ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1920 tas-26 ta’ Jannar 2022 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.59974 - 2021/C (ex 2020/N, ex 2020/PN) li r-Rumanija implimentat parzjalment għal Complexul Energetic Oltenia SA (notifikata bid-dokument C(2022) 553) ( 1 ) |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1915
tat-3 ta’ Ottubru 2022
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [“Murazzano” (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Murazzano” li ġiet irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-isem “Murazzano” (DOP) hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1916
tas-7 ta’ Ottubru 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil Juglans regia L. li joriġinaw mill-Moldova
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju preliminari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għall-pjanti, għall-prodotti tal-pjanti u għall-oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
(3) |
Wara valutazzjoni preliminari tar-riskju, fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew inklużi 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw mill-pajjiżi terzi kollha, bħala pjanti ta’ riskju għoli, li fosthom hemm il-ġeneru Juglans L. |
(4) |
Fl-4 ta’ Marzu 2020, il-Moldova ressqet talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ pjanti mlaqqma ta’ bejn sena u sentejn għat-tħawwil u salvaġġ tal-Juglans regia L. bl-għeruq mikxufin, inattivi u mingħajr weraq. It-talba kienet sostnuta mid-dossier tekniku rilevanti. |
(5) |
Fil-25 ta’ Marzu 2021, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti għat-tħawwil tal-Juglans regia mill-Moldova (4). L-Awtorità ma identifikat l-ebda pest rilevanti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil. |
(6) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2022, l-Awtorità emendat l-opinjoni xjentifika biex tinkludi lil Xiphinema rivesi (popolazzjonijiet mhux tal-UE) bħala pest rilevanti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji deskritti fid-dossier għal dak il-pest u stmat il-probabbiltà li dawk il-pjanti għat-tħawwil ikunu ħielsa mill-pest. Xiphinema rivesi (popolazzjonijiet mhux tal-UE) huwa elenkat fil-Parti A, it-Taqsima 4, tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5), bħala pest tal-kwarantina fl-Unjoni li mhux magħruf li jeżisti fit-territorju tal-Unjoni. |
(7) |
Abbażi ta’ dik l-opinjoni, ir-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti mlaqqma għat-tħawwil li għandhom mhux aktar minn sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq u salvaġġ tal-Juglans regia L. li joriġinaw mill-Moldova, jitqies aċċettabbli, dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-importazzjoni rispettivi stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
(8) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-pjanti mlaqqma għat-tħawwil li għandhom mhux aktar minn sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi u mingħajr weraq u s-salvaġġ ta’ Juglans regia L. li joriġinaw fil-Moldova, jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
(9) |
Jenħtieġ li għalhekk l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji (6), jenħtieġ li l-importazzjoni ta’ dawk il-komoditajiet bażiċi terġa’ tibda ssir fl-iqsar żmien possibbli. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).
(4) EFSA PLH Panel (EFSA Panel on Plant Health), 2021. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Juglans regia plants from Moldova. EFSA Journal 2021;19(5):6570, 27 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6570.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(6) Agreement on the Application of Sanitary and Phytosanitary Measures (SPS Agreement), (adottat fil-15 ta’ April 1994, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995; UNTS Volum 1867, p. 493) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, https://www.wto.org/english/tratop_e/sps_e/spsagr_e.htm.
ANNESS
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019
Fil-punt 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tieni kolonna tat-tabella “Deskrizzjoni”, it-test fl-entrata ta’ Juglans L. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ Juglans L., għajr:
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ Juglans regia L. ta’ mhux aktar minn sentejn bl-għeruq mikxufin, mingħajr weraq u b’dijametru massimu ta’ 2 cm fil-bażi taz-zokk, li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll |
— |
pjanti mlaqqmin għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi u mingħajr weraq, u salvaġġ ta’ Juglans regia L. li joriġinaw mill-Moldova”. |
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/6 |
REGOLAMENT (UE) 2022/1917 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Settembru 2022
dwar proċeduri ta’ ksur f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (BĊE/2022/31)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 132(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 34 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (1), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 u għandu jistabbilixxi qafas biex jispeċifika aktar l-arranġamenti għall-impożizzjoni ta’ tali sanzjonijiet skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ddeterminati l-proċeduri skont liema għandhom japplikaw tali sanzjonijiet. |
(2) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, tali proċeduri għandhom jiġu armonizzati kemm jista’ jkun ma’ regoli proċedurali eżistenti. Il-proċeduri ta’ ksur u infurzar f’dan ir-Regolament għandhom għalhekk iqisu r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/1999/4) (3) u l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 jipprovdi li l-BĊE, jew il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jkun seħħ l-allegat ksur, jista’ jibda proċedura ta’ ksur, jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq il-bażi ta’ mozzjoni għal dak il-għan indirizzata lill-BĊE mill-BĊN rilevanti, jew, indirizzata lill-BĊN rilevanti mill-BĊE, rispettivament. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) jiżgura li l-prinċipju ta’ ne bis in idem jiġi rispettat fir-rigward tal-proċeduri ta’ ksur u jipprevedi li ma tistax tinbeda aktar minn proċedura waħda ta’ ksur kontra l-istess impriża bbażata fuq l-istess fatti. Għal dan il-għan, l-ebda deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinbeda proċedura ta’ ksur ma għandha tittieħed mill-BĊE jew mill-BĊN kompetenti sakemm dawn ikunu infurmaw lil u kkonsultaw ma’ xulxin. Bl-istess mod, l-ebda deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinbeda proċedura ta’ ksur ma għandha tittieħed mill-BĊE jew mill-BĊN kompetenti sakemm il-BĊN kompetenti jkun informa lill-awtorità nazzjonali kompetenti (ANK), li tiġbor tagħrif statistiku u tittrażmetti tali tagħrif lill-BĊN kompetenti fuq il-bażi ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali. Bl-istess mod, f’każijiet fejn l-informazzjoni superviżorja tintuża biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku, tista’ tkun meħtieġa koordinazzjoni mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), qabel ma tinbeda proċedura ta’ ksur jew tiġi imposta sanzjoni. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) jistabbilixxi wkoll il-proċedura għas-sottomissjoni ta’ proposta mill-unità investigattiva indipendenti tal-BĊE jew mill-BĊN kompetenti lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk l-aġent li jirrapporta kkonċernat wettaqx ksur u jispeċifika l-ammont tas-sanzjoni li għandha tiġi imposta, u jippermetti proċedura ta’ ksur simplifikata għas-sanzjonar ta’ ksur minuri. |
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat approċċ konsistenti lejn l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fid-diversi oqsma statistiċi, li jiġu definiti b’mod ċar ir-rwoli tal-BĊE u l-BĊNi fi proċeduri ta’ ksur, u li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet proċedurali kollha li jikkonċernaw il-bidu ta’ proċedura ta’ ksur u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fil-qasam tal-istatistika jkunu definiti b’mod ċar, fl-interess li jiġi żgurat proċess ġust u jiġu protetti d-drittijiet tal-aġenti li jirrapportaw ikkonċernati. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-aġenti li jirrapportaw, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandha tadotta approċċ armonizzat għall-elementi li għandhom jitqiesu fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar tal-istatistika u fil-valutazzjoni tal-allegat ksur, għall-proċedura ta’ ksur innifisha, u għall-kalkolu u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar. Għal din ir-raġuni, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li każijiet ripetuti ta’ allegat ksur ta’ kwalunkwe mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istess regolament jew deċiżjoni tal-BĊE għandhom jiġu mmonitorjati u rrapportati lill-BĊE jew lill-BĊN kompetenti, skont il-każ. |
(7) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli armonizzati għall-applikazzjoni ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali fejn il-BĊN kompetenti jittrażmetti tagħrif statistiku lill-BĊE li jkun ġabar mingħand ANK, minflok direttament mingħand l-aġent li jirrapporta. L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali ma għandhomx, bl-ebda mod, joperaw biex ibiddlu jew jillimitaw id-dmir tal-aġent li jirrapporta li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu skont regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE. Il-qafas legali dwar is-sanzjonar ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku huwa applikabbli bis-sħiħ f’każijiet bħal dawn. Madankollu, għandu jkun hemm biżżejjed komunikazzjoni bejn il-BĊN kompetenti u l-ANK rilevanti rigward il-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu skont dan il-qafas, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta’ ne bis in idem. |
(8) |
Bl-eċċezzjoni ta’ każijiet ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (4), li għalihom il-pjanijiet ta’ rimedju jitqiesu li mhumiex xierqa biex jirrimedjaw il-ksur allegat fil-ħin xieraq minħabba l-frekwenza għolja ta’ rapportar tat-tagħrif statistiku rilevanti, u każijiet ta’ mġiba ħażina serja, jista’ jkun possibbli u xieraq li l-ksur allegat jiġi solvut permezz ta’ kooperazzjoni mal-aġent li jirrapporta. Għaldaqstant, il-possibbiltà li jintlaħaq ftehim dwar pjan ta’ rimedju, bejn il-BĊN kompetenti jew il-BĊE u l-aġent li jirrapporta, għandha tiġi ffaċilitata. Dak il-pjan ta’ rimedju jista’ jispeċifika wkoll, inter alia, il-metodoloġiji, il-proċessi, ir-riżorsi, u l-persunal li permezz tagħhom l-aġent li jirrapporta jipproponi li jirrimedja kull ksur allegat, il-proċessi ta’ rieżami u ta’ sorveljanza li l-aġent li jirrapporta se juża għar-rimedju u t-titjib proċedurali biex titnaqqas il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ksur mill-aġent li jirrapporta. |
(9) |
Fl-istess ħin, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u titqies l-applikazzjoni prattika ta’ proċedura ta’ ksur, għandhom jinbdew proċeduri ta’ ksur f’każijiet ta’ allegat ksur mhux ikkunsidrat bħala allegat ksur kumulattiv kif jitqies xieraq, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti tal-każ speċifiku. |
(10) |
Peress illi s-SEBĊ huwa ggwidat mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa xieraq li jitqiesu ċ-ċirkostanzi potenzjali li jistgħu jiġu kkunsidrati li huma lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta u li tiġi prevista eżenzjoni għall-bidu tal-proċedura ta’ ksur f’ċirkostanzi bħal dawn. Tali eżenzjoni għandha tapplika biss għal dawk l-aġenti li jirrapportaw li jkunu għamlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jevitaw kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar. Barra minn hekk, l-esternalizzazzjoni minn aġenti li jirrapportaw ta’ ċerti attivitajiet rilevanti għat-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar tagħhom jew diffikultajiet biex iżommu jew jaġġornaw l-infrastruttura tal-IT tagħhom ma għandhiex, fiha nnifisha, titqies li tammonta għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta. Bl-istess mod, il-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti ma għandux jikkunsidra ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta f’każijiet ta’ mġiba ħażina serja. |
(11) |
Għal raġunijiet ta’ kost-effiċjenza u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, m’għandhiex tinbeda proċedura ta’ ksur taħt l-ammonti minimi potenzjali ta’ multi indikati f’dan ir-Regolament. Minkejja dan, ladarba jinbdew, jistgħu jiġu imposti ammonti ta’ multi taħt dawk indikati f’dan ir-Regolament. |
(12) |
Approċċ armonizzat għandu japplika għar-rekwiżiti kollha ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE. Sabiex jingħata biżżejjed żmien lill-aġenti li jirrapportaw biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda ta’ rapportar, is-setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet ma għandhiex tiġi eżerċitata mill-BĊE għal perjodu ta’ 12-il xahar wara li l-obbligu ta’ rapportar jinħoloq għall-ewwel darba skont regolament jew deċiżjoni applikabbli tal-BĊE. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi previst li emendi għar-rekwiżiti ta’ rapportar li jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti jew jaffettwaw il-piż tar-rapportar għandhom jitqiesu sostantivi għall-finijiet ta’ arranġamenti tranżitorji. L-ebda perjodu tranżitorju ma għandu japplika għal każijiet ta’ mġiba ħażina serja. |
(13) |
Sabiex jiġu armonizzati l-proċeduri ta’ ksur għar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku, u tiġi żgurata t-trasparenza, huwa xieraq li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi qafas armonizzat li fih jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet fuq l-aġenti li jirrapportaw f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi rrevokata d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (5). Madankollu, sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċarezza, id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 għandha tkompli tapplika għal ksur allegat li jseħħ qabel id-data tal-applikazzjoni rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
(14) |
Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq li jiġi previst li l-BĊNi kompetenti u l-BĊE għandhom ikomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni BĊE/2010/10 f’każijiet ta’ allegat ksur li jseħħ qabel id-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ripetut fejn wieħed jew aktar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità iseħħu qabel u wara d-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Sabiex il-BĊNi jingħataw żmien biżżejjed biex jaġġustaw għall-bidliet proċedurali u tekniċi li għandhom jiġu introdotti mill-qafas armonizzat il-ġdid stabbilit f’dan ir-Regolament, m’għandux japplika għal perjodu ta’ 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, huwa xieraq u adattat li dan ir-Regolament jiġi applikat aktar fil-pront għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) minħabba li huwa kritiku li jiġi rċevut tagħrif statistiku f’waqtu, preċiż u komplut għat-twettiq tal-kompiti tal-BĊE fil-qasam tal-politika monetarja, u nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku jistgħu jfixklu b’mod sinifikanti t-twettiq ta’ tali kompiti. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas armonizzat li fih jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stabbiliti mir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE. B’mod partikolari, huwa jistabbilixxi l-ambitu tal-monitoraġġ tal-konformità mill-aġenti li jirrapportaw ma’ dawk ir-rekwiżiti u jiddefinixxi l-proċeduri li ġejjin li għandhom jiġu applikati mill-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti:
1. |
proċedura ta’ monitoraġġ u reġistrazzjoni; |
2. |
proċedura ta’ rapportar; |
3. |
proċedura ta’ notifika |
4. |
l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rimedju; |
5. |
proċedura ta’ ksur. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
‘bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti’ tfisser il-BĊN kompetenti jew, fil-każ ta’ rapportar dirett, il-BĊE; |
2. |
‘BĊN kompetenti’ tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jkun seħħ l-allegat ksur; |
3. |
‘ksur allegat kumulattiv’ tfisser serje ta’ allegat ksur elenkat taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament li jseħħ fir-rigward ta’ rekwiżit wieħed jew aktar ta’ rapportar statistiku skont l-istess regolament jew deċiżjoni tal-BĊE; |
4. |
‘rapportar dirett’ tfisser rapportar minn aġenti li jirrapportaw ta’ tagħrif statistiku direttament lill-BĊE skont id-deċiżjoni ta’ BĊN kompetenti bis-saħħa ta’ regolament jew deċiżjoni tal-BĊE; |
5. |
‘lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta’ tfisser avveniment estern imprevedibbli lil hinn mill-kontroll raġonevoli ta’ aġent li jirrapporta, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha għall-kuntrarju; |
6. |
‘aġenti li jirrapportaw’ tfisser ‘aġenti li jirrapportaw kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
7. |
‘ksur’ tfisser ‘ksur’ kif definit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98; |
8. |
‘sanzjonijiet’ tfisser ‘sanzjonijiet’ kif definit fl-Artikolu 1(7) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98; |
9. |
‘rekwiżiti ta’ rapportar statistiku’ tfisser ‘ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE’ kif definiti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
10. |
‘ksur allegat’ tfisser nuqqas ta’ konformità minn aġent li jirrapporta mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku ta’ regolament jew deċiżjoni tal-BĊE li:
|
Artikolu 3
Monitoraġġ u reġistrazzjoni
1. Il-BĊNi kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku minn aġenti li jirrapportaw fuq bażi kontinwa u għandhom jirreġistraw ksur allegat ta’ dawk ir-rekwiżiti f’sistema dedikata. Kull BĊN kompetenti għandu jżomm tali sistema għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-BĊE għandu jissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku minn aġenti li jirrapportaw f’każijiet ta’ rapportar dirett fuq bażi kontinwa, bil-kooperazzjoni tal-BĊN kompetenti fuq talba mill-BĊE u għandu jirreġistra ksur allegat ta’ dawk ir-rekwiżiti f’sistema ddedikata. Il-BĊE għandu jżomm dik is-sistema għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
3. Meta aġent li jirrapporta jiddikjara li ksur allegat huwa dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta, il-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti għandu jirreġistra l-pretensjoni meta jirreġistra d-dettalji tal-ksur allegat.
4. Fejn bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti jidentifika aktar minn allegat ksur wieħed tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku mill-istess aġent li jirrapporta, għandu jirreġistra kull ksur allegat separatament.
Artikolu 4
Arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali
1. Meta BĊN kompetenti jirrapporta tagħrif statistiku lill-BĊE li jkun ġabar permezz ta’ awtorità nazzjonali kompetenti (ANK) skont arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali, dak il-BĊN kompetenti għandu jiżgura li t-tagħrif miġbur u trażmess permezz tal-ANK rispettiva jippermetti l-monitoraġġ effettiv tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku.
2. Meta aġent li jirrapporta jipprovdi tagħrif statistiku lill-BĊN kompetenti permezz ta’ ANK skont arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali qabel il-bidu ta’ proċedura ta’ ksur, il-BĊN kompetenti għandu jikkomunika mal-ANK rilevanti biex jikseb informazzjoni dwar jekk l-allegat ksur seħħx bħala riżultat ta’ azzjonijiet jew nuqqas ta’ azzjonijiet mill-aġent li jirrapporta u biex jiżgura li ma tinbediex aktar minn proċedura waħda ta’ ksur ibbażata fuq l-istess fatti kontra l-istess aġent li jirrapporta.
3. Meta aġent li jirrapporta jipprovdi tagħrif statistiku lill-BĊN kompetenti permezz ta’ ANK skont arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali, il-BĊN kompetenti għandu jinforma lill-ANK rilevanti f’każijiet fejn ikun ġie ssottomess pjan ta’ rimedju msemmi fl-Artikolu 7 mill-aġent li jirrapporta u approvat mill-ANK kompetenti, kif ukoll jekk ġiex implimentat b’suċċess jew le, u f’każijiet fejn tkun ġiet imposta sanzjoni fuq aġent li jirrapporta mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
Artikolu 5
Rapportar
1. Il-BĊNi kompetenti għandhom jirrapportaw minnufih lill-BĊE kull ksur allegat li ġej:
(a) |
kwalunkwe ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kuljum; |
(b) |
tliet każijiet jew aktar ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kull xahar fi żmien sitt xhur konsekuttivi; |
(c) |
tliet każijiet jew aktar ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar trimestrali fi żmien erba’ trimestri konsekuttivi; |
(d) |
żewġ każijiet konsekuttivi jew aktar ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar semi-annwali; |
(e) |
kwalunkwe ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar annwali. |
Għall-finijiet tar-rapportar ta’ ksur allegat skont dan il-paragrafu, il-BĊNi kompetenti għandhom jirreġistraw dak il-ksur allegat fl-istess sistema ddedikata kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).
2. Il-BĊNi kompetenti għandhom jirrapportaw kull waħda mill-każijiet ta’ imġiba ħażina serja li ġejja lill-BĊE hekk kif tiġi identifikata:
(a) |
kwalunkwe nuqqas sistematiku jew intenzjonat ta’ rapportar ta’ tagħrif statistiku lill-BĊN kompetenti fi żmien l-iskadenza preskritta; |
(b) |
kwalunkwe nuqqas sistematiku jew intenzjonat ta’ rapportar ta’ tagħrif statistiku korrett jew komplut; |
(c) |
kwalunkwe nuqqas sistematiku jew intenzjonat ta’ konformità mal-forma preskritta tar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku; |
(d) |
kull nuqqas ta’ kooperazzjoni effettiva mal-BĊN kompetenti jew fl-applikazzjoni ta’ grad raġonevoli ta’ diliġenza. |
Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ imġiba ħażina serja, il-BĊN kompetenti jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-aġent li jirrapporta.
Għall-finijiet tar-rapportar ta’ imġiba ħażina serja skont dan il-paragrafu, il-BĊNi kompetenti għandhom jirreġistraw l-imġiba ħażina serja fl-istess sistema ddedikata kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).
3. Il-BĊE għandu jinforma lill-BĊN kompetenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe ksur allegat jew imġiba ħażina serja msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jkun identifika f’każijiet ta’ rapportar dirett u għandu jirreġistra dak il-ksur allegat jew l-imġiba ħażina serja fl-istess sistema ddedikata kif imsemmi fl-Artikolu 3(2).
Artikolu 6
Notifika
1. Qabel il-bidu ta’ proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 8, il-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti għandu jipprovdi lill-aġent li jirrapporta kkonċernat bi twissija permezz ta’ notifika bil-miktub ta’ mill-inqas dan li ġej:
(a) |
in-natura tal-ksur allegat; |
(b) |
il-possibbiltà li tinbeda proċedura ta’ ksur u l-possibbiltà, f’tali każ, li tiġi imposta sanzjoni fuq l-aġent li jirrapporta; |
(c) |
li l-aġent li jirrapporta għandu l-opportunità li jipprovdi raġunijiet, inkluż li l-allegat ksur kien dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta; |
(d) |
li l-ksur allegat għandu jiġi kkoreġut, jekk mhux diġà kkoreġut, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku; u |
(e) |
fejn rilevanti, li l-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema jista’ japprova pjan ta’ rimedju, jekk jiġi ppreżentat, li għandu jiġi implimentat mill-aġent li jirrapporta. |
2. Fejn bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti jkun identifika każ ta’ imġiba ħażina serja skont l-Artikolu 5(2), huwa għandu jikkuntattja lill-aġent li jirrapporta kkonċernat, bil-miktub, biex jinnotifika lil dak l-aġent li jirrapporta dwar mill-inqas dan li ġej:
(a) |
in-natura tal-imġiba ħażina serja; |
(b) |
li ser tinbeda proċedura ta’ ksur u l-possibbiltà, f’tali każ, li tista’ tiġi imposta sanzjoni fuq l-aġent li jirrapporta; |
(c) |
li l-aġent li jirrapporta għandu l-opportunità li jagħti raġunijiet; u |
(d) |
li l-imġiba ħażina serja għandha tiġi kkoreġuta mill-aġent li jirrapporta sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżit tar-rapportar statistiku u, fejn rilevanti, sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva mal-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti, mingħajr dewmien. |
3. Il-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema għandu jipprovdi lill-aġent li jirrapporta in-notifika bil-miktub msemmija fil-paragrafi 1 u 2 kemm jista’ jkun malajr wara l-okkorrenza tal-ksur allegat jew wara li l-imġiba ħażina serja saret magħrufa għall-ewwel darba minn dak il-bank ċentrali tal-Eurosistema. Fejn ikun hemm allegat ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kuljum, il-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti għandu jipprovdi tali avviż, kull fejn ikun prattiku, qabel ma jseħħ allegat ksur kumulattiv.
Artikolu 7
Pjan ta’ rimedju
1. Wara l-għoti ta’ twissija ta’ allegat ksur skont l-Artikolu 6(1), u ladarba jkun intlaħaq il-limitu għal allegat ksur kumulattiv imsemmi fl-Artikolu 8(2), il-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema għandu jinnotifika lill-aġent li jirrapporta ikkonċernat li jista’ jissottometti pjan ta’ rimedju.
2. Fi żmien 60 jum kalendarju min-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema jista’ japprova pjan ta’ rimedju sottomess minn aġent li jirrapporta skont dan l-Artikolu.
3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
imġiba ħażina serja kif imsemmija fl-Artikolu 5(2); jew |
(b) |
allegat ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). |
4. Pjan ta’ rimedju għandu jitħejja mill-aġent li jirrapporta u għandu mill-inqas:
(a) |
jiddikjara r-raġunijiet għall-allegat ksur; |
(b) |
jistabbilixxi l-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu mill-aġent li jirrapporta, inkluża dispożizzjoni biex jiġi ssottomess it-tagħrif statistiku korrett jew nieqes mingħajr dewmien; |
(c) |
jinkludu skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b); u |
(d) |
jinkludu d-dettalji tal-persuna/i ta’ kuntatt responsabbli. |
5. Il-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti għandu jivvaluta pjan ta’ rimedju ppreżentat skont il-paragrafu 4 mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 12-il jum kalendarju mid-data ta’ tali sottomissjoni, u, meta jkun applikabbli, b’kunsiderazzjoni xierqa għal kwalunkwe kumment ipprovdut mill-BĊE skont il-paragrafu 7, għandu jew:
(a) |
japprova l-pjan u jistabbilixxi skadenza finali ta’ mhux aktar minn 60 jum kalendarju għall-implimentazzjoni ġenerali ta’ dak il-pjan mid-data tal-approvazzjoni tiegħu; jew |
(b) |
fejn il-pjan ma jkunx biżżejjed biex jirrimedja l-ksur allegat, jitlob li l-aġent li jirrapporta jħejji u jissottometti pjan ta’ rimedju rivedut, dment li dak il-pjan rivedut jiġi ppreżentat fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-data ta’ tali talba. |
6. Meta pjan ta’ rimedju rivedut jiġi sottomess fi żmien l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 5, il-punt (b), il-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema għandu jivvalutah mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 8 ijiem tal-kalendarju mid-data ta’ tali sottomissjoni, u, fejn ikun applikabbli, b’kunsiderazzjoni xierqa għal kwalunkwe kumment ipprovdut mill-BĊE skont il-paragrafu 7, għandu jew:
(a) |
japprova l-pjan ta’ rimedju rivedut u jistabbilixxi skadenza finali ta’ mhux aktar minn 42 jum kalendarju għall-implimentazzjoni ġenerali ta’ dak il-pjan mid-data tal-approvazzjoni tiegħu; jew |
(b) |
fejn il-pjan ta’ rimedju rivedut mhuwiex biżżejjed biex jirrimedja l-allegat ksur, jirrifjutah u jibda proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 8. |
7. BĊN kompetenti għandu jissottometti kwalunkwe pjan ta’ rimedju jew kwalunkwe pjan ta’ rimedju rivedut li jirċievi skont dan l-Artikolu lill-BĊE mingħajr dewmien. Fejn il-BĊE jikkunsidra li l-pjan mhuwiex biżżejjed biex jirrimedja l-allegat ksur, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
fil-każ ta’ pjan ta’ rimedju kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-BĊN kompetenti għandu jitlob li l-aġent li jirrapporta jipprepara u jissottometti pjan ta’ rimedju rivedut fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data ta’ tali talba; u |
(b) |
fil-każ ta’ pjan ta’ rimedju rivedut kif imsemmi fil-paragrafu 6, il-BĊN kompetenti għandu jirrifjutah u jibda proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 8. |
8. Meta bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti japprova pjan ta’ rimedju skont il-paragrafu 5 jew 6, huwa għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan u jivverifika jekk il-miżuri korrettivi tiegħu ġewx applikati b’mod effettiv u mingħajr dewmien.
9. Bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti jista’ jestendi l-iskadenza għall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rimedju approvat skont il-paragrafu 5 jew 6, darba, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u sakemm l-aġent li jirrapporta juri li l-pjan ta’ rimedju qed jiġi implimentat b’mod effettiv. Kwalunkwe estensjoni għandha tkun limitata għall-perjodu li l-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti jqis meħtieġ biex l-aġent li jirrapporta jimplimenta l-pjan ta’ rimedju, u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn 30 jum kalendarju mill-jum wara li tkun għaddiet l-iskadenza finali msemmija fil-paragrafu 5 jew 6, skont il-każ.
10. Il-BĊNi kompetenti u l-BĊE għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kwalunkwe pjan ta’ rimedju miftiehem ma’ aġent li jirrapporta hekk kif tali pjan jiġi approvat u jżommu lil xulxin infurmati dwar l-implimentazzjoni ta’ kull pjan.
11. Fejn pjan ta’ rimedju jiġi approvat u implimentat skont dan l-Artikolu, il-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti m’għandux jibda proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 8 fir-rigward tal-istess ksur allegat mill-istess aġent li jirrapporta qabel l-iskadenza finali msemmija fil-paragrafu 5 jew 6, kif applikabbli, tkun skadiet, suġġett għal kwalunkwe estensjoni mogħtija skont il-paragrafu 9.
12. Fejn aġent li jirrapporta jonqos milli jikkonforma ma’ skadenza kif imsemmi fil-paragrafu 5 jew 6, jew kwalunkwe skadenza estiża mogħtija taħt il-paragrafu 9, jew fejn l-allegat ksur ma jiġix rimedjat sal-iskadenza finali msemmija fil-paragrafu 5 jew 6 jew kwalunkwe skadenza estiża mogħtija taħt il-paragrafu 9 kif applikabbli, il-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti għandu jibda proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 8.
13. Minkejja l-paragrafi 1 sa 12, il-banek ċentrali tal-Eurosistema kompetenti għandhom ikomplu jimmonitorjaw il-ksur allegat wieħed jew aktar li huma s-suġġett ta’ pjan ta’ rimedju u l-konformità mill-aġenti li jirrapportaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku, u jkomplu jirreġistraw u jirrapportaw kwalunkwe ksur allegat skont l-Artikoli 3 u 5.
Artikolu 8
Proċedura ta’ ksur
1. Il-BĊNi kompetenti jew il-BĊE għandhom jibdew proċedura ta’ ksur kontra aġent li jirrapporta f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
imġiba ħażina serja kif imsemmija fl-Artikolu 5(2); |
(b) |
allegat ksur kumulattiv tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) kif imsemmi fil-paragrafu 2; |
(c) |
ksur allegat kumulattiv kif imsemmi fil-paragrafu 2, fejn l-ebda pjan ta’ rimedju ma jkun ġie sottomess skont l-Artikolu 7 jew fejn il-pjan ta’ rimedju jew il-pjan ta’ rimedju rivedut sottomess mill-aġent ta’ rapportar ma jkunx ġie approvat mill-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti skont l-Artikolu 7(5) jew 7(6); jew |
(d) |
ksur kumulattiv allegat kif imsemmi fil-paragrafu 2, fejn l-iskadenza finali għall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rimedju jew pjan ta’ rimedju rivedut kif imsemmi fl-Artikolu 7(5) jew 7(6), kif applikabbli, jew l-estensjoni tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 7(9), ikun skada qabel ma n-nuqqas ta’ konformità jiġi rimedjat. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), il-ksur kumulattiv allegat għandu jinkludi kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
mill-inqas tliet każijiet ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kuljum fl-istess xahar jew mill-inqas ħames każijiet ta’ ksur allegat fi tliet xhur kalendarji konsekuttivi; |
(b) |
mill-inqas tliet każijiet ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kull xahar fi żmien sitt xhur konsekuttivi; |
(c) |
mill-inqas tliet każijiet ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar trimestrali fi żmien erba’ trimestri konsekuttivi; |
(d) |
kwalunkwe żewġ każijiet konsekuttivi ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar semi-annwali; |
(e) |
kwalunkwe żewġ każijiet konsekuttivi ta’ ksur allegat minn aġent li jirrapporta ta’ rekwiżiti ta’ rapportar annwali. |
3. Il-BĊNi kompetenti jew il-BĊE jistgħu jibdew proċedura ta’ ksur kontra aġent li jirrapporta f’każijiet ta’ ksur allegat mhux imsemmi fil-paragrafu 1. F’dawn il-każijiet, il-BĊN kompetenti jew il-BĊE għandu jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku meta jiddetermina jekk għandux jibda jew le proċedura ta’ ksur, inkluż dan li ġej fejn rilevanti:
(a) |
jekk l-aġent li jirrapporta weriex bona fide fl-interpretazzjoni u t-twettiq tar-rekwiżit tar-rapportar statistiku; |
(b) |
jekk l-aġent li jirrapporta weriex diliġenza u kooperazzjoni fl-interpretazzjoni u t-twettiq tar-rekwiżit tar-rapportar statistiku; |
(c) |
jekk l-aġent li jirrapporta weriex qerq maħsub fl-interpretazzjoni u t-twettiq tar-rekwiżit tar-rapportar statistiku; |
(d) |
is-serjetà tal-effetti tal-ksur allegat; |
(e) |
ir-ripetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul tal-ksur allegat; |
(f) |
kwalunkwe benefiċċju għall-aġent li jirrapporta li jirriżulta mill-allegat ksur; |
(g) |
id-daqs ekonomiku tal-aġent li jirrapporta; |
(h) |
jekk l-aġent li jirrapporta kienx suġġett għal sanzjonijiet minn qabel għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3, il-BĊNi kompetenti jew il-BĊE għandhom jibdew proċedura ta’ ksur skont dawn li ġejjin:
(a) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4); u |
(b) |
L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 2532/98. |
5. Il-BĊNi kompetenti jew il-BĊE jistgħu jibdew proċedura ta’ ksur anki meta l-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti jkun naqas milli jirreġistra jew jirrapporta l-ksur allegat skont l-Artikoli 3 u 5.
