’ komponenti tal-akkoppjar standard fil-klassi rilevanti.

2.4.

Mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar mixxellanji mhux standard” ma jikkonformawx mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi kif mogħtija f’dan ir-Regolament u ma jistgħux jitqabbdu ma’ mekkaniżmi u ma’ komponenti tal-akkoppjar standard. Dawn jinkludu, pereżempju, mekkaniżmi li ma jikkorrispondu ma’ ebda waħda mill-klassijiet a sa r elenkati fil-paragrafu 2.6., iżda li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali u internazzjonali eżistenti.

2.5.

L-oqfsa tal-irmonk jistgħu jinkludu aktar minn komponent wieħed u jistgħu jkunu aġġustabbli jew aġġustati għall-għoli malajr bil-pernijiet.

Dan ir-Regolament japplika għal oqfsa tal-irmonk li huma unitajiet separati, mhux parti strutturali tat-trattur.

2.6.

Il-mekkaniżmi u l-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar huma kklassifikati skont it-tip kif ġej:

2.6.1.

Klassi a80

Il-boċċa tal-akkoppjar 80 u l-keeper plate li jużaw mekkaniżmu sferiku u saljaturi fuq il-vettura tal-irmonk għall-konnessjoni mat-trejler permezz ta’ Ras tal-akkoppjar 80 tal-iscraper forma ta’ ballun.

2.6.2.

Klassi b80

Ir-ras tal-akkoppjar 80 għandha kavità sferika ta’ 80 mm, imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni mal-Boċċa tal-akkoppjar 80.

2.6.3.

Klassi c40

L-akkoppjar bl-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis b’pern (dijametru ta’ 30 mm sa 38 mm), b’xedaq u b’pern awtomatiku jew mhux awtomatiku li jagħlaq u li jimblokka fuq il-vettura tal-irmonk għall-konnessjoni mat-trejler permezz ta’ ċirku tal-akkoppjar

2.6.4.

Klassi d40-1

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk 40 li jkollhom toqba ċilindrika adatta għal pern (dijametru ta’ 30 mm sa 38 mm) u ħxuna nominali ta’ 30,5 mm, u mwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejlers għall-konnessjoni mal-akkoppjar tat-tip clevis.

2.6.5.

Klassi d40-2

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk 40 li jkollhom toqba ċilindrika adatta għal pern (dijametru ta’ 30 mm sa 38 mm) u ħxuna nominali ta’ 42 mm, imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk ta’ trejler għall-konnessjoni ma’ akkoppjar tat-tip clevis.

2.6.6.

Klassi d50

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali li jkollha toqba b’dijametru ta’ 50 mm, li tkun imwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ ganċ tal-irmonk (klassi g) jew ma’ akkoppjar tat-tip piton (klassi h)

2.6.6.1.

Klassi d50-1

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali li jkollha toqba b’dijametru ta’ 50 mm u dijametru nominali tas-sezzjoni trażversali ta’ 30 mm, li tkun imwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ ganċ tal-irmonk (klassi g) jew ma’ akkoppjar tat-tip piton (klassi h)

2.6.6.2.

Klassi d50-2

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali li jkollha toqba b’dijametru ta’ 50 mm u dijametru tas-sezzjoni trażversali ta’ massimu ta’ 41 mm, li tkun imwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ ganċ tal-irmonk (klassi g)

2.6.7.

Klassi e

Żbarri tal-irmonk mhux standard li jinkludu żbarri tal-irmonk mifruqa u oħrajn, mekkaniżmi bl-inerzja u oġġetti simili ta’ tagħmir immuntati fuq quddiem tal-vettura rmunkata, jew fuq ix-xażi tal-vettura, li huma adatti għall-akkoppjar mal-vettura tal-irmonk permezz ta’ ċrieki tal-akkoppjar. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk, ras l-akkoppjar ta’ scrapers forma ta’ ballun jew mekkaniżmi simili tal-akkoppjar.

L-iżbarri tal-irmonk jistgħu jkunu impernjati biex jiċċaqilqu liberament fi pjan vertikali u ma jsostnu l-ebda tagħbija vertikali jew ikunu fissi fi pjan vertikali sabiex jifilħu tagħbija vertikali (żbarri riġidi tal-irmonk). L-iżbarri tal-irmonk riġidi jistgħu jkunu kompletament riġidi jew ikunu mmuntati bil-molla jew b’mod li jista’ jiġi aġġustat (eż. b’mod idrawliku).

L-iżbarri tal-irmonk jistgħu jinkludu wkoll aktar minn komponent wieħed u jistgħu jkunu aġġustabbli jew cranked.

2.6.8.

Klassi f

Oqfsa tal-irmonk mhux standard li jinkludu l-komponenti u l-mekkaniżmi kollha bejn il-mekkaniżmi tal-akkoppjar, bħall-akkoppjar clevis, l-akkoppjar tal-boċċi eċċ., u l-parti ta’ wara tat-trattur (pereżempju t-trażmissjoni, il-karozzerija li ġġorr it-tagħbija jew ix-xażi).

2.6.9.

Klassi g

Ganċijiet tal-irmonk b’keeper plate u b’mekkaniżmu li jbaxxi li jitħaddem bl-użu tal-enerġija esterna għall-akkoppjar ikkontrollat mill-bogħod u d-diżakkoppjar għall-konnessjoni mat-trejler bl-użu ta’ ċrieki tal-irmonk jew għajnejn l-iżbarri tal-irmonk.

2.6.10.

Klassi h

Akkoppjar tat-tip Piton b’keeper plate li jkun imqabbad mat-trejler permezz ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jew ċrieki tal-irmonk.

2.6.11.

Klassi i

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-trattur li ma ddurx madwar l-assi lonġitudinali.

2.6.12.

Klassi j

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li huma mwaħħla mal-iżbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ żbarra tal-irmonk tat-trattur (klassi i).

2.6.13.

Klassi q

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis li ma ddurx madwar l-assi lonġitudinali.

2.6.14.

Klassi r

Għajn l-iżbarra tal-irmonk, li ddur madwar l-assi lonġitudinali, li jkollha sezzjoni trażversali ċirkolari u li tkun imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejlers għall-konnessjoni ma’ akkoppjar tat-tip clevis li ma jdurx (klassi q).

2.6.15.

Klassi s

Mekkaniżmi u komponenti tal-akkoppjar li ma jikkonformaw mal-ebda waħda mill-klassijiet a sa r u li jintużaw għal applikazzjonijiet speċjali u li ġeneralment ikunu koperti minn standards nazzjonali jew internazzjonali eżistenti (uniċi għal xi pajjiżi).

2.7.

Is-sistemi ta’ kontroll mill-bogħod huma mekkaniżmi u komponenti” li jippermettu li l-mekkaniżmu tal-akkoppjar jitħaddem min-naħa tal-vettura jew mill-kabina tas-sewqan tal-vettura.

2.8.

L-indikaturi mill-bogħod” huma mekkaniżmi u komponenti li jagħtu indikazzjoni li l-akkoppjar sar u li l-mekkaniżmu ta’ mblukkar qiegħed jaħdem.

2.9.

Tip ta’ mekkaniżmu jew komponent tal-akkoppjar” tfisser mekkaniżmu jew komponent li ma jkunx differenti f’aspetti essenzjali bħal:

2.9.1.

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-manifattur jew tal-fornitur;

2.9.2.

Il-klassi tal-akkoppjar kif iddefinita fil-paragrafu 2.6.;

2.9.3.

Il-forma esterna, id-dimensjonijiet prinċipali jew id-differenza fundamentali fid-disinn inklużi l-materjali użati; u

2.9.4.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u V kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10.

2.10.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u V huma ddefiniti jew iddeterminati bħala:

2.10.1.

Il-valur D jew DC huwa l-valur ta’ referenza teoretiku għall-forzi orizzontali fil-vettura tal-irmonk u t-trejler u jintuża bħala l-bażi għal tagħbijiet orizzontali fit-testijiet dinamiċi.

Għal mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar mhux iddisinjati biex jifilħu għal tagħbijiet vertikali imposti, il-valur huwa:

Formula

Għal mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għal trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida kif iddefiniti fil-paragrafu 2.12., il-valur huwa:

Formula

Fejn:

T

hija l-massa massima teknikament permissibbli tal-vettura tal-irmonk, f’tunnellati. Fejn rilevanti, dan jinkludi t-tagħbija vertikali imposta minn trejler bi żbarra tal-irmonk riġida. (3)

R

hija l-massa massima teknikament permissibbli, f’tunnellati, ta’ trejler bi żbarra tal-irmonk libera li tiċċaqlaq fi pjan vertikali, jew ta’ semitrejler.3

C

hija l-massa, f’tunnellati, trażmessa lejn l-art mill-fus jew mill-fusien tat-trejler bi żbarra tal-irmonk riġida, kif iddefinit fil-paragrafu 2.12., meta akkoppjata mal-vettura tal-irmonk u mgħobbija sal-massa massima teknikament permissibbli.2

g

hija l-aċċellerazzjoni minħabba l-gravità (preżunta li hija 9,81 m/s2)

S

kif iddefinit fil-paragrafu 2.10.2.

2.10.2.

Il-valur S huwa l-massa vertikali, f’kilogrammi, imposta fuq l-akkoppjar, f’kundizzjonijiet statiċi, mit-trejler bi żbarra tal-irmonk riġida, kif iddefinit fil-paragrafu 2.12., ta’ massa massima teknikament permissibbli.3

2.10.3.

Il-valur Av huwa l-massa massima permessa tal-fus, tal-fus direzzjonali f’tunnellati f’każ ta’ trejlers bi żbarri tal-irmonk impernjati.

2.10.4.

Il-valur V huwa l-valur ta’ referenza teoretiku tal-amplitudni tal-forza vertikali imposta fuq l-akkoppjar mit-trejler bi żbarra tal-irmonk riġida ta’ massa massima teknikament permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati. Il-valur V jintuża bħala l-bażi għall-forzi vertikali fit-testijiet dinamiċi.

