ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
5 ta' Ottubru 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1686 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

1

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1687 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

3

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1688 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

29

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1689 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

30

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2022/1690 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni

38

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2022/1691 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura) (EACEA) għas-sena finanzjarja 2020

40

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2022/1692 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs — Eismea) għas-sena finanzjarja 2020

42

 

*

Deciżjoni (UE, Euratom) 2022/1693 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) għas-sena finanzjarja 2020

44

 

*

Deciżjoni (UE, Euratom) 2022/1694 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) għas-sena finanzjarja 2020

46

 

*

Deciżjoni (UE, Euratom) 2022/1695 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka) (REA) għas-sena finanzjarja 2020

48

 

*

Deciżjoni (UE, Euratom) 2022/1696 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent — CINEA) għas-sena finanzjarja 2020

50

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1697 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

52

 

*

Deciżjoni (UE, Euratom) 2022/1698 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni

82

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1699 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

84

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1700 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

85

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1701 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

94

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1702 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

95

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1703 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

108

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1704 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

109

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1705 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

122

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1706 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

123

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1707 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

133

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1708 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 bl-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

134

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1709 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

141

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1710 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

142

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1711 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

151

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1712 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

152

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1713 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020

164

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1714 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020

166

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1715 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020

181

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1716 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2020

183

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1717 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2020

184

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1718 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2020

188

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1719 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020

189

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1720 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020

190

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1721 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020

193

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1722 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2020

194

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1723 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2020

196

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1724 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2020

200

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1725 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020

202

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1726 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020

204

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1727 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020

208

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1728 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020

209

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1729 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020

211

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1730 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020

216

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1731 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2020

218

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1732 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għas-sena finanzjarja 2020

220

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1733 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2020

225

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1734 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2020

226

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1735 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2020

228

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1736 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2020

233

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1737 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2020

234

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1738 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2020

235

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1739 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2020

240

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1740 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2020

241

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1741 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2020

242

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1742 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2020

248

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1743 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2020

250

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1744 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2020

252

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1745 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2020

258

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1746 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2020

259

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1747 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2020

261

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1748 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2020

266

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1749 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2020

268

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1750 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2020

269

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1751 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2020

273

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1752 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2020

274

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1753 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2020

276

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1754 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2020

281

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1755 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2020

282

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1756 tal-parlament ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2020

283

 

 

Deċiżjoni (UE) 2022/1757 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2020

288

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1758 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2020

289

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1759 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2020

290

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1760 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2020

294

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1761 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2020

295

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1762 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2020

297

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1763 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2020

301

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1764 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2020

303

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1765 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2020

305

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1766 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2020

312

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1767 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2020

313

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1768 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2020

315

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1769 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2020

319

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1770 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

320

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1771 tal-parlament ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

321

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1772 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

326

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1773 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020

327

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1774 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020

328

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1775 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020

332

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1776 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2020

334

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1777 tal-parlament ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2020

335

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1778 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2020

340

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1779 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

341

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1780 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

343

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1781 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

348

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1782 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2020

349

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1783 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2020

351

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1784 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2020

355

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1785 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020

356

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1786 tal-parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020

358

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1787 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020

363

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1788 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020

365

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1789 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020

366

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1790 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020

370

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2022/1791 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020

371

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1792 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020

372

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2022/1793 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020

374

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1794 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020

375

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1795 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020

377

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1796 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020

382

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1797 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020

384

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1798 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020

385

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1799 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020

390

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1800 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020

391

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1801 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020

393

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1802 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020

398

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1803 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2020

400

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1804 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2020

401

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1805 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2020

405

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1806 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020

406

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1807 tal-parlament ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020

407

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1808 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020

416

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1809 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA) għas-sena finanzjarja 2020

417

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1810 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA) għas-sena finanzjarja 2020

419

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1811 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA) għas-sena finanzjarja 2020

423

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1812 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

425

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1813 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (attwalment l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2020

437

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1814 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (attwalment l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2020

439

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1815 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (attwalment l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2020

444

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1816 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (issa l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa) għas-sena finanzjarja 2020

446

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1817 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (issa l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa) għas-sena finanzjarja 2020

448

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1818 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (attwalment l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa) għas-sena finanzjarja 2020

454

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1819 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (issa l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin) għas-sena finanzjarja 2020

456

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1820 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (issa l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin) għas-sena finanzjarja 2020

458

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1821 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL (issa l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin) għas-sena finanzjarja 2020

462

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1822 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (issa l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif) għas-sena finanzjarja 2020

464

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1823 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għall-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (issa l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif) għas-sena finanzjarja 2020

466

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1824 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (issa l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif) għas-sena finanzjarja 2020

470

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1825 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (issa l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva) għas-sena finanzjarja 2020

472

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1826 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (issa l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva) għas-sena finanzjarja 2020

474

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1827 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (issa l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva) għas-sena finanzjarja 2020

479

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2022/1828 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2020

481

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1829 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4U) għas-sena finanzjarja 2020

483

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2022/1830 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2020

489

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1831 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR (issa l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3) għas-sena finanzjarja 2020

490

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1832 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR (issa l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3) għas-sena finanzjarja 2020

492

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1833 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR (issa l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3) għas-sena finanzjarja 2020

497

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1834 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (issa l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2020

499

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1835 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (issa l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2020

501

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1836 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (issa l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2020

506

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1837 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020

508

 

*

Riżoluzzjoni (UE) 2022/1838 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020

510

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1839 tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020

514

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/1


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1686 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)381 — C9-0259/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2022),

A.

billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2020 fid-9 ta' Ġunju 2021;

B.

billi s-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti prinċipali b'delega, fil-25 ta' Ġunju 2021, iċċertifika b'aċċertament raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

C.

billi fl-awditu tagħha l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li, fil-valutazzjoni speċifika tagħha tal-infiq amministrattiv u ta' nfiq ieħor fl-2020, ma identifikat l-ebda dgħufija serja fir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet u tal-korpi li eżaminat kif meħtieġ bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046;

D.

billi l-Artikolu 262(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi adatti kollha biex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

1.

Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 281, 13.7.2021, p. 1.

(4)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(5)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/3


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1687 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100, l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2022),

A.

billi, fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Parlament Ewropew (il-“Parlament”) iddikjara l-aċċertament raġonevoli tiegħu li l-kontijiet, fl-aspetti materjali kollha, jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tal-Parlament;

B.

billi, f’konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħtu 191 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet bil-miktub waslu u ġew diskussi pubblikament mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-Baġit, is-Segretarju Ġenerali, id-direttur tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (l-“Awtorità”) u l-awditur intern;

C.

billi, dejjem hemm lok għal titjib f’termini ta’ kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, l-iskrutinju huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li t-tmexxija politika u l-amministrazzjoni tal-Parlament jagħtu rendikont ta’ għemilhom liċ-ċittadini tal-Unjoni,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament

1.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2020 ammontaw għal EUR 2 038 745 000, jew 18,1 % tal-intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (1) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2020 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom, li jirrappreżentaw żieda ta’ 2,1 % fuq il-baġit tal-2019 (EUR 1 996 978 262), iżda fl-istess ħin tnaqqis ta’ 0,4 % fis-sehem relattiv tagħhom fil-baġit kumplessiv;

2.

Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta’ Diċembru 2020 kien jammonta għal EUR 203 449 523 (meta mqabbel ma’ EUR 207 521 070 fl-2019), li jinkludi EUR 33 567 305 minn dħul assenjat (meta mqabbel ma’ EUR 36 566 236 fl-2019);

3.

Jenfasizza li erba’ kapitoli kienu jirrappreżentaw 67,6 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 1 0 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 1 2 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 2 0 (Bini u spejjeż relatati) u l-Kapitolu 4 2 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari), li jindika livell għoli ta’ riġidità għall-biċċa l-kbira tan-nefqa tal-Parlament;

4.

Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2020, jiġifieri:

(a)

Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2020:

2 038 745 000

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2019:

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2019:

274 260 660

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għall-2020:

33 567 305

riporti li jikkorrispondu għal dħul assenjat mill-2019:

32 413 449

Total:

2 378 986 414

(b)

Użu ta’ approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2020 (EUR)

impenji:

2 258 910 984

pagamenti li saru:

1 862 291 046

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

395 843 062

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

74 900 000

approprjazzjonijiet ikkanċellati:

44 577 406

(c)

Dħul tal-baġit (EUR)

riċevut fl-2020:

203 449 523

(d)

Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta’ Diċembru 2020 (EUR)

1 690 096 152

5.

Jirrimarka li 95,7 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Parlament, li jammontaw għal EUR 1 950 750 955, ġew impenjati, b’rata ta’ kanċellazzjoni ta’ 0,8 %; jinnota b’sodisfazzjon li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta’ implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li l-pagamenti ammontaw għal EUR 1 590 035 012, u dan irriżulta f’rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ 81,5 %;

6.

Jissottolinja l-fatt li l-approprjazzjonijiet ikkanċellati għas-sena 2020 li jammontaw għal EUR 17 292 007, prinċipalment kienu relatati ma’ nefqa relatata mal-bini, mal-produzzjoni u mad-disseminazzjoni, kif ukoll mar-remunerazzjoni, mal-computing u mat-telekomunikazzjoni;

7.

Jinnota li fis-sena finanzjarja 2020 ġew approvati tnax-il trasferiment f’konformità mal-Artikoli 31 u 49 tar-Regolament Finanzjarju, li jammontaw għal EUR 183 933 785 jew 9 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva li 76,4 % tal-fondi ttrasferiti kienu relatati mal-politika tal-bini tal-Parlament u fil-biċċa l-kbira, biex jiffinanzjaw ix-xiri tal-binja Wiertz u l-pagamenti annwali għall-proġett tal-binja Adenauer II;

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2020 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

8.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) twettaq valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta’ nfiq ieħor bħala grupp ta’ politiki uniku għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha; jenfasizza li l-infiq amministrattiv u l-infiq relatat jinkludu l-infiq fuq ir-riżorsi umani (is-salarji, l-indennizzi u l-pensjonijiet), li jirrappreżenta 60 % tat-total, u fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni;

9.

Jinnota li l-evidenza għall-awditjar kumplessiva tindika li l-infiq fuq l-amministrazzjoni mhuwiex affettwat minn livell ta’ żball materjali;

10.

Jinnota bi tħassib is-sejba speċifika mill-Qorti, fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, ta’ żbalji f’żewġ pagamenti: (i) pagament eċċessiv għas-servizzi tal-IT ikkawżat minn applikazzjoni mhux korretta tal-klawżoli kuntrattwali u (ii) pagament mhux korrett ta’ indennizz tas-sussistenza lil Membru, wara żball f’lista tal-attendenza; jiddispjaċih li s-sistema ta’ kontroll stabbilita, dawk l-iżbalji la rnexxielha tevitahom, u lanqas taqbadhom; jistieden lill-Parlament jispjega kif seħħew dawk l-iżbalji u l-miżuri li ttieħdu biex jiġu kkoreġuti, u jiżgura li ma jistgħux jerġgħu jseħħu fil-futur kif ukoll jiżgura li sa tmiem l-2022 iħallas biss l-indennizzi ta’ kuljum lill-Membri li jikkwalifikaw għalihom;

11.

Jinnota t-tweġiba mogħtija mill-Parlament fil-proċedura kontradittorja li aċċettat ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti; jinnota li fl-2019, il-Parlament nieda proġett biex tiġi awtomatizzata r-reġistrazzjoni tal-attendenza permezz tat-teknoloġija bijometrika fir-reġistru ċentrali tal-attendenza u ffirma kuntratt għal dan il-proġett fi tmiem l-2020; jisħaq li l-ipproċessar fuq skala kbira ta’ data bijometrika għandu jiġi evitat; jitlob lill-Bureau jiżviluppa soluzzjoni alternattiva li ma tinvolvix l-ipproċessar ta’ data bijometrika u jiżgura li l-indennizz tas-sussistenza ta’ kuljum jirċevuh biss dawk il-Membri li fil-fatt huma intitolati għalih; jiddispjaċih il-fatt li dan il-proġett ġie segwit minkejja l-opinjoni negattiva tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-aħħar ta’ Marzu 2021 u mtennija fir-Rapport Annwali tiegħu tal-2021, fejn ġie ddikjarat li l-Parlament għandu jikkunsidra alternattivi inqas intrużivi fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;

12.

Jenfasizza li l-Qorti eżaminat b’mod aktar partikolari l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għax-xiri ta’ tagħmir protettiv personali għall-membri tal-persunal tagħhom fl-2020; jinnota li l-Qorti vverifikat tliet proċeduri ta’ akkwist organizzati mill-Parlament biex jinxtraw maskri protettivi, detetturi tat-temperatura u testijiet tal-COVID-19; jiddispjaċih dwar l-ispejjeż ikkawżati minn deċiżjonijiet suċċessivi biex jinxtraw u jintużaw mudelli differenti ta’ detetturi tat-temperatura sakemm instab l-aktar wieħed adattat għall-ħtiġijiet attwali; jissottolinja li l-akkwist urġenti ta’ tagħmir fl-istadji bikrija tal-pandemija tal-COVID-19 kien ta’ sfida minħabba ż-żieda fid-domanda u l-kompetizzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-pajjiżi; jinnota li l-Qorti, f’każ wieħed relatat max-xiri ta’ maskri tad-drapp, sabet li r-rekwiżiti stabbiliti mill-Parlament fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta kienu wesgħin wisq biex jippermettu valutazzjoni tal-konformità, u li l-offerenti rebbieħa ma inkludewx evidenza sħiħa fl-offerta tagħhom li r-rekwiżiti minimi kollha tal-kwalità ġew issodisfati fiż-żmien tal-ikkuntrattar, bħal evidenza relatata mal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew mad-durabbiltà tal-maskri;

Ir-rapport annwali tal-awditur intern

13.

Jinnota li, fil-laqgħa bejn il-kumitat responsabbli u l-awditur intern li saret fit-30 ta’ Novembru 2021, l-awditur intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u ddeskriva l-awditi ta’ aċċertament li wettaq u rrapporta dwarhom, li fl-2020 koprew is-suġġetti li ġejjin:

awditu tal-gruppi ta’ viżitaturi (Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM));

awditu tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS));

it-tieni rapport dwar l-awditu tas-sistemi tal-informazzjoni: il-ġestjoni tal-identità u tal-aċċess (DĠ IPOL, DĠ FINS, DĠ LINC, DĠ TRAD u DĠ ITEC);

rieżami preliminari tal-qafas ta’ protezzjoni tad-data tal-Parlament;

segwitu tal-azzjonijiet miftuħa mir-rapporti tal-awditjar interni - fażijiet 1 u 2 tal-2020.

14.

Jilqa’ u jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin li l-awditur intern laħaq ftehim dwarhom mad-direttorati ġenerali responsabbli, b’riżultat tal-kompiti ta’ aċċertament:

fir-rigward tal-awditu tal-gruppi ta’ viżitaturi, żieda fl-aċċertament tar-regolarità tal-pagamenti u fl-effiċjenza tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, inklużi definizzjonijiet aħjar tal-ispejjeż eliġibbli u tal-kundizzjonijiet għall-pagament tagħhom u tal-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kull żjara; żieda fl-allinjament bejn il-kontribuzzjoni u l-ispejjeż reali marbuta direttament maż-żjara; finalizzazzjoni tal-kontrolli ex post għall-2017 u t-tnedija ta’ programm annwali ta’ kontroll għas-snin sussegwenti kollha sal-lum, u t-tisħiħ tal-kontrolli ex ante fuq ir-rimborżi; ratifika tal-obbligi kuntrattwali tal-aġenziji tal-ivvjaġġar lejn il-Parlament, meta jaġixxu bħala kapijiet ta’ gruppi; kjarifika tar-regoli li jirregolaw il-gruppi ta’ viżitaturi biex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ assimilazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għal attivitajiet mhux marbuta direttament mal-programm tal-gruppi ta’ viżitaturi;

fir-rigward tal-ewwel fażi tal-awditu tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, rikonoxximent tal-fatt li l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (“l-Awtorità”) kellha riżorsi limitati ħafna fil-bidu tagħha għall-istabbiliment ta’ proċeduri ġodda ta’ ġestjoni u kontroll; kunsiderazzjoni tal-fatt li għad hemm oqsma ta’ responsabbiltajiet konġunti jew li jikkoinċidu bejn l-Awtorità u d-DĠ FINS li jipprevedu aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni prevista bil-leġiżlazzjoni ewlenija li tirregola l-proċess ta’ reġistrazzjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu; identifikazzjoni ta’ għadd ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċess ta’ reġistrazzjoni fir-Regolament li għalihom jista’ jkun hemm skop biex jissaħħu ċ-ċarezza, il-komprensività u l-faċilità tal-applikazzjoni;

rigward it-tieni rapport dwar l-awditu tas-sistemi tal-informazzjoni: ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess, filwaqt li jitnaqqas għal minimu assolut l-għoti ta’ drittijiet ta’ aċċess privileġġat għall-bażi ta’ data tal-applikazzjonijiet fl-ambjent tal-produzzjoni; tisħiħ tal-kontrolli tal-aċċess għall-bażijiet ta’ data tal-applikazzjonijiet u għall-kontijiet minn applikazzjoni għal applikazzjoni; tisħiħ tal-ġestjoni tad-drittijiet ta’ aċċess individwali sabiex jiġu ddefiniti r-regoli dwar il-kontroll tal-aċċess u jiġu mmonitorjati aħjar id-drittijiet ta’ aċċess individwali;

fir-rigward tar-rieżami preliminari tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Parlament, li ġie adottat fis-17 ta’ Frar 2021, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-kontrolluri tad-data li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2018/1725 (3), u żieda fis-sensibilizzazzjoni fost il-membri tal-persunal li jipproċessaw id-data personali; żgurar li s-servizz tal-protezzjoni tad-data jkollu biżżejjed persunal; żgurar ta’ aġġornament urġenti tar-reġistru ċentrali tal-Parlament tal-attivitajiet tal-ipproċessar li jittrattaw id-data personali; tisħiħ tal-livell ta’ sigurtà tas-sistemi tal-IT li jipproċessaw id-data personali; titjib fil-ġestjoni tat-tneħħija tal-aċċess;

15.

Jinnota li l-proċess ta’ segwitu tal-2020 irriżulta fl-għeluq ta’ 61 azzjoni mill-108 miftuħa analizzati u li għalihom id-dati ta’ skadenza miftiehma għall-implimentazzjoni kienu skadew; jinnota li fost is-47 azzjoni miftuħa li fadal mir-rapporti tal-awditjar ikkonċernati, 15 minn dawk l-azzjonijiet jindirizzaw riskju sinifikanti; jiddispjaċih li xi wħud mill-azzjonijiet imsemmija hawn fuq ġew irrakkomandati diversi snin ilu iżda baqgħu ma ġewx implimentati; jistenna li d-direttorati ġenerali differenti jiżguraw li l-azzjonijiet li suppost saru jingħalqu mingħajr aktar dewmien u li l-azzjonijiet miftiehma jiġu implimentati f’konformità mad-dati ta’ skadenza stabbiliti fir-rapport annwali tal-awditur intern; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi rapport lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-għeluq tal-azzjonijiet pendenti matul is-seduti ta’ smigħ tiegħu fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament f’Settembru u f’Novembru 2022;

16.

Jinnota li skont l-Artikolu 118(9) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rapporti tal-awditjar intern tal-Parlament ma jkunux disponibbli għall-pubbliku hekk kif l-awditur intern ikun iffinalizzahom; jinnota li fil-prattika dawn jiġu ppubblikati biss hekk kif ir-rakkomandazzjonijiet kollha jkunu ġew implimentati; jiddispjaċih li dan jirriżulta f’dewmien de facto tal-pubblikazzjoni għal diversi snin; jiddispjaċih ukoll għall-fatt li l-Membri jistgħu jaqrawhom biss fil-kamra tal-qari sikura sakemm il-miżuri rrakkomandati ma jkunux ġew implimentati; jistieden lill-Bureau jippermetti li l-Membri jkollhom aċċess sħiħ u immedjat għar-rapporti tal-awditjar intern; jistieden ukoll lill-Bureau jagħmel kull rapport tal-awditjar intern disponibbli għall-pubbliku sena wara l-finalizzazzjoni tiegħu, hekk kif l-awditur intern ikun ivvalida l-azzjonijiet meħuda biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tas-sena preċedenti; ifakkar li validazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ma tirrikjedix li r-rakkomandazzjonijiet kollha jiġu kompletament implimentati;

Segwitu mill-amministrazzjoni tal-Parlament u mill-Bureau għar-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti

17.

Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza għall-2019 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fis-17 ta’ Settembru 2021, u tal-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali li fiha indirizza d-diversi mistoqsijiet u talbiet imqajma fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-Parlament għall-2019 u l-iskambju ta’ fehmiet mal-Membri li kien hemm wara;

18.

Jinnota li ladarba l-Plenarja tappella għal regoli jew miżuri differenti biex jiġu implimentati mill-Parlament, tali regoli jew miżuri proposti jiġu diskussi mill-Bureau, li jivvota wkoll fuqhom, skont l-Artikolu 25 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura u l-Artikoli 6 u 166 tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll mill-amministrazzjoni tal-Parlament; jinnota li l-Bureau ngħata l-mandat mill-Plenarja biex jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet amministrattivi, tal-persunal u organizzattivi kollha li jikkonċernaw lill-Membri; jenfasizza l-importanza tal-proċedura ta’ kwittanza u jitlob li d-deċiżjonijiet ta’ kwittanza kollha adottati mill-Plenarja jiġu segwiti bir-reqqa;

19.

Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, filwaqt li jenfasizza r-rikjesti kollha għal azzjoni jew id-deċiżjonijiet min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni u skeda ta’ żmien li jippermettu lill-Bureau jagħti segwitu u/jew jirrispondi għat-talbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament u jinkludi l-azzjonijiet meħuda u implimentati fid-dokument ta’ monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali u lill-viċi president responsabbli għall-baġit jorganizzaw diskussjonijiet regolari mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni msemmi;

20.

Itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex jiżgura aktar viżibbiltà fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-pubblikazzjoni f’waqtha tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fis-sit web tiegħu;

21.

Jitlob lill-amministrazzjoni tikkunsidra li tapprova l-minuti tal-Bureau fi proċedura bil-miktub biex jiġi evitat dewmien de facto tal-pubblikazzjoni ta’ mill-inqas xahar sakemm jerġa’ jiltaqa’ l-Bureau biex japprova l-minuti, u ladarba jiġu approvati, il-minuti għandhom ikunu disponibbli mingħajr dewmien kemm fuq l-intranet tal-Parlament kif ukoll fuq is-sit tal-internet;

22.

Jinnota li l-preżenza tal-uffiċjali tal-Parlament fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew f’korpi oħra għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tal-Parlament mal-organizzazzjoni reġjonali; itenni, madankollu, it-tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Frar 2019 rigward l-appoġġ parlamentari lill-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ASEAN f’Jakarta, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York; jappella għal analiżi bir-reqqa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji biex tiġi ġġustifikata kwalunkwe deċiżjoni ġdida, indikaturi li jistgħu jitkejlu biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni annwali, u li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jinżamm infurmat;

COVID-19

23.

Ifakkar li s-sena 2020 kienet ikkaratterizzata mill-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, liema sfidi rriżultaw f’bidliet fundamentali fil-mod ta’ ħidma tal-Parlament; jilqa’ l-fatt li mill-bidu nett tal-kriżi tal-pandemija u matulha, il-Parlament ta’ spiss ħa deċiżjonijiet bla preċedent bil-għan li jimminimizza r-riskju għall-Membri u għall-membri tal-persunal, filwaqt li jiżgura li l-Parlament jibqa’ f’pożizzjoni li jkompli bl-attivitajiet ewlenin tiegħu, filwaqt li jesprimi wkoll solidarjetà prattika mal-komunitajiet ospitanti;

24.

Jilqa’ l-fatt li fl-2020 fi Brussell, fil-bini tal-Parlament, twaqqaf ċentru ta’ ttestjar għall-COVID-19, u nħolqu wkoll faċilitajiet ta’ ttestjar fil-Lussemburgu u fi Strażburgu;

25.

Jilqa’ l-fatt li l-Parlament seta’ jiżgura dan ta’ hawn fuq permezz tar-reżiljenza u l-kapaċità organizzattiva tiegħu li japplika metodi ta’ ħidma ġodda, b’mod partikolari t-telexogħol u l-parteċipazzjoni remota;

26.

Japprezza l-isforzi notevoli tal-Parlament u tas-servizzi tal-IT tiegħu matul l-2020 biex jipprovdu immedjatament lill-membri, lill-persunal, lill-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) u lit-trainees b’apparati elettroniċi biex jaħdmu b’mod remot; jitlob, madankollu, li jkun jaf il-kriterji tax-xiri għall-apparati u liema kunsiderazzjonijiet prattiċi influwenzaw id-deċiżjoni li jinxtraw l-apparati surface li qed jintużaw bħalissa; jissottolinja bi tħassib l-ammont ta’ kwistjonijiet tekniċi bl-apparati fost il-Membri u l-APAs, bħal qtugħ f’daqqa tal-konnessjoni, dokumenti mitlufa, tisħin żejjed, kapaċità tal-batterija qasira, u konnettività fqira matul sejħiet bil-vidjo;

27.

Jiddispjaċih dwar is-sitwazzjoni tat-trainees Schuman bi traineeship minn Marzu sa Lulju 2020, li kienu qed jaħdmu permezz tat-telexogħol mit-tieni ġimgħa tat-traineeship tagħhom; jinnota li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu taw lit-trainees tagħhom l-għażla li jirritornaw f’Ottubru biex jerġgħu jibdew mill-ġdid traineeship sħiħ ta’ ħames xhur; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DG PERS) li lit-trainees Schuman tahom biss dik l-għażla fil-każ li jiddeċiedu jinterrompu l-internship attwali tagħhom; jistieden lid-DG PERS jiżgura t-trattament ugwali tat-trainees tiegħu f’sitwazzjonijiet simili;

28.

Jilqa’ l-fatt li l-proċessi diġitalizzati inkludew l-organizzazzjoni ta’ laqgħat remoti u sistemi ta’ votazzjoni remota fil-kumitati plenarji u parlamentari, u b’hekk ippermettew lill-Parlament ikompli l-ħidma tiegħu, inkluż matul is-sessjonijiet parzjali ta’ Strażburgu li ġew sospiżi għall-biċċa l-kbira tal-2020; jinnota li s-sospensjoni tas-sessjonijiet parzjali ta’ Strażburgu kkontribwiet għal iffrankar totali ta’ EUR 26 260 608 skont is-Segretarjat tal-Parlament filwaqt li naqqset ukoll b’mod sinifikanti l-impronta tal-karbonju tal-Parlament; jirrikonoxxi n-natura temporanja ta’ dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji; jistieden lill-President jippermetti l-għażla ta’ parteċipazzjoni remota tal-Membri sakemm il-pandemija tal-COVID-19 tilħaq livelli sikuri;

29.

Jilqa’, f’termini ta’ parteċipazzjoni remota, li l-mobilizzazzjoni ta’ soluzzjoni multilingwi kumplessa, li normalment tirrikjedi xhur, jekk mhux snin, ġiet implimentata fi ftit ġimgħat; jenfasizza li nħolqot sistema ta’ votazzjoni remota f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Elettorali u tal-Istatut tal-Membri, u li dik is-sistema, li ilha stabbilita minn Marzu 2020, ġiet aġġornata u mtejba b’mod kostanti; ifaħħar il-fatt li minn Marzu sa Ottubru 2020, dik is-sistema ta’ votazzjoni ppermettiet li jsiru 143 sessjoni ta’ votazzjoni u kważi 10 000 operazzjoni ta’ votazzjoni;

30.

Jisħaq dwar ir-riskji serji tal-problemi tas-smigħ b’riżultat tal-bidla għal laqgħat remoti għall-interpreti tal-Parlament li jridu jiddependu minn awdjo li ta’ spiss ikun ta’ kwalità baxxa ħafna minn interventi li jsiru b’mod remot; jissottolinja l-isforzi li saru mill-interpreti f’dak ir-rigward u jistieden lill-Bureau jfakkar lill-parteċipanti biex jużaw tagħmir adegwat għat-taħdit sabiex jimminimizzaw id-disturbi u xi drabi l-kwalità baxxa tal-konnessjoni; ifakkar li fil-passat l-interpreti ġustament irrifjutaw li jinterpretaw jekk il-kwalità tal-awdjo ma kinitx tippermetti l-interpretazzjoni;

31.

Jissottolinja li l-interpretazzjoni hija vitali għall-funzjonament tal-kumitati u għall-ħajja parlamentari; jirrikonoxxi li minħabba l-bidliet f’daqqa u ta’ tfixkil ikkawżati mill-pandemija u r-restrizzjonijiet sanitarji konsegwenti, l-amministrazzjoni kellha ssib malajr soluzzjonijiet fattibbli biex tipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni; jenfasizza li xi sessjonijiet tal-kumitati ma kellhomx il-lingwi kollha meħtieġa, u b’hekk il-parteċipazzjoni ta’ xi membri ġiet ikkumplikata u tnaqqsulhom l-għażliet biex jinteraġixxu; jifhem li t-tliet lingwi ta’ ħidma huma l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, iżda jenfasizza bil-qawwa li kwalunkwe lingwa mill-24 lingwa uffiċjali għandha tiġi pprovduta fuq talba tal-Membri;

32.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali, fil-kuntest ġenerali tal-pandemija tal-COVID-19, jeżiġi li l-kumpaniji esterni kollha li jipprovdu s-servizzi tagħhom fil-Parlament jiggarantixxu d-drittijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tagħhom u jikkonformaw b’mod strett mal-miżuri adottati mill-gvern fil-kuntest tal-pandemija;

33.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċerti miżuri sanitarji, għalkemm meħtieġa, aggravaw b’mod sinifikanti l-kundizzjonijiet tax-xogħol f’ċerti servizzi, bl-eżempju prominenti tal-persunal impjegat fil-copy shop li wara xhur għadu jaħdem b’mod iżolat mill-pubbliku; jitlob li l-miżuri applikabbli f’sitwazzjonijiet futuri simili jqisu l-protezzjoni tas-saħħa mentali tal-ħaddiema;

34.

Jiddispjaċih li l-votazzjoni remota bħalissa mhijiex prevista fl-ambitu tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sakemm il-President ma tistabbilix l-eżistenza ta’ ċirkostanzi straordinarji;

35.

Jinnota l-fatt li ma hemm l-ebda sistema stabbilita biex tiżgura li l-Membri, li jkunu temporanjament assenti għal raġuni ġustifikata bħal-liv tal-maternità u tal-paternità, ikunu jistgħu jkomplu jwettqu d-dmirijiet ewlenin tagħhom; iqis li dan huwa problematiku peress li jista’ jkollu impatt negattiv fuq ir-rappreżentanza taċ-ċittadini fil-Parlament; jissottolinja li hemm riskju ta’ diskriminazzjoni kontra l-Membri u l-votanti tagħhom meta tali arranġamenti ma jkunux previsti; jenfasizza li vot għal membru mara tal-Parlament m’għandux iwassal għal nuqqas ta’ rappreżentanza, li huwa ta’ tħassib meta jitqies li Membri iżgħar, b’mod partikolari nisa u l-votanti tagħhom jiġu affettwati b’mod sproporzjonat min-nuqqas ta’ arranġamenti ta’ liv tal-maternità u tal-ġenituri fil-Parlament; ifakkar li s-sitwazzjoni għall-membri nazzjonali tal-parlament f’dawn l-istess sitwazzjonijiet tvarja bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament jipprevedi soluzzjonijiet fattibbli għal perjodu ta’ żmien limitat għall-Membri li jkunu assenti għal raġunijiet ġustifikati biex jitkellmu f’dibattiti u jivvutaw jew li jiġu sostitwiti temporanjament billi jirrevedi r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament u l-Liġi Elettorali Ewropea; ifakkar li l-indennizzi ta’ kuljum għadhom marbuta mal-preżenza fiżika fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament;

36.

Jilqa’ l-isforzi tal-Parlament, u b’mod partikolari l-involviment tal-ex President Sassoli f’din il-kwistjoni, biex ta’ kuljum jipprovdi ikliet ta’ solidarjetà u kenn għal nisa vulnerabbli fit-tliet postijiet tax-xogħol, kif deċiż mill-Bureau; jilqa’ wkoll il-fatt li madwar 65 sewwieq ivvolontarjaw biex iwasslu lit-tobba, lill-infermiera u lil persunal mediku ieħor għax-xiftijiet tagħhom ta’ billejl fl-isptar fl-ewwel sena tal-pandemija tal-COVID-19;

37.

Jilqa’ l-fatt li l-Parlament qassam maskri tad-drapp tal-wiċċ li jistgħu jerġgħu jintużaw lill-membri tal-persunal fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota li kien meħtieġ li l-maskri mediċi tal-wiċċ EN14683 jew FFP2 jintlibsu minn dawk preżenti fil-binjiet tal-Parlament sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-Membri u tal-persunal kif ukoll biex jitnaqqas aktar ir-rilaxx ta’ partikoli respiratorji infettivi;

38.

Ifaħħar lis-servizzi tal-Parlament tad-deċiżjoni tagħhom li jkomplu jiffaċilitaw il-konferenzi stampa ibridi wara l-pandemija peress li dan jista’ jiffaċilita r-rappurtar dwar l-affarijiet Ewropej għall-ġurnalisti li ma jkunux preżenti fi Strażburgu jew fi Brussell; jirrakkomanda li l-faċilitajiet awdjoviżivi u faċilitajiet oħra fi Brussell, fi Strażburgu u fl-uffiċċji ta’ kollegament tal-Parlament Ewropew, jiġu żviluppati aktar inkluż billi tiżdied il-kapaċità tal-VoxBox u jiġu mmodernizzati s-swali tal-konferenzi stampa fi Strażburgu u fi Brussell biex isiru aktar adatti għall-konferenzi stampa ibridi;

Impronta ambjentali tal-operazzjonijiet tal-Parlament

39.

Jisħaq li l-Parlament jeħtieġ li jkun minn ta’ quddiem nett fl-adozzjoni ta’ metodi ta’ ħidma u prattiki ta’ laqgħat aktar diġitali, flessibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jitgħallem mill-esperjenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jieħu vantaġġ mill-investimenti teknoloġiċi li diġà ġew implimentati; jinnota li fuq l-inizjattiva tal-ex President Sassoli, gruppi ta’ riflessjoni dwar “Rivalutazzjoni tad-Demokrazija Parlamentari - Parlament Ewropew aktar b’saħħtu wara l-COVID-19” iddiskutew il-futur tal-ħidma fi ħdan il-Parlament bejn April u Lulju 2021 fir-rigward ta’ kull wieħed mill-oqsma ta’ azzjoni tagħhom: il-plenarja, il-prerogattivi parlamentari, il-komunikazzjoni, id-diplomazija esterna u l-organizzazzjoni interna; jinnota li l-gruppi ta’ riflessjoni ppreżentaw rapport finali li jinkludi rakkomandazzjonijiet, li l-implimentazzjoni tagħhom se tiġi diskussa mill-Bureau;

40.

Jistieden lill-Parlament jevalwa mill-ġdid il-miri tiegħu fil-qafas tal-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għall-2023 fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19; itenni l-appell tiegħu biex jiġi emendat il-pjan attwali tiegħu għat-tnaqqis ta’ CO2 biex tintlaħaq in-newtralità karbonika bl-użu ta’ metodu rikonoxxut internazzjonalment meta jkun ġie vvalidat bħala, pereżempju, mekkaniżmu għall-ipprezzar intern tal-karbonju (ICP) li permezz tiegħu l-kumpaniji volontarjament jipprezzaw l-impronta tal-karbonju tagħhom u b’hekk jagħtu valur lill-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra;

41.

Jinnota li tlieta mill-binjiet tal-Parlament fi Brussell (Martens, Campoamor u n-nursery ta’ Wayenberg) reċentement ingħataw ċertifikazzjoni ambjentali rikonoxxuta internazzjonalment dwar is-sostenibbiltà, BREEAM Excellence, u dan jikkonferma l-politika u l-azzjonijiet li ilu jwettaq il-Parlament biex gradwalment jittrasforma l-portafoll tal-binjiet tiegħu f’wieħed eżemplari mil-lat ambjentali; jinnota li bħalissa, fis-sit tal-Parlament ta’ Brussell, erba’ binjiet biss (kwart tal-għadd totali tal-binjiet - Spinelli, Campoamor, Arendt, Montoyer-Science) huma mgħammra bil-pannelli fotovoltajċi, u li dawn l-installazzjonijiet jirrappreżentaw erja tas-superfiċje kumulattiva ta’ inqas minn 2 % tas-superfiċje totali tal-bjut tal-binjiet tal-Parlament fi Brussell; jinnota li tliet installazzjonijiet fotovoltajċi ġodda (100 m2 fuq il-binja Montoyer 70, 200 m2 fuq il-binja Spinelli u 52 m2 ta’ sostituzzjoni tal-pannelli solari attwali b’dawk fotovoltajċi fuq il-binja Brandt) se jitlestew sa tmiem l-2022 (u dan jirrappreżenta żieda ta’ 64 %, fl-2022, tas-superfiċje totali mgħammra bil-pannelli fotovoltajċi);

42.

Jinnota li bħalissa l-ebda binja tal-Parlament fi Strażburgu ma għandha l-pannelli fotovoltajċi fuqha peress li l-enfasi tpoġġiet fuq mezzi aktar effiċjenti biex tiġi ffrankata l-enerġija, jiġifieri bl-installazzjoni ta’ pompi tas-sħana ġodda b’effiċjenza għolja; jinnota li l-istudji ta’ fattibbiltà li abbażi tagħhom ġie deċiż li ma jiġux installati pannelli solari fuq il-bjut fi Strażburgu jmorru lura għall-2011 u jtenni li l-prezzijiet għall-pannelli solari naqsu b’aktar minn 80 % mill-2010; jistieden lill-Bureau jevalwa l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi sal-2023, filwaqt li jqis il-fattibbiltà teknika u l-kosteffettività;

43.

Jilqa’ l-installazzjoni ta’ pompi tas-sħana u ta’ koġenerazzjoni fil-binjiet fi Strażburgu u fi Brussell biex jiġu prodotti l-elettriku u s-sħana rinnovabbli; jilqa’ wkoll li l-binja Adenauer il-ġdida fil-Lussemburgu nbniet bl-użu tal-aktar tekniki ambjentali moderni disponibbli inkluża l-enerġija ġeotermali u solari u l-użu sħiħ tad-dawl tax-xemx; jistieden lill-Parlament ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu u, b’mod partikolari, il-produzzjoni tal-enerġija, u jelimina b’mod gradwali l-fjuwils fossili mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Parlament jippubblika ċ-ċertifikati tal-enerġija tal-binjiet kollha tal-Parlament;

44.

Ifakkar li soluzzjonijiet effiċjenti ta’ tidwil huma fattur essenzjali għas-sostenibbiltà tal-binjiet; jilqa’ l-fatt li s-sostituzzjoni tat-tidwil eżistenti bi dwal LED b’konsum baxx ta’ enerġija tiġi evalwata kull meta jkun possibbli u fattibbli fil-binjiet tal-Parlament; jiddispjaċih li mhux l-uffiċċji kollha fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament huma mgħammra b’detetturi tal-moviment u li jidher li d-detetturi tal-moviment f’diversi uffiċċji fil-binja Spinelli ma jaħdmux; jistieden lill-Parlament jiżgura li jiġu installati detetturi tal-moviment li jiffunzjonaw bis-sħiħ kull fejn ikun fattibbli biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija;

45.

Jilqa’ l-fatt li l-estensjoni tan-nursery Wayenberg fi Brussell, li tlestiet f’Settembru 2020, hija l-ewwel binja passiva tal-Parlament; jistieden lill-Bureau jibda fl-2022 studji tekniċi biex jidentifika possibbiltajiet addizzjonali biex il-konsum tal-enerġija jitnaqqas aktar u tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jimplimentahom malajr kemm jista’ jkun;

46.

Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament toriġina mit-trasport tal-persuni; jappella għal riflessjoni fuq l-espansjoni tat-telexogħol volontarju għal aktar jiem u funzjonijiet, kull meta jkun rilevanti u sakemm ma jfixkilx il-ħidma parlamentari; filwaqt li jżomm f’moħħu l-importanza tal-preżenza fiżika, ifakkar li l-Parlament introduċa gruppi ta’ ħidma dwar il-ħidma futura tal-Parlament; jistieden lill-Parlament iqis il-konklużjonijiet tal-gruppi ta’ riflessjoni; jitlob li tingħata prijorità lill-modi tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-missjonijiet, fejn xieraq;

47.

Jilqa’ l-bidla gradwali għal vetturi b’emissjonijiet żero fil-flotta tal-karozzi tas-servizz tal-Parlament; jappella biex il-flotta tas-servizz tkun kompletament elettrika sa mhux aktar tard mill-2024;

48.

Jitlob żieda xierqa fl-għadd ta’ ċarġers tal-vetturi elettriċi allinjata mad-domanda preżenti u dik fil-futur qrib; jappella għal spazji addizzjonali għall-parkeġġ tar-roti; jappella għall-ħolqien ta’ spazji adegwati għall-parkeġġ tar-roti cargo biex jiġi żgurat li l-ispazji għall-parkeġġ tar-roti regolari jkunu aċċessibbli għal sewwieqa tar-roti regolari;

49.

Jinnota li l-ħela tal-ikel tal-Parlament ammontat għal 0,055–0,068 kg għal kull ikla servuta bejn l-2018 u l-2020; jilqa’ l-isforzi tal-Parlament biex inaqqas il-ħela tal-ikel billi jiġbor u jwassal l-ikel li jifdal lill-organizzazzjonijiet “tal-ewwel linja” li jwassluh lin-nies fil-bżonn; jistieden lill-Parlament ikompli jesplora modi kif titnaqqas aktar il-ħela tal-ikel;

50.

Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ għażla usa’ u aktar sostenibbli ta’ ikel, inkluż l-introduzzjoni ta’ varjetà akbar ta’ prodotti veġetarjani u vegani, fil-canteens tal-Parlament; jissuġġerixxi żieda fil-varjetà ta’ ikliet veġetarjani u vegani servuti fil-canteens tal-Parlament; jitlob ukoll li jkun hemm mill-inqas għażla waħda ta’ ikla friska mingħajr glutina kuljum u li l-informazzjoni dwar l-allerġeni u dik nutrizzjonali jintwerew b’mod viżibbli fuq il-kards tal-ikel ħdejn il-bankijiet;

51.

Ifakkar li skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Protokoll Nru 6 anness mat-Trattati, il-Parlament għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strażburgu, fejn għandhom isiru t-12-il perjodu ta’ sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni baġitarja; ifakkar fl-appoġġ mill-maġġoranza vasta tal-Parlament favur sede unika li tiżgura l-infiq effiċjenti tal-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni u biex il-Parlament jassumi r-responsabbiltà istituzzjonali tiegħu li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jeħtieġu bidla fit-Trattat; ifakkar li l-plenarja tal-Parlament diġà talbet dibattitu dwar id-dritt tagħha li tiddetermina l-arranġamenti ta’ ħidma tagħha stess u impenjat ruħha li tibda proċedura ordinarja ta’ reviżjoni tat-Trattat skont l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea bil-għan li tipproponi bidliet meħtieġa għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll 6 biex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-post tas-sede tagħha u l-organizzazzjoni interna tagħha (4);

52.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Parlament biex jintroduċi sistema ta’ prenotazzjoni online faċli għall-utent għall-użu tas-servizzi tal-karozzi tal-Parlament għall-ivvjaġġar lejn Strażburgu u li din għandha tkun operattiva hekk kif jerġgħu jibdew is-sessjonijiet regolari fi Strażburgu; jistieden ukoll lill-Parlament jespandi l-grupp ta’ utenti biex jinkludi wkoll membri tal-persunal, persunal tal-gruppi u APAs mingħajr ir-rekwiżit li l-Membri jakkumpanjawhom;

Trasparenza u etika

53.

Jilqa’ l-fatt li l-istandards etiċi u ta’ trasparenza applikabbli għall-Parlament huma f’ħafna aspetti aktar avvanzati minn dawk applikabbli fl-ekwivalenti tal-Istati Membri; iqis li l-Parlament għandu jagħmel ħiltu biex imexxi bl-eżempju fir-rigward tal-istabbiliment ta’ standards ta’ etika u ta’ trasparenza madwar l-Ewropa kollha; jappoġġa t-tisħiħ tar-regoli tal-etika eżistenti billi l-Membri jingħataw gwida u appoġġ;

54.

Jinnota b’sodisfazzjon li, sa mill-bidu tad-disa’ leġiżlatura, l-infrastruttura meħtieġa biex il-Membri jkunu jistgħu jippubbliċizzaw il-laqgħat skedati ma’ rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess kienet disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament bil-għan li tittejjeb it-trasparenza; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jespandu l-infrastruttura biex jippermettu lill-APAs u lill-konsulenti tal-politika jippubblikaw b’mod volontarju l-laqgħat tagħhom ma’ rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess; ifakkar li l-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura jobbliga lir-rapporteurs, lix-shadows u lill-presidenti tal-kumitati jippubblikaw il-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess; jinnota bi tħassib li mit-30 ta’ April 2021, 380 Membru biss mis-705 Membru attwali kienu ppubblikaw mill-inqas laqgħa waħda ma’ rappreżentant ta’ grupp ta’ interess fuq is-sit web tal-Parlament; jinnota wkoll li 10 presidenti mill-24 president tal-kumitati ma ppubblikaw l-ebda laqgħa jew ippubblikaw laqgħa waħda biss ma’ rappreżentant ta’ grupp ta’ interess sa mill-bidu tad-disa’ leġiżlatura; ifakkar li l-informazzjoni, l-avviżi ta’ tfakkira u l-emails dwar l-obbligu li jiġu ppubblikati l-laqgħat għandhom jintbagħtu lill-Membri kollha f’intervalli aktar regolari;

55.

Ifakkar fit-tweġiba bil-miktub tal-President bid-data ta’ April 2020 għall-ittra konġunta mingħand l-Intergrupp tal-Parlament Kontra l-Korruzzjoni, li, b’mod partikolari, qabel li jimplimenta għadd ta’ bidliet fl-għodda għall-pubblikazzjoni tal-laqgħat tal-Membri ma’ rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess biex tittejjeb il-faċilità tal-użu tagħha, l-ewwel u qabel kollox billi tiġi kkollegata mar-reġistru tat-trasparenza u mal-osservatorju leġiżlattiv; jiddispjaċih li dan it-titjib prattiku għadu ma ġiex implimentat; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament tistabbilixxi b’mod effettiv dan il-kollegament hekk kif ikun fattibbli mingħajr ostakli prattiċi bla bżonn;

56.

Jilqa’ l-fatt li, b’effett minn Lulju 2021, il-ftehim interistituzzjonali tal-2011 dwar reġistru komuni tat-trasparenza ġie sostitwit bi ftehim tripartitiku ġdid, li fih jipparteċipa l-Kunsill; jinnota li l-kwalità tal-entrati rigward l-attivitajiet tar-rappreżentanti ta’ grupp ta’ interess fir-reġistru tat-trasparenza ttejbet matul dawn l-aħħar snin u jfaħħar, minkejja r-riżorsi limitati, ir-rwol tas-segretarjat konġunt f’dak it-titjib; jiddispjaċih, madankollu, li l-kwalità ġenerali tal-entrati għadha mhijiex sodisfaċenti, meta jitqies li l-verifika tas-Segretarjat ta’ madwar 40 % tal-entrati matul l-2020 sabet li 43 % biss tal-entrati vverifikati pprovdew kwalità tad-data sodisfaċenti, ċifra li tixbah dik tal-2019; jilqa’ l-allokazzjoni addizzjonali ta’ postijiet ekwivalenti full-time (FTE) ta’ 1,5 għas-Segretarjat; iħeġġeġ lis-Segretarjat juża din l-allokazzjoni biex ikompli jnaqqas l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet b’data subottimali;

57.

Ifakkar li skont l-Artikolu 176(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, ladarba penali li tkun ġiet imposta mill-President fuq Membru ssir finali, din għandha tiġi ppubblikata b’mod prominenti fuq is-sit web tal-Parlament u għandha tibqa’ hemm għall-bqija tal-leġiżlatura, f’konformità mal-prinċipji legali tal-kondotta tajba tal-investigazzjoni, il-preżunzjoni tal-innoċenza, u l-protezzjoni tad-drittijiet personali; jitlob li ssir riflessjoni dwar jekk il-penali humiex attwalment ippubblikati b’mod prominenti biżżejjed;

58.

Jiddeplora l-fatt li l-Membri qed jipparteċipaw f’missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali mhux uffiċjali, kif ukoll in-nefqa mġarrba fuq dawn il-missjonijiet, u jemmen li tali missjonijiet jipperikolaw ir-reputazzjoni tal-Parlament; jinnota li tmien każijiet bħal dawn fl-2020 kienu b’rabta mal-Krimea u l-Venezwela; jistieden lill-Bureau u lill-grupp ta’ appoġġ għad-demokrazija u għall-koordinazzjoni elettorali jestendu t-tul ta’ żmien, li fih il-Membri kkonċernati ma jitħallewx iwettqu missjonijiet uffiċjali ta’ osservazzjoni elettorali, minn sena sal-mandat kollu, meta dan mhuwiex diġà l-każ;

59.

Jistieden lill-Parlament jippubblika lista tal-gruppi ta’ ħbiberija kollha fil-Parlament fuq is-sit web tiegħu;

60.

Itenni li l-Artikolu 4 tal-Kodiċi ta’ Kondotta jipprevedi, fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta’ interess, li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri għandhom jiġu pprovduti b’mod preċiż; itenni l-istedina tiegħu lill-Bureau biex jirrieżamina l-format tad-dikjarazzjonijiet biex dawn ikunu jirrikjedu aktar dettall u għaldaqstant ċarezza; jitlob lill-President jagħti istruzzjonijiet lis-servizzi biex iwettqu b’mod sistematiku verifika bir-reqqa tad-dikjarazzjonijiet biex jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta fihom tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti valutazzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali;

61.

Ifakkar li skont l-Artikolu 5 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura b’rabta mal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Kodiċi ta’ Kondotta, il-Membri għandhom joqgħodu lura milli jaċċettaw, fil-qadi ta’ dmirijiethom, kwalunkwe rigal jew benefiċċju simili, għajr dawk b’valur approssimattiv ta’ inqas minn EUR 150, u li kwalunkwe rigal ippreżentat lill-Membri meta jkunu qed jirrappreżentaw lill-Parlament f’kapaċità uffiċjali għandu jingħadda lill-President; jinnota li l-Unità tal-Amministrazzjoni tal-Membri għandha tfakkar ta’ spiss lill-Membri dwar l-obbligu li jinnotifikaw lill-President dwar rigali li jirċievu f’kapaċità uffiċjali; jistieden lill-Bureau jintroduċi formola standard li trid timtela fi tmiem iż-żjarat ta’ delegazzjoni mill-Membri parteċipanti kollha, li fiha jiddikjaraw jekk irċevewx xi rigali personali jew għad-delegazzjoni u l-valur tagħhom;

62.

Jinsab imħasseb li mill-459 Membru tat-tmien leġiżlatura li ma ġewx eletti mill-ġdid fl-2019, il-Parlament irċieva biss notifika waħda dwar l-impjieg ta’ wara l-mandat skont l-Artikolu 6 tal-Kodiċi ta’ Kondotta; jirrimarka li n-notifiki jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, filwaqt li jipprevjenu wkoll lill-ex Membri li jinvolvu ruħhom f’lobbying professjonali jew f’attivitajiet ta’ rappreżentanza marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni milli jibbenefikaw minn faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri; jistieden għalhekk lill-Parlament itejjeb l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta, u f’dan ir-rigward jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament Ewropew għall-2019, li fiha l-awtorità ta’ kwittanza tappella għal valutazzjoni indipendenti dwar jekk l-attivitajiet ta’ wara l-mandat tal-Membri joħolqux kunflitti ta’ interess jew le; jistieden għal darb’oħra lis-servizzi tal-Parlament biex iwettqu tali valutazzjoni;

63.

Jilqa’ l-proġett li għadu għaddej tas-servizzi tal-Parlament biex ir-rekords tal-votazzjoni tal-plenarja jsiru disponibbli fi spazju apposta fejn l-utenti jkollhom aċċess għal dokumenti ċari u faċli biex jinqraw, u jinnota t-tqassim il-ġdid għall-votazzjonijiet b’sejħa tal-ismijiet li fihom se jiġi ppubblikat ir-rekord tal-votazzjoni individwali ta’ kull Membru, li jagħti l-għażla li tiġi viżwalizzata d-distribuzzjoni tal-voti skont, fost l-oħrajn, l-affiljazzjoni u/jew in-nazzjonalità tal-grupp politiku; jesprimi dispjaċir li għadu mhuwiex teknikament possibbli għas-servizzi tal-Parlament li jippermettu l-wiri tat-test ta’ kull emenda flimkien mar-rekord tal-votazzjoni kif jiġi offrut minn diversi fornituri privati; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jagħmlu disponibbli l-emendi u r-rekords tal-votazzjoni b’sejħa tal-ismijiet kollha; jistieden ukoll lis-servizzi jestendu l-informazzjoni disponibbli biex tinkludi skedi ta’ żmien u listi tal-votazzjoni aġġornati, inklużi l-kompromessi finali maqbula mir-rapporteur u x-shadows, skont ir-rakkomandazzjonijiet mill-grupp ta’ riflessjoni dwar it-tisħiħ tal-prerogattivi parlamentari; jitlob ukoll lis-servizzi tal-Parlament jipprevedu l-possibbiltà li l-Membri jittestjaw verżjoni beta tal-għodda l-ġdida u jipprovdu feedback li għandu jitqies matul l-iżvilupp tal-għodda;

64.

Jieħu nota ta’ 18-il investigazzjoni mwettqa mis-servizzi tal-Parlament fl-2020 ta’ użu ħażin tal-indennizzi li fihom kienu involuti l-uffiċċji ta’ 12-il Membru (meta mqabbla ma’ sitt Membri preċedentement), b’ammonti totali f’riskju li jammontaw għal EUR 1 318 000 (meta mqabbla ma’ EUR 560 000 fl-2019); ifaħħar lis-servizzi tal-Parlament għall-investigazzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward, filwaqt li jindika wkoll il-ħtieġa li jitkompla l-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-għadd u t-tipi ta’ każijiet involuti;

65.

Jieħu nota tal-fatt li għal darb’oħra ma kien hemm l-ebda każ ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta rreġistrat mill-Parlament fl-2020; ifakkar li l-aktar każijiet reċenti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta jmorru lura għall-2016 u li kull wieħed mit-tliet APAs ikkonċernati sussegwentement tkeċċa; ifakkar li, fost l-oħrajn, l-APAs huma f’pożizzjoni vulnerabbli minħabba l-kuntratt ta’ impjieg speċjali tagħhom; itenni l-istedina tiegħu lill-Parlament biex jadatta bis-sħiħ ir-regoli interni tiegħu stess fir-Regolamenti tal-Persunal għad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inkluż billi jistabbilixxi kanali sikuri għar-rappurtar; jinnota wkoll li l-informaturi jistħoqqilhom protezzjoni xierqa, simili għal dik li tingħata lill-vittmi ta’ fastidju, u li din għandha tinkludi wkoll l-istabbiliment ta’ kumitat konsultattiv li jittratta l-protezzjoni tal-informaturi; jesprimi dispjaċir li hemm ftit għarfien fost il-persunal dwar l-eżistenza ta’ punt ta’ kuntatt għall-informaturi fil-kabinett tas-Segretarju Ġenerali u huwa tal-fehma li dan il-punt ta’ kuntatt ma jistax jissostitwixxi kumitat konsultattiv komplut; jistieden lill-Bureau jirrikjedi taħriġ għall-punti ta’ kuntatt li jirċievu divulgazzjonijiet tal-informaturi u jadotta standards ċari u b’ċertezza legali fir-rigward ta’ liema każijiet jirrikjedu li tingħata protezzjoni lill-informatur, inkluż lill-APAs, u jippubblika dawk l-istandards; jitlob lill-Parlament joħloq sensibilizzazzjoni, fejn possibbli, fost il-persunal parlamentari dwar il-protezzjonijiet tagħhom bħala informaturi;

66.

Jinnota bi tħassib ir-regoli u l-obbligi mhux ċari rigward il-perjodi ta’ żamma tad-dokumenti għall-Membri, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-informazzjoni personali u finanzjarja kif ukoll l-informazzjoni dwar il-persunal; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi regoli ċari, komprensibbli u vinkolanti li jqisu kif xieraq l-għadd ta’ dokumenti li għandhom jinħażnu u l-metodu kif jinżammu; jenfasizza bil-qawwa li r-regoli jridu jkunu proporzjonati, ma jżidux il-burokrazija, u adegwati mil-lat ta’ spejjeż; jinnota li l-attivitajiet tal-arkivji għandhom jiġu ffinanzjati taħt l-ispejjeż tal-allowances għan-nefqa ġenerali;

67.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-Parlament diġà jipprovdi lill-Membri bil-possibbiltà li jippubblikaw awditu jew konferma volontarji tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali tagħhom; jinnota li, matul is-sena kalendarja 2020, ġew ippreżentati ħames dikjarazzjonijiet volontarji dwar l-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali; jistieden lis-servizzi tal-Parlament jibagħtu tfakkira annwali lill-Membri dwar din il-possibbiltà; jistieden lill-Bureau jinforma regolarment lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-għadd ta’ Membri li jkunu segwew dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

68.

Jenfasizza li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018 dwar l-allowance għan-nefqa ġenerali tistipula li l-Bureau se jżomm din id-deċiżjoni sal-aħħar tal-2022 u se jevalwaha abbażi tal-esperjenza miksuba matul id-disa’ leġislatura;

69.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li l-Bureau ma implimentax bis-sħiħ ir-rieda tal-Plenarja espressa f’diversi okkażjonijiet dwar ir-riforma tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA), u b’hekk jipprevjeni li l-flus tal-kontribwenti tal-Unjoni, li jammontaw għal EUR 40 miljun fis-sena, jintefqu b’mod aktar trasparenti u responsabbli; jirrepeti t-talba tiegħu li ssir riforma tal-GEA li tistabbilixxi kontrolli ta’ kampjuni mis-servizzi tal-Parlament fuq 5 % tan-nefqa fuq il-GEA tal-Membri, u li tobbliga lill-Membri jżommu l-irċevuti kollha li jappartjenu għall-GEA, jippubblikaw kull sena ħarsa ġenerali lejn l-infiq skont il-kategorija kif ukoll opinjoni ta’ awditur indipendenti mis-sit web tal-Parlament, u li jirritornaw is-sehem mhux minfuq tal-GEA fi tmiem il-mandat; jinnota li l-kontrolli tal-kampjuni mitluba jkunu jirrigwardaw il-verifika ta’ 36 Membru magħżula b’mod aleatorju fis-sena u, abbażi ta’ kalkolu mid-DĠ FINS, ikunu jirrikjedu massimu ta’ bejn 4 u 6 karigi FTE;

70.

Ifakkar li l-Ombudsman Ewropew, fir-rakkomandazzjoni tagħha tad-29 ta’ April 2019, fil-każ 1651/2018/THH, sabet li r-rifjut tal-Parlament li jagħti aċċess pubbliku għad-dokumenti relatati mar-reviżjoni tal-lista tal-ispejjeż li jistgħu jkunu koperti mill-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali kien jikkostitwixxi każ ta’ amministrazzjoni ħażina u rrakkomandat li jingħata aċċess pubbliku għal proposta mill-Grupp ta’ Ħidma ad hoc tal-Bureau tal-Parlament, inklużi l-għażliet elenkati f’dik il-proposta; jesprimi dispjaċir li l-Parlament irrifjuta r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u jħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Parlament terġa’ tikkunsidra li jingħata aċċess pubbliku għad-dokumenti inkwistjoni;

Persunal, assistenti parlamentari akkreditati u assistenti lokali

71.

Jilqa’ l-fatt li l-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2021, approva emenda għall-Artikolu 40 tad-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta’ April 2014 dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea biex l-APAs ikunu jistgħu, fuq talba tagħhom, jitħallsu f’euro fi kwalunkwe bank fl-Unjoni Ewropea;

72.

Ifakkar li r-regoli attwali dwar it-terminazzjoni ta’ kuntratt għall-APAs ma jipprevedux il-possibbiltà ta’ terminazzjoni permezz ta’ “kunsens reċiproku”, li jkun mod kif tiġi rikonoxxuta r-relazzjoni politika speċjali bejn il-Membri u l-APAs, fejn iż-żewġ partijiet jistgħu jirrikonoxxu li l-fiduċja reċiproka ma għadhiex teżisti, u jkunu jistgħu jibbenefikaw minn soluzzjoni komuni mingħajr ma jiġu kompromessi d-drittijiet soċjali tal-APAs; jiddispjaċih li din it-talba ġiet inkluża f’diversi riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament mingħajr ma rċeviet tweġiba sodisfaċenti, u jistenna li tittieħed azzjoni malajr kemm jista’ jkun;

73.

Itenni t-talba tiegħu biex l-APAs jirċievu l-istess indennizz ta’ sussistenza bħall-persunal statutorju għall-missjonijiet tagħhom biex jattendu s-sessjonijiet parzjali fi Strażburgu; jirrikonoxxi li kwalunkwe bidla fil-qafas legali, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta’ Ottubru 2017, tkun tirrikjedi reviżjoni tar-regoli applikabbli u għalhekk, jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex iressaq din it-talba għal deċiżjoni lill-Bureau;

74.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-allowances għall-APAs f’missjonijiet barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament ilhom ma jiġu aġġornati mill-Kummissjoni mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002)98 tal-24 ta’ Jannar 2002, b’żieda konsegwenti fid-diskrepanza bejn dawn l-allowances u l-prezzijiet attwali; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-Bureau sabiex il-Parlament jitlob formalment lill-Kummissjoni tirrieżamina l-allowances;

75.

Jiddispjaċih li ma kienx hemm segwitu għat-talba li ilha pendenti biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-possibbiltà li l-APAs, taħt ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu ddeterminati, jakkumpanjaw lill-Membri fuq delegazzjonijiet u f’missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub f’diversi riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinvestiga l-konsegwenzi baġitarji, u l-organizzazzjoni u l-loġistika ta’ dawn il-missjonijiet;

76.

Jirrifjuta l-ħatra obbligatorja ta’ APAs bħala rappreżentanti biex jittrattaw mal-awtoritajiet Belġjani għall-ipproċessar tal-permess tar-residenza ta’ trainees minn pajjiżi terzi fl-uffiċċji tal-Membri; jitlob reviżjoni immedjata tar-regoli applikabbli sabiex l-amministrazzjoni tieħu din il-funzjoni f’idejha;

77.

Ifaħħar il-ħidma eċċezzjonali mwettqa mill-Unità tal-Front Office għall-APA matul l-2020 fl-indirizzar tad-diffikultajiet professjonali li ltaqgħu magħhom l-APAs minħabba l-pandemija tal-COVID-19, kemm fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament kif ukoll fil-pajjiżi ta’ oriġini;

78.

Itenni li l-APAs m’għandhomx jiġu mġiegħla jinħatru bħala kapijiet ta’ gruppi ta’ viżitaturi u għalhekk jassimilaw ir-responsabbiltà marbuta mal-kontribuzzjoni finanzjarja offruta mill-Parlament lil gruppi sponsorjati; jinsisti fuq it-talba tiegħu li l-APAs ma jiġux ikkunsidrati għal dawn il-possibbiltajiet, u jitħalla biss membru tal-grupp sponsorjat jew professjonist bħal aġent tal-ħlas jew aġenzija tal-ivvjaġġar bħala kapijiet ta’ gruppi;

79.

Jenfasizza li, minn nofs Marzu 2020, l-amministrazzjoni tal-Parlament għaddiet minn skema ta’ telexogħol okkażjonali għal skema ta’ telexogħol bejn 70 % u 100 %, skont il-miżura tal-lockdown fis-seħħ u l-ħtieġa tal-preżenza fiżika;

80.

Jieħu nota tal-isforzi kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-ex APAs mid-delegazzjonijiet Brittaniċi jkunu jistgħu jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni akkwiżiti għal fondi tal-pensjoni fir-Renju Unit; jistieden lill-Parlament jiżgura li tinstab soluzzjoni;

81.

Jistieden lill-Bureau jistabbilixxi sistema li tippermetti lill-APAs jieħdu liv bla ħlas skont regoli simili għal dawk applikati għall-persunal temporanju jew kuntrattwali, li jistgħu jieħdu sa tnax-il xahar liv bla ħlas matul il-karriera tagħhom;

82.

Jinnota li, f’Ġunju u f’Novembru 2020, il-Parlament wettaq żewġ stħarriġiet mal-istituzzjonijiet kollha fost il-membri tal-persunal tiegħu dwar l-użu futur tat-telexogħol; jirrikonoxxi li r-riżultati taż-żewġ stħarriġiet urew livell għoli ta’ sodisfazzjon tal-persunal bit-telexogħol u li l-membri tal-persunal iħaddnu użu usa’ tat-telexogħol fil-perjodu ta’ wara l-pandemija; jitlob li sakemm ir-riskji ta’ infezzjoni bil-COVID-19 jibqgħu raġonevolment għoljin anke għal individwi mlaqqmin, il-membri tal-persunal li jappartjenu għal gruppi b’riskju għoli għandhom, malli jipprovdu prova tal-kundizzjoni tagħhom, iżommu l-possibbiltà tat-telexogħol full-time;

83.

Ifaħħar l-introduzzjoni mill-Parlament ta’ firxa ta’ miżuri biex jiġi appoġġat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal matul it-telexogħol ta’ kontinwità tal-operat, speċjalment għal dawk b’ċirkostanzi personali aktar diffiċli; jinnota li l-miżuri kienu jinkludu flessibbiltà (f’termini ta’ ħin tax-xogħol u ta’ output) għall-membri tal-persunal b’sitwazzjonijiet familjari eżiġenti, il-possibbiltà li jaħdmu part-time barra mill-post tal-impjieg għall-membri tal-persunal li kellhom bżonn jieħdu ħsieb qraba diretti, li l-persuni li jindukraw it-tfal b’diżabilità jitħallew jaħdmu nofs il-ħin mingħajr telf ta’ introjtu korrispondenti matul il-perjodu meta l-iskejjel u l-faċilitajiet għat-tfal b’diżabilità ngħalqu, u deroga temporanja mir-Regolamenti tal-Persunal li tippermetti 100 % telexogħol mill-pajjiż ta’ oriġini minn membri tal-persunal vulnerabbli; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-proċedura ta’ applikazzjoni għal skemi speċjali bħal dawn tiġi kkomunikata sew u b’mod ċar u biex jiġi evitat dewmien fl-għoti tal-iskemi;

84.

Jilqa’ l-possibbiltà offruta bid-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2021 li l-persunal ikun jista’ jaħdem barra mill-post tal-impjieg; jiddispjaċih, madankollu, li dan kien possibbli biss fuq bażi part-time bi tnaqqis korrispondenti tas-salarju; jiddispjaċih li tali deċiżjoni ġiegħlet lill-persunal u lill-APAs barra mill-Belġju jagħżlu bejn telf ta’ qligħ jew ritorn lejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament, fi żmien meta l-ivvjaġġar kien skoraġġut ħafna; jinnota b’sodisfazzjon li l-Bureau, fis-17 ta’ April 2021, irrikonoxxa n-natura dgħajfa ta’ din id-deċiżjoni u stabbilixxa serje ta’ kriterji li skonthom l-APAs setgħu jwettqu telexogħol full time (inklużi kundizzjonijiet mediċi, restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u għeluq tal-fruntieri); jinnota bi tħassib kbir li l-obbligu tat-telexogħol mill-post tal-impjieg matul perjodi ta’ lockdown kważi totali żied is-sensazzjoni ta’ iżolament u intensifika l-problemi ta’ saħħa mentali fost il-membri tal-persunal; jistieden lill-amministrazzjoni biex fil-futur tneħħi l-obbligu għall-kategoriji kollha tal-persunal, inklużi t-trainees, għat-telexogħol mill-post tal-impjieg tagħhom f’tali perjodi eċċezzjonali u limitati fiż-żmien bħall-perjodi ta’ lockdowns kważi totali stabbiliti matul partijiet tal-2020;

85.

Jinnota li l-ħolqien tal-possibbiltà permanenti għall-membri tal-persunal biex iwettqu telexogħol minn kwalunkwe post, f’kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati, jinvolvi għadd kbir ta’ vantaġġi kemm għall-membri tal-persunal kif ukoll għall-istituzzjonijiet, inkluż it-titjib tal-benesseri tal-persunal u ż-żieda fl-attraenza tal-Parlament bħala impjegatur, iffrankar finanzjarju permezz ta’, fost l-oħrajn, ħtieġa mnaqqsa ta’ spazju għall-uffiċċji, impatt ambjentali mnaqqas mill-ivvjaġġar tal-persunal lejn ix-xogħol u lura u rabta aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u ċ-ċittadini fi Stati Membri apparti l-Belġju, Franza u l-Lussemburgu; jistieden lill-Parlament jidħol f’diskussjoni interistituzzjonali bil-għan li tiġi rieżaminata d-deċiżjoni li tobbliga lill-persunal li jwettaq telexogħol esklużivament mill-post tal-impjieg tiegħu f’ċirkostanzi eċċezzjonali, pereżempju bil-kundizzjoni li temporanjament jirrinunzja għall-allowance ta’ espatrijazzjoni tiegħu;

86.

Ifaħħar, fil-livell tas-Segretarjat Ġenerali, l-appoġġ tal-Parlament lill-membri tal-persunal permezz tat-tisħiħ tar-riżorsi eżistenti u l-istabbiliment ta’ miżuri ġodda, bħal żewġ linji telefoniċi għall-għajnuna, konsultazzjonijiet psikoloġiċi u sessjonijiet ta’ gruppi, assistenza soċjali, konsulenza kunfidenzjali, u network ta’ persuni li jagħtu l-ewwel għajnuna dwar is-saħħa mentali; jilqa’ l-fatt li sett divers ta’ inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ riżorsi ta’ appoġġ psikosoċjali ġew offruti lill-persunal, inklużi lezzjonijiet online bla ħlas dwar il-mindfulness għall-persunal kollu minn Ottubru 2020;

87.

Jinnota li żewġ direttorati ġenerali stabbilew politiki speċifiċi li jfasslu d-dritt għall-iskonnessjoni filwaqt li ħamsa oħra qajmu sensibilizzazzjoni fost il-maniġers dwar id-dritt għall-iskonnessjoni; jistieden lill-Parlament jadotta linji gwida dwar id-dritt ta’ skonnessjoni filwaqt li jinkludi kull kategorija ta’ persunal għal kull direttorat ġenerali u jiżgura li d-direttorati ġenerali kollha jistabbilixxu tali linji gwida;

88.

Jilqa’ l-kisbiet li saru s’issa bħala riżultat tal-politika tal-Parlament dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, biex tintlaħaq il-parità bejn il-ġeneri fil-livell tad-diretturi, u 41,9 % tal-kKapijiet ta’ unità issa huma nisa; jinnota li għad hemm lok sinifikanti għal titjib fil-livell tad-diretturi ġenerali, fejn bħalissa 23,1 % biss minn dawn il-karigi huma okkupati minn nisa; jilqa’ l-fatt li l-Bureau, fit-13 ta’ Jannar 2020, approva miri ġodda u aktar ambizzjużi għall-bilanċ bejn il-ġeneri f’karigi ta’ management superjuri u intermedju fis-segretarjat tal-Parlament li għandhom jintlaħqu sal-2024: 50 % tal-kapijiet ta’ unità u tad-diretturi iridu jkunu nisa, u 40 % tad-diretturi ġenerali; itenni li huwa essenzjali li r-rappreżentanti tal-persunal jinstemgħu meta l-Bureau jiddiskuti kwistjonijiet ġenerali li jaffettwaw il-politika tal-persunal tiegħu, u jtenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex dan jieħu l-miżuri xierqa biex jimplimenta dan l-approċċ ewlieni; itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jieħu passi ulterjuri biex jiżgura t-trasparenza u l-ġustizzja matul il-proċeduri tal-ħatra tal-management superjuri, b’mod partikolari fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Qorti tal-Ġustizzja) tal-14 ta’ Lulju 2021 fil-kawża T-670/19, Carbajo Ferrero v Il-Parlament Ewropew (6); jinnota l-limitazzjonijiet permezz tal-Artikolu 3, ir-raba’ paragrafu, tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal rigward il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal fil-bordijiet tal-għażla tal-management superjuri; jitlob, barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet esterni għal karigi ta’ maniġment superjuri u d-diliġenza fil-pubblikazzjoni ta’ dawn il-karigi kif u meta jitbattlu;

89.

Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jinsisti dwar l-importanza li kull reklutaġġ ikun ibbażat fuq il-kompetenza, filwaqt li jirrispetta l-ħtieġa ta’ bilanċ ġeografiku bejn l-Istati Membri kollha fil-livelli kollha tal-persunal; jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li nqalgħu biex jiġu rreklutati ċerti nazzjonalitajiet u biex jitressqu ċerti profili ta’ xogħol internament; jitlob aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-impjieg fil-Parlament ikun attraenti ndaqs għan-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni; jistieden lill-Parlament jibni l-ħila tiegħu li jilħaq in-nies, bl-għan li jiġbed lejn il-kompetizzjonijiet il-kandidati ta’ kwalità meħtieġa mill-Parlament, f’termini ta’ profil, età, ġeneru u nazzjonalità, u b’mod partikolari minn pajjiżi sottorappreżentati;

90.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Kumitat tal-Persunal tat-18 ta’ Ottubru 2021 dwar skema ġdida stabbilita biex toffri karigi ta’ aġenti kuntrattwali lil trainees; huwa tal-fehma li l-proċeduri ta’ reklutaġġ iridu jkunu bbażati fuq il-mertu, kompetittivi, ġusti u trasparenti filwaqt li ma jrid ikun hemm l-ebda aċċess privileġġat għal karigi ta’ aġenti kuntrattwali jew diskriminazzjoni kontra l-persunal u l-APAs; jitlob lill-amministrazzjoni tikkunsidra mill-ġdid l-iskema l-ġdida li tinvolvi lir-rappreżentanti tal-persunal fil-proċess;

91.

Jipproponi li, f’konformità mal-fatt li l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs tibqa’ komponent ewlieni tal-politika ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Parlament, tingħata attenzjoni akbar lill-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, b’mod partikolari ż-żieda fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jikkonstata li, fi ħdan il-Bureau, diġà jeżisti grupp ta’ livell għoli dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità u jitlob li jwettaq studju tal-miżuri effettivi meħuda fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol, inklużi miżuri leġiżlattivi; jitlob li l-grupp ta’ livell għoli jirrapporta lura lill-Bureau b’suġġerimenti konkreti ladarba jsir l-istudju u jiġu analizzati r-riżultati; jitlob l-istabbiliment b’urġenza ta’ objettivi ambizzjużi u li dawn jinkisbu fuq perjodu ta’ żmien qasir;

92.

Jinnota bi tħassib kbir li fl-2020 infetħu 17-il każ ġdid ta’ fastidju; jisħaq li għad iridu jsiru sforzi biex jiġi żgurat li ż-żewġ kumitati konsultattivi li jittrattaw l-ilmenti ta’ fastidju li jikkonċernaw lill-Membri u l-membri kollha tal-persunal jiksbu aktar fiduċja mill-vittmi tal-fastidju, li jista’ jkollhom il-biża’ li l-karriera jew il-pożizzjoni tagħhom fil-Parlament tkun f’riskju jekk jgħaddu mill-proċedura kollha ta’ fastidju, jiġbru l-evidenza u jibnu l-każ tagħhom; iħeġġeġ lill-Bureau u lis-Segretarjat jimplimentaw l-azzjonijiet kif mitlub ripetutament fir-riżoluzzjonijiet dwar il-fastidju tas-26 ta’ Ottubru 2017 (217/2897 (RSP)) (7), tat-28 ta’ Novembru 2019 (2019/2855 (RSP)) (8) u tal-10 ta’ Diċembru 2021 (2021/2986 (RSP)) (9), inkluż, b’mod partikolari, il-pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ awditu estern dwar l-istruttura attwali kontra l-fastidju fis-seħħ u li t-taħriġ kontra l-fastidju jsir obbligatorju għall-Membri u l-membri kollha tal-persunal, inklużi persuni fi rwoli maniġerjali fid-direttorati ġenerali u l-gruppi politiċi differenti;

93.

Jistieden ukoll lill-Parlament jiżgura li l-proċeduri ta’ rimborż għat-trattament psikoloġiku għal kwalunkwe vittma ta’ fastidju ma jkunux wisq burokratiċi u jiġu pproċessati malajr;

94.

Ifakkar li l-Artikolu 1.7 tal-kuntratt tat-tindif jispeċifika li l-kuntratturi jridu jikkonformaw mal-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol kif previst mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali u minn ftehimiet kollettivi jew minn obbligi internazzjonali fil-liġi soċjali u tax-xogħol; ifakkar li meta s-servizzi responsabbli tal-Parlament jidentifikaw jew jirċievu kwalunkwe informazzjoni dwar ksur possibbli, u bil-kundizzjoni li l-persuni kkonċernati jkunu ġa qajmu, iżda għalxejn, il-kwistjoni mal-maniġers tagħhom, mar-rappreżentanti tal-union u mas-servizz estern għall-prevenzjoni u l-benesseri tal-kumpanija, jeħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti jiġu kkuntattjati; jinnota li la spezzjoni tas-servizz nazzjonali “Contrôle des lois sociales/Direction de Bruxelles” (2020) u lanqas analiżi mid-dipartiment psikosoċjali tas-servizz estern għall-prevenzjoni u l-protezzjoni fuq il-post tax-xogħol fi Brussell (2020) ma sabu xi ksur legali relatat mal-liġijiet soċjali u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persunal tat-tindif; jappella għat-tnedija immedjata ta’ stħarriġ li jsir minn kumpanija esterna biex jiġu ggarantiti l-kunfidenzjalità u l-anonimità ta’ dawk li jwieġbu, bl-għan li ssir riflessjoni dwar l-istat attwali tal-livelli ta’ sodisfazzjon, l-involviment, l-impenn, il-lealtà, il-motivazzjoni, eċċ. tal-impjegati tal-kumpanija u biex jiġu identifikati dgħufijiet, problemi jew opportunitajiet għal titjib fi ħdan il-kumpanija tat-tindif attwali; jistieden lill-Parlament jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżgura li l-ogħla standards tal-liġi tax-xogħol għall-persunal tat-tindif, qed jiġu rrispettati mill-kuntratturi esterni, b’mod partikolari fir-rigward tal-pressjoni psikoloġika u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

95.

Jistieden lill-Parlament jiżgura li l-pjanijiet ta’ ħidma għall-membri tal-persunal f’xogħol bix-xift, inkluż b’mod partikolari l-membri tal-persunal fid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà, jiġu kkomunikati sew bil-quddiem u jiġu evitati modifiki fi żmien qasir kull meta jkun possibbli;

96.

Jilqa’ t-tlestija tal-binja l-ġdida tal-faċilità għall-indukrar tat-tfal Wayenberg; jiddispjaċih dwar il-bidliet suċċessivi u l-għeluq imtawwal tas-sezzjonijiet minħabba l-protokoll intern tal-COVID-19 li ġew ikkomunikati b’avviż minimu u mingħajr ħin biex wieħed jirreaġixxi; jitlob rieżami tal-protokolli tas-saħħa tal-COVID-19 biex dawn isiru konformi mal-protokolli nazzjonali u biex jiġi żgurat li dan is-servizz importanti jkompli jiġi pprovdut fil-limitu tal-possibbli; jistieden lid-DĠ PERS jiżgura li l-bidliet fl-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol tal-faċilità għall-indukrar tat-tfal jiġu introdotti u kkomunikati lill-ġenituri fi żmien xieraq biex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tax-xogħol tagħhom b’interruzzjonijiet minimi; itenni t-talba tiegħu lid-DĠ PERS biex iwettaq stħarriġ dwar is-sodisfazzjon kemm fost l-impjegati tal-faċilità għall-indukrar tat-tfal kif ukoll fost il-ġenituri tat-tfal biex jikseb feedback rilevanti dwar il-fornitur b’mod regolari; jieħu nota li s-sejħa l-ġdida għall-offerti fir-rigward tal-ġestjoni tal-Faċilità għall-Indukrar tat-Tfal Wayenberg tnediet fl-2021 u li l-fornitur il-ġdid tas-servizz ħa l-ġestjoni f’idejh fl-1 ta’ Frar 2022; jistieden lil DĠ PERS isegwi mill-qrib il-kwalità tas-servizzi tal-fornitur il-ġdid, li żamm il-ħaddiema eżistenti f’konformità mal-liġi tax-xogħol Belġjana; jitlob monitoraġġ kostanti biex jiġi żgurat li l-fornitur il-ġdid joffri kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin li jgħinu biex jinżamm persunal ta’ kwalità;

97.

Jitlob li l-iskedi tal-persunal tal-Parlament u tal-APAs jiġu kkunsidrati sabiex il-ħinijiet tal-ftuħ tas-servizzi pprovduti fi ħdan il-Parlament, b’mod partikolari l-Klabb tal-Isport, jiġu adattati biex jipprovdu servizz lil hinn mill-ħinijiet tax-xogħol l-aktar intensivi u b’hekk jippermettu li għadd akbar ta’ utenti jkollhom aċċess għalihom;;

98.

Jilqa’ l-isforzi tal-Parlament biex jipprovdi ikliet ta’ solidarjetà ta’ kuljum li għenu biex jitnaqqas l-impatt finanzjarju, ekonomiku u soċjali fuq il-fornituri tal-ikel tiegħu u l-impjegati tagħhom; jinnota li l-Parlament qed ifittex li jsalva kemm jista’ jkun impjiegi li huma raġonevoli mill-perspettiva tal-impjieg, iżda wkoll ġustifikabbli fil-kuntest tal-użu xieraq tal-baġit tal-Parlament;

Politika tal-bini

99.

Ifakkar li matul l-2020, l-amministrazzjoni kompliet l-implimentazzjoni tal-“Istrateġija tal-Bini lil Hinn mill-2019” tal-Parlament kif approvata mill-Bureau f’April 2018; josserva li din l-istrateġija tal-bini tapprova l-flessibbiltà bħala prinċipju ewlieni għall-allokazzjoni tal-uffiċċji kemm lill-Membri kif ukoll lill-membri tal-persunal u tippermetti li l-ispazju disponibbli jintuża b’mod aġġustabbli filwaqt li jiġi adattat għas-sitwazzjonijiet kollha possibbli fil-perjodu ta’ wara l-COVID-19;

100.

Jinnota li d-deċiżjoni li titwaqqaf id-distribuzzjoni ta’ ilma sħun fl-uffiċċji tal-Membri fi Brussell u Strasburgu ttieħdet mill-Kwesturi fl-24 ta’ Ottubru 2017 b’rabta mar-riskju għas-saħħa li tinħoloq il-preżenza ta’ batterji tal-Legionella li jagħmlu l-ħsara lis-sistemi idrawliċi tal-bini li qed jeqdiemu u jiddeterjoraw; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-batterja tal-Legionella hija waħda mill-aktar kompiti importanti fil-qasam tat-trattament u d-diżinfezzjoni tal-ilma; jitlob lis-Segretarjat jappella għal studju fil-fond sabiex jinstabu soluzzjonijiet adegwati għal din il-kwistjoni li ilha għaddejja għal żmien twil;

101.

Jappoġġja l-organizzazzjoni ta’ dibattitu dwar il-ħtiġijiet tal-ispazju tal-Parlament fid-dawl tal-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, iż-żieda attwali u futura fit-telexogħol u, jekk ikun xieraq, l-adattament tal-istrateġija tal-bini fit-tul tiegħu; iħeġġeġ ir-rieżami tal-politika dwar il-bini biex jiġi vverifikat jekk għadux meħtieġ spazju għall-uffiċċji ddedikat għal kull membru tal-persunal, peress li bidla tista’ tirriżulta fi ffrankar tal-ispazju għall-uffiċċji; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tiġbor flimkien kemm jista’ jkun il-postijiet tax-xogħol skont it-telexogħol tal-membri tal-persunal, filwaqt li tkompli tiggarantixxi spazju għall-uffiċċji għal kull membru tal-persunal li jitlob dan; jirrimarka, barra minn hekk, li għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-effetti potenzjalment negattivi fuq is-saħħa u s-sodisfazzjon tal-persunal ta’ prattiki bħal spazji miftuħa, spazji kollaborattivi u “hot desking”; ifakkar fil-ħidma mwettqa mill-gruppi fokus u mill-grupp ta’ ħidma dwar il-bini u jitlob l-involviment tagħhom f’dan id-dibattitu; jistieden lill-Bureau jieħu l-passi xierqa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp fokali 5, b’mod partikolari rigward il-ħolqien ta’ kmamar tal-laqgħat aktar informali, kmamar multifunzjonali u mtejba għall-vidjokonferenzi f’konformità mal-politika ambjentali tal-Parlament;

102.

jenfasizza li l-prattika ta’ trasferiment ta’ tlaqqit iffavorixxiet iffrankar ta’ aktar minn EUR 100 miljun matul l-aħħar snin f’pagamenti ta’ mgħax u b’hekk tikkostitwixxi l-aħjar prattika għall-użu ta’ flus il-kontribwenti fl-istituzzjonijiet pubbliċi; iħeġġeġ lill-Bureau jidentifika linji baġitarji addizzjonali li jistgħu jibbenefikaw minn din il-prattika; jinnota li din il-prattika għenet biex jiġi evitat l-infiq tal-fondi li fadal għal spejjeż mhux meħtieġa fi tmiem is-sena; ifakkar li t-trasferiment ta’ tlaqqit jappoġġja l-istrateġija tal-bini fit-tul tal-Parlament li jkun proprjetarju tal-bini minflok ma jikrihom; ifakkar li r-ramassage ippermetta lill-Parlament jixtri l-bini Scholl strateġikament importanti fl-2020 u jħallas il-prezz sħiħ tax-xiri fi tranżazzjoni waħda u b’hekk ġew evitati aktar spejjeż ta’ finanzjament;

103.

Jinnota li parti importanti mill-istrateġija tal-bini tal-Parlament hija l-proġett il-ġdid tal-bini Adenauer, li jiġbor is-servizzi kollha tal-Parlament li joperaw fil-Lussemburgu taħt l-istess saqaf; josserva li l-ewwel parti ta’ dan il-proġett (il-Parti tal-Lvant) tlestiet f’Ottubru 2020, u li għaddejjin ix-xogħlijiet biex tinbena l-parti finali - il-Parti tal-Punent; jissottolinja li kif ġara fis-snin preċedenti, fl-2020 il-Kumitat għall-Baġit tal-Parlament awtorizza trasferiment ta’ “tlaqqit” għall-prefinanzjament tal-proġett, u li l-parti minn dan it-trasferiment iddedikat għall-bini Adenauer il-ġdid kienet tammonta għal madwar EUR 63,35 miljun;

104.

Ifakkar li, fir-rigward tal-akkwist tal-bini Scholl, fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2020, il-Bureau approva t-tnedija ta’ prospettar tas-suq lokali tal-proprjetà fi Brussell u li l-Kumitat għall-Baġit tal-Parlament kellu skambju ta’ fehmiet dwar dan is-suġġett fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Ottubru 2020 fil-kuntest ta’ Informazzjoni Bikrija;

105.

Jifhem li, fi Brussell, id-deċiżjoni li jinxtara l-bini Scholl fl-2020 ippermettiet it-tlestija ta’ pass ieħor tal-istrateġija tal-bini tal-Parlament, u li dan se jkompli jikkonsolida l-proprjetà immobbli tal-Parlament, filwaqt li jirfed l-interkonnettività tal-bini ċentrali u jikkontribwixxi għal sigurtà mtejba; jisħaq li dan ix-xiri kien ukoll is-suġġett ta’ trasferiment ta’ tlaqqit, bl-użu tar-riżorsi finanzjarji ffrankati matul l-2020 permezz, fost l-oħrajn, ta’ spejjeż imnaqqsa tal-ivvjaġġar, li ammontaw għal EUR 74.9 miljun;

106.

Jinnota x-xiri tal-bini Scholl, li nxtara għal EUR 74.9 miljun, filwaqt li l-prezz tas-suq tal-bini qabel kien stmat li kien bejn EUR 42 miljun u EUR 65 miljun; jinnota li d-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-istima mill-espert estern għandha tiġi analizzata kontra s-sitwazzjoni fejn il-Parlament ma kienx jakkwista l-bini u kien jitlef investimenti li diġà saru; jinnota li l-kuntratt ta’ użufrutt iffirmat mill-Parlament fl-2009 sfortunatament ma kienx jinkludi klawżola ta’ ħruġ, li jfisser li l-Parlament fi kwalunkwe każ kien ikollu jħallas l-ammont sħiħ għall-bqija tal-perjodu kuntrattwali (madwar EUR 24 miljun), anki jekk ma kienx akkwista l-bini;

107.

Jissottolinja li, fi Brussell, xi bini li bħalissa huwa jew okkupat mill-Parlament jew huwa ta’ interess strateġiku kbir minħabba l-pożizzjoni tiegħu u l-aspetti ta’ sigurtà relatati, mhuwiex parti mill-portafoll ta’ proprjetajiet tal-Parlament, kif kien il-każ bil-bini Scholl qabel ma ġiet akkwistat; jinnota li l-Istrateġija tal-Bini tal-Parlament lil Hinn mill-2019 tissottolinja l-importanza li l-binjiet ċentrali tal-Parlament ikunu proprjetà tal-Parlament u li jkunu interkonnessi u ssemmi Treves II bħala bini li huwa fl-interess tal-Parlament li jakkwista; jinnota li filwaqt li dawn il-kriterji huma importanti u għandhom jiġu analizzati bir-reqqa meta jiġi propost ix-xiri ta’ bini ġdid, huma m’għandhomx ikunu l-uniċi kriterji kkunsidrati;

108.

Jissottolinja li l-persunal tal-gruppi politiċi għandu ħtiġijiet speċifiċi f’termini ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli li ma jaqblux mar-regoli applikati għad-dħul fil-bini barra dak ewlieni (eż. aċċess mhux permess wara ċertu ħin jew matul tmiem il-ġimgħa); jiddispjaċih li wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit tal-kontroll tat-temperatura, il-persunal li jinsab fil-bini Trèves I kien obbligat għal xi żmien li jagħmel it-test fil-bini Altiero Spinelli qabel ma jitħalla jidħol fil-bini Trèves I;

109.

Jesprimi tħassib dwar il-problemi strutturali tal-bini Trèves I; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-bini jiġi aġġornat għall-aktar normi enerġetiċi u ambjentali reċenti; jissottolinja l-ħtieġa ta’ miżuri urġenti biex jissewwew is-sistema instabbli tat-tisħin, in-nuqqas ta’ arja kkundizzjonata u tojlits għall-persuni b’mobilità mnaqqsa, l-iżolazzjoni akustika ħażina, kif ukoll il-problema tad-drenaġġ;

110.

Jinnota li l-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament huwa responsabbli għall-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet dwar proġetti relatati mal-bini b’implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti skont l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura; jinnota l-kompetenzi tal-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-bini tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-uffiċċji kollha, inkluż il-Parlament; jissottolinja li dan jinkludi informazzjoni bikrija, informazzjoni dwar ippjanar, skrutinju u teħid ta’ deċiżjonijiet trasparenti u dettaljati kif ukoll l-awtorizzazzjoni ta’ proġetti;

111.

Jistieden lill-Bureau jqis l-ambjent il-ġdid tas-saħħa u s-sikurezza, kif ukoll iż-żieda fix-xogħol mill-bogħod, bħala kriterji għall-għażla ta’ proposti ta’ rinnovazzjoni u rikostruzzjoni tal-bini Paul-Henri Spaak, minħabba l-bidla fil-prattiki tax-xogħol u t-tnaqqis potenzjali futur tal-preżenza fiżika fil-Parlament;

112.

Jistenna ppjanar u teħid ta’ deċiżjonijiet aktar trasparenti u dettaljati, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni bikrija, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju rigward il-politika immobiljari tal-Parlament;

113.

Jieħu nota tad-deċiżjoni unanima tal-Bureau tat-23 ta’ Ottubru 2019 li japprova l-ħolqien ta’ Laboratorju IDEA fl-2020 bil-għan li jiġu ttestjati soluzzjonijiet ġodda u innovattivi fil-kuntest tal-uffiċċji u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; jinnota li d-deċiżjoni tal-Bureau ma kienet ibbażata fuq l-ebda stima speċifika tal-ispejjeż; jinnota wkoll li bħala parti mil-Laboratorju IDEA, inbnew u ġew mgħammra matul l-2020 uffiċċju ta’ Membru wieħed, bi spiża ta’ EUR 486 012, u showroom kontigwu, bi spiża ta’ mill-inqas EUR 203 978; iqis li l-użu prudenti u espedjenti tal-baġit allokat għal proġetti pilota ta’ dan it-tip huwa importanti; ifakkar lill-Bureau li għandhom jiġu stabbiliti linji baġitarji ċari qabel ma jinbdew fi proġetti bħal dawn u li n-nefqa għandha tkun kontabilizzata b’mod trasparenti; iqis li l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet innovattivi ta’ ġestjoni tal-uffiċċji u tal-faċilitajiet huwa utli b’mod ġenerali iżda jqis li l-ispejjeż għandhom jibqgħu raġonevoli u ġustifikabbli; jinnota li huwa importanti li proġetti bħal dan jibbenefikaw mill-valutazzjoni ta’ firxa ta’ Membri u APAs sabiex jiġu garantiti l-aktar riżultati validi tat-testijiet;

114.

Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp fokali 5 fl-evalwazzjoni tal-għodod tal-IT tal-IDEA Lab, li inkludew aktar kmamar tal-laqgħat mgħammra aħjar, uffiċċji b’faċilitajiet ta’ laqgħat mill-bogħod/web-streaming u vidjokonferenzi mtejba b’firxa usa’ ta’ karatteristiċi;

115.

Ifakkar li matul il-laqgħat tal-Bureau tas-16 ta’ Diċembru 2019, tat-22 ta’ Lulju 2020, tal-24 ta’ Settembru 2020, tas-16 ta’ Diċembru 2020 u tat-18 ta’ Jannar 2021, il-membri tal-Bureau ssuġġerew li l-IDEA Lab jittestja soluzzjonijiet fil-qasam tal-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza enerġetika, is-sigurtà (speċjalment is-serraturi elettroniċi), l-IT u t-telexogħol kif ukoll l-istrateġija tal-innovazzjoni tal-ICT;

116.

Jinnota li bħala parti mill-IDEA Lab, iż-żona ta’ u madwar uffiċċju wieħed fil-15-il sular isservi bħala żona ta’ ttestjar u li din iż-żona ġiet sostanzjalment adattata bi spiża ta’ EUR 629 259 matul l-2020; ifakkar li t-tneħħija tal-kmamar tal-banju modulari fl-uffiċċji tal-Membri ġiet ittestjata fl-IDEA Lab u hija meqjusa bħala gwadann fi spazju potenzjali li jista’ jinkiseb fl-uffiċċji kollha bejn il-5 u l-10 snin li ġejjin; ifakkar li huwa biss fil-15-il sular li huwa possibbli li jinqatgħu u jiġu iżolati l-pajpijiet tal-ilma eżistenti u li jiġu aġġustati l-kanali tal-ventilazzjoni mingħajr qtugħ permanenti tal-ilma għas-sulari l-oħra;

117.

Jisħaq li attwalment 20 % tal-ispazju mhuwiex jintuża kif suppost, pereżempju l-kmamar tal-copiers jew l-ispazju inizjalment maħsub bħala kmamar tas-servers; jinnota wkoll li s-sejbiet tal-IDEA Lab se jipprovdu data u esperjenza għal xogħlijiet futuri ta’ rinnovazzjoni mhux biss fil-Bini Paul-Henri Spaak, iżda wkoll fil-bini Altiero Spinelli li se jkun jista’ jintuża għal 20-25 sena oħra;

118.

Jissottolinja li l-Bureau fil-laqgħa kostituttiva tiegħu tas-26 ta’ Jannar 2022 ġedded l-appoġġ għall-IDEA Lab; jilqa’ l-fatt li l-IDEA Lab issa dieħel f’fażi li fiha r-riflessjonijiet li eżistew mill-bidu jistgħu jiġu implimentati, jiġifieri li jiġu integrati l-ispejjeż tal-ittestjar u l-applikazzjonijiet f’linja baġitarja waħda għall-ġestjoni tal-proġetti tal-IDEA Lab minn naħa waħda, u dwar il-linji baġitarji korrispondenti fid-direttorati ġenerali inkarigati mill-applikazzjonijiet individwali min-naħa l-oħra;

119.

Jilqa’ l-fatt li l-estensjoni tal-iskola preprimarja WAYENBERG fi Brussell tlestiet f’Settembru 2020; jiddispjaċih li x-xogħlijiet komplew waqt li t-tfal u l-familji tagħhom kienu qed jattendu l-iskola, f’xi każijiet kellhom jgħaddu qrib ħafna tax-xogħlijiet, meta jitqies il-periklu li dan jinvolvi; jistieden lill-Bureau jibda fl-2022 studji tekniċi biex jidentifika possibbiltajiet addizzjonali biex il-konsum tal-enerġija jitnaqqas aktar u tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jimplimentahom malajr kemm jista’ jkun;

120.

Jilqa’ l-fatt li l-approċċ strateġiku relatat mal-implimentazzjoni ta’ Europa Experiences fl-Istati Membri kollha sa tmiem l-2024, kif deċiż mill-Bureau f’Novembru 2019, issaħħaħ f’Novembru 2020 bl-adozzjoni mill-Bureau ta’ skeda ta’ żmien għall-iskjerament tal-faċilitajiet fl-Istati Membri kollha; jesprimi bil-qawwa l-fehma li l-uffiċċji ta’ kollegament tal-Parlament Ewropew u Europa Experiences huma wħud mill-aħjar għodod mhux vinkolanti li l-Unjoni u l-Parlament iridu jippromwovu l-ħidma tal-istituzzjonijiet u l-benefiċċji tal-Unjoni għaċ-ċittadini; iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Kummissjoni jkomplu jistabbilixxu Europa Experiences ġodda fil-bliet kapitali u l-postijiet kollha ta’ importanza strateġika fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss tal-2024; jappoġġja kuntratt formalizzat biex jinqasmu l-ispejjeż kollha għall-Europa Experience bejn il-Kummissjoni u l-Parlament biex jiġi żgurat finanzjament sod fit-tul tal-postijiet;

Ċibersigurtà

121.

Ifakkar fil-valur miżjud ta’ software b’xejn u b’sors miftuħ fit-titjib tas-sigurtà peress li dan jippermetti lill-Parlament jidentifika u jikkoreġi d-dgħufijiet, iżomm kontroll fuq id-data billi jospita fis-servers tiegħu u jfassal soluzzjonijiet skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu stess, filwaqt li jkun jista’ jevita effetti ta’ intrappolament tal-klijentela;

122.

Ifakkar fil-preferenza tiegħu għal soluzzjonijiet ta’ software b’xejn u b’sors miftuħ minflok dawk proprjetarji meta jiġu kkunsidrati applikazzjonijiet interni ġodda; jitlob li l-korpi governattivi tal-ICT jiġu informati dwar is-sitwazzjonijiet fejn ma jintgħażlux soluzzjonijiet b’sors miftuħ;

123.

F’konformità mar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza preċedenti tal-Parlament u sabiex tiżdied b’mod sinifikanti l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni interna tiegħu, jitlob lis-servizzi rilevanti jittestjaw l-integrazzjoni u l-użu ta’ soluzzjonijiet għal messaġġi istantanji u laqgħat virtwali li huma bbażati fuq sors miftuħ, ospitati fis-servers tal-Parlament, u li jippermettu komunikazzjoni sigura bħal Matrix u Jitsi;

124.

Japprezza l-fatt li s-servizzi tal-Parlament qed jaħdmu biex itejbu aktar il-kwalità u l-aċċessibbiltà tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-istituzzjoni billi jadottaw prinċipji ta’ data miftuħa għall-użu mill-ġdid u r-ridistribuzzjoni, li ġew ippreżentati lill-grupp ta’ ħidma tal-Bureau dwar l-Innovazzjoni fl-ICT f’April 2021; jilqa’ l-inizjattiva tal-portal tad-data miftuħa tal-Parlament, li għandha l-għan li takkomoda settijiet tad-data disponibbli pubblikament b’mod faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent, kif ukoll tipprovdi data f’format interoperabbli u li jinqara mill-magni u b’hekk tqiegħed fil-prattika l-prinċipji tad-data miftuħa dwar il-ftuħ tekniku, legali, prattiku u soċjali;

125.

Jinnota li l-għadd ta’ attakki ċibernetiċi qed jiżdied drastikament u li dawk l-attakki jistgħu jikkawżaw ħsara konsiderevoli lis-sistemi tal-IT tal-Parlament, sal-punt li jaffettwaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li tiffunzjona; jilqa’ l-fatt li s-Segretarju Ġenerali adotta politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni f’Ġunju 2020, fejn identifika l-kategoriji differenti ta’ data u stabbilixxa l-kundizzjonijiet relatati li jridu jiġu osservati għat-trattament u l-ħżin tagħha, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u valutazzjoni tas-sigurtà; jinnota bi tħassib il-kwistjonijiet kritiċi mqajma mis-Segretarju Ġenerali rigward iċ-ċibersigurtà, inkluż in-nuqqas ta’ persunal; iħeġġeġ lill-Parlament jieħu malajr il-miżuri xierqa kollha biex isaħħaħ kemm l-istruttura tal-IT tiegħu kif ukoll il-persunal taċ-ċibersigurtà tiegħu;

126.

Jinnota li għadd ta’ Membri u l-assistenti tagħhom spiss jiltaqgħu ma’ problemi meta jaqbdu mal-kont tal-mail tal-Membru fuq il-mobiles tagħhom wara li jibdlu l-password tal-kont tal-mail tal-Membru; jistieden lill-Parlament jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li tali diffikultajiet tekniċi ma jseħħux;

Skema ta’ pensjoni volontarja

127.

Ifakkar li mill-31 ta’ Diċembru 2020, id-defiċit attwarju tal-Fond tal-pensjoni volontarja kien ammonta għal EUR 371,3 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 328,6 miljun mill-31 ta’ Diċembru 2019;

128.

Ifakkar li l-fond ġie stabbilit fl-1990 biex jipprovdi lill-Membri bi skema addizzjonali ta’ pensjonijiet fuq bażi volontarja; ifakkar li qabel ġie introdott l-Istatut tal-Membri fl-2009, il-Membri kienu diġà eliġibbli għal pensjoni ekwivalenti għal dik tal-kollegi tagħhom fil-parlamenti nazzjonali, bl-eċċezzjoni tal-Membri Taljani, Franċiżi u Lussemburgiżi, li jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għal skemi speċjali tal-pensjonijiet tal-Parlament Ewropew, li nħolqu fl-1981 unikament għall-bżonnijiet tat-tliet nazzjonalitajiet imsemmija hawn fuq; ifakkar għalhekk li l-fond ta’ pensjoni volontarja dejjem kien jikkostitwixxi pensjoni purament supplimentari (10);

129.

Ifakkar li, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2018, il-Bureau ddeċieda li jimmodifika r-regoli applikabbli għall-iskema tal-pensjoni billi jżid l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u jintroduċi imposta ta’ 5 % fuq il-pagamenti tal-pensjoni għall-pensjonanti futuri bil-għan li jtejjeb is-sostenibbiltà tagħha, li tiġi indirizzata l-problema dejjem akbar tal-likwidità u li jitnaqqas id-defiċit attwarju u l-konsegwenzi negattivi għall-kontribwenti tal-Unjoni; ifakkar li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 tapplika biss għall-pensjonijiet stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2019, u li bħala tali, ma taffettwax lill-benefiċjarji li jkunu rtiraw qabel dik id-data;

130.

Jirrimarka li d-deċiżjoni tal-Bureau ġiet sfidata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn għadd ta’ membri tal-Fond; jisħaq li fis-sentenzi tagħha tal-15 ta’ Settembru 2021 fil-kawżi konġunti T-720/19 sa T-725/19 (11), Richard Ashworth and Others v Il-Parlament Ewropew, il-Qorti kkonkludiet li d-drittijiet diġà akkwistati ma kinux affettwati mid-deċiżjoni kkontestata tal-Bureau u li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat ukoll il-kompetenza tal-Bureau li jadotta deċiżjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-fond; jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet ukoll li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 irrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità; jinnota li s-sentenzi ngħataw fil-15 ta’ Settembru 2021, u li l-Parlament jinsab fil-proċess li jeżamina l-implikazzjonijiet tagħhom bil-għan li jippreżenta proposti addizzjonali biex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-fond lill-Bureau;

131.

Josserva bi tħassib li l-Qorti tal-Ġustizzja tistma li l-fond se jkun insolventi sal-2024, filwaqt li l-aħħar pagamenti tal-fond huma stmati li jsiru biss sal-2091; itenni li l-impenn tal-Bureau stess li jiggarantixxi l-fond ma jikkostitwixxix obbligu legali li jiġu ggarantiti livelli partikolari ta’ ħlasijiet tal-fond peress li ma jeżisti l-ebda kuntratt bejn il-fond u l-Parlament; jappella lill-Bureau, lill-bord tad-diretturi u lill-membri tal-fond tal-pensjoni volontarja biex jappoġġjaw miżuri li għandhom l-għan li jillimitaw id-defiċit tal-fond tal-pensjoni volontarja, filwaqt li jikkunsidraw kwalunkwe miżura oħra f’dan id-dawl;

132.

Jinnota b’interess li, skont is-Servizz Legali tal-Parlament, jirriżulta miż-żewġ sentenzi li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li d-drittijiet miksuba bħala tali, tal-Membri li diġà ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-akkwist tad-dritt għall-pensjoni volontarja addizzjonali, huma protetti bis-sħiħ skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li s-sentenzi jikkonfermaw ukoll li dan ma jżommx lill-Bureau milli jimmodifika l-kundizzjonijiet kif ukoll il-modalitajiet ta’ dan il-grupp ta’ Membri bil-kundizzjoni li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat kif xieraq, kif ukoll għal dawk il-Membri li għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet kollha għall-akkwist tad-drittijiet tal-pensjoni u li għalhekk għandhom biss intitolamenti futuri skont l-iskema tal-pensjoni, sitwazzjoni li hija kkonfermata ulterjorment mis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2020 fil-kawża C-223/19, YS v NK (12); jitlob lill-amministrazzjoni u lill-Bureau jiggarantixxu li l-ebda flus tal-kontribwenti ma jintużaw għal kwalunkwe salvataġġ futur; iqis li rieżami tal-mudell finanzjarju tal-fond ma jkunx biżżejjed biex jipprevjeni li jintużaw flus addizzjonali tal-kontribwenti għall-pagamenti futuri; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali għalhekk jipproponi wkoll miżuri dwar l-aġġustament tal-modalitajiet tal-fond, inkluża żieda ulterjuri fl-età tal-irtirar u tnaqqis fil-benefiċċji tal-pensjoni mħallsa;

133.

Jinnota li x-xogħol ta’ awditjar tal-Qorti dwar il-baġit ġenerali u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jinkludi eżami tal-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet, inkluża l-iskema ta’ pensjoni volontarja għall-Membri; jistieden għal darb’oħra lill-Qorti tippreżenta opinjoni ġdida dwar il-fondi tal-pensjoni volontarji, filwaqt li tinvestiga l-għażliet kollha possibbli biex tillimita d-defiċit tagħha, meta jitqies li dan jista’ jgħin biex jiġu investigati aktar miżuri għall-ġestjoni tal-fondi;

134.

Ifakkar li r-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-Parlament tal-2017 talbet lis-Segretarju Ġenerali jressaq kwalunkwe sejba b’reazzjoni għall-investigazzjoni dwar il-pedamenti legali tal-iskema; jissottolinja li din l-investigazzjoni għandha titwettaq minn entità indipendenti;

135.

Jisħaq li l-Artikolu 27(2) tal-istatut għall-Istati Membri jgħid li l-Membri li kkontribwew għall-fond akkwistaw drittijiet u intitolamenti futuri, li għandhom jinżammu bis-sħiħ, u għaldaqstant, ma jiqfux jekk il-fond jintemm; ifakkar barra minn hekk, li kull xahar il-Parlament ħallas żewġ terzi tal-kontribuzzjonijiet totali tal-iskema ta’ pensjoni b’benefiċċji stabbiliti u għaldaqstant jissottolinja l-parteċipazzjoni regolari tiegħu fil-fond; jenfasizza li l-Membri li ħallsu kontribuzzjonijiet għall-fond ta’ pensjoni volontarja u akkwistaw drittijiet u intitolamenti futuri, għamlu dan bona fide, u għaldaqstant fdaw lill-Parlament li jonora l-obbligi finanzjarji tiegħu;

Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard

136.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ fehim fi ħdan il-fora tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-approvazzjoni tal-iskema konġunta tal-assigurazzjoni tal-mard (JSIS) fir-rigward ta’ trattamenti ġodda, xejriet mediċi u mediċini li għadhom mhumiex approvati b’mod partikolari marbuta ma’ dehriet ġodda ta’ mard nervuż, disturbi awtoimmuni kif ukoll mard tal-kanċer; jitlob li l-korpi rilevanti fi ħdan il-JSIS debitament u regolarment iqisu l-iżviluppi mediċi reċenti u l-kisbiet tal-għarfien meta jaġġornaw il-lista ta’ trattamenti u mediċini eliġibbli; jitlob li l-JSIS turi aktar flessibbiltà meta tivvaluta kwadri kliniċi kif ukoll trattament u terapiji sussegwenti li jistgħu jgħinu lil pazjent; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ gruppi ta’ esperti, li jistgħu jivvalutaw u japprovaw trattamenti li għadhom mhumiex approvati, mediċini farmaċewtiċi, u mediċini biex itejbu l-kwalità tat-trattament tal-applikanti, inaqqsu l-piż burokratiku, u jakkomodaw l-aktar informazzjoni medika reċenti meta jittrattaw it-talbiet għar-rimborż;

137.

Jistieden lill-Bureau jiżgura li l-JSIS tipprovdi spjegazzjoni koerenti u individwali għar-rifjut ta’ talba għal rimborż; jiddispjaċih dwar il-kultura ta’ rifjut ta’ talba għal rimborż f’format pdf mingħajr il-possibbiltà li d-deċiżjoni tiġi kkontestata personalment; jistieden lill-Bureau jintroduċi l-possibbiltà li t-tobba lokali inkarigati mit-trattament ta’ applikant jitkellmu mal-unità jew mal-grupp ta’ esperti tal-JSIS responsabbli biex jispjegaw it-trattament u l-benefiċċji mediċi; jesprimi wkoll ix-xewqa tiegħu li tittejjeb il-faċilità tal-użu tal-applikazzjoni li jippermetti segwitu aktar rapidu u aktar dirett ta’ talbiet individwali;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

138.

Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju jispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi fornuta lill-awtorità baġitarja, kif ukoll lill-pubbliku, dwar l-għoti ta’ kuntratti mill-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarji jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-kuntratti mogħtija ta’ valur ogħla minn EUR 15 000, valur li jikkorrispondi għal-limitu minimu li jekk jinqabeż jiskatta l-obbligu tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti;

139.

Jinnota li minn total ta’ 198 kuntratt mogħtija fl-2020, 60 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, b’valur ta’ EUR 405,2 miljun, u 136 kienu bbażati fuq proċeduri negozjati, b’valur totali ta’ EUR 179,1 miljun; jinnota li l-għadd totali ta’ kuntratti mogħtija bi proċeduri negozjati żdied f’termini ta’ valur bħala perċentwal tal-valur totali ta’ kuntratti mogħtija, minn 26 % fl-2019 għal 31 % fl-2020, iżda naqas f’termini ta’ volum, minn EUR 208,53 miljun fl-2019 għal EUR 179,1 miljun fl-2020;

140.

Jinnota li l-kuntratti mogħtija fl-2019 u fl-2020 jistgħu jinqasmu kif ġej skont it-tip, inklużi l-kuntratti ta’ bini:

Tip ta’ kuntratt

2020

2019

Għadd

Perċentwal

(%)

Għadd

Perċentwal

(%)

Servizzi

Provvista

Xogħlijiet

Bini

161

21

13

3

81

10

7

2

17 733

13

2

78

15

6

1

Totali

198

100

225

100

Tip ta’ kuntratt

2020

2019

Valur (f’EUR)

Perċentwal

(%)

Valur (f’EUR)

Perċentwal

(%)

Servizzi

Provvista

Xogħlijiet

Bini

457 940 293

14 143 825

28 291 234

86 812 000

77

3

5

15

581 610 182

85 741 237

135 211 526

4 260 000

72

10

17

1

Totali

587 187 352

100

806 822 945

100

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2020, p. 6)

141.

Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2020 u fl-2019 skont it-tip ta’ proċedura użata kif ġej, f’termini ta’ għadd u ta’ valur:

Tip ta’ proċedura

2020

2019

Għadd

Perċentwal

(%)

Għadd

Perċentwal

(%)

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Lista CEI

Eċċezzjonali

Sħubija għall-innovazzjoni

57

3

135

1

1

1

29

2

68

0

0

1

82

1

141

0

1

36,44

0,44

62,68

0,44

0

Totali

198

100

225

100

Tip ta’ proċedura

2020

2019

Valur (f’EUR)

Perċentwal

(%)

Valur (f’EUR)

Perċentwal

(%)

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Lista CEI

Eċċezzjoni

Sħubija għall-Innovazzjoni

400 464 868

4 722 196

179 199 392

27 000

16 000

2 757 876

68

1

31

0

0

0

595 584 380

1 735 269

208 533 296

970 000

74

0

26

0

Totali

407 987 960

100

806 822 945

100

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2020, p. 7–8)

142.

Jinnota l-fatt li 72 % tal-proċeduri nnegozjati eċċezzjonali mnedija fl-2020 mill-Parlament għal kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 15 000 jieħdu l-Punt 11.1(b) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju bħala l-bażi ġuridika tagħhom, b’referenza għall-użu ta’ operatur ekonomiku wieħed għal raġunijiet tekniċi jew artistiċi, jew għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi, u li 20 % użaw bħala l-bażi ġuridika tagħhom il-Punt 11.1(c) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, li jirrigwarda każijiet ta’ urġenza estrema għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-awtorità kontraenti u 2 % (proċedura waħda) użaw bħala l-bażi ġuridika tagħhom il-Punt 11.1(a), li jirrigwarda servizzi fejn ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa; josserva, pereżempju, li s-26 proċedura nnegozjati b’mod eċċezzjonali li ntużaw mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari tal-Parlament fl-2020 huma bbażati fuq il-punt 11.1(b) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju li jirrigwarda operatur ekonomiku uniku u l-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi kienet tikkonċerna abbonamenti għal bażijiet tad-data online jew aġenziji tal-istampa;

143.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Parlament li jintroduċi rappurtar dwar is-sostenibbiltà, li se jinkludi aspetti soċjali tal-akkwist, jistieden lill-Parlament jimmonitorja l-iżviluppi fil-qasam tal-akkwist pubbliku soċjali u sostenibbli, bħall-ħidma tal-OECD dwar l-akkwist pubbliku u l-imġiba responsabbli fin-negozju, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jmiss dwar id-diliġenza dovuta korporattiva; jemmen li bl-inkorporazzjoni ta’ standards kummerċjali responsabbli fil-politiki tal-akkwist u tax-xiri tiegħu, il-Parlament jista’ jmexxi bl-eżempju, jissalvagwardja l-interess pubbliku u jiżgura r-responsabbiltà tal-infiq pubbliku; ifaħħar lis-servizzi responsabbli tal-Parlament għall-estensjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-Parlament biex tkopri elementi oħra ta’ sostenibbiltà, kif ukoll it-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma dwar l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli;

144.

Jilqa’ t-tneħħija sħiħa tal-kameras termali prodotti minn Hikvision użati fil-bini tal-Parlament; jistieden lill-Parlament jipprevjeni x-xiri u l-użu ta’ prodotti li setgħu ġew prodotti bi ksur tal-istandards ta’ sostenibbiltà u d-drittijiet tal-bniedem fil-futur; jinsab konvint li dan jista’ jinkiseb primarjament billi jiġu inkorporati d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards u l-prattiki ta’ diliġenza dovuta ambjentali fil-proċeduri ta’ akkwist tal-Parlament;

145.

Jinnota li kien hemm 1 415-il offerta b’offerent uniku fl-2020, li 89 minnhom kienu jikkonċernaw kuntratti li jaqbżu l-limitu ta’ EUR 15 000, meta mqabbla ma’ 1 369 offerta b’offerent uniku fl-2019, 102 minnhom kienu jikkonċernaw kuntratti li jaqbżu l-limitu ta’ EUR 15 000; itenni li l-offerti b’offerent uniku jġorru riskju sinifikanti għall-prinċipju tal-kompetizzjoni u għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi; itenni l-appell tiegħu lill-Parlament biex jinvestiga r-raġunijiet għan-nuqqas apparenti ta’ kompetizzjoni u biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex inaqqas l-għadd ta’ offerti b’offerent uniku fi proċeduri futuri;

Gruppi politiċi (linja baġitarja 4 0 0)

146.