6. Ħlief fil-każijiet ta’ mġiba ħażina serja, BĊN kompetenti jew il-BĊE m’għandux jibda proċedura ta’ ksur fejn iqis li l-ksur allegat twettaq minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta. Meta jiddeterminaw jekk ksur allegat seħħx minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta, il-BĊNi kompetenti u l-BĊE għandhom iqisu, b’mod partikolari, jekk iċ-ċirkostanzi:
(a) |
kienu mhux tas-soltu biżżejjed; |
(b) |
kienu eċċezzjonali; |
(c) |
ma kinux prevedibbli; |
(d) |
jistgħu jiġu attribwiti għal kwalunkwe azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni tal-aġent li jirrapporta. |
Diffikultajiet tekniċi jew diffikultajiet relatati mal-manutenzjoni u t-titjib tal-infrastruttura tal-IT, inkluża infrastruttura tal-IT esternalizzata, ma għandhomx jitqiesu li huma lil hinn mill-kontroll tal-aġent li jirrapporta.
7. BĊN kompetenti jew il-BĊE m’għandux jibda proċedura ta’ ksur fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-multa potenzjali għall-allegat ksur x’aktarx ma taqbiżx EUR 10 000 fil-każ ta’ allegat ksur relatat ma’ nuqqas ta’ rapportar ta’ kwalunkwe tagħrif statistiku lill-BĊE jew lill-BĊN kompetenti sal-iskadenza applikabbli; jew |
(b) |
il-multa potenzjali għall-ksur allegat x’aktarx ma taqbiżx EUR 20 000 fil-każ ta’ ksur allegat relatat ma’ tagħrif statistiku li jkun żbaljat, mhux komplut jew f’forma li ma jikkonformax ma’ rekwiżit applikabbli. |
Fejn tkun inbdiet proċedura ta’ ksur, jistgħu jiġu imposti ammonti ta’ multi taħt dawk indikati fl-ewwel subparagrafu.
8. BĊN kompetenti jew l-BĊE ma għandhomx jibdew proċedura ta’ ksur kontra aġent li jirrapporta meta tkun inbdiet proċedura oħra ta’ ksur jew tkun ġiet imposta sanzjoni kontra l-istess aġent li jirrapporta abbażi tal-istess fatti.
9. BĊN kompetenti jew il-BĊE għandu jżomm rekords elettroniċi ta’ kull proċedura ta’ ksur li jkun beda skont dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Metodoloġija ta’ Sanzjonijiet
Il- BĊE għandu jadotta deċiżjoni dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tas-sanzjonijiet propost.
Artikolu 10
Reviżjoni
Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-applikazzjoni ġenerali u implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux iktar tard minn ħames snin mid-data meta jidħol fis-seħħ, u mbagħad kull tliet snin, u jivvaluta jekk għandux jiġi emendat.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-Artikolu 8 ma għandux japplika għal perjodu ta’ 12-il xahar wara l-ewwel rapportar skont regolament jew deċiżjoni tal-BĊE applikabbli fejn tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
it-tagħrif statistiku jiġi rrapportat għall-ewwel darba skont ir-regolament jew id-deċiżjoni tal-BĊE; |
(b) |
ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku ġew emendati sostantivament mir-regolament jew id-deċiżjoni tal-BĊE, b’tali mod li l-qafas kunċettwali sottostanti jinbidel jew jiġi affettwat il-piż tar-rapportar, u t-tagħrif statistiku korrispondenti jiġi rrapportat għall-ewwel darba minn tali emenda; |
(c) |
it-tagħrif statistiku jiġi rrapportat minn aġenti li jirrapportaw ġodda jew aġenti li jirrapportaw ta’ impriżi ġodda li qabel ma kinux soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar statistiku taħt l-istess qafas regolatorju. |
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każijiet ta’ mġiba ħażina serja msemmija fl-Artikolu 5.
3. Fejn iseħħ xi ksur allegat qabel id-data rilevanti ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif speċifikat fl-Artikolu 14, il-BĊN kompetenti jew il-BĊE għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni BĊE/2010/10 inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ripetut imsemmi fl-Artikolu 3(2), punt (b) ta’ dik id-Deċiżjoni, fejn wieħed jew aktar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità iseħħu qabel u wara d-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Applikazzjoni speċifika għal ksur ta’ rapportar statistiku tas-suq monetarju
F’każijiet ta’ ksur allegat tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48), il-BĊNi kompetenti u l-BĊE għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament mill-31 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 13
Revoka
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 qiegħda tiġi mħassra b’effett mill-31 ta’ Jannar 2023. Madankollu, għandha tkompli tapplika għal ksur allegat li jseħħ qabel id-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif speċifikat fl-Artikolu 14.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta’ April 2024, ħlief għall-Artikolu 12 li għandu japplika mill-31 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(3) Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21).
(4) Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97).
(5) Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).
DEĊIŻJONIJIET
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1918
tal-4 ta’ Ottubru 2022
li taħtar membru propost mir-Repubblika Franċiża, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Franċiż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. |
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Audrey ELLOUK BARDA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(4) |
Il-Gvern Franċiż ippropona lis-Sa Catherine BERTIN,, Fédération des entreprises du spectacle vivant, de la musique, de l’audiovisuel et du cinéma (FESAC) , bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Catherine BERTIN, Fédération des entreprises du spectacle vivant, de la musique, de l’audiovisuel et du cinéma (FESAC), hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1919
tas-6 ta’ Ottubru 2022
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/105 (EUTM RCA/3/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA. |
(2) |
Fid-19 ta’ Jannar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/105 (2) li ħatar lill-Brigadier Ġeneral Jacky CABO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA. |
(3) |
Fit-28 ta’ Lulju 2022, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1334 (3), il-Kunsill estenda l-mandat tal-EUTM RCA sal-20 ta’ Settembru 2023. |
(4) |
Fis-16 ta’ Settembru 2022, l-awtoritajiet Militari Portugiżi pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Lino Loureiro GONÇALVES bħala l-Kmandant li jmiss tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA malajr kemm jista’ jkun. Il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE appoġġa dik il-proposta. |
(5) |
Fit-23 ta’ Settembru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova l-proposta li saret mill-awtoritajiet Militari Portugiżi. |
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Lino Loureiro GONÇALVES bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-EUTM RCA. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/105 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Lino Loureiro GONÇALVES huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mill-10 ta’ Ottubru 2022.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/105 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2022.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/105 tad-19 ta’ Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435 (EUTM RCA/1/2022) (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 9).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1334 tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 27).
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1920
tas-26 ta’ Jannar 2022
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.59974 - 2021/C (ex 2020/N, ex 2020/PN) li r-Rumanija implimentat parzjalment għal Complexul Energetic Oltenia SA
(notifikata bid-dokument C(2022) 553)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a), tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti li waslu mingħand partijiet terzi matul il-proċedura,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Wara kuntatti ta’ qabel in-notifika (2), fl-4 ta’ Diċembru 2020 ir-Rumanija nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti għajnuna għar-ristrutturar lil Complexul Energetic Oltenia S.A. (“CE Oltenia”). |
(2) |
Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni informat lir-Rumanija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar. Ir-Rumanija ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet f’dik l-ittra fit-8 ta’ Marzu 2021. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (id-“deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fid-19 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti dwar dan is-suġġett fil-perjodu stabbilit mingħand il-partijiet terzi li ġejjin: l-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent (EEB), Bankwatch Romania/ClientEarth, u Greenpeace. Hija għaddiet dawk il-kummenti lir-Rumanija, li ngħatat l-opportunità tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2021. |
(5) |
Ir-Rumanija bagħtet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Mejju, fl-1 u fl-24 ta’ Ġunju, fl-14 ta’ Settembru, fil-21 ta’ Ottubru, u fid-9, fl-14, fil-15, fl-20, fil-21, fit-22 u fid-29 ta’ Diċembru 2021 u fl-20 u fil-21 ta’ Jannar 2022. |
(6) |
Ir-Rumanija, eċċezzjonalment, taqbel li tirrinunzja għad-drittijiet tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 342 TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill 1/1958 (4), u li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata skont l-Artikolu 297 TFUE bl-Ingliż (5). |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI
2.1. Benefiċjarju
(7) |
CE Oltenia hija impriża pubblika attiva fl-estrazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-fjuwils fossili u fil-provvista lokali tat-tisħin. Il-kumpanija ġiet stabbilita fit-12 ta’ Ottubru 2011 u ġiet irreġistrata fil-31 ta’ Mejju 2012, wara l-fużjoni ta’ erba’ kumpaniji: Complexul Energetic Craiova SA, Complexul Energetic Turceni SA, Complexul Energetic Rovinari SA u Societatea Nationala a Lignitului Oltenia SA. CE Oltenia ma tappartjenix għal grupp akbar ta’ negozji u ma hijiex ġestita flimkien ma’ impriżi pubbliċi oħrajn. Hija ċentru indipendenti ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-Istat. Skont l-awtoritajiet Rumeni, l-Istat Rumen, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Enerġija, jikkontrolla lil CE Oltenia b’sehem ta’ 77,15 %. Azzjonisti oħrajn jinkludu l-fond ta’ investiment Fondul Proprietatea SA (li għandu sehem ta’ 21,56 %) (6), u l-bqija tal-ishma huma proprjetà ta’ Electrocentrale Grup SA (0,84 %) u ta’ Inchidere si Conservare Mine (0,44 %). Il-bord superviżorju ta’ CE Oltenia għandu seba’ membri, li minnhom Fondul Proprietatea jista’ jaħtar tnejn biss, u l-kumpanija hija ġestita minn Direttorat (ħames membri, fosthom il-Maniġer Eżekuttiv Ġenerali maħtur mill-bord superviżorju). Id-deċiżjonijiet dwar aspetti importanti tan-negozju ta’ CE Oltenia bħall-baġit, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u deċiżjonijiet finanzjarji u kummerċjali oħrajn jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-azzjonisti. Fondul Proprietatea ma għandux drittijiet ta’ mblokkar jew ta’ veto fuqhom. Id-drittijiet ta’ Fondul Proprietatea huma dawk tipiċi ta’ azzjonisti minoritarji. Ċerti deċiżjonijiet bħall-bidliet fil-kapital azzjonarju sottoskritt jeħtieġu 90 % tal-voti fl-assemblea Ġenerali jew Straordinarja tal-Azzjonisti, u, għalhekk, jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ Fondul Proprietatea. Madankollu, il-parteċipazzjoni azzjonarja u r-rappreżentanza b’maġġoranza tal-Istat fil-bord superviżorju jippermettu lill-Istat Rumen jeżerċita kontroll effettiv u uniku fuq CE Oltenia. |
(8) |
CE Oltenia għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fil-Oltenia tal-Lbiċ (Sud-Vest Oltenia) (il-kodiċi NUTS 2 RO41), timpjega 12 268 membru tal-persunal fil-minjieri tagħha (Rovinari, Motru, Jilt u Mehedinti) u għandha impjanti tal-enerġija li jinsabu fil-kontej ta’ Dolj jew Gorj. Ir-rata tal-qgħad fir-reġjun hija ta’ 5,5 %, li hija ogħla mill-medja nazzjonali, li hija ta’ 3,4 %, kif ukoll l-ogħla fil-pajjiż (7). F’dawn l-aħħar snin, kif turi t-Tabella 1, ir-rata tal-qgħad fil-Oltenia tal-Lbiċ (8,2 % għal 5,5 % fis-snin 2015 sa 2020) baqgħet ogħla mir-rata nazzjonali tal-qgħad (5 % għal 3,4 % matul l-istess perjodu). Minkejja li hemm differenza żgħira fid-data ppreżentata fil-Eurostat (8) u fl-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika, ix-xejra turi li r-rata tal-qgħad fir-reġjun ikkonċernat għadha konsistentement ogħla minn dik nazzjonali. Tabella 1 Rata tal-qgħad tal-makroreġjuni, tar-reġjuni tal-iżvilupp u tal-pajjiż
|
(9) |
Skont ir-Rumanija, dawn ir-rati għoljin tal-qgħad huma akkumpanjati mid-diffikultà fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fir-reġjun. Il-Pjan Territorjali ta’ Tranżizzjoni Ġusta tal-Kontea ta’ Gorj (9) juri li hemm ċertu nuqqas ta’ rieda fost il-popolazzjoni ta’ bejn 45 u 65 sena, li qabel kienu impjegati fis-settur tal-estrazzjoni u tal-enerġija sabiex jibbenefikaw minn irtirar bikri u/jew minn benefiċċji kumpensatorji, sabiex jitħarrġu mill-ġdid u jfittxu impjiegi b’mod attiv. L-effett negattiv huwa enfasizzat mill-kurrikulu tal-iskejjel, li ma jaqbilx mar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol lokali, attwali jew futur, bl-impjegaturi li jsemmu l-ħtieġa għal edukazzjoni addizzjonali fid-diġitalizzazzjoni, fl-awtomatizzazzjoni tal-proċessi tar-robotika, fl-intelliġenza artifiċjali, eċċ. |
(10) |
CE Oltenia tipproduċi l-elettriku f’erba’ impjanti tal-enerġija. Dawn huma Rovinari b’erba’ unitajiet li jammontaw għal 1 320 MW li għandhom aktar minn 40 sena, Turceni (erba’ unitajiet, 1 320 MW, li għandhom 33 sena), Ișalnița (żewġ unitajiet, 630 MW, li għandhom 50 sena) u Craiova II (żewġ unitajiet, 300 MW f’koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija, li għandhom 30 sena). Chișcani, il-ħames impjant b’kapaċità ta’ 415-il MW, ma huwiex funzjonali. CE Oltenia hija attiva fis-swieq tal-elettriku bl-ingrossa u bl-imnut u tbigħ ukoll it-tisħin lill-belt ta’ Craiova. L-impjanti tal-enerġija tagħha jaħdmu bil-linjite sa 99,5 % tal-produzzjoni tal-elettriku tagħha. Hija testratta l-linjite mill-minjieri miftuħin tagħha stess għall-konsum proprju jew għall-bejgħ lil produtturi oħrajn tal-elettriku (10). Tipprovdi wkoll tisħin u misħun domestiku lil madwar 300 000 abitant ta’ Craiova. |
(11) |
Skont ir-regolatur nazzjonali tal-enerġija ANRE (Autoritatea Națională de Reglementare in Domeniul Energiei), l-akbar produtturi tal-enerġija Rumeni huma Hidroelectrica (sehem mis-suq ta’ 31,3 %), segwita minn Nuclearelectrica (18,09 %) u, fit-tielet pożizzjoni, CE Oltenia (14,08 %) (11). It-tliet kumpaniji kollha huma kkontrollati mill-Istat Rumen. |
(12) |
Ir-Rumanija tissottometti li CE Oltenia għandha rwol importanti fis-suq tal-elettriku Rumen. L-operat ta’ CE Oltenia huwa importanti wkoll għal raġunijiet ta’ sikurezza u ta’ adegwatezza tas-Sistema Nazzjonali tal-Enerġija (“NES”). Is-sistema tal-enerġija Rumena tinsab fin-naħa tal-Lvant tas-Sistema Kontinentali Ewropea, li topera simultanjament fil-fruntieri mal-Bulgarija, mas-Serbja, mal-Ungerija u fil-parti tal-Lbiċ tal-Ukrajna. L-importazzjonijiet tal-elettriku huma mxekklin mill-fatt li s-sistema tal-enerġija Ungeriża għandha defiċit tal-enerġija meta t-tagħbija tkun fl-eqqel sigħat u l-użu tal-kapaċità tal-offerti fil-fruntiera tal-Ukrajna jiddependi mill-qbil bil-miktub tal-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni (TSO) fl-Ukrajna. Barra minn hekk, il-bilanċ annwali tal-pajjiżi fir-reġjun huwa fil-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet tal-elettriku kemm għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi mhux tal-UE. Għalhekk, kull meta jkun hemm defiċit tal-enerġija fl-NES, ir-riżorsi jkunu limitati fis-sistemi ġirien ukoll. |
(13) |
Ir-Rumanija tissottometti li, fil-każ ta’ għeluq tal-faċilitajiet ta’ CE Oltenia, ikun hemm riskju imminenti u realistiku ta’ interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku essenzjali, li jistgħu jikkawżaw tfixkil ekonomiku b’konsegwenzi dannużi għar-Rumanija. F’dan ir-rigward, analiżi (12) mwettqa minn OPCOM (13) - l-operatur Rumen tas-suq tal-elettriku u tal-gass – turi wkoll li l-għeluq ta’ CE Oltenia jwassal għall-irduppjar tal-prezz medju annwali tal-elettriku fis-Suq ta’ Ġurnata bil-Quddiem u għal żieda ta’ 70 % fil-prezzijiet fis-Suq Ċentralizzat għal Kuntratti Bilaterali. |
(14) |
Barra minn hekk, f’Mejju 2021, it-TSO Rumen, CNTEE Transelectrica S.A. (“Transelectrica”), wettaq analiżi tal-adegwatezza tal-NES taħt is-suppożizzjoni tal-għeluq totali tal-kapaċità tal-enerġija ta’ CE Oltenia fl-2022, filwaqt li kompla jopera tliet unitajiet f’Rovinari fl-2021. Il-konklużjoni kienet li l-NES ikollha problema kbira ta’ adegwatezza peress li ma jibqax ikollha r-riżorsi neċessarji sabiex tkopri l-konsum nazzjonali tal-elettriku anke meta jitqies l-użu massimu tal-kapaċità ta’ importazzjoni transfruntiera. |
(15) |
Skont ir-Rumanija, il-falliment ta’ CE Oltenia jkun jirriżulta fit-telf dirett ta’ aktar minn 12 000 impjieg u f’telf indirett sinifikanti ta’ impjiegi meta wieħed iqis in-numru kbir ta’ sħab attwali fil-katina tal-valur. |
(16) |
Ir-Rumanija tissottometti wkoll li CE Oltenia hija waħda mill-fornituri ewlenin tas-servizzi anċillari teknoloġiċi għal Transelectrica permezz tal-parteċipazzjoni fi rkanti organizzati mit-TSO. Għaldaqstant, il-kumpanija hija importanti sabiex tipprovdi servizzi anċillari, li permezz tagħhom TSO jista’ jixtri minn riżervi tal-produtturi tal-enerġija sabiex ikopri t-telf tan-network, u b’hekk tippermetti li s-sistema tkun sigura. |
(17) |
Ir-Rumanija għandha interkonnessjonijiet tal-elettriku mal-Bulgarija u mal-Ungerija kif ukoll ma’ pajjiżi terzi inkluża l-Ukrajna, li hija konnessa mal-Polonja u mas-Serbja, filwaqt li s-Serbja, min-naħa tagħha, hija konnessa mal-Kroazja. Ir-Rumanija regolarment tesporta u timporta l-elettriku. Huma ppjanati jew qegħdin jiġu implimentati diversi proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni bl-għan li tiżdied l-interkonnessjoni tar-Rumanija mal-Bulgarija u mas-Serbja. |
(18) |
Ir-Rumanija tissottometti wkoll li skont id-data għall-2019, CE Oltenia kellha relazzjonijiet kummerċjali ma’ madwar 120 kumpanija mill-Kontea ta’ Gorj. B’kollox, l-ammonti tal-fatturat tagħhom, skont il-karti tal-bilanċ sottomessi lill-Ministeru tal-Finanzi għall-2019 huma ta’ madwar RON 1 082 miljun (madwar EUR 218-il miljun). Skont l-istess sors, CE Oltenia kellha fatturat ta’ RON 3 116-il miljun (madwar EUR 630 miljun) fl-2019. Skont l-informazzjoni mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika, il-fatturat tal-kumpaniji kollha fil-Kontea ta’ Gorj fl-2019 kien ta’ madwar RON 9 100 miljun (madwar EUR 1 840 miljun). Għalhekk, CE Oltenia u l-120 fornitur ewlieni jsostnu l-ekonomija tal-kontea b’madwar 50 %. Barra minn hekk, kważi nofs is-sħab kummerċjali ta’ CE Oltenia (bħal kumpaniji tas-sigurtà, fornituri ta’ servizzi għal tagħmir tal-estrazzjoni, għat-trasport jew għall-kiri ta’ tagħmir għal xogħlijiet) jiddependu fuq il-kumpanija fil-proporzjon indikattiv ta’ 70 % u sa 90 %. […] (*1). |
(19) |
Skont ir-Rumanija, il-kriżi attwali tal-COVID-19 affettwat lil CE Oltenia. Ir-Rumanija tissottometti li l-prodott domestiku gross tagħha naqas b’madwar 4 % fl-2020 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. L-aktar setturi affettwati kienu s-servizzi, il-kostruzzjoni u l-industrija. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) (14), il-pandemija tal-COVID-19 b’mod ġenerali wasslet għal tnaqqis fid-domanda għall-elettriku xprunat minn tnaqqis drammatiku fis-servizzi u fl-industrija speċjalment matul il-perjodi ta’ lockdown. |
(20) |
Fil-każ ta’ CE Oltenia, ir-Rumanija tissottometti li l-produzzjoni tal-elettriku naqset minn 12,4 TWh għal 8,2 TWh bħala riżultat tat-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija, tad-disponibbiltà teknika tal-assi tal-produzzjoni u tal-qgħad temporanju tal-persunal. It-tnaqqis fid-domanda għall-elettriku rriżulta fi prezzijiet aktar baxxi, speċjalment fis-suq ta’ ġurnata bil-quddiem, u kultant laħaq l-aktar livelli baxxi ta’ anqas minn EUR 20/MWh li dehru fl-aħħar għaxar snin. Barra minn hekk, minħabba l-pandemija, CE Oltenia ġarrbet tfixkil tul il-katina tal-valur, eż. dewmien jew kanċellazzjonijiet fil-provvista ta’ spare parts u ta’ materjali mill-fornituri, li rriżultaw fi produzzjoni mnaqqsa jew xi kultant saħansitra waqfet kompletament. Wara li reġgħet bdiet il-produzzjoni tal-ispare parts, kien hemm żieda kbira fil-prezzijiet tagħhom, li wasslet għal terminazzjonijiet ta' kuntratti. Pereżempju, il-prezz tal-ispare parts tal-metall żdied bejn 100 % u 300 %, filwaqt li l-gass tal-metan żdied b’aktar minn 700 %. Fil-kuntest tal-kriżi, il-benefiċjarju kellu jadotta miżuri ta’ sikurezza, sabiex l-impjegati kkunsidraw li huma essenzjali jkomplu l-ħidma tagħhom mingħajr aktar interruzzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni. F’dan ir-rigward, madwar 10 % tal-impjegati kellhom il-kuntratti tagħhom sospiżi, li kien ugwali għal madwar 192 500 jum ta’ interruzzjoni fl-attività. |
2.2. Sfond tal-miżura
2.2.1. Għajnuna għas-salvataġġ
(21) |
Fi Frar 2020, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni l-pjanijiet tagħha li tagħti għajnuna għas-salvataġġ favur CE Oltenia. Fiż-żmien tan-notifika, it-telf stmat għall-2019 kien jammonta għal madwar RON 1,1 biljun (EUR 232 miljun) (15). Skont ir-Rumanija, dan it-telf kien ikkawżat prinċipalment minn: (i) in-nuqqas ta’ ġbir ta’ djun minn kumpaniji insolventi tal-Istat; (ii) varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju fuq is-self; (iii) iż-żieda sinifikanti fil-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (“il-kwoti ta’ CO2”) (16). Bid-deċiżjoni tagħha tal-24 ta’ Frar 2020 (17), il-Kummissjoni approvat is-self ta’ salvataġġ ta’ EUR 251 miljun favur CE Oltenia fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3),il-punt (c) tat-TFUE, kif interpretat mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (“il-Linji Gwida R&R”) (18). |
2.2.2. Id-diffikultajiet finanzjarji ta’ CE Oltenia u parti mill-għajnuna għar-ristrutturar implimentata
(22) |
Ir-Rumanija tissottometti li CE Oltenia hija impriża f’diffikultà peress li tissodisfa l-kriterji skont il-liġi nazzjonali sabiex titqiegħed fi proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza fuq it-talba tal-kredituri tagħha. B’konsegwenza ta’ dan, CE Oltenia ssodisfat it-tali kriterji minn tmiem l-2019 u, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, is-46 fornitur tagħha setgħu talbu l-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza. CE Oltenia ma għandhiex il-kapaċità tħallas lura s-self ta’ salvataġġ mogħti flimkien mal-imgħax u, konsegwentement, hija obbligata tinnotifika pjan ta’ ristrutturar, inkella awtomatikament tidħol f’likwidazzjoni skont il-liġi nazzjonali. |
(23) |
Ir-Rumanija ssostni li hemm diversi raġunijiet għad-diffikultajiet finanzjarji ta’ CE Oltenia. L-ewwel raġuni hija relatata mal-fatt li CE Oltenia topera erba’ impjanti tal-enerġija antiki li jaħdmu bil-linjite estratt f’disa’ minjieri tal-linjite. L-impjanti jeħtieġu manutenzjoni regolari għalja u investimenti għall-konformità ambjentali. It-tieni waħda hija relatata man-nuqqas ta’ kapital ta’ investiment minħabba l-kostijiet għoljin meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-regolamenti ambjentali (il-konformità mal-limiti fuq id-depożiti tal-irmied u tal-gagazza u mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet ta’ SO2, ta’ NOx u ta’ PM10). Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ambjentali tal-UE u dawk nazzjonali, CE Oltenia investiet madwar EUR 880 miljun mill-2008. Dan l-investiment għamilha impossibbli li jiġu ffinanzjati programmi ta’ investiment immirati lejn iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika u, b’hekk, lejn it-tnaqqis tal-kostijiet tal-emissjonijiet ta’ CO2 . |
(24) |
It-tielet raġuni għad-diffikultajiet tirriżulta mill-fatt li l-kumpaniji tal-Istat li jipproduċu l-enerġija fir-Rumanija huma organizzati skont it-tipi ta’ produzzjoni tal-enerġija, skont il-fjuwil użat, u għalhekk huma kumpaniji monofjuwil: l-idroenerġija (Hidroelectrica SA), l-enerġija nukleari (Nuclearelectrica SA), il-fjuwil fossili (CE Oltenia). Dan il-mudell flimkien mal-implimentazzjoni tas-sistema tal-kwoti ta’ CO2 wassal għal żbilanċi kompetittivi, li żvantaġġaw lil CE Oltenia. Skont il-mudell attwali, li fih l-uniku sors ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija ta’ CE Oltenia huwa l-linjite, huwa impossibbli għall-benefiċjarju li jilħaq l-istess livelli ta’ profittabbiltà bħall-kompetituri tiegħu, li għandhom kostijiet marġinali aktar baxxi tal-produzzjoni u li jużaw sorsi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija li jniġġsu anqas u, għalhekk, ma jġarrbu l-ebda kost jew iġarrbu kost anqas għall-kwoti tas-CO2 . |
(25) |
CE Oltenia għandha l-obbligu li ċċedi, mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, in-numru ta’ kwoti ta’ CO2 ugwali għall-kwantità totali ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra emessi matul is-sena kalendarja preċedenti. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu jiskatta penali ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 emessa li ma tkunx ġiet ċeduta (19). Il-prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2 kienu qegħdin jiżdiedu b’mod kostanti f’dawn l-aħħar snin u xhur, pereżempju, żdiedu għal aktar minn EUR 60/tunnellata ta’ CO2 f’Settembru 2021 u laħqu t-EUR 80/tunnellata ta’ CO2 f’Diċembru 2021 (20). |
(26) |
Barra minn hekk, ir-Rumanija tissottometti li raġuni oħra għall-problemi finanzjarji ta’ CE Oltenia hija relatata mal-istruttura tal-kostijiet tagħha. Il-kostijiet tal-persunal ammontaw għal 39 % tal-kostijiet operatorji totali għall-2020, filwaqt li l-ispejjeż tal-ħarsien tal-ambjent, li huma prinċipalment relatati max-xiri ta’ kwoti ta’ CO2 , kienu jirrappreżentaw 35 % tal-kost totali. Bħala riżultat ta’ din l-istruttura tal-kostijiet, il-kumpanija rreġistrat telf operatorju kull sena bejn l-2014 u l-2019 (bl-eċċezzjoni tal-2017). |
2.3. Miżuri
(27) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-għajnuna għar-ristrutturar lil CE Oltenia li tikkonsisti fl-għotja mill-Istat ta’ EUR 1 090 miljun, f’garanzija mill-gvern għal self ta’ EUR 195,8 miljun, ekwivalenti f’RON sa EUR 226 miljun ta’ injezzjoni ta’ kapital f’CE Oltenia, konverżjoni f’għotja tas-self ta’ salvataġġ li sar għajnuna għar-ristrutturar fl-ammont ta’ madwar EUR 251 miljun u f’għotja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni (21) ta’ EUR 895,3 miljun, sakemm jiġu ppreżentati l-proposti korrispondenti mir-Rumanija u l-konferma tagħhom mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew l-approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Investiment tal-Fond għall-Modernizzazzjoni kif rilevanti (b’mod konġunt, “il-miżuri”). L-ammont totali ta’ għajnuna involuta huwa ta’ EUR 2 658,1 miljun (22). |
(28) |
L-għotja ta’ EUR 1 090 miljun tiffinanzja l-akkwist tal-kwoti neċessarji ta’ CO2 fil-perjodu 2021-2025, li se jitqassmu kull sena skont il-ħtiġijiet ta’ finanzjament, iżda li ma jkunux korrelatati perfettament man-nefqa fuq il-kwoti ta’ CO2 kull sena. F’Marzu 2021, il-gvern Rumen adotta Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern li approvat għotja ta’ madwar RON 1,18 biljun (madwar EUR 241 miljun) lil CE Oltenia sabiex tiffinanzja x-xiri ta’ kwoti ta’ CO2 . B’riżultat ta’ dan, ir-Rumanija tissottometti li CE Oltenia kienet konformi mal-obbligu rigward il-kwoti ta’ CO2 fis-26 ta’ April 2021, u b’hekk lestiet ix-xiri tal-kwoti ta’ CO2 għall-enerġija prodotta fl-2020 għall-prezz totali ta’ EUR 315-il miljun. Kif tissottometti r-Rumanija, id-differenza ta’ EUR 74 miljun bejn il-prezz totali tax-xiri u l-għotja tħallset mill-fondi proprji tal-kumpanija. L-għotja ta’ EUR 241 miljun tifforma parti mill-għotja notifikata ta’ EUR 1 090 miljun u kienet iffinanzjata mill-baġit tal-Istat permezz tal-Ministeru tal-Enerġija. |
(29) |
Self garantit mill-Istat huwa ppjanat li jiġi kkuntrattat fl-2022 fl-ammont ta’ EUR 195,8 miljun għall-finanzjament tal-kapital operatorju ta’ CE Oltenia tal-istess ammont. L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li s-self se jiġi rremunerat skont il-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti f’dak il-mument. Ir-rata tal-imgħax totali stmata […] huwa mistenni tkun ta’ madwar […] %. |
(30) |
L-injezzjoni ta’ kapital sa EUR 226 miljun f’CE Oltenia se ssir permezz ta’ kontribuzzjoni pprovduta mill-Ministeru tal-Enerġija fi flus (EUR 180 miljun) u in natura (art b’valur stmat ta’ EUR 46 miljun). |
(31) |
L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li s-self ta’ għajnuna għas-salvataġġ ta’ EUR 251 miljun (ara l-premessa 21), li sar għajnuna għar-ristrutturar minħabba li għadu ma tħallasx lura, se jiġi kkonvertit f’għotja ladarba l-pjan ta’ ristrutturar ikun ġie approvat mill-Kummissjoni. |
2.4. Pjan ta’ ristrutturar inizjali għal CE Oltenia
(32) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2020, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni bi pjan ta’ ristrutturar (“il-pjan ta’ ristrutturar inizjali”) appoġġat minn EUR 1,33 biljun f’għajnuna għar-ristrutturar magħmula minn EUR 0,25 biljun f’għajnuna għas-salvataġġ diġà mogħtija, minn EUR 0,31 ta’ biljun addizzjonali fil-forma ta’ self garantit mill-Istat u minn EUR 0,77 biljun fil-forma ta’ għotja mill-Istat. Barra minn hekk, kien ippjanat li jinkisbu EUR 711-il miljun addizzjonali f’għajnuna mill-Istat mill-Fond għall-Modernizzazzjoni biex tiġi ddiversifikata t-taħlita enerġetika billi l-linjite jiġi ssostitwit b’gass (l-aktar) u b’sorsi rinnovabbli. |
(33) |
Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali inkluda l-perjodu mill-2021 sal-2030, madankollu l-perjodu tar-ristrutturar kopra biss is-snin mill-2021 sal-2025. Dak il-pjan ta’ ristrutturar ippreveda li CE Oltenia tirreġistra profitti fl-2022, tikseb introjtu mill-investiment impjegat (“ROCE”) ta’ […] % sal-2025 u tilħaq il-kompetittività fit-tul fl-2030 b’ROCE ta’ […] % sa dak iż-żmien. |
(34) |
Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali kien jinkludi s-serje ta’ miżuri li ġejja:
|
(35) |
CE Oltenia pprevediet li fl-2022 u fl-2023 iżżid gradwalment il-ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka u idroelettrika bħala sorsi tal-enerġija. It-tnaqqis reali tal-bejgħ tal-enerġija bbażata fuq il-linjite kien previst li jseħħ mill-2026 meta jiġu installati żewġ unitajiet li jaħdmu bil-gass naturali f’SE Turceni u f’SE Işalniţa, li jwasslu għal taħlita enerġetika ta’ 41 % linjite, 53 % gass u l-bqija minn sorsi fotovoltajċi u idroelettriċi. |
(36) |
Ir-riżorsi finanzjarji mistennijin meħtieġa sabiex ikopru l-kostijiet tar-ristrutturar sal-aħħar tal-2025 ammontaw għal EUR […], li minnhom CE Oltenia allegatament tikkontribwixxi EUR […] mill-fondi proprji tagħha. Il-kontribuzzjoni proprja ta’ CE Oltenia tammonta għal 42 % tal-kostijiet totali tar-ristrutturar bil-finanzjament potenzjali mill-Fond għall-Modernizzazzjoni li jiġi kkunsidrat, u għal 53 % mingħajr il-finanzjament potenzjali mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. Is-sorsi ewlenin tal-kontribuzzjoni proprja ta’ CE Oltenia kellhom ikunu (i) dħul ibbażat fuq il-bejgħ tal-elettriku fis-swieq ċentralizzati ta’ OPCOM li jammonta għal EUR […] li għandu jiġi ġġenerat fil-perjodu 2020-2025, (ii) dħul minn ftehimiet bilaterali ta’ xiri tal-enerġija fit-tul (“PPAs”), li huma kuntratti fit-tul ta’ aktar minn sentejn(2), li jammontaw għal EUR […], u (iii) bejgħ ta’ assi li jiswew EUR […]. |
(37) |
Mill-azzjonisti kollha ta’ CE Oltenia, l-Istat biss kellu jikkontribwixxi (b’fondi jew billi jassorbi t-telf) għar-ristrutturar ta’ CE Oltenia, u l-ebda wieħed mill-kredituri ta’ CE Oltenia ma kellu jipprovdi xi kondiviżjoni tal-piżijiet. |
(38) |
Kienu previsti l-miżuri li ġejjin sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni: (i) l-esternalizzazzjoni permezz ta’ trasferiment lill-muniċipalità tal-grupp tal-enerġija ta’ koġenerazzjoni S.E. Craiova II (li jipproduċi l-aktar enerġija termali għal Craiova) u (ii) l-għeluq ta’ gruppi tal-enerġija jew ta’ minjieri skont skeda ta’ żmien u li jwassal għal tnaqqis b’1 605 MW tal-kapaċità installata bbażata fuq il-linjite bejn l-2020 u l-2025 (45 % tal-kapaċità bbażata fuq il-linjite sal-aħħar tal-2025). Madankollu, il-kapaċità tal-produzzjoni ġenerali ta’ CE Oltenia ma tinbidilx materjalment, peress li t-telf fil-kapaċità tal-produzzjoni bbażata fuq il-linjite suppost ikollu jiġi kkumpensat bl-installazzjoni ta’ unitajiet ġodda tal-enerġija fotovoltajka u idroelettrika. Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ppreveda wkoll li ċerti minjieri jingħalqu jew jiġu kkonservati, l-aktar għal raġunijiet ta’ ineffiċjenza, ta’ tnaqqis fid-domanda jew ta’ eżawriment tar-riżervi tal-linjite. Il-pjan għall-għeluq tal-kapaċità tal-estrazzjoni assuma tnaqqis b’madwar 3 700 000 tunnellata fil-produzzjoni tal-linjite (26 % sa tmiem l-2026). |
2.5. Raġunijiet sabiex tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali
(39) |
Peress li kellha dubji dwar jekk l-għajnuna għar-ristrutturar notifikata kinitx tinstab kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE kif interpretat mil-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali prinċipalment għar-raġunijiet li ġejjin: |
2.5.1. Dubji dwar l-idoneità tal-għajnuna
(40) |
Skont id-deċiżjoni tal-ftuħ (23), il-forniment ta’ għajnuna għar-ristrutturar fil-forma ta’ għotja mdaqqsa (mhux remunerata) ta’ EUR 768 miljun ma jkunx jippermetti lill-Istat li jaġixxi bħala konċedent tal-għajnuna jikseb kwalunkwe vantaġġ minn ristrutturar b’suċċess, u għalhekk, ma jkunx strument finanzjarju xieraq. Barra minn hekk, għotja mill-Istat lil CE Oltenia tkun twassal ukoll sabiex l-azzjonisti minoritarji ta’ CE Oltenia (li ma pprovdewx strumenti finanzjarji mhux rimborżabbli simili) jibbenefikaw indirettament ukoll mill-għotja permezz ta’ żieda potenzjali fil-valur tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom, mingħajr ma jikkontribwixxu għall-kostijiet tar-ristrutturar. L-għotja ppjanata ma tkunx tippermetti remunerazzjoni xierqa għall-Istat meħtieġa skont il-Linji Gwida R&R u lanqas ma tippermetti lill-Istat waħdu japproprja l-vantaġġi relatati tal-finanzjament tal-għotja tal-pjan. |
2.5.2. Dubji dwar il-preżenza ta’ kontribuzzjoni proprja reali u attwali ħielsa mill-għajnuna mill-benefiċjarju u l-preżenza u l-effettività tal-kondiviżjoni tal-piżijiet
(41) |
Il-valutazzjoni preliminari tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali wriet li minn kontribuzzjoni proprja intenzjonata ta’ EUR […], mhux aktar minn EUR […] tista’ titqies bħala reali u attwali. Għall-ammont pendenti, ir-Rumanija qagħdet biss fuq id-dħul mistenni mill-bejgħ tal-elettriku fis-swieq ċentralizzati ta’ OPCOM fl-2021-2025, li la kienu reali u lanqas attwali peress li ma kien jeżisti l-ebda impenn sod għas-snin 2022-2025. Id-durata massima tal-kuntratti ta’ bejgħ konklużi fis-swieq ċentralizzati ta’ OPCOM kienet ta’ sena u nofs (1,5) biss. Għalkemm ir-Rumanija indikat li kienet fil-proċess li taġġorna l-leġiżlazzjoni tagħha sabiex tippermetti lill-atturi fis-swieq ċentralizzati ta’ OPCOM jikkonkludu kuntratti għal durata itwal, il-kompatibbiltà ta’ dawn il-bidliet mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-provvista tal-elettriku kienet għadha trid tiġi vvalutata. Barra minn hekk, ir-Rumanija qagħdet fuq il-konklużjoni potenzjali ta’ ftehimiet bilaterali dwar ix-xiri tal-enerġija, li kienu qegħdin jiġu diskussi ma’ utenti intensivi fl-użu tal-enerġija u li kienu mistennijin jirriżultaw f’EUR […] fi dħul matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Madankollu, ir-Rumanija ma setgħet tippreżenta l-ebda evidenza ta’ dawn il-ftehimiet li tiżgura l-finanzjament attwali tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali (24). |
(42) |
Il-kontribuzzjoni proprja ta’ CE Oltenia tkun ta’ mhux aktar minn 42 % tal-kostijiet tar-ristrutturar, anke jekk wieħed jassumi, għall-kuntrarju tal-punt 63 tal-Linji Gwida R&R, li l-profitti futuri mistennijin minn bejgħ regolari u l-profitti mistennijin jammontaw għal sors ta’ kontribuzzjoni proprja reali u attwali, minħabba li, kif spjegat il-Kummissjoni, il-fondi potenzjali mill-baġit tal-Fond għall-Modernizzazzjoni jkunu jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat u, għalhekk, ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala fondi proprji ta’ CE Oltenia mingħajr għajnuna (25). |
(43) |
L-ebda investitur tas-suq jew mutwanti ma appoġġa l-pjan ta’ ristrutturar inizjali. L-ewwel nett, ma ġiet ipprovduta l-ebda ittra ta’ intenzjoni mill-banek li kien biħsiebhom jaċċettaw li jagħtu prefinanzjament tal-pagamenti relatati ma’ provvisti futuri tal-elettriku minn CE Oltenia, li d-dħul mistenni minnhom jammonta għal kważi l-kontribuzzjoni proprja kollha minn CE Oltenia. It-tieni, l-ebda bank jew investitur fis-suq ma esprima interess li jappoġġa jew jiffinanzja parti mill-investimenti fil-bdil tal-fjuwil mil-linjite għall-gass naturali jew għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. It-tielet, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ta’ investituri esterni potenzjali jew ta’ banek li kienu jappoġġaw il-pjan, jew li kienu se jseħħu negozjati bħal dawn f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Għalkemm ir-Rumanija ressqet ukoll il-bejgħ tal-assi ta’ CE Oltenia bħala sors ieħor ta’ finanzjament, filwaqt li stmat li bejgħ bħal dan iġib dħul ta’ EUR 2 miljun, il-proċedura tal-bejgħ ta’ dawn l-assi ma kinitx inbdiet (26). |
(44) |
Barra minn hekk, ir-Rumanija rrikonoxxiet li la l-azzjonisti minoritarji ta’ CE Oltenia (b’mod partikolari Fondul Proprietatea SA) u lanqas il-kredituri tagħha ma jkunu jipprovdu kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet fi kwalunkwe forma (27). |
2.5.3. Dubji dwar ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul u tar-ristrutturar fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli
(45) |
Għalkemm id-durata formali tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali kienet il-perjodu 2021-2025, l-ewwel riżultati netti pożittivi b’mod sinifikanti ta’ madwar EUR […] akkumulati kienu mistennijin biss wara l-perjodu ta’ ristrutturar, fl-2026-2030. Skont il-pjan ta’ ristrutturar inizjali, CE Oltenia tista’ tikseb ROCE ta’ 4,3 % sal-2025, li kien ħafna anqas mir-remunerazzjoni konformi mas-suq jew mill-kost tal-opportunità tal-ekwità injettat f’kumpaniji Rumeni b’mod ġenerali. Barra minn hekk, il-profittabilità diġà baxxa ta’ CE Oltenia kienet artifiċjalment minfuħa mis-sussidji operattivi mill-għajnuna mill-Istat. Fl-aħħar nett, ir-riżultati mbassrin ta’ CE Oltenia kienu msejsin fuq suppożizzjonijiet ottimistiċi dwar fatturi esterni bħall-prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2 li baqgħu relattivament l-istess matul il-perjodu ta’ ristrutturar, minkejja ż-żieda qawwija f’dawn il-prezzijiet fl-2018-2019. Filwaqt li l-projezzjonijiet ta’ CE Oltenia stennu li l-prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2 ivarjaw minn […] fl-2020 sa […] fl-2030, fl-24 ta’ Jannar 2021, il-prezz diġà kien jammonta għal […]. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji li l-pjan ta’ ristrutturar inizjali kien ta’ durata xierqa u kien iwassal għar-restawr tal-vijabbiltà ta’ CE Oltenia fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar minħabba li ma kienx jidher li CE Oltenia kienet se tipprovdi redditu suffiċjenti u tkun kapaċi tibqa’ fis-suq mingħajr aktar għajnuna (28). |
2.5.4. Dubji dwar il-preżenza u l-effettività ta’ miżuri sinifikattivi sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
(46) |
Fir-rigward tal-esternalizzazzjoni tal-unitajiet ta’ koġenerazzjoni ta’ S.E. Craiova II bi trasferiment lill-muniċipalità ta’ Craiova, il-forma u l-ambitu ta’ tali esternalizzazzjoni ma kinux ċari. Anke li kieku kellha sseħħ tali esternalizzazzjoni bħala kontribuzzjoni kapitali għall-impriża konġunta bejn CE Oltenia u l-kumpanija proprjetà tal-kunsill lokali tal-muniċipalità ta’ Craiova, din tkun tippermetti lil CE Oltenia u lill-Istat iżommu l-kontroll fuq it-tali impriża konġunta. Dan ikun imur kontra t-tifsira taċ-ċessjoni bħala miżura li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni peress li la jkun isaħħaħ il-kompetizzjoni u lanqas ma jiffavorixxi d-dħul ta’ kompetituri ġodda, l-espansjoni ta’ kompetituri żgħar eżistenti jew l-attività transfruntiera (29). |
(47) |
Barra minn hekk, fir-rigward tat-tnaqqis tal-kapaċità tal-produzzjoni ta’ CE Oltenia (f’termini tal-għeluq tal-unitajiet li jaħarqu l-linjite) u l-għeluq tal-minjieri tal-linjite, it-telf korrispondenti ġenerali fil-kapaċità tal-produzzjoni ta’ CE Oltenia fil-biċċa l-kbira tiegħu jiġi kkumpensat mill-installazzjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni l-ġodda. Għalhekk, il-kapaċità kumplessiva tal-produzzjoni ta’ CE Oltenia ma tinbidilx materjalment (30). L-estrazzjoni tal-linjite tkun tiżdied sa tmiem l-2024, u taqa’ taħt il-livell tal-2020 biss mill-2026 ’il quddiem. L-unitajiet li jaħdmu bil-gass ikunu operattivi sal-2026, u b’hekk it-tnaqqis fil-volumi ta’ estrazzjoni tal-linjite ma jkunx sinifikanti f’termini ta’ tnaqqis fil-kapaċità (31). |
(48) |
Fl-aħħar nett, ir-Rumanija ma pproponietx miżuri addizzjonali relatati mal-imġiba, minbarra li rrestrinġiet lil CE Oltenia minn parteċipazzjonijiet azzjonarji f’intrapriżi oħrajn matul il-perjodu ta’ ristrutturar, ħlief fejn ikun indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tagħha, u milli tuża l-għajnuna bħala pubbliċità meta tbigħ il-prodotti tagħha (32). |
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET OĦRAJN
(49) |
Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċiviet kummenti mill-partijiet terzi li ġejjin: l-EEB (33), Bankwatch Romania/ClientEarth (34), u l-Greenpeace (35). Il-Kummissjoni tittratta dawn il-kummenti bħala informazzjoni dwar is-suq, minħabba li l-ebda waħda minn dawn il-partijiet terzi ma tista’ turi li hija parti interessata skont it-tifsira tal-punt (h) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (36). |
3.1. L-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent (EEB)
(50) |
L-EEB oġġezzjona għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-għajnuna mill-Istat għall-konformità mad-dritt tal-Unjoni f’termini tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-irmied, ta’ NOx u ta’ SO2. Fil-fehma tiegħu, din tkun tikser il-prinċipju li ma tistax tingħata għajnuna għall-konformità mal-istandards tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-obbligi skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) dwar il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u l-użu tal-aħjar tekniki disponibbli (BAT). L-esklużjoni ta’ investimenti ta’ għajnuna mill-Istat għall-konformità mal-acquis ambjentali tal-Unjoni hija wkoll konformi mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija (38). Dan ma kienx irrispettat fil-każ ta’ CE Oltenia, peress li skont l-EEB, il-konformità mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għat-tniġġis tal-arja kienet parti mill-pjan ta’ ristrutturar inizjali nnifsu. |
(51) |
L-EEB qajjem ukoll tħassib dwar in-nuqqas ta’ konformità ta’ CE Oltenia mal-istandards tal-emissjonijiet f’dawn l-aħħar snin (NOx, SO2, materja partikolata, eċċ.). L-EEB indika li l-impjanti tal-linjite ta’ CE Oltenia qabżu l-livelli ta’ emissjonijiet skont ir-reġim tad-Direttiva 2010/75/UE (39). |
(52) |
L-EEB sostna wkoll li CE Oltenia dejjem tista’ tikkonkludi kuntratti bilaterali bi prezzijiet fissi, iżda l-ebda intrapriża privata mhi se taqbel ma’ kuntratt bħal dan li jġegħelha tħallas iżżejjed għall-enerġija ġġenerata bi fjuwils fossili għaljin. Minħabba n-nuqqas ta’ interess minn investituri tas-suq, kwalunkwe kuntratt bilaterali ma’ kumpaniji pubbliċi oħrajn ma jissodisfax il-prinċipju ta’ “investitur f’ekonomija tas-suq” u x’aktarx ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
(53) |
L-EEB indika wkoll li CE Oltenia tibqa’ intrappolata bil-fjuwils fossili ferm wara l-2026, u dan jagħmilha ferm kontestabbli li pjan ta’ ristrutturar bħal dan ikun vijabbli fuq terminu medju fid-dawl tal-prezzijiet tas-CO2 li qegħdin jiżdiedu. |
3.2. Bankwatch Romania/ClientEarth
(54) |
Bankwatch u ClientEarth issottomettew li l-għajnuna operatorja għall-kostijiet tal-konformità ambjentali tikser il-liġi ambjentali tal-UE u ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ attività ekonomika kif meħtieġ mill-ġurisprudenza dwar il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE (is-sentenza f’L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (40)). |
(55) |
Il-Bank osserva wkoll li l-pjan ta’ ristrutturar inizjali ta’ CE Oltenia ma kienx konsistenti mal-perkors ta’ dekarbonizzazzjoni tar-Rumanija, ma stabbiliex skadenza għall-eliminazzjoni tal-linjite mill-produzzjoni tal-enerġija ta’ CE Oltenia u, għalhekk, ma kienx jindirizza biżżejjed ir-raġunijiet għat-telf tal-kumpanija billi ma jiġu abbandunati attivitajiet li jagħmlu t-telf. |
(56) |
Fl-aħħar nett, il-Bank osserva li l-pjan ta’ ristrutturar kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet mhux realistiċi tal-prezzijiet futuri tal-kwoti tas-CO2 , jiġifieri fuq is-suppożizzjoni li dawn il-prezzijiet jibqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Skont il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ Bankwatch, jenħtieġ li l-kostijiet totali li għandhom jitħallsu minn CE Oltenia għall-emissjonijiet ta’ CO2 tagħha bejn l-2021 u l-2030 jenħtieġ li jammontaw għal EUR 4,76 biljun, ferm ogħla mill-projezzjonijiet ta’ CE Oltenia. |
3.3. Greenpeace
(57) |
Il-Greenpeace sabet li d-dipendenza kontinwa ta’ CE Oltenia fuq il-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-linjite tmur kontra l-politiki u l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Greenpeace sostniet li għajnuna mill-Istat għax-xiri ta’ kwoti ta’ CO2 tkun tikser id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” minqux fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE u fid-Direttiva 2003/87/KE, li kien jeħtieġ li l-operaturi jħallsu għas-CO2 li huma jarmu. |
(58) |
Skont l-analiżi minn Greenpeace tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-pjan ta’ ristrutturar inizjali, l-emissjonijiet annwali totali ta’ CE Oltenia jkunu jiżdiedu minn 7 Mt CO2/sena fl-2020 għal madwar 9 MT CO2/sena fl-2030. Dan ikun imur kontra l-politiki kurrenti tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, u jkollu wkoll konsegwenzi negattivi diretti fuq il-kostijiet operatorji ta’ CE Oltenia (li minnhom il-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2 kienu jifformaw parti kbira). |
4. KUMMENTI MIR-RUMANIJA
(59) |
Ir-Rumanija emendat b’mod sinifikanti l-pjan ta’ ristrutturar inizjali u l-għajnuna ppjanata sabiex tappoġġa dak il-pjan, sabiex tindirizza d-dubji tal-Kummissjoni. Għall-faċilità tal-preżentazzjoni, il-kummenti tar-Rumanija huma maqsumin fi tliet partijiet, li jikkorrispondu għall-osservazzjonijiet dwar id-dubji ewlenin imqajmin mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, għall-osservazzjonijiet minn partijiet terzi, u, għad-deskrizzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut u tal-għajnuna għar-ristrutturar. |
4.1. Osservazzjonijiet dwar id-dubji mqajmin fid-deċiżjoni tal-ftuħ
(60) |
Ir-Rumanija pprovdiet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ (41); Ir-Rumanija ma kkontestatx id-dubji mqajmin f’dik id-deċiżjoni tal-ftuħ u ppreżentat pjan ta’ ristrutturar rivedut. L-elementi ewlenin ta’ pjan ta’ ristrutturar rivedut kienu: (i) għeluq aktar kmieni tal-kapaċitajiet li jiġġeneraw il-linjite milli fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali, li jwassal għat-tnaqqis fl-emissjonijiet annwali ta’ CO2 u għall-kisba tal-profittabilità mill-2026; (ii) investimenti ġodda f’unitajiet tal-produzzjoni tal-gass u fotovoltajka mmudellati bl-użu ta’ kunċett ta’ veikoli bi skop speċjali (SPV), b’CE Oltenia li żżomm 70 %, filwaqt li 30 % jinfetħu għal investituri strateġiċi jew finanzjarji oħrajn; (iii) ħidma fuq ftehimiet sodi li jsostnu l-kontribuzzjoni proprja – kuntratti ta’ bejgħ, finanzjament bankarju u kapital minn investituri privati; u (iv) l-involviment tal-Fondul Proprietatea bl-għan li l-fond jikkontribwixxi għall-kostijiet tar-ristrutturar tal-kumpanija jew, alternattivament, tiġi esplorata l-għażla li titnaqqas il-parteċipazzjoni tal-fond f’ġenerazzjoni tal-kapital mill-Istat. |
(61) |
Ir-Rumanija enfasizzat l-importanza strateġika ta’ CE Oltenia għas-sigurtà tal-provvista nazzjonali tal-enerġija. Ir-Rumanija affermat li ma setgħetx taffordja li tagħlaq aktar kapaċitajiet tal-linjite qabel kif previst fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut, għal raġunijiet ta’ sikurezza u ta’ adegwatezza tas-Sistema Nazzjonali tal-Enerġija, kif sostnut minn analiżi mħejjija minn Transelectrica (kif imsemmija fil-premessa 14). Hija enfasizzat id-diffikultà u l-kumplessità tal-proċess ta’ ristrutturar għal produttur wieħed tal-elettriku mill-fjuwil, f’eliminazzjoni gradwali aċċellerata mill-impjanti tal-enerġija mil-linjite, li jkun iġarrab kostijiet sinifikanti ta’ ristrutturar, affettwati serjament mill-kostijiet tas-CO2 li qegħdin jiżdiedu b’mod rapidu u ristretti mir-rekwiżit li tinżamm il-kapaċità tal-produzzjoni, li jiżgura s-sigurtà tal-grilja nazzjonali. Ir-Rumanija żiedet li s-sostituzzjoni tal-kapaċitajiet ta’ CE Oltenia b’enerġija importata tkun twassal sabiex ir-Rumanija tiġi esposta għal riskju għoli peress li l-Istati Membri ġirien tagħha huma prinċipalment pajjiżi importaturi tal-enerġija (il-premessa 17). |
(62) |
F’Ġunju 2021, ir-Rumanija ppreżentat analiżi oħra, minbarra dik sottomessa qabel, imwettqa minn Transelectrica f’Mejju 2021 li tenfasizza li:
|
4.2. Osservazzjonijiet dwar il-kummenti ta’ partijiet terzi
(63) |
Bi tweġiba għall-kummenti tal-EEB li kwalunkwe kuntratt bilaterali minn CE Oltenia ma’ kumpaniji pubbliċi oħrajn ma jkunx jissodisfa l-“prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq”, ir-Rumanija nnotat li l-kuntratti ta’ CE Oltenia huma konklużi fuq pjattaformi tal-OPCOM u, għalhekk, huma bbażati fuq is-suq. |
(64) |
Fir-rigward tal-istima tal-kost totali tal-kwoti ta’ CO2 , ir-Rumanija ċċarat li fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut jiġi ppreżentat xenarju mtejjeb, li jkun iqis l-aħħar valuri tas-suq. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kummenti ta’ Greenpeace li l-volum totali tal-emissjonijiet se jiżdied, ir-Rumanija nnotat li fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut, li kienet se tissottometti aktar tard, l-emissjonijiet annwali ta’ CO2 jonqsu minn 8,6 MT fl-2021 għal 2,6 MT fl-2027. |
(65) |
Bi tweġiba għall-osservazzjonijiet minn Bankwatch u minn ClientEarth dwar l-eliminazzjoni tal-produzzjoni tal-linjite, ir-Rumanija nnotat li CE Oltenia timplimenta miżuri tal-effiċjenza enerġetika billi tissostitwixxi l-unitajiet tal-linjite b’unitajiet ġodda tal-gass u tal-enerġija rinnovabbli. |
4.3. Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut tal-24 ta’ Ġunju 2021
(66) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2021, ir-Rumanija ppreżentat lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar rivedut u sussegwentement ipprovdiet aġġornamenti ulterjuri għall-pjan u informazzjoni addizzjonali. |
(67) |
Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut huwa bbażat fuq il-pjan ta’ dekarbonizzazzjoni li bih ir-Rumanija għandha l-għan li tissostitwixxi l-produzzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite b’elettriku prodott mill-gass naturali u minn sorsi rinnovabbli (fotovoltajċi u idroelettriċi) li huma anqas għaljin f’termini ta’ kwoti ta’ CO2. Il-perjodu ta’ ristrutturar fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut ivarja mill-bidu tal-2021 sal-aħħar tal-2026. Il-pjan jipprevedi diversi miżuri operazzjonali li għandhom jiġu implimentati matul il-perjodu ta’ ristrutturar, li CE Oltenia bdiet timplimenta f’Jannar 2021. |
4.3.1. Deskrizzjoni tal-miżuri operazzjonali ta’ ristrutturar
(68) |
Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut jinkludi miżuri tekniċi u teknoloġiċi, miżuri organizzazzjonali u maniġerjali, miżuri tal-ħarsien tal-ambjent u miżuri finanzjarji. |
(69) |
L-ewwel pilastru huwa relatat ma’ miżuri tekniċi u teknoloġiċi, li għandhom l-għan li jiddiversifikaw it-taħlita enerġetika tar-Rumanija permezz tas-sostituzzjoni ta’ unitajiet tal-fjuwil tal-linjite b’impjanti tal-enerġija fotovoltajka u mill-gass. |
(70) |
Waħda mill-miżuri taħt l-ewwel pilastru hija l-għeluq jew il-konservazzjoni fir-riżerva tal-unitajiet tal-enerġija attwali u tal-minjieri. Il-pjan jiddeskrivi tliet fażijiet tal-għeluq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite b’data kummerċjali ta’ tmiem ta’ […]. Matul l-ewwel perjodu ta’ eliminazzjoni gradwali, […], il-kapaċità titnaqqas minn […]MW għal […]MW. Matul it-tieni perjodu ta’ eliminazzjoni gradwali minn […], il-kapaċità tkompli titnaqqas […]. Fil-perjodu […]. |
(71) |
L-iskeda ta’ żmien stmata għall-ikkummissjonar tal-kapaċitajiet il-ġodda tal-produzzjoni tipprevedi li tmien parks fotovoltajċi jkunu operattivi sal-2024, impjant mikroidroelettriku wieħed sal-2023 u ż-żewġ blokok tal-enerġija li jaħdmu bil-gass naturali jibdew l-operazzjonijiet tagħhom sa nofs l-2026. Fl-2023, il-kapaċità installata tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni l-ġodda ppjanati li jniġġsu anqas tkun tirrappreżenta biss 0,6 % tal-kapaċità installata totali ta’ CE Oltenia, li tiġi ġġenerata mill-impjant tal-enerġija idroelettrika. Fl-2026, il-produzzjoni totali tal-faċilitajiet il-ġodda tkun tilħaq is-56 %, li minnhom 36 % iġġenerati minn installazzjonijiet tal-gass, 20 % prodotti mill-parks fotovoltajċi u 0,4 % mill-impjant tal-enerġija idroelettrika. |
(72) |
Il-kapaċità installata totali tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni l-ġodda tkun ta’ madwar 2 060 MW li minnhom 1 325 MW mill-gass, 735 MW fotovoltajċi u 9,9 MW minn enerġija idroelettrika. Il-kapaċità netta disponibbli, filwaqt li jitqies il-fattur medju tal-utilizzazzjoni ta’ […] % tal-parks fotovoltajċi, tkun ta’ […] MW, li minnhom […] MW mill-gass u […] MW fotovoltajka. Permezz tax-xenarju tal-SPV (ara l-premessa 110) u ta’ wara) bil-parteċipazzjoni ta’ CE Oltenia li tvarja bejn […] %, il-kapaċità netta disponibbli ta’ madwar […]MW tkun miftuħa għall-kompetituri tas-suq. Għalhekk, il-kapaċità netta disponibbli ta’ CE Oltenia tonqos minn […] MW għal madwar […] MW. It-Tabella 2 turi l-iskeda ta’ żmien għall-għeluq tal-impjanti eżistenti u għall-ikkummissjonar tal-ġodda. Tabella 2 Skeda ta’ żmien għall-għeluq/għall-konservazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti u għall-ikkummissjonar tal-ġodda
Sors: Il-pjan ta’ ristrutturar tal-24 ta’ Ġunju 2021 NB: il-kapaċità eżistenti f’MW fil-premessa 9; il-kulur griż jindika kapaċità riżervata skont il-premessa 70 |
(73) |
Sa […], l-impjanti kollha tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite li huma proprjetà ta’ CE Oltenia se jkunu jew magħluqin b’mod definittiv jew miżmumin fil-fluss iżda mhux attivi fil-provvisti regolari. Dan ifisser skeda ta’ żmien aċċellerata meta mqabbla ma’ dik stabbilita fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali, li skont dan […] l-unitajiet tal-enerġija kienu mistennijin ikomplu joperaw sa […]. Fir-rigward tal-minjieri, […]. Dan ifisser skeda ta’ żmien aċċellerata meta mqabbla mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali, li skont dan […] il-minjieri kellhom jagħlqu mhux qabel […]. |
(74) |
Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar se jikkontribwixxi parzjalment għall-kisba tal-objettivi intermedji tad-dekummissjonar skont il-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tar-Rumanija (NRRP) (42). Il-kapaċitajiet dekummissjonati għall-2023-2025 huma eżempji pprovduti mingħajr preġudizzju għal-livell ta’ dettall jew ta’ kontenut meħtieġ mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u ma jistgħux jiġu interpretati li jimmodifikaw l-objettivi intermedji u l-miri kif stabbiliti f’dak il-pjan, u lanqas ma għandhom jiġu interpretati bħala konferma li l-objettivi intermedji huma mmodifikati jew issodisfati (43). |
(75) |
It-tieni pilastru tal-pjan huwa relatat ma’ miżuri organizzazzjonali u maniġerjali, li jinkludu, fost l-oħrajn, it-tnaqqis u r-riallokazzjoni tal-persunal. L-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni matul il-perjodu 2021 – 2026 ikun iwassal kemm għal sensji kif ukoll għal ridistribuzzjonijiet tal-impjegati. CE Oltenia kellha […] impjegat fi tmiem l-2020; in-numru tagħhom huwa mistenni jonqos gradwalment bi […] % (kontra […] % kif previst fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali), u jilħaq […] fl-2026. Iż-żewġ modi ewlenin sabiex jinkiseb tnaqqis fil-persunal ikunu sensji, minħabba l-għeluq tal-faċilitajiet (in-numru ta’ impjegati mogħtijin is-sensja bejn l-2021 u l-2026 ikun ta’ […]), u rtirar kmieni. In-numru stmat ta’ impjegati meħtieġa sabiex joperaw il-faċilitajiet fotovoltajċi u tal-gass il-ġodda huwa ta’ […] u lkoll jittieħdu minn fost il-persunal attwali ta’ CE Oltenia. Għalhekk, […]. |
(76) |
It-tielet pilastru tal-pjan jikkonsisti f’miżuri ta’ ħarsien tal-ambjent. Dawn jinkludu l-aktar miżuri sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi annwali rigward l-emissjonijiet ta’ CO2 (44). Barra minn hekk, id-diversifikazzjoni tat-taħlita enerġetika jkollha impatt pożittiv fuq il-livell ta’ emissjonijiet ta’ CO2 mill-produzzjoni tal-elettriku, peress li l-emissjonijiet tal-impjanti tal-enerġija mill-gass naturali (u saħansitra aktar għall-impjanti fotovoltajċi) huma anqas minn dawk tal-impjanti tal-enerġija mil-linjite u, għalhekk, mill-2026, l-emissjonijiet ta’ CO2 ikunu anqas milli kienu fil-bidu tal-perjodu ta’ ristrutturar. |
(77) |
Barra minn hekk, matul il-perjodu ta’ ristrutturar, CE Oltenia qiegħda tippjana li timplimenta l-investimenti għall-ħarsien tal-ambjent li ġejjin: (i) ħidma għall-elevazzjoni tad-depożiti tal-gagazza u tal-irmied u (ii) ħidma għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ NOx, ta’ SO2 kif ukoll tat-trab mill-gassijiet mit-tromba ta’ ċumnija sal-limiti stabbiliti mil-liġi nazzjonali. |
(78) |
Ir-raba’ pilastru tal-pjan jikkonċerna miżuri finanzjarji, li jinkludu b’mod partikolari l-kostijiet tal-finanzjament bankarju u l-kostijiet relatati mat-twaqqif tal-SPV. Il-kostijiet ta’ finanzjament (kummissjonijiet u mgħax) fir-rigward tas-self eżistenti għall-perjodu 2021-2026 ikunu jammontaw għal EUR […]. Għall-perjodu 2022-2025, l-ispejjeż bl-imgħax u bil-kummissjonijiet relatati mal-krediti kuntrattati żdiedu meta mqabblin mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali, u dawn jirriflettu rati tal-imgħax ogħla imposti fuq self fil-passat. Il-kostijiet tar-ristrutturar jinkludu wkoll madwar EUR […] fi mgħax relatat mas-self il-ġdid li jiġi rrimborżat matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Kategorija oħra ta’ kostijiet skont il-miżuri finanzjarji hija relatata mal-ħolqien tal-SPV u tinkludi kostijiet għat-twettiq ta’ studji tal-fattibbiltà, il-kisba ta’ ċertifikati ta’ urbaniżmu, ta’ permessi ambjentali, u ta’ approvazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi. |
4.3.2. Finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar
4.3.2.1.