Formula

2.11.

Simboli u definizzjonijiet użati fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament.

Av

=

massa massima permessa tal-fus, tal-fus direzzjonali f’tunnellati fil-każ ta’ trejlers bi żbarri tal-irmonk impernjati.

C

=

massa ta’ trejler bi żbarra tal-irmonk riġida f’tunnellati – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

D

=

valur D f’kN – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

Dc

=

valur Dc f’kN għal trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

R

=

massa ta’ vettura rmunkata f’tunnellati – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

T

=

massa tal-vettura tal-irmonk f’tunnellati – ara l-paragrafu 2.10.1 ta’ dan ir-Regolament.

Fs

=

forza statika tal-irfigħ f’kN.

Fh

=

komponent orizzontali tal-forza tat-test fl-assi lonġitudinali tal-vettura f’kN.

Fv

=

komponent vertikali tal-forza tat-test f’kN.

S

=

massa vertikali statika f’kg.

V

=

valur V f’kN – ara l-paragrafu 2.10.4 ta’ dan ir-Regolament.

g

=

aċċellerazzjoni minħabba l-gravità, preżunta bħala 9,81 m/s2.

vmax

=

vmax hija l-veloċità massima skont id-disinn li għaliha l-mekkaniżmu tal-akkoppjar tal-vettura jerġa’ jiġi ttestjat u approvat fir-rigward ta’ dan ir-Regolament

Subscripts:

O

=

forza massima tat-test

U

=

forza minima tat-test

s

=

forza statika

h

=

orizzontali

p

=

pulsanti

res

=

riżultanti

v

=

vertikali

w

=

forza li talterna

2.12.

Trejler bi żbarra tal-irmonk riġida” tfisser vettura rmunkata b’fus jew bi grupp ta’ fusien wieħed, żbarra tal-irmonk li ma tkunx tista’ ddur relattivament għall-vettura jew, minħabba l-preżenza ta’ sistema ta’ sospensjoni (pereżempju), tkun tista’ ddur biss sa ċertu punt limitat madwar assi wieħed – b’mod parallel mal-wiċċ tat-triq u trażversali għad-direzzjoni tal-ivvjaġġar – u għalhekk tista’ tittrażmetti forzi vertikali lill-vettura tal-irmonk. Parti mill-piż ta’ tali trejler tinġarr mill-vettura tal-irmonk. Żbarra tal-irmonk artikolata li tista’ tiġi aġġustata b’mod idrawliku titqies bħala żbarra tal-irmonk riġida. (4)

2.13.

akkoppjar mekkaniku pożittiv” tfisser li d-disinn u l-ġeometrija ta’ mekkaniżmu u l-partijiet komponenti tiegħu għandhom ikunu tali li ma jinfetaħx jew ma jiddiżakkoppjax taħt l-azzjoni tal-ebda forza jew komponenti ta’ forzi li għalihom ikun soġġett waqt użu normali jew waqt l-ittestjar.

2.14.

Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħall-istruttura, id-dimensjonijiet, il-forma u l-materjali f’żoni li magħhom jitwaħħal il-mekkaniżmu mekkaniku tal-akkoppjar jew il-komponent. Dan japplika kemm għall-vettura tal-irmonk kif ukoll għat-trejler.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ MEKKANIŻMU JEW TA’ KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem kummerċjali jew tat-trademark jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq.

3.2.

Għal kull tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja, pereżempju, permezz tal-Formola ta’ Komunikazzjoni mogħtija fl-Anness 1:

3.2.1.

Dettalji tat-tradenames jew tal-marki kummerċjali kollha tal-manifattur jew tal-fornitur li għandhom jiġu applikati għall-mekkaniżmu jew il-komponent tal-akkoppjar;

3.2.2.

Disinji li huma dettaljati biżżejjed biex jiddefinixxu l-mekkaniżmu jew il-komponent u li jispeċifikaw kif għandu jitwaħħal mal-vettura; id-disinji għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovduti għan-numru tal-approvazzjoni u għal immarkar ieħor kif mogħti fil-paragrafu 7.;

3.2.3.

Dikjarazzjoni tal-valuri ta’ D, Dc, S, Av u V kif applikabbli u kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10.

3.2.3.1.

Il-valuri karatteristiċi tal-mekkaniżmi tal-akkoppjar għandhom ikunu mill-inqas ugwali għal dawk applikabbli għall-mases massimi permissibbli tal-vetturi tal-irmonk, tat-trejlers u ta’ kombinament.

3.2.4.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-mekkaniżmu jew tal-komponent, li tispeċifika, b’mod partikolari, it-tip u l-materjali użati;

3.2.5.

Kampjuni kif mitlub mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mis-Servizz Tekniku;

3.2.6.

Il-kampjuni kollha għandhom jitlestew bis-sħiħ bit-trattament finali tas-superfiċe applikat. Madankollu, jekk it-trattament finali jsir biż-żebgħa jew b’kisja tat-trab epossidiku, dan għandu jitħalla barra;

4.   REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-MEKKANIŻMI JEW GĦALL-KOMPONENTI MEKKANIĊI TAL-AKKOPPJAR

4.1.

Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dimensjonali u tas-saħħa stabbiliti fl-Annessi 5 u 6. Wara t-testijiet speċifikati fl-Anness 6 ma għandu jkun hemm l-ebda xaqq, qsim jew kwalunkwe distorsjoni permanenti eċċessiva li tkun ta’ detriment għat-tħaddim sodisfaċenti tal-mekkaniżmu jew tal-komponent.

4.2.

Il-partijiet kollha tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar li l-ħsara fih tista’ tirriżulta fis-separazzjoni tal-vettura u tat-trejler għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew mill-ħadid fondut. Jistgħu jintużaw materjali oħra dment li l-manifattur ikun wera ekwivalenza għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku tal-Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament.

4.3.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għandhom ikunu sikuri biex jitħaddmu u l-akkoppjar u d-diżakkoppjar għandu jkun possibbli minn persuna waħda mingħajr l-użu ta’ għodod. Il-mekkaniżmi tal-akkoppjar maħsuba għat-trejlers li jkollhom massa massima teknikament permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati għandhom ikunu ta’ wieħed mit-tipi li ġejjin:

(a)

Akkoppjar awtomatiku ddefinit f’2.2, jew

(b)

Akkoppjar awtomatizzat u proċess ta’ mblukkar fejn il-proċess tal-akkoppjar mibdi jiġi ffinalizzat awtomatikament u l-pożizzjoni mblokkata indikata fil-kamp viżiv tas-sewwieqa, jew

(c)

Imblokkat u marbut b’mod manwali mingħajr mekkaniżmu ta’ awtomatizzazzjoni jew li jillokkja waħdu.

4.4.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li f’użu normali u b’manutenzjoni korretta u b’sostituzzjoni tal-partijiet mkagħbra jkomplu jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.

4.5.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar kollha għandhom ikunu ddisinjati biex ikollhom akkoppjar mekkaniku pożittiv u l-pożizzjoni magħluqa għandha tkun illokkjata mill-inqas darba b’aktar akkoppjar mekkaniku pożittiv sakemm ma jkunx hemm aktar rekwiżiti ddikjarati fl-Anness 5. Inkella jista’ jkun hemm żewġ arranġamenti separati jew aktar biex tiġi żgurata l-integrità tal-mekkaniżmu iżda kull arranġament għandu jkun iddisinjat biex ikollu akkoppjar mekkaniku pożittiv u għandu jiġi ttestjat individwalment għal kwalunkwe rekwiżit mogħti fl-Anness 6. L-akkoppjar mekkaniku pożittiv għandu jkun kif iddefinit fil-paragrafu 2.13.

Il-forzi tal-molla jistgħu jintużaw biss biex jingħalaq il-mekkaniżmu u jiġi pprevenut li l-effetti tal-vibrazzjoni jikkawżaw biex partijiet komponenti tal-mekkaniżmu jiċċaqilqu għal pożizzjonijiet fejn jista’ jinfetaħ jew ma jibqax imqabbad.

Il-ħsara jew l-ommissjoni ta’ kwalunkwe molla waħda ma għandhiex tippermetti li l-mekkaniżmu sħiħ jinfetaħ jew ma jibqax imqabbad.

Il-mekkaniżmi ta’ indikazzjoni mill-bogħod, meta jiġu installati fil-kabina tal-vettura, għandhom jiġu mmuntati fil-kamp viżiv tas-sewwieq, u għandhom jiġu identifikati b’mod ċar.

Meta jiġu installati fuq in-naħa tal-vettura, il-mekkaniżmi ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandhom jiġu identifikat b’mod permanenti u ċar. Il-mekkaniżmu ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandu jiġi attivat u ssettjat mill-ġdid awtomatikament matul kull ftuħ u għeluq tal-akkoppjar.

4.6.

Kull mekkaniżmu jew komponent għandu jkun akkumpanjat minn struzzjonijiet dwar l-installazzjoni u t-tħaddim li jagħtu biżżejjed informazzjoni lil kwalunkwe persuna kompetenti biex dawn jiġu installati b’mod korrett fuq il-vettura u jitħaddmu kif suppost – ara wkoll l-Anness 7. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu tal-inqas bil-lingwa tal-pajjiż li fih se jiġi offrut għall-bejgħ. Fil-każ ta’ mekkaniżmi u komponenti fornuti għat-tagħmir oriġinali li jitwaħħal minn manifattur tal-vettura jew minn bennej tal-karozzerija, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni jistgħu ma jiġux ipprovduti iżda l-manifattur tal-vettura jew il-bennej tal-karozzerija se jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-operatur tal-vettura jiġi pprovdut bl-istruzzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim korrett tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar.

4.7.

Il-mekkaniżmi tal-irmonk li jistgħu jiġu aġġustati malajr skont l-għoli mingħajr assistenza tal-enerġija ma jistgħux jaqbżu l-forza operattiva ta’ 40 daN.