Jinnota li, fl-2020, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej (13):

Grupp

2020

2019 (14)

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta’ utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta’ utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE)

17 239

4 448

11 489

66,65

10 198

17 139

4 253

16 993

99,15

4 399

Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D)

13 609

5 734

9 533

70,05

9 809

14 611

4 807

13 705

93,80

5 710

Renew Europe (dik li kienet l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE))

9 230

3 847

4 063

44,02

6 922

7 721

1 627

5 510

71,37

3 838

Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea (Verts/ALE)

6 381

2 376

4 054

63,53

4 703

5 573

1 388

4 585

82,27

2 376

Grupp Identità u Demokrazija (ID)  (15)

7 121

1 616

3 976

55,84

4 761

3 244

0

1 629

50,22

1 615

Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR):

5 851

2 272

4 145

70,85

3 978

6 053

1 946

5 730

94,66

2 270

Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku (GUE/NGL)

3 790

1 536

3 060

80,72

2 266

4 156

1 110

3 731

89,77

1 535

Grupp għal Ewropa tal-Libertà u d-Demokrazija Diretta (EFDD)  (16)

0

0

0

0,00

0

1 851

1 915

1 508

81,45

0

Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENF)  (16)

0

0

0

0,00

0

1 620

653

1 609

99,34

0

Membri mhux affiljati

1 726

738

429

24,82

1 041

2 019

367

481

23,84

738

Totali

64 947

22 568

40 749

62,74

43 678

63 987

18 067

55 481

86,71

22 482

147.

Jilqa’ l-fatt li awdituri esterni indipendenti għall-gruppi politiċi ħarġu biss opinjonijiet mhux kwalifikati għas-sena finanzjarja 2020;

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

148.

Josserva li, skont dak ir-Regolament (EU, Euratom) Nru 1141/2014, fl-2019 l-Awtorità rrieżaminat għall-ewwel darba, il-kontijiet tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet relatati mas-sena finanzjarja 2018; jilqa’ l-fatt li t-tieni rieżami tal-kontijiet finanzjarji tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi relatati mas-sena finanzjarja 2019 wera li dawn jiddependu dejjem aktar fuq il-formati u l-mudelli pprovduti mill-Awtorità, li jżid il-komparabbiltà u l-akkuratezza tal-informazzjoni sottomessa;

149.

Jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej jiġi minn sorsi pubbliċi u, għalhekk, jirrikjedi l-ogħla livell ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont; jissottolinja li l-Awtorità għandha tipprovdi informazzjoni li tkopri r-reġistrazzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej sa fejn ikun possibbli; jilqa’ l-isforzi li saru mill-Awtorità biex tagħmel aċċessibbli għaċ-ċittadini firxa wiesgħa ta’ informazzjoni fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-Awtorità tiżgura li d-dokumenti ppubblikati fis-sit web tagħha jkunu faċli għall-utent, kompluti u aġġornati u jirrikonoxxi t-tħabbira tal-Awtorità matul is-seduta ta’ smigħ tagħha biex tlesti eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal-aċċessibbiltà tas-siti web;

150.

Jirrimarka li l-Awtorità għandha setgħat limitati fir-rigward tal-verifika ta’ jekk partit jew fondazzjoni reġistrata humiex qed jiksru l-valuri ewlenin tal-Unjoni u s’issa qatt ma skattat il-proċedura ta’ konformità mal-valuri kumplessi; jappella għat-tisħiħ tal-istruttura amministrattiva attwali tal-Awtorità sabiex tiġi mmonitorjata aħjar il-konformità tagħha mar-regoli rilevanti u l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet, kif ukoll biex jiġu żgurati l-indipendenza u n-newtralità sħiħa tagħha;

151.

Jinnota li, fl-2020, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-linja baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej (17):

Partit (2020)

Taqsira

Ir-riżorsi proprji

Kontribuzzjoni finali tal-PE  (18)

Dħul totali

Kontribuzzjoni tal-PE bħala % tan-nefqa rimborżabbli (massimu 90 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi jew telf)

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 229 780

6 603 847

7 833 627

90

552 688

Partit tas-Soċjalisti Ewropej

PSE

1 067 410

5 102 420

6 169 830

90

555 149

Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

568 429

3 069 202

3 637 631

90

964 177

Partit Ewropew tal-Ħodor

PĦE

545 613

2 476 829

3 022 442

90

536 571

Partit tax-Xellug Ewropew

XE

289 330

1 163 617

1 452 947

90

98 874

Partit Demokratiku Ewropew

PDE

102 152

289 080

391 232

90

102 842

Alleanza Ewropea Ħielsa

ALE

125 543

695 550

821 093

90

91 784

Partit tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

Partit ECR

335 408

1 632 616

1 968 024

82

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

MPKE

84 026

557 375

641 401

90

3 465

Partit Identità u Demokrazija

Partit ID

154 160

604 526

758 686

90

26 779

Totali

 

4 501 851

22 195 062

26 696 913

 

2 932 329

152.

Jinnota li, fl-2020, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-linja baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej (19):

Fondazzjoni (2020)

Taqsira

Affiljata mal-partit

Ir-riżorsi proprji

Għotja finali tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-ispejjeż eleġibbli (massimu 95 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi jew telf)

Ċentru għall-Istudji Ewropej Wilfried Martens

ĊSEWM

PPE

296 292

3 947 722

4 244 014

95

23 529

Fondazzjoni għal Studji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

328 973

4 555 512

4 884 485

95

35 590

Forum Liberali Ewropew

FLE

ALDE

298 273

2 710 157

3 008 430

95

136 821

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

FĦE

PĦE

116 727

1 965 047

2 081 774

95

7 093

Inbiddlu l-Ewropa

TE

XE

69 685

1 102 913

1 172 598

95

6 805

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IDE

PDE

25 517

448 110

473 627

95

0

Fondazzjoni Coppieters

Coppieters

ALE

63 243

515 401

578 644

95

19 056

Direzzjoni Ġdida - Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

ND

Partit ECR

183 131

1 678 350

1 861 481

95

61 993

Sallux

SALLUX

MPKE

21 278

299 291

320 569

95

3 307

Fondazzjoni tal-Assoċjazzjoni għall-Identità u d-Demokrazija

Fondazzjoni ID

Partit ID

35 501

456 075

491 576

95

Totali

 

 

1 438 620

17 678 578

19 117 198

 

294 193

153.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-Parlament adotta r-rapport tiegħu dwar l-applikazzjoni ta’ dak ir-regolament fis-26 ta’ Ottubru 2021 (20); jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 biex jiġi emendat ir-regolament (21);

154.

Jemmen li l-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jagħmlu użu akbar minn teknoloġiji ġodda sabiex itejbu t-trasparenza u t-traċċabilità tad-donazzjon

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)  Ir-Rapport A7-0350/2013 disponibbli fuq https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-7-2013-0350_MT.pdf

(5)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(6)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021, T-670/19, Fernando Carbajo Ferrero v Il-Parlament Ewropew, ECLI:EU:T:2021:435.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2017)0417.

(8)  Testi adottati, P9_TA(2019)0080.

(9)  Testi adottati, P9_TA(2021)0514.

(10)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2021/659763/IPOL_STU(2021)659763_MT.pdf

(11)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021,Richard Ashworth and Others v Il-Parlament Ewropew, T-725/19, ECLI:EU:T:2018:580.

(12)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2020, YS v NK, C-223/19, ECLI:EU:C:2020:753.

(13)  L-ammonti kollha qed jiġu espressi f’eluf ta’ EUR.

(14)  L-2019 kienet sena elettorali; il-kontijiet ġew sottomessi minn gruppi politiċi bbażati fuq is-semesters. Għall-gruppi politiċi li komplew l-attività tagħhom wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri għall-approprjazzjonijiet u l-infiq annwali jirreferu għas-somma taż-żewġ semestri.

(15)  Għall-gruppi politiċi li ma kinux jeżistu qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri huma biss għat-tieni semestru.

(16)  Għall-gruppi politiċi li ġew xolti wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iċ-ċifri huma għall-ewwel semestru biss.

(17)  L-ammonti kollha qed jiġu espressi f’eluf ta’ EUR.

(18)  Magħmul mit-tieni parti tal-finanzjament finali tal-2019 u l-ewwel parti tal-finanzjament finali tal-2020 skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta’ Frar 2022.

(19)  L-ammonti kollha qed jiġu espressi f’eluf ta’ EUR.

(20)  Testi adottati, P9_TA(2021)0454.

(21)  COM(2021) 734.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/29


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1688 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0260/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2022),

 

1.

Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/30


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1689 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0067/2022),

A.

billi, skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni responsabbli mill-għoti tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u billi l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni;

B.

billi, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew m’għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;

C.

billi, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit tal-Unjoni fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, wara li tqis il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u billi, skont il-qafas fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;

D.

billi, skont l-Artikoli 235(4) u 240(2) tat-TFUE, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (il-“Kunsill”) huma megħjuna mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (is-"SĠK"), u billi s-Segretarju Ġenerali huwa kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II tal-baġit tal-Unjoni;

E.

billi l-Parlament ilu kważi għoxrin sena jimplimenta l-prattika konsolidata u rispettata tal-għoti tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni, u billi l-Kummissjoni taqbel li l-prattika li tingħata l-kwittanza lil kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita;

F.

billi, mill-2009 ‘l hawn, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza rriżulta fir-rifjut tal-Parlament li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill;

G.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

H.

billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni u riċevituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom ikunu trasparenti u responsabbli b’mod demokratiku lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u soġġetti għal skrutinju demokratiku tal-infiq tal-fondi pubbliċi;

I.

billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonferma d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku;

J.

billi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew ("l-Ombudsman") fil-każ OI/2/2017/TE tat indikazzjoni li l-prattika tal-Kunsill fir-rigward tat-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv kienet tikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina u kellha tiġi indirizzata sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni;

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b’rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għall-Kunsill;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, abbażi tal-awditu tagħha, il-pagamenti għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża dik tal-Kunsill, għas-sena finanzjarja 2020, globalment kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti ma identifikatx kwistjonijiet speċifiċi dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet jew wara eżami tas-sistema superviżorja u ta’ kontroll tal-Kunsill;

4.

Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li fl-2020 il-Kunsill kellu baġit ġenerali ta’ EUR 590 633 000 (meta mqabbel ma’ EUR 581 895 459 fl-2019); josserva żieda fil-baġit ta’ 1,5 % meta mqabbel mal-2019, li tikkonferma xejra ‘l isfel fiż-żieda fil-baġit annwali (1,6 % fl-2019, 2 % fl-2018 u 3 % fl-2017); jinnota li s-sehem tal-Kunsill taħt l-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali naqas minn 6,3 % fl-2015 għal 5,8 % fl-2020; jinnota rata ta’ implimentazzjoni globali għolja ta’ 93,15 % (meta mqabbla ma’ 92,3 % fl-2019);

6.

Jifhem li l-baġit tal-Kunsill fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, u parti kbira minnu tintuża għan-nefqa relatata ma’ persunal, binjiet (inklużi l-għamara u t-tagħmir) u spejjeż operattivi mixxellanji; itenni l-appell tiegħu, magħmul f’riżoluzzjonijiet preċedenti dwar il-baġit, li jkun hemm baġits separati għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill sabiex jittejbu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-effiċjenza tan-nefqa għaż-żewġ istituzzjonijiet;

7.

Ifakkar li l-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 kienu jammontaw għal total ta’ EUR 52 543 491 (meta mqabbla ma’ EUR 56 599 584 mill-2018 sal-2019) u jilqa’ l-fatt li l-implimentazzjoni kienet ta’ 86,4 % (EUR 45 375 664), ikkonċentrata l-aktar fuq binjiet, sistemi tal-kompjuter, interpretazzjoni u tagħmir tekniku;

8.

Jinnota żieda fir-riporti tal-approprjazzjonijiet mill-2020 għall-2021 (12,6 % meta mqabbel ma’ 9.8 % mill-2019 għall-2020); ifakkar lill-Kunsill li r-riporti huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-annwalità tal-baġit tal-Unjoni u jistgħu jkunu indikatur tal-istimi żejda tal-baġit u jistieden lill-Kunsill iżid l-isforzi tiegħu biex jevita sopravalutazzjonijiet baġitarji;

9.

Josserva li fl-2020, il-pagamenti tal-Kunsill kienu jirrappreżentaw 5,2 % tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li, fl-2020, iż-żmien medju tal-ħlas għall-fatturi lis-SĠK kien ta’ 20 jum (meta mqabbel ma’ 19 fl-2019) filwaqt li l-limitu ta’ żmien massimu huwa ta’ 30 jum kalendarju kif stipulat fid-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

10.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-2020; josserva li l-ammont iżgħar ta’ laqgħat fiżiċi wasslu għal inqas infiq fuq spejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati u spejjeż ta’ interpretazzjoni; jinnota li dan l-infiq baxx ġie kkumpensat fil-livell baġitarju minn żieda fl-infiq fuq l-IT sabiex tiġi żviluppata malajr il-kapaċità għal xogħol remot u biex tiġi ggarantita l-kontinwità tal-attività; josserva li tali nefqa kienet tkopri l-oqsma rilevanti ta’ akkwist ta’ software ġdid, assistenza esterna u forniment ta’ hardware biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol mid-dar;

11.

Jinnota li fl-2020 l-approprjazzjonijiet ġew riallokati b’46 trasferiment skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju; josserva li dawn it-trasferimenti kellhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet tat-telexogħol u l-infrastruttura tal-vidjokonferenzi tal-Kunsill, inkluż ix-xiri ta’ tagħmir tal-IT, liċenzji u għodod ta’ komunikazzjoni addizzjonali; jinnota li, b’mod ġenerali, it-trasferimenti saru mil-linji tal-baġit għall-ispejjeż tal-interpretazzjoni, tat-tindif u tal-manutenzjoni, tas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini, u nfiq mixxellanju fuq laqgħat interni għal-linji tal-baġit għal xogħlijiet ta’ installazzjoni, l-akkwist ta’ tagħmir u ta’ software, u għall-assistenza għat-tħaddim u l-iżvilupp ta’ sistemi tal-kompjuter;

12.

Jinnota li fl-2020 il-Qorti eżaminat, mingħajr rimarki, il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku organizzati mill-Kunsill u minn tliet istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni għax-xiri ta’ tagħmir protettiv personali għall-persunal tagħhom u li l-akkwist kien jinkludi rekwiżiti minimi stretti fl-ispeċifikazzjoni tal-offerta, bħal standards ta’ kwalità ta’ referenza Ewropej; huwa konxju li f’erba’ każijiet l-offerent rebbieħ ma inkludiex evidenza sħiħa li r-rekwiżiti minimi kollha relatat mal-kwalità kienu ġew issodisfati fil-mument tal-ikkuntrattar, u dan wassal biex il-Kunsill jorganizza testijiet fil-laboratorju li wrew li t-tagħmir protettiv personali kien, tabilħaqq, konformi;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

13.

Jinnota li t-tifqigħa mhux mistennija tal-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni eċċezzjonali sussegwenti kienu jirrikjedu azzjoni immedjata u miżuri organizzattivi biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attività; jinnota b’sodisfazzjon li r-reazzjoni f’waqtha u effettiva tal-Kunsill għal dik il-kriżi rriżultat f’għadd ta’ miżuri strutturati f’diversi oqsma biex jitħares il-persunal u tiġi ggarantita l-kontinwità tal-attività;

14.

Josserva li l-Kunsill juża l-laqgħat, il-modernizzazzjoni amministrattiva u l-attivitajiet leġiżlattivi bħala indikaturi kwantitattivi tal-livell tal-attivitajiet imwettqa matul is-sena; josserva li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 irriżultat fi tnaqqis ta’ 54,1 % (4 148) fl-għadd ġenerali ta’ laqgħat organizzati fl-2020 meta mqabbel mal-2019; jinnota li fl-2020 is-SĠK organizza 3 086 laqgħa istituzzjonali u laqgħat ma’ pajjiżi terzi (meta mqabbla ma’ 3 983 fl-2019) u 434 laqgħa oħra (meta mqabbla ma’ 3 685 fl-2019) u li 39,2 % tal-laqgħat saru f’format remot jew ibridu;

15.

Jilqa’ t-titjib fl-organizzazzjoni interna tas-SĠK, b’enfasi partikolari fuq l-indirizzar tal-limitazzjonijiet tax-xogħol li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, bħal żieda fil-pjattaformi u fil-wisa’ tal-banda għal attivitajiet ta’ telexogħol u l-installazzjoni ta’ tagħmir xieraq għall-vidjokonferenzi fi kmamar żgħar fejn isiru l-laqgħat biex jiġu ffaċilitati laqgħat ibridi;

16.

Jinnota li fl-2020 il-Kunsill żamm l-attività leġiżlattiva tiegħu fl-istess livell bħal fl-2019 minkejja l-kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 u pubblika 1 328 att legali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2020 meta mqabbel ma’ 1 326 fl-2019;

17.

Jirrikonoxxi li fil-Kunsill hemm stabbilit qafas ta’ kontroll intern li jipprovdi aċċertament raġonevoli li l-objettivi jintlaħqu; huwa konxju li l-ġestjoni tar-riskji ssir billi jinżammu reġistri tar-riskji identifikati li jiġu vvalutati flimkien mal-impatt tal-miżuri ta’ mitigazzjoni adottati;

18.

Huwa konxju li l-awditur intern tal-Kunsill wettaq għadd ta’ awditi fil-qafas tal-pjan strateġiku ta’ tliet snin ibbażat fuq ir-riskju tal-Kunsill mingħajr ma ħareġ rakkomandazzjonijiet bi prijorità għolja;

19.

Ifakkar li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni huma għodda rikonoxxuta b’mod wiesa’ biex jitkejlu l-kisbiet tal-objettivi stabbiliti; jistieden lill-Kunsill biex, fir-rapporti dwar il-ġestjoni tiegħu, jipprovdi sommarji tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tiegħu u r-riżultati relatati;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benessri tal-persunal

20.

Jinnota li l-pjan ta’ stabbiliment għall-2020 kien ġie ffissat għal 3 029 post (meta mqabbla ma’ 3 033 fl-2019) li 2 905 minnhom, fil-31 ta’ Diċembru 2020, kienu okkupati; josserva li r-rata ta’ okkupazzjoni hija qrib is-96 %;

21.

Jiddeplora n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità fil-Kunsill bħala post tax-xogħol; jistieden lill-Kunsill jinforma lill-awtorità baġitarja dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri, id-distribuzzjoni ġeografika u d-diżabilità tal-membri tal-persunal tiegħu u dwar il-politiki interni relatati fis-seħħ;

22.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta’ konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala forum istituzzjonali ddedikat li jiżgura integrazzjoni aktar b’saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrateġiji tal-Unjoni, il-koordinazzjoni tal-politiki relatati kollha u progress fil-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll l-armonizzazzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jiddispjaċih li l-Kunsill s’issa injora dan l-appell tal-Parlament;

23.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jaħtar il-membri tal-Qorti wara konsultazzjoni mal-Parlament u jifhem id-diffikultajiet biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ġeneri peress li n-nomina tal-kandidati hija responsabbiltà tal-Istati Membri waħedhom u kull Stat Membru jista’ jinnomina kandidat wieħed biss kull darba; iqis li huwa inaċċettabbli, madankollu, li l-Qorti kellha biss 16-il membru mara minn total ta’ 112 membru minn mindu twaqqfet fl-1977 (85,7 % irġiel u 14,3 % nisa) u li fl-2020 il-Qorti kellha biss 8 membri mara meta mqabbel ma’ 18-il membru maskili; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra l-kompożizzjoni ġenerali tal-Qorti sabiex il-bilanċ bejn il-ġeneri, b’mod partikolari, jiġi kkunsidrat fid-deċiżjonijiet dwar in-nomini, kif ukoll jindirizza din il-problema b’azzjonijiet konkreti, bħall-preżentazzjoni ta’ mill-inqas żewġ kandidati – mara u raġel – minn kull Stat Membru quddiem il-Parlament;

24.

Jinnota l-adozzjoni tal-pjan ta’ prevenzjoni tar-riskju psikosoċjali intern għall-2020-2022 b’enfasi ewlenija fuq il-prevenzjoni tal-eżawriment u r-relazzjonijiet tajbin fuq il-post tax-xogħol; josserva li l-pjan ġie integrat bis-sħiħ fir-rispons tas-SĠK għall-COVID-19 bi stħarriġ dwar ir-riskju psikosoċjali, sessjonijiet iddedikati ta’ informazzjoni u taħriġ, kif ukoll diversi interventi mis-servizz soċjali; jinnota b’apprezzament l-appoġġ estensiv offrut lill-persunal, lit-timijiet u lill-maniġers mill-psikologi organizzattivi u kliniċi u l-ħaddiema soċjali li l-interventi tagħhom fl-2020 kienu marbuta b’mod sinifikanti mal-COVID-19;

25.

Jinnota li fl-2020 total ta’ 385 persuna (kemm attivi kif ukoll pensjonanti) talbu l-għajnuna tas-servizz soċjali, b’total ta’ 4 425 intervent, uħud minnhom marbuta mal-ġestjoni tal-istress iġġenerat mill-pandemija tal-COVID-19, u li l-psikologu intern ipproċessa total ta’ 164 talba individwali; japprezza l-fatt li l-psikologi u l-ħaddiema soċjali huma parti integrali mill-pjan ta’ intervent psikosoċjali f’każ ta’ inċident kritiku;

26.

Jinnota li l-uffiċċju tat-traineeships ipproċessa aktar minn 10 000 applikazzjoni ta’ traineeship u minnhom għażel 110 trainee, fosthom għadd ta’ trainees b’diżabilità fl-ambitu tal-programm ta’ azzjoni pożittiva l-ġdid; itenni l-appell magħmul lill-Kunsill biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jingħataw ħlas deċenti;

Qafas etiku u trasparenza

27.

Jinnota li ġew segwiti azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-etika u l-imġiba mistennija; jinnota li l-istrateġija li jmiss dwar l-etika kienet qed titħejja fl-aħħar tal-2020 u sar progress fuq l-iżvilupp ta’ ċentru tal-etika ġdid iċċentrat fuq l-utent fuq l-intranet tal-Kunsill; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li ma rċeviex informazzjoni dwar il-kodiċi ta’ kondotta applikabbli għall-membri kollha tal-persunal;

28.

Jilqa’ l-ftehim politiku dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza għar-rappreżentanti ta’ interess, li ntlaħaq mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Diċembru 2020 (2); jiddispjaċih, madankollu, dwar il-limitazzjonijiet ikkunsidrati fl-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-27 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju (3), bħall-fatt li r-Reġistru ta’ Trasparenza japplika għar-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri biss taħt skemi volontarji; jinsisti li r-Rappreżentanzi Permanenti kollha għandhom jieħdu sehem attiv fih permezz ta’ skemi volontarji matul u wara l-presidenza tal-Kunsill tal-Istat Membru tagħhom; jistieden lill-Kunsill, inklużi lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, jarmonizzaw, itejbu u jinforzaw ir-regoli etiċi eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess, "revolving doors" u r-regoli dwar it-trasparenza tal-lobbjar; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-fajls leġiżlattivi qed jitressqu fuq bażi dejjem aktar ta’ spiss quddiem il-Kunsill Ewropew, li la għandu funzjoni leġiżlattiva u lanqas funzjoni eżekuttiva, ma japplikax l-istess standards ta’ trasparenza bħall-Kunsill u mhux qed jinżamm responsabbli;

29.

Jesprimi dispjaċir għall-użu ta’ sponsorizzazzjoni korporattiva biex jiġu koperti xi wħud mill-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-presidenzi tal-Kunsill tagħhom; itenni t-tħassib tiegħu li tali prattika kkawżat u tista’ tikkawża ħsara għar-reputazzjoni fil-futur minħabba li kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali jew perċepit jipperikola r-reputazzjoni tal-Kunsill u tal-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar fil-petizzjonijiet imnedija minn organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tat-trasparenza u r-responsabbiltà, li jitolbu lill-presidenzi b’rotazzjoni tal-Kunsill jirrifjutaw kwalunkwe sponsorizzazzjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fil-gwida dwar l-isponsorizzazzjoni inkluża fl-2021 fil-Manwal tal-Presidenza tal-Kunsill, ma ġiex stabbilit sett komuni ta’ regoli ċari, konkreti u vinkolanti; jifhem li r-riżorsi finanzjarji mill-baġits nazzjonali jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri u li kull Stat Membru, indipendentement mid-daqs u l-mezzi baġitarji tiegħu, għandu jkollu opportunitajiet indaqs biex jorganizza presidenza tal-Kunsill li tirnexxi u għalhekk, itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jeżamina l-ibbaġitjar tal-Presidenzi tal-Kunsill sabiex jiżgura l-kontinwità u l-effiċjenza tal-proċess ta’ ħidma;

30.

Huwa konxju tar-rwol ewlieni tal-Kunsill fil-proċeduri ta’ nomina u ħatriet għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni, il-Membri tal-Qorti u l-Membri kemm tal-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jirrakkomanda bil-qawwa li jsir rieżami tal-eżerċizzju ta’ dik il-prerogattiva bil-ħsieb li tiġi ggarantita u msaħħa l-parteċipazzjoni demokratika tal-partijiet ikkonċernati rilevanti; jiddispjaċih li l-Kunsill ripetutament naqas milli jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rwol konsultattiv tiegħu rigward il-ħatra tal-membri tal-Qorti;

31.

Huwa mfakkar fid-dikjarazzjoni tal-Qorti fir-"Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2019: L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib", li l-imġiba etika "tikkontribwixxi għat-titjib ulterjuri tal-ġestjoni finanzjarja u għaż-żieda fil-fiduċja tal-pubbliku, li hija indispensabbli għas-suċċess tal-politiki pubbliċi" u, b’mod partikolari, li "kull imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u tal-Membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) tattira livelli għoljin ta’ interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-UE"; jagħmel appell qawwi lill-Kunsill, għalhekk, biex jirrispetta l-opinjonijiet tal-Parlament u jirrifjuta l-ħatra ta’ kandidati li jistgħu potenzjalment jagħmlu ħsara lill-kredibbiltà tal-Unjoni, pereżempju minħabba kompetenza professjonali insuffiċjenti jew imġiba mhux etika stabbilita;

32.

Itenni l-approvazzjoni sħiħa tiegħu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill wara l-investigazzjoni strateġika tagħha (Kawża OI/2/2017/TE), b’mod partikolari li jagħmel il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri aktar aċċessibbli, f’format li jinqara mill-magni, li diġà ġie stabbilit fl-2013 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-ġurisprudenza tagħha (4) dwar it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti; jemmen li l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman tippermetti liċ-ċittadini jkunu aktar involuti u jifhmu aħjar it-tfassil tad-dritt tal-Unjoni; jilqa’ l-miżuri adottati mill-Kunsill f’Lulju 2020 biex isaħħaħ it-trasparenza leġiżlattiva f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, inkluża l-pubblikazzjoni proattiva tar-rapporti ta’ progress dwar in-negozjati dwar abbozzi ta’ atti leġiżlattivi kif ukoll il-mandat tal-Kunsill għan-negozjati mal-Parlament; jiddispjaċih, madankollu, li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill għadu ‘l bogħod milli jkun kompletament trasparenti; jistieden lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

33.

Itenni t-tħassib kbir tiegħu f’dak li jikkonċerna l-kunflitti ta’ interess ikkonfermati ta’ rappreżentanti ta’ Stati Membri involuti fi proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-politika u l-baġit; isegwi l-appell qawwi preċedenti tal-Parlament lill-Kunsill biex jiżgura li r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu soġġetti li jibbenefikaw direttament minn sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma proprjetarji tagħhom ma jipparteċipawx fid-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet politiċi jew baġitarji relatati; jitlob lill-Kunsill jipprovdi lill-Parlament informazzjoni dwar il-miżuri meħtieġa stabbiliti biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess;

34.

Jikkondividi t-tħassib tal-Qorti dwar in-nuqqas ta’ qafas etiku komuni tal-Unjoni li jirregola l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill, espress fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 13/2019; itenni l-obbligu tal-Kunsill li jittratta u jsolvi l-kunflitti ta’ interess ta’ livell għoli u kwistjonijiet ta’ "revolving doors" u jestendi r-regoli dwar it-trasparenza tal-lobbjar obbligatorji eżistenti;

35.

Itenni bil-qawwa t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jallinja l-kodiċi ta’ kondotta tal-President tal-Kunsill Ewropew ma’ dawk tal-Parlament u tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm regoli stabbiliti biex jiġu approvati attivitajiet relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni wara li l-President tal-Kunsill Ewropew jitlaq/titlaq postu/postha;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

36.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet baġitarji finali magħmula disponibbli għad-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali żdiedu sostanzjalment fir-rieżamijiet ta’ nofs it-terminu u ta’ tmiem is-sena b’EUR 10,6 miljun, u laħqu ammont finali ta’ EUR 54 675 000, u kisbu rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 99,99 %;

37.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex juża teknoloġija b’sors miftuħ bil-għan li jevita l-intrappolament tal-klijentela, iżomm il-kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu, jiggarantixxi salvagwardji aktar b’saħħithom fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data tal-utenti, u jżid is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

Bini u sigurtà

38.

Josserva li l-politika dwar il-bini tal-Kunsill ilha mill-2004 tfittex li fl-aħħar mill-aħħar jakkomoda l-attivitajiet kollha tiegħu fi Brussell f’binjiet ġeografikament ikkonċentrati taħt is-sjieda tiegħu; iħeġġeġ lill-Kunsill jaġġusta l-istrateġija tal-bini tiegħu sabiex iqis l-arranġamenti ta’ ħidma li x’aktarx isiru parti minn modi ta’ ħidma fit-tul jew permanenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispazji kondiviżi jew iż-żoni b’diversi użi;

Ambjent u sostenibbiltà

39.

Jilqa’ l-isforzi mill-Kunsill biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu fil-binjiet tiegħu, li ġew irreġistrati taħt l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) mill-2016; jilqa’ l-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni ambjentali dettaljata f’Ottubru 2020 ibbażata fuq data tal-2019;

40.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2020 il-Kunsill kien fil-pussess ta’ 3 469 Ċertifikat tal-Enerġija Ekoloġika; huwa konxju li tali ċertifikati jiġu allokati mir-regolatur reġjonali tas-suq tal-enerġija abbażi tal-enerġija prodotta fl-2020 minn pannelli solari li jinsabu fuq il-bjut tal-binjiet tal-Kunsill, u li, skont il-proċeduri xierqa tal-bejgħ, se jinbiegħu fis-suq miftuħ fl-2021;

41.

Jistieden lill-Kunsill jinvolvi ruħu b’mod espliċitu f’"kampanja mingħajr l-użu tal-karti" u jadotta approċċ strutturat biex itejjeb il-mobbiltà sostenibbli tal-membri tal-persunal; iħeġġeġ lill-Kunsill jinvolvi ruħu fir-rapportar tas-sostenibbiltà dwar il-ġestjoni tal-enerġija fil-bini, u b’hekk ikun possibbli li jittieħdu azzjonijiet preċiżi lejn it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

42.

Jinnota ż-żieda fl-udjenza fuq diversi pjattaformi tal-media soċjali mill-2019 sal-2020 b’madwar 443 000 segwaċi fuq Facebook (żieda ta’ 8 %), madwar 561 000 segwaċi fuq Twitter (żieda ta’ 22 %) u madwar 167 000 segwaċi fuq Instagram (żieda ta’ 37 %); josserva żieda ta’ 39 % fiż-żjarat fuq is-sit web tal-Kunsill, li laħqet aktar minn 16-il miljun żjara fl-2020; jinkoraġġixxi lill-Kunsill jistabbilixxi preżenza fin-networks tal-media soċjali b’sors miftuħ biex jikseb aktar trasparenza u kopertura usa’ għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

43.

Jinnota li, fil-kuntest taż-żieda fil-kooperazzjoni tiegħu mal-Istati Membri dwar il-komunikazzjoni tal-COVID-19, il-Kunsill ħadem mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jistabbilixxi l-Portal tal-Komunikaturi, li huwa pjattaforma sigura li tintuża biex jiġi kondiviż kontenut diġitali li jista’ jerġa’ jintuża mal-Istati Membri;

44.

Huwa konxju li l-Kunsill kien l-ewwel istituzzjoni tal-Unjoni li ħolqot ċentru ta’ informazzjoni tal-COVID-19 fuq is-sit web tagħha bil-għan li tispjega, b’mod regolari u komprensiv, ir-rispons tal-Unjoni b’mod ġenerali u tal-Kunsill b’mod partikolari għall-pandemija tal-COVID-19;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

45.

Jistieden lill-Kunsill jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (5);

46.

Jesprimi t-twemmin tiegħu li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tista’ tipprovdi l-opportunità għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jesprimu l-fehmiet tagħhom u jiddiskutu proposti biex itejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni u, b’mod partikolari, proposti biex jittejbu t-trasparenza u l-leġġibbiltà tal-baġit tal-Kunsill;

Is-sitwazzjoni attwali fil-proċedura ta’ kwittanza

47.

Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament f’konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri, is-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u li jiżgura l-obbligu ta’ rendikont fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;

48.

Jisħaq fuq il-prattika stabbilita sew u rispettata segwita mill-Parlament matul kważi għoxrin sena mill-għoti ta’ kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni; itenni li l-Kummissjoni ddikjarat in-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fehma mtennija tal-Kummissjoni li l-prattika li tingħata kwittanza lil kull istituzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħha għandha tkompli tiġi segwita direttament mill-Parlament;

49.

Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali, fejn il-Parlament jista’ jivverifika biss ir-rapporti tal-Qorti u tal-Ombudsman kif ukoll l-informazzjoni fuq is-sit web tal-Kunsill iżda ma jirċevix tweġibiet bil-miktub jew orali mill-Kunsill matul il-proċedura annwali ta’ kwittanza, jiġifieri l-Kunsill jirrifjuta li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ kwittanza, tagħmilha impossibbli għall-Parlament li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta’ kwittanza;

50.

Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill, għal aktar minn għaxar snin, wera li ma għandu l-ebda rieda politika li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ kwittanza, li jagħmilha impossibbli għall-Parlament li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta’ kwittanza; jissottolinja li din l-attitudni kellha effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet u skreditat il-ġestjoni u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit tal-Unjoni u fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti; jesprimi dispjaċir kbir għar-rifjut kontinwu tal-Kunsill li jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni leali fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza li ilha għaddejja għal aktar minn għaxar snin;

51.

Jisħaq li, filwaqt li s-sitwazzjoni attwali tista’ tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fi ħdan il-qafas tat-Trattati, reviżjoni tat-Trattati tista’ tagħmel il-proċedura ta’ kwittanza aktar ċara u trasparenti billi tagħti lill-Parlament il-kompetenza espliċita biex jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni individwalment;

52.

Itenni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tappoġġja d-dritt tal-kontribwenti u li l-pubbliku jinżamm infurmat dwar l-użu tad-dħul pubbliku; jappella, għalhekk, għal rispett sħiħ għall-prerogattiva u r-rwol tal-Parlament bħala garanti tal-prinċipju tar-responsabbiltà demokratika; jistieden lill-Kunsill isegwi kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza;

53.

Iqis li huwa inaċċettabbli li l-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni eċċezzjonali esperjenzata ntużaw bħala skuża biex ma jerġgħux jinbdew in-negozjati interistituzzjonali dwar il-proċedura ta’ kwittanza; jibqa’ madankollu konvint li ftehim dwar din il-kwistjoni huwa possibbli jekk il-Kunsill juri xi tip ta’ rieda politika li jikkollabora; għalhekk jistieden lill-Kunsill jerġa’ jibda n-negozjati mingħajr dewmien mhux dovut sabiex isib soluzzjoni fil-qafas attwali tal-proċedura ta’ kwittanza jekk ikun interessat li juri liċ-ċittadini tal-Unjoni li jieħu b’mod serju l-kontroll xieraq tal-baġit u t-trasparenza;

 


(1)  Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).

(2)  Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza (ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1).

(3)  ĠU C 506, 15.12.2021, p. 127.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ottubru 2013, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Access Info Europe, C-280/11 P, ECLI:EU:C:2013:671.

(5)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/38


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1690 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2020 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (COM(2021) 301),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE – Status fi tmiem l-2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06001/2022 — C9-0061/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020, p. 1.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7

(4)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 21

(5)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/40


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1691 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura) (EACEA) għas-sena finanzjarja 2020

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2020 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 — C9-0103/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 459, 12.11.2021, p. 10

(4)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.

(10)  ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/42


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1692 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs — Eismea) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2020 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 — C9-0103/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 459, 12.11.2021, p. 23

(4)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(10)  ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/44


DECIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1693 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2020 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 — C9-0103/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE sabiex l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel tiġi ttrasformata fl-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (10),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 459, 12.11.2021, p. 7

(4)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.

(10)  ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.

(11)  ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/46


DECIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1694 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2020 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 — C9-0103/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 459, 12.11.2021, p. 30

(4)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.

(10)  ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/48


DECIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1695 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka) (REA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2020 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021)132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 — C9-0103/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 459, 12.11.2021, p. 48

(4)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.

(10)  ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/50


DECIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1696 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (attwalment l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent — CINEA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks għas-sena finanzjarja 2020 (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 — C9-0103/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/173 tat-12 ta' Frar 2021 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 459, 12.11.2021, p. 47.

(4)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(6)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.

(10)  ĠU L 50, 15.2.2021, p. 9.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/52


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1697 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

A.

billi l-baġit tal-Unjoni huwa strument sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika komuni, u bħala medja jirrappreżenta 1,1 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni jew 2,4 % tan-nefqa tal-gvern estiż tal- Membri u l-infiq pubbliku totali fl-Unjoni;

B.

billi, meta l-Parlament jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, huwa jivverifika u jevalwa jekk il-fondi ntużawx b'mod korrett u jekk l-għanijiet ta' politika ntlaħqux wara awditi interni u esterni, u b'hekk jikkonferma r-regolarità u l-prestazzjoni tal-infiq tal-Kummissjoni f'termini ta' valur għall-flus;

Prijoritajiet politiċi

1.

Ifakkar fl-impenn qawwi tiegħu għall-prinċipji fundamentali minquxa fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inkluża t-tmexxija finanzjarja tajba kif stabbilit fl-Artikolu 317 u l-ġlieda kontra l-frodi kif stabbilit fl-Artikolu 325;

2.

Jenfasizza l-importanza tal-baġit tal-Unjoni biex jinkisbu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kif ukoll ir-rwol tiegħu biex jassisti lill-Istati Membri f'sitwazzjonijiet mhux previsti bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha; jisħaq li implimentazzjoni soda u f'waqtha tal-baġit tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod aktar effiċjenti u effettiv il-ħtiġijiet u l-isfidi f'oqsma ta' politika differenti; iwissi li l-implimentazzjoni tal-baġit taħt pressjoni ta' żmien tista' twassal għal żieda fl-iżbalji u l-irregolaritajiet;

3.

Jissottolinja r-rilevanza tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-programmi tal-baġit tal-Unjoni għall-proċedura ta' kwittanza; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-valur miżjud tar-riżorsi investiti huwa marbut mill-qrib mar-riżultati miksuba u l-kontribut tagħhom għat-titjib tal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni;

4.

Itenni t-tħassib profond tiegħu rigward is-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt f'għadd ta' Stati Membri, li hija inkwetanti ħafna fiha nnifisha u twassal għal telf serju għall-baġit tal-Unjoni u jissottolinja t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tuża l-għodod kollha disponibbli ħalli twaqqaf il-każijiet kollha ta' ksur serju li għaddejjin tal-istat tad-dritt u tillimita r-riskju ta' dan it-telf. Dan għandu jinkludi l-applikazzjoni immedjata u sħiħa tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (1) dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ir-"Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt") billi tintbagħat notifika bil-miktub skont l-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament lill-Istati Membri kkonċernati;

5.

Jisħaq li, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt, il-Parlament diġà stieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u tagħmel użu sħiħ mill-għodod ta' investigazzjoni eżistenti tagħha mingħajr aktar dewmien sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt fl-Istati Membri li jaffettwaw jew jirriskjaw serjament li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni; jinnota s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) li tikkonferma li r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa konformi mat-Trattati tal-UE u b'mod partikolari jirrimarka li l-konformità mal-valuri komuni li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea ma tistax tiġi ridotta għal obbligu ta' adeżjoni mal-Unjoni u li tista' tinjora wara l-adeżjoni; jinnota bi tħassib kbir li minkejja li s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, u diversi talbiet mill-Parlament, il-Kummissjoni għadha ma applikatx ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; jinnota li l-Kummissjoni fl-aħħar ħabbret, f'April 2022, l-iskattar tal-Mekkaniżmu ta' Kondizzjonalità għall-ewwel darba u jfakkar fl-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tar-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-UE; huwa tal-fehma li billi ma applikatx dak ir-Regolament, il-Kummissjoni qed iddum biex twettaq dmirijietha bħala Gwardjan tat-Trattati;

6.

Jemmen li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt huwa għodda utli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha u għal raġunijiet simili; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, li r-rapport se jonqos milli jtejjeb is-sitwazzjoni fl-Istati Membri mingħajr rakkomandazzjonijiet ċari u speċifiċi lill-gvernijiet tal-UE; jisħaq ukoll li r-rapporti annwali jeħtieġ li jagħmlu distinzjoni ċara bejn nuqqasijiet iżolati u nuqqasijiet sistemiċi tal-Istat tad-Dritt; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt;

7.

Jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-organizzazzjonijiet kollha (tal-Unjoni jew internazzjonali) li jwasslu l-għajnuna esterna jirrispettaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li jirċievu dik l-għajnuna; jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li jiġi ggarantit li ebda fond minn partijiet terzi u/jew persuni naturali ma jkun allokat jew marbut ma' kwalunkwe kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika;

8.

Jissottolinja li aktar inizjattivi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni saru saħansitra aktar essenzjali bid-dħul fis-seħħ tal-istrument NextGenerationEU, li permezz tiegħu l-iżborżi totali mill-baġit tal-Unjoni se jsiru ħafna akbar matul is-snin li ġejjin; jenfasizza li, f'dan l-isfond, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-"Qorti") u l-UPPE jkollhom il-mezzi u l-persunal meħtieġa biex jinvestigaw każijiet potenzjali ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-OLAF ittrasferixxa 9 membri tal-persunal fl-2020 u 9 membri tal-persunal addizzjonali fl-2021 lill-UPPE; jinsab imħasseb li dan it-tnaqqis sinifikanti fil-persunal jista' jikkomprometti l-kapaċità tal-OLAF li jwettaq il-mandat tiegħu b'mod effiċjenti minħabba nuqqas ta' persunal u piż eċċessiv; jitlob għalhekk żieda fit-tabella tal-persunal (b'mod partikolari esperti forensiċi u tal-IT) tal-OLAF biex tikkumpensa għat-trasferimenti tal-persunal lill-UPPE;

9.

Jinnota li, abbażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2) ( Ir-Regolament RRF), l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinnota li l-Kummissjoni għandha rwol importanti biex tiżgura li s-sistemi ta' awditjar nazzjonali jipprovdu informazzjoni kredibbli, affidabbli u rilevanti; jisħaq li l-kapaċitajiet amministrattivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni jeħtieġ li jissaħħew biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, li tinkludi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess, kif ukoll l-evitar ta' finanzjament doppju; jinnota li l-Kummissjoni hija responsabbli biex tipprovdi assistenza teknika u servizzi ta' konsulenza biex ittejjeb il-kapaċitajiet amministrattivi rispettivi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'ħarsa ġenerali tal-miżuri speċifiċi li ttieħdu biex jiġi żgurat persunal xieraq fil-Kummissjoni fl-istituzzjonijiet rilevanti (jiġifieri l-OLAF, il-UPPE, il-Europol u l-Eurojust) biex iwettqu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar id-data tal-prestazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Faċilità fir-Rapport Annwali tagħha dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR);

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża fil-pront il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħha, bħall-użu ta' strumenti ta' sospensjoni f'każijiet fejn ikun ġie kkonfermat li jeżistu nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll;

11.

Jissottolinja li l-fatt li l-Kummissjoni, wara talbiet ripetuti mill-Parlament biex tagħmel dan, għadha ma tistax tippreżenta lista ta' riċevituri li jirċievu l-akbar sehem ta' fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, jippreżenta ostaklu kbir kemm għall-valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa tal-Unjoni kif ukoll għat-trasparenza ġenerali tal-infiq tagħha; iqis li t-tweġibiet u l-ispjegazzjonijiet dwar din il-kwistjoni offruti lill-Parlament mill-Kummissjoni mhumiex adegwati u li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi bażi tad-data bħal din mhumiex effiċjenti u ma rnexxewx;

12.

Iqis it-tilwima fit-tul dwar il-kunflitt ta' interess bejn il-Kummissjoni u Andrej Babis, l-ex Prim Ministru taċ-Ċekja, bħala ineffiċjenti u mġebbda bla bżonn; itenni li ma ttieħdet l-ebda azzjoni deċiżiva dwar il-kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Babis u li l-fatt li fl-aħħar, l-elezzjonijiet temmew il-kunflitt ta' interess tiegħu, ma jirriflettix b'mod pożittiv fuq il-Kummissjoni; jindika l-fatt li l-Prim Ministru Babis sadanittant innegozja l-QFP u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) f'isem iċ-Ċekja;

13.

Jisħaq fuq ir-riskju serju li l-ammont ta' impenji pendenti (RAL) kompla jiżdied fi tmiem l-2020 u li dawn laħqu rekord għoli ġdid ta' EUR 303,2 biljun; jirrikonoxxi li ċertu livell ta' impenji pendenti huwa konsegwenza naturali tas-sistema baġitarja tal-Unjoni b'approprjazzjonijiet ta' impenn u b'approprjazzjonijiet ta' pagament iżda jissottolinja li ammont ta' impenji pendenti, li huwa ugwali għal sentejn sħaħ ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, joħloq riskju għall-operat bla xkiel tal-baġit fil-futur, li jispiċċa taħt pressjoni serja, u possibbilment joħloq riskju serju għal-likwidità tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-progress tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri, b'mod partikolari f'każijiet ta' sottoimplimentazzjoni u rati baxxi ta' assorbiment u tipprovdi analiżi pajjiż b'pajjiż lill-awtorità ta' kwittanza, filwaqt li tidentifika l-problemi rikorrenti, kif ukoll il-miżuri meħuda biex is-sitwazzjoni tiġi ottimizzata; iqis iż-żieda annwali regolari ta' impenji pendenti, fid-dawl tal-istrument Next Generation EU li jmiss u tal-infiq tal-Unjoni ferm akbar, kwistjoni ta' prijorità għall-Kummissjoni biex tħejji pjan dettaljat ta' azzjonijiet sabiex tnaqqas l-ammont ta' impenji pendenti; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta dak il-pjan lill-awtorità ta' kwittanza;

14.

Jiddispjaċih li, fi tmiem l-2020, minkejja l-esperjenza miksuba mill-QFP preċedenti u l-għajnuna u l-kooperazzjoni pprovduti mill-Kummissjoni permezz ta' assistenza teknika, ir-rata kumulattiva ta' assorbiment mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għadha madwar 7 % inqas minn dik taħt il-QFP preċedenti 2007–2013; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha mal-Istati Membri, inkluż permezz ta' assistenza teknika, sabiex iżżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jagħmlu użu mill-fondi allokati lilhom u biex tintensifika l-isforz biex iżżid ir-rata ta' assorbiment tal-FSIE mingħajr ma tikkomprometti l-kwalità tal-proġetti u l-isforzi mwettqa biex jiġu evitati l-użu ħażin u l-frodi tal-fondi tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-pajjiżi, fejn meħtieġ, biex isibu proġetti eliġibbli, speċjalment dawk b'valur miżjud Ewropew ċar; jistieden lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid it-taskforce għal implimentazzjoni aħjar (TFBI) biex iżżid ir-rata ta' assorbiment u tiżviluppa l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri;

15.

Jissottolinja t-talbiet b'saħħithom u ripetuti tiegħu lill-Kummissjoni u lill-aġenziji eżekuttivi biex jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi jagħmlu użu globali u sistematiku mis-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar; jirrimarka li dan għandu jinkludi l-istabbiliment ta' bażi ta' data interoperabbli unika obbligatorja li jkun fiha l-benefiċjarji tal-fondi mill-programmi kollha tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni pproponiet li tagħmel l-użu ta' għodda unika tal-estrazzjoni tad-data u l-valutazzjoni tar-riskju obbligatorju għall-fondi taħt ġestjoni kondiviża u l-RRF; jinnota li dan ma nżammx fit-testi adottati; jenfasizza li sistema bħal din għandha tibni fuq identifikaturi uniċi għar-riċevituri kollha, inkluża informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali tagħhom u għandha wkoll tiżgura awtomatikament l-użu ta' sistemi li jinkludu, iżda mhux biss, l-għodda tal-estrazzjoni tad-data, ARACHNE, sabiex tiġi prevista l-aqwa protezzjoni possibbli tal-finanzi tal-Unjoni; jissottolinja li din is-sistema integrata u interoperabbli trid tippermetti l-aggregazzjoni tal-ammonti individwali kollha riċevuti mill-istess benefiċjarju jew mill-istess sid benefiċjarju f'somma totali waħda; jinnota li din id-diġitalizzazzjoni jmissha ġa saret u hija indispensabbli minħabba n-natura transfruntiera tal-użu ħażin tal-fondi, il-frodi, l-approprjazzjonijiet ħżiena, il-kunflitti ta' interess, il-finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħrajn; jissottolinja li din l-għodda unika tal-estrazzjoni tad-data għandha tkun tista' tiġi mfittxija u tkun disponibbli faċilment għall-OLAF, l-UPPE u l-Kummissjoni, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u tan-Next Generation EU kontra l-irregolaritajiet, il-frodi u l-kunflitti ta' interess;

16.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitkabbru ż-żoni fejn tintuża s-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) lil hinn mill-ġestjoni diretta u jitlob lill-Kummissjoni tużaha għall-fondi kollha tal-Unjoni inklużi l-fondi taħt ġestjoni kondiviża; jinnota li, l-EDES trid tintuża sistematikament biex jiġi żgurat li l-kumpaniji u s-sidien benefiċjarji li jkunu nstabu ħatja fir-rigward ta' frodi, korruzzjoni jew attivitajiet kriminali ekonomiċi serji oħra ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-indikaturi fl-ARACHNE jiġu armonizzati mar-raġunijiet ta' esklużjoni tal-EDES biex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi esklużi jkunu viżibbli wkoll fl-ARACHNE; jitlob interoperabbiltà massima bejn l-ARACHNE, l-EDES u software ieħor biex titnaqqas il-ħtieġa li jiddaħħlu punti ta' informazzjoni f'diversi sistemi tal-IT diversi drabi filwaqt li l-piż amministrattiv jinżamm għall-minimu possibbli;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti segwitu għar-rapport ta' inizjattiva tal-Parlament rigward ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju (3) u r-rapport ta' inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament (INL) dwar id-diġitalizzazzjoni tar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar Ewropew (4), li jinvolvi suġġerimenti speċifiċi għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju;

18.

Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta' interess fl-ambitu tar-Regolament Finanzjarju f'April 2021 – wara d-distribuzzjoni lill-Istati Membri f'Awwissu 2020 – li tippromwovi l-interpretazzjoni uniformi tar-regoli fil-modi kollha ta' ġestjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura evalwazzjoni xierqa tal-miżuri preventivi meħuda mill-Istati Membri biex jevitaw il-kunflitti ta' interess; jenfasizza li l-forom kollha ta' kunflitti ta' interess għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti u effettiv inkluż fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

19.

Ifakkar li r-rapporti tal-awditjar tal-Kummissjoni, inkluż għal każijiet ta' kunflitt ta' interess, għandhom jiġu ppubblikati fi żmien raġonevoli, peress li dan jgħin biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet korrettivi u ta' segwitu rakkomandati jiġu implimentati minn dawk awditjati; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, li anke qabel il-finalizzazzjoni ta' awditu, il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-informazzjoni mal-Parlament fuq talba sabiex il-Parlament ikun jista' jeżerċita l-funzjoni tiegħu ta' skrutinju politiku;

20.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 iġġustifikat bidliet konsiderevoli fil-baġit tal-2020 fil-forma ta' trasferimenti u baġits emendatorji sabiex l-Unjoni tagħti kontribut robust bil-għan li tgħin biex jittaffew l-isfidi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, mhux l-inqas permezz tal-iżvilupp rapidu tal-vaċċini; jinnota, barra minn hekk, li l-pandemija tal-COVID-19 fissret li l-awditi kellhom prinċipalment isiru b'mod remot; jilqa' ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni fil-proċeduri tal-awditjar, il-kisbiet fl-effiċjenza u l-iffrankar tal-ispejjeż mill-awditi remoti, iżda jissottolinja li l-awditi remoti ma jistgħux jissostitwixxu bis-sħiħ il-kontrolli fuq il-post; jinnota wkoll li l-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju speċifika tagħha relatata mal-COVID-19 imwettqa fl-2020, tqis li l-livell ta' assigurazzjoni ġie salvagwardjat u li r-riskju stmat tagħha fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq huma rappreżentattivi tal-livell ta' żball fit-tranżazzjonijiet finanzjarji;

21.

Jinnota li r-rapporti annwali tal-Qorti kemm tal-2019 kif ukoll tal-2020 jiċċertifikaw "żball pervażiv fin-nefqa" u jagħtu opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa; ifakkar fil-konstatazzjoni ripetuta tal-Qorti li fi l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri sempliċiment mhumiex affidabbli biżżejjed;

22.

Jirrikonoxxi t-tranżizzjoni gradwali tar-regoli ta' diżimpenn għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021–2027 mill-N+3 (2021–2026) għall-N+2 (2027) għall-fondi taħt ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (5) (RDK), kif appoġġjat mill-Parlament; jitlob lill-Kummissjoni tikkoopera u tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tempestiva tal-programmi tagħhom; jissottolinja li r-regola N+3 attwali m'għandhiex tintuża biex tnaqqas ir-ritmu jew idewwem l-implimentazzjoni, iżda biex tiżgura żmien suffiċjenti biex il-proġetti jitwettqu;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-baġit jiżguraw l-għoti ta' finanzjament suffiċjenti għall-awditi u l-kontrolli tal-fondi tal-Unjoni fid-dawl taż-żieda enormi fil-fondi li għandhom jiġu żborżati matul is-snin li ġejjin skont l-istrument ikkombinat tal-QFP u Next Generation EU; jinnota li l-Kummissjoni se tivvaluta s-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri u tipprovdi gwida biex jiġu stabbiliti sistemi sodi ta' monitoraġġ u kontroll; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza valutazzjonijiet dettaljati tas-sistemi ta' awditjar u kontroll għal kull Stat Membru;

24.

Itenni t-tħassib tiegħu li l-Kummissjoni tivverifika biss il-kisba tal-istadji importanti u tal-miri qabel ma tħallas il-fondi tal-RRF filwaqt li tħalli f'idejn l-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku jew dwar l-għajnuna mill-Istat; jinnota li l-Kummissjoni se twettaq awditi tas-sistema biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu implimentaw kontrolli b'saħħithom għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-kunflitti ta' interess jew l-irregolaritajiet serji; huwa, madankollu, tal-fehma li l-Kummissjoni, bħala l-Gwardjan tat-Trattati, ma għandhiex tiddependi biss fuq l-awditi tal-Istati Membri dwar il-konformità mar-regoli applikabbli biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-investimenti taħt l-RRF; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni testendi l-attivitajiet ta' awditjar tagħha lil hinn mill-awditi tas-sistema biex tinkludi kontrolli fuq l-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-approċċ tagħha bbażat fuq ir-riskju; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-lakuni severi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali f'ċerti Stati Membri fir-rigward tal-effiċjenza tal-kontrolli u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess;

25.

Itenni l-ħtieġa li tiġi bbilanċjata aħjar is-simplifikazzjoni ulterjuri tar-regoli u l-proċeduri b'kontrolli mtejba fuq l-aktar oqsma ripetuti ta' nfiq irregolari, jiġu żviluppati sessjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u jittejbu l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra kollha; jirrikonoxxi l-progress miksub permezz tar-reviżjoni tal-2018 tar-Regolament Finanzjarju u t-titjib introdott għall-programmi ta' nfiq 2021–2027;

26.

Jisħaq fuq l-importanza akbar tal-indikaturi tal-prestazzjoni, inklużi l-għażla tal-indikaturi, id-definizzjoni tal-miri u l-istadji importanti u l-monitoraġġ u r-rappurtar fid-dawl tal-mudelli l-ġodda ta' implimentazzjoni għall-RRF u l-Politika Agrikola Komuni riformata; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħidma tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'indikaturi aktar simplifikati u kwalitattivi, kif rifless fl-atti bażiċi adottati tal-programmi ta' nfiq 2021–2027; jinnota li l-istadji importanti u l-miri kif ukoll l-indikaturi tal-output huma differenti fin-natura tagħhom; jinnota li l-RRF tintroduċi divrenzjar ulterjuri bejn l-investimenti u r-riformi; jenfasizza li l-awditjar tal-prestazzjoni huwa għodda ġdida għall-awtoritajiet tal-awditjar rispettivi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn iċ-ċiklu sħiħ tal-awditjar fi ħdan l-Istati Membri u l-Kummissjoni kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-awditjar rispettivi fosthom il-Qorti, kif ukoll l-OLAF u l-UPPE;

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Qorti u lill-Kunsill jaħdmu ħalli jaċċelleraw il-proċess ta' kwittanza għall-N+1, filwaqt li jfakkarhom li dan m'għandux jikkomprometti l-kwalità tal-proċess;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi bilanċ bejn il-ġeneri u approċċ ta' bbaġitjar reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fl-oqsma kollha ta' nfiq tal-Unjoni b'mod konċiż u konkret; jilqa' l-progress tal-Kummissjoni lejn il-metodoloġija tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-iżvilupp ta' metodoloġija pilota għat-traċċar tan-nefqa relatata mal-ġeneru fl-ambitu tal-QFP 2021–2027; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar it-test tal-fattibbiltà tagħha fuq il-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-abbozz ta' baġit 2023;

29.

Itenni l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-frodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE u l-OLAF; japprezza l-isforzi notevoli u jisħaq fuq ir-rwol tal-UPPE fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar fl-importanza li l-UPPE u l-OLAF jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti;

30.

Jilqa' l-istabbiliment ta' dħul proprju ġdid sabiex jitħallas lura, mill-2028, is-self mogħti taħt Next Generation EU (madwar EUR 15-il biljun fis-sena sal-2050) bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni aħjar tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li permezz ta' dan, il-piż tad-dejn tal-Unjoni mhux se jiġġarrab mill-ġenerazzjonijiet futuri u programmi essenzjali tal-Unjoni, bħal Orizzont Ewropa, FSE+ u Erasmus+, mhux se jkollhom jitnaqqsu;

31.

Huwa partikolarment imħasseb dwar is-sejbiet ripetuti tal-Qorti li x-xogħol ta' xi awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jew korpi ta' ċertifikazzjoni huwa meqjus bħala suxxettibbli wisq għall-iżbalji u għaldaqstant mhux affidabbli, u dan jikkomprometti l-affidabbiltà tad-data għall-AMPR; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tatx segwitu għal dan il-kumment speċifiku, li kien inkluż fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-2019; jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi kjarifiki dwar dan l-aspett;

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti u l-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

32.

Jilqa' l-fatt li, għas-sena 2020, il-Qorti ssib li l-kontijiet tal-Unjoni huma affidabbli, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u li, in-naħa tad-dħul tal-baġit hija ħielsa minn kwalunkwe żball materjali;

33.

Jiddispjaċih li, għas-sena 2020, il-Qorti reġgħet ħarġet opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tan-naħa tan-nefqa tal-baġit u fl-istess ħin jisħaq li l-livell ta' żball ta' 2,7 % fl-2020, li huwa l-istess bħal dak għas-sena 2019, jista' jkun biss il-livell minimu ta' żball minħabba r-riskju tad-detezzjoni marbut mal-fatt li l-Qorti ma setgħetx twettaq kontrolli fuq il-post minħabba r-restrizzjonijiet imposti b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19; jissottolinja, madankollu, li rata ta' żball ma timplikax awtomatikament frodi u jinnota li, fl-2020, ġew irrapportati sitt każijiet possibbli ta' frodi mill-Qorti lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) meta mqabbla ma' disgħa fl-2019; itenni l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-frodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE u l-OLAF;

34.

Jinnota li l-Qorti awditjat tranżazzjonijiet ta' EUR 147,8 biljun meta mqabbla mal-infiq attwali ta' EUR 173,3 biljun u li n-nefqa b'riskju għoli, li primarjament hija bbażata fuq ir-rimborż, kienet tirrappreżenta EUR 87,2 biljun tal-popolazzjoni awditjata filwaqt li n-nefqa b'riskju baxx, li primarjament hija nefqa bbażata fuq l-intitolamenti, kienet tirrappreżenta EUR 60,6 biljun;

35.

Jinnota bi tħassib li abbażi ta' 728 tranżazzjoni awditjata vverifikati mill-Qorti, il-livell ta' żball stmat ta' 4,0 % għan-nefqa b'riskju għoli għadu ferm ogħla mil-livell limitu ta' materjalità filwaqt li l-livell ta' żball stmat huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità għan-nefqa b'riskju baxx;

36.

Itenni t-talbiet li saru mill-Parlament lill-Qorti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza f'dawn l-aħħar snin, jiġifieri biex tiddefinixxi r-rata ta' żball anke għall-pagamenti b'riskju baxx, u għal kull nefqa fil-QFP, biex testendi l-kapitolu dwar "Amministrazzjoni" sabiex ikun hemm analiżi aktar fil-fond dwar l-istituzzjonijiet kollha u biex tikkwalifika l-impatt tal-miżuri korrettivi fuq il-livell ġenerali ta' żball;

37.

Jinnota bi tħassib dejjem akbar li l-karta tal-bilanċ tal-Unjoni turi li l-obbligazzjonijiet totali fi tmiem l-2020 kienu ta' EUR 313,5 biljun, żieda ta' EUR 62,0 biljun jew 24,7 % meta mqabbla mas-sena preċedenti (EUR 251,5 biljun);

38.

Jinnota li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 2020 u li l-kontijiet tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2020 urew ammont riċevibbli nett dovut mir-Renju Unit ta' EUR 47,5 biljun, abbażi tal-obbligi definiti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ;

39.

Jinnota li l-2020 kienet l-aħħar sena tal-QFP 2014–2020; jenfasizza li l-baġit għall-2020 u l-baġits emendatorji ammontaw għal total ta' EUR 173,9 biljun f'impenji li minnhom EUR 172,9 biljun kienu fil-fatt impenjati filwaqt li l-baġit u l-baġits emendatorji ammontaw għal EUR 164,1 biljun f'pagamenti li minnhom fil-fatt intefqu EUR 161,8 biljun; jinnota, barra minn hekk, li saru pagamenti ta' EUR 9,9 biljun fi dħul assenjat u ta' EUR 1,6 biljun f'riporti, u dan iġib il-pagamenti totali għal EUR 172,4 biljun;

40.

Jinnota bi tħassib li jidher li ftit li xejn sar progress fir-rata ta' assorbiment kumulattiva għall-fondi tal-FSIE, li kienet għadha biss 55 % (7 % inqas minn dik fi tmiem l-aħħar sena tal-QFP preċedenti), għalkemm ir-rata ta' assorbiment annwali fl-2020 kienet l-istess bħas-sena finali tal-QFP 2007–2013 preċedenti (15 %); jinnota li, fi tmiem l-2020, 45 % tal-impenji totali taħt il-fondi tal-FEIS għall-perjodu 2014–2020 ugwali għal EUR 209 biljun kienu għadhom ma tħallsux u jikkostitwixxu l-parti ewlenija tal-impenji pendenti totali (RAL) ta' EUR 303 biljun;

41.

Jieħu nota tar-risposti dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament li jikkomplementaw ir-rapport mill-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405 final);

Ċirkostanzi speċjali minħabba l-pandemija tal-COVID-19

42.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 irriżultat fl-illaxkar tar-regoli applikabbli biex tiġi pprovduta likwidità addizzjonali, kif ukoll flessibbiltà eċċezzjonali u meħtieġa għan-nefqa relatata mal-COVID-19, inkluż fil-livell tar-regoli u l-kontrolli amministrattivi fl-interess ta' reazzjoni rapida; jinsab imħasseb li dan iżid ir-riskju ta' proċeduri mhux trasparenti, użu ħażin u frodi minn strutturi kriminali li jippruvaw jabbużaw mis-sitwazzjoni ta' kriżi; jinnota l-informazzjoni mill-OLAF dwar attivitajiet kriminali li jikkonċernaw tagħmir tas-saħħa u s-sikurezza personali u offerti ta' vaċċini foloz; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kontrolli u awditi ex post f'dan ir-rigward;

43.

Jinnota li skont informazzjoni mhux ippubblikata pprovduta lill-Qorti, il-Kummissjoni pprovdiet EUR 12,9 biljun f'impenji taħt ġestjoni diretta u indiretta u EUR 34,2 biljun f'impenji taħt ġestjoni kondiviża għal skopijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19 matul l-2020; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx rapport dwar in-nefqa relatata mal-COVID-19;

44.

Jiddispjaċih li l-pandemija tal-COVID-19 għamlitha ferm aktar diffiċli biex jitwettqu l-kontrolli u l-awditi fuq il-post; jinnota madankollu li l-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju speċifika tagħha relatata mal-COVID-19 imwettqa fl-2020, tqis li l-livell ta' assigurazzjoni ġie salvagwardjat u li r-riskju stmat tagħha fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq huma rappreżentattivi tal-livell ta' żball fit-tranżazzjonijiet finanzjarji; jissottolinja l-ħtieġa ta' aktar żjarat ta' awditjar wiċċ imb wiċċ fil-perjodu li ġej biex tiġi żgurata ġestjoni tajba tal-awditjar;

Ċirkostanzi speċjali minħabba l-istrument Next Generation EU

45.

Jinnota li l-istrument Next Generation EU flimkien mal-QFP 2021–2027 se jżidu b'mod sinifikanti l-allokazzjoni ta' finanzjament ikkombinat għal aktar minn EUR 1 800 biljun;

46.

Jinnota wkoll li ħafna mir-regolamentazzjoni għall-programmi ta' nfiq ta' bażi għall-perjodu tal-QFP il-ġdid ġiet adottata b'mod komparabbli aktar tard milli matul l-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali preċedenti, u dan inevitabbilment se jwassal għal dewmien fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni;

47.

Jisħaq li l-effett ikkombinat tal-istrument il-ġdid Next Generation EU u d-dewmien fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni jaf joħloq pressjoni serja fuq il-kapaċitajiet amministrattivi fl-Istati Membri u fil-Kummissjoni, u dan jista' jerġa' jwassal għal aktar żbalji, inqas kontroll u telf potenzjali għall-baġit tal-Unjoni;

48.

Jinnota li l-użu ta' sistemi ta' estrazzjoni ta' data u valutazzjoni tar-riskju bħall-ARACHNE jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni u s-salvagwardja kontra l-kunflitti ta' interess, il-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju; jinnota li l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-programm kif ukoll id-data dwar is-sid benefiċjarju jeħtieġ li jinġabru mill-Istati Membri; id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus tirrikjedi pjattaforma ċentrali tal-Unjoni, li ġiet stabbilita, iżda s'issa mhux l-Istati Membri qabdu magħha; jinnota li r-reġistri ċentrali tad-data tal-benefiċjarji jeżistu fl-Istati Membri, iżda mhux kollha fihom data dwar is-sidien benefiċjarji;

49.

Jinnota li l-għodod ta' monitoraġġ huma essenzjali għall-awditjar tal-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri; jinnota li l-Istati Membri huma meħtieġa jużaw is-sistema FENIX żviluppata u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni; jilqa’ t-Tabella ta' Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita mill-Kummissjoni biex tipprovdi ħarsa ġenerali viżiva u faċli għall-utent tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li trawwem it-trasparenza, l-iskrutinju pubbliku u l-obbligu ta' rendikont tal-Faċilità;

50.

Jinnota li, skont l-Artikolu 60 tar-Regolament dwar l-RRF, il-Kummissjoni għandha tibgħat, soġġett għall-approvazzjoni fir-rigward ta' informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, jew għal arranġamenti ta' kunfidenzjalità xierqa jekk ikun meħtieġ, dokumenti u informazzjoni rilevanti simultanjament u fuq termini ugwali lill-Parlament u lill-Kunsill;

51.

Jinnota li l-Parlament Ewropew stabbilixxa grupp ta' ħidma dwar l-RRF, li jistabbilixxi djalogu bejn il-Membri tal-Kumitati rispettivi u l-Kummissjoni; jinnota li l-involviment tal-Parlament u tal-Kunsill huwa kruċjali biex jiġu żgurati s-sorveljanza u l-iskrutinju demokratiċi; jisħaq li t-trażmissjoni bikrija u kompleta tad-dokumenti lill-Parlament u lill-Kunsill se tkun element importanti u deċiżiv fil-proċedura ta' kwittanza;

52.

Jinnota li, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament dwar l-RRF, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità lill-Parlament u lill-Kunsill sal-31 ta' Lulju 2022;

53.

Jinnota li l-Qorti tistma li l-iskopertura totali tal-baġit tal-Unjoni minħabba l-istrument Next Generation EU se tiżdied b'mod sinifikanti matul is-snin li ġejjin u tista' tilħaq EUR 940 biljun sa tmiem l-2023, u dan jirrappreżenta żieda kbira minn EUR 132 biljun fi tmiem l-2020;

54.

Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika possibbiltajiet addizzjonali biex tkompli ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' assorbiment tal-Istati Membri billi tinvesti fil-kapaċitajiet amministrattivi, fit-taħriġ u fid-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi;

Rakkomandazzjonijiet

55.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

twettaq analiżi għal kull Stat Membru individwali tal-fondi riċevuti u l-istatus tal-implimentazzjoni, sa mhux aktar tard minn Mejju għas-sena baġitarja preċedenti, fil-kuntest ta' rapport annwali previst skont l-Artikolu 31 tar-Regolament RRF; jistenna li l-Kummissjoni tippubblika r-rapport annwali għall-ewwel darba kmieni fit-tieni nofs tal-2022 u tinforma minnufih lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet;

(b)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema obbligatorja integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti fil-kuntest tar-reviżjonijiet li jmiss tar-Regolament Finanzjarju; tiżviluppa t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza biex tiżgura li d-deskrizzjoni tal-istadji importanti u l-mira u l-eżitu tal-awditu jkunu trasparenti; tiżgura li l-Istati Membri kollha jużaw is-sistemi u r-reġistri ċentrali biex jirrapportaw dwar is-sidien benefiċjarji u l-benefiċjarji finali;

(c)

twettaq sensiela ta' kontrolli ex post fuq il-post u kontrolli ta' akkwisti pubbliċi nazzjonali bl-użu ta' fondi tal-Unjoni u tieħu nota tal-awditi jew tar-rapporti tal-media li diġà twettqu, li jindikaw riskju konsiderevoli għal-legalità ta' dawn il-proċeduri;

(d)

tittrażmetti, soġġett għall-approvazzjoni fir-rigward ta' informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, jew għal arranġamenti ta' kunfidenzjalità xierqa jekk ikun meħtieġ, dokumenti rilevanti bħas-Sommarju tal-Awditi u informazzjoni lill-awtorità ta' kwittanza b'mod tempestiv;

(e)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza ħarsa ġenerali lejn it-taħriġ imwettaq;

(f)

tagħti segwitu għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti, inkluż rappurtar komprensiv u standardizzat dwar in-nefqa relatata mal-pandemija tal-COVID-19;

(g)

tikkondividi l-eżiti rigward il-kontenut tal-kontroll tal-baġit fid-dawl tar-rapport ta' rieżami mal-awtorità ta' kwittanza billi tagħmel laqgħa mal-kumitat rispettiv;

(h)

tintensifika l-ħidma tagħha biex tiżgura li l-fondi taħt l-RRF jintużaw għal proġetti li jwasslu għal riformi strutturali u investimenti li jiksbu valur miżjud tal-Unjoni u li jiġi evitat il-finanzjament doppju tal-proġetti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tiddependix biss fuq l-awditi tal-konformità mwettqa mill-Istati Membri dwar regoli applikabbli bħall-akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda testendi l-attività tal-awditjar tagħha lil hinn mill-awditi tas-sistema f'approċċ ibbażat fuq ir-riskju;

(i)

tiżgura li r-rappurtar tagħha dwar l-iskopertura finanzjarja totali tal-baġit tal-Unjoni jkun ċar u tempestiv sabiex l-awtoritajiet tal-awditjar u l-pubbliku b'mod ġenerali jkollhom stampa ċara ta' kif tiżviluppa l-iskopertura fis-snin li ġejjin;

(j)

tiżviluppa metodoloġija u timmultiplika l-kontrolli ex post u l-missjonijiet fuq il-post fir-rigward tal-użu tal-fondi ta' Next Generation EU u l-impatti tagħhom fuq l-irkupru tal-Istati Membri;

(k)

iżżid il-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri u tipproponi linji baġitarji adegwati għall-Qorti, l-UPPE u l-OLAF fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kompiti l-ġodda li jmiss relatati mal-istrument Next Generation EU sabiex jiġu protetti l-finanzi tal-Unjoni;

(l)

tiffinalizza metodoloġija konċiża u konkreta għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għall-użu fil-baġit kollu permezz ta' inċentivi mmirati u effettivi sa mhux aktar tard minn tmiem l-2022, u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-Unjoni;

Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni u l-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

56.

Jinnota li l-Qorti tibbaża l-AMPR tagħha fuq l-informazzjoni miksuba minn diversi rapporti mill-Kummissjoni; jinnota li l-Qorti tissupplimenta din l-informazzjoni b'sejbiet reċenti mill-awditjar u x-xogħol ta' rieżami tagħha stess; jinnota li l-Qorti teżamina mill-ġdid l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni għall-plawżibbiltà u l-konsistenza mas-sejbiet tagħhom, iżda mhux għall-affidabbiltà tagħha;

57.

Jieħu nota li, għall-2020, minn 51 direttur ġenerali (jew ekwivalenti), 11-il direttur ġenerali ħarġu total ta' 19-il riżerva u li l-impatt finanzjarju totali tar-riżervi kien ta' EUR 1 219 miljun;

58.

Jissottolinja li l-awditjar tal-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni huwa importanti daqs l-awditjar tal-konformità sabiex tinkiseb stampa komprensiva, mhux biss tal-legalità tal-infiq kif ukoll tal-effettività, tal-effiċjenza u tal-ekonomija tal-infiq, iżda wkoll tar-riżultati miksuba u l-prijoritajiet u l-miri milħuqa; jindika l-għadd kbir ta' rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti, kif ukoll mill-awtorità ta' kwittanza, li l-Kummissjoni għandha tagħti ħafna aktar attenzjoni lill-valutazzjoni tar-riżultati, l-eżiti u l-impatti tal-politiki u l-programmi tagħha (effettività), lil hinn mill-preżentazzjoni ta' għadd kbir ta' fondi minfuqa jew persuni involuti fi programmi individwali (effiċjenza);

59.

Jinnota li l-approċċ għal regolamentazzjoni aħjar jgħin lill-Kummissjoni tidentifika t-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-imgħoddi tal-politiki u l-programmi; jenfasizza li l-programmi ta' nfiq kollha għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni, jirrimarka li l-kosteffettività u l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji huma għodod importanti fil-kontroll tal-baġit biex jiġi rieżaminat l-infiq; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi aktar informazzjoni kwalitattiva li turi l-valur miżjud tal-Unjoni tal-programmi ta' nfiq; jilqa' l-fatt li l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-evalwazzjonijiet u tal-valutazzjonijiet tal-impatt; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u tiġġustifika b'mod suffiċjenti meta l-kummenti ma jkunux ġew meqjusa;

60.

Jinnota li l-RDK għas-seba' fondi ta' ġestjoni kondiviża għall-perjodu 2021–2027, ma kienx soġġett għal valutazzjoni tal-impatt, peress li l-RDK jistabbilixxi regoli komuni u mekkaniżmi eżekuttivi għal politiki oħra; jilqa' l-fatt li r-regolamenti relatati mal-fondi kienu akkumpanjati mill-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom stess; jinnota li evalwazzjonijiet importanti tal-PAK ma kinux disponibbli qabel ma saret il-valutazzjoni tal-impatt dwar ir-riforma tal-PAK;

61.

Jissottolinja li huwa importanti li l-Kummissjoni tkompli tislet it-tagħlimiet mill-prestazzjoni tal-programmi anki wara t-tmiem tal-perjodu tal-QFP minħabba li xi riżultati u impatti jistgħu jkunu evidenti biss bosta snin wara t-tmiem tal-perjodu tal-QFP speċjalment għal programmi b'ammonti kbar ta' impenji pendenti u tinkludi dawn l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet fir-rapporti tagħha li għandha tikkondividi mal-awtorità ta' kwittanza;

62.

Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti, fir-Rapport Annwali ta' din is-sena, eżaminat mill-ġdid ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri u jinsab imħasseb għax sabet li dan kien kumpless u mhux dejjem ċar; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-rappurtar tagħha jagħti idea ċara tal-ammont ta' nefqa irregolari kkoreġuta u rritornata fil-baġit tal-Unjoni;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu aktar preċiż għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti u tinvolvi ruħha fil-proċessi affidabbli ta' skrutinju u ta' kwittanza tal-Parlament sabiex tikkontrolla aħjar l-eżekuzzjoni tal-mudelli l-ġodda ta' implimentazzjoni, kif ukoll l-RRF u l-Politika Agrikola Komuni riformata;

64.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-Qorti li d-data ta' monitoraġġ mill-Istati Membri, li fuqha huma bbażati d-dikjarazzjonijiet tal-programmi u l-AMPR tal-Kummissjoni, mhijiex totalment affidabbli; jiddispjaċih, b'mod partikolari, rigward l-evalwazzjoni mtennija tal-Qorti dwar l-AMPR fl-oqsma tal-Koeżjoni, minħabba nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar u l-problemi identifikati fir-rigward tar-rati ta' żball residwu rrappurtati fir-Rapporti Annwali tal-Attività (RAA) tad-DĠ EMPL u tad-DĠ REGIO;

65.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li mhijiex meħtieġa tallinja l-metodoloġija tagħha ma' dik użata mill-Qorti, iżda jiddispjaċih li din twassal għal ċifri differenti ħafna, b'mod partikolari fil-qasam tal-kompetittività, fejn l-istima tar-riskju mill-Kummissjoni fil-waqt tal-pagament għal din l-intestatura tal-QFP hija saħansitra taħt il-firxa tal-Qorti għal-livell ta' żball stmat; jistieden lill-Kummissjoni tabbanduna rekwiżit strettament legali u tinvolvi ruħha serjament fi proċess ta' riflessjoni dwar il-metodoloġija tagħha biex tiżgura li ċ-ċifri tal-Qorti u tal-Kummissjoni jistgħu jkunu aktar komparabbli;

66.

Jissottolinja t-talbiet b'saħħithom u ripetuti tiegħu biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi jsir użu globali u sistematiku mis-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

Dħul

67.

Jieħu nota li d-dħul kien jammonta għal EUR 174,3 biljun fl-2020: minn dan l-ammont, EUR 123 biljun (70,6 %) kienu jinkludu riżorsi proprji bbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross, EUR 19,9 biljun (11,4 %) riżorsi proprji tradizzjonali (RPT), EUR 17,2 biljun (9,9 %) riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud, EUR 8,2 biljun (4,7 %) kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet marbuta mal-ftehimiet u l-programmi tal-Unjoni, EUR 3,2 biljun (1,8 %) surplus mis-sena preċedenti, u EUR 2,8 biljun (1,6 %) dħul ieħor;

68.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 55 ordni ta' rkupru tal-Kummissjoni, imfassla biex ikunu rappreżentattivi tas-sorsi kollha ta' dħul, kif ukoll is-sistemi tal-Kummissjoni, il-kontabbiltà tar-RPT fi tliet Stati Membri, u r-RAA tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG) u tal-Eurostat; jilqa' l-fatt li l-ebda wieħed mill-elementi tal-kampjun ma ġie milqut minn żball kwantifikabbli; jilqa' l-fatt li għad-dħul, il-Qorti sabet li l-livell ta' żball ma kienx materjali u li s-sistemi relatati mad-dħul kienu ġeneralment effettivi;

69.

Jissottolinja li l-ammonti evażi li ma jinqabdux mis-sistemi kontabilistiċi tar-RPT tal-Istati Membri, ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni tal-awditjar tal-Qorti dwar id-dħul; jieħu nota li peress li d-differenza bejn il-livell teoretiku tad-dazju fuq l-importazzjoni li għandu jinġabar għall-ekonomija kollha kemm hi u d-dazju fuq l-importazzjoni attwali miġbur (id-"distakk doganali") tista' taffettwa l-ammonti ta' dazji stabbiliti mill-Istati Membri, il-Qorti vvalutat, għat-tieni sena konsekuttiva, l-azzjoni tal-Unjoni meħuda biex tnaqqas id-distakk u ttaffi r-riskju li r-RPT ma jkunux kompluti;

70.

Jinnota bi tħassib kbir li l-Qorti sabet li fl-2020, il-Kummissjoni għalqet iċ-ċiklu ta' verifika tagħha fir-rigward tad-data tal-ING għar-riżorsi proprji mis-sena 2010, distakk ta' 10 snin; jenfasizza li b'riżultat tal-għeluq taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet għadd kbir ta' riżervi tal-ING fir-rigward ta' proċeduri speċifiċi ta' kompilazzjoni fl-Istati Membri li appellaw għal titjib; jirrimarka li dan iżid b'mod sinifikanti l-inċertezza baġitarja fil-baġits nazzjonali fir-rigward tal-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING; jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti li l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ING mhuwiex indirizzat kif xieraq u d-dħul tal-Unjoni jista' jiġi affettwat b'riżultat ta' dan;

71.

Jinnota bi tħassib li hemm armonizzazzjoni insuffiċjenti tas-sistemi ta' kontroll biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni prinċipalment minħabba dgħufijiet li jippermettu lill-Istati Membri jvarjaw b'mod sinifikanti fil-mod kif jimplimentawhom; jinnota li l-Qorti sabet dgħufijiet persistenti fl-effettività tas-sistemi ta' kontroll fil-livell kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri, li l-aktar importanti minnhom jaffettwaw l-għeluq mill-Kummissjoni taċ-ċiklu ta' verifikazzjoni tal-ING u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet dwar ir-RPT fi Stat Membru wieħed;

72.

Jinsab imħasseb li minkejja t-titjib, l-għadd ta' riżervi tal-VAT u ta' punti miftuħa tar-RPT għadu għoli, u li għad hemm dgħufijiet fil-kontabbiltà u fil-ġestjoni tal-Istati Membri tar-RPT; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet nuqqas ta' monitoraġġ sistematiku tad-data dwar l-importazzjoni u kontrolli doganali mhux armonizzati biżżejjed fil-livell tal-Unjoni;

73.

Jinnota bi tħassib li għall-ħames sena konsekuttiva, id-DĠ BUDG żamm ir-riżerva li l-ammonti tar-RPT li ġew ittrasferiti għall-baġit tal-Unjoni mhumiex preċiżi minħabba s-sottovalwazzjoni ta' tessuti u żraben importati miċ-Ċina matul il-perjodu mill-2011 sal-2017; jinnota s-sentenza tal-Qorti tat-8 ta' Marzu 2022 li tiddikjara li r-Renju Unit naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu billi ma applikax miżuri effettivi ta' kontroll doganali u billi naqas milli jagħmel l-ammont korrett ta' riżorsi proprji tradizzjonali disponibbli għall-Kummissjoni, fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonċernati;

74.

Jinnota li l-Qorti parzjalment irrifjutat il-kalkolu tal-Kummissjoni minħabba inċertezza konsiderevoli rigward il-preċiżjoni tal-ammonti ta' riżorsi proprji ddikjarati mill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-ammonti sħaħ suffiċjentement kif meħtieġ mil-liġi; jinnota li l-Qorti approvat il-metodu użat mill-Kummissjoni għall-istima tal-ammont ta' telf ta' RPT għal parti mill-perjodu ta' ksur u ddikjarat li hija l-Kummissjoni li għandha tikkalkula mill-ġdid it-telf ta' riżorsi proprji tal-Unjoni li għadhom dovuti; jistieden lill-Kummissjoni tispjega lill-awtorità ta' kwittanza fiex kienu jikkonsistu l-iżbalji fil-kalkolu, kif biħsiebha tirrimedja l-iżball fil-kalkolu tat-telf suffiċjentement kif meħtieġ mil-liġi u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultat tal-kalkoli l-ġodda;

Rakkomandazzjonijiet

75.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali, u tiżviluppa u timplimenta kapaċità sħiħa ta' analiżi u koordinament fil-livell tal-Unjoni;

(b)

tirrieżamina u taġġorna l-approċċ tagħha għall-verifika tad-data tal-ING tal-Istati Membri f'ċikli pluriennali futuri biex tkompli tissimplifika l-proċess u tnaqqas il-perjodu li matulu d-data tal-ING tibqa' miftuħa wara t-tmiem taċ-ċiklu;

(c)

f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tkompli ttejjeb il-kopertura tal-globalizzazzjoni fil-kontijiet nazzjonali biex tiġi indirizzata r-riżerva tal-ING f'dan il-qasam għas-snin 2018 'il quddiem, u jekk ikun meħtieġ, tivvaluta mill-ġdid il-kwalità tad-data tal-ING tas-snin preċedenti, biex l-awtorità baġitarja tiġi infurmata bl-implikazzjonijiet possibbli tal-istatistika riveduta li tirriżulta għall-baġit tad-dħul mill-2010;

(d)

tiżgura li għall-Istati Membri kollha d-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar u ta' kull tliet xhur dwar ir-RPT tagħhom ikunu affidabbli, billi jsolvu d-dgħufijiet fis-sistema tal-IT doganali tagħhom b'rabta man-nuqqas ta' rendikont tal-entrati, ir-riskju ta' entrati doppji, u l-allokazzjoni skorretta tal-pagamenti parzjali;

(e)

tieħu azzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi fil-kummerċ elettroniku u l-ġbir tal-VAT, b'mod partikolari billi tagħmel użu mill-benefiċċji addizzjonali tal-mezzi diġitali disponibbli għat-traċċar tal-fatturi u l-pagamenti tal-VAT;

(f)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

76.

Jinnota li s-sottointestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" tal-QFP tikkorrispondi għal 13,9 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 24,1 biljun: minn dan l-ammont, EUR 13,6 biljun (56,4 %) jintefqu fuq ir-riċerka, EUR 3,1 biljun (12,8 %) fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, EUR 2,4 biljun (10,2 %) fuq it-trasport u l-enerġija, EUR 1,6 biljun (6,5 %) fuq l-ispazju, u l-bqija fuq azzjonijiet u programmi oħra; ifakkar li t-total tan-nefqa ppjanata fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP 2014–2020 hu ta' EUR 142 biljun, li minnhom EUR 104,6 biljun tħallsu sa tmiem l-2020;

77.

Jirrikonoxxi li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom ikunu fil-qalba ta' kwalunkwe kunsiderazzjoni li tikkonċerna l-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, peress li l-SMEs jipprovdu 6 minn kull 10 impjiegi u 8 minn kull 10 apprendistati f'xi Stati Membri, u huma responsabbli għal kważi 60 % tal-valur miżjud maħluq fl-Unjoni;

78.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 133 tranżazzjoni, imfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-RAA tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), tad-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) u tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (INEA), li l-Kummissjoni mbagħad inkludiet fl-AMPR tagħha;

79.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti stmat li l-livell ta' żball huwa ta' 3,9 %, prinċipalment derivat minn żbalji relatati ma' spejjeż ineliġibbli, nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn essenzjali, jew kwistjonijiet rigward l-avviżi tal-kuntratti dwar id-dokumenti tal-offerti; jissottolinja li l-Qorti sabet li l-infiq tal-FP7 u ta' Orizzont 2020 għadu ta' riskju ogħla u huwa s-sors ewlieni ta' żbalji;

80.

Jinnota bi tħassib li l-ispejjeż tal-persunal għadhom jikkostitwixxu s-sors prinċipali ta' żbalji, b'mod partikolari fin-nefqa fuq ir-riċerka; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal fl-ambitu ta' Orizzont 2020 għadhom kumplessi, minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni; jilqa' għadd ta' simplifikazzjonijiet immirati speċifikament lejn l-SMEs fl-ambitu ta' Orizzont 2020, bħal rata fissa unika għall-ispejjeż indiretti, inklużi l-ispejjeż tal-persunal;

81.

Jinnota li l-benefiċjarji jistgħu jitolbu biss l-ispejjeż tal-persunal għal kompiti mwettqa minn persuna fiżika li taħdem b'kuntratt dirett, filwaqt li l-ispejjeż għall-kompiti sottokuntrattati mhumiex eliġibbli; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-SMEs, li ma għandhomx biżżejjed persunal proprju, huma partikolarment suxxettibbli għall-iżball li jitolbu l-ispejjeż tas-servizzi tal-konsulenti esterni jew tal-freelancers bħala spejjeż tal-persunal;

82.

Jinnota li l-Kummissjoni saħħet il-kampanja ta' informazzjoni tagħha mmirata lejn benefiċjarji suxxettibbli għall-iżbalji, bħall-SMEs u dawk li japplikaw għall-ewwel darba b'esperjenza u riżorsi limitati għall-proċess ta' applikazzjoni; jinnota li l-Kummissjoni organizzat sitt webinars fl-2020 li laħqu madwar 7 500 parteċipant dirett; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni tista' testendi aktar l-attivitajiet ta' informazzjoni tagħha; jissottolinja l-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni lill-applikanti potenzjali fil-lingwa nattiva tagħhom, b'mod partikolari dwar regoli kumplessi bħall-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż tas-sottokuntrattar;

83.

Ifakkar li l-Kummissjoni għandha l-għan li tistabbilixxi rwol aktar b'saħħtu għall-Unjoni bħala attur ewlieni fis-settur spazjali matul il-QFP 2021–2027; jisħaq fuq l-importanza tal-SMEs u tan-negozji ġodda fl-aspetti kollha tal-politika spazjali, b'mod partikolari l-infrastruttura tal-illanċjar, ir-rokits, is-satelliti kif ukoll is-servizzi upstream u downstream; jinsab imħasseb dwar l-offerti mnedija fil-qasam tal-politika spazjali, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta' konnettività bbażata fuq is-satelliti tal-Unjoni li eskludiet lill-SMEs bl-introduzzjoni ta' piżijiet eċċezzjonalment għoljin li l-ebda intrapriża żgħira ma setgħet tissodisfa; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn a) l-eżiti tal-offerti kollha fl-2020, b) kemm intrebħu offerti parzjalment jew totalment minn SMEs jew negozji ġodda, c) kemm intrebħu offerti mingħajr ebda parteċipazzjoni minn SMEs jew negozji ġodda, d) kemm intrebħu offerti minn kumpaniji kbar, u e) ħarsa ġenerali lejn l-offerti kollha fl-2020 li eskludew lill-SMEs bid-disinn tal-offerta;

84.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li madwar 20 % tal-awditi ex post tal-familja sħiħa ta' Orizzont 2020 jitwettqu mis-Servizz ta' Awditjar Komuni tad-DĠ RTD, u 80 % jitwettqu f'ismu minn ditti privati tal-awditjar; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li t-teħid ta' kampjuni fil-livell tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż awditjati mhux dejjem kien konformi mal-proċeduri stabbiliti, u jenfasizza li minkejja t-titjib introdott mill-Kummissjoni, ir-rata ta' żball rappreżentattiva hija potenzjalment sottovalutata; jesprimi tħassib rigward il-fatt li d-dgħufijiet fl-awditi ex post mis-Servizz ta' Awditjar Komuni għadhom jippersistu;

85.

Jiddispjaċih li l-livell ta' eċċellenza fir-riċerka għadu jvarja b'mod sinifikanti madwar l-Istati Membri; jinnota li l-istudji rrakkomandaw li r-riċerkaturi, l-esperti u atturi nazzjonali oħra minn istituzzjonijiet b'livelli aktar baxxi ta' eċċellenza jiġu mħeġġa jipparteċipaw b'mod attiv f'timijiet konġunti ta' riċerka li jkunu jinkludu riċerkaturi u istituzzjonijiet bl-ogħla livell ta' eċċellenza; huwa konxju li r-responsabbiltà ewlenija hija tal-Istati Membri u l-investiment tagħhom fl-edukazzjoni, iżda jissottolinja li l-Kummissjoni tista' tikkontribwixxi għat-tixrid tal-eċċellenza; jilqa' ż-żieda fil-baġit għat-twessigħ tal-attivitajiet għal Orizzont Ewropa;

86.

Jieħu nota tal-fatt li l-ħidma tal-awditjar fuq l-FP7 hija kompluta; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-RAA tad-DĠ RTD u tad-DĠ CONNECT jikkonfermaw li r-rata ta' żball residwu kumulattiva għall-FP7 hija ogħla minn 2 %; jirrikonoxxi li minħabba l-livell limitu de minimis li ġie introdott fl-2019 għar-riżervi finanzjarji, l-ebda wieħed mid-DĠ ma rrapporta riżerva kwantifikata;

87.

Jinnota bi tħassib li fir-rigward ta' Orizzont 2020, id-DĠ RTD irrapporta rata ta' żball rappreżentattiva mistennija ta' 2,95 % għad-DĠ kollha u għal korpi oħra tal-Unjoni li jimmaniġġjaw l-infiq fir-riċerka tal-Unjoni; jinnota li r-rata ta' żball residwu hija ta' 2,24 % għad-DĠ RTD u ta' 2,20 % għad-DĠ CONNECT; jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni ma tqisx li jeħtieġ li tiġi stabbilita riżerva għan-nefqa fuq Orizzont 2020; jieħu nota li l-korpi ta' implimentazzjoni jagħmlu ħilithom biex jipprovdu assigurazzjonijiet raġonevoli ta' riskju ta' żball f'firxa ta' bejn 2 % u 5 %;

88.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-Erasmus+, li jirrappreżenta 13,3 % tal-pagamenti totali magħmula sa tmiem l-2020 għal din l-intestatura tal-QFP, abbażi tal-AMPR tal-2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programm għall-abbozz tal-baġit tal-2022, u l-evalwazzjonijiet ewlenin u rapporti oħra;

89.

Jilqa' l-valutazzjoni tal-Qorti li l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Erasmus+ ħolqu valur miżjud u li l-effiċjenza tiegħu ssaħħet permezz tas-simplifikazzjoni tiegħu meta mqabbel mal-programmi predeċessuri; jinnota l-fehma tal-Qorti li l-Kummissjoni ma qisitx l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aspetti kollha tal-Erasmus+, u li d-dikjarazzjoni tal-programm għall-Erasmus+ ma pprovdietx stima finanzjarja tal-kontribut tal-programm għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; ifakkar li filwaqt li hemm differenzi sinifikanti bejn il-ġeneri fost l-oqsma ta' studju, 58 % tal-għadd totali ta' parteċipanti fil-programm huma nisa;

90.

Jinnota bi tħassib li r-riċerkaturi nisa huma sottorappreżentati f'Orizzont 2020 u jirrappreżentaw biss 36 % tar-riċerkaturi (28 % fi proġetti mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), 42 % fl-għotjiet Marie Skłodowska-Curie u 31 % fil-partijiet l-oħra tal-Programm);

91.

Japprezza l-fatt li l-Premju Nobel għall-Kimika 2020 ingħata lil riċerkatur iffinanzjat minn Orizzont 2020, li kien l-10 parteċipant iffinanzjat minn dan il-programm li ġie onorat bil-Premju Nobel s'issa;

92.

Jinnota li, fl-2020, 1 173 proġett ġew iffinanzjati permezz tal-programm tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka f'Orizzont 2020 u 1 255 investigatur prinċipali rċevew finanzjament; jinnota wkoll li bħalissa fost l-istituzzjonijiet ospitanti hemm istituzzjonijiet minn 25 Stat Membru u fost l-investigaturi prinċipali hemm ċittadini ta' 23 Stat Membru; jinnota wkoll li mill-2014 l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie appoġġjaw il-mobilità u t-taħriġ ta' madwar 69 000 riċerkatur u b'hekk il-programm qabeż il-mira tiegħu ta' 65 000 riċerkatur;

93.

Jilqa' l-fatt li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) użat infrastrutturi tas-servizzi diġitali li jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi online għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Unjoni; jissottolinja li kważi EUR 630 miljun ġew investiti fl-interoperabbiltà madwar l-Unjoni kollha ta' servizzi diġitali speċifiċi bħall-e-Saħħa, id-data pubblika miftuħa, l-identifikazzjoni elettronika u ċ-ċibersigurtà;

94.

Jissottolinja l-importanza li jsir investiment f'networks tat-trasport sostenibbli biex jingħata lok għall-bidla meħtieġa lejn modi ta' trasport aktar sostenibbli; iħeġġeġ lill-FNE 2021–2027 temula r-riżultati kbar miksuba mill-FNE; jinnota l-ħtieġa li jittejjeb il-livell ta' għarfien tar-regoli ta' eliġibbiltà tal-FNE fost il-benefiċjarji;

95.

Jilqa' l-fatt li fil-perjodu 2014–2020, il-kofinanzjament tat-Trasport tal-FNE, li jammonta għal EUR 23,03 biljun, ġie allokat għal 959 azzjoni, u filwaqt li indirizza l-infrastruttura kemm fin-network ewlieni kif ukoll fin-network komprensiv tan-Network trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), il-programm iffoka l-appoġġ tiegħu fuq in-network ewlieni, b'aktar minn 170 taqsima kkonċernata;

Rakkomandazzjonijiet

96.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

testendi l-kamp ta' applikazzjoni taċ-ċertifikati dwar ir-rapporti finanzjarji biex jiġu inklużi l-kategoriji ta' spejjeż unitarji għall-programm qafas għar-riċerka l-ġdid, Orizzont Ewropa, sabiex jiżdied il-livell ta' identifikazzjoni u korrezzjoni ta' żbalji fl-ispejjeż unitarji; titlob is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-ispejjeż tal-persunal fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa;

(b)

timplimenta azzjonijiet, inklużi rieżami perjodiku tal-kawżi prinċipali ta' żball fir-rapporti finanzjarji, tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet kumplessi bħar-regoli ta' sottokuntrattar, u twettaq kampanji ta' informazzjoni sabiex tnaqqas ir-rata ta' żball għal Orizzont 2020;

(c)

tkompli ttejjeb il-kwalità tal-awditi ex post billi tindirizza d-dgħufijiet fil-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni fil-livell tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tapplika l-korrezzjonijiet għall-metodu għall-kalkolu tal-iżbalji għal Orizzont Ewropa;

(d)

tkompli taħdem lejn il-kisba ta' livell ta' żball ta' inqas minn 2 % f'dan il-qasam tan-nefqa;

(e)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-spin-offs, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha; tiżviluppa kompendju diġitali għal SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja Ewropej għal informazzjoni regolatorja dwar l-appoġġ għall-opportunitajiet ta' impjiegi u tkabbir fi ħdan il-QFP u l-qafas tal-RRF simili għall-assistent kummerċjali Access2Markets;

(f)

tieħu approċċ aħjar għall-bilanċ bejn il-ġeneri fir-rigward tal-benefiċjarji tal-fondi ta' Orizzont Ewropa, u għall-bilanċ ġeografiku minn Stati Membri sottorappreżentati u tipprovdi appoġġ aħjar għar-riċerka u l-kooperazzjoni fl-universitajiet fl-Istati Membri kollha; tirrapporta lill-Parlament dwar il-proporzjon ta' riċerkaturi rġiel u riċerkaturi nisa li jipparteċipaw fil-programm;

(g)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku tas-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar; u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

(h)

timmaniġġja l-aspettattivi billi tissettja objettivi u miri realistiċi u li jistgħu jintlaħqu; iqis li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE msaħħa l-ġdida għandu jkollha riżultati aktar pożittivi fuq l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera aħjar mal-Istati Membri biex tiżviluppa Erasmus+ għat-taħriġ professjonali, speċjalment għal ċerti professjonijiet tekniċi, l-artiġjani, eċċ.; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lir-Renju Unit jerġa' jingħaqad mal-programm Erasmus; jitlob ukoll l-iżvilupp ta' skambji ta' studenti u xjentifiċi għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, speċjalment l-Ukrajna; tkompli żżid l-attivitajiet tagħha ta' twessigħ biex ittejjeb l-aċċess għall-eċċellenza fl-Unjoni kollha u tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza;

(i)

toħloq linja baġitarja ġdida għat-turiżmu, biex tappoġġja l-irkupru ta' settur li ntlaqat b'mod serju mill-kriżi tal-COVID-19, biex dan jibqa' validu fil-futur u jsir diġitalizzat u sostenibbli;

(j)

tkompli l-azzjoni tagħha dwar ix-xiri flimkien ta' vaċċini biex jipproteġu kontra l-COVID-19 li jippermetti l-iffrankar u tiżviluppa l-awtonomija sovrana tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u li tista' tiġi estiża għal oqsma oħra bħall-enerġija, is-semikondutturi jew l-elementi terrestri rari;

(k)

tiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għal Orizzont Ewropa u l-pilastri tiegħu, l-IPCEIs u strumenti u proġetti oħra ta' finanzjament anke fir-rigward tal-ħolqien tal-impjiegi, filwaqt li tiżgura sinerġiji mal-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru sabiex tippromwovi r-riċerka u tiżviluppa strateġija ta' tkabbir u tniedi sħubijiet ġodda tal-Unjoni f'oqsma bħall-idroġenu nadif, iċ-ċelloli tal-fjuwil, l-enerġija mir-riħ, it-trazzjoni elettrika, l-enerġija fotovoltajka, ir-robotika, id-drones, l-istampar 3D ta' batteriji, l-avjazzjoni nadifa, il-ferroviji, il-mobbiltà konnessa u awtomatizzata, it-trasport bit-triq u fuq l-ilma b'emissjonijiet żero u l-firxa wiesgħa ta' teknoloġiji diġitali, b'mod partikolari għall-Programm ta' Ħidma 2021–2022, u jilqa' l-progress ta' Orizzont Ewropa f'dan is-sens; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati proġetti li jikkontribwixxu, b'mod partikolari, għal network Ewropew tat-trasport li jibqa' validu fil-futur, sostenibbli, intelliġenti kompetittiv, affordabbli u li ma jagħmilx ħsara lill-klima;

(l)

tipproponi mekkaniżmu ġdid orjentat lejn ir-riżultati, li jinkludi l-ippjanar u l-assistenza teknika fuq terminu qasir, medju u fit-tul, kif ukoll tisħiħ tar-rabta bejn il-finanzjament u l-kisba tal-istadji importanti ta' proġett, biex jiżdied il-valur miżjud tal-Fondi Ewropej u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jilħqu l-miri ta' tlestija għall-2030 u l-2050 għan-network ewlieni u n-network komprensiv TEN-T rispettivament;

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

97.

Jinnota li s-sottointestatura 1b "Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" tal-QFP tikkorrispondi għal 34,3 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 59,5 biljun: minn dan l-ammont, EUR 32,4 biljun (54,5 %) jintefqu fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), EUR 10,2 biljun (17,1 %) fuq il-Fond ta' Koeżjoni (FK), EUR 14,7 biljun (24,7 %) fuq il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u EUR 2,2 biljun (3,7 %) fuq azzjonijiet oħra;

98.

Ifakkar fir-rwol importanti tal-infiq relatata mas-Subintestatura 1b tal-QFP "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", li jimmira li jnaqqas id-distakk bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi Stati Membri u reġjuni tal-Unjoni, kif ukoll li jsaħħaħ il-kompetittività tar-reġjuni kollha;

99.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 227 tranżazzjoni, imfassal biex ikun statistikament rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-regolarità tal-informazzjoni mogħtija fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u d-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL) kif ukoll l-AMPR tal-Kummissjoni;

100.

Jinnota bi tħassib li meta jitqiesu l-iżbalji li qabel kienu identifikati mill-awtoritajiet tal-awditjar u l-korrezzjonijiet applikati mill-awtoritajiet tal-programm, il-Qorti stmat li l-livell ta' żball huwa ta' 3,5 %, ferm ogħla mill-materjalità; jilqa' l-fatt li dan madankollu jirrappreżenta tnaqqis fir-rata ta' żball meta mqabbla mar-rata ta' żball ta' 4,4 % irrapportata fl-eżerċizzju tal-2019; jieħu nota li l-iżbalji identifikati jikkonċernaw spejjeż ineliġibbli, akkwist pubbliku, żbalji ta' kontabbiltà u kalkolu, għajnuna mill-Istat, u dokumenti ta' sostenn nieqsa;

101.

Jinnota bi tħassib id-data ppreżentata fit-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku għall-2020 dwar l-akkwist pubbliku, li turi li l-proporzjon ta' kuntratti mogħtija b'offerent uniku biss huwa partikolarment allarmanti: 19-il Stat Membru laħqu jew qabżu l-limitu ta' 20 % u sitt Stati Membri (iċ-Ċekja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovenja) kellhom livell ta' bejn 39 % u 51 %; jinnota li l-proporzjon ta' kuntratti ta' akkwist innegozjati ma' kumpanija mingħajr ebda sejħa għall-offerti laħaq jew qabeż il-limitu ta' 10 % fi 8 Stati Membri, b'erba' minnhom (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Rumanija u s-Slovenja) jilħqu livelli ta' bejn 22 % u 29 %; jinnota li l-proporzjon ta' kuntratti mogħtija wara sejħa għall-offerti li l-isem u l-kundizzjoni tagħha ma kinux ċari kien ogħla mil-limitu ta' 3 % f'għaxar Stati Membri b'livelli ta' bejn 8 % u 9 % f'erba' Stati Membri (il-Belġju, il-Bulgarija, Malta u s-Slovenja);

102.

Jinsab imħasseb ħafna dwar dawn l-osservazzjonijiet peress li jindikaw dgħufijiet severi u sistemiċi fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku f'diversi Stati Membri, li x'aktarx ikollhom impatt ukoll fuq il-ġestjoni u l-infiq tal-fondi tal-Unjoni; jinnota f'dan ir-rigward l-osservazzjoni tal-Qorti dwar awditu preventiv bikri tas-sistema dwar il-verifiki tal-ġestjoni tal-akkwist pubbliku fl-Ungerija, li rriżulta f'korrezzjoni b'rata fissa ta' 10 % għall-kuntratti kollha affettwati li tkopri perjodu ta' erba' snin għal ammont ta' madwar EUR 770 000 000.

103.

Jinsab imħasseb li 72 % tal-iżbalji jirriżultaw minn proġetti u spejjeż ineliġibbli u 27 % minn ksur tar-regoli tas-suq intern (b'mod partikolari nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat); jinnota li ħames proġetti kisru r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; jieħu nota tal-fatt li l-Qorti hija tal-opinjoni li żewġ proġetti ma kellhom jiksbu l-ebda finanzjament pubbliku mill-Unjoni u/jew mill-Istat Membru; jenfasizza li dawn il-proġetti ammontaw għal 1,0 punti perċentwali tal-livell ta' żball stmat;

104.

Jilqa' l-fatt li, fl-2020, is-sejħa pluriennali għal proposti tal-2019 fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tlestiet b'suċċess, billi ntgħażlu 125 proġett b'kontribuzzjoni ġenerali ta' aktar minn EUR 2 biljun; jinnota li aktar minn 90 % tal-kontribuzzjoni tal-FNE ġew allokati għal proġetti li mistennija jindirizzaw l-objettivi relatati mal-klima u b'mod partikolari l-infrastrutturi ferrovjarji, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u tal-portijiet marittimi u t-twettiq ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattiva;

105.

Jieħu nota li d-DĠ REGIO rrapporta rata ta' żball medja pponderata ta' 2,1 % u "rata massima" ta' 2,6 %, u d-DĠ EMPL irrapporta rata ta' żball medja pponderata ta' 1,4 % u "rata massima" ta' 1,9 %; jindika li skont il-Qorti, id-DĠ EMPL ma qiesx bis-sħiħ l-iżbalji possibbli lil hinn minn dawk identifikati, f'liema każ ir-rata massima kienet tkun ta' 2,1 %; jenfasizza s-sejba tal-Qorti li r-rata ta' żball residwu ġenerali rrapportata mill-Kummissjoni għandha titqies bħala rata minima; jenfasizza li korrezzjonijiet futuri jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw li fl-għeluq ma jibqa' l-ebda livell ta' żball materjali;

106.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-għadd u l-impatt tal-iżbalji li ġew identifikati juru li l-kontrolli stabbiliti għadhom ma jtaffux biżżejjed ir-riskju inerenti għoli ta' żball f'dan il-qasam; jinsab imħasseb li dan jikkonċerna b'mod partikolari lill-awtoritajiet maniġerjali li l-verifikazzjonijiet tagħhom mhumiex effettivi fil-prevenzjoni jew l-identifikazzjoni ta' irregolaritajiet fin-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji; jinnota bi tħassib li l-Qorti tqis ukoll li żbalji oħra huma r-riżultat ta' deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet maniġerjali nfushom;

107.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti kkonkludiet li r-rati ta' żball residwu li l-awtoritajiet tal-awditjar irrapportaw mhux dejjem kienu affidabbli u li għad hemm nuqqasijiet fil-mod kif l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu u jiddokumentaw il-ħidma tagħhom; jissottolinja s-sejba tal-Qorti li l-awtoritajiet tal-awditjar jeħtieġ li jżommu rendikont aħjar tar-riskju ta' frodi fl-awditi tal-operazzjonijiet tagħhom;

108.

Itenni d-diżapprovazzjoni profonda tiegħu tal-prattika, f'xi Stati Membri, ta' prenotazzjoni żejda sistematika tal-programmi u t-trasferiment tal-proġetti problematiċi jew illegali fil-baġit nazzjonali wara li l-Kummissjoni jew l-OLAF ikunu identifikaw irregolaritajiet jew użu ħażin; jikkundanna l-fatt li l-kontribwenti nazzjonali jitħallew iġorru l-piż tal-ħlas għall-proġetti li jbatu minn kunflitti ta' interess, frodi jew nuqqasijiet oħra;

109.

Jieħu nota li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali tagħha 07/2020 "Implimentazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni: l-ispejjeż huma komparattivament baxxi, iżda ma hemmx informazzjoni suffiċjenti biex jiġi vvalutat l-iffrankar li jirriżulta mis-simplifikazzjoni" sabet li l-ispejjeż ġenerali rrapportati għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni huma komparattivament baxxi, iżda kienu bbażati fuq data mhux kompluta biżżejjed u inkoerenti; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-informazzjoni dwar l-ispejjeż disponibbli ma kinitx adegwata sabiex jiġi vvalutat l-impatt tas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni;

110.

Jieħu nota li l-Qorti sabet, fir-Rapport Speċjali tagħha 24/2021 "Finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta' Koeżjoni: ambizzjonijiet siewja, iżda kien għad hemm ostakli fil-perjodu 2014–2020" li l-RDK 2014–2020 kien jipprevedi "qafas ta' prestazzjoni" espliċitu għall-programmi operazzjonali tal-Istati Membri, inklużi l-istadji importanti u l-miri biex jintlaħqu l-investimenti tal-FSIE;

111.

Jissottolinja r-riżerva ta' prestazzjoni li l-qafas ta' prestazzjoni l-ġdid ippreveda, fejn 6 % tar-riżorsi għandhom jiġu ffriżati u konsegwentement allokati abbażi ta' rieżami tal-prestazzjoni wara r-rapport annwali ta' implimentazzjoni fl-2019, lill-programmi li laħqu l-miri stabbiliti tagħhom, sabiex l-Istati Membri jiġu inċentivati jottimizzaw l-użu tagħhom tal-finanzjament; jiddispjaċih li, skont data reċenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rnexxielhom biss parzjalment li jagħmlu l-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni aktar ibbażat fuq il-prestazzjoni; jinsab imħasseb li l-Istati Membri nstabu li juru interess limitat ħafna fl-użu ta' wħud mill-mudelli l-ġodda ta' finanzjament ibbażati fuq il-prestazzjoni, jiġifieri "pjanijiet ta' azzjoni konġunta" u "finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż"; jinkoraġġixxi użu usa' tal-għażliet ta' spejjeż simplifikati li l-QEA tqis li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-benefiċjarji u li huma meqjusa inqas suxxettibbli għall-iżbalji;

112.

Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni ikkontribwiet biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri ħalli jtaffu l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 u tat lok għar-ridirezzjonar rapidu tal-finanzjament disponibbli għall-2014–2020 lejn is-setturi l-aktar milquta b'mod sever u pproponiet simplifikazzjonijiet konsiderevoli (l-Inizjattivi CRII u CRII+ għall-2020); jinnota wkoll li 179 Programm Operazzjonali użaw dawn l-Inizjattivi biex jappoġġjaw il-kura tas-saħħa, in-negozji ż-żgħar u l-ħaddiema li ammontaw għal EUR 12,9 biljun (EUR 6,2 biljun fl-2020 u EUR 6,7 biljun fl-2021); jieħu nota li l-Inizjattivi CRII u CRII+ aċċelleraw l-implimentazzjoni tal-fondi tal-FSIE u kkontribwew għat-tnaqqis tar-RAL;

113.

Jieħu nota li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali tagħha 26/2021 "Regolarità tal-infiq fil-politika ta' Koeżjoni tal-UE: Il-Kummissjoni tiddivulga, kull sena, livell ta' żball stmat minimu li mhuwiex finali" sabet li d-dispożizzjonijiet legali l-ġodda għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021–2027 jindirizzaw xi limitazzjonijiet fl-aċċettazzjoni tal-kontijiet; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-Qorti sabet li għad hemm xi riskji fil-mument tar-rilaxx tal-pagamenti miżmuma;

114.

Jinnota s-sejbiet tal-Qorti li l-eżamijiet dokumentarji tal-Kummissjoni mhumiex imfassla biex jidentifikaw nefqa ineliġibbli addizzjonali, u dan jillimita l-kontribut tagħhom biex jikkonfermaw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi u l-validità tar-Rata tal-Iżball Residwu Totali (RTER) irrappurtata mill-awtoritajiet tal-awditjar; jinnota wkoll li għall-programmi b'rekord ikkonfermat ta' rati ta' żball baxxi, tali eżamijiet dokumentarji huma għodda effiċjenti biex jiġu kkonfermati r-rati ta' żball irrappurtati u l-opinjonijiet tal-awditjar mill-awtoritajiet tal-awditjar; jinnota bi tħassib li kemm l-awditi tal-konformità tal-Kummissjoni kif ukoll dawk tal-Qorti sabu żbalji materjali li l-eżamijiet dokumentarji ma setgħux jidentifikaw;

115.

Jieħu nota li l-Qorti sabet li l-Kummissjoni mhux dejjem segwiet l-approċċ tagħha bbażat fuq ir-riskju għall-għażla tal-awtoritajiet tal-awditjar l-aktar riskjużi għall-awditi tal-konformità u li filwaqt li l-Kummissjoni tidentifika nefqa irregolari fl-awditi tal-konformità tagħha, spiss tirrevedi r-riżultati finali tagħhom fil-fażi ta' segwitu mal-Istati Membri;

116.

Jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti dwar korruzzjoni severa u sistematika u użu ħażin tal-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni fl-istrument ITI tad-Delta tad-Danubju fir-Rumanija, b'valur ta' EUR 1,1 biljun mifruxa fuq 8 programmi Rumeni; jinnota li dawn il-fondi huma allokati għal proġetti għat-tnaqqis tal-faqar, il-konservazzjoni tan-natura u l-protezzjoni ambjentali tul id-Delta tad-Danubju fir-Rumanija, iffinanzjati minn 5 FSIE differenti; jinnota li l-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet huma kkonċentrati fi programm wieħed, il-programm operattiv reġjonali, li jikkonċerna 3 sejħiet għal proġetti taħt assi prijoritarju wieħed li prinċipalment jappoġġjaw lill-SMEs u l-mikrointrapriżi u li jammontaw għal EUR 104 000 000 li jiffinanzjaw 347 proġett; jinnota li, f'Mejju 2021, l-OLAF fetaħ investigazzjoni relatata ma' allegazzjonijiet ta' frodi u irregolaritajiet oħra relatati ma' proġett speċifiku ffinanzjat mill-ITI tad-Delta tad-Danubju fir-Rumanija;

117.

Jinsab imħasseb dwar ir-rivelazzjonijiet tal-media li awtorità nazzjonali Rumena waħda kienet korrotta u kkontribwiet għall-awtorizzazzjoni ta' proġetti ma' politiċi involuti f'kunflitt ta' interess u li ma kinux residenti tul id-delta tad-Danubju;

118.

Jinnota li, wara rapporti tal-midja dwar allegazzjonijiet serji ta' frodi, kunflitti ta' interess u approprjazzjoni indebita, f'Ġunju 2021 il-Kummissjoni ħarġet interruzzjoni tal-pagamenti u mblukkat kwalunkwe rimborż tal-Unjoni għat-347 proġett riskjuż sakemm joħorġu r-riżultati tal-verifiki mill-awtoritajiet Rumeni; jinnota li l-awtoritajiet Rumeni għażlu 73 proġett għall-verifika u li dan wassal biex 35 minn dawn il-proġetti jiġu nnotifikati lill-korp nazzjonali kontra l-frodi jew lill-uffiċċju tal-prosekutur għal investigazzjoni ulterjuri minħabba suspetti ta' frodi; jinnota li l-awtoritajiet ta' ġestjoni Rumeni wettqu kontrolli fuq 22 operazzjoni addizzjonali biex jivverifikaw jekk humiex regolari u jekk jikkontribwux għall-iżvilupp tar-reġjun tad-Danubju, bir-riżultat li ġiet identifikata irregolarità potenzjali addizzjonali;

119.