(79) |
Ir-Rumanija tissottometti li l-kostijiet tar-ristrutturar assoċjati mal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar u dawk li huma mistennijin jiġġarrbu fil-perjodu ta’ ristrutturar 2021–2026 ikunu jammontaw għal EUR 3,94 biljun, inkluża l-kontribuzzjoni tal-investituri. Minn dawn, madwar EUR 1,52 biljun huma relatati mal-iżvilupp ta’ parks fotovoltajċi, ta’ blokok tal-enerġija mill-gass naturali, kif ukoll għar-riabilitazzjoni u għall-modernizzazzjoni tal-impjant mikroidroelettriku; madwar EUR 48 miljun għall-għeluq/għall-konservazzjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-linjite; madwar EUR 210 miljun għal investimenti f’assi kurrenti (bħal investiment fir-riabilitazzjoni ta’ tagħmir antik); madwar EUR 67 miljun oħrajn għal miżuri organizzazzjonali u maniġerjali (li l-biċċa l-kbira tagħhom ikunu għar-ristrutturar tal-persunal); madwar EUR 1,77 biljun għall-akkwist ta’ kwoti ta’ CO2; madwar EUR 60 miljun għal miżuri finanzjarji (prinċipalment self) u madwar EUR 259 miljun f’likwidità neċessarja sabiex jiġu koperti l-ispejjeż attwali minimi b’appoġġ tal-attività tal-kumpanija. |
4.3.2.2.
(a) Finanzjament pubbliku
(80) |
L-Istat Rumen jappoġġa r-ristrutturar ta’ CE Oltenia b’sa madwar EUR 1,76 biljun, li jieħu l-forma ta’ għotja ugwali għal EUR 1 090 miljun, garanzija mill-Istat għal self ta’ EUR 195,8 miljun, injezzjoni ta’ kapital ekwivalenti għal EUR 226 miljun (f’RON), kif ukoll konverżjoni f’għotja tas-self ta’ salvataġġ fl-ammont ta’ madwar EUR 251 miljun (ara l-premessa 27). Ikun ippjanat li jiġu żborżati EUR 895,3 miljun oħrajn f’għajnuna mill-Fond għall-Modernizzazzjoni (45), soġġetti għas-sottomissjoni tal-proposti ta’ investiment korrispondenti mir-Rumanija u għall-konferma tagħhom mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, kif ikun rilevanti. Għalhekk, l-ammont totali previst ta’ għajnuna għar-ristrutturar għal CE Oltenia jammonta għal EUR 2 658,1 miljun, li minnhom diġà ngħataw EUR 492 miljun (jiġifieri EUR 251 miljun f’għajnuna għas-salvataġġ u għotja ta’ EUR 241 miljun li hija parti mill-għotja ta’ EUR 1 090 miljun, ara l-premessa 28). |
(81) |
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni jiddistingwi bejn investimenti ta’ prijorità u investimenti mhux ta’ prijorità. Fil-każ ta’ investimenti ta’ prijorità, sa 100 % tal-valur tal-kostijiet rilevanti, soġġetti għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, filwaqt li fil-każ ta’ investimenti mhux ta’ prijorità, sa 70 % tal-valur tal-kostijiet rilevanti jistgħu jiġu koperti mill-Fond, soġġetti għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat u dment li l-kostijiet li jifdal jiġu ffinanzjati minn sorsi privati. Soġġetti għall-konferma tal-istatus tal-investimenti (ta’ prijorità/mhux ta’ prijorità) mill-Bank Ewropew tal-Investiment fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet uffiċjali, l-investimenti fiż-żewġ blokok tal-gass naturali, ta’ 850 MW f’Ișalnița u ta’ 475 MW f’Turceni, huma kkunsidrati bħala investimenti mhux ta’ prijorità, filwaqt li l-investimenti fit-tmien parks fotovoltajċi jistgħu jitqiesu bħala investimenti ta’ prijorità. |
(82) |
Sabiex tinkiseb remunerazzjoni xierqa tal-għajnuna għar-ristrutturar u tiżdied ir-remunerazzjoni tal-appoġġ bl-għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Rumeni impenjaw irwieħhom li jimplimentaw ċessjoni suffiċjenti tal-ishma tal-Istat Rumen f’CE Oltenia sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026. Iċ-ċessjoni tal-ishma ssir permezz ta’ offerta pubblika ta’ ishma, li tkun imfassla b’mod li twassal għall-ogħla remunerazzjoni possibbli għall-Istat. In-numru finali ta’ ishma li għandhom jinbiegħu jiġi ddeterminat meta jibda l-proċess tal-bejgħ, filwaqt li jitqiesu l-istruttura ta’ SPVs futuri, il-proċessi ta’ tnaqqis u żieda fil-kapital azzjonarju. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċessjoni tal-ishma jenħtieġ li tkun biżżejjed sabiex tirremunera l-kontribuzzjoni tal-Istat għall-pjan ta’ ristrutturar, li jfisser mhux anqas minn 20 % tad-drittijiet ta’ sjieda. |
(83) |
Fir-rigward tal-impenn dwar it-tnaqqis tal-parteċipazzjoni tal-Istat Rumen f’CE Oltenia (il-premessa 82), ir-Rumanija speċifikat ukoll li l-att leġiżlattiv li fuq il-bażi tiegħu jitwettaq il-proċess tal-bejgħ ikun deċiżjoni tal-gvern li tapprova l-istrateġija ta’ privatizzazzjoni tal-bejgħ tal-ishma miżmumin mill-Istat Rumen f’CE Oltenia. Wara l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, jintgħażel konsulent sabiex iwettaq il-passi speċifiċi ta’ dan il-proċess mill-2024, bil-ħsieb li l-proċess jitlesta qabel tmiem l-2026. |
(84) |
Ir-Rumanija pprovdiet analiżi tal-valwazzjoni mħejjija minn PricewaterhouseCoopers (PwC) għall-istima tal-valur tas-suq tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 20 % fl-ekwità ta’ CE Oltenia li għandha tiġi ċeduta mill-Istat sal-aħħar tal-2026. Il-valwazzjoni hija bbażata fuq l-approċċ tal-introjtu, jiġifieri l-metodu tal-Flussi tal-Flus Skontati (DCF) peress li tirrifletti l-karatteristiċi operazzjonali speċifiċi mistennijin tal-attività ta’ CE Oltenia wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. Skont l-analiżi tal-valwazzjoni, il-valur tas-suq indikattiv ta’ 20 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja fl-ekwità ta’ CE Oltenia mill-31 ta’ Diċembru 2026 ġie stmat għal EUR […] fix-xenarju bażi […] jew għal EUR […] fix-xenarju ta’ każ alternattiv (bil-flussi tal-flus previsti matul il-perjodu kollu tal-operat (jiġifieri 30 sena), l-ebda perpetwità). Ladarba jiġi implimentat, dan l-ammont ikun jikkostitwixxi remunerazzjoni ex post tal-Istat b’appoġġ ta’ CE Oltenia. |
(b) Kontribuzzjoni proprja
(85) |
Ir-Rumanija ppreżentat is-sorsi tal-kontribuzzjoni proprja ta’ Oltenia ta’ CE għall-kostijiet tar-ristrutturar, għal ammont sa EUR 1,98 biljun. Minn dak l-ammont, EUR 1 275 miljun jiġu mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq ta’ OPCOM u permezz ta’ kanali eżistenti oħrajn (li minnhom EUR 315-il miljun ibbażati fuq kuntratti b’durata ta’ aktar minn sena (1), sa EUR 350 miljun minn finanzjament bankarju, EUR 250 miljun mill-parteċipazzjoni tal-investituri fl-SPVs u EUR 104 miljun bħala kontribuzzjoni in natura ta’ CE Oltenia għall-SPVs. |
Bejgħ tal-elettriku
(86) |
Il-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjoni proprja mressqa mir-Rumanija hija derivata mill-bejgħ tal-elettriku fis-segmenti tas-suq domestiku ġestiti mill-operatur tas-suq (OPCOM) jew mill-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni (Transelectrica): suq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, proċedura kompetittiva ta’ offerti/kuntratti, swieq regolati jew tal-ibbilanċjar. |
(87) |
Ir-Rumanija tqis -bħala parti mill-kontribuzzjoni proprja- id-dħul mill-bejgħ tal-elettriku li jammonta għal EUR 1 275 miljun għall-perjodu bejn l-2021 u l-2025, li minnhom EUR 574 miljun ġew ittrasferiti mill-bejgħ tal-elettriku għall-2021. |
(88) |
Barra minn hekk, CE Oltenia kienet qed tinnegozja l-PPAs lejn valur immirat ta’ EUR […]. Madankollu, minkejja l-fatt li, sa nofs Ġunju 2021, ġew iffirmati diversi skedi ta’ termini dwar il-PPAs potenzjali, ma ġie konkluż l-ebda PPA. Peress li l-konklużjoni prevista tal-kuntratti ta’ PPA ma mmaterjalizzatx, anki minħabba li dawn il-kuntratti bħalissa ma humiex permessi skont il-liġi Rumena, din ma tifformax parti mill-kontribuzzjoni proprja mressqa mir-Rumanija. |
Il-bejgħ ta’ assi mhux ewlenin
(89) |
Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali assuma bejgħ ta’ assi mhux ewlenin, li kien ipproġettat li jirriżulta f’kontribuzzjoni proprja ta’ EUR 2 miljun. Madankollu, il-proċedura tal-bejgħ għal dawn l-assi għadha ma bdietx u l-pjan ta’ ristrutturar rivedut ma jinkludix bejgħ bħal dan bħala sors ta’ kontribuzzjoni proprja. |
Il-parteċipazzjoni tas-sħab fl-SPVs
(90) |
Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut jinkludi wkoll bħala kontribuzzjoni proprja l-ħolqien ta’ SPVs għal koinvestiment ma’ operaturi oħrajn fil-ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka u mill-gass (ara l-premessa 110) u ta’ wara). L-ammont totali tal-kontribuzzjoni tal-investituri għall-kapital azzjonarju ta’ […] SPVs huwa ta’ madwar EUR […], li – flimkien man-nefqa kapitali totali li għandha tiġi ffinanzjata mill-investituri ta’ EUR […] – jimplika kontribuzzjoni ta’ ekwità totali ta’ madwar EUR […] mill-investituri. Il-kontribuzzjoni tal-investituri għall-kostijiet marbutin ma’ installazzjonijiet tal-enerġija ġodda tiġi ssupplimentata b’finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, soġġett għas-sottomissjoni mir-Rumanija tal-proposti ta’ investiment korrispondenti u għall-konferma tagħhom mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, kif rilevanti, mill-banek, u minn CE Oltenia. |
Kontribuzzjoni in natura ta’ CE Oltenia għall-SPVs
(91) |
CE Oltenia kieku ġġib kontribuzzjoni in natura għall-kapital azzjonarju tal-SPVs fl-ammont totali ta’ madwar EUR 104 miljun f’assi tanġibbli u intanġibbli li jikkonsistu f’art, f’konnettività eżistenti man-networks tal-elettriku u tal-gass, fi studji tal-fattibbiltà u ta’ soluzzjoni li jwasslu għall-konnessjoni mal-grilja, mal-utilitajiet eżistenti, mal-faċilitajiet tal-loġistika u ma’ oħrajn. Dan l-ammont jirriżulta minn evalwazzjoni minn PwC u ġie kkonfermat u aċċettat mill-investituri (magħżulin) fil-proġetti ta’ SPVs bħala valur ġust tal-kontribuzzjoni ta’ CE Oltenia. |
Il-finanzjament bankarju
(92) |
Il-finanzjament għall-proġetti tas-CCGT f’Ișalnița u f’Turceni jinkiseb billi […] u […] jaġixxu bħala mexxejja konġunti ta’ sindakat b’biljett totali ta’ EUR […] (46). Il-finanzjament għall-kostruzzjoni u għall-operat ta’ tmien parks fotovoltajċi se jiġi ġġenerat taħt sindakazzjoni mmexxija mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-“BERŻ”), li ġabar imgħax minn ħames banek kummerċjali fuq sindakazzjoni tas-self b’daqs tal-biljett ta’ EUR […] (47). Fil-każ ta’ finanzjament bankarju kemm tal-proġett tas-CCGT kif ukoll tal-proġett fotovoltajku, għad ma hemm l-ebda ftehim ta’ self iffirmat u, s’issa, il-banek esprimew l-interess tagħhom billi ffirmaw l-Ittri ta’ Intenzjoni indikattivi (48). Dawk l-Ittri ta’ Intenzjoni ffirmati mill-mexxejja tas-sindakati u l-espressjonijiet ta’ interess minn banek oħrajn sabiex jipparteċipaw fis-sindakati jispeċifikaw li l-forniment ta’ kwalunkwe finanzjament mill-banek għandu jkun kundizzjonali għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ CE Oltenia. Ir-Rumanija informat lill-Kummissjoni li CE Oltenia għandha l-ħsieb li tieħu self bankarju sal-ammont massimu ta’ EUR […], minkejja l-espressjoni ta’ interess mill-banek sabiex jipprovdu finanzjament għal proġetti tas-CCGT u fotovoltajċi f’ammont ogħla (EUR […]). |
4.3.2.3.
(93) |
Sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni tal-azzjonist minoritarju Fondul Proprietatea (il-premessa 7) għar-ristrutturar ta’ CE Oltenia, iseħħ assorbiment parzjali tat-telf riportat permezz ta’ tnaqqis fil-kapital. It-telf riportat fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien ta’ madwar EUR 345 miljun (RON 1 710 miljun); dan it-telf jitnaqqas għal madwar EUR 100 miljun (RON 493 miljun) bħala riżultat tal-konverżjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ li tammonta għal RON 1 217-il miljun (ekwivalenti għal madwar EUR 251 miljun) mis-self għal għotja. Il-kopertura tat-telf kontabilistiku, li huwa telf akkumulat riportat, permezz ta’ tnaqqis fil-kapital azzjonarju, titħallas b’mod proporzjonali mill-azzjonisti kollha. |
(94) |
It-tnaqqis fil-kapital azzjonarju jkun segwit minn żieda fil-kapital azzjonarju ta’ madwar EUR […], li ddgħajjef il-parteċipazzjoni ta’ Fondul Proprietatea f’CE Oltenia minn […] % għal madwar […] %. Fil-21 ta’ Diċembru 2021 ġie ffirmat Memorandum ta’ Qbil bejn CE Oltenia, Fondul Proprietatea u l-Ministeru tal-Enerġija għal dan l-għan sabiex jiġi żgurat li l-voti ta’ Fondul Proprietatea favur tali żieda, peress li d-dokumenti kostituttivi ta’ CE Oltenia jeħtieġu maġġoranza ta’ 90 % tal-voti tal-azzjonisti tagħha għal żieda fil-kapital azzjonarju. |
4.3.3. Projezzjonijiet finanzjarji
(95) |
Id-durata tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut tiżdied minn ħames snin għal sitt snin sabiex tirrifletti l-kalendarju ta’ eliminazzjoni gradwali tal-unitajiet li jaħdmu bil-linjite flimkien mad-data ta’ kummissjonar tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni tal-gass. Għalhekk, filwaqt li l-pjan ta’ ristrutturar ikopri l-perjodu mill-bidu tal-2021 sal-aħħar tal-2026, il-projezzjonijiet finanzjarji pprovduti minn CE Oltenia jiddekorru sal-2030. Tabella 3 Data finanzjarja magħżula mill-pjan ta’ ristrutturar rivedut għall-perjodu mill-2021 sal-2026 b’perspettiva sal-2028
|
(96) |
Il-bejgħ tal-elettriku jirrappreżenta l-aktar sors importanti ta’ introjtu ekonomiku għal CE Oltenia, u jikkontribwixxi storikament (2017 sa 2020) għal madwar 85 % tad-dħul operatorju totali tagħha. L-istima tagħhom hija bbażata fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin: l-potenza installata, in-numru ta’ sigħat ta’ tħaddim/il-fattur tat-tagħbija medja, il-konsumi teknoloġiċi proprji, il-volum tal-bejgħ tal-elettriku skont is-segmenti tas-suq u l-prezz medju tal-bejgħ f’kull segment. |
(97) |
Il-produzzjoni tal-elettriku fornita mill-kapaċitajiet tal-linjite installati hija stmata li se titnaqqas minn […] fl-2021 għal […] fl-2025 u għal […] fl-2026, filwaqt li l-produzzjoni mill-impjant mikroidroelettriku u mill-parks fotovoltajċi tkun tammonta għal madwar […] minn […], u l-elettriku prodott mill-impjanti tal-enerġija tal-gass huwa stmat li jilħaq […] fi tmiem l-2026, wara l-varar tagħhom f’nofs l-2026. Fil-perjodu ta’ wara r-ristrutturar (mill-2027 ’il quddiem), il-produzzjoni tal-elettriku ġġenerata minn dawk is-sorsi (u mhux aktar mil-linjite) se tilħaq […]. |
(98) |
Fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026, il-bejgħ tal-elettriku skont is-sors tal-produzzjoni jkun ta’ […] biss, diżaggregat kif ġej: […] mil-linjite, […] minn sorsi rinnovabbli u […] minn installazzjonijiet tal-gass. Ta’ min jinnota li […] hija sena eċċezzjonali għal CE Oltenia minħabba […], iżda fl-istess ħin l-impjanti tal-enerġija tal-gass se jibdew joperaw […]. Għalhekk, […] se tkun l-ewwel sena mingħajr il-produzzjoni tal-linjite u bi produzzjoni ta’ kapaċità sħiħa minn installazzjonijiet tal-gass u minn impjanti rinnovabbli. Il-produzzjoni totali se tilħaq […] fi […] għall-kuntrarju ta’ […] fi […] u d-dħul operatorju jiżdied u jilħaq EUR […] rispettivament fi […] meta mqabbel ma’ EUR […] fi […]. |
(99) |
Id-dħul skont is-segment tas-suq fl-2021 huwa fformat minn bejgħ fis-suq ta’ OPCOM (61 %), minn bejgħ fis-suq tal-ġurnata bil-quddiem (34 %) segwit mis-suq tal-ibbilanċjar (5 %). Fl-2024 meta jibda jasal id-dħul minn sorsi rinnovabbli, ikun hemm tnaqqis ta’ 6 % fis-suq ta’ OPCOM, li jiġi kkumpensat b’żieda fis-suq tal-ogħla livell ta’ ġurnata bil-quddiem (fejn l-elettriku prodott mill-parks fotovoltajċi huwa preżunt li jiġi nnegozjat), fejn il-kummerċ tal-elettriku bejn […] % u […] % ogħla mill-prezz annwali medju. Barra minn hekk, CE Oltenia tipprevedi żieda fil-prezz medju tal-elettriku sa […] % fl-2026 meta mqabbel mal-2021. |
(100) |
Kif muri fit-Tabella 3, l-ispejjeż operatorji huma mistennijin jaqbżu d-dħul operatorju sal-2025 inkluża, l-aktar minħabba ż-żieda fil-kostijiet għall-kwoti ta’ CO2. Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut tħejja f’Ġunju 2021 bis-suppożizzjoni li l-prezz medju tal-kwoti ta’ CO2 għall-2021 ikun ta’ EUR 44/tunnellata u jilħaq EUR 63/tunnellata fl-2026. Il-kostijiet tal-konċessjoni tas-CO2 għall-2021 jikkostitwixxu 37 % tal-kostijiet operatorji kollha ta’ CE Oltenia. Dawn il-valuri għal projezzjoni fit-tul li tkopri ħames snin għandhom jitqabblu mal-prezz medju tal-kwoti ta’ CO2 tal-perjodu ta’ ħames snin bejn l-2017 u l-2021, li huwa ta’ EUR 27,05/tunnellata. |
(101) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2021, ir-Rumanija ppreżentat analiżi tas-sensittività, li tirrifletti ż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku matul ix-xhur preċedenti tal-2021 u ż-żieda ulterjuri fil-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2 bl-użu ta’ EUR 80/tunnellata bħala l-prezz medju tal-kwota. Dan irriżulta f’żieda fil-kostijiet tal-konformità tas-Sistema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet għal EUR […] għall-perjodu 2021-2026 meta mqabbel ma’ EUR […] għall-istess perjodu fil-pjan ta’ ristrutturar minn Ġunju 2021. |
(102) |
Skont ir-Rumanija, u kif ikkonfermat ulterjorment mill-analiżi tas-sensittività, iż-żieda qawwija fil-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2 fl-aħħar xhur tal-2021 tiġi kkumpensata parzjalment minn żieda fl-ammont tal-għajnuna u, prinċipalment, minn żieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriku li jwasslu għal dħul ogħla. Ir-Rumanija enfasizzat li 75 % tad-dħul totali kkuntrattat li għandu jiġi ġġenerat għall-perjodu 2021-2025 huwa bbażat fuq prezzijiet varjabbli, li jfisser li f’każ ta’ żieda ulterjuri fil-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2, CE Oltenia tkun tista’ tirrevedi ’l fuq il-prezz tal-elettriku stabbilit fil-kuntratti. 25 % biss tad-dħul totali mill-elettriku huwa bbażat fuq kuntratti bi prezz fiss. Il-maġġoranza tal-kuntratti se jiskadu mhux aktar tard minn Ġunju 2022 sabiex minn hemm ’il quddiem, CE Oltenia tkun tista’ tidderieġi l-provvisti tagħha b’mod aktar flessibbli u tipprovdi għal kostijiet tal-input mibdula matul il-perjodu ta’ ristrutturar. |
(103) |
Parti mdaqqsa tal-kostijiet operatorji huma l-kostijiet tal-persunal, li jonqsu minn EUR […] fl-2021 għal EUR […] fl-2026. Dan it-tnaqqis gradwali fil-kostijiet tal-persunal huwa konformi mal-impenn ta’ CE Oltenia li tnaqqas il-persunal tagħha b’[…] % sal-aħħar tal-2026. Mill-2026, l-ispejjeż operatorji annwali ġenerali tal-kumpanija se jsiru aktar baxxi minħabba l-ammont aktar baxx ta’ kwoti ta’ CO2 li għandhom jinxtraw peress li l-produzzjoni tal-elettriku mill-fjuwils fossili se tiġi ssostitwita minn faċilitajiet rinnovabbli u minn installazzjonijiet tal-gass, b’dawn tal-aħħar ikunu anqas intensivi fil-karbonju mil-linjite (il-premessa 76). |
(104) |
Kif muri fit-Tabella 3, sal-2025, il-kumpanija jkollha EBITDA negattiv (qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament, u l-amortizzament), iżda riżultati netti pożittivi (bl-eċċezzjoni tal-2022). Mill-2026, meta l-eliminazzjoni gradwali tal-kapaċitajiet tal-linjite hija mistennija sseħħ, CE Oltenia se tibda tirreġistra EBITDA pożittiv u fluss pożittiv ta’ flus. Skont l-analiżi tas-sensittività pprovduta f’Diċembru 2021, ir-riżultat nett u l-EBITDA se jkunu pożittivi mill-2026. |
(105) |
Barra minn hekk, lejn it-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026, CE Oltenia tistenna li tikseb redditu fuq l-ekwità (Impact on Equity - “Impact”) fil-medda ta’ […] % għall-perjodu 2025 u 2026, li jkompli jiżdied fil-perjodu ta’ wara r-ristrutturar meta l-benefiċjarju ma jibqax jerfa’ l-piż tal-kostijiet għoljin tal-kwoti ta’ CO2. Dawn ir-redditi huma ferm ogħla mill-kost tal-ekwità għal CE Oltenia, li jammonta għal […] % (49). Ir-redditu fuq il-kapital użat se jilħaq […] % fl-2026. Il-proporzjon ta’ dejn-ekwità u l-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax tal-EBITDA ikunu rispettivament […] u […] sal-2026. |
(106) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni pprovdew projezzjonijiet f’xenarju pessimistiku fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet aktar negattivi: (i) tnaqqis b’5 % fil-prezzijiet tal-elettriku; (ii) żieda b’5 % fil-kostijiet tal-akkwist tal-gass u (iii) żieda b’5 % fil-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2. Dawn il-projezzjonijiet iwasslu għal introjtu nett, għal redditu fuq l-ekwità u għal EBITDA pożittivi fi tmiem l-2026. Il-proporzjon ta’ dejn-ekwità jkun […] u l-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax tal-EBITDA jilħaq […]. |
4.3.4. Miżuri maħsubin sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
(107) |
Ir-Rumanija tressaq il-miżuri li ġejjin li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni minn CE Oltenia: (i) l-għeluq tal-unitajiet tal-enerġija tal-linjite u tal-minjieri tal-linjite (il-premessa 70 u l-ħolqien ta’ “is-sussidjarja tal-linjite” (il-premessa 108) (ii) il-ħolqien ta’ SPVs għal investimenti ġodda (il-premessi 110 sa 113), u (iii) l-kumpanija spin-off ta’ Craiova (il-premessi 116 sa 117). |
Tneħħija gradwali tal-linjite
(108) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jinvolvi l-eliminazzjoni gradwali tal-linjite permezz tal-għeluq tal-unitajiet tal-enerġija tal-linjite u tal-minjieri tal-linjite (ara l-premessi 70 sa 73). Filwaqt li r-Rumanija ressqet bħala miżura sabiex tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni l-għeluq tal-unitajiet ibbażati fuq il-linjite akkumpanjati mill-għeluq korrispondenti tal-minjieri tal-linjite, fl-istess ħin tirrikonoxxi li, fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet il-ġodda tal-prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2, l-ebda waħda mill-unitajiet eżistenti operati minn CE Oltenia ma hija vijabbli. |
(109) |
B’rabta mal-eliminazzjoni gradwali tal-linjite, l-awtoritajiet Rumeni impenjaw irwieħhom li joħolqu sussidjarja distinta ta’ CE Oltenia (“is-sussidjarja tal-linjite”), li se tinkludi u topera l-unitajiet eżistenti tal-enerġija tal-linjite u l-assi relatati ta’ CE Oltenia li ma humiex maħsubin għat-tranżizzjoni lejn il-gass jew l-enerġija rinnovabbli. Il-kontijiet tas-sussidjarja tal-linjite se jiġu separati b’mod ċar mill-kontijiet ta’ CE Oltenia. Tali kapaċitajiet tal-linjite jenħtieġ li jonqsu maż-żmien u eventwalment jiġu eliminati gradwalment f’konformità mal-kalendarju nazzjonali għall-eliminazzjoni gradwali tal-linjite. L-awtoritajiet Rumeni impenjaw irwieħhom ukoll li jibdew il-proċess tal-ħolqien tas-sussidjarja tal-linjite wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ CE Oltenia mill-Kummissjoni u li għandu jitlesta qabel tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar skont l-iskeda indikattiva li ġejja: id-deċiżjoni għall-bidu tal-ispin-off tal-linjite sa Frar jew Marzu 2023, it-tħejjija tal-proġett ta’ spin-off tal-linjite sa Marzu jew sa April 2023, l-implimentazzjoni tal-ispin-off tal-linjite sa Settembru jew sa Ottubru 2023. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Rumeni impenjaw irwieħhom li joħolqu s-sussidjarja tal-linjite qabel tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, jiġifieri qabel tmiem l-2026. Il-ħolqien tas-sussidjarja tal-linjite jqis l-interdipendenza ma’ miżuri oħrajn ipprovduti mill-pjan ta’ ristrutturar, bħal operazzjonijiet kapitali (żieda/tnaqqis fil-kapital azzjonarju, l-ispin-off ta’ Craiova II) jew l-istabbiliment ta’ SPVs għall-investimenti l-ġodda. |
SPVs għal investimenti ġodda
(110) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, jinħolqu SPVs għal żewġ proġetti ġodda ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija mill-gass u ta’ tmien proġetti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka, għal kull proġett. Ir-Rumanija tissottometti li l-istabbiliment tal-SPVs itejjeb il-kompetizzjoni billi jippermetti l-ħolqien tal-kompetituri l-ġodda. |
(111) |
Ir-Rumanija wettqet konsultazzjoni mas-suq (il-fażi vinkolanti tagħha tnediet f’Ottubru 2021) bl-objettiv li ssib koinvestituri fl-SPVs għal proġetti ġodda (tal-gass u tal-enerġija rinnovabbli). Sal-iskadenza tas-6 ta’ Diċembru 2021, waslu tliet offerti vinkolanti, jiġifieri minn Tinmar Energy SA (“Tinmar Energy”), minn OMV Petrom SA (“OMV Petrom”) u minn Electrica. Wara li ġew evalwati l-offerti, intgħażlu Tinmar Energy u OMV Petrom u dawn ingħataw 9 mill-10 proġetti tal-SPVs. Ma waslet l-ebda offerta għas-CCGT ta’ Ișalnița. |
(112) |
Tinmar Energy hija fornitur privat tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-prodotti taż-żejt ibbażat ir-Rumanija. Din il-kumpanija għandha 13-il park fotovoltajku b’kapaċità installata ta’ 75 MW u għandha pjanijiet li tkompli tkabbar il-portafoll tagħha. OMV Petrom hija kumpanija integrata taż-żejt, tal-gass u tas-sustanzi kimiċi li tifforma parti mill-grupp OMV ibbażat fl-Awstrija u hija waħda mill-akbar kumpaniji fir-Rumanija, b’attivitajiet internazzjonali. Hija għandha u topera 860 MW tal-kapaċità tas-CCGT u qed tippjana li tinvesti f’1 GW ta’ enerġija rinnovabbli. |
(113) |
OMV Petrom intgħażlet bħala l-offerent rebbieħ għal erbgħa proġetti fotovoltajċi (Ișalnița, Tismana Rosia Rovinari, Tismana 1 TPP Rovinari u Rovinari Est) u se tikkontribwixxi 50 % għall-kapital azzjonarju ta’ kull SPV rispettiv filwaqt li l-kontribuzzjoni ta’ 50 % li jifdal titħallas minn CE Oltenia. Tinmar Energy SA ntgħażlet għal proġett wieħed tal-gass naturali (CCGT ta’ Turceni) u għal erbgħa proġetti fotovoltajċi (Rovinari, SE Turceni, Pinoasa SE Rovinari u Bohorelu SE Rovinari), u se tipparteċipa fil-kapital azzjonarju tal-SPVs rispettivi b' 55 % (l-45 % li jifdal iġġorrhom CE Oltenia). |
(114) |
L-ammont totali tal-kontribuzzjoni tal-investituri fil-kapital azzjonarju ta’ 9 SPVs huwa ta’ madwar EUR […]. Ir-rata ta’ parteċipazzjoni tal-investituri fil-kapital azzjonarju tal-SPVs tvarja bejn 50 % u 55 %. Flimkien man-nefqa kapitali totali ta’ EUR […] li għandha tiġi ffinanzjata mill-investituri, il-kontribuzzjoni ta’ ekwità totali mill-investituri għad-9 SPVs tkun ta’ EUR […]. |
(115) |
Ma waslet l-ebda offerta għas-CCGT ta’ Ișalnița, l-aktar minħabba l-inċertezza rigward il-finanzjament potenzjali tagħha mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, iżda kien hemm interess qawwi espress minn diversi offerenti u r-Rumanija indikat li l-proċess ta’ offerti għal dan il-proġett se jerġa’ jinbeda. Ir-Rumanija tistenna li l-proġett se jkun appoġġat minn finanzjament taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni u qiegħda tippjana li tniedi mill-ġdid il-proċess ta’ offerti. Il-kost totali tal-investiment jammonta għal EUR […], li minnhom il-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni huwa mistenni li jkun 50 % tal-kost totali (EUR […]), soġġett għas-sottomissjoni ta’ proposta/i ta’ investiment korrispondenti mir-Rumanija u għal konferma sussegwenti mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Jekk ikun hemm investitur privat li jikkontribwixxi għall-proġett tas-CCGT ta’ Ișalnița, dan huwa mistenni li jġib kontribuzzjoni addizzjonali ta’ madwar EUR […] għall-kapital azzjonarju tal-SPV rispettiv u nefqiet ta’ investiment addizzjonali ta’ EUR […] mill-investitur. Il-bqija tiġi ffinanzjata permezz ta’ finanzjament bankarju. F’każ li ma jkun hemm l-ebda interess privat, l-ammont totali li jifdal jiġġarrab minn CE Oltenia u jiġi ffinanzjat permezz ta’ finanzjament bankarju. Minħabba li ma huwiex ċert jekk xi offerent huwiex se jintgħażel u huwiex se jikkontribwixxi għal dan il-proġett, ir-Rumanija tressaq bħala kontribuzzjoni proprja mill-investituri biss il-kontribuzzjoni ta’ EUR […] għad-9 SPVs. |
Spin-off ta’ Craiova
(116) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, il-grupp tal-enerġija ta’ koġenerazzjoni S.E. Craiova II (li jforni tisħin lill-Belt ta’ Craiova) iġarrab spin-out u jiġi ttrasferit lejn il-muniċipalità ta’ Craiova. CE Oltenia hija l-uniku operatur ekonomiku li jipprovdi tisħin fil-muniċipalità ta’ fi Craiova fil-kontea ta’ Dolj. L-Assemblea Ġenerali tal-azzjonisti ta’ CE Oltenia approvat il-carve-out ta’ Craiova II f’Awwissu 2021, u l-implimentazzjoni tat-tranżazzjoni ssegwi skeda ta’ żmien ċara b’data ta’ konklużjoni f’nofs Mejju 2022. Fi kwalunkwe każ, l-ispin-off tista’ tiġi implimentata mhux aktar tard minn Ġunju 2022. |
(117) |
Ir-Rumanija tissottometti li l-esternalizzazzjoni ta’ Craiova II jenħtieġ li titqies bħala miżura sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, minħabba li se toħloq kompetitur vijabbli fis-suq tal-elettriku bil-kapaċità ta’ 120 MW. |
Miżuri ta’ mġiba
(118) |
Barra minn hekk, ir-Rumanija impenjat ruħha li l-benefiċjarju jżomm lura milli: (i) jakkwista ishma fi kwalunkwe kumpanija matul il-perjodu ta’ ristrutturar, ħlief meta dan ikun indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tiegħu u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, u (ii) jippubblika l-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta jikkummerċjalizza l-prodotti u s-servizzi tiegħu. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
(119) |
L-ewwel, il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżuri li għandhom jiġu pprovduti sabiex jiġi ffinanzjat il-pjan ta’ ristrutturar ta’ CE Oltenia kif definit fil-premessa 27 jinvolvux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u jekk iva, jekk tali għajnuna hijiex legali u kompatibbli mas-suq intern. |
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
(120) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
(121) |
Għalhekk, il-kwalifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE tirrikjedi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.1. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
(122) |