5.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA MGĦAMMRA B’MEKKANIŻMU JEW B’KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR

5.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-twaħħil ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu debitament akkreditat.

5.2.

Din għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja biex tippermetti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip timla l-formola ta’ komunikazzjoni mogħtija fl-Anness 2.

5.2.1.

Disinji li huma dettaljati biżżejjed biex jidentifikaw il-mekkaniżmu jew il-komponent u li jispeċifikaw kif għandu jitwaħħal mal-vettura; id-disinji għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovduti għan-numru tal-approvazzjoni u għal immarkar ieħor kif mogħti fil-paragrafu 7.;

5.2.2.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-mekkaniżmu jew tal-komponent, li tispeċifika, b’mod partikolari, it-tip u l-materjali użati;

5.2.3.

Dikjarazzjoni tal-valuri ta’ D, Dc, S, Av u V kif applikabbli u kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10.;

5.2.3.1.

Il-valuri karatteristiċi għandhom ikunu tal-inqas ugwali għal dawk applikabbli għall-mases massimi permissibbli tal-vettura tal-irmonk, tat-trejler u tal-kombinament.

5.2.4.

Vettura, rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat u mgħammra b’mekkaniżmu mekkaniku tal-akkoppjar, għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jistgħu jitolbu wkoll kampjuni addizzjonali tal-mekkaniżmu jew tal-komponent;

5.2.5.

Vettura li ma jkollhiex il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tiġi aċċettata dment li l-applikant ikun jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku, li n-nuqqas tal-komponenti ma jkollu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-ispezzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

6.   REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B’MEKKANIŻMU JEW B’KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR

6.1.

Il-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar imwaħħal mal-vettura għandu jiġi approvat f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3. u 4. u l-Annessi 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.

6.2.

L-installazzjoni tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

6.3.

Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet operattivi għall-użu tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar li għandu jkun fihom kwalunkwe struzzjoni speċjali għal operazzjonijiet li jkunu differenti minn dawk normalment assoċjati mat-tip ta’ mekkaniżmu jew ta’ komponent tal-akkoppjar u struzzjonijiet għall-akkoppjar u d-diżakkoppjar b’modi differenti ta’ tħaddim, pereżempju, f’diversi angoli bejn il-vetturi tal-irmonk u dawk irmunkati. Kull vettura għandha tkun akkumpanjata minn dawn l-istruzzjonijiet operattivi li għandhom ikunu tal-inqas fil-lingwa tal-pajjiż li fih se tiġi offruta għall-bejgħ.

7.   MARKAR

7.1.

It-tipi ta’ mekkaniżmi u komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom pjanċa tat-tip bl-isem kummerċjali jew bit-trademark tal-manifattur, tal-fornitur jew tal-applikant.

7.2.

Għandu jkun hemm spazju kbir biżżejjed għall-applikazzjoni tal-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.5. u murija fl-Anness 3. Dan l-ispazju għandu jintwera fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2.

7.3.

Maġenb il-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 7.2. u 8.5., il-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar għandu jkun immarkat bil-klassi tal-akkoppjar, kif iddefinit fil-paragrafu 2.6. u l-valuri karatteristiċi rilevanti kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10. u murija fl-Anness 4 u l-veloċità massima tad-disinn iddefinita fil-paragrafu 2.11. Il-pożizzjoni għal dan l-immarkar għandha tintwera fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2.

7.4.

Meta l-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar ikun approvat għal valuri karatteristiċi alternattivi fl-istess klassi ta’ akkoppjar jew ta’ mekkaniżmu, massimu ta’ żewġ alternattivi għandhom jiġu mmarkati fuq il-mekkaniżmu jew il-komponent.

7.5.

Jekk l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar tkun ristretta bi kwalunkwe mod, pereżempju, jekk l-użu tal-mekkaniżmu jkun limitat għal ċerta veloċità, dik ir-restrizzjoni għandha tiġi mmarkata fuq il-mekkaniżmu jew il-komponent.

7.6.

L-immarkar kollu għandu jkun permanenti u leġibbli meta l-mekkaniżmu jew il-komponent jiġi installat fuq il-vettura.

8.   APPROVAZZJONI

8.1.

Jekk il-kampjun(i) ta’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar jissodisfa(w) (i)r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata soġġett għall-issodisfar b’mod sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-paragrafu 10.

8.2.

Għal kull tip approvat, għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 00) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ mekkaniżmu jew ta’ komponent imsemmi f’dan ir-Regolament.

8.3.

Notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni, taċ-ċaħda jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox, relatata ma’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar approvat skont dan ir-Regolament, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

8.4.

Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 7.1., għandu jkun hemm imwaħħla ma’ kull mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar approvat skont dan ir-Regolament, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 7.2., marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 8.5.

8.5.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun marka internazzjonali li tinkludi:

8.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (5)

8.5.2.

In-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 8.2.;

8.5.3.

Ittra kapitali D meta ttestjata skont l-Anness 6, il-paragrafu 3.1.3 (test dinamiku tar-reżistenza) jew

8.5.4.

ittra kapitali S meta ttestjata skont l-Anness 6, il-paragrafu 3.3.3.2 (test statiku);

8.5.5.

Ittra kapitali T għall-ittestjar b’żewġ komponenti;

8.5.6.

Il-marka u n-numru tal-approvazzjoni għandhom jiġu rranġati kif muri fl-eżempju fl-Anness 3.

9.   MODIFIKI TAL-MEKKANIŻMU JEW TAL-KOMPONENT MEKKANIKU TAL-AKKOPPJAR, JEW TAL-VETTURA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

9.1.

Kwalunkwe modifika fit-tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar, jew tal-vettura kif iddefinit fil-paragrafu 2.9. għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jkunu taw l-approvazzjoni. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku jistgħu jew:

9.1.1.

Iqisu li l-modifiki x’aktarx li ma jkollhom l-ebda effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-mekkaniżmu, il-komponent jew il-vettura għadhom jikkonformaw mar-rekwiżiti; jew

9.1.2.

Jitolbu rapport tat-test ieħor.

9.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-modifika, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3. lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament.

9.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku li joħorġu estensjoni tal-approvazzjoni għandhom jassenjaw numru tas-serje għal tali estensjoni u għandhom jinformaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament bil-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3.

10.   KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TA’ PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u b’mod partikolari ma’ dawn ir-rekwiżiti:

10.1.

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li r-riżultati tat-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni jiġu rreġistrati u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu stabbilit bi qbil mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mas-Servizz Tekniku. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż l-10 snin li jibdew jgħoddu miż-żmien meta l-produzzjoni tiġi mwaqqfa għalkollox.

10.2.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip jistgħu fi kwalunkwe waqt jivverifikaw il-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

11.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti ma jintlaħqux jew jekk il-mekkaniżmu jew il-komponent li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

11.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, din għandha mill-ewwel tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jkunu taw l-approvazzjoni. Meta jirċievu l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni jew is-Servizz Tekniku għandhom jinformaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

13.1.

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni mwaqqfa b’mod definittiv, maħruġa f’pajjiżi oħra.

(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, il-para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Skont it-tifsira tal-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fit-Toroq (Vjenna, 1968, l-Artikolu 1, is-subparagrafi (t) u (u)).

(3)  Il-massa T u R u l-massa massima teknikament permissibbli, jistgħu jkunu akbar mill-massa massima permissibbli preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(4)  Il-massa T u R u l-massa teknikament permissibbli jistgħu jkunu akbar mill-massa massima permissibbli preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(5)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb’oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3- www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.


ANNESS 1

Komunikazzjoni dwar mekkaniżmi u komponenti

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 1

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni:


Li tikkonċerna: (2)

approvazzjoni mogħtija

 

approvazzjoni estiża

 

approvazzjoni rrifjutata

 

approvazzjoni rtirata

 

produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ unità teknika jew komponent mekkaniċi tal-akkoppjar skont ir-Regolament tan-NU Nru 147

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni …

1.   

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-unità teknika jew tal-komponent: …

2.   

Isem il-manifattur għat-tip ta’ unità teknika jew komponent: …

3.   

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.   

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.   

Ismijiet jew trademarks alternattivi tal-fornitur applikati għall-unità teknika jew għall-komponent: …

6.   

Fil-każ ta’ unità teknika: it-tip u l-għamla tal-vettura, fejn tkun maħsuba l-unità teknika …

7.   

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija jew tal-korp li jieħu r-responsabbiltà għall-konformità tal-produzzjoni: …

8.   

Imressqa għall-approvazzjoni fi: …

9.   

Is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

10.   

Deskrizzjoni fil-qosor:…

10.1.   

Tip u klassi tal-unità teknika jew tal-komponent: …

10.2.   

Valuri karatteristiċi: …

10.2.1.   

Valuri primarji:

D… kN … Dc. … kN S.… kg

Av. … tunnellati … vmax … km/h … V. … kN

Valuri alternattivi:

D … kN … Dc.… kN … S… kg

Av… tunnellati … vmax… .km/h… V… kN

11.   

Struzzjonijiet għat-twaħħil tat-tip ta’ mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u ritratti jew disinji tal-punti tal-immuntar mogħtija mill-manifattur tal-vettura: …

12.   

Informazzjoni dwar it-twaħħil ta’ kwalunkwe saljatura jew pjanċa speċjali ta’ rinforz jew komponenti ta’ spazju meħtieġa għat-twaħħil tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar: …

13.   

Data tar-rapport tat-test: …

14.   

Numru tar-rapport tat-test: …

15.   

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

16.   

Raġuni(jiet) għala ġie estiż iż-żmien tal-approvazzjoni: …

17.   

Approvazzjoni mogħtija/estiża/irrifjutata/irtirata:2

18.   

Post: …

19.   

Data: …

20.   

Firma: …

21.   

Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba: …


(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dawk li ma japplikawx.