Jinnota li l-Kummissjoni qablet mal-awtoritajiet Rumeni li l-awtorità ta' ġestjoni tipprovdi r-riżultati tal-verifiki tagħha lill-awtorità tal-awditjar għal rieżami indipendenti dwar l-adegwatezza tal-metodu ta' valutazzjoni tar-riskju biex jintgħażlu l-operazzjonijiet li għandhom jiġu rieżaminati u l-kontrolli mwettqa, u għall-konferma tar-riżultati; jinnota li dawn il-konklużjonijiet se jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-awditu mmirat li l-Kummissjoni beħsiebha twettaq ukoll fil-bidu tal-2022 biex tivverifika fuq il-post l-effikaċja tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet Rumeni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar kwalunkwe żvilupp ġdid u b'mod partikolari dwar kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja;

120.

Jinsab imħasseb li għal darb'oħra l-informazzjoni dwar tali allegazzjonijiet serji ġiet żvelata mill-ġurnalisti u mhux minn awditu tal-Kummissjoni; ifakkar li l-ġurnalisti indikaw li jeżistu dgħufijiet u lakuni serji fil-liġijiet Rumeni fir-rigward tal-kunflitti ta' interess; jissottolinja li dawn il-liġijiet jeħtieġ li jiġu allinjati b'mod urġenti mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni; ifakkar li leġiżlazzjoni ċara u mhux ambigwa kontra l-kunflitti ta' interess fil-livell nazzjonali hija prekundizzjoni importanti biex wieħed ikun jista' jipprevjeni, jindividwa u jiġġieled l-użu ħażin, il-korruzzjoni u l-frodi;

121.

Jiddispjaċih li, kif indikat fir-Rapport Speċjali tal-Qorti 10/2021 intitolat "L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f'azzjoni", il-potenzjal sinifikanti tal-fondi strutturali u ta' investiment tal-Unjoni biex jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhuwiex sfruttat u li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mhijiex implimentata b'mod adegwat fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju; huwa tal-fehma li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri trid tiġi indirizzata b'mod mhux burokratiku u konċiż permezz ta' inċentivi mmirati u effettivi;

122.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-FSE, li jirrappreżenta 25,9 % tal-pagamenti kollha tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 li saru sa tmiem l-2020; jinnota li l-ispejjeż tal-FSE żdiedu minn EUR 11,2-il biljun fl-2019 għal EUR 13,7-il biljun fl-2020 minħabba żieda fl-implimentazzjoni; jieħu nota li l-ħidma li saret mill-Qorti hija bbażata fuq l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni, li tinkludi, b'mod partikolari, l-AMPR 2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-abbozz ta' baġit 2022 u l-evalwazzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni, kif ukoll is-Seba' Rapport ta' Koeżjoni;

123.

Ifakkar fl-importanza fundamentali tal-FSE, tal-Erasmus+, tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) u tal-FEG bħala l-għodod ewlenin tal-Unjoni biex tistimola żieda fl-impjiegi u l-mobbiltà tal-ħaddiema, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll biex tippromwovi l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni; jilqa' l-fatt li l-Qorti sabet li l-qafas ta' prestazzjoni tal-FSE huwa żviluppat sew u li l-Kummissjoni tistabbilixxi "proporzjon ta' kisba" għall-indikaturi li jkollhom miri; jiddispjaċih li l-Qorti sabet li, filwaqt li l-qafas ta' prestazzjoni tal-FSE żied id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, l-enfasi baqgħet fuq l-inputs u l-outputs finanzjarji u ma saritx biżżejjed enfasi fuq ir-riżultati u li, filwaqt li l-evalwazzjonijiet ikopru l-biċċa l-kbira tal-oqsma tal-FSE, huma meħtieġa aktar sforzi metodoloġiċi biex jiġi vvalutat l-impatt tal-politiki f'termini ta' lħuq ta' persuni li huma maqtugħin mis-suq tax-xogħol;

124.

Jieħu nota li l-indikaturi juru li l-Istati Membri qed jagħmlu progress tajjeb fil-konfront tal-miri stabbiliti, li l-Kummissjoni rrilaxxat 85 % tar-riżerva ta' prestazzjoni għall-programmi tal-FSE, u li l-proposta tal-FSE+ 2021-2027 għandha l-għan li tikseb aktar simplifikazzjoni u sinerġiji;

125.

Jiddispjaċih li, minħabba l-limitazzjonijiet tad-data u l-fatt li ħafna operazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin fiż-żmien meta sar l-awditu tal-Qorti, din ma kinitx f'pożizzjoni li tasal għal konklużjoni ġenerali dwar il-prestazzjoni reali tan-nefqa tal-FSE matul il-perjodu 2014-2020;

126.

Jinnota b'apprezzament li, sa tmiem l-2020, 45,4 miljun parteċipant irċevew appoġġ mill-FSE u mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) u 5,4 miljun persuna sabu impjieg (inklużi dawk li jaħdmu għal rashom) fl-ambitu taż-żewġ programmi kif irrappurtat mill-Kummissjoni;

127.

Jilqa' l-impatt tal-Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (SURE) kif irrappurtat mill-Kummissjoni fit-tieni rapport tagħha; jinnota li SURE rnexxielu jtaffi l-impatt soċjoekonomiku serju li rriżulta mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li fl-2020 SURE appoġġja madwar 31 miljun persuna fid-19-il Stat Membru benefiċjarju, fosthom 22,5 miljun impjegat u 8,5 miljun persuna li jaħdmu għal rashom, kif ukoll li madwar 2,5 miljun ditta affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 ibbenefikaw minn SURE, u dan ippermettielhom iżommu l-ħaddiema;

128.

Jilqa' ż-żieda fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fl-ambitu tal-Fondi SIE kollha fl-2020 li wasslet għal EUR 10,3 biljun f'pagamenti kumulattivi lir-riċevituri finali (EUR 4,7 biljun fl-2019);

129.

Jinnota li l-kostruzzjoni tal-Pont Peljesac fil-Kroazja bis-saħħa ta' fondi ta' koeżjoni tlestiet minn kumpanija detenuta mill-Istat Ċiniż, li setgħet ibbenefikat minn appoġġ mill-gvern Ċiniż u standards tax-xogħol aktar baxxi u inadegwati, u dan kieku jimplika vantaġġ kompetittiv fuq il-kumpaniji tal-Unjoni li jagħmlu offerti għall-istess sejħa; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, jeħtiġilha tiżgura kundizzjonijiet ekwi bejn il-kumpaniji tal-Unjoni u dawk ta' pajjiżi terzi fis-sejħiet u fl-offerti pubbliċi; huwa għalhekk tal-fehma li s-sejħiet għall-akkwist pubbliku u l-kostruzzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet b'saħħithom dwar l-istandards fil-livell tal-Unjoni rigward id-drittijiet soċjali u dawk tax-xogħol;

130.

Jinsab imħasseb dwar rapporti li l-gvern Ungeriż kellu l-ħsieb li jinnazzjonalizza l-ajruport "Ferenc Liszt" qrib Budapest u ddikjara l-intenzjoni tiegħu li juża l-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni biex jiżviluppa infrastruttura ħalli jnaqqas il-valur tal-ajruport bil-għan li jbaxxi l-ispiża tal-esproprjazzjoni tiegħu, u b'hekk jagħmel ħsara lis-sidien attwali tiegħu; jinsab imħasseb bil-kbir dwar in-nuqqas ta' sigurtà li dan it-theddid jikkostitwixxi għall-investituri internazzjonali; ifakkar li l-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni ntużaw biex jikkofinanzjaw l-ajruport u li, f'każ li jkun hemm bejgħ furzat jew involontarju tal-ajruport, dan ikun ta' benefiċċju għall-istrutturi oligarkiċi; jinnota li l-gvern impona ostakli burokratiċi għall-aħħar u rekwiżiti addizzjonali fuq l-operatur tal-ajruport; huwa sorpriż b'offerti ta' xiri inferjuri għall-ajruport minn oligarki f'kuntatt dirett u mill-qrib mal-Prim Ministru;

131.

Jinsab imħasseb li ż-żieda fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni u tal-materja prima jaf tibdel il-baġit totali għal ħafna proġetti u tista' twassal għal sottobaġitjar, objettivi intermedji mhux milħuqa u kaħijiet fejn l-implimentazzjoni tkun impossibbli u għalhekk tista' ddgħajjef it-tlestija tan-network ewlieni tat-TEN-T;

132.

Jinnota bi tħassib l-akkwist ta' 88 % tal-ishma f'Euronews mid-ditta ta' kapital ta' riskju Portugiża Alpac Capital, li allegatament għandha rabtiet mill-qrib mal-Prim Ministru Ungeriż; jinnota li l-bord editorjali ta' Euronews issa jinkludi tliet persuni magħżula minn Alpac u għalhekk jinsab imħasseb li dan jista' jkollu impatt fuq l-indipendenza editorjali sħiħa tiegħu; jinnota li fl-2020 Euronews irċieva EUR 18,12-il miljun mill-baġit tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li dawn il-flus fil-fatt jintużaw għal kopertura tal-aħbarijiet oġġettiva u bbażata fuq il-fatti minn ġurnalisti indipendenti;

Rakkomandazzjonijiet

133.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

tipprovdi rata ta' żball fil-waqt tal-pagament u mhux rata tal-iżball residwu sabiex ittejjeb l-evalwazzjoni tal-iskrutinju mwettaq;

(b)

tkompli l-kooperazzjoni tagħha mal-Qorti sabiex tarmonizza ulterjorment l-istandards dwar id-data u tallinja l-interpretazzjoni tat-testi legali;

(c)

tħeġġeġ u timmonitorja mill-qrib lill-Istati Membri billi tuża l-iskala standard għal kull unità tagħha, peress li aktar simplifikazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri tista' tikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti tal-fondi u għal rata ta' żball imnaqqsa, filwaqt li tiżgura li l-iskema ma tirriżultax fi żbilanċi eċċessivi favur l-Istati Membri;

(d)

tħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-awditjar b'mod espliċitu biex jintroduċu mistoqsijiet speċifiċi fil-listi ta' kontroll tagħhom dwar riskji ta' frodi u jiddokumentaw il-passi meħuda biex jiġi indirizzat kwalunkwe riskju bħal dan li jiġi skopert matul awditu; tagħti aktar attenzjoni, u talloka aktar appoġġ tekniku, lill-Istati Membri li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tagħhom huma biss parzjalment affidabbli, jew mhumiex affidabbli affattu, fejn hemm riskju akbar ta' frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi;

(e)

tagħmel l-użu ta' għodod tal-IT bħal EDES u Arachne obbligatorju u sistematiku għall-fondi kollha tal-Unjoni, inklużi fondi b'ġestjoni kondiviża, u tiżgura użu aħjar ta' teknoloġija ġdida sabiex iżżid il-kontrolli u tipproteġi l-baġit tal-Unjoni mill-frodi u mill-użu ħażin tal-fondi;

(f)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

(g)

tiżgura li l-Istati Membri jqisu u jippromwovu l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi kollha kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament (UE) 2021/1060;

(h)

tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba fl-użu tal-fondi, inkluż ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, bħala prekundizzjonijiet essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament effettiv;

(i)

tiżgura li l-Istati Membri jagħmlu biżżejjed informazzjoni disponibbli fis-sommarju annwali dwar il-konklużjonijiet u s-segwitu tal-operazzjonijiet li għalihom ikunu rtiraw ammonti minn kontijiet li jkunu taħt valutazzjoni tar-regolarità li tkun għadha għaddejja;

(j)

tipproponi proposta leġiżlattiva marbuta mar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju biex tiżgura li ż-żamma tal-pagamenti tkun protetta b'mod adegwat qabel ma tiġi rilaxxata, biex ittejjeb il-ħidma tal-awditjar, id-dokumentazzjoni tal-awditjar u l-proċess ta' rieżami tagħha, biex issaħħaħ l-elementi ewlenin tar-regolarità tal-informazzjoni pprovduta fir-RAA, u biex tiżgura li l-Kulleġġ tal-Kummissarji jipprovdi informazzjoni rilevanti u affidabbli fl-AMPR; jissottolinja li l-proposta għandu jkollha kamp ta' applikazzjoni ċar u limitat, sabiex ma taffettwax il-prestazzjoni tal-fondi b'mod negattiv;

(k)

ittejjeb l-approċċ meħud fir-rigward tal-istudji tal-ispejjeż amministrattivi billi tħabbar dak li se jiġi eżaminat u meta, kif ukoll tivvaluta jekk ikunx immaterjalizza l-iffrankar stmat tal-ispejjeż amministrattivi;

(l)

fil-kuntest tal-finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni, tagħmel l-aħjar użu mill-kundizzjonijiet abilitanti fil-perjodu 2021-2027, tħejji minn kmieni l-bażi għal rieżami effettiv ta' nofs it-terminu, u tiċċara r-regoli u l-approċċ għall-għoti ta' aċċertament dwar il-finanzjament tal-Unjoni fil-mudell ta' finanzjament "finanzjament mhux marbut mal-kostijiet";

(m)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha;

(n)

tipprovdi gwida u kontrolli li jiżguraw li standards minimi adegwati dwar id-drittijiet soċjali u dawk tax-xogħol ikunu rekwiżiti fis-sejħiet għall-akkwist pubbliku, b'mod partikolari fl-offerti tal-kostruzzjoni, sabiex jiġi evitat li l-kumpaniji tal-Unjoni jitqiegħdu fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma' offerenti minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fis-sejħiet u fl-offerti pubbliċi Ewropej jipparteċipaw biss il-kumpaniji minn pajjiżi terzi li jippermettu lill-kumpaniji tal-Unjoni jipparteċipaw fis-sejħiet u fl-offerti pubbliċi tagħhom, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u aċċess ugwali fost il-kumpaniji tal-Unjoni u dawk ta' pajjiżi terzi;

(o)

tiffaċilita l-adozzjoni tal-Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew li għandu l-potenzjal li jkollu impatt pożittiv fuq il-pass tal-implimentazzjoni ta' proġetti tat-trasport transfruntiera u fl-aħħar mill-aħħar iżid l-effiċjenza tas-servizzi tat-trasport f'dawn l-oqsma;

Riżorsi naturali

134.

Jinnota li s-sottointestatura 2 "Riżorsi naturali" tal-QFP tikkorrispondi għal 35 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 60,6 biljun: minn dan l-ammont, EUR 41,6 biljun (68,7 %) jintefqu fuq pagamenti diretti fl-ambitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), EUR 2,6 biljun (4,3 %) fuq nefqa relatata mas-suq fl-ambitu tal-FAEG, EUR 14,6-il biljun (24,1 %) fuq il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), EUR 0,9 biljun (1,4 %) fuq il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-bqija fuq oqsma oħra;

135.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 218-il tranżazzjoni, li jkopri 19-il Stat Membru u r-Renju Unit, imfassal biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din is-sottointestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-RAA tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) u d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-AMPR tal-Kummissjoni;

136.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-ħidma tal-Qorti tappoġġja l-konklużjoni li l-pagamenti diretti b'mod ġenerali kienu ħielsa minn kwalunkwe żball materjali u kienu jammontaw għal 69 % tan-nefqa fl-ambitu ta' din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-pagamenti diretti lill-bdiewa huma bbażati fuq l-intitolamenti u li tali pagamenti jġorru riskju aktar baxx ta' żball dment li l-kundizzjonijiet marbuta magħhom ma jkunux kumplessi; jirrikonoxxi li, skont il-Qorti, l-għodod ewlenin ta' ġestjoni għall-pagamenti diretti, is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) u s-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art (LPIS), jiffurmaw sistema effettiva ta' ġestjoni u kontroll; jinnota li r-riforma ta' wara l-2022 tal-PAK ma għandhiex tibqa' bbażata fuq il-konformità iżda għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni; jittama li din il-bidla fundamentali jkollha impatt pożittiv fuq ir-rata ta' żball tal-pagamenti diretti;

137.

Jinnota bi tħassib l-iżbalji identifikati mill-Qorti fl-iżvilupp rurali, fil-miżuri tas-suq u f'oqsma oħra ta' nfiq tar-"Riżorsi naturali", li jirrappreżentaw 31 % tal-infiq; jinsab imħasseb dwar il-valutazzjoni tal-Qorti li kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà aktar kumplessi jżidu r-riskju ta' żball; jiddispjaċih li l-livell ta' żball huwa meqjus bħala materjali f'dan il-qasam;

138.

Jirrikonoxxi li d-DĠ AGRI kkalkula li r-riskju fil-waqt tal-pagament kien ta' madwar 1,9 % għall-infiq tal-PAK kollu kemm hu fl-2020; jinnota li l-Qorti tistma li l-livell ta' żball kien ta' 2 %, u dan jirrappreżenta żieda ta' 0,1 % meta mqabbel mal-2019; jiddispjaċih li l-livell ta' żball fl-infiq fuq "Riżorsi naturali" huwa qrib il-materjalità;

139.

Jilqa' l-użu ta' teknoloġiji ġodda bħall-kontrolli permezz tal-monitoraġġ, bl-użu ta' proċessi awtomatizzati bbażati fuq id-data satellitari Sentinel tal-Programm Copernicus tal-UE, biex tiġi vverifikata l-konformità ma' ċerti regoli tal-PAK; jilqa' l-fatt li dawn il-bidliet ġew approvati wkoll għall-PAK ta' wara l-2022 u jħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw dawn l-opportunitajiet sal-massimu possibbli;

140.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw l-approċċ il-ġdid fir-rigward tal-kontrolli permezz tal-monitoraġġ; jinnota li, mill-2018 'l hawn, l-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri jistgħu jwettqu dawn it-tipi ta' kontrolli, iżda jiddispjaċih li fl-2020 il-kopertura kienet limitata; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex il-Kummissjoni tippromwovi l-kontrolli permezz tal-monitoraġġ bħala sistema ewlenija ta' kontroll għall-PAK ta' wara l-2022;

141.

Jiddispjaċih ħafna li l-fatt li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tiġbor data affidabbli dwar il-benefiċjarji finali tal-fondi tal-PAK iħalli ħafna każijiet mhux solvuti għall-irkupru ta' fondi mill-Istati Membri; jinnota bi tħassib li l-użu ta' għodod ta' rappurtar u monitoraġġ, bħal ARACHNE, qed isir biss b'mod fakultattiv;

142.

Jiddispjaċih dwar id-dgħufijiet rikorrenti identifikati mill-Qorti dwar ir-riskju fil-waqt tal-pagament li jaffettwa l-infiq fuq "Riżorsi Naturali", b'rabta mal-kontrolli eżegwiti mill-Istati Membri, li huma riflessi fl-istatistika tagħhom dwar il-kontrolli;

143.

Ifakkar fid-dgħufija identifikata mill-Qorti fir-rigward tal-politiki u l-proċeduri kontra l-frodi tal-PAK kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri; ifakkar fir-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fir-rapport annwali tas-sena li għaddiet u jieħu nota li d-DĠ AGRI aġġorna l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi fl-2020; jistenna r-Rapport Speċjali tal-Qorti dwar il-PAK u l-miżuri kontra l-frodi, li ġie pospost għat-tieni kwart tal-2022, għal analiżi fil-fond tas-sitwazzjoni attwali;

144.

Jinnota bi tħassib 29 każ tal-OLAF li jirrigwardaw il-fondi strutturali u agrikoli fil-Bulgarija; jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-istudju dwar l-impatt tal-kriminalità organizzata fuq l-interessi finanzjarji tal-UE li l-biċċa l-kbira tal-vjolazzjonijiet fil-Bulgarija ġew identifikati fil-qasam tal-finanzjament agrikolu, speċjalment fil-qasam tas-sussidji għall-għelejjel agrikoli, kif ukoll il-kostruzzjoni ta' guest houses "foloz" li fil-fatt jintużaw bħala djar privati; huwa konxju li l-kwistjoni tal-guest houses "foloz" kofinanzjati mill-UE mhijiex limitata għall-Bulgarija peress li ġew identifikati kwistjonijiet simili wkoll fis-Slovakkja u fiċ-Ċekja; jinnota li l-Kummissjoni qed timmonitorja s-sitwazzjoni u jistenna li l-Kummissjoni taġixxi malajr u b'mod deċiżiv kontra dan it-tip ta' frodi fis-sussidji; jinnota wkoll li l-awtoritajiet Bulgari ma inkludewx finanzjament għal miżuri simili fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali 2021-2027;

145.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti 16/2021 intitolat "Il-Politika Agrikola Komuni u l-klima: Nofs l-infiq tal-UE fuq il-klima iżda l-emissjonijiet mill-azjendi agrikoli mhumiex qed jonqsu", il-PAK ma naqqsitx l-emissjonijiet tal-bhejjem, li l-emissjonijiet mill-fertilizzanti u mid-demel fuq il-ħamrija qed jiżdiedu, li l-miżuri tal-PAK ma wasslux għal żieda ġenerali fil-kontenut tal-karbonju maħżun fil-ħamrija u fil-pjanti, u li l-bidliet għall-PAK fil-perjodu 2014-2020 ma kinux jirriflettu l-ambizzjoni klimatika l-ġdida tagħha;

146.

Jiddispjaċih li, skont is-sejbiet tal-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha 20/2021 intitolat "L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti", il-pagamenti diretti tal-PAK ma jħeġġux b'mod sinifikanti l-użu effiċjenti tal-ilma, u li l-fondi għall-iżvilupp rurali u l-miżuri tas-suq ma jippromovux b'mod sinifikanti l-użu sostenibbli tal-ilma;

147.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti 13/2020 "Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it-tnaqqis", hemm nuqqasijiet fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, fil-koordinament tagħha mal-PAK u fil-monitoraġġ tagħha; jiddispjaċih li l-Qorti kkonkludiet li l-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-PAK ma tantx għandu impatt pożittiv fuq il-bijodiversità;

148.

Ifakkar fl-importanza ta' allokazzjoni ġusta tal-PAK, li minn naħa waħda għandha tevita kwalunkwe użu ħażin tal-fondi b'mod partikolari minn individwi politiċi prominenti sinjuri, eliti u konglomerati kbar, u min-naħa l-oħra għandha tikkonċentra fuq bdiewa attivi; jirrimarka li l-istudju (7) dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-PAK żvela li l-iżborż tal-fondi agrikoli tal-Unjoni huwa kwistjoni problematika ħafna f'mill-inqas ħames Stati Membri (8) u li hemm inugwaljanza ċara bejn l-allokazzjonijiet tal-fondi għall-bdiewa l-kbar u dawk żgħar, b'vantaġġi sistemiċi għall-azjendi agrikoli l-kbar, li l-benefiċjarji tagħhom ikollhom rabtiet mill-qrib mal-partiti politiċi fil-gvern jew ikunu huma stess membri ta' dawn il-partiti f'pajjiżhom (9);

149.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni tikkonċentra fuq l-inputs, l-outputs u l-kontribuzzjoni finanzjarja aktar milli fuq ir-riżultati; jilqa' l-fatt li l-vijabbiltà ekonomika tas-sajd qed tiżdied; jiddispjaċih li d-data dwar l-akkwakultura hija inqas konklużiva;

150.

Jieħu nota li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-infiq tal-FEMS għall-objettivi ambjentali; jiddispjaċih li r-rabta bejn dan u l-indikaturi ambjentali ewlenin mhijiex definita sew; jiddispjaċih li l-objettiv ta' konservazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) x'aktarx ma jintlaħaqx;

151.

Jieħu nota li, sa tmiem l-2020, il-fondi SIE appoġġjaw aktar minn 2 miljun proġett fis-settur agrikolu u fiż-żoni rurali u kkontribwew għaż-żamma ta' 31 500 impjieg u għall-ħolqien ta' 4 000 impjieg ġdid fis-settur marittimu u f'dak tas-sajd; jinnota, barra minn hekk, li nħolqu aktar minn 54 000 impjieg ġdid permezz ta' proġetti appoġġjati minn programmi ta' żvilupp rurali u li 131 000 bidwi żagħżugħ ibbenefikaw mill-appoġġ għall-bidu ta' negozju;

Rakkomandazzjonijiet

152.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-bdiewa żgħażagħ, l-SMEs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha;

(b)

ittejjeb u tħeġġeġ l-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u tad-data minn teknoloġiji ġodda bħas-satelliti Copernicus Sentinel, li huma proprjetà tal-UE, biex timmonitorja u tikkontrolla l-użu korrett tal-fondi tal-PAK;

(c)

tagħmel l-użu tal-għodda tal-IT, Arachne u EDES, obbligatorju u sistematiku għall-aġenziji tal-pagamenti, bħala għodda importanti li tista' tintuża biex jiġu identifikati proġetti, benefiċjarji u kuntratturi f'riskju ta' frodi;

(d)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

(e)

tiffoka l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħha fuq ir-riżultati u tistabbilixxi rabta ċara bejn il-kontribuzzjonijiet tal-programmi u l-kisbiet iddikjarati sabiex tivvaluta l-effettività tal-programmi;

(f)

tippromwovi l-approċċ ta' "verifiki permezz tal-monitoraġġ" bħala sistema ewlenija ta' kontroll għall-aġenziji tal-pagamenti; tagħmel użu globali u sistematiku minn teknoloġiji ġodda għall-monitoraġġ tal-miri ambjentali u tal-bijodiversità u tar-rekwiżiti klimatiċi fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku; tipprovdi riżorsi finanzjarji u umani adegwati lill-aġenziji eżekuttivi bħall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li qed jiffaċċjaw żieda fl-ammont ta' xogħol minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-programm ta' azzjoni tal-Patt Ekoloġiku;

(g)

tieħu azzjoni sabiex il-PAK tnaqqas l-emissjonijiet mill-agrikoltura, tnaqqas l-emissjonijiet minn ħamrija organika kkultivata li ma żżommx ilma, u tirrapporta regolarment dwar il-kontribut tal-PAK għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jilqa' l-fatt li sadanittant ġew adottati r-riforma dwar il-PAK il-ġdida u l-komunikazzjoni F2F (mill-Għalqa sal-Platt);

(h)

titlob ġustifikazzjonijiet għal eżenzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma fl-agrikoltura, torbot il-pagamenti tal-PAK mar-rispett tal-istandards ambjentali, u tuża l-fondi tal-Unjoni biex ittejjeb l-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma;

(i)

ittejjeb il-koordinament u t-tfassil tal-istrateġija dwar il-bijodiversità ta' wara l-2020 u ssegwi n-nefqa b'mod aktar preċiż, ittejjeb il-kontribut tal-pagamenti diretti u tal-iżvilupp rurali għall-bijodiversità tal-art agrikola, u turi l-impatt tal-miżuri tal-PAK fuq tali bijodiversità;

(j)

issegwi l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli organiċi; tenfasizza li 8 % biss tal-art agrikola Ewropea hija ddedikata għall-ikel organiku u li, mis-7 miljun bidwi li jibbenefikaw mill-fondi tal-PAK, 303 000 biss jipproduċu ikel organiku;

(k)

tiżgura li l-aċċessibbiltà tal-art tkun prijorità sabiex jinżamm il-mudell tal-azjenda agrikola tal-familja u l-bdiewa żgħażagħ ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom;

(l)

iżżid l-effiċjenza tal-PAK billi tikkonċentra l-appoġġ tagħha fuq bdiewa attivi li l-attività ewlenija tagħhom hija l-biedja;

(m)

tippromwovi investimenti li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku aktar reżiljenti u diġitali f'konformità mal-Patt Ekoloġiku u li huma fundamentali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku taż-żoni rurali;

Sigurtà u ċittadinanza

153.

Jinnota li s-sottointestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza" tal-QFP tikkorrispondi għal 3,7 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 6,3 biljun: minn dan l-ammont, EUR 2,6 biljun (40,5 %) jintefqu fuq l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza fi ħdan l-Unjoni, EUR 1,6 biljun (25,3 %) fuq il-migrazzjoni u s-sigurtà, EUR 1,2 biljun (18,5 %) fuq l-aġenziji deċentralizzati, EUR 0,2 biljun (3,7 %) fuq l-ikel u l-għalf, EUR 0,2 biljun (3,8 %) fuq Ewropea Kreattiva, u l-bqija fuq oqsma oħra;

154.

Jieħu nota li l-aktar qasam sinifikanti tan-nefqa jirrigwarda l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (ESI), stabbilit f'April 2020 biex jgħin lill-Istati Membri jindirizzaw il-pandemija tal-COVID-19 billi jiffinanzja, fost affarijiet oħra, it-trasferiment u t-trasport transfruntiera tal-pazjenti, tal-persunal mediku u tal-oġġetti mediċi essenzjali, ir-riċerka u l-produzzjoni ta' vaċċini u trattamenti u l-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni tal-provvisti tal-ittestjar;

155.

Jinsab imħasseb li l-Qorti, fir-Rapport Speċjali 10/2021 tagħha, sabet li l-Kummissjoni ma applikatx b'mod adegwat l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa b'mod urġenti metodoloġija għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri sabiex tintegra perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha ta' politika, inkluż l-użu ta' data u indikaturi diżaggregati skont il-ġeneru; ifakkar li l-ħtieġa tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri hija dejjem aktar urġenti fid-dawl tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-ġeneri;

156.

Jiddispjaċih li s-setturi kulturali u kreattivi kienu fost dawk l-aktar milquta mill-pandemija tal-COVID-19 fl-2020; jinnota li, għalkemm ġew introdotti miżuri flessibbli u s-sottoprogramm tal-midja pprovda appoġġ addizzjonali għall-membri tal-Europa Cinemas sottoposti għal għeluq furzat (li jammonta għal EUR 16-il miljun), is-sottoprogramm kellu prestazzjoni inqas milli mistenni fir-rigward ta' xi indikaturi, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-pubbliku preżenti għall-avvenimenti;

157.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 27 tranżazzjoni, li kien imfassal biex jikkontribwixxi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni kumplessiva aktar milli biex ikun rappreżentattiv tal-infiq fl-ambitu ta' din l-intestatura tal-QFP; jieħu nota li l-Qorti eżaminat ir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ HOME) u tad-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) u inklużi fl-AMPR tal-Kummissjoni;

158.

Jinnota li l-Qorti ma setgħetx tistma r-rata ta' żball; jinnota bi tħassib li, mis-27 tranżazzjoni eżaminati mill-Qorti, 8 (30 %) kienu milquta minn żbalji; jenfasizza li l-Qorti sabet ukoll każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji, iżda mingħajr impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-iżbalji jirrigwardaw l-għażla tal-proġetti u l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist, is-sottomissjoni ta' dokumentazzjoni mhux kompluta b'appoġġ għad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż, u l-funzjonament difettuż ta' sistema tal-IT;

159.

Jiddispjaċih li l-kampjun limitat ta' 27 tranżazzjoni għall-2020 għamilha impossibbli li l-Qorti tqabbel ir-riżultati tal-awditjar tagħha mal-informazzjoni rrappurtata mid-DĠ HOME u d-DĠ CONNECT dwar ir-regolarità tal-infiq; jistieden lill-Qorti testendi l-kampjun tagħha u tagħmlu aktar rappreżentattiv ta' dan il-qasam ta' nfiq, sabiex issir evalwazzjoni aktar profonda ta' din l-intestatura;

160.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-Fond għas-Sigurtà Interna – Fruntieri u Viżi (ISF-Fruntieri u Viżi), li jirrappreżenta 8,1 % tal-pagamenti totali magħmula sal-aħħar tal-2020 għal din l-intestatura tal-QFP, abbażi tal-AMPR 2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-abbozz ta' baġit 2022, l-evalwazzjonijiet ewlenin u rapporti oħra;

161.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet differenzi kbar fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali u li hemm lakuni fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-ISF-Fruntieri u Viżi; jenfasizza li l-kontribut tal-IS-Fruntieri u Viżi għall-ġestjoni effettiva tal-fruntieri jiddependi minn kemm l-Istati Membri jdaħħlu informazzjoni affidabbli, rilevanti u aġġornata fis-sistemi tal-IT; jinsab imħasseb li l-ġestjoni effettiva tal-fruntieri hija mxekkla mill-kwalità insuffiċjenti tad-data u t-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri; jinnota li l-indikaturi tal-prestazzjoni ppubblikati fl-AMPR jagħtu stampa ottimista tal-prestazzjoni tal-ISF-Fruntieri u Viżi;

162.

Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-programm ikkontribwixxa b'mod insuffiċjenti għall-applikazzjoni konsistenti tal-acquis permezz tat-taħriġ; jinnota s-sejbiet tal-Qorti li l-ISF-Fruntieri u Viżi kkontribwixxa għall-ipproċessar effiċjenti tal-viżi billi ffinanzja l-ammeljorament ta' 2 680 konsulat (290 % tal-mira tal-2020); jinnota madankollu li s'issa 4 322 membru tal-persunal (38 % tal-mira tal-2020) ġew imħarrġa fil-politika komuni dwar il-viżi u li dan, skont il-Qorti, jista' jżid ir-riskju li l-applikazzjonijiet għall-viża ta' Schengen ma jiġux ipproċessati b'mod armonizzat;

163.

Jilqa' s-suċċess miksub fil-fergħa tal-integrazzjoni effettiva u l-migrazzjoni legali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u jinnota b'apprezzament li l-mira ta' 2,6 miljun persuna għall-perjodu 2014-2020 inqabżet b'mod konsiderevoli peress li kważi 6 miljun persuna fil-grupp fil-mira rċevew assistenza għall-integrazzjoni;

164.

Jissottolinja li, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà u ċ-ċittadinanza, l-NGOs huma sħab importanti u siewja tal-Kummissjoni f'dik li hija implimentazzjoni; jinnota li l-fondi jistgħu jitħallsu lil organizzazzjonijiet umbrella li jqassmu u jgħaddu l-finanzjament lill-organizzazzjonijiet membri jew lill-NGOs sħab fuq il-post; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni għandha biss stampa ġenerali limitata tar-riċevituri finali tal-finanzjament; jinsab imħasseb bil-kbir li l-fondi tal-Unjoni jistgħu, b'mod mhux intenzjonat, jispiċċaw jibbenefikaw minnhom organizzazzjonijiet li jinstigaw it-terroriżmu jew l-estremiżmu; huwa tal-fehma li huma meħtieġa regoli għall-organizzazzjonijiet umbrella li jgħaddu l-finanzjament tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet membri tagħhom jew lill-NGOs sħab tagħhom li jkunu simili għad-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tal-benefiċjarji finali, is-sidien benefiċjarji u s-sottokuntratturi kif miftiehem fl-Anness XVII tas-CPR il-ġdid;

Rakkomandazzjonijiet

165.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

tiżviluppa kooperazzjoni aħjar mal-Istati Membri kollha, filwaqt li tfakkar li l-isfidi relatati mal-ġestjoni tas-sigurtà u l-migrazzjoni huma prijorità għall-Unjoni; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

(b)

toħroġ gwida legali ċara biex tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni trasparenti, preċiża u kompluta dwar il-ġestjoni tal-fruntieri; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli vinkolanti u li tinħareġ aktar gwida dwar is-sistemi tal-IT għall-ġestjoni tal-fruntieri sabiex tiġi żgurata ġestjoni rapida u effettiva tal-fruntieri; tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza, f'intervalli regolari, dwar titjib f'termini ta' kwalità tad-data aġġornata u taħriġ suffiċjenti f'kull wieħed mill-Istati Membri rispettivi;

(c)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-partijiet ikkonċernati u l-aġenziji amministrattivi u tal-pagamenti kollha;

(d)

tivverifika b'attenzjoni l-eliġibbiltà tal-ispejjeż sottomessi mill-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-fondi SIE u, b'mod partikolari, ir-regolarità tal-proċeduri tal-akkwist;

(e)

tipprovdi gwida lill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-fondi tad-DĠ HOME, fil-QFP kemm tal-2014-2020 kif ukoll tal-2021-2027, dwar id-dokumentazzjoni tal-kompletezza u tal-kwalità tas-servizzi meta l-finanzjament ikun ibbażat fuq spejjeż unitarji standard;

(f)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

(g)

tipproponi regoli dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet umbrella jew tal-NGOs sħab li jgħaddu l-finanzjament tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet membri tagħhom li jkunu simili għad-dispożizzjonijiet rigward il-benefiċjarji finali, is-sidien benefiċjarji u s-sottokuntratturi fl-Anness XVII tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

(h)

iżżid ir-riżorsi ddedikati għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fir-rigward taċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri, speċjalment fid-dawl taż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa;

(i)

tappoġġja l-proġetti pilota tal-Parlament li jindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ u li jiżguraw il-ġustizzja interġenerazzjonali;

(j)

tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi speċjali li jippermettu u jissimplifikaw l-aċċess taż-żgħażagħ tal-Ewropa għall-kultura u l-mobbiltà, u jfittxu soluzzjonijiet innovattivi biex l-ivvjaġġar permezz ta' trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent madwar l-Unjoni ikun aktar għal but kulħadd;

(k)

tinvestiga fejn ġew investiti eżattament il-fondi tal-Unjoni fil-programmi AMIF u liema titjib speċifiku ġabu magħhom; jitlob rapport korrispondenti mill-Kummissjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati;

(l)

timplimenta miżuri li jiżguraw il-komplementarjetà u koordinament aħjar bejn l-AMIF u l-EASO/il-Frontex (eż. fil-qasam tar-ritorni furzati jew tal-appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-ażil);

(m)

tuża l-għajnuna għall-iżvilupp bħala għodda biex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti;

(n)

tivverifika bir-reqqa l-użu tal-fondi tal-Unjoni minn entitajiet terzi, l-affiljati tagħhom u/jew persuni fiżiċi biex tiżgura li l-ebda fond ma jkun allokat lil xi kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika jew ikun marbut magħhom; tiżgura li individwi jew gruppi affiljati jew marbutin ma' organizzazzjonijiet terroristiċi jew li jappoġġjawhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni; tiżgura li dawn il-fondi tal-Unjoni jiġu rkuprati b'mod proattiv, u li r-riċevituri involuti jiġu esklużi mill-finanzjament futur tal-Unjoni;

(o)

tiffriża u tqiegħed minnufih parti mill-fondi tal-Unjoni f'riżerva f'każ li l-Unjoni tiskopri irregolarità fir-rigward ta' kwalunkwe entità, affiljat u/jew persuna fiżika eliġibbli li tkun marbuta ma' kwalunkwe kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika, u ma tirrilaxxax dawn il-fondi tal-Unjoni mir-riżerva ħlief meta l-Unjoni tkun ġabret evidenza suffiċjenti biex tiżgura l-konformità mar-regolamenti tal-Unjoni;

(p)

tipprovdi aktar divulgazzjoni u trasparenza dwar kwalunkwe investigazzjoni mwettqa minnha jew mill-entitajiet tagħha bħall-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) wara irregolaritajiet fir-rigward tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta tali investigazzjoni tirrigwarda finanzjament tal-Unjoni li jkun marbut ma' kwalunkwe kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika;

Ewropa Globali

166.

Jinnota li s-sottointestatura 4 "Ewropa Globali" tal-QFP tikkorrispondi għal 6,6 % tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri EUR 11,4-il biljun: minn dan l-ammont, EUR 3 biljun (26,7 %) jintefqu fuq l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), EUR 2,7 biljun (23,2 %) fuq l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), EUR 1,9 biljun (16,9 %) fuq l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), EUR 1,9 biljun (16,8 %) fuq l-Għajnuna Umanitarja u l-bqija fuq azzjonijiet u programmi oħra;

167.

Jinnota li l-Qorti eżaminat kampjun ta' 75 tranżazzjoni, li kien imfassal biex jikkontribwixxi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni kumplessiva aktar milli biex ikun rappreżentattiv tal-infiq fl-ambitu ta' din l-intestatura tal-QFP; jinnota li l-Qorti eżaminat ukoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-RAA tad-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA) u d-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR), kif ukoll l-AMPR tal-Kummissjoni;

168.

Jieħu nota li l-Qorti ma awditjatx biżżejjed tranżazzjonijiet biex jiġi stmat il-livell ta' żball għal din l-intestatura tal-QFP; jinsab imħasseb li, mill-75 tranżazzjoni eżaminata, 28 (37,3 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota bi tħassib li xi organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew biss aċċess limitat għad-dokumenti, u xi wħud xeħtu dubju fuq il-mandat tal-Qorti;

169.

Jinnota bi tħassib li l-kategoriji ġenerali tas-sejbiet għal "Ewropa Globali" huma l-ispejjeż ineliġibbli, l-ispejjeż mhux imġarrba, l-iżbalji fl-akkwist pubbliku u n-nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn; jinsab imħasseb li l-Qorti għal darb'oħra identifikat diversi fatturi ewlenin li fixklu l-istudju dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) tad-DĠ NEAR; jikkritika li l-qafas regolatorju li jirregola l-istudju dwar l-RER u l-kuntratt bejn id-DĠ NEAR u l-kuntrattur inkarigat mit-twettiq tal-istudju dwar l-RER ma jindirizzawx jew ma jsemmux ir-riskju ta' frodi; jinnota bi tħassib li ma hemm l-ebda proċedura li tirrikjedi li l-kuntrattur jirrapporta lill-Kummissjoni dwar każijiet ta' suspett ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni identifikati matul ix-xogħol tiegħu dwar l-RER;

170.

Jilqa' r-rapport tal-Qorti dwar il-prestazzjoni tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II (IPA II), li jirrappreżenta 12,6 % (EUR 5,6 biljun) tal-pagamenti totali magħmula sal-aħħar tal-2020 għal din l-intestatura tal-QFP, abbażi tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Kummissjoni, inklużi l-AMPR 2020, id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-abbozz ta' baġit 2022 u r-RAA 2020 tad-DĠ NEAR, u evalwazzjonijiet ewlenin u rapporti oħra;

171.

Jinnota bi tħassib kbir li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi jew mhumiex fit-triq it-tajba jew il-progress tagħhom mhuwiex ċar; jissottolinja li l-approċċ settorjali kien għażla strateġika sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-IPA II; jiddispjaċih li ma setax jiġi applikat b'mod konsistenti; jiddispjaċih li l-ġestjoni indiretta mill-pajjiżi benefiċjarji xi drabi kellha effett avvers fuq l-effiċjenza operattiva;

172.

Jilqa' l-fatt li l-IPA II rreaġixxa b'mod flessibbli biex jgħin fil-mitigazzjoni tal-kriżijiet; jinnota bi tħassib li hemm xi lakuni fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-IPA II; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li ġeneralment ir-riformi politiċi jiġu implimentati bil-mod, kif ukoll il-konklużjoni tagħha li l-progress tagħhom jiddependi mhux biss mill-appoġġ tal-IPA II, iżda wkoll minn fatturi kuntestwali oħra bħar-rieda politika tal-benefiċjarju tal-IPA II ikkonċernat; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li l-appoġġ tal-Unjoni kien aktar effettiv biex jippromwovi riformi fundamentali milli biex jiżgura l-implimentazzjoni tagħhom;

173.

Ifakkar li l-politika ta' żvilupp u kooperazzjoni għandha l-għan li teqred il-faqar u tnaqqas l-inugwaljanza u li l-fondi għandhom jilħqu biss il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom;

174.

Jinsisti fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva tal-Parlament fl-iżvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jisħaq li l-ftehimiet ta' sħubija futuri għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju parlamentari u bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà, ir-responsabbiltà kondiviża, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali;

175.

Jiddeplora li l-materjal problematiku u ta' mibegħda fil-kotba tal-iskola Palestinjani għadu ma tneħħiex u jinsab imħasseb dwar in-nuqqas kontinwu ta' azzjoni effettiva kontra d-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza fil-kotba tal-iskola u speċjalment fil-karti tal-istudju li għadhom kif inħolqu; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-kotba tal-iskola u l-materjal kollha appoġġjati mill-fondi tal-Unjoni li jintużaw fl-iskejjel iridu jkunu konformi mal-istandards tal-UNESCO fil-qasam tal-paċi, it-tolleranza, il-koeżistenza u n-nonvjolenza; jinsisti wkoll li s-salarji tal-għalliema u tal-ħaddiema taċ-ċivil fis-settur tal-edukazzjoni li huma ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni bħal PEGASE jintużaw għall-abbozzar u għat-tagħlim ta' kurrikuli li jirriflettu l-istandards tal-UNESCO fil-qasam tal-paċi, it-tolleranza, il-koeżistenza u n-nonvjolenza, kif ġie deċiż mill-Ministri għall-Edukazzjoni tal-Unjoni f'Pariġi fis-17 ta' Marzu 2015, u d-deċiżjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2016, 2018 u 2019; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib lill-Awtorità Palestinjana u lill-esperti rilevanti u tara li jimmodifikaw il-kurrikulu malajr;

Rakkomandazzjonijiet

176.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

tieħu passi sabiex l-organizzazzjonijiet internazzjonali jipprovdu lill-Qorti aċċess sħiħ, illimitat u f'waqtu għad-dokumenti meħtieġa biex il-Parlament iwettaq il-kompiti tiegħu f'konformità mat-TFUE;

(b)

tistabbilixxi proċedura biex tiżgura li l-organizzazzjonijiet sħab jibbażaw l-allokazzjoni tagħhom tal-ispejjeż kondiviżi fuq l-infiq realment imġarrab;

(c)

tiżviluppa l-kontrolli ex post permezz ta' implimentazzjoni aħjar ta' teknoloġiji u għodod tal-IT ġodda kif ukoll żieda tal-missjonijiet fuq il-post;

(d)

tiżgura l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu ġenerali u sistematiku minn sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar u tistabbilixxi b'mod urġenti sistema integrata u interoperabbli li tibni fuq, iżda mhux esklużivament, għodod u bażijiet ta' data eżistenti;

(e)

tistabbilixxi obbligi biex il-kuntrattur inkarigat mit-twettiq tal-istudju dwar l-RER jirrapporta lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe suspett ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni identifikat matul xogħlu b'rabta mal-istudju dwar l-RER;

(f)

tinkoraġġixxi l-iżvilupp ulterjuri ta' ftehimiet kummerċjali bbilanċjati u tibqa' attenta għall-investimenti magħmula mill-potenzi barranin;

(g)

toqgħod attenta mill-qrib għas-sitwazzjoni kkumplikata fil-Belarussja; tissottolinja l-importanza li jiġi rieżaminat il-finanzjament tal-Unjoni u li jiġi żgurat li dan ma jkunx dirett lejn ir-reġim ta' Lukashenko, iżda jkun ta' appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-Belarussja;

(h)

tintroduċi bis-sħiħ il-prinċipju tal-kondizzjonalità u kontrolli ex ante u ex post regolari fuq ir-regolarità u l-prestazzjoni tal-fondi tal-Unjoni li joffru appoġġ lil pajjiżi terzi u tiżgura qafas legali li jipprevedi li dawn l-istrumenti ta' appoġġ jippermettu l-irkupru sħiħ tal-fondi f'każ li jiġu skoperti irregolaritajiet;

(i)

tkompli tappoġġja l-programm tal-COVAX sabiex tħaffef it-tilqim kontra l-COVID-19 fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

(j)

tiżgura li l-għoti tal-għajnuna esterna jkun soġġett għall-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi riċevituri;

(k)

tissimplifika r-regoli u l-proċeduri, tiżviluppa sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, b'mod partikolari applikanti ġodda, u ttejjeb l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-universitajiet, l-NGOs, l-impriżi spin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;

(l)

tiżgura li d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt jiġu applikati b'mod strett għall-fondi l-ġodda tal-IPA III u l-Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent, bħala parti indispensabbli mid-distribuzzjoni tal-fondi fil-perjodu 2021-2027;

(m)

tfassal pjan ta' appoġġ finanzjarju għall-Ukrajna biex din tkun tista' tirkupra mill-aggressjoni illegali tar-reġim ta' Vladimir Putin;

Amministrazzjoni

177.

Jinnota li l-pagamenti fl-ambitu tal-intestatura 5 dwar l-"amministrazzjoni" tal-QFP kienu ammontaw għal EUR 10,3 biljun fl-2020 (6,0 % tal-QFP) u li l-Kummissjoni tirrappreżenta EUR 6,3 biljun (60,0 % tal-pagamenti fl-ambitu ta' din l-intestatura) b'nefqa fuq ir-riżorsi umani li tirrappreżenta 68 % ta' dan l-ammont;

178.

Jinnota li l-Qorti eżaminat 48 tranżazzjoni biss iddisinjati biex jirrappreżentaw il-firxa sħiħa ta' nfiq fl-ambitu ta' din l-intestatura mifruxa fuq għadd ta' istituzzjonijiet u eżaminat ukoll għażla ta' sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Ombudsman Ewropew u tal-Kunsill;

179.

Jinnota li l-Qorti teżamina wkoll ir-regolarità tal-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni, inklużi dawk tad-Direttorati Ġenerali u l-Uffiċċji tagħha primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva; jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tistma li l-livell ta' żball fl-infiq fuq l-"amministrazzjoni" ma kienx materjali;

180.

Jinnota li l-Qorti sabet ħames żbalji fil-kampjun tagħha għall-Kummissjoni, li minnhom erbgħa kienu relatati ma' allowances lill-persunal u wieħed kien jirrigwarda pagament żejjed minuri għal-liċenzji tas-software;

181.

Ifakkar li l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni huwa responsabbli, abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz, għall-verifika tal-kundizzjonijiet legali għall-allowance tal-installazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-ħlas kemm tal-allowance tal-installazzjoni kif ukoll l-allowance tar-residenza lil persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 (10) tad- li jiddetermina l-emolumenti ta' persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE;

182.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rata għolja ħafna ta' approvazzjoni ta' talbiet għal trasferiment f'pożizzjonijiet tas-settur privat għal ex membri tal-persunal tal-Kummissjoni, peress li dan iżid il-probabbiltà li jokkorru kunflitti ta' interess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-politika tagħha f'dan ir-rigward;

183.

Jinnota li fl-2020 il-Kummissjoni rċeviet 8 001 applikazzjoni inizjali u 309 applikazzjonijiet konfermatorji għal aċċess għal dokumenti, kif ukoll li ngħata aċċess sħiħ jew parzjali f'81 % tal-każijiet inizjali, u kompla jingħata aċċess usa' jew saħansitra sħiħ f'aktar minn 37 % tal-każijiet rieżaminati fl-istadju konfermatorju;

184.

Jinnota li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom regoli differenti għall-użu ta' vetturi uffiċjali; huwa tal-fehma li dawn ir-regoli għandhom jiġu armonizzati u l-kontribuzzjoni proprja tal-utenti għandha tiżdied b'mod adegwat fir-rigward tal-ispejjeż u biex tirrifletti b'mod xieraq il-vantaġġ monetarju ta' tali użu;

185.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti u tirrapporta lill-Parlament dwar l-iżviluppi sat-30 ta' Ġunju 2022;

186.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' fehim fil-fora tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-approvazzjoni fl-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa JSIS f'dak li għandu x'jaqsam ma' trattamenti ġodda, xejriet mediċi u mediċini li għadhom mhumiex approvati b'mod partikolari marbuta ma' feġġien ġdid ta' mard tas-sistema nervuża, disturbi awtoimmuni kif ukoll mard tal-kanċer; jitlob li l-korpi rilevanti fi ħdan il-JSIS iqisu debitament u regolarment l-iżviluppi mediċi reċenti u l-kisbiet tal-għarfien meta jaġġornaw il-lista ta' trattamenti u mediċini eliġibbli; jitlob li l-JSIS turi aktar flessibbiltà meta tivvaluta stampi kliniċi kif ukoll it-trattament u t-terapiji sussegwenti li jistgħu jgħinu lill-pazjent; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' gruppi ta' esperti, li jkunu kapaċi jivvalutaw u japprovaw trattamenti u mediċini li għadhom mhumiex approvati sabiex itejbu l-kwalità tat-trattament tal-applikanti, inaqqsu l-piż burokratiku u jakkomodaw l-aktar informazzjoni medika reċenti huma u jittrattaw it-talbiet għal rimborż; jissottolinja li l-Unjoni tinsab fuq quddiem nett fl-innovazzjoni u t-teknoloġija medika u għalhekk huwa tal-fehma li dan l-istandard għandu jiġi applikat ukoll għat-trattament mediku tal-persuni fl-ambitu tal-JSIS;

187.

Jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas serju ta' trasparenza mill-Kummissjoni rigward ix-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċini fl-Unjoni matul il-kriżi tal-COVID-19 fl-2020; jinnota b'dispjaċir il-każ tar-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aċċess pubbliku għall-messaġġi b'SMS skambjati bejn il-President tal-Kummissjoni u s-CEO ta' kumpanija farmaċewtika dwar ix-xiri ta' vaċċin tal-COVID-19; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, abbażi tas-sejbiet tagħha matul l-inkjesta dwar dan il-każ, l-Ombudsman tqis li dan jikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina;

188.

Jieħu nota li, bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni nefqet inqas ammonti tal-baġit fuq missjonijiet, konferenzi u laqgħat kif ukoll taħriġ fl-2020 mill-ammonti bbaġitjati fil-baġit 2020; jieħu nota li parti mill-iffrankar kif ukoll mill-approprjazzjonijiet minn oqsma oħra tan-nefqa amministrattiva ġew diretti mill-ġdid lejn ħtiġijiet relatati mal-pandemija bħat-tagħmir tal-ICT, inkluż għall-forniment ta' tagħmir tal-uffiċċju domestiku lill-persunal kollu, u n-nefqa tas-servizz mediku għall-kampanja ta' tilqim kontra l-COVID, inklużi miżuri sanitarji fiċ-ċentri tal-indukrar tat-tfal;

189.

Jisħaq li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, u speċjalment il-Kummissjoni, jeħtiġilhom jirrispettaw l-ogħla kriterji ta' protezzjoni tad-data kemm fl-ipproċessar tal-offerti pubbliċi kif ukoll fil-prodott jew is-servizz maħsub għall-akkwist, u dan jirrikjedi għarfien speċjalizzat min-naħa tal-uffiċjali inkarigati;

Skejjel Ewropej

190.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti ma sabet l-ebda żball materjali fil-kontijiet annwali konsolidati finali għall-2020; jinnota b'sodisfazzjon ukoll li l-Qorti tinnota li l-kwalità tal-kontijiet tal-iskejjel tjiebet meta mqabbla mas-snin preċedenti anki jekk l-awditur estern ikompli jsib kwistjonijiet;

191.

Jinsab imħasseb, madankollu, li l-Qorti għadha ssib dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll intern, kemm fil-qasam tar-reklutaġġ kif ukoll fil-qasam tal-akkwist;

192.

Iħeġġeġ lill-Iskejjel Ewropej jagħtu segwitu malajr għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti rigward id-dgħjufija speċifika misjuba fl-akkwist u fir-reklutaġġ;

193.

Jenfasizza, fir-rigward tal-Iskejjel Ewropej, l-importanza li jiġi rispettat il-prinċipju tal-annwalità u li jiġu rispettati l-iskadenzi tal-pagamenti, ir-regoli tal-akkwist u t-trasparenza fil-proċeduri ta' reklutaġġ;

Riżorsi umani

194.

Jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni biex tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jfakkar fl-impenn tal-President tal-Kummissjoni li tintlaħaq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli maniġerjali kollha sa tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni, impenn li huwa appoġġjat bis-sħiħ mill-Parlament;

195.

Jissottolinja t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura bilanċ ġeografiku ġust tal-membri tal-persunal tagħha fil-livelli kollha, speċjalment fil-livelli maniġerjali medji u superjuri fejn għad hemm żbilanċi qawwijin, u fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżiti fir-Regolament tal-Persunal fir-rigward tal-kompetenzi u l-merti tal-kandidati;

196.

Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti fil-Lussemburgu jiltaqgħu magħhom biex jirreklutaw il-persunal skont il-ħtiġijiet tagħhom u jfakkar fl-istudju tal-Eurostat li juri li d-disparità fil-kapaċità tal-akkwist bejn il-Lussemburgu u Brussell (25,4 %) qabżet il-limitu ta' 5 % anke meta l-akkomodazzjoni ġiet eskluża mill-kalkoli;

197.

Jinsisti li l-Kummissjoni għandha timplimenta proċedura ta' ħatra aktar trasparenti għall-postijiet tax-xogħol kollha speċjalment dawk relatati mal-ġestjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Istrateġija l-ġdida dwar ir-Riżorsi Umani;

198.

Ifakkar lill-Kummissjoni fir-riskji potenzjali li l-Kummissarji jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ġodda u jappella lill-Kummissjoni biex żżomm attenzjoni ċara fuq dawk il-każijiet;

199.

Jirrikonoxxi li, matul l-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-funzjonament intern u l-ġestjoni tal-baġit tal-Kummissjoni;

200.

Itenni l-konklużjoni tal-Qorti li "kull imġiba mhux etika min-naħa tal-persunal u l-Membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) hija inaċċettabbli. Din l-imġiba – anki jekk tkun biss allegata – tattira livelli għoljin ta' interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-Unjoni. L-imġiba mhux etika hija wkoll marbuta mar-riskju ta' korruzzjoni u frodi";

201.

Itenni t-tħassib tal-Parlament dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-forniment tal-ikel, li wasslet għas-sensja ta' 400 ħaddiem;;

202.

Ifakkar fit-tħassib tal-Parlament dwar l-ammont dejjem jikber ta' persunal kuntrattwali impjegat fil-Kummissjoni, u r-riskji relatati mat-trasferiment u mbagħad it-telf ta' għarfien meta jiskadu l-kuntratti tagħhom, mingħajr ma jintesew il-perspettiva u s-sigurtà tal-impjieg tal-aġenti kuntrattwali;

Rakkomandazzjonijiet

203.

Jistieden lill-Kummissjoni biex:

(a)

issegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qrati biex ittejjeb is-sistema tagħha għall-ġestjoni tal-allowances statutorji tal-familja, inkluż permezz ta' kontrolli msaħħa tal-konsistenza fuq id-dikjarazzjonijiet tal-persunal rigward l-allowances riċevuti minn sorsi oħra;

(b)

tirrieżamina l-mekkaniżmu għall-verifika tal-kundizzjonijiet legali tal-allowance għall-installazzjoni u titlob dokumenti oħra bħala evidenza kemm jista' jkun b'rispett għall-proporzjonalità u l-privatezza, abbażi tal-opinjoni li kuntratt ta' kiri jew kuntratt ta' xiri b'rabta ma' proprjetà ma għandux jitqies bħala evidenza suffiċjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/300, peress li tali proprjetà jaf tkun destinata għal użi oħra għajr ir-residenza primarja;

(c)

tkompli l-ħidma tagħha sabiex tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livelli kollha ta' ġestjoni sa tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni u tirrapporta data diżaggregata skont il-ġeneru;

(d)

tkompli l-ħidma tagħha biex tiżgura bilanċ ġeografiku ġust tal-persunal tagħha fil-livelli kollha filwaqt li fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżiti fir-regolament tal-persunal dwar il-kompetenzi u l-merti tal-kandidati;

(e)

tkompli tibni ambjent u kultura tax-xogħol aktar diversifikati u inklużivi billi tieħu azzjonijiet favur il-persuni b'diżabbiltà u tivvaluta l-possibbiltajiet ta' tisħiħ u ta' integrazzjoni ulterjuri tal-prinċipju ta' opportunità indaqs fir-reklutaġġ, fit-taħriġ, fl-iżvilupp tal-karriera u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll fis-sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawn l-aspetti;

(f)

tagħti segwitu għat-titjib u l-modifiki raġonevoli li jistgħu jsiru fil-binjiet tal-istituzzjonijiet (aċċess, tagħmir tal-uffiċċju adegwat) għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew diżabbiltajiet oħra;

(g)

tipproponi ġabra armonizzata ta' regoli għall-użu ta' vetturi uffiċjali għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi kollha tal-Unjoni li tkun tinkludi żieda adegwata fil-kontribuzzjoni proprja tal-utenti fir-rigward tal-ispejjeż, li tirrifletti b'mod xieraq il-vantaġġ monetarju ta' tali użu;

(h)

timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman fil-każ tar-rifjut tal-Kummissjoni li tippermetti aċċess pubbliku għall-messaġġi b'SMS skambjati bejn il-President tal-Kummissjoni u s-CEO ta' kumpanija farmaċewtika dwar ix-xiri ta' vaċċin tal-COVID19 (każ 1316/2021/MIG);

(i)

tindirizza l-problema – serja u li ilha għaddejja żmien twil – tal-indiċjar tas-salarji fil-Lussemburgu billi tadotta att delegat biex tikkoreġi d-dispożizzjoni rilevanti tar-regolament tal-persunal;

(j)

tiżgura li l-JSIS jipprovdi spjegazzjoni koerenti u individwali għar-rifjut ta' talba għal rimborż; jiddispjaċih dwar il-kultura ta' rifjut ta' talba għal rimborż permezz ta' PDF mingħajr il-possibbiltà li d-deċiżjoni tiġi kkontestata personalment; jistieden lill-PMO jintroduċi l-possibbiltà li t-tobba inkarigati mit-trattament ta' applikant jitkellmu mal-unità jew mal-grupp ta' esperti tal-JSIS responsabbli biex jispjegaw it-trattament u l-benefiċċji mediċi; jesprimi wkoll ix-xewqa tiegħu li tittejjeb il-faċilità tal-użu tal-applikazzjoni sabiex tippermetti segwitu aktar rapidu u aktar dirett għal talbiet individwali;

(k)

tintegra fl-istrateġija ta' ġestjoni interna t-tagħlimiet meħuda mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, f'dak li jirrigwarda l-kontinwità tal-operat u l-approċċi ta' ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tagħha, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;

(l)

tkun fuq quddiem nett fil-protezzjoni tal-informaturi, filwaqt li twitti t-triq għal regolamentazzjoni aktar uniformi fost l-istituzzjonijiet kollha, ibbażata fuq l-aħjar prattiki u fuq standards ogħla;

(m)

jirrakkomanda bil-qawwa rieżami tal-proċeduri ta' nomina u ta' ħatra għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni bil-għan li jissaħħu u jiġu rispettati kemm l-opinjonijiet espressi mill-Kummissjoni u l-Parlament, kif ukoll il-parteċipazzjoni demokratika tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(n)

issaħħaħ u tottimizza l-kollaborazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fil-qasam tal-akkwist pubbliku, b'mod partikolari fit-taħriġ tal-uffiċjali tal-akkwist pubbliku;

(o)

tagħmel l-istatus ta' konsulenti speċjali tal-Kummissjoni aktar trasparenti b'definizzjoni ċara tal-kompiti u l-missjonijiet tagħhom, permezz ta' reviżjoni tar-regoli attwali dwar il-Konsulenti Speċjali;

204.

Jistieden lill-uffiċċju ċentrali tal-Iskejjel Ewropej isegwi r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti.

 


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(3)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2021 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021–2027, P9_TA(2021)0469.

(4)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-awditjar fil-livell Ewropew fil-proposta tagħha għar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju, P9_TA(2021)0464.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(7)  Sabeb et al 2021: WHERE DOES THE EU MONEY GO? AN ANALYSIS OF THE IMPLEMENTATION OF CAP FUNDS IN BULGARIA, THE CZECH REPUBLIC, HUNGARY, SLOVAKIA AND ROMANIA (Fejn imorru l-flus tal-UE? Analiżi tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-PAK fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Rumanija).

(8)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Rumanija.

(9)  Ir-rapport INI dwar il-QFP 2021-2027: ġlieda kontra l-istrutturi oligarkiċi, protezzjoni tal-fondi tal-UE mill-frodi u kunflitti ta' interess, CONT 2020/2126 (INI).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 tad-29 ta' Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta' persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 1).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/82


DECIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1698 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2020 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (COM(2021) 301),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06001/2022 — C9-0061/2022),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06004/2022 — C9-0103/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(6)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/84


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1699 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021)0381 — C9-00261/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0066/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/85


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1700 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0066/2022),

A.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-QĠUE");

2.

Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għall-infiq amministrattiv tal-istituzzjonijiet, inkluż dak tal-QĠUE, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.

Jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika relatata mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

4.

Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq l-infiq fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li tali nfiq huwa ta' riskju baxx;

il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit tal-QĠUE fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, b'parti kbira minnu użata għall-infiq relatat ma' riżorsi umani, bini u għamara, tagħmir u spejjeż operatorji mixxellanji; jinnota li kien jammonta għal EUR 436,6 miljun fl-2020 (meta mqabbel ma' EUR 429,5 miljun fl-2019 u EUR 410 miljun fl-2018);

6.

Jinnota b'sodisfazzjon ir-rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja (99 %) għas-sena finanzjarja 2020 (li hija kemxejn ogħla mir-rata ta' 98,7 % milħuqa fl-2019);

7.

Josserva li kważi 75 % tal-approprjazzjonijiet użati mill-QĠUE fl-2020 kienu ddedikati għall-infiq tal-membri u tal-membri tal-persunal (infiq taħt it-Titolu 1), bi kważi l-bilanċ kollu li jifdal relatat mal-infiq fuq l-infrastruttura (Titolu 2), b'mod partikolari fl-oqsma tal-bini u tal-IT (aktar minn 25 %);

8.

Jilqa' l-approċċ proattiv ħafna fil-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli u l-monitoraġġ kontinwu biex jiġu identifikati kemm il-ħtiġijiet addizzjonali kif ukoll l-iffrankar addizzjonali, li rriżultaw fi trasferimenti f'waqthom biex jiġi indirizzat l-infiq addizzjonali kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u biex jiġi ffinanzjat, bħala parti mit-trasferiment ta' tlaqqit fi tmiem is-sena, pagament bil-quddiem taħt kuntratt ta' lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri relatat mal-bini;

9.

Jinnota t-tnaqqis fiż-żmien medju tal-ħlas fl-2020 meta mqabbel mal-2019 (25,53 jum meta mqabbel ma' 32,45 jum) u żieda sinifikanti fil-perċentwal ta' fatturi riċevuti b'mod elettroniku fl-2020 (74 % meta mqabbel ma' 60 % fl-2019);

10.

Jirrikonoxxi li matul l-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-baġit tal-QĠUE; josserva li saru spejjeż addizzjonali sabiex jinxtara tagħmir tal-IT, minħabba telexogħol ġeneralizzat għall-persunal, kif ukoll tagħmir protettiv personali (PPE) u diżinfettant; josserva li, b'riżultat, kien hemm iffrankar f'diversi linji baġitarji, b'mod partikolari l-linji baġitarji relatati mat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni freelance, it-taħriġ professjonali, il-missjonijiet, il-bini (it-tindif, is-sigurtà u s-sorveljanza), l-għamara, l-attivitajiet relatati mal-protokoll, il-laqgħat u l-konferenzi; jinnota, b'mod partikolari, li għadd sinifikanti ta' attivitajiet ta' taħriġ, li kienu bbaġitjati għal EUR 170 000, ma setgħux isiru;

11.

Jinnota li l-QĠUE għamlet 14-il trasferiment tal-baġit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, li jirrappreżentaw total ta' EUR 20,4 miljun, jew 4,7 % tal-approprjazzjonijiet finali; josserva li l-akbar trasferiment kien maħsub biex ikopri pagament bil-quddiem fl-ambitu ta' kuntratt ta' lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri relatat mal-bini, bl-għan li jitnaqqas il-piż finanzjarju ta' ħlasijiet futuri li jikkonċernaw il-ħames estensjoni għall-bini tal-QĠUE; jinnota li saru trasferimenti oħra biex jinxtara PPE għall-membri u għall-persunal tal-QĠUE, għar-rappreżentanti tal-partijiet u għall-viżitaturi;

12.

Huwa konxju li ntuża proporzjon kbir tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 (84,78 % jew EUR 20 816 958,83, meta mqabbel ma' 87,21 % fl-2019);

13.

Jinnota li l-proporzjon globali bejn is-sessi tal-persunal ta' 61 % nisa u 39 % rġiel baqa' l-istess fl-2020 meta mqabbel mal-2019; josserva li n-numru ta' nisa impjegati huwa ogħla min-numru ta' rġiel impjegati fi kważi kull kategorija tal-persunal (uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali); jinnota, barra minn hekk, li l-proporzjon tas-sessi tal-membri tal-persunal AD huwa ta' 54 % nisa u 46 % rġiel, u bin-nisa li jokkupaw 40 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri u l-irġiel li jokkupaw 60 % ta' dawk il-pożizzjonijiet; jilqa' l-fatt li, għall-maniġment intermedju, il-perċentwal tan-nisa żdied minn 39 % fl-2019 għal 41 % fl-2020; jifraħ lill-QĠUE dwar l-azzjonijiet li ħadet bl-għan li tikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bħall-ġestjoni tal-mentoraġġ u tat-talent u l-inkoraġġiment biex in-nisa japplikaw għal pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri u intermedji;

14.

Jirrikonoxxi li l-infiq addizzjonali relatat mal-pandemija tal-COVID-19 għas-sena finanzjarja 2020 ammonta għal EUR 3 miljun u li l-iffrankar ammonta għal EUR 8,5 miljun, li jfisser li l-ammont nett tal-iffrankar jista' jiġi stmat għal EUR 5,5 miljun;

15.

Josserva li l-QĠUE użat biss il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel f'każ wieħed biss, għall-akkwist ta' servizzi arkitettoniċi għall-proġett ta' bini CJ10bis (kuntratt li jammonta għal EUR 231 500); jinnota li l-Qorti vverifikat mingħajr rimarki l-proċeduri ta' akkwist pubbliku organizzati mill-QĠUE biex jinkiseb PPE u ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna l-QĠUE fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

16.

Jilqa' r-rapport dwar il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali meħtieġ skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); jirrikonoxxi l-fatt li kellu jiġi abbozzat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 li fixklet il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni ma' għadd kbir ta' kontributuri; jisħaq li, skont dak ir-rapport, ir-riforma tal-istruttura ġudizzjarja tal-Unjoni kienet meħtieġa biex jitnaqqsu kemm il-volum tal-kawżi pendenti kif ukoll it-tul eċċessiv tal-proċedimenti; jinnota li l-inkorporazzjoni ta' mħallfin ġodda u tal-membri tal-persunal tagħhom kienet tirrikjedi xi bidliet strutturali, organizzattivi u proċedurali; jinnota li l-analiżi li tinsab fir-rapport enfasizzat ċerti xejriet pożittivi, bħal (i) tnaqqis sinifikanti fit-tul tal-proċedimenti, (ii) investigazzjoni aktar intensifikata tal-kawżi u (iii) referenzi aktar frekwenti tal-kawżi għal formazzjonijiet estiżi tal-kmamar; huwa konxju li s'issa ma tista' tinħareġ l-ebda konklużjoni definittiva fir-rigward tar-riforma tal-Qorti Ġenerali minħabba li tant għadda ftit żmien mill-aħħar fażi tagħha u li l-2020 ma tistax titqies bħala sena rappreżentattiva;

17.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-QĠUE rnexxielha żżomm livell għoli ta' produttività minkejja l-pandemija tal-COVID-19; josserva tnaqqis fin-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-QĠUE (1 045 kawża fil-31 ta' Diċembru 2020 meta mqabbla ma' 1 102 kawżi fil-31 ta' Diċembru 2019, u b'hekk tnaqqis ta' 57 kawża); jirrikonoxxi li tnaqqis bħal dan huwa riżultat tat-tnaqqis fl-attività tal-qrati u tat-tribunali nazzjonali fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, li affettwa b'mod naturali n-numru ta' referenzi ġodda għal deċiżjoni preliminari (556 fl-2020 meta mqabbla ma' 641 fl-2019), flimkien mat-tnaqqis fin-numru ta' appelli kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali (131 fl-2020 meta mqabbla ma' 266 fl-2019);

18.

Josserva, madankollu, żieda fin-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali (1 497 kawża kienu pendenti fil-31 ta' Diċembru 2020 meta mqabbla ma' 1 398 fil-31 ta' Diċembru 2019); jifhem li tali żieda tista' tiġi spjegata mill-fatt li l-Qorti Ġenerali hija meħtieġa taċċetta kwalunkwe talba motivata għal seduta, flimkien mal-kawżi pendenti bħala riżultat tal-perjodu ta' żmien li fih kien impossibbli li jsiru seduti; jilqa' l-fatt li l-Qorti Ġenerali użat it-tnaqqis ta' 14,4 % fl-għadd ta' kawżi li tlestew fl-2020 (748 meta mqabbla ma' 874 fl-2019) biex tlaħħaq mas-seduti posposti, bis-saħħa tas-sistema l-ġdida ta' smigħ remot imwaqqfa mill-QĠUE;

19.

Jinnota li t-tul medju tal-proċedimenti, kemm fil-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll fil-Qorti Ġenerali, fl-2020 kien ta' 15,4-il xahar; jinnota li fil-Qorti tal-Ġustizzja, it-tul medju tal-proċedimenti kien kemxejn itwal fl-2020 milli kien fl-2019 (14,4-il xahar) filwaqt li, fil-Qorti Ġenerali, ir-riforma prevista mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 u l-miżuri ta' akkumpanjament irriżultaw fi tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti (15,4-il xahar fl-2020 meta mqabbla ma' 16,9-il xahar fl-2019 u 20 xahar fl-2018), minkejja l-kuntest diffiċli tal-pandemija tal-COVID-19;

ir-riżorsi umani, l-ugwaljanza u l-benesseri tal-persunal

20.

Jinnota r-rata għolja ħafna ta' okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-QĠUE, ta' madwar 97 % fl-2020; jifhem li ġiet implimentata politika attiva ta' reklutaġġ permezz ta' antiċipazzjoni u tbassir ta' postijiet vakanti u l-użu ta' listi ta' riżerva esterni u interni disponibbli u, fl-2020, b'rispons għall-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, permezz ta' proċeduri ta' għażla virtwali u fluss tax-xogħol diġitali msaħħaħ għall-approvazzjoni ta' proposti ta' reklutaġġ u l-estensjoni ta' kuntratti tal-persunal temporanju u kuntrattwali;

21.

Jinnota li fi tmiem l-2020 kien hemm 2 239 membru tal-persunal (60 % uffiċjali, 32 % aġenti temporanji u 8 % aġenti kuntrattwali), meta mqabbla ma' 2 256 fi tmiem l-2019 (62 % uffiċjali, 30 % aġenti temporanji u 8 % aġenti kuntrattwali);

22.

Itenni l-importanza li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-kulleġġ tal-imħallfin u l-impenn tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri; huwa konxju mill-fatt li l-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali jinħatru bi qbil komuni mal-gvernijiet tal-Istati Membri u li l-QĠUE ma għandha l-ebda sehem fl-għażla ta' mħallfin jew ta' avukati ġenerali, daqs kemm la l-Kunsill u lanqas il-Parlament ma għandhom rwol f'dan ir-rigward; jesprimi d-diżappunt tiegħu, madankollu, għall-fatt li r-riforma strutturali ffinalizzata fl-2019 kellha impatt limitat fuq dik il-kwistjoni; jistieden lill-President tal-Qorti Ġenerali jiġbed l-attenzjoni tal-gvernijiet tal-Istati Membri għall-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-ħatriet fiż-żmien tat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali;

23.

Jenfasizza d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Lussemburgu meta jiġu biex jirreklutaw il-persunal meħtieġ; jindika l-indiċjar tas-salarji fil-Lussemburgu bħala wieħed mill-fatturi ewlenin; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ikkonċernati jkollhom approċċ ikkoordinat u uniku lejn il-Kummissjoni fir-rigward ta' dik il-kwistjoni;

24.

Jinnota li l-arranġamenti flessibbli ta' xogħol disponibbli fil-QĠUE jinkludu xogħol part-time, liv tal-ġenituri, liv tal-familja, ħin flessibbli u telexogħol; josserva l-iżbilanċ li għadu jeżisti fost l-utenti ta' dawn l-arranġamenti ta' xogħol favur il-membri nisa tal-persunal; jirrakkomanda li l-QĠUE tinvolvi ruħha f'komunikazzjoni aktar intensa dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta' dawk l-arranġamenti u tieħu l-passi biex tiżgura li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli disponibbli ma jikkastiga bl-ebda mod il-progress fil-karriera tal-impjegati kkonċernati;

25.

Jilqa' l-miżuri addizzjonali adottati fl-2020 biex jittejjeb il-benesseri tal-persunal matul il-pandemija tal-COVID-19, inkluż iż-żieda fl-għadd ta' sigħat biex jiġu kkonsultati l-psikologi; jisħaq fuq l-importanza li l-maniġers jiġu ggwidati u involuti fil-protezzjoni tal-benesseri tal-membri tal-persunal u d-dritt tagħhom għall-iskonnessjoni biex jippreservaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata hekk kif l-arranġamenti tax-xogħol remot qegħdin jiġu integrati fil-kultura tal-QĠUE;

26.

Jinnota li fl-2020 kien hemm 27 każ possibbli ta' eżawriment, li jistgħu jinkludu każijiet mingħajr rabta diretta jew indiretta mal-ammont ta' xogħol jew mal-kundizzjonijiet tax-xogħol; jilqa' l-appoġġ offrut mis-servizz mediku tal-QĠUE lill-membri tal-persunal ikkonċernati, kif ukoll ir-reklutaġġ ta' psikologu fl-2019 biex jgħin b'mod attiv lill-persunal li qed jesperjenza diffikultajiet; japprezza l-fatt li sensiela ta' korsijiet ta' taħriġ għall-maniġers kollha kienu bbażati fuq il-kunċett ta' ġestjoni umana, inklużi moduli ffokati fuq l-għarfien tal-parteċipant dwaru nnifsu u l-ġestjoni tal-emozzjonijiet maħsuba biex itejbu s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol; jilqa' l-korsijiet ta' taħriġ ipprovduti fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kunflitti u l-prevenzjoni tal-eżawriment, li ġew offruti f'format virtwali għall-persunal kollu; jibqa' mħasseb, madankollu, dwar l-għadd kbir ta' eżawriment li seħħew fil-QĠUE f'dawn l-aħħar snin; jistieden lill-QĠUE tkompli timmonitorja bir-reqqa l-impatt tal-ammont ta' xogħol li dejjem qed jiżdied fuq il-benesseri tal-persunal tagħha, inkluż l-użu ta' stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-persunal, sabiex tifhem minn fejn jistgħu jiġu l-problemi u tesplora soluzzjonijiet possibbli;

27.

Ifaħħar lill-QĠUE għall-attenzjoni ddedikata lill-membri tal-persunal li jaħdmu f'reġim ta' telexogħol li, apparti mill-forniment ta' għodod tal-IT, kienet tinkludi wkoll il-forniment ta' siġġijiet tal-uffiċċju ergonomiċi bl-intenzjoni li tipprovdi tagħmir addizzjonali matul l-2021; josserva li tali intenzjoni hija parti mill-miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-integrazzjoni fit-tul tat-telexogħol fl-arranġamenti ta' ħidma tal-QĠUE; jinnota li t-tagħmir kollu pprovdut lill-membri tal-persunal għat-telexogħol jibqa' l-proprjetà tal-QĠUE u għandu jiġi rritornat fuq talba tal-amministrazzjoni jew, fi kwalunkwe każ, meta jintemm is-servizz;

28.

Jinnota li l-QĠUE timpjega persunal mill-Istati Membri kollha, u li żewġ nazzjonalitajiet biss huma neqsin fil-maniġment medju u superjuri; jistieden lill-QĠUE tikseb informazzjoni rilevanti minn skambji interistituzzjonali u tuża l-mezzi kollha disponibbli u telimina kwalunkwe ostaklu biex tħeġġeġ applikazzjonijiet minn kandidati li n-nazzjonalità tagħhom mhijiex rappreżentata biżżejjed sabiex tinkiseb distribuzzjoni ġeografika aċċettabbli;

29.

Jinnota li tnediet inkjesta amministrattiva bi tweġiba għal ilment wieħed li sar fl-2020 li fih saret allegazzjoni ta' fastidju morali u sesswali; huwa konxju li fi tmiem l-inkjesta amministrattiva u abbażi tal-konklużjonijiet tagħha, l-awtorità tal-ħatra ddeċidiet li ma kien hemm l-ebda fastidju, la morali u lanqas sesswali;

30.

Jilqa' l-organizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-persunal, inklużi laqgħat b'webinars u waqt l-ikla ta' nofsinhar, dwar aspetti relatati ma' opportunitajiet indaqs, diversità u inklużjoni; jinnota b'sodisfazzjon li r-rappreżentanti tal-opportunitajiet indaqs u tad-diversità tal-QĠUE huma involuti fi gruppi interistituzzjonali u fi grupp ta' ħidma tal-EPSO dwar id-diversità fil-proċeduri ta' reklutaġġ, bil-għan li jiġu kondiviżi prattiki tajbin u li jiġi implimentat approċċ armonizzat komuni mmirat lejn it-tisħiħ tal-inklużjoni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li l-unità tat-taħriġ u l-iżvilupp tal-QĠUE ħadet ir-responsabbiltà li tmexxi l-ħidma taċ-ċellola tal-opportunitajiet indaqs u tad-diversità minn Mejju 2021;

31.

Jinnota b'sodisfazzjon li, mill-223 trainee ingaġġati fl-2020, il-perċentwal ta' trainees imħallsa fil-QĠUE kien ta' 72 %, meta mqabbel ma' 48,5 % fl-2019; huwa konxju li l-2020 kienet it-tieni sena tal-implimentazzjoni ta' skema ta' traineeship bi ħlas fil-kabinetti tal-membri; jirrikonoxxi l-progress li sar u jistieden lill-QĠUE tiżgura li t-trainees kollha tagħha jirċievu remunerazzjoni deċenti fuq l-istess livell ta' dak tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, ħlief għal trainees li jirċievu pagamenti minn sorsi oħra;

32.

Jinnota li, wara rapport fl-2019, ġiet ordnata inkjesta interna skont ir-regoli interni tal-QĠUE dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li sabet li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma kienx possibbli li jiġi konkluż li l-akkużi kienu fondati; huwa konxju li l-proċedimenti nazzjonali fir-rigward tal-allegati fatti għadhom għaddejjin; jistieden lill-QĠUE timmonitorja d-deċiżjoni finali tal-proċedimenti nazzjonali f'każ li jkun meħtieġ li terġa' tinfetaħ l-investigazzjoni interna u tiġi informata l-awtorità ta' kwittanza dwar l-istat tal-investigazzjoni;

Qafas etiku u trasparenza

33.

Jirrimarka, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 253, 254 u 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li l-indipendenza hija l-kundizzjoni primarja għat-twettiq tad-dmirijiet ta' mħallef jew avukat ġenerali;

34.

Jilqa' r-rapport indirizzat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar il-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess tal-membri tal-QĠUE; jinnota b'sodisfazzjon li s-sistema stabbilita bħalissa tgħaqqad il-mekkaniżmi ta' prevenzjoni applikabbli kemm fuq bażi ġenerali kif ukoll fuq l-assenjazzjoni tal-każijiet; jinnota li d-dikjarazzjoni ta' interess tal-membri tieħu rwol prominenti fir-reġim ta' prevenzjoni u jilqa' l-kodiċi ta' kondotta adottat fl-2021 li żied il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' interess; jenfasizza li r-reġim ta' prevenzjoni japplika kemm għat-tul kollu tal-mandat kif ukoll għall-perjodu ta' wara l-mandat, u li jinkludi kemm perjodu ta' preklużjoni ta' tliet snin kif ukoll għadd ta' inkompatibbiltajiet assoluti mingħajr ebda limitazzjoni temporali;

35.

Jirrikonoxxi t-tweġiba tal-QĠUE għat-talba tal-Parlament sabiex parti terza indipendenti tirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha u tivvaluta l-eżistenza ta' kunflitti ta' interess; jifhem li parti terza tirrevedi d-dikjarazzjonijiet fil-ħin tat-tressiq tagħhom, filwaqt li kunflitt ta' interess ma jinħoloqx qabel ma l-membru jiġi assenjat każ reali; jifhem bl-istess mod li l-President iwettaq analiżi aktar wiesgħa ta' każ b'każ qabel ma jassenja l-każijiet, mhux biss biex jiżgura l-kwalità u l-imparzjalità tal-ġustizzja iżda wkoll biex tinkiseb distribuzzjoni ottimali tal-ammont ta' xogħol fost il-membri; jemmen, meta jitqies dan kollu ta' hawn fuq, li parti terza indipendenti li timplimenta kontrolli ex post fuq dawk id-deċiżjonijiet tkun ta' benefiċċju għall-QĠUE;

36.

Itenni l-importanza li jiġi adottat kodiċi ta' kondotta ġenerali rivedut għall-membri tal-persunal, li jintegra dispożizzjonijiet dwar "revolving doors" għall-membri anzjani tal-persunal, kunflitti ta' interess, attivitajiet esterni, attivitajiet tax-xogħol wara li jitilqu mis-servizz, impjieg bi ħlas tal-konjuġi u pubblikazzjonijiet; jinnota li skont il-QĠUE se jitlesta rieżami ġenerali sa tmiem l-2021 u jitlob li jiġi infurmat kif xieraq dwar it-tlestija tiegħu;

37.

Jistieden lill-QĠUE tniedi stħarriġ dwar l-għarfien tal-persunal rigward il-qafas etiku u l-proċeduri tal-informatur biex tidentifika fejn tkun meħtieġa aktar azzjoni; josserva li sitt korsijiet ta' taħriġ bit-titolu "Regoli ta' kondotta tajba" kellhom parteċipazzjoni relattivament żgħira ta' 70 membru tal-persunal u, għalhekk, jirrakkomanda lill-QĠUE ssib modi kif iżżid il-parteċipazzjoni tal-persunal fil-korsijiet ta' taħriġ dwar il-qafas etiku tal-QĠUE;

38.

Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-QĠUE biex iżżid it-trasparenza u l-aċċessibbiltà fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet esterni tal-membri tagħha; huwa konxju li l-QĠUE qed tiżviluppa għodda li tippermetti, mingħajr ma tkun ta' piż fuq ir-riżorsi tas-servizzi, li tinżamm il-pubblikazzjoni multilingwi tal-informazzjoni dwar tali attivitajiet filwaqt li tiġi integrata informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Parlament; jinnota li din l-għodda hija mistennija li tkun operattiva fil-bidu tal-2022 u jistieden lill-QĠUE tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress miksub;

39.

Jilqa' l-intenzjoni tal-QĠUE li tiżviluppa l-forma ta’ kif il-membri jiġu ppreżentati fuq is-sit web tagħha billi tinkludi elementi addizzjonali bħal pożizzjonijiet onorarji jew titoli mogħtija, u sħubijiet f'fondazzjonijiet u korpi simili f'diversi oqsma; jinnota d-dikjarazzjoni tal-QĠUE li tali informazzjoni tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha sa tmiem l-2021; jirrakkomanda lill-QĠUE tieħu vantaġġ minn dik ir-reviżjoni tas-sit web tagħha biex tagħmilha aktar faċli għall-utent;

40.

Iħeġġeġ lill-QĠUE tfittex soluzzjonijiet innovattivi fi sforz biex tkun aktar trasparenti għall-pubbliku, billi xxerred is-seduti ta' smigħ pubbliċi tagħha u tagħmel ir-reġistrazzjonijiet tagħhom disponibbli online; jemmen li tali titjib fit-trasparenza jkun konformi mal-Artikolu 15 tat-TFUE u jkun ta' benefiċċju għal dawk kollha li jaħdmu jew jistudjaw fil-qasam ġuridiku fl-Unjoni;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

41.

Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali ġew imġiegħla jikkanċellaw jew jipposponu s-seduti ta' smigħ kollha skedati li jsiru bejn nofs Marzu u l-bidu ta' Ġunju 2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u n-nuqqas ta' infrastruttura tal-IT u l-kundizzjonijiet meħtieġa fis-seħħ sabiex isiru dawk is-seduti ta' smigħ; jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tissostitwixxi numru ta' seduti b'mistoqsijiet li jirrikjedu tweġiba bil-miktub; josserva li soluzzjoni simili ma setgħetx tiġi implimentata fil-Qorti Ġenerali peress li r-regoli ta' proċedura jipprevedu li trid tiġi organizzata seduta meta parti prinċipali tippreżenta talba motivata għal dak il-għan; ifaħħar l-iskjerament ta' riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' vidjokonferenzi unika u sigura potenzjalment b'interpretazzjoni simultanja fl-24 lingwa uffiċjali għall-benefiċċju tar-rappreżentanti tal-partijiet li ma jistgħux jivvjaġġaw lejn il-Lussemburgu minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti fl-Istati Membri; jifraħ lill-QĠUE talli rebħet il-Premju għal Amministrazzjoni Tajba tal-Ombudsman Ewropew fil-kategorija ta' eċċellenza fl-innovazzjoni/it-trasformazzjoni għas-sistema tagħha għas-seduti ta' smigħ remoti;

42.

Jinnota b'interess ir-rata għolja ta' użu ta' e-Curia fl-2020 li żdiedet matul il-pandemija tal-COVID-19 u tissarraf f'żieda ta' 12 % fl-għadd ta' kontijiet (7 378 kont sa tmiem l-2020 meta mqabbla ma' 6 588 sa tmiem l-2019) u perċentwali għolja ta' dokumenti proċedurali mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali (79 % u 95 % rispettivament); jenfasizza li l-kunfidenza tal-utenti f'dik is-sistema u l-interess dejjem jikber tal-partijiet kollha kkonċernati fl-użu tal-għodod diġitali wasslu għal żieda sinifikanti fil-kontijiet miftuħa mill-qrati u t-tribunali nazzjonali (minn 45 kont fi tmiem l-2019 għal 121 fi tmiem l-2020); iħeġġeġ lill-QĠUE tiżviluppa aktar e-Curia;

43.

Jinnota li t-telexogħol impost bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 aċċellera drastikament id-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-flussi tax-xogħol u tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet kemm fl-attivitajiet amministrattivi kif ukoll f'dawk ġudizzjarji, xi ħaġa li ntlaqgħet tajjeb mill-membri tal-persunal; josserva li d-diġitalizzazzjoni aċċellerata tal-posta minħabba l-pandemija rriżultat f'iffrankar tal-ispejjeż postali li kienu parti mis-surplus baġitarju li kien trasferit għal użu ieħor;

44.

Josserva ż-żieda fl-investiment fil-proġetti u fit-tagħmir tal-IT (EUR 13,5 miljun fl-2020 meta mqabbla ma' EUR 9 miljun fl-2019); jilqa' l-implimentazzjoni ta' SIGA (sistema integrata ta' ġestjoni tal-każijiet) u HAN (sistema amministrattiva ta' ġestjoni tad-dokumenti) minkejja l-isfidi relatati mal-pandemija; jinnota l-iffirmar tal-kuntratt għall-proġett SIGA fl-2020; jilqa' ż-żieda fl-użu ta' strumenti oħra bħall-firem elettroniċi (EU SIGN, ipprovduti mill-Kummissjoni) kemm għad-dokumenti amministrattivi kif ukoll għal dawk ġudizzjarji;

45.

Jinnota b'interess l-implimentazzjoni ta' għodda ta' monitoraġġ tal-media fi ħdan id-direttorat tal-komunikazzjoni, ibbażata fuq kollaborazzjoni mill-qrib maċ-ċentru konġunt tar-riċerka tal-Kummissjoni;

46.

Ifakkar fit-tħassib tiegħu dwar l-implikazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fis-sistemi ġudizzjarji; jilqa' r-referenza għall-Karta Ewropea tal-Etika dwar l-Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fis-Sistemi Ġudizzjarji u l-ambjent tagħhom mill-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja kif ukoll il-fatt li l-kompiti mwettqa bl-użu tal-IA għandhom dejjem jiġu mmonitorjati u solvuti minn operatur uman; jisħaq li ż-żieda fl-għadd ta' kawżi ma tridx timpedixxi l-kwalità tal-analiżi legali tal-QĠUE; jitlob lill-QĠUE tinforma lill-Parlament dwar l-operaturi tal-għodod tal-IA użati; iwissi lill-QĠUE dwar ir-riskji għall-privatezza u s-sigurtà meta jintużaw servizzi esterni tal-cloud computing;

47.

Jinnota li l-2020 kienet sena ta' sfida għaċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni iżda li l-QĠUE rnexxielha tipprevjeni kwalunkwe inċident kbir peress li l-maġġoranza l-kbira tal-attakki ġew imblukkati awtomatikament f'livelli differenti mis-sistemi ta' difiża fis-seħħ;

48.

Jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandha l-QĠUE bħala parti mill-bord ta' tmexxija tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE) u bħala membru tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-trasformazzjoni diġitali (ICDT), involut fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Ċibersigurtà tal-UE;

49.

Jilqa' t-tnedija ta' korsijiet ta' sensibilizzazzjoni rigward il-protezzjoni tad-data, inkorporati fil-programm ta' induzzjoni tal-impjegati l-ġodda u offruti lill-kapijiet ta' dipartimenti u membri, rigward prattiki tajbin meta tiġi ttrattata d-data personali, kif ukoll it-tqassim fi ħdan il-QĠUE ta' fuljetti u preżentazzjonijiet dwar prattiki tajbin u d-drittijiet tal-persuni kkonċernati;

50.

Josserva li fl-2020 infetħu żewġ investigazzjonijiet mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), waħda dwar l-użu tal-cookies fuq is-sit web tal-QĠUE (konkluża mill-EDPS abbażi tal-adegwatezza tal-miżuri li l-QĠUE sadanittant adottat) u waħda (li għadha pendenti) dwar l-użu ta' servizzi tal-web ta' partijiet terzi mill-QĠUE (bħal YouTube, Twitter, LinkedIn, Google Play u Apple) u l-obbligu li ssir disponibbli l-essenza ta' ftehim ta' kontrollur konġunt; jilqa' l-azzjonijiet ta' segwitu meħuda biex il-QĠUE tkun allinjata mar-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS;

51.

Jilqa' l-inizjattiva tal-QĠUE li żżid l-aċċessibbiltà tagħha għall-pubbliku billi toffri programm ta' żjarat remoti lill-QĠUE li jinkludu żjara gwidata fil-bini tagħha u laqgħa ma' wieħed mill-imħallfin jew avukati ġenerali; jitlob lill-QĠUE tinforma lill-Parlament dwar l-ispiża ta' dik l-inizjattiva, il-firxa prevista tal-parteċipanti, id-dispożizzjonijiet stabbiliti għall-protezzjoni tad-data personali tal-parteċipanti u d-dettalji tal-implimentazzjoni;

Bini u sigurtà

52.

Jinnota li ġie implimentat l-infiq sħiħ fl-ambitu tal-partita baġitarja "Lokazzjoni-xiri" (EUR 54 781 083), li jikkorrispondi għall-imposti pagabbli fl-ambitu tal-kuntratti konklużi mal-awtoritajiet tal-Lussemburgu għax-xiri, ir-rinnovazzjoni u l-kostruzzjoni tad-diversi binjiet tal-QĠUE, il-prepagament fl-ambitu tal-kuntratt ta' lokazzjoni-xiri għall-proġett tal-ħames estensjoni tal-bini tal-QĠUE, u pagament parzjali bil-quddiem fuq wieħed mis-selfiet miftiehma għall-finanzjament ta' dak il-proġett;

53.

Jinnota li għall-partita 2022 "Tindif u manutenzjoni" ġie stabbilit surplus baġitarju (EUR 190 000), b'mod partikolari minħabba l-użu ġeneralizzat tat-telexogħol bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, li għamilha possibbli li tiġi ffinanzjata parti mit-trasferiment ta' tlaqqit fi tmiem is-sena;

54.

Jilqa' l-kunsiderazzjoni mogħtija għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitati Konġunti għall-Opportunitajiet Indaqs tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar it-titjib għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabilità oħra, fost l-oħrajn, biex jinħolqu punti ta' kuntatt fl-universitajiet biex l-istudenti b'diżabilità jiġu infurmati dwar l-opportunitajiet ta' xogħol fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dwar l-allinjament tal-approċċ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'termini ta' kura u kopertura medika, u dwar appoġġ aktar sistematiku f'termini ta' loġistika;

Ambjent u sostenibbiltà

55.

Jilqa' l-ħafna azzjonijiet adottati biex jiġu implimentati programmi fl-ambitu tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni u tiġi definita l-istrateġija għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-QĠUE filwaqt li jiġu żviluppati sorsi nodfa ta' enerġija, pereżempju billi jiġu installati pannelli fotovoltajċi fuq il-binjiet kollha tal-QĠUE; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli tieħu miżuri biex tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha;

56.

Jilqa' l-fatt li l-QĠUE hija impenjata li trawwem użu raġonevoli u responsabbli tal-karta u li tnaqqas il-konsum tagħha, u l-fatt li l-konsum tal-karta naqas drastikament (tnaqqis ta' 63,7 % meta mqabbel mal-2015 u 56 % meta mqabbel mal-2019); jinnota, madankollu, li fl-2020 il-White Paper għadha tirrappreżenta baġit ta' EUR 640 000; jilqa' l-fatt li l-QĠUE ilha mill-2020 bil-prattika li tuża biss karta li toriġina minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli, li huwa kriterju ta' eċċellenza fil-ġestjoni tal-karti skont id-Dokument ta' Referenza Settorjali ppubblikat mill-Kummissjoni; jitlob lill-QĠUE tkompli bl-isforzi tagħha biex issir istituzzjoni mingħajr karti;

57.

Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-QĠUE fl-iskema tal-Parlament ta' kumpens għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra li l-għan tagħha huwa li tikkumpensa għall-emissjonijiet ikkalkulati tal-karbonju tal-istituzzjonijiet parteċipanti billi tixtri krediti tal-karbonju fis-suq volontarju sabiex tiffinanzja proġetti ambjentali esterni fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku; jinnota li fl-2020, l-iskema ppermettiet il-finanzjament ta' stufi li jaħdmu bl-injam b'ċertifikat "Gold Standard" u ta' proġetti għall-irkupru tal-gass mil-landfills, sabiex jiġu kkumpensati 23 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2;

58.

Jilqa' l-fatt li l-istrateġija ta' mobbiltà sostenibbli stabbilita mill-QĠUE tikkonsisti mhux biss f'azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni iżda wkoll f'attivitajiet konkreti bħall-parteċipazzjoni fil-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà u fil-faċilità tar-roti self-service vel'OH!, l-għoti ta' sussidju għat-trasport pubbliku transfruntier annwali, l-installazzjoni ta' stazzjonijiet tal-iċċarġjar fil-parkeġġi tal-karozzi tal-QĠUE, filwaqt li tqis il-kunsiderazzjonijiet rilevanti fil-ġestjoni tal-flotta tal-karozzi tal-membri u toffri għadd ta' punti għall-irbit tar-roti distribwiti sew flimkien ma' doċċi u kabinetti;

59.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu integrati l-kriterji ambjentali fl-istadji kollha tal-proċess tal-akkwist; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-QĠUE fil-helpdesk interistituzzjonali għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku biex jgħin lill-membri tal-persunal responsabbli jagħżlu u jixtru oġġetti, servizzi u xogħlijiet bl-inqas impatt ambjentali possibbli tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li spiss jinkludi klawżoli dwar il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs;

60.

Josserva li d-dikjarazzjoni ambjentali annwali tal-QĠUE tinkludi indikatur dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku biex tkun tista' ssir evalwazzjoni tal-limitu safejn il-klawżoli dwar il-protezzjoni tal-ambjent huma inkorporati fid-dokumenti tal-akkwist;

komunikazzjoni u multilingwiżmu

61.

Jilqa' l-interess tal-QĠUE fil-media soċjali u fi pjattaformi oħra biex jiġi żgurat tixrid akbar tal-informazzjoni; huwa konxju miż-żieda fl-għadd ta' viżwalizzazzjonijiet fuq il-kanal YouTube tal-QĠUE (żieda ta' 42 % meta mqabbla mal-2019) u mis-suċċess fl-użu ta' LinkedIn (is-segwaċi ttriplikaw minn 30 000 fl-2019 għal aktar minn 90 000 fl-2020);

62.

Jilqa' d-deċiżjoni li tippubblika r-reġistru tal-attivitajiet ta' pproċessar fuq is-sit web Curia, li daħal fis-seħħ f'Jannar 2021;

63.

Jistieden lill-QĠUE tesplora aktar l-użu tat-traduzzjoni newrali permezz ta' magni speċifiċi, kif ukoll alternattivi oħra, flimkien mal-Kummissjoni, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, fosthom il-possibbiltà li jiġu installati servers fil-bini tal-QĠUE li fuqhom jistgħu jitħaddmu għodod ta' traduzzjoni li jegħlbu xi restrizzjonijiet fuq l-aktar dokumenti kunfidenzjali;

64.

Jinnota li l-QĠUE rnexxielha tadatta l-proċeduri ta' komunikazzjoni interna tagħha minn Mejju 2020; jirrimarka li, bħala riżultat, aktar minn 150 vidjokonferenza jew awdjokonferenza interni jew interistituzzjonali ġew organizzati bħala medja kull ġimgħa;

kooperazzjoni interistituzzjonali

65.

Jilqa' l-appoġġ loġistiku pprovdut lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li l-uffiċċji tiegħu jinsabu quddiem il-QĠUE, sabiex tiġi ffaċilitata l-installazzjoni tiegħu fil-Lussemburgu;

66.

Jinnota l-kooperazzjoni bejn il-GIS (Grupp ta' Sigurtà Interistituzzjonali) u s-servizzi legali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu, minn naħa waħda, u l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Lussemburgiżi, min-naħa l-oħra, rigward il-verifiki tas-sigurtà fuq il-persunal tal-kuntratturi;

67.

Jinnota l-ftehimiet ta' finanzjament annwali konklużi mas-servizzi ta' traduzzjoni ta' istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-Unjoni li jipprevedu l-finanzjament ta' għodod tal-IT (eTranslation, Euramis, DocFinder, IATE u Quest 2); jinnota, barra minn hekk, il-konklużjoni jew it-tiġdid ta' għadd ta' ftehimiet dwar il-livell ta' servizz (HAN, DIGITEC, sistema ta' monitoraġġ tal-media, u, mal-Uffiċċju tal-Paymaster tal-Kummissjoni);

Pandemija tal-COVID-19

68.

Jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 influwenzat b'mod sinifikanti l-attivitajiet kollha tal-QĠUE, kemm ġuriżdizzjonali kif ukoll amministrattivi, u li l-QĠUE kellha tiffaċċja l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-individwi filwaqt li tiġi garantita l-kontinwità tas-servizz pubbliku tal-ġustizzja tal-Unjoni; jenfasizza li l-approċċ tal-QĠUE kien li tiġi protetta s-saħħa tal-membri, tal-persunal u tal-viżitaturi biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attività ġudizzjarja;

69.

Jifhem li ż-żewġ bidliet ewlenin introdotti fl-arranġamenti flessibbli tax-xogħol eżistenti kienu l-introduzzjoni ta' telexogħol ġeneralizzat u s-sospensjoni tar-reġim flessibbli tax-xogħol abbażi tar-reġistrazzjoni tal-ħin imqatta' fil-bini tal-QĠUE;

70.

Jilqa' l-istruttura u l-proċeduri tal-QĠUE stabbiliti għal sitwazzjonijiet ta' kriżi, ibbażati fuq l-unità tal-kriżijiet bħala entità li tieħu d-deċiżjonijiet, u fuq iċ-ċentru għall-ġestjoni tal-kriżijiet bħala korp ta' implimentazzjoni; jinnota li ġew stabbiliti żewġ task forces addizzjonali biex jeżaminaw il-miżuri stabbiliti ħalli jiżguraw il-protezzjoni tal-membri tal-persunal li l-kompiti tagħhom ma setgħux jitwettqu b'mod remot u t-tfassil ta' sistema unika ta' vidjokonferenzi siguri;

71.

Jilqa' r-rapport tal-awditur intern tal-QĠUE ta' Diċembru 2020, indirizzat lill-kumitat amministrattiv tal-QĠUE, li jippreżenta r-riżultati tar-rieżami tal-ġestjoni tal-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 u li huwa integrat fit-tfassil ta' pjan ġdid ta' emerġenza u ta' kontinwità tal-operat li huwa bbażat fuq it-tagħlimiet meħuda mill-kriżi;

72.

Jemmen li l-QĠUE adottat u approvat il-miżuri rilevanti kollha biex (i) tissalvagwardja l-persunal tagħha matul il-pandemija tal-COVID-19, (ii) tnaqqas ir-riskju ta' eżawriment (speċifikament sessjonijiet ta' webinar dwar suġġetti relatati mal-ġestjoni tax-xogħol u tal-ħajja privata, il-komunikazzjoni fi żminijiet ta' kriżi, il-ġestjoni u n-newroxjenza, u l-ġestjoni tal-istress), (iii) tqajjem kuxjenza dwar id-dritt għall-iskonnessjoni u r-riskju ta' meta wieħed jipprova jagħmel wisq, u (iv) timmonitorja s-sitwazzjoni (permezz ta' stħarriġiet dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, il-perċezzjoni tas-sitwazzjoni mill-persunal u l-livell ta' sodisfazzjon);

73.

Jinnota li l-kollaborazzjoni mal-maġistrati nazzjonali permezz ta' seminars, żjarat u avvenimenti uffiċjali oħra kienet affettwata b'mod sostanzjali mit-tifqigħa tal-pandemija, li rriżultat fi tfixkil u kanċellazzjonijiet minħabba restrizzjonijiet sanitarji; iħeġġeġ lill-QĠUE tkompli tesplora soluzzjonijiet tekniċi biex issaħħaħ dik il-kollaborazzjoni anke lil hinn mill-kuntest tal-pandemija;

74.

Iħeġġeġ lill-QĠUE tintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tagħha t-tagħlimiet misluta mill-pandemija tal-COVID-19, f'termini ta' kontinwità tal-operat u approċċi ta' ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma.

 


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/94


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1701 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0259/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2022),

 

1.

Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/95


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1702 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2022),

A.

billi l-missjoni tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") hija ċċentrata fuq it-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini u r-risposta effikaċi għall-isfidi attwali u futuri li għandha quddiemha l-Unjoni billi twettaq ħidma ta' awditjar indipendenti, professjonali u li tħalli impatt, billi tivvaluta l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjoni tal-Unjoni sabiex jittejbu l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja;

B.

billi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 287 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987, il-Qorti kellha l-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa tagħha awditjati minn awditur estern indipendenti kull sena u, mir-rapport dwar is-sena finanzjarja 1992, ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi l-obbligu ta' rendikont tal-ġestjoni fil-konfront tal-awtoritajiet baġitarji huwa pprovdut permezz tar-rapport annwali tal-attività tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti li l-għan tiegħu, f'konformità mal-Artikolu 74(9) tar-Regolament Finanzjarju, huwa li jipprovdi informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi, inklużi s-sistemi, u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern tal-Qorti;

D.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Huwa konxju li l-kontijiet annwali tal-Qorti huma awditjati minn awditur estern indipendenti bil-ħsieb li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont li l-Qorti tapplika fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tagħha; jinnota b'sodisfazzjon l-opinjoni tal-awditur estern indipendenti li r-rapporti finanzjarji jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti;

2.

Josserva li s-segwitu li tat il-Qorti lir-riżoluzzjonijiet dwar il-kwittanza tal-2019 ipprovda biss risposti ġenerali għall-kummenti tal-Parlament; itenni li segwitu xieraq u li jinftiehem huwa essenzjali biex il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ikun jista' jiddetermina jekk il-Qorti qisitx kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; jitlob lill-Qorti tissemplifika l-istruttura tar-rapport ta' segwitu li jmiss tagħha u tinkludi r-risposti kollha neċessarji, filwaqt li tagħti spjegazzjonijiet dettaljati u konkreti tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, billi tagħmel referenza espliċita għal kull paragrafu ta' din ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza;

3.

Josserva li l-Qorti hija rregolata mill-Artikoli 285, 286 u 287 tat-TFUE li jipprevedu li l-Qorti għandha tagħmel ir-Regoli tal-Proċedura tagħha li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, u li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-Membri tal-Qorti u b'mod partikolari s-salarji tagħhom, gratifikazzjonijiet u pensjonijiet; josserva li l-kompetenza tal-Qorti li tadotta regoli dwar il-metodi ta' ħidma hija parti mill-organizzazzjoni interna tagħha u li l-proċess deċiżjonali tal-Qorti huwa stabbilit fir-Regoli tal-Proċedura tagħha; jistieden lill-Qorti żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-emendi attwali u futuri tar-regoli interni tagħha; josserva li l-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti (1) jenfasizza l-valuri etiċi fundamentali tal-Qorti u tal-membri tagħha u tistabbilixxi diversi obbligi proċedurali;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li l-baġit tal-Qorti qed ikompli jikber u ammonta għal EUR 152 miljun fl-2020 (meta mqabbel ma' EUR 147 miljun fl-2019) li jirrappreżenta inqas minn 0,1 % tal-infiq totali tal-Unjoni u madwar 1,4 % tal-infiq totali tal-Unjoni fuq l-amministrazzjoni; jinnota li l-baġit tal-Qorti, fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa ta' natura amministrattiva, bil-parti l-kbira tiegħu użata għan-nefqa relatata mar-riżorsi umani, mal-bini u l-għamara, mat-tagħmir u mal-ispejjeż operatorji varji;

5.

Jinnota li r-rata ġenerali ta' eżekuzzjoni għall-2020 kienet 96 % (meta mqabbla ma' 98 % fl-2019) b'rata ta' eżekuzzjoni ta' 95,7 % għall-impenji u 90,1 % għall-pagamenti fuq l-approprjazzjonijiet; jinnota li l-pagamenti fl-2020 ammontaw għal EUR 137 132 964 meta mqabbla ma' EUR 137 799 512 fl-2019;

6.

Jinnota li wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ċerti linji baġitarji ma ntużawx biżżejjed, bħall-missjonijiet (bi 15,75 %), il-pubblikazzjonijiet (bi 42,75 %), l-ispejjeż ta' interpretazzjoni (bi 30,77 %), il-konsum tal-enerġija, il-laqgħat, l-ispejjeż ta' rappreżentanza u s-salarji; jinnota li l-iffrankar fis-salarji kien ukoll dovut għal inqas reklutaġġ u żieda fis-salarji inqas minn dik mistennija; jinnota, f'kuntrast mal-iffrankar, iż-żieda fl-ispejjeż relatati mal-IT (li jirrappreżentaw 30,77 %), mas-servizz mediku (li jirrappreżentaw 214,29 %) u mas-sigurtà (li jirrappreżentaw 288,10 %); jinnota wkoll li matul l-2020, il-Qorti għamlet 22 trasferiment baġitarju bejn il-linji baġitarji msemmija, li jammontaw għal total ta' EUR 4 051 000;

7.

Jirrikonoxxi li minkejja t-trasferimenti, xi approprjazzjonijiet ġew ikkanċellati fi tmiem is-sena, prinċipalment relatati mal-missjonijiet (EUR 2 160 144), mal-pubblikazzjonijiet (EUR 198 808), mal-ispejjeż ta' rappreżentanza (EUR 179 992), mal-ispejjeż ta' interpretazzjoni (EUR 162 104), mal-vetturi (EUR 151 084) u mal-laqgħat (EUR 106 005);

8.

Jifhem li r-riporti awtomatiċi ta' approprjazzjonijiet mill-2019 għall-2020, total ta' EUR 6 515 316, ikkontribwew biex tintlaħaq rata ta' utilizzazzjoni ta' 92,24 % (meta mqabbla ma' 88,48 % fl-2019);

9.

Josserva li, fl-2020, il-Qorti tat total ta' 18-il kuntratt b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, li jammontaw għal valur totali ta' EUR 2 704 105, li minnhom erba' kuntratti, li jammontaw għal valur totali ta' EUR 2 190 490, kienu ogħla mil-limitu rilevanti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

10.

Jinnota li l-2020 kienet l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Qorti għall-2018-2020 u jilqa' pożittivament il-progress miksub f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari li ġew allokati aktar riżorsi għall-awditi tal-prestazzjoni, iż-żieda fil-produttività fit-tipi kollha ta' awditi u l-intensifikazzjoni tal-interess tal-partijiet ikkonċernati fir-rapporti tal-Qorti u tal-użu ta' dawn id-dokumenti mill-mezzi tal-informazzjoni; jinnota l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' rieżami bejn il-pari dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-2018-2020; japprezza l-approċċ parteċipattiv adottat għat-tħejjija tal-istrateġija għall-perjodu 2021-2025, adottata f'Jannar 2021, li involviet lill-membri kollha, lill-maniġers kollha u lill-persunal l-ieħor kollu tal-Qorti permezz ta' workshops, webinars u stħarriġiet biex jinġabru u jiġu diskussi l-inputs;

11.

Jissottolinja li l-prijoritajiet riflessi fil-programm ta' ħidma tal-Qorti jenħtieġ li jqisu l-oqsma ta' azzjoni ssuġġeriti mill-awtorità ta' kwittanza; ifakkar fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tat-tabella tal-persunal tal-Qorti tal-Awdituri; ifakkar li kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill iqisu li huwa essenzjali li l-Qorti talloka biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ewlenin tagħha u jistiednu lill-Qorti tagħti, fl-eżerċizzji baġitarji futuri, stampa ġenerali tal-assenjazzjoni ta' persunal fis-sena preċedenti; itenni t-talba tal-Parlament għal rapport annwali speċifiku u indipendenti dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

12.

Jirrikonoxxi li l-Qorti tapplika ġabra ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tipprovdi lill-partijiet istituzzjonali kkonċernati b’informazzjoni dwar il-livelli ta' prestazzjoni, biex tinforma lill-maniġment dwar il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-għanijiet strateġiċi u tappoġġa t-teħid ta' deċiżjonijiet; josserva li, fl-2020, inħarġu total ta' 69 pubblikazzjoni (33 rapport annwali u speċjali, 11-il opinjoni, 6 rieżamijiet, 14-il previżjoni ta' awditu u 5 dokumenti oħra), meta mqabbla ma' 67 pubblikazzjoni fl-2019; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti ppubblikat, għall-ewwel darba, rapport annwali dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-baġit tal-Unjoni li jikkontribwixxi biex jagħti aktar prominenza lir-riżultati miksuba minn kampjun ta' programmi ta' nfiq tal-Unjoni u jevalwa sa liema punt ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu ġejjin mir-rapporti speċjali tal-Qorti jkunu ġew implimentati mill-entitajiet suġġetti għall-awditjar; jilqa' pożittivament l-inizjattiva tal-Qorti li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati ewlenin, fosthom il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, dwar l-istrateġija futura rigward ir-rapporti annwali ta' prestazzjoni;

13.

Josserva n-numru ta' opinjonijiet maħruġa (11), li minnhom, il-maġġoranza l-kbira hija relatata ma' emendi tar-regoli eżistenti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2014-2020 fil-kuntest tar-risposta tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19 jew ma' proposti leġiżlattivi għall-QFP tal-2021-2027 u l-pakkett ta' stimolu "NextGenerationEU"; japprezza l-fatt li l-Qorti adattat il-programm ta' ħidma tagħha tal-2020 biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu u li l-adozzjoni kienet tinkludi l-ħruġ ta' żewġ rieżamijiet f'waqthom dwar ir-risposta tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19;

14.

Jappoġġa l-prattika tal-Qorti li timmonitorja s-segwitu mogħti lir-rakkomandazzjonijiet tagħha; jinnota li, fl-2020, il-Qorti kejlet l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti tagħha tal-2016 u rreġistrat implimentazzjoni parzjali jew sħiħa ta' 97 % tad-29 rakkomandazzjoni magħmula fir-rapport annwali u 91 % tat-360 rakkomandazzjoni magħmula fir-rapporti speċjali (meta mqabbla ma' 96 % u 94 %, rispettivament, għar-rakkomandazzjonijiet tal-2015);

15.

Jilqa' pożittivament l-analiżi mwettqa dwar l-impatt u l-perċezzjoni tal-ħidma tal-Qorti mill-partijiet ikkonċernati rilevanti tagħha, inklużi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali, l-NGOs, id-dinja akkademika, il-mezzi tal-informazzjoni, abbażi tal-feedback riċevut bħala parti mill-istħarriġiet elettroniċi anonimizzati; jenfasizza l-feedback riċevut fl-2020 b'84 % tal-parteċipanti li jaħsbu li r-rapporti tal-Qorti huma utli għal xogħolhom u 75 % jindikaw li x-xogħol tal-Qorti kellu impatt (meta mqabbel ma' 88 % u 81 %, rispettivament, fl-2019);

16.

Jinnota li l-gratifika għall-istallazzjoni għall-membri tal-Qorti, irregolata mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 (3), tingħata bil-kundizzjoni li l-membru tal-Qorti jippreżenta provi li bidla fil-post tar-residenza kienet meħtieġa sabiex dak li jkun jidħol fis-servizz u li "jgħix jew fil-post fejn huwa impjegat jew f'distanza mhux aktar 'il bogħod milli huwa kompatibbli mal-qadi sew ta' dmirijietu" kif iddikjarat fl-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal; jirrimarka li, anki jekk is-sempliċi dikjarazzjoni ta' indirizz tkun ġiet aċċettata mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO), jenħtieġ li kuntratt ta' kiri jew xiri ta' proprjetà ma jitqiesx prova suffiċjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal, inkwantu tali proprjetà tista' tkun iddestinata għal użi differenti minn dak ta' residenza prinċipali; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmu ta' verifika tal-kundizzjonijiet ġuridiċi tal-gratifika għall-istallazzjoni jeħtieġ li jiġi rieżaminat sabiex dokumenti oħrajn ikunu jistgħu jintalbu bħala provi, fir-rispett, kemm jista' jkun possibbli, tad-dritt għall-privatezza;

17.