Kif stabbilit fil-premessa 31 tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, is-self ta’ EUR 251 miljun favur CE Oltenia kellu jingħata mill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi bi flus depożitati fil-kont tal-muniti barranin tiegħu, li huwa miftuħ mal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija fl-implimentazzjoni ta’ ordinanza ta’ emerġenza tal-gvern Rumen. Għalhekk, is-self ta’ salvataġġ kien imputabbli lill-Istat u kien jinvolvi riżorsi tal-Istat. Bħala parti mill-għajnuna għar-ristrutturar, is-self ta’ salvataġġ jiġi kkonvertit f’għotja, li tiġi pprovduta mill-Istat u tiġġarrab mill-baġit tal-Istat. |
(123) |
Kif stabbilit fl-(abbozz tal-)Ordinanza ta’ Emerġenza dwar l-istabbiliment tal-qafas legali għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar ta’ CE Oltenia S.A., il-finanzjament tal-għotjiet, taż-żieda fil-kapital (il-premessa 30) u tas-self se jiġi pprovdut mill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi jew mill-Ministeru tal-Enerġija u jittieħed mill-baġit tal-Istat, filwaqt li l-garanzija tal-Istat fuq is-self mill-Bank tal-Esportazzjoni u tal-Importazzjoni tar-Rumanija EXIMBANK - S.A. (il-premessa 29 tingħata wkoll mill-Ministeru tal-Finanzi pubbliċi f’isem u għan-nom tal-Istat. L-għotja ta’ April 2021 fl-ammont ta’ EUR 241 miljun li diġà ġiet ipprovduta kienet tinvolvi wkoll riżorsi mill-baġit tal-Istat u ġiet deċiża mill-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 21/2021 b’emendi u bi tlestija sussegwenti. |
(124) |
Fir-rigward tal-għotja mill-Fond għall-Modernizzazzjoni (il-premessa 27), din tinvolvi riżorsi tal-Istat minħabba li l-baġit tal-Fond għall-Modernizzazzjoni huwa parzjalment ifformat minn kwoti addizzjonali pprovduti minn Stati Membri partikolari li jinkludu r-Rumanija (il-premessa 80). Barra minn hekk, din l-għotja tista’ tiġi pprovduta biss soġġetta għas-sottomissjoni mir-Rumanija tal-proposti ta’ investiment korrispondenti u għall-konferma tagħhom mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond għall-Modernizzazzjoni (il-premessa 90). F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet Rumeni għandhom diskrezzjoni dwar l-għażla tal-proposti ta’ investiment li għandhom jiġu ppreżentati lill-Fond u, ladarba jiġu ttrasferiti, ir-riżorsi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni jiġu taħt il-kontroll tar-Rumanija. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-finanzjament mill-Fond għall-Modernizzazzjoni jinvolvi riżorsi tal-Istat li l-użu tagħhom huwa imputabbli lill-Istat. |
(125) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kif definiti fil-premessa 27) jinvolvu riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li jingħataw il-miżuri hija imputabbli lill-Istat. |
5.1.2. Vantaġġ
(126) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-Rumanija nnotifikat il-miżuri bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Dik in-notifika ma teħlisx lill-Kummissjoni milli teżamina hija stess jekk il-miżuri jinvolvux għajnuna mill-Istat u, b’mod partikolari, jekk jiffavorixxux lill-benefiċjarju fis-sens li operatur tas-suq li jkollu ishma f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun qrib dik tar-Rumanija ma jiħux deċiżjoni simili u jieħu l-istess miżuri bl-istess kundizzjonijiet, filwaqt li jwarrab kwalunkwe benefiċċju mistenni fis-sitwazzjoni tiegħu bħala awtorità pubblika (50). |
(127) |
Il-Kummissjoni trid teżamina jekk il-miżuri jikkwalifikawx bħala għajnuna minħabba li jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju (51). Il-preżenza ta’ vantaġġ bħal dan tista’ tiġi dedotta mill-fatt li l-benefiċjarju ma jistax jikseb kapital suffiċjenti jew jiġbor finanzjament tad-dejn (il-premessa 92) fil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr appoġġ pubbliku. |
(128) |
Il-miżuri se jgħinu lil CE Oltenia tiffinanzja l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tagħha u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tagħha billi tagħtiha aċċess għall-finanzjament li CE Oltenia, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħha u ċ-ċirkostanzi attwali, ma rnexxilhiex tikseb fis-suq. B’mod partikolari, sehem kbir tal-għajnuna għar-ristrutturar huwa magħmul minn għotjiet diretti mhux remunerati pprovduti mill-Istat, li ma jkunux disponibbli fis-suq. Filwaqt li CE Oltenia rnexxielha tattira xi finanzjament tas-suq fil-forma ta’ kontribuzzjoni tal-investituri għall-SPVs (il-premessa 90) u ta’ finanzjament bankarju (il-premessa 92), fin-nuqqas ta’ finanzjament pubbliku dan ma jkunx biżżejjed sabiex titwettaq it-tranżizzjoni neċessarja għall-gass u għall-enerġija rinnovabbli li hija meħtieġa għall-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju. F’dan ir-rigward, huwa dubjuż li l-benefiċjarju jkun jista’ jattira l-istess finanzjament tas-suq mingħajr il-finanzjament pubbliku tal-SPVs għal investimenti ġodda. |
(129) |
Bl-istess mod, filwaqt li r-Rumanija se tipprovdi finanzjament lil CE Oltenia permezz ta’ strumenti ta’ żieda tal-kapital u permezz ta’ garanziji li jistgħu jiġu pprovduti wkoll minn azzjonist fl-istess pożizzjoni, dawn huma kkombinati f’intervent wieħed flimkien ma’ strumenti ta’ għotja li ma humiex disponibbli fis-swieq finanzjarji stabbiliti fl-(abbozz tal-)Ordinanza ta’ Emerġenza dwar l-istabbiliment tal-qafas legali għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar ta’ CE Oltenia S.A., kif ukoll għall-għotja potenzjali mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, u b’estensjoni ta’ self ta’ salvataġġ li jinvolvi għajnuna. |
(130) |
Għalkemm il-kombinazzjoni tal-istrumenti b’mod ġenerali tipprovdi remunerazzjoni u vantaġġi potenzjali għall-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat, it-telf mistenni fil-bidu tal-perjodu ta’ ristrutturar jikkawża li r-redditi aggregati ma jkunux biżżejjed sabiex jitqiesu konformi mas-suq. Il-miżuri notifikati huma parti minn intervent wieħed mill-Istat: l-ewwel nett, iż-żieda tal-kapital azzjonarju, il-garanziji u l-għotjiet ipprovduti mill-Istat huma stabbiliti f’daqqa f’att legali wieħed li għandu jiġi adottat fl-istess ħin, għalkemm l-implimentazzjoni tagħhom tista’ sseħħ u tkun mifruxa fuq perjodi ta’ żmien differenti. It-tieni, ir-redditu fuq l-ishma jew fuq il-garanziji ma jistax jiġi eżaminat f’iżolament minn għotjiet mhux remunerati u mhux rimborżabbli, li jnaqqas anqas minn kwalunkwe aspettattiva ta’ konformità mas-suq ir-remunerazzjoni awtonoma li r-Rumanija tista’ tistenna mill-garanzija u miż-żieda tal-kapital meħuda f’iżolament. Barra minn hekk, il-finanzjament pubbliku ma jistax jiġi attribwit għal imġiba konformi mas-suq ta’ azzjonist minħabba li l-intervent uniku huwa bbażat fuq diversi raġunijiet li huma estranji għal investitur fis-suq, kif deskritt fl-(abbozz tal-)Ordinanza ta’ Emerġenza dwar l-istabbiliment tal-qafas legali għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar ta’ CE Oltenia S.A u mhux fuq valutazzjonijiet minn qabel ta’ redditu suffiċjenti għall-Istat. Ir-raġunijiet li r-Rumanija tistabbilixxi fl-abbozz tal-ordinanza jinkludu, pereżempju, li CE Oltenia hija l-akbar operatur ekonomiku fir-reġjun ta’ Oltenia, u allura l-interruzzjoni tal-attività tagħha tkun tista’ żżid il-qgħad u taggrava l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-komunitajiet lokali jew il-probabbiltà għolja li s-Sistema Nazzjonali tal-Enerġija tiġi interrotta serjament kif ukoll id-dehra ta’ xi diffikultajiet soċjali kbar fil-komunitajiet mir-reġjun ta’ Oltenia, jekk CE Oltenia ma jkollhiex il-finanzjament neċessarju għar-ristrutturar tal-attività. |
(131) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri jagħtu vantaġġ ekonomiku lil CE Oltenia skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.3. Selettività
(132) |
Il-miżuri se jingħataw biss għall-benefiċċju ta’ CE Oltenia. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja (52), f’dak li jkollu x’jaqsam mal-għajnuna individwali, fil-prinċipju l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku tkun biżżejjed sabiex tappoġġa l-preżunzjoni li miżura hija selettiva. Dan huwa minnu irrispettivament minn jekk ikunx hemm operaturi fis-swieq rilevanti li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni kumparabbli. Filwaqt li r-Rumanija xorta tista’ tipprovdi għajnuna mill-Istat lil operaturi oħrajn tal-enerġija li jikkompetu ma’ CE Oltenia, fi kwalunkwe każ, il-miżuri notifikati ma humiex parti minn miżura usa’ ta’ politika ekonomika ġenerali li tipprovdi l-istess tip ta’ appoġġ ad hoc lill-impriżi kollha li jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tal-miżuri, attivi fis-settur tal-enerġija jew f’setturi ekonomiċi oħrajn, iżda huma disponibbli biss għal CE Oltenia. |
(133) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri huma selettivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.4. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
(134) |
Meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intern tal-Unjoni, dan tal-aħħar għandu jitqies li jiġi affettwat minn dik l-għajnuna. Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħin għall-kompetizzjoni. F’dak ir-rigward, il-fatt li settur ekonomiku ġie liberalizzat fil-livell tal-Unjoni huwa element li jista’ jservi sabiex jiddetermina li l-għajnuna għandha effett reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. CE Oltenia tipprovdi elettriku, u sa ċertu punt anqas, tisħin, lill-konsumaturi fir-Rumanija; u r-Rumanija għandha interkonnessjonijiet ta’ trażmissjoni tal-elettriku mal-pajjiżi ġirien. Is-suq tal-elettriku huwa miftuħ għall-kompetizzjoni fl-Unjoni u għall-provvista ta’ servizzi minn Stat Membru għal ieħor. |
(135) |
Għalhekk, il-miżuri notifikati jistgħu joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
(136) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil CE Oltenia skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.2. Legalità tal-miżura
(137) |
Filwaqt li s-self ta’ salvataġġ, li issa se jiġi kkonvertit f’għotja sabiex jiġi appoġġat aktar ir-ristrutturar, ingħatat legalment, ir-Rumanija kkomunikat lill-Kummissjoni l-pjan ta’ ristrutturar ta’ CE Oltenia aktar minn sitt xhur wara d-deċiżjoni dwar l-għajnuna ta’ salvataġġ (il-premessa 32) li ttieħdet fl-24 ta’ Frar 2020. |
(138) |
Barra minn hekk, ir-Rumanija pprovdiet għotja ta’ EUR 241 miljun lil CE Oltenia f’Marzu 2021 sabiex tkopri parzjalment il-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2 ta’ CE Oltenia għall-2020 meta kienet għadha għaddejja l-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-għajnuna għar-ristrutturar lil CE Oltenia. Dik l-għotja tifforma parti mill-miżuri, jiġifieri: mill-għotja ta’ EUR 1 090 miljun sabiex tkopri parzjalment il-kost tal-kwoti ta’ CO2 fil-perjodu 2021-2026 (il-premessa 28). |
(139) |
Għaldaqstant, ir-Rumanija ma osservatx l-obbligu ta’ status quo stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE u, għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar għall-benefiċċju ta’ CE Oltenia tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat parzjalment illegali. |
5.3. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern
(140) |
L-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE jistipula li l-għajnuna maħsuba sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern meta dik l-għajnuna ma taffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
(141) |
Għalhekk, sabiex tkun tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, l-għajnuna mill-Istat trid tissodisfa żewġ kundizzjonijiet: (i) trid tkun maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi, u (ii), ma tistax taffettwa b’mod avvers il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Iż-żewġ kundizzjonijiet ta’ hawn fuq huma mingħajr preġudizzju għall-fatt li d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fuq dik il-bażi jridu jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni (53). Skont l-ewwel kundizzjoni, il-Kummissjoni teżamina jekk l-għajnuna hijiex maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi. Skont it-tieni kundizzjoni, il-Kummissjoni tibbilanċja l-effetti pożittivi tal-għajnuna proposta kontra l-effetti negattivi li l-għajnuna jista’ jkollha fuq is-suq intern (54). |
(142) |
Fid-dawl tan-notifika u tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni formali dwar l-għajnuna għar-ristrutturar, ma jirriżultax li l-għajnuna għar-ristrutturar jew il-kundizzjonijiet marbutin magħha, jew l-attivitajiet ekonomiċi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku ffaċilitati mill-għajnuna, jistgħu jinvolvu ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma bagħtet l-ebda opinjoni motivata lir-Rumanija dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni, u lanqas ma fetħet proċedura formali dwar dan l-aspett, li jkollha rabta ma’ dan il-każ. Il-Kummissjoni lanqas ma rċiviet ilmenti rilevanti. |
(143) |
Il-Kummissjoni rċiviet informazzjoni mingħand partijiet terzi (il-premessi 49 sa 58) li permezz tagħha allegat li l-għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet marbutin magħha jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati mill-għajnuna jistgħu jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, partijiet terzi indikaw li CE Oltenia ma kkonformatx mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet (li jikkonċernaw NOx, SO2, materji partikolati eċċ.) f’dawn l-aħħar snin. |
(144) |
Il-Kummissjoni ssib li l-konformità mal-istandards applikabbli dwar l-emissjonijiet li l-partijiet terzi jirreferu għalihom hija separabbli u ma hijiex marbuta b’mod inseparabbli la mal-għajnuna u lanqas mal-kundizzjonijiet marbutin magħha, jew mal-iżvilupp tal-attività tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li l-għajnuna tappoġġa. Teknoloġiji xierqa ta’ kontroll u ta’ tnaqqis tat-tniġġis ineħħu l-korrelazzjoni mal-emissjonijiet ta’ NOx, ta’ SO2, ta’ materji partikolati jew ta’ sustanzi niġġiesa noċivi oħrajn mill-ġenerazzjoni tal-elettriku. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar ma tappoġġax attività li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni u li ma hijiex marbuta b’mod inseparabbli ma’ kwalunkwe ksur possibbli ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jinkludi investimenti mmirati lejn it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjonijiet fit-tnaqqis ta’ sustanzi niġġiesa noċivi (il-premessa 77). Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, ma hemm l-ebda indikazzjoni li CE Oltenia tkun qed tikser l-obbligi tagħha rigward l-emissjonijiet rilevanti ta’ NOx, ta’ SO2, ta’ materji partikolati jew ta’ sustanzi niġġiesa noċivi oħrajn jew dispożizzjonijiet ambjentali oħrajn. |
(145) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-affermazzjoni li l-għajnuna għar-ristrutturar għal CE Oltenia sabiex tkopri l-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2 tkun tikkontradixxi l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE u fid-Direttiva 2003/87/KE li jkun jirrikjedi li l-operaturi jħallsu għas-CO2 li huma jarmu (il-premessa 57). Il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” huwa stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE, fejn il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju li min iniġġes jenħtieġ li jħallas, fost prinċipji oħrajn. |
(146) |
Il-preambolu tad-Direttiva 2003/87/KE jirreferi għall-Artikolu 175(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (l-Artikolu 192(1) tat-TFUE kurrenti), li stabbilixxa l-proċedura li l-Kunsill isegwi sabiex jiddeċiedi liema azzjoni jenħtieġ li tieħu l-Unjoni sabiex tilħaq l-objettivi msemmijin fl-Artikolu 174 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (l-Artikolu 191 tat-TFUE kurrenti), li kienet tinkludi, flimkien mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, l-għan li titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni u prinċipji oħrajn. |
(147) |
L-affermazzjoni minn partijiet terzi tista’ tiġi interpretata bħala li timplika li d-Direttiva 2003/87/KE timplimenta b’mod impliċitu l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” billi tqis li s-CO2 huwa sustanza li tniġġes l-arja minħabba li l-konċentrazzjoni tiegħu twassal għal problemi ambjentali u li l-emittenti ta’ CO2 koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva bilfors li jenħtieġ li jġarrbu l-kostijiet imġarrbin għall-kwoti ta’ CO2 . |
(148) |
L-affermazzjoni tibni fuq is-suppożizzjoni li d-Direttiva 2003/87/KE timplimenta b’mod impliċitu l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u li din l-implimentazzjoni jenħtieġ li ssir mingħajr ma jitqiesu s-sitwazzjonijiet reġjonali li għalihom jirreferi wkoll l-Artikolu 174 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (l-Artikolu 191 tat-TFUE kurrenti). Anke li kieku s-suppożizzjoni kienet korretta, ta’ min jinnota li l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” ma huwiex prinċipju assolut u mingħajr kundizzjoni li jipprevali fuq il-kunsiderazzjonijiet l-oħrajn kollha. Jeħtieġ li jkun ibbilanċjat mal-objettivi l-oħrajn tad-Direttiva 2003/87/KE, li l-għan kumplessiv tagħha huwa l-objettiv ambjentali li ġġib l-emissjonijiet tas-setturi li tkopri taħt limitu miftiehem minn qabel. Il-Kummissjoni tinnota li, f’dan il-każ, l-għeluq aċċellerat u ggarantit tal-impjanti tal-enerġija mil-linjite u s-sostituzzjoni parzjali tagħhom b’sorsi tal-enerġija mill-gass naturali u fotovoltajka jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet huma rilevanti għall-ilħuq tal-objettiv ambjentali tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-emissjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, anke għal impriżi li ma humiex f’diffikultà, jeżistu possibbiltajiet ta’ appoġġ li jnaqqsu s-sinjal tal-prezz tal-karbonju, iżda li jirriżultaw fi tnaqqis tal-emissjonijiet u f’benefiċċji ambjentali oħrajn, bħall-appoġġ għal teknoloġiji ġodda. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li CE Oltenia, minkejja l-fatt li parti mill-kwoti li teħtieġ se tiġi ffinanzjata mill-Istat, se tkompli tħallas għal parti mill-kwoti tagħha u, għalhekk, se tkompli tiffaċċja sinjal tal-prezz tal-karbonju, minħabba li t-tnaqqis fl-emissjonijiet se jkompli jippermettilha tiffranka l-kostijiet tal-karbonju. Hekk kif il-benefiċjarju jirritorna għall-vijabbiltà, jerġa’ jibda jġarrab il-kost sħiħ tal-karbonju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tqisx li l-għajnuna għar-ristrutturar lil CE Oltenia - li tinvolvi wkoll il-finanzjament temporanju u parzjali tal-kwoti ta’ CO2 , f’konformità mal-Linji Gwida R&R - tikser id-Direttiva 2003/87/KE. |
(149) |
Fir-rigward tal-fehma mressqa minn partijiet terzi li l-għajnuna mill-Istat ma tistax tkopri l-kostijiet tal-konformità mal-istandards tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-qafas rilevanti għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar notifikata favur CE Oltenia huwa l-valutazzjoni skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE fl-applikazzjoni tal-linji gwida R&R u mhux il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija li għalihom jirreferu l-partijiet terzi (il-premessa 50). Dawn il-linji gwida tal-aħħar ma humiex applikabbli għall-għajnuna għar-ristrutturar notifikata, minħabba s-sitwazzjoni ta’ CE Oltenia bħala impriża f’diffikultà u meta jitqies li l-għajnuna għar-ristrutturar ma hijiex għajnuna ambjentali jew għall-enerġija soġġetta għall-istess sett ta’ kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà (55). Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat sabiex tikkonforma ma’ standards regolatorji vinkolanti ma jkollhiex effett ta’ inċentiv fil-każ ta’ għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent (peress li l-operaturi huma inċentivati biżżejjed sabiex jikkonformaw ma’ tali regolament vinkolanti), tali għajnuna tista’ tkun neċessarja sabiex tippermetti r-ristrutturar ta’ impriża li, fin-nuqqas ta’ tali għajnuna, ma kinitx tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tagħha matul il-perjodu meħtieġ sabiex jinkiseb dak ir-ristrutturar. |
(150) |
L-għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar skont il-Linji Gwida R&R tista’ tintuża għal diversi tipi ta’ kostijiet bħal kostijiet operatorji jew kostijiet tal-konformità mal-obbligi soċjali jew mal-obbligi ambjentali, inklużi l-kostijiet sabiex jiġi kopert ix-xiri ta’ kwoti ta’ CO2 , hekk kif kien il-każ bl-għajnuna ta’ salvataġġ li CE Oltenia rċiviet legalment. Fil-prattika, għajnuna kompatibbli għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar maħsuba għal skopijiet oħrajn għajr għall-ħlas tal-kostijiet operatorji tas-CO2 ikollha l-effett li tillibera d-dħul li l-kumpanija tista’ tuża għall-ħlas tal-kwoti ta’ CO2 relatati bl-istess effett prattiku bħall-għajnuna li hija allokata għat-tali kostijiet. |
(151) |
Barra minn hekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tappoġġa bidla fil-fjuwil favur fjuwils li jniġġsu anqas u ma għandhiex il-konsegwenza li CE Oltenia ma tkunx inċentivata biżżejjed sabiex tikkonforma mar-regoli ambjentali. Mingħajr il-pakkett ta’ għajnuna, inkluż il-komponent tiegħu li jkopri l-konformità ambjentali, CE Oltenia toħroġ f’daqqa mis-suq b’mod li ma jissalvagwardjax kif xieraq l-iżvilupp tal-attività tal-produzzjoni tal-elettriku fir-reġjun fejn tinsab CE Oltenia. Għalhekk, minħabba n-natura temporanja, il-pjan għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 u s-sitwazzjoni reġjonali li għaliha jirreferi wkoll l-Artikolu 191 tat-TFUE, l-għajnuna għar-ristrutturar inkwistjoni ma tmurx kontra l-Artikolu 191 tat-TFUE fir-rigward tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. |
(152) |
Ir-Rumanija tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar tista’ tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-Linji Gwida R&R. |
(153) |
Fid-dawl tan-natura u tal-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni u tal-affermazzjonijiet tal-awtoritajiet Rumeni, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-għajnuna għar-ristrutturar ippjanata tikkonformax mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Linji Gwida R&R. Fil-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE. |
(154) |
Meta teżamina jekk l-għajnuna għar-ristrutturar ikollhiex effett negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni twettaq test tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE u l-Linji Gwida R&R. Meta twettaq dak it-test, jekk il-benefiċjarju jkun eliġibbli li jirċievi għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tiżen l-effetti pożittivi tal-għajnuna kontra l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri maħluqin mill-impatt tal-għajnuna mill-Istat. Meta tagħmel dik il-valutazzjoni, hija tqis il-ħtieġa għal intervent mill-Istat, l-adegwatezza, il-proporzjonalità, it-trasparenza tal-għajnuna, il-prinċipju ta’ darba u tal-aħħar u miżuri sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni stabbiliti fil-Linji Gwida R&R. |
Eliġibbiltà: impriża f’diffikultà
(155) |
Sabiex ikun eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar, benefiċjarju jeħtieġlu jikkwalifika bħala impriża f’diffikultà kif definita fit-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida R&R. B’mod partikolari, il-punt 20 tal-Linji Gwida R&R jispjega li impriża titqies li tkun f’diffikultà meta, mingħajr intervent mill-Istat, tkun kważi ċertament ikkundannata li tagħlaq l-operat tagħha fit-terminu qasir jew medju. Dan ikun il-każ meta sseħħ tal-anqas waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fil-punti 20 (a) sa (d) tal-Linji Gwida R&R. |
(156) |
Kif spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (56) u fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ (57), mill-31 ta’ Diċembru 2019, CE Oltenia ssodisfat il-kriterji sabiex titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza kollettiva fuq talba tal-kredituri tagħha skont il-liġi nazzjonali, peress li tal-anqas mill-31 ta’ Diċembru 2019, 46 fornitur ta’ CE Oltenia setgħu talbu l-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza. Kif stabbilit fil-premessa 22), CE Oltenia ma għandhiex il-kapaċità li tħallas lura s-self ta’ salvataġġ mogħti flimkien mal-imgħax u fin-nuqqas ta’ notifika ta’ pjan ta’ ristrutturar, hija awtomatikament tidħol f’likwidazzjoni. Minn dan isegwi li CE Oltenia tissodisfa l-kriterji skont il-liġi nazzjonali sabiex titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza kollettiva fuq talba tal-kredituri tagħha u tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà skont il-punt 20(c) tal-Linji Gwida R&R mill-2019. |
(157) |
Skont il-punt 21 tal-Linji Gwida R&R, impriża maħluqa ġdida ma hijiex eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar. Il-benefiċjarju f’dan il-każ, jiġifieri CE Oltenia, ma huwiex impriża maħluqa ġdida għall-finijiet tal-Linji Gwida R&R, peress li twaqqfet fl-2011 (ara l-premessa 7), u għalhekk aktar minn 3 snin ilu. |
(158) |
Skont il-punt 22 tal-Linji Gwida R&R, kumpanija li tappartjeni għal, jew tittieħed minn grupp kummerċjali akbar, normalment ma tkunx eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar, ħlief meta jkun jista’ jintwera li d-diffikultajiet tal-kumpanija jkunu intrinsiċi u ma jkunux ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-kostijiet fi ħdan il-grupp u li d-diffikultajiet ikunu serji wisq sabiex jiġu indirizzati mill-grupp innifsu. |
(159) |
Id-diffikultajiet ta’ CE Oltenia prinċipalment jirriżultaw mill-mudell ta’ negozju tagħha stess u mill-fjuwil tal-input għall-produzzjoni tal-elettriku fil-kuntest kompetittiv tas-suq tal-elettriku Rumen (il-premessi 23 sa 26). CE Oltenia ma tagħmilx parti minn grupp ta’ negozju akbar u l-Istat għandu l-kontroll esklużiv fuqha permezz tal-Ministeru tal-Enerġija (il-premessa 7) b’tali mod li hija impriża pubblika li fiha l-Istat ikun qiegħed jeżerċita kontroll esklużiv bis-saħħa tas-sjieda u tal-parteċipazzjoni finanzjarja tiegħu (58). Jirriżulta mis-sitwazzjoni ta’ kontroll esklużiv mill-Istat li, f’dan il-każ, kwalunkwe appoġġ finanzjarju mill-Istat lil CE Oltenia sabiex jassistiha bid-diffikultajiet tagħha jkun jikkwalifika bħala għajnuna sakemm ma jsirx f’kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, filwaqt li d-diffikultajiet ta’ CE Oltenia huma intrinsiċi, il-kwistjoni ta’ jekk humiex ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-kostijiet fi ħdan il-grupp, u li d-diffikultajiet huma serji wisq sabiex jiġu indirizzati mill-grupp innifsu ma tirriżultax. |
(160) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li CE Oltenia hija impriża f’diffikultà u hija eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar. |
5.3.1. L-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi
(161) |
Skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE, sabiex l-għajnuna mill-Istat titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, hija trid tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi. |
(162) |
F’dak ir-rigward, sabiex jintwera li l-għajnuna għar-ristrutturar tkun maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet jew reġjuni, l-Istat Membru li jagħti dik l-għajnuna jeħtieġlu juri li l-għajnuna jkollha l-għan li tipprevjeni t-tbatija soċjali jew tindirizza falliment tas-suq. Fil-kuntest speċifiku tal-għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tinnota li, kif rikonoxxut fil-punt 43 tal-Linji Gwida R&R, fil-fatt, il-ħruġ mis-suq huwa importanti għall-proċess usa’ tat-tkabbir fil-produttività, u b’hekk is-sempliċi prevenzjoni ta’ impriża milli toħroġ mis-suq ma tiġġustifikax b’mod suffiċjenti l-għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju, l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar hija fost l-aktar tipi distortivi ta’ għajnuna mill-Istat, peress li dawn jinterferixxu mal-proċess tal-ħruġ mis-suq. Madankollu, f’ċerti sitwazzjonijiet, ir-ristrutturar ta’ impriża f’diffikultà jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet jew ta’ reġjuni ekonomiċi, anke lil hinn mill-attivitajiet imwettqin mill-benefiċjarju stess. Dan ikun il-każ meta, fin-nuqqas ta’ tali għajnuna, il-falliment tal-benefiċjarju jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali, u b’hekk jimpedixxi l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi u/jew tar-reġjuni li jkunu affettwati minn tali sitwazzjonijiet. Lista mhux eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn hija stabbilita fil-punt 44 tal-Linji Gwida R&R. |
(163) |
Sitwazzjonijiet bħal dawn iseħħu, fost l-oħrajn, fejn il-benefiċjarju li n-nuqqas tiegħu l-għajnuna tfittex li tevita, ikun jinsab f’reġjun (fil-livell ta’ NUTS 2) fejn ir-rata tal-qgħad tkun ogħla mill-medja nazzjonali, persistenti u akkumpanjata minn diffikultà fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, jew meta l-benefiċjarju għandu rwol sistemiku importanti f’reġjun jew f’settur partikolari li minnu l-ħruġ tiegħu jkollu konsegwenzi negattivi potenzjali (il-punti 44(a) u (c) tal-Linji Gwida R&R). Billi tippermetti lill-benefiċjarju jkompli bl-operazzjonijiet tiegħu, l-għajnuna b’hekk tipprevjeni tali falliment tas-suq jew tbatija soċjali. Fil-każ tal-għajnuna għar-ristrutturar, madankollu, dan jgħodd biss meta l-għajnuna tippermetti lill-benefiċjarju jikkompeti fis-suq fuq il-merti proprji tiegħu, li jista’ jiġi żgurat biss jekk l-għajnuna tkun ibbażata fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju. |
(164) |
Għalhekk, il-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta jekk l-għajnuna tkunx maħsuba sabiex tipprevjeni sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali (it-taqsima 5.3.1.1) u jekk tkunx akkumpanjata minn pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju (it-taqsima 5.3.1.2). |
5.3.1.1.