ANNESS 2

Komunikazzjoni dwar il-vetturi

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 2

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni:


Li tikkonċerna: (2)

approvazzjoni mogħtija

 

approvazzjoni estiża

 

approvazzjoni rrifjutata

 

approvazzjoni rtirata

 

produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-twaħħil ta’ mekkaniżmu jew komponent mekkaniku tal-akkoppjar skont ir-Regolament tan-NU Nru 147

Nru tal-Approvazzjoni. … Nru tal-Estensjoni . …

1.   

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-vettura: …

2.   

Tip ta’ vettura: …

3.   

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.   

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.   

Il-kategorija tal-vettura, pereżempju, T, R: (3) ….

6.   

Massa massima permissibbli tal-vettura: ….kg

Distribuzzjoni tal-massa massima permissibbli tal-vettura bejn il-fusien: …

Massa massima permissibbli tat-trejler li tista’ tiġi rmunkata: …kg

Massa statika massima permissibbli fuq il-punt tal-akkoppjar:…kg

Massa massima tal-vettura, bil-karozzerija, fi stat ta’ tħaddim, inkluż il-fluwidu berried, iż-żjut, il-fjuwil, l-għodod u rota żejda (jekk fornuta) iżda mhux inkluż is-sewwieq: …kg

7.   

Valuri karatteristiċi meħtieġa

D… kN Dc. …. kN S… kg

Av… tunnellati vmax… km/h V … kN

8.   

Struzzjonijiet għat-twaħħil tat-tip ta’ mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u ritratti jew disinji tal-punti tal-immuntar: ….

9.   

Informazzjoni dwar it-twaħħil ta’ kwalunkwe saljatura jew pjanċa speċjali ta’ rinforz jew komponenti ta’ spazju meħtieġa għat-twaħħil tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar: …

10.   

It-tradename jew il-marka kummerċjali tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar u n-numru tal-approvazzjoni: …

11.   

Klassi tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar: …

12.   

Imressqa għall-approvazzjoni fi: …

13.   

Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

14.   

Data tar-rapport tat-test: …

15.   

Numru tar-rapport tat-test: …

16.   

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

17.   

Raġuni(jiet) għala ġie estiż iż-żmien tal-approvazzjoni: …

18.   

Approvazzjoni mogħtija/estiża/irrifjutata/irtirata: (2)

19.   

Post: ….

20.   

Data: …

21.   

Firma: …

22.   

Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba. …


(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dawk li ma japplikawx.

(3)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, il-para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.


ANNESS 3

Eżempju ta’ arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

Image 3

a = minimu ta’ 8 mm

Il-mekkaniżmu jew il-komponent mekkaniku tal-akkoppjar li jkollu l-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa mekkaniżmu jew komponent approvat fin-Netherlands (E 4), taħt in-numru tal-approvazzjoni 2405, li jissodisfa r-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 00 għal dan ir-Regolament u ġie ttestjat statikament (S).

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn il-lemin jew lejn ix-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u għandhom iħarsu fl-istess direzzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.


ANNESS 4

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ mmarkar tal-valuri karatteristiċi

1.   

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar kollha għandhom ikunu mmarkati bil-klassi tal-mekkaniżmu jew tal-komponent. Barra minn hekk, għandu jkun hemm immarkar li jindika l-kapaċità f’termini ta’ valuri karatteristiċi kif iddefiniti fil-paragrafu 2.10 ta’ dan ir-Regolament.

1.1.   

L-għoli tal-ittri u tan-numri kollha għandu jkun mhux inqas minn dawk tan-numru tal-approvazzjoni, jiġifieri a/3 fejn a tkun minimu ta’ 8 mm.

1.2.   

Il-valuri karatteristiċi applikabbli għal kull mekkaniżmu jew komponent li għandhom jiġu mmarkati huma kif murija fit-Tabella ta’ hawn taħt - ara wkoll il-paragrafu 7.3 ta’ dan ir-Regolament:

Tabella 1

Il-valuri karatteristiċi rilevanti li għandhom jiġu mmarkati fuq il-mekkaniżmi jew il-komponenti tal-akkoppjar

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu jew tal-komponent mekkaniku tal-akkoppjar

Il-valuri karatteristiċi rilevanti li għandhom jiġu mmarkati

 

Klassi

D

Dc

S

V

vmax

T  (*2)

Boċċi tal-akkoppjar 80 (Klassi a)

-

Ras tal-akkoppjar (Klassi b)

-

Akkoppjar tat-tip Clevis (Klassi c jew q)

Akkoppjar tat-tip Hooke (Klassi g)

-

Żbarri tal-irmonk tat-trattur (Klassi i)

Oqfsa tal-irmonk (Klassi f)

-

Akkoppjar tat-tip Piton (Klassi h)

-

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (Klassi d jew r)

Żbarri tal-irmonk (Klassi e)  (*1)

-

Eżempji

:

a80 D130 Dc90 S2000 jidentifika boċċa tal-akkoppjar standard 80 tal-Klassi a80 b’valur D massimu ta’ 130 kN, valur Dc massimu permess ta’ 90 kN u tagħbija imposta vertikali statika massima permessa ta’ 2 000 kg.


(*1)  L-iżbarri tal-irmonk impernjati għandu jkollhom ukoll il-valur Av immarkat fuq il-pjanċa tat-tip, iżda l-ebda valur S jew V

(*2)  Massa li tista’ tiġi rmunkata meta ttestjata skont il-paragrafu 3.3.3.2 tal-Anness 6. (test statiku) (għandu jiġi ddefinit fid-definizzjonijiet, jekk ikun meħtieġ)


ANNESS 5

Rekwiżiti għal mekkaniżmi jew komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għall-vetturi tal-kategoriji T, R u S

1.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 u l-keeper plates (Klassi a80)

1.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-boċċi tal-akkoppjar 80

1.1.1.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 u l-keeper plates kollha għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-boċċi tal-akkoppjar jissodisfaw it-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 6 u l-keeper plates jissodisfaw it-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.3.5 tal-Anness 6.

1.1.2.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 tal-klassi a għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 1 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Il-pożizzjoni tal-keeper plate hija murija fl-Illustrazzjoni 2.

Illustrazzjoni 1

Boċċa tal-akkoppjar tal-Klassi a (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 4

Illustrazzjoni 2

Dimensjonijiet tal-keeper plate (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 5

1.1.3.   

Il-boċċi tal-akkoppjar 80 għandu jkollhom tal-inqas l-angoli ta’ artikolazzjoni li ġejjin, li ma għandhomx jintlaħqu simultanjament:

Illustrazzjoni 3

Angoli ta’ artikolazzjoni

Image 6

2.   

Ras tal-akkoppjar 80 (Klassi b80)

2.1.   

Rekwiżiti ġenerali għal ras tal-akkoppjar 80

2.1.1.   

L-irjus tal-akkoppjar 80 kollha għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.2 tal-Anness 6.

2.1.2.   

Ir-ras tal-akkoppjar 80 tal-klassi b għandha tikkonforma mal-Illustrazzjoni 4 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni.

Illustrazzjoni 4

Dimensjonijiet tar-ras tal-akkoppjar 80 tal-Klassi b (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 7

3.   

L-akkoppjar bl-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis (Klassi c40)

3.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-akkoppjar bl-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis

3.1.1.   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis kollu għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jissodisfa t-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.3.1 tal-Anness 6 u l-mekkaniżmi ta’ mblukkar sabiex jissodisfaw it-testijiet preskritti fil-paragrafu 3.3.1.3 tal-Anness 6.

3.1.2.   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis tal-klassi c għandu jikkonforma mal-Illustrazzjonijiet 5, 6 u 7 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Għall-klassijiet kollha, l-għoli massimu tax-xedaq għandu jkun kostanti fuq mill-inqas nofs il-wisa’ tax-xedaq.

3.1.3.   

Rekwiżiti:

Fil-każ ta’ akkoppjar awtomatiku, il-pożizzjoni magħluqa u mblukkata għandha tkun indikata b’mod ċar u evidenti esternament wara l-akkoppjar b’mill-inqas indikatur ta’ kontroll wieħed.

3.1.4   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis għandu jkollu l-angoli ta’ artikolazzjoni li ġejjin (ara wkoll l-Illustrazzjonijiet 5 u 6):

(a)

Assi vertikali: ± 70° min.

(b)

Assi trażversali: ± 20° min.

(c)

Assi lonġitudinali: ± 20° min.

3.1.5   

Ix-xedaq għandu jippermetti li ċ-ċrieki tal-iżbarra tal-irmonk iduru assjalment tal-inqas 90° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug madwar l-assi lonġitudinali tal-akkoppjar b’momentum fiss ta’ bbrejkjar ta’ bejn 30 u 150 Nm.

Illustrazzjoni 5

Mekkaniżmu tal-akkoppjar awtomatiku b’pern sporġut (xellug) u akkoppjar awtomatiku tat-trejler b’pern ċilindriku (lemin) (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 8

Illustrazzjoni 6

Akkoppjar mhux awtomatiku tat-trejler b’pern ċilindriku (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 9

4.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (Klassi d40-1 u d40-2)

4.1.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-1

4.1.1   

Rekwiżiti ġenerali għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-1

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk kollha tal-klassi d40-1 għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.4 tal-Anness 6. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-1 jistgħu jkunu mgħammra b’sokit jew mingħajru.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 7 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni taċ-ċirku.

Illustrazzjoni 7

Id-dimensjonijiet prinċipali ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk standard d40-1 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 10

4.2.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-2

4.2.1.   

Rekwiżiti ġenerali għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk d40-2

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk kollha tal-klassi d40-2 għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 8 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni taċ-ċirku.

Illustrazzjoni 8

Dimensjonijiet prinċipali taċ-ċirku tal-akkoppjar standard d40-2

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 11

4.3.   

Għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali (Klassi d50-1 u d50-2)

4.3.1.   

Rekwiżiti ġenerali

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk kollha tal-klassi d50 għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-klassi d50 għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 9 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni.