Josserva li l-membri tal-Qorti ppreżentaw kuntratt ta' kiri jew ta' xiri ta' proprjetà u ċertifikat ta' residenza maħruġ mill-awtoritajiet Lussemburgiżi; jinsisti, madankollu, li minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2016/300, il-gratifika għall-istallazzjoni jenħtieġ li titħallas biss mal-preżentazzjoni tal-provi li jistabbilixxu l-fatt li l-membri jkunu stabbiliti fil-post fejn ikunu impjegati, skont l-Artikolu 5(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal; huwa tal-fehma li jenħtieġ li jitqies il-ġbir tal-gratifika għall-istallazzjoni biex il-membri jkollhom l-obbligu li jittrasferixxu effettivament ir-residenza tagħhom fil-Lussemburgu fuq bażi effettiva u stabbli matul il-mandat tagħhom u jfakkar, f'dan ir-rigward, li l-Artikolu 5(4) tal-Anness jistabbilixxi li "Uffiċjal li huwa intitolat għal allowance tal-familja u ma jistabbilix ruħu mal-familja tiegħu fil-post fejn huwa impjegat, għandu jirċievi biss nofs l-allowance li kieku kien ikun intitolat għalih"; josserva li l-Qorti dan l-aħħar adottat kodiċi ta' kondotta modifikat li, fl-Artikolu 10(1), jistabbilixxi l-obbligu ta' residenza fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha u jitlob lill-Qorti tirrapporta dwar id-dħul fis-seħħ tal-kodiċi ta' kondotta modifikat;

18.

Jinnota li l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/300 jagħti d-dritt lid-detenturi ta' kariga pubblika ta' livell għoli, bħall-membri tal-Qorti, għal allowance ta' residenza ugwali għal 15 % tas-salarju bażiku tagħhom matul il-mandat tagħhom; jaf bil-fatt li r-Regolament imsemmi ma fih l-ebda kundizzjoni relatat mal-iżborż tal-allowance ta' residenza, iżda li huwa bbażat biss fuq il-fatt li d-destinatarju jkun detentur ta' kariga pubblika ta' livell għoli; jirrikonoxxi li tali approċċ isegwi l-formulazzjoni ta' dak ir-Regolament u jifhem li l-Kunsill biss huwa kompetenti biex jemenda r-Regolament (UE) 2016/300; jemmen, madankollu, li l-allowance ta' residenza jrid ikun konsistenti mal-gratifika għall-istallazzjoni u, għalhekk, dik il-loġika tiddetta l-istess korrelazzjoni mal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal filwaqt li tirrispetta l-iskop distint ta' kull allowance; jisħaq, f'dan ir-rigward, li l-allowance ta' residenza jrid jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-kodiċi ta' kondotta rivedut tal-Qorti dwar l-impenn u l-lealtà u tal-Artikolu 14 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE, li jipprevedi li l-Imħallfin għandhom jirrisjedu fil-post fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-sede tagħha;

19.

Jifhem li l-Qorti ma tiżvolġi l-ebda rwol fid-definizzjoni tar-regoli u tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-gratifika għall-istallazzjoni u tal-allowance ta' residenza u li r-responsabbiltà għall-verifika tas-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet ġuridiċi għall-gratifika għall-istallazzjoni u l-awtorizzazzjoni għall-ħlas tal-gratifika għall-istallazzjoni u tal-allowance ta' residenza tibqa' tal-PMO, abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz; josserva li, fuq it-talba tal-Qorti, il-PMO fl-2021 wettaq kontroll ex post tal-gratifika għall-istallazzjoni u rrapporta r-riżultati lill-Qorti; josserva li fl-2021 ma ġiet irrapportata l-ebda irregolarità; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ċerti membri tal-Qorti jonqsu milli jirrikonoxxu li l-allowance ta' residenza jimplika r-residenza effettiva fil-post tal-impjieg, speċjalment fil-każijiet meta l-gratifika għall-istallazzjoni tkun tħallset;

20.

Japprezza li skont l-Artikolu 10(1) tal-kodiċi ta' kondotta rivedut tagħha il-Qorti introduċiet l-obbligu ġuridiku espliċitu għall-membri tagħha li jirrisjedu fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha, li jirrifletti l-Artikolu 14 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u li l-membri għandha jippreżentaw lis-Segretarju Ġenerali (flimkien mal-PMO) il-prova ta' residenza fil-Lussemburgu malli jidħlu fis-servizz u kull tliet snin sussegwenti, bi qbil mal-interpretazzjoni espressa mill-Parlament, mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u mal-istandards etiċi mistennija mill-Qorti; iqis li r-reviżjoni tal-kodiċi ta' kondotta tista' tissostanzja r-rikonoxximent mill-Qorti tal-allowance ta' residenza bħala konsistenti mar-residenza effettiva fil-Lussemburgu, li tippermetti l-qadi xieraq tad-dmirijiet tal-membru;

21.

Jinnota d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 30-2019 dwar il-ġestjoni u l-użu tal-flotta tal-karozzi tagħha; huwa konxju li l-flotta tal-karozzi hija mikrija minn fornitur li juża kuntratt qafas interistituzzjonali u li, flimkien mal-ħlas tal-kiri, il-Qorti tħallas l-ispejjeż relatati mal-użu tal-karozzi (jiġifieri l-pedaġġi, il-parkeġġ, il-fjuwil, l-ispejjeż marbutin mal-elettriku, it-tindif u spejjeż oħra) b'rabta mal-vjaġġi koperti minn ordni tal-ivvjaġġar; jinnota li l-vjaġġi mingħajr ordnijiet tal-ivvjaġġar huma permessi wkoll meta jkunu relatati mal-qadi tad-dmirijiet tal-membri tal-Qorti;

22.

Josserva li l-Qorti tippermetti lill-membri tagħha jagħmlu użu privat mill-flotta tal-karozzi mingħajr xufiera għall-vjaġġi mhux koperti minn ordnijiet tal-missjoni bi skambju ma' kontribut ta' EUR 100 fix-xahar; jinsab imħasseb li s-sistema ta' kontributi ta' EUR 100, maħsuba biex tippermetti l-użu privat tal-flotta tal-karozzi, tista' tiffaċilita l-użi ħżiena tal-flotta tal-karozzi u tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Qorti; jinnota d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 10-2022 ta' dan l-aħħar dwar ir-rieżami tal-ġestjoni u l-użu tal-flotta tal-karozzi; huwa tal-fehma li l-kontribut ta' EUR 100 ma jirriflettix il-kost totali ta' tali użu u li s-sistema l-ġdida introdotta minn dik id-Deċiżjoni ma hija la raġonevoli u lanqas effiċjenti f'termini amministrattivi; jistieden lill-Qorti tissemplifika l-użi kollha tal-flotta tal-karozzi li huma raġonevolment meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-membri tagħha u tinkludi dawk l-użi fl-ordnijiet tal-ivvjaġġar; itenni l-opinjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti li l-użu tal-flotta tal-karozzi barra mill-prestazzjoni stretta tad-dmirijiet tal-membri tal-Qorti ma għandu jsir fl-ebda ċirkostanza;

23.

Jinnota li l-Qorti toffri lill-membri tagħha taħriġ lingwistiku fl-interess tal-Qorti jew permezz tal-qafas interistituzzjonali kondiviż ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni li jinsabu fil-Lussemburgu jew direttament minn fornituri professjonisti ta' taħriġ fil-lingwi; josserva li d-dikjarazzjoni tal-Qorti skont liema, għall-perjodu 2017-2021, il-membri segwew korsijiet tal-lingwa intensivi barra mill-qafas interistituzzjonali għall-Franċiż, għall-Ġermaniż u għall-Ingliż biss; jirrimarka li l-kundizzjonijiet jidhru li japplikaw biss għall-karatteristiċi tat-taħriġ fil-lingwi (jiġifieri ġimagħtejn fis-sena, mill-inqas erba' sigħat kuljum), u mhux għal-lingwa magħżula mill-membru rikjedenti; josserva d-deċiżjoni reċenti tal-Qorti li tipprevedi li l-membri jistgħu jsegwu korsijiet tal-lingwa li jkopru prinċipalment il-lingwi tax-xogħol tal-Qorti (l-Ingliż u l-Franċiż) iżda wkoll lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni fl-interess tas-servizz;

24.

Jinnota li kien biss fl-2018 li ġie stabbilit reġistru ta' attendenza biex jirreġistra l-preżenza jew l-assenza tal-membri fil-laqgħat formali kollha tal-Qorti u tal-awli u tal-kumitati tagħha; jinnota li għall-ewwel darba, ir-rapport annwali tal-attività tal-Qorti għall-2020 jinkludi informazzjoni dwar l-attendenza; huwa konxju li tali laqgħat jikkostitwixxu biss parti mill-attivitajiet tal-membri, li jinkludu wkoll missjonijiet ta' awditjar u l-promozzjoni tal-ħidma tal-Qorti fl-Istati Membri, u jaqbel li l-indipendenza meħtieġa mill-membri neċessarjament tinkludi ċertu grad ta' awtonomija fl-organizzazzjoni tal-ħidma tagħhom; ifakkar, madankollu, li l-membri għandhom obbligu li jiddedikaw ruħhom bis-sħiħ għall-qadi tal-mandat tagħhom kif minqux fl-Artikolu 10 tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti u, għalhekk, jistieden lill-Qorti tuża r-reġistru tal-attendenza bħala għodda biex tipprevjeni b'mod proattiv każijiet potenzjali ta' assenteiżmu; jipproponi li r-reġistru tal-attendenza jiġu estiż għall-ġranet ta' xogħol, għall-missjonijiet, għall-perjodi ta' leave u għall-assenzi ġustifikati biex jiġi rappreżentat immappjar preċiż tax-xogħol li jagħmlu l-membri; jitlob lill-Qorti tagħti lill-awtorità ta' kwittanza l-aġġornamenti annwali tar-reġistru tal-attendenza bil-għan li jkun jista' jitqies fil-proċedura ta' kwittanza;

25.

Jinnota li l-missjonijiet, essenzjali għall-iżvolġiment tar-rwol tal-Qorti (jiġifieri l-awditjar tal-korpi nazzjonali fuq il-post jew il-preżentazzjoni ta' rapport annwali lill-parlamenti nazzjonali), huma limitati mill-baġit annwali u jridu jgħaddu minn kontrolli ex ante u ex post komprensivi mwettqa fuq kampjuni ta' kull xahar; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 59-2017 iddelegat ir-rwol tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-missjonijiet u l-ispejjeż kollha tal-membri tal-Qorti lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 61-2017 iċċarat ir-regoli li jirregolaw il-missjonijiet, b'mod partikolari l-obbligu li jintwera l-mod kif il-missjoni jkollha x'taqsam mal-ħidma tal-Qorti, u jenfasizza li l-missjonijiet għandhom jiġu ddikjarati bħala tali b'mod ċar u inekwivokabbli; josserva li l-membri tal-Qorti jservu wkoll ta' punti ta' kuntatt għall-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u biex jagħtu informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-ebda limitazzjoni jew kundizzjoni ma tapplika għat-tul ta' żmien jew għall-post tal-missjonijiet li potenzjalment toħloq riskji ta' ġestjoni ineffiċjenti tal-ħin; jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-missjonijiet fil-pajjiżi terzi fir-rigward tat-tul ta' żmien, tal-valur miżjud u tal-kostijiet; jistieden lill-Qorti tistabbilixxi regoli xierqa biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin possibbli tal-ordnijiet ta' missjoni li jistgħu jqajmu dubji dwar l-integrità, l-indipendenza u l-oġġettività tal-membri tagħha; jindika b'mod partikolari għall-fatt li l-missjonijiet tal-membri jridu, b'mod ġenerali, jibdew u jintemmu fil-Lussemburgu skont l-obbligu tar-residenza espiċita, għajr f'każijiet okkażjonali u ġustifikati; jistenna li l-membri tal-Qorti jieħdu sehem attiv fil-missjonijiet ta' awditjar u li l-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom iridu jiġu speċifikati biex tkun evitata kwalunkwe forma ta' kondotta ħażina potenzjali;

26.

Jinnota li, skont id-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 60-2017, kull wieħed mill-membri tagħha għandu allokazzjoni baġitarja annwali biex juża għall-ispejjeż tar-rappreżentanza, suġġetta għal kontrolli ex ante u bir-rimborżi jsiru mal-preżentazzjoni tad-dokumenti ġustifikattivi; jinsab sorpriż bil-fatt li l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tipprevedi li parti minn din l-allokazzjoni tista' tintuża, anki b'mod limitat, biex tkopri stediniet min-naħa tal-membri lill-kollaboraturi stretti (jiġifieri l-uffiċċju privat tal-membru, tim ta' awdituri, il-persunal tal-awli jew il-persunal tal-istess ċittadinanza bħall-membri inkwistjoni) mingħajr parteċipanti esterni, bil-għan li jiġi promoss it-team-building jew jiġi ċċelebrat il-ksib ta' objettiv ta' xogħol importanti; ifakkar li fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni l-Qorti tiddefinixxi "rappreżentanza" bħala interazzjoni professjonali mill-membri tal-Qorti ma' persuni esterni u li l-użu attwali mhuwiex konformi ma' dik id-definizzjoni; jistieden lill-Qorti tissemplifika u tiċċara r-regoli li jirregolaw l-użu, il-kundizzjonijiet u l-limiti massimi tal-linji baġitarji għall-finijiet ta' rappreżentanza, team-building u ċelebrazzjoni interna sabiex jiġu rrispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' trasparenza; josserva li d-deċiżjoni reċenti tal-Qorti tipprevedi li l-avvenimenti mingħajr parteċipazzjoni esterna mhumiex se jibqgħu koperti mill-ispejjeż ta' rappreżentanza; jitlob lill-Qorti tforni lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament il-ħarsiet ġenerali annwali dwar l-użu tal-allokazzjoni baġitarja għar-rappreżentanza;

27.

Jinnota li, fl-2020, is-servizz tal-awditjar intern tal-Qorti rrieżamina l-politika tal-ġestjoni tar-riskju tal-Qorti, ħareġ rapporti jew iffinalizza x-xogħol ewlieni tal-awditjar għal għadd ta' kompiti, u ma identifika l-ebda nuqqas li jaffettwa l-affidabbiltà ġenerali tas-sistemi ta' kontroll intern stabbiliti biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-Qorti fl-2020; josserva r-rapport ta' aċċertament tal-awditur estern indipendenti tal-Qorti minn Diċembru 2021, li kkonkluda li r-riżorsi assenjati għall-korsijiet tal-lingwa, għall-missjonijiet u għar-rappreżentanza ntużaw għall-finijiet maħsuba tagħhom u li l-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji biex tiġi żgurata l-konformità regolatorja; jinkoraġġixxi lill-awditur intern u lill-awditur estern indipendenti tal-Qorti jinkludu fil-pjan tal-awditjar tagħhom suġġetti relatati mal-etika;

28.

Jifhem li matul il-biċċa l-kbira tal-2020, ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-miżuri sanitarji kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 limitaw il-possibbiltajiet tal-Qorti li twettaq xogħol ta' awditjar fuq il-post; jinnota li, fl-2020, l-awdituri tal-Qorti qattgħu total ta' 1 190 jum fuq il-post (meta mqabbla ma' 3 605 ijiem fl-2019) u 627 jum fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u d-ditti privati tal-awditjar (meta mqabbla ma' 2 504 ijiem fl-2019); josserva b'interess iż-żieda fl-użu tal-awditjar remot, bl-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni bħad-data sigura u l-kondiviżjoni tad-dokumenti; jittama li tali proċeduri ta' ħidma jiġu kkonsolidati mill-Qorti fil-proċedura ta' awditjar ordinarja tagħha;

Qafas etiku u trasparenza

29.

Jirrikonoxxi totalment il-valur tal-ġurnaliżmu serju u bbażat fuq il-fatti biex jipprovdi sistema ta' kontrokontrolli neċessarja għall-funzjonament finanzjarju u etiku korrett tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinsab imħasseb b'dak li ġie skopert mill-kopertura tal-mezzi tal-informazzjoni ta' għadd ta' kwistjonijiet ta' ġestjoni etika u finanzjarja fil-Qorti relatati mal-membri tagħha; jenfasizza li x-xogħol tal-awditjar tal-Qorti qatt ma ġie kkontestat u li l-Qorti hija suġġetta għal diversi livelli ta' kontroll min-naħa tal-awditur intern tagħha u tal-awditur estern indipendenti tagħha kif ukoll mill-awtorità ta' kwittanza; huwa mħasseb, madankollu, dwar id-dannu kkawżat lir-reputazzjoni u lill-integrità tal-Qorti, li għandha tkun mudell ta' implimentazzjoni korretta tal-baġit tal-Unjoni u tal-ogħla standards etiċi; jitlob lill-Qorti tinkariga kumitat etiku elett ġdid, mhux maħtur fuq proposta tal-president tal-Qorti, biex jeżamina l-oqsma rrapportati u jivvaluta l-adegwatezza etika tar-regoli fis-seħħ, fosthom is-sistema l-ġdida relatata mal-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju; huwa fiduċjuż li l-proċedura ta' kwittanza, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti, se tidentifika l-oqsma li fihom hemm lok għal titjib u twassal biex isiru r-riformi meħtieġa, b'mod partikolari tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti; ifakkar fir-rwol tal-Qorti bħala l-awditur estern indipendenti tal-Unjoni u l-gwardjan tal-finanzi tagħha u, għalhekk, jafferma mill-ġdid bis-sħiħ it-twemmin tiegħu li kwalunkwe mġiba mhux etika min-naħa tal-membri tal-Qorti għandha impatt enormi fuq ir-reputazzjoni kemm tal-Qorti kif ukoll tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan iqajjem il-kwistjoni ta' min qiegħed għassa tal-gwardjan tal-Unjoni;

30.

Jiddispjaċih immens li, wara rapporti dwar għadd ta' prattiki diskutibbli mil-lat etiku u finanzjarju, il-Qorti rrifjutat li tikkoopera b'mod sħiħ u tinvolvi ruħha b'mod ekwu mal-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fur-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni u dokumenti fundamentali, anki f'kundizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data; jemmen li l-aċċess għal dik l-informazzjoni u għal dawk id-dokumenti huwa essenzjali biex jiġu valutati l-allegazzjonijiet li saru fil-mezzi tal-informazzjoni u jippermettu lill-membri tal-Parlament jieħdu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza lill-Qorti;

31.

Ifakkar li l-Qorti ġiet stabbilita mit-Trattat Baġitarju tal-1975 biex tagħmel awditu tal-finanzi tal-Unjoni u, bħala awditur estern għall-Unjoni, tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn il-Qorti u l-Parlament, b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu, huma ċentrali għas-sistema ta' kontroll baġitarju tal-UE; jinsab konvint mill-bżonn li jiġi indirizzat it-tħassib tal-Parlament inkluż f'din ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza u f'dawk preċedenti u b'hekk tissewwa l-ħsara li saret għad-dannu tal-kredibbiltà tal-Qorti minħabba prattiki interni diskutibbli; itenni d-disponibbiltà biex il-Qorti tkun akkumpanjata f'dan il-proċess ta' riforma neċessarju;

32.

Jinsab imħasseb immens bl-allegazzjonijiet rigward is-sullokazzjoni min-naħa ta' membri tal-Qorti ta' appartament lill-membri tal-persunal tal-Qorti, anki fil-kuntest ta' ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-kiri rilevanti u l-ħolqien ta' struttura mhux etika fil-kuntest tal-allowance tar-residenza; jiddispjaċih li l-Qorti rrifjutat li tagħti lix-shadow rapporteurs kollha fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament informazzjoni dwar sid il-kera, l-ammont tal-kera li ħallsu l-membri tal-Qorti li krew l-appartament u l-ammont tal-kera li tħallas lil dawk il-membri mis-subkondutturi impjegati mill-Qorti;

33.

Jinnota bi tħassib li l-ispiża totali tal-irregolaritajiet imwettqa minn Karel Pinxten, ex Membru tal-Qorti, skont kif ġie speċifikat fir-rapport rilevanti mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), hija ta' EUR 570 824; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, wara l-analiżi legali tal-Qorti, il-Qorti setgħet titlob biss lil Karel Pinxten jirrimborża EUR 153 408 għar-raġuni li ma hemm l-ebda bażi ġuridika biex jiġi rkuprat is-salarju tiegħu għall-jiem ta' "assenzi mhux ġustifikati"; jenfasizza l-preġudizzju għar-reputazzjoni tal-Qorti u tal-Unjoni kollha kemm hi kkawżat minn dan it-tip ta' mġiba li, kif indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-30 ta' Settembru 2021 (4), kienet mgħejuna mill-ambigwità tar-regoli interni u permessa min-nuqqasijiet tal-kontrolli fis-seħħ; jinnota s-segwitu tal-Qorti għal dan il-każ matul l-investigazzjoni tal-OLAF, li jinkludi t-tneħħija tal-immunità u l-konklużjoni b'suċċess tal-proċedura skont l-Artikolu 286(6) tat-TFUE, kif ukoll il-miżuri meħuda b'riżultat ta' dan;

34.

Huwa konxju li l-Qorti u l-awditur intern tagħha, bħala konsegwenza tal-proċeduri li jinvolvu lil Karel Pinxten, wettqu rieżami tal-proċeduri ta' kontroll tagħha mill-2016 sal-2019 u li ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta' każijiet simili; jinnota li l-Qorti hija tal-fehma li ttrattat id-dgħufijiet misjuba fl-awditu; jirrikonoxxi li d-delega tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju esklużivament lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti u mhux aktar lil kull wieħed mill-membri tagħha kienet strumentali fit-twettiq tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba; josserva li l-Qorti tqis li s-sistema li issa hija stabbilita hi kompletament vijabbli u affidabbli;

35.

Jenfasizza s-sejbiet tar-rieżami bejn il-pari tal-2019 tal-qafas tal-etika tal-Qorti, li jindikaw li l-etika għandha tingħata post prominenti fid-dokumenti strateġiċi tal-Qorti, li jirrakkomandaw li jkun hemm konsistenza u ċarezza akbar fir-regoli kif ukoll taħriġ xieraq, li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għandhom jissaħħu, u li s-sistema ta' kontroll tal-etika tal-Qorti għandha tkompli tittejjeb; jinnota li r-rieżami bejn il-pari kkonkluda li l-istandards etiċi tal-Qorti huma ġeneralment konformi mal-kodiċi tal-etika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar iżda li hemm bżonn ta' aktar titjib; jenfasizza f'dak ir-rigward li hemm aspettattivi għoljin għall-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar bħall-Qorti u, għalhekk, jeħtieġ li jaġixxu bħala organizzazzjonijiet mudell u jispiraw fiduċja u kredibbiltà u li għal tali fini, it-tmexxija jeħtiġilha tkun ta' eżempju permezz tal-azzjonijiet tagħha; jinnota li l-Qorti bħalissa qed tirrevedi l-qafas tal-etika tagħha, inkluża valutazzjoni tar-riskji relatati mal-etika minn fornitur estern, li se tevalwa l-livell ta' maturità tal-qafas tal-etika tal-Qorti u tivvaluta r-riskji relatati mal-etika tal-Qorti; jirrimarka li l-konklużjonijiet ta' dak ir-rieżami se jservu biex jaġġornaw il-qafas tal-etika tal-Qorti fil-bidu tal-2022 u jitlob lill-Qorti żżomm lill-awtorità tal-kwittanza infurmata mingħajr dewmien żejjed;

36.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta l-ġdid għall-Membri u l-ex Membri tal-Qorti tal-Awdituri fl-14 ta' Diċembru 2020 (5) li huwa konsiderevolment aktar dettaljat u espliċitu mill-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Qorti tat-8 ta' Frar 2012; jinnota li l-Membri issa għandhom l-obbligu li jippreżentaw "Dikjarazzjoni ta' Interessi" annwali iżda jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' kapaċitajiet ta' eżami tal-Qorti, li huwa kruċjali sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u għalhekk jistieden lill-Qorti ssaħħaħ is-sistema attwali; jenfasizza l-obbligu għall-Membri tal-Qorti li josservaw l-ogħla standards ta' mġiba etika u l-valuri u l-prinċipji etiċi li għandhom jiġu osservati, bħall-integrità, l-indipendenza, l-oġġettività, l-imġiba professjonali, id-dinjità, l-impenn u l-lealtà;

37.

Jilqa' l-fatt li l-kodiċi ta' kondotta jelabora regoli proċedurali għall-obbligi tal-Membri tal-Qorti rigward l-attivitajiet u l-okkupazzjonijiet esterni wara li ma jibqgħux fil-kariga; jaqbel li l-Membri ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività esterna li ma tkunx kompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u, għalhekk, huwa allarmat li l-Artikolu 12 tal-kodiċi ta' kondotta jippermetti b'mod espliċitu li l-Membri jkollhom karigi onorarji u mingħajr ħlas f'organizzazzjonijiet fl-isfera politika; jisħaq li l-valuri tal-indipendenza u l-oġġettività huma speċifikament u serjament kompromessi mill-mument li Membru jżomm kwalunkwe relazzjoni konkreta ma' partit politiku matul il-mandat tiegħu, kif iddikjarat b'mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-30 ta' Settembru 2021; jitlob, għalhekk, lill-Qorti taġġorna u tiċċara l-kodiċi ta' kondotta tagħha biex tipprojbixxi b'mod espliċitu lill-Membri milli jkollhom karigi onorarji f'organizzazzjonijiet politiċi sabiex iżżomm l-indipendenza tagħha;

38.

Jisħaq li l-president tal-Qorti jeħtieġ li jkun ta' eżempju billi jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew perċepit li jista' jdgħajjef l-imparzjalità tal-Qorti u, għalhekk, jikkundanna l-missjonijiet tiegħu mwettqa bi skop politiku ċar li mhumiex konformi mal-istandards u l-prinċipji etiċi mistennija mill-Qorti; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-Artikolu 7(2) tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti li jiddikjara li "Il-Membri tal-Qorti għandhom ikunu konxji mill-importanza tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom; huma għandhom, billi jmexxu bl-eżempju, jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura pubblika ta' dmirijiethom u għandhom iġibu ruħhom b'mod li jżomm u jippromwovi l-fiduċja tal-pubbliku fil-Qorti";

39.

Jenfasizza li l-Artikolu 6(2) tal-linji gwida etiċi tal-Qorti jirrikonoxxi li relazzjonijiet mill-qrib jistgħu jagħmluha diffiċli li wieħed jaderixxi mal-prinċipju ta' trattament ugwali, filwaqt li l-Artikolu 3(5) tal-kodiċi ta' kondotta tagħha jipprojbixxi lill-konjuġi, lis-sħab u lill-familja diretta milli jkunu parti mill-kabinetti tal-Membru rilevanti; huwa tal-fehma li, lil hinn mill-perċezzjoni personali, il-fatt li l-president tal-Qorti jikkondividi appartament ma' żewġ uffiċjali full-time tal-kabinett tiegħu jindika relazzjoni mill-qrib komparabbli b'mod ċar mas-sitwazzjonijiet ipprojbiti li jistgħu jiġġeneraw l-impressjoni ta' kunflitt ta' interess potenzjali jew ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, anki jekk is-Segretarju Ġenerali tal-Qorti huwa l-awtorità tal-ħatra tagħha u l-klassifikazzjoni tal-persunal tal-kabinetti tal-Membri hija bbażata fuq is-snin ta' esperjenza; huwa tal-fehma li l-membri tal-Qorti ma għandhomx jitħallew jikkondividu r-residenza tagħhom ma' membri tal-kabinetti tagħhom skont is-sens tal-Artikolu 3(5) tal-kodiċi ta' kondotta tagħha; jinnota r-reviżjoni reċenti tal-kodiċi ta' kondotta tal-Qorti li tissubordina r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-Membri u l-membri tal-persunal tal-Qorti għan-notifika lill-kumitat tal-etika u li tipprevedi li l-Membri ma għandhomx jidħlu fi ftehimiet ta' kiri, sullokazzjoni jew self fit-tul mal-persunal tal-Qorti; jesprimi dispjaċir għall-ksur tad-dritt għall-privatezza tal-membri tal-persunal ikkonċernati kkawżat mill-pubblikazzjoni tal-ismijiet tagħhom fl-istampa;

40.

Jilqa' l-fatt li l-kodiċi ta' kondotta jipprevedi wkoll qafas organizzazzjonali għall-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri kumitat tal-etika li għandu jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni etika li jqis rilevanti għall-istandards stabbiliti fil-kodiċi ta' kondotta u għar-reputazzjoni tiegħu; jilqa' l-fatt li l-kumitat tal-etika huwa assistit mis-servizz legali tal-Qorti peress li dik il-miżura se tgħin biex jiġi evitat kwalunkwe riskju legali b'rabta mad-deċiżjonijiet tiegħu; jinnota li skont ir-regoli ta' proċedura attwali tal-Qorti, il-membri tal-kumitat tal-etika jinħatru mill-Qorti abbażi ta' proposta mill-president; jistieden b'urġenza lill-Qorti tikkunsidra mill-ġdid ir-regoli għall-ħatra u l-kompożizzjoni tal-kumitat tal-etika u jissuġġerixxi li l-kumitat tal-etika ma jibqax jinħatar fuq proposta mill-president tal-qorti;

41.

Jinnota li l-Qorti tippubblika l-missjonijiet tal-Membri tagħha fuq il-portal tat-trasparenza tas-sit web tagħha, iżda għas-sena attwali biss; jitlob lill-Qorti tippubblika u żżomm l-informazzjoni dwar il-missjonijiet tal-Membri kollha mwettqa matul il-perjodu kollu tal-mandat tagħhom; iħeġġeġ lill-Qorti tingħaqad mar-Reġistru ta' Trasparenza tal-Unjoni abbażi ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz; iħeġġeġ lill-Qorti tippubblika l-aġendi ta' impenji pubbliċi u professjonali tal-Membri tagħha;

42.

Jinnota li fl-2020, il-każ wieħed tal-OLAF li nfetaħ u l-ilment wieħed riċevut mill-Ombudsman Ewropew ġew miċħuda t-tnejn mill-awtoritajiet rispettivi; josserva li fl-2020 ma kien hemm l-ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta;

43.

Jistieden lill-Qorti tiċċara r-rwol tal-konsulenti tal-etika tagħha peress li ma hemm disponibbli l-ebda rapport dwar l-attività tagħhom; jemmen li, wara s-sejbiet tar-rieżami bejn il-pari tal-2019, ikun ta' benefiċċju li jinżamm rekord tan-numru u t-tip ta' kwistjonijiet indirizzati u l-pariri mogħtija; jinnota li l-konsulenti tal-etika issa huma meħtieġa jirrapportaw kull sena dwar l-attivitajiet tagħhom lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti, bi qbil mar-regoli ta' kunfidenzjalità;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

44.

Jinnota li, fi tmiem l-2020, il-Qorti impjegat b'kollox 925 membru tal-persunal, li jikkonsistu minn 669 uffiċjal, 158 aġent temporanju, 83 aġent kuntrattwali u 15-il espert nazzjonali sekondat (SNEs); josserva li r-rata medja ta' okkupazzjoni fl-2020 kienet ta' 97,2 %; japprezza l-livell tajjeb kontinwu ta' azzjonijiet ta' reklutaġġ fl-2020 bi 62 impjegat ġdid reklutat, li jikkonsistu minn 18-il uffiċjal, 21 aġent temporanju, 20 aġent kuntrattwali u 3 SNEs (meta mqabbla ma' 77 fl-2019);

45.

Itenni d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni installati fil-Lussemburgu biex jirreklutaw persunal skont il-ħtiġijiet tagħhom; jirrimarka l-indiċjar tas-salarji fil-Lussemburgu bħala wieħed mill-fatturi ewlenin; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet rilevanti jkollhom approċċ ikkoordinat u uniku lejn il-Kummissjoni;

46.

Jilqa' l-fatt li, b'mod ġenerali, il-Qorti impjegat proporzjonijiet ugwali ta' nisa u rġiel fil-forza tax-xogħol fl-2020, b'475 mara u 435 raġel minn 910 impjegati; jinnota li n-nisa kienu jikkostitwixxu 51,63 % tal-forza tax-xogħol ġenerali, inklużi Membri tal-Qorti u SNEs; josserva żieda fis-sehem tan-nisa fil-maniġment, 34,82 % fl-2020 meta mqabbel ma' 30,43 % fl-2019; josserva li madwar terz tal-maniġers prinċipali (17 minn 47) u tad-diretturi (3 minn 10) huma nisa;

47.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2020 il-Qorti kellha biss 8 Membri nisa meta mqabbla ma' 18-il Membru raġel, għalkemm japprezza li s-sehem tan-nisa żdied minn 25,93 % fl-2019 għal 30,77 % fl-2020; iqis li huwa inaċċettabbli, madankollu, li l-Qorti kellha biss 16-il Membru mara minn total ta' 112-il Membru minn mindu twaqqfet fl-1977 (85,7 % irġiel, 14,3 % nisa); ifakkar li l-Kunsill jaħtar il-Membri tal-Qorti wara li jikkonsulta mal-Parlament u jifhem li l-proċedura ta' nomina għall-Membri tal-Qorti hija qafas kumpless li jikkostitwixxi sfida għall-kisba tal-bilanċ bejn il-ġeneri minħabba li n-nomina nazzjonali taqa' taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istat Membru inkwistjoni u kandidat wieħed biss jista' jiġi nnominat kull darba; jinnota li skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jadotta l-lista tal-Membri tal-Qorti fuq proposti mill-Istati Membri u wara li jikkonsulta l-Parlament; jistieden lill-Qorti, madankollu, tanalizza l-kompożizzjoni ġenerali tal-Qorti sabiex tinforma lill-Kunsill u lill-Istati Membri involuti sabiex il-bilanċ bejn il-ġeneri b'mod partikolari jitqies fid-deċiżjonijiet ta' nomina;

48.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 286 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Qorti għandhom jintagħżlu minn persuni li huma jew kienu parti minn korpi ta' awditjar esterni fl-Istat Membru rispettiv tagħhom, jew li huma kkwalifikati speċjalment biex ikollhom il-kariga kkonċernata, u li m'hemm l-ebda dubju dwar il-kompetenza professjonali u l-indipendenza tagħhom; jiddispjaċih li l-Kunsill ripetutament jipproċedi bin-nomina tal-Membri tal-Qorti minkejja li tkun ingħatat opinjoni negattiva mill-Parlament; huwa tal-fehma li l-proċedura ta' nomina tal-Membri tal-Qorti fl-Artikolu 286(2) tat-TFUE għandha tiġi riformata u allinjata ma' dik tal-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliti fl-Artikolu 255 tat-TFUE, fejn kumitat jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati; jenfasizza li l-Parlament għandu jkollu rwol vinkolanti fil-valutazzjoni tal-idoneità tal-kandidati għall-Qorti; ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Frar 2014 dwar ir-Rwol tal-Qorti tal-Awdituri fil-Ġejjieni tagħmel analiżi dettaljata u tifformula rakkomandazzjonijiet prezzjużi għal reviżjoni neċessarja tal-proċedura tal-ħatra tal-membri tal-Qorti, li tinvolvi rieżami tat-Trattat;

49.

Jirrimarka li l-Qorti ssegwi bilanċ ġeografiku, li l-Istati Membri kollha huma rappreżentati fil-persunal u li 21 Stat Membru huma rappreżentati f'pożizzjonijiet maniġerjali; jissottolinja f'dan ir-rigward li l-Qorti ssieħbet fil-Grupp ta' Ħidma dwar id-Diversità u l-Inklużjoni stabbilit mill-EPSO, li ppreżenta azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied l-attraenza tal-Lussemburgu bħala post tax-xogħol, inkluż il-programm biex jintroduċi impjieg għall-konjuġi, l-indennizz għall-akkomodazzjoni, strateġija komuni unika ta' komunikazzjoni u kollaborazzjoni mal-universitajiet Ewropej;

50.

Jinnota b'sodisfazzjon il-firxa wiesgħa u varjata ta' attivitajiet imwettqa fl-2020 għal aktar opportunitajiet indaqs ("EO"), jiġifieri stħarriġ tal-persunal u ħames workshops parteċipattivi dwar il-politika u l-prestazzjoni tal-EO tal-Qorti, l-użu ta' analiżi statistika tad-data tal-EO biex jiġi eżaminat kif il-kundizzjonijiet tax-xogħol jaffettwaw segmenti differenti tal-persunal, attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ obbligatorju għall-maniġers dwar in-nondiskriminazzjoni u l-EO, taħriġ dwar preġudizzju inkonxju għall-membri tal-panel tal-għażla, reviżjoni tal-avviżi ta' postijiet vakanti u analiżi ex post tal-proċedura ta' promozzjoni annwali biex jiġi żgurat li ma kien hemm l-ebda preġudizzju minħabba liv tal-maternità jew tal-ġenituri; jilqa' l-impatt pożittiv tal-attivitajiet orjentati lejn l-EO fl-2020, pereżempju fir-rigward ta' promozzjonijiet b'50 % tan-nisa eliġibbli u 46 % tal-irġiel eliġibbli li jiġu promossi u 51 % tan-nisa promossi u 45 % tal-irġiel promossi li jieħdu liv tal-ġenituri; huwa konxju mill-politika u l-pjan ta' azzjoni tal-Qorti dwar id-diversità u l-inklużjoni għall-2021-2025;

51.

Josserva li l-Qorti toffri diversi arranġamenti tax-xogħol flessibbli biex jiġi ffaċilitat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluż, b'mod partikolari, il-liv tal-ġenituri għall-ġenituri bi tfal sa 12-il sena, diversi tipi ta' liv speċjali u arranġamenti għall-ħin tat-treddigħ; jinnota, bl-istess mod, l-għadd limitat ta' sigħat ewlenin li matulhom il-membri kollha tal-persunal għandhom ikunu aċċessibbli u l-possibbiltà li s-sigħat mhux ewlenin jinfirxu matul il-jum tax-xogħol, skont id-diskrezzjoni tal-membru tal-persunal, biex jakkomoda l-ħtiġijiet tan-negozju u dawk privati; jirrikonoxxi li l-arranġamenti flessibbli disponibbli fl-2020 ġew ikkomunikati u aġġornati ta' spiss lill-membri kollha tal-persunal; jinnota n-nuqqas kontinwu ta' bilanċ għal xi arranġamenti tax-xogħol peress li 83 % tal-membri tal-persunal li jitolbu l-part-time kienu nisa; jemmen li hemm bżonn ta' komunikazzjoni aktar intensa dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta' dawk l-arranġamenti u dwar il-fatt li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol disponibbli mhux se jfixkel bl-ebda mod il-progress fil-karriera tal-impjegati kkonċernati;

52.

Jinnota li t-telexogħol kien ir-reġim ta' xogħol awtomatiku fl-2020; jilqa' l-fatt li, fuq dik il-bażi, ġiet ipprovduta l-possibbiltà ta' telexogħol minn barra l-post tal-impjieg, fil-limitu ta' żmien ta' ħamest ijiem fix-xahar, li barra minn hekk, ingħataw awtorizzazzjonijiet eċċezzjonali għal telexogħol full-time barra mill-post tal-impjieg abbażi ta' ċirkostanzi speċifiċi tal-familja u tas-saħħa, u li l-membri tal-persunal bħalissa għadhom jiġu permessi massimu ta' 30 jum ta' telexogħol fis-sena minn barra l-post tal-impjieg (b'massimu ta' 10 ijiem konsekuttivi); jilqa' l-adozzjoni fl-2020 ta' miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-persunal ilaħħaq mas-sitwazzjoni partikolari kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, jiġifieri sa sagħtejn kuljum għall-arranġamenti tal-indukrar tat-tfal (użati minn 284 awditur li minnhom 160 huma rġiel) u liv tal-maternità estiż għall-ommijiet li kienu se jerġgħu jibdew xogħol matul il-perjodu sħiħ ta' lockdown;

53.

Jinnota li fl-2020 ġew irrappurtati tliet każijiet ta' eżawriment minħabba x-xogħol; jappoġġja l-miżuri adottati biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal konsulenza psikoloġika għall-membri tal-persunal li jeħtieġu dan; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti tat attenzjoni għall-kampanji ta' komunikazzjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni, inkluż taħriġ obbligatorju, workshops dwar mindfulness, it-tnaqqis tal-istress u l-bini tar-reżiljenza; jirrakkomanda lill-Qorti, madankollu, tmur lil hinn mill-attivitajiet ta' awtosensibilizzazzjoni u timplimenta, permezz ta' azzjonijiet speċifiċi, id-dritt għall-iskonnessjoni tal-membri tal-persunal; japprezza l-istabbiliment ta' tim tal-benesseri u t-tnedija ta' stħarriġ biex jiġi mmonitorjat is-sodisfazzjon tal-membri tal-persunal tal-Qorti;

54.

Jinnota li ġew irrapportati żewġ każijiet ta' allegat fastidju psikoloġiku, iżda li l-investigazzjonijiet amministrattivi ma stabbilewx li seħħ fastidju psikoloġiku; jinnota, għalhekk, li fl-2020 il-Qorti ma rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali; japprezza li l-Qorti saħħet in-numru ta' persuni ta' kuntatt fin-network taħt il-politika għaż-żamma ta' ambjent tax-xogħol sodisfaċenti; jappoġġja t-taħriġ obbligatorju għall-maniġers dwar il-protezzjoni tal-persunal kontra l-fastidju u l-imġiba mhux xierqa, il-workshop dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti b'enfasi fuq il-komunikazzjoni ċibernetika u l-fatt li s-sessjonijiet introduttorji għall-parteċipanti l-ġodda jinkludu moduli dwar il-politiki interni dwar l-EO u l-ġlieda kontra l-fastidju;

55.

Jiddispjaċih li l-Qorti ddeċidiet li tinjora l-allegati akkużi ta' fastidju sesswali minn uffiċjali ta' livell għoli, abbażi tal-fatt li kienu ġew ippubblikati fuq il-paġna tal-intranet tal-Qorti u mhux irrapportati mill-kanali uffiċjali; jistieden lill-Qorti tkompli taħdem biex ittejjeb l-istrument ta' rapportar tal-ilmenti ta' fastidju u l-qafas etiku intern;

56.

Jinnota li l-Qorti laqgħet 44 trainee fl-2020 (meta mqabbla ma' 55 fl-2019, fejn ir-raġuni għat-tnaqqis kienet il-kanċellazzjoni tas-sessjoni ta' Mejju minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19); josserva li tħallsu 42 minn 44 traineeship u jistieden lill-Qorti tiżgura li t-trainees kollha tagħha jirċievu remunerazzjoni deċenti fil-futur;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data

57.

Jinnota li l-baġit totali tal-IT fl-2020 kien ta' EUR 10 093 000, li huwa żieda ta' 25 % meta mqabbel mal-2019, fejn il-baġit tal-IT kien ta' EUR 8 085 000; jirrimarka li l-aktar proġett sinifikanti, li jammonta għal kważi 50 % taż-żieda u ffinanzjat minn trasferimenti speċjali, kien is-sostituzzjoni tal-infrastruttura sħiħa għall-ħżin tal-IT; josserva li l-Qorti investiet EUR 358 000 f'tagħmir tal-IT għall-utenti finali (laptops, skrins, iPads, mowbajls u ċwievet kriptati tal-USB) li jirrappreżenta żieda ta' 185 % meta mqabbel mal-2019; josserva li EUR 6 390 000 intefqu fuq is-servizzi tal-IT, prinċipalment fuq il-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet, l-operazzjonijiet tal-IT u s-servizzi pprovduti minn istituzzjonijiet oħra; jinnota li fl-2020 twettqu diversi proġetti ġodda tal-IT b'investiment ta' EUR 1 603 000 (żieda ta' 23 % meta mqabbla mal-2019);

58.

Josserva b'interess li wara t-tifqigħa tal-COVID-19, iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-awditjar kellu jsir b'mod diġitali, inklużi l-ġbir tal-evidenza, il-proċeduri kontenzjużi u l-intervisti li twettqu permezz ta' vidjokonferenza b'interpretazzjoni, fejn meħtieġ, u li b'riżultat ta' dan, l-eżitu tal-proċess ma ġiex affettwat; jilqa' l-ħidma li saret fl-2020 mit-tim interdixxiplinari tal-laboratorju tal-innovazzjoni tal-ECALab biex jiġu esplorati teknoloġiji bħall-estrazzjoni tad-data, l-intelliġenza artifiċjali u l-ipproċessar tad-data miftuħa bl-objettiv li tkompli tiġi żviluppata d-diġitalizzazzjoni tal-proċess tal-awditjar; huwa konxju li matul l-2020, il-Qorti kompliet timplimenta l-proġett "l-awditu tal-QEA isir diġitali", proġett trażversali bl-għan li jiġu applikati tekniki ta' awditjar diġitali għall-awditjar finanzjarju tal-aġenziji tal-Unjoni;

59.

Jinnota li l-proċedura ta' votazzjoni (inkluż il-vot sigriet), il-proċessi ta' reklutaġġ u l-akkwist ta' oġġetti u servizzi twettqu b'mod diġitali; jifhem li l-adozzjoni ta' politika dwar il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni, li għandha tiġi segwita minn linji gwida ta' implimentazzjoni u deċiżjoni speċifika relatata mal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea, u l-istabbiliment ta' għodda diġitali biex jiġu ttrattati dokumenti sensittivi kkontribwew biex tiġi ffaċilitata l-bidla lejn diġitalizzazzjoni sħiħa; jinnota li l-Qorti użat sistema ġdida għall-monitoraġġ tas-sigurtà u t-tfittix ta' theddid, ċertifikati diġitali maħruġa minn awtorità ta' ċertifikazzjoni pubblika għall-kriptaġġ tal-posta elettronika biex tiffaċilita l-iskambju ta' fajls sensittivi ma' entitajiet esterni u software għall-protezzjoni mit-theddid għal apparati mobbli korporattivi;

60.

Jinnota li, b'mod ġenerali, iċ-ċibersigurtà stabbilita (li tkopri l-perjodu 2018-2021) ġiet ittestjata u qed taħdem b'mod effettiv b'aktar minn 70 000 theddida fuq l-internet imblukkati mill-filtru tal-internet fl-2020; josserva li l-Qorti wettqet ukoll diversi inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni biex trawwem prattiki tajbin meta ssir ħidma remota; jilqa' l-fatt li ma seħħ l-ebda inċident serju ta' sigurtà matul l-2020; huwa konxju li l-Qorti qed tfassal pjan ġdid għaċ-ċibersigurtà (li jkopri l-perjodu mill-2022 sal-2024), li jipprevedi t-tranżizzjoni gradwali lejn Arkitettura b'Fiduċja Żero;

61.

Josserva li l-linji gwida u l-aġġornamenti dwar is-suġġetti tal-protezzjoni tad-data ġew ipprovduti lill-persunal permezz ta' bullettin ta' kull xahrejn; japprezza l-fatt li l-Qorti tqieset bħala "konformi bis-sħiħ" wara l-ispezzjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tar-reġistru tal-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data tal-Qorti;

Bini u sigurtà

62.

Jinnota li fl-2020, il-Qorti adottat bidliet permanenti fl-ispazji tax-xogħol sabiex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika, tintegra xejriet tal-ispazju moderni, iżżid is-sigurtà fiżika u tqis il-mod ibridu l-ġdid tax-xogħol (telexogħol u xogħol in situ);

63.

Jistieden lill-Qorti, fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta' rinnovazzjoni, tikkonsulta r-rappreżentanti tal-persunal f'kull pass tal-proċess, inkluż il-monitoraġġ tas-sodisfazzjon u tal-benesseri tal-persunal fil-futur, u, b'mod partikolari, tqis il-ħtieġa ta' titjib għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabilità oħra u tidentifika soluzzjonijiet bil-quddiem biex tiffaċilita l-aċċess tagħhom;

Ambjent u sostenibbiltà

64.

Jinnota li l-Qorti tipparteċipa fl-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS), li għandha l-għan li tiżgura l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet dwar l-akkwist ekoloġiku meta jinxtraw prodotti u servizzi f'kull stadju tal-proċedura; jilqa' l-fatt li l-Qorti tipparteċipa fl-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-Parlament, li jfisser li l-kriterji ekoloġiċi huma parti mill-għażla u l-ekotikketti u t-tikketti tal-kummerċ ġust huma meħtieġa, fejn xieraq, minbarra li tingħata attenzjoni lid-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem meta jiġu vvalutati l-offerenti u l-kuntratturi;

65.

Jinnota li fl-2020, l-output totali tal-gassijiet serra tal-Qorti kien 14 % inqas minn dak fl-2014 – meta bdew jitkejlu l-emissjonijiet tas-CO2; huwa konxju li wara r-riżultati ta' awditu estern, iċ-ċertifikazzjoni EMAS tal-Qorti ġiet imġedda għall-perjodu 2020-2022; iħeġġeġ ukoll lill-Qorti tinstalla pannelli solari fuq il-binjiet kollha sabiex iżżid l-effiċjenza fl-emissjonijiet tal-karbonju tal-Qorti;

66.

Jirrikonoxxi li l-Qorti qed tfassal l-ewwel rapport tagħha dwar is-sostenibbiltà bbażat fuq l-istandards tal-Inizjattiva Globali ta' Rapportar u f'konformità mal-linji gwida tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju;

67.

Jifhem li l-limitazzjonijiet tax-xogħol ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 irriżultaw fi tnaqqis konsiderevoli fil-konsum tal-elettriku u tal-ilma, bi 30 % u 93 %, rispettivament, u li l-għadd medju ta' paġni stampati għal kull persunal fil-bini tal-Qorti kien qrib iż-żero; iħeġġeġ lill-Qorti tibni fuq l-esperjenzi miksuba matul il-pandemija biex ittejjeb il-kampanja tagħha favur it-tnaqqis tal-konsum tal-karti;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

68.

Jinnota li fl-2020 il-Qorti rreġistrat madwar 32 000 artiklu online u post fuq il-media soċjali relatati mal-pubblikazzjonijiet tagħha jew mal-Qorti b'mod ġenerali (meta mqabbla ma' 51 000 fl-2019), ħarġet 68 stqarrija għall-istampa u organizzat 22 laqgħa ta' informazzjoni għall-istampa (meta mqabbla ma' 61 u 25, rispettivament, fl-2019); jifhem li t-tnaqqis identifikat fil-kopertura tal-media għall-pubblikazzjonijiet tal-Qorti, minbarra r-rapporti tal-awditjar, jista' jiġi parzjalment attribwit għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni mnaqqsa fuq il-kanali tal-media soċjali minn nofs Marzu 2020 'il quddiem;

69.

Jinnota b'sodisfazzjon l-inizjattivi biex jintlaħqu l-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini permezz tal-istampa u tal-media, bħal-laqgħat ta' informazzjoni virtwali għall-istampa biex tiġi estiża l-preżenza tal-Qorti fix-xenarju nazzjonali tal-istampa u tal-media; jenfasizza bħala prattika tajba l-konferenza dwar l-Etika u l-Integrità fl-Amministrazzjoni Pubblika li saret f'Settembru 2020 bħala diskussjoni ta' segwitu għar-Rapport Speċjali tal-Qorti nru 13/2019 dwar "L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib";

Kooperazzjoni interistituzzjonali

70.

Jinnota l-kooperazzjoni interistituzzjonali intensa miksuba mill-Qorti fl-2020 minkejja s-sitwazzjoni diffiċli, inkluż b'kollox 156 preżentazzjoni tar-riżultati tal-ħidma tagħha: 52 lill-kumitati tal-Parlament, 57 lill-korpi preparatorji tal-Kunsill u 47 lill-parlamenti nazzjonali (meta mqabbla ma' 264 fl-2019);

71.

Jinnota l-Awditjar tan-Network tal-UE, maħsub biex ikun tip ġdid ta' kooperazzjoni tal-awditjar dwar kwistjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19, li għandu l-għan li jikkondividi l-għarfien u l-esperjenza u jżid il-viżibbiltà u l-impatt tal-ħidma tal-awditjar rilevanti tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar;

72.

Jinnota l-progress fin-negozjati għall-ftehim tripartitiku mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-"BEI") u l-Kummissjoni biex jiġi rieżaminat il-ftehim tal-2016 li jirregola l-aċċess tal-Qorti għal dokumenti u informazzjoni miżmuma mill-BEI sabiex twettaq il-verifiki tagħha tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni u ġestiti mill-BEI;

73.

Jilqa' n-negozjati preparatorji mwettqa fl-2020 biex jiġi ffirmat arranġament ta' ħidma mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-"UPPE") sabiex jiġi pprovdut qafas strutturat għall-kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-UPPE, bil-għan li l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni tkompli tissaħħaħ; huwa konxju li l-arranġament ta' ħidma msemmi ġie ffirmat f'Settembru 2021;

74.

Jinnota li fl-2020 il-Qorti rrapportat sitt każijiet ta' frodi suspettata lill-OLAF li ġew identifikati matul il-ħidma tal-awditjar tal-Qorti (meta mqabbla ma' 10 każijiet fl-2019), li kollha rriżultaw fil-ftuħ ta' investigazzjoni; josserva b'sodisfazzjon li l-perċentwal tal-investigazzjonijiet miftuħa wara t-trażmissjoni mill-Qorti ta' informazzjoni rilevanti żdied fl-aħħar snin b'riżultat tad-djalogu u l-koordinazzjoni aktar intensi bejn il-Qorti u l-OLAF;

Pandemija tal-COVID-19

75.

Jemmen li l-Qorti adottat u approvat għadd ta' miżuri meħtieġa biex tissalvagwardja l-persunal matul il-pandemija tal-COVID-19 u japprezza l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni permezz ta' stħarriġ dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, il-perċezzjoni tas-sitwazzjoni mill-persunal u l-livelli ta' sodisfazzjon;

76.

Jinnota li l-attivazzjoni tal-pjan ta' kontinwità tal-operat ppermettiet it-twettiq tal-azzjonijiet rapidi meħtieġa, permezz ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet Lussemburgiżi u mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni bbażati fil-Lussemburgu u inkluża r-reviżjoni rapida tar-regoli ta' proċedura tal-Qorti fejn meħtieġ; japprezza l-koordinazzjoni effettiva li seħħet ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni matul l-emerġenza pandemika, b'mod partikolari l-parteċipazzjoni fin-network informali tal-maniġers tal-kontinwità tal-operat tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u fil-grupp interistituzzjonali tal-COVID-19 li jibqa' attiv;

77.

Jisħaq li l-Qorti emendat malajr ir-regoli ta' proċedura tagħha sabiex il-Qorti u l-kmamar u l-kumitati tagħha jkunu jistgħu jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom b'mod remot f'laqgħat virtwali jew "ibridi" f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkostitwixxu force majeure u biex tiġi żgurata l-kontinwità tat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Qorti f'ċirkostanzi bħal dawn;

78.

Huwa konxju li, mis-16 ta' Marzu 2020, ġie stabbilit reġim ġeneralizzat ta' ħidma mid-djar u li dak ir-reġim ġie adattat b'mod kostanti, u dan juri flessibbiltà effettiva fil-maniġment; iħeġġeġ lill-Qorti tintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tagħha t-tagħlimiet misluta mill-pandemija tal-COVID-19 f'termini ta' kontinwità tal-operat u ġestjoni tal-kriżijiet, kapaċità ta' rispons tal-IT u reżiljenza tal-organizzazzjoni, dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tagħha, effettività tal-komunikazzjoni u flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma.

 


(1)  Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri u l-Membri preċedenti tal-Qorti (ĠU L 46, 25.2.2022, p. 145).

(2)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 tad-29 ta' Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta' persuni f'karigi pubbliċi għolja tal-UE (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 1).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-30 ta' Settembru 2021, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten, C-130/19, ECLI:EU:C:2021:782.

(5)  ĠU L 30, 28.1.2021, p. 10.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/108


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1703 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0263/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2022),

 

1.

Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/109


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1704 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0079/2022),

A.

billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-"Kumitat") jirrappreżenta u jinvolvi ruħu mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u jsegwi l-missjoni tiegħu ta' tfassil aħjar tal-liġijiet u jsaħħaħ id-demokrazija tal-Unjoni minn isfel għal fuq;

B.

billi l-missjoni tal-Kumitat issegwi tliet objettivi ewlenin, jiġifieri (i) l-iżgurar ta' rabtiet adegwati bejn il-politiki tal-Unjoni u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi fil-prattika, (ii) il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' Unjoni aktar parteċipattiva u (iii) il-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-integrazzjoni Ewropea;

C.

billi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kienu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni, fid-diskussjoni tan-nuqqasijiet u fil-proposta ta' miżuri speċifiċi u, għalhekk, jistgħu jikkontribwixxu ħafna għas-suċċess tal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-aġġustament tal-pjanijiet ta' rkupru tal-Unjoni;

D.

billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f'ċerti każijiet, il-Kumitat jista' jadotta wkoll opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess filwaqt li jgawdi minn qasam wiesa' għal riferiment kif definit mill-Att Uniku Ewropew, mit-Trattat ta' Maastricht u mit-Trattat ta' Amsterdam, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;

E.

billi, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u b'ħarsa lejn is-sitwazzjoni fl-Unjoni, il-Kumitat iddeċieda li l-ħidma kollha tiegħu tqis l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali;

F.

billi l-Kumitat ħa vantaġġ mill-Grupp ta' Kuntatt tiegħu, network ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġenerali, biex jiddiskuti l-isfidi li kienu qed jiffaċċjaw biex jittrattaw il-pandemija tal-COVID-19, biex jiġbor fil-qosor it-talbiet tagħhom relatati ma' din u biex jappella għal rwol ewlieni fit-tfassil tal-pjan ta' rkupru tal-Unjoni biex ikun jista' jiggwida lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-indirizzar tal-impatt ekonomiku tal-kriżi;

G.

billi jfisser li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 għamlitha neċessarja għall-Kumitat li jirrevedi u jadatta l-funzjonament intern u l-metodi ta' ħidma tiegħu sabiex ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu;

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati b'relazzjoni mar-riżorsi umani (HR) u l-akkwist għall-Kumitat;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għall-infiq amministrattiv tal-istituzzjonijiet, inkluża dik tal-Kumitat, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali; jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika relatata mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

3.

Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq l-infiq fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li tali nfiq huwa ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li l-baġit tal-Kumitat għall-2020 kien jammonta għal EUR 142,5 miljun (żieda ta' 4,22 % meta mqabbel mal-baġit tal-2019), li minnhom EUR 130,9 miljun intnefqu jew ġew riportati għall-2021 bħala impenji;

5.

Jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni fl-2020 kienet ta' 91,8 % (meta mqabbla ma' 98,1 % fl-2019); huwa konxju li, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ġew affettwati diversi linji baġitarji (l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizzi tal-membri, l-interpretazzjoni, il-missjonijiet tal-persunal u l-organizzazzjoni ta' avvenimenti u seduti), kemm f'termini ta' użu mnaqqas tal-approprjazzjonijiet kif ukoll f'termini ta' nfiq addizzjonali meħtieġ;

6.

Jinnota li biex jindirizza l-ammonti li kien jifdal fil-linji baġitarji affettwati mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat beda trasferimenti aktar kmieni fl-2020, li rriżultaw f'ammont ta' trasferiment totali eċċezzjonalment għoli ta' madwar EUR 12,5-il miljun; josserva, madankollu, li l-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 kienet kemxejn aktar baxxa milli fl-2019: 79,2 % (EUR 6,9 miljun) fl-2020 meta mqabbel ma' 82,1 % (EUR 7,1 miljun) fl-2019;

7.

Jinnota d-deċiżjoni tat-28 ta' April 2020 tal-Bureau tal-Kumitat dwar "Żieda ta' darba fl-indennizz ta' kofinanzjament tal-IT għall-membri" li intitolat lill-membri kwalifikanti (jiġifieri dawk li attendew mill-inqas 50 % tal-laqgħat li kienu ġew mistiedna għalihom) jirċievu EUR 2 500 għal kull wieħed miż-żewġ pagamenti parzjali annwali fl-2020 (minflok EUR 1 500 għal kull wieħed miż-żewġ pagamenti parzjali fi kwalunkwe sena oħra); jistieden lill-Kumitat jagħti informazzjoni dwar din iż-żieda ta' darba fit-taqsima ddedikata għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizzi tal-membri fuq is-sit web tiegħu; jinnota li l-objettiv ta' dik id-deċiżjoni kien li l-membri jkunu jistgħu jaffordjaw mezzi elettroniċi effiċjenti u stabbli biex jikkomunikaw u jattendu l-laqgħat; jirrimarka li l-membri ġew offruti wkoll PC portabbli; jinnota li l-infiq attwali tal-indennizz ta' kofinanzjament tal-IT għall-membri fl-2020 kien ta' EUR 1 443 500, li minnhom EUR 578 000 jirrappreżentaw dik iż-żieda; jiġbed l-attenzjoni, fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja soda, għall-fatt li l-indennizz għall-kofinanzjament tal-IT huwa indennizz b'rata fissa mhux ibbażat fuq l-ispejjeż reali li jfisser li l-membri mhumiex mitluba jipprovdu dokumenti ġustifikattivi sabiex jiksbu dak l-indennizz;

8.

Itenni d-dispjaċir tiegħu rigward id-deċiżjoni tad-9 ta' Ġunju 2020 tal-Bureau tal-Kumitat li tippermetti lill-membri jitolbu l-indennizz tas-sussistenza ta' kuljum tas-soltu talli pparteċipaw f'laqgħat tal-Kumitat b'mod remot; jinnota li l-objettiv ta' dik id-deċiżjoni kien li jikkumpensa lill-membri għaż-żmien li qattgħu fit-twettiq ta' dmirijiethom u għall-ispejjeż amministrattivi relatati, iżda jinnota li, f'għajnejn iċ-ċittadini, tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Kumitat; jinnota li l-proposta tal-Kumitat għal indennizz speċifiku ta' kuljum għall-attendenza b'mod remot tal-laqgħat (EUR 145 meta mqabbla mal-indennizz standard ta' EUR 290) ma setgħetx titqiegħed fil-prattika sakemm il-Kunsill jadotta dik il-proposta u d-dħul fis-seħħ sussegwenti tagħha fl-1 ta' Lulju 2021; jifhem li l-ebda waħda minn dawk id-deċiżjonijiet ma kopriet rimborżi minbarra l-indennizz tas-sussistenza ta' kuljum, u b'hekk jiġu esklużi r-rimborż tal-ispejjeż u l-indennizzi tal-ivvjaġġar; jinnota li l-ispiża totali tal-indennizz tas-sussistenza ta' kuljum fl-2020 kien ta' EUR 4 440 099 li minnhom EUR 2 270 700 kienu għall-parteċipazzjoni b'mod remot u EUR 2 169 399 għall-parteċipazzjoni fiżika; jirrikonoxxi li l-awtoritajiet baġitarji ġew innotifikati b'kull deċiżjoni rilevanti tal-Bureau; itenni t-talba tiegħu lill-Kumitat biex jeżamina prattiki ġodda ta' remunerazzjoni biex jiżgura remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għall-membri li ma tkunx ibbażata biss fuq rimborżi jew allowances; jitlob lill-Kunsill jallinja s-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat fir-rigward tar-remunerazzjoni ma' dik tal-Kumitat tar-Reġjuni;

9.

Jinnota li l-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Kumitat tapplika limiti massimi għall-vjaġġi bejn Brussell u l-bliet Ewropej ewlenin; jistaqsi lill-Kumitat b'liema mod iħeġġeġ lill-membri tiegħu u lill-aġenzija tal-ivvjaġġar tiegħu jadottaw prattiki ta' prenotazzjoni intelliġenti għall-ivvjaġġar;

10.

Jinnota li fl-2020, bħala l-istituzzjoni ewlenija, il-Kumitat organizza tmien sejħiet għal offerti miftuħa għall-kompetizzjoni b'valur ta' aktar minn EUR 15 000; josserva li l-offerta għas-servizzi ta' gwardja tas-sigurtà kemm għall-Kumitat kif ukoll għall-Kumitat tar-Reġjuni (il-"KtR") kienet tammonta għal madwar EUR 24 miljun, u b'hekk saret l-offerta bl-ogħla valur għall-Kumitat fl-2020;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

11.

Jirrimarka li tnieda l-proġett ta' analiżi tan-negozju integrat (IBIP) biex tiġi identifikata l-kawża ewlenija tad-differenzi fil-baġit billi jitwettqu analiżijiet komparattivi tal-baġit u l-ispejjeż reali relatati ma' attivitajiet bħal laqgħat, avvenimenti, konferenzi, eċċ.; jinnota li l-ewwel parti tal-IBIP għandha l-għan li tkopri u tidentifika l-proċessi sottostanti, li twitti t-triq għat-tieni parti tal-proġett li se tiffoka fuq it-titjib u r-riinġenerija tal-proċessi; jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar l-ispejjeż u l-iffrankar assoċjati mal-IBIP;

12.

Jinnota li l-Kumitat ħareġ 131 opinjoni, dokumenti ta' pożizzjoni u rapporti ta' informazzjoni fl-2020 (meta mqabbla ma' 127 fl-2019); iqis li, minħabba d-diffikultajiet fl-adozzjoni ta' opinjonijiet permezz ta' referenzi fl-iskadenzi interistituzzjonali stretti fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat adotta, qabel l-approvazzjoni tal-proċedura emendata tiegħu, 13-il dokument ta' pożizzjoni b'reazzjoni għal referenzi biex jiżgura kontribuzzjoni effettiva u f'waqtha għar-reazzjoni tal-Unjoni; jitlob lill-Kumitat għal rapport dwar ir-rispett tiegħu tal-iskadenzi interistituzzjonali u d-dewmien possibbli matul dawn l-aħħar ħames snin;

13.

Jinnota li ċ-ċart organizzazzjonali l-ġdida daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2020, u introduċiet bidliet importanti bħall-ħolqien ta' direttorat għall-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet interistituzzjonali u t-trasferiment tas-servizz legali taħt is-segretarju ġenerali tal-Kumitat; jinsab imħasseb li r-riorganizzazzjoni ma tipprovdix is-servizz legali bl-indipendenza li teħtieġ biex taħdem b'mod effiċjenti; jitlob lill-Kumitat jikkunsidra mill-ġdid ir-riorganizzazzjoni tiegħu;

14.

Jinnota l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 078/21 tal-Kumitat li tistabbilixxi proċedura għall-konsultazzjoni tas-servizz legali tiegħu; jinsab imħasseb dwar il-formulazzjoni dgħajfa u impreċiża li tiddikjara li s-servizz legali "huwa infurmat u/jew ikkonsultat qabel ma jiġu adottati miżuri relatati ma' irregolaritajiet serji" peress li sempliċi informazzjoni mhijiex biżżejjed; itenni għal darb'oħra s-sejħa soda tiegħu għal proċeduri interni li jipprevedu l-konsultazzjoni f'waqtha u obbligatorja mas-servizz legali dwar tali irregolaritajiet u l-miżuri relatati tagħhom bl-għan li jiġi mmitigat ir-riskju legali ta' deċiżjonijiet relatati; ifakkar lill-Kumitat li s-servizz legali jeħtieġlu jkun kapaċi jivvaluta b'mod indipendenti d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-maniġment tal-Kumitat u jeħtieġlu jingħata biżżejjed riżorsi u l-prerogattivi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'suċċess fl-interess tal-Kumitat;

15.

Jinnota l-isforzi tal-Kumitat fit-tixrid tal-opinjonijiet tiegħu flimkien ma' rapporti u attivitajiet oħra li jikkontribwixxu wkoll għall-kisba tal-missjoni tiegħu; jirrikonoxxi li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni regolarment tqis l-opinjonijiet tal-Kumitat, iżda l-Parlament jibqa' mħasseb dwar l-impatt tal-ħidma tal-Kumitat; għalhekk jistieden lill-Kumitat jiżgura li kull opinjoni tiġi kondiviża mal-membri tal-kumitati rilevanti tal-Parlament u jitlob b'mod uffiċjali u sistematiku slot għad-diskors fil-preżentazzjoni tal-abbozzi tar-rapporti tal-Parlament, f'konformità mal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jinvolvi lir-rapporteurs tal-Parlament matul it-tħejjija tal-opinjonijiet, sabiex isaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni politika mal-Parlament; jirrakkomanda li l-Kumitat iwettaq analiżi tal-impatt aktar kwantitattiva u kwalitattiva tal-opinjonijiet tiegħu; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kumitat isaħħaħ il-persunal li jaħdem fl-oqsma tal-ħidma leġiżlattiva u tar-relazzjonijiet interistituzzjonali;

16.

Jinnota li fl-2020, il-Kumitat organizza erba' sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-valutazzjoni tar-riskju għall-membri tal-persunal, inkluż il-maniġment intermedju, b'parteċipazzjoni ta' madwar 15 % tal-membri tal-persunal kif ukoll sessjonijiet ta' taħriġ għal kull direttorat biex jgħinuhom jivvalutaw l-impatt tax-xenarji ta' riskju fuq l-objettivi annwali tagħhom; jinnota li fi tmiem l-2020, ġie stabbilit reġistru li jorbot l-objettivi, ir-riskji u l-miżuri ta' kontroll għal kull direttorat;

17.

Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' persunal fis-settur tal-awditjar intern tal-Kumitat (IAS) għandu impatt negattiv fuq l-assigurazzjoni li jista' jipprovdi l-awditur intern; ifakkar li skont ir-rapport annwali tal-Qorti tal-2019, il-Kumitat ma wettaqx valutazzjoni tar-riskju komprensiva mill-2014 u jinsab imħasseb li l-unika valutazzjoni tar-riskju globali hija bbażata kważi esklussivament fuq informazzjoni miksuba mill-IAS; iħeġġeġ lill-kumitat tal-awditjar intern jirrimedja dik is-sitwazzjoni; jinnota li l-abbozzar ta' karta u ta' manwal tal-awditjar li jkomplu jiddefinixxu l-metodi u l-proċeduri ta' ħidma għadu għaddej; jitlob għal darb'oħra lill-Kumitat jirrapporta dwar is-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-awditjar intern dwar l-etika, diġà mitlub fl-2019;

18.

Jinnota li fi tmiem l-2020, il-Kumitat nieda l-eżerċizzju annwali tiegħu biex jivvaluta l-konformità mal-istandards ta' kontroll intern u li ġie rivedut il-kwestjonarju tal-2020; ifakkar li żewġ azzjonijiet ta' segwitu ġew posposti mill-eżerċizzju tal-2019 għall-eżerċizzju tal-2020, jiġifieri (i) valutazzjoni formali ta' funzjonijiet sensittivi, li ġiet adottata f'Diċembru 2021, u (ii) l-implimentazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni interna pluriennali; jesprimi dispjaċir, minħabba l-importanza kruċjali ta' dik l-azzjoni, għall-fatt li r-riflessjonijiet dwar l-istrateġija ta' komunikazzjoni għadhom għaddejjin, u li l-azzjoni ġiet posposta għall-2021; jinnota li, mill-eżerċizzju tal-2020, ir-reġistrazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tal-proċeduri mid-direttorati kollha kienu ppjanati għall-2021;

19.

Japprezza li minbarra l-kontrolli preventivi b'diversi livelli, huwa previst bħala parti mill-proċess ta' rimborż li t-talbiet kollha jiġu vverifikati minn aġent ta' tnedija finanzjarju u sussegwentement jiġu skrutinati mill-ġdid minn aġent ta' verifika funzjonalment indipendenti u li l-pagamenti kollha mbagħad jiġu awtorizzati minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fdat kif xieraq fil-livell maniġerjali.

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

20.

Jinnota li fl-aħħar tal-2020, l-għadd totali ta' persunal impjegat mill-Kumitat kien ta' 702, l-istess numru bħal fl-aħħar tal-2019, u li r-rata ta' okkupazzjoni tal-postijiet tax-xogħol fil-pjan ta' stabbiliment tiegħu kienet ta' 95,6 %, li hija kemxejn aktar baxxa milli fis-snin preċedenti; jinsab imħasseb dwar l-ammont ta' xogħol dejjem jikber tal-Kumitat, li jista' jaffettwa l-benesseri tal-persunal;

21.

Jesprimi dispjaċir għan-numru ta' pożizzjonijiet vakanti fit-tul fil-livell ta' maniġment intermedju u superjuri (ħames pożizzjonijiet tax-xogħol vakanti għal seba' xhur jew aktar), ta' maniġers f'pożizzjonijiet "ad interim" (żewġ maniġers f'pożizzjonijiet "ad interim" għal perjodu itwal minn seba' xhur) u ta' maniġers f'pożizzjonijiet doppji "fl-interess tas-servizz" (sitt maniġers f'pożizzjonijiet doppji għal perjodu itwal minn seba' xhur); jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2020, żewġ proċeduri ta' selezzjoni ġew ikkanċellati u ppubblikati mill-ġdid, filwaqt li proċedura waħda ta' selezzjoni ngħalqet mingħajr ħatra u hija s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman); josserva bi tħassib li 23 pożizzjoni huma okkupati wara li skadiet l-iskadenza tal-mobbiltà; jinsab imħasseb li dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu għal perċezzjoni negattiva tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Kumitat u b'hekk iżidu d-diffikultajiet fir-reklutaġġ; jitlob lis-segretarju ġenerali, bħala l-ogħla awtorità amministrattiva fil-Kumitat, iwettaq valutazzjoni sħiħa tas-sitwazzjoni u jirrapporta lill-awtoritajiet baġitarji;

22.

Jinnota li, fl-2020, il-Kumitat identifika n-nuqqas ta' kapaċità li jinstabu membri adegwati tal-persunal bħala riskju trażversali intern; iħeġġeġ lill-Kumitat jesplora modi kif jista' jżid l-attraenza tal-Kumitat bħala impjegatur u l-interess ta' applikanti potenzjali, u jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, jiġifieri biex jinħolqu listi ta' riżerva ta' kandidati kwalifikati; huwa konxju tal-pubblikazzjoni ta' deskrizzjonijiet dettaljati tal-impjiegi f'Sysper għall-postijiet kollha fis-segretarjat tal-Kumitat sabiex tiżdied it-trasparenza u tiġi appoġġjata allokazzjoni aktar simplifikata tar-responsabbiltajiet; jappella bil-qawwa lis-segretarju ġenerali tal-Kumitat biex itejjeb it-trasparenza fil-ħatra tal-bordijiet ta' selezzjoni, speċjalment fil-proċeduri ta' reklutaġġ għal pożizzjonijiet maniġerjali, u biex iwaqqaf il-ħolqien tal-hekk imsejħa pożizzjonijiet "ekwivalenti" li jagħmlu l-obbligu ta' rendikont aktar opak u joħolqu suspetti dwar il-konformità mal-prinċipju ta' trattament ugwali; jitlob li jittieħdu azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-aspettattivi tal-karriera tal-persunal, bħar-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat dwar il-mobbiltà, l-investiment fit-taħriġ għall-persunal u l-għoti ta' pariri dwar il-karrieri;

23.

Jinnota li f'dawn l-aħħar snin il-perċentwal ta' persunal li jagħmel użu minn arranġamenti ta' ħidma flessibbli varja bejn madwar 29 % u 34 %, bi tnaqqis sinifikanti fl-2020 li jista' jiġi spjegat b'taħlita tal-miżuri relatati mal-pandemija tal-COVID-19, b'mod partikolari l-konfinament obbligatorju, u l-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol adottata mill-Kumitat; jinnota bi tħassib li l-proporzjon ta' rġiel li jużaw mudelli ta' xogħol flessibbli fl-2020 kien wieħed minn kull ħamsa, li bejn wieħed u ieħor baqa' l-istess bħall-proporzjon fl-2019; jistieden lill-Kumitat jadotta prattiki tajbin ivvalidati f'dan il-qasam, bħal sessjonijiet ta' informazzjoni għall-parteċipanti l-ġodda, pariri individwali pprovduti minn uffiċjali tal-opportunità ugwali jew spazju dedikat fuq l-Intranet, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol disponibbli ma jikkastiga bl-ebda mod il-progressjoni tal-karriera tal-impjegati inkwistjoni; jilqa' l-fatt li l-persuni fi sħubijiet reġistrati jistgħu jibbenefikaw minn liv tal-ġenituri u minn possibilitajiet ta' ħin tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri bi tfal żgħar;

24.

Japprezza li t-telexogħol ġie estiż u introdott għall-membri kollha tal-persunal, minbarra għall-membri tal-persunal li jwettqu kompiti kritiċi li kienu jeħtieġu preżenza fil-bini; jinnota li l-persunal irċieva bullettin regolari b'suġġerimenti u ideat, flimkien ma' azzjonijiet speċifiċi orjentati lejn l-awtokura, biex jgħinhom ilaħħqu mal-perjodu ta' telexogħol fit-tul;

25.

Jinnota li, fi tmiem l-2020, kien hemm 702 membri tal-persunal, magħmula minn 458 mara u 244 raġel; josserva li l-perċentwal ta' nisa li jokkupaw pożizzjonijiet ta' maniġment intermedju naqas minn 48 % fl-2019 għal 47 % fl-2020, inklużi l-kapijiet ta' unità temporanji; josserva bi tħassib tnaqqis akbar fil-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri minn 57 % fl-2019 għal 40 % fl-2020, inklużi l-viċi diretturi; jirrimarka li din it-tendenza tmur kontra l-għadd dejjem jiżdied ta' nisa fil-livell AD jew ekwivalenti f'pożizzjonijiet mhux maniġerjali (63,3 % fl-2020, meta mqabbel ma' 62,2 % fl-2019 u 60,6 % fl-2018); ma jaqbilx mal-inklużjoni ta' pożizzjonijiet temporanji jew ta' viċi fiċ-ċifri minħabba n-natura temporanja tagħhom u minħabba li f'istituzzjoni relattivament żgħira, ħatra waħda tista' tfixkel il-proporzjon ġenerali;

26.

Iħeġġeġ lill-Kumitat jesplora inċentivi u miżuri speċifiċi implimentati b'suċċess f'entitajiet oħra biex jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għal pożizzjonijiet ta' maniġment, bħar-rikonoxximent formali tar-responsabbiltajiet tal-maniġment taħt il-livell ta' kap ta' unità, l-appoġġ ta' mentoraġġ u l-korsijiet ta' taħriġ ta' qabel il-ġestjoni; ifakkar fil-bosta miżuri li jsaħħu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma politika u amministrattiva u li ġew diskussi u identifikati mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament; jemmen li l-Kumitat għandu jistabbilixxi miri aktar ambizzjużi dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri biex l-ambjent tax-xogħol isir aktar ġust u aktar varjat u attraenti; jissuġġerixxi l-ħatra ta' uffiċjal tal-opportunitajiet indaqs fid-dipartiment tal-HR biex jiffaċilita l-azzjonijiet fil-prattika f'dan ir-rigward;

27.

Jinnota li l-Kumitat jimpjega persunal mill-Istati Membri kollha; josserva li, fir-rigward tad-distribuzzjoni ġeografika tal-maniġers, f'Diċembru 2020 kienu biss 15 % tal-maniġers li ġew mill-Istati Membri tal-UE-13 (meta mqabbla ma' 19 % fl-2019); jistieden lill-Kumitat jagħmel progress sinifikanti u jieħu passi biex jilħaq bilanċ ġeografiku fi ħdan il-persunal tiegħu sabiex tinkiseb rappreżentanza xierqa taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, inkluż fil-livell maniġerjali, li tirrifletti d-diversità tagħhom, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal;

28.

Jinnota li, biex tiġi ssalvagwardjata d-data personali, ma tinġabar l-ebda data dwar il-persunal b'diżabilità iżda jirrimarka li valutazzjoni reali tas-sitwazzjoni u l-elaborazzjoni ta' politiki adegwati f'dak il-qasam huma mxekkla b'riżultat ta' dan; jinnota li l-Kumitat japplika l-prinċipju ta' akkomodazzjoni raġonevoli biex jipprovdi għamara ergonomika jew tagħmir tal-IT ħalli joħloq ambjent tax-xogħol xieraq; jilqa' l-fatt li l-istrateġija ta' bini konġunt tal-Kumitat u tal-KtR tqis bis-sħiħ id-diżabilità;

29.

Jinnota l-evalwazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-opportunitajiet indaqs u d-diversità 2017-2020 u jistenna li jipprovdi kontribut siewi għal aktar miżuri xierqa u konkreti; jistieden lill-Kumitat iqis ukoll it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb tal-pjan ta' azzjoni l-ġdid;

30.

Jilqa' l-fatt li, fl-2020, il-Kumitat finalment adotta approċċ individwalizzat biex jevita każijiet ta' eżawriment li, flimkien ma' miżuri ġenerali, inkluda kuntatt proattiv mal-membri tal-persunal f'riskju, skedi ta' xogħol flessibbli (mingħajr reġistrazzjoni tal-ħin), bullettin b'suġġerimenti u ideat, u azzjonijiet ta' komunikazzjoni speċifiċi; jinsab diżappuntat li l-Kumitat ma kienx kapaċi jikkwantifika kemm kien hemm każijiet li jinvolvu sintomi ta' eżawriment relatati max-xogħol fost il-membri tal-persunal tiegħu; jistieden lill-Kumitat imur lil hinn mill-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u jadotta prattiki tajbin ivvalidati dwar, inter alia, il-ġestjoni tal-volum tax-xogħol, il-komunikazzjoni u t-taħriġ għas-soluzzjoni tal-kunflitti għall-maniġers jew politika ta' ritorn għax-xogħol li tqis l-ispeċifiċitajiet relatati ma' dak l-eżawriment partikolari;

31.

Jinnota li l-Kumitat laqa' 48 trainee fuq tul ta' żmien twil, li lkoll ingħataw għotja ta' kull xahar (inklużi 14-il traineeship sospiżi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li mbagħad reġgħu bdew fil-ħarifa tal-2020, u jingħaddu darbtejn); josserva li t-trainees kollha ġew ipprovduti b'għodod adegwati tal-IT u bbenefikaw mill-arranġamenti ta' ħidma fis-seħħ għall-membri tal-persunal tal-Kumitat iżda jesprimi dispjaċir għall-fatt li, tlieta minn ħames trainees fuq tul ta' żmien qasir ma kienu intitolati għall-ebda kontribuzzjoni finanzjarja għajr il-polza tal-assigurazzjoni; itenni l-istedina lill-Kumitat biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jirċievu remunerazzjoni deċenti;

32.

Ifakkar fl-investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) fl-2018 u fl-2019 fir-rigward tal-każ ta' fastidju li involva l-eks President tal-Grupp I, miftuħa wara snin li fihom in-nuqqasijiet tal-proċedimenti interni u n-nuqqas ta' azzjoni mhux ġustifikabbli mill-ġerarkija amministrattiva evitaw riżoluzzjoni aħjar tal-każ; jiddispjaċih ħafna li s-segretarju ġenerali tal-Kumitat għadu jirrifjuta li jammetti n-nuqqasijiet u r-responsabbiltajiet interni li wasslu għal ksur tad-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tal-Kumitat; jirrikonoxxi li d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tad-9 ta' Ġunju 2020 talbet lill-imsemmi membru jirtira l-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-Kumitat u neħħiet lil dak il-membru mill-attivitajiet kollha ta' ġestjoni tal-persunal; jisħaq li l-OLAF ħareġ rakkomandazzjonijiet dixxiplinari u ġudizzjarji u li, wara dan tal-aħħar, il-prosekutur Belġjan fetaħ kawża kriminali; huwa konxju li dak il-membru appella d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja iżda tilef il-kawża; jenfasizza l-fatt li l-imsemmi membru għadu ma rrikonoxxix l-irregolaritajiet tiegħu jew iddispjaċih għal li għamel, li juri nuqqas totali ta' awtoriflessjoni u rispett għall-vittmi kkonċernati;

33.

Jinsab imħasseb ħafna li l-eks president tal-Grupp I inħatar mill-Kunsill bħala membru għal mandat ġdid; jirrikonoxxi li l-Artikolu 302 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-Kunsill is-setgħa esklużiva li jaħtar membri tal-Kumitat wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u abbażi tal-lista ta' kandidati proposti mill-Istati Membri; jirrikonoxxi, għalhekk, li l-Kumitat ma għandux rwol formali fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill biex jaħtar il-membri tal-Kumitat; jiddispjaċih, madankollu, li l-Kumitat ma jistax jiġi kkonsultat fil-ħatra tal-membri tiegħu stess; jenfasizza li huwa fl-interess tal-funzjonament xieraq tal-Kumitat li l-Kunsill u l-Kummissjoni jiġu infurmati kif xieraq dwar il-kandidati matul il-proċedura tal-ħatra; jappella għal reviżjoni tal-proċedura ta' ħatra li tippermetti lill-Kumitat jieħu approċċ aktar attiv fir-rigward tal-ħatra tal-membri tiegħu; jilqa' r-rieda tal-Kumitat li jkun aktar involut fil-proċedura tal-ħatra u li jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar dan;

34.

Jinnota d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tad-9 ta' Ġunju 2020 fir-rigward tal-fatt li l-Kumitat jidher fil-proċedura quddiem il-Qorti Kriminali ta' Brussell bħala parti ċivili; jinnota li l-immunità tal-membru inkwistjoni tneħħiet fil-mandat preċedenti fuq talba tal-Awditur tax-Xogħol ta' Brussell u jħeġġeġ lill-Kumitat jadotta minnufih il-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-kawża pendenti quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani; jistenna li l-partijiet ikkonċernati jinżammu responsabbli u jitlob li jiġi infurmat dwar il-proċedimenti;

35.

Huwa konxju li ntlaħqu ftehimiet ta' soluzzjoni maż-żewġ vittmi ta' fastidju morali, li għadhom qed jaħdmu fil-Kumitat, iżda jiddispjaċih li waħda minn dawn il-vittmi għadha qed tistenna l-eżitu finali tas-soluzzjoni; jieħu nota li f'April 2022 il-Kumitat iddikjara lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li l-uniku punt pendenti tal-ftehim huwa marbut direttament ma' bidla fl-organigramma li jmiss li għandha tiġi deċiża mal-Kumitat tar-Reġjuni, u li ż-żewġ partijiet qablu li s-soluzzjoni alternattiva inkorporata fil-ftehim ta' soluzzjoni għalissa ma għandhiex tiġi attivata; jistieden lill-Kumitat jeżegwixxi minnufih u jirrapporta dwar l-infurzar effettiv ta' dawk il-ftehimiet ta' soluzzjoni kif meħtieġ legalment;

36.

Jiddispjaċih li minn meta saru l-laqgħat virtwali bejn iż-żewġ vittmi ta' mġiba ħażina serja u l-President tal-Kumitat f'Marzu 2021, il-Kumitat għadu ma laħaqx ftehimiet ta' soluzzjoni mal-vittmi, u jiddispjaċih li l-azzjonijiet meħuda mill-maniġment tal-Kumitat la kienu effettivi u lanqas deċiżivi; jirrifjuta l-fehma tas-segretarju ġenerali tal-Kumitat li l-fatt li dawk iż-żewġ vittmi ma għadhomx jaħdmu fil-Kumitat hija ġustifikazzjoni valida għaliex ma ntlaħqux ftehimiet ta' soluzzjoni; ifakkar lill-Kumitat dwar id-diversi komunikazzjonijiet li ntbagħtu mill-vittma li telqet mill-Kumitat fl-2017; jenfasizza li dik il-vittma ma rat l-ebda proposta inizjali mill-amministrazzjoni sa nofs l-2021, filwaqt li l-ilmenti lis-segretarju ġenerali tal-Kumitat imorru lura għall-bidu tal-2019, u għalhekk jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjoni tas-segretarju ġenerali li tindika li d-dewmien fis-soluzzjoni kien it-tort tal-vittma; jinnota li l-vittma ta' mġiba ħażina serja li hija eks membru tal-Kumitat għamlet diversi talbiet lill-President tal-Kumitat matul il-laqgħa virtwali f'Marzu 2021, inkluża talba għal apoloġija pubblika mill-Kumitat għall-vittmi, soluzzjoni sħiħa ta' kumpens għall-vittmi u investigazzjoni esterna dwar il-fastidju fil-Kumitat; jiddispjaċih ħafna li l-vittmi li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli reġgħu ġew imġiegħla jiċħdu pubblikament id-dikjarazzjonijiet magħmula mis-segretarju ġenerali tal-Kumitat lill-Parlament; jieħu nota tal-fatt li f'April 2022 il-Kumitat iddikjara lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li l-miżuri miftiehma matul il-laqgħa msemmija ġew implimentati jew qed jiġu implimentati; jinnota d-dikjarazzjoni pubblika tal-President tal-Kumitat tat-13 ta' April 2022 li tenniet l-apoloġija uffiċjali tagħha f'isem il-Kumitat għall-vittmi kollha tal-każ;

37.

Jinnota li l-ftehimiet ta' soluzzjoni għandhom l-għan li jkopru d-danni morali, l-ispejjeż legali u l-impatt fuq il-karrieri; jinsab imħasseb li n-negozjati individwali fi stadji differenti tal-każ jistgħu jirriżultaw fi ftehimiet żbilanċjati għall-vittmi minħabba li l-każijiet jiġu ttrattati b'mod differenti; iħeġġeġ lill-Kumitat jistabbilixxi u jwettaq ftehimiet ta' soluzzjoni xierqa u ġusti għall-vittmi kollha kkonċernati malajr kemm jista' jkun; jiddispjaċih li l-Kumitat għadu jonqos milli jaċċetta r-responsabbiltà jew iwettaq investigazzjoni esterna biex jirrevedi s-serjetà tal-abbuż, u jħeġġeġ lill-Kumitat, kif kien imwiegħed mill-maniġment tal-Kumitat, imexxi tali investigazzjoni u jiskuża ruħu pubblikament mal-vittmi kollha tal-imġiba ħażina u l-fastidju morali mill-eks President tal-Grupp I; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu l-miżuri kollha meħtieġa immedjatament meta jinqala' l-każ u jistabbilixxi miżuri speċifiċi biex jipprevjeni l-każijiet potenzjali kollha ta' fastidju fil-futur; ifakkar fl-importanza ta' taħriġ obbligatorju dwar il-politika ta' żero fastidju għall-persunal;

38.

Ifakkar lill-Kumitat li l-vittma li kienet membru preċedenti kienet ukoll l-informatur li wissa lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar l-imġiba tal-eks president tal-Grupp I; jikkundanna l-fatt li, għall-kuntrarju tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-regoli tal-Kumitat dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta (2), il-Kumitat naqas milli jipproteġi l-identità tal-informatur; ma japprovax bil-qawwa l-fatt li kemm l-eks President tal-Kumitat kif ukoll l-eks direttur tar-riżorsi umani u finanzjarji, issa s-segretarju ġenerali tal-Kumitat, ippruvaw jieħdu azzjoni legali kontra l-informatur;

39.

Jilqa' s-sistema ta' komunikazzjoni ġdida f'diversi livelli offruta lill-informaturi (superjur dirett, l-OLAF u awtorità esterna), stabbilita f'Lulju 2021 flimkien mal-gwida u l-appoġġ tal-konsulenti tal-etika;

40.

Jinnota bi tħassib li filwaqt li huwa stmat b'mod provviżorju fl-2020 li l-kumpens u t-tariffi legali se jiswew lill-Kumitat madwar EUR 150 000, għadu mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat eżatt l-ammont totali finali ta' fondi minfuqa fis-snin preċedenti jew li mistennija jintefqu għal dan il-każ fil-futur; iħeġġeġ lill-Kumitat, filwaqt li jaħdem flimkien mas-servizz legali tiegħu, jadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffinalizza dan il-każ, inkluż billi jitlob lura mingħand l-awtur l-ammonti korrispondenti kkumpensati lill-vittmi mill-Kumitat; jiddispjaċih dwar l-aspettattivi baxxi għall-irkupru tal-ammont ta' flus pubbliċi minfuqa u jitlob lill-Kumitat jipprovdi lill-Parlament bi stima dettaljata tal-ammonti li jittama li jirkupra;

41.

Ifakkar li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-segretarju ġenerali tal-Kumitat għas-sena finanzjarja 2018, fuq il-bażi, inter alia, ta' ksur flagranti tad-dmir ta' diliġenza u ta' nuqqas ta' azzjoni tal-amministrazzjoni, flimkien mal-konsegwenzi finanzjarji, u kien diżappuntat ħafna dwar in-nuqqas ta' azzjoni deċiżiva, b'mod partikolari miżuri preventivi u korrettivi, mid-direttur ta' dak iż-żmien tar-riżorsi umani u finanzjarji, li issa sar is-segretarju ġenerali, tal-Kumitat sakemm il-kwittanza għall-2018 ġiet irrifjutata;

42.

Ifakkar li l-Parlament kien talab lill-President tal-Kumitat, fil-kuntest tal-kwittanza 2019, biex ikollu rwol attiv fin-negozjar ta' soluzzjoni mal-vittmi, bil-għan li jintlaħaq ftehim ġust u sodisfaċenti bejn il-partijiet kollha, u li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess u biex il-Kumitat jiskuża ruħu pubblikament mal-vittmi, xi ħaġa li, sfortunatament, ma seħħitx;

43.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li kien hemm sitt talbiet għal assistenza relatati ma' każijiet possibbli ta' fastidju fl-2020, li juri li l-miżuri preventivi stabbiliti jeħtieġ li jissaħħu; huwa konxju li tlieta minn dawk it-talbiet huma relatati mal-każ tal-eks President tal-Grupp I, li ġie rriferut lill-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani; jinnota li każ wieħed ingħalaq u każ ieħor huwa wkoll quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani; bi tħassib, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'Novembru 2021 kienet għadha qed tiġi investigata internament talba waħda, li jwassal lill-Parlament itenni li, filwaqt li jridu jiġu rispettati l-proċess xieraq u d-drittijiet individwali, iż-żmien ikun qed jopera kontra l-vittmi u, għalhekk, iħeġġeġ lill-Kumitat jindirizza dik it-talba mingħajr aktar dewmien u biex jirrapporta dwar it-trattament ta' dan il-każ;

44.

Huwa konxju tal-każ ta' fastidju rrapportat lill-Kumitat minn informatur u trażmess lill-OLAF f'Awwissu 2020 li jikkonċerna membru tal-persunal tal-KtR li jaħdem fis-servizzi konġunti u jinkludi wkoll allegazzjonijiet ta' ġestjoni ħażina u irregolaritajiet finanzjarji; jistieden lill-Kumitat u lill-KtR jirrapportaw b'mod konġunt lill-Parlament dwar l-eżitu tal-investigazzjoni mill-OLAF, kif ukoll kwalunkwe verifika interna jew miżura oħra pendenti ta' investigazzjoni;

45.

Jinnota li d-deċiżjonijiet dwar il-fastidju u l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġew rieżaminati fl-2020 u jiddispjaċih li d-deċiżjonijiet il-ġodda, li kellhom jiġu adottati fl-2021 ġew posposti; itenni l-importanza tal-prinċipju tad-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal li jinkludi l-protezzjoni tal-informaturi u l-prevenzjoni ta' kwalunkwe forma ta' fastidju, kif ukoll miżuri ċari u b'saħħithom ta' protezzjoni u appoġġ għall-vittmi; iħeġġeġ lill-Kumitat japplika proċeduri uniformi għat-trattament ta' każijiet ta' fastidju sabiex ma jkunx hemm differenzi bejn il-vittmi u jiżgura trattament ugwali tal-akkużati indipendentement minn fatturi bħal-livell ġerarkiku; ifakkar lill-Kumitat li l-fatt li r-Regolamenti tal-Persunal ma jistgħux jiġu imposti fuq membru tal-Kumitat ma jistax jitqies bħala skuża għan-nuqqas ta' azzjoni; jieħu nota tal-fatt li f'April 2022 il-Kumitat iddikjara lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li d-deċiżjonijiet riveduti dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u dwar il-fastidju daħlu fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2021 u fl-4 ta' April 2022 rispettivament;

46.

Huwa konxju ta' tliet investigazzjonijiet tal-OLAF li jinvolvu lill-Kumitat, li waħda minnhom għalqet fl-2020 mingħajr ma nstabet evidenza li tindika xi responsabbiltà min-naħa tal-membru tal-persunal ikkonċernat, u tnejn għadhom għaddejjin, fejn waħda minnhom infetħet fl-2019 u l-oħra fl-2020, kif ukoll każ wieħed tas-selezzjoni li ġie miċħud ukoll fl-2020 mingħajr il-ftuħ ta' xi investigazzjoni;

47.

Itenni li kwalunkwe mġiba mhux etika mill-persunal u mill-membri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni xxekkel il-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u tħalli impatt negattiv fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni kollha kemm hi; josserva bi tħassib li, filwaqt li għaddejja reviżjoni estensiva tard ħafna tal-qafas etiku intern, huwa inkontestabbli li ksur serju tad-dmir ta' diliġenza tal-Kumitat lejn il-membri tal-persunal tiegħu ppersista għal żmien twil wisq, u b'hekk inħolqot kultura mhux mixtieqa ta' impunità u ta' fastidju b'riżultat ta' stili ta' ġestjoni ta' min jikkundannahom, murija mill-fatt, fost elementi oħra, li qed isiru b'mod rikorrenti talbiet għall-assistenza u każijiet irrapportati lill-OLAF; jesprimi dispjaċir għall-fatt li t-talbiet mhux ambigwi tiegħu għal eżerċizzju intern ta' obbligu ta' rendikont ġew injorati b'mod konsistenti u jinsisti fuq il-ħtieġa ta' investigazzjoni esterna u indipendenti biex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà tal-ġerarkija amministrattiva tal-Kumitat; u, fejn applikabbli, japplika l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal; jitlob investigazzjoni esterna biex jiġu rieżaminati l-proċeduri tar-riżorsi umani tal-Kumitat u l-effikaċja tagħhom b'enfasi fuq l-indirizzar ta' każijiet ta' fastidju u l-iżgurar tal-benesseri tal-persunal;

Qafas etiku u trasparenza

48.

Jinnota l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma intern fdat b'reviżjoni li ilha biex issir tal-qafas etiku tal-Kumitat b'mod globali; huwa konxju li l-grupp ta' ħidma abbozza pjan ta' azzjoni li ġie adottat f'Jannar 2021 u wassal għal reviżjonijiet għall-kodiċi ta' kondotta tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jirrapporta lill-Parlament dwar l-eżitu ta' din l-analiżi, il-pjan ta' azzjoni u l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni;

49.

Jinnota li grupp iddedikat ta' membri tal-Kumitat ġie fdat bil-mandat li jirrieżamina l-kodiċi ta' kondotta għall-membri, inkluż it-tisħiħ tal-miżuri ta' prevenzjoni u s-sanzjonijiet possibbli, wara l-mandat il-ġdid tal-Kumitat f'Ottubru 2020; jemmen li l-kodiċi ta' kondotta jrid ikun ibbażat fuq l-esperjenza miksuba wara l-każ ta' fastidju, jirreferi għall-prinċipji approvati mill-Qorti Ġenerali fid-deċiżjonijiet tagħha u mill-Ombudsman fir-rakkomandazzjonijiet tagħha, u jinkludi proċedura ta' lment speċifika u mgħaġġla li tipproteġi l-vittmi mill-bidu nett, flimkien ma' sistema ta' sanzjonijiet ċara u infurzabbli; huwa konxju li l-kodiċi ta' kondotta l-ġdid ġie adottat f'Jannar 2021 u li fuljett dettaljat dwar l-implimentazzjoni tiegħu sar disponibbli għall-membri; jistieden lill-Kumitat juża prattiki tajbin ivvalidati biex iqajjem kuxjenza fost il-membri u s-sostituti u, fuq terminu twil, itejjeb il-kultura interna tal-Kumitat dwar kwistjonijiet etiċi;

50.

Jirrimarka li l-kodiċi ta' kondotta l-ġdid jinkludi proċedura ta' tkeċċija li skontha t-tkeċċija għandha tiġi deċiża mill-assemblea abbażi ta' proposta mressqa mill-Bureau u għandha tiġi nnotifikata lill-Kunsill sabiex tkun tista' tinbeda proċedura ta' sostituzzjoni; jilqa' l-fatt li r-regoli ta' proċedura riveduti huma allinjati mad-dispożizzjonijiet ta' tkeċċija kif stabbiliti fil-kodiċi ta' kondotta u huwa konxju li r-reviżjoni li għaddejja tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat hija meħtieġa biex l-użu ta' dik il-proċedura ta' tkeċċija jsir fattibbli; jistieden lill-Kumitat jinforma malajr lill-Parlament dwar dawk ir-reviżjonijiet u jħeġġeġ lill-Kumitat jinvolvi ruħu f'taħditiet ta' esplorazzjoni mal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ;

51.

Huwa konxju tal-erba' lmenti ttrattati mill-Ombudsman fl-2020 li kienu jikkonċernaw nuqqas ta' trasparenza, rifjut ta' aċċess għad-dokumenti u, f'żewġ każijiet, ommissjonijiet biex tingħata tweġiba għal talba; jinnota li mill-inqas waħda minn dawk l-inkjesti kienet tikkonċerna r-rimborż u l-indennizzi; jikkundanna n-nuqqas ta' trasparenza u jħeġġeġ lill-Kumitat jikkomunika bis-sħiħ u b'mod trasparenti dwar din il-kwistjoni;

52.

Jitlob lill-Kumitat ikompli jinvolvi ruħu f'azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni rigward il-qafas etiku u l-proċeduri tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jilqa' l-kors ta' taħriġ obbligatorju dwar l-etika u l-integrità għall-membri kollha tal-persunal inklużi l-impjegati ġodda wara deċiżjoni adottata fl-2021; jistieden lill-Kumitat jagħmel dan it-taħriġ obbligatorju għall-membri u għall-maniġers; jilqa' l-ħolqien ta' pożizzjoni bħala koordinatur dwar l-etika fid-Direttorat għar-Riżorsi Umani u l-Finanzi tal-Kumitat appoġġjat minn tim ġdid ta' konsulenti tal-etika; japprezza l-iffirmar ta' ftehim ġdid dwar il-livell ta' servizz mal-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u d-Dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC) biex jipprofessjonalizza l-inkjesti amministrattivi;

53.

Jirrikonoxxi li l-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru ta' trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (3) u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju (4) jippermettu l-involviment volontarju tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; joġġezzjona l-fatt li l-Kumitat warrab l-użu tar-Reġistru tat-Trasparenza fuq il-bażi li l-Kumitat huwa korp konsultattiv; iħeġġeġ lill-Kumitat jissieħeb mar-Reġistru ta' Trasparenza bl-għan li jtejjeb it-trasparenza tal-interazzjonijiet tiegħu mar-rappreżentanti ta' interess estern;

54.

Jinnota li t-twaqqif ta' ombudsman intern huwa waħda mill-miżuri ewlenin fil-pjan ta' azzjoni adottat fl-2021 biex jissaħħaħ il-qafas etiku tal-Kumitat; jirrimarka li d-deċiżjoni li jitwaqqaf ombudsman intern ġiet ippreżentata bħala ftehim li ntlaqa' tajjeb mill-persunal meta, fil-fatt, il-kumitat tal-persunal tal-Kumitat kien esprima opinjoni negattiva dwarha; jirrifletti r-riżervi espressi mill-kumitat tal-persunal tal-Kumitat u mis-servizz legali dwar il-proposta fir-rigward tal-indipendenza, l-imparzjalità u l-kunfidenzjalità tal-ombudsman intern; jiddubita kemm ombudsman intern bħal dan huwa meħtieġ fid-dawl tal-limitazzjonijiet tar-riżorsi umani minn naħa, u l-eżistenza ta' konsulenti etiċi, ta' konsulenti kunfidenzjali u, b'mod partikolari, il-ftehim mal-IDOC min-naħa l-oħra; iħeġġeġ lill-Kumitat jiffoka fuq l-infurzar tal-mekkaniżmi relatati mal-etika diġà stabbiliti filwaqt li jalloka persunal adegwat għall-ħidma leġiżlattiva tiegħu, u jiffoka fuq l-effettività attwali tal-miżuri adottati; ifakkar li l-Ombudsman, fir-Rapport tagħha dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE SI/2/2018/AMF, tosserva li s-sejba ta' investigaturi li huma perċepiti bħala imparzjali u ġusti tista' tkun ta' sfida partikolari fl-istituzzjonijiet iż-żgħar u tirrakkomanda l-użu ta' investigaturi esterni u indipendenti aktar milli riżorsi interni sabiex jiġu ggarantiti l-indipendenza u n-newtralità;

55.

Itenni t-talba tiegħu għal aktar titjib fir-rigward tal-attivitajiet esterni tal-membri tal-Kumitat wara r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman fir-rapport tagħha "Revolving doors - Implementation of Article 16 of the EU Staff Regulations in a range of EU institutions, bodies and agencies" (Revolving doors - Implimentazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE f'numru ta' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE), il-każ SI/2/2017/NF; jinnota d-deċiżjoni tal-Kumitat li jwettaq analiżi dettaljata biex jivvaluta l-livell ta' implimentazzjoni tad-diversi rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman f'dak ir-rapport; jistieden lill-Kumitat iħaffef id-deċiżjoni dwar ir-reviżjoni tal-qafas attwali dwar il-lobbying u l-promozzjoni sabiex isaħħaħ ukoll is-sistema tiegħu biex jiġu evitati kunflitti ta' interess potenzjali;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

56.

Jirrikonoxxi li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat it-tendenza li għaddejja bħalissa fis-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-għodod ta' komunikazzjoni u tal-proċessi amministrattivi, bħall-adozzjoni ta' ċirkwiti finanzjarji "mingħajr karti"; jemmen li t-titjib ittestjat introdott minn Marzu 2020 għandu jsir strutturali u jibqa' lil hinn mill-pandemija;

57.

Jinnota li l-baġit għall-IT fl-2020 kien ta' EUR 7 500 000 meta mqabbel ma' EUR 4 900 000 fl-2019, li jirrappreżenta żieda ta' 53 %, l-aktar minħabba approprjazzjonijiet mhux użati ttrasferiti minn linji baġitarji oħra sabiex jiġi indirizzat il-backlog fl-IT; ifakkar li t-trasferimenti baġitarji ma jistgħux jissostitwixxu l-finanzjament strutturali meħtieġ ta' kwalunkwe servizz tal-IT;

58.

Jinnota li sa tmiem l-2020, il-Kumitat kien ipprovda lil kull membru tal-persunal b'laptop filwaqt li pprovda kuffji ta' kwalità għolja fuq talba bi spiża totali ta' EUR 322 462; huwa konxju li f'Jannar 2021, il-Kumitat adotta deċiżjoni dwar il-ħlas ta' somma f'daqqa, fuq talba ta' membri tal-persunal eliġibbli, biex ikopri l-ispejjeż straordinarji relatati mat-telexogħol obbligatorju (saru 563 talba li jammontaw għal total ta' EUR 107 271);

59.

Jilqa' r-riżultati speċifiċi relatati maċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-istrateġija diġitali tal-Kumitat; japprezza l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-EU) bħala l-pedament tas-sigurtà tal-IT tal-Kumitat;

60.

Jawgura lill-Kumitat għat-titjib sinifikanti tal-portal tal-membri Phoenix u tal-għodda tal-fluss ta' xogħol tad-dokumenti Adonis u għall-progress li sar fir-rigward tal-ambjent ibridu tal-cloud bħala l-aħħar komponent tal-post tax-xogħol diġitali; jinnota li t-taqsima tal-membri tal-Intranet tal-Kumitat ġiet kompletament imġedda biex issir punt uniku ta' servizz; jilqa' l-użu ta' firma elettronika kwalifikata għall-iffirmar b'mod elettroniku kif ukoll għodod remoti u diġitali oħra;

61.

Jinnota li f'dawn l-aħħar snin, l-enfasi tal-awditu intern fil-Kumitat kienet kważi kompletament ibbażata fuq l-analiżi u l-valutazzjoni tas-solidità tal-proċeduri u tal-proċessi u sa ċertu punt fuq it-tranżazzjonijiet tal-awditjar; jappella għal pjan speċifiku għall-promozzjoni ta' awditu intern remot jew diġitali fil-Kumitat; jinnota li, fuq talba tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kumitat fassal it-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi u kkonkluda li ma ġiet affettwata l-ebda attività; jinnota l-fatt li l-Kumitat iffirma r-reġistrazzjoni li torbtu ma' kuntratt qafas interistituzzjonali ma' Microsoft u li ma għadx għandu fis-seħħ ftehimiet ta' liċenzji individwali separati mal-Microsoft; madankollu jinkoraġġixxi lill-Kumitat jagħti prijorità lit-teknoloġiji b'sors miftuħ sabiex iżomm kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu stess, jevita d-dipendenza u l-intrappolament tal-klijentela, jipprovdi salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data ta' utenti u tiżdied is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

Bini u sigurtà

62.

Huwa konxju li l-Kumitat u l-KtR qed jimplimentaw l-istrateġija fit-tul tagħhom dwar il-bini li tiffoka fuq il-konċentrazzjoni ġeografika u r-riorganizzazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-uffiċċji; jinnota li l-grupp ta' ħidma responsabbli kkunsidra li huwa essenzjali li jkun hemm bini addizzjonali b'kapaċità ta' madwar 200 persuna sabiex ikunu jistgħu jinħolqu kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin; jinnota li dik l-analiżi wasslet lill-Kumitat u lill-KtR jinnegozjaw li jieħdu l-kuntratt tal-kiri tal-bini B100 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u li l-abbozz tal-ftehim amministrattiv ġie approvat mill-bureaux tal-Kumitat u tal-KtR fl-aħħar trimestru tal-2020; huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat dewmien fil-proċess;

63.

Jilqa' t-titjib f'oqsma ewlenin fl-istrateġija tal-bini, jiġifieri r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti biex jinħolqu spazji tax-xogħol aktar b'saħħithom allinjati mal-istandards ergonomiċi, jiżdied il-livell ta' sigurtà, jitnaqqas il-konsum tal-elettriku u jiġu allinjati mal-obbligi ambjentali;

64.

Jinnota li, wara l-akkwiżizzjoni tal-bini B100 f'Settembru 2021, it-testijiet u t-tnaqqis tal-asbestos għadhom għaddejjin; jistieden lill-Kumitat u lill-KtR jimmonitorjaw perjodikament il-kundizzjonijiet ta' dak il-bini u jinfurmaw lill-persunal f'kull ħin kif xieraq; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos (5);

Ambjent u sostenibbiltà

65.

Jilqa' l-integrazzjoni tal-istandards tas-sostenibbiltà, tal-ambjent u tal-aċċessibbiltà, inklużi dawk tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni, bħala parti mill-istrateġija tal-bini tal-Kumitat u tal-KtR; jinnota li mit-twaqqif tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom, il-Kumitat u l-KtR ħadu diversi azzjonijiet bl-għan li jtejbu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini tagħhom u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħhom; jilqa' l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma maħsub għall-Patt Ekoloġiku u huwa konxju li għadu għaddej studju dwar in-newtralità tal-karbonju tal-Kumitat u tal-KtR sal-2030; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Kumitat fl-iskema ta' kumpens tal-Parlament għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u li l-Kumitat għandu linja baġitarja speċifika biex jipprovdi l-approprjazzjonijiet rispettivi; jilqa' l-fatt li l-elettriku kkunsmat mill-Kumitat huwa pprovdut esklussivament minn enerġija ekoloġika minn sorsi sostenibbli; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jinstalla pannelli solari fuq il-binjiet kollha sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-karbonju;

66.

Jinnota għadd ta' azzjonijiet konkreti meħuda biex jitnaqqas l-użu tal-karti u jħeġġeġ lill-Kumitat jadotta politika xierqa mingħajr karti; jilqa' l-fatt li l-ammont użat ta' karti għal kull persuna kuljum fl-2020 naqas bi 52 % meta mqabbel mal-2019 u b'81 % meta mqabbel mal-2015;

67.

Jilqa' l-miżuri konkreti stabbiliti mill-Kumitat biex jiġi promoss l-użu ta' modi ta' vjaġġar sostenibbli, bħal roti tas-servizz, infrastruttura għaċ-ċiklisti u sistema ta' vawċers biex jiġu aċċessati l-parkeġġi tal-karozzi f'ċirkostanzi eċċezzjonali; josserva li l-politika dwar il-mobbiltà tinkludi kontribuzzjoni finanzjarja għaċ-ċiklisti u għall-membri tal-persunal li xtraw biljetti staġjonali tat-trasport pubbliku, filwaqt li l-membri tal-persunal li jibbenefikaw miż-żewġ kontribuzzjonijiet jirrinunzjaw id-dritt tagħhom li jużaw il-faċilitajiet tal-parkeġġ;

68.

Jinnota l-impenn tal-Kumitat li jimplimenta s-17-il għan ta' żvilupp sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti u li jkun konformi ma' dawn l-għanijiet u mal-istrateġiji rilevanti tal-Unjoni; jenfasizza li l-Kumitat għandu Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli mmirat lejn il-promozzjoni tas-sostenibbiltà fi ħdan l-Unjoni;

69.

Jifraħ lill-Kumitat għall-ġestjoni konġunta tal-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari flimkien mal-Kummissjoni;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

70.

Jinnota li, f'Ottubru 2019, il-Bureau adotta logo ġdid tal-Kumitat li jirrifletti l-logos tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jemmen li din il-bidla se tikkontribwixxi għall-viżibbiltà u l-koeżjoni tal-immaġni tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fost iċ-ċittadini;

71.

Jilqa' l-fatt li l-Kumitat seta' jadatta l-istrateġija ta' komunikazzjoni tiegħu fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, billi jorganizza għadd ta' avvenimenti u azzjonijiet ewlenin online biex jiġi ffaċilitat l-involviment tiegħu u l-kuntatt tiegħu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini; jenfasizza li f'Lulju 2020, il-Kumitat, minflok il-Premju għas-Soċjetà Ċivili annwali tiegħu, nieda premju ta' darba msejjaħ "Soċjetà Ċivili Kontra l-COVID-19" biex jippremja inizjattivi mingħajr skop ta' qligħ imwettqa minn individwi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kumpaniji privati li għandhom l-għan li jindirizzaw il-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha;

72.

Jissottolinja li l-ħidma kollha fir-rigward tal-opinjonijiet u r-rapporti ta' informazzjoni tal-Kumitat hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha u li s-sit web tal-Kumitat huwa konformi mal-istandards ta' aċċessibbiltà tal-Unjoni għall-korpi tas-settur pubbliku;

73.

Jilqa' l-involviment tal-Kumitat fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fejn qed jassisti dak l-eżerċizzju demokratiku biex jilħaq aħjar is-soċjetà ċivili organizzata; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jassisti lill-membri tiegħu biex jipparteċipaw fi djalogi lokali maċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet Ewropej;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

74.

Jilqa' l-kooperazzjoni bilaterali dejjem akbar u effettiva bejn il-Parlament u l-Kumitat; iħeġġeġ kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kumitat biex ikomplu l-laqgħat regolari bejn il-presidenti u l-viċi presidenti tagħhom u biex itejbu l-kooperazzjoni strutturata bejn ir-rapporteurs rispettivi u kemm il-gruppi politiċi kif ukoll il-korpi preparatorji li fihom huma organizzati l-membri tagħhom; jemmen li l-kooperazzjoni politika tal-Kumitat mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni għandha tkun aktar sistematika minħabba r-rwol tal-Kumitat bħala r-rappreżentant tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

75.

Jenfasizza li l-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ma' erba' dipartimenti tal-Kummissjoni (PMO, DĠ DIGIT, DĠ BAĠIT u DĠ HR) ġew rieżaminati u żdiedu servizzi addizzjonali;

76.

Jenfasizza l-adozzjoni tal-ftehim il-ġdid ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-KtR li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2021 li jsaħħaħ il-governanza tal-kooperazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kontroll biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tas-servizzi konġunti; jinnota b'sodisfazzjon li l-Kumitat iqis li l-ftehim il-ġdid huwa aktar modern u aktar sempliċi mill-ftehim l-antik u strumentali fil-ħolqien ta' aktar sinerġiji bejn il-Kumitat u l-KtR;

77.

Itenni l-pożizzjoni li esprima fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti dwar il-kwittanza dwar il-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat bejn il-Parlament u l-Kumitat u l-KtR, li bih total ta' 60 traduttur, inklużi 36 mill-Kumitat, ġew ittrasferiti għall-Parlament bi skambju għall-aċċess għas-servizzi tas-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq in-nuqqas ta' persunal tal-Kumitat f'oqsma politiċi, li għandu impatt negattiv fuq it-twettiq tal-mandat tiegħu;

IL-PANDEMIJA TAL-COVID-19

78.

Huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 influwenzat b'mod sinifikanti l-attività tal-Kumitat, b'mod partikolari minħabba li l-membri tiegħu jivvjaġġaw lejn il-bini tal-Kumitat biex jiddibattu l-opinjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tiegħu; jirrikonoxxi l-isforzi kollettivi li żguraw appoġġ kontinwu għall-attivitajiet politiċi tal-Kumitat;

79.

Jinnota li, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju, il-Kumitat ikkoordina l-miżuri preventivi u protettivi kollha stabbiliti minn Marzu 2020 fi strateġija ta' prevenzjoni tas-saħħa b'diversi saffi, li tiddeskrivi l-miżuri fiżiċi, operazzjonali u mediċi kollha meħuda, bħat-telexogħol estiż, l-IT u t-tagħmir tal-vidjokonferenzi, it-tagħmir għas-saħħa u s-sikurezza fil-bini u d-dematerjalizzazzjoni tal-proċessi;

80.