(165) |
Fost is-sitwazzjonijiet li fihom is-salvataġġ ta’ impriża f’diffikultà jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet jew ta’ żoni ekonomiċi, il-punti 44(a) u 44(c) tal-Linji Gwida R&R isemmu każijiet li fihom ir-rata tal-qgħad fir-reġjun fejn il-benefiċjarju jkun attiv tkun ogħla mill-medja nazzjonali, persistenti u akkumpanjata minn diffikultà fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fir-reġjun ikkonċernat (it-tieni inċiż tal-punt 44(a) tal-Linji Gwida R&R), jew li fihom l-għajnuna tkun maħsuba sabiex tevita r-riskju li t-tkabbir ekonomiku jiġi mfixkel mill-falliment ta’ impriża bi rwol sistemiku importanti fis-settur jew fir-reġjun ikkonċernat (il-punt 44(c) tal-Linji Gwida R&R). |
Ir-rata tal-qgħad fir-reġjun fejn ikun attiv il-benefiċjarju
(166) |
F’dan ir-rigward, ir-Rumanija tirreferi għaċ-ċirkostanzi msemmijin fit-tieni inċiż tal-punt 44(a) tal-Linji Gwida R&R, jiġifieri tissottometti li l-benefiċjarju huwa attiv f’reġjun (fil-livell NUTS 2) fejn ir-rata tal-qgħad hija ogħla mill-medja nazzjonali, persistenti u akkumpanjata minn diffikultà fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fir-reġjun ikkonċernat. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna għar-ristrutturar għandha l-għan li tipprevjeni t-tbatija soċjali fiċ-ċirkostanzi msemmijin fit-tieni inċiż tal-punt 44(a) tal-Linji Gwida R&R (59). Din il-konklużjoni ma ġietx iddubitata mill-partijiet terzi li kkummentaw fil-proċedimenti. |
(167) |
Ir-rata tal-qgħad fir-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ kienet ogħla b’mod persistenti mill-medja nazzjonali tal-anqas mill-2015. Fil-fatt, ir-rata tal-qgħad fil-Oltenia tal-Lbiċ kienet tvarja bejn 8,2 % u 5,5 % fis-snin bejn l-2015 u l-2020, filwaqt li r-rata medja nazzjonali kienet tvarja bejn 5 % sa 3,4 % matul l-istess perjodu, bir-rata tal-qgħad tal-Oltenia tal-Lbiċ li dejjem kienet ogħla mill-medja nazzjonali (il-premessa 8). F’dan ir-rigward, CE Oltenia timpjega persunal f’attivitajiet ta’ estrazzjoni tal-linjite u ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija li għalihom ħruġ f’daqqa mis-suq ċertament ikun jimplika li l-ħiliet professjonali tagħhom ma jippermettulhomx isibu impjieg xieraq fir-reġjun fin-nuqqas ta’ attivitajiet alternattivi ta’ estrazzjoni jew ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija hemmhekk. Dak il-qgħad kien akkumpanjat minn diffikultà fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fir-reġjun, kif muri mill-Pjan Territorjali ta’ Tranżizzjoni Ġusta tal-Kontea ta’ Gorj (il-premessa 9). |
(168) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li ċ-ċirkostanzi msemmijin fil-punt 44(a) tal-Linji Gwida R&R huma preżenti. |
L-għajnuna tappoġġa impriża bi rwol sistemiku fir-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ
(169) |
L-għajnuna tfittex ukoll li tevita r-riskju ta’ ħruġ ta’ impriża bi rwol sistemiku skont it-tifsira tal-punt 44(c) tal-Linji Gwida R&R. |
(170) |
CE Oltenia hija t-tielet l-akbar produttur tal-elettriku fir-Rumanija b’sehem importanti tal-kapaċità tal-produzzjoni installata (il-premessa 11). Ir-Rumanija ġabet l-argument li, jekk CE Oltenia toħroġ mis-suq, jista’ jkun hemm riskju li tiġi pperikolata s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fir-Rumanija (ara l-premessa 61). Filwaqt li r-Rumanija ma ssottomettietx valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi skont il-metodoloġija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60) dwar is-suq intern tal-elettriku, il-Kummissjoni ma tistax teskludi konsegwenzi negattivi potenzjali fuq il-provvista tal-enerġija fil-livell reġjonali fl-Oltenia tal-Lbiċ fejn jinsabu l-impjanti. Il-waqfien f’daqqa tal-attività tal-impjanti, li jfornu l-elettriku u, għal Craiova, tisħin ukoll, jew il-waqfien f’daqqa tal-attivitajiet ta’ estrazzjoni tagħha jkunu kapaċi, tal-anqas temporanjament, iwasslu għal kostijiet addizzjonali għall-kumpaniji u għall-unitajiet domestiċi sabiex jiżguraw provvisti tal-enerġija stabbli fil-livell reġjonali. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa neċessarju li tieħu pożizzjoni dwar l-argument tas-sigurtà tal-provvista fis-suq nazzjonali Rumen meħud b’mod ġenerali f’dan il-kuntest. |
(171) |
Il-konsegwenzi negattivi potenzjali li huma addizzjonali għar-rwol ta’ CE Oltenia bħala fornitur tal-enerġija fir-reġjun jinkludu effett kollaterali negattiv fuq l-attività ekonomika u fuq is-sitwazzjoni fir-reġjun, u b’mod partikolari l-Kontea ta’ Gorj. Kif imsemmi fil-premessa 18, CE Oltenia għandha relazzjonijiet kummerċjali ma’ madwar 120 kumpanija fil-Kontea ta’ Gorj, li flimkien jirrappreżentaw madwar 50 % tal-ekonomija tal-kontea f’termini ta’ fatturat totali ġġenerat kull sena fl-2019. Fil-każ tal-ħruġ ta’ CE Oltenia, ir-reġjun u b’mod partikolari l-Kontea ta’ Gorj x’aktarx jaraw tnaqqis fl-attivitajiet ekonomiċi u tnaqqis fil-valur ekonomiku maħluq. |
(172) |
Barra minn hekk, b’madwar 12 268 impjegat, CE Oltenia hija impjegatur importanti fir-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ (il-premessa 7). L-għeluq tal-benefiċjarju mhux biss ikun iwassal għat-telf dirett ta’ aktar minn 12 000 impjieg iżda wkoll għal telf ta’ numru sinifikanti ta’ impjiegi indiretti, meta jitqies in-numru kbir ta’ sħab attwali fil-katina tal-valur. Għalhekk, l-insolvenza probabbli li CE Oltenia taffaċċa fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar ikollha effett kollaterali negattiv sinifikanti fuq ir-reġjun u lil hinn minnu. |
(173) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-benefiċjarju mingħajr dubju għandu rwol sistemiku ewlieni fil-livell reġjonali, mhux biss għall-iżvilupp tal-produzzjoni u tal-provvista tiegħu, iżda wkoll għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi usa’ li jiddependu fuq tali provvista kif stabbilit fil-punt 44(c) tal-Linji Gwida R&R. |
Konklużjoni dwar il-prevenzjoni ta’ tbatija soċjali jew ta’ falliment tas-suq
(174) |
Filwaqt li r-Rumanija invokat ukoll iċ-ċirkostanzi msemmijin fil-punti 44(b) u (g) tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni hija sodisfatta li dawk il-punti huma ssodisfati u, għalhekk, ma huwiex neċessarju li jiġu vvalutati l-argumenti tar-Rumanija f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma qajmet l-ebda dubju fir-rigward tal-issodisfar ta’ dan il-kriterju ta’ kompatibbiltà fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, u lanqas ma rċiviet kummenti dwar in-nuqqas ta’ konformità ma’ din il-kundizzjoni fl-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi. |
(175) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-produzzjoni tal-elettriku u tar-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ. L-għajnuna tipprevjeni l-ħruġ ta’ impriża attiva fir-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ, li għandha rata ta’ qgħad ogħla mill-medja nazzjonali, persistenti u akkumpanjata minn diffikultà fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fir-reġjun ikkonċernat, u barra minn hekk, li tipprevjeni l-konsegwenzi negattivi potenzjali tal-ħruġ ta’ impriża bi rwol sistemiku importanti fis-settur tal-produzzjoni tal-enerġija tar-Rumanija (il-punti 44(a) u (c) tal-Linji Gwida R&R). |
5.3.1.2.
(176) |
Skont il-punt 46 tal-Linji Gwida R&R, l-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar irid ikun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Ir-rimedjar tal-kawżi li wasslu għad-diffikultà tal-benefiċjarju, billi jiġi faċilitat ir-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà fit-tul, huwa kundizzjoni neċessarja sabiex l-għajnuna għar-ristrutturar isservi l-iżvilupp tal-attivitajiet u taż-żoni ekonomiċi fejn jopera l-benefiċjarju. |
(177) |
Skont il-punti 45 sa 48 tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar jenħtieġ li tingħata biss sabiex tappoġġa pjan ta’ ristrutturar realistiku, koerenti u estensiv, li l-miżuri tiegħu jridu jitfasslu sabiex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li tiġi eskluża kwalunkwe għajnuna ulterjuri lil hinn minn dik li tappoġġa l-pjan ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju. Il-pjan ta’ ristrutturar irid jidentifika x’qiegħed jikkawża d-diffikultajiet tal-benefiċjarju u d-dgħufijiet tal-benefiċjarju nnifsu, u juri kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti jirrimedjaw il-problemi sottostanti tal-benefiċjarju. |
(178) |
Ir-riżultati tar-ristrutturar iridu jintwerew f’varjetà ta’ xenarji, b’mod partikolari billi jiġu identifikati l-parametri ta’ prestazzjoni u l-fatturi ta’ riskju prevedibbli ewlenin. Ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-benefiċjarju jrid jirriżulta f’redditu xieraq fuq il-kapital investit wara li jiġu koperti l-kostijiet, mingħajr ma jiddependi fuq suppożizzjonijiet ottimisti dwar fatturi bħall-varjazzjonijiet fil-prezz jew fid-domanda. Il-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta impriża tkun tista’ tipprovdi redditu proġettat xieraq fuq il-kapital wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji u tkun tista’ tikkompeti wkoll fis-suq bil-merti proprji tagħha. |
(179) |
Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ CE Oltenia tfassal sabiex jindirizza d-diffikultajiet identifikati mill-benefiċjarju wara valutazzjoni bir-reqqa tar-raġunijiet għad-diffikultajiet finanzjarji tiegħu (ara l-premessi 22 sa 26) u bl-għan li jerġa’ jsir vijabbli. Id-durata ta’ 6 snin tal-pjan, li tinkludi l-perjodu bejn l-2021 u l-2026, ma hijiex twila b’mod mhux raġonevoli, minħabba li: […]. |
(180) |
Fit-taqsima li jmiss, il-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta l-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat il-pjan ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju u mbagħad l-evidenza tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà fi tmiem il-pjan ta’ ristrutturar. |
Valutazzjoni tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet finanzjarji
(181) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat bir-reqqa s-suppożizzjonijiet ewlenin li fuqhom huma bbażati t-tbassir finanzjarju tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut ippreżentat mir-Rumanija. |
(182) |
Fir-rigward tal-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-projezzjonijiet tad-dħul, il-Kummissjoni tinnota li l-kapaċità tal-produzzjoni totali ta’ CE Oltenia se tonqos gradwalment minn […] fl-2021 għal […] fl-2025 u għal […] fl-2026 (il-premessa 97) u d-dħul għall-istess perjodu jsegwi xejra simili (it-Tabella 3). Il-kapaċità tal-produzzjoni totali titnaqqas bi […] % bejn l-2021 u l-2025, filwaqt li d-dħul għall-istess perjodu jonqos bi […] %. Ir-raġuni għat-tnaqqis aktar bil-mod fid-dħul meta mqabbel mat-tnaqqis fil-kapaċità tinqasam fi tnejn: min-naħa l-waħda, hija dovuta għaż-żieda fil-prezz medju tal-elettriku b’[…] % bejn l-2021 u l-2026 u, min-naħa l-oħra, CE Oltenia se tissostitwixxi parti mill-bejgħ tal-elettriku li bħalissa jsir fis-suq ta’ OPCOM li jħalli anqas qligħ għas-suq tal-ogħla livell ta’ ġurnata bil-quddiem li jħalli aktar qligħ (il-premessa 99). |
(183) |
Barra minn hekk, il-projezzjonijiet jirriflettu d-dħul mill-impjant tal-enerġija idroelettrika, mill-parks fotovoltajċi u mill-installazzjonijiet tal-gass li jibdew rispettivament mill-2023, mill-2024 u mill-2025. It-tnaqqis gradwali mil-linjite huwa kkunsidrat fil-previżjoni tad-dħul, u hekk ukoll il-pożizzjoni tiegħu bħala riżerva fil-modalità ta’ riżerva fl-2026 (il-premessa 97). |
(184) |
Il-projezzjonijiet jirriflettu tnaqqis f’daqqa fid-dħul b’aktar minn […] % fl-2026, […] u l-installazzjonijiet tal-gass ikunu operazzjonali biss għal nofs is-sena 2026 (il-premessa 98). Fl-2025, il-kapaċità totali ta’ CE Oltenia tkun […] u fl-2027 tilħaq […] bil-kapaċità sħiħa tal-installazzjonijiet tal-gass ikkunsidrata, li tirrappreżenta żieda ta’ […] % fil-kapaċità totali bejn l-2025 u l-2027. Ix-xejra ’l fuq hija kkonfermata mid-dħul, li suppost jiżdied bl-istess perċentwal għall-istess perjodu (il-premessa 98). |
(185) |
Barra minn hekk, fil-projezzjonijiet tad-dħul tagħha, CE Oltenia qieset fatturi importanti oħrajn bħall-fattur medju tat-tagħbija, is-suppożizzjonijiet teknoloġiċi u l-volum tal-bejgħ tal-elettriku skont is-segment tas-suq (il-premessa 96). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-projezzjonijiet tad-dħul tal-benefiċjarju huma raġonevoli. |
(186) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kostijiet tal-kwoti ta’ CO2, jenħtieġ li jiġi enfasizzat li l-pjan ta’ ristrutturar inizjali, li fir-rigward tiegħu l-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, kien ibbażat fuq prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2 sottovalutati (61). Dak il-pjan ġie stabbilit bl-użu tal-prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2 li jvarjaw minn EUR 25,3 sa EUR 31,2/tunnellata għall-perjodu bejn l-2020 u l-2030, filwaqt li, mill-24 ta’ Jannar 2021, il-prezz kien diġà laħaq EUR 33/tunnellata (il-premessa 45). Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut minn Ġunju 2021 kien ibbażat fuq il-prezzijiet bejn EUR 44 u EUR 63/tunnellata għall-perjodu 2021-2026 (il-premessa 100). Fil-perspettiva fit-tul li fiha għandu jiġi vvalutat il-pjan, il-projezzjonijiet tal-prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2 għall-2026 huma 57 % ogħla mill-prezzijiet medji għall-perjodu 2017-2021. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li dawn il-projezzjonijiet huma raġonevoli. Jekk il-prezzijiet tal-kwoti ta’ CO2 jiżdiedu aktar, il-Kummissjoni tqis li dan mhux se jkollu impatt fuq il-vijabbiltà ta’ CE Oltenia minħabba li CE Oltenia tkun tista’ tgħaddi ż-żidiet lill-klijenti tagħha permezz ta’ prezz tal-elettriku ogħla (il-premessa 102) u kkonfermat mill-analiżi tas-sensittività pprovduta (il-premessi 101 u 191). |
(187) |
Fir-rigward tal-projezzjonijiet tal-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni tinnota li l-benefiċjarju għandu l-ħsieb li jnaqqas gradwalment in-numru tal-persunal tiegħu minħabba l-għeluq tal-gruppi tal-enerġija mil-linjite, li se jinkiseb permezz ta’ sensji u permezz ta’ rtirar bikri (il-premessa 73). Il-kost tal-persunal […] mill-2021 sal-2025 (il-premessa 103), li tikkorrispondi għat-tnaqqis tal-persunal b’aktar minn […] % għall-istess perjodu. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li dawk il-projezzjonijiet huma kredibbli. |
Valutazzjoni tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà
(188) |
Wara li stabbiliet il-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni issa se tivvaluta jekk, fuq il-bażi ta’ dawk il-projezzjonijiet, il-benefiċjarju jistax jirritorna għall-vijabbiltà sa tmiem tal-pjan ta’ ristrutturar. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni se tivverifika jekk, sal-2026, il-benefiċjarju jistenniex li jiġġenera rata ta’ redditu suffiċjenti mill-operat tiegħu u jkunx jista’ jikkompeti bil-merti proprji tiegħu. |
(189) |
Skont ix-xenarju ta’ referenza (Tabella 3) matul l-ewwel snin tal-pjan ta’ ristrutturar, CE Oltenia se tirreġistra EBITDA negattiv prinċipalment minħabba l-kostijiet għoljin tal-kwoti ta’ CO2 . Madankollu, se tkun tista’ tkopri l-kostijiet operatorji u ta’ deprezzament kollha tagħha li jibdew mill-2021 (bl-eċċezzjoni tal-2022), li huwa muri mill-qligħ nett pożittiv. Fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, li jaħbat mad-dekummissjonar tal-unitajiet tal-enerġija bbażati fuq il-linjite, l-EBITDA jsir pożittiv u jkompli jitjieb fil-perjodu ta’ wara r-ristrutturar (il-premessa 104). |
(190) |
Il-profittabilità fuq terminu qasir ta’ CE Oltenia hija mxekkla mill-prezzijiet għoljin tal-kwoti ta’ CO2, iżda fit-terminu twil il-projezzjonijiet jindikaw redditu fuq l-ekwità li jvarja bejn […] % u […] % għall-perjodu 2025-2026, jiġifieri ferm ogħla mill-kost tal-ekwità ta’ CE Oltenia ta’ […] % (il-premessa 105). L-ROCE jibqa’ baxx sal-2026, li huwa dovut għall-kostijiet ta’ investiment f’impjanti ġodda li ġġarrbu dan l-aħħar u li għadhom ma ġewx amortizzati. Għalhekk, ir-redditi mistennijin isostnu l-argument li l-pjan ta’ ristrutturar jiżgura l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju. |
(191) |
Fl-analiżi tas-sensittività pprovduta, l-awtoritajiet Rumeni ħadu rendikont tal-prezzijiet tas-CO2, li huma eqreb tal-prezzijiet kurrenti (il-premessa 186) u qiesu l-prezzijiet ogħla tal-elettriku. Ir-Rumanija ssottomettiet projezzjonijiet fl-analiżi tas-sensittività bbażati fuq prezz ta’ EUR […] (il-premessa 101). Jenħtieġ li jiġi osservat li l-prezz tal-kwoti ta’ CO2 minn Diċembru 2021 kien jammonta għal EUR […] (il-premessa 25). Kif iddikjarat fil-premessa 101), […] % tad-dħul totali mistenni li jiġi ġġenerat matul il-perjodu ta’ ristrutturar ġej minn kuntratti bi prezzijiet varjabbli, li se jagħtu lir-Rumanija l-opportunità li tisfrutta bis-sħiħ il-benefiċċji taż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku minn Ġunju 2022, meta tintemm il-maġġoranza tal-kuntratti bil-prezz fiss. Dan il-fatt jikkonferma d-dikjarazzjoni tar-Rumanija li l-kostijiet ogħla tas-CO2 jistgħu jiġu kkumpensati minn prezzijiet ogħla tal-elettriku u mhux se jipperikolaw serjament il-profittabilità fit-tul tal-benefiċjarju (il-premessa 102). |
(192) |
Barra minn hekk, anki meta titqies id-data aġġornata, li tirrifletti l-kostijiet ogħla tal-kwoti ta’ CO2 , CE Oltenia se tkun tista’ tkopri bis-sħiħ il-kostijiet operatorji u ta’ amortizzament kollha tagħha sal-2026. Barra minn hekk, il-benefiċjarju huwa mistenni jikseb proporzjonijiet solidi ta’ dejn mal-ekwità […] u kopertura tal-imgħax tal-EBITDA […] sal-2026 (il-premessa 106). Dan juri l-kapaċità ta’ CE Oltenia li tissodisfa l-obbligi tagħha fuq terminu qasir u twil, li huwa sinjal li l-benefiċjarju se jkun jista’ jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu fit-tul mingħajr aktar għajnuna. |
(193) |
F’konformità mal-punt 50 tal-Linji Gwida R&R, l-awtoritajiet Rumeni ħejjew xenarju pessimist (ara l-premessa 106) sabiex josservaw l-impatt fuq ir-riżultati finanzjarji tal-kumpanija. Ix-xenarju huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet aktar avversi: (i) tnaqqis b’5 % fil-prezzijiet tal-elettriku; (ii) żieda b’5 % fil-kostijiet tal-akkwist tal-gass u (iii) żieda b’5 % fil-kost tal-kwoti ta’ CO2. F’dan ix-xenarju, il-kumpanija tista’ tistenna qligħ nett pożittiv u redditu fuq l-ekwità ftit ogħla minn 3 % fl-aħħar tal-2026. Barra minn hekk, iż-żewġ indikaturi tad-dejn (il-premessa 106) se jibqgħu solidi sabiex jippermettu aċċess għal finanzjament addizzjonali (ta’ self) fis-suq bil-kundizzjonijiet tas-suq, jekk ikun hemm il-ħtieġa. Dawn l-indikaturi juru li, fix-xenarju pessimist, fl-2026 CE Oltenia xorta tkun tista’ tkopri l-kostijiet kollha tagħha, inklużi d-deprezzament u s-servizzjar tal-obbligi tad-dejn tagħha, u tibqa’ fis-suq mingħajr il-ħtieġa ta’ għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar fi tmiem il-pjan ta’ ristrutturar. |
(194) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturar propost huwa fattibbli, koerenti u estensiv u kapaċi jerġa’ jistabbilixxi l-vijabbiltà fit-tul ta’ CE Oltenia fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli, b’kont meħud tal-ispeċifiċità tan-negozju tagħha u taż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni u għall-isfruttar tal-benefiċċji tal-investimenti ppjanati. F’dak ir-rigward, u fid-dawl tad-durata u tal-kontenut tal-pjan ta’ ristrutturar u tas-suq li fih topera CE Oltenia, huwa xieraq li r-Rumanija tara li CE Oltenia timplimenta fil-waqt u b’mod effettiv il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar bħala kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna. Ir-Rumanija jew CE Oltenia, skont il-każ, jenħtieġ li tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa sabiex tindirizza devjazzjonijiet possibbli mit-trajettorja u mill-projezzjonijiet finanzjarji li jinformaw il-pjan ta’ ristrutturar. |
5.3.2. L-effetti pożittivi tal-għajnuna fuq l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi jew ta’ żoni ekonomiċi jisbqu l-effetti negattivi, f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u ta’ effetti avversi fuq il-kummerċ
(195) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna taffettwax indebitament il-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-kummerċ, huwa neċessarju li jiġu eżaminati n-neċessità, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna, u li tiġi żgurata t-trasparenza. Huwa neċessarju wkoll li jiġu eżaminati l-effetti tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ u li l-effetti pożittivi tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-attivitajiet u taż-żoni ekonomiċi li l-għajnuna biħsiebha tappoġġa, kif ukoll effetti pożittivi oħrajn ta’ dik l-għajnuna, kontra l-effetti negattivi tagħha fuq is-suq intern. |
5.3.2.1.