Illustrazzjoni 9

Id-dimensjonijiet prinċipali ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 12

4.3.2.   

Barra minn hekk, għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-1 għandu jkollha d-dimensjonijiet skont l-Illustrazzjoni 10 u għajn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-2 għandu jkollha d-dimensjonijiet skont l-Illustrazzjoni 11.

Illustrazzjoni 10

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-1 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 13

Illustrazzjoni 11

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk torojdali tal-klassi d50-2 (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 14

a

Kontorn estern alternattiv : raġġ estern ta’ 22,5 mass. u raġġ tat-taħlita ta’ 15 min. min-naħa ta’ fuq u ta’ isfel, jew raġġ tat-taħlita min-naħa ta’ fuq u ta’ isfel min. għas-superfiċe ċatta ta’ barra.

b

Kontorn intern.

5.   

Żbarri tal-irmonk (Klassi e)

5.1.   

L-iżbarri tal-irmonk tal-klassi e għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.7 tal-Anness 6.

5.2.   

Sabiex tiġi pprovduta konnessjoni mal-vettura tal-irmonk, l-iżbarri tal-irmonk jistgħu jitwaħħlu jew mar-ras tal-akkoppjar jew ma’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-klassijiet b, d jew s. ras tal-akkoppjar u għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ viti, boltijiet jew iwweldjar.

5.3.   

Mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli għall-iżbarri tal-irmonk impernjati

5.3.1.   

L-iżbarri tal-irmonk impernjati għandhom ikunu mgħammra b’mekkaniżmu għall-aġġustament tal-iżbarra tal-irmonk għall-għoli tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar jew tax-xedaq. Dawn il-mekkaniżmi għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-iżbarra tal-irmonk tkun tista’ tiġi aġġustata minn persuna waħda mingħajr għodod jew kwalunkwe għajnuna oħra.

5.3.2.   

Il-mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli għandhom ikunu jistgħu jaġġustaw għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jew ir-ras tal-akkoppjar 80 mill-orizzontali ’l fuq mill-art mill-inqas 300 mm ’il fuq u ’l isfel. F’din il-medda, l-iżbarra tal-irmonk għandha tkun tista’ tiġi aġġustata mingħajr passi, jew f’passi massimi ta’ 50 mm imkejla fiċ-ċirku tal-akkoppjar jew fir-ras tal-akkoppjar.

5.3.3.   

Il-mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli ma għandhomx jinterferixxu mal-moviment faċli tal-iżbarra tal-irmonk wara l-akkoppjar.

5.3.4.   

Il-mekkaniżmi li jaġġustaw l-għoli ma għandhomx jinterferixxu mal-azzjoni ta’ kwalunkwe brejk tat-tip bl-inerzja.

5.4.   

Fil-każ ta’ żbarri tal-irmonk ikkombinati mal-brejkijiet bl-inerzja, id-distanza bejn iċ-ċentru ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk u t-tarf tal-virga libera ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk ma għandhiex tkun inqas minn 200 mm fil-pożizzjoni tal-applikazzjoni tal-brejk.Bil-virga ta’ għajn l-iżbarra tal-irmonk imdaħħla għalkollox, id-distanza ma għandhiex tkun inqas minn 150 mm.

5.5.   

L-iżbarri tal-irmonk għall-użu fuq trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida għandu jkollhom tal-inqas nofs il-moment tar-reżistenza kontra l-forzi laterali kif ukoll kontra l-forzi vertikali.

6.   

L-oqfsa tal-irmonk u l-pjanċi ferrovjarji (Klassi f)

Illustrazzjoni 12

Eżempju ta’ qafas tal-irmonk tal-klassi f

Image 15

6.1.   

L-oqfsa tal-irmonk tal-klassi f għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.6 tal-Anness 6.

6.2.   

Jekk l-oqfsa tal-irmonk ikunu maħsuba biex jiġu mmuntati ma’ tipi speċifiċi ta’ vetturi, il-punti tat-twaħħil u l-akkoppjar għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-manifatturi tal-vettura jew tat-trażmissjoni.

6.3.   

L-oqfsa tal-irmonk jistgħu jiġu ddisinjati bħala qafas li jista’ jiġi aġġustat għall-għoli malajr (qha), qafas li jista’ jiġi aġġustat għall-għoli tal-pern (pha) jew bħala qafas mingħajr aġġustament għall-għoli. It-tipi użati l-aktar huma l-oqfsa qha għal-sliders qha, hekk imsejħa oqfsa tas-sellum kif muri fl-Illustrazzjoni 12.

7.   

Ganċijiet tal-irmonk u keeper plates (Klassi g)

7.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-ganċijiet tal-irmonk

Il-ganċijiet kollha tal-irmonk tal-klassi g u l-keeper plates għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-ganċijiet tal-irmonk jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6 u l-keeper plates jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

Il-ganċijiet tal-irmonk tal-klassi g għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 13 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Il-pożizzjoni tal-keeper plate hija murija fl-Illustrazzjoni 14.

Il-ganċ tal-irmonk għandu jippermetti angoli ta’ artikolazzjoni f’konformità ma’ 1.1.3.

Illustrazzjoni 13

Dimensjonijiet prinċipali tal-ganċ tal-irmonk (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 16

Illustrazzjoni 14

Il-pożizzjoni tal-keeper plate (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 17

8.   

Akkoppjar tat-tip piton u keeper plates (Klassi h)

8.1.   

Rekwiżiti ġenerali għall-akkoppjar tat-tip piton

L-akkoppjar kollu tat-tip piton tal-klassi h u l-keeper plates għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-akkoppjar tat-tip piton jissodisfa t-testijiet mogħtija fl-Anness 6 u l-keeper plates jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-Anness 6.

L-akkoppjar tat-tip piton tal-klassi h għandu jikkonforma mal-Illustrazzjoni 15 fil-forma esterna u fid-dimensjonijiet esterni. Il-pożizzjoni tal-keeper plate hija murija fl-Illustrazzjoni 16.

L-akkoppjar tat-tip piton għandu jippermetti angoli ta’ artikolazzjoni f’konformità ma’ 1.1.3.

Illustrazzjoni 15

Dimensjonijiet prinċipali tal-akkoppjar tat-tip piton (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 18

Illustrazzjoni 16

Il-pożizzjoni tal-keeper plate (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 19

9.   

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-trattur li ma ddurx madwar l-assi lonġitudinali (Klassi i)

9.1.   

L-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-trattur għandu jkollu l-angoli ta’ artikolazzjoni li ġejjin (ara wkoll l-Illustrazzjoni 17)

a)

Assi vertikali: ±90° min

b)

Assi trażversali: ±20° min. (±15° għall-kat.4 u 5)

c)

Assi lonġitudinali: ±20° min. (±15° għall-kat.4 u 5)

Dawn l-angoli ta’ artikolazzjoni ma għandhomx għalfejn jintlaħqu simultanjament.

9.2.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal f’3.3.3 tal-Anness 6.

9.3.   

L-unità tal-clevis li ma ddurx tal-akkoppjar bi żbarra tal-irmonk għandha tiġi pprovduta b’mekkaniżmu biex ma jkunx hemm diżakkoppjar b’mod mhux intenzjonat.

9.4.   

L-iżbarra tal-irmonk u l-clevis tal-Klassi i għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 17 u mat-Tabella 2.

Illustrazzjoni 17

Id-dimensjonijiet tal-iżbarra tal-irmonk tat-trattur u tal-clevis (klassi i) (id-dimensjonijiet kollha f’mm)

Image 20

Tabella 2

Żbarra tal-irmonk u clevis tat-trattur- Valuri tad-dimensjoni

Dimensjonijiet f’millimetri

Dimensjoni

Kategorija tal-iżbarra tal-irmonk

0

1

2

3

4

5

Wisa’ tal-iżbarra tal-irmonk A (1)

mass.

60

67

90

100

130

160

Ħxuna tal-iżbarra tal-irmonk B

mass.

20

36

52

57

64

80

Dijametru tat-toqba tal-pern C

+1,00/-0,25

20

33

33

41

52,5

72,5

Dijametru tal-pern C1

+1,00/-1,50

18,5

31

31

39

51

71

F

mass.

30

45

45

55

70

80

G (2).

min

140

210

210

210

210

210

Għoli H

min.

50

70

70

90

90

100

Fond tal-gerżuma J

min.

50

70

80

80

90

110

Raġġ tat-tarf tal-iżbarra tal-irmonk u tal-clevis R (3)

mass.

30

45

50

60

80

80

Wc  (3)

min.

20 °

20 °

20 °

20 °

15 °

15 °

10.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li huma mwaħħla ma’ żbarri tal-irmonk tat-trejler għall-konnessjoni ma’ żbarra tal-irmonk tat-trattur (Klassi j)

10.1.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal f’3.3.3 tal-Anness 6.

10.2.   

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi j għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 18 u mat-Tabella 3.

Illustrazzjoni 18

Ċirku tal-irmonk tal-mekkaniżmu (Klassi j)

Image 21

Tabella 3

Speċifikazzjonijiet taċ-ċirku tal-irmonk (Klassi j)

Dimensjoni

Kategorija tal-iżbarra tal-irmonk

0

1

2

3

4

5

Toqba E  (4)

min.

23

38

38

47

56

78

Ħxuna F

mass.

30

36

38

46

50

60

Distanza G

mass.

40

55

55

75

85

100

Distanza H

min.

35

40

50

50

65

80

Wisa’ J

mass.

85

107

115

140

160

190

Raġġ M

 

Kif meħtieġ biex tiġi pprovduta artikolazzjoni adegwata bejn it-trattur u l-istrument Mmax = F/2

Dijametru tal-pern

min.

F’konformità mat-Tabella 2

11.   

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis li ma jistax idur madwar l-assi lonġitudinali (Klassi q)

11.1.   