Jinnota li l-pjan għall-kontinwità tal-operat stabbilit tqies li ma kienx adegwat biżżejjed għall-użu minħabba n-natura speċifika tal-pandemija tal-COVID-19 u li għalhekk il-Kumitat stabbilixxa task force dedikata mmexxija mid-direttur tar-riżorsi umani, li kienet tinkludi firxa wiesgħa ta' kuntatti kemm fil-Kumitat kif ukoll ma' istituzzjonijiet oħra; jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti eżerċizzji ta' kontinwità tan-negozju biex jitħejjew kemm jista' jkun kontra avvenimenti ta' tfixkil futuri possibbli;

81.

Jagħti valur lill-approċċ li s-saħħa u s-sikurezza tal-membri u tal-persunal jitqiegħdu l-ewwel, filwaqt li l-organizzazzjoni addattat għas-sitwazzjoni li tevolvi kontinwament; josserva li ġiet adottata deroga ġenerali għat-telexogħol minn barra l-pajjiż għall-membri tal-persunal (i) li kienu imblukkati f'art twelidhom minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, (ii) b'qarib dipendenti jew marid barra mill-pajjiż, jew (iii) fuq talba taħt ċerti kundizzjonijiet; jemmen li d-deċiżjoni li tawtorizza t-telexogħol minn barra kellha impatt pożittiv fuq it-tnaqqis tal-istress psikoloġiku u l-assenteiżmu;

82.

Jilqa' l-fatt li l-Kumitat u l-KtR ħadmu mill-qrib flimkien u jkomplu jagħmlu dan fir-rigward tal-allinjament ta' miżuri bħall-aċċess għall-bini, l-iġjene u l-protokolli tat-tindif; jisħaq li l-koordinazzjoni ġiet iffaċilitata mill-preżenza reċiproka ta' uffiċjali tal-kontinwità tan-negozju f'kull tim ta' ġestjoni tal-COVID-19;

83.

Jisħaq li l-attivitajiet ewlenin ġew segwiti matul il-pandemija tal-COVID-19, u ppermettew lill-Kumitat jirrappreżenta lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li jappoġġjaw lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-immaniġġjar tas-sitwazzjoni tal-kriżi inkwistjoni;

84.

Jilqa' l-intenzjoni li jittieħed vantaġġ mit-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija u li titfassal politika ġdida dwar it-telexogħol/is-sigħat tax-xogħol u josserva li d-djalogu soċjali dwar din il-kwistjoni għadu attwalment għaddej; iħeġġeġ lill-Kumitat jintegra fl-istrateġija ta' ġestjoni interna t-tagħlimiet meħuda mit-tifqigħa tal-pandemija, f'termini ta' kontinwità tal-operat u approċċi ta' ġestjoni tal-kriżijiet, il-kapaċità ta' rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tiegħu, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;

 


(1)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(2)  Deċiżjoni tal-KESE Nru 053/16 A tat-2 ta' Marzu 2016, Artikolu 9(1).

(3)  ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11.

(4)  ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1.

(5)  Testi adottati P9_TA(2021)0427.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/122


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1705 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0264/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0063/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/123


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1706 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0063/2022),

A.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.

billi l-Kumitat tar-Reġjuni (il-"Kumitat") jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jinvolvihom fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u jsegwi l-missjonijiet tiegħu ta' tfassil aħjar tal-liġijiet u t-tisħiħ tad-demokrazija tal-Unjoni minn isfel għal fuq billi jikkondividi l-opinjonijiet tagħhom dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li għandhom impatt dirett fuq ir-reġjuni u l-bliet;

C.

billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku u żewġ terzi tal-investiment pubbliku, flimkien mal-fatt li għandhom kompetenzi f'oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u s-servizzi ta' interess ġenerali f'ħafna Stati Membri;

D.

billi l-konsultazzjoni tal-Kumitat mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill hija obbligatorja f'ċerti każijiet, il-Kumitat jista' wkoll jadotta opinjonijiet fuq inizjattiva proprja tiegħu filwaqt li jgawdi minn qasam wiesa' għal riferiment kif stabbilit fit-Trattat, li jippermettilu li jiġi kkonsultat mill-Parlament;

E.

billi, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u meta wieħed iqis is-sitwazzjoni fir-reġjuni tal-Unjoni, il-Kumitat iffoka minnufih fuq li jinforma lill-koleġiżlatur tal-Unjoni dwar il-ħtiġijiet konkreti li kienu qed jesperjenzaw l-awtoritajiet nazzjonali u lokali fil-prattika biex jiġġieldu l-pandemija u l-konsegwenzi tagħha;

F.

billi l-Kumitat żviluppa pjan ta' azzjoni għall-COVID-19 u nieda pjattaforma ta' skambju dwar il-COVID-19 biex jassisti, jinforma, jinvolvi u jirrappreżenta lir-reġjuni u lill-bliet;

G.

billi l-Kumitat, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Lulju 2020, adotta tliet prijoritajiet politiċi għall-mandat tal-2020-2025, akkumpanjati minn tliet kampanji ta' komunikazzjoni: "Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini: Id-demokrazija u l-futur tal-UE"; "Il-ġestjoni tat-trasformazzjonijiet soċjetali fundamentali: Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti"; "Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna: Politiki tal-UE bbażati fuq il-post";

H.

billi l-Kumitat identifika disa' inizjattivi ewlenin biex jagħmel l-azzjoni tiegħu aktar strateġika u biex tħalli impatt akbar: (1) Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, (2) Ir-rispons għall-COVID-19 marbut mas-saħħa, (3) Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, (4) Il-Patt CoR4Climate, (5) Il-futur tal-kooperazzjoni transfruntiera, (6) Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, (7) Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, (8) Il-viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali, u (9) Il-baġit tal-Kumitat Strateġiku – l-iżgurar ta' sehem ġust mir-riżorsi għall-Kumitat;

I.

billi t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 għamlitha neċessarja għall-Kumitat li jirrieżamina u jadatta l-funzjonament intern u l-metodi ta' ħidma tiegħu sabiex ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu;

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda nuqqas sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-akkwist għall-Kumitat;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta' awditu tagħha, il-pagamenti b'mod globali għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż i-Kumitat, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali; jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika relatata mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

3.

Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li din in-nefqa hija ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li l-baġit tal-Kumitat għall-2020 kien jammonta għal EUR 101,5 miljun (żieda ta' 2,8 % meta mqabbel mal-baġit għall-2019 ta' EUR 98,75 miljun); jinnota li l-baġit tal-Kumitat, fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa ta' natura amministrattiva bil-parti l-kbira tiegħu użata għan-nefqa relatata mar-riżorsi umani, mal-bini u l-għamara, mat-tagħmir u mal-ispejjeż operatorji varji;

5.

Jinnota sa tmiem l-2020 kienu ġew impenjati EUR 94,1 miljun (92,7 %) mill-approprjazzjonijiet kollha u li kienu tħallsu EUR 83,6 miljun (82,4 %); josserva li kien hemm EUR 7,4 miljun li ma ġewx impenjati fi tmiem l-2020 u għalhekk ġew irritornati fil-baġit tal-Unjoni, li huwa ammont konsiderevolment ogħla minn dak tal-2019, fejn EUR 0,4 miljun (inqas minn 0,5 %) ma ġewx impenjati; jirrikonoxxi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati huma prinċipalment minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u jħeġġeġ lill-Kumitat itejjeb il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli;

6.

Jinnota li l-iffrankar relatat mal-COVID-19 għall-2020 huwa stmat li kien aktar minn EUR 11-il miljun, u sar prinċipalment fl-oqsma tal-laqgħat tal-membri u l-indennizzi tal-ivvjaġġar (EUR 120 046 riportati għall-2021), l-interpretazzjoni, il-missjonijiet u, f'livell inqas, l-ispejjeż operattivi tal-bini; jinnota li n-nefqa addizzjonali kkawżata direttament mill-pandemija tal-COVID-19 kienet pjuttost limitata, prinċipalment fil-qasam tas-servizzi mediċi (inqas minn EUR 100 000) u tas-salarji tal-persunal (aktar minn EUR 400 000);

7.

Jinnota li l-Kumitat ma jagħmilx trasferiment ta' tlaqqit speċifiku wieħed fi tmiem is-sena iżda jwettaq rieżamijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit f'intervalli regolari matul is-sena ta' implimentazzjoni tal-baġit; jinnota li fl-2020 il-Kumitat issottometta ħames trasferimenti ta' approprjazzjonijiet lill-awtorità baġitarja ta' madwar EUR 6,6 miljun (jew 6,5 % tal-baġit tiegħu) li minnhom EUR 4,9 miljun biss ġew awtorizzati mill-awtorità baġitarja u mwettqa mill-Kumitat, fil-biċċa l-kbira mill-oqsma li pproduċew iffrankar sostanzjali (laqgħat tal-membri u indennizzi tal-ivvjaġġar, interpretazzjoni u missjonijiet) fl-oqsma li kellhom bżonn jissaħħu (inklużi l-IT, il-bini, il-komunikazzjoni u l-għarfien espert estern);

8.

Jinnota xejra negattiva fir-rata globali ta' eżekuzzjoni għall-pagamenti (82,4 % fl-2020, 88,8 % fl-2019 u 91,0 % fl-2018); jinnota li fl-2020 din kienet prinċipalment dovuta għall-kanċellazzjoni ta' għadd kbir ta' laqgħat u avvenimenti minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19;

9.

Jinnota li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet konsegwenti fuq l-ivvjaġġar, il-laqgħat minn nofs Marzu sa nofs Mejju 2020 tħassru, filwaqt li minn nofs Mejju ġew organizzati laqgħat mill-bogħod u ibridi; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-bureau tal-Kumitat li jistabbilixxi indennizz fiss għall-parteċipazzjoni f'laqgħa mill-bogħod għall-membri tiegħu ta' EUR 200 (meta mqabbel mal-indennizz fiss għall-parteċipazzjoni f'laqgħa standard ta' EUR 323) biex ikopri l-ispejjeż imġarrba waqt it-tħejjija tal-laqgħat u l-parteċipazzjoni fihom, diment li l-membru kien effettivament imwaqqaf milli jattendi l-laqgħa fiżikament u li l-attendenza kienet awtorizzata; josserva li fid-9 ta' Ottubru 2020, il-Bureau stabbilixxa indennizz simili għal-laqgħat mill-bogħod għall-esperti u l-kelliema;

10.

Jinnota li mill-2020, il-membri jistgħu jiksbu rimborż ta' 100 % tal-ispejjeż tal-kors tal-lingwa tagħhom (minflok 66 % bħal qabel), sa ammont massimu ta' EUR 1 200 fis-sena, sabiex tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tagħhom f'laqgħat mill-bogħod li mhux dejjem ikollhom servizzi ta' interpretazzjoni; jinnota li ġew ittrasferiti EUR 27 500 għal-linja baġitarja rilevanti fl-2020 b'appoġġ għal dik il-bidla; iħeġġeġ lill-Kumitat jiżgura korrelazzjoni raġonevoli bejn it-taħriġ lingwistiku u l-ħtiġijiet u d-dmirijiet tal-membru rikjedenti;

11.

Jinnota li fil-qasam tal-akkwist pubbliku, ġew organizzati 18-il sejħa għall-offerti b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, li minnhom intrebħu tmienja fl-2020; jinnota li tħassru tliet proċeduri minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u li s-seba' proċeduri li jifdal kienu skedati biex jiġi ffirmat il-kuntratt tagħhom fl-2021; josserva b'sodisfazzjon li ġew organizzati sitt proċeduri f'isem il-Kumitat mis-servizzi konġunti kondiviżi mill-Kumitat u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (il-"KESE");

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

12.

Jilqa' t-tnedija fl-2020 tal-programm ta' riforma tal-Kumitat, "Going for IMPact!", li l-intenzjoni tiegħu hija li jimmodernizza l-amministrazzjoni tiegħu, li juża r-riżorsi tiegħu b'mod aktar effiċjenti u li jżid l-impatt tiegħu u l-ammont ta' nies li jilħaq; jinnota li ġew identifikati erba' raggruppamenti sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi u jenfasizza r-raggruppament dwar it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19; japprezza l-analiżi inklużiva tal-prijoritajiet tal-Kumitat (li tinkludi suġġerimenti mill-persunal), flimkien ma' eżerċizzju ta' simplifikazzjoni amministrattiva; huwa konxju li b'riżultat ta' dan inħolqu disa' task forces mhux ġerarkiċi li jmorru lil hinn minn servizz wieħed u li ġiet ippreżentata organigramma ġdida fis-7 ta' Diċembru 2020;

13.

Jilqa' l-kooperazzjoni qawwija bejn il-Kumitat u l-Kummissjoni, peress li l-kontribut tal-Kumitat, li jinkludi l-fehmiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, huwa importanti għal proċess ta' valutazzjoni ta' politika bbilanċjata, b'mod partikolari fir-rigward tal-pjattaforma Fit for Future, il-Pjattaforma REFIT u n-network RegHub, kif ukoll il-kontribut tal-Kumitat għall-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u s-Summit Soċjali ta' Porto fl-2021; jenfasizza li l-Kumitat stabbilixxa grupp ta' kuntatt bejn il-Kumitat u r-Renju Unit biex jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni politika;

14.

Jilqa' l-impenn tal-Kumitat li jsaħħaħ l-involviment tiegħu fiċ-ċiklu politiku u leġiżlattiv sħiħ tal-Unjoni, filwaqt li jibni fuq il-kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kummissjoni; jemmen li l-involviment akbar tal-Kumitat fl-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni jkun ta' benefiċċju sabiex l-awtoritajiet reġjonali u lokali jitpoġġew fil-qalba tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari wara l-pandemija tal-COVID-19;

15.

Jinnota li l-Kumitat adotta 8 riżoluzzjonijiet u 48 opinjoni fl-2020 (meta mqabbla ma' 5 riżoluzzjonijiet u 49 opinjoni fl-2019); iqis li, minħabba d-diffikultajiet biex jiġu adottati opinjonijiet permezz ta' konsultazzjonijiet fi ħdan l-iskadenzi interistituzzjonali stretti fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat irrikorra għall-adozzjoni ta' opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, abbażi ta' dokumenti tal-Kummissjoni, biex jikkontribwixxi b'mod effettiv u f'waqtu għar-rispons tal-Unjoni għall-pandemija;

16.

Jinnota l-isforzi tal-Kumitat fit-tixrid tal-opinjonijiet tiegħu flimkien ma' rapporti u attivitajiet oħra, li wkoll jikkontribwixxu biex tinkiseb il-missjoni tiegħu; jirrikonoxxi li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni regolarment tqis l-opinjonijiet tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jiżgura li kull opinjoni tiġi kondiviża mal-Membri tal-kumitati rilevanti tal-Parlament u jintalab b'mod uffiċjali u sistematiku ħin għal diskors fil-preżentazzjoni tal-abbozzi ta' rapporti tal-Parlament, f'konformità mal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat;

17.

Huwa konxju li twettqu eżerċizzji ta' konformità u effettività fl-2019 u fl-2020 biex jiġi vvalutat sa liema punt il-Kumitat ikkonforma mas-16-il standard ta' kontroll intern u sa liema punt kienet effettiva l-implimentazzjoni tagħhom; jissottolinja li t-task force dwar "Is-simplifikazzjoni tal-ambjent amministrattiv" fasslet sett ta' miżuri ta' simplifikazzjoni amministrattiva, li ħafna minnhom qed jiġu implimentati bħalissa; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2020 twettaq eżerċizzju ta' kontroll ex post u li ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni ewlenija minbarra l-ħtieġa li jiġu aġġornati l-proċeduri bil-miktub bħala riżultat tal-metodi l-ġodda ta' ħidma mingħajr l-użu ta' karti; jinnota li s-servizz ċentrali ta' verifika tal-Kumitat ipproċessa aktar minn 13 000 fajl, u li 318-il tranżazzjoni vverifikata (meta mqabbla ma' 381 fl-2019) jew ġew ikkoreġuti jew miċħuda;

18.

Huwa konxju li l-Kumitat, sabiex jikkonforma mar-Regolament Finanzjarju, qabbad espert estern biex iwettaq analiżi tal-kosteffettività; japprezza li, sabiex jitnaqqas kwalunkwe riskju ta' użu mhux xieraq tal-baġit, il-Kumitat ħoloq ambjent ta' kontroll intern immonitorjat b'mod ċentrali flimkien ma' mudell finanzjarju parzjalment deċentralizzat b'tali mod li jiżgura li t-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha jkunu soġġetti għal verifika minn aġent verifikatur indipendenti; jinnota li l-Kumitat nieda pjan ta' azzjoni pluriennali għal reviżjoni u simplifikazzjoni gradwali tal-ambjent ta' kontroll intern eżistenti; jitlob lill-Kumitat jirrapporta dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta' dak il-pjan li bdiet fl-2021 u li se tkompli fl-2022;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

19.

Jinnota li l-għadd ta' pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment jammonta għal 491 li l-Kumitat iqis bħala insuffiċjenti; jinnota li l-Kumitat jirrikorri għar-reklutaġġ ta' persunal bil-kuntratt għal sostituzzjonijiet għal perjodu ta' żmien minn medju sa twil u għal proġetti speċifiċi, li jinvolvi r-riskju ta' telf konsiderevoli ta' għarfien u għarfien espert għall-Kumitat meta dawk il-kuntratti jintemmu; jappoġġja lill-Kumitat hekk kif qed ikompli jinnegozja t-tkabbir tal-pjan ta' stabbiliment tiegħu; jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Kumitat hija ta' 96,3 % (meta mqabbla ma' mira ta' mill-inqas 96 %); jinnota li fi tmiem l-2020, il-forza tax-xogħol totali kienet ta' 601 (li tinkludi kemm il-persunal statutorju kif ukoll dak mhux statutorju), meta mqabbla ma' 610 fi tmiem l-2019; iħeġġeġ lill-Kumitat, f'dan il-kuntest, biex japprofondixxi l-kooperazzjoni amministrattiva tiegħu mal-KESE permezz tal-arranġament ta' servizzi konġunti biex jiġbor flimkien il-persunal sabiex ikompli jiżviluppa aktar sinerġiji;

20.

Josserva li l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli huma aċċessibbli għall-maġġoranza kbira tal-persunal tal-Kumitat iżda li x-xogħol part-time u l-liv tal-ġenituri jintużaw minn għadd limitat ta' persunal, li minnhom in-nisa jirrappreżentaw 77,5 % u 78,72 % rispettivament; huwa konxju li l-Kumitat jipprovdi sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal dwar l-arranġamenti ta' xogħol flessibbli u jirrakkomanda li l-Kumitat jimpenja ruħu f'komunikazzjoni aktar intensiva dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta' dawk l-arranġamenti u li jiżgura li l-użu tal-arranġamenti ta' xogħol flessibbli ma jkunx ta' żvantaġġ għalihom bi kwalunkwe mod fil-progress fil-karriera tal-membri tal-persunal rilevanti; jilqa' l-istħarriġ tal-persunal dwar it-telexogħol u l-flessibbiltà fix-xogħol li minnu l-maniġers u persunal ieħor jistgħu jieħdu tagħlimiet u jibnu reġimi ta' xogħol flessibbli għall-futur;

21.

Jinnota li t-telexogħol kien diġà jintuża b'mod mifrux qabel il-pandemija tal-COVID-19, iżda li t-tagħmir tal-IT, l-esperjenza u l-kultura tat-telexogħol meħtieġa ma kinux għadhom preżenti fil-Kumitat kollu; josserva li s-servizzi tal-IT tal-Kumitat għamlu sforzi sinifikanti biex l-organizzazzjoni kollha tkun tista' taħdem b'mod kompletament mill-bogħod; jirrimarka li l-persunal malajr ġie mħarreġ dwar l-użu tal-pjattaformi online differenti;

22.

Josserva b'sodisfazzjon ir-rata ta' assorbiment tal-kompetizzjoni interna ġenerali li ntemmet fl-2019 ("riżerva ta' talent") b'100 % tal-ħatriet għall-grupp AST/SC u għall-grupp AST u 81 % tal-ħatriet għall-grupp AD ġejjin mil-lawrjati; jilqa' l-istrateġija ta' ġestjoni mtejba tat-talent prevista għall-2022, li għandha l-għan li timplimenta skema ta' mobbiltà interna aktar dinamika;

23.

Jinsab imħasseb dwar il-12-il każ possibbli ta' stress eċċessiv irrapportati fl-2020 iżda jirrikonoxxi s-segwitu personalizzat mill-Kumitat tal-assenzi biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni wara assenza fit-tul; jisħaq fuq l-importanza tal-uffiċjal mediku u tal-ħaddiem tas-servizz soċjali tal-Kumitat biex jipprovdu appoġġ u jżommu kuntatt ma' persuni f'diffikultà; iħeġġeġ lill-Kumitat iżomm il-fokus fuq il-prevenzjoni primarja biex jitnaqqsu r-riskji psikosoċjali u l-istress eċċessiv kif ukoll il-viżti mediċi annwali;

24.

Jinnota li l-proporzjon tal-ġeneri fil-persunal tal-Kumitat fl-2020 kien ta' 55,8 % nisa, meta mqabbel ma' 56 % fl-2019; jesprimi dispjaċir għad-distribuzzjoni żbilanċjata fil-maniġment intermedju (32,4 % nisa) u superjuri (25 % nisa); jissottolinja li din hija kwistjoni rikorrenti u jtenni t-talba lill-Kumitat biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ġerarkiċi kollha; jinnota li l-mira ta' 40 % nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali stabbilita fil-pjan ta' azzjoni għal opportunitajiet indaqs bħalissa tidher li tista' tintlaħaq (37,5 % f'Marzu 2021); jilqa' b'mod partikolari l-inċentivi speċifiċi biex b'mod attiv in-nisa jiġu mħeġġa japplikaw għal karigi maniġerjali bħar-rikonoxximent formali tar-responsabbiltajiet maniġerjali taħt il-livell tal-kap tal-unità, il-programm ta' mentoraġġ imniedi fl-2019 u l-korisjiet ta' taħriġ premaniġerjali; iħeġġeġ lill-Kumitat biex jagħmel l-isforzi kollha meħtieġa sabiex jilħaq l-istrateġija tiegħu ta' ħames snin dwar l-opportunitajiet indaqs u biex ikun aktar ambizzjuż fil-pjanijiet ta' azzjoni annwali li jimplimentaw l-istrateġija; jilqa' u jinkoraġġixxi, b'mod partikolari, azzjonijiet li jikkontribwixxu għal rappreżentanza bbilanċjata tal-ġeneri fil-bordijiet tas-selezzjoni u arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli;

25.

Jinnota li l-Kumitat jimpjega persunal mill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta' Stat Membru wieħed; jilqa' l-inizjattivi tal-Kumitat biex tiżdied il-viżibbiltà tal-pożizzjonijiet vakanti tiegħu, b'mod partikolari bl-użu ta' ambaxxaturi tal-persunal u bil-ħolqien ta' "reputazzjoni ta' min iħaddem" pożittiva; jitlob lill-Kumitat ikompli jieħu passi biex jikseb distribuzzjoni ġeografika xierqa fost il-persunal tiegħu, b'fokus partikolari fuq il-livell ta' maniġment;

26.

Fuq nota pożittiva, jenfasizza li wara l-ħatra ta' uffiċjal għall-opportunitajiet indaqs fl-2019, fl-2020 ġiet stabbilita task force bejn is-servizzi biex l-opportunitajiet indaqs jiġu integrati fil-politiki kollha tar-riżorsi umani u biex titħejja l-istrateġija ta' ħames snin (2022-2027); jifraħ lill-inizjattiva li jinħolqu punti ta' kuntatt għal kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-ġeneru, mal-komunità LGBTIQ u mad-diżabilitajiet sabiex jiġu mħeġġa l-inizjattivi minn isfel għal fuq u jingħata kontribut biex il-Kumitat isir post tax-xogħol aktar inklużiv;

27.

Huwa konxju mill-każ ta' fastidju rrapportat lill-KESE minn informatur u trażmess lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) f'Awwissu 2020, li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Kumitat li jaħdem fis-servizzi konġunti u jinvolvi wkoll allegazzjonijiet ta' ġestjoni ħażina u irregolaritajiet finanzjarji; jistieden lill-Kumitat u lill-KESE jirrapportaw b'mod konġunt lill-Parlament dwar l-eżitu tal-investigazzjoni mill-OLAF kif ukoll dwar kwalunkwe verifika interna ulterjuri jew miżura li tinsab pendenti fuq investigazzjoni;

28.

Jilqa' d-diskussjonijiet intensivi bejn il-Kumitat, ir-rappreżentanti tal-persunal, is-servizzi interni rilevanti kollha u membri oħra tal-persunal involuti fid-deċiżjoni dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persunal, il-ġestjoni tal-konflitt u l-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u sesswali fil-Kumitat u l-gwida li takkumpanjaha, adottata fl-2021; japprezza l-organizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni tal-persunal u l-approċċ ta' tolleranza żero tal-Kumitat lejn il-fastidju kif ukoll il-kors ta' taħriġ online dedikat; jissuġġerixxi li l-Kumitat jagħmel użu minn attivitajiet ta' komunikazzjoni alternattivi dwar suġġetti rilevanti relatati mal-opportunitajiet indaqs, id-diversità u l-inklużjoni biex jiġi evitat u ġestit il-konflitt fuq il-post tax-xogħol; jilqa' l-kostituzzjoni ta' bord konsultattiv dwar il-fastidju;

29.

Jinnota li, biex tiġi ssalvagwardjata d-data personali, ma tinġabar l-ebda data dwar il-persunal b'diżabilità iżda jirrimarka li b'riżultat ta' dan qed jiġu mxekkla valutazzjoni reali tas-sitwazzjoni u l-elaborazzjoni ta' politiki adegwati f'dak il-qasam; jinnota li, madankollu, il-politika tal-Kumitat dwar l-opportunitajiet indaqs tinkludi għadd ta' passi prattiċi u miżuri konkreti li għandhom l-għan li jipprovdu ambjent tax-xogħol inklużiv; jilqa' l-fatt li l-istrateġija konġunta dwar il-bini tal-Kumitat u tal-KESE tqis bis-sħiħ id-diżabbiltà;

30.

Jinnota li l-Kumitat ospita 47 trainee fl-2020, li kollha ngħataw għotja fix-xahar u somma f'daqqa addizzjonali ta' EUR 100 biex ikopru l-ispejjeż relatati mat-telexogħol; jiddispjaċih li ġew offruti żjarat ta' studju mingħajr ħlas lil tmien trainees flimkien ma' tliet żjarat ta' studju qosra li bdew fl-2019 u komplew fl-2020; itenni l-appell tiegħu lill-Kumitat biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jirċievu remunerazzjoni diċenti;

Qafas etiku u trasparenza

31.

Jilqa' l-eżitu tal-ewwel fażi tal-proċess ta' medjazzjoni bejn il-Kumitat u s-Sur McCoy, eks kontrollur finanzjarju u awditur intern, bl-iffirmar f'Diċembru 2019 ta' ftehim politiku dwar il-prinċipji li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-każ ta' żvelar ta' informazzjoni bona fide tas-Sur McCoy; ifakkar li, abbażi tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2017, saret il-ħatra ta' membru tal-Parlament bħala medjatur u li l-partijiet kollha daħlu fi proċess ta' medjazzjoni biex jintemm it-tilwim bejn il-Kumitat u s-Sur McCoy, bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni amikevoli; jirrikonoxxi li l-Kumitat segwa l-laqgħat ta' medjazzjoni skedati mas-Sur McCoy; huwa konxju li t-tieni stadju tal-medjazzjoni konkluż fid-9 ta' Lulju 2021 bil-kontribut tal-medjatur tal-Parlament, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, is-Sur McCoy u l-President u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat u l-iffirmar ta' soluzzjoni finanzjarja finali; huwa konxju, finalment, li l-Kumitat, wara l-approvazzjoni tat-trasferiment mill-awtoritajiet baġitarji, eżegwixxa b'suċċess il-pagament miftiehem lis-Sur McCoy f'Novembru 2021; jirrikonoxxi l-ħidma li saret minn rapporteurs u shadow rapporteurs suċċessivi għall-kwittanza tal-Kumitat tul dawn l-aħħar għoxrin sena li, flimkien mal-proċess ta' medjazzjoni u l-assistenza tas-Servizz Legali tal-Parlament, ikkontribwew għar-riżoluzzjoni tal-kwistjoni li kienet ilha pendenti; jiddispjaċih ħafna dwar il-ħsara konsiderevoli kkawżata lis-Sur McCoy u jiddikjara li dan il-każ ma kellux jibqa' mhux solvut għal aktar minn tmintax-il sena; jesprimi s-sodisfazzjon sinċier tiegħu għall-konklużjoni ta' dan il-każ u jappoġġja l-azzjonijiet tal-Kumitat sabiex jiżgura li sitwazzjoni bħal din ma tkunx tista' terġa' tinqala';

32.

Jirrikonoxxi li l-Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (1) u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju (2), filwaqt li jippermettu l-involviment volontarju tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, ma jkoprux l-attivitajiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom; joġġezzjona, madankollu, għall-fehma tal-Kumitat li l-użu tar-reġistru tat-trasparenza stabbilit minn dawk il-ftehimiet għandu rilevanza limitata u għandu riżervi dwar il-validità tal-Gwida Prattika dwar l-interazzjoni tal-persunal ma' entitajiet esterni (li tmur lura għall-2018); ifakkar fl-importanza ta' livell għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-laqgħat ta' lobbjar li jistgħu jinfluwenzaw lill-Kumitat fir-rwol konsultattiv tiegħu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għalhekk, itenni t-talba tiegħu lill-Kumitat biex jingħaqad mal-ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju;

33.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li 66 membru tal-persunal biss ħadu sehem f'waħda jew aktar mit-13-il sessjoni ta' taħriġ dwar kwistjonijiet etiċi li ġew organizzati fl-2020; iħeġġeġ lill-Kumitat isib modi kif iżid il-parteċipazzjoni tal-persunal f'attivitajiet bħal dawn; jinnota b'sodisfazzjon l-istħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar l-etika li tnieda sa tmiem l-2019 u s-segwitu tiegħu fil-qafas tal-awditu intern dwar l-istess kwistjoni; jitlob lill-Kumitat jibqa' jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'Settembru 2020 u jirrapporta dwar l-eżiti fi żmien xieraq;

34.

Jilqa' d-dħul fis-seħħ fis-26 ta' Jannar 2020 tal-kodiċi ta' kondotta tal-Kumitat u l-fatt li s-Segretarju Ġenerali mhu konxju tal-ebda ksur; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li f'Jannar 2021, kien għad hemm 146 dikjarazzjoni finanzjarja mill-membri u mis-sostituti li kienu għadhom ma ġewx sottomessi minkejja l-obbligu skont il-kodiċi ta' kondotta li jagħmlu dan; iħeġġeġ lill-Kumitat jikseb id-dikjarazzjonijiet finanzjarji neqsin, billi jagħmel użu sħiħ mill-għażliet disponibbli skont il-kodiċi ta' kondotta;

35.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-intranet tal-Kumitat għandu paġni ddedikati għall-qafas etiku applikabbli għall-membri tal-persunal; jilqa' l-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-Kumitat ukoll, minbarra l-kodiċi ta' kondotta tal-Kumitat u l-lista ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji neqsin; jirrakkomanda li l-Kumitat iżid il-viżibbiltà ta' dawk id-dokumenti fir-rigward tal-pubbliku;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

36.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ħafna proċessi ta' ħidma ġew diġitalizzati b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u li l-laqgħat kollha saru mill-bogħod jew f'forma ibrida minn Marzu 2020, filwaqt li l-membri kollha tal-persunal ġew mgħammra bl-għodod tal-IT meħtieġa biex jaħdmu mid-dar; jifraħ lill-Kumitat għat-titjib sinifikanti tal-portal tal-membri, Phoenix u tal-għodda tal-fluss tax-xogħol tad-dokumenti Adonis; jinnota li sar progress kontinwu fir-rigward tal-fatturazzjoni elettronika, fl-akkwist elettroniku u fil-flussi ta' ħidma finanzjarji mingħajr karti, li ġie stabbilit grupp ta' ħidma dwar il-firem elettroniċi, li ġew implimentati verżjonijiet ġodda tal-magni tat-tiftix biex jappoġġjaw aħjar il-laqgħat online għall-membri filwaqt li tfasslu miżuri speċifiċi, li tnediet sistema ta' votazzjoni elettronika għall-membri tal-Kumitat, li l-applikazzjonijiet li diġà kienu jeżistu ġew adattati b'mod sinifikanti biex jappoġġjaw aħjar lill-membri u lill-persunal tal-Kumitat u li sar progress fl-implimentazzjoni tal-għodod ta' traduzzjoni megħjuna mill-kompjuter;

37.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 imbuttat lill-Kumitat biex iħaffef b'mod sostanzjali l-implimentazzjoni ta' għadd ta' proġetti tal-IT u tal-vidjokonferenzi fl-2020, b'investiment addizzjonali sussegwenti ta' madwar EUR 2,7 miljun; jinnota li l-Kumitat nefaq EUR 6 392 372 fuq proġetti u tagħmir tal-IT fl-2020 (meta mqabbel ma' EUR 4 033 320 fl-2019); jinnota li apparti l-istrateġija diġitali tal-Kumitat għall-2019, ġew żviluppati proġetti oħra biex tiġi ddiġitalizzata l-amministrazzjoni tal-Kumitat u tiġi żgurata l-effiċjenza tagħha; jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kumitat li s-servizzi tal-IT tiegħu ilhom strutturalment sottoffinanzjati għal snin twal u li t-trasferimenti baġitarji ma jistgħux jissostitwixxu l-finanzjament strutturalment sod meħtieġ għas-servizzi kollha tal-IT; jinnota, b'mod partikolari, it-tħassib tal-Kumitat dwar il-kostijiet u l-ispejjeż ġenerali għal organizzazzjonijiet iżgħar ta' regoli futuri vinkolanti komuni dwar iċ-ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali (3);

38.

Jilqa' l-ħolqien ta' viċi uffiċjal tal-protezzjoni tad-data biex jiggarantixxi l-kontinwità tal-operat u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Kumitat f'dak il-qasam speċifiku; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u jorganizza korsijiet ta' taħriġ għall-membri tal-persunal li jittrattaw id-data personali; jinnota li, fuq talba tal-EDPS, il-Kumitat fassal it-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi u kkonkluda li ma ġiet affettwata l-ebda attività; jinnota li l-Kumitat iffirma r-"reġistrazzjoni" marbuta ma' kuntratt qafas interistituzzjonali ma' Microsoft u li ma għadx għandu fis-seħħ ftehimiet ta' liċenzji individwali separati mal-Microsoft; japprezza l-politika attiva tal-Kumitat dwar it-teknoloġija b'sors miftuħ; jinkoraġġixxi lill-Kumitat ikompli jipprijoritizza t-teknoloġiji b'sors miftuħ sabiex iżomm kontroll fuq is-sistemi tekniċi tiegħu stess, jevita d-dipendenza u l-intrappolament tal-klijentela, jipprovdi salvagwardji aktar b'saħħithom fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data ta' utenti, kif ukoll iżid is-sigurtà u t-trasparenza għall-pubbliku;

Bini u sigurtà

39.

Huwa konxju li l-Kumitat u l-KESE qed jimplimentaw l-istrateġija tagħhom dwar il-bini fit-tul li tiffoka fuq il-konċentrazzjoni ġeografika u l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjonijiet tal-uffiċċji; jinnota li l-grupp ta' ħidma responsabbli kkunsidra li huwa essenzjali li jkun hemm bini addizzjonali b'kapaċità ta' madwar 200 persuna sabiex ikunu jistgħu jinħolqu kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin; jinnota li dik l-analiżi wasslet lill-Kumitat u lill-KESE biex jinnegozjaw il-kiri tal-bini B100 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u li l-abbozz tal-ftehim amministrattiv ġie approvat mill-bureaus tal-Kumitat u tal-KESE fl-aħħar trimestru tal-2020; huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat dewmien fil-proċess;

40.

Jenfasizza li wara t-tpartit tal-binjiet B68/TRE74 tal-Kumitat u tal-KESE mal-binja VMA tal-Kummissjoni, l-iffrankar se jibda jinħass fl-2023 minħabba l-ispiża aktar baxxa biex jinkera l-bini VMA sħiħ meta mqabbel mal-kiri tal-binjiet B68/TRE74 u li dak l-iffrankar se jkun biżżejjed biex ikopri l-kera tal-binja B100;

41.

Jilqa' t-titjib fl-oqsma ewlenin fi ħdan l-istrateġija dwar il-bini, jiġifieri r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti biex jinħolqu spazji tax-xogħol aktar tajbin għas-saħħa allinjati mal-istandards ergonomiċi, jiżdied il-livell ta' sigurtà, jitnaqqas il-konsum tal-elettriku u jkun hemm allinjament mal-obbligi ambjentali;

42.

Jinnota li l-ħidma preparatorja għall-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' ġestjoni tal-eVisitors bdiet fl-2020 u li s-sistema tal-eVisitors kienet kompletament funzjonali f'Novembru 2021, li ppermettiet il-ġestjoni effiċjenti tal-istediniet u r-reġistrazzjoni online ta' viżitaturi esterni; ifakkar lill-Kumitat li d-data personali tal-viżitaturi għandha tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ biex tiġi pproċessata ż-żjara;

43.

Jinnota li, wara l-akkwiżizzjoni tal-binja B100 f'Settembru 2021, it-testijiet u t-tnaqqis tal-asbestos għadhom għaddejjin; jistieden lill-Kumitat u lill-KESE jimmonitorjaw perjodikament il-kundizzjonijiet ta' dik il-binja u jżommu lill-persunal infurmat f'kull mument kif xieraq; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos (4);

Ambjent u sostenibbiltà

44.

Jilqa' l-integrazzjoni tal-istandards tas-sostenibbiltà, tal-ambjent u tal-aċċessibbiltà, inklużi dawk tal-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni, bħala parti mill-istrateġija dwar il-bini tal-Kumitat u tal-KESE; jinnota li minn meta ġiet stabbbilita s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom, il-Kumitat u l-KESE ħadu diversi azzjonijiet bil-għan li jtejbu l-prestazzjoni enerġetika tal-bini tagħhom u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħhom; huwa konxju li jinsab għaddej studju dwar in-newtralità karbonika tal-Kumitat u tal-KESE sal-2030; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Kumitat fl-iskema tal-Parlament ta' kumpens għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

45.

Jilqa' l-adozzjoni mill-Kumitat tal-politika li jitwaqqaf l-użu tal-karti fi Frar 2020 u josserva li, minn dak iż-żmien 'l hawn, il-biċċa l-kbira tal-flussi tax-xogħol saru kompletament mingħajr karti; jilqa' l-fatt li l-ammont ta' karti użat minn kull persuna kuljum fl-2020 naqas bi 52 % meta mqabbel mal-2019 u b'81 % meta mqabbel mal-2015;

46.

Jinnota li l-Kumitat għandu politika ta' mobilità sostenibbli stabbilita li hi mmonitorjata permezz ta' stħarriġ tal-persunal kull tliet snin; josserva b'sodisfazzjon li l-politika dwar il-mobilità tinkludi rimborż ta' 50 % tal-biljetti staġjonali tat-trasport pubbliku, roti tas-servizz għal skopijiet ta' vjaġġar professjonali lokali, 237 stazzjon fejn jintrabtu r-roti, għadd ta' spazji ta' parkeġġ għall-karozzi ibridi jew elettriċi u l-organizzazzjoni ta' għadd ta' avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni kull sena;

47.

Jilqa' l-kuntratt qafas interistituzzjonali li jagħti lill-Kumitat aċċess għall-Helpdesk tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku, li tiffoka fuq l-iżvilupp sostenibbli, kwistjonijiet ambjentali u l-aspetti soċjali tal-akkwist pubbliku; jinnota li l-Kumitat japplika l-politika ambjentali tiegħu f'kull proċess ta' akkwist rilevanti, xi ħaġa li tiġi skrinjata wkoll bħala parti mill-EMAS; jilqa' l-fatt li l-elettriku kkunsmat mill-Kumitat huwa pprovdut esklussivament minn enerġija ekoloġika minn sorsi sostenibbli;

48.

Jenfasizza l-kampanja dwar il-"Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali" mmirata lejn il-mobilizzazzjoni tal-membri tal-Kumitat u tal-kostitwenti akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jittieħdu azzjonijiet pożittivi biex jiġu mħeġġa l-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni ekoloġika (jiġifieri l-ekoloġizzazzjoni urbana, l-effiċjenza enerġetika tal-bini, il-mobilità sostenibbli eċċ.), filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-kooperazzjoni msaħħa mad-Direttorat għall-Komunikazzjoni tal-Parlament u bil-parteċipazzjoni attiva tal-Membri Parlamentari;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

49.

Ifakkar fl-importanza li l-Kumitat jiżviluppa viżibbiltà akbar fil-media u fuq l-internet u l-media soċjali sabiex tagħmel xogħolha magħruf; jilqa' l-evalwazzjoni komprensiva esterna tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Kumitat għall-2015-2020; jifhem li l-pandemija tal-COVID-19 sfurzat l-aċċellerazzjoni diġitali tal-komunikazzjoni pubblika; jisħaq fuq l-importanza li jiġi mmassimizzat l-għadd ta' nies li jilħaq il-Kumitat permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aktar minn miljun politiku reġjonali u lokali elett li huma rrappreżentati mill-Kumitat; iħeġġeġ lill-Kumitat jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mill-preżenza tiegħu fuq il-media soċjali u fl-istess ħin jesplora l-użu possibbli ta' pjattaformi b'sors miftuħ alternattivi;

50.

Jilqa' l-involviment tal-Kumitat fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li jassisti dak l-eżerċizzju demokratiku fl-ilħuq tal-atturi reġjonali u lokali; iħeġġeġ ukoll lill-Kumitat jassisti lill-membri tiegħu biex jipparteċipaw fi djalogi lokali maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet Ewropej;

51.

Jissottolinja l-kampanji u l-attivitajiet imwettqa fl-2020 immirati lejn gruppi ta' interess, b'mod partikolari l-memoranda ta' qbil u l-pjanijiet ta' azzjoni mal-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali li jirrappreżentaw interessi lokali u reġjonali li jinkludu klawżoli dwar kwistjonijiet ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni; jifhem li l-pandemija tal-COVID-19 ġiegħlet lill-Kumitat iwaqqaf temporanjament id-djalogi maċ-ċittadini tiegħu; jirrakkomanda li d-djalogi taċ-ċittadini jitmexxew online biex tiġi żgurata l-kontinwità ta' din l-attività importanti biex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitqarrbu lejn il-poplu tal-Ewropa;

52.

Jilqa', fil-qasam tal-komunikazzjoni, iż-żewġ avvenimenti ewlenin organizzati fl-2020; jirrimarka li l-Kumitat ilu jikkoordina l-Konferenza Ewropea dwar il-Komunikazzjoni Pubblika (EuropPCom) mill-2011 u li fl-2020 dan l-avveniment sar virtwalment f'Ġunju u f'Diċembru, u laħaq madwar 2 500 espert tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, avveniment magħruf li jinvolvu 'il fuq minn 10 000 parteċipant u 800 sieħeb, u l-Barometru Reġjonali u Lokali l-ġdid, ippreżentat f'Ottubru 2020 u jirrikonoxxi li ż-żewġ inizjattivi t-tnejn li huma jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, flimkien mal-proġett maħluq speċifikament għal dak il-għan, "Mil-livell lokali għal dak Ewropew", imniedi fi tmiem l-2020, li jinvolvi 50 reġjun u belt f'panels taċ-ċittadini lokali, transfruntiera u transnazzjonali;

53.

Jitlob lill-Kumitat ikompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-viżibbiltà tal-istudji prodotti minnu; jissottolinja li, minbarra l-pubblikazzjoni online tagħhom, hemm bżonn ta' promozzjoni proattiva tal-istudji fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha; jinkoraġġixxi lill-Kumitat jagħmel kuntatt mal-Parlament biex iżid il-kooperazzjoni, pereżempju permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti konġunti;

54.

Jistieden lill-Kumitat jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, inklużi dawk li mhumiex rappreżentati uffiċjalment fil-Kumitat, dwar kwistjonijiet relatati mal-opportunitajiet u n-networking tal-Unjoni;

Il-kooperazzjoni interistituzzjonali

55.

Jilqa' l-kooperazzjoni bilaterali dejjem akbar u dejjem aktar effettiva bejn il-Parlament u l-Kumitat; iħeġġeġ kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kumitat jkomplu l-laqgħat regolari bejn il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tagħhom u jtejbu l-kooperazzjoni strutturata bejn ir-rapporteurs rispettivi u kemm il-gruppi politiċi kif ukoll il-korpi preparatorji li fihom jorganizzaw ruħhom il-membri tagħhom; jilqa' d-deċiżjoni tal-bureau tal-Kumitat f'Novembru 2020 li jniedi Network Ewropew ta' Kunsilliera Reġjonali u Lokali tal-UE, li se jkun allinjat mal-azzjoni pilota tal-Parlament Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Entitajiet Lokali (BELE); jinnota, barra minn hekk, il-kollaborazzjoni kontinwa dwar kwistjonijiet politiċi ewlenin mal-Kummissjoni permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni u mat-Triju ta' Presidenzi tal-Kunsill permezz ta' pjanijiet ta' azzjoni konġunti; jemmen li l-kooperazzjoni politika tal-Kumitat mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni għandha tkun aktar sistematika minħabba l-importanza tal-Kumitat bħala r-rappreżentant taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-reġjuni u fil-bliet;

56.

Jenfasizza li l-ftehimiet globali l-ġodda dwar il-livell ta' servizz konklużi fl-2020 mad-DĠ Baġit, DĠ DIGIT u l-Uffiċċju tal-Paymaster tal-Kummissjoni naqqsu b'mod sinifikanti l-għadd ta' ftehimiet, wittew it-triq għal titjib fil-puntwalità tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u estendew il-possibbiltà li jiġi żgurat l-użu ta' applikazzjonijiet tal-IT interistituzzjonali ġodda tal-Unjoni;

57.

Jenfasizza l-adozzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni amministrattiva l-ġdid bejn il-Kumitat u l-KESE li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2021 li jsaħħaħ il-governanza tal-kooperazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kontroll biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tas-servizzi konġunti; jinnota b'sodisfazzjon li l-Kumitat iqis li l-ftehim il-ġdid huwa aktar modern u aktar sempliċi mill-ftehim l-antik u li se jkun strumentali fil-ħolqien ta' sinerġiji ulterjuri bejn il-Kumitat u l-KESE:

58.

Itenni l-pożizzjoni li esprima fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti dwar il-kwittanza dwar il-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat bejn il-Parlament u l-Kumitat u l-KESE, li bih total ta' 60 traduttur, inklużi 24 mill-Kumitat, ġew ittrasferiti għall-Parlament bi skambju għall-aċċess għas-servizzi tas-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq in-nuqqas ta' persunal tal-Kumitat f'oqsma politiċi, li għandu impatt negattiv fuq it-twettiq tal-mandat tiegħu;

Pandemija tal-COVID-19

59.

Huwa konxju li l-pandemija tal-COVID-19 influwenzat b'mod sinifikanti l-attività tal-Kumitat, b'mod partikolari minħabba li l-Membri tiegħu normalment jivvjaġġaw lejn il-bini tal-Kumitat sa sitt darbiet fis-sena biex jiddibattu l-opinjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tiegħu; jirrikonoxxi l-isforzi kollettivi li żguraw appoġġ kontinwu għall-attivitajiet politiċi tal-Kumitat;

60.

Jinnota li l-pjan ta' kontinwità tal-operat (BCP), li ilu stabbilit mill-2009, ippermetta reazzjoni inizjali iżda nstab li ma kienx tajjeb għall-iskop tiegħu; jilqa' r-reviżjoni profonda tal-BCP li tnediet fi tmiem l-2020 biex jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-ġestjoni tal-pandemija tal-COVID-19; jifhem li l-pandemija kixfet l-impatt ta' akkumulazzjoni ta' nuqqasijiet ta' investimenti strutturali f'xi oqsma ta' attivitajiet tal-Kumitat, speċjalment fir-rigward tal-IT; jemmen li dawk it-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19, b'mod partikolari, għandhom jibqgħu parti integrali mill-mod futur kif jopera l-Kumitat;

61.

Japprezza l-approċċ li s-saħħa u s-sikurezza tal-membri u tal-persunal ġew l-ewwel sakemm l-organizzazzjoni adattat għas-sitwazzjoni li qed tevolvi kontinwament; jisħaq li l-inizjattivi ta' komunikazzjoni fil-qasam tar-riżorsi umani kienu vettur ta' stabbiltà u sigurtà għall-persunal matul il-pandemija tal-COVID-19; josserva li l-membri tal-persunal intalbu ma jirreġistrawx is-sigħat speċifiċi tat-telexogħol tagħhom sabiex ikun hemm il-flessibbiltà meħtieġa biex jikkombinaw ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u dawk personali; jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-persunal li ffaċċjaw diffikultajiet soċjali jew mediċi tħallew jaħdmu bit-telexogħol minn barra l-pajjiż f'ċirkostanzi speċifiċi u li ġie applikat ukoll permess ġenerali b'mod temporanju, li rriżulta f'110 membri tal-persunal li b'mod eċċezzjonali kienu qed jaħdmu bit-telexogħol minn barra l-pajjiż fl-2020; jilqa' d-djalogu mniedi mar-rappreżentanti tal-persunal, inkluż stħarriġ dwar it-telexogħol;

62.

Jappoġġja l-approċċ tal-Kumitat, li jagħti prijorità lir-riżultati fuq l-għadd tas-sigħat tax-xogħol, li juża ġestjoni bbażata fuq il-fiduċja u jiżgura d-dritt għall-iskonnessjoni, b'mod partikolari permezz tal-politika interna l-ġdida dwar il-posta elettronika; jilqa' l-miżuri addizzjonali bħall-istabbiliment ta' grupp ta' membri tal-persunal voluntiera biex jgħinu lill-kollegi matul il-perjodu tal-lockdown;

63.

Jinnota l-isforz biex tinxtered informazzjoni dwar suġġetti psikosoċjali u suġġetti relatati mar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni; jinnota wkoll l-għadd ta' ħatriet fl-2020, 246, fis-servizz soċjali, primarjament relatati mal-istress, il-konflitti u l-problemi personali jew tal-familja u r-riżultati pożittivi tal-mekkaniżmu ta' tagħlim biex wieħed jitgħallem ikampa;

64.

Jisħaq li l-attivitajiet ewlenin ġew segwiti matul il-pandemija tal-COVID-19, biex b'hekk il-Kumitat seta' jirrappreżenta lill-politiċi reġjonali u lokali eletti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, u b'hekk jappoġġja lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-indirizzar tas-sitwazzjoni ta' kriżi preżenti;

65.

Iħeġġeġ lill-Kumitat jintegra t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tiegħu f'termini tal-kontinwità tal-operat u ta' ġestjoni tal-kriżijiet, il-kapaċità ta' rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal, il-komunikazzjoni effettiva u l-proċessi ta' ħidma flessibbli, sabiex jiġi żviluppat stil ta' ġestjoni orjentat lejn ir-riżultati li fuqu jista' jinkiseb bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

 


(1)  ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11.

(2)  ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 67, 8.2.2022, p. 81.

(4)  Testi adottati P9_TA(2021)0427.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/133


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1707 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0265/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0068/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/134


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1708 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

bl-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0068/2022),

A.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tkompli tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni (PBB) u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma identifikat l-ebda nuqqas sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-akkwist għall-Ombudsman Ewropew (l-"Ombudsman");

2.

Jenfasizza l-fatt li abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, inkluża dik tal-Ombudsman kienu ħielsa minn żball materjali għas-sena finanzjarja 2020;

3.

Jilqa' l-fatt li l-Qorti ma sabet l-ebda kwistjoni speċifika dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li ma nstabet l-ebda kwistjoni sinifikanti wara eżami tas-sistema ta' sorveljanza u kontroll tal-Ombudsman;

4.

Huwa konxju li l-Kapitolu 9 "Amministrazzjoni" tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li din in-nefqa hija ta' riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li l-baġit tal-Ombudsman fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, b'parti kbira minnu li tintuża għan-nefqa relatata mar-riżorsi umani, il-bini u l-għamara, it-tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji; jinnota li fl-2020 dan ammonta għal EUR 12 348 231 (meta mqabbel ma' EUR 11 496 261 fl-2019 u EUR 10 837 545 fl-2018);

6.

Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni f'termini ta' impenji (inklużi approprjazzjonijiet riportati mill-2020 għall-2021) hija ta' 94,91 % fl-2020 (meta mqabbla ma' 92,33 % fl-2019) u mill-approprjazzjonijiet totali, 93,16 % tħallsu fl-2020 (meta mqabbla ma' 89,5 % fl-2019 u 91,3 % fl-2018); jilqa' ż-żieda fl-implimentazzjoni tal-baġit annwali tal-Ombudsman minkejja d-diffikultajiet iffaċċjati fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

7.

Jinnota li mill-Ombudsman ġew allokati mill-ġdid madwar EUR 44 500 (jew 0,4 % tal-baġit tiegħu) permezz ta' trasferiment intern ta' approprjazzjonijiet mingħajr l-involviment tal-awtorità baġitarja u EUR 1,37 miljun (jew 11,1 % tal-baġit tiegħu) permezz ta' żewġ trasferimenti esterni ta' approprjazzjonijiet li jinvolvu l-awtorità baġitarja; jinnota barra minn hekk li dawn ir-riallokazzjonijiet saru possibbli permezz ta' ffrankar li rriżulta minn tnaqqis fin-nefqa bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u r-riformi li saru fl-organigramma tal-Ombudsman;

8.

Jinnota li l-pagamenti totali ta' EUR 11 503 768,06 jikkorrispondu għal 93,16 % tal-baġit tal-2020 (meta mqabbla ma' 89,51 % fl-2019); jinnota b'sodisfazzjon li fl-2020, minn total ta' 537 pagament li saru, 99,4 % ġew eżegwiti fil-ħin, b'medja ta' żmien ta' pagament ta' 11,9-il jum, u b'hekk ferm inqas mill-massimu ta' 30 jum permess;

9.

Jinnota t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet riportati mill-2020 għall-2021 li ammontaw għal EUR 215 895,65, li jirrappreżentaw 1,7 % tal-baġit għall-2020, meta mqabbla ma' dawk riportati mill-2019 għall-2020 (li ammontaw għal EUR 323 410, li jirrappreżentaw 2,8 % tal-baġit għall-2019); jinnota, barra minn hekk, li ntużaw 74,31 % tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2019 għall-2020 (meta mqabbla ma' 90,36 % fl-2018);

10.

Jirrikonoxxi li, matul l-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-baġit tal-Ombudsman billi naqqset l-ispejjeż previsti fir-rigward tal-konferenzi (-109 % meta mqabbla mal-2019), il-missjonijiet (89 % inqas min-nefqa fl-2019) u t-taħriġ għall-persunal (59 % inqas min-nefqa fl-2019); huwa konxju li t-tnaqqis fin-nefqa għamel disponibbli riżorsi li ġew riallokati biex jiffinanzjaw parti mill-ispejjeż assoċjati mar-rilokazzjoni tal-uffiċċju ta' Brussell (li se tiġi ffinalizzata fl-2021); jilqa' l-fatt li ntwera li kien hemm użu effiċjenti u ottimizzat tar-riżorsi tal-Ombudsman;

11.

Jinnota li ġew organizzati tliet sejħiet għall-offerti mill-Ombudsman fl-2020, żewġ kuntratti ta' valur baxx ħafna (sa EUR 15 000) u kuntratt wieħed ta' valur baxx (sa EUR 60 000), li kellhom biss kandidat wieħed minħabba n-natura speċifika tat-taħriġ offrut mill-offerent;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

12.

Jilqa' l-adozzjoni f'Diċembru 2020 tal-istrateġija "Lejn l-2024" li tiddeskrivi l-approċċ li se tieħu l-Ombudsman matul il-mandat tal-2020-2024 biex tgħin fil-ħolqien, sa fejn hu possibbli, ta' amministrazzjoni tal-Unjoni li tagħti rendikont akbar ta' għemilha, aktar trasparenti, etika u effettiva sabiex tiffaċċja sfidi bħax-xettiċiżmu dwar l-Unjoni, l-isfidi tal-politika u l-pjan ta' rkupru tal-COVID-19; iqis dan l-approċċ bħala essenzjali biex tiġi żgurata l-effettività kontinwa u tiżdied il-fiduċja pubblika fl-istituzzjoni;

13.

Josserva li fl-2020, sabiex tappoġġja l-istrateġija "Lejn l-2024", l-Ombudsman irrieżaminat l-organigramma tagħha, proċedura li tlestiet f'Ġunju 2021 bir-reklutaġġ tad-Direttur tal-Amministrazzjoni; jistieden lill-Ombudsman timmonitorja u tirrapporta dwar l-eżitu tal-bidliet fl-istruttura organizzattiva tagħha fit-tul; jinnota b'sodisfazzjon ir-riżultati pożittivi tal-istruttura organizzattiva l-ġdida li sserraħ ħafna fuq sistema bbażata fuq il-fiduċja fil-persunal u tinkludi t-titjib tal-impatt u l-effiċjenza tal-proċess ta' inkjesta bl-eliminazzjoni ta' ġerarkija eċċessiva; il-faċilitazzjoni tal-komunikazzjoni interna, il-koordinazzjoni u l-ħidma kollaborattiva bejn it-timijiet; it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-membri tal-persunal biex jiksbu esperjenza maniġerjali bħala mexxejja ta' timijiet; u l-iżgurar ta' forza tax-xogħol versatili u flessibbli; jemmen li l-istabbiliment ta' timijiet ta' evalwazzjoni bejn il-pari se jiffaċilita l-konsistenza u approċċ uniformi u se jtejjeb il-kwalità tax-xogħol fuq il-każijiet;

14.

Huwa konxju li l-kuntest il-ġdid għandu l-għan li jalloka x-xogħol b'mod aktar effiċjenti billi l-assistenti jiġu assenjati għat-trattament tal-ilmenti barra mill-mandat tal-Ombudsman, pereżempju billi jingħata parir lill-ilmentaturi biex jikkuntattjaw lill-awtorità li tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tittrattahom; jilqa' l-fatt li din id-deċiżjoni ta' politika ppermettiet lill-assistenti jittrattaw 22 % tal-ilmenti kollha li waslu barra mill-mandat, u b'hekk illiberat il-ħin għal dawk li jittrattaw il-każijiet biex jiffukaw fuq l-inkjesti; jistieden lill-Ombudsman tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza lista ta' tali lmenti;

15.

Josserva li l-Ombudsman żviluppat ukoll sett ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs), flimkien mal-azzjonijiet organizzati taħt sitt temi fil-Pjan ta' Ġestjoni Annwali 2020, li se tiffoka fuqhom l-Ombudsman fl-2021, biex jgħinu jkejlu l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-istrateġija "Lejn l-2024"; jinnota li l-KPIs ġew inklużi għall-ewwel darba fil-pjan ta' ġestjoni annwali għall-2021 u li r-riżultati se jiġu inklużi fir-rapport annwali tal-attività tal-2021; jilqa' l-kisba ta' riżultati ta' prestazzjoni rilevanti, anke matul il-pandemija, b'mod partikolari dwar il-KPIs li qabżu l-miri interni;

16.

Jirrikonoxxi li għalkemm il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq in-numru ta' lmenti sottomessi lill-Ombudsman, l-impatt ma kienx kbir peress li kien hemm biss tnaqqis żgħir kemm fl-għadd globali ta' lmenti sottomessi (2 107 fl-2020 meta mqabbel ma' 2 171 fl-2019 u 2 180 fl-2018) kif ukoll fl-għadd globali ta' lmenti ttrattati (2 148 fl-2020 meta mqabbel ma' 2 201 fl-2019);

17.

Jifraħ lill-Ombudsman talli rnexxielha ttejjeb il-livell ta' effiċjenza fit-trattament tal-ilmenti u l-inkjesti bit-teħid ta' deċiżjoni ta' ammissibbiltà fi żmien xahar fi 98 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 91 % fl-2019), bl-għeluq tal-inkjesti fi żmien 6 xhur f'76 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 63 % fl-2019) jew fi żmien 18-il xahar f'97 % tal-każijiet (meta mqabbla ma' 90 % fl-2019);

18.

Jieħu nota tax-xejra pożittiva fir-rata ta' effiċjenza tal-ħin għat-trattament tal-ilmenti, bi żmien medju ta' 36 jum fl-2020 (imqabbel ma' 64 fl-2019 u 78 fl-2018), filwaqt li ż-żmien medju biex tiġi konkluża inkjesta kien ta' 133 jum fl-2020 (imqabbel ma' 208 fl-2019 u 254 fl-2018); jinnota li l-proporzjon ta' każijiet magħluqa (392) u inkjesti miftuħa (365) għadu aħjar milli mistenni, u dan jikkonferma l-isforzi tal-Ombudsman f'termini ta' effiċjenza;

19.

Jilqa' l-proporzjon akbar ta' inkjesti miftuħa f'każijiet ta' interess pubbliku, b'65 inkjesta li nfetħu fl-2020, fir-rigward tal-mira ta' 50, u meta mqabbel mal-45 li nfetħu fl-2019; jinnota li l-każijiet ta' interess pubbliku li huma rilevanti għal grupp ħafna usa' ta' persuni milli l-ilmentatur biss u li jistgħu jwasslu għal titjib fl-amministrazzjoni, li huwa objettiv ewlieni tal-istrateġija tal-Ombudsman;

20.

Jilqa' r-riżultati pożittivi tal-proċedura rapida li tagħmilha possibbli li l-ilmenti li jikkonċernaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti jiġu ttrattati ħafna aktar malajr peress li ż-żmien medju issa huwa terz ta' dak li kien qabel ma ġiet introdotta dik il-proċedura;

21.

Jenfasizza li fl-2020 il-perċentwal ta' lmenti fil-mandat tal-Ombudsman kien ta' 34 %, li huwa ogħla mill-mira (33 %) iżda inqas milli kien fl-2019 (39 %); jinnota b'sodisfazzjon li t-turnaround effiċjenti tal-każijiet għamilha possibbli li jiġi riportat għadd rekord baxx ta' inkjesti (92) mill-2020 għall-2021 (meta mqabbel ma' 117-il inkjesta riportati mill-2019 għall-2020);

22.

Josserva li r-rata ta' aċċettazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman tjiebet (79 % fl-2020 meta mqabbla ma' 77 % fl-2019 fl-aċċettazzjoni globali) iżda għadha taħt il-mira ta' 90 %; jinnota li r-rata ta' aċċettazzjoni hija kkalkulata f'ċertu punt ta' żmien u ma tiġborx l-azzjonijiet sussegwenti kollha mwettqa biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;

23.

Jieħu nota tal-finalizzazzjoni tal-manwal il-ġdid dwar il-proċeduri ta' ġestjoni tal-ilmenti u l-ħatra ta' koordinaturi tal-ġestjoni tal-għarfien skont l-organigramma l-ġdida li l-proposti ta' azzjoni tagħha qed jiġu implimentati;

24.

Jinnota b'sodisfazzjon in-nuqqas ta' rimarki wara verifika mill-Qorti tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Ombudsman, inklużi standards ta' kontroll intern, ġestjoni tar-riskji, kontrolli ex ante u ex post, reġistri ta' eċċezzjonijiet, superviżjoni tal-ġestjoni, rapporti tal-awditu intern u miżuri kontra l-frodi;

25.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Ombudsman, wara suġġeriment mill-Qorti, implimentat miżura ta' riżerva u ta' mitigazzjoni li permezz tagħha l-operazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-kontrollur ex ante jiġu vverifikati ex post;

Riżorsi umani, benesseri tal-persunal u ugwaljanza bejn il-ġeneri

26.

Jinnota li fl-2020 il-profil u l-kompożizzjoni tal-persunal kienu simili ħafna għal dawk tal-2019 b'total ta' 73 membru tal-persunal, li huma magħmula minn 37 uffiċjal, 8 aġenti kuntrattwali u 28 aġent temporanju; josserva t-tnaqqis fl-għadd ta' aġenti kuntrattwali (minn 11 fl-2019 għal 8 fl-2020) u huwa konxju mid-deċiżjoni tal-Ombudsman li timpjega aġenti kuntrattwali prinċipalment biex tkopri l-assenzi tal-persunal;

27.

Josserva li l-Ombudsman adottat politiki dwar il-liv tal-ġenituri fl-2004, dwar it-telexogħol fl-2016, dwar ix-xogħol part-time fl-2019; jemmen li, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza tal-pandemija tal-COVID-19, il-politiki dwar arranġamenti ta' xogħol ibridu għandhom jiġu rieżaminati fejn xieraq bl-għan li jiżdiedu r-reżiljenza u l-effiċjenza tal-istituzzjoni filwaqt li jiġu protetti l-benesseri u s-sodisfazzjon tal-membri tal-persunal; huwa konxju f'dan ir-rigward li l-Ombudsman irrieżaminat kemm il-politika tagħha dwar il-ħinijiet flessibbli tax-xogħol kif ukoll dik dwar it-telexogħol, u d-deċiżjoni l-ġdida dwar it-telexogħol diġà ġiet adottata fl-2021 wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-persunal;

28.

Jilqa' r-reazzjoni rapida tal-Ombudsman għal-limitazzjonijiet imposti mill-pandemija tal-COVID-19 u l-adozzjoni tat-telexogħol bħala s-sistema standard tax-xogħol, il-flessibbiltà tal-ħinijiet tax-xogħol, u r-ritorn lejn l-uffiċċju fuq bażi volontarja u f'konformità kemm mal-miżuri ta' sikurezza meħuda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll mar-regoli nazzjonali rispettivi; jinnota li l-istituzzjoni temporanjament neħħiet il-limitazzjoni ta' 15-il jum fis-sena għat-telexogħol minn barra l-pajjiż u estendiet din il-possibbiltà għat-trainees;

29.

Jinnota li l-kapaċità tal-Ombudsman li tadatta malajr għall-pandemija tal-COVID-19 hija dovuta l-aktar għat-tħejjija tagħha għall-kontinwità tal-operat; jinnota li l-ambjent tal-IT li jippermetti lill-persunal jaħdem kompletament mill-bogħod kien diġà fis-seħħ u ttestjat qabel it-tifqigħa tal-pandemija, li ffaċilita ħafna t-tranżizzjoni rapida lejn it-telexogħol u mminimizza t-tfixkil fil-ħidma tal-Ombudsman;

30.

Huwa konxju li l-Ombudsman fasslet mill-ġdid l-azzjonijiet tagħha ta' sensibilizzazzjoni dwar il-benesseri fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19; jilqa' f'dan ir-rigward l-approċċ tal-Ombudsman li tipprijoritizza l-korsijiet tat-taħriġ iffukat fuq kwistjonijiet relatati mat-trattament tat-telexogħol estensiv, it-titjib tal-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-membri tal-persunal u l-maniġers, u s-sejba ta' bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol waqt ix-xogħol mill-bogħod; japprezza inizjattivi kreattivi bħal waqfiet għall-kafè u għall-ikel virtwali, flimkien mal-kollaborazzjoni tas-Servizz Mediku tal-Parlament biex joffri appoġġ psikoloġiku; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tiżviluppa l-istrateġija tagħha bl-għan li jinkiseb bilanċ tajjeb bejn l-obbligi privati tal-membri tal-persunal u l-interessi tas-servizz;

31.

Jilqa' l-adozzjoni fl-2020 tal-"politika tar-ritorn għax-xogħol" li għandha l-għan li tiffaċilita r-riintegrazzjoni tal-persunal wara perjodu twil ta' liv minħabba mard, irrispettivament minn jekk il-liv minħabba mard kienx marbut ma' stress eċċessiv;

32.

Jinnota li kien offrut appoġġ imfassal lill-membri tal-persunal taħt stress u li t-taħriġ obbligatorju normali dwar "id-dinjità u r-rispett fuq ix-xogħol" se jerġa' jibda għall-membri kollha tal-persunal fl-2021;

33.

Jinnota li rapport dwar allegat fastidju li rriżulta mit-trattament ta' każ fl-2018 li ġie sottomess minn membru tal-persunal fl-aħħar tal-2020, intbagħat lill-OLAF u qed jiġi investigat; jistenna li, sadanittant, l-Ombudsman tkun ħadet kwalunkwe miżura meħtieġa biex tipproteġi l-allegata vittma; ifakkar fl-importanza ta' taħriġ obbligatorju fil-politika ta' żero fastidju għall-persunal;

34.

Jirrikonoxxi li l-konsegwenzi mhux previsti tal-pandemija tal-COVID-19 obbligaw lill-Ombudsman tipposponi l-aġġornament tal-politika dwar id-diversità u l-inklużjoni; huwa konxju li l-politika dwar id-diversità u l-inklużjoni hija preżenti fl-attivitajiet tal-uffiċċji, inkluż it-taħriġ, il-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-għażla u t-tixrid immirat tas-sejħiet għal traineeships; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli l-proċess bil-ħsieb li tissaħħaħ id-diversità u li l-Ombudsman isir post tax-xogħol aktar inklużiv, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità;

35.

Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2020, id-distribuzzjoni globali tal-ġeneri kienet 66 % nisa u 34 % irġiel mingħajr ebda bidla meta mqabbla mal-2019; jinnota li minn total ta' 6 karigi maniġerjali, 4 huma okkupati minn nisa, li jokkupaw ukoll l-ogħla żewġ karigi tal-maniġment superjuri;

36.

Jirrikonoxxi li l-isforzi li saru biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fl-attivitajiet ta' taħriġ kellhom impatt pożittiv u li l-għadd medju ta' ġranet ta' taħriġ għal kull persuna fl-2020 huwa ta' 2,4 għal kull mara u 2,5 għal kull raġel;

37.

Josserva li fl-2020 il-persunal tal-Ombudsman kien jirrappreżenta 18-il nazzjonalità, li jfisser tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2019, u li l-karigi maniġerjali huma mqassma bejn 4 nazzjonalitajiet biss (meta mqabbla ma' 6 fl-2018 u 5 fl-2019); jistieden lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tintlaħaq distribuzzjoni ġeografika aċċettabbli, madankollu filwaqt li jitqies id-daqs żgħir tal-uffiċċju;

38.

Jinnota li minkejja l-pandemija tal-COVID-19, l-Ombudsman laqgħet 13-il trainee fl-2020; jilqa' l-fatt li l-Ombudsman immirat li tiżgura l-aħjar kundizzjonijiet possibbli tat-traineeships billi naqqset kemxejn il-wasliet ġodda u qasmithom fuq perjodu gradwali u organizzat selezzjoni annwali waħda biss minflok tnejn; jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tipprovdi lit-trainees kollha b'remunerazzjoni deċenti biex ikopru l-ispejjeż tal-għajxien;

39.

Jenfasizza l-miżuri f'waqthom adottati biex jappoġġjaw lit-trainees matul ir-restrizzjonijiet tax-xogħol tal-pandemija tal-COVID-19 billi ġew ipprovduti għodod tal-IT u materjal infrastrutturali ieħor, kif ukoll ammont ta' somma f'daqqa addizzjonali ta' EUR 40 fix-xahar biex jiġi żgurat li l-apprendisti kellhom il-mezzi biex jiksbu konnessjoni tal-internet ta' kwalità għolja;

Il-qafas etiku u t-trasparenza

40.

Jilqa' l-ħolqien ta' paġna speċjali fuq l-intranet tal-Ombudsman iddedikata għall-etika u l-imġiba tajba, b'mod partikolari l-inklużjoni tal-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-politika kontra l-fastidju adottata fl-2019, kif ukoll il-fatt li t-taħriġ ta' introduzzjoni għall-membri ġodda tal-persunal u għat-trainees jinkludi sessjoni dwar l-imġiba etika; huwa konxju li żewġ korrispondenti tal-etika jservu bħala punt ta' informazzjoni u assistenza dwar kwistjonijiet relatati mal-etika;

41.

Jifraħ lill-Ombudsman talli ppubblikat l-iskeda tagħha fuq is-sit web tagħha u talli użat b'mod konsistenti r-Reġistru ta' Trasparenza biex tivverifika li l-kelliema jew l-interlokuturi f'avvenimenti jew laqgħat organizzati mill-Ombudsman ikunu rreġistrati fih; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Ombudsman tkompli dan l-isforz u tikkollega lill-ospitant tal-avvenimenti u lill-parteċipanti tal-laqgħat ippubblikati fuq is-sit web tagħha mal-entrati tagħhom fir-Reġistru tat-Trasparenza;

42.

Jissuġġerixxi li jsir stħarriġ sabiex tiġi vvalutata s-sensibilizzazzjoni tal-membri tal-persunal tal-qafas etiku tal-Ombudsman, kif il-Qorti tirrakkomanda lill-istituzzjonijiet awditjati fir-"Rapport Speċjali 13-2019: L-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ġew awditjati: hemm lok għal titjib" tagħha;

43.

Jilqa' l-Konferenza organizzata dwar il-futur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fejn l-Ombudsman enfasizzat l-importanza tal-liġi biex il-pubbliku jkun jista' jżomm lill-Unjoni responsabbli, u appella għall-modernizzazzjoni tagħha; jikkondividi l-fehma tagħha li għandha tkun aktar allinjata mad-drittijiet taċ-ċittadini, tħeġġeġ aktar trasparenza u tqis il-ġurisprudenza eżistenti dwar it-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet; f'dan ir-rigward, jinnota li l-kwistjonijiet ta' trasparenza jammontaw għal madwar kwart tal-inkjesti tal-Ombudsman kull sena;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

44.

Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman awtomatikament tippubblika inkjesti fis-sit web tagħha sakemm ilmentatur ma jitlobx speċifikament il-kunfidenzjalità jew meta każ ikun fih data personali;

45.

Jinnota li l-attivitajiet ewlenin tal-IT fl-2020 kellhom l-għan li jiffaċilitaw il-kontinwità tan-negozju tal-Ombudsman fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, inkluża tranżizzjoni bla xkiel u effettiva lejn xogħol mill-bogħod għall-membri kollha tal-persunal u soluzzjonijiet ġodda għal-laqgħat u l-konferenzi online; josserva ż-żieda notevoli li rriżultat fin-nefqa fuq tagħmir mobbli minn EUR 31 000 fl-2019 għal EUR 108 000 fl-2020;

46.

Jilqa' l-progress li sar fl-użu ta' għodod tal-IT kif mitlub mill-Parlament, b'kunsiderazzjoni speċifika tal-importazzjoni awtomatika tal-informazzjoni mis-sit web tal-Ombudsman fis-Sistema ta' Trattament tal-Ilmenti (CMSEO) tagħha, u tal-iżvilupp fl-interazzjoni mal-ilmentatur permezz tal-kont online matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-ilment; jirrikonoxxi li ż-żewġ azzjonijiet se jwasslu għal titjib sinifikanti f'termini tas-sigurtà u tal-effiċjenza tad-data;

47.

Jilqa' l-fatt li l-azzjonijiet kollha inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni tal-2018 għad-DPR tal-UE issa ġew implimentati, inkluż (i) l-iżvilupp ta' Reġistru Ċentrali tar-Rekords tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġie ppubblikat fuq is-sit web tal-Ombudsman; (ii) l-iżvilupp ta' mudell għall-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data ("DPIAs"); (iii) l-Ombudsman adottat Deċiżjoni dwar regoli interni li jirrestrinġu ċerti drittijiet tas-suġġett tad-data fl-ipproċessar ta' data personali, li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

48.

Jinnota li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) wettaq investigazzjoni dwar l-ipproċessar ta' data personali fl-2019 u sussegwentement bagħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ombudsman f'Novembru 2020; huwa konxju li l-Ombudsman aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet kollha fl-intier tagħhom u li l-EDPS għalaq il-każ; jitlob lill-Ombudsman tinforma lill-awtorità baġitarja dwar il-finalizzazzjoni tal-proċess fir-rapport annwali tagħha; huwa konxju wkoll li l-EDPS talab lill-Ombudsman u lil istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni biex jipprovdu informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u jitlob lill-Ombudsman issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-EDPS f'dan ir-rigward;

49.

Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman tuża u tippromwovi l-użu ta' software b'xejn u b'sors miftuħ kull meta jkun possibbli għall-komunikazzjoni esterna u interna; japprezza li l-Ombudsman tirrikonoxxi l-valur miżjud ta' software b'sors miftuħ biex iżżid it-trasparenza u jagħtiha prijorità fl-iżvilupp ta' proġetti ġodda tal-IT;

Bini u sigurtà

50.

Huwa konxju mill-isfidi li tiffaċċja l-Ombudsman rigward ir-rilokazzjoni tal-uffiċċju ta' Brussell matul il-pandemija tal-COVID-19; jinnota l-prospettar tas-suq u l-proċedura tal-offerti li rriżultat li ppermettew lill-Parlament jidentifika bini xieraq biex jirriloka l-bini tal-Ombudsman fi Brussell, minħabba l-espansjoni tal-EDPS;

51.

Jieħu nota tad-deċiżjoni li tiġi ffinanzjata parti mill-proġett ta' rilokazzjoni tal-Ombudsman, kif ukoll li tiġi koperta l-ispiża tal-għamara l-ġdida, bl-użu tal-iffrankar li rriżulta mill-pandemija tal-COVID-19 u dak iġġenerat mir-rieżami tal-organigramma u tal-politika ta' reklutaġġ tal-Ombudsman; jinnota t-talba għat-trasferiment tal-baġit lill-awtorità baġitarja sottomessa f'Settembru 2020;

52.

Jenfasizza li fl-ispazji tax-xogħol il-ġodda, ingħatat prijorità lil faċilitajiet ta' laqgħat kollaborattivi flessibbli u għalhekk hemm ftit uffiċċji individwali; huwa konxju li r-rappreżentanti tal-persunal ġew ikkonsultati dwar l-arranġamenti tal-ispazju tax-xogħol; jistieden lill-Ombudsman tivvaluta l-adegwatezza tal-bini l-ġdid kemm f'termini tat-twettiq ta' xogħol kunfidenzjali kif ukoll tas-sodisfazzjon tal-membri tal-persunal wara perjodu ta' ttestjar xieraq;

53.

Jinnota li l-bini l-ġdid tal-Ombudsman mhux se jkollu faċilitajiet ta' parkeġġ tal-karozzi fuq il-post iżda li qed jiġu kkunsidrati passi biex jiġu pprovduti faċilitajiet ta' parkeġġ għar-roti; jilqa' l-iffaċilitar ta' għażliet ta' mobbiltà sostenibbli għall-membri tal-persunal;

Ambjent u sostenibbiltà

54.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha billi tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni, jitnaqqas l-użu tal-karti u, fejn ikun possibbli u xieraq, jintużaw sistemi ta' vidjokonferenzi minflok missjonijiet;

55.

Jinnota t-tnaqqis fl-użu tal-karti tul dawn l-aħħar snin, muri mill-fatt li l-ordni għall-karti fl-2020 kienet tirrappreżenta 55 % tal-ammont meħtieġ fl-2017; jinnota barra minn hekk li l-pubblikazzjonijiet tal-Ombudsman issa huma prinċipalment iddistribwiti elettronikament; jirrakkomanda li tiġi implimentata strateġija konkreta ta' "Żero karti";

56.

Jistieden lill-Ombudsman tintegra fid-deċiżjonijiet ta' ġestjoni tagħha kunsiderazzjonijiet adegwati għal strateġija tal-iżvilupp sostenibbli u tinkludi din l-istrateġija fit-twettiq tal-inkjesti tagħha;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

57.

Jilqa' l-użu ta' artikli tal-aħbarijiet online biex jispjegaw inkjesti topiċi u t-taqsima fuq is-sit web tal-Ombudsman iddedikata għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti;

58.

Jissottolinja l-importanza li ċ-ċittadini tal-Unjoni jsiru konxji tal-possibbiltà li jappellaw lill-Ombudsman f'każ ta' amministrazzjoni ħażina possibbli mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota f'dan ir-rigward l-isforzi kontinwi tal-Ombudsman biex iżżid il-viżibbiltà tagħha billi tgħaqqad l-għodod ta' komunikazzjoni standard ma' użu aktar estensiv tal-pjattaformi tal-media soċjali;

59.

Jieħu nota tal-interess tal-Ombudsman li tingħaqad ma' xi istituzzjonijiet tal-Unjoni fi proġett pilota pubbliku dwar pjattaformi alternattivi tal-media soċjali bl-għan li jittaffew ir-riskji għall-privatezza assoċjati mal-kanali ewlenin tal-media soċjali;

60.

Jieħu nota tal-konferenza organizzata biex tiċċelebra l-25 sena tal-Ombudsman u l-attivitajiet relatati biex jissaħħu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni tar-rwol tagħha u l-impatt potenzjali fuq il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni;

61.

Iqis il-komunikazzjoni interna, il-bulettin "EOExpress" aċċessibbli permezz tal-intranet tal-Ombudmsan bħala pożittiva, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-ħtieġa li jiżdied it-tixrid ta' informazzjoni lill-membri tal-persunal waqt il-perjodu ta' konfinament tal-COVID-19;

Il-kooperazzjoni interistituzzjonali

62.

Jissottolinja l-importanza li l-Ombudsman iżżomm livell għoli ta' skambju u kooperazzjoni man-Network Ewropew tal-Ombudsmen (ENO); iħeġġeġ lill-Ombudsman iżżomm rwol konsultattiv għall-ilmentaturi u għall-membri tal-ENO, inkluż ukoll billi tuża l-għodod għall-kooperazzjoni mill-bogħod li ġew implimentati b'suċċess fl-2020; jissuġġerixxi li jiġu esplorati modi ġodda biex jiġu żviluppati attivitajiet ta' networking f'oqsma differenti, jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jiġu żviluppati soluzzjonijiet komuni;

63.

Jenfasizza d-diversi ftehimiet interistituzzjonali ffirmati fl-2020 mas-servizzi tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani, l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali u s-Segretarjat Ġenerali) għall-aċċess għall-għodod korporattivi rilevanti (ABAC, Hermes, ARES, Sysper) u n-negozjati mal-Parlament dwar arranġament amministrattiv dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-kontinwità tal-operat (inkluż bħala segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Awditur Intern tiegħu); jilqa' l-użu tal-kuntratti qafas interistituzzjonali tal-IT; jitlob lill-Ombudsman tkompli tiżviluppa sinerġiji u riżorsi ma' istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni;

64.

Huwa konxju mill-impenn tal-Ombudsman li tirrapporta kif l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, b'mod partikolari permezz tar-rapport annwali tagħha "Putting it Right"(Nirranġaw is-sitwazzjoni); jilqa' r-rieda tal-Ombudsman li taqsam b'mod proattiv il-każijiet tagħha mal-kumitati tal-Parlament; iqis dan utli u għalhekk, jistieden lill-Ombudsman tkompli taqsam ir-rakkomandazzjonijiet tagħha f'investigazzjonijiet strateġiċi direttament mal-kumitati rilevanti tal-Parlament;

Pandemija tal-COVID-19

65.

Jinnota li 170 mill- 2 148 ilment ġdid globali ttrattati fl-2020 kienu relatati mal-COVID-19, iżda 34 biss kienu jaqgħu taħt il-mandat tal-Ombudsman; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar kif għandhom jinżammu standards għoljin ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont għad-deċiżjonijiet matul il-pandemija tal-COVID-19; jifraħ lill-Ombudsman għas-serje ta' inkjesti u inizjattivi mwettqa fir-rigward tar-rispons għall-COVID-19 fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni fl-2020, li għenu lill-amministrazzjoni tal-Unjoni żżomm l-ogħla standards ta' amministrazzjoni tajba anke fi żminijiet diffiċli u b'hekk, ikkontribwiet b'mod pożittiv għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni;

66.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Ombudsman żiedet l-effiċjenza fit-trattament tal-inkjesti billi għamlet l-aħjar użu mill-azzjonijiet ta' diġitalizzazzjoni u l-metodi ta' ħidma ġodda, b'mod partikolari t-telexogħol, imħeġġa mill-pandemija tal-COVID-19; jirrikonoxxi, madankollu, li xi aspetti tal-ħidma tagħha xorta se jirrikjedu missjonijiet, jiġifieri il-fehim tal-kuntest tal-inkjesta u l-iffaċilitar tal-ħsieb kollettiv; iħeġġeġ lill-Ombudsman twettaq riflessjoni komprensiva dwar id-diġitalizzazzjoni fir-rigward tal-futur tal-istituzzjoni;

67.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman tintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta' ġestjoni interna tagħha t-tagħlimiet misluta mill-pandemija tal-COVID-19 f'termini ta' kontinwità tal-operat u pjanijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT u r-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta' ħidma;

 


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/141


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1709 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2020) 381 — C9-0266/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/142


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1710 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0086/2022),

A.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u li jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.

billi l-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali, protett mil-liġi Ewropea u minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-konformità mar-regoli relatati mal-protezzjoni tal-individwi, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali dwarhom, għandha tkun soġġetta għal kontroll minn awtorità indipendenti;

D.

billi r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi l-istabbiliment ta’ awtorità indipendenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“il-Kontrollur”), responsabbli mill-protezzjoni u l-garanzija tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza, u inkarigat biex jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jħaddnu kultura b’saħħitha ta’ protezzjoni tad-data;

E.

billi l-Kontrollur iwettaq il-funzjonijiet tiegħu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data (DPA) sħab bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), u jservi l-interess pubbliku filwaqt li jkun iggwidat mill-prinċipji tal-imparzjalità, l-integrità, it-trasparenza u l-pragmatiżmu;

F.

billi l-Kontrollur għandu jiddelega s-setgħat tal-Uffiċjal Awtorizzanti lid-Direttur f’konformità mal-karta tal-kompiti u r-responsabbiltajiet li jikkonċernaw il-baġit u l-amministrazzjoni tal-Kontrollur ipprovduti f’konformità mal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), filwaqt li l-funzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kontrollur għandha titwettaq mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-1 ta’ Marzu 2017;

G.

billi l-pandemija tal-COVID-19 għamlitha neċessarja għall-Kontrollur li jirrieżamina u jadatta l-funzjonament intern u l-metodi ta’ ħidma tiegħu sabiex ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu;

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) ma identifikat l-ebda nuqqas sinifikanti fir-rigward tas-suġġetti awditjati b’relazzjoni mar-riżorsi umani u l-akkwist għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“il-Kontrollur”);

2.

Jenfasizza l-fatt li abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, inkluża dik tal-Kontrollur, kienu ħielsa minn żball materjali għas-sena finanzjarja 2020; jilqa’ l-fatt li ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni speċifika mill-Qorti dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

3.

Huwa konxju li l-Kapitolu 9 “Amministrazzjoni” tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li fl-2020, il-Kontrollur ġie allokat baġit ta’ EUR 19 476 998, li jirrappreżenta żieda ta’ 16,3 % meta mqabbel mal-baġit tal-2019 ta’ EUR 16 638 572; jifhem li ż-żieda ġenerali kienet prinċipalment dovuta għall-impatt tal-kompiti l-ġodda stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725 (imsejjaħ ukoll il-“GDPR għall-EUIs”) u r-responsabbiltajiet superviżorji l-ġodda b’rabta mal-aġenziji ta’ infurzar u kooperazzjoni ġudizzjarja, bħal, fost l-oħrajn, l-UPPE u l-Eurojust; josserva li elementi oħrajn li kkontribwew għaż-żieda kienu l-konsolidazzjoni tas-Segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) operat mill-Kontrollur, l-istrateġija tal-Kontrollur għall-2020-2024, li hija marbuta mal-mandat il-ġdid, u l-indennizzi temporanji previsti għat-tmiem tal-mandat tal-Kontrollur preċedenti;

5.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit (73 % fl-2020, meta mqabbla ma’ 91,97 % fl-2019); josserva li, b’mod partikolari, dan l-impatt huwa viżibbli fuq il-baġits għall-missjonijiet u għat-taħriġ (eżekuzzjoni ta’ inqas minn 17 %) u fuq l-organizzazzjoni ta’ laqgħat, inklużi r-rimborż għall-esperti u l-catering (eżekuzzjoni ta’ inqas minn 15 %); jinnota li l-iffrankar li jirriżulta jammonta għal EUR 2 183 000, li jirrappreżenta 11 % tal-konsum ġenerali tal-baġit;

6.

Jinnota li, barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt indirett fuq partijiet oħrajn tal-baġit li ma jistgħux jiġu kkwantifikati b’mod preċiż, bħalma huma l-linji tal-baġit tas-salarji, li ġew affettwati b’mod negattiv minħabba dewmien fir-reklutaġġ ippjanat għall-2020, u l-linja baġitarja tal-bini, li kienet affettwata minn dewmien fl-okkupazzjoni sħiħa tal-bini, li għadha kondiviża mal-Ombudsman Ewropew;

7.

Josserva li, bħala konsegwenza taż-żieda fil-persunal tal-Kontrollur fl-2019, il-linji baġitarji ddedikati għas-salarju tal-uffiċjali u tal-membri kuntrattwali tal-persunal żdiedu bi 22 %; jifhem li, minħabba s-sehem kbir tal-baġit ġenerali ddedikat għall-ispejjeż relatati mar-riżorsi umani, id-dewmien fil-proċeduri ta’ reklutaġġ (ukoll konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19) kellu impatt negattiv fuq l-eżekuzzjoni tal-baġit kollu kemm hu;

8.

Jinnota li l-investiment tal-Kontrollur fit-trasformazzjoni diġitali tiegħu tal-anqas ikkompensa parzjalment ir-rata baxxa ta’ eżekuzzjoni tal-baġit peress li l-linji baġitarji relatati mal-IT għall-Kontrollur u għall-EDPB qabżu l-allokazzjoni inizjali (109 %); josserva li l-approprjazzjonijiet tal-baġit ġew ittrasferiti minn missjonijiet, vjaġġi, traduzzjoni u interpretazzjoni għall-finanzjament ta’ spejjeż oħra tal-persunal u ta’ tagħmir u servizzi tal-IT;

9.

Jinnota li, minn 36 proċedura ta’ akkwist imnedija mill-Kontrollur fl-2020, waħda biss kienet proċedura miftuħa u l-bqija kienu proċeduri nnegozjati, inklużi 5 proċeduri mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tal-avviż dwar kuntratt; jirrikonoxxi l-isfidi ta’ akkwist iffaċċjati mill-Kontrollur u li minħabba d-daqs żgħir tal-istituzzjoni, il-Kontrollur jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist konġunti, peress li huma aktar effiċjenti mill-perspettiva finanzjarja, filwaqt li fl-istess ħin irid japplika l-aktar standards stretti tal-protezzjoni tad-data fuq tali proċeduri, li probabbilment ikkontribwew ukoll għall-implimentazzjoni baxxa tal-baġit fl-2020;

10.

Jilqa’ l-isforzi li għaddejjin tal-Kontrollur biex isir istituzzjoni mingħajr karti, inkluża l-kontinwazzjoni ta’ intervisti mingħajr karti fl-2020, l-intenzjoni li jawtomatizza r-rapporti ta’ valutazzjoni, prova u evalwazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta’ moduli ġodda fl-interfaċċja tar-riżorsi umani fl-2021, u l-implimentazzjoni fl-2020 ta’ sistemi ta’ finanzjament mingħajr karti fir-rigward tal-ipproċessar tal-pagamenti, il-ġestjoni tal-baġit u l-akkwist;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

11.

Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt tal-Kontrollur, Giovanni Buttarelli, f’Awwissu 2019; jieħu nota li Wojciech Wiewiorowski ħa l-kariga f’Diċembru 2019 għal perjodu ta’ 5 snin; jaqbel li l-fatt li s-Sur Wiewiorowski kien qed jaħdem bħala Assistent Kontrollur, u għalhekk għandu għarfien tajjeb tal-istituzzjoni, ikkontribwixxa għall-mitigazzjoni tal-isfida tat-tranżizzjoni;

12.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-għodda l-ġdida ta’ ġestjoni “Bluebell”, żviluppata mill-ERCEA (Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka), li tippermetti tbassir u monitoraġġ aħjar tal-eżekuzzjoni attwali tal-linji baġitarji abbażi tad-data mtellgħa mill-unitajiet operazzjonali, bil-benefiċċju li jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-interventi manwali u li d-data ssir aktar affidabbli;

13.

Jinnota li fl-2020 il-proċessi ta’ ħidma ġew aġġustati b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, u l-firem u l-proċeduri kollha fuq il-karta ġew diġitalizzati, u dan irriżulta fi proċessi amministrattivi aktar effiċjenti u rapidi; jifhem li l-Kontrollur kien obbligat jipposponi l-awditi fuq il-post peress li l-ġestjoni ta’ data sensittiva ma ppermettietx li dawn jitwettqu mill-bogħod;

14.

Jinnota li l-laqgħat fiżiċi ġew sostitwiti b’laqgħat online, li jiswew inqas u jieħdu inqas żmien; josserva li s-sostituzzjoni ta’ laqgħat fiżiċi kellha impatt akbar fuq il-laqgħat tal-EDPB, li kienu jsiru kull xahar jew kull xahrejn, bi spejjeż kbar għall-ivjaġġar u l-interpretazzjoni, u ġew sostitwiti b’laqgħat virtwali kull ġimagħtejn;

15.

Jilqa’ li, f’Ġunju 2020, il-Kontrollur ħareġ l-Istrateġija tiegħu għall-2020-2024 “Insawru futur diġitali aktar sikur: strateġija ġdida għal deċennju ġdid” iffukata fuq it-tliet pilastri tal-previżjoni, l-azzjoni u s-solidarjetà, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi diġitali għal futur aktar sikur, aktar ġust u aktar sostenibbli; josserva li l-Kontrollur fassal tmien Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) ċari biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija; jirrimarka li f’5 minn 8 KPIs il-miri jew intlaħqu jew inqabżu fl-2020, b’mod partikolari l-għadd ta’ każijiet ittrattati fil-livell internazzjonali (42 każ meta mqabbla ma’ mira ta’ 10) u l-għadd ta’ opinjonijiet jew kummenti maħruġa b’reazzjoni għall-konsultazzjonijiet (5 opinjonijiet u 12-il kumment formali meta mqabbla ma’ mira ta’ 10 każijiet); jenfasizza li l-KPIs imsemmija juru r-rwol kruċjali tal-Kontrollur fir-rispons tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fir-rigward tal-garanzija tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza;

16.

Jinnota li biex iwettaq il-kontrolli ex ante tat-tranżazzjonijiet tiegħu, kemm għall-aspetti operazzjonali kif ukoll għal dawk finanzjarji, il-Kontrollur integra l-listi ta’ kontroll aġġornati fis-sistema tal-fluss tax-xogħol elettronika l-ġdida “Speedwell”, li hija konnessa mas-sistema kontabilistika u tiffaċilita l-kontrolli bażiċi applikati għall-pagamenti u għall-impenji;

17.

Jinnota li, minħabba organizzazzjoni mill-ġdid interna fl-aħħar tal-2019, il-verifikatur ex post preċedenti ġie użat fi ħdan it-Tim tal-Finanzi u għalhekk, ma setax iwettaq il-kontroll ex post biex jiġi evitat ir-riskju ta’ awtorieżami; jifhem l-isfida għal istituzzjoni żgħira li ssib sostituzzjoni b’fehim dettaljat tal-qafas legali u regolatorju finanzjarju, minkejja li jkun nieda sejħa għal espressjonijiet ta’ interess; iħeġġeġ lill-Kontrollur jesplora u jimplimenta l-aktar alternattiva xierqa fost dawk li diġà ġew identifikati fir-rapport annwali tiegħu;

18.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu tal-attivitajiet tal-Kontrollur meta kien qed jissorvelja lill-Europol, bl-għan li jivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern għall-attivitajiet superviżorji relatati mal-Europol; jilqa’ l-fatt li l-awdituri rrikonoxxew l-isforzi kontinwi li saru mill-Kontrollur biex itejjeb l-arranġamenti ta’ governanza u s-sistemi ta’ kontroll intern għas-superviżjoni tal-Europol; huwa konxju li r-rapport tal-awditjar finali nħareġ f’Settembru, li ftit wara li l-Kontrollur issottometta pjan ta’ azzjoni lill-IAS li jkopri r-rakkomandazzjonijiet kollha li l-IAS qies li huma adegwati sabiex jiġu mmitigati r-riskji identifikati; jirrimarka li tali riskji kienu prinċipalment relatati ma’ nuqqasijiet fis-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur u rriżultaw mit-trattament ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata permezz ta’ sistemi tal-IT;

Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal

19.

Jinnota li fl-2020, il-Kontrollur kellu total ta’ 113-il membru tal-persunal, meta mqabbel ma’ 96 fl-2019; jenfasizza li fl-2020 ingħataw għoxrin pożizzjoni ġdida mill-awtoritajiet baġitarji biex ikopru r-responsabbiltajiet addizzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725, kompiti superviżorji ġodda b’rabta mal-aġenziji tal-infurzar u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, u responsabbiltajiet ġodda wara l-konsolidazzjoni tal-EDPB li għalihom il-Kontrollur jipprovdi Segretarjat indipendenti;

20.

Jinnota r-rata baxxa ħafna ta’ okkupazzjoni (86,90 %) tal-pjan ta’ stabbiliment; jifhem li l-Kontrollur uża l-lista ta’ riżerva ta’ 33 espert tal-protezzjoni tad-data li tirriżulta mill-kompetizzjoni tal-2018 u rrekluta wkoll persunal bil-kuntratt biex jimla l-ħtiġijiet jew il-pożizzjonijiet speċifiċi li kienu vakanti fuq bażi temporanja minħabba assenzi twal; jinnota l-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġu attirati esperti f’oqsma speċifiċi, minħabba, fost l-oħrajn, il-kompetittività limitata u l-attraenza tas-salarji; jisħaq b’mod partikolari fuq l-isfida għall-Kontrollur fir-reklutaġġ ta’ persunal speċjalizzat ħafna għall-protezzjoni tad-data permezz tal-EPSO u jifhem il-ħtieġa li jiġu organizzati kompetizzjonijiet speċjalizzati biex jibnu fuq l-għarfien u l-esperjenza miksuba mill-persunal bil-kuntratt; iħeġġeġ lill-Kontrollur ikompli bi prattiki tajbin fil-proċeduri ta’ reklutaġġ ivvalidati minn istituzzjonijiet oħra, b’mod partikolari intervisti mill-bogħod u testijiet online;

21.

Jinnota l-bidla favorevoli fid-distribuzzjoni ġeografika tal-persunal kollu kemm hu, meta jitqies id-daqs tal-istituzzjoni, b’20 Stat Membru rrappreżentati fl-2020; jilqa’ l-introduzzjoni ta’ 3 nazzjonalitajiet meta mqabbla mal-2019, u jinnota tnaqqis fis-sehem sproporzjonat ta’ karigi okkupati minn ċittadini Belġjani (minn 27 % għal 23 %); jinnota li ma hemm l-ebda bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-pożizzjonijiet maniġerjali intermedji u superjuri; jifhem li l-ħtieġa ta’ profili speċjalizzati biex jissodisfaw il-mandat tal-Kontrollur tista’ tillimita l-bordijiet tas-selezzjoni meta jitqies l-aspett ġeografiku u jħeġġeġ lill-Kontrollur jikkunsidra passi ulterjuri biex jipprovdi rappreżentanza aktar bilanċjata;

22.

Jistieden lill-Kontrollur ikompli jagħti attenzjoni lil kwistjonijiet relatati mal-bilanċ bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs u d-distribuzzjoni ġeografika, b’mod partikolari matul il-proċeduri tal-għażla; jissuġġerixxi li l-Kontrollur jikkunsidra taħriġ obbligatorju dwar il-preġudizzju inkonsapevoli tal-ġeneri u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ opportunitajiet ugwali għall-maniġers u l-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni;

23.

Jinnota li kemm fl-2019 kif ukoll fl-2020, il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali baqa’ kostanti, b’madwar 58 % li huwa magħmul minn nisa u 42 % li huwa magħmul minn irġiel; josserva li, fil-livell tal-maniġment intermedju, iċ-ċifri jibqgħu l-istess bħall-2019 b’75 % nisa u 25 % irġiel; jinnota li, kif kien il-każ fl-2019, iż-żewġ pożizzjonijiet maniġerjali superjuri huma okkupati mill-irġiel; jilqa’ l-fatt li l-istrateġija għall-2020-2024 tinkludi impenn għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru, b’appoġġ għall-Istrateġija għal Opportunitajiet indaqs (“EO”) approvata fl-2017;

24.

Jinnota li l-Kontrollur joffri diversi arranġamenti tax-xogħol u li l-persunal kollu jibbenefika minn ħin flessibbli, minbarra dawk li jirċievu l-indennizz tal-maniġment; josserva li qabel il-pandemija tal-COVID-19, in-nisa kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-utenti tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jiġifieri t-telexogħol (61,6 % fl-2019 u 67,5 % fl-2020), ir-reġim ta’ xogħol part-time (89 % fl-2019 u 87,5 % fl-2020), il-liv tal-ġenituri (87 % fl-2019 u 90 % fl-2020) u krediti tal-ħin (100 % kemm fl-2019 kif ukoll fl-2020); jisħaq fuq l-iżbilanċ sproporzjonat bejn il-ġeneri fost l-utenti u għalhekk, jitlob lill-Kontrollur biex jinvolvi ruħu f’komunikazzjoni aktar intensa dwar il-vijabbiltà u l-benefiċċji ta’ dawn l-arranġamenti, jiġifieri sessjonijiet ta’ informazzjoni obbligatorji għall-impjegati l-ġodda, u biex jiġi żgurat li l-użu tal-arranġamenti tax-xogħol disponibbli bl-ebda mod ma jkun ta’ detriment għall-progress fil-karriera tal-impjegati;

25.

Jinnota li, b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, fit-12 ta’ Marzu 2020, il-Kontrollur adotta t-telexogħol bħala r-reġim ġenerali u fid-19 ta’ Marzu 2020 adotta d-deċiżjoni tiegħu li jestendi r-reġim tat-telexogħol sat-13 ta’ April 2020; jissottolinja li t-telexogħol intuża b’mod intensiv bħala għodda ta’ flessibbiltà biex tiġi ggarantita l-kontinwità tal-operat u biex jiġu ffaċilitati l-membri tal-persunal fl-immaniġġjar tal-kundizzjonijiet diffiċli imposti mill-pandemija tal-COVID-19 u jinnota li, għaldaqstant, l-ebda kariga ma ġiet eskluża; josserva li fl-2020 il-Kontrollur ħareġ “Gwida dwar it-Telexogħol”; huwa konxju li, fil-ħarifa tal-2020, ir-reġim tat-telexogħol huwa biss parzjali u li l-aċċess għall-bini tal-istituzzjoni żdied gradwalment f’konformità mas-sitwazzjoni sanitarja;

26.

Jindika li “Deċiżjoni tad-Direttur dwar it-telexogħol minn barra l-pajjiż” ippermettiet it-telexogħol minn barra l-pajjiż matul il-perjodu mill-15 ta’ Ġunju sal-15 ta’ Settembru 2020, sakemm il-jiem tat-telexogħol ġew ikkombinati ma’ ammont ugwali ta’ liv annwali; jemmen li miżura eċċezzjonali bħal din kienet iġġustifikata bis-sħiħ mill-ħtieġa li tiġi akkomodata aħjar il-ħajja privata u personali tal-membri tal-persunal matul il-perjodu ta’ lockdown;

27.

Jinnota li ġie pprovdut tagħmir tal-IT għat-telexogħol lill-membri kollha tal-persunal skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS) fis-seħħ mal-Parlament mingħajr ebda spiża addizzjonali; josserva li l-membri tal-persunal ingħataw il-possibbiltà ta’ rimborż għal skrin akbar u siġġu ergonomiku (sa EUR 150 u EUR 200 rispettivament) mir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (JSIS);

28.

Jilqa’ l-fatt li f’Marzu 2020, il-Kontrollur adotta linji gwida biex jirrikonoxxi, jipprevjeni u jimmaniġġja l-istress eċċessiv u li t-taħriġ iffoka fuq il-ġestjoni tal-istress u l-bini tar-reżiljenza b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni tal-istress eċċessiv fuq l-aġenda għall-2021; iħeġġeġ lit-tim maniġerjali jindirizza minnufih kwalunkwe sintomu ta’ stress eċċessiv possibbli u janalizza l-kawżi;

29.

Jinnota li ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ fastidju fl-2020, u japprezza li l-Kontrollur iffirma, f’Diċembru 2020, reviżjoni tad-deċiżjoni tiegħu kontra l-fastidju sabiex jiċċara d-drittijiet u l-obbligi ta’ kull parti; jilqa’ l-fatt li r-rwol tal-konsulent kunfidenzjali ġie żviluppat aktar u li ġiet stabbilita l-proċedura ta’ ħatra tiegħu; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma ġie organizzat l-ebda kors ta’ taħriġ dwar il-fastidju jew l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta fl-2020 u jistieden lill-Kontrollur biex jagħmel użu sħiħ mill-kanali diġitali biex jipprovdi u jaġġorna tali taħriġ perjodikament għall-membri kollha tal-persunal (minbarra l-impjegati l-ġodda); japprezza li l-Kontrollur beda joffri preżentazzjoni obbligatorja dwar il-fastidju lill-impjegati l-ġodda fl-2021 matul il-jiem ta’ merħba;

30.

Jilqa’ l-istabbiliment tal-koordinatur tal-benesseri, li se jkun il-punt ta’ kuntatt għall-mistoqsijiet kollha tal-persunal f’dan il-qasam u se jikkollabora ma’ atturi ewlenin oħra biex jiżgura li jiġu organizzati attivitajiet orjentati lejn il-benesseri u;

31.

Jinnota li b’kollox ġew reklutati 16-il trainee fl-2020 fuq żewġ sessjonijiet, f’Marzu u Lulju 2020; jilqa’ l-fatt li t-trainees kollha tħallsu mill-Kontrollur, għalkemm bl-intermedjazzjoni tad-DĠ EAC tal-Kummissjoni; josserva li t-trainees kollha rċevew laptop u token għat-telexogħol; jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur ippermetta lit-trainees tiegħu jaħdmu minn barra l-pajjiż fuq talba;

Qafas etiku u trasparenza

32.

Jinnota li l-Qafas Etiku tal-Kontrollur ġie aġġornat fl-2019, u kien jirrikjedi li l-impjegati l-ġodda kollha jsegwu preżentazzjoni obbligatorja dwar l-etika matul it-taħriġ ta’ induzzjoni tagħhom u, barra minn hekk, li huwa previst stħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tal-persunal għall-2021; jilqa’ l-ħatra tal-Uffiċjal tal-Etika l-ġdid f’Mejju 2021, li bħalissa huwa inkarigat bl-aġġornament tat-taħriġ u bl-organizzazzjoni tal-preżentazzjonijiet tal-qafas etiku tal-persunal u bl-istabbiliment ta’ stħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tal-persunal; jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur għandu spazju dedikat fuq l-intranet li jinforma lill-membri tal-persunal dwar il-Qafas tal-Etika tiegħu u li jżid is-sensibilizzazzjoni dwaru, inklużi d-dokumenti u l-proċeduri rilevanti kollha;

33.

Ifakkar fil-fatt li l-kodiċi ta’ kondotta għall-membri tal-persunal ġie rieżaminat f’Diċembru 2019 sabiex jiġi adattat għall-bidliet fl-istituzzjoni u għall-qafas legali l-ġdid, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1725, kif ukoll biex jinkludi membri tal-persunal tas-Segretarjat tal-EDPB; jinnota li l-kodiċi ta’ kondotta speċifiku għall-Kontrolluri ġie rivedut u adottat ukoll f’Diċembru 2019 bl-għan li jintegra l-għarfien etiku fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum; jinnota li, wara s-sejħa tal-Parlament, il-Kontrollur iddeċieda li jibda l-abbozzar ta’ kodiċi ta’ kondotta għal pożizzjonijiet maniġerjali superjuri;

34.

Josserva li l-Kontrollur bħalissa ma jużax ir-Reġistru tat-Trasparenza interistituzzjonali iżda jippubblika fuq is-sit web l-aġenda u l-interventi tal-Kontrollur, inklużi laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ interess, biex jiżgura l-għoti ta’ rendikont lejn iċ-ċittadini; iħeġġeġ lill-Kontrollur jesplora modi kif jgħaqqad ir-reġistru tiegħu mar-Reġistru tat-Trasparenza;

Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà, protezzjoni tad-data

35.

Jinnota b’apprezzament li l-Kontrollur jagħti importanza lill-analiżi tal-possibbiltajiet, tar-riskji u tal-isfidi li jista’ jkollhom it-teknoloġiji innovattivi u inizjattivi oħra fuq il-protezzjoni tad-data u d-data personali tal-individwi bil-ħsieb li jsawru futur diġitali aktar sikur għall-Unjoni, kif inkorporat fl-Istrateġija tal-Kontrollur għall-2020-2024;

36.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-Kontrollur fid-dibattitu globali dwar l-etika diġitali b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġija tar-Rikonoxximent tal-Wiċċ; jenfasizza li l-Kontrollur jikkopresiedi l-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Etika u l-Protezzjoni tad-Data fl-Intelliġenza Artifiċjali tal-Assemblea Globali tal-Privatezza, il-laqgħa internazzjonali tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza fuq livell globali, dwar il-kwistjoni tal-intelliġenza artifiċjali u l-etika diġitali;

37.

Huwa konxju li l-infrastruttura ewlenija tal-IT, l-għodod u s-servizzi tal-back office użati mill-Kontrollur huma pprovduti mill-Kummissjoni jew mill-Parlament f’konformità mal-FLS dwar l-użu tas-servizzi tal-IT; jilqa’ l-inizjattiva li tibda tinbena l-kapaċità tal-IT tal-Kontrollur billi jiġi impjegat Aġent ta’ Appoġġ tal-IT biex jipprovdi, fost kompiti oħra, appoġġ ġenerali tal-IT, jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt u ta’ kollegament għall-applikazzjonijiet kollha tal-IT li jintużaw fl-istituzzjoni, jivvaluta l-ħtiġijiet attwali u futuri fil-qasam tal-IT u jipproponi u jimplimenta soluzzjonijiet; Jilqa’ l-fatt li fl-2020, il-Kontrollur iddeċieda li jniedi l-“Analiżi tal-Lakuni fl-IT” biex janalizza l-ħtieġa li jappoġġja l-kompiti tiegħu f’termini ta’ appoġġ għall-IT, jidentifika l-għodod u s-sistemi eżistenti, imbagħad jidentifika l-lakuni possibbli;

38.

Jirrimarka li f’Diċembru 2020, il-Kontrollur iffirma FLS mas-CERT-UE (l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni) għall-forniment ta’ firxa kbira ta’ servizzi taċ-ċibersigurtà (attivitajiet ta’ taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni, eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, notifika ta’ theddid ċibernetiku u vulnerabbiltajiet li potenzjalment jaffettwaw lill-Kontrollur, u appoġġ ad hoc fit-trattament ta’ inċidenti taċ-ċibersigurtà); jinnota li, bħala segwitu għat-tlestija ta’ Awditu Intern, il-Kontrollur ippjana l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà, bħall-integrazzjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà f’Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riskju ġdid u mtejjeb u proċess ġdid biex jiġi vvalutat regolarment il-livell taċ-ċibersigurtà tal-Fornituri ta’ Servizzi tiegħu;

39.

Jinnota li, matul l-2020, il-Kontrollur kompla l-proċess ta’ tranżizzjoni lejn il-qafas tal-protezzjoni tad-data stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725 b’mod parallel mal-iżgurar tal-kontinwità tal-operat tiegħu matul il-pandemija tal-COVID-19; jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur ħatar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data full-time f’Settembru 2020 biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jiskrutinizza l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali u li jimplimenta salvagwardji u jimmitiga r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

40.

Jitlob lill-EDPS jidentifika l-użu attwali ta’ teknoloġija b’sors miftuħ fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jivvaluta l-valur miżjud tal-prijoritizzazzjoni tal-iżvilupp ta’ għodod b’sors miftuħ f’termini ta’ protezzjoni tad-data u privatezza;

Bini u sigurtà

41.

Ifakkar fil-fatt li ż-żieda fil-persunal tal-Kontrollur kienet titlob ftehim mal-Parlament biex jinkiseb spazju addizzjonali għall-uffiċċji u biex jiġi okkupat il-bini kollu li dak iż-żmien kien kondiviż mal-Ombudsman Ewropew; ifakkar fil-fatt li l-linji baġitarji ddedikati għall-bini, għall-għamara u għat-tagħmir għalhekk żdiedu biex ikopru l-ispejjeż żejda relatati mal-kera u l-imposti addizzjonali; jinnota li d-dewmien fl-espansjoni prevista wassal għal implimentazzjoni baxxa ta’ dawn il-linji baġitarji;

42.

Iħeġġeġ lill-Kontrollur iqis fl-istrateġija tal-bini tiegħu l-ħtiġijiet tal-persuni b’mobilità mnaqqsa jew b’diżabilità oħra, billi jadotta definizzjoni usa’ ta’ akkomodazzjoni raġonevoli, filwaqt li jipprevedi soluzzjonijiet effettivi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ persuni b’diżabilità għall-għodod u għall-pjattaformi tal-IT, biex jallinja mal-approċċ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’termini ta’ kura u kopertura medika;

Ambjent u sostenibbiltà

43.

Jilqa’ l-ħafna azzjonijiet adottati mill-Kontrollur biex inaqqas l-impronta ambjentali tiegħu; jinnota li, fl-2020, il-Kontrollur kompla t-triq tiegħu biex isir istituzzjoni mingħajr karti, billi approva b’mod insistenti l-ġestjoni elettronika sħiħa tal-fatturi u l-pagamenti u l-firma elettronika tad-dokumenti;

44.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur jinċentiva l-użu tat-trasport pubbliku, permezz tar-rimborż ta’ 50 % tat-tariffi tat-trasport pubbliku, u l-użu tar-roti, billi jipprovdi għadd adegwat ta’ stazzjonijiet fejn jintrabtu r-roti fil-faċilitajiet tal-garaxx tiegħu;

45.

Iħeġġeġ lill-Kontrollur jieħu azzjonijiet tanġibbli lejn l-iżvilupp sostenibbli, u jaderixxi mal-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-Unjoni żviluppata mill-Kummissjoni biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jevalwaw, jirrapportaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom;

46.

Iħeġġeġ lill-Kontrollur biex jaċċessa l-Helpdesk interistituzzjonali dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE) ġestit mill-Parlament sa mill-2017, li jiffoka fuq l-iżvilupp sostenibbli, il-kwistjonijiet ambjentali u l-aspetti soċjali tal-akkwist pubbliku;

Komunikazzjoni u multilingwiżmu

47.

Jinnota l-pubblikazzjoni tal-Istrateġija tal-Kontrollur għall-2020-2024, flimkien ma’ fuljett korporattiv ġdid u vidjo; josserva li l-Kontrollur żviluppa wkoll strateġija ta’ komunikazzjoni konsistenti u mmirata ma’ diversi partijiet ikkonċernati biex jindirizza l-aħħar żviluppi tal-pandemija tal-COVID-19 u kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data li jirriżultaw minnha;

48.

Jilqa’ l-interess tal-Kontrollur fil-media soċjali u fi pjattaformi oħra biex jiżgura tixrid akbar tal-informazzjoni; jissottolinja b’mod partikolari l-proġetti pilota pubbliċi Mastodon (alternattiva għal Twitter/Instagram) u PeerTube (alternattiva għal YouTube) u jifhem li l-għan huwa li jinstab kunsens għal pjattaforma komuni tal-Unjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni filwaqt li jiġu esplorati opportunitajiet oħra, bħall-ospitar mill-Unjoni tal-media soċjali b’sors miftuħ; jemmen li l-għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini fuq pjattaformi nonproprjetarji jikkontribwixxi għaż-żamma tal-indipendenza u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi;

49.

Iħeġġeġ lill-Kontrollur jieħu inizjattivi ta’ komunikazzjoni bl-għan li jżidu r-rwol tiegħu u l-fehim tal-missjoni tiegħu fost pubbliku usa’; jinnota li fil-21 ta’ Jannar 2020, il-Kamp ta’ Privatezza ospita s-Summit tas-Soċjetà Ċivili tal-EDPS biex jiġi diskuss l-istat tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza fl-Unjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; josserva li l-Kontrollur ospita workshop online f’Ottubru 2020 dwar it-tema “Il-Protezzjoni tad-Data fl-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fi Żminijiet ta’ Kriżi”;

50.

Jirrimarka li l-ispejjeż totali relatati mat-traduzzjoni fl-2020 ammontaw għal EUR 1 250 827,45, li minnhom EUR 342 255,65 huma relatati mal-Kontrollur u EUR 908 571,80 huma relatati mal-EDPB; jistieden lill-Kontrollur ikompli jesplora l-użu tat-traduzzjoni newrali permezz ta’ magni speċifiċi kif ukoll għażliet oħra flimkien mal-Kummissjoni, maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni u mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO);

Kooperazzjoni interistituzzjonali

51.

Jinnota b’apprezzament li anke fl-2020, u minkejja l-pandemija tal-COVID-19, il-Kontrollur seta’ jagħti diversi sessjonijiet ta’ taħriġ lil ħafna istituzzjonijiet tal-Unjoni li jagħtu gwida dwar kif tiġi protetta d-data personali tal-individwi;

52.