(196) |
Skont il-punt 53 tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jagħtu għajnuna għar-ristrutturar iridu jipprovdu paragun ma’ xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix għajnuna mill-Istat, li juri li l-iżvilupp tal-attivitajiet jew tar-reġjuni ekonomiċi mfittex mill-għajnuna, imsemmi fit-taqsima 3.1.1 tal-Linji Gwida R&R ma jkunx se jintlaħaq jew jintlaħaq fi grad anqas. |
(197) |
L-objettiv tal-għajnuna għar-ristrutturar huwa li jiġi evitat li CE Oltenia ma tibqax fin-negozju, u b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq u ta’ tbatija soċjali li tkun timpedixxi l-iżvilupp ta’ servizzi tal-produzzjoni tal-elettriku fir-Rumanija. Dak l-objettiv jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, parzjalment iffinanzjata mill-għajnuna għar-ristrutturar, li tevita l-insolvenza u l-waqfien tal-operazzjonijiet li ċertament iseħħu fin-nuqqas tal-għajnuna. Il-pjan ta’ ristrutturar juri li kemm il-kwistjonijiet ta’ likwidità kif ukoll dawk ta’ solvenza tal-benefiċjarju jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex jiġu solvuti l-problemi finanzjarji tiegħu. Fit-terminu qasir, CE Oltenia ma hijiex kapaċi tikkonforma mal-obbligi tagħha li ġġarrab il-kostijiet tal-ħarsien tal-ambjent jew li jkollha aċċess għas-swieq finanzjarji bl-eċċezzjoni tal-proġetti futuri tagħha strutturati bħala SPVs ma’ koinvestituri u ppjanati li jiġu kkofinanzjati bl-għajnuna. Fit-tul, minħabba t-telf akkumulat ta’ madwar EUR 345 miljun li fin-nuqqas tal-għajnuna jibqa’ jiġġarrab għal perjodu twil, CE Oltenia ma tistax tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha. Jeħtieġ li jitfakkar li CE Oltenia diġà tissodisfa, tal-anqas mill-31 ta’ Diċembru 2019, il-kriterji sabiex titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza kollettiva fuq talba tal-kredituri tagħha (ara l-premessa 22). Għalhekk, fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar, il-ħruġ tagħha mis-suq ikun inevitabbli. Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar hija neċessarja għat-tlestija b’suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar, li l-implimentazzjoni tiegħu, min-naħa tagħha, tfittex li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ servizzi tal-produzzjoni tal-elettriku fir-Rumanija u tar-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ. |
5.3.2.2.
(198) |
L-għajnuna għar-ristrutturar ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern jekk ikun hemm miżuri li joħolqu anqas distorsjoni li jippermettu li jintlaħaq l-istess objettiv; l-għajnuna trid tiġi rremunerata kif xieraq u l-istrumenti magħżulin iridu jkunu adattati għall-kwistjoni tas-solvenza jew tal-likwidità li jkollha l-ħsieb li tindirizza (62). |
(199) |
L-għajnuna għar-ristrutturar tieħu l-forma ta’ għotjiet, ta’ garanzija mill-Istat għal self, ta’ injezzjoni ta’ kapital, u ta’ konverżjoni minn self għal għotja (il-premessa 27). |
(200) |
Kif deskritt fil-premessa 79), ir-Rumanija tgħid li l-kostijiet tar-ristrutturar li huma mistennijin jiġġarrbu fil-perjodu 2021 – 2026 jammontaw għal EUR 3,94 biljun. Minn dan l-ammont, madwar EUR 1,76 biljun jiġu pprovduti mill-Istat (inkluż self ta’ salvataġġ ta’ EUR 251 miljun li għandu jiġi kkonvertit f’għotja sabiex jitnaqqas it-telf riportat; żieda ta’ EUR 226 miljun fil-kapital; garanzija tal-Istat għal self ta’ EUR 195,8 miljun u għotja ta’ EUR 1 090 miljun) (63) filwaqt li għotja ta’ EUR 895,3 miljun għal investimenti ġodda tiġi pprovduta mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, soġġetti għas-sottomissjoni tal-proposti ta’ investiment korrispondenti mir-Rumanija u għall-konferma tagħhom mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, kif ikun rilevanti. |
(201) |
Ir-remunerazzjoni tal-Istat tinkiseb permezz ta’ qligħ nett pożittiv mistenni li jżid il-valur tas-sehem tal-Istat f’CE Oltenia (madwar 95 % wara ż-żieda fil-kapital azzjonarju) u permezz taċ-ċessjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja mill-Istat f’CE Oltenia. Jiġifieri, bħala riżultat tat-tnaqqis tal-kapital azzjonarju u tal-injezzjoni tal-kapital li tirriżulta, is-sehem tal-Istat f’CE Oltenia jiżdied mis-77,15 % kurrenti għal madwar 95 % (il-premessi 93 u 94). Din l-injezzjoni ta’ kapital, li ma kinitx parti min-notifika inizjali, tippermetti lill-Istat jirkupra kwalunkwe vantaġġ iġġenerat minn CE Oltenia, irrispettivament mill-fatt li parti mill-għajnuna tingħadda lill-benefiċjarju permezz ta’ għotjiet diretti. Minħabba l-istruttura l-ġdida tal-azzjonisti, is-sjieda ta’ 95 % fil-fatt tippermetti lill-Istat li jibbenefika mill-għajnuna u li jiġi rremunerat għaliha fil-forma tal-kapital injettat f’CE Oltenia, fil-forma ta’ għotjiet diretti jew fil-forma ta’ garanzija, peress li żieda fil-qligħ nett ta’ CE Oltenia kkawżat minn remunerazzjoni baxxa jew nuqqas ta’ remunerazzjoni tal-istrumenti finanzjarji meta mqabbla mal-finanzjament bil-kundizzjonijiet tas-suq iżid il-valur tal-parteċipazzjoni azzjonarja. |
(202) |
Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa 81), l-awtoritajiet Rumeni ħadu impenn li jimplimentaw ċessjoni suffiċjenti tal-ishma tal-Istat Rumen f’CE Oltenia, li jfisser mhux anqas minn 20 % tad-drittijiet ta’ sjieda, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026. Ir-Rumanija pprovdiet analiżi tal-valwazzjoni li skont din il-valur indikattiv tas-suq ta’ 20 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja mill-Istat fl-ekwità ta’ CE Oltenia mill-31 ta’ Diċembru 2026 kien stmat li kien ta’ EUR […] fix-xenarju bażi jew ta’ EUR […] fix-xenarju tal-każ alternattiv (il-premessa 84). Ladarba jiġi implimentat, l-ammont ta’ EUR […], li huwa indikattiv, jikkostitwixxi remunerazzjoni ex post tal-Istat għall-appoġġ favur CE Oltenia. Għalhekk, filwaqt li r-Rumanija impenjat ruħha bis-sħiħ li ċċedi drittijiet minimi ta’ sjieda ta’ 20 %, hija ma ħaditx impenn li tikseb prezz minimu speċifiku għal tali ċessjoni; minflok, il-medda pprovduta hija indikattiva. Il-Kummissjoni tieħu EUR […] bħala l-valwazzjoni konservattiva għall-finijiet tal-kalkolu tar-remunerazzjoni ex post tal-Istat. Iċ-ċessjoni f’termini tas-suq tnaqqas l-ammont ta’ għajnuna ex post. Tali remunerazzjoni ex post lill-Istat tista’ titqies xierqa u, għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar ippjanata hija remunerata b’mod xieraq. |
(203) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-punt 58 tal-Linji Gwida R&R, l-istrumenti magħżulin iridu jkunu adattati għall-kwistjoni tas-solvenza jew tal-likwidità li jkunu maħsubin sabiex jindirizzaw. L-għajnuna għar-ristrutturar tieħu l-forma ta’ varjetà ta’ strumenti (għotjiet, garanzija mill-Istat għal self għal appoġġ ta’ likwidità u injezzjoni ta’ kapital għal appoġġ ta’ ekwità), li jipprovdu lil CE Oltenia l-finanzjament neċessarju f’ekwità sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħha tas-solvenza u tal-karta bilanċjali filwaqt li jappoġġaw l-investimenti neċessarji sabiex tinbidel b’mod fundamentali t-taħlita tal-fjuwil tagħha u tkopri l-kostijiet ta’ CO2 tagħha sakemm l-assi l-ġodda tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jkunu kompletament operazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-istrumenti magħżulin jindirizzaw kemm il-problemi ta’ likwidità kif ukoll dawk ta’ solvenza tal-benefiċjarju. |
(204) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar hija xierqa. |
5.3.2.3.
(205) |
Skont il-punt 38(e) tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar ma tistax taqbeż il-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv imfittex minn dik l-għajnuna. L-ammont u l-intensità tal-għajnuna għar-ristrutturar iridu jkunu limitati għall-minimu strett neċessarju sabiex ikun jista’ jitwettaq ir-ristrutturar, fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-benefiċjarju, tal-azzjonisti tiegħu jew tal-grupp kummerċjali li jagħmel parti minnu (il-punt 61 tal-Linji Gwida R&R). B’mod partikolari, irid jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja għall-kostijiet tar-ristrutturar u, fejn l-appoġġ mill-Istat jingħata f’forma li ttejjeb il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju, il-kondiviżjoni tal-piżijiet. Il-valutazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti tqis kwalunkwe għajnuna ta’ salvataġġ mogħtija minn qabel. |
(206) |
Il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju għall-pjan ta’ ristrutturar trid tkun reali u attwali u normalment jenħtieġ li tkun komparabbli mal-għajnuna mogħtija f’termini tal-effett fuq il-pożizzjoni ta’ solvenza jew ta’ likwidità tal-benefiċjarju. Skont il-punt 63 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta jekk id-diversi sorsi ta’ kontribuzzjoni proprja humiex reali u ħielsa mill-għajnuna. Skont il-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni normalment tqis il-kontribuzzjoni proprja bħala adegwata jekk din tkun tammonta għal aktar minn 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar. |
(207) |
Il-Kummissjoni jeħtieġ li tivverifika jekk id-diversi sorsi ta’ finanzjament għall-pjan ta’ ristrutturar rivedut deskritt fil-premessi 79 sa 91, ikunux ħielsa mill-għajnuna u reali, jiġifieri suffiċjentement ċerti li jimmaterjalizzaw matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, esklużi l-profitti futuri mistennijin. |
(208) |
Kif imsemmi fil-premessa 81), l-investimenti f’impjanti CGGT u fotovoltajċi ġodda jistgħu jiġu ffinanzjati parzjalment mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, soġġetti għas-sottomissjoni tal-proposti ta’ investiment korrispondenti mir-Rumanija u għall-konferma tagħhom mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew mill-Kumitat tal-Investiment tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, kif ikun rilevanti. L-għotjiet ipprovduti mill-Fond għall-Modernizzazzjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat (ara l-premessa 124) u, għalhekk, jitqiesu bħala ammont ta’ għajnuna, u mhux bħala sors ta’ kontribuzzjoni proprja. |
(209) |
Is-sors ewlieni tal-kontribuzzjoni proprja pprovdut minn CE Oltenia jiġi mid-dħul mill-bejgħ tal-elettriku. L-aspettattiva tad-dħul totali mill-bejgħ fil-perjodu 2021-2025 hija ta’ EUR 1 275 miljun. Għalkemm il-punt 63 tal-Linji Gwida R&R jiddikjara li l-aspettattiva ta’ dħul futur ma tistax titqies bħala ċerta biżżejjed u kontribuzzjoni proprja attwali sabiex issostni l-investimenti kbar u kostijiet oħrajn, jenħtieġ li jitqies li EUR 574 miljun mill-ammont ta’ madwar EUR 1 275 miljun diġà ssarrfu (ara l-premessa 87). Għalhekk, mill-ammont kollu tad-dħul mill-bejgħ ikkunsidrat minn CE Oltenia bħala kontribuzzjoni proprja, il-Kummissjoni taċċetta biss l-ammont imsarraf ta’ EUR 574 miljun bħala kontribuzzjoni proprja reali u attwali. |
(210) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-eliminazzjoni gradwali tal-linjite, CE Oltenia impenjat ruħha li tinvesti fi proġetti tal-enerġija fotovoltajka u mill-gass. Huma se jiġu ffinanzjati permezz ta’ (i) finanzjament bankarju; (ii) investituri privati; u (iii) il-kontribuzzjoni in natura ta’ CE Oltenia. |
(211) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament bankarju, CE Oltenia rċiviet Ittri ta’ Intenzjoni indikattivi li jammontaw għal total ta’ EUR […] iffirmati minn istituzzjonijiet finanzjarji li esprimew interess li jieħdu sehem fil-proġetti rinnovabbli u tal-gass (il-premessa 92). Filwaqt li l-Ittri ta’ Intenzjoni la jikkostitwixxu impenn vinkolanti ta’ finanzjament mill-banek u lanqas ma jirrappreżentaw ftehimiet finanzjarji ffirmati, huma juru interess serju min-naħa tal-banek sabiex jipparteċipaw fil-finanzjament tal-proġetti. Barra minn hekk, l-ammont ta’ finanzjament li dawk il-banek esprimew l-interess tagħhom li jipprovdu huwa ferm ogħla minn EUR […] li r-Rumanija biħsiebha tieħu mill-finanzjament bankarju. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-finanzjament mill-banek għandu probabbiltà għolja biżżejjed li jimmaterjalizza. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ taċċetta b’mod konservattiv ammont sa EUR […] bħala kontribuzzjoni proprja reali li għandha tiġi pprovduta permezz ta’ finanzjament bankarju. |
(212) |
Barra minn hekk, l-impenji ta’ investituri privati, li ntgħażlu fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti, jammontaw għal EUR […] (il-premessa 90). Dawn huma offerti vinkolanti pprovduti mill-investituri tas-suq magħżulin, u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala sors ta’ kontribuzzjoni proprja ċert biżżejjed. Kif iddikjarat fil-premessa 115) ma kien hemm l-ebda offerta vinkolanti riċevuta għall-proġett tas-CCGT ta’ Ișalnița. Filwaqt li tqis il-fatt li r-Rumanija qiegħda tippjana li twettaq il-proġett tas-CCGT ta’ Ișalnița b’parteċipazzjoni privata jew mingħajrha, il-Kummissjoni tqis li l-ammont totali tal-kontribuzzjoni proprja impenjat li se jiġi pprovdut mill-banek u mill-investituri privati li jammonta għal EUR […] ma huwiex se jinbidel, irrispettivament mill-eżitu tat-tnedija mill-ġdid tas-sejħa għall-offerti għall-proġett tas-CCGT ta’ Ișalnița. Għalhekk, filwaqt li jista’ jkun hemm żieda fil-kontribuzzjoni proprja minn investituri privati jekk tiġi riċevuta offerta vinkolanti fuq dan il-proġett, din ma jkollhiex effett fuq il-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni proprja. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kontribuzzjoni proprja ta’ EUR […] li għandha tiġi pprovduta minn partijiet terzi (investituri privati (EUR […]) u minn istituzzjonijiet finanzjarji (EUR […]) hija reali u attwali u mis-sorsi kollha ta’ kontribuzzjoni proprja, u għalhekk l-ammont ta’ EUR […] jirrappreżenta finanzjament ġdid. |
(213) |
CE Oltenia se tikkontribwixxi għall-kapital tal-SPVs b’art u b’diversi assi oħrajn b’valur ġust totali ta’ EUR 104 miljun. L-ammont ġie kkonfermat minn PwC u mill-investituri (magħżulin) fil-proġetti tal-SPVs (il-premessa 91) u, għalhekk, huwa kkunsidrat bħala kontribuzzjoni proprja reali. |
(214) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ammont totali li jista’ jitqies bħala kontribuzzjoni reali u attwali mill-benefiċjarju huwa ta’ EUR 1 278 miljun, ugwali għal madwar 32 % tal-kostijiet tar-ristrutturar ta’ EUR 3,94 biljun, u b’hekk anqas minn 50 %. |
(215) |
Madankollu, meta ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ żoni megħjunin, kif deskritti fl-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-TFUE, jirrikjedu dan, pereżempju, meta benefiċjarju jiffaċċja diffikultajiet partikolari sabiex jiġbor finanzjament ġdid tas-suq bħala riżultat tal-post tiegħu f’żona megħjuna, il-Kummissjoni tista’ taċċetta kontribuzzjoni li tkun anqas minn 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar (il-punt 98 tal-Linji Gwida R&R). CE Oltenia tinsab fir-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ, li huwa żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-TFUE (64). |
(216) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni tista’ taċċetta kontribuzzjoni li ma tilħaqx il-50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u f’każijiet ta’ tbatija partikolari. Dawk iċ-ċirkostanzi u l-każijiet iridu jintwerew mill-Istat Membru, jekk l-ammont ta’ dik il-kontribuzzjoni jibqa’ sinifikanti. |
(217) |
Fiċ-ċirkostanzi attwali, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni tqis li tista’ tkun ġustifikata, fil-każ ta’ CE Oltenia u skont il-gwida pprovduta fil-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat tad-19 ta’ Marzu 2020, sabiex tiġi appoġġata l-ekonomija fit-tifqigħa kurrenti tal-COVID-19, li l-kontribuzzjoni proprja tibqa’ taħt il-limitu ta’ 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar, minħabba li tibqa’ sinifikanti u tinkludi finanzjament ġdid addizzjonali bil-kundizzjonijiet tas-suq (65). |
(218) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri meħudin sabiex din tiġi kkontrollata ħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali għall-benefiċjarju, fil-kuntest ta’ taqlib serju tal-ekonomija skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE. F’dan il-kuntest u mill-2020, l-attività ta’ CE Oltenia intlaqtet mill-pandemija fin-naħa tad-domanda u fin-naħa tal-provvista (il-premessa 19). Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet twassal għas-sitwazzjoni li fiha s-swieq li jiffinanzjaw id-dejn kienu fil-biċċa l-kbira magħluqin jew limitati għal ċerti setturi, u l-istituzzjonijiet finanzjarji b’mod ġenerali naqqsu l-limiti tal-kreditu tagħhom. |
(219) |
Peress li l-kontribuzzjoni proprja tammonta għal 32 % tal-kostijiet tar-ristrutturar u nofsha hija pprovduta bħala finanzjament ġdid, u filwaqt li jitqies li l-benefiċjarju jinsab f’żona megħjuna f’konformità mal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-TFUE, u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali maħluqin minn taqlib serju tal-ekonomija skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE, il-Kummissjoni tikkonkludi li f’dan il-każ ammont ta’ kontribuzzjoni ta’ anqas minn 50 % huwa aċċettabbli. |
(220) |
Skont il-punti 65 sa 67 tal-Linji Gwida R&R, l-appoġġ mill-Istat mogħti f’forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju jista’ jkollu l-effett li jipproteġi lill-azzjonisti u lill-kredituri subordinati mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom li jinvestu fil-benefiċjarju, u b’hekk joħloq periklu morali u jimmina d-dixxiplina tas-suq. Konsegwentement, l-għajnuna sabiex tkopri t-telf jenħtieġ li tingħata biss fuq termini li jinvolvu kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet mill-investituri eżistenti u l-intervent mill-Istat jenħtieġ li jseħħ wara li t-telf ikun ġie kkontabilizzat b’mod sħiħ u attribwit lill-azzjonisti eżistenti u lid-detenturi ta’ dejn subordinat. Kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet tfisser ukoll li kwalunkwe għajnuna mill-Istat li ttejjeb il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju jenħtieġ li tingħata fuq termini li jagħtu lill-Istat sehem raġonevoli miż-żidiet futuri fil-valur tal-benefiċjarju, fid-dawl tal-ammont ta’ ekwità mill-Istat injettat meta mqabbel mal-ekwità li jifdal tal-kumpanija wara li jkun ġie kkontabilizzat it-telf. |
(221) |
L-għajnuna għar-ristrutturar ma tinċentivax il-periklu morali jew it-teħid ta’ riskju eċċessiv u bbenefikat lill-azzjonisti jew lill-kredituri. Tabilħaqq, l-Istat Rumen, li issa huwa l-fornitur tal-għajnuna, kien qed jissorvelja u jieħu bħala azzjonist maġġoritarju d-deċiżjonijiet strateġiċi u kummerċjali kollha ta’ CE Oltenia, filwaqt li l-operat tal-kumpanija ma ġiex iffinanzjat b’dejn subordinat jew b’finanzjament ibridu (li jassorbi t-telf) li x’aktarx jitħassar parzjalment f’konformità mar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-Linji Gwida R&R. F’dak il-kuntest, il-kondiviżjoni tal-piżijiet minn Fondul Proprietatea tinkiseb permezz ta’ assorbiment parzjali tat-telf segwit minn żieda kapitali. L-ewwel nett, it-telf riportat ta’ CE Oltenia ta’ madwar EUR 251 miljun (RON 1 217 miljun), jiġifieri parti mit-telf riportat fil-31 ta’ Diċembru 2020 ta’ madwar EUR 345 miljun (RON 1 710 miljun), se jiġi assorbit permezz ta’ tnaqqis kapitali (il-premessa 93). Dan se jiġi segwit minn żieda fil-kapital azzjonarju mill-Istat sa EUR […], li se ddgħajjef il-parteċipazzjoni ta’ Fondul Proprietatea f’CE Oltenia minn […] % għal madwar […] % (il-premessa 94). F’dak ir-rigward, Fondul Proprietatea tikkontribwixxi għar-ristrutturar permezz tat-telf ta’ assorbiment tal-ishma tagħha u d-dilwizzjoni xierqa tal-parteċipazzjoni tagħha, u b’hekk tnaqqas il-ħtieġa għal għajnuna mill-Istat u tnaqqas il-periklu morali. |
(222) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar hija proporzjonata u tinvolvi kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet. |
5.3.2.4.
(223) |
Sabiex jiġi żgurat li l-effetti negattivi tal-għajnuna jkunu limitati sabiex jiġu evitati effetti mhux xierqa fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ u sabiex jiġi żgurat li l-bilanċ ġenerali jkun pożittiv (66), l-għajnuna trid tingħata lill-impriżi f’diffikultà f’konformità mal-prinċipju “ta’ darba u tal-aħħar” li jillimita din l-għajnuna għal perjodu ta’ għaxar snin. |
(224) |
Il-Kummissjoni tippermetti għajnuna għar-ristrutturar b’appoġġ ta’ operazzjoni waħda biss ta’ ristrutturar u dment, jekk xieraq, li jkunu għaddew aktar minn għaxar snin wara l-għoti fil-passat ta’ għajnuna għar-ristrutturar jew wara li l-pjan ta’ ristrutturar ikun intemm jew twaqqaf (67). Il-Kummissjoni tippermetti eċċezzjonijiet għal dik ir-regola meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni unika ta’ ristrutturar (68). |
(225) |
L-għajnuna għar-ristrutturar lil CE Oltenia tappoġġa biss operazzjoni waħda ta’ ristrutturar. CE Oltenia, inklużi s-sussidjarji kkontrollati tagħha, ma rċivewx għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar f’dawn l-aħħar għaxar snin, minbarra l-miżuri diġà mogħtijin u msemmijin fil-premessi 28 u 31, li jagħmlu parti mill-għajnuna għar-ristrutturar li qed tiġi vvalutata. Teżisti wkoll kontinwità mal-għajnuna ta’ salvataġġ approvata fi Frar 2020 u mogħtija għal sitt xhur f’operazzjoni ta’ ristrutturar waħda. Għalhekk, il-prinċipju “ta’ darba u tal-aħħar” huwa rrispettat. |
(226) |
Kif stabbilit fil-premessa 107), ir-Rumanija tressaq il-miżuri li ġejjin sabiex tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni: (i) l-għeluq ta’ gruppi tal-enerġija jew tal-minjieri, (ii) il-ħolqien ta’ SPVs għal investimenti ġodda, u (iii) l-esternalizzazzjoni permezz ta’ trasferiment lill-muniċipalità tal-grupp tal-enerġija ta’ koġenerazzjoni S.E. Craiova II. |
(227) |
Fir-rigward tal-miżuri identifikati fil-punti (i) u (iii) tal-premessa 226), il-Kummissjoni tqis li dawn ma jistgħux jiġu aċċettati bħala miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Jiġifieri, l-għeluq propost ta’ gruppi tal-enerġija bi prestazzjoni insuffiċjenti jew ta’ minjieri huwa fi kwalunkwe każ inevitabbli minħabba li ma humiex vijabbli (ara l-premessa 108) u l-grupp S.E. Craiova II, li fil-biċċa l-kbira tiegħu jipproduċi enerġija termali għal Craiova, qiegħed jagħmel it-telf ma huwa mistenni l-ebda rikavat mit-trasferiment. |
(228) |
Fir-rigward tal-miżura identifikata fil-punt (ii) tal-premessa 226), il-ħolqien ta’ SPVs għal investimenti ġodda se jkun ifisser li, bil-parteċipazzjoni ta’ CE Oltenia fl-SPVs li tvarja bejn 45 % u 50 %, il-kapaċità netta disponibbli ta’ CE Oltenia (ibbażata fuq proġetti ġodda fil-gass naturali u fl-enerġija rinnovabbli) tonqos minn […] għal madwar […] (il-premessa 72). Dan joħloq il-kapaċità netta disponibbli ta’ madwar […] li se tkun disponibbli għall-kompetituri tas-suq li jipparteċipaw fl-SPVs. Għalhekk, din il-miżura se tnaqqas il-kapaċità disponibbli netta tal-benefiċjarju u se tiftaħ kapaċità sinifikanti għall-kompetituri tiegħu. |
(229) |
Fir-rigward tal-miżuri ta’ mġiba, ir-Rumanija ħadet impenn favur dawk imsemmijin fil-punt 84 tal-Linji Gwida R&R, jiġifieri: (i) li CE Oltenia ma hijiex se takkwista ishma fi kwalunkwe kumpanija matul il-perjodu ta’ ristrutturar, ħlief meta dan ikun indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tagħha u soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, u (ii) li CE Oltenia ma hijiex se tirreklama l-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta tikkummerċjalizza l-prodotti u s-servizzi tagħha (il-premessa 118). F’konformità mal-punt 83 tal-Linji Gwida R&R, dawk il-miżuri se jiżguraw li l-għajnuna tintuża biss sabiex tiffinanzja r-restawr tal-vijabbiltà fit-tul u li ma tiġix abbużata billi jiġu estiżi distorsjonijiet serji u persistenti tas-suq jew billi l-benefiċjarju jiġi protett minn kompetizzjoni tajba. |
(230) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni huma adattati sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar. |
5.3.2.5.
(231) |
Skont il-punt 38(g) tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jeħtieġ li jkollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti u għall-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-għajnuna mogħtija. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet Rumeni impenjaw ruħhom li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza stabbiliti fil-punt 96 tal-Linji Gwida R&R billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti disponibbli fuq is-sit web www.ajutordestat.ro. |
(232) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li r-Rumanija tipprovdi rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kull sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Dawn ir-rapporti jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-dati tal-iżborż attwali tal-finanzjament impenjat mill-Istat u tal-kontribuzzjoni proprja, kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar, it-trażżin tal-kostijiet u t-tnaqqis tal-kostijiet u l-qligħ miksubin bil-miżuri ta’ ristrutturar, u l-miżuri korrettivi previsti jew meħudin mir-Rumanija jew mill-benefiċjarju, fejn xieraq. |
5.3.2.6.
(233) |
Miżura ta’ għajnuna mill-Istat imfassla bir-reqqa trid tiżgura li l-bilanċ ġenerali tal-effetti tal-miżura jkun pożittiv billi tevita milli taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
(234) |
Fil-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li hija teżamina meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar mas-suq intern, filwaqt li tiżgura li l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni ma jaffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Kif spjegat fis-subtaqsimiet 5.3.2.1, 5.3.2.2 u 5.3.2.3, l-għajnuna għar-ristrutturar hija neċessarja, xierqa u proporzjonata. Barra minn hekk, hemm biżżejjed salvagwardji fis-seħħ sabiex jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni (is-subtaqsima 5.3.2.4), inkluża t-trasparenza (is-subtaqsima 5.3.2.5). |
(235) |
Il-miżuri ta’ kompetizzjoni proposti, flimkien mat-tnaqqis ġenerali tal-kapaċità tal-produzzjoni ta’ CE Oltenia, inaqqsu l-preżenza ta’ CE Oltenia fis-suq fejn tibqa’ attiva wara r-ristrutturar u jwasslu għal ċertu grad ta’ ftuħ tas-suq. |
(236) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ġġenerati mill-għajnuna huma xierqa sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar. |
(237) |
Konsegwentement, l-impatt pożittiv tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika u taż-żona ekonomika inkwistjoni jisboq l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ, li għalhekk ma humiex affettwati b’mod negattiv sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
5.4. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà
(238) |
Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) 2015/1589, id-deċiżjonijiet li jagħlqu l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għandhom jittieħdu malli jitneħħew id-dubji mqajmin dwar il-kompatibbiltà ta’ miżura notifikata mas-suq intern. |
(239) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, filwaqt li d-dubji li qajmet fid-deċiżjoni tal-ftuħ tneħħew, l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ huma limitati, minħabba b’mod partikolari l-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, li r-Rumanija jenħtieġ li tiżgura l-implimentazzjoni tagħhom. Konsegwentement, l-effetti pożittivi tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq l-iżvilupp tal-attività tal-produzzjoni tal-enerġija u tar-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ, dment li r-Rumanija tiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (69), jisbqu l-effetti negattivi li jifdal fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ, li għalhekk ma humiex affettwati ħażin sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Għalhekk, l-impenji pprovduti mir-Rumanija jenħtieġ li jiġu stabbiliti bħala kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna. |
(240) |
Fil-valutazzjoni tagħha, filwaqt li tqis il-kummenti li waslu mingħand partijiet terzi u mir-Rumanija kif ukoll il-modifiki għall-pjan ta’ ristrutturar u għall-għajnuna ta’ appoġġ għar-ristrutturar introdotta sabiex jiġu indirizzati d-dubji mqajmin, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE peress li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ produzzjoni tal-elettriku u tar-reġjun tal-Oltenia tal-Lbiċ u ma tfixkilx il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
(241) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li r-Rumanija tipprovdi rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kull sitt xhur sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Dawk ir-rapporti jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-dati tal-iżborż tal-finanzjament impenjat mir-Rumanija u tal-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar f’termini ta’ dħul, ta’ trażżin tal-kostijiet u ta’ tnaqqis fil-kostijiet mill-miżuri ta’ ristrutturar u l-qligħ, u l-miżuri korrettivi previsti jew meħudin mir-Rumanija jew mill-benefiċjarju, fejn xieraq. |
6. KONKLUŻJONI
(242) |
Il-Kummissjoni ssib li r-Rumanija implimentat illegalment parti mill-għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna għar-ristrutturar lil Complexul Energetic Oltenia S.A. (“CE Oltenia”), li r-Rumanija implimentat parzjalment, fil-forma ta’ għotjiet, ta’ garanzija mill-Istat għal self, ta’ injezzjoni ta’ kapital, u ta’ konverżjoni minn self għal għotja, li ammontat għal EUR 2 658,1 miljun, hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
(1) Jenħtieġ li r-Rumanija tiżgura li CE Oltenia, fi ħdan l-iskedi ta’ żmien inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut jew, kif xieraq, sa mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, timplimenta bis-sħiħ il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar kif ukoll il-miżuri relatati li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kif ġej:
(a) |
L-għeluq jew il-konservazzjoni temporanja bħala riżerva tal-kapaċitajiet kollha tal-produzzjoni tal-linjite u t-tnedija tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni l-ġodda bejn l-2023 u l-2026, mingħajr preġudizzju għad-dekummissjonar tal-kapaċitajiet stipulati fil-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza tar-Rumanija; il-kapaċitajiet li r-Rumanija fl-aħħar mill-aħħar se tiddekummissjona għandhom ikunu dawk approvati skont il-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza; |
(b) |
it-tnaqqis gradwali tal-persunal; |
(c) |
it-tnaqqis gradwali tal-emissjonijiet ta’ CO2 flimkien ma’ investimenti sabiex jitnaqqsu emissjonijiet oħrajn li jagħmlu ħsara lill-ambjent; |
(d) |
it-tnaqqis tal-kapital azzjonarju u l-implimentazzjoni sussegwenti taż-żieda fil-kapital azzjonarju; |
(e) |
l-istabbiliment ta’ veikoli bi skop speċjali bħala impriżi konġunti ma’ koinvestituri; |
(f) |
l-iffirmar ta’ ftehimiet finanzjarji mal-banek; |
(g) |
spin-off tal-impjant tal-enerġija ta’ Craiova; |
(h) |
Il-ħolqien ta’ sussidjarja distinta ta’ CE Oltenia, li se tinkludi u topera l-unitajiet eżistenti tal-enerġija tal-linjite u l-assi relatati ta’ CE Oltenia li ma humiex maħsubin għat-tranżizzjoni lejn il-gass jew l-enerġija rinnovabbli. |
(2) Ir-Rumanija se ċċedi mhux anqas minn 20 % tal-ishma tagħha f’CE Oltenia sal-31 ta’ Diċembru 2026.