Il-forma tal-unità tal-akkoppjar għandha tippermetti liċ-ċirku tal-irmonk li jdur l-angoli minimi li ġejjin:

 

±60° fil-pjan orizzontali (imbardata)

 

±20° fil-pjan vertikali (piċċ)

 

±20° madwar l-assi lonġitudinali (romblu) tiegħu

L-unità tal-akkoppjar clevis li ma ddurx għandha tiġi pprovduta b’mekkaniżmu li jipprevjeni d-diżakkoppjar mhux intenzjonat.

11.2.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal f’3.3.3 tal-Anness 6.

11.3.   

Il-Klassi q tal-iżbarra tal-irmonk tat-tip clevis għandha tikkonforma mal-Illustrazzjoni 19 u mat-Tabella 4.

Illustrazzjoni 19

Żbarra tal-irmonk tat-tip clevis (Klassi q)

Image 22

Tabella 4

Forom u dimensjonijiet tal-akkoppjar tat-tip clevis tat-trejler jew tal-mekkaniżmu (Klassi q)

Forma

Dimensjoni (mm)

D

±0,5

a

min.

b

min.

w

18

50

40

x

28

70

55

y

43

100

80

z

50

110

95

12.   

Għajn l-iżbarra tal-irmonk, li ddur madwar l-assi lonġitudinali u li tkun imwaħħla mal-iżbarra tal-irmonk tat-trejlers għall-konnessjoni ma’ akkoppjar tat-tip clevis li ma jdurx (Klassi r)

12.1.   

L-unità tal-akkoppjar għandha tiġi ttestjata bħal fi 3.3.3 tal-Anness 6.

12.2.   

Il-Klassi r ta’ għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandha tikkonforma mal-Illustrazzjoni 20 u mat-Tabella 5.

Illustrazzjoni 20

Id-dimensjonijiet taċ-ċirku tal-irmonk għandhom ikunu kif murija (Klassi r)

Image 23

Tabella 5

Forom u dimensjonijiet (Klassi r)

Forma

Ċirku tal-akkoppjar (mm)

Konfigurazzjoni tal-għajn ċilindrika

Konfigurazzjoni tal-għajn tonda

d

b

c

e

i

h

d 1

t

d

b

c

e

i

t

h

±0,5

min.

min.

mass.

mass.

±1

±3

min.

±0,5

min.

min.

mass.

mass.

min.

±1

W

28

50

80

30

30

20

70

44

22

40

80

30

30

44

20

X

45

70

100

60

40

32

105

63

35

50

100

60

40

63

30

Y

62

90

120

55

40

132

73

50

55

140

55

73

35

Z

73

100

140

75

60

42

157

78

68

60

160

75

60

78

42

13.   

Mekkaniżmi tal-akkoppjar (Klassi s)

Għall-mekkaniżmi tal-akkoppjar tal-klassi s u p, għandhom jintużaw ir-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi 5 u 6 għall-eqreb mekkaniżmu jew komponent standard jew mhux standard.

14.   

L-assenjazzjoni ta’ mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi tal-irmonk jew ta’ magni awtopropulsivi u ta’ vetturi rmunkati

L-assenjazzjoni ta’ mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi tal-irmonk jew ta’ magni awtopropulsivi u ta’ vetturi rmunkati għandha tikkonforma mat-Tabella 6.

Tabella 6

L-assenjazzjoni ta’ mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi tal-irmonk jew ta’ magni awtopropulsivi u ta’ vetturi rmunkati

Mekkaniżmu tal-akkoppjar fuq il-vettura tal-irmonk

Mekkaniżmu tal-akkoppjar fuq il-vettura rmunkata

Klassi a80

Klassi b80

Klassi c40

Klassi d40-1, d40-2

Klassi g

Klassi d50-1, d50-2

Klassi h

Klassi d50-2

Klassi i

Klassi j

Klassi q

Klassi r

15.   

Akkoppjar imħaddem mill-bogħod u/jew awtomatiku

Jekk l-akkoppjar ikun imħaddem mill-bogħod jew awtomatiku dejjem irid ikun hemm indikazzjoni mill-bogħod viżibbli għall-operatur biex tindika li l-akkoppjar ikun sar u li l-mekkaniżmi ta’ mblukkar ikunu ġew attivati.

L-indikazzjoni mill-bogħod għandha tkun fil-kabina tal-vettura jekk l-akkoppjar jinkiseb mingħajr ma jħalli l-kabina tal-vettura.


(1)  Il-pum tal-pern tal-iżbarra tal-irmonk, il-mekkaniżmi ta’ żamma tal-clevis jistgħu jestendu lil hinn mill-wisa’ A imma ma jridux jinterferixxu mal-angoli ta’ artikolazzjoni tal-mekkaniżmu speċifikati fil-klawżola 10.

(2)  G hija d-distanza li fuqha għandhom jinżammu d-dimensjonijiet speċifikati A u B.

(3)  Il-profil muri fl-Illustrazzjoni 17 jirrappreżenta l-involukru massimu għall-iżbarra tal-irmonk u għall-clevis. Ir-raġġ R u l-angolu W jistgħu jvarjaw mill-valuri mogħtija sakemm ma jinqabiżx l-involukru massimu.

(4)  Għal applikazzjonijiet speċjali, it-toqba E tista’ tkun toqba elongata


ANNESS 6

L-ittestjar ta’ mekkaniżmi jew komponenti mekkaniċi tal-akkoppjar għal vetturi tal-kategoriji T, R u S

1.   Rekwiżiti ġenerali tal-ittestjar

1.1.

Il-kampjuni tal-mekkaniżmi tal-akkoppjar għandhom jiġu ttestjati kemm għas-saħħa kif ukoll għall-funzjoni. Fil-każ tal-mekkaniżmi tal-akkoppjar, is-saħħa għandha tiġi vverifikata permezz ta’ test dinamiku. Is-saħħa tal-akkoppjar mekkaniku għandha tiġi stabbilita permezz ta’ trazzjoni li talterna fuq bank tat-test. Jekk id-disinn tal-akkoppjar mekkaniku (eż. l-issikkar żejjed, il-ganċ tal-irmonk) jagħmilha impossibbli li jitwettaq it-test b’tagħbija tat-test li talterna, it-tagħbija tat-test tista’ tiġi applikata wkoll fuq bażi li tiżdied fid-direzzjoni tat-trazzjoni jew tal-pressjoni, skont liema tkun l-akbar. F’ċerti każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa testijiet statiċi addizzjonali. Minflok it-test dinamiku, l-akkoppjar mekkaniku tal-klassijiet i, q u r maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn li ma taqbiżx l-40 km/h jista’ jiġi ttestjat skont 3.3.3.2 ta’ dan l-Anness (test statiku). L-akkoppjar mekkaniku tal-klassijiet kollha maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 60 km/h għandu jiġi ttestjat skont l-Anness 6 tar-Regolament 55.01. Barra minn hekk, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku jistgħu ma jitolbux test dinamiku jew statiku jekk id-disinn sempliċi ta’ komponent jagħmel possibbli kontroll teoretiku fil-każ tal-klassijiet tal-akkoppjar d, e, f, i, j u klassi s simili għal dawn il-klassijiet tal-akkoppjar. Jistgħu jitwettqu wkoll kontrolli teoretiċi sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-agħar xenarju. Fil-każijiet kollha, il-kontrolli teoretiċi għandhom jiżguraw l-istess kwalità tar-riżultati bħal dawk b’ittestjar dinamiku jew statiku. F’każijiet ta’ dubju huma r-riżultati tal-ittestjar fiżiku li huma prevalenti.

1.2.

It-test dinamiku għandu jsir b’tagħbija bejn wieħed u ieħor sinusojdali (li talterna u/jew tivvibra) b’għadd ta’ ċikli ta’ stress xierqa għall-materjal. Ma għandu jkun permess l-ebda qsim jew ksur li jaffettwa l-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

1.3.

Hija permessa biss deformazzjoni permanenti ħafifa bit-testijiet statiċi preskritti. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, id-deformazzjoni permanenti (tal-plastik) wara r-rilaxx ma għandhiex tkun aktar minn 10 fil-mija tad-deformazzjoni massima mkejla matul it-test.

1.4.

Is-suppożizzjonijiet tat-tagħbija fit-testijiet dinamiċi huma bbażati fuq il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura u l-komponent tal-forza vertikali. Il-komponenti tal-forza orizzontali trażversali għall-assi lonġitudinali tal-vettura, u l-momenti, ma jiġux ikkunsidrati sakemm ikunu ta’ sinifikat minuri biss.

Jekk id-disinn tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar jew it-twaħħil tiegħu mal-vettura jew it-twaħħil ta’ sistemi addizzjonali (bħal drives tat-tagħmir, tagħmir li jikkumpensa għall-forza, sistemi ta’ stering pożittivi, eċċ.) jiġġenera forzi jew momenti addizzjonali, dawn għandhom jitqiesu matul il-proċedura ta’ omologazzjoni. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll testijiet addizzjonali mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku.

Il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura huwa rrappreżentat minn forza ta’ referenza ddeterminata b’mod teoretiku, il-valur D jew Dc. Il-komponent tal-forza vertikali, fejn applikabbli, huwa rrappreżentat mit-tagħbija vertikali statika tal-irfigħ, S, fil-punt tal-akkoppjar u l-komponent tal-forza vertikali preżunt, V.

1.5.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u vmax, li fuqhom huma bbażati t-testijiet u li huma ddefiniti fil-paragrafu 2.10 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu mill-informazzjoni tal-manifattur mogħtija fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip – ara l-formola ta’ komunikazzjoni murija fl-Anness 1 u 2.

1.6.

Kwalunkwe mekkaniżmu ta’ mblukkar pożittiv, li jinżamm fil-pożizzjoni bil-forza tal-molla, għandu jibqa’ fil-pożizzjoni marbuta tiegħu meta jkun soġġett għal forza applikata fid-direzzjoni l-inqas favorevoli u ekwivalenti għal tliet darbiet il-massa tal-mekkaniżmu ta’ mblukkar.

1.7.