Japprezza li l-Kontrollur ipproduċa gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data (DPIA); jenfasizza li l-Kontrollur immonitorja kif l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ilhom jużaw id-DPIA mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1725 permezz ta’ stħarriġ fi Frar 2020, u ġie ppubblikat rapport bħala segwitu f’Lulju 2020;

53.

Jaqbel li minħabba li d-data tgħaddi bejn il-fruntieri, hemm bżonn li l-protezzjoni tad-data tiġi kkunsidrata f’kuntest globali; jemmen li l-parteċipazzjoni attiva tal-Kontrollur f’għadd ta’ fora internazzjonali hija strumentali għat-tfassil u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ gwida, u l-ħolqien ta’ proċeduri konsistenti u koeżivi bbażati fuq fehim komuni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; jinnota li l-Kontrollur huwa membru attiv tal-Assemblea Globali tal-Privatezza (GPA) (preċedentement magħrufa bħala l-Konferenza Internazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kummissarji tal-Privatezza, ICDPPC);

54.

Jistieden lill-Kontrollur jiżgura li n-network tal-Uffiċjali tal-Protetturi tad-Data (DPOs) jibqa’ attiv u dinamiku, u jiltaqa’ darbtejn fis-sena, b’tali mod li jiggarantixxi l-konsistenza u l-allinjament fit-trattament ta’ kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data madwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

55.

Huwa konxju li l-Kontrollur huwa membru sħiħ tal-EDPB, il-korp indipendenti stabbilit skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data (DPAs) biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni; jifhem li Memorandum ta’ Qbil jiddetermina t-termini ta’ kooperazzjoni bejn l-EDPB u l-Kontrollur, b’dan tal-aħħar li jkun kemm membru kif ukoll fornitur ta’ Segretarjat indipendenti li joffri appoġġ amministrattiv u loġistiku, iwettaq xogħol analitiku u jikkontribwixxi għall-kompiti tal-EDPB;

56.

Jirrimarka b’mod partikolari li t-tim legali tas-Segretarjat tal-EDPB abbozza aktar minn 60 % tal-linji gwida, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet adottati mill-EDPB fl-2020, kif ġej: 13-il linja gwida, 2 rakkomandazzjonijiet, 32 opinjoni, l-ewwel deċiżjoni vinkolanti tiegħu dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim, u pariri legali; jissottolinja li l-Kontrollur attenda kull waħda mis-27 laqgħa plenarja tal-EDPB li saret fl-2020; jirrimarka li ħafna mill-ħidma mwettqa mill-EDPB isseħħ fi ħdan is-sottogruppi ta’ esperti, kull wieħed minnhom relatat ma’ qasam speċifiku marbut mal-protezzjoni tad-data, u li l-Kontrollur jipparteċipa fis-sottogruppi ta’ esperti kollha tal-EDPB u jaġixxi f’ħafna fajls bħala korapporteur jew bħala rapporteur ewlieni;

57.

Josserva li l-Kontrollur, flimkien mas-Segretarjat tal-EDPB u membri oħra tal-EDPB, fil-15 ta’ Diċembru 2020, adotta t-termini ta’ referenza tal-SPE, Grupp ta’ Appoġġ ta’ Esperti stabbilit bl-għan li jassisti fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet u attivitajiet ta’ infurzar ta’ interess komuni sinifikanti u jsaħħaħ il-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn il-membri kollha tal-EDPB;

58.

Jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur ħareġ ukoll diversi Opinjonijiet fl-2020 bħala parti mid-dmir tiegħu li jagħti pariri lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi ta’ politika li għandhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali;

59.

Jinnota li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni affettwa t-trasferimenti ta’ data personali minn organizzazzjonijiet soġġetti għall-GDPR lil organizzazzjonijiet fir-Renju Unit u għalhekk, jilqa’ l-gwida pprovduta mill-Kontrollur lill-partijiet ikkonċernati, li tqis l-effetti legali ta’ tali trasferimenti fuq il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni; jinnota b’mod partikolari li l-Kontrollur esprima għadd ta’ tħassib fl-Opinjoni 14/2021 tiegħu, li tqiesu mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza tal-GDPR u tal-LED tar-Renju Unit;

60.

Japprezza l-kooperazzjoni bejn il-Kontrollur u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) bl-għan li jiġu integrati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fil-proċeduri tal-UPPE u fis-sistemi tal-IT, li huwa tassew diffiċli fid-dawl tal-istruttura tal-UPPE b’diversi livelli u l-interazzjoni bejn ir-Regolament tal-UPPE u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrikjedu koordinazzjoni mad-DPAs nazzjonali;

61.

Jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2019, daħal fis-seħħ qafas superviżorju ġdid għall-ipproċessar ta’ data personali fil-Eurojust, li fl-ambitu tiegħu l-EDPS huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Eurojust mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data; jilqa’ f’dak ir-rigward il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-EDPS u l-Eurojust matul is-sena 2020;

62.

Jinnota li, fl-2020, il-Kontrollur ikkonkluda jew emenda kemm ftehimiet interistituzzjonali dwar il-livell ta’ servizz kif ukoll ftehimiet amministrattivi mal-PMO, id-DĠ HR, id-DĠ EAC, id-DĠ BUDG u d-DĠ CERT-UE tal-Kummissjoni, kif ukoll ftehim amministrattiv ġdid ma’ tliet direttorati ġenerali tal-Parlament (DĠ INLO, DĠ SAFE u DĠ PERS) dwar il-bini, il-loġistika u s-servizzi ta’ sigurtà;

63.

Jissottolinja r-rilevanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-311/18 (magħrufa bħala s-sentenza “Schrems II”) li tinvalida l-mekkaniżmu tad-data personali bejn l-UE u l-Istati Uniti “Tarka ta’ Privatezza”; jirrikonoxxi r-rwol tal-Kontrollur fil-monitoraġġ tal-konformità tat-trasferimenti mwettqa fil-kuntest tar-relazzjonijiet kuntrattwali ma’ organizzazzjonijiet ibbażati fl-Istati Uniti;

64.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riżultat tal-inkjesta tal-Kontrollur fl-ipproċessar mill-Europol ta’ sett ta’ data kbir miġbur mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali; jifhem li l-proċeduri li l-Europol kellha fis-seħħ ma pprovdewx riassigurazzjoni adegwata rigward il-konformità mar-Regolament tal-Europol f’termini ta’ kategoriji ta’ suġġetti tad-data fil-mira bl-ipproċessar tiegħu, li jirrappreżenta r-raġunijiet li għalihom tiġi fformulata intelligence kriminali importanti; jistieden lill-Kontrollur jappoġġja lill-Europol fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas identifikat, mingħajr ma jiddgħajjef il-kontribut tal-Europol għall-infrastruttura kontra l-frodi li huwa komponent rilevanti tiegħu;

65.

Jisħaq li, fit-2 ta’ Lulju 2020, il-Kontrollur ħareġ Dokument Pubbliku li jagħti dettalji dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-investigazzjoni tal-Kontrollur dwar l-użu tal-prodotti u s-servizzi tal-Microsoft mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jirrimarka li dawn is-sejbiet japprovaw l-isforzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi biex iżommu kontroll fuq kif u għaliex id-data personali tiġi pproċessata u jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data meta jikkuntrattaw is-servizzi tal-ICT, kif deskritt fl-objettiv strateġiku tal-Kontrollur dwar “is-sovranità diġitali”;

Pandemija tal-COVID-19

66.

Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-Kontrollur fil-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, żewġ drittijiet fundamentali fl-Unjoni, fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari r-rilevanza u l-influwenza tal-valutazzjoni tiegħu tal-konformità mal-protezzjoni tad-data tal-bosta applikazzjonijiet ta’ traċċar tal-kuntatti u ta’ twissija mifruxin matul il-pandemija; jirrikonoxxi l-ammont ta’ xogħol addizzjonali sussegwenti li ffaċċja l-Kontrollur flimkien mal-kompiti regolari tiegħu u japprezza li l-Kontrollur mhux biss żgura l-kontinwità tan-negozju iżda żied ukoll il-produttività tiegħu bis-saħħa, fost l-oħrajn, tad-diġitalizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol; jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur stabbilixxa Task Force speċjali tal-COVID-19, li nħolqot biex tittratta dawn it-talbiet kollha, is-superviżjoni u l-parir fir-rigward ta’ dawk il-miżuri stabbiliti biex tiġi miġġielda l-pandemija (applikazzjonijiet ta’ traċċar tal-kuntatti, kontrolli tat-temperatura, tilqim); jindika li, f’Marzu 2020, bi tweġiba għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta’ data dwar it-telekomunikazzjonijiet għall-monitoraġġ tat-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kontrollur issuġġerixxa li ssir enfasi fuq il-minimizzazzjoni tal-ġbir u ż-żamma ta’ data personali, l-anonimizzazzjoni tad-data, is-sigurtà tad-data u l-aċċess għad-data, l-adegwatezza tal-perjodi ta’ żamma tad-data, u approċċ deċentralizzat għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data;

67.

Jisħaq li l-EDPB enfasizza l-importanza fundamentali li jiġi żgurat li kull miżura meħuda fiċ-ċirkostanzi straordinarji relatati mal-pandemija tkun meħtieġa, limitata fiż-żmien, ta’ livell minimu u soġġetta għal rieżami perjodiku u ġenwin kif ukoll għal evalwazzjoni xjentifika; jistieden lill-Kontrollur jivvaluta kontinwament is-sitwazzjoni, sabiex jindirizza jew jimmitiga r-riskji għall-privatezza assoċjati mal-iżvilupp u l-użu tal-applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti;

68.

Jinnota li fil-bidu tal-2020, il-Kontrollur kien jiddependi mill-Pjan għall-Kontinwità tal-Operat (BCP) li minnu ntużaw xi dispożizzjonijiet u ġew aġġustati fil-fażi inizjali tal-pandemija tal-COVID-19; jirrimarka li fl-10 ta’ Marzu 2020 ġie adottat il-pjan ta’ kontinġenza għat-tħejjija amministrattiva għall-pandemija, u ttieħdu miżuri aktar speċifiċi biex tiġi indirizzata l-pandemija li ġejja,

69.

Jinnota li l-Kontrollur kien l-ewwel istituzzjoni tal-Unjoni li adottat it-telexogħol bħala reġim ġenerali għall-membri kollha tal-persunal mit-12 ta’ Marzu 2020 permezz tal-adattament tal-BCP tiegħu u jenfasizza li l-istituzzjoni ma kellha l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-COVID-19 fuq il-post tax-xogħol; jilqa’ l-fatt li l-miżuri ta’ emerġenza adottati, b’mod partikolari l-ġeneralizzazzjoni tat-telexogħol (jiġifieri l-ebda limitu fi ħdan l-unitajiet u lanqas id-differenzjazzjoni bejn strutturali u okkażjonali), se jkunu s-suġġett ta’ diskussjoni mal-Kumitat tal-Persunal u se jiġu inkorporati fid-deċiżjoni l-ġdida dwar it-telexogħol li qed tiġi nnegozjata u li se jimmodifikaw id-Deċiżjoni meħuda dwar dan is-suġġett fid-19 ta’ Marzu 2019;

70.

Iħeġġeġ lill-Kontrollur jintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta’ ġestjoni interna t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, f’termini ta’ kontinwità tal-operat u approċċi ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, ir-rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta’ diliġenza tagħhom lejn il-persunal, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta’ ħidma.

 


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/151


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1711 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0259/2021) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118 u 260 sa 263 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0065/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(2)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(4)  ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/152


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1712 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0065/2022),

A.

billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) huwa responsabbli għall-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tal-Kwartieri Ġenerali (“HQ”) tiegħu fi Brussell u għan-network tal-144 delegazzjoni u uffiċċju tal-Unjoni;

B.

billi r-responsabbiltà tas-SEAE ġiet estiża biex tkopri l-ġestjoni amministrattiva tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet permezz ta’ sensiela ta’ Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (FLS);

C.

billi r-rwol tad-delegazzjonijiet huwa li jirrappreżentaw lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha madwar id-dinja billi jibnu networks u sħubijiet, u li jippromwovu l-valuri u l-interessi tal-Unjoni;

D.

billi l-pekuljarità tas-SEAE tibqa’ fin-natura u l-oriġini tagħha, kif kienet meta ġiet ifformata bl-amalgamazzjoni ta’ persunal li jappartjeni għal dawk li kienu d-dipartimenti tar-relazzjonijiet esterni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea, li fihom ġew integrati d-diplomatiċi mill-Istati Membri;

E.

billi skont ir-Regoli Interni tas-SEAE, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b’delega għall-istituzzjoni u d-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi għandu r-rwol ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega prinċipali;

F.

billi l-implimentazzjoni tal-baġit hija regolata mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli Interni ta’ Implimentazzjoni tal-Baġit tas-SEAE;

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b’rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għas-SEAE;

2.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

3.

Jenfasizza l-fatt li l-Qorti kkonkludiet li, fuq il-bażi tax-xogħol ta’ awditu tagħha, il-pagamenti b’mod globali għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet, inkluża tas-SEAE, għas-sena finanzjarja 2020 kienu ħielsa minn żbalji materjali;

4.

Jilqa’ l-fatt li ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni speċifika mill-Qorti dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

5.

Huwa konxju li l-Kapitolu 9 “Amministrazzjoni” tar-Rapport Annwali tal-Qorti huwa ffukat fuq in-nefqa fuq ir-riżorsi umani, il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni u li l-Qorti tindika li tali nfiq huwa ta’ riskju baxx;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.

Jinnota li l-baġit tas-SEAE għall-2020 kien ta’ EUR 731 000 000 (żieda ta’ 5,2 % meta mqabbel mal-baġit tal-2019 ta’ EUR 694 800 000), u kien imqassam kif ġej: EUR 276 300 000 għall-Kwartieri Ġenerali (“HQ”) u EUR 454 700 000 għad-delegazzjonijiet; josserva li, minbarra l-baġit tiegħu stess, is-SEAE ddispona wkoll minn ammont ta’ EUR 212 400 000 (inkluż dħul assenjat u ammonti riportati) mill-Kummissjoni biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tiegħu li jaħdem fid-delegazzjonijiet;

7.

Jinnota li globalment matul l-2020, is-SEAE impenja EUR 934 400 000 (90 % tal-baġit disponibbli tas-sena) u l-eżekuzzjoni totali fil-pagamenti kienet ta’ EUR 919 200 000 (79 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli);

8.

Jinnota li l-ammonti addizzjonali approvati huma allokati għall-finanzjament tal-Pjan ta’ Azzjoni kontra d-diżinformazzjoni, it-tisħiħ tas-sigurtà fid-delegazzjonijiet u fil-Kwartieri Ġenerali, l-investimenti fiċ-ċibersigurtà, is-sostituzzjoni ta’ għadd ta’ esperti nazzjonali mingħajr spejjeż b’uffiċjali, żieda fl-ammont ta’ stipendju għal apprendisti fid-delegazzjonijiet, it-tisħiħ tal-istrutturi tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), u xi tisħiħ tad-dipartimenti ġeografiċi f’oqsma ewlenin ta’ prijorità għolja;

9.

Jinnota li, b’mod ġenerali, il-baġit finali tas-SEAE għall-2020 ġie eżegwit fil-livell ta’ 95,0 % bħala impenji u 82,3 % bħala pagamenti, tnaqqis mid-99,94 % f’impenji u s-87,9 % f’pagamenti fl-2019;

10.

Jinnota li l-pagamenti magħmula mis-SEAE fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet fl-2020 juru ċifra globali ta’ 200 913-il pagament eżegwit (10 851 mill-Kwartieri Ġenerali u 190 062 mid-delegazzjonijiet), tnaqqis miċ-ċifra ta’ 252 508 pagamenti fl-2019; jifhem li t-tnaqqis (– 20 %) huwa dovut għas-sospensjoni ta’ diversi attivitajiet bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari l-vjaġġi u l-avvenimenti ta’ rappreżentanza; jinnota li l-pagamenti tas-SEAE fl-2020 kienu jirrappreżentaw 8,9 % tal-baġit tal-Unjoni;

11.

Jinnota l-ħtieġa espressa mis-SEAE li jkun hemm approċċ aktar flessibbli fir-rigward tal-aġenti awtorizzati li jintervjenu fil-flussi tax-xogħol finanzjarji tal-istituzzjonijiet fid-delegazzjonijiet, sabiex tiġi żgurata kontinwità sħiħa tal-operat u jiġi mmassimizzat l-użu effiċjenti tar-riżorsi umani disponibbli fid-delegazzjonijiet; huwa konxju li l-emendi f’dan is-sens ġew adottati fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju (b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet il-ġodda fl-Artikolu 60(2) u (3)); josserva li huwa meħtieġ livell ogħla ta’ flessibbiltà, mingħajr ma jiddgħajfu r-rekwiżiti ta’ kontroll fuq iċ-ċirkwit finanzjarju; itenni li kwalunkwe arranġament ta’ flessibbiltà, jiġifieri l-possibbiltà li l-viċi kapijiet ta’ delegazzjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega, għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib mill-Kwartieri Ġenerali;

12.

Jinnota li kull delegazzjoni tirċievi u timplimenta l-baġit tagħha stess maħsub biex ikopri l-operazzjonijiet amministrattivi tagħha u l-persunal tas-SEAE u tal-Kummissjoni; huwa konxju li l-pagamenti jistgħu jsiru fil-livell ċentrali jew lokali, rispettivament taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat-Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni (DĠ BUDG) jew tad-delegazzjoni;

13.

Jifhem li n-numru ta’ linji baġitarji użati biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet relatati mal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet, jiġifieri 32 linja differenti li joriġinaw minn diversi intestaturi tal-baġit tal-Kummissjoni u l-Fondi Fiduċjarji, iżidu il-kumplessità tal-ġestjoni tal-baġit tas-SEAE; jilqa’ l-fatt li s-SEAE ilu mill-2021 jissimplifika u jirraggruppa mill-ġdid dawn il-fondi fil-baġit tiegħu stess; jirrimarka, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li s-SEAE jkompli bl-isforzi tiegħu u jappoġġja lis-SEAE u lill-Kummissjoni fid-diskussjonijiet tagħhom li għaddejjin bħalissa dwar kif għandu jsir aktar progress;

14.

Jilqa’ l-fatt li wara l-eżerċizzju “Innovattive 2019”, li kellu l-għan li jrawwem is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi ta’ ħidma, fl-2020 ġew varati diversi azzjonijiet, b’mod partikolari ċ-ċentralizzazzjoni tas-sejħiet għall-offerti ta’ valur għoli, il-funzjonijiet tat-teżor u l-ħlas tad-drittijiet individwali; jinnota li fl-2020 xi operazzjonijiet, b’mod partikolari kwistjonijiet ta’ qabel l-għoti għall-proċeduri kollha ta’ akkwist, kulma jmur kienu dejjem aktar ċentralizzati fil-livell tal-Kwartieri Ġenerali biex tittejjeb il-kwalità tal-proċeduri ta’ akkwist u jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol tad-delegazzjonijiet; jinnota b’sodisfazzjon li ċ-ċentralizzazzjoni sħiħa hija mistennija matul is-sena 2022; jappoġġja l-valutazzjoni ippjanata tal-ammont ta’ xogħol fuq id-delegazzjonijiet fl-2022 bħala mekkaniżmu ta’ rieżami xieraq biex jgħin ħalli jiġu pprijoritizzati r-riżorsi u l-aspetti organizzattivi tan-network tad-delegazzjonijiet;

15.

Jinnota li l-akbar iffrankar fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 sar fuq il-linji baġitarji għal (i) salarji u allowances fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet (minħabba l-fatt li r-ritmu tal-proċeduri kollha ta’ reklutaġġ kien majna), (ii) missjonijiet, laqgħat u avvenimenti (minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u konfinament), (iii) u ħafna partiti relatati mal-infrastruttura; jinnota li dak l-iffrankar jista’ jiġi stmat għal EUR 17 500 000;

16.

Jinnota li parti minn dak l-iffrankar ġie riallokat biex jissaħħu l-IT u t-telekomunikazzjoni ħalli jkopru l-ispejjeż tal-komunikazzjoni li kienu żdiedu b’mod sinifikanti (software, hardware u konnettività) u tiġi aġġornata s-sistema ta’ vidjokonferenzi antikwata fin-network tad-delegazzjonijiet; jenfasizza li n-nefqa addizzjonali kkawżata mill-pandemija kienet tinkludi spejjeż li rriżultaw mill-evakwazzjoni medika ta’ kollegi bil-COVID-19 jew persunal vulnerabbli, u r-rimborż tal-ispejjeż tal-Internet f’ċerti delegazzjonijiet fejn l-ispiża tal-konnessjonijiet tal-Internet hija eċċessiva; jirrimarka li l-biċċa l-kbira tal-iffrankar li kien fadal intuża għall-investimenti fl-infrastruttura fid-delegazzjonijiet;

17.

Jifhem li, matul is-sena 2020 u bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, l-intensità li qed tinbidel fl-attivitajiet tas-SEAE ġiet trattata billi saru trasferimenti, b’mod partikolari mil-linji baġitarji tar-riżorsi umani u tal-missjonijiet għal-linji baġitarji għall-IT, li kienu effettivi u orjentati lejn ir-riżultati; jinnota li, f’termini assoluti, il-valur tat-trasferimenti kollha magħmula fil-baġit amministrattiv tas-SEAE ammonta għal EUR 52 700 000;

18.

Jifhem li d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju għall-applikazzjoni mid-delegazzjonijiet f’pajjiżi terzi wrew li huma ineffiċjenti; jaqbel mas-sejħa tas-SEAE għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-akkwist jew bl-integrazzjoni ta’ kapitolu separat għad-delegazzjonijiet f’pajjiżi terzi jew billi jiġi aġġustat il-limitu tal-valur, fiż-żewġ każijiet li għandhom l-għan li jadattaw ir-regoli fis-seħħ għall-kapaċitajiet u l-kuntest lokali tad-delegazzjonijiet ikkonċernati;

19.

Jinnota li fl-2020, is-SEAE ppubblika 40 proċedura ta’ akkwist ta’ valur għoli (b’valur ogħla mid-Direttiva li tistabbilixxi livelli limitu għas-servizzi u l-provvisti u ta’ aktar minn EUR 500 000 għax-xogħlijiet); jinnota li l-Qorti eżaminat ħmistax-il proċedura ta’ akkwist għall-provvisti ta’ tagħmir protettiv personali (PPE) organizzati fl-2020 minn xi istituzzjonijiet, inkluż is-SEAE; josserva li l-Qorti sabet xi problemi fil-proċeduri użati mill-istituzzjonijiet awditjati fl-akkwist ta’ maskri protettivi meħtieġa b’mod urġenti; josserva li dawn l-istituzzjonijiet kienu stabbilew rekwiżiti minimi stretti fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti (inklużi standards Ewropej ta’ kwalità ta’ referenza għall-maskri tal-wiċċ mediċi u d-dati ta’ konsenja);

20.

Jilqa’ l-ftehim li jiġu pprovduti kważi EUR 80 biljun lill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u EUR 5 biljun lill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) biex l-azzjoni esterna tal-Unjoni tiġi pprovduta b’riżorsi adegwati ħalli twieġeb għall-prijoritajiet u l-isfidi emerġenti f’oqsma ta’ politika ewlenin;

21.

Jinnota li d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-Sirja kienet l-unika delegazzjoni li esprimiet riżerva (mill-2017) dwar il-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva minħabba l-klima tas-sigurtà attwali; jinnota b’apprezzament li s-SEAE rnexxielu jsolvi żewġ kwistjonijiet pendenti fl-2020, rigward it-taxxa fuq id-dħul tal-aġenti lokali u l-aċċess għall-kont bankarju Sirjan tad-delegazzjoni;

Ġestjoni interna, prestazzjoni, kontroll intern

22.

Jinnota li fl-2020 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq rieżami limitat dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern (ICF) tas-SEAE; josserva li r-rakkomandazzjonijiet maħruġa qed jiġu implimentati fl-2021; japprova l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontroll Intern (ICC) tas-SEAE u l-adozzjoni ta’ metodoloġija ġdida għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tad-dgħufijiet fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prinċipji ta’ kontroll intern;

23.

Jilqa’ l-fatt li n-nomenklatura tal-iżbalji rigward il-proċeduri ta’ akkwist, użata għall-kontrolli ex post fis-SEAE, ġiet allinjata ma’ dik użata mill-Qorti, u b’hekk jista’ jsir tqabbil aħjar tar-riżultati; japprezza l-fatt li, wara l-valutazzjoni li għamlet il-Qorti tar-Rapport Annwali tal-Attività tas-SEAE għall-2019, l-istrateġija tal-awditjar intern tas-SEAE ġiet emendata biex tipprovdi informazzjoni aktar preċiża dwar ir-rati ta’ żball użati għad-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni, u hekk issir distinzjoni ċara bejn l-iżbalji identifikati u l-iżbalji residwi u b’hekk, tiġi pprovduta informazzjoni aktar preċiża dwar l-azzjoni meħuda biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji identifikati matul l-eżerċizzju ta’ kontroll ex post;

24.

Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Awditjar Strateġiku Pluriennali żviluppat mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); jistieden lis-SEAE jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda minn din l-istrateġija;

Ir-riżorsi umani, l-ugwaljanza u l-benesseri tal-persunal

25.

Jinnota li, b’mod ġenerali, il-forza tax-xogħol tas-SEAE fl-2020 kienet magħmula minn 4 643 persuna (meta mqabbla ma’ 4 474 fl-2019) u li l-awtorità baġitarja tat 178 ekwivalenti full-time ġodda fid-dawl tal-kompiti addizzjonali tagħha; jinnota li fi tmiem l-2020, il-forza tax-xogħol tas-SEAE kienet magħmula minn 1 277 uffiċjal, 1 091 aġent lokali, 539 aġent kuntrattwali, 472 espert nazzjonali sekondat (SNEs) u 370 aġent temporanju, flimkien ma’ persunal ta’ appoġġ ieħor (jiġifieri persunal estern, trainees u professjonisti subalterni);

26.

Jinnota li, b’mod ġenerali, total ta’ 2 286 membru tal-persunal ħadmu fil-Kwartieri Ġenerali u 2 357 fid-delegazzjonijiet, flimkien ma’ 3 757 membru tal-persunal mill-Kummissjoni stazzjonati fid-delegazzjonijiet; jenfasizza r-rata għolja ta’ okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet, b’mod partikolari fid-delegazzjonijiet (94,3 % għall-pożizzjonijiet AD u 93,7 % għall-pożizzjonijiet AST-AST/SC), u jenfasizza livell kemxejn aktar baxx fil-Kwartieri Ġenerali (91,2 % kemm għall-pożizzjonijiet AD kif ukoll għal dawk AST-AST/AC);

27.

Josserva li t-trasferiment ta’ 546 membru tal-persunal tal-Kummissjoni fit-taqsimiet amministrattivi fid-delegazzjonijiet għas-SEAE ġie implimentat fl-aħħar tal-2020 u se jiffaċilita l-ġestjoni tal-persunal amministrattiv u jiżgura drittijiet u obbligi ugwali fid-delegazzjonijiet;

28.

Jenfasizza li l-Unjoni qed tiffaċċja ambjent internazzjonali volatili u għadd dejjem akbar ta’ kriżijiet, li wasslu għal talbiet dejjem akbar fuq l-Unjoni biex ikollha rwol importanti fil-livell internazzjonali; jinnota li r-rwol imsaħħaħ tas-SEAE fit-trattament ta’ sfidi ġodda bħad-diżinformazzjoni għandu jiġi appoġġjat b’żieda korrispondenti fil-persunal; jappoġġja t-talba tas-SEAE lill-awtorità baġitarja għal riżorsi umani suffiċjenti sabiex jiżgura li l-Unjoni tkun effettiva bħala attur globali; jissottolinja, b’mod partikolari, il-ħtieġa urġenti li jintużaw riżorsi li huma disponibbli b’mod flessibbli bħal għadd ogħla ta’ SNEs mill-Istati Membri biex ikun jista’ jaqdi talbiet ġodda;

29.

Jinnota l-isforzi tas-SEAE biex jindirizza t-tħassib tal-Parlament rigward l-ekwilibriju bejn il-persunal fil-livell tal-AD mill-Istati Membri u l-uffiċjali tal-Unjoni u japprova l-konverżjonijiet tal-pożizzjonijiet SNE f’pożizzjonijiet ta’ amministratur biex ikompli jitnaqqas in-numru ġenerali tagħhom; jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet SNE vakanti kollha minħabba raġunijiet ta’ trasparenza u ġustizzja u l-istedina lill-kandidati fl-Istati Membri kollha biex juru l-interess tagħhom fi kwalunkwe pożizzjoni; jilqa’ l-fatt li fi tmiem l-2020, il-popolazzjoni tad-diplomatiċi tal-Istati Membri fil-livell AD kienet tammonta għal 35,8 %, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (1) li tipprevedi li l-membri tal-persunal mill-Istati Membri għandhom jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-persunal kollu tas-SEAE fil-livell AD;

30.

Jilqa’ l-fatt li fi tmiem l-2020, ir-rappreżentanza ġenerali tal-ġeneru fis-SEAE kienet kważi indaqs, bin-nisa jiffurmaw 48,65 % tal-membri tal-persunal; jinnota b’mod partikolari li n-nisa kienu jirrappreżentaw 37,3 % tal-persunal AD (meta mqabbla ma’ 34,8 % fl-2019) b’xi disparitajiet interni, jiġifieri 49,64 % tan-nisa fil-gradi aktar baxxi (AD5 sa AD8) iżda 35 % fil-gradi aktar għoljin (AD9 sa AD13), li jirrappreżenta titjib meta mqabbel ma’ 32,9 % fl-aħħar tal-2019; jinnota li s-sehem tan-nisa fl-ogħla gradi AD (AD14 sa AD16) żdied meta mqabbel mal-2019 iżda għadu baxx (23 % fl-2020 meta mqabbel ma’ 20,4 % fl-2019);

31.

Jinnota li fil-kategoriji AST u AST/SC, il-perċentwal ta’ nisa naqas għal 65,35 % meta mqabbel ma’ 66,3 % fl-2019; Jiddispjaċih li baqgħu żbilanċi fost il-gradi differenti, bin-nisa jirrappreżentaw 66,2 % tal-persunal fil-gradi aktar baxxi (AST2 sa AST9) iżda 33,3 % biss fil-gradi aktar għoljin (AST10 sa AST11); jirrimarka l-bilanċ bejn il-ġeneri milħuq fir-rigward tal-aġenti kuntrattwali (59,4 %) u l-aġenti lokali (54,5 %), filwaqt li l-maġġoranza tal-esperti nazzjonali sekondati kienu rġiel (75,2 %, l-aktar minħabba l-fatt li l-preżenza femminili fil-militar tal-Istati Membri hija limitata);

32.

Jilqa’ l-ħafna azzjonijiet varati mis-SEAE biex jintlaħaq il-bilanċ bejn il-ġeneri, kif ukoll biex jinħoloq ambjent tax-xogħol miftuħ u inklużiv u biex jiġu integrati kundizzjonijiet tax-xogħol orjentati lejn ir-riżultati u flessibbli li jinkorporaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jilqa’ azzjonijiet speċifiċi bħall-inkoraġġiment attiv ta’ applikanti nisa għall-pożizzjonijiet maniġerjali kollha, il-preżenza obbligatorja taż-żewġ sessi flimkien ma’ taħriġ dwar il-preġudizzju inkonxju għall-membri tal-bordijiet ta’ reklutaġġ, il-koordinazzjoni msaħħa mal-Istati Membri biex jinkoraġġixxu aktar kandidati nisa japplikaw għall-karigi u jappoġġjaw lill-konjuġi li jkunu qed ifittxu impjieg f’pajjiż terz; ifaħħar il-fatt li, biex tkompli tittejjeb aktar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, qed isir awditjar tal-politiki interni mil-lat tal-ġeneru, u jitlob lis-SEAE jirrapporta lill-Parlament dwar ir-rakkomandazzjonijiet u s-segwitu tal-awditu, sabiex jippromwovi tmexxija b’saħħitha reattiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru;

33.

Jilqa’ l-fatt li x-xejra ’l fuq tan-nisa f’karigi maniġerjali kompliet fl-2020 fejn in-nisa rrappreżentaw 27,3 % tal-maniġers superjuri u 33,2 % tal-maniġers intermedji, meta mqabbla ma’ 26 % u 31,3 % rispettivament fl-2019; jesprimi dispjaċir għall-fatt li 27,4 % biss tal-karigi ta’ kap ta’ delegazzjoni fl-2020 kienu okkupati minn nisa, u dik iċ-ċifra ma nbidlitx meta mqabbla mal-2019;

34.

Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fl-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta’ maniġment, fejn 27 % biss tal-applikanti kienu nisa; josserva li n-nisa kienu jikkostitwixxu 53 % tal-applikanti għal kapijiet tal-amministrazzjoni, 82 % tal-applikanti għal assistent ta’ kap ta’ delegazzjoni u 100 % tal-applikanti għal assistent ta’ viċi kap ta’ delegazzjoni; jilqa’ n-networking għan-nisa li jinsabu f’karigi ta’ qabel il-maniġment u programmi mfassla apposta għan-nisa f’karigi ta’ maniġment intermedju bħala bażi ta’ talent għal karigi ta’ maniġment superjuri futuri u jtenni t-talba lis-SEAE biex ikompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli ġerarkiċi kollha; jistieden lis-SEAE jesplora strateġiji biex jinkoraġġixxi u jiffaċilita lill-kandidati nisa ħalli japplikaw għal pożizzjonijiet ta’ maniġment; jinsisti li jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iressqu nisa kwalifikati għal karigi maniġerjali, inklużi karigi maniġerjali superjuri; jinkoraġġixxi lis-SEAE jippromwovi aħjar l-opportunitajiet ta’ karriera tiegħu u l-postijiet vakanti tiegħu fost id-diplomatiċi nazzjonali, il-professjonisti tal-istudji internazzjonali, l-akkademja u s-soċjetà ċivili;

35.

Jappoġġja l-adozzjoni, f’Ġunju 2020, tal-pjan direzzjonali tas-SEAE għal azzjoni dwar id-diżabilità mħejji f’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal, mas-servizzi rilevanti tas-SEAE, ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u mal-Istati Membri sabiex jinġabru l-aħjar prattiki u politiki; jifhem li wara l-pubblikazzjoni interna tiegħu, il-pjan direzzjonali ġie aġġornat u mtejjeb fl-aħħar tal-2020; jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-politika tas-SEAE dwar id-diżabilità f’Lulju 2020; japprezza inizjattivi konkreti bħall-gwida interistituzzjonali għall-persuni ġodda b’diżabilità, il-gwida tas-SEAE dwar il-komunikazzjoni inklużiva meta ssir referenza għal persuni b’diżabilità fuq il-post tax-xogħol u l-istabbiliment ta’ punt ta’ kuntatt iddedikat għal informazzjoni prattika dwar id-diżabilità jew aġġustamenti possibbli fuq il-post tax-xogħol;

36.

Japprezza l-ħidma tat-task forces “Żvilupp tal-karriera” u “Il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs” fdati bil-missjoni li jtejbu t-trasparenza, il-prevedibbiltà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja fil-kultura tax-xogħol tas-SEAE; jappoġġja t-twaqqif, fil-25 ta’ Ġunju 2020, ta’ Kumitat għall-Opportunitajiet Indaqs u d-Diversità (COPEC), b’membri kemm minn rappreżentanti tal-amministrazzjoni kif ukoll tal-persunal, fdati b’mandat biex jikkontribwixxu għal politiki relatati mal-ġeneru, l-opportunitajiet indaqs, ir-rispett għad-diversità u n-nondiskriminazzjoni, il-ġlieda kontra l-fastidju, l-organizzazzjoni ta’ arranġamenti ta’ ħidma flessibbli u ambjent tax-xogħol ġust, flessibbli u rispettuż;

37.

Huwa konxju tal-isforzi tas-SEAE biex jilħaq rappreżentanza ġeografika sinifikattiva filwaqt li jirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati; itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-rappreżentanza ġeografika fost il-persunal tas-SEAE, speċjalment fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta’ kapijiet ta’ delegazzjoni, ta’ maniġment intermedju u superjuri u jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-forniment meħtieġ ta’ SNEs addizzjonali biex jiffaċċjaw l-ammont ta’ xogħol li dejjem jikber tas-SEAE; josserva li fi tmiem l-2020, il-persunal tas-SEAE kien jinkludi ċittadini mill-Istati Membri kollha u jilqa’ l-isforzi li saru mis-SEAE biex iżomm in-Network tar-Riżorsi Umani tal-Istati Membri infurmat dwar il-kompożizzjoni tal-persunal, jippubblika l-postijiet tax-xogħol vakanti u jippromwovi l-isforzi nazzjonali ħalli jiżdied in-numru ta’ kandidati;

38.

Iqis li huwa importanti li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tal-pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni wara l-2004 jew aktar tard (UE13) u għalhekk, josserva li l-għadd ta’ persunal minn dawn l-Istati Membri fl-aħħar tal-2020 kien żdied b’6 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel; jirrimarka li s-sehem tal-UE13 mill-persunal tas-SEAE kien ta’ 23 % fl-aħħar tal-2020, filwaqt li s-sehem tagħha fi ħdan il-popolazzjoni tal-Unjoni, huwa ta’ 20 %; jissottolinja, madankollu, id-diskrepanzi bejn ir-rappreżentanza fil-livell maniġerjali tal-pajjiżi b’daqs ta’ popolazzjoni komparabbli (30 kariga maniġerjali minn 267 huma okkupati minn ċittadini tal-UE13, meta mqabbla ma’ 33 fl-2019); jistieden lis-SEAE jagħmel progress sinifikanti lejn rappreżentanza bbilanċjata tal-Istati Membri, li tirrifletti d-diversità tagħhom, kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal;

39.

Jilqa’ l-fatt li fl-1 ta’ Ġunju 2020 daħlet fis-seħħ ir-riforma tas-SEAE dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-aġenti lokali fid-delegazzjonijiet; jisħaq li r-riforma introduċiet bażi legali aktar b’saħħitha għall-assigurazzjoni medika komplementari u t-tfaddil providenti komplementari, kif ukoll kundizzjonijiet aħjar ta’ impjieg; jemmen li l-pakkett il-ġdid se jippermetti lid-delegazzjonijiet jattiraw u jżommu persunal bi kwalifiki għoljin;

40.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE jippromwovi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jrawwem politiki favur il-familja, li jinvolvu l-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli, inkluż, fuq bażi ta’ każ b’każ, it-telexogħol barra mill-post tax-xogħol u s-segwitu personalizzat mit-tim tal-politika soċjali tas-SEAE għall-persunal li għandu tfal b’diżabilità;

41.

Jinnota li f’Marzu 2020, is-SEAE awtorizza t-telexogħol għall-maġġoranza tal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet; jilqa’ l-fatt li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, is-SEAE awtorizza lill-membri mhux essenzjali tal-persunal minn 78 delegazzjoni f’pajjiżi b’sistemi tas-saħħa batuti biex iwettqu ħidmiethom bit-telexogħol minn Brussell jew mill-post tal-oriġini tagħhom fuq bażi volontarja; josserva li f’Mejju 2020, madwar 41 % tal-membri tal-persunal tad-delegazzjonijiet kienu għażlu dan l-arranġament ta’ ħidma li jippermetti lill-familji jerġgħu jingħaqdu, u b’hekk jittejjeb il-benesseri u tiżdied il-produttività fuq ix-xogħol; jinnota, barra minn hekk, li l-persunal fil-Kwartieri Ġenerali b’kundizzjoni medika kien awtorizzat ukoll biex jaħdem fuq telexogħol minn barra l-Belġju;

42.

Jinnota li s-SEAE jipprovdi gwida u miżuri ta’ akkumpanjament biex jiġu mmitigati r-riskji ta’ eżawriment, inkluż appoġġ psikoloġiku, parir dwar assistenza lokali xierqa, taħriġ dwar il-ġestjoni tal-istress u linja telefonika ta’ għajnuna; jilqa’ l-fatt li s-SEAE adotta sett ta’ regoli biex iżomm id-dritt għall-iskonnessjoni għall-membri kollha tal-persunal b’regoli speċifiċi dwar l-użu tal-posta elettronika u tat-telefown barra mill-ħinijiet tax-xogħol;

43.

Ifaħħar l-attenzjoni li s-SEAE jagħti lid-djalogu soċjali u jissottolinja l-impatt pożittiv tal-parteċipazzjoni diretta tal-membri tal-persunal li għandhom esperjenza diretta tal-miżuri ppreżentati għad-diskussjoni; jilqa’ b’mod partikolari l-konsultazzjoni wiesgħa dwar il-futur tas-SEAE fejn ħadu sehem aktar minn 500 kollega kemm mill-Kwartieri Ġenerali kif ukoll mid-delegazzjonijiet u seba’ gruppi fokali wasslu r-riflessjonijiet kollha fi proposti ta’ ħidma konkreti, proġett magħruf bħala #EEAS@20; jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jżomm dan l-approċċ sabiex iwieġeb għall-aspettattiva tal-membri tal-persunal filwaqt li jindirizza l-ħtiġijiet tas-servizz;

44.

jesprimi t-tħassib tiegħu rigward in-numru ta’ każijiet irrapportati lis-Servizz ta’ Medjazzjoni tas-SEAE (176 talba fl-2020, 183 fl-2019); jirrimarka li l-ħidma tas-Servizz ta’ Medjazzjoni hija kkomplementata minn network ta’ 12-il konsulent kunfidenzjali volontarji u mħarrġa speċifikament kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet; jinnota li mill-każijiet irrapportati fl-2020, 64 % kienu jikkonċernaw kunflitti interpersonali (inklużi allegazzjonijiet ta’ fastidju morali), 30 % kienu jikkonċernaw kunflitti relatati mad-drittijiet u l-obbligi, każijiet oħra rreferew għal kwistjonijiet bħal ambjent tax-xogħol stressanti u każ wieħed kien jikkonċerna allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali; jisħaq li l-mandat tas-Servizz ta’ Medjazzjoni ġie rivedut fil-bidu tal-2020 biex jenfasizza l-indipendenza u d-disponibbiltà tiegħu għall-membri kollha tal-persunal, u biex jiżgura li l-amministrazzjoni tas-SEAE tkun infurmata dwar allegazzjonijiet/inċidenti serji jew ripetuti ħalli tkun tista’ tieħu azzjonijiet xierqa; iħeġġeġ lis-SEAE biex ikompli jrawwem kultura ta’ ħidma kostruttiva u preventiva, mingħajr fastidju, permezz ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ;

45.

Jinnota li l-amministrazzjoni tas-SEAE ttrattat erba’ talbiet formali għall-assistenza li kienu jikkonċernaw allegazzjonijiet ta’ fastidju, li minnhom tliet każijiet ingħalqu mingħajr ebda sanzjoni, filwaqt li fl-aħħar każ intalbet l-opinjoni tal-bord tad-dixxiplina; jitlob lis-SEAE jirrapporta dwar dan il-każ fi żmien xieraq; ifaħħar il-fatt li fl-2020, is-SEAE nieda l-ewwel taħriġ obbligatorju tiegħu għall-maniġers dwar kif jinħoloq ambjent tax-xogħol mingħajr fastidju; Jinkoraġġixxi lis-SEAE jkompli jorganizza sessjonijiet sistematiċi ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni fil-qasam tal-kondotta xierqa tal-persunal tiegħu; jemmen li sessjonijiet bħal dawn għandhom ikunu parti mit-taħriġ obbligatorju għall-persunal li jkun għadu kif ġie rreklutat;

46.

Jinnota li fl-2020, is-SEAE rrekluta 57 Trainee tal-Blue Book remunerati għal traineeship ta’ 5 xhur fil-Kwartieri Ġenerali tiegħu; jinnota li ġew impjegati b’kollox 385 trainee f’101 delegazzjoni, għal traineeships ta’ tul medju ta’ 5 xhur; jirrimarka li 39 traineeship ma kinux imħallsa; jinnota li t-trainees tal-Blue Book kollha rċevew kompjuter personali għat-telexogħol; jistieden lis-SEAE jieħu l-passi xierqa biex jiżgura li t-trainees kollha tiegħu jirċievu remunerazzjoni deċenti;

Il-qafas etiku u t-trasparenza

47.

Jinnota b’apprezzament l-adozzjoni tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem f’Diċembru 2020 u l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE l-ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020-2024), li jispjega oqsma ta’ prijorità għall-azzjoni u jqis l-isfidi ġodda; ifaħħar ir-rwol ċentrali tad-drittijiet tal-bniedem fil-politika barranija tal-Unjoni u d-determinazzjoni tal-Unjoni li tindirizza ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u abbużi madwar id-dinja;

48.

Jistieden lis-SEAE jimmonitorja l-pożizzjonijiet ta’ dawk li qabel kienu kapijiet ta’ delegazzjoni, minħabba r-rwol u l-funzjonijiet politiċi sensittivi tagħhom fil-pajjiżi ospitanti; jistieden lis-SEAE jirrieżamina sistematikament it-tranżizzjonijiet potenzjalment problematiċi lejn is-settur privat jew lejn organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u jkompli jimmonitorja l-okkupazzjoni ta’ dawk li qabel kienu uffiċjali għolja sa tmiem il-perjodu obbligatorju ta’ preklużjoni, peress li s-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess li ma jkunux ġew indirizzati jistgħu jikkompromettu l-infurzar ta’ standards etiċi għolja fl-amministrazzjoni kollha tal-Unjoni;

49.

Jinnota li fl-2020 is-SEAE eżamina 25 notifika ta’ intenzjoni li dak li jkun jinvolvi ruħu f’attività tax-xogħol wara t-tluq mis-servizz, li minnhom sitt notifiki ġew minn dawk li qabel kienu membri anzjani tal-persunal; jitlob lis-SEAE awtomatikament jitlob informazzjoni dwar l-okkupazzjoni li jkollhom l-intenzjoni li jaqbdu l-membri anzjani tal-persunal li jkunu qed jitilqu mill-kariga tagħhom; jissottolinja li l-informazzjoni sensittiva ġeopolitika li għaliha għandhom aċċess il-membri anzjani tal-persunal ma tistax tiġi kompromessa; jilqa’ l-pubblikazzjoni retroattiva tad-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-attivitajiet tax-xogħol ta’ dawk li qabel kienu uffiċjali anzjani f’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolamenti tal-Persunal; huwa konxju mill-applikazzjoni awtomatika ta’ projbizzjoni ta’ lobbjar u ta’ promozzjoni għal kull uffiċjal li ħalla s-servizz;

50.

Jinnota li fl-2020 kien hemm żewġ dikjarazzjonijiet tal-eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali, it-tnejn kienu relatati mal-impjieg bi ħlas tal-konjuġi, li waħda ġiet miċħuda, u l-oħra rriżultat fid-deċiżjoni li l-membru tal-persunal jitneħħa mill-ġestjoni ta’ sejħa għall-offerti;

51.

Iqis li għandhom jiġu applikati l-ogħla standards etiċi biex il-kunflitti ta’ interess potenzjali jiġu evitati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-ħidma fid-delegazzjonijiet biex jittaffa r-riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni u tas-SEAE, b’mod partikolari għall-kapijiet tad-delegazzjoni;

52.

Jinnota li s-SEAE ma għandu l-ebda rwol dirett fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, għalhekk, ma jorganizzax laqgħat ma’ organizzazzjonijiet u ma’ individwi li jaħdmu għal rashom ikkwalifikati bħala lobbisti f’konformità mal-Artikolu 11 tat-TUE; jinkoraġġixxi lis-SEAE jissieħeb fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE abbażi ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz sabiex itejjeb it-trasparenza billi jiżvela l-laqgħat kollha mal-organizzazzjonijiet kollha tal-lobbying li jipprovaw jinfluwenzaw il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet u dak tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

53.

Josserva li s-SEAE rċieva 20 talba għal informazzjoni mill-OLAF relatati ma’ każijiet possibbli ta’ frodi, li jinvolvu persunal tal-Unjoni jew atturi esterni u fil-każ ta’ ħamsa minnhom, l-OLAF iddeċieda li jiftaħ investigazzjoni; jistieden lis-SEAE jinforma f’waqtu lill-awtorità tal-kwittanza bl-eżitu ta’ dawk l-investigazzjonijiet; josserva li l-Ombudsman indirizzat 14-il każ li jikkonċernaw is-SEAE mingħajr ma ħarġet l-ebda rakkomandazzjoni; jilqa’ l-fatt li qed tiġi esplorata l-kooperazzjoni mal-UPPE dwar il-parir u bl-appoġġ tal-OLAF; jilqa’ r-rieda tas-SEAE li jikkoopera mal-UPPE u l-kuntatti mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni, u jistieden lis-SEAE jintegra tali kooperazzjoni bħala komponent tal-istrateġija ġenerali tiegħu ta’ kontra l-frodi;

54.

Jenfasizza l-ħtieġa li s-SEAE jibqa’ jikkonforma mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Iżvelar ta’ Informazzjoni Protetta, b’mod partikolari biex jipproteġi lill-informaturi in bona fide kontra kwalunkwe forma ta’ preġudizzju. jilqa’ l-fatt li s-SEAE japplika l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Iżvelar ta’ Informazzjoni Protetta għall-persunal tas-SEAE u tal-Kummissjoni stazzjonati fid-delegazzjonijiet tal-UE u jagħmilhom disponibbli fuq l-intranet tas-SEAE;

Id-diġitalizzazzjoni, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tad-data

55.

Jitlob lis-SEAE jirrapporta lill-awtorità baġitarja dwar in-nuqqas ġenerali tiegħu ta’ persunal amministrattiv, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas tiegħu ta’ persunal tal-IT tiegħu li huwa fost l-aktar baxxi fost l-istituzzjonijiet, u jitolbu wkoll jelabora dwar il-kawżi possibbli tan-nuqqas, bħal problemi ta’ reklutaġġ jew defiċjenzi strutturali fl-amministrazzjoni;

56.

Jissottolinja li, meta mqabbel mal-2019, l-investiment fi proġetti u tagħmir tal-IT żdied bi 38,14 % għall-Kwartieri Ġenerali u bi 22,48 % għas-sigurtà; josserva li fl-2020 il-linja baġitarja tal-Kwartieri Ġenerali għall-IT issaħħet b’aktar minn EUR 8 miljun minn trasferimenti minn linji oħra, żieda mill-EUR 16 000 000 oriġinarjament fuq il-linja, hekk kif il-ħtiġijiet żdiedu b’mod sinifikanti minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

57.

Jirrikonoxxi s-sensittività tat-trasferiment tad-data lil pajjiżi terzi; huwa konxju li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) ħareġ gwida dwar kif għandu jiġi żgurat li l-kuntratturi jikkonformaw mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u kif it-trasferimenti tad-data lil pajjiżi terzi jistgħu jkunu legali fid-dawl tas-sentenza Schrems-II tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; josserva li s-SEAE wieġeb għar-rekwiżit tal-EDPS għal inventarju ta’ trasferimenti ta’ data personali lil organizzazzjonijiet kummerċjali f’pajjiżi terzi, inklużi fornituri ta’ servizzi għall-Unjoni;

58.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-EDPS wettaq awditu mill-bogħod tar-reġistri tal-ipproċessar tad-data tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE tqies bħala konformi għalkollox; jilqa’ l-aġġornament kontinwu tad-dikjarazzjoni tal-privatezza dwar il-COVID-19 li l-kontrolluri tad-data tas-SEAE wettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UPD, biex jindirizzaw tħassib ġdid dwar il-privatezza fir-rigward tal-kontroll tal-preżenza fl-uffiċċju u tax-xogħol mill-bogħod, bil-għan li tinkiseb il-proporzjonalità bejn il-ħtiġijiet tal-preservazzjoni tas-saħħa u tal-mitigazzjoni tar-riskji ta’ kontaminazzjoni u l-protezzjoni tad-data personali; jinnota li fl-2020 il-kontrolluri tad-data tas-SEAE lestew żewġ valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data (DPIA) dwar il-monitoraġġ tas-sigurtà tal-IT u dwar l-użu tal-KITRY, applikazzjoni għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol għas-Servizz Mediku (li għandha titlesta fl-2021);

Il-bini u s-sigurtà

59.

Jirrikonoxxi l-kumplessità u l-isfida għas-SEAE fil-ġestjoni tal-binjiet tiegħu, li jinkludu uffiċini, residenzi uffiċjali u akkomodazzjoni tal-persunal fi Brussell u fid-delegazzjonijiet; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha effett kbir fuq il-politika dwar il-proprjetà immobbli tas-SEAE u aċċellerat it-tranżizzjoni lejn spazji tal-uffiċċju kollaborattivi; josserva li, minħabba l-kriżi tal-pandemija, diversi proġetti ta’ bini ġarrbu dewmien fl-2020, l-aktar minħabba qtugħ fil-katina tal-provvista, restrizzjonijiet fuq ix-xogħol tal-bini u limitazzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi;

60.

Josserva li l-proġetti kollha għall-armar tal-uffiċini mwettqa mis-SEAE fl-2020 tfasslu f’konsultazzjoni kemm mal-maniġment kif ukoll mal-persunal tad-diviżjonijiet u tad-delegazzjonijiet ikkonċernati, u fil-biċċa l-kbira jintroduċu spazji kollaborattivi f’konformità mal-linji gwida dwar it-tbegħid soċjali introdotti bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19; jilqa’ l-fatt li s-SEAE ma introduċa l-ebda politika ġeneralizzata ta’ użu flessibbli tal-uffiċċju;

61.

Jinnota li s-SEAE jimmaniġġja 178 binja ta’ uffiċini fid-delegazzjonijiet, li jirrappreżentaw superfiċje totali ta’ 275 000 m2 (li minnhom 80 % huma mikrija u 20 % huma proprjetà privata); josserva li l-kost annwali tal-proprjetà immobbli mikrija għad-delegazzjonijiet huwa ta’ EUR 61 800 000; jinnota li, fi tmiem l-2020, is-SEAE mmaniġġja 148 residenza għall-kapijiet ta’ delegazzjoni b’żona ta’ kostruzzjoni totali ta’84 000 m2 (21 % huma proprjetà privata); jilqa’ l-valutazzjoni kwalitattiva mwettqa fl-2020 mis-SEAE dwar il-binjiet tad-delegazzjonijiet biex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil u sabiex issir elaborazzjoni dwar l-ewwel pjan pluriennali għall-proġetti tal-proprjetà immobbli tas-SEAE fid-delegazzjonijiet fl-2021;

62.

Jappoġġja lis-SEAE fl-isforzi tiegħu biex iżid l-użu tal-kolokazzjonijiet fid-delegazzjonijiet tiegħu, ħaġa li żdiedet b’aktar minn erba’ darbiet matul l-aħħar 5 snin (minn 20 fl-2011 għal 116 fl-2020) u tirrappreżenta 7 % tas-superfiċje totali tal-uffiċini; japprezza li l-ġestjoni tal-kolokazzjonijiet permezz tal-Ftehim Qafas ma’ kull sieħeb ta’ kollokazzjoni ffaċilitat l-irkupru ta’ EUR 12-il miljun fi spejjeż fl-2020;

63.

Jissottolinja li matul il-pandemija tal-COVID-19, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni osservaw żieda ta’ 600 % fl-attakki ċibernetiċi; jilqa’ l-fatt li s-SEAE varat diversi inizjattivi biex tqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà u tippromwovi kultura ta’ sigurtà b’rabta mal-istituzzjoni, bħal kampanji ta’ sigurtà, taħriġ tal-membri tal-persunal biex jidentifikaw it-theddid għas-sigurtà u jipprovdu gwida dwar kif għandu jiġi mmitigat it-theddid jew jitnaqqas l-impatt tiegħu; jappoġġja lis-SEAE fiż-żieda tal-miżuri ta’ sikurezza tiegħu li jipproteġu kemm lill-membri tal-persunal kif ukoll lill-infrastruttura diġitali tas-SEAE minn theddid u attakki esterni; jenfasizza li s-SEAE jeħtieġ persunal, proċeduri, infrastruttura u għodod adegwati sabiex jitnaqqsu dawk ir-riskji għas-sigurtà, speċjalment dawk relatati maċ-ċibersigurtà;

64.

Jirrimarka li s-SEAE mmaniġġja baġit totali ta’ EUR 65 600 000 għall-2020 li jkopri s-servizzi ta’ sigurtà; jinnota li l-ammont totali minfuq fuq installazzjonijiet ta’ sigurtà u manutenzjoni għad-delegazzjonijiet kien ta’ EUR 12 942 311; josserva li l-baġit totali għall-komunikazzjonijiet siguri ammonta għal EUR 18 163 000; jieħu nota tal-isfidi mistennija għall-protezzjoni tad-delegazzjonijiet tal-UE identifikati mis-SEAE u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ azzjoni awtonoma biex tiġi mmobilizzata kwalunkwe kapaċità ta’ difiża f’każ ta’ kriżijiet u evakwazzjonijiet; jinnota li s-SEAE laħaq ftehimiet ma’ xi Stati Membri biex jappoġġjaw, f’xi pajjiżi, l-evakwazzjoni tal-persunal espatrijat u d-dipendenti tagħhom, ħaġa li sfortunatament tillimita l-awtonomija tas-SEAE u tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jibqgħu fil-pajjiżi ospitanti waqt kriżijiet; itenni t-talba tiegħu li jsir użu sħiħ tal-potenzjal tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona biex issir ħidma favur Unjoni Ewropea tad-Difiża u l-appoġġ tiegħu għal aktar kooperazzjoni, aktar investiment u akkomunament tar-riżorsi biex jinħolqu sinerġiji fil-livell tal-UE sabiex l-Ewropej jiġu protetti aħjar;

65.

Jilqa’ t-tisħiħ tan-network tal-Uffiċjali tas-Sigurtà Reġjonali (RSO) fl-2020 bil-ħolqien ta’ 10 pożizzjonijiet ġodda u l-investimenti li saru fil-varar ta’ sistema klassifikata korporattiva li tappoġġja r-rwoli kollha tas-SEAE;

L-ambjent u s-sostenibbiltà

66.

Jappoġġja l-isforzi tas-SEAE biex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni billi jgħaqqad l-aspetti interni u esterni tal-Patt Ekoloġiku u t-trasformazzjoni diġitali, fost oqsma oħra ta’ politika; japprova l-ħatra tal-ewwel Ambaxxatur tal-Patt Klimatiku Ewropew, fdat bl-istabbiliment ta’ kuntatti politiċi ta’ livell għoli fl-Istati Membri u globalment, bħala parti mill-approċċ strateġiku tas-SEAE li għandu l-għan li jgħaqqad il-politika, l-ekonomija u l-azzjoni dwar il-klima;

67.

Jilqa’ l-intenzjoni tas-SEAE li jintroduċi l-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) għall-Kwartieri Ġenerali tagħha sabiex jiġi żviluppat programm mibni fuq inizjattivi u miżuri ekoloġiċi konkreti, u l-fatt li s-SEAE jaderixxi mal-helpdesk interistituzzjonali għal akkwisti pubbliċi ekoloġiċi; jistieden lis-SEAE jinvolvi ruħu b’mod espliċitu f’“kampanja mingħajr karti” biex ikompli jtejjeb l-inizjattivi diġà adottati dwar il-kwistjoni;

68.

Jinnota b’apprezzament l-appoġġ mogħti lid-delegazzjonijiet kollha fit-tnaqqis tal-marka tal-karbonju u l-konsum tagħhom, b’mod partikolari l-ġbir ta’ informazzjoni mid-delegazzjonijiet dwar il-konsum tal-enerġija u tal-materjal;

69.

Iħeġġeġ lis-SEAE biex jadotta approċċ strutturat dwar il-mobilità sostenibbli tal-persunal u jqajjem kuxjenza dwar l-inizjattivi rilevanti mwettqa f’dan il-qasam, bħall-installazzjoni ta’ slots għall-iċċarġjar għall-karozzi elettriċi u r-roti elettriċi u l-postijiet fejn jistgħu jitpoġġew ir-roti;

Il-komunikazzjoni u l-multilingwiżmu

70.

Jissottolinja l-iżvilupp fl-2020 tal-Prinċipji u l-Prijoritajiet tal-Komunikazzjonijiet 2020-2021 tas-SEAE, li jiddeskrivu l-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni reġjonali u t-tliet prijoritajiet ewlenin strateġiċi ġenerali: id-diplomazija dwar il-Patt Ekoloġiku u t-tibdil fil-klima, il-multilateraliżmu u s-sħubijiet u l-awtonomija strateġika u r-reżiljenza;

71.

Jinnota s-suċċess ta’ ħafna kampanji tal-media tas-SEAE dwar kwistjonijiet ewlenin, bħal “We Take You Home” dwar ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni minħabba l-COVID-19, “United in Distance” biex jesebixxu stejjer ta’ solidarjetà madwar id-dinja fi żminijiet ta’ kriżi, “EU in Action” dwar il-ħidma fil-prattika tal-Unjoni bħala fornitur tas-sigurtà u “BeTheWave” dwar kwistjonijiet klimatiċi; jirrimarka li l-kanali tas-SEAE kkontribwew ukoll għat-tisħiħ tal-viżibbiltà ta’ “Tim Ewropa” madwar id-dinja; jenfasizza li l-kont tal-media soċjali tas-SEAE huwa wieħed mill-mexxejja globali fost is-servizzi diplomatiċi b’aktar minn 700 000 segwaċi u tkabbir evidenti f’dawk li huma interazzjonijiet tal-udjenza, filwaqt li s-sit web tiegħu rċieva 21 miljun żjara fuq il-paġni u 13-il miljun żjara unika tal-paġna fl-2020;

72.

Itenni l-importanza, li diġà ġiet enfasizzata fir-riżoluzzjoni tas-sena l-oħra, li ssir komunikazzjoni strateġika sabiex jiġi miġġielda l-indħil malizzjuż inklużi l-propaganda barranija u d-diżinformazzjoni, aggravati matul il-pandemija tal-COVID-19; jappoġġja l-azzjonijiet tas-SEAE fl-identifikazzjoni, fl-analiżi u fl-esponiment tad-diżinformazzjoni barranija billi jalloka l-esperjenza u l-kapaċitajiet biex jaġġorna l-monitoraġġ tal-media u l-analiżi tal-big data;

73.

Jirrikonoxxi li s-SEAE wieġeb għall-“infodemija” tal-COVID-19 billi mmonitorja u analizza każijiet ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ ndħil fiha, u billi kien fuq ta’ quddiem nett tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u s-sħab internazzjonali f’dak ir-rigward; jinnota l-impatt pożittiv tal-kontribut tas-SEAE għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta dwar ir-rispons globali tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 li ġiet adottata f’April 2020;

74.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rivelazzjonijiet ta’ tentattivi min-naħa taċ-Ċina biex tinfluwenza r-rapport kritiku tas-SEAE li jivvaluta n-narrattivi u d-diżinformazzjoni fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament li jipprovdu informazzjoni li uffiċjali Ċiniżi kienu esprimew tħassib dwar l-iżvelar tal-abbozz ta’ pubblikazzjoni u jiċħdu kwalunkwe influwenza Ċiniża fuq ir-rapport; jenfasizza li s-SEAE huwa l-istituzzjoni ewlenija tal-Unjoni responsabbli għall-ġlieda kontra l-indħil barrani; jitlob lis-SEAE jieħu azzjoni biex jipproteġi lill-persunal tiegħu mill-indħil barrani, jiġġieled kontra kwalunkwe tentattiv futur ta’ indħil barrani u jżomm lill-awtorità tal-kwittanza infurmata bir-rispons sussegwenti tiegħu; jappoġġja lis-SEAE fl-użu ta’ kapaċitajiet, għarfien espert u kapaċità lingwistika adegwati fir-rigward ta’ reġjuni strateġikament importanti;

75.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE ppubblika ħames rapporti speċjali dwar id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 u wettaq kampanji biex iqajjem kuxjenza dwar l-attività tal-atturi persistenti, bħar-Russja, u biex jiġbed l-attenzjoni lejn it-tfaċċar ta’ atturi ġodda; jinnota li ġew implimentati għadd ta’ kampanji speċifiċi għall-pajjiżi sabiex jiġi mmitigat l-effett tad-diżinformazzjoni u tiġi protetta r-reputazzjoni tal-Unjoni; jissottolinja li fl-2020, il-portal tal-UE vs Disinfo kellu aktar minn 1,25 miljun viżitatur (żieda ta’ 200 % meta mqabbla mal-2019), bi 2,4 miljun żjara tal-paġna; jitlob lis-SEAE jipprovdi aktar informazzjoni lill-Parlament dwar il-metodoloġija użata mill-UE vs id-Diżinformazzjoni u l-konformità tagħha mad-dritt tal-Unjoni u mal-istandards internazzjonali, speċjalment fir-rigward tad-dritt li wieħed jinstema’ fi proċedura ta’ rimedju; jappella għal żieda sostanzjali ulterjuri fil-baġit tat-Task Force East StratCom sabiex jiġu miġġielda b’suċċess il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u jiġu promossi l-politiki tal-Unjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

76.

Ifakkar fir-rwol ewlieni tad-delegazzjonijiet tal-UE f’pajjiżi terzi fir-rigward tat-twettiq għalkollox tal-għanijiet tal-politika barranija tal-Unjoni; jappella lis-SEAE jsaħħaħ ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE f’pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li juru l-verità dwar kampanji ta’ diżinformazzjoni orkestrati minn atturi statali barranin li jheddu l-valuri demokratiċi; Jappella, barra minn hekk, lis-SEAE biex isaħħaħ l-impenn tad-delegazzjonijiet tal-UE fil-viċinat tagħna u fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sabiex jappoġġja politika tal-komunikazzjoni aktar attiva u effettiva dwar il-perspettiva Ewropea u jipprovdi l-aħjar assistenza possibbli lill-pajjiżi involuti f’riformi favur id-demokrazija u favur l-Ewropa; jappella lid-delegazzjonijiet tal-UE jkomplu bl-isforzi koordinati tagħhom biex iżidu l-viżibilità tal-proġetti ffinanzjati mill-UE;

77.

Jenfasizza l-ħtieġa dejjem tikber għal politika koerenti u aġġornata bejn l-UE u l-Artiku; jinnota li l-istrument il-ġdid NDICI joffri opportunitajiet biex jiġi ffinanzjat ir-reġjun tal-Artiku.

Il-kooperazzjoni interistituzzjonali

78.

Jissottolinja l-koordinazzjoni kostanti bejn id-diviżjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u d-DĠ BUDG tal-Kummissjoni biex jistabbilixxu arranġamenti finanzjarji mmirati ħalli jiżguraw il-kontinwità tal-operat u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet matul din il-fażi partikolari; jirrimarka l-kollegament effettiv bejn is-SEAE u l-Uffiċċju tal-Kummissjoni għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell biex jiġi żgurat li jkun hemm stabbiliti miżuri xierqa għall-membri tal-persunal fiżikament preżenti biex iwettqu funzjonijiet essenzjali għall-kontinwità tal-operat;

79.

Jinnota b’apprezzament li s-SEAE jikkoordina l-isforzi tiegħu fl-attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi u fl-attivitajiet tal-ġlieda kontra l-frodi mad-Direttorati Ġenerali kollha ta’ RELEX u permezz tal-format iddedikat indikat mill-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi taħt l-OLAF li għandu rwol ewlieni; jifhem li l-istrateġija tas-SEAE kontra l-frodi kienet għadha fil-proċess tal-abbozzar fl-2020;

80.

Jinnota li wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fil-31 ta’ Jannar 2020, is-SEAE fl-aħħar stabbilixxa delegazzjoni tal-UE f’Londra u diviżjoni tar-Renju Unit fi ħdan l-istruttura tal-Kwartieri Ġenerali tiegħu; jiddispjaċih madankollu għad-dewmien biex jingħata status diplomatiku lill-persunal tal-Parlament li jaħdem fl-Uffiċċju ta’ Kollegament f’Londra, u għall-fatt li għall-bidu l-SEAE rrifjuta li jwassal din il-kwistjoni għal konklużjoni sodisfaċenti; jifhem li l-Ftehim ta’ Stabbiliment jissostitwixxi kwalunkwe dispożizzjoni temporanja u jiżgura li d-delegazzjoni f’Londra, il-membri tal-persunal tagħha u l-proprjetà tagħha, igawdu privileġġi u immunitajiet ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna b’mod simili għal dawk tal-144 delegazzjoni u uffiċċju l-oħra; jiddispjaċih li s-SEAE nnegozja l-abbozz ta’ ftehim ta’ stabbiliment mal-awtoritajiet tar-Renju Unit mingħajr ma kkonsulta lill-Parlament; jenfasizza li l-fatt li jibgħat aġġornamenti regolari lill-Parlament minflok ma jikkonsulta kif xieraq lill-Parlament ma jissodisfax l-obbligu tas-SEAE ta’ “appoġġ u kooperazzjoni kif meħtieġ” kif stabbilit fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi s-SEAE; jinnota li sal-aħħar tal-2020, kienu mtlew kważi 40 pożizzjoni (inkluż persunal espatrijat u lokali) mit-43 pożizzjoni disponibbli b’kollox; huwa konxju li d-delegazzjoni hija sitwata fil-bini, proprjetà tal-Unjoni, użat fil-passat mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO);

81.

Jilqa’ l-kooperazzjoni fl-2020 bejn is-SEAE u l-Parlament biex jaġġorna b’suċċess l-“Arranġament prattiku għall-kondiviżjoni ta’ rapporti politiċi speċifiċi mid-Delegazzjonijiet tal-UE ma’ Membri maħtura tal-Parlament Ewropew” tal-2015, li se jippermetti t-trażmissjoni elettronika tad-dokumenti;

82.

Jiddispjaċih dwar is-sitwazzjonijiet tal-passat fejn ġew żvelati lill-istampa rapporti kunfidenzjali dwar missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali u jilqa’ s-soluzzjonijiet li nstabu bejn il-Parlament u s-SEAE fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ fajls; jesprimi fiduċja li s-SEAE se jkompli jiffaċilita l-iskambju regolari ta’ fehmiet bejn l-Osservaturi Ewlenin u l-Viċi Osservaturi Ewlenin u l-Membri tal-Parlament Ewropew qabel, matul u wara missjoni ta’ osservazzjoni elettorali;

83.

Jilqa’ l-fatt li fl-2020, is-SEAE kkonkluda ftehim dwar il-livell ta’ servizz (FLS) mal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-kollokazzjoni tal-membri tal-persunal tiegħu fil-bini tad-delegazzjonijiet madwar id-dinja; huwa konxju li ġew innegozjati aktar FLS fl-2020 kemm mal-Bank Ċentrali Ewropew u kemm mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) biex jikkondividu l-ispazju tal-uffiċċji u s-servizzi relatati;

84.

Ifaħħar il-koordinazzjoni u l-iskambji intensi li saru matul il-pandemija tal-COVID-19 mad-dipartimenti tar-riżorsi umani tal-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri u tan-Nazzjonijiet Uniti, sabiex jiġu kondiviżi l-fehmiet u l-aħjar prattiki dwar arranġamenti ta’ ħidma speċjali, u jfaħħar ukoll il-parteċipazzjoni tas-SEAE f’laqgħat interistituzzjonali ta’ kull ġimgħa fejn l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni jaġġornaw regolarment il-miżuri tagħhom u qasmu l-prattiki implimentati bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19;

Il-pandemija tal-COVID-19

85.

Jifhem li l-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal sitwazzjoni speċjali għas-SEAE kollu u kellha impatt qawwi fuq l-operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali u d-delegazzjonijiet tiegħu; jisħaq li s-SEAE seta’ jiżgura kontinwità tal-operat u ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet tiegħu mingħajr ma esperjenza xi kwistjoni sinifikanti matul dak il-perjodu partikolari; jilqa’ l-fatt li fil-bidu ta’ Marzu 2020, is-SEAE stabbilixxa Tim Ewlieni ta’ Kriżi (CCT) inkarigat mill-valutazzjoni tal-aħħar żviluppi, mill-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni u tal-azzjonijiet, u mill-appoġġ lid-delegazzjonijiet; jenfasizza li s-CCT kienu essenzjali biex il-kriżi tiġi ġestita b’mod effettiv;

86.

Jinnota li, għall-adozzjoni tal-miżuri tal-COVID-19, is-SEAE prinċipalment allinja mal-gwida uffiċjali mill-Belġju għall-Kwartieri Ġenerali tiegħu, filwaqt li d-delegazzjonijiet ingħataw struzzjonijiet biex isegwu r-regoli applikabbli tal-pajjiżi ospitanti, iżda segwa ukoll il-prattika tal-Kwartieri Ġenerali ta’ telexogħol ġeneralizzat fil-post tax-xogħol, flimkien ma’ preżenza fiżika mnaqqsa fil-bini;

87.

Jappoġġja l-miżuri addizzjonali li ġew implimentati f’għadd ta’ pajjiżi biex jitnaqqsu r-riskji mediċi li nħolqu għall-membri tal-persunal minħabba li s-sistemi tal-kura tas-saħħa tqiesu bħala fraġli; jenfasizza li s-SEAE bagħat vaċċini lill-72 delegazzjoni li talbu appoġġ, li ngħataw lil madwar 4 000 persuna, inkluż lill-persunal espatrijat fid-delegazzjonijiet, lill-membri tal-familja tagħhom u lill-aġenti lokali; jirrimarka li l-membri kollha tal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali ġew ipprovduti laptop korporattiv u li ntbagħtu aktar minn 5 000 lid-delegazzjonijiet, flimkien ma’ tagħmir ta’ protezzjoni personal (PPE) u provvisti mediċi għal dawk li kienu l-aktar esposti, minkejja l-kunsinna diffiċli f’pajjiżi b’miżuri ta’ kwarantina jew ta’ lockdown; jirrikonoxxi li l-infrastruttura tal-IT issaħħet malajr biex tissodisfa r-rekwiżiti tat-telexogħol fuq skala sħiħa, inkluż iż-żieda tal-kapaċità tal-Internet u l-kapaċità għall-konferenzi bil-vidjo;

88.

Jinnota li t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 kixfet ukoll il-vulnerabbiltajiet strateġiċi u sistemiċi tal-Unjoni, bħall-ktajjen tal-provvista tal-prodotti farmaċewtiċi, u ġibdet l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-Unjoni ssaħħaħ ir-reżiljenza u l-awtonomija tagħha stess, filwaqt li fl-istess ħin tfittex sħubijiet internazzjonali b’mod aktar assertiv; jirrikonoxxi l-fatt li l-pandemija ġabet ukoll impetu ulterjuri għall-proċessi li għaddejjin, mhux biss lejn it-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika, iżda wkoll fil-livell globali, bħall-avvanz tas-Sħubija bejn l-UE u l-Afrika għal-livell li jmiss, it-tisħiħ mill-ġdid tar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, l-għoti ta’ attenzjoni addizzjonali lill-Amerika Latina, u t-tqegħid fil-prattika tal-perspettiva strateġika dwar iċ-Ċina;

89.

Jifraħ lis-SEAE għar-rwol kruċjali tiegħu fl-azzjoni ewlenija ta’ emerġenza għar-ripatrijazzjoni ta’ aktar minn 600 000 ċittadin tal-Unjoni li jinsabu madwar id-dinja, filwaqt li għen ukoll biex tiġi stabbilita l-operazzjoni umanitarja u ta’ assistenza fuq skala kbira “Tim Ewropa” biex jgħin lis-sħab madwar id-dinja li kienu qed jiġġieldu l-pandemija b’ħafna inqas riżorsi mill-Unjoni; jilqa’ l-fatt li l-inizjattiva “Tim Ewropa” immobilizzat aktar minn EUR 38 biljun f’appoġġ għall-pajjiżi sħab, b’aktar minn 50 % tal-fondi żborżati fl-2020, billi appellat lill-programmi ta’ kooperazzjoni eżistenti kollha u billi rriallokat ir-riżorsi finanzjarji eżistenti; jenfasizza li kkontribwiet biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti li rriżultaw mill-kriżi permezz ta’ rispons umanitarju ta’ emerġenza, biex jiġi appoġġjat it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-kapaċitajiet ta’ riċerka, u biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19;

90.

Japprova li t-“Tim Ewropa” kkontribwixxa EUR 850 000 000 għall-COVAX, l-inizjattiva globali għall-vaċċini; jisħaq li l-Unjoni użat is-setgħa ta’ tlaqqigħ tagħha biex tiżgura l-finanzjament u l-impenn madwar id-dinja għall-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-testijiet dijanjostiċi u t-trattament kontra l-COVID-19, inkluż permezz tal-Konferenza b’Appell għal Wegħdiet ta’ Donazzjonijiet b’Rispons Globali għall-Coronavirus, u hija wegħdet EUR 1,4 biljun għal dan il-pilastru ta’ rispons għall-COVID-19 fil-forma ta’ għotjiet u garanziji;

91.

Jappoġġja l-approċċ tas-SEAE li jappella għal rispons assertiv u komprensiv bħala għodda ewlenija biex jiġi megħjun l-irkupru minn kriżi ġeopolitika profonda u għal “bini mill-ġdid aħjar" fuq livell lokali u dinji; iħeġġeġ lis-SEAE jintegra bis-sħiħ fl-istrateġija ta’ ġestjoni interna t-tagħlimiet misluta mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, f’termini ta’ kontinwità tal-operat u approċċi ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, il-kapaċità ta’ rispons tal-IT, ir-reżiljenza tal-organizzazzjoni, id-dmir ta’ diliġenza lejn il-persunal tiegħu, l-effettività tal-komunikazzjoni interna u l-flessibbiltà tal-proċessi ta’ ħidma.

 


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/164


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1713 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 379 — C9-0310/2021)),

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2021) 379),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020 (00553/2022 — C9-0114/2022, 00554/2022 — C9-0115/2022, 00555/2022 — C9-0116/2022, 00556/2022 — C9-0117/2022),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjahom (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u emendat f’Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u s-26 ta’ Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99, it-tielet inċiż tal-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0124/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(2)  ĠU C 438, 28.10.2021, p. 137.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(7)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(8)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/166


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1714 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra t-tweġibiet ipprovduti mill-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarju URPILAINEN għas-seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fit-30 ta’ Novembru 2021, kif ukoll il-mistoqsijiet addizzjonali mibgħuta wara s-seduta ta’ smigħ,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99, it-tielet inċiż tal-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0124/2022),

A.

billi l-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ il-ġestjoni tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ), filwaqt li terfa’ r-responsabbiltà aħħarija kemm għal-legalità kif ukoll għar-regolarità tal-operazzjonijiet tal-FEŻ kif ukoll għas-sorveljanza tal-proċess ta’ rapportar finanzjarju tal-FEŻ;

B.

billi l-Parlament ikun jista’ biss jeżerċita r-rwol tiegħu bħala awtorità tal-kwittanza b’mod xieraq jekk il-Kummissjoni taġġornah b’mod regolari, fil-ħin u b’mod komprensiv, b’informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ u l-benefiċjarji tagħhom;

C.

billi l-Parlament mhuwiex involut fl-istabbiliment u fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ, meta mqabbel ma’ strumenti ta’ żvilupp oħra;

D.

billi prekundizzjonalitajiet effikaċi u kontrolli regolari huma komponenti ewlenin fl-iżgurar tal-effikaċja u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba tal-FEŻ;

E.

billi, fil-kuntest ta’ ambjent globali li qed jinbidel, huwa kruċjali li jiġi żgurat bilanċ strateġiku bejn l-indirizzar tal-isfidi soċjali, ekonomiċi, demografiċi, migratorji u ambjentali, filwaqt li t-tnaqqis tal-faqar jinżamm bħala l-objettiv primarju tal-għajnuna tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u l-iżvilupp;

F.

billi l-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp u l-investimenti pubbliċi għandhom jippromwovu prijoritajiet u objettivi ta’ politika konġunti kif stipulat fis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, li jinkludu l-qerda tal-faqar, l-azzjoni klimatika u ambjentali u l-politiki ekonomiċi u kummerċjali, u għandhom ikunu allinjati bis-sħiħ mal-prinċipji tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba; billi r-riżultati miksuba fir-rigward tal-għan ta’ politiki pubbliċi inklużivi huma li jippromwovu t-tkabbir kondiviż u jgħinu biex jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali jew ġeografiċi;

G.

billi l-eżistenza ta’ proċess parteċipattiv ta’ tfassil ta’ politika li jkun trasparenti, inklużiv u effiċjenti hija prerekwiżit għall-iżvilupp sostenibbli;

H.

billi s-sostenibbiltà hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet u r-riżultati stabbiliti u, b’mod partikolari, l-impatti fit-tul tal-għajnuna għall-iżvilupp;

I.

billi l-allinjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni mal-prijoritajiet ta’ żvilupp tal-pajjiżi sħab stess għandu jiġi rispettat dejjem u billi huwa element ewlieni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (“Aġenda 2030”) li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni tkun allinjata mal-politiki tal-Unjoni wkoll;

J.

billi l-koerenza tal-politika u l-komplementarjetà ta’ diversi politiki esterni għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa, speċjalment meta jkunu qed jiġu implimentati diversi politiki f’pajjiż sieħeb wieħed, bil-għan li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati, filwaqt li jiġu mħeġġa sinerġiji u kompromessi bejn il-politiki eżistenti, billi tiġi evitata l-konsegwenza dannuża possibbli li jkun hemm politika waħda tal-Unjoni dwar qasam li altrimenti jiġi ttrattat minn politika oħra u billi kemm jista’ jkun jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn;

K.

billi l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni jkunu ffaċilitati mill-istandardizzazzjoni tal-kanali ta’ komunikazzjoni bejn il-pajjiżi sħab, l-entitajiet iffinanzjati mill-FEŻ u l-Unjoni;

L.

billi t-trasparenza, ir-responsabbiltà u d-diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem huma prerekwiżiti għal skrutinju demokratiku u għajnuna effettiva għall-iżvilupp;

M.

billi trid tingħata attenzjoni speċifika lill-fatt li parti kbira mill-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) huma stati gżejjer żgħar li għadhom qed jiżviluppaw; billi l-gżejjer, b’mod partikolari l-gżejjer AKP, għandhom rwol internazzjonali kruċjali, partikolarment fil-kuntest tat-tibdil fil-klima;

N.

billi għadd ta’ pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE) jinsabu fl-istess reġjuni bħall-pajjiżi AKP;

O.

billi l-PTEE jiffaċċjaw sfidi simili fil-livell globali imma, b’differenza għall-pajjiżi AKP, huma parti mill-familja Ewropea u għalhekk għandhom jingħataw aktar attenzjoni fl-għoti ta’ fondi; billi d-daqs żgħir ħafna tal-PTEE u r-rabta kostituzzjonali bejn il-PTEE u l-Unjoni huma speċifiċitajiet li għandhom jiġu kkunsidrati;

P.

billi l-interventi esterni tal-Unjoni jgħaddu minn organizzazzjonijiet internazzjonali, li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jew jikkofinanzjaw proġetti flimkien mal-Unjoni, u jinkludu sfidi f’termini ta’ sorveljanza u governanza;

Q.

billi l-appoġġ baġitarju għall-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li għandu rwol prinċipali biex jixpruna l-bidla u biex jindirizza l-isfidi tal-iżvilupp ewlenin, għandu riskju ta’ governanza konsiderevoli u għandu jingħata biss jekk l-istat benefiċjarju jkun jista’ juri livell suffiċjenti ta’ trasparenza, responsabbiltà u rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem qabel ma jirċievi l-għajnuna għall-appoġġ baġitarju, segwita minn kontrolli ex post bir-reqqa;

R.

billi l-promozzjoni tat-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi huma kruċjali għas-suċċess tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-Unjoni;

S.

billi l-appoġġ għall-governanza tal-Unjoni huwa komponent ewlieni tal-għajnuna għall-iżvilupp u għandu jkun aktar iffukat fuq il-ġenerazzjoni ta’ riformi ta’ governanza effettivi fil-pajjiżi sħab, bħall-istat tad-dritt, l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, il-libertà tal-istampa u l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ ekonomija tas-suq;

T.

billi l-awditi u l-attivitajiet tal-FEŻ jiġu implimentati f’kuntesti diffiċli li jesponuhom għal riskji rikorrenti ta’ natura ġeopolitika jew istituzzjonali kbar; billi l-pandemija tal-COVID-19 aggravat sitwazzjoni li diġà kienet kumplessa ħafna;

U.

billi l-Parlament ma jkunx jista’ jeżerċita tajjeb ir-rwol tiegħu bħala awtorità tal-kwittanza jekk ma jinżammx aġġornat regolarment u b’mod komprensiv mill-Kummissjoni, b’informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ, ir-riċevituri tal-fondi fl-ambitu ta’ dawn il-proġetti u l-implimentazzjoni tagħhom;

V.

billi l-ħdax-il FEŻ laħaq l-istadju finali tiegħu hekk kif il-klawżola ta’ estinzjoni tiegħu daħlet fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 u, mill-2021, il-programmi tal-FEŻ se jiġu inklużi fil-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni; billi, madankollu, sal-31 ta’ Diċembru 2023 se jibqgħu jiġu ffirmati kuntratti speċifiċi għal ftehimiet ta’ finanzjament eżistenti;

Dikjarazzjoni ta’ aċċertament

Implimentazzjoni finanzjarja u tal-proġetti tal-FEŻ (mit-tmien sal-ħdax-il FEŻ) fl-2020

1.

Josserva li l-ħdax-il FEŻ jirrappreżenta 46 % tal-portafoll tad-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA) tal-Kummissjoni f’termini ta’ pagamenti fl-2020; jinnota li minħabba r-rispons tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19, l-impenji u l-pagamenti tal-FEŻ laħqu, rispettivament, EUR 3 894 miljun u EUR 4 677 miljun, fil-biċċa l-kbira ogħla mill-miri ta’ EUR 3 267 miljun u EUR 4 400 miljun stabbiliti inizjalment għall-2020; jinnota, barra minn hekk, li l-impenji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) kienu jammontaw għal EUR 2 053 miljun u li kollha kienu jikkonċernaw il-Faċilità ta’ Investiment u l-aktar minn fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw, filwaqt li l-pagamenti tal-BEI fl-2020 kienu jammontaw għal EUR 667 miljun, u lkoll kienu jikkonċernaw ukoll il-Faċilità ta’ Investiment;

2.

Jilqa’ l-isforzi regolari tad-DĠ INTPA biex inaqqas l-impenji antiki ta’ qabel il-finanzjament u dawk antiki mhux minfuqa u r-reviżjoni ’l fuq tal-miri minn 25 % għal 35 %, kif deċiż fl-2020; jinnota li d-DĠ INTPA qabeż il-mira fl-2020 għaż-żewġ indikaturi: il-prefinanzjament antik tal-FEŻ tnaqqas b’56 % (55 % fil-qasam kollu tar-responsabbiltà tad-DĠ INTPA) u l-impenji antiki mhux minfuqa tal-FEŻ tnaqqsu b’40 % (41 % fil-qasam kollu tar-responsabbiltà tad-DĠ INTPA);

3.

Jinnota li d-DĠ INTPA kiseb ukoll il-mira tiegħu li ma jkollux aktar minn 15 % tal-kuntratti skaduti antiki għall-FEŻ (jiġifieri 14 % fl-2020 meta mqabbel ma’ 15 % fl-2019, 17 % fl-2018 u 17 % fl-2017) u li kiseb punteġġ ta’ 11 % fil-qasam kollu tar-responsabbiltà tiegħu; jinnota li t-titjib jirriżulta minn proċeduri ġodda introdotti fl-2017 għall-għeluq tal-kuntratti tal-FEŻ;

4.

Jinnota l-għeluq tat-tmien FEŻ u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq id-disa’ FEŻ mill-aktar fis possibbli; jinnota, barra minn hekk, li l-għeluq tad-disa’ FEŻ ma jistax jitlesta qabel l-2023, filwaqt li jitqies il-fatt li 19-il deċiżjoni u 37 kuntratt għadhom għaddejjin, tlieta minnhom dwar is-Sudan t’Isfel – deċiżi wara li daħlet fis-seħħ il-klawżola ta’ estinzjoni tad-disa’ FEŻ – b’dati kuntrattwali sal-2023; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-awtorità tal-kwittanza infurmata fil-mument opportun dwar it-twettiq ta’ dik l-intenzjoni; jinnota li l-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) f’dak ir-rigward u li kull sena se tirrapporta l-progress magħmul dwar l-għeluq tad-disa’ FEŻ fir-rapport annwali tal-attività;

Affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti, fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa’, mill-għaxar u mill-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2020, tikkonkludi li l-kontijiet għas-sena finanzjarja li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2020 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi ta’ flus tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li kienet għadha kif intemmet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 (1) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ”) u mal-istandards kontabilistiċi għas-settur pubbliku;

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

6.

Jilqa’ l-opinjoni tal-Qorti, li tgħid li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet li ngħalqu fil-31 ta’ Diċembru 2020 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

7.

Jesprimi tħassib dwar ħafna kawżi possibbli għas-suċċessjoni ta’ opinjonijiet avversi tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq minħabba l-fatt li l-infiq aċċettat fil-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2020 huwa materjalment affettwat minn żbalji;

8.

Huwa mħasseb li l-livell ta’ żballji stmat qabeż il-limitu ta’ materjalità, bi 3,8 % tan-nefqa affettwata għat-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il FEŻ (meta mqabbel ma’ 3,5 % fl-2019, 5,2 % għall-2018, 4,5 % fl-2017, 3,3 % fl-2016, 3,8 % kemm fl-2014 kif ukoll fl-2015, 3,4 % fl-2013 u 3 % fl-2012); jinnota li, meta mqabbla mas-sena finanzjarja 2019, iż-żieda stmata fl-iżbalji hija ta’ 0,3 %; jirrimarka, madankollu, li l-kawżi ta’ dik iż-żieda jridu jiġu indirizzati, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-eżerċizzju ta’ kwittanza tal-2020;

9.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li t-tipoloġija tal-iżbalji identifikati fis-sena finanzjarja 2020 inbidlet b’mod konsiderevoli meta mqabbla mas-sena finanzjarja 2019, jiġifieri l-iżball stmat relatat man-nefqa minħabba n-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn essenzjali żdied minn 5,9 % għal 38,3 %; jinnota li għat-tieni sena konsekuttiva, it-tieni l-ogħla rata ta’ żball hija dovuta għal nefqa ineliġibbli, li żdiedet minn 12,7 % fl-2019 għal 38,2 % fl-2020; jinnota wkoll it-tnaqqis fl-iżbalji relatati man-nefqa mhux imġarrba (43,6 % fl-2019, meta mqabbla ma’ 18,1 % fl-2020) li japplikaw għall-iżball l-aktar probabbli relatat man-nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, li naqas bi kważi fattur ta’ għaxra (22,1 % fl-2019, meta mqabbel ma’ 2,2 % fl-2020);

10.

Jisħaq li minn 140 tranżazzjoni ta’ pagament rieżaminati mill-Qorti, 36 (25,7 %) kienu affettwati minn żbalji, li jvarjaw min-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn essenzjali (38,3 %) u nefqa ineliġibbli (38,2 %) għal nefqa mhux imġarrba (18,1 %); jinnota li l-livell ġenerali ta’ żball ta’ 3,8 % ġie stmat abbażi ta’ 31 żball kwantifikat mill-Qorti; jinnota, barra minn hekk, li mill-140 tranżazzjoni fil-kampjun, 119 kienu ġestiti mid-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi sħab u 27 kien fihom żbalji kwantifikabbli;

11.

Jinnota li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Qorti ma setgħetx iżżur il-pajjiżi sħab u d-delegazzjonijiet tal-UE fuq il-post, u b’hekk ma setgħetx twettaq ċerti proċeduri ta’ awditjar, b’mod partikolari l-verifika tal-implimentazzjoni tal-kuntratti għat-tranżazzjonijiet magħżula, u għalhekk, ix-xogħol tal-awditjar tal-Qorti kien prinċipalment limitat għal eżamijiet dokumentarji ta’ tranżazzjonijiet u proġetti permezz ta’ konnessjoni mill-bogħod ma’ dawk li jiġu awditjati; jinnota, madankollu, li eżamijiet dokumentarji huma għodda komuni ħafna fit-twettiq ta’ proċedura ta’ awditjar u fl-evalwazzjoni tad-data; jistieden lill-Qorti terġa’ tibda ż-żjarat fuq il-post malajr kemm jista’ jkun malli s-sitwazzjoni tal-COVID-19 tippermetti; jibqa’ tal-fehma li l-kontrolli fuq il-post, flimkien mal-użu korrett tat-teknoloġiji l-ġodda u d-diġitalizzazzjoni, huma komponenti kruċjali fl-iżgurar tal-effikaċja u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-FEŻ;

12.

Jiddeplora l-fatt li, minbarra l-kundizzjonijiet ġeneralment impenjattivi ħafna fl-2020, il-missjoni tal-Qorti li tippjana u teżegwixxi x-xogħol tal-awditjar tagħha ltaqgħet ma’ tfixkil min-naħa ta’ xi organizzazzjonijiet internazzjonali li rrifjutaw jew illimitaw l-aċċess meħtieġ għad-dokumenti tal-awditjar rilevanti, li kkawża dewmien eċċessiv u b’hekk impedixxa lill-Qorti milli tissodisfa l-prerogattivi fundamentali tagħha kif minquxa fit-TFUE, bħalma ssemma qabel f’osservazzjonijiet relatati fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2018;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, wara diversi skambji ta’ fehmiet, id-dibattitu ta’ smigħ li sar fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u t-tweġibiet tal-Kummissjoni għal mistoqsijiet bil-miktub, tieħu passi xierqa u effettivi biex tiżgura li l-Qorti tingħata aċċess sħiħ f’waqtu u bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ittejjeb il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u tkun tista’ tivverifika b’mod xieraq il-legalità u r-regolarità tan-nefqa baġitarja tal-Unjoni; jinnota li l-aċċess limitat jista’ jkun riżultat ta’ interpretazzjoni diverġenti tal-obbligi legali;

Trasparenza u effikaċja tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ aċċertament

14.

Jinnota li, mill-31 żball kwantifikat, li ħamsa minnhom (16,12 %) kienu jammontaw għal żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha biżżejjed informazzjoni biex tipprevjeni, jew tidentifika u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta n-nefqa (fl-2019, 28 żball kwantifikat b’9 każijiet (32 %) b’informazzjoni suffiċjenti għal detezzjoni jew korrezzjoni bikrija); jinnota li, kieku l-Kummissjoni għamlet użu xieraq minn din l-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat kien ikun aktar baxx b’1,19-il punt perċentwali; jistieden lill-Kummissjoni biex, minkejja t-titjib fir-rigward tal-2019, iżżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-proċessi tal-verifika tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u tiżgura li l-verifiki jiġu segwiti kif xieraq; jinsisti, barra minn hekk, li għandha tingħata aktar attenzjoni għall-kontrolli ex ante u li għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti;

15.

Iqis li l-attivitajiet ta’ monitoraġġ ikunu aktar effettivi jekk l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tiġi ppubblikata regolarment u tiġi kondiviża mal-awtorità tal-kwittanza minn qabel dment li dan ikun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi b’format stabbilit minn qabel għall-komunikazzjoni mal-pajjiżi sħab, il-benefiċjarji tal-FEŻ u l-Unjoni bil-għan li jitnaqqsu l-iżbalji misjuba mill-Qorti;

17.

Jinnota li l-Qorti kkonstatat li, fl-2020, il-Kummissjoni u s-sħab ta’ implimentazzjoni tagħha wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma’ għotjiet u ma’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u delegazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali milli għamlu b’forom oħra ta’ appoġġ, bħalma huma dawk li jkopru kuntratti ta’ xogħlijiet, provvista u servizz (kif ġara fl-2019); jinnota li mis-67 (65 fl-2019) tranżazzjoni ta’ dak it-tip eżaminati mill-Qorti, 27 ((40,3 %) meta mqabbla ma’ 25 tranżazzjoni (38 %) fl-2019) kien fihom żbalji kwantifikabbli sostanzjali li kienu jammontaw għal 94,2 % tal-livell ta’ żbalji stmat (71,7 % fl-2019); jistieden lill-Kummissjoni tippubblika informazzjoni komprensiva, aġġornata u dettaljata dwar il-proġetti ffinanzjati u l-benefiċjarji ta’ fondi fl-ambitu ta’ dawn il-proġetti, ittejjeb l-approċċ tagħha bbażat fuq ir-riskju u tinvesti l-kapaċità tal-kontroll f’oqsma li huma aktar suxxettibbli għal żbalji; itenni li għandha tingħata aktar attenzjoni għall-kontrolli ex ante u li għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiżdiedu l-verifiki dwar l-infiq;

18.

Jesprimi t-tħassib tiegħu, minkejja l-analiżi pożittiva mid-DĠ INTPA fir-rapport annwali tal-attività tiegħu dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) għall-2020 (14-il KPI b’punteġġ aħjar milli fl-2019), dwar l-osservazzjoni tal-Qorti, bħal fis-snin preċedenti, li l-frekwenza tal-iżbalji identifikati, inklużi xi wħud li kienu fil-pretensjonijiet finali soġġetti għal awditi esterni ex ante u verifiki dwar l-infiq, xorta tindika nuqqasijiet f’dawk il-kontrolli; itenni l-aspettattiva tiegħu li s-sistema ta’ kontroll trid tkun aktar rigoruża u jistieden lid-DĠ INTPA jkompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-valutazzjoni kemm tal-effikaċja kif ukoll tal-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll tiegħu billi jidentifika KPIs għat-tnejn li huma, billi jistabbilixxi miri realistiċi u ambizzjużi u billi jimmonitorja u jtejjeb is-sistema ta’ kontroll tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, toħloq pjattaforma li tkopri proġetti ffinanzjati mill-FEŻ pajjiż b’pajjiż, b’enfasi fuq il-benefiċjarji finali ta’ fondi minn dawn il-proġetti, l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-proġetti u, fuq kollox, ir-riżultati prattiċi tagħhom f’termini taż-żieda mixtieqa fl-indiċijiet tal-iżvilupp; jissuġġerixxi li l-iżvilupp ta’ tali pjattaforma integrata u interoperabbli ta’ informazzjoni u monitoraġġ iżid l-affidabbiltà tal-kontroll u jikkontribwixxi għal aktar effikaċja u viżibbiltà f’termini ta’ għajnuna għall-iżvilupp min-naħa tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f’dak ir-rigward, tikkunsidra wkoll it-tnedija ta’ djalogu mal-pajjiżi benefiċjarji b’referenza għall-possibbiltà li fil-futur tintuża għodda ta’ valutazzjoni tar-riskju waħda;

19.

Jiddeplora l-fatt li, fir-risposti għar-rapport annwali tal-Qorti, ma ngħata l-ebda segwitu mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kumment speċifiku dwar id-dgħufijiet ripetittivi u jqis li l-kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffikaċja użati mill-Kummissjoni fil-kontrolli ex post jistgħu ma jkunux effettivi u jistgħu jwasslu preċiżament għad-dgħufijiet li l-Qorti u l-Parlament ilhom jindikaw għal żmien twil; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi dak l-approċċ sabiex in-nuqqasijiet jiġu indirizzati bis-sħiħ u tinforma regolarment lill-awtorità tal-kwittanza bi kwalunkwe progress li jkun sar;

20.

Jinnota li d-disa’ studju dwar ir-rata ta’ żball residwu (RER) tad-DĠ INTPA, imwettaq minn kuntrattur estern f’ismu fl-2020, kien jistma li l-RER ġenerali qiegħda taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 % stabbilit mill-Kummissjoni għall-ħames sena konsekuttiva (0,95 % fl-2020; 1,13 % fl-2019; 0,85 % fl-2018; 1,18 % fl-2017; 1,67 % fl-2016) (2);

21.

Jirrimarka li, bħal fis-snin preċedenti, il-Qorti tqis li hemm ħafna fatturi li jikkontribwixxu għas-sottovalutazzjoni tal-RER, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2019, bil-limitazzjonijiet ewlenin li huma l-metodu għad-determinazzjoni tal-RER u d-dipendenza żejda fuq xogħol ta’ kontroll preċedenti mwettaq direttament mill-Kummissjoni jew minn partijiet terzi indipendenti (sehem ta’ 17 % ta’ dipendenza sħiħa u 37 % għal dipendenza parzjali); jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Qorti li dan imur kontra l-iskop tal-istudju tal-RER, li huwa li jiġu identifikati l-iżbalji li jaħarbu preċiżament tali kontrolli;

22.

Jinnota li fattur ieħor jirriżulta mill-fatt li l-istudju dwar l-RER jiffoka fuq rieżami ta’ oqsma b’riskju baxx bħall-istrumenti ta’ appoġġ baġitarju, li jnaqqas il-possibbiltà li jinstabu żbalji attwali, meta mqabbla ma’ rieżami sħiħ ta’ oqsma b’riskju għoli bħal għotjiet u kuntratti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-Istati Membri;

23.

Ifakkar li r-rakkomandazzjoni tal-Qorti lill-Kummissjoni li toħroġ riżervi għall-oqsma kollha suxxettibbli li jkollhom riskju ta’ livell għoli, irrispettivament mis-sehem tagħhom tan-nefqa totali u l-impatt finanzjarju tagħhom kienet diġà inkluża fir-rapport annwali tal-FEŻ tal-2019; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni mhijiex taċċetta r-rakkomandazzjoni; jenfasizza l-fatt li l-Qorti hija ċara u konsistenti ħafna fl-indikazzjoni tagħha li bl-applikazzjoni tar-regola de minimis, il-Kummissjoni qed tnaqqas il-kapaċità tagħha li tidentifika r-riskji fil-qasam ta’ responsabbiltà ġenerali tagħha; iqis li l-esklużjoni ta’ oqsma minħabba l-impatt finanzjarju tagħhom, iżda li għadhom ikkunsidrati mid-DĠ INTPA nnifsu bħala ta’ riskju għoli, hija sitwazzjoni perikoluża ħafna; jaqbel ħafna mal-Qorti dwar ir-rakkomandazzjoni tagħha u jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-approċċ tagħha kif xieraq;

24.

Huwa tal-fehma li ta’ min jissottolinja li l-qafas regolatorju li jirregola l-istudju dwar l-RER u l-kuntratt bejn id-DĠ INTPA u l-kuntrattur tal-istudju dwar l-RER ma jipprevedu l-ebda approċċ sistemiku għar-rapportar dwar frodi suspettata kontra l-baġit tal-Unjoni identifikata matul ix-xogħol tiegħu fuq ir-RER; jappoġġja bil-qawwa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti f’dak il-qasam; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li fil-bidu ta’ Jannar 2022 il-Kummissjoni adottat manwal u metodoloġija ġodda għall-istudju dwar l-RER, li jqisu, kemm jista’ jkun, ir-rimarki tal-Qorti; jinnota li l-verżjoni l-ġdida ta’ dak il-manwal iżżid l-għadd ta’ żjarat fuq il-post minn 9 għal 12 u tipprovdi kjarifika addizzjonali dwar il-kontrolli tal-akkwist; jitlob li, sabiex tiġi limitata d-dipendenza fuq xogħol ta’ kontroll preċedenti, dawk il-kontrolli jiġu mmonitorjati fid-dawl ta’ medji storiċi, li m’għandhomx jinqabżu b’mod sinifikanti mingħajr ma jingħata raġunament dettaljat; jilqa’, b’mod partikolari, il-fatt li l-kuntrattur tal-istudju dwar l-RER issa huwa obbligat jinnotifika lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe suspett ta’ frodi jew irregolarità li tkun seħħet jew li x’aktarx tkun seħħet; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-għadd kbir ta’ investigazzjonijiet ta’ frodi f’dawn l-aħħar snin, tiżgura trasparenza aħjar tal-fluss tal-flus u ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri introdotti fil-metodoloġija tal-RER jew fit-termini ta’ referenza biex tiġi fformalizzata l-komunikazzjoni ta’ frodi suspettata mill-kuntrattur tal-istudju dwar l-RER;

25.

Jinnota bi tħassib id-dikjarazzjoni tal-Qorti dwar nuqqas mhux ġustifikat ta’ riżervi fir-rapport annwali tal-attività tal-2020 ikkawżat mil-limitazzjonijiet tal-istudju dwar l-RER, minn naħa waħda, u l-konservazzjoni tar-regola de minimis ta’ inqas minn 5 % tal-pagamenti totali b’impatt finanzjarju ta’ anqas minn EUR 5 miljun, min-naħa l-oħra; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibbiltà li dik l-evalwazzjoni taffettwa l-impatt tal-effikaċja tar-rapport annwali tal-attività tad-DĠ INTPA;

26.

Jinnota li, fi tmiem l-2020, kienu għadhom għaddejjin 17-il investigazzjoni dwar frodi (19 fl-2019);

27.

Jenfasizza li l-ammont kbir ta’ riżorsi allokati b’risposta għall-ħtiġijiet urġenti relatati mal-kriżi tal-COVID-19, flimkien ma’ miżuri ta’ sorveljanza u ta’ responsabbiltà aktar flessibbli, joħloq ukoll bosta opportunitajiet biex il-frodi u l-korruzzjoni jikbru u jiffjorixxu; ifakkar li l-korruzzjoni mhux biss hija detrimentali għar-rispons għall-kriżijiet u l-irkupru iżda timmina l-kisba tal-SDGs u l-Aġenda 2030; jinnota, barra minn hekk, li anke qabel il-pandemija tal-COVID-19, ir-riskji ta’ frodi u korruzzjoni kienu qed juru li l-isforzi biex jiġu miġġielda u evitati l-korruzzjoni u l-frodi ma kinux biżżejjed; jissottolinja r-rwol importanti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi, fil-limiti tal-mandat tagħhom;

28.

Jemmen li enfasi akbar fuq l-SMEs lokali u s-settur privat u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandha tkun assi ċentrali ta’ kooperazzjoni fil-ġestjoni tas-sensiela ta’ proġetti tad-delegazzjonijiet tal-UE; jenfasizza li jridu jsiru sforzi akbar biex jiġu rispettati l-prinċipji tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-politiki tal-kummerċ, l-agrikoltura, is-sajd, l-ambjent, il-klima u l-migrazzjoni kif ukoll il-politika estera u ta’ sigurtà tal-Unjoni, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-effikaċja tal-għajnuna; itenni li l-l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp trid tkun objettiv importanti tal-approċċ konġunt imfassal fl-istrument Strument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali (3);

29.

Jinnota l-azzjonijiet meħuda mid-DĠ INTPA biex itaffi r-riskji li jirriżultaw mill-użu ta’ proċeduri finanzjarji jew ta’ akkwist eċċezzjonali b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ baġitarju; jinnota, madankollu, li r-riskju ta’ korruzzjoni u frodi baqa’ l-ogħla riskju perċepit fir-reġjuni kollha, anke jekk jista’ jiġi osservat tnaqqis żgħir maż-żmien; jistieden lid-DĠ INTPA jkompli jissorvelja s-sitwazzjoni u jagħti attenzjoni partikolari lill-aktar pajjiżi fraġli; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lura għand l-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri;

30.

Jinnota li fl-2020, id-DĠ INTPA żviluppa abbozz ġdid ta’ strateġija kontra l-frodi, li l-adozzjoni tagħha ġiet posposta għall-2021; jinnota, barra minn hekk, li l-istrateġija kontra l-frodi hija bbażata fuq l-istħarriġ tad-DĠ INTPA biex jiġu vvalutati r-riskji u l-kontrolli, analiżi tar-riskju li għandha tkun marbuta mal-NDICI l-ġdid, il-metodi l-ġodda ta’ implimentazzjoni u l-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi, adottata fl-2019; jenfasizza wkoll ir-rwol tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni bħala għodda essenzjali biex tiġi ppenalizzata l-frodi u jinkoraġġixxi ulterjorment lid-DĠ INTPA biex jgħarraf l-użu ta’ dik is-sistema;

31.

Jinnota b’sodisfazzjon l-impenn kontinwu tar-Renju Unit li jħallas l-obbligi kollha tiegħu taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali u l-perspettivi finanzjarji preċedenti bħallikieku kien għadu Stat Membru, kif espress fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”); jinnota, barra minn hekk, li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jiddikjara li r-Renju Unit għandu jibqa’ parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-ħdax-il FEŻ u l-FEŻ kollha preċedenti mhux magħluqa, u, f’dan ir-rigward, għandu jassumi l-istess obbligi bħall-Istati Membri skont il-Ftehim Intern li ġie stabbilit permezz tiegħu u l-obbligi li jirriżultaw mill-FEŻ preċedenti sakemm dawn jagħlqu, u li r-Renju Unit huwa intitolat li jipparteċipa, bħala osservatur mingħajr drittijiet tal-vot, fil-Kumitat tal-FEŻ;

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji tal-Unjoni għall-iżvilupp u organizzazzjonijiet mhux governattivi

32.

Jinnota li l-monitoraġġ regolari tar-rekwiżiti u r-rapporti tal-valutazzjoni tal-pilastri mill-Kummissjoni għamel progress minkejja l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-monitoraġġ mill-qrib tal-valutazzjonijiet tal-pilastri u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress u r-riżultati fid-dawl tal-valutazzjoni komplementari tal-entitajiet kollha vvalutati skont il-pilastru u l-mira li dawn jitlestew sal-iskadenza estiża tal-2021 minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 (4);

33.

Jesprimi sodisfazzjon li, mill-perjodu tal-QFP 2021-2027, il-FEŻ, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u strumenti oħra mal-NDICI-Ewropa Globali ġew inkorporati fil-baġit ġenerali tal-Unjoni taħt l-intestatura 4 “Ewropa Globali”, li jammonta għal 6,6 % jew EUR 11,4 biljun tal-baġit ġenerali tal-Unjoni: minn dak l-ammont, EUR 3 biljun (26,7 %) jintefqu fuq l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, EUR 2,7 biljun (23,2 %) fuq l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, EUR 1,9 biljun (16,9 %) fuq l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, EUR 1,9 biljun (16,8 %) fuq l-għajnuna umanitarja, u l-bqija fuq azzjonijiet u programmi oħra; jinnota li ċerti metodi ta’ implimentazzjoni u dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà tal-FEŻ ġew inkorporati fir-Regolament (UE) 2021/947; ifakkar li l-baġit tal-FEŻ huwa talba li ilu jagħmel il-Parlament;

34.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-finanzjament ta’ tali kooperazzjoni għalhekk mhux se jibqa’ jkun soġġett għal ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri iżda li tali kooperazzjoni se tkun pjuttost iffinanzjata permezz tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-baġit tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li l-proġetti li għaddejjin iffinanzjati fil-qafas tal-FEŻ preċedenti, inkluż il-ħdax-il FEŻ, fil-pajjiżi AKP se jkomplu jiġu implimentati f’konformità mar-regoli speċifiċi tagħhom sat-tlestija sħiħa tagħhom u jistenna li l-impatt ta’ tali sovrapożizzjoni normattiva jkun limitat;

35.

Jisħaq li tali struttura ġdida tinvolvi responsabbiltajiet u kompiti istituzzjonali ġodda, b’mod partikolari għall-Parlament bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja għall-baġit annwali; jistenna li t-trasparenza baġitarja, il-koerenza tal-politiki u r-responsabbiltà demokratika jibbenefikaw minn dawk l-arranġamenti l-ġodda; jinnota r-rwol akbar tal-Parlament fil-qasam tas-sħubijiet internazzjonali fl-ambitu tal-Ewropa Globali, inkluż permezz tad-djalogu ġeopolitiku ta’ livell għoli; jistieden lill-Kummissjoni biex, fir-rigward tal-istrument finanzjarju l-ġdid NDICI-Ewropa Globali, li huwa l-istrument suċċessur għall-FEŻ, turi, fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż u mill-bidu nett tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet NDICI-Ewropa Globali, informazzjoni dwar l-azzjonijiet kollha ffinanzjati permezz ta’ dak l-istrument, sew jekk ikunu kofinanzjati b’għotjiet jew self minn xi attur ieħor u sew jekk le, rigward l-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni u r-riżultati b’mod standardizzat li jkun ġie armonizzat mal-Istati Membri u b’mod li jinftiehem faċilment miċ-ċittadini tal-Unjoni u ta’ pajjiżi sħab;

36.

Itenni l-ħtieġa li jiġu żgurati, f’konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, trasparenza u aċċess sħaħ għad-data dwar il-proġetti implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u li jiġu pprovduti regoli ċari dwar il-kontroll u l-monitoraġġ;

37.

Jisħaq għal darb’oħra li l-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jeħtiġilhom, bħala prinċipju ġenerali, jirrispettaw il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u trasparenza; jisħaq li kwalunkwe entità jeħtiġilha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jeħtiġilha, bħala kundizzjoni biex tirċievi l-fondi, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mill-Qorti u mill-OLAF;

38.

Jinnota li għad hemm bżonn ta’ approċċ aktar sistematiku biex jiġi kkomunikat l-appoġġ tal-Unjoni għal sħab u sforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali biex tiżdied il-viżibbiltà tal-Unjoni u jissaħħu t-trasparenza, ir-responsabbiltà u d-diliġenza dovuta fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem tul il-katina ta’ finanzjament; jinnota l-importanza tal-approċċ ta’ Tim Ewropa fir-rigward tal-effikaċja u l-viżibbiltà tal-assistenza tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirdoppja l-isforzi tagħha biex twettaq kontrolli fuq il-post ibbażati fuq il-kampjuni snin wara t-tlestija tal-proġetti kofinanzjati biex tivverifika l-impatt kontinwu u l-prestazzjoni tal-interventi tal-FEŻ u tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-impatt fit-tul tal-operazzjonijiet tagħhom;

Appoġġ baġitarju tal-Unjoni

39.

Jinnota li l-qafas ġenerali ta’ appoġġ baġitarju, li taħtu l-appoġġ baġitarju jista’ jintuża bħala metodu ta’ implimentazzjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna, huwa kkomplementat minn sett ta’ linji gwida komprensivi li jipprovdu gwida dettaljata (5) dwar il-proċeduri għas-salvagwardja ta’ ġestjoni tajba tar-riskju u l-implimentazzjoni tar-rieżami tal-kwalità, il-monitoraġġ u r-rapportar mid-delegazzjonijiet tal-UE u mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni; japprezza li l-linji gwida għall-appoġġ baġitarju u l-arranġamenti interni tjiebu maż-żmien, inkluż fuq rakkomandazzjonijiet mill-Qorti u mill-Parlament;

40.

Jinnota li l-appoġġ tal-Unjoni jkopri varjetà wiesgħa ta’ setturi, b’228 kuntratt implimentati f’95 pajjiż jew territorju fl-2020, li bħala medja jammontaw għal madwar 40 % tal-programmi ta’ kooperazzjoni nazzjonali ma’ pajjiżi sħab; jinnota, barra minn hekk, li filwaqt li l-pagamenti varjaw minn EUR 1,6 biljun għal EUR 1,8 biljun fis-sena bejn l-2014 u l-2019, l-iżborżi tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni qarrbu t-EUR 3 biljun fl-2020 bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19; iqis li dak l-appoġġ kien kruċjali biex jgħin fit-trawwim tar-reżiljenza tal-pajjiżi, biex dawn ikunu jistgħu jiffukaw fuq ir-riformi f’setturi differenti u biex jiġu evitati aktar ostakli ekonomiċi u soċjali;

41.

Jinnota li l-kontribuzzjoni għall-appoġġ baġitarju tal-FEŻ kienet tammonta għal 39 % tal-ammont totali tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni mħallas fl-2020 (EUR 1 164 miljun minn EUR 2 986 miljun); jinnota li 40 pajjiż AKP u tmien PTEE bbenefikaw minn appoġġ baġitarju fl-2020;

42.

Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-FEŻ għall-attivitajiet ta’ appoġġ baġitarju fl-2020 laħqet l-EUR 1 240,6 miljun (meta mqabbla ma’ EUR 790,3 miljun fl-2019), li minnhom EUR 552,3 miljun irrappreżentaw impenji ġodda (meta mqabbla ma’ EUR 366,8 miljun fl-2019), b’kopertura ġeografika ta’ 60 pajjiż sieħeb (ħamsa aktar milli fl-2019), li jirrappreżentaw 102 kuntratti ta’ appoġġ baġitarju (20 aktar mill-2019); josserva li għall-PTEE, ġew żborżati EUR 82,8 miljun (meta mqabbla ma’ EUR 70,0 miljun fl-2019) permezz tal-FEŻ għal 12-il pajjiż u li jirrappreżentaw 13-il kuntratt ta’ appoġġ baġitarju, l-istess bħal fis-sena finanzjarja 2019;

43.

Jinnota b’apprezzament li fl-2020 l-Afrika sub-Saħarjana għadha l-akbar benefiċjarju tal-appoġġ baġitarju b’sehem ta’ 38 % (36 % fl-2019); josserva, barra minn hekk, li l-pajjiżi b’introjtu medju inferjuri ammontaw għal 52,4 % (47 % fl-2019) tal-impenji kontinwi totali; jinnota bi tħassib li l-pajjiżi b’introjtu baxx jammontaw għal 29,4 % tal-impenji totali, li jikkonferma x-xejra ta’ tnaqqis osservata fl-2019 (32 % meta mqabbla ma’ 38 % fl-2018); jinnota li, b’kollox, 47 % tal-programmi ta’ appoġġ baġitarju li għaddejjin bħalissa qed jiġu implimentati fil-pajjiżi l-anqas żviluppati;

44.