(3) Jenħtieġ li r-Rumanija tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kull sitt xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fil-31 ta’ Diċembru 2026. Jenħtieġ li dawn ir-rapporti jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-dati tal-iżborż reali tal-finanzjament imwettaq mill-Istat u l-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni, kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar, it-trażżin tal-kostijiet u t-tnaqqis tal-kostijiet u l-qligħ miksubin bil-miżuri ta’ ristrutturar, u l-miżuri korrettivi previsti jew meħudin mir-Rumanija jew, fejn xieraq, mill-benefiċjarju.
Artikolu 3
Ir-Rumanija għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri meħudin sabiex tinkiseb il-konformità magħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 94, 19.3. 2021, p. 10.
(2) Dawk l-iskambji bdew fid-29 ta’ Ġunju 2020 meta r-Rumanija bagħtet prenotifika ta’ abbozz ta' pjan ta’ ristrutturar u inkludew, sal-avviż, skambji ta’ posta elettronika, diskussjonijiet tekniċi matul vidjokonferenzi u telekonferenzi u feedback preliminari dwar l-abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar.
(3) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna
(4) Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(5) Permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Diċembru 2021.
(6) Fondul Proprietatea twaqqaf bil-liġi 247 tat-22 ta’ Lulju 2005 sabiex jikkumpensa lill-persuni li ġarrbu esproprjazzjoni b’mod abbużiv fir-reġim preċedenti u inizjalment ġie dotat bi stokks miżmumin f’diversi kumpaniji. L-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja f’perċentwal tad-drittijiet tal-vot ta’ Fondul Proprietatea mill-31 ta’ Diċembru 2021 hija maqsuma bejn l-azzjonisti istituzzjonali Rumeni (40,58 %) jew individwi privati (21,84 %), il-Bank ta’ New York Mellon (18,2 %), investituri istituzzjonali mhux Rumeni (15,76 %) jew individwi privati (3,51 %) u l-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi (0,11 %).
(7) Data mill-INSTITUTUL NATIONAL DE STATISTICA disponibbli fuq http://statistici.insse.ro:8077/tempo-online/#/pages/tables/insse-table.
(8) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/tgs00010/default/table?lang=en
(9) Il-Pjan Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Kontea ta’ Gorj huwa mħejji minn konsulenti esterni li jgħinu lill-awtoritajiet lokali. Il-kontea ta’ Gorj hija l-aktar affettwata mit-tnaqqis fl-attività ta’ CE Oltenia (mir-reġjun kollu).
(10) Il-linjite huwa ġebla tal-fjuwils fossili sedimentari fformat minn pit ikkumpressat b’mod naturali, b’kontenut ta’ karbonju ta’ madwar 60–70 fil-mija. L-estrazzjoni tal-linjite u tal-faħam għandhom kodiċijiet differenti taħt in-nomenklatura tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE), rispettivament il-kodiċijiet NACE 0510 (faħam) u 0520 (linjite).
(11) F'Jannar – Marzu 2021: Ir-Rapport tal-Autoritatea Națională de Reglementare in Domeniul Energiei, l-ewwel trimestru tal-2021, https://www.anre.ro/en/press/newsletter/2021-1st-quarter-newsletter
(12) L-“Analiżi dwar l-impatt tal-għeluq ta’ CE Oltenia fuq il-prezzijiet relatati mas-Suq ta’ Ġurnata bil-Quddiem, mas-Suq tal-Ibbilanċjar u mas-Suq Ċentralizzat għall-Kuntratti Bilaterali għall-2019 – 2030” twettqet minn OPCOM fl-2020 fuq talba tal-Ministeru tal-Enerġija.
(13) OPCOM hija operatur Rumen tas-suq tal-gass u tal-elettriku li timmaniġġja u tamministra s-swieq tan-negozjar tal-elettriku bħas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem, is-suq tal-istess ġurnata, qafas organizzat għan-negozjar kompetittiv ta’ kuntratti bilaterali tal-elettriku permezz ta’ offerta estiża (PCCB-LE) u permezz ta’ negozjar kontinwu (PCCBNC), is-suq tal-ibbilanċjar.
(*1) Data kunfidenzjali.
(14) Ara r-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija “Covid-19 impact on electricity”: https://www.iea.org/reports/covid-19-impact-on-electricity
(15) Ir-rata tal-kambju użata għad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ imsemmija fin-nota 17 f’qiegħ il-paġna kienet ta’ RON 1 = EUR 0,20904 fid-29 ta’ Jannar 2020.
(16) Żieda fil-prezz tal-kwota ta’ CO2 minn EUR 7 għal kull kwota f’Diċembru 2017 għal EUR 20 għal kull kwota fl-2018 u aktar minn EUR 27 għal kull kwota fl-2019.
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2020 C(2020) 1068 final fil-Kawża SA.56250 (2020/N) – Ir-Rumanija – Għajnuna għas-salvataġġ favur Complexul Energetic Oltenia SA (ĠU C 112, 3.4.2020, p. 1) (“id-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ”).
(18) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(19) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32) (“id-Direttiva 2003/87/KE”).
(20) https://tradingeconomics.com/commodity/carbon
(21) Il-Fond għall-Modernizzazzjoni huwa programm ta’ finanzjament dedikat tal-Unjoni sabiex jappoġġa lill-Bulgarija, lill-Kroazja, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lill-Ungerija, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Polonja, lir-Rumanija u lis-Slovakkja fit-tranżizzjoni tagħhom għan-newtralità klimatika billi jappoġġa investimenti fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika. Ġie stabbilit bid-Direttiva 2003/87/KE.
(22) Ir-rata tal-kambju użata għal din id-deċiżjoni hija ta’ RON 1 = EUR 0,2020 fil-21 ta’ Diċembru 2021.
(23) Il-premessaa 45 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(24) Il-premessi 47 sa 49 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(25) Il-premessa 53 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(26) Il-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(27) Il-premessa 52 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(28) Il-premessi 56 sa 60 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(29) Il-premessa 63 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(30) Il-premessa 64 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(31) Il-premessa 65 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(32) Il-premessa 66 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(33) L-EEB ippreżenta l-kummenti tiegħu fil-15 ta’ April 2021.
(34) Bankwatch Romania u ClientEarth ippreżentaw il-kummenti tagħhom fil-15 ta’ April 2021.
(35) Greenpeace ressqet il-kummenti tagħha fid-19 ta’ April 2021.
(36) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(37) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(38) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).
(39) B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-konformità (jew in-nuqqas ta’ din) mal-Konklużjonijiet tad-Dokument ta’ Referenza tal-BAT (BREF) għal Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (LCP) adottati skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali. Kif jissottometti l-EEB, il-gvern Rumen kiseb derogi limitati fiż-żmien dwar il-livelli ta’ NOx .
(40) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 20, 44-45, 100 u 119.
(41) Is-sottomissjoni mir-Rumanija tat-8 ta’ Marzu 2021.
(42) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza għar-Rumanija (għadha ma hijiex ippubblikata).
(43) Fl-24 ta’ Jannar 2022, ir-Rumanija kkonfermat mill-ġdid l-impenji favur il-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza rigward id-dekummissjonar tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-elettriku bbażati fuq il-faħam (linjite u antraċit) u enfasizzat li l-miżuri ta’ implimentazzjoni, kif ukoll il-kalendarju ta’ eliminazzjoni gradwali u ta’ ekoloġizzazzjoni se jkun parti mil-liġi dwar id-dekarbonizzazzjoni, li għandha titlesta fit-tieni trimestru tal-2022, kif stabbilit fil-pjan.
(44) Skont id-Deċiżjoni tal-Gvern Rumen Nru 780/2006 għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG).
(45) Il-baġit tal-Fond għall-Modernizzazzjoni huwa magħmul minn: (i) dħul mill-irkantar ta’ 2 % tal-kwoti totali għall-2021-30 taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) u (ii) kwoti addizzjonali minn ċerti Stati Membri (iċ-Ċekja, il-Kroazja, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovakkja).
(46) L-aggregazzjoni tkun tinkludi […].
(47) L-aggregazzjoni tkun tinkludi […].
(48) Fid-9 ta’ Diċembru 2021, […] iffirmaw l-Ittri ta’ Intenzjoni indikattivi dwar il-finanzjament taż-2 proġetti tas-CCGT. Fl-10 ta’ Diċembru 2021, […] iffirmaw l-Ittri ta’ Intenzjoni indikattivi dwar il-finanzjament ta’ tmien parks fotovoltajċi.
(*2) Il-perjodu ta’ ristrutturar jiddekorri mill-2021 sal-2026. Id-data ta’ wara r-ristrutturar (għas-snin 2027 u 2028) hija inkluża fit-tabella għal skopijiet illustrattivi biss.
(49) […].
(50) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2017, Il-Kummissjoni vs Frucona Košice, C-300/16 P, ECLI:EU:C:2017:706, il-punt 59; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 78, 79 u 103.
(51) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI u oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.
(52) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 60.
(53) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 18 sa 20.
(54) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 19.
(55) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020, il-punt 16, li skont dan għajnuna ambjentali u għall-enerġija ma tistax tingħata lil ditti f’diffikultà kif definiti, għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, mil-Linji Gwida applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà.
(56) Il-premessa 40 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(57) Il-premessi 17 u 33 tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ.
(58) Ara l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L318, 17.11.2006, p. 17).
(59) Il-premessa 41 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(60) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(61) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 59 u n-nota 17 f’qiegħ il-paġna.
(62) Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 59 u n-nota 17 f’qiegħ il-paġna.
Il-punt 38(c), u l-punti 54 u 58 tal-Linji Gwida R&R.
(63) Dan jinkludi għotja ta’ EUR 241 miljun mill-Istat għax-xiri ta’ kwoti ta’ CO2 għall-2020 li diġà ngħatat, u parti mill-pakkett ta’ għajnuna għar-ristrutturar notifikat.
(64) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2021 f’SA.100199 (2021/N) – Mappa tal-għajnuna reġjonali għar-Rumanija (l-1 ta’ Jannar 2022 – il-31 ta’ Diċembru 2027), li għadha ma ġietx ippubblikata.
(65) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (ĠU C 91I, 20.3.2020, p. 1), kif emendata bil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C(2020) 2215 (ĠU C 112I, 4.4.2020, p. 1), C(2020) 3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 3), C(2020) 4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3), C(2020) 7127 (ĠU C 340I, 13.10.2020, p. 1), C(2021) 564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6), u C(2021) 8442 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1), il-punti 3 u 14bis.
(66) Il-punt 38(f) tal-Linji Gwida R&R.
(67) Il-punti 70 u 71 tal-Linji Gwida R&R.
(68) Il-punt 72(a) tal-Linji Gwida R&R.
(69) Il-punt 122 tal-Linji Gwida R&R.
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/59 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1921 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Settembru 2022
dwar il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għal ksur allegat ta’ rekwiżiti ta’ rapportar statistiku (BĊE/2022/32)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 132(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 34 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (1), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku. |
(2) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 jipprovdi li l-BĊE, huwa hu jiddetermina jekk jimponix sanzjoni u huwa hu jiddetermina s-sanzjoni xierqa, għandu jiġi gwidat mill-prinċipju tal-proporzjonalità. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ ċirkostanzi li l-BĊE għandu jikkunsidra, fejn rilevanti, f’każ speċifiku. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) (3) jistabbilixxi l-proċedura għas-sottomissjoni ta’ proposta mill-unità investigattiva indipendenti tal-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għall-finijiet ta’ determinazzjoni ta’ jekk l-aġent li jirrapporta wettaqx ksur allegat u jispeċifika l-ammont propost tas-sanzjoni li għandha tiġi imposta, u jippermetti proċedura ta’ ksur simplifikata għas-sanzjonar ta’ ksur minuri. |
(4) |
Fl-interess tat-trattament ugwali tal-aġenti li jirrapportaw, [u kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/1917 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/31) (4), il-BĊE għandu jistabbilixxi l-metodoloġija li għandha tiġi segwita mill-banek ċentrali tal-Eurosistema kompetenti fil-kalkolu tal-ammont propost tas-sanzjoni. Il-kalkolu għandu jsir f’żewġ stadji. L-ewwel nett, ammont bażi huwa kkalkolat fuq il-bażi ta’ aspetti kwantitattivi tal-ksur allegat u, it-tieni nett, ċirkustanzi u informazzjoni rilevanti oħra jittieħdu inkunsiderazzjoni li b’riżultat tagħhom l-ammont bażi jista’ jiġi aġġustat. |
(5) |
Għal dik ir-raġuni, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tal-BĊE meta jiġu imposti sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw, dik il-metodoloġija għandha tagħti dettalji dwar l-aspetti kwantitattivi użati fil-kalkolu tal-ammont bażi. Barra minn hekk, dik il-metodoloġija għandha tipprovdi gwida fir-rigward taċ-ċirkostanzi u l-informazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati, fejn rilevanti, minn bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti fil-kalkolu l-ammont propost tas-sanzjoni. |
(6) |
Għalkemm b’mod ġenerali l-assi totali ta’ aġent li jirrapporta għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat id-daqs ekonomiku ta’ aġent li jirrapporta li jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku, meta jiġi ddeterminat id-daqs ekonomiku ta’ aġent li jirrapporta li jonqos milli jikkonforma ma’ ċerti tipi ta’ rekwiżiti ta’ rapportar, pereżempju dwar statistika tal-ħlasijiet stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/43) (5) u dwar titoli f’kustodja stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (6), l-għadd totali ta’ klijenti tiegħu, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tiegħu jew il-valur totali tat-titoli depożitati għand il-kustodju huma miżuri tad-daqs ekonomiku tiegħu aktar xierqa għall-għan li jiġi kkalkolat l-ammont bażi. Għal dawn l-għanijiet, huwa xieraq ukoll li jitqies id-daqs ekonomiku ta’ aġent li jirrapporta li jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku meta mqabbel mad-daqs ekonomiku ta’, fil-każ tal-istatistika tas-suq monetarju stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (7), il-popolazzjoni ta’ rapportar ta’ referenza jew, fi kwalunkwe każ ieħor, il-popolazzjoni ta’ rapportar attwali rilevanti. |
(7) |
Għall-finijiet tal-produzzjoni regolari ta’ statistika tas-suq monetarju kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48), żbalji fid-data dwar is-segment tas-suq mhux garantit li ma jiġux ikkoreġuti qabel l-iskadenza tat-trażmissjoni stabbilita mill-BĊE jew mill-BĊN, jistgħu jiġu sanzjonati minħabba li huwa kritiku li wieħed jirċievi tagħrif statistiku f’waqtu, preċiż u komplet dwar is-segment mhux garantit li jikkonforma ma’ standards għoljin ta’ integrità għat-twettiq tal-kompiti tal-BĊE fil-qasam tal-politika monetarja. Għal din ir-raġuni, u biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31), huwa xieraq u adegwat li l-banek ċentrali tal-Eurosistema japplikaw din id-Deċiżjoni tliet xhur wara n-notifika f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tar-regoli armonizzati, il-BĊNi u l-BĊE għandhom jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni mill-istess data bħad-data rilevanti tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31). |
(9) |
Madankollu, sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi previst li l-BĊNi kompetenti u l-BĊE għandhom ikomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (8) f’każijiet ta’ ksur allegat li jseħħ qabel id-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ripetut fejn każ wieħed jew aktar ta’ nuqqas ta’ konformità jseħħu qabel u wara d-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Il-prinċipji segwiti mill-BĊE biex jikkalkula s-sanzjonijiet mill-perjodu ta’ referenza ta’ Diċembru 2004 għar-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ kull xahar u r-raba’ trimestru tal-2004 għar-rekwiżiti ta’ rapportar trimestrali għal ksur tar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku tal-karta tal-bilanċ minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards minimi stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/13) (9) ġew stabbiliti fl-Avviż tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur tar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku tal-karta tal-bilanċ (10). Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa xieraq li l-Avviż jiġi rtirat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-ammont propost xieraq ta’ sanzjoni li għandha tiġi imposta mill-BĊE fuq aġent li jirrapporta li huwa soġġett għal rekwiżiti ta’ rapportar statistiku u li jonqos milli jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti.
2. Il-metodoloġija tapplika għall-kalkolu tal-ammont propost ta’ sanzjoni għal ksur allegat wieħed jew aktar li fir-rigward tiegħu tkun inbdiet proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 8(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31).
3. Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tipprevjeni lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE milli jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu li jimponi sanzjoni li huwa jqis xierqa skont l-Artikolu 7a(6) tar-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31).
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:
(1) |
“skadenza tal-BĊE” tfisser id-data u s-siegħa stabbiliti mill-BĊE biex jirċievi tagħrif statistiku mill-banek ċentrali nazzjonali jew, fil-każ ta’ rapportar dirett, mill-aġenti li jirrapportaw skont ir-regolamenti jew id-deċiżjonijiet statistiċi adottati mill-BĊE; |
(2) |
“skadenza tal-BĊN” tfisser id-data u s-siegħa stabbiliti minn bank ċentrali nazzjonali biex jirċievi tagħrif statistiku mingħand l-aġenti li jirrapportaw għall-fini ta’ konformità mar-regolamenti jew deċiżjonijiet statistiċi adottati mill-BĊE. |
Artikolu 3
Kalkolu tas-sanzjonijiet proposti
1. Is-sanzjonijiet proposti fil-każ ta’ ksur kumulattiv allegat imsemmi fl-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31) jew fil-każ ta’ ksur allegat imsemmi fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31) għandhom jiġu kkalkulati skont il-proċedura li ġejja:
(a) |
ammont bażi għandu l-ewwel jiġi kkalkolat mill-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti fuq il-bażi tal-aspetti kwantitattivi tal-ksur allegat, inkluż fejn rilevanti:
|
(b) |
iċ-ċirkostanzi rilevanti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 li mhumiex imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, għandhom imbagħad jiġu kkunsidrati u jistgħu jeħtieġu aġġustament għall-ammont bażi kkalkulat skont il-punt (a). |
2. Is-sanzjonijiet proposti fil-każ ta’ mġiba ħażina serja msemmija fl-Artikolu 8(1), punt (a) tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31) għandhom jiġu kkalkulati skont il-proċedura li ġejja:
(a) |
ammont bażi, għandu l-ewwel jiġi ddeterminat mill-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti billi jiġu applikati l-multi massimi stabbiliti fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 kif aġġustati b’referenza għad-daqs ekonomiku tal-aġent li jirrapporta; |
(b) |
kwalunkwe ċirkostanzi rilevanti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għandhom imbagħad jiġu kkunsidrati u jistgħu jeħtieġu aġġustament għall-ammont bażi kkalkulat skont il-punt (a). |
3. L-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1 punt (b) għandu jkun limitat għal massimu ta’ terz tal-ammont bażi msemmi fil-paragrafu 1 punt (a). L-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b) għandu jkun limitat għal aġġustament ’l isfel massimu ta’ terz tal-ammont bażi msemmi fil-paragrafu 2 punt (a).
4. Meta ksur allegat ikun relatat mar-rapportar ta’ tagħrif statistiku li ma jkunx korrett, mhux komplut jew f’forma li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ rapportar, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjoni għal żbalji negliġibbli jew fejn l-aġent li jirrapporta jkun ikkoreġa l-iżbalji mhux negliġibbli f’konformità mal-politika u l-proċeduri tar-reviżjonijiet tal-BĊE. Dan m’għandux japplika meta:
(a) |
ikun hemm nuqqas sistematiku jew intenzjonat ta’ rapportar ta’ tagħrif statistiku korrett jew komplut; jew |
(b) |
ikun hemm nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar relatati mas-segment mhux garantit skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). |
5. Meta jikkalkulaw is-sanzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2, il-banek ċentrali tal-Eurosistema kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-multi massimi stabbiliti fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
6. Meta jissottometti proposta lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE skont l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4), il-BĊN kompetenti għandu jiddeskrivi f’biżżejjed dettall il-mod li bih ikun ikkalkula l-ammont propost tas-sanzjoni li għandha tiġi imposta mill-BĊE, inkluż jekk ikunx ta xi ponderazzjoni lill-fatturi rilevanti għall-kalkolu tal-ammont bażi jew lill-aġġustament tal-ammont bażi skont l-Artikolu 4 jew 5, rispettivament.
7. Fejn tkun ingħatat ponderazzjoni lill-fatturi rilevanti għall-kalkolu tal-ammont tal-linja bażi jew għall-aġġustament tal-ammont tal-linja bażi skont l-Artikolu 4 jew 5, rispettivament, il-BĊE għandu jinforma lill-aġent li jirrapporta kif xieraq. Meta jimponi sanzjoni, il-BĊE għandu jinforma lill-aġent li jirrapporta bil-mod li bih ġiet ikkalkolata s-sanzjoni, inkluż jekk tax xi piż għall-fatturi rilevanti għall-kalkolu tal-ammont bażi jew għall-aġġustament tal-ammont bażi f’ skont l-Artikolu 4 jew 5, rispettivament.
8. Fejn ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku jikkonsisti wkoll fi ksur tar-rekwiżiti tar-riżerva minima u tiġi imposta sanzjoni fuq dik il-bażi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 (11), l-ebda sanzjoni oħra m’għandha tiġi imposta b’rabta mal-ksur tar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku.
Artikolu 4
Kalkolu tal-ammont bażi
1. Meta bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti jikkalkula l-ammont bażi, l-aspetti kwantitattivi tal-ksur allegat li fuqu jibbaża l-kalkolu tiegħu msemmi fl-Artikolu 3(1) u d-daqs ekonomiku li fuqu jibbaża l-kalkolu tiegħu msemmi fl-Artikolu 3(2) għandhom jiġu ddeterminati bħala rilevanti skont dan l-Artikolu.
2. Id-daqs ekonomiku tal-aġent li jirrapporta għandu jkun determinat b’referenza għal:
(a) |
fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar l-istatistika tal-ħlasijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43), fir-rigward tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet biss, l-għadd totali ta’ klijenti u, inkella, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas, tal-aġent li jirrapporta l-aktar reċentement irrapportat minnu fid-data tal-ksur allegat skont dak ir-Regolament; |
(b) |
fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku dwar titoli f’kustodja stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), il-valur totali tat-titoli depożitati għand il-kustodju rrapportat l-aktar reċentement minn dak il-kustodju fid-data tal-ksur allegat skont dak ir-Regolament; |
(c) |
fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), l-ammont tal-assi totali tal-aġent li jirrapporta kif determinat mit-tagħrif statistiku fuq il-karta tal-bilanċ tal-aġent li jirrapporta l-aktar reċenti rrapportat minnu fid-data tal-allegat ksur skont ir-regolamenti tal-BĊE applikabbli. |
Madankollu, jekk, fid-data tal-ksur allegat, l-aġent li jirrapporta rilevanti ma jkunx konformi mal-obbligi tiegħu li jirrapporta t-tagħrif statistiku li huwa meħtieġ għad-determinazzjoni tad-daqs ekonomiku tiegħu, il-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema għandu minflok jiddetermina d-daqs ekonomiku bl-użu tat-tagħrif statistiku li jkun ġie sottomess l-aktar reċentement lil dak il-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema jew li jkun disponibbli għalih b’xi mod ieħor.
3. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-daqs ekonomiku tal-aġent li jirrapporta, il-bank ċentrali kompetenti tal-Eurosistema għandu jqis id-daqs ekonomiku tal-aġent li jirrapporta rilevanti bħala proporzjon tad-daqs ekonomiku totali ta’:
(a) |
fil-każ ta’ rapportar skont ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48), l-aġenti kollha li jirrapportaw fil-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta rilevanti; |
(b) |
fil-każijiet l-oħra kollha, l-aġenti kollha li jirrapportaw fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta rilevanti. |
4. Il-frekwenza tal-ksur allegat għandha tiġi ddeterminata b’referenza għall-għadd ta’ ksur allegat li jkun seħħ fil-perjodu ta’ nuqqas ta’ konformità li miegħu tkun relatata l-proċedura ta’ ksur.
5. Meta ksur allegat ikun relatat man-nuqqas ta’ rapportar ta’ kwalunkwe tagħrif statistiku lill-BĊE jew lill-BĊN kompetenti sal-iskadenza rilevanti kif deskritt fir-regolament jew fid-deċiżjoni applikabbli tal-BĊE, it-tul tal-ksur allegat għandu jiġi ddeterminat b’referenza għal:
(a) |
fil-każ ta’ rapportar dirett, l-għadd totali ta’ jiem ta’ xogħol ta’ dewmien fis-sottomissjoni tat-tagħrif statistiku wara l-iskadenza tal-BĊE; |
(b) |
fil-każijiet l-oħra kollha, in-numru totali ta’ jiem ta’ xogħol ta’ dewmien fis-sottomissjoni tat-tagħrif statistiku wara l-iskadenza tal-BĊN li tinkludi (i) in-numru ta’ jiem tax-xogħol qabel l-iskadenza tal-BĊE u (ii) in-numru ta’ jiem tax-xogħol wara l-iskadenza tal-BĊE. |
6. Meta ksur allegat ikun relatat mar-rapportar ta’ informazzjoni li ma tkunx korretta, ma tkunx kompluta jew f’forma li ma tkunx konformi mar-rekwiżit kif deskritt fir-regolament jew fid-deċiżjoni applikabbli tal-BĊE, id-daqs tad-diskrepanza għandu jiġi ddeterminat b’referenza għad-differenza fil-valur assolut bejn it-tagħrif statistiku mhux korrett u t-tagħrif statistiku korrett.
Artikolu 5
Aġġustament tal-ammont bażi
Fejn bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti jqis iċ-ċirkostanzi u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) u l-Artikolu 3(2), il-punt (b), huwa għandu jinkludi f’tali kunsiderazzjonijiet fejn rilevanti:
(a) |
il-bona fede u l-grad ta’ onesta` tal-aġent li jirrapporta fl-interpretazzjoni u t-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku, inkluż b’referenza għaċ-ċirkostanzi li fihom l-allegat ksur ġie identifikat, bħal jekk dan kien permezz ta’ notifika volontarja mill-aġent li jirrapporta jew bħala riżultat ta’ azzjoni investigattiva; |
(b) |
il-grad ta’ diliġenza u kooperazzjoni murija mill-aġent li jirrapporta, inkluż b’referenza għall-kondotta tal-aġent li jirrapporta, bħall-parteċipazzjoni tiegħu fi, u l-assistenza fi, kwalunkwe proċedura ta’ ksur jew kwalunkwe proċedura tal-bank ċentrali tal-Eurosistema kompetenti, li għandhom x’jaqsmu mal-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar tal-istatistika, u r-rieda tiegħu li jirrimedja l-ksur allegat; |
(c) |
is-serjetà tal-effetti tal-ksur, inkluż b’referenza għall-konsegwenzi tal-ksur allegat bħall-impatt li l-ksur allegat ikollu fuq ir-riżultati statistiċi rilevanti, jew fuq l-użu tat-tagħrif statistiku għall-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali skont it-Trattat, jew kwalunkwe effett detrimentali ta’ parti terza; |
(d) |
ir-repetizzjoni tal-ksur, inkluż b’referenza għal kwalunkwe nuqqas min-naħa tal-aġent li jirrapporta li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu fuq bażi ripetuta barra mill-perjodu ta’ nuqqas ta’ konformità li miegħu huwa relatat l-allegat ksur, li ma kienx is-suġġett ta’ proċedura oħra ta’ ksur. |
Artikolu 6
Reviżjoni
Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ, u minn hemm ’il quddiem kull tliet snin, u jivvaluta jekk għandhiex tiġi emendata.
Artikolu 7
Dispożizzjoni tranżitorja
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal ksur allegat li jseħħ qabel id-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni kif speċifikat fl-Artikolu 9. Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2022/1917 (BĊE/2022/31), id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 għandha tkompli tapplika għal dak il-ksur allegat, inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ripetut imsemmija fl-Artikolu 3(2), punt (b), ta’ dik id-Deċiżjoni, fejn każ wieħed jew aktar ta’ nuqqas ta’ konformità jseħħ qabel u wara d-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni kif speċifikat f’ Artikolu 9.
Artikolu 8
Applikazzjoni speċifika għal ksur ta’ rapportar statistiku tas-suq monetarju
F’każijiet ta’ allegat ksur tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48), il-BĊNi kompetenti u l-BĊE għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni mill-31 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
2. Għandha tapplika mit-30 ta’ April 2024, ħlief għall-Artikolu 8 li għandu japplika mill-31 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 10
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Settembru 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.
(2) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(3) Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21).
(4) Regolament (UE) 2022/1917 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Settembru 2022 dwar proċeduri ta’ ksur f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku u li jħassar id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (BĊE/2022/31) (ara paġna 6 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/43) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 18).
(6) Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).
(7) Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97).
(8) Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).
(9) Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2001/13) (ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1).
(10) ĠU C 195, 31.7.2004, p. 8.
(11) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1).