Suppożizzjonijiet tat-tagħbija

Test dinamiku tar-reżistenza li jivvibra b’forza tat-test li tirriżulta:

Formula
(kN)

Formula

fil-medda għal stress tensili jew kompressiv li jivvibra (liema minnhom ikun l-akbar)

Fejn

Tagħbija orizzontali (kN):

Fh = 1,0 · Dc

Fh = 1,0 · D għat-trejlers sħaħ

Tagħbija vertikali (kN)

Fs = g · S + 0,3 · V

2.   Proċeduri tat-test

2.1.

Għat-testijiet dinamiċi u għat-testijiet statiċi, il-kampjun għandu jitqiegħed f’tagħmir xieraq b’mezz ta’ applikazzjoni tal-forza, b’tali mod li ma jkun soġġett għal ebda forza jew moment addizzjonali minbarra l-forza tat-test speċifikata. Fil-każ ta’ testijiet li jalternaw, id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza ma għandhiex tiddevja b’aktar minn ±1° mid-direzzjoni speċifikata. Fil-każ ta’ testijiet pulsanti u statiċi, l-angolu għandu jiġi ssettjat għall-forza massima tat-test. Dan normalment ikun jirrikjedi ġonta fil-punt tal-applikazzjoni tal-forza (pereżempju fil-punt tal-akkoppjar) u t-tieni ġonta f’distanza partikolari ’l bogħod.

2.2.

Il-frekwenza tat-test ma għandhiex taqbeż 35 Hz. Il-frekwenza magħżula għandha tkun separata sew mill-frekwenzi tar-riżonanza tal-konfigurazzjoni tat-test, inkluż il-mekkaniżmu ttestjat. Bl-ittestjar asinkroniku, il-frekwenzi taż-żewġ komponenti tal-forza għandhom ikunu bejn wieħed u ieħor wieħed fil-mija u massimu ta’ tlieta fil-mija ’l bogħod minn xulxin. Għall-mekkaniżmi tal-akkoppjar magħmula mill-azzar, in-numru ta’ ċikli ta’ stress huwa ta’ 2 × 106. Għall-mekkaniżmi magħmula minn materjali għajr l-azzar jista’ jkun meħtieġ għadd akbar ta’ ċikli. Għandu jintuża l-metodu ta’ penetrazzjoni taż-żebgħa tal-ittestjar tal-qsim jew metodu ekwivalenti biex jiġi stabbilit kwalunkwe qsim waqt it-test.

2.3.

B’testijiet ta’ vibrazzjoni, il-forza tat-test tvarja bejn il-forza massima tat-test u l-forza minima tat-test, li ma tistax tkun akbar minn ħamsa fil-mija tal-forza massima tat-test sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-proċedura speċifika tal-ittestjar.

2.4.

B’testijiet statiċi, il-forza tat-test għandha tiġi applikata mingħajr xkiel u malajr u tinżamm għal mill-inqas 60 sekonda.

2.5.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti tal-akkoppjar li qegħdin jiġu ttestjati normalment għandhom jiġu mmuntati bl-aktar mod riġidu possibbli fuq tagħmir tat-test fil-pożizzjoni li fiha se jintużaw fuq il-vettura. Il-mekkaniżmi tat-twaħħil għandhom ikunu dawk speċifikati mill-manifattur jew mill-applikant u għandhom ikunu dawk maħsuba għat-twaħħil tal-mekkaniżmu jew tal-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u/jew għandu jkollhom l-istess karatteristiċi mekkaniċi.

2.6.

Il-mekkaniżmi jew il-komponenti tal-akkoppjar għandhom jiġu ttestjati fil-forma użata fit-triq. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u bi qbil mas-servizz tekniku, komponenti flessibbli jistgħu jiġu kklampjati jekk dan ikun meħtieġ għall-proċedura tat-test u jekk dan ma jkollux influwenza mhux realistika fuq ir-riżultat tat-test.

Il-komponenti flessibbli li jissaħħnu żżejjed matul dawn il-proċeduri tat-test aċċellerati jistgħu jiġu sostitwiti matul it-test. It-tagħbijiet tat-test jistgħu jiġu applikati permezz ta’ mekkaniżmi speċjali mingħajr laxk.

3.   Rekwiżiti speċifiċi tal-ittestjar

3.1.

Boċċi tal-akkoppjar 80 (Klassi a)

3.1.1.

It-test bażiku huwa test dinamiku ta’ reżistenza li jivvibra b’forza tat-test li tirriżulta. Inkella, huwa permissibbli wkoll test dinamiku ta’ reżistenza sinkroniku b’żewġ komponenti. Il-kampjun tat-test jinkludi l-boċċa tal-akkoppjar u l-immuntar meħtieġ biex l-assemblaġġ jitwaħħal mal-vettura. Il-boċċa tal-akkoppjar għandha tiġi mmuntata b’mod riġidu fuq tagħmir tat-test, li kapaċi jipproduċi forza li talterna jew li tivvibra, fil-pożizzjoni attwali li fiha tkun maħsuba għall-użu.

3.1.2.

Ras tal-akkoppjar 80 adatta għandha tintuża bħala mezz ta’ applikazzjoni tal-forza. Il-kampjun għandu jiġi mmuntat fuq it-tagħmir tat-test bl-elementi tal-akkoppjar applikati u rranġati b’tali mod li l-pożizzjoni relattiva tiegħu tikkorrispondi għal dik tal-użu maħsub. Il-kampjun ma għandu jkun soġġett għall-ebda forza jew moment addizzjonali minbarra l-forza tat-test. Il-forza tat-test għandha tiġi applikata tul linja ta’ azzjoni mill-punt tal-akkoppjar, diretta lejn angolu li jirriżulta derivat mis-suppożizzjonijiet tat-tagħbija orizzontali u vertikali.

3.1.3.

Suppożizzjonijiet tat-tagħbija

Bħal fil-paragrafu 1.7 ta’ dan l-anness.

3.2.

Ras tal-akkoppjar 80 (Klassi b)

3.2.1.

It-test bażiku huwa test dinamiku ta’ reżistenza li fih tiġi applikata forza tat-test li talterna jew li tivvibra. Inkella, huwa permissibbli wkoll test dinamiku ta’ reżistenza sinkroniku b’żewġ komponenti.

3.2.2.

It-test dinamiku għandu jsir bl-użu ta’ assemblaġġ separat b’boċċa tal-akkoppjar 80 ta’ saħħa ekwivalenti jew ogħla.

Il-kampjun għandu jiġi mmuntat fuq it-tagħmir tat-test bl-elementi tal-akkoppjar applikati u rranġati b’tali mod li l-pożizzjoni relattiva tiegħu tikkorrispondi għal dik tal-użu maħsub.

Il-kampjun ma għandu jkun soġġett għall-ebda forza jew moment addizzjonali minbarra l-forza tat-test.

Il-forza tat-test għandha tiġi applikata tul linja ta’ azzjoni mill-punt tal-akkoppjar, diretta lejn angolu li jirriżulta derivat mis-suppożizzjonijiet tat-tagħbija orizzontali u vertikali.

3.2.3.

Suppożizzjonijiet tat-tagħbija

Bħal fil-paragrafu 1.7 tal-anness.

3.3.

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk

3.3.1.

Akkoppjar tat-tip clevis (Klassi c)

Għandu jsir test dinamiku tar-reżistenza fuq kampjun. Il-mekkaniżmu tal-akkoppjar għandu jkun mgħammar bil-mekkaniżmu kollu meħtieġ biex jitwaħħal mal-vettura.

3.3.1.1.

Għal trejlers bi żbarra tal-irmonk riġida

Test dinamiku tar-reżistenza li tivvibra fil-medda għall-istress tat-tensjoni li tivvibra b’forza tat-test li tirriżulta (direzzjoni tal-ġbid lura u ’l isfel)

Bħal fil-paragrafu 1.7 ta’ dan l-anness.

3.3.1.2.

L-akkoppjar tat-tip clevis fuq it-trejlers

Jintużaw suppożizzjonijiet tat-tagħbija li jqisu

Formula

l-valur D.

R1 u R2 kif speċifikati mill-manifattur (R2 · R1). Testijiet dinamiċi ta’ reżistenza bħal fil-paragrafu 3.3.1.1 ta’ dan l-anness.

3.3.1.3.

Testijiet statiċi fuq il-mekkaniżmu ta’ mblukkar għall-pern tal-akkoppjar

Fl-każ ta’ akkoppjar tat-tip clevis b’pernijiet mhux ċilindriċi, huwa meħtieġ ukoll li l-għeluq u kwalunkwe mekkaniżmu ta’ mblukkar jiġu ttestjati permezz ta’ forza statika ta’ 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ.

Forza tat-test A ta’ 0,1 D hija biżżejjed fil-każ ta’ pernijiet ċilindriċi tal-akkoppjar.

Din il-forza għandha tiżdied għall-valur ta’ hawn fuq mingħajr xkiel u malajr u tinżamm għal 10 sekondi.

It-test ma għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq u ma għandu jikkawża l-ebda ħsara.

3.3.2.

Ganċijiet tal-irmonk (Klassi g)

Bħal fil-paragrafu 3.3.1 ta’ dan l-anness.

3.3.3.

Żbarri tal-irmonk tat-trattur (Klassi i)

3.3.3.1.

Jew bħal fil-paragrafu 3.3.1. jew test statiku minflok it-test dinamiku kif deskritt fil-paragrafu 3.3.3.2. jekk l-iżbarra tal-irmonk tkun maħsuba biex titwaħħal ma’ vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn li ma taqbiżx l-40 km/h.

3.3.3.2.

Metodu ta’ Ttestjar Statiku

3.3.3.2.1.

Speċifikazzjonijiet tat-test

3.3.3.2.1.1.

Ġenerali

Soġġett għal kontroll fuq il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tiegħu, l-akkoppjar mekkaniku għandu jsirulu testijiet statiċi f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.3.3.2.1.2, 3.3.3.2.1.3 u 3.3.3.2.1.4.