Ifakkar fil-fatt li l-appoġġ baġitarju għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubija mal-pajjiżi sħab tal-Unjoni, jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, jeqred il-faqar, inaqqas l-inugwaljanzi u jikkonsolida l-paċi u d-demokrazija, biex fl-aħħar mill-aħħar jimmira li jikkontribwixxi għall-kisba tal-SDGs; jinnota li l-appoġġ baġitarju tal-Unjoni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji tal-effikaċja ta’ Busan maqbula fil-livell internazzjonali bħall-appartenenza minn pajjiżi sħab, il-fokus fuq ir-riżultati, l-inklużività u r-responsabbiltà; jenfasizza l-fatt li, minħabba li jrawwem it-trasparenza u l-governanza tajba, l-appoġġ baġitarju jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi; ifakkar li l-appoġġ baġitarju jrid jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab kif ukoll għall-politiki ewlenin tal-Unjoni; ifakkar li huwa meħtieġ ukoll li titkejjel il-prestazzjoni tal-programmi u l-impatt tagħhom fil-pajjiżi sħab u fuq il-popolazzjonijiet ċivili;

45.

Jinnota li, f’termini ta’ kontribut relattiv għall-SDGs, il-programmi ta’ appoġġ baġitarju jikkontribwixxu b’mod qawwi għall-SDG 16 (il-paċi, il-ġustizzja u l-governanza), l-SDG 17 (is-sħubijiet), l-SDG 5 (l-ugwaljanza bejn il-ġeneri) u l-SDG 1 (l-ebda faqar); jilqa’ l-kamp ta’ applikazzjoni multidimensjonali b’saħħtu tal-programmi ta’ appoġġ baġitarju u jqis li għandhom jappoġġjaw l-intraprenditorija u l-inizjattiva privata sabiex jiġi sfruttat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, kif rakkomandat fl-SDG 9 (tinbena infrastruttura reżiljenti, tiġi promossa industrijalizzazzjoni inklużiva u sostenibbli u titrawwem l-innovazzjoni) u l-SDG 17 (jissaħħu l-mezzi ta’ implimentazzjoni u tingħata ħajja ġdida lis-Sħubija Globali għall-Iżvilupp Sostenibbli);

46.

Jisħaq li l-intraprenditorija u s-settur privat jiżvolġu rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar billi joħolqu impjiegi, ekonomija sostenibbli u tkabbir sostenibbli; jenfasizza l-fatt li l-għoti ta’ taħriġ fin-negozju jista’ jgħin lill-imprendituri żgħar jistabbilixxu negozji u jtejbu l-prattiki tan-negozju fil-pajjiżi sħab; jinnota li, sabiex tittejjeb l-effikaċja ta’ programmi bħal dawn, tali taħriġ għandu jiġi kkomplementat b’servizzi ta’ appoġġ u ta’ segwitu personalizzati; jitlob, barra minn hekk, li jitkomplew it-tisħiħ tal-pożizzjoni kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, kif ukoll il-politiki meħtieġa biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi rilevanti;

47.

Jirrikonoxxi t-tfassil mill-ġdid tal-programmi mill-Kummissjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, li wassal biex l-indikaturi jiġu nnewtralizzati (il-kriżi wasslet biex dawn isiru irrilevanti jew mhux aktar validi) u biex is-segmenti varjabbli jinbidlu f’segmenti fissi; jinnota, barra minn hekk, id-dati limitu ta’ xi indikaturi u miri u l-posponiment tagħhom għall-2021; jinnota, għalhekk, il-bidla fil-proporzjon bejn is-segmenti fissi u varjabbli fl-2020, li laħqet sehem medju ta’ 84 % għal segmenti fissi (44 % fl-2019) u 16 % għal segmenti varjabbli (56 % fl-2019); ifakkar, f’dak ir-rigward fil-pożizzjoni tiegħu li s-segmenti varjabbli jistgħu jipprovdu ingranaġġ aħjar għall-approfondiment tal-politika u tad-djalogu politiku mal-pajjiżi sħab dwar ir-riformi ewlenin li għandhom jitwettqu; jitlob, għalhekk, li jiġi aġġornat dwar l-effetti u r-riżultati tat-tfassil mill-ġdid ta’ dawk il-programmi; jinnota, barra minn hekk, li l-Karibew, l-Afrika Ċentrali, l-Amerka Latina u l-Balkani tal-Punent biss żammew segmenti varjabbli relattivament akbar fil-pagamenti tagħhom;

48.

Itenni s-sejħa tiegħu lis-servizzi tal-Kummissjoni biex, fid-djalogu politiku tagħha, ikomplu jivvalutaw b’mod strett ir-riskji relatati mal-evitar tat-taxxa korporattiva, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti li jaffettwaw, b’mod partikolari, lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi b’mod ġenerali, li jiffurmaw parti mill-kriterji tal-appoġġ baġitarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt fiskali u tgħin biex jiġu stabbiliti objettivi orjentati lejn l-investiment;

49.

Iqis li l-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet b’rabta mal-programmazzjoni tal-NDICI-Ewropa Globali għandha tqis is-sitwazzjonijiet tad-dejn tal-pajjiżi u kif dawk is-sitwazzjonijiet jinfluwenzaw il-kapaċità li jintlaħqu l-SDGs;

50.

Jisħaq fuq l-importanza li d-donaturi ma jżidux il-piż tad-dejn; iħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw, bħala l-ewwel pass, u flimkien mal-wegħdiet tagħha dwar moratorju fuq id-dejn, inizjattiva ġdida għas-serħan mid-dejn fir-rigward ta’ pajjiżi foqra b’dejn kbir; jitlob, b’mod aktar wiesa’, il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ ristrutturar tad-dejn multilaterali biex jindirizza kemm l-impatt tal-kriżi tad-dejn kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ finanzjament tal-Aġenda 2030;

Prestazzjoni

51.

Jinnota li l-appoġġ tal-Unjoni jiġi implimentat fil-kuntest tal-Aġenda 2030, li jirrikjedi approċċ olistiku għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali, ibbażat fuq l-SDGs;

52.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas ir-rati ta’ żball billi tieħu miżuri proporzjonati b’reazzjoni għal żoni ta’ riskju għoli li diġà ġew identifikati;

53.

Jirrikonoxxi li, fl-2020, l-Ewropa kif ukoll il-bqija tad-dinja kienu affettwati b’mod qawwi mill-pandemija tal-COVID-19 u jilqa’ r-rispons ikkoordinat mill-Kummissjoni għall-kriżi tas-saħħa kif ukoll għall-impatt fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-Ewropa; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 ħolqot ukoll sfidi fir-rigward tal-prestazzjoni, il-kontroll, l-awditjar u l-assigurazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni għall-2020; jinnota, barra minn hekk, l-isforzi mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni biex jippromwovu l-protezzjoni konsistenti u rigoruża tal-baġit tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa; jinnota li l-approċċ Tim Ewropa tnieda bħala rispons konġunt għall-pandemija tal-COVID-19 mill-atturi Ewropej kollha tal-iżvilupp biex jappoġġja l-promozzjoni tal-prijoritajiet u l-istandards tal-politika Ewropea;

54.

Jinnota li l-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni tar-rispons ta’ Tim Ewropa għall-pandemija tal-COVID-19 bħala waħda effikaċi ħafna, li tippermetti li r-riżorsi tal-FEŻ disponibbli għall-2020 jiġu eżegwiti bis-sħiħ; jinnota t-tnaqqis tan-numru ta’ żjarat fir-rigward tal-proġetti, li ġew sostitwiti b’awditi mill-bogħod minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19; iqis li l-awditi mill-bogħod ma jistgħux jitqabblu ma’ kontrolli fuq il-post reali u jistieden lill-Kummissjoni tissokkta ż-żjarat mill-aktar fis possibbli filwaqt li tqis it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 f’termini tal-użu ta’ teknoloġiji u strumenti biex jikkomplementaw iż-żjarat;

55.

Jirrikonoxxi u jilqa’ l-impatt globali pożittiv ġenerali tal-Aċċess Globali għall-Vaċċini Kontra l-COVID-19 (COVAX), li kien ikkaratterizzat minn diversi sfidi ta’ implimentazzjoni u dgħufijiet matul il-proċess kollu; jinnota li sa nofs Marzu 2022, il-COVAX kienet wasslet aktar minn 1,3 biljun doża lil 144 pajjiż, li minnhom aktar minn 500 miljun doża kienu donazzjonijiet; jinnota li sa nofs Marzu 2022 l-Istati Membri kienu qasmu aktar minn 400 miljun doża; jinnota li l-impatt tal-COVAX ġie mxekkel minn nuqqas ta’ provvista, li impedixxa lill-COVAX milli tilħaq il-mira tagħha għall-2021 (6);

56.

Jisħaq li fis-snin li ġejjin l-Istati Membri għandhom ikomplu jinvestu f’vaċċini kontra l-COVID-19 u vaċċini oħra għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għandhom ikomplu jgħinu fit-titjib tal-ktajjen tad-distribuzzjoni;

57.

Jinnota l-importanza partikolari tad-DĠ INTPA fir-rigward tal-edukazzjoni, minħabba r-rwol kritiku tiegħu fl-iżvilupp tal-bniedem u bħala faċilitatur ewlieni għall-prijoritajiet kollha tal-Unjoni; jilqa’, għal dak il-għan, iż-żieda fl-infiq fuq l-edukazzjoni fl-2020, li tmur minn 7 għal 10 % tal-portafoll totali tad-DĠ INTPA; jinnota, b’sodisfazzjon, li, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, id-DĠ INTPA appoġġja l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli fil-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta’ inizjattivi ta’ edukazzjoni globali, sabiex tiġi evitata ġenerazzjoni mitlufa; ifakkar fl-importanza li fil-pajjiżi sħab kollha jiġi żgurat li l-bniet u s-subien ikollhom aċċess ugwali għall-edukazzjoni u l-iskola; huwa tal-fehma li l-opportunitajiet indaqs huma prijorità fl-iżvilupp; huwa tal-fehma li l-aċċessibbiltà tan-nisa żgħażagħ għal proġetti u fondi Ewropej trid tiġi mħeġġa fil-pajjiżi sħab;

58.

Ifakkar li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-popolazzjonijiet vulnerabbli, peress li jiffaċċjaw aktar diffikultajiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċessibbiltà; jitlob li jiġu żviluppati miżuri u programmi konkreti u li jiġi allokat aktar finanzjament, speċjalment għall-persuni b’diżabilità;

59.

Jinnota l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-FEŻ ikkontribwew b’mod pożittiv għar-riżultati tal-iżvilupp fil-livell tal-pajjiżi, iżda jesprimi tħassib li r-riżultati fil-livell reġjonali kienu anqas faċilment identifikabbli; jissottolinja l-fatt li l-prinċipji tas-sjieda u tal-ġestjoni bir-riżultati u tar-responsabbiltà reċiproka nstab li ġew applikati b’mod anqas konsistenti fl-ambitu tal-ħdax-il FEŻ; jinnota bi tħassib, fl-istess ħin, li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni wriet li jeħtieġ li jsir titjib fir-rapportar tal-FEŻ dwar l-effikaċja sabiex isir aktar responsabbli; jilqa’ l-fatt li dawk it-tagħlimiet meħuda ttieħdu b’attenzjoni kbira mill-Kummissjoni waqt it-tfassil tal-NDICI-Ewropa Globali u ġew riflessi fl-għażla tal-indikaturi;

60.

Jitlob monitoraġġ mill-qrib u djalogu politiku bir-reqqa ma’ pajjiżi sħab u NGOs rigward l-objettivi, il-progress lejn ir-riżultati maqbula u l-indikaturi tal-prestazzjoni; jitlob għal darb’oħra lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi aħjar u tkejjel l-impatt mistenni tal-iżvilupp u, speċjalment, biex ittejjeb il-mekkaniżmu ta’ kontroll fir-rigward tal-imġiba tal-pajjiżi benefiċjarji fl-oqsma tal-korruzzjoni, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u d-demokrazija; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-settur privat jiġi inkluż f’dak id-djalogu strateġiku; jinnota l-importanza tal-kontroll demokratiku fuq l-użu tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni fil-pajjiżi benefiċjarji;

61.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni tal-prestazzjoni fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż tal-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ fit-tul li għaddejjin bħalissa sabiex turi l-impatt reali fuq il-pajjiż rilevanti ta’ investiment tal-Unjoni li ilu jsir għexieren ta’ snin u kif dan għen b’mod effikaċi fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u sostenibbli tal-pajjiżi benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tieħu vantaġġ mit-tagħlimiet meħuda fir-rigward ta’ proġetti li ma ġewx implimentati b’mod effikaċi jew effiċjenti u tieħu azzjoni deċiżiva fil-futur;

62.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-2019, il-Qorti ma nkludietx il-prestazzjoni tal-FEŻ fil-Kapitolu 6, bit-titolu “Ewropa Globali”, tar-rapport tagħha dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE; jinnota li l-Qorti għadha ma għamlitx evalwazzjoni tal-prestazzjoni orizzontali u dettaljata tal-FEŻ; jirrikonoxxi li bil-baġitizzazzjoni tal-FEŻ, il-Qorti se tkun qed tawditja wkoll il-FEŻ il-ġdid bħala parti mill-baġit fit-tul tal-Unjoni;

63.

Jinnota l-kontribuzzjoni tal-FEŻ għall-objettivi 14 (l-iżvilupp tal-bniedem) u 12 (l-impjiegi sostenibbli) tad-DĠ INTPA; ifakkar li l-oqsma tas-saħħa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-edukazzjoni, l-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien huma fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b’mod partikolari għal popolazzjonijiet vulnerabbli, inkluż għall-migranti u r-rifuġjati; jirrikonoxxi li l-pandemija tal-COVID-19 fixklet lis-soċjetajiet b’ħafna modi, u reġġgħet lura l-progress fl-iżvilupp tal-bniedem li nkiseb f’dawn l-aħħar snin, filwaqt li poġġiet pressjoni fuq il-popolazzjonijiet vulnerabbli, aggravat l-inugwaljanzi u wasslet għal limitazzjonijiet fl-ispazju ċivili u demokratiku f’demokraziji fraġli;

64.

Jinnota li l-implimentazzjoni baġitarja tal-FEŻ issa hija limitata għal pagamenti fuq impenji magħmula qabel id-data tat-tmiem tal-31 ta’ Diċembru 2020 u li issa japplikaw ir-regoli ta’ NDICI-Ewropa Globali u tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; jappella għal implimentazzjoni stretta tal-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, bid-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tal-azzjonijiet kollha, f’konformità mas-sett ta’ għodod tal-Kummissjoni dwar dak l-approċċ; jinsab imħasseb, f’dak ir-rigward, dwar l-użu possibbilment ħażin tal-fondi għall-iżvilupp, inklużi dawk tal-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF), u l-allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem b’rabta mal-EUTF fil-Libja, l-Etjopja, l-Eritrea u n-Niġer;

Kontribuzzjonijiet mill-BEI

65.

Jinnota li l-politika ta’ żvilupp tal-Unjoni se tiġi implimentata permezz tal-NDICI-Ewropa Globali, li l-BEI huwa implimentatur ewlieni tiegħu;

66.

Itenni li l-operazzjonijiet esterni tal-BEI huma mistennija jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, irawmu l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari f’dawk l-aktar żvantaġġati fosthom, kif ukoll il-konformità mal-objettivi approvati mill-Unjoni; jirrikonoxxi l-qerda tal-faqar, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u d-drittijiet tal-bniedem bħala suġġetti ewlenin fl-arkitettura tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-Unjoni; ifakkar fil-fatt li l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati hija l-pedament tal-iżvilupp sostenibbli u inklużiv;

67.

Jinnota li l-BEI huwa marbut bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jisħaq fuq il-fatt li l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem huma integrati fil-proċeduri u fl-istandards ta’ diliġenza dovuta tiegħu fil-livell tal-proġett, inkluż billi jipprevedi s-sospensjoni tal-iżborżi f’każ ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ta’ standards ambjentali u soċjali; jinnota li fi tmiem l-2018 ġew imsaħħa l-mekkaniżmi tal-ilmenti; jistieden lill-BEI jiżgura li l-mekkaniżmu tal-ilmenti tiegħu jkun faċilment aċċessibbli, f’waqtu u effikaċi, sabiex jidentifika u jirrimedja ksur possibbli tad-drittijiet tal-bniedem fil-proġetti relatati mal-BEI; jitlob lill-BEI jirrapporta lill-Parlament u lill-Bord tal-Gvernaturi dwar dik il-kwistjoni;

68.

Jistieden lill-BEI jkompli jappoġġja it-twettiq tal-SDGs permezz tal-attivitajiet tiegħu fil-qafas ta’ mandati speċifiċi deċiżi mill-Kunsill u mill-Parlament;

69.

Jappoġġja l-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-14 ta’ Ġunju 2021, li stiednu lill-BEI jsaħħaħ il-kontribut tiegħu għall-isforzi ta’ żvilupp tal-Unjoni permezz ta’ strateġiji ddedikati, preżenza aktar b’saħħitha fuq il-post globalment u koordinazzjoni aħjar mas-sħab f’approċċ ġenwin ta’ Tim Ewropa, bil-ħsieb li jiġu żviluppati azzjonijiet konġunti innovattivi u tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament estern tal-Unjoni;

70.

Jirrifletti fuq il-proċess ta’ responsabbiltà fejn il-Parlament huwa l-awtorità ta’ kwittanza, bl-eċċezzjoni tal-Faċilità ta’ Investiment, li hija ġestita mill-BEI u li għalhekk taqa’ barra mill-ambitu tal-awditjar tal-Qorti (7);

Fondi Fiduċjarji ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika (EUTFs)

71.

Ifakkar li nħolqu żewġ EUTFs taħt il-FEŻ, jiġifieri l-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabbiltà u l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari u tal-persuni spostati fl-Afrika (l-“EUTF għall-Afrika”) u l-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni Ewropea Bêkou għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (l-“EUTF Bêkou”); ifakkar fil-pożizzjoni regolari tal-Parlament li l-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe fond fiduċjarju stabbilit bħala għodda ġdida għall-iżvilupp irid dejjem ikun konformi mal-objettivi ġenerali tal-Unjoni dwar l-istrateġija u l-politika tal-iżvilupp, jiġifieri t-tnaqqis u, fuq terminu twil, il-qerda tal-faqar kif minqux fl-Artikolu 208 tat-TFUE, u jrid, b’mod partikolari, jiżgura li l-pajjiżi riċevituri jirċievu appoġġ mhux biss fl-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, inkluż il-fluss tal-migrazzjoni irregolari, iżda wkoll fil-promozzjoni tar-reżiljenza, l-opportunitajiet ekonomiċi u ugwali, is-sikurezza tal-popolazzjonijiet u l-iżvilupp uman u soċjali;

72.

Jinnota li l-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-EUTFs żdiedu minn EUR 600 miljun fl-2019 għal EUR 800 miljun fl-2020, b’fondi addizzjonali tal-FEŻ għall-EUTF għall-Afrika li ntużaw biex jindirizzaw oqsma speċifiċi ta’ tħassib fir-reġjuni tas-Saħel u tal-Lag Chad u tal-Qarn tal-Afrika, inklużi sfidi ta’ sigurtà, l-isforzi essenzjali ta’ stabbilizzazzjoni u r-rispons għall-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u, kif talab reċentement il-Parlament (8), tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ effikaċi u indipendenti biex tevalwa d-destinazzjoni finali tal-proġetti tal-EUTF relatati mal-migrazzjoni f’każ ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżiti tagħhom;

73.

Jinnota l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEŻ għall-EUTF Bêkou biex jiġi appoġġjat il-ħruġ tar-Repubblika Ċentru-Afrikana mill-kriżi tal-COVID-19 u r-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tagħha; jesprimi tħassib dwar l-influwenza tal-Grupp Wagner fuq il-Forzi Armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn kumpaniji militari u tas-sigurtà privati, b’mod partikolari l-Grupp Wagner; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-fondi tal-Unjoni fl-ebda ċirkostanza ma jkunu jistgħu jintużaw mill-pajjiżi riċevituri biex jiffinanzjaw kumpaniji militari privati b’tali rekord ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi temporanjament il-missjoni ta’ taħriġ militari tagħha minħabba tħassib relatat mal-attivitajiet tal-Grupp Wagner; jinnota, f’dak ir-rigward, li f’Diċembru 2021 l-Unjoni ddeċidiet li timponi miżuri restrittivi kontra l-Grupp Wagner; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ebda fond ma jitħallas direttament jew indirettament lil kuntratturi jew sottokuntratti Russi, speċjalment fid-dawl tal-gwerra attwali fl-Ukrajna; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tqajjem din il-kwistjoni fid-djalogu bilaterali tagħha mal-pajjiżi rilevanti kollha u jħeġġeġ lill-pajjiżi jkunu kompletament trasparenti fir-rigward tal-ikkuntrattar ta’ servizzi ta’ appoġġ militari, speċjalment fir-rigward tal-għadd, il-kompiti u l-ktajjen ta’ kmand tal-kumpaniji militari u tas-sigurtà privati preżenti fit-territorji tagħhom, kif ukoll it-tagħmir użat għall-konformità mal-kuntratti tagħhom;

74.

Jinnota li l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-EUTF għall-Afrika ġiet konkluża fl-2020; jinnota s-sejbiet ewlenin tar-rapport ta’ evalwazzjoni li l-mandat tal-EUTF għall-Afrika, bħala strument fuq terminu qasir, huwa wiesa’ wisq biex jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, u jesprimi tħassib dwar xi wħud mill-aspetti kritiċi enfasizzati fih; jinnota l-ħtieġa li jiġu indirizzati aħjar l-isfidi relatati mal-migrazzjoni intra-Afrikana li tammonta għal kważi 90 % tal-flussi migratorji fl-Afrika; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li tiffoka aktar attivitajiet fuq il-qerda tal-faqar f’konformità mal-objettiv ewlieni tal-FEŻ, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni; jinnota li l-EUTF għall-Afrika rnexxielu jagħmel kontribuzzjonijiet modesti għal aktar opportunitajiet ekonomiċi u impjiegi; jappoġġja r-rakkomandazzjoni, stabbilita fir-rapport ta’ evalwazzjoni, li titlob li l-appoġġ tal-Unjoni għall-opportunitajiet ekonomiċi u l-ħolqien tal-impjiegi, fejn possibbli, jiġi integrat mad-dinamika u l-atturi tas-suq tax-xogħol lokali u mal-investiment tas-settur privat (9); jappoġġja bis-sħiħ it-talba għal evalwazzjoni ex post, inkluż dwar il-prestazzjoni, li għandha ssir mill-anqas sena wara li jkunu tlestew l-attivitajiet kollha tal-EUTF għall-Afrika;

75.

Itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi studju solidu ta’ valutazzjoni tar-riskju dwar l-implikazzjonijiet rigward id-drittijiet tal-bniedem għall-proġetti kollha mfassla biex jitħarrġu u jiġu mgħammra l-forzi tas-sigurtà tal-pajjiżi Afrikani;

76.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu diżimpenjati fondi li joriġinaw mill-EUTF għall-Afrika u li kienu inizjalment allokati lill-Eritrea, b’mod partikolari għall-kuntratt għar-rinnovazzjoni tat-toroq li fih intuża x-xogħol furzat;

77.

Itenni li l-ħolqien ta’ fondi fiduċjarji ġodda għandu jkun jiddependi mill-involviment sħiħ tal-Parlament fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u fuq l-għoti ta’ setgħa ta’ skrutinju xierqa; ifakkar, f’dak ir-rigward, fit-talba għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju biex il-Parlament ikun jista’ jeżerċita r-rwol tiegħu ta’ sorveljanza u skrutinju demokratiku b’mod effikaċi;

Riskji u sfidi relatati mal-implimentazzjoni tal-għajnuna tal-FEŻ

78.

Għal darb’oħra, ifakkar li l-governanza tajba, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma prekundizzjonijiet inevitabbli għall-effikaċja tal-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, il-konformità mat-trattati internazzjonali u l-ftehimiet bilaterali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi benefiċjarji meta tapprova l-għajnuna finanzjarja; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aktar strett tal-klawżola inkluża fil-ftehimiet finanzjarji mal-pajjiżi sħab li tippermetti lill-Kummissjoni tissospendi jew ittemm il-ftehim f’każ ta’ ksur ta’ obbligu relatat mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt;

79.

Jinsab imħasseb dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni ta’ rakkomandazzjoni tal-Parlament biex fir-rapport annwali tal-attività li jmiss jiġu inklużi valutazzjoni u evalwazzjoni strutturati tal-għajnuna u rapportar dwar ir-riżultati u l-impatt tal-attivitajiet tal-FEŻ; jinnota li l-Kummissjoni tqis li l-impatt tal-attivitajiet tal-FEŻ diġà ġie vvalutat permezz tal-produzzjoni u t-trażmissjoni lill-Parlament tar-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament ta’ azzjonijiet esterni, iżda jfakkar fil-fatt li l-parti 1 tar-rapport annwali tal-attività tad-DĠ INTPA ma tagħmilx distinzjoni bejn l-attivitajiet tal-baġit ġenerali u tal-FEŻ, u b’hekk tagħmilha diffiċli li tiġi evalwata d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-FEŻ kisbu riżultati sinifikanti fl-indirizzar tat-tnaqqis tal-faqar; iqis li, sabiex ikun jista’ jimplimenta r-rwol tiegħu bħala awtorità ta’ kwittanza, il-Parlament jeħtieġ id-data utli kollha possibbli biex jevalwa l-FEŻ u l-impatt tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-pożizzjoni tagħha u twieġeb b’mod pożittiv għat-talba speċifika tal-Parlament;

80.

Jirrikonoxxi li l-FEŻ jiffokaw l-aktar fuq il-pajjiżi Afrikani kontinentali u jqis li l-pajjiżi insulari, xi wħud mill-pajjiżi AKP u, b’mod partikolari, l-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw ma għandhomx jiġu mwarrba b f’termini ta’ objettivi u proġetti politiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura aktar sinerġiji u koerenza akbar mal-politiki interni u orizzontali tal-Unjoni relatati mal-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, mal-pajjiżi u mat-territorji ultraperiferiċi tal-Unjoni u mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni;

81.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament ikun ta’ benefiċċju għall-PTEE kollha b’mod ġust u ekwu; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-amministrazzjonijiet tal-PTEE fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FEŻ, b’mod partikolari permezz ta’ taħriġ u assistenza teknika;

82.

Jinnota li bil-mekkaniżmu l-ġdid ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-NDICI-Ewropa Globali, l-għażliet ta’ finanzjament preċedenti kollha huma kkonsolidati fi strument wieħed u f’parti mill-baġit annwali tal-Unjoni u l-perjodu tal-QFP ta’ bejn l-2021 u l-2027; ifakkar fil-fatt li l-integrazzjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-Unjoni kienet talba li ilu jagħmel il-Parlament u li l-prinċipji baġitarji, b’mod partikolari dawk tal-unità u tal-annwalità tal-baġit, ġew imsaħħa; jinnota li bħalissa l-NDICI-Ewropa Globali huwa l-istrument finanzjarju ewlieni għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, b’allokazzjoni globali ta’ EUR 79,5 biljun (fi prezzijiet kurrenti) għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027; jinnota li l-NDICI-Ewropa Globali jissimplifika l-finanzjament estern tal-Unjoni u jkopri l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi kollha, bl-eċċezzjoni ta’ pajjiżi marbuta mal-fażi ta’ qabel l-adeżjoni tal-Unjoni (fil-Balkani tal-Punent) u mat-Turkija; jinnota, barra minn hekk, li l-infiq fuq l-iżvilupp għalhekk se jkun kopert bis-sħiħ ukoll mill-iskrutinju demokratiku tal-Parlament; jilqa’ wkoll il-fatt li skont l-NDICI-Ewropa Globali, il-PTEE se jibbenefikaw minn żieda fil-fondi fi ħdan il-baġit tal-Unjoni;

83.

Jinnota li l-Kummissjoni hija impenjata li ttejjeb il-koerenza tal-politika bejn l-azzjoni interna u esterna; jenfasizza l-ħtieġa ta’ koerenza aktar b’saħħitha tal-azzjoni tal-Unjoni fir-reġjun tal-AKP, filwaqt li jiżgura li tingħata prijorità lill-objettivi ta’ żvilupp u li l-politiki mmirati lejn il-PTEE jkunu marbuta mal-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntieri tagħhom u allinjati mal-prijoritajiet tal-Unjoni;

84.

Jinnota li 73,3 % tal-kuntratti mal-Istati Membri ġew iffirmati ma’ aġenziji nazzjonali tal-iżvilupp ta’ żewġ Stati Membri biss (jiġifieri minn Franza u l-Ġermanja) ma’ Agence française de développement li tirrappreżenta 67 % tal-kuntratti ffirmati ma’ aġenziji Franċiżi, u Gesellschaft für Internationale Zusammenarbeit li tirrappreżenta 72 % tal-kuntratti ffirmati ma’ aġenziji Ġermaniżi; filwaqt li jirrikonoxxi l-għarfien espert tagħhom, iqis li huma meħtieġa aktar sforzi għall-promozzjoni tal-viżjoni ta’ aktar aġenziji nazzjonali għall-iżvilupp; jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni f’dak ir-rigward, inkluża t-tħejjija ta’ studju biex tinftiehem is-saħħa ta’ kull sieħeb fl-Istati Membri sabiex jiġi evalwat kif dawn jistgħu jikkontribwixxu aħjar fil-futur; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza ir-rapport ta’ dak l-istudju malli jkun disponibbli;

85.

Ifakkar li r-rapporti tal-midja enfasizzaw li l-flus assenjati taħt il-FEŻ, li ntużaw għal proġetti ta’ infrastruttura pubblika fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tħallsu lil kumpanija li hija marbuta ma’ finanzjatur magħruf sew tal-Hezbollah; jinnota li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni dwar l-allegati rabtiet bejn dik il-kumpanija u l-finanzjatur fil-mument tal-għoti ta’ dawk il-kuntratti u li, bl-eċċezzjoni ta’ wieħed, il-kuntratti kollha ġew konklużi b’mod sodisfaċenti; ifakkar, madankollu, fl-impenn tal-Unjoni għal tolleranza żero għal suspett ta’ frodi, korruzzjoni, u finanzjament ta’ attivitajiet marbuta mat-terroriżmu u l-obbligu li jiġi evitat li l-finanzjament Ewropew jibbenefika indirettament minn attivitajiet kriminali u terroristiċi; jitlob li l-Kummissjoni taġġorna r-regoli tal-akkwist u l-kontrolli post-ante tagħha biex issaħħaħ il-kontrolli tal-preċedenti personali tal-benefiċjarji u l-affiljazzjonijiet tagħhom;

Segwitu għall-kwittanza tal-2019

86.

Jinnota li r-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 ġie ppubblikat kif xieraq f’Lulju 2021; jinnota dispjaċir għad-dewmien fit-trażmissjoni tat-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza iżda jilqa’ l-fatt li, bi tweġiba għall-mistoqsijiet bil-miktub, il-Kummissjoni qablet li tipprovdi kopja bil-quddiem tas-segwitu għall-kwittanza tal-FEŻ; ifakkar fl-importanza li jkun hemm informazzjoni ta’ segwitu dettaljata fi żmien xieraq bħala parti vitali mill-proċedura ta’ kwittanza;

87.

Jiġbed l-attenzjoni għall-kuntest li fih tingħata l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp illum, ikkaratterizzat minn diskrepanza rikorrenti fil-finanzjament, il-pandemija tal-COVID-19, il-kriżi aggravanti fil-klima u l-bijodiversità, iż-żieda bla waqfien fil-bżonnijiet relatati mal-għajnuna umanitarja u n-nuqqas ta’ mezzi biex jiġu indirizzati kif xieraq, ir-riżorsi finanzjarji u tekniċi wisq inadegwati tal-pajjiżi l-inqas żviluppati u ta’ pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw biex iwieġbu għall-isfidi li jiffaċċjaw, il-pass lura fil-progress lejn l-SDGs ewlenin u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), inklużi dawk li jikkonċernaw il-qerda tal-faqar u l-ġuħ, u n-nuqqas globali kontinwu li tiżdied l-azzjoni klimatika għall-ħtieġa urġenti li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi b’perkors kompatibbli mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal inqas minn 1,5 °C kif ukoll li tittejjeb ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima;

88.

Jesprimi diżappunt dwar in-nuqqas kontinwu ta’ azzjoni maġġuri min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni esterna tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (10) tal-Unjoni, li kienet ġiet ordnata mill-Kummissjoni u tlestiet fl-2018; jiddeplora n-nuqqas ta’ trasparenza fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku;

89.

Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ segwitu għal xi wħud mit-talbiet tal-Parlament matul il-proċedura ta’ kwittanza tal-2019 u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi aktar fil-fond tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1).

(2)  https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/annualreports-2020/annualreports-2020_MT.pdf, paragrafu 32.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

(4)  https://ec.europa.eu/info/system/files/annual-activity-report-2020-international-partnerships-annexes_en.pdf, pp. 446-447.

(5)  https://ec.europa.eu/international-partnerships/system/files/budget-support-guidelines-2017_en.pdf

(6)  COVID-19 Vaccine Market Dashboard, Unicef Supply Division, https://www.unicef.org/supply/covid-19-vaccine-market-dashboard

(7)  Ara l-Artikoli 43, 48-50 u 58 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17); Fl-2012, ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-QEA (l-Artikolu 134 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1)) stabbilixxa r-regoli għall-awditjar ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-QEA.

(8)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni dwar il-Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija (2020/2045(INI))

(9)  https://ec.europa.eu/info/system/files/annual-activity-report-2020-international-partnerships-annexes_en.pdf, p. 731.

(10)  https://ec.europa.eu/international-partnerships/system/files/pcd-main-report_en.pdf


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/181


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1715 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 379 — C9-0310/2021)),

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2021) 379),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020 (00553/2022 — C9-0114/2022, 00554/2022 — C9-0115/2022, 00555/2022 — C9-0116/2022, 00556/2022 — C9-0117/2022),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjahom (SWD(2021) 132),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u emendat f’Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u s-26 ta’ Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99, it-tielet inċiż tal-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0124/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.

(2)  ĠU C 438, 28.10.2021, p. 137.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(5)  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(7)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(8)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/183


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1716 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0071/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/184


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1717 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 17 297 383, li jirrappreżenta żieda ta' 7,12 % meta mqabbel mal-2019, filwaqt li r-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni fl-2020 kienet 0,7 %; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi li jikkonċernaw id-dħul huma legali u regolari; billi l-Qorti identifikat ammont totali ta' pagamenti ta' EUR 752 654 li hija qieset bħala irregolari, li jirrappreżenta 3,71 % tal-approprjazzjonijiet totali disponibbli, u dan wassal għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,83 %, li tfisser li l-Aġenzija qabżet l-objettiv ippjanat tagħha ta' 95 %, filwaqt li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,44 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,35 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,09 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet fir-rigward tas-sejba fir-rapport tal-awditjar tagħha għas-sena finanzjarja 2019, li fih il-Qorti kkonkludiet li diversi kuntratti speċifiċi fl-ambitu ta' kuntratt qafas għas-servizzi tal-IT kienu irregolari, minħabba li ma kienet ġiet segwita ebda proċedura ta' akkwist kompetittiva; jinnota, b'mod speċifiku, li ċerti oġġetti u servizzi ordnati ma kinux koperti mil-listi tal-prezzijiet tal-offerti sottomessi għall-kuntratt u li l-Qorti sabet pagamenti li saru fl-2020 għal oġġetti mhux koperti mil-listi tal-prezzijiet fl-ambitu ta' dan il-kuntratt qafas li jammontaw għal EUR 752 654 (3,71 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament totali disponibbli fl-2020); jinnota wkoll li l-Qorti tirrikonoxxi li l-Aġenzija, wara l-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward is-sena finanzjarja 2019, ħejjiet pjan ta' azzjoni u li l-implimentazzjoni tiegħu hija mmonitorjata b'mod regolari mill-maniġment tal-Aġenzija;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Aġenzija qed tkompli tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħha; jinnota li, għal kull kompitu tal-Aġenzija, jingħata livell ta' prijorità (kritiku, importanti, eċċ.), jiġu stabbiliti objettivi fil-pjan ta' ħidma annwali u jiġu stabbiliti indikaturi tal-prestazzjoni; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tirrapporta li, minkejja l-pandemija tal-COVID-19, l-objettivi tal-programm ta' ħidma għall-2020 fil-biċċa l-kbira ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta' xi għanijiet relatati mar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li ntlaħqu f'livell minuri minħabba restrizzjonijiet fir-rigward tar-riżorsi umani;

Politika dwar il-persunal

4.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kienet implimentata kompletament, bil-ħatra ta' 71 aġent temporanju minn total ta' 71 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 67 post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 ħadmu għall-Aġenzija 30 aġent kuntrattwali u 4 esperti nazzjonali sekondati, li għalihom kien hemm awtorizzati rispettivament 33 post tax-xogħol u 4 postijiet tax-xogħol;

5.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġment superjuri tal-Aġenzija, jiġifieri mara waħda (16,7 %) u ħames irġiel (83,3 %) fil-maniġment superjuri tagħha; jinnota li d-distribuzzjoni tal-ġeneri fost il-persunal b'mod ġenerali hija ta' 68 raġel (67,3 %) u 33 mara (32,7 %) u jħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tikseb bilanċ bejn il-ġeneri; jinnota li l-bord tal-amministrazzjoni tal-Aġenzija huwa magħmul minn erbat irġiel (44,4 %) u ħames nisa (55,6 %); itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jaħtru l-membri tagħhom fil-bord tal-amministrazzjoni tal-Aġenzija;

6.

Jilqa' l-isforzi li saru fil-politika tal-persunal biex jiġu mħeġġa t-telexogħol u ħajja sana u jkompli jinkoraġġixxi lill-Aġenzija ssegwi l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida u l-iżvilupp tal-karriera tul il-ħajja, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

7.

Jinnota li l-Aġenzija ġiet organizzata mill-ġdid wara l-wasla tad-Direttur il-ġdid tal-Aġenzija, bl-għan li jiżdiedu s-sinerġiji fl-Aġenzija billi jinħolqu raggruppamenti (eċċellenza tad-data, servizz legali) u billi tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn id-dipartiment tas-sorveljanza u l-kondotta tas-suq u t-timijiet ta' monitoraġġ tas-suq fid-dipartimenti tal-elettriku u tal-gass;

8.

Jinnota li l-Aġenzija għandha bżonn aktar persunal u riżorsi, primarjament għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha relatati mal-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u għall-monitoraġġ taż-żieda bla preċedent tat-tranżazzjonijiet fis-suq tal-enerġija;

9.

Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-Aġenzija, iż-żieda fis-setgħat li ngħataw lill-Aġenzija f'dawn l-aħħar snin żiedet ukoll l-għadd ta' appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija, u dan konsegwentement wassal għal żieda drastika fil-ħtieġa ta' appoġġ legali fid-difiża tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrifletti l-ħtieġa ta' appoġġ legali suffiċjenti fl-istruttura tal-organizzazzjoni tagħha u tiżgura li jkollha l-persunal xieraq; jilqa', f'dan ir-rigward, it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet fil-forma ta' sussidju li jammonta għal EUR 429 000 b'appoġġ għall-ħtieġa bla preċedent tagħha ta' appoġġ legali fid-difiża tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrifletti l-ħtieġa potenzjalment kontinwa li jingħata appoġġ legali fil-proċedura għal baġits futuri tal-Aġenzija;

Akkwist

10.

Jinnota li, fl-2020, ġew konklużi 185 proċedura ta' akkwist, meta mqabbla ma' 79 fl-2019; jinnota li wara l-implimentazzjoni tas-sejħa għall-offerti elettronika fl-2019, l-Aġenzija implimentat is-sottomissjoni elettronika ta' offerti għall-proċeduri miftuħa kollha fl-2020, filwaqt li kompliet l-implimentazzjoni tal-akkwist elettroniku fl-Aġenzija;

11.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2019; jinnota bi tħassib li, għas-sena finanzjarja 2019, il-Qorti kkonkludiet li diversi kuntratti speċifiċi fl-ambitu ta' kuntratt qafas għas-servizzi tal-IT kienu irregolari, minħabba li ma kienet ġiet segwita ebda proċedura ta' akkwist kompetittiva mill-Aġenzija, u b'mod aktar preċiż, ċerti oġġetti u servizzi ordnati ma kinux koperti mil-listi tal-prezzijiet tal-offerti sottomessi għall-kuntratt; jinnota li l-pagamenti li saru fl-2020 għal oġġetti mhux koperti mil-listi tal-prezzijiet fl-ambitu ta' dan il-kuntratt qafas ammontaw għal EUR 752 654 (3,71 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament totali disponibbli fl-2020); jinnota d-dikjarazzjonijiet tad-direttur tal-Aġenzija fis-seduta ta' smigħ dwar il-kwittanza mal-aġenziji fid-29 ta' Novembru 2021, u t-tweġiba tal-Aġenzija għal mistoqsijiet bil-miktub li s-sejba tal-Qorti kienet relatata ma' użu eċċessiv tal-għażla ta' "oġġetti mhux koperti mil-listi tal-prezzijiet", u li l-Aġenzija ħadet passi biex tipprevjeni li dan iseħħ fil-futur; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-Qorti u lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-kuntratti qafas imsemmija hawn fuq kif ukoll dwar il-passi meħuda;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess u trasparenza

12.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex timplimenta l-politika komprensiva tagħha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u li l-Aġenzija kompliet tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta' interess annwali tal-persunal maniġerjali tagħha, tal-membri u tas-supplenti tal-bord tal-amministrazzjoni, tal-bord ta' regolaturi u tal-bord tal-appell tagħha, kif ukoll tal-presidenti u l-viċi presidenti tal-gruppi ta' ħidma tal-Aġenzija u tal-koordinaturi tat-task forces tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija rrapportat li dawk id-dikjarazzjonijiet ġew rieżaminati f'konformità mal-politika u ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija flimkien mas-CVs tal-persuni inkwistjoni u li l-Aġenzija ma rrapportat ebda każ ta' kunflitt ta' interess potenzjali fl-2020;

Kontroll intern

13.

Jinnota li l-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 fl-2020, irriżulta f'żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u f'erba' rakkomandazzjonijiet importanti li bħalissa qed jiġu implimentati abbażi ta' pjan ta' azzjoni li ġie approvat mill-IAS; jinnota li minn awditi mwettqa qabel, l-awditi fuq "is-sigurtà tal-IT fl-Aġenzija u s-sigurtà tal-informazzjoni fid-dominju REMIT" u "l-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani", fl-2020 ingħalqu tliet rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u erba' rakkomandazzjonijiet importanti, u għad iridu jiġu implimentati erba' rakkomandazzjonijiet importanti; jinnota wkoll li żewġ rakkomandazzjonijiet importanti li ngħalqu qabel mill-Aġenzija, reġgħu nfetħu, wara li l-IAS ikkunsidra li l-isforzi tal-Aġenzija biex timplimentahom kienu insuffiċjenti, iżda reġgħu ngħalqu aktar tard fl-2020; jistieden lill-Aġenzija ma tagħlaqx ir-rakkomandazzjonijiet kmieni wisq u jistieden lill-IAS ikompli l-ħidma ta' segwitu tiegħu fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħluqa biex jiżgura li jiġu implimentati kif maħsub;

14.

Jinnota li fl-2020 twettqet valutazzjoni tar-riskju, li rriżultat fi pjan ta' awditjar strateġiku ġdid tal-IAS għall-Aġenzija għall-perjodu mill-2021 sal-2023; jistieden kemm lill-IAS kif ukoll lill-Aġenzija jimmonitorjaw ir-riskji identifikati u jieħdu azzjonijiet ta' mitigazzjoni xierqa, kif ukoll jivvalutaw il-miżuri meħuda billi jwettqu awditi dwar ir-riskji identifikati;

15.

Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija fir-rapport annwali tagħha, li d-delegi u s-sottodelegi tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 ġew iffirmati f'Novembru 2019 mid-direttur li kien se jispiċċa mill-kariga tiegħu u ma ġewx revokati mid-direttur li kien se jassumi l-kariga ġdida, u baqgħu validi bħala tali, u li ġew ikkonfermati mill-ġdid mid-direttur tal-Aġenzija f'Diċembru 2020; jinnota, madankollu, is-sejba tal-Qorti li d-direttur attwali beda jokkupa l-kariga fl-1 ta' Jannar 2020 u li, fit-18 ta' Diċembru 2020, huwa ħareġ b'mod retroattiv konferma tad-delegi ta' żewġ membri tal-persunal, li jfisser li għal kważi sena, il-membri tal-persunal inkwistjoni awtorizzaw operazzjonijiet ibbażati fuq id-delegi maħruġa mid-direttur preċedenti; jinnota bi tħassib il-konklużjoni tal-Qorti li dan jikkostitwixxi dgħufija importanti fil-kontroll intern, u b'mod partikolari huwa mħasseb li din id-dgħufija ma ġietx identifikata mill-Aġenzija nnifisha; jistieden lill-Aġenzija tivvaluta kif xieraq il-qafas ta' kontroll intern tagħha, f'konformità mal-gwida pprovduta mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni Ewropea;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

16.

Jinnota li l-Aġenzija, wara miżuri biex tillimita t-tixrid tal-COVID-19, għamlet rikors għat-telexogħol bħala l-modalità operattiva normali tagħha; jinnota li l-Aġenzija, f'konformità mal-pjan ta' kontinwità tal-operat tagħha, stabbiliet grupp ta' ġestjoni tal-kontinwità li kien jinkludi membri tal-maniġment superjuri u membri magħżula tal-persunal, li ħadu deċiżjonijiet u pprovdew gwida lill-persunal tal-Aġenzija dwar l-arranġamenti ta' ħidma, il-miżuri ta' sikurezza relatati, kif ukoll kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-riżorsi umani u t-teknoloġija tal-informazzjoni; jinnota li l-grupp ta' ġestjoni tal-kontinwità informa wkoll b'mod regolari lill-membri tal-persunal dwar il-miżuri stabbiliti fis-Slovenja, li mhux dejjem kienu disponibbli faċilment bl-Ingliż;

17.

Jinnota d-diffikultajiet li qed tiffaċċja l-Aġenzija fl-applikazzjoni ta' reġim tat-telexogħol u fl-immaniġġjar ta' ammont dejjem akbar ta' data kunfidenzjali għall-mandat superviżorju tal-Aġenzija, minn aktar minn 3 miljun rekord miġbura fl-2019, għal medja ta' aktar minn 6,8 miljun rekord ta' tranżazzjonijiet u ordnijiet biex isir negozju kuljum fl-2020; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat, waqt li fl-istess ħin tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà tad-data u tal-kunfidenzjalità;

18.

Jinnota li l-Aġenzija rrapportat iffrankar sinifikanti fl-ambitu tal-approprjazzjonijiet allokati għall-missjonijiet u l-eventi; jistieden lill-Aġenzija żżomm (parti minn) dak l-iffrankar fl-era ta' wara l-lockdown u tirrifletti mod ġdid ta' ħidma remota aktar ekonomika fil-proċeduri operattivi tagħha;

Kummenti oħra

19.

Jinnota li l-Aġenzija stabbiliet politika dwar is-sigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni, minbarra sett ta' regoli għall-użu ta' mezzi tal-IT maħruġa mit-tim tal-IT, li jimplimenta l-politika dwar is-sigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni u bi qbil mal-uffiċċju tas-sigurtà;

20.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-iżvilupp tal-politika tagħha dwar iċ-ċibersigurtà u tinforma lill-awtorità dwar it-tlestija tagħha;

21.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 245.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/188


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1718 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0071/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0097/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/189


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1719 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0072/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0123/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/190


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1720 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0123/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-"Uffiċċju tal-BEREC") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 7 233 653, li jirrappreżenta żieda ta' 27,96 % meta mqabbel mal-2019, li prinċipalment jirrappreżenta żieda fl-infiq għall-persunal u fl-infiq operattiv; billi r-rata tal-inflazzjoni kienet ta' 0,7 % fl-Unjoni fl-2020; billi l-baġit tal-Uffiċċju tal-BEREC huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni u mill-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-BEREC huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,07 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,86 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 61,14 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 20,85 % meta mqabbla mal-2019;

Prestazzjoni

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju tal-BEREC juża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu u miżuri oħra biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu, bħar-rispons f'waqtu tal-Uffiċċju tal-BEREC għat-talbiet tal-utenti, l-għadd ta' politiki dwar il-protezzjoni tad-data fis-seħħ meta mqabbel mal-għadd ta' operazzjonijiet ta' pproċessar identifikati, u t-tnaqqis għal minimu tas-sigħat ta' indisponibbiltà kontinwa tas-sistemi tiegħu;

3.

Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju tal-BEREC sab sinerġiji ma' aġenziji oħra f'oqsma komuni u attwalment jikkoopera fl-iżvilupp ta' sit web korporattiv ġdid mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u fl-użu tal-infrastruttura tal-IT u tal-pjattaformi online mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; jinnota wkoll li l-Uffiċċju tal-BEREC juża sal-massimu possibbli s-servizzi offruti mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni, li jikkonċernaw is-sistemi ta' kontroll intern; jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

4.

Jinnota, fir-rigward tal-azzjonijiet ta' segwitu għall-osservazzjonijiet fil-kwittanza għall-2019 tal-awtorità ta' kwittanza, li fl-2021 l-Uffiċċju tal-BEREC ħoloq post ta' uffiċjal tas-sigurtà lokali fil-limiti tal-postijiet ta' aġenti temporanji eżistenti tiegħu, u rrekluta koordinatur tal-kontroll intern interim għal sitt xhur; jirrikonoxxi li dawk is-soluzzjonijiet ma jikkostitwixxux soluzzjonijiet sostenibbli għall-kwistjonijiet tal-Uffiċċju tal-BEREC relatati mal-persunal;

Politika dwar il-persunal

5.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal ġiet implimentata fil-livell ta' 87,50 %, u nħatru 14-il aġent temporanju minn 16-il aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 16-il post awtorizzat fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 22 aġent kuntrattwali u disgħa esperti nazzjonali sekondati kienu jaħdmu għall-Uffiċċju tal-BEREC fl-2020;

6.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri u intermedju tal-Uffiċċju tal-BEREC, fejn tlieta minn kull erbgħa huma rġiel (75 %), u fil-bord maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC, fejn 23 minn 29 huma rġiel (79,31 %); jinnota bilanċ bejn il-ġeneri aħjar fost il-persunal kumplessiv tal-Uffiċċju tal-BEREC, fejn 24 minn 42 huma rġiel (57,14 %); itenni l-istedina tiegħu lill-Uffiċċju tal-BEREC biex jieħu miżuri biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri malajr kemm jista' jkun; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord maniġerjali tal-Aġenzija tal-BEREC;

7.

Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-bord maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC, peress li minħabba f'hekk it-teħid ta' deċiżjonijiet isir diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

8.

Jinnota, mill-azzjonijiet ta' segwitu tal-Uffiċċju tal-BEREC għall-osservazzjonijiet fil-kwittanza għall-2019 tal-awtorità ta' kwittanza, li l-Uffiċċju tal-BEREC għadu dipendenti mir-riżorsi esterni, u minn kumpanija waħda b'mod partikolari, għal diversi tipi ta' servizzi (bħall-appoġġ klerikali u segretarjali, l-organizzazzjoni tal-avvenimenti u l-benesseri u l-integrazzjoni tal-persunal), u li dan joħloq riskju għall-kontinwità tal-operat;

9.

Jinnota, mill-azzjonijiet ta' segwitu tal-Uffiċċju tal-BEREC għall-osservazzjonijiet tal-kwittanza għall-2019 tal-awtorità ta' kwittanza, li l-Uffiċċju tal-BEREC qed isibha diffiċli biex jattira u jżomm il-professjonisti; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju tal-BEREC qed jaħdem kontinwament biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjieg għall-persunal tiegħu u japplika miżuri oħra ta' mitigazzjoni, u jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward;

10.

Jilqa' l-isforzi li saru fil-politika dwar il-persunal biex jiġu promossi t-telexogħol u stil ta' ħajja favur is-saħħa u jkompli jħeġġeġ lill-Uffiċċju tal-BEREC isegwi l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

11.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li l-Uffiċċju tal-BEREC iffirma kuntratt qafas ma' kumpanija waħda għall-forniment ta' servizzi ta' appoġġ segretarjali, li ma kienx f'konformità mar-regoli soċjali u tal-impjieg tal-Unjoni, u dan espona lill-Uffiċċju tal-BEREC għal riskji legali u reputazzjonali; jinnota li, fir-rigward tax-xogħol temporanju, hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jinnota wkoll li l-Qorti se toqgħod lura milli tagħmel kwalunkwe osservazzjoni dwar ir-regolarità tal-approċċ tal-Uffiċċju tal-BEREC rigward din il-kwistjoni sa ma l-Qorti tal-Ġustizzja tkun ħarġet deċiżjoni finali f'dik il-kawża;

12.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Uffiċċju tal-BEREC lesta proċedura ta' akkwist u ffirma kuntratt qabel ma evalwa l-offerti kollha li kien irċieva; jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC qiegħed f'post żbaljat offerta minnhom ippreżentata minn persuna li ddikjarat kunflitt ta' interess potenzjali, u ma evalwax dik l-offerta; jinnota li r-rapport ta' evalwazzjoni għal din il-proċedura ma spjegax kif l-Uffiċċju tal-BEREC kien ikkonkluda jekk l-offerti li rċieva kinux konformi mal-kriterji ta' eliġibbiltà jew le; jinnota li, f'dan ir-rigward, il-Qorti kkunsidrat il-kuntratt bħala irregolari; jinnota mir-risposta tal-Uffiċċju tal-BEREC għall-osservazzjonijiet dwar il-kwittanza għall-2019 li l-proċedura tal-akkwist inkwistjoni seħħet meta l-Uffiċċju tal-BEREC uża l-mudell deċentralizzat tal-akkwist, filwaqt li mill-1 ta' Lulju 2019 ġiet stabbilita proċedura ċentralizzata tal-akkwist; jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi rigward dan is-suġġett;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.

Jinnota l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Uffiċċju tal-BEREC biex jiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jirrikonoxxi li s-CVs tal-biċċa l-kbira tal-membri tal-bord huma ppubblikati fuq is-sit web tiegħu u li l-Uffiċċju tal-BEREC qed jagħmel progress fil-prattiki tal-ġbir tas-CVs; jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC jibgħat tfakkiriet lill-membri u lill-parteċipanti individwali li jkunu għadhom ma ppreżentawx id-dokumenti tagħhom u talbiet għal dokumenti lill-Membri kollha li jkunu nħatru ġodda, sabiex jinġabru s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord; jinnota li l-Uffiċċju tal-BEREC ifakkar ukoll lill-Membri tiegħu dwar l-obbligi li jippubblikaw is-CVs u d-dikjarazzjonijiet matul il-laqgħat plenarji;

Kontroll intern

14.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa fl-Uffiċċju tal-BEREC sabiex jistabbilixxi l-pjan strateġiku ta' awditjar intern tiegħu għall-perjodu kontinwu 2021-2023; jinnota li l-IAS ma identifikax riskji kritiċi; jinnota wkoll li, fi tmiem l-2020, l-IAS għalaq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tiegħu għall-awditi tal-Uffiċċju tal-BEREC tas-snin preċedenti;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

15.

Jinnota li minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-Uffiċċju tal-BEREC ikkanċella l-biċċa l-kbira tal-avvenimenti fiżiċi ppjanati u minflok organizzahom b'suċċess permezz ta' vidjokonferenzi; jinnota li, b'riżultat ta' dan, l-Uffiċċju tal-BEREC ma kellux għalfejn ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tar-rappreżentanti tiegħu, u li dan irriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż tiegħu u fi prestazzjoni ambjentali aħjar;

16.

Jinnota li minħabba l-COVID-19, l-Uffiċċju tal-BEREC ħa passi biex isaħħaħ is-servizzi tal-IT tiegħu biex jissodisfa aħjar il-ħtieġa akbar għal kollaborazzjoni virtwali bl-ikkompletar tal-iżvilupp u tat-twettiq ta' pjattaforma ġdida ta' videostreaming u reġistrazzjoni, b'kapaċitajiet konjittivi (traduzzjonijiet u didaskaliji għal avvenimenti diġitali live u rreġistrati), bix-xiri ta' hardware tal-infrastruttura essenzjali (servers) u bit-titjib fil-kwalità tal-faċilitajiet u tas-servizzi ta' vidjokonferenza fil-faċilitajiet disponibbli fl-Uffiċċju tal-BEREC fi Brussell;

Kummenti oħra

17.

Jirrimarka li l-Uffiċċju tal-BEREC qed jiżviluppa sit web ġdid biex jiżgura l-aċċess għall-persuni b'diżabilità; jinnota li l-proġett huwa mistenni li jopera bejn l-2021 u l-2023; jinnota wkoll li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi se jinkludu r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, u l-gruppi rilevanti se jkunu involuti fil-proġett, biex jiġi żgurat livell għoli ta' aċċessibbiltà; jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

18.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC f'termini ta' operat u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Uffiċċju tal-BEREC ikompli jkun proattiv f'dan ir-rigward sabiex, akkost ta' kollox, jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC iħaffef l-iżvilupp tal-politika tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-ikkompletar tagħha;

19.

Jistieden lill-Uffiċċju tal-BEREC jiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu fost il-pubbliku; jinnota li l-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju tal-BEREC huma riflessi fid-dokumenti uniċi ta' programmazzjoni tiegħu; jinnota li d-dispożizzjoni dwar il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-Uffiċċju tal-BEREC hija inkluża fil-ftehim il-ġdid dwar il-kwartieri ġenerali, li jipprevedi l-ippjanar ta' attivitajiet konkreti u kooperazzjoni ħafna aktar mill-qrib bejn l-Uffiċċju tal-BEREC u l-Istat Membru ospitanti (il-Latvja) fis-snin li ġejjin;

20.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 174.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/193


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1721 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0072/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0123/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) għas-sena finanzjarja 2020,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/194


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1722 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li tiċċertifika (2) l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0073/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (4), , u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0095/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/196


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1723 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0095/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 46 804 684, li jirrappreżenta żieda ta' 2,30 % meta mqabbel mal-2019, billi 88,74 % tal-baġit taċ-Ċentru jiġi minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 89,99 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 3,05 % meta mqabbla ma' dik tal-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,36 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,75 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li l-kriżi tal-COVID-19 irriżultat f'inċertezza sinifikanti għad-dħul taċ-Ċentru minħabba li l-previżjonijiet baġitarji tal-klijenti segwew xejra mhux lineari; jinnota b'apprezzament li ċ-Ċentru, minkejja dik l-inċertezza, kien kapaċi jibbilanċja l-baġit tiegħu tal-2020;

2.

Jilqa' r-rapport taċ-Ċentru li kien hemm implimentazzjoni kważi kompleta (98 %) tal-Pjan ta' Trasformazzjoni 2019-2020 tiegħu, li ġie żviluppat abbażi ta' rakkomandazzjonijiet wara studju estern intitolat "Study on the Translation Centre as the Shared Linguistic Service Provider for the EU Agencies and Bodies" (Studju dwar iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bħala l-Fornitur ta' Servizzi Lingwistiċi Kondiviżi għall-Aġenziji u l-Korpi tal-UE);

Prestazzjoni

3.

Jissottolinja li ċ-Ċentru, li ċċelebra l-25 anniversarju tiegħu fl-2020, jagħti kontribut kruċjali biex jitħares il-prinċipju ewlieni tal-multilingwiżmu fl-Unjoni, u b'hekk mhux biss jippermetti l-funzjonament bla xkiel tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni iżda wkoll jagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lill-organizzazzjonijiet tal-Unjoni biex jiksbu aċċess għall-informazzjoni u jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet soċjali, kulturali, ekonomiċi u edukattivi miftuħa għalihom; jifraħ liċ-Ċentru għat-titjib fit-twettiq tal-missjoni tiegħu u jistiednu jżomm il-kontribut tiegħu għall-multilingwiżmu fl-Unjoni;

4.

Jinnota l-konċentrazzjoni taċ-Ċentru fuq l-eżitu dirett assoċjat mal-attivitajiet tiegħu; jinnota l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarji li jipprovdu indikazzjoni tajba tal-prestazzjoni operattiva taċ-Ċentru; jirrikonoxxi li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni strateġiċi jipprovdu perspettiva multidirezzjonali dwar il-prestazzjoni taċ-Ċentru, lil hinn mill-output; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli jimmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fiż-żewġ livelli, l-output dirett tal-attivitajiet u l-prestazzjoni strateġika;

5.

Jilqa' l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru fl-2020 biex jiżgura l-kwalità tat-traduzzjonijiet prodotti mill-fornituri tas-servizzi lingwistiċi esterni tiegħu, kif ukoll il-miżuri stretti meħuda kontra diversi kuntratturi li d-dokumenti tagħhom ripetutament tqiesu mhux sodisfaċenti; jilqa', f'dak ir-rigward, il-varar, għall-aħħar ta' Awwissu 2020, ta' sistema ta' feedback tal-klijenti kompletament riveduta, fejn l-attenzjoni tmexxiet mill-kejl tas-sodisfazzjon tal-klijenti permezz ta' formoli ta' sodisfazzjon għall-forniment ta' verżjonijiet aġġornati; jistieden liċ-Ċentru jaġġorna u jaġġusta kontinwament dik is-sistema abbażi tal-feedback riċevut;

6.

Jinnota li b'635 269 paġna, l-għadd ta' paġni ta' dokumenti tradotti, modifikati, editjati u riveduti kien relattivament stabbli meta mqabbel mal-2019 (639 525 paġna), prinċipalment bħala riżultat ta' tnaqqis fl-għadd ta' paġni ta' trademarks tal-UE tradotti għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (tnaqqis ta' 47 928 paġna, jew 13.8 %, meta mqabbel mal-2019) u ta' żieda fl-għadd ta' paġni ta' dokumenti għajr trademarks tal-UE (żieda ta' 43 672 paġna, jew 15 %, meta mqabbel mal-2019);

7.

Ifaħħar liċ-Ċentru talli espanda l-portafoll tal-klijenti tiegħu, li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew issieħeb miegħu f'Novembru 2020;

8.

Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru żviluppa servizzi lingwistiċi u metodi ta' ħidma ġodda għall-klijenti tiegħu, bħat-traduzzjoni awtomatika, it-traduzzjoni awtomatika personalizzata, it-traskrizzjoni b'intervent uman u mingħajru u s-sottotitoli ottimizzati;

9.

Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2020 iċ-Ċentru beda juża l-għodda tar-reklutaġġ elettroniku "Systal" u li ċ-Ċentru pparteċipa f'żewġ proċeduri tal-għażla konġunti mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li ppermettew li r-riżorsi jiġu kondiviżi u li jiġu investiti sforzi fl-istabbiliment ta' listi ta' riżerva għal profili amministrattivi orizzontali;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta' 95,85 %, u li kienu nħatru 47 uffiċjal u 138 aġent temporanju minn 52 uffiċjal u 141 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-193 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 22 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2020 (in-numru ta' postijiet tax-xogħol awtorizzati kien ta' 28);

11.

Jinnota l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Pjan ta' Trasformazzjoni taċ-Ċentru 2019-2020 u d-Dokument ta' Varar tal-Programm, li twettaq biex isiru bidliet fl-istruttura taċ-Ċentru; jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jsaħħaħ l-investiment tiegħu fit-taħriġ tal-persunal;

12.

Jinnota, fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi, li fl-2020 100 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri kienu okkupati minn irġiel, u membru tal-persunal wieħed biss kien irrappurtat li kien f'pożizzjoni ta' maniġment superjuri, u l-bord tal-maniġment kien magħmul minn 53 % irġiel u 47 % nisa; jinnota li hemm sottorappreżentanza tal-irġiel fil-persunal ġenerali taċ-Ċentru (37 % irġiel u 63 % nisa); jitlob liċ-Ċentru jaħdem favur bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal;

13.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jkompli bit-trasformazzjoni ambizzjuża tiegħu relatata mad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali biex iwieġeb għall-ħtiġijiet ta' komunikazzjoni multilingwi tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, li qed jiffaċċjaw volum għoli ta' kontenut varjat u speċjalizzat li għandu jiġi tradott b'riżorsi baġitarji limitati; fl-istess ħin, jirrimarka li b'mod ġenerali hemm ir-riskju li l-pandemija tal-COVID-19 ikollha impatt negattiv, b'mod partikolari, fuq il-persunal kuntrattwali u jitlob li jinstabu modi kif jittaffew u jiġu pprevenuti sitwazzjonijiet prekarji f'dak ir-rigward;

14.

Jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jaħdem fuq l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità;

Akkwist

15.

Jinnota li l-implimentazzjoni tas-sejħa għall-offerti elettronika u tas-sottomissjoni elettronika tal-offerti, biex jikkomplementaw l-introduzzjoni tal-fatturazzjoni elettronika, ġiet posposta minħabba l-kriżi tal-COVID-19; jistieden liċ-Ċentru jimplimenta s-sejħa għall-offerti elettronika u s-sottomissjoni elettronika tal-offerti; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru, wara l-kriżi tal-COVID-19, talab lill-fornituri tas-servizzi lingwistiċi tiegħu jibagħtu l-fatturi kollha tagħhom f'format elettroniku; jilqa' l-fatt li fl-2021 iċ-Ċentru adotta bis-sħiħ il-proċeduri tal-akkwist elettroniku u adotta għall-ewwel darba s-sottomissjoni elettronika;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess u trasparenza

16.

Jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru jippubblika biss id-dikjarazzjonijiet ta' interessi fuq is-sit web tiegħu u li ma jippubblikax is-CVs tal-bord tal-maniġment tiegħu fuq is-sit web tiegħu minħabba d-daqs tal-bord tal-maniġment (madwar 130 membru u sostitut); jenfasizza l-fatt li aġenziji oħra jippubblikaw is-CVs tal-membri tal-bordijiet tal-maniġment rispettivi tagħhom, anke meta dawk il-bordijiet tal-maniġment ikollhom aktar membri minn dak taċ-Ċentru; itenni l-istedina tiegħu liċ-Ċentru biex jippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-bord tal-maniġment u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dak ir-rigward; jinnota li s-CV u d-dikjarazzjoni ta' interessi tad-direttur ġew ippubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru;

Kontroll intern

17.

Jinnota l-valutazzjoni tas-sistema ta' kontroll intern taċ-Ċentru u l-kunsiderazzjoni tal-maniġment taċ-Ċentru li r-rieżamijiet tal-monitoraġġ ma wrew l-ebda każ ta' kontrolli inadegwati jew ineffettivi li jesponu liċ-Ċentru għal riskji ewlenin u jilqa' l-fatt li r-rieżamijiet twettqu abbażi tas-17-il prinċipju li jappartjenu lill-ħames komponenti tal-qafas ta' kontroll intern il-ġdid taċ-Ċentru; jilqa' l-konklużjoni taċ-Ċentru li s-sistemi ta' kontroll tiegħu huma għalkollox effettivi b'mod ġenerali, filwaqt li hemm il-ħtieġa li jsiru xi titjibiet biex tkompli tiżdied ir-reżiljenza taċ-Ċentru;

18.

Jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi taċ-Ċentru tmur lura għall-2016 u li l-pjan ta' azzjoni kontra l-frodi 2019-2020 ġie implimentat bis-sħiħ, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kontra l-frodi sar permezz tal-inklużjoni tagħhom fil-programm ta' ħidma annwali taċ-Ċentru; jilqa', b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-lista bi bnadar ħomor għall-IT u jistieden liċ-Ċentru jaqsam l-esperjenza tiegħu f'dak ir-rigward ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni li għandhom ambjent tal-IT komparabbli; jistieden liċ-Ċentru jikkunsidra li jaġġorna l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju ta' frodi sabiex jiżgura li l-isforzi taċ-Ċentru kontra l-frodi jkunu għadhom immirati lejn riskji ta' frodi l-aktar pertinenti;

Rispons għall-COVID-19 u l-kontinwità tal-operat

19.

Jinnota li ċ-Ċentru, b'reazzjoni għar-restrizzjonijiet tal-COVID-19, għamel il-proċeduri amministrattivi kważi kollha mingħajr karti fl-ewwel ġimagħtejn tal-kriżi u li l-introduzzjoni ta' diversi għodod tal-komunikazzjoni u sistemi tal-vidjokonferenzi ġiet aċċellerata ħafna, filwaqt li ġie stabbilit ambjent tat-telexogħol għall-persunal kollu fl-ewwel ftit jiem, li għamel possibbli 98 % tal-funzjonijiet taċ-Ċentru;

Kummenti oħra

20.

Jilqa' l-iffirmar ta' kuntratt ta' qafas interistituzzjonali miċ-Ċentru għax-xiri tal-elettriku minn sors ekoloġiku;

21.

Jiddispjaċih li wħud mir-regolamenti fundaturi ta' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni ma jirrikjedulhomx li jużaw is-servizzi taċ-Ċentru; ifakkar li ċ-Ċentru, abbażi tar-regolamenti fundaturi tiegħu, iwieġeb għall-ħtiġijiet ta' servizzi lingwistiċi tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

22.

Jiddeplora l-għadd kbir ta' membri fuq il-bord, sitwazzjoni li ma tiffaċilitax it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ġestjoni simplifikata;

23.

Jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa s-sinerġiji u jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza, pereżempju fir-rigward tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

24.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f'dawk li huma l-operazzjoni u l-ġestjoni interni u l-importanza li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jkompli jkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

25.

Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru bħalissa qed jistudja l-possibbiltà li jibda l-proċedura għall-kisba ta' ċertifikat ISO 14001 jew EMAS fil-futur qrib, sabiex isaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali tiegħu. f'dak l-ispirtu, jilqa' t-tħejjija min-naħa taċ-Ċentru tar-rieżami ambjentali inizjali tiegħu fl-2020;

26.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 54.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/200


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1724 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li tiċċertifika (2) l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0073/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0095/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/202


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1725 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0074/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0125/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/204


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1726 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0125/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 18 277 890, li meta mqabbel mal-baġit tal-2019 jirrappreżenta żieda ta' 2,30 %; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, li meta mqabbla mal-2019 tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,01 %; jinnota l-fatt li ntlaħqet il-mira għar-rata ta' implimentazzjoni tal-impenji stabbilita għall-2020 fil-programm ta' ħidma taċ-Ċentru (98 %); jinnota b'sodisfazzjon li r-rata ta' approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 93,76 %, li tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 1,36 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru ma applikax il-metodu xieraq għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-Iżlanda u n-Norveġja bl-istess mod bħall-2019; jinnota li l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn is-Cedefop u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jipprevedi li s-sħab ta' kooperazzjoni tal-EFTA jikkontribwixxu f'livell iddeterminat mill-proporzjon tal-PNG tagħhom għall-PNG totali taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u li l-kontribuzzjonijiet tan-Norveġja u l-Iżlanda fil-baġit inizjali ġew ikkalkulati skont il-proporzjon tal-PGD tagħhom (2,27 % għan-Norveġja u 0,14 % għall-Iżlanda) għall-PGD tal-Istati Membri fiż-ŻEE, mhux għall-PNG totali taż-ŻEE; jinnota li, b'riżultat ta' dan, in-Norveġja u l-Iżlanda kkontribwew EUR 8 601 inqas għall-baġit taċ-Ċentru għall-2020 milli kellhom jagħmlu u li l-Unjoni kkontribwiet EUR 8 601 aktar; jinnota li, għalkemm l-approprjazzjonijiet ta' pagament u d-dħul tnaqqsu b'EUR 1 100 000 fl-ewwel emenda għall-baġit 2020, l-ebda parti mit-tnaqqis tal-baġit ma ngħatat lura lin-Norveġja u lill-Iżlanda, u b'hekk ikkontribwew EUR 25 886 iżjed fl-2020. jinnota li l-implimentazzjoni tal-metodu korrett għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għadha għaddejja minkejja r-rakkomandazzjonijiet dwar il-metodu għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet li saru mill-Qorti fl-2019;

3.

Jilqa', madankollu, l-għan taċ-Ċentru li jistabbilixxi metodoloġija trasparenti u faċli li tiġi applikata u azzjoni fil-pront biex tiġi indirizzata wara r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni (DĠ BUDG) permezz tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL), bħala parti mill-"Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Protokoll 31";

4.

Jilqa' l-fatt li, bl-eċċezzjoni ta' azzjoni waħda li għaddejja bħalissa relatata mal-metodu għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet stabbilit fid-Dikjarazzjoni dwar il-kooperazzjoni Cedefop-EFTA, iċ-Ċentru lesta l-azzjonijiet l-oħra kollha li ttieħdu bi tweġiba għall-osservazzjonijiet tal-Qorti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji 2018 u 2019;

Prestazzjoni

5.

Jinnota li ċ-Ċentru juża sistema eżemplari ta' kejl tal-prestazzjoni li tinkludi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tiegħu fil-livelli tal-proġetti, tal-attivitajiet u tal-organizzazzjoni kif ukoll miżuri oħra biex tittejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jilqa' l-preżenza tal-indikatur ambjentali "emissjonijiet ta' CO2 (tunnellati)" peress li juri l-impenn taċ-Ċentru fil-kisba tal-objettivi ekoloġiċi u huwa parametru referenzjarju utli biex tiġi traċċata l-evoluzzjoni tal-emissjonijiet ta' wara l-pandemija u l-impronta tas-CO2 taċ-Ċentru;

6.

Ifaħħar liċ-Ċentru għall-kontributi multipli tiegħu għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza tal-Kummissjoni (Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa), l-ewwel rakkomandazzjoni tal-Kunsill li qatt saret dwar l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) u d-dikjarazzjoni ta' Osnabrück;

7.

Jinnota li fl-4 ta' Mejju 2020 ċ-Ċentru ffirma ftehim ġdid dwar il-livell ta' servizz mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) biex jaqsam ir-riżorsi, bħas-servizzi tal-konsulenti kunfidenzjali bejn iż-żewġ aġenziji; jinnota b'interess li fl-2021, iċ-Ċentru u l-ENISA qasmu r-riżorsi wkoll fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data;

8.

Japprezza l-għarfien espert u l-ħidma ta' kwalità għolja taċ-Ċentru, li jipprovdi riċerka, analiżi u konsulenza teknika fil-politiki tal-VET, tal-kwalifiki u tal-ħiliet, bil-għan li jippromwovi taħriġ ta' kwalità għolja mfassal għall-ħtiġijiet tal-individwi u tas-suq tax-xogħol;

9.

Jisħaq fuq l-importanza, l-awtonomija u l-valur miżjud taċ-Ċentru fil-qasam ta' kompetenza tiegħu;

10.

Jilqa', b'mod partikolari, il-ħidma reċenti taċ-Ċentru biex jgħin fl-analiżi tal-impatt tal-pandemija u t-tranżizzjoni diġitali dwar l-adattament tal-prattiki kummerċjali għar-realtajiet il-ġodda fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni permezz ta' pereżempju l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kumpaniji b'rabta mal-COVID-19 flimkien mal-Eurofound;

11.

Ifakkar fl-importanza tar-rwol taċ-Ċentru biex jiżgura li l-ħiliet diġitali jiġu integrati fil-VET fl-Unjoni kollha u biex jissorvelja l-implimentazzjoni u l-impatt tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, għall-VET għall-kompetittivita sostenibbli, il-gustizzja socjali u r-reziljenza kif ukoll għall-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali;

12.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu liċ-Ċentru jkompli jimplimenta l-programm ta' ħidma tiegħu b'rata għolja ħafna ta' tlestija tal-attività;

13.

Jinnota li ċ-Ċentru jagħmel sforz biex itejjeb iċ-ċibersigurtà taċ-Ċentru u l-protezzjoni tad-data personali, speċjalment permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ u ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal;

14.

Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru kiseb u saħansitra qabeż il-pjan ta' ħidma tiegħu u l-miri u r-riżultati stabbiliti fih għall-2020 minkejja l-isfidi kkawżati mill-pandemija;

15.

Jinnota b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni tajba taċ-Ċentru mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u l-Eurofund; jinnota li t-tliet aġenziji għandhom rwol ta' osservatur fil-laqgħat tal-bord tat-tmexxija ta' xulxin; jinnota wkoll li ċ-Ċentru u l-ETF jikkollaboraw ukoll fil-qafas tal-grupp ta' ħidma bejn l-aġenziji mal-OECD, l-ILO, il-UNESCO u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

Politika dwar il-persunal

16.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kienet implimentata bil-perċentwal ta' 97 % (meta mqabbla ma' 95 % fl-2019), jiġifieri nħatru 78 aġent temporanju minn 81 aġent temporanju u ġew awtorizzati 10 uffiċjali skont il-baġit tal-Unjoni; jinnota li 2 ħaddiema interim u 8,5 konsulenti (8 jaħdmu full time u wieħed jaħdem ħalf time) ħadmu fiċ-Ċentru fl-2020, filwaqt li ċ-Ċentru ma użax dawn ir-riżorsi fl-2019;

17.

Jinnota n-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri tal-maniġment superjuri taċ-Ċentru, li huwa magħmul minn 4 irġiel (66,7 %) u 2 nisa (33,3 %); jinnota li fir-rigward tal-persunal tiegħu b'mod ġenerali, il-bilanċ bejn il-ġeneri huwa ta' 57 % nisa u 43 % rġiel;

18.

Iħeġġeġ liċ-Ċentru jagħmel sforzi favur l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità; jilqa' l-approċċ proattiv taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tat-telexogħol matul dawn l-aħħar ftit snin;

19.

Jinnota bi tħassib li l-kwistjonijiet taċ-Ċentru fir-rigward tal-esternalizzazzjoni tas-servizz legali tiegħu enfasizzati mill-awtorità ta' kwittanza u mill-Qorti għadhom ma ġewx solvuti iżda jilqa' d-deċiżjoni taċ-Ċentru li jistabbilixxi mill-ġdid konsulent legali intern fl-2021; jistieden liċ-Ċentru jkompli jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

20.

Jinnota li l-mandat tal-kumitat għas-saħħa u s-sikurezza skada; jilqa' t-tħabbir ta' kumitat għall-benesseri; jitlob li jitwaqqaf kumitat għall-benesseri mill-aktar fis possibbli;

21.

Jiddispjaċih li ħafna membri tal-persunal għandhom diffikultà biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet nazzjonali, bħas-sistema tal-kura tas-saħħa u s-sistema tas-sigurtà soċjali; jappella għal aktar appoġġ għall-membri tal-persunal li jemigraw lejn il-pajjiż fejn tinsab l-aġenzija; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li jkun hemm persuna ta' kollegament li tiżgura, fost affarijiet oħra, il-funzjonament tajjeb tal-kuntatti bejn il-persunal taċ-Ċentru u l-awtoritajiet lokali;

22.

Jistieden lin-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) jistabbilixxi regoli ċari dwar l-affiljazzjoni tal-membri tal-persunal mas-sistema nazzjonali tal-kura tas-saħħa fil-Greċja; jirrakkomanda li dawn jiddikjaraw b'mod espliċitu x'inhu kopert mill-assigurazzjoni tas-saħħa u sa liema data tapplika l-assigurazzjoni tas-saħħa;

Akkwist

23.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru għamel żbalji fil-ġestjoni tal-kuntratti ta' akkwist; jinnota b'mod partikolari s-sejba tal-Qorti li ċ-Ċentru ffirma kuntratt ibbażat fuq proċedura nnegozjata, b'offerta waħda mingħajr ebda riċerka tas-suq dokumentata u li, eventwalment, il-prezz offrut qabeż il-baġit stmat bi 98 %, biex b'hekk il-valur tal-kuntratt qabeż il-limitu li għalih hija permessa proċedura nnegozjata b'offerta waħda skont ir-Regolament Finanzjarju;

24.

Jirrikonoxxi li, biex tiġi indirizzata l-irregolarità osservata mill-Qorti, iċ-Ċentru ħassar dak il-kuntratt wara l-awditu, b'effett mis-26 ta' Frar 2021;

25.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet fil-kwittanza 2019 tal-awtorità ta' kwittanza, li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni u l-metodoloġija tal-akkwist tlestiet;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

26.

Jinnota l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jirrimarka, madankollu, li l-bord tat-tmexxija taċ-Ċentru huwa magħmul minn 94 membru (inklużi osservaturi) u 63 sostitut; jinnota li, fit-28 ta' Ġunju 2021, iċ-Ċentru rrapporta li 93 minn 157 CV huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota n-nuqqas ta' xi dikjarazzjonijiet ta' interess u CVs tal-bord tat-tmexxija u jtenni li l-membri u s-sostituti kollha li jattendu l-laqgħat tal-bord tat-tmexxija, jew li jeżerċitaw id-dritt għall-vot, jeħtiġilhom jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interess; jinnota li s-CVs tal-maniġment superjuri taċ-Ċentru huma ppubblikati, filwaqt li s-CVs tal-esperti esterni u interni mhumiex ippubblikati; jistieden liċ-Ċentru jiżgura trasparenza sħiħa billi jippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord tat-tmexxija u tal-esperti esterni u interni kkonċernati;

27.

Jiddeplora l-għadd kbir ta' membri tal-bord tat-tmexxija (157), li ma jiffaċilitax it-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-ġestjoni simplifikata; ifakkar li l-membri tal-bord tat-tmexxija huma mistiedna wkoll jipprovdu CVs qosra, għalkemm dan mhuwiex rekwiżit formali; ifakkar li l-membri tal-bord tat-tmexxija huma mistiedna wkoll jipprovdu CVs qosra, għalkemm dan mhuwiex rekwiżit formali;

Kontrolli interni

28.

Jinnota li fl-2020 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq mill-bogħod valutazzjoni tar-riskju sħiħa li tkopri l-proċess amministrattiv, finanzjarju, operattiv u tal-IT taċ-Ċentru u awditu ta' segwitu mwettaq mill-IAS ikkonkluda li ċ-Ċentru kien implimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha b'mod adegwat u effettiv; jinnota li s-sitt rakkomandazzjonijiet kollha mill-awditu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika ġew implimentati;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

29.

Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru fassal u attiva minnufih pjan ta' ġestjoni tal-kriżijiet biex jindirizza l-pandemija tal-COVID-19 billi ħa miżuri ta' prekawzjoni, bħat-telexogħol u l-kanċellazzjoni ta' avvenimenti u missjonijiet fiżiċi, biex jiżgura l-kontinwità tal-operat; jinnota, barra minn hekk, li reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju taċ-Ċentru identifikat l-implimentazzjoni tal-baġit u r-rata ta' okkupazzjoni bħala riskji kritiċi; jinnota li ċ-Ċentru rrapporta li l-azzjonijiet stabbiliti jippermettu mitigazzjoni effettiva taż-żewġ riskji;

Kummenti oħra

30.

Jinnota li ċ-Ċentru jagħmel sforz biex itejjeb iċ-ċibersigurtà taċ-Ċentru u l-protezzjoni tad-data personali, speċjalment permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ u ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal;

31.

Jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu, iżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bl-għan li jtejjeb l-effiċjenza (inkluż fir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

32.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f'termini ta' operat u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jibqa' jkun proattiv f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

33.

Jilqa' l-kollaborazzjoni effettiva mal-aġenziji tal-Unjoni fil-kuntest tal-EUAN u l-enfasi partikolari fuq l-identifikazzjoni u l-ħsad ta' sinerġiji bejn l-aġenziji, fil-qasam tal-amministrazzjoni; kif ukoll fl-attivitajiet tan-negozju ewlenin u l-metodoloġija tal-indikaturi tal-ġestjoni tal-prestazzjoni mal-ETF, il-Eurofound u l-EU-OSHA;

34.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 4.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/208


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1727 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0074/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0125/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/209


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1728 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0075/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2022),

 

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/211


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1729 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 30 602 017, li jirrappreżenta żieda ta' 67,52 % meta mqabbel mal-2019, ikkawżata minn żieda fit-titolu 5 "proġetti oħra"; billi l-Aġenzija hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (34,48 %) u dħul assenjat estern għal proġetti speċifiċi (65,10 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li ngħatat aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 91,70 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 6,28 % meta mqabbla ma' dik tal-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 74,19 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,32 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ħallset tariffa għall-kanċellazzjoni għal prenotazzjoni ta' lukanda għal avveniment ta' taħriġ f'Budapest minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19; jenfasizza s-sejba tal-Qorti li, kieku l-Aġenzija invokat il-klawżola ta' "force majeure" fil-kuntratt qafas, kienet tkun tista' tħassar il-prenotazzjoni mingħajr ebda spiża; jinnota wkoll li l-avveniment kien ippjanat fid-29 ta' Ġunju 2020, meta s-sitwazzjoni fl-Ungerija kienet diġà waħda inċerta; jiddispjaċih li l-Aġenzija ma ħaditx il-passi meħtieġa biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li l-pagament relatat għalhekk jitqies irregolari mill-Qorti;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha tal-baġit u tkejjel l-attivitajiet ta' taħriġ tagħha u l-impatt tagħhom, b'mod partikolari l-livell ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti, sabiex tivvaluta l-valur miżjud li dawk l-attivitajiet jipprovdu;

4.

Jilqa' l-fatt li, minkejja t-tifqigħa tal-COVID-19, l-Aġenzija kompliet iżżid is-sensibilizzazzjoni tagħha bl-għadd ta' parteċipanti fit-taħriġ jiżdied bi 13 %; jinnota li, fit-30 ta' April 2020, l-Aġenzija nediet pjattaforma ġdida għall-Edukazzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi (LEEd); jinnota li ġie stabbilit Ċentru tal-Għarfien pilota dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu CEPOL, li għandu l-mandat li jelabora portafoll komprensiv ta' taħriġ pluriennali;

5.

Jisħaq li huwa importanti li l-esperti li jikkontribwixxu għall-inizjattivi l-ġodda mnedija mill-Aġenzija jkollhom għarfien espert solidu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

6.

Josserva li l-Aġenzija lestiet l-ewwel Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet Strateġiċi ta' Taħriġ tal-UE (EU-STNA) fl-2018, filwaqt li identifikat il-prijoritajiet tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għall-perjodu 2018-2021; jinnota li fl-2020, fornitur indipendenti kkuntrattat mill-Aġenzija wettaq evalwazzjoni tal-proċess u tal-impatt tal-ewwel EU-STNA; jinnota li l-eżitu ta' dik l-evalwazzjoni kkontribwixxa għar-rieżami tal-metodoloġija EU-STNA li l-Aġenzija użat biex tniedi l-EU-STNA l-ġdida li se tiddefinixxi l-prijoritajiet ta' taħriġ strateġiku fil-livell tal-Unjoni għaċ-ċiklu ta' politika li jmiss 2022-2025;

7.

Jistieden lill-Aġenzija tiżgura, fl-attivitajiet kollha tagħha, inklużi dawk ma' pajjiżi terzi, trasparenza sħiħa u rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali; jinnota li l-attività residenzjali f'żewġ stadji dwar id-Drittijiet Fundamentali, l-Etika tal-Pulizija u l-Ġestjoni tad-Diversità ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemija tal-COVID-19; u jistieden lill-Aġenzija żżid l-għadd ta' attivitajiet ta' taħriġ f'dan il-qasam;

8.

Jinnota l-impenn tal-Aġenzija li ssaħħaħ il-preżenza internazzjonali tagħha permezz tal-implimentazzjoni b'suċċess ta' żewġ proġetti internazzjonali, jiġifieri s-Sħubija għal Taħriġ Kontra t-Terroriżmu UE/MENA 2 u l-Programm ta' Taħriġ fuq il-Post tax-Xogħol dwar l-Investigazzjoni Finanzjarja fil-Balkani tal-Punent, kif ukoll permezz tan-negozjar ta' portafoll ta' proġetti ta' EUR 23,5 miljun fl-oqsma tal-politika tat-tkabbir u tal-viċinat tal-Unjoni;

9.

Jinnota li, f'kooperazzjoni mal-Kunsill Ewropew u mal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT), l-Aġenzija wettqet analiżi tal-ħtiġijiet ta' taħriġ ad hoc dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq ix-xejriet tal-kriminalità, fuq l-operazzjonijiet u fuq il-ħtiġijiet ta' taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-qasam tal-kriminalità serja u organizzata; jinnota li, f'Awwissu 2020, l-Aġenzija lestiet stħarriġ dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq il-vjolenza domestika; jinnota li l-eżiti taż-żewġ analiżijiet jintużaw biex jiġu żviluppati prodotti ta' taħriġ bħala rispons għall-ħtiġijiet ta' taħriġ li nbidlu minħabba l-COVID-19;

10.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-attivitajiet ta' taħriġ tal-Aġenzija huma allinjati mill-qrib mar-rekwiżiti msemmija mill-gruppi tal-EMPACT taċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE, filwaqt li l-għarfien espert ġie żgurat mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, min-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, miċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità, mill-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali u minn partijiet ikkonċernati oħra;

11.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tkompli tesplora l-possibbiltajiet ta' kondiviżjoni tar-riżorsi fuq kompiti li jikkoinċidu (bħall-IT u servizzi oħra) ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra bħall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija beħsieba tikkuntattja lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex flimkien janalizzaw l-għażliet ħalli jinħolqu sinerġiji; jinnota li l-programm ta' skambju konġunt mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta relatat mal-attivitajiet ta' gwardja tal-fruntieri u tal-kosta ssaħħaħ aktar u li l-programm man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju ġie estiż aktar;

Politika dwar il-persunal

12.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, 94 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b'31 aġent temporanju maħtura minn total ta' 33 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 32 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 46 aġent kuntrattwali (li minnhom 16 kienu għal attivitajiet regolari u 30 għal proġetti ta' bini tal-kapaċitajiet iffinanzjati fuq livell estern) u seba' esperti nazzjonali sekondati (sitta ffinanzjati mill-baġit tal-Aġenzija u wieħed iffinanzjat fl-ambitu tas-Sħubija għal Taħriġ Kontra t-Terroriżmu 2) ħadmu għall-Aġenzija fl-2020;

13.

Jinnota li l-Aġenzija rrapportat li għandha 3 irġiel (50 %) u 3 nisa (50 %) fil-maniġment superjuri tagħha u, fost il-persunal ġenerali tagħha, hemm bilanċ bejn il-ġeneri ta' 35 raġel (41,7 %), u 49 mara (58,3 %);

14.

Josserva li kien hemm 16-il riżenja fl-2020 (meta mqabbla ma' 6 fl-2019) minħabba l-għeluq tal-proġett tal-Balkani tal-Punent jew minħabba opportunitajiet ġodda ta' xogħol fl-Aġenzija u lil hinn minnha; itenni t-tħassib tiegħu li l-Aġenzija qed tkompli tbati minn dawran għoli tal-impjegati u minn għadd limitat ta' applikazzjonijiet minn Stati Membri oħra minbarra dak tal-Istat Membru ospitanti; jinnota li l-fluttwazzjoni ogħla fil-persunal kellha impatt sinifikanti fuq l-organizzazzjoni, minbarra l-pandemija tal-COVID-19, u li l-persunal interim u l-esperti nazzjonali sekondati ġew ikkuntrattati biex jimlew l-assenzi tal-persunal u jlaħħqu ma' żieda fil-volum tax-xogħol fil-perjodi bl-akbar volum ta' xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu attiv mal-Aġenzija sabiex tindirizza dawk il-kwistjonijiet;

15.

Jissottolinja li nuqqas ta' spazju għall-uffiċċji u inċertezza dwar il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija joħolqu aktar diffikultajiet operazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu attiv mal-Aġenzija u mal-Istat Membru ospitanti ħalli jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet;

16.

Josserva li l-Aġenzija qed tikkunsidra li ssegwi s-suġġeriment tal-Qorti mill-2019 biex tippubblika avviżi ta' postijiet vakanti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, b'link għat-test sħiħ bil-lingwa Ingliża biss, fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità;

Akkwist

17.

Jinnota li l-Aġenzija għamlet progress fl-inizjattivi ta' diġitalizzazzjoni tagħha fir-rigward tal-akkwist elettroniku billi implimentat is-sottomissjoni elettronika ta' offerti, is-sejħa għall-offerti elettronika u l-fatturazzjoni elettronika fl-2020; jinnota li l-Aġenzija wettqet sejħiet miftuħa għall-offerti bl-użu kemm tas-sejħa għall-offerti elettronika kif ukoll tas-sottomissjoni elettronika;

18.

Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2020 l-Aġenzija, wara r-rakkomandazzjoni mill-kwittanza tal-2019, biddlet il-politika tagħha biex tiżgura dokumentazzjoni xierqa dwar prezzijiet potenzjalment baxxi b'mod anormali għal offerta rebbieħa, inkluż paragrafu speċifiku biex titlob u tanalizza r-raġunijiet għal offerti potenzjalment baxxi b'mod anormali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u trasparenza

19.

Jilqa' l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jesprimi sodisfazzjon li l-Aġenzija stabbiliet u implimentat kodiċi ta' mġiba amministrattiva fl-2019, is-Sottostrateġija u l-Politika kontra l-Frodi dwar il-Ġestjoni tal-Kunflitt ta' Interess fl-2020; jinnota b'sodisfazzjon li d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs tal-membri tal-bord maniġerjali u tal-maniġment superjuri huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota li d-dikjarazzjonijiet dwar il-kunflitti ta' interess u l-kunfidenzjalità għall-esperti b'remunerazzjoni jinġabru u jiġu skrinjati qabel l-iffirmar ta' kuntratt;

Kontroll intern

20.

Jinnota l-valutazzjoni tal-Aġenzija tas-sistema ta' kontroll intern tagħha u l-konklużjoni tagħha, li hija effettiva, preżenti u li tiffunzjona tajjeb, u li huwa meħtieġ biss titjib żgħir; jistieden lill-Aġenzija tinkorpora b'mod espliċitu l-osservazzjonijiet tal-Qorti u r-rakkomandazzjonijiet relatati fil-valutazzjoni tagħha;

21.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm diversi dgħufijiet fis-sistema ta' kontroll intern tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-impenji baġitarji; jinnota li l-Aġenzija ffirmat tliet impenji legali qabel ma ġew approvati l-impenji baġitarji rispettivi, filwaqt li għamlet dan bi ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2019/715 (2);

22.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'okkażjoni waħda, l-Aġenzija ffirmat żewġ kuntratti speċifiċi differenti li kienu marbuta mal-istess impenn baġitarju individwali, bi ksur tal-Artikolu 112(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), tar-Regolament Finanzjarju; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li dak it-tip ta' ksur inaqqas it-trasparenza tal-monitoraġġ tal-kuntratti rispettivi fl-ABAC, is-sistema ta' ġestjoni finanzjarja;

23.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija wettqet stħarriġ dwar l-involviment tal-persunal fl-2019 bil-għan li tkejjel il-kontrolli mhux vinkolanti (integrità, tmexxija, kompetenzi, ftuħ u motivazzjoni); jinnota li r-riżultati ġew analizzati mill-maniġment bl-assistenza ta' task force fl-2020, li jindika lok għal titjib fit-tmexxija, fil-motivazzjoni tal-persunal u fil-moral; jirrikonoxxi li l-istħarriġ li jmiss dwar l-involviment tal-persunal tnieda fl-2021 u se jintuża għall-awtovalutazzjoni li jmiss tal-indikaturi ta' kontroll intern rilevanti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-istħarriġ rigward l-involviment tal-persunal u kif l-Aġenzija indirizzat l-oqsma identifikati li fihom għandu jsir titjib;

24.

Jinnota mis-sejbiet tal-awditjar intern li l-Aġenzija ma għandhiex biżżejjed spazju għall-uffiċċji u spazju għal attivitajiet operattivi u li l-Akkademja tat-Taħriġ Ċibernetiku ġiet riallokata għal bini fl-Ungerija u spazju addizzjonali għal proġetti esterni ġie mikri fil-qrib; jirrikonoxxi li qed isiru diskussjonijiet mal-Gvern Ungeriż sabiex jinstab spazju suffiċjenti għall-uffiċċji li se jippermetti lill-Aġenzija topera minn post wieħed u b'hekk jiffaċilita fluss tax-xogħol simplifikat tad-dokumenti u kontinwità tal-operat b'perspettiva fit-tul; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-bini tagħha u l-progress li sar fid-diskussjonijiet mal-Istat Membru ospitanti;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

25.

Jinnota l-ħolqien ta' task force dwar il-COVID-19 mill-Aġenzija fit-30 ta' Marzu 2020, li kellha l-għan li tappoġġja lill-Istati Membri u lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji sħab fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19; jirrikonoxxi r-rwol tat-tim tat-tagħlim elettroniku tal-Aġenzija fil-ħolqien ta' infrastruttura remota, flimkien mat-tim tal-ICT tal-Aġenzija, u fit-titjib tal-ħiliet u t-tħejjija ta' membri tal-persunal għal xogħol mill-bogħod sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel u kontinwità tal-operat; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tat pariri lis-sħab tagħha dwar il-possibbiltajiet ta' użu tal-infrastruttura elettronika, bħal webinars u korsijiet online, u offriet appoġġ tekniku u amministrattiv; jilqa' d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-Aġenzija li jiggarantixxu l-kontinwità tal-operat f'ambjent remot;

Kummenti oħra

26.

Jinnota li l-ewwel ċertifikat tal-ISO 9001:2015 skada fl-1 ta' Frar 2020 u li, fi tmiem iċ-ċiklu ta' ċertifikazzjoni ta' 3 snin, l-Aġenzija għaddiet b'suċċess mill-awditu ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid f'Jannar 2020, u ma ġie identifikat l-ebda nuqqas ta' konformità; jinnota li l-Aġenzija żammet iċ-ċertifikazzjoni addizzjonali għall-istandard ISO 29993:2017 rilevanti għas-servizzi tat-tagħlim;

27.

Jiddispjaċih li l-Aġenzija ma għandhiex politika dwar iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tar-rekords diġitali; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija kienet soġġetta għal attakk ċibernetiku li wassal għal waqfa temporanja tal-attivitajiet ta' taħriġ online għal madwar tliet ġimgħat; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-isforzi tagħha fil-qasam taċ-ċibersigurtà;

28.

Jilqa' l-introduzzjoni ta' għodod ġodda tal-IT, jiġifieri SPEEDWELL għall-fluss tax-xogħol finanzjarju, SYSPER għar-riżorsi umani u ARES għall-ġestjoni tad-dokumenti, fi sforz biex tiżdied l-effiċjenza amministrattiva;

29.

Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffettiv u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka li l-Aġenzija ma għandhiex stabbilita skema ta' kumpens għal emissjonijiet ta' karbonju u jirrikonoxxi, abbażi tat-tweġiba tal-Aġenzija għall-kwestjonarju standard, li l-ispiża tal-parteċipazzjoni fi skema bħal din ma tistax tiġi koperta mir-riżorsi finanzjarji limitati tagħha;

30.

Jinnota li l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) nieda investigazzjoni fl-2020 dwar każ ta' frodi esterna fl-Aġenzija; jinnota li din l-investigazzjoni tnediet fuq talba tal-Aġenzija u li wara l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni mill-bidu tal-2021, l-Aġenzija diġà bdiet timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 110.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/216


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1730 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0075/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0093/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2020,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/218


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1731 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0076/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (4), u b'mod parikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0122/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/220


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1732 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0122/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 183 042 000, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,81 % meta mqabbel mal-2019; billi EUR 37 954 000 tal-baġit tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni u EUR 90 000 000 huwa dħul minn tariffi u imposti (2); billi l-kriżi tal-COVID-19 wasslet għal tnaqqis sinifikanti fid-dħul tal-Aġenzija mit-tariffi u l-imposti ta' EUR 18 000 000 (– 15 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,62 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,93 % meta mqabbla mal-2019; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,65 %, li turi żieda ta' 3,59 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota li l-Aġenzija temmet is-sena b'eċċess ta' tariffi u imposti ta' EUR 9,4 miljuni; jinnota li s-surplus ta' "tariffi u imposti" jiżdied mas-surplus akkumulat, billi jiżdied minn EUR 51,5 miljun għal EUR 60,9 miljun;

3.

Jinnota li r-rata ta' approprjazzjonijiet ikkanċellati relatati ma' impenji riportati għall-2020 żdiedet għal 5,46 % (3,7 % fl-2019), ogħla mill-mira ta' 2,5 % stabbilita mill-Aġenzija fl-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha għall-2020 u ftit ogħla mil-limitu massimu ta' 5 % stabbilit mill-Kummissjoni. Dan kien prinċipalment dovut għall-kriżi tal-COVID-19 u għall-kanċellazzjonijiet relatati ma' restrizzjonijiet globali fuq l-ivvjaġġar, miżuri ta' konfinament, tnaqqis fl-attivitajiet u kanċellazzjoni ta' avvenimenti; jirrakkomanda li jittieħdu miżuri sabiex tintlaħaq il-mira ta' 2,5 %;

Prestazzjoni

4.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota li fl-2020, l-Aġenzija mmonitorjat 59 KPI, inklużi miri biex ittejjeb l-amministrazzjoni baġitarja bħal pereżempju r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 95 % jew aktar, ir-rata ta' implimentazzjoni tar-riport tal-impenji ta' 5 % jew inqas, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-proġetti fir-rigward tad-dħul mit-tariffi u l-imposti (F u C), u l-prestazzjoni tal-esternalizzazzjoni tal-F u C; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija timplimenta programmi/proġetti ewlenin bħall-programm ta' trasformazzjoni, filwaqt li l-objettivi ewlenin huma li jiġu mmodernizzati l-modi ta' ħidma, jiġu ssimplifikati l-proċessi u jiġu pprovduti servizzi diġitali lill-partijiet ikkonċernati esterni tagħha, u b'hekk timmira li tikseb titjib fil-kosteffiċjenza ta' mill-inqas 8 % meta mqabbel mal-2019 u twassal titjib ġenerali fl-effiċjenza ta' 20-25 % fil-livell tal-Aġenzija sal-2025; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-iżviluppi futuri tal-prestazzjoni tagħha;

5.

Jinnota li l-Aġenzija, bħala regolatur tas-settur tal-avjazzjoni, ġiet affettwata b'mod wiesa' mill-pandemija tal-COVID-19; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ffukat mill-ġdid il-pjan ta' kontinwità operattiva tagħha biex tirreaġixxi għall-aspetti speċifiċi tas-saħħa u s-sikurezza tal-COVID-19 għall-membri tal-persunal tal-Aġenzija, il-persunal tal-avjazzjoni, il-passiġġieri u partijiet ikkonċernati oħra fis-settur tal-avjazzjoni b'mod ġenerali; jinnota li l-Aġenzija rrevediet il-Programm ta' Ħidma Annwali tagħha f'Marzu 2020, filwaqt li kkomplementat l-prijoritajiet u l-objettivi eżistenti billi appoġġjat b'mod attiv lill-partijiet ikkonċernati tagħha u indirizzat l-isfidi l-ġodda; jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-Kwestjonarju Standard li minkejja li madwar 35 sa 40 % tal-objettivi/KPIs kienu affettwati mill-pandemija, l-Aġenzija rnexxielha tilħaq 90 % tal-miri tal-Programm ta' Ħidma Annwali tagħha;

6.

Jieħu nota li, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-Aġenzija kellha terġa' tieħu s-sorveljanza ta' 129 organizzazzjoni ta' pajjiżi terzi li qabel kienu esternalizzati lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit;

7.

Ifaħħar, b'mod partikolari, il-ħidma li l-Aġenzija wettqet fuq il-proġett għar-ritorn fis-servizz tal-Boeing 737 Max fl-Ewropa, li juri tmexxija u reżiljenza qawwija;

8.

Ifaħħar ir-risposta f'waqtha tal-Aġenzija għall-kriżi tal-COVID-19, li kienet il-bażi għal approċċ ċar u armonizzat madwar l-Ewropa. jinnota li tali risposta f'waqtha inkludiet il-pubblikazzjoni tal-Protokoll dwar is-Sikurezza tas-Saħħa tal-Avjazzjoni - flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) - li pprovda gwida operattiva ċara u rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju għall-ivvjaġġar bl-ajru -, it-tnedija ta' programm charter mal-linji tal-ajru u mal-operaturi tal-ajrudromi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, il-varar tal-proġett għar-Ritorn għan-Normalità Operattiva (RNO) u l-ħolqien tal-Portafoll tar-Riskju għas-Sikurezza tal-COVID-19; jappella lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Aġenzija biex tiżgura li r-risposta tal-Istati Membri għas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tibqa' allinjata u kkordinata u tiffoka fuq "approċċ ibbażat fuq il-persuni" marbut maċ-Ċertifikat tal-COVID Diġitali tal-UE;

9.

Jieħu nota li s-sitwazzjoni tal-COVID-19 kellha impatt qawwi fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li tagħmel progress f'attivitajiet internazzjonali, b'mod partikolari għal proġetti ta' assistenza teknika, minħabba r-restrizzjonijiet estiżi fuq l-ivvjaġġar, in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' kontropartijiet/partijiet ikkonċernati internazzjonali u t-tbegħid soċjali;

10.

Jilqa' l-isforzi kontinwi mill-Aġenzija biex teżamina oqsma għal aktar kooperazzjoni ma' Aġenziji oħra tal-Unjoni fejn ikun fattibbli, filwaqt li tqis in-natura tal-attivitajiet, biex tnaqqas id-duplikazzjonijiet potenzjali; jilqa' l-azzjonijiet konkreti li diġà ttieħdu mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tal-Fruntiera u tal-Gwardja tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Aġenzija ssegwi kooperazzjoni ulterjuri u aktar mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni;

11.

Jinnota li l-Aġenzija varat il-programm ta' trasformazzjoni korporattiva tagħha, "Destinazzjoni: Validu wkoll fil-futur", li jinkorpora l-inizjattiva ta' diġitalizzazzjoni li għaddejja ("CORAL"), filwaqt li l-objettivi ewlenin huma li jiġu modernizzati l-modi ta' ħidma, jiġu ssimplifikati l-proċessi u jiġu pprovduti servizzi diġitali lill-partijiet ikkonċernati esterni tagħha; jinnota li l-programm huwa mistenni li jibqa' għaddej sal-2023 u huwa mistenni li jwassal titjib ġenerali fl-effiċjenza ta' 20 sa 25 % sal-2025;

12.

Jinnota li l-Aġenzija qed testernalizza xi kompiti rikorrenti lill-Istati Membri sabiex tillibera l-esperti b'livell għoli ta' ħiliet, biex dawn ikunu disponibbli għal kompiti aktar strateġiċi; jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi min-naħa tal-Aġenzija biex issir aktar effiċjenti, filwaqt li tillibera r-riżorsi, inkluż tal-persunal ikkwalifikat;

13.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ffirmat kuntratt ta' riċerka ffinanzjat minn Orizzont 2020 biex ittejjeb ir-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness 16, il-Volum II, tal-ICAO rigward it-teħid ta' kampjuni u tal-kejl tal-emissjonijiet tal-magni u biex tipproponi tekniki aktar robusti fid-disinn u l-kejl;

Politika dwar il-persunal

14.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, 94,26 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet implimentata, bil-ħatra ta' 641 aġent temporanju minn 680 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 680 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020, 88 aġent kuntrattwali u 15-il espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija;

15.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, b'20 post minn 25 (61,54%) koperti minn irġiel, filwaqt li fil-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija, l-irġiel ikorpu 60 post minn 80 (61,54%); jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b'508 minn 744 (68,3 %) ikunu rġiel; jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u tal-persunal; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jaħtru l-membri tagħhom fil-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija;

16.

Jilqa' l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex jinkiseb il-bilanċ bejn il-ġeneri, bħall-inkoraġġiment tal-applikazzjonijiet min-nisa matul il-proċeduri ta' selezzjoni, il-provvediment ta' kundizzjonijiet ta' xogħol favorevoli u l-arranġamenti flessibbli marbuta mal-maternità; iħeġġeġ lill-Aġenzija żżid ripartizzjoni tal-ġeneru fl-Unjoni kollha skont il-kategorija tal-persunal fiċ-ċifri konsolidati tal-persunal tagħha biex tforni aktar informazzjoni dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal tagħha;

17.

Jilqa' l-istabbiliment u t-tmexxija ta' programm ta' talent żagħżugħ ("junior qualification programme"); iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem fuq l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità;

18.

Jinnota li, bi tweġiba għall-kriżi tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq l-industrija tal-avjazzjoni, l-Aġenzija ħadet approċċ aktar konservattiv lejn ir-reklutaġġ, filwaqt li ppruvat tikseb il-bilanċ it-tajjeb bejn il-ħtiġijiet tal-impriżi u r-riżorsi disponibbli, u tiffavorixxi l-mobilità interna u l-kondiviżjoni temporanja tar-riżorsi fost l-unitajiet; jinnota li l-Aġenzija implimentat mudell ta' ppjanar tar-riżorsi b'rieżamijiet trimestrali, filwaqt li bbilanċjat id-domanda prijoritizzata għat-talent kummerċjali u l-impatt finanzjarju biex tiżgura li jiġu implimentati l-kompiti kollha previsti fid-dokument ta' Ppjanar Strateġiku; jinnota, barra minn hekk, li minħabba din il-proċedura ġdida ta' riżorsi, l-Aġenzija kellha twaqqaf temporanjament xi wħud mir-reklutaġġi li kienu ppjanati għall-2020 u tmexxihom għall-2023;

19.

Jilqa' l-isforzi meħuda mill-Aġenzija biex ittejjeb id-djalogu soċjali dwar ċerti suġġetti bħall-prevenzjoni tal-fastidju u l-appoġġ għall-persunal, li jikkostitwixxu aspetti importanti għat-tmexxija xierqa tal-attivitajiet tal-Aġenzija u l-benesseri tal-impjegati tagħha; jinnota li f'Lulju 2020 l-Aġenzija kisbet, permezz tad-djalogu soċjali, ftehim dwar miżuri ta' konteniment biex tirreaġixxi għall-kriżi globali; ifakkar fir-rata dejjem akbar ta' affiljazzjoni mat-trade unions tal-persunal tal-Aġenzija u jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li l-affiljazzjoni mat-trade unions ikkontribwiet għal konsultazzjoni usa', u tikkorrispondi għal livell għoli ta' inċertezza/tħassib dwar il-futur tal-industrija tal-avjazzjoni bħala tali; jindika l-fatt li skont l-Aġenzija, il-maniġment tagħha għadu qed jibqa' f'kuntatt frekwenti mas-sħab soċjali biex jindirizza kwistjonijiet soċjali u jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar din il-kwistjoni;

Akkwist

20.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti, rigward is-segwitu tal-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, li l-Aġenzija impenjat il-fondi għal ftehim mal-Kummissjoni dwar servizzi ta' arkivjar madwar tmien xhur wara t-tiġdid tal-ftehim fl-2018; jinnota li, skont ir-Regolament Finanzjarju, l-impenn ta' fondi għandu jiġi rreġistrat qabel ma wieħed jidħol f'obbligu legali; jieħu nota tar-risposta tal-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni ta' sistema tal-IT li tipprevjeni kwalunkwe riskju ta' dħul f'impenji legali qabel l-impenji baġitarji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

21.

Jinnota li, minbarra t-tweġibiet ipprovduti lill-Parlament fil-qafas tal-kwittanza tal-2018, li fihom ġie ddikjarat li r-riskji li jikkonċernaw il-kostijiet tal-fatturazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija ġew indirizzati minn soluzzjoni ta' akkwist elettroniku, l-Aġenzija introduċiet diversi miżuri biex ittejjeb, b'mod konsiderevoli, il-ġestjoni tal-kuntratti li rriżultaw f'aktar titjib fl-effiċjenza u fi tnaqqis tal-kostijiet; jinnota li l-Aġenzija ttenni l-importanza tal-kuntratti li jipprovdu l-aħjar valur għall-flus u ħadet passi biex issaħħaħ ir-rwol tal-atturi involuti fil-proċess tal-akkwist, b'mod partikolari l-maniġers tal-kuntratti;

22.

Jinnota fir-rigward tas-segwitu tar-rapport tal-Qorti tal-2019 li l-Aġenzija ħadet azzjonijiet biex ittejjeb is-sistemi tal-IT tagħha, u qed tipprovdi korsijiet ta' taħriġ biex tiżgura li l-impenji finanzjarji kollha jikkonformaw mal-aderenzi legali istituzzjonali korrispondenti; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet meħuda;

23.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-osservazzjonijiet tal-Qorti fl-2020, li l-Aġenzija implimentat għodda ta' sottomissjoni elettronika għall-proċeduri ta' akkwist; jinnota li, għall-fatturazzjoni elettronika, l-Aġenzija ffinalizzat l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali tagħha u issa qed tfittex soluzzjoni tal-IT li tissodisfa dawn l-ispeċifikazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

24.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, kif ukoll il-protezzjoni tal-informaturi; jilqa' l-fatt li fl-2020 ma kien hemm l-ebda każ ta' kunflitt ta' interess; jinnota wkoll li kwalunkwe każ potenzjali fl-Aġenzija jista' jiġi indirizzat b'miżuri ta' mitigazzjoni; jirrikonoxxi li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-biċċa l-kbira tal-bord huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija;

25.

Jinnota li, minħabba n-natura teknika tagħha, l-Aġenzija tmexxi djalogi miftuħa mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-avjazzjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tagħhom meta tiddeċiedi dwar it-tfassil tar-regoli u l-proċeduri ta' ċertifikazzjoni; jinnota wkoll li l-workshops tekniċi kollha organizzati mill-Aġenzija mal-partijiet ikkonċernati tagħha fil-qasam tal-avjazzjoni huma riflessi fil-paġna tal-avvenimenti tas-sit web tal-Aġenzija;

26.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tistinka biex iżżomm l-ogħla standards ta' kwalità internazzjonali għall-funzjonament tagħha, inkluża s-sistema ta' ġestjoni integrata tagħha;

Kontroll intern

27.

Jinnota li minkejja xi dewmien esperjenzat b'riżultat tal-kriżi tal-COVID-19, tnedew l-azzjonijiet kollha, proposti b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern, u għandhom l-istatus "pendenti"; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinvolvu l-Aġenzija kienu jinkludu l-eżekuzzjoni ta' taħriġ ta' aġġornament dwar il-prevenzjoni tal-frodi u l-kunflitt ta' interess; jinnota wkoll il-parir lill-Aġenzija biex timmonitorja t-tul tal-proġetti ta' ċertifikazzjoni u r-rakkomandazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll għas-sistemi ta' ġestjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi futuri dwar dawn is-suġġetti;

28.

Jinnota li, fl-2020, il-kapaċità tal-awditu intern wettqet ħames inkarigi ta' aċċertament tal-awditjar biex tivvaluta jekk kienx hemm konformità mar-regolamenti rilevanti, jekk l-objettivi tal-proċess ġewx issodisfati u jekk ir-riskji ewlenin ġewx immitigati kif xieraq fi ħdan l-Aġenzija; jinnota li ġew formulati xi rakkomandazzjonijiet biex jitjieb ulterjorment l-ambjent ta' kontroll jew l-effiċjenza globali tal-proċessi;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

29.

Jinnota li l-enfasi tar-rispons tal-Aġenzija għall-kriżi tal-COVID-19 kienet fuq l-għoti ta' flessibbiltà regolatorja lill-industrija tal-avjazzjoni Ewropea, l-iżgurar tas-sikurezza tas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal tal-ewwel linja, il-koordinazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiġu implimentati miżuri adegwati għall-ġlieda kontra t-tixrid tal-COVID-19, u l-aġġustament tal-prijoritajiet u l-metodi ta' ħidma għar-realtajiet il-ġodda u għall-isfidi li kienu qed jitfaċċaw minħabba l-pandemija;

30.

Jinnota li l-Aġenzija investiet riżorsi fit-tlestija ta' proġetti ta' arretrat, bl-appoġġ tal-flussi tax-xogħol tal-COVID-19 u l-avvanz ta' prijoritajiet strateġiċi bħall-ambjent, l-innovazzjoni u l-iżviluppi futuri, inklużi d-droni; jinnota wkoll li l-kriżi wasslet ukoll għal tnaqqis sinifikanti fid-dħul mit-tariffi u l-imposti tal-Aġenzija b'EUR 18 000 000, li kien 15 % inqas meta mqabbel mal-pjan inizjali tal-2020; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija setgħet tippreserva s-sostenibbiltà finanzjarja tagħha, permezz ta' eżerċizzju komprensiv ta' ffrankar tal-kostijiet;

Kummenti oħra

31.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu mogħti għar-rapport tal-Qorti tas-sena l-oħra, li l-Aġenzija evalwat l-effett tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq ir-riżorsi umani; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-persunal affettwat kiseb ċittadinanza Ġermaniża jew ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u sitt membri tal-persunal biss kien għad kellhom biss iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit sal-aħħar tal-2020; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ddeċidiet li tippermetti lill-membri tal-persunal li jifdal u li għandhom ċittadinanza tar-Renju Unit biss li jżommu il-pożizzjonijiet tagħhom, minkejja t-telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tagħhom;

32.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu mogħti għar-rapport tal-Qorti tas-sena l-oħra, l-Aġenzija qed tirrazzjonalizza l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' standardizzazzjoni tagħha wara l-varar tal-Programm tagħha għal Avjazzjoni Sostenibbli li jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinnota li sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet Ewropej fis-sostenibbiltà u l-avjazzjoni, il-prijoritajiet tal-Aġenzija jagħmlu enfasi fuq l-appoġġ u t-trawwim ta' teknoloġiji ġodda aktar ekoloġiċi, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-avjazzjoni, u l-promozzjoni ta' titjib fl-effiċjenza operattiva b'impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni ambjentali;

33.

Jieħu nota tal-istudju ppubblikat mill-Aġenzija fl-2020 b'analiżi aġġornata dwar "L-impatti klimatiċi mhux mis-CO2 tal-avjazzjoni u miżuri ta' politika potenzjali skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-UE dwar l-Iskema għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet";

34.