3.3.3.2.1.2.

Preparazzjoni tat-test

It-testijiet għandhom jitwettqu fuq magna speċjali, bl-akkoppjar mekkaniku u bi kwalunkwe akkoppjar tal-istruttura mal-karozzerija tat-trattur imwaħħal ma’ struttura riġida permezz tal-istess komponenti użati għall-immuntar tagħha fuq it-trattur.

3.3.3.2.1.3.

Strumenti tat-test

L-istrumenti użati biex jiġu rreġistrati t-tagħbijiet applikati u l-movimenti għandu jkollhom il-grad ta’ akkuratezza li ġej:

(a)

Tagħbijiet applikati ± 50 daN,

(b)

Movimenti ± 0,01 mm.

3.3.3.2.1.4.

Proċedura tat-test

3.3.3.2.1.4.1.

Il-mekkaniżmu tal-akkoppjar għandu l-ewwel ikun soġġett għal tagħbija ta’ qabel it-trazzjoni li ma taqbiżx il-15 % tat-tagħbija tat-test tat-trazzjoni ddefinita fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.2.

L-operazzjoni deskritta fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.1 għandha tiġi ripetuta mill-inqas darbtejn, billi tibda b’tagħbija żero, li tiżdied gradwalment sakemm jintlaħaq il-valur preskritt fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.1, u mbagħad titnaqqas għal 500 daN; it-tagħbija ta’ stabbiltà għandha tinżamm għal mill-inqas 60 sekonda.

3.3.3.2.1.4.2.

Id-data rreġistrata għall-ipplottjar tal-kurva tat-tagħbija/tad-deformazzjoni taħt trazzjoni, jew il-graff ta’ dik il-kurva pprovduta mill-printer marbut mal-magna tat-trazzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-applikazzjoni ta’ tagħbijiet dejjem jiżdiedu biss, li jibdew minn 500 daN, fir-rigward taċ-ċentru ta’ referenza tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

Ma għandu jkun hemm l-ebda pawża għal valuri sa u inkluża t-tagħbija tat-test tat-trazzjoni li hija stabbilita bħala darba u nofs il-massa tat-trejler teknikament permissibbli; barra minn hekk, il-kurva tat-tagħbija/tad-deformazzjoni għandha turi progressjoni bla xkiel, mingħajr irregolaritajiet, fl-intervall bejn 500 daN u 1/3 tat-tagħbija massima tat-trazzjoni.

Id-deformazzjoni permanenti tiġi rreġistrata fuq il-kurva tat-tagħbija/tad-deformazzjoni fir-rigward tat-tagħbija ta’ 500 daN wara li t-tagħbija tat-test tkun inġiebet lura għal dak il-valur.

Il-valur tad-deformazzjoni permanenti rreġistrat ma għandux jaqbeż il-25 % tad-deformazzjoni elastika massima li sseħħ.

3.3.3.2.1.5.

It-test imsemmi fil-paragrafu 3.3.3.2.1.4.2 għandu jkun preċedut minn test li fih tiġi applikata tagħbija inizjali ta’ tliet darbiet il-forza vertikali massima permissibbli (f’daN, ugwali għal g · S/10) rakkomandata mill-manifattur b’mod li jiżdied gradwalment, billi tibda minn tagħbija inizjali ta’ 500 daN, lejn iċ-ċentru ta’ referenza tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

Matul it-test, id-deformazzjoni tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar ma għandhiex taqbeż l-10 % tad-deformazzjoni elastika massima li sseħħ.

Il-kontroll isir wara li titneħħa l-forza vertikali (f’daN, ugwali għal g · S/10) u jerġa’ lura għat-tagħbija inizjali ta’ 500 daN.

3.3.4.

Akkoppjar tat-tip Piton (Klassi h)

Bħal fil-paragrafu 3.3.1 ta’ dan l-Anness.

3.3.5.

Akkoppjar bi żbarra tal-irmonk tat-tip clevis, li ma jdurx madwar l-assi lonġitudinali (Klassi q)

Bħal fil-paragrafu 3.3.3 ta’ dan l-Anness.

3.3.6.

Keeper plates (għall-akkoppjar kollu bi żbarra tal-irmonk tal-klassijiet a, g u h, fejn preżenti)

Għall-akkoppjar bil-boċċa, bil-ganċ u tat-tip piton u mekkaniżmi ekwivalenti, il-keeper plate għandha tiġi ttestjata bl-użu ta’ forza statika ta’ Fs stat = 0,6 · D (vertikalment ’il fuq). Ma għandu jkun permess l-ebda qsim jew ksur li jaffettwa l-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar.

3.4.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (Klassijiet d)

3.4.1.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (il-klassijiet d40-1 u d40-2) għall-akkoppjar tat-tip clevis għandhom ikunu soġġetti għall-istess testijiet dinamiċi u suppożizzjonijiet ta’ tagħbija ekwivalenti (ara l-paragrafu 3.3.1).

Għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li jintużaw esklużivament fuq trejlers sħaħ, għandu jsir test bl-użu tas-suppożizzjonijiet tat-tagħbija orizzontali.

It-test jista’ jsir billi tiġi applikata forza tat-test li talterna jew li tivvibra kif speċifikat fil-paragrafu 3.3.1.

3.4.2.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (klassi d50) għall-ganċijiet tal-irmonk, għall-iżbarri tal-irmonk tat-trattur jew għall-akkoppjar tat-tip piton għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod bħal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għall-akkoppjar tat-tip clevis.

3.5.

Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (klassi r)

Bħal fil-paragrafu 3.3.3 ta’ dan l-Anness.

3.6.

Oqfsa tal-irmonk (Klassi f)

3.6.1.

L-oqfsa tal-irmonk għandhom ikunu soġġetti għall-istess forzi matul l-ittestjar bħall-akkoppjar. It-tagħbija tat-test għandha tiġi applikata f’distanza orizzontali u vertikali li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar li jeżerċita l-aktar każ kritiku fuq il-qafas tal-irmonk.

3.6.2.

Preparazzjoni tat-test

It-testijiet iridu jitwettqu skont il-paragrafu 3.3.3.2.1.2.

3.6.3.

Strumenti tat-test

L-istrumenti użati biex jiġu rreġistrati t-tagħbijiet applikati u l-movimenti jridu jikkonformaw mal-paragrafu 3.3.3.2.1.3.

3.6.4.

Tqabbil tal-oqfsa tal-irmonk

Minflok it-testijiet obbligatorji, l-oqfsa tal-irmonk jistgħu jiġu evalwati billi jitqabblu l-kalkoli. Il-qafas imqabbel irid ikun simili fil-karatteristiċi ewlenin tad-disinn għal qafas diġà ttestjat.

3.7.

Żbarri tal-irmonk (klassi e)

3.7.1.

L-iżbarri tal-irmonk għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod bħall-akkoppjar bi żbarri tal-irmonk (ara l-paragrafu 3.3.1.). L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku jistgħu ma jitolbux test ta’ reżistenza jekk id-disinn sempliċi ta’ komponent jagħmel possibbli l-kontroll teoretiku tas-saħħa tiegħu.

Il-forzi tad-disinn għall-verifika teoretika għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula

Fejn

V hija l-amplitudni tal-forza mogħtija fil-paragrafu 3.3.1.1.

Fsc hija t-tagħbija vertikali kkalkolata.

L-istress permissibbli għandu jkun f’konformità mal-5.3 tal-ISO 7641-1:1983.

It-tensjoni permissibbli tal-iwweldjar ma għandhiex taqbeż 90 N/mm2.

Għall-iżbarri tal-irmonk milwija (eż. f’sura ta’ għonq ta’ ċinju) u għall-iżbarri tal-irmonk ta’ trejlers sħaħ, għandu jitqies il-komponent tal-forza orizzontali

Formula

3.7.2.

Għall-iżbarri tal-irmonk għat-trejlers sħaħ b’moviment liberu fil-pjan vertikali, minbarra t-test tar-reżistenza jew il-verifika teoretika tas-saħħa, ir-reżistenza għall-buckling għandha tiġi vverifikata jew b’kalkolu teoretiku b’forza tad-disinn ta’
Formula
jew b’test tal-buckling b’forza ta’
Formula
.

It-tensjonijiet permissibbli fil-każ ta’ kalkolu għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafu 3.7.1

3.7.3.

Fil-każ ta’ fusien direzzjonali, ir-reżistenza għal-liwi għandha tiġi vverifikata b’kalkoli teoretiċi jew b’test tal-liwi. Forza statika orizzontali u laterali għandha tiġi applikata fiċ-ċentru tal-punt tal-akkoppjar. Id-daqs ta’ din il-forza għandu jintgħażel sabiex moment
Formula
ta’ (kNm) jiġi eżerċitat madwar iċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem. It-tensjonijiet permissibbli għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafu 3.7.1.

ANNESS 7

Installazzjoni u rekwiżiti speċjali

1.   

Tratturi

1.1.   

Trattur jista’ jkun mgħammar b’mekkaniżmu mekkaniku tal-akkoppjar wieħed jew aktar skont 2.6. b’rabta mat-Tabella 6 tal-Anness 5.

1.2.   

Jekk trattur ikun mgħammar b’mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar skont 2.6. b’rabta mat-Tabella 6 tal-Anness 5, tal-inqas wieħed mill-mekkaniżmi għandu jkollu l-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u vmax li jikkorrispondu għall-valuri karatteristiċi massimi permissibbli tat-trattur kif iddikjarat mill-manifattur tat-trattur.

2.   

Vetturi rmunkati

Il-mekkaniżmi mekkaniċi tal-akkoppjar ta’ vetturi rmunkati skont 2.6. b’rabta mat-Tabella 6 tal-Anness 5 għall-konnessjoni tal-vettura rmunkata ma’ trattur għandu jkollhom tal-inqas il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, Av u vmax li jikkorrispondu għall-valuri karatteristiċi massimi permissibbli tal-vettura rmunkata kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura rmunkata.