Jilqa' l-investimenti tal-Aġenzija fir-rigward tal-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi bħala sforz biex jitnaqqas l-ivvjaġġar fuq xogħol u jħeġġeġ lill-aġenzija timpenja ruħha għal użu sostnut ta' dawk il-faċilitajiet fuq perjodu ta' żmien twil;

35.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu mogħti għar-rapport tal-Qorti tas-sena l-oħra, li l-Aġenzija nnominat koordinatur tad-diżabilità, abbażi tal-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030, li se jkun responsabbli għar-rieżami tal-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

36.

Jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija li l-Aġenzija introduċiet strateġija mtejba għall-media soċjali u fasslet mill-ġdid is-sit web tagħha biex toħloq spazju li joffri kontenut għal udjenza mhux speċjalizzata iżda jistieden lill-Aġenzija tforni l-informazzjoni li tinsab fuq is-sit web mhux biss bl-Ingliż iżda b'kemm lingwi uffiċjali possibbli; jinnota li din il-prattika ppermettiet lill-Aġenzija tinforma lill-pubbliku dwar il-miżuri li qed jittieħdu biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-saħħa fl-ivvjaġġar tal-passiġġieri matul il-pandemija tal-COVID-19;

37.

Jinnota mit-tweġibiet għall-kwestjonarju standard li f'Marzu tal-2020 l-Aġenzija adottat Programm komprensiv għal Avjazzjoni Sostenibbli; jinnota li l-programm jinkludi azzjoni dwar "EASA Sostenibbli", li se tixpruna l-pjan direzzjonali tal-Aġenzija għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-impronta ambjentali tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

38.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, iżżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà eċċ);

39.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' operat u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

40.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 81.

(2)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 78.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/225


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1733 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0076/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (4), u b'mod parikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0122/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/226


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1734 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0077/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/228


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1735 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil)(l-"Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 130 986 611, li jirrappreżenta żieda ta' 27,25 % meta mqabbel mal-2019; iż-żieda tikkonċerna l-aktar żieda fin-nefqa relatata mal-appoġġ operazzjonali; billi l-baġit tal-Uffiċċju huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li hija kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li kisbet evidenza suffiċjenti għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul u n-nefqa li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jinnota b'apprezzament li r-raġunijiet għall-kwalifika tal-opinjoni dwar in-nefqa li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ġew solvuti mill-Uffiċċju u li l-Qorti ma sabitx żbalji materjali;

C.

billi l-Qorti, mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tal-awditjar tagħha, tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kawża T-621/20 (EMCS vs EASO), li għandha impatt fuq xi aspetti ta' dik l-opinjoni. billi fl-2020, l-Uffiċċju nieda proċedura miftuħa għall-forniment ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija biex jappoġġja l-kwartieri ġenerali tiegħu u l-operazzjonijiet tiegħu f'Malta b'ammont totali stmat ta' EUR 27,7 miljun fuq 48 xahar; billi f'Ottubru 2020, l-offerent li ma ntgħażilx ressaq ilment uffiċjali quddiem il-Qorti Ġenerali kontra l-Uffiċċju biex jikkontesta l-eżitu tal-proċedura ta' akkwist;

L-eżitu tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)

1.

Jinnota li, wara li rċieva rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi fi tmiem l-2018, li kien kopert b'mod estensiv fir-rapport ta' kwittanza għall-2018, l-Uffiċċju beda tliet proċeduri dixxiplinari fl-2019, li bħalissa għadhom għaddejjin; japprezza l-kooperazzjoni tal-maniġment attwali tal-Uffiċċju mal-OLAF u l-impenn tiegħu biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet proposti; jilqa' l-impenn tal-Uffiċċju li jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-ikkompletar ta' dawk il-proċedimenti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit tul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 95,14 %, f'bejn wieħed u ieħor l-istess livell tal-2019 (95,22 %); jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,91 %, li l-Qorti tqisha baxxa, u tirrappreżenta tnaqqis ta' 8,95 % meta mqabbla mas-sena preċedenti (89,86 %); jinnota bi tħassib il-konklużjoni tal-Qorti li r-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa operattiva kienu għoljin, fil-livell ta' 33,8 %, u li r-rata ta' kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji riportati mill-2019 għall-2020 kienet għolja wkoll, fil-livell ta' 19 %; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li dan jikkontradixxi l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jistieden lill-Uffiċċju jagħti segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex itejjeb l-ippjanar tal-baġit u ċ-ċikli ta' implimentazzjoni tiegħu, u jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

3.

Jinnota li l-Qorti ddikjarat ammont totali ta' EUR 1 177 848 għal pagamenti li saru fl-2020 irregolari minħabba li kienu relatati ma' żbalji ta' akkwist fi proċeduri mwettqa fl-2016 u l-2017 għal bini mikri f'Ruma, u proċeduri ta' akkwist iddikjarati irregolari mill-Qorti fis-snin preċedenti (jiġifieri akkwist għal bini mikri f'Lesbos, għal ħaddiema interim fl-Italja u għal esperti esterni); japprezza l-isforzi tal-maniġment attwali tal-Uffiċċju biex itemm dawk il-kuntratti, fejn possibbli, jew inkella jnaqqas l-impatt finanzjarju futur tagħhom;

4.

Jilqa' l-fatt li l-għadd ta' osservazzjonijiet pendenti minn rapporti tal-awditjar preċedenti tal-Qorti naqas bin-nofs bejn l-2019 u l-2020; jinnota, madankollu, li 8 rakkomandazzjonijiet minn 12 kienu għadhom pendenti; jistieden lill-Uffiċċju jikkonforma mal-osservazzjonijiet tal-Qorti u jieħu azzjoni sabiex jikkonforma mal-obbligi ġuridiċi meħtieġa;

5.

Ifakkar fil-konklużjoni tal-Qorti, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2017, li l-proċeduri għall-monitoraġġ tan-nefqa relatata mal-ivvjaġġar kienu dgħajfa; jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju wettaq inkjesta interna dwar il-kwistjoni, li rriżultat ukoll f'sejbiet mill-OLAF; ; jinnota li qed jingħata segwitu għal dawk is-sejbiet u li qed jiġu indirizzati legalment; jinnota li l-Uffiċċju introduċa proċeduri mtejba għall-monitoraġġ tan-nefqa relatata mal-ivvjaġġar fil-bidu tal-2020;

6.

Jilqa' l-fatt li politika effettiva għall-ġestjoni ta' bini mikri u servizzi relatati, li l-Qorti kienet qed titlob, ġiet stabbilita fil-11 ta' Ġunju 2021 u applikata bis-sħiħ mill-1 ta' Jannar 2022;

7.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2018 li l-Uffiċċju għandu jistabbilixxi kontroll finanzjarju ex post effettiv; jinnota li l-Uffiċċju stabbilixxa żewġ tipi ta' kontrolli ex post wara dik ir-rakkomandazzjoni; jistieden lill-Uffiċċju jiffinalizza l-proċessi li għaddejjin għall-2020 u l-2021 malajr u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati mingħajr dewmien;

8.

Jinnota l-konklużjoni tal-bord ta' tmexxija tal-Uffiċċju li l-kosteffettività u l-valur miżjud tal-istabbiliment ta' kapaċità ta' awditjar intern, minbarra l-funzjoni tal-awditjar diġà pprovduta mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, huma negattivi;

Prestazzjoni

9.

Jinnota li l-Uffiċċju rrapporta li wettaq total ta' 5 313-il pagament fl-2020 meta mqabbel ma' 9 871 pagament fl-2019, bi 334 (6,29 %) tal-pagamenti eżegwiti aktar minn 30 jum wara l-wasla tal-fattura, meta mqabbla ma' 1 312 (13,29 %) fl-2019; jinnota li fl-2020 tħallas imgħax li jammonta għal EUR 6 374,89, meta mqabbel ma' EUR 25 652,34 fl-2019; jilqa' t-titjib sostanzjali fil-prestazzjoni ġenerali tal-iskadenzi tal-pagamenti u t-tnaqqis fl-imgħax imħallas għal pagamenti tard;

10.

Ifakkar li fl-2020 madwar 13 600 applikazzjoni għall-ażil ġew ippreżentati minn minorenni mhux akkumpanjati fl-Istati Membri tal-UE; jisħaq fuq l-importanza li tiġi pprovduta sistema ta' akkoljenza speċifika għall-minorenni li tipproteġihom;

11.

Jinnota li l-Uffiċċju juża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-prestazzjoni tal-attivitajiet tiegħu; jilqa' l-fatt li, minkejja d-diffikultajiet iffaċċjati minħabba l-pandemija tal-COVID-19, inkisbu jew inqabżu l-miri għall-maġġoranza tal-indikaturi; jiddeplora l-fatt li għal għadd ta' indikaturi ma kienet disponibbli l-ebda data nazzjonali mill-Istati Membri u jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u lill-Uffiċċju jindirizzaw dik il-kwistjoni permezz tal-mezzi kollha disponibbli;

12.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju jikkoopera regolarment ma' aġenziji oħra tal-Unjoni u, b'mod partikolari, mal-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni; jilqa' l-kooperazzjoni bbażata fuq ftehimiet ta' kooperazzjoni bilaterali, bħall-arranġamenti ta' ħidma bejn l-Uffiċċju u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ("Frontex"), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("eu-LISA"), u l-pjanijiet ta' kooperazzjoni mal-Frontex u l-eu-LISA sabiex il-proġetti komuni jiġu allinjati aħjar u tiġi kondiviża l-informazzjoni b'mod sistematiku;

Politika dwar il-persunal

13.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, 78,96 % tat-tabella tal-persunal ġiet eżegwita, b'289 aġent temporanju maħtura minn total ta' 366 aġent temporanju awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 284 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019) u 17-il post ulterjuri offruti jew aċċettati; jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 ħadmu għall-Uffiċċju 91 aġent kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati u 22 post ulterjuri ġew offruti jew aċċettati, li għalihom kien hemm awtorizzati rispettivament 123 u 11-il post tax-xogħol;

14.

Jilqa' x-xejra ġenerali 'l isfel fl-għadd tal-ħaddiema interim meta mqabbel mal-ammont totali ta' persunal; jenfasizza li waħda mir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-dipendenza fuq il-persunal interim kienet id-dewmien fl-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (2) (ir-"Regolament") li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil; jilqa' d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, li ppermetta lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil il-ġdida timpjega esperti bi ħlas; jissottolinja l-fatt li, sabiex titnaqqas dik id-dipendenza, l-Uffiċċju wettaq djalogu attiv mal-Kummissjoni; jiddispjaċih li setgħu jiġu identifikati biss soluzzjonijiet għal perjodu qasir u li fl-2020 l-Uffiċċju tħalla jimpjega 58 aġent kuntrattwali għal perjodu ta' sena biss, sal-adozzjoni prevista tar-Regolament; jinnota, madankollu, li minħabba dewmien fl-adozzjoni tar-Regolament, l-Uffiċċju sab ruħu f'sitwazzjoni diffiċli, għaliex il-ftehim ma ppermettilux jestendi dawk il-kuntratti sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament; jinnota b'dispjaċir nuqqas serju ta' previżjoni min-naħa tal-Kummissjoni hija u tfassal dawk il-postijiet u tallokahom lill-Uffiċċju; jissottolinja l-fatt li dik is-sitwazzjoni kellha impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-Uffiċċju li jirrekluta persunal u fuq l-attivitajiet tiegħu;

15.

Jinnota bi tħassib li, minkejja l-konklużjoni tal-Qorti li sar progress biex jiġi attirat persunal ġdid, ir-rata ta' eżekuzzjoni ta' 78,96 % fissret li għar-raba' sena konsekuttiva l-Uffiċċju ma rnexxilux jilħaq il-miri tat-tabella tal-persunal tiegħu; jinnota li fl-2020, ġew reklutati 58 aġent kuntrattwali addizzjonali, li ma kinux previsti fit-tabella tal-persunal; jilqa' ż-żieda progressiva fir-rata ta' okkupazzjoni tal-Uffiċċju u l-fatt li l-Uffiċċju qabeż minimament ir-rata ta' eżekuzzjoni mistennija ta' 90 % tat-tabella tal-persunal tiegħu sa tmiem l-2021; jilqa' t-tnaqqis irrapportat fir-rata ta' dawran tal-persunal, minn 6,58 % fl-2019 għal 5,73 % fl-2020;

16.

Ifakkar fil-konklużjoni tal-Qorti mis-sena finanzjarja 2017 li l-monitoraġġ tal-kuntratti għall-konformità mar-regoli nazzjonali dwar il-ħaddiema interim kien fqir; jinnota li minħabba l-fatt li l-Kawża C-948/19 hija pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-"Qorti tal-Ġustizzja"), il-Qorti se toqgħod lura milli tagħmel kwalunkwe osservazzjoni dwar ir-regolarità tal-approċċ tal-Uffiċċju; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-passi li jmiss li jieħu fir-rigward tal-kwistjoni ladarba l-Qorti tal-Ġustizzja tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha f'dak il-każ;

17.

Ifakkar fil-konklużjoni tal-Qorti mis-sena finanzjarja 2018 li l-kuntratti tal-Uffiċċju ma' kumpaniji tal-IT ġew ifformulati b'mod li jista' jimplika li l-ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija jiġu assenjati minflok servizzi jew prodotti definiti b'mod ċar, u li dan imur kontra r-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli tal-impjiegi soċjali tal-Unjoni; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-Uffiċċju għandu jabbozza kuntratti b'mod li jipprevjeni kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta' servizzi tal-IT u ta' ħaddiema interim, u jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2020 li l-progress dwar dik il-kwistjoni għadu għaddej; jistieden lill-Uffiċċju jindirizza dik il-kwistjoni bil-ħeffa;

18.

Ifakkar fil-konklużjoni tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2019 li l-proċeduri użati għall-għażla u l-ikkuntrattar ta' esperti esterni sistematikament ma kellhomx rekord tal-awditjar solidu u li l-pagamenti sussegwenti fuq dawk il-kuntratti kienu irregolari; jinnota li l-Uffiċċju implimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti filwaqt li ħareġ sejħa ġdida għal espressjoni ta' interess fl-2020; jistieden lill-Uffiċċju jżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar;

19.

Jissottolinja li l-fatt li l-Kummissjoni talloka postijiet tax-xogħol f'livell sproporzjonat meta mqabbel mar-rekwiżiti u l-kompiti previsti għal pożizzjoni partikolari għandu impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-Uffiċċju;

20.

Jinnota l-konklużjonijiet tal-Qorti li fl-2020 l-Uffiċċju kellu 16-il post ta' maniġment vakanti, b'10 minnhom okkupati fuq bażi ad interim għal aktar minn sena; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li dak imur kontra r-Regolamenti tal-Persunal, li jillimitaw id-durata tal-ħatriet maniġerjali temporanji għal sena, u li tali nuqqas ta' sigurtà fil-livell tal-pożizzjonijiet maniġerjali jaf ifixkel it-tmexxija u l-kontinwità strateġika tal-Uffiċċju;

21.

Ifakkar li l-Uffiċċju, fit-twettiq tal-operazzjonijiet tiegħu, huwa relattivament dipendenti fuq il-kooperazzjoni tal-Istati Membri, pereżempju f'termini tal-għadd ta' esperti nazzjonali magħmula disponibbli bħala parti mir-Riżerva ta' Intervent għall-Ażil imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (3) li stabbilixxa l-Uffiċċju; jisħaq li, skont il-Qorti, minħabba li l-għadd limitat ta' tali esperti nazzjonali magħmula disponibbli, l-Uffiċċju kompla serraħ fuq ħaddiema temporanji minn aġenzija b'kuntratt biex iwettqu kompiti ta' appoġġ operattiv fuq il-post; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tagħhom rigward l-esperti nazzjonali, sabiex jevitaw li l-Uffiċċju jkollu jserraħ fuq kuntratturi esterni;

22.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Uffiċċju b'10 irġiel (83,3 %) u żewġ nisa (16,7 %), u fil-bord ta' ġestjoni tiegħu, b'21 raġel (67,7 %) u 10 nisa (32,3 %); jinnota li l-persunal b'mod ġenerali huwa magħmul minn 186 raġel (38,0 %) u 304 nisa (62,0 %); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u tal-persunal; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord maniġerjali tal-Uffiċċju;

23.

Jinnota l-kawża pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali rigward il-proċedura ta' akkwist għal ħaddiema temporanji f'Malta; jissottolinja li għandhom jiġu osservati livelli għoljin ta' trasparenza fit-twettiq tal-proċeduri kollha ta' akkwist pubbliku fi ħdan l-aġenziji tal-Unjoni; jistieden lill-Uffiċċju jipprovdi informazzjoni regolari lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istat u l-andament tal-proċedimenti tal-qorti f'dik il-kawża;

Akkwist

24.

Jinnota li l-Uffiċċju nieda 65 proċedura fl-2020 meta mqabbla ma' 48 fl-2019, li minnhom kien hemm maġġoranza ta' proċeduri nnegozjati ma' kandidat wieħed (40 %) u sejħiet miftuħa (26,15 %);

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess u trasparenza

25.

Jinnota t-tweġiba tal-Uffiċċju lill-awtorità ta' kwittanza dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi, li fiha ddikjara li, mad-dħul fis-servizz, il-persunal kollu jiffirma dikjarazzjoni ta' interessi; jinnota li d-dikjarazzjoni ta' interessi tad-direttur eżekuttiv ġiet ippubblikata fuq is-sit web tal-Uffiċċju; itenni t-talba tiegħu lill-Uffiċċju biex jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri l-oħra tal-maniġment superjuri fuq is-sit web tiegħu;

26.

Jinnota li politika riveduta dwar il-kunflitti ta' interess tinsab fl-istadju finali tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi qabel is-sottomissjoni tagħha lill-Bord ta' Tmexxija; jistieden lill-Uffiċċju jiffinalizza din il-politika riveduta;

Kontroll intern

27.

Jilqa' r-reviżjoni tal-istrateġiji ta' kontroll għall-attivitajiet ta' kontroll ewlenin stabbiliti min-naħa tal-Uffiċċju, li segwiet approċċ ibbażat fuq ir-riskju u qieset il-kosteffettività tal-kontrolli; jilqa' t-titjib ġenerali tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontroll intern, inkluż l-akkwist, fl-Uffiċċju, li jista' jiġi dedott mir-rapport tal-Qorti; jinnota, f'dak ir-rigward, l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza tal-2018 ġie abbandunat fl-2020 u ġie integrat fir-rapport ta' monitoraġġ trimestrali lill-bord ta' tmexxija u l-awtovalutazzjoni tal-kontroll intern, iżda li xi azzjonijiet għadhom meqjusa rilevanti mill-Qorti u jeħtieġ li jiġu indirizzati bir-reqqa, u jistieden lill-Uffiċċju jkompli bl-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet, filwaqt li jinnota, b'mod partikolari, l-għadd ta' ħaddiema interim li jissostitwixxu lill-membri tal-persunal, il-livell ta' postijiet maniġerjali vakanti u l-aġġornament tal-politika dwar il-kunflitt ta' interess, u l-awtorità ta' kwittanza tinżamm infurmata dwar il-progress li jkun sar;

28.

Jilqa' r-riflessjoni dettaljata tal-awtovalutazzjoni tal-kontroll intern tal-Uffiċċju fir-rapport tal-attività annwali kkonsolidat, li pprovda għarfien tajjeb ħafna dwar l-istat tal-kontroll intern fl-Uffiċċju; jinnota l-konklużjoni tal-awtovalutazzjoni li s-sistema ta' kontroll intern tal-Uffiċċju hija effettiva u effiċjenti, bil-ħtieġa li jsir xi titjib; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jkompli bil-prattika tajba ta' valutazzjoni u implimentazzjoni tat-titjib identifikat;

29.

Jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern kompliet tissaħħaħ fl-2020, billi żdiedet funzjoni ta' kontrolli ex post, u b'hekk ġew indirizzati l-osservazzjonijiet li saru fis-snin preċedenti mill-awtorità ta' kwittanza;

Ir-rispons għall-COVID-19 u l-kontinwità tal-operat

30.

Jinnota l-ħolqien ta' tim ta' rispons għall-COVID-19 fl-Uffiċċju permezz ta' deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv fil-11 ta' Marzu 2020 u r-rispons ikkoordinat fl-Uffiċċju għall-pandemija tal-COVID-19; jisħaq li d-daqs u l-kumplessità tal-operazzjonijiet u l-avvenimenti reċenti tal-Uffiċċju bħall-pandemija tal-COVID-19 jissottolinjaw l-importanza ta' tali pjan formalizzat u aġġornat; jinnota li, fil-31 ta' Marzu 2021, l-Uffiċċju adotta l-pjan għall-kontinwità tal-operat tiegħu;

31.

Jilqa' l-appoġġ tal-Uffiċċju lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, bħall-impatt tal-COVID-19 fuq aspetti speċifiċi tal-proċess tal-ażil u r-risistemazzjoni, permezz ta' laqgħat bil-vidjokonferenza tan-networks tematiċi tiegħu; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet maħruġa dwar soluzzjonijiet remoti għar-reġistrazzjoni u l-intervisti tal-ażil; jinnota b'apprezzament il-pjan ta' implimentazzjoni proattiv tal-Uffiċċju għall-vaċċinazzjoni tal-persuni li jfittxu l-ażil u tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali;

32.

Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju jirrapporta li wħud mill-miżuri meħuda b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 kellhom impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-Uffiċċju, b'mod partikolari tnaqqis fil-konsum tal-elettriku, tnaqqis fil-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju għall-emissjonijiet globali tas-CO2 mill-ivvjaġġar minħabba l-kanċellazzjoni tal-missjonijiet u l-ivvjaġġar għall-parteċipanti li jattendu l-laqgħat tal-Uffiċċju u sessjonijiet ta' taħriġ, u t-tmiem tar-rekwiżit li l-kandidati li jipparteċipaw fil-proċeduri tal-għażla tal-persunal u s-seduti ta' valutazzjonijiet bil-miktub ikunu fiżikament preżenti, u minflok jiddependu fuq alternattivi ġestiti b'mod remot (vidjokonferenzi u valutazzjoni online mmonitorjata);

Kummenti oħra

33.

Jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju ilu jeżamina ż-żamma ta' miżuri ambjentali u jikkomplementahom b'inizjattivi fit-tul biex inaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu u jindirizza l-oqsma tal-bini ekoloġiku u l-mobilità sostenibbli fir-rigward tal-ivvjaġġar relatat mal-persunal, l-ivvjaġġar aktar ekoloġiku lejn u mix-xogħol u l-ivvjaġġar relatat mal-laqgħat u l-attivitajiet ta' taħriġ; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jaqsam it-tagħlimiet li jieħu ma' membri oħra tan-Network tal-Aġenziji tal-UE;

34.

Jinnota b'sodisfazzjon l-istabbiliment fl-2020 tas-Settur tal-Affarijiet Legali u tal-Protezzjoni tad-Data tal-Uffiċċju fi ħdan l-Uffiċċju Eżekuttiv; jenfasizza l-fatt li s-Settur tal-Affarijiet Legali u tal-Protezzjoni tad-Data jikkontribwixxi biex jiżgura ambjent legali sod għall-funzjonament tal-Uffiċċju, jittratta l-proċeduri ta' litigazzjoni u ta' qabel il-litigazzjoni u jirrappreżenta l-Uffiċċju fi proċedimenti tal-qorti;

35.

Jenfasizza li, fl-2020, l-Uffiċċju kompla jiffaċċja diffikultajiet fit-twettiq ta' ċerti kompiti b'riżultat tal-mandat obsolet tiegħu, speċjalment f'termini tal-qafas u l-mekkaniżmi ġuridiċi għall-iskjerament ta' timijiet ta' appoġġ għall-ażil li jipprovdu l-appoġġ meħtieġ mill-Istati Membri; jilqa' l-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, u li dan ittrasforma l-Uffiċċju f'Aġenzija sħiħa tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil;

36.

Ifakkar fir-rwol importanti li l-Uffiċċju jaqdi fil-qafas tal-politika dwar l-ażil tal-Unjoni, billi jassisti lill-Istati Membri rikjedenti b'għarfien espert u riżorsi siewja dwar il-kwistjoni; jilqa' l-fatt li fl-2020 ġie ffirmat pjan ta' appoġġ operattiv ġdid ma' Spanja, li jżid l-għadd totali ta' pajjiżi assistiti mill-Uffiċċju għal tmienja; jisħaq li l-attivazzjoni ta' dik il-miżura ta' appoġġ turi li l-Uffiċċju qed isir kompletament operattiv fil-ħames operazzjoni tiegħu fi Stat Membru, b'Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Malta bħala l-Istati Membri l-oħra, u dan ifisser li l-Uffiċċju issa qed jappoġġja lill-pajjiżi ewlenin kollha tal-ewwel wasla biex jimmaniġġjaw il-proċeduri tal-ażil u/jew tal-akkoljenza tagħhom;

37.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 191.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/233


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1736 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (attwalment l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — EUAA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0077/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0107/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/234


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1737 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0078/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/235


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1738 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 46 715 822, li jfisser żieda ta' 3,06 % meta mqabbel mas-sena 2019; billi l-Awtorità hija primarjament iffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 17 660 140, jiġifieri 37,80 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 29 055 682, jiġifieri 62,20 %);

B.

billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 ("ir-rapport tal-Qorti"), tiddikjara li ngħatat aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,17 %, li meta mqabbla mal-2019 tirrappreżenta żieda ta' 1,88 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 90,36 %, li tirrappreżenta żieda ta' 4,48 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jinnota li l-Awtorità rrapportat li fl-2020 saru 35 trasferiment baġitarju, li kienu jinkludu disa' trasferimenti baġitarji bejn it-titoli, filwaqt li trasferiment wieħed li jammonta għal EUR 259 500 bejn it-Titolu II u III kien jirrikjedi l-approvazzjoni tal-bord maniġerjali; jinnota li r-riporti ta' 8,9 % għall-2021 jirrappreżentaw tnaqqis mill-11,7 % tas-sena preċedenti, hekk kif ir-riporti tal-2021 kienu jinkludu 95 approprjazzjoni ta' impenn, apparagun ta' 149 fl-2019;

3.

Jinnota l-konstatazzjoni tal-Qorti li l-Awtorità ma applikatx ir-rata tal-imgħax speċifikata fir-Regolament Finanzjarju għal pagamenti tal-kontribuzzjonijiet tal-2020 li waslu tard minn għadd ta' awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-EFTA; jinnota li l-Qorti kkalkulat li l-ammont tal-imgħax dovut għall-2020 kien ta' EUR 25 103; jinnota li, wara li kkonsultat mal-Kummissjoni, l-Awtorità ddeċidiet li mill-2021 tibda tapplika l-imgħax fuq inadempjenza fil-ħlasijiet u infurmat lill-NCAs b'dan fl-ittri li bagħtitilhom dwar il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-2021;

4.

Jilqa' l-fatt li fis-7 ta' Diċembru 2020 l-Awtorità rnexxielha tagħlaq definittivament l-uffiċċji tagħha fir-Renju Unit fir-rispett tal-obbligi legali kollha u li, konsegwentement, is-sehem tad-dispożizzjonijiet inutilizzati relatati attivi fil-kotba fid-data tar-rapportar treġġgħu lura skont id-dħul; itenni l-appell tiegħu biex isir awditu dwar it-trasferiment, kemm dwar l-aspetti finanzjarji kif ukoll dawk operattivi sabiex jinsiltu tagħlimiet għat-titjib u l-identifikazzjoni ta' prattiki tajbin li jistgħu jintużaw fl-Aġenziji kollha bil-ħsieb li jsiru aktar aġli biex iwieġbu għall-isfidi tal-futur;

Prestazzjoni

5.

Jinnota li l-Awtorità għadha tuża ċerti miżuri bħal indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud miġjub mill-attivitajiet tagħha u tuża wkoll miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jilqa' l-fatt li l-Awtorità inkludiet il-miri għall-KPIs fit-tabella tal-2020; jinnota li l-Awtorità tejbet il-qafas tal-KPI tagħha mill-2021 bil-ħolqien ta' KPIs aktar sofistikati u speċifiċi għal kull wieħed mill-objettivi strateġiċi u annwali;

6.

Jilqa' l-isforzi tal-Awtorità b'reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 fil-koordinazzjoni ta' sforz konġunt flimkien mal-NCAs, il-Bank Ċentrali Ewropew u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali oħra biex jittaffa l-piż operattiv immedjat għall-banek u jiġu mmitigati l-effetti tal-kriżi fit-tul, bħall-ħruġ ta' dikjarazzjonijiet frekwenti biex tingħata gwida lill-partijiet ikkonċernati, il-libertà li jiġu rrapportati d-dati u jingħataw orjentazzjonijiet ta' politika bħal-linji gwida dwar il-ġestjoni ta' skoperturi mrażżna u li ma jrendux;

7.

Jilqa' l-fatt li l-Awtorità ħejjiet u għamlet monitoraġġ ta' linji gwida dwar moratorji leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi dwar ħlas lura ta' self li pprovdew gwida lill-banek fl-appoġġ għall-isfidi ta' likwidità li qed jiffaċċjaw in-negozji tal-Unjoni matul il-pandemija tal-COVID-19, iċċaraw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-moratorji fuq pagamenti u, f'ċerti kundizzjonijiet, ippermettew lill-banek jagħtu pawża mill-pagamenti lill-klijenti tagħhom mingħajr il-bżonn ta' riklassifikazzjoni, u b'hekk tiġi evitata l-klassifikazzjoni tal-iskoperturi bħala mrażżna skont id-definizzjoni tat-tolleranza u/jew bħala inadempjenti minħabba ristrutturar f'diffikultà;

8.

Jinnota li l-Awtorità għandha arranġamenti fis-seħħ mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-servizzi kontabilistiċi; jistieden lil-Awtorità tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha ma' aġenziji tal-Unjoni oħra u żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajbin, bil-ħsieb li titjieb l-effiċjenza fl-oqsma tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà;

9.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-Awtorità fl-iżvilupp tal-qafas regolatorju u prattiku tal-Unjoni għas-sostenibbiltà biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet politiċi u l-kalendarju urġenti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-emenda introdotta bir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li tobbliga lill-Awtorità tikkunsidra mudelli ta' negozju sostenibbli u l-integrazzjoni ta' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-konglomerati finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, sa fejn ikunu meħtieġa biex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-mandat tagħha, tapplika mill-1 ta' Jannar 2020; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-Awtorità ngħatat mandat mill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk trattament prudenzjali ddedikat ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet b'objettivi ambjentali jew soċjali jew it-tnejn li huma jkunx ġustifikat, toħroġ linji gwida għall-ġestjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza mill-banek, u tivvaluta kif is-self ekoloġiku fil-livell tal-konsumatur u l-ipoteki ekoloġiċi jistgħu jingħataw appoġġ; jistieden lill-Awtorità tipproċedi malajr fl-aspetti kollha msemmija hawn fuq, skont il-mandat tagħha u sal-iskadenzi stabbiliti;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, sal-31 ta' Diċembru 2020, 97,42 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet attwata, bil-ħatra ta' 151 aġent temporanju minn 155 post tax-xogħol ta' aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 145 post awtorizzat fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 l-Awtorità impjegat 47 aġent kuntrattwali (49 awtorizzati) u 17-il espert nazzjonali sekondat (17 awtorizzati); jinnota li d-dawran tal-impjegati fost l-aġenti temporanji, l-aġenti kuntrattwali u l-esperti nazzjonali sekondati kien stabbli, b'rata ta' 9,0 %;

11.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità impjegat membri tal-persunal ta' 28 nazzjonalità differenti, 48,8 % minnhom nisa u 51,2 % irġiel; jiddeplora l-fatt li 83 % tal-membri tal-maniġment superjuri huma rġiel u 17 % nisa, l-istess bħas-sena li għaddiet; jissottolinja li din hija kwistjoni persistenti u jistieden lill-Awtorità tkompli bl-isforzi tagħha biex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-ġerarkija fil-futur; jilqa', f'dan ir-rigward, l-obbligu li ż-żewġ sessi jkunu rappreżentati fuq il-bordijiet tal-għażla, l-inkoraġġiment attiv ta' applikanti nisa għall-pożizzjonijiet maniġerjali kollha, sessjonijiet ta' taħriġ speċifiku għall-membri tal-persunal femminili li jkunu jixtiequ jħejju ruħhom għal karriera maniġerjali, u arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli; ifakkar lill-Awtorità li, fl-għażla tal-kandidati, huma importanti kemm il-kompetenzi, l-għarfien u l-esperjenza kif ukoll il-bilanċ ġeografiku u bejn is-sessi fost il-membri tal-persunal;

12.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Awtorità li testendi l-iskadenza għall-persunal biex jitlob lura l-ispejjeż u l-allowances relatati mat-trasferiment tagħhom mir-Renju Unit lejn Franza, li inizjalment kien stabbilit għal sena minn meta l-Awtorità waqqfet l-operazzjonijiet tagħha f'Londra, minħabba l-miżuri meħuda minn ħafna Stati Membri b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, li kellha impatt sinifikanti fuq il-mobbiltà taċ-ċittadini;

13.

Jinnota l-osservazzjoni mir-rapport tal-Qorti tal-2019 li l-Awtorità qatt ma aġġustat il-kontribuzzjonijiet pensjonistiċi bbażati fuq l-istimi għal ċifri reali, jew ippjanat li tagħmel dan, u li l-kontribuzzjonijiet tal-NCAs qatt ma ġew aġġustati biex jaqblu maċ-ċifri reali; jinnota li l-Awtorità għamlet pjanijiet biex tindirizza din il-kwistjoni; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2020 li l-progress f'dik il-kwistjoni għadu għaddej; jistieden lill-Awtorità tipproċedi b'dik il-kwistjoni malajr kemm jista' jkun;

14.

Iħeġġeġ lill-Awtorità tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn is-sessi, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Akkwist

15.

Jinnota li fl-2020 l-Awtorità kkonkludiet sitt proċeduri ta' akkwist – tnejn minnhom offerti – ma' tliet Aġenziji oħra (l-ESMA, Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni), li pparteċipaw flimkien mal-Awtorità, u li l-Awtorità kkanċellat kuntratt wieħed wara l-aġġudikazzjoni, minħabba l-pandemija tal-COVID-19; jinnota wkoll li l-Awtorità ħadet sehem fi 33 proċedura ta' akkwist interaġenzjali mmexxija mill-Kummissjoni kif ukoll minn aġenziji oħra;

16.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjonijiet tal-Qorti li ċerti proċeduri ta' akkwist tal-Awtorità saru bi ksur tar-Regolament Finanzjarju, partikolarment dawk relatati mal-iffirmar ta' ftehim bankarju għal żmien qasir ma' bank; jinnota li f'dak il-każ, l-Awtorità ssottovalutat b'mod sinifikanti l-valur tal-kuntratt, li rriżulta biex l-Awtorità użat it-tip ta' proċedura ta' akkwist żbaljat; jinnota wkoll li l-Awtorità bdiet il-proċedura għall-iffirmar ta' kuntratt ġdid għas-servizzi bankarji ġimgħa biss qabel l-iskadenza ta' dak preċedenti, u eċċezzjonalment nediet proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ma' kuntrattur potenzjali wieħed biss, bla ma tat ġustifikazzjoni għaliex għamlet dan; jiddeplora l-osservazzjoni tal-Qorti li l-offerta tal-kuntrattur potenzjali ma kinitx tissodisfa l-aspettattivi tal-Awtorità, u dan irriżulta fit-talba tal-Awtorità għal offerti minn offerenti oħra, mingħajr ma stabbiliet xi kriterji għall-għażla tal-aħjar offerta, u lanqas ma wettqet xi evalwazzjoni xierqa tal-offerti li rċeviet, iżda minflok aċċettat l-offerta oriġinali; jinnota li l-kuntratt iffirmat kien jinkludi l-ħlas ta' rata tal-imgħax negattiva fuq il-fondi ddepożitati tal-Awtorità fl-ammont ta' EUR 38 430 imħallas minn Jannar sa Awwissu 2020, minflok l-ammont stmat ta' EUR 11 808; jinnota l-evalwazzjoni legali tal-Qorti, li kkonkludiet li skont il-punt 14 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, abbażi tal-ammont attwali ta' mgħax negattiv imħallas, il-proċedura tal-offerti applikabbli kellha tkun dik għal kuntratti ta' valur baxx, u li kellhom jintalbu minimu ta' tliet offerti mill-bidu nett, u l-konklużjoni sussegwenti tal-Qorti li l-proċedura ta' akkwist u l-pagamenti assoċjati kienu qed jitqiesu bħala irregolari;

17.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li fi proċedura oħra ta' akkwist għal servizzi legali, b'valur ta' EUR 31 000, l-Awtorità pprovdiet informazzjoni inadegwata biex tiġġustifika r-raġunijiet li għalihom għażlet li tuża proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt minn qabel u li d-dokumentazzjoni ma kellhiex rendikont adegwat tal-entrati; jinnota li l-Awtorità ma ssostanzjatx b'mod xieraq l-użu ta' din il-proċedura eċċezzjonali, la minn qabel u lanqas fl-avviż tal-għoti nnifsu kif mitlub mill-punt 30.3 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju;

18.

Jinsab imħasseb dwar l-għadd ta' irregolaritajiet, proċeduri tal-offerti mdewma u inadegwati u n-nuqqas ta' diliġenza murija mill-Awtorità fir-rigward tar-regoli tal-akkwist, li rriżultaw fi spejjeż kbar għall-Awtorità; jistieden lill-Awtorità tindirizza n-nuqqasijiet identifikati u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bi kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

19.

Jiddispjaċih li fl-2020, l-uffiċċju tal-Ombudsman kellu jiftaħ inkjesta dwar l-Awtorità fir-rigward ta' sitwazzjoni ta' revolving doors li kienet tinvolvi uffiċjal għoli tal-Awtorità u li fiha ġie stabbilit li kien hemm każ ta' amministrazzjoni ħażina; jinnota li, wara l-konklużjoni ta' dik l-inkjesta, l-Awtorità implimentat ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Ombudsman; jistieden lill-Awtorità tadotta qafas etiku robust sabiex tipprevjeni l-kunflitti ta' interess, ir-revolving doors u l-fastidju;

20.

Jirrikonoxxi li l-Awtorità għandha politika dwar il-kunflitti ta' interess għall-persunal u politika speċifika għall-membri tal-bord tas-superviżuri u l-bord maniġerjali; jinnota li ż-żewġ politiki jirrikjedu li kull sena jiġi ddikjarat kwalunkwe interess li joħloq kunflitt fir-rigward tal-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta' azzjoni tal-Awtorità u li jkunu twettqu matul is-sentejn preċedenti (fir-rigward tal-bordijiet) jew il-ħames snin preċedenti (għall-persunal kollu); jilqa' l-fatt li ż-żewġ politiki jimponu l-obbligu li jiġu ddikjarati sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess mhux koperti mid-dikjarazzjonijiet annwali, billi sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess mhux indirizzati jistgħu jikkompromettu l-infurzar ta' standards etiċi għoljin; jistieden lill-Awtorità tippubblika kull ħmistax il-laqgħat kollha tal-persunal tagħha mal-organizzazzjonijiet tal-lobbying;

Kontroll intern

21.

Jinnota li l-Awtorità għamlet valutazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern, għalkemm fir-rapport annwali tagħha ma tirrapportax il-konklużjonijiet tagħha għal kull prinċipju u għal kull komponent; jinnota li mill-valutazzjoni ħareġ li l-Awtorità kellha sett ta' KPIs għall-kontroll intern neqsin u li qed jiġi żviluppat dokument ta' approċċ għall-kontroll intern għas-snin 2021sal-2024; jistieden lill-Awtorità tivvaluta u tirrapporta kif xieraq dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern, u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza għall-2021, bħala minimu, l-istat ta' kontroll intern għal kull komponent;

22.

Jinnota l-konstatazzjoni tal-Qorti li l-Awtorità ma aġġornatx formalment il-pjan għall-kontinwità tal-operat tagħha mill-2017 b'abbozz ta' pjan aġġornat li kien lest f'Ġunju 2019 meta l-kwartieri ġenerali tal-Awtorità mxew minn Londra għal Pariġi; jinnota, madankollu, li dan l-abbozz ta' pjan, għalkemm intuża għar-rispons tal-Awtorità għall-pandemija tal-COVID-19, ma ġiex approvat formalment u lanqas ma ġie aġġornat mill-maniġment superjuri tal-Awtorità sabiex jindirizza t-trasferiment lejn il-kwartieri ġenerali l-ġodda jew l-esperjenza reċenti tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li dan id-dewmien jikkostitwixxi dgħufija interna fil-proċeduri tal-Awtorità;

23.

Iħeġġeġ lill-Awtorità tieħu azzjonijiet bil-għan li ssewwi n-nuqqasijiet u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi ta' kontroll intern tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità żżomm lill-awtorità tal-kwittanza infurmata bil-progress li jkun sar;

24.

Jinnota li l-Awtorità għandha fis-seħħ strateġija aġġornata kontra l-frodi li ġiet adottata f'Jannar 2019; jinnota, madankollu, li l-Awtorità dewmet il-valutazzjoni tagħha tar-riskju ta' frodi, fl-2019 minħabba t-trasferiment minn Londra, u għal darb'oħra fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u li l-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi kienet skedata għall-ewwel tliet xhur tal-2021; jistieden lill-Awtorità twettaq il-valutazzjoni u tinkorpora r-riżultati fil-pjan ta' azzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultati tal-valutazzjoni u dwar kif din tkun ġiet ikkunsidrata;

Rispons għall-COVID u kontinwità tal-operat

25.

Josserva li l-kriżi tal-COVID-19 wasslet għar-riorganizzazzjoni imprevista tal-arranġamenti tax-xogħol fl-Awtorità, b'enfasi inizjali fuq iż-żamma tal-kontinwità tal-operat fit-terminu qasir u medju; jinnota li l-Awtorità fasslet pjan ta' tħejjija għall-COVID-19 li kellu l-għan li juri l-monitoraġġ attiv tal-pandemija min-naħa tal-Awtorità u l-kapaċità tagħha li tipprovdi gwida u miżuri ċari mmirati lejn il-protezzjoni tal-benessri tal-persunal u l-kontinwità tal-operat tagħha, permezz – fost l-oħrajn – tat-Tim tar-Rispons f'każ ta' Kriżi li appoġġja l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kriżi u l-implimentazzjoni tal-pjan; jilqa' l-enfasi tal-Awtorità fuq li tiżgura s-sikurezza tal-persunal u tillimita l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-missjoni u l-attivitajiet ewlenin tagħha; jinnota li l-Awtorità vvalutat il-miżuri meħuda permezz ta' awditu mwettaq minn kumpanija tal-awditjar esterna u jistieden lill-Awtorità taqsam l-għarfien miksub u t-tagħlimiet meħuda ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni permezz tan-Network tal-Aġenziji tal-UE;

26.

Jinnota li l-Awtorità, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, irrevediet il-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha biex tirrekluta u tintegra persunal ġdid mill-bogħod; jinnota li l-Awtorità organizzat għadd kbir ta' sessjonijiet ta' benessri biex tappoġġja lill-persunal u lill-maniġers matul il-pandemija u li ġie organizzat ukoll taħriġ fil-lingwi u taħriġ ieħor online;

Kummenti oħra

27.

Jilqa' l-azzjonijiet li ttieħdu fil-qafas tal-applikazzjoni tal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) min-naħa tal-Awtorità u jħeġġiġha tiffinalizza l-proġett EMAS u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-reġistrazzjoni tagħha fl-ambitu tal-EMAS; jilqa' l-fatt li l-Awtorità approvat il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema b'tali mod li tinkludi l-prodotti u l-attivitajiet kollha tagħha;

28.

Jistieden lill-Awtorità ssaħħaħ kontinwament l-isforzi tagħha biex tnaqqas l-impronta ambjentali tagħha, billi żżid l-isforzi tagħha biex tintroduċi ambjent tax-xogħol sostenibbli u mingħajr karti, tikkunsidra sorsi ta' enerġija aktar newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, inklużi pannelli fotovoltajċi, u timmodernizza l-bini tal-uffiċċji tagħha biex tilħaq l-istandard ta' emissjonijiet żero;

29.

Ifakkar fl-importanza li l-Awtorità tiżviluppa viżibilità akbar fil-midja u fuq l-internet sabiex tqajjem kuxjenza dwar l-attivitajiet tagħha;

30.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 167.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/240


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1739 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0078/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0098/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/241


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1740 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2020

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0079/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/242


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1741 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Qorti tal-Awdituri Nru 01/2021 dwar "Il-kontribut inizjali li l-UE tat għar-rispons fil-livell tas-saħħa pubblika għall-COVID-19",

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (iċ-"Ċentru") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 62 490 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 5,55 % meta mqabbel mal-2019; billi r-rata tal-inflazzjoni kienet ta' 0,7 % fl-Unjoni fl-2020; billi madwar 97,62 % tal-baġit taċ-Ċentru ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,77 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,46 % meta mqabbla ma' dik tal-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,26 %, li tirrappreżenta wkoll tnaqqis ta' 6,15 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Prestazzjoni

2.

Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru ħallas 96 % tal-fatturi fil-limiti ta' żmien tar-regolament finanzjarju taċ-Ċentru;

3.

Josserva li l-missjoni taċ-Ċentru hija li jidentifika, jivvaluta u jikkomunika t-theddid attwali u li jista' jinqala' għas-saħħa tal-bniedem minn mard komunikabbli; jisħaq li t-tifqigħa tal-COVID-19 fl-2020 u l-pandemija sussegwenti kienu l-aktar avveniment serju tas-saħħa pubblika li ċ-Ċentru kellu jirreaġixxi għalih minn mindu beda jopera fl-2005; jinnota li l-appoġġ għar-rispons tal-Unjoni għall-COVID-19 sar l-attività prinċipali taċ-Ċentru; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru attiva l-pjan operazzjonali tiegħu f'każ ta' avveniment tas-saħħa pubblika fid-9 ta' Jannar 2020 u, b'mod speċifiku, li t-timijiet li jaħdmu fuq l-emerġenzi tas-saħħa pubblika kkontribwew b'mod pożittiv għall-oqfsa ta' governanza tal-Unjoni u nazzjonali għall-pandemija tal-COVID-19; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru beda jopera fil-livell 2 – fażi akuta – ta' Avveniment tas-Saħħa Pubblika, fil-31 ta' Jannar 2020 u kompla jopera f'dik il-fażi għall-bqija tas-sena;

4.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, iċ-Ċentru, b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19, attiva l-pjan operazzjonali tiegħu f'każ ta' avveniment tas-saħħa pubblika fid-9 ta' Jannar 2020, li ggwida lill-organizzazzjoni tul is-sitwazzjoni ta' emerġenza, u ppermettielu jidderieġi mill-ġdid ir-riżorsi meħtieġa biex jindirizza l-pandemija; jinnota li t-timijiet responsabbli għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika fi ħdan iċ-Ċentru pproduċew l-eżiti ewlenin li jikkonċernaw il-COVID-19, bħal, fost l-oħrajn, aġġornamenti tad-data u tas-sorveljanza, inklużi valutazzjonijiet rapidi tar-riskju, gwida xjentifika biex tappoġġja t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar is-saħħa pubblika, informazzjoni dwar miżuri ta' mard u rispons għall-prattikanti tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku ġenerali, u pprovdew tweġibiet għal talbiet ad hoc mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni;

5.

Jinnota li ċ-Ċentru ta assistenza lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b'appoġġ relatat mal-laboratorju u espanda l-ittestjar, filwaqt li saħħaħ l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri permezz tal-istabbiliment ta' indikaturi operazzjonali u l-għoti ta' appoġġ fil-valutazzjoni tal-kapaċità ta' żieda f'daqqa fis-servizzi tas-saħħa;

6.

Jenfasizza l-24 valutazzjoni tar-riskju b'rabta mal-COVID-19 imwettqa miċ-Ċentru, il-159 talba xjentifika formali mill-Kummissjoni u l-Membri, u l-100 talba xjentifika formali u iżjed mill-Istati Membri; jinnota, barra minn hekk, li l-għadd ta' tniżżil ta' valutazzjonijiet tar-riskju rapidi żdied b'1 086 % meta mqabbel maċ-ċifri tal-2019;

7.

Jesprimi t-twemmin tiegħu li rispons rapidu, effettiv, infurmat u kkoordinat fl-Istati Membri kollha huwa essenzjali, kemm biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni attwali kif ukoll biex jiġi indirizzat theddid futur possibbli għas-saħħa;

8.

Huwa konvint li l-ħidma taċ-Ċentru fl-għoti ta' informazzjoni f'waqtha, preċiża u bbażata fuq ix-xjenza lil-leġiżlaturi, lill-professjonisti tas-saħħa u lill-pubbliku ġenerali hija essenzjali biex tiġi indirizzata l-pandemija attwali tal-COVID-19 u theddid potenzjali ieħor għas-saħħa; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru jikkondividi l-informazzjoni ma' diversi media f'dak ir-rigward;

9.

Jenfasizza l-fatt li r-reżistenza antimikrobika li qed tiżdied għadha toħloq theddida għas-saħħa pubblika, minkejja l-fatt li l-konsum ġenerali tal-Unjoni ta' antimikrobiċi kompla jonqos; jilqa' l-attività kontinwa taċ-Ċentru f'dan il-qasam;

10.

Jinnota li ċ-Ċentru wassal 56 % tal-eżiti inizjalment ippjanati fid-Dokument ta' Programmazzjoni Uniku tiegħu għall-2020–2022, u 90 % tal-eżiti tal-programm ta' ħidma tal-COVID-19 approvat f'Mejju 2020; jinnota li 35 % tal-eżiti ppjanati inizjalment miċ-Ċentru ġew posposti għall-2021 jew ikkanċellati; jinnota li rieżami strateġiku u tal-prestazzjoni estern tar-rispons għall-COVID-19 taċ-Ċentru juri li ċ-Ċentru għandu jtejjeb il-funzjonament tiegħu sabiex ikun jista' jipprovdi rispons aktar effettiv u effiċjenti fi kriżi futura tas-saħħa pubblika, filwaqt li jżomm il-funzjonijiet ewlenin u l-eżiti essenzjali tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

11.

Jinnota bi tħassib il-konklużjoni tar-Rieżami tal-Qorti Nru 01/2021, dwar "Il-kontribut inizjali li l-UE tat għar-rispons fil-livell tas-saħħa pubblika għall-COVID-19" (ir-"rieżami tal-Qorti"), li kien diffiċli għaċ-Ċentru biex jimmaniġġja t-tempestività, il-kwalità u l-kompletezza tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri; jiġbed attenzjoni partikolari, madankollu, għall-osservazzjoni tal-Qorti li l-istrateġiji differenti ta' sorveljanza u ttestjar użati mill-Istati Membri jagħmlu t-tqabbil u l-valutazzjonijiet diffiċli, u li, b'mod aktar ġenerali, il-kompetenzi tas-saħħa pubblika tal-Unjoni huma limitati, u dan ifisser li ċ-Ċentru jiddependi b'mod konsiderevoli fuq l-Istati Membri għall-effettività tiegħu; jinnota li, pereżempju, għaddiet kważi sena wara t-tifqigħa tal-COVID-19 fl-Ewropa qabel ma l-Istati Membri użaw sistema komuni ta' kodiċi tal-kuluri, u wrew impenn li jippreżentaw id-data tagħhom liċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru wieġeb għar-rieżami tal-Qorti billi wissa li għad trid issir ħidma konsiderevoli biex tiġi stabbilita sorveljanza robusta tal-COVID-19 ibbażata fuq il-popolazzjoni, u jirrimarka li minn dak iż-żmien iċ-Ċentru ħa passi biex jindirizza din il-kwistjoni;

12.

Jirrikonoxxi r-raġunijiet għall-kanċellazzjoni jew il-posponiment ta' 35 % tal-eżiti ppjanati taċ-Ċentru fl-2020, filwaqt li jenfasizza l-fatt li ċ-Ċentru kiseb rata ta' suċċess ta' 90 % fl-issodisfar tal-pjan tal-eżitu tal-programm ta' ħidma adottat addizzjonalment f'Mejju 2020; jirringrazzja lill-persunal taċ-Ċentru għall-ħidma ddedikata tagħhom f'dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli;

13.

Jilqa' l-fatt li, b'mod separat mir-rieżami tal-Qorti, iċ-Ċentru beda l-analiżi strateġika tiegħu stess, permezz ta' kuntrattur estern, dwar ir-rispons taċ-Ċentru għall-COVID-19 minn Jannar sa Settembru 2020; jinnota li dik l-analiżi strateġika turi li ċ-Ċentru jipprovdi data ta' sorveljanza ta' kwalità għolja li hija affidabbli ħafna, u li l-gwida tiegħu hija input kritiku għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, iżda li fl-istess ħin, hemm potenzjal ċar biex iċ-Ċentru jkun aktar effettiv; jinnota r-rakkomandazzjonijiet tal-analiżi strateġika, li jiddikjaraw li ċ-Ċentru għandu jagħmel enfasi akbar fuq il-prattiċità tar-rakkomandazzjonijiet u fuq il-gwida bil-quddiem, u għandu jappoġġa b'mod aktar sistematiku t-tagħlim u l-iskambju tal-esperjenzi bejn l-Istati Membri; jinnota r-rakkomandazzjonijiet tal-analiżi strateġika li għandha tinħoloq funzjoni ewlenija strateġika għolja, differenzjazzjoni aħjar tal-proċessi interni għall-produzzjoni ta' eżiti tekniċi, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar;

14.

Jinnota li l-valutazzjoni strateġika esterna taċ-Ċentru tindika li, fuq terminu twil, hemm kwistjonijiet importanti dwar ir-rwol li ċ-Ċentru għandu jkollu fix-xenarju usa' Ewropew tas-sigurtà tas-saħħa pubblika; jinnota li dawk il-kwistjonijiet huma relatati mal-livell xieraq ta' koordinazzjoni Ewropea tal-politiki u d-data dwar is-saħħa pubblika, ir-rwoli rilevanti ta' diversi atturi u l-fokus strateġiku taċ-Ċentru; jinnota li l-Kummissjoni ddiskutiet dawk il-kwistjonijiet fir-rieżami tagħha tar-rwol taċ-Ċentru, u li, minn dakinhar, saru bidliet fix-xenarju Ewropew tas-sigurtà tas-saħħa pubblika;

15.

Jinnota li ċ-Ċentru qed jiżviluppa sistema ta' sorveljanza Ewropea kompletament ġdida bil-għan li l-COVID-19 u l-mard u l-kundizzjonijiet tas-saħħa l-oħra kollha jiġu koperti b'mod progressiv taħt is-sorveljanza tal-Unjoni, u b'hekk jitnaqqas il-piż tar-rappurtar għall-Istati Membri; jinnota wkoll li għadhom għaddejjin diversi proġetti ta' valutazzjoni tat-teknoloġija biex jiġi żgurat li ċ-Ċentru jieħu vantaġġ mill-innovazzjonijiet tekniċi bl-aktar mod kosteffettiv; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

16.

Jinnota li l-kuntest istituzzjonali li fih jopera ċ-Ċentru qed jinbidel b'konsegwenza tat-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Qorti telabora iżjed, fl-awditu tagħha għas-sena finanzjarja li jmiss, dwar kif iċ-Ċentru qed jopera f'dan il-kuntest istituzzjonali aġġustat, u jekk, fil-qafas istituzzjonali aġġustat, iċ-Ċentru għandux biżżejjed riżorsi biex jimplimenta l-mandat tiegħu b'mod effettiv;

17.

Jinnota li l-pjan ta' azzjoni taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tat-tielet evalwazzjoni esterna ġie żviluppat u approvat mill-bord tal-amministrazzjoni taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jipprovdi informazzjoni b'mod regolari lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan;

18.

Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru jaqsam l-aħjar prattiki u jaħdem b'mod regolari ma' aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni; jilqa' l-azzjonijiet li ttieħdu miċ-Ċentru biex jestendi l-kooperazzjoni tiegħu ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni f'oqsma bħall-użu tal-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku u l-crowdsourcing; jilqa' wkoll l-isforzi li għamel iċ-Ċentru biex itejjeb il-kollaborazzjoni interistituzzjonali b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19;

19.

Jisħaq li ċ-Ċentru għandu jibqa' jippromwovi l-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, u jrawwem djalogu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini; jilqa' l-mod li bih iċ-Ċentru ħadem flimkien ma' aġenziji deċentralizzati oħra tal-Unjoni fl-2020, b'mod partikolari f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fl-iżvilupp ta' sistema konġunta ta' monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni għall-effettività u l-effetti avversi tat-tilqim kontra l-COVID-19, kif ukoll fl-għoti ta' informazzjoni dwar is-saħħa pubblika għall-gwida teknika dwar il-kontroll tal-infezzjoni tal-COVID-19 għall-ivvjaġġar bl-ajru, il-ferroviji u l-bastimenti tal-kruċiera;

Politika dwar il-persunal

20.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, 96,1 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b'173 aġent temporanju maħtura minn total ta' 180 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 180 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota, barra minn hekk, li fl-2020 121 aġent kuntrattwali u 5 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għaċ-Ċentru;

21.

Jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri taċ-Ċentru, fejn erbgħa minn sitta (66,67 %) huma rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali taċ-Ċentru, fejn 170 minn 271 (62,73 %) huma nisa;

22.

Jinnota li ċ-Ċentru adotta politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; josserva li ġew irrapportati żewġ każijiet ta' allegat fastidju u tressaq każ wieħed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-2020; jistieden liċ-Ċentru jiżgura li jittieħdu miżuri kontinwi mmirati lejn it-tisħiħ tal-qafas etiku fuq il-post tax-xogħol u lejn il-prevenzjoni tal-eżawriment u l-fastidju; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

23.

Jinnota li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-ammont ta' xogħol fiċ-Ċentru żdied b'mod sinifikanti fl-2020; jinnota li ċ-Ċentru ġie pprovdut b'kapaċità akbar għal żmien qasir fl-2020 u fi tmiem l-2020, iċ-Ċentru ngħata wkoll għadd ta' postijiet tal-persunal fit-tul li għandhom jimtlew matul il-perjodu mill-2021 sal-2024 minħabba l-kriżi sanitarja fit-tul;

24.

Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-bord tal-amministrazzjoni taċ-Ċentru peress li dan irendi t-teħid ta' deċiżjonijiet diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

25.

Jilqa' l-isforzi li saru fil-politika tal-persunal taċ-Ċentru biex jippromwovi t-telexogħol u stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa u jkompli jħeġġeġ liċ-Ċentru jsegwi l-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

26.

Jilqa' l-proposta li l-mandat taċ-Ċentru jiġi estiż, iżda jesprimi tħassib li ż-żieda ta' kompiti ġodda u l-ammont ta' xogħol dejjem jiżdied tiegħu ma ġewx akkumpanjati minn żidiet korrispondenti suffiċjenti fil-persunal u r-riżorsi taċ-Ċentru, u li tali nuqqas ta' persunal joħloq pressjoni sinifikanti fuq il-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u jhedded il-kwalità tal-ħidma taċ-Ċentru;

Akkwist

27.

Jinnota li ċ-Ċentru kkonkluda total ta' 130 kuntratt fl-2020, li jkopru 10 kuntratti qafas, 14-il kuntratt dirett u 106 kuntratti speċifiċi; jinnota li ċ-Ċentru wettaq 79 proċedura ta' akkwist matul is-sena, li kienu jinkludu disa' sejħiet miftuħa, 48 proċedura nnegozjata u 22 kompetizzjoni li reġgħu nfetħu; jinnota li fl-2020 iċ-Ċentru kkonkluda wkoll 15-il ftehim qafas ta' sħubija u 44 ftehim speċifiku ta' għotja;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

28.

Jilqa' l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi;

29.

Jilqa' t-titjib fil-perċentwal ta' membri tal-bord tal-amministrazzjoni, membri tal-forum konsultattiv u s-sostituti tagħhom li ppreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta' interess annwali meħtieġa fl-2020 apparagun taċ-ċifri għall-2019; jistieden liċ-Ċentru jiżgura li l-esperti xierqa jkunu involuti fil-ħidma taċ-Ċentru u li jinżamm livell għoli ta' konformità mar-regoli dwar il-kunflitt ta' interess;

30.

Jinnota li ċ-Ċentru żviluppa u jinsab fil-proċess li jimplimenta l-proċedura interna tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess għall-persunal; jinnota li, skont it-tweġibiet taċ-Ċentru, din il-prattika se tipprovdi opportunità biex jiġu żviluppati aktar il-proċessi u jiġi ffaċilitat skrutinju addizzjonali; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

31.

Jinnota li fl-2020 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu fuq il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika fiċ-Ċentru, f'konformità mal-pjan strateġiku tal-awditjar intern; jinnota li l-awditu rriżulta f'erba' rakkomandazzjonijiet, li tnejn minnhom ġew ikklassifikati bħala importanti ħafna u tnejn bħala importanti; jinnota li ċ-Ċentru żviluppa pjan ta' azzjoni biex iqis dawk ir-rakkomandazzjonijiet, li kienu jinkludu l-organizzazzjoni ta' taħriġ u s-sensibilizzazzjoni fil-qasam tal-etika; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippjanati;

32.

Jinnota li, skont it-tweġibiet għall-kwestjonarju standard, fl-2020 iċ-Ċentru identifika u investiga 22 kunflitt ta' interess potenzjali; jinnota wkoll li fil-każijiet kollha, iċ-Ċentru stabbilixxa miżuri ta' mitigazzjoni, b'mod partikolari l-iskrinjar tal-kontributi tal-esperti mill-persunal indipendenti taċ-Ċentru għal kwalunkwe preġudizzju potenzjali, esklużjoni milli wieħed ikun President jew Viċi President ta' laqgħa, sospensjoni tal-parteċipazzjoni f'punti tal-aġenda u t-tmiem tad-drittijiet tal-vot;

33.

Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tal-5 ta' Frar 2021 fl-inkjesta strateġika OI/3/2020/TE dwar "kif l-ECDC ġabar u kkomunika informazzjoni matul il-kriżi tal-COVID-19" u jilqa' l-konklużjoni li ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina; jinnota, madankollu, li minkejja r-rikonoxximent tal-Ombudsman tal-isforzi li saru miċ-Ċentru matul il-kriżi tal-COVID-19 biex iwettaq il-valutazzjoni xjentifika tiegħu b'mod trasparenti, l-Ombudsman iqis li l-mandat taċ-Ċentru jipprevjeni l-ġbir indipendenti tad-data, li jillimita b'mod sinifikanti l-kompiti tiegħu, u, barra minn hekk, li hemm lok biex iċ-Ċentru jtejjeb il-mod kif jikkomunika l-informazzjoni lill-pubbliku billi joffri t-traduzzjonijiet tiegħu bl-akbar għadd ta' lingwi uffiċjali possibbli; jitlob liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda għal tali titjib;

Kontroll intern

34.

Jinnota li ċ-Ċentru implimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha mill-IAS dwar "It-Tħejjija u r-Rispons fl-ECDC" u ssottomettihom lill-IAS għal rieżami; jinnota li l-IAS irrieżamina l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet u ċ-Ċentru bħalissa qed jistenna l-konklużjonijiet finali; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati;

35.

Jinnota li l-awtovalutazzjoni taċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern uriet li s-sistema ta' kontroll intern hija preżenti u qed taħdem, iżda hemm bżonn ta' xi titjib; jinnota li l-maniġment taċ-Ċentru jeħtieġ li jiddefinixxi u jiddokumenta aħjar il-kriterji ta' materjalità tat-tolleranza tar-riskju għall-attivitajiet taċ-Ċentru; jinnota li se tiġi introdotta taqsima ġdida fil-qafas ta' kontroll intern taċ-Ċentru biex jitqiesu b'mod espliċitu l-attivitajiet ta' kontroll li għandhom jitwettqu u s-segwitu tagħhom, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi; jinnota li għandha tiġi żviluppata politika ta' komunikazzjoni interna, inkluża komunikazzjoni dwar l-objettivi u r-responsabbiltajiet tal-kontroll intern; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

36.

Jilqa' l-impenn taċ-Ċentru li jipprovdi liċ-ċittadini tal-Unjoni b'informazzjoni f'waqtha u preċiża, u jirringrazzja lill-persunal u lill-maniġment taċ-Ċentru għall-ħidma li twettqet f'ċirkostanzi diffiċli fl-2020; jinnota li l-gwida u l-eżiti taċ-Ċentru kienu apprezzati ħafna mill-partijiet ikkonċernati, minħabba l-kwalità għolja u r-robustezza xjentifika tagħhom; jinnota b'mod partikolari d-dikjarazzjoni taċ-Ċentru li l-ammont u l-kwalità tar-riżultati miksuba huma riflessjoni tal-għarfien espert u tal-impenn tal-persunal involut fir-rispons taċ-Ċentru għall-pandemija; jilqa' wkoll il-kooperazzjoni taċ-Ċentru mal-Uffiċċju Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Ewropa fl-istabbiliment ta' sorveljanza bbażata fuq il-każijiet tal-COVID-19 għar-Reġjun Ewropew kollu tad-WHO;

37.

Jilqa' l-fatt li fl-2020 iċ-Ċentru rrapporta għadd bla preċedent ta' eżiti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19, u kellu l-akbar viżibbiltà mill-ħolqien tiegħu; jinnota li l-attivitajiet ewlenin taċ-Ċentru matul dan il-perjodu kienu relatati mal-appoġġ ta' strateġiji ta' tilqim, mat-tixrid ta' informazzjoni bbażata fuq l-evidenza, mal-applikazzjoni ta' sorveljanza u intelliġenza epidemika, mal-implimentazzjoni ta' gwida għal suġġetti xjentifiċi u tekniċi, u mal-istabbiliment ta' networking u ta' prattiki ta' skambju madwar l-Ewropa;

Kummenti oħra

38.

Jinnota li ċ-Ċentru żviluppa strateġija komprensiva bil-għan li jinkisbu l-kosteffettività u l-ħarsien tal-ambjent; jinnota li ċ-Ċentru bħalissa jinsab fil-fażi ta' implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tiegħu, li hija bbażata fuq l-iskema Ewropea ta' ġestjoni u verifika ambjentali; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

39.

Jinnota li fl-2020 iċ-Ċentru żied l-involviment tiegħu b'mod sinifikanti b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19; jinnota li s-sit web taċ-Ċentru kellu 32 miljun viżwalizzazzjoni tal-paġna, meta mqabbla mal-għadd totali ta' 9 miljuni bejn l-2011 u l-2019; jinnota li t-tim tal-istampa u tal-media taċ-Ċentru indirizza 1 917-il talba tal-media, għall-kuntrarju ta' madwar 100 fis-sena ta' qabel; jinnota li fl-2020 iċ-Ċentru osserva żieda ta' 146 % fl-għadd ta' segwaċi fuq Twitter, żieda ta' 232 % fl-għadd ta' paġni simili fuq Facebook, u żieda ta' 107 % fl-għadd ta' segwaċi fuq LinkedIn;

40.

Jenfasizza l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċentru f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni iżda anke l-importanza li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jkompli jkun proattiv f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat, akkost ta' kollox, distakk diġitali bejn l-aġenziji;

41.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li ċ-Ċentru jiżgura li jkun hemm trasparenza sħiħa fil-pubblikazzjoni tal-istudji xjentifiċi u billi jsaħħaħ il-kapaċità ta' komunikazzjoni esterna tiegħu lejn il-pubbliku ġenerali, u jiżgura li l-informazzjoni ewlenija kollha relatata mal-emerġenzi tas-saħħa pubblika tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u tkun aċċessibbli faċilment għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

42.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għar-rapport tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2019, iċ-Ċentru qed iħejji politika ġdida u aġġornata dwar iċ-ċibersigurtà b'antiċipazzjoni għad-dħul fis-seħħ ta' Regolament tal-Unjoni dwar ir-regoli komuni dwar iċ-ċibersigurtà; jinnota li, bħala parti mill-isforzi tiegħu biex isaħħaħ iċ-ċibersigurtà, iċ-Ċentru qed jikkunsidra investiment fi proġett għas-sigurtà tal-informazzjoni u fi programm ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà mill-2022 'il quddiem; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

43.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 39.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/248


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1742 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0079/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0099/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/250


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1743 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0080/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (4) tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0112/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/252


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1744 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0112/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 109 362 158, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 3,08 % meta mqabbel ma’ dak għall-2019; billi madwar 29,41 % tal-baġit tal-Aġenzija ġej minn tariffi u imposti u 67,48 % mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi (fl-2019, 39,51 % minn tariffi u imposti u 57,61 % mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi); billi r-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 0,7 % fl-Unjoni fl-2020;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jirrikonoxxi li, mill-iskadenza tar-reġistrazzjoni finali skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fl-2018 ‘l hawn, l-introjtu mit-tariffi tal-Aġenzija naqas b’mod sinifikanti, u dan jobbligaha tiddependi dejjem aktar mill-Unjoni biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha;

2.

Jinnota li, fl-2020, l-Aġenzija ġabret introjtu mit-tariffi li jammonta għal EUR 32 292 704 miljun (EUR 44 385 256 miljun fl-2019) filwaqt li s-sussidju tal-Unjoni ammonta għal EUR 73 795 512 miljun (EUR 64 503 447 miljun fl-2019) li kienu jinkludu kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ EUR 1 850 992 miljun (EUR 1 615 032 miljun fl-2019);

3.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun kapaċi twettaq il-mandat tagħha fit-tul; jitlob, f’dan ir-rigward, li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ prevedibbiltà tal-introjtu baġitarju tal-Aġenzija; filwaqt li jirrikonoxxi l-iżviluppi pożittivi fl-istruttura tal-governanza u dik finanzjarja tal-Aġenzija, jinnota x-xejra ta’ tnaqqis fl-introjtu mill-tariffi u jemmen li għandu jiġi żviluppat u introdott mingħajr dewmien mudell ta’ finanzjament stabbli ġdid; jaċċentwa l-fatt li minkejja l-osservazzjonijiet preċedenti li saru mill-Parlament u mill-Qorti tal-Awdituri, fl-2020 l-Aġenzija rrapportat tnaqqis sinifikanti u mhux previst ta’ madwar EUR 7 000 000 fl-introjtu mit-tariffi fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

4.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Aġenzija jkollha livelli adegwati ta’ persunal li jirriflettu l-ħtiġijiet assoċjati mal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari u tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero b’mod partikolari; jinnota l-ħidma pożittiva li saret mill-Aġenzija fl-ambitu tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u jinnota l-ħtieġa li jsiru sforzi kontinwi biex jiġi stabbilit mudell ta’ finanzjament kompletament sostenibbli;

5.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,48 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,30 %, meta mqabbla mal-2019 u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 94,16 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 8,07 % meta mqabbla mal-2019;

6.

Jinnota li, b’segwitu għall-osservazzjonijiet riċevuti fil-proċedura ta’ kwittanza tal-2019, l-Aġenzija qed tkompli bl-isforzi tagħha biex iżżid l-effiċjenza tas-sistema għall-verifiki ex post, bl-għan li tnaqqas l-intervall bejn is-sottomissjoni tal-fajl u l-verifika tal-istatus ta’ intrapriża żgħira u ta’ daqs medju (SME) ta’ applikant; jilqa’ l-fatt li l-introjtu mit-tariffi ta’ reġistrazzjoni addizzjonali ġġenerat mill-proċess ta’ verifika tal-istatus ta’ SME (inkluż fl-introjtu mir-reġistrazzjonijiet u mill-aġġornamenti ta’ REACH) ammonta għal EUR 1 370 000 (meta mqabbel ma’ EUR 700 000 fl-2019); jirrikonoxxi li ż-żieda tista’ tiġi attribwita primarjament għal "kampanja tal-SMEs" effettiva li stiednet lill-kumpaniji jiddikjaraw b’mod korrett huma stess id-daqs tal-kumpanija tagħhom qabel il-bidu tal-verifika tal-Aġenzija, filwaqt li jirrinunzjaw għal kwalunkwe imposta amministrattiva li altrimenti kienet tirriżulta minn daqs żbaljat iddikjarat preċedentement, u billi tingħata prijorità lill-kumpaniji bl-akbar tnaqqis finanzjarju; jinnota li fl-2020 ġew ivverifikati total ta’ 504 intrapriżi għad-daqs tal-kumpanija tagħhom (meta mqabbel ma’ 333 fl-2019) u, minbarra t-tariffi ta’ reġistrazzjoni addizzjonali, l-Aġenzija ġġenerat EUR 1 050 000 f’imposti amministrattivi (meta mqabbel ma’ EUR 1 010 000 fl-2019), mitluba mill-kumpaniji li ma kinux eliġibbli għar-ribassi li dawk il-kumpaniji kienu rċevew; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija se tkompli bl-isforzi tagħha fl-2021 u tinsab fit-triq it-tajba biex tlesti l-verifika tat-talbiet relatati mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni tal-2018 sal-aħħar tal-2023;

7.

Josserva li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") fost l-awtoritajiet regolatorji hija dik li tixpruna l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni u tippromwovi l-użu sikur tas-sustanzi kimiċi; jissottolinja li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li dan għandu jsir b’mod li jiżgura li l-ittestjar fuq l-annimali jkun biss l-aħħar għażla u li jiġi promoss l-użu ta’ metodi li ma jinvolvux annimali;

8.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija kompliet tappoġġja l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas u tissostitwixxi l-ittestjar fuq l-annimali billi ppubblikat għodod ġodda u wessgħet l-aċċess għall-informazzjoni, u hekk tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn alternattivi li ma jinvolvux l-ittestjar fuq l-annimali;

9.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tiġi allokata riżorsi baġitarji biex twettaq kooperazzjoni aktar mill-qrib ħalli tikkonsolida bażi ta’ data unika tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi mal-aġenziji assoċjati tagħha skont "il-prinċipju ta’ sustanza waħda, valutazzjoni waħda" (4) b’mod partikolari billi jiġu inkorporati l-entrati tal-Metodoloġiji b’Approċċ Ġdid (NAM) fil-Bażi tad-data Internazzjonali għall-Informazzjoni Kimika Uniformi) (5).

10.

Jenfasizza li wieħed mill-kompiti fundamentali tal-Aġenzija għall-perjodu li ġej ser ikompli jkun l-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (6) adottata mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Ottubru 2020;

Prestazzjoni

11.

Jinnota li l-Aġenzija adottat dokument ta’ programmazzjoni għall-2020-2023 li jistabbilixxi l-objettivi għall-Aġenzija, f’konformità mal-pjan strateġiku għal dan il-perjodu ta’ erba’ snin u li kien akkumpanjat mill-ippjanar tar-riżorsi sal-2023 u l-programm ta’ ħidma tal-2020; jinnota li l-Aġenzija kisbet 194 minn 210 azzjoni u eżitu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma tal-2020 u li s-16-il azzjoni u eżitu li ma ġewx issodisfati prinċipalment ma ġewx issodisfati minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

12.

Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-analiżi mwettqa mill-Aġenzija, il-Kummissjoni u n-Network ta’ Skambju dwar ix-Xenarji ta’ Esponiment bħala parti mit-tielet rieżami tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 , skont liema konklużjonijiet huma meħtieġa aktar sforzi, b’mod partikolari mill-industrija;

13.

Jinnota li l-Aġenzija qed tkompli tikkollabora maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-iżvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza tal-aħjar teknoloġija disponibbli għall-ipproċessar taċ-ċeramika, it-tessuti u l-metalli, u għall-fonderiji skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); jinnota li l-Aġenzija ħadmet mal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-industrija biex tistabbilixxi pjan ta’ żvilupp għall-Azzjoni 3 tar-Rieżami ta’ REACH, li għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tat-tħaddim u tal-kwalità tal-iskedi tad-data tas-sikurezza estiżi;

14.

Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, bħall-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, permezz ta’ memoranda ta’ qbil, biex ittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni, tikseb fehim reċiproku aħjar u, fejn xieraq, fuq proġetti konġunti; jissottolinja l-importanza ta’ approċċ bħal dan fir-rigward tal-iżgurar li l-ħidma ta’ kull aġenzija tkun konsistenti ma’ dik tal-aġenziji l-oħra u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ġestjoni finanzjarja tajba; jilqa’ l-kondiviżjoni tas-servizzi, bħall-kapaċità tal-awditjar intern tal-Aġenzija mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, u jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost l-aġenziji tal-Unjoni fejn u kulmeta jkun possibbli;

15.

Jinnota u jilqa’ l-fatt li l-271 kontroll sħiħ tal-konformità koprew 258 sustanza u li twettqu 76 kontroll immirat li ikkonċernaw 44 sustanza fl-2020;

16.

Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex issaħħaħ, tiċċara u tgħaġġel il-proċess għall-approvazzjoni u r-rieżami tas-sustanzi attivi b’effett bijoċidali skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Sustanzi Attivi;

17.

Jilqa’ l-analiżi tal-Aġenzija tal-kwistjoni tal-mikroplastiċi u r-rilaxx mhux intenzjonat tagħhom fl-ambjent; jaqbel mal-konklużjoni li projbizzjoni fl-Unjoni kollha, fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fuq prodotti li fihom il-mikroplastiċi miżjuda apposta li mbagħad jiġu rilaxxati fl-ambjent b’riżultat tal-użu hija approċċ xieraq biex din il-kwistjoni tissolva;

Politika dwar il-persunal

18.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2019, kien ġie eżegwit 97,41 % tat-tabella tal-persunal, bil-ħatra ta’ 451 aġent temporanju minn 463 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 461 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 ħadmu għall-Aġenzija 122 aġent kuntrattwali u 3 esperti nazzjonali sekondati;

19.

Jiddispjaċih li l-Aġenzija, fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri u intermedju, tirrapporta li 23 pożizzjoni (76,6 %) huma okkupati minn irġiel u 7 (23,3 %) minn nisa, u, fir-rigward tal-bord ta’ tmexxija, li 14-il pożizzjoni huma okkupati minn irġiel (37,8 %) u 23 minn nisa (62,2 %); jinnota li dan l-iżbilanċ bejn il-ġeneri ilu jippersisti għal żmien twil; jinnota, fir-rigward tal-persunal b’mod ġenerali, li l-Aġenzija tirrapporta li timpjega 266 raġel (46,7 %) u 306 mara (53.3 %); jitlob lill-Aġenzija tiżgura b’mod proattiv li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jaħtru l-membri tagħhom fil-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija;

20.

Jinnota li l-Aġenzija għandha fis-seħħ politika kontra l-fastidju u linji gwida relatati; jirrikonoxxi li l-maniġment tal-Aġenzija qed jippromwovi mġiba xierqa billi jipprovdi laqgħat bejn il-persunal u l-konsulenti kunfidenzjali;

21.

Jissottolinja li l-baġit speċifiku għat-taħriġ għandu jiżgura li l-persunal tal-Aġenzija jiġi mħarreġ kif xieraq rigward il-Metodoloġiji b’Approċċ Ġdid (NAMs) l-aktar reċenti, biex tinħoloq kapaċità interna akbar ħalli it-tniġġis kimiku u l-effetti negattivi tiegħu jiġu indirizzati kif xieraq, bl-għodod (8) u l-kunċetti (9) l-aktar riċenti.

22.

Jilqa’ l-isforzi li saru fil-politika tal-persunal tal-Aġenzija biex tippromwovi t-telexogħol u stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa u jkompli jħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi l-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, id-dritt ta’ skonnessjoni filwaqt li jiġi rrispettat il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

23.

Jilqa’ l-fatt li fuq is-sit tagħha l-Aġenzija tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-bord ta’ tmexxija u l-kumitati tagħha, inklużi dawk tal-presidenti tagħha li huma membri tal-persunal tal-Aġenzija, tad-Direttur Eżekuttiv u tal-membri kollha tal-bord tal-appell; jilqa’ l-fatt li l-politiki tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess ikopru t-tul kollu tal-impjieg tal-persunal u li, biex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza, l-esperti esterni li jipparteċipaw fil-kumitati xjentifiċi, fil-bord ta’ tmexxija u fil-forum ta’ infurzar jiġu eżaminati skont sitt kriterji ta’ eliġibbiltà mmirati;

24.

Jinnota li fl-2020 ġie rapportat każ wieħed ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, li jikkonċerna membru tal-persunal li allega ritaljazzjoni talli enfasizza irregolaritajiet lis-superjuri tiegħu dwar proċedura ta’ akkwist u l-allegata ritaljazzjoni kienet ir-rakkomandazzjoni biex ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ impjieg tal-membru tal-persunal sena wara; jinnota li twettqet investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fil-proċedura ta’ akkwist u li ġiet rispettata l-anonimità tal-oriġini tal-allegazzjonijiet; jinnota li l-investigazzjoni ma sabet l-ebda attività li kienet tikser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija jew tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); jinnota li l-każ huwa kkunsidrat magħluq;

Kontroll intern

25.

Jinnota li fl-2020 twettaq awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni dwar "Skrinjar tal-istrateġija regolatorja integrata, evalwazzjoni u analiżi ta’ għażliet ta’ ġestjoni regolatorja fl-2020" u li l-awditu pprovda tliet rakkomandazzjonijiet importanti: it-titjib tal-ippjanar, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-istrateġija regolatorja integrata, id-dokumentazzjoni tal-proċeduri u tal-flussi tax-xogħol għar-rieżami u l-approvazzjoni, ir-rieżami u t-titjib tal-għodod, u d-dokumentazzjoni ta’ proċessi interni għall-ġestjoni tal-kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; jinnota li l-Aġenzija qed issegwi dawk ir-rakkomandazzjonijiet u li, barra min hekk, qed tikkunsidra kif tindirizza azzjoni waħda miftuħa mill-awditu ta’ segwitu dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni mwettaq fl-2020, li huwa relatat mad-definizzjoni ta’ approċċ għar-riklassifikazzjoni f’każijiet fejn il-kriterju tal-eliġibbiltà tat-tielet lingwa ma jkunx ġie ssodisfat;

26.

Jinnota li l-kapaċità ta’ awditjar intern tal-Aġenzija wettqet awditu konsultattiv dwar l-attività "tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati" u li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin kienu biex jiġu rieżaminati l-ħtieġa, l-enfasi, il-format u l-profondità tal-kontrolli li saru fuq il-fajls tal-proposta ta’ klassifikazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk humiex tajbin għall-ipproċessar, jitħaffef l-ammont ta’ xogħol ġenerali tal-kumitat plenarju għall-valutazzjoni tar-riskju, pereżempju permezz ta’ użu akbar tal-gruppi ta’ ħidma, u tiġi analizzata l-ħidma ta’ ġestjoni tal-grupp fir-rigward ta’ fajls tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati (CLH) u biex jiġu skrutinizzati, flimkien mal-Istati Membri, il-mekkaniżmi biex jiżdied l-impatt tal-proċess tas-CLH;

27.

Jinnota li l-kapaċità ta’ awditjar intern tal-Aġenzija wettqet awditu konsultattiv dwar l-attività "armonizzata tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar" u li kien hemm sitt rakkomandazzjonijiet importanti, primarjament biex jittejbu l-metodi ta’ ħidma, jittejbu l-ġestjoni u l-konsistenza tal-għarfien, jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti għas-segretarjat u għall-kumitati tal-Aġenzija, jiġu ċċarati r-rwoli u r-responsabbiltajiet fi ħdan l-Aġenzija, u li jiġu kkunsidrati s-simplifikazzjonijiet ulterjuri tal-proċess u l-kisbiet fl-effiċjenza;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

28.

Jinnota li l-Aġenzija għamlet tranżizzjoni bla xkiel għat-telexogħol fuq skala kbira għall-persunal, kompliet il-kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni u mexxiet l-operat tal-korpi kollha tal-Aġenzija online wara t-tifqigħa tal-pandemija; jinnota li, skont ir-rapport tal-Aġenzija, it-tranżizzjoni mgħaġġla għat-telexogħol fuq skala kbira u fit-tul irriżultat fi sforzi addizzjonali sinifikanti għall-unità tas-sigurtà tal-Aġenzija, mhux l-inqas minħabba li mhux il-kuntratturi kollha tal-Aġenzija kienu ppreparati għat-telexogħol fuq skala hekk kbira u kellhom jiġu stabbiliti, bi prijorità għolja, l-arranġamenti relatati; jistieden lill-Aġenzija tevalwa bir-reqqa l-arranġamenti stabbiliti, inkluż minn perspettiva taċ-ċibersigurtà, u r-riskji relatati għall-kontinwità tal-operat;

29.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-aġenzija ngħaqdet mal-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri u lill-kumpaniji jqiegħdu aktar diżinfettanti fis-suq;

Kummenti oħra

30.

Jinnota r-rilokazzjoni tal-Aġenzija għal bini ġdid fil-bidu tal-2020 u li t-taħriġ dwar is-sikurezza f’każ ta’ nirien u t-taħriġ dwar l-evakwazzjoni ġew organizzati mal-Assoċjazzjoni ta’ Salvataġġ ta’ Helsinki, li ġew segwiti b’dimostrazzjonijiet interni dwar is-sikurezza f’każ ta’ nirien u b’eżerċizzju ta’ evakwazzjoni mwettqa f’Novembru 2020; jilqa’ l-fatt li minkejja l-kundizzjonijiet tat-telexogħol, l-Aġenzija żviluppat pjan ta’ emerġenza għall-bini l-ġdid, li ġie kkomunikat lill-awtoritajiet ta’ salvataġġ ta’ Helsinki, li minn perspettiva ta’ sikurezza għamel ukoll possibbli r-ritorn tal-persunal fl-uffiċċju;

31.

Jiddispjaċih li l-Aġenzija għadha ma ħaditx azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta’ kwittanza fid-deċiżjoni tagħha dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 fir-rigward ta’ miżuri proattivi u riżorsi biex jitħaffef, jittejjeb u jiġi kkwantifikat it-tnaqqis fl-għadd ta’ testijiet fuq l-annimali u s-sostituzzjoni ta’ tali testijiet bl-NAMs, kif ukoll l-istabbiliment fi ħdan l-Aġenzija ta’ tim iddedikat esklussivament għall-protezzjoni tal-annimali u l-promozzjoni ta’ metodi ta’ ttestjar mhux fuq l-annimali;

32.

Jinnota li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha grupp ta’ ħidma dwar l-applikazzjoni tat-3Rs (Sostituzzjoni, Tnaqqis u Rfinar) fl-Ittestjar Regolatorju tal-Prodotti Mediċinali u l-istrateġija tagħha tal-2025 tinkludi ħidma sinifikanti dwar l-ittestjar mhux fuq l-annimali, u li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tinkludi fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-Uffiċċju għall-Istudji Xjentifiċi u l-Identifikazzjoni tal-Proġetti tagħha, l-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali biex jintużaw metodi li ma jinvolvux annimali biex jiġu indirizzati b’mod regolari l-lakuni fid-data sal-2027; jiddispjaċih li l-Aġenzija m’għandhiex inizjattivi simili li jistgħu jgħinu biex jintlaħaq l-għan stabbilit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef it-tranżizzjoni għall-innovazzjoni mingħajr l-użu ta’ annimali fir-riċerka, l-ittestjar regolatorju u l-edukazzjoni (11);

33.

Jinnota li l-Aġenzija adottat pjan ta’ ħidma ambjentali li jibda mill-2020 u jintemm fl-2022; jinnota li l-prijorità tal-programm hija li jitnaqqsu aktar l-emissjonijiet tas-CO2 tal-Aġenzija mill-ivvjaġġar u l-utilitajiet, b’mod partikolari li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-bini jitnaqqsu b’20 %, l-emissjonijiet mill-ivvjaġġar (parteċipanti tal-laqgħat) b’75 % u l-ivvjaġġar (missjonijiet tal-persunal) b’50 %;

34.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija li ssir newtrali għall-klima f’konformità mal-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-ambizzjoni tal-Aġenzija li testendi ċ-ċertifikazzjoni ambjentali għall-iskema tal-Unjoni ta’ ġestjoni u verifika ambjentali;

35.

Jinnota li l-Aġenzija bħalissa għandha f’idejha l-akbar bażi ta’ data dwar is-sustanzi kimiċi, u b’hekk tkun tista’ tagħti informazzjoni trasparenti dwar is-sustanzi kimiċi użati fl-Unjoni; jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex iżżid it-trasparenza ta’ dik il-bażi ta’ data billi tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata lill-utenti tagħha u lill-pubbliku ġenerali;

36.

Jinnota li l-Aġenzija għamlet sforz speċjali f’dik li hija pubbliċità bil-media ġenerali u b’riżultat ta’ dan żiedet il-viżibbiltà tagħha fl-istrumenti tal-media ta’ interess ġenerali; jinnota li l-persunal kompla jaqsam b’mod attiv il-kontenut permezz ta’ kanali tal-media soċjali tagħhom stess, u dan laħaq kważi t-3 miljun persuna fl-2020;

37.

Jilqa’ l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-kumpaniji bbażati fir-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni li ġie wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u b’hekk għenet biex jiġi evitat sfrattar sinifikanti fis-suq tal-Unjoni;

38.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki fl-importanza li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat, akkost ta’ kollox, distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika tagħha dwar iċ-ċibersigurtà aktar malajr, sabiex tkun tista’ tiġi ppreżentata qabel il-31 ta’ Jannar 2023 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar din il-kwistjoni;

39.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (12) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 121.

(2)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(4)  https://echa.europa.eu/documents/10162/21877836/efsa-echa-position-paper-osoa_mt.pdf/74b1ae31-290b-a608-85e9-05b340840 b34#:~:text=We%20propose%20that%20%E2%80%9Cone%20substance,built%20around%20three%20main%20principles%3A&text =-%20Better%20coordination%20on%20or%20distribution,uses%20of%20the%20same%20chemical

(5)  https://echa.europa.eu/documents/10162/29387629/annual_report_2020_mt.pdf/09d078c5-ff40-6737-3e4c-41dea91a7738#:~:text=We%20note%20that%20the%20Agency’s,final%20implementation%20rate%20of%2098.5%20%25, p. 63.

(6)  COM(2020) 667.

(7)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(8)  https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/funding/funding-opportunities/funding-programmes-and-open-calls/horizon-europe/european-partnerships-horizon-europe/candidates-european-partnerships-health_mt

(9)  https://ec.europa.eu/jrc/en/science-update/next-generation-risk-assessment-cosmetics

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(11)  Għad ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

(12)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/258


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1745 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0080/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (4) tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0112/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/259


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1746 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0081/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/261


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1747 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 89 649 723, li jirrappreżenta żieda ta’ 18,48 % meta mqabbel mal-2019 minħabba żieda fid-dħul estern assenjat; billi r-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 0,7 % fl-Unjoni fl-2020; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej prinċipalment mill-baġit tal-Unjoni (75,29 %) u l-kontribuzzjonijiet taħt ftehim speċifiku għall-programm Copernicus (22,68 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,96 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,04 % meta mqabbla ma’ dik tal-2019; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 86,12 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 3,71 % meta mqabbla ma’ dik tas-sena preċedenti;

2.

Jinnota r-rwol ewlieni tal-Aġenzija fil-forniment ta’ data ta’ kwalità dwar l-istat tal-ambjent, li qed isir dejjem aktar importanti fid-dawl tal-isfidi enormi li l-Unjoni qed tiffaċċja biex tiġġieled it-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità; jilqa’ l-fatt li l-fehma tal-Aġenzija qed tingħata widen fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jirrakkomanda li l-kumitat xjentifiku tal-Aġenzija jaqdi rwol ewlieni fl-għoti ta’ konsulenza lill-Kummissjoni;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Aġenzija tirrapporta li kisbet dak li kienet stabbiliet li tagħmel billi qabżet l-aspettattivi tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha fl-2020 minkejja r-riskji u l-isfidi li l-organizzazzjoni kellha tiġġestixxi minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

4.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għar-rapport ta’ kwittanza tal-2019, l-Aġenzija taħdem flimkien mal-Kummissjoni sabiex tidentifika u tikkondividi l-kompiti mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u b’hekk tevita kompiti li jikkoinċidu; jinnota li l-Aġenzija ma identifikat l-ebda kompitu li jikkoinċidi ma’ aġenziji oħra fin-Network tal-Aġenziji tal-UE; jinnota li l-Aġenzija tikkoordina ċerti kompiti u toħloq ċerti rapporti ma’ aġenziji oħra bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA);

5.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għall-osservazzjonijiet mir-rapport ta’ kwittanza tal-2019 dwar in-nuqqas ta’ sodisfazzjon bit-twettiq ta’ xi wħud mill-attivitajiet tal-Aġenzija, l-Aġenzija ħadet kompiti addizzjonali ġodda bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, it-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Finanzi Sostenibbli, iżda fir-rigward ta’ dawn il-kompiti ma ġewx allokati riżorsi u persunal suffiċjenti biex tilħaq l-ambizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni tagħha; jinnota li l-Aġenzija appoġġjat direttament l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 permezz ta’ diversi attivitajiet u kollaborazzjoni mal-Kummissjoni; jinnota wkoll li l-Aġenzija allokat persunal operattiv biss biex twettaq dawn l-attivitajiet, li jenfasizza dejjem aktar il-funzjonijiet ta’ appoġġ tagħha; jistieden lill-Aġenzija tidħol f’diskussjoni mal-Kummissjoni, fejn xieraq permezz tan-Network tal-Aġenziji tal-UE, biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

6.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għall-osservazzjonijiet mir-rapport ta’ kwittanza tal-2019 dwar in-network tal-IT tagħha, l-Aġenzija kienet bdiet inizjattivi ta’ diġitalizzazzjoni qabel il-pandemija fl-2020 u li, minn Marzu 2020, dawk l-inizjattivi ġew aċċellerati mis-sitwazzjoni tal-lockdown; jistieden lill-Aġenzija tkompli timmonitorja x-xenarju ta’ theddid għaċ-ċibersigurtà u tieħu l-miżuri xierqa;

7.

Jinnota li l-Aġenzija ppreżentat ir-“rapport dwar il-Kwalità tal-arja fl-Ewropa għall-2020”, li jiddokumenta l-impatt tal-miżuri ta’ lockdown fuq il-kwalità tal-arja fl-ibliet Ewropej, u għal dan l-iskop għamlet użu mis-sitwazzjoni unika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19;

8.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent; ifaħħar il-kwalità tal-outputs tagħha maħruġa fl-2020, inkluża l-valutazzjoni tal-effett tal-miżuri ta’ lockdown marbutin mal-COVID-19 fuq il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, l-iżvilupp ta’ portal ġdid dwar l-emissjonijiet industrijali, il-ġbir tal-ewwel data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty u t-tħejjija għal rappurtar futur dwar l-emissjonijiet tas-CO2 fid-dinja reali;

9.

Ifakkar li, fl-2020, l-Aġenzija pprovdiet ir-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent 2020 (2), flimkien ma’ valutazzjonijiet u aġġornamenti dwar suġġetti bħall-ġestjoni u t-trattament tal-bijoskart, il-plastik bijodegradabbli, l-isfidi emerġenti tal-ġestjoni tal-iskart fl-Ewropa, il-kwalità tal-arja u t-tniġġis akustiku, u kif l-Ewropa se tiġi affettwata minn perikli klimatiċi ewlenin bħan-nixfiet, l-għargħar, in-nirien tal-foresti u ż-żieda fil-livell tal-baħar matul is-seklu 21 u lil hinn;

Politika dwar il-persunal

10.

Jirrikonoxxi li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, 96,92 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, bi tliet uffiċjali permanenti u 123 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 130 post tax-xogħol awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (124 post awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 71 aġent kuntrattwali u 12-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija;

11.

Jiddeplora l-fatt li l-proporzjon bejn il-persunal ta’ appoġġ responsabbli mill-amministrazzjoni kif ukoll il-koordinament u l-persunal operazzjonali li jaħdem fuq il-kontenut, mhuwiex ibbilanċjat; jissuġġerixxi li l-Aġenzija għandha tirċievi aktar persunal ta’ appoġġ, biex tiggarantixxi l-funzjonament tagħha;

12.

Jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, b’5 minn 8 (62,50 %) ikunu rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord ta’ Mmaniġġjar tal-Aġenzija, b’16 minn 30 (53,34 %) ikunu rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, b’111 minn 203 (54,68 %) ikunu nisa; jirrimarka, madankollu, li fir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid u b’rabta mal-promozzjonijiet, l-Aġenzija għandha żżomm f’moħħha li l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tal-kandidati huma l-aktar fatturi importanti; jirrimarka li għandha titqies ukoll il-ħtieġa ta’ bilanċ ġeografiku fost il-membri tal-persunal;

13.

Jinnota li, fir-rigward tal-osservazzjonijiet fil-kwittanza tal-2019 dwar l-assi limitati, l-Aġenzija tkompli tirrapporta l-valutazzjoni tagħha tal-ħtiġijiet tar-riżorsi lill-Kummissjoni; jinnota wkoll li dawn ir-riżorsi mhux dejjem jiġu ssodisfati jew inklużi fl-abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jfasslu pjan sostenibbli biex jipprovdu lill-Aġenzija b’riżorsi skont il-ħtiġijiet u l-kompiti tagħha u jirrapportaw lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

14.

Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-Bord ta’ Mmaniġġjar tal-Aġenzija peress li dan jagħmel it-teħid ta’ deċiżjonijiet diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

15.

Jinnota li, fir-rigward tat-tweġibiet għall-kwestjonarju standard, fl-2020, fil-leġiżlazzjoni għall-Finanzi Sostenibbli, il-Kummissjoni nnominat lill-Aġenzija biex twettaq kompiti ta’ appoġġ u inkludiet post ta’ aġent temporanju wieħed u post ta’ aġent kuntrattwali wieħed, b’żieda assoċjata ta’ EUR 0,3 miljun fis-sussidju tal-Unjoni tal-Aġenzija, biex l-Aġenzija tingħata l-persunal biex twettaq il-kompiti addizzjonali; jinnota wkoll li l-Parlament emenda l-baġit tal-Aġenzija għall-2020, żied is-sussidju ewlieni b’EUR 1,3 miljun u ta ħames postijiet ta’ aġenti temporanji u żewġ postijiet ta’ aġenti kuntrattwali biex l-Aġenzija tingħata riżorsi biex tappoġġja kompiti ġodda fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari dak tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità;

16.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għar-rapport ta’ kwittanza tal-2019 rigward il-linji gwida tal-persunal, l-Aġenzija rrevediet il-politika dwar il-postijiet sensittivi tagħha u fit-3 ta’ Diċembru 2020 adottat id-deċiżjoni tal-bord ta’ mmaniġġjar tagħha dwar il-Linji Gwida taż-ŻEE rigward l-Identifikazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Postijiet Sensittivi f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

17.

Jilqa’ l-isforzi li saru fil-politika dwar il-persunal biex jiġu promossi t-telexogħol u l-ħajja b’saħħitha u jkompli jħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi l-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-iggwidar tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità;

Akkwist

18.

Jinnota li l-Aġenzija ssegwi b’mod attiv proċeduri ta’ akkwist konġunt mal-Kummissjoni; jinnota li l-Aġenzija tagħmel enfasi fuq il-konverżjoni għall-proċessi ta’ amministrazzjoni elettronika (l-akkwist, il-finanzi u r-riżorsi umani), li wasslet għat-titjib fl-effiċjenza u appoġġjatha biex taqleb malajr u b’mod effettiv għal ambjent ta’ ħidma mid-dar fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

19.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza biex tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta’ interess, u tipprovdi l-protezzjoni lill-informaturi;

20.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għar-rapport ta’ kwittanza tal-2019, il-membri tal-bord ta’ mmaniġġjar tal-Aġenzija huma kontinwament imfakkra bit-talba biex jipprovdu curriculum vitae u dikjarazzjonijiet ta’ interess bl-għan li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; għandu fehma qawwija li l-pubblikazzjoni tal-curriculum vitae u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord ta’ mmaniġġjar għandha tkun obbligatorja u mhux fuq bażi volontarja; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li l-membri tal-bord ta’ mmaniġġjar jissodisfaw dan ir-rekwiżit u jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

Kontroll intern

21.

Jirrikonoxxi l-valutazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern imwettqa mill-Aġenzija u l-konklużjoni tagħha li filwaqt li fis-snin preċedenti ġew implimentati u ħadmu b’mod effettiv xi prinċipji ta’ kontroll intern, dawn il-prinċipji issa huma kkunsidrati li huma implimentati biss parzjalment jew parzjalment effettivi; jieħu nota tal-konklużjoni tal-Aġenzija li dan jirrikjedi rispons fil-pront mill-maniġment għal mod ġdid ta’ ħidma; jinnota li, minkejja ċ-ċirkostanzi inċerti fir-rigward tal-COVID-19, is-Sistema ta’ kontroll intern tal-Aġenzija turi li l-persunal tal-Aġenzija rnexxielu jadatta malajr għas-sitwazzjoni u wettaq il-programm ta’ ħidma previst għall-2020, filwaqt li integra proċeduri ġodda fl-azzjonijiet tiegħu;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

22.

Jinnota li l-Aġenzija, bi tweġiba għar-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija, introduċiet reklutaġġ online, appoġġjat mill-implimentazzjoni tal-pjattaforma ta’ reklutaġġ Systal, li ppermettiet lill-Aġenzija tlesti għadd kbir ta’ reklutaġġ fl-2020 u tħalli rata baxxa ta’ postijiet vakanti fi tmiem is-sena;

23.

Jinnota li r-rispons tal-Aġenzija għall-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet relatati magħha, kellhom impatt pożittiv fuq il-biċċa l-kbira tad-data dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-Aġenzija għall-2020, li juri tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn missjonijiet u laqgħat (tnaqqis ta’ madwar 90 % meta mqabbel mal-medja tal-2015-2019) u tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-elettriku, tat-tisħin, tal-ilma, tal-karta u tal-iskart minħabba inqas persunal fil-bini tal-Aġenzija, jistieden lill-Aġenzija biex f’dan ir-rigward tmexxi ’l quddiem it-tagħlimiet meħuda wara l-pandemija fl-operazzjonijiet tagħha fis-snin li ġejjin;

Kummenti oħra

24.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Aġenzija li ssaħħaħ l-impenn tagħha li timxi minn operazzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-klima għal operazzjonijiet newtrali għall-klima f’konformità mal-miri klimatiċi miżjuda tal-Unjoni;

25.

Jistieden lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex jiġu vvalutati aħjar l-impatti ambjentali tal-attività tal-bniedem u jitrawwem djalogu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini;

26.

Jilqa’ l-isforzi li għamlet l-Aġenzija bl-għan li toħloq qasam ta’ ħidma li jirrispetta lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħadet l-Aġenzija bl-għan li tnaqqas l-impronta tal-karbonju u l-konsum tal-enerġija tagħha u tiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti; jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għall-osservazzjonijiet mir-rapport ta’ kwittanza tal-2019 dwar l-effiċjenza fil-kost u l-prattiki li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, il-bini tal-uffiċċji tal-Aġenzija jmur lura għas-seklu 19 u għalhekk l-għażliet għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tal-bini huma limitati; jinnota li, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, l-Aġenzija hija impenjata li kontinwament ittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tagħha tal-enerġija billi tissostitwixxi twieqi magħżula fil-bini u timxi lejn spazju tax-xogħol ibbażat fuq l-attività f’diversi sulari li se jwassal għal titjib addizzjonali fil-prestazzjoni tal-enerġija għal kull unità ta’ erja; jinnota li, barra minn hekk, l-Aġenzija tixtri l-elettriku kollu minn sorsi rinnovabbli; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

27.

Jinnota li, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu dwar l-aċċessibbiltà, l-Aġenzija għad trid torganizza l-pjattaformi online tagħha biex tagħmilhom aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità;

28.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa’ tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta’ kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jistieden lill-Aġenzija tiżviluppa l-politika tagħha fil-qasam taċ-ċibersigurtà aktar malajr, wasslitha qabel il-31 ta’ Jannar 2022 u tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza;

29.

Jinnota li, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu dwar it-tixrid tar-riżultati tagħha lill-pubbliku, fl-2020 l-Aġenzija implimentat attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni online u tat spinta lil formati innovattivi bħal avvenimenti ta’ tnedija, serje u dibattiti ta’ “Staqsi lil espert”; jinnota li l-Aġenzija tipparteċipa fi proġett bejn l-aġenziji biex ittejjeb l-indikaturi tagħha ffokati fuq il-potenzjal ta’ komunikazzjoni tagħhom; jinnota li fl-2020 l-għadd ta’ sessjonijiet reġistrati fis-sit web tal-Aġenzija kien ogħla minn 8 miljuni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar bidliet futuri li għandhom l-għan li jissimplifikaw il-preżenza online tal-Aġenzija;

30.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu mill-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-ilħuq tal-media, l-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-viżibbiltà tagħha bħala sors affidabbli għall-għarfien dwar l-ambjent u l-klima fil-livell tal-Unjoni; jinnota li fl-2020 l-Aġenzija ppubblikat 25 626 artiklu tal-media, b’żieda ta’ 80 % meta mqabbla mal-2019, u laħqet total ta’ 178 593 segwaċi, b’żieda ta’ 56 % meta mqabbla mal-2019;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tagħha dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tagħha tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 14.

(2)  European Environment – State and Outlook 2020 (L-Ambjent Ewropew – l-Istat u l-Prospetti) https://www.eea.europa.eu/soer/2020

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/266


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1748 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0081/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0113/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/268


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1749 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0082/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0114/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/269


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1750 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0114/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 17 580 000, li jfisser tnaqqis ta’ 1,93 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li ngħatat aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ta’ 97,27 %, li tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta’ 2,61 % meta mqabbla ma’ dik tal-2019; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet 81,18 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 4,51 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota li l-Aġenzija rċeviet EUR 16,9 miljun f’kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,2 % meta mqabbel mal-2019; jirrimarka li l-Aġenzija għandha wieħed mill-aktar baġits annwali u ammonti totali ta’ persunal baxxi fost l-aġenziji tal-Unjoni;

Prestazzjoni

3.

Ifakkar fl-importanza tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS); jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk l-objettivi; jenfasizza li l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd huwa primarjament responsabbiltà tal-Istati Membri, filwaqt li n-natura tal-kompiti tal-Aġenzija hija waħda ta’ appoġġ; jissottolinja li r-reviżjoni tar-regolamentazzjoni dwar il-kontroll tas-sajd se żżid ix-xogħol tal-Aġenzija f’termini ta’ appoġġ; jenfasizza l-inkoerenza fit-tentattiv li jiġu indirizzati obbligi dejjem akbar mingħajr biżżejjed riżorsi; jissottolinja, għalhekk, li l-Aġenzija jeħtieġ ikollha biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għad-dispożizzjoni tagħha fis-snin li ġejjin;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud mogħti mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħalma huma l-andamenti tal-ispezzjonijiet u tal-ksur, l-attendenza għal sessjonijiet ta’ taħriġ u l-implimentazzjoni tal-baġit f’kull trimestru;

5.

Jinnota li l-Aġenzija implimentat 90 % tal-attivitajiet tagħha fil-ħin, bi qbil mal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni fl-2020 kienet ogħla milli mistenni fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-pandemija tal-COVID-19;

6.

Jinnota li l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima baqgħu jsegwu l-arranġament ta’ ħidma tripartitiku ffirmat fl-2019 li jiddefinixxi l-kooperazzjoni bejn dawk l-Aġenziji u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi jikkoordinaw operazzjonijiet b’diversi għanijiet; jinnota li l-Aġenzija assumiet il-presidenza ta’ dan l-arranġament f’Mejju 2020; jinnota li din il-kooperazzjoni speċifika bejn l-aġenziji tgħin biex jinħolqu sinerġiji u tiġi evitata duplikazzjoni u/jew ridondanza ta’ sforzi fil-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-Istati Membri rilevanti, b’hekk jinħolqu ekonomiji ta’ skala; iqis dan l-arranġament bħala eżempju ta’ sinerġija bejn l-aġenziji tal-Unjoni li għandu jservi bħala sors ta’ ispirazzjoni għal aġenziji f’oqsma oħra; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’dan ir-rigward u jqis li jkun xieraq li tiżdied il-kooperazzjoni bejnha u bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ukoll;

7.

Jinnota li, fl-2020, l-Aġenzija kkoordinat 38 452 spezzjoni fuq bastimenti tas-sajd, li wasslu għall-identifikazzjoni ta’ 1 682 każ ta’ ksur suspettat, li jirrappreżentaw żieda ta’ 18,75 % u 44,25 % rispettivament meta mqabbla maċ-ċifri tal-2019; jemmen li dawn iċ-ċifri juru li l-ispezzjonijiet u l-attivitajiet ta’ segwitu jibqgħu għodda kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-PKS; jinnota, madankollu, li din iż-żieda taħbi differenzi bejn żona u oħra, b’żieda fl-Ilmijiet tal-Punent (+ 27 %) u fil-Baħar Mediterran (+ 141 %) u tnaqqis fil-Baħar Baltiku (– 20 %), fil-Baħar tat-Tramuntana (– 49 %), fil-Baħar l-Iswed (– 11 %) u fin-NAFO-NEAFC (– 36 %); jistieden lill-Aġenzija tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-raġunijiet għal dawn il-bidliet; jirrimarka li l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ segwitu għandhom rwol kruċjali mhux biss fil-ġestjoni tajba tal-istokkijiet tal-ħut iżda anke fl-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għas-sajjieda tal-Unjoni;

8.

Jinnota li l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, wettqet ħidma preparatorja importanti bi tħejjija għall-konsegwenzi li setgħu jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f’termini ta’ kontroll tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ibħra tal-Punent tal-Atlantiku;

Politika dwar il-persunal

9.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kienet 98,36 % mimlija, billi kienu nħatru 60 uffiċjal u aġent temporanju mill-61 aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (61 post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020, l-Aġenzija ħaddmet ħames aġenti kuntrattwali u erba’ esperti nazzjonali sekondati;

10.

Jieħu nota tal-politika tal-Aġenzija li tippromwovi t-trattament indaqs tal-persunal u l-objettiv tagħha li jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi, kemm f’termini ta’ numri b’mod ġenerali kif ukoll f’termini ta’ gradi u livelli ta’ responsabbiltà; jiddeplora fermament il-fatt li n-nisa jirrappreżentaw biss 30 % tal-persunal impjegat fi grad AD 8 jew ogħla; jilqa’ n-nomina reċenti ta’ mara bħala d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija; jinnota, madankollu, li n-nomina tagħha ma tippermettix li tintlaħaq parità fil-livell maniġerjali, billi l-pożizzjonijiet kollha ta’ kap ta’ unità huma okkupati minn irġiel; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ parità bejn is-sessi bil-għan li jsir progress lejn parità fil-livell maniġerjali; jinnota bi tħassib l-iżbilanċ bejn is-sessi fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija, li hu kompost minn 46 raġel (70 %) u 20 mara (30 %); itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn is-sessi meta jinnominaw il-membri tagħhom fuq il-bord amministrattiv;

Akkwist

11.

Jenfasizza li, fl-2020, il-perċentwal ta’ proċeduri ta’ akkwist ippjanati mnedija mill-Aġenzija qabeż l-objettiv ta’ 80 % u laħaq it-83 %; jinnota li l-użu tal-akkwist ippjanat jippermetti lill-Aġenzija żżomm livelli għoljin ta’ prestazzjoni f’termini ta’ implimentazzjoni tal-baġit;

12.

Jinnota li l-attività prinċipali ta’ akkwist fl-2020 kienet iffukata fuq l-iffirmar ta’ tliet kuntratti qafas bħala riżultat ta’ proċeduri miftuħa varati għal assistenza legali marittima, servizzi ta’ tindif u persunal provviżorju; jinnota li l-Aġenzija fetħet proċeduri negozjati ulterjuri, fosthom għal assigurazzjoni, servizzi tal-Internet u assistenza teknika fil-qasam tal-awditjar u l-kontroll;

13.

Jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-objettiv tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqsmu l-isforzi fil-qasam tal-akkwist, fl-2020 l-Aġenzija ssieħbet f’16-il sejħa għal offerti interistituzzjonali differenti mal-Kummissjoni u ma’ aġenziji oħra; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar żviluppi futuri fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist konġunti tagħha;

14.

Jinnota l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex tapplika tal-anqas kriterju wieħed iffukat fuq l-impatt tal-imġiba ambjentali effiċjenti tal-offerenti potenzjali fuq l-akkwisti mnedija mill-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tevalwa l-utilità u l-effikaċja ta’ dak il-kriterju u taqsam ir-riżultati tal-evalwazzjoni mal-awtorità tal-kwittanza;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

15.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li żewġ CVs u erba’ dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija, minn total ta’ 66, mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord amministrattiv u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda f’dan ir-rigward;

16.

Jilqa’ l-passi ulterjuri li ttieħdu, wara r-rapport ta’ kwittanza għall-2019, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-attivitajiet tal-Aġenzija permezz tar-rapportar tal-laqgħat tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija ma’ partijiet ikkonċernati esterni u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija taġġorna regolarment il-paġna b’tali mod li jkun hemm trasparenza u fiduċja sħiħa fl-attività tal-Aġenzija;

Kontroll intern

17.

Jinnota li, fl-2020, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fassal pjan ta’ awditjar ġdid (Pjan Strateġiku ta’ Awditjar Intern 2021–2023); jinnota li l-pjan ta’ awditjar huwa bbażat fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni tar-riskju fil-fond li saret mill-IAS u jikkonsisti f’rieżami tad-dokumentazzjoni prinċipali relatata mal-attivitajiet u l-proċessi tal-Aġenzija;

18.

Jinnota li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha u kkonkludiet li l-kontrolli kienu qegħdin jaħdmu skont il-pjan; jinnota li r-riskji tal-Aġenzija huma mmonitorjati u mitigati b’mod xieraq; jinnota li fl-2020 ma ġewx irrapportati dgħufijiet sinifikanti fil-kontrolli;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

19.

Jinnota li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija ma implimentatx 90 % tal-laqgħat u l-missjonijiet bbaġitjati fl-2020; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija kienet kapaċi tikkumpensa dan l-impatt fil-previżjoni tal-baġit billi integrat impenji għan-noleġġ addizzjonali ta’ mezzi, is-sostituzzjoni ta’ tagħmir obsolet, sforzi ulterjuri ta’ komunikazzjoni u kuntratti oħra ppjanati għall-2021; jinnota wkoll li l-approprjazzjonijiet riportati għall-2020 ġew monitorjati b’attenzjoni, u dan wassal għal rata ta’ implimentazzjoni ta’ 93,5 % f’tali approprjazzjonijiet;

20.

Jinnota li, mill-bidu ta’ Marzu 2020, it-tim responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat tal-Aġenzija mmonitorja u analizza l-impatt tat-telexogħol għall-persunal kollu minħabba l-pandemija tal-COVID-19 fuq il-kontinwità tal-operat, u kkonkluda li l-Aġenzija kienet ippreparata sewwa biex tkompli l-operazzjonijiet tagħha permezz tat-telexogħol b’mod affidabbli; jinnota, madankollu, li t-tim responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat tal-Aġenzija ssuġġerixxa ċerti adattamenti tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-irkupru individwali tal-unitajiet;

21.

Jinnota li l-kundizzjonijiet ġeneralizzati ta’ telexogħol tal-Aġenzija wasslu għal tnaqqis ta’ 67 % fl-emissjonijiet kumplessivi ta’ CO2 għas-sede ċentrali tal-Aġenzija; jinnota madankollu li dan it-tnaqqis kien kontrobilanċjat mill-bżonn li l-bastiment tal-għassa offshore “Lundy Sentinel” tal-Aġenzija juża l-port ta’ Vigo bħala punt ta’ tluq u ritorn għall-missjonijiet tiegħu fit-Tramuntana u l-Punent tal-Atlantiku; jinnota li din il-prattika rriżultat, fl-aħħar mill-aħħar, f’żieda ta’ 25 % fil-konsum tal-fjuwil u żieda ta’ 28 % fl-emissjonijiet ta’ CO2 meta mqabbel mal-2019;

Kummenti oħra

22.

Jinnota li l-Aġenzija nediet proċess sabiex tiġi ċċertifikata fl-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (“EMAS”) tal-UE u ħadet sensiela ta’ miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-impatt globali tagħha fuq l-ambjent; jinnota li l-Aġenzija qiegħda teżamina d-diversi elementi relatati mal-ġenerazzjoni u l-kejl tal-impronta tal-karbonju tagħha u mal-possibbiltà li tuża skemi ta’ kumpens bi qbil mal-prattiki ta’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-Unjoni;

23.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 148.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/273


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1751 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0082/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0114/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/274


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1752 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0083/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0115/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/276


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1753 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0115/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2020 kien EUR 103 023 255,80, li jirrappreżenta żieda ta’ 27,60 % meta mqabbel mal-2019, prinċipalment minħabba żieda fl-infiq operazzjonali marbut mal-Awtorità; billi l-baġit tal-Awtorità huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2020 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 %, li meta mqabbla mal-2019 tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta’ 0,01 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 88,41 %, li jfisser tnaqqis ta’ 3,04 % meta mqabbla mal-2019;

Prestazzjoni

2.

Jilqa’ l-kontribut tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, kif ukoll l-isforzi konsiderevoli tagħha biex tipprovdi konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju, tikkomunika b’mod ċar ir-riżultati tagħha – u l-informazzjoni li huma bbażati fuqha – lill-pubbliku u tikkoopera ma’ partijiet ikkonċernati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel;

3.

Jenfasizza li, fl-2020, l-Awtorità ffinalizzat 697 mistoqsija permezz ta’ riżultati xjentifiċi, rapporti tekniċi u pubblikazzjonijiet ta’ sostenn; jilqa’ l-appoġġ f’waqtu tal-Awtorità lil dawk li jfasslu l-politika billi tipprovdi riżultati xjentifiċi wara mandati mogħtija mill-Parlament, prinċipalment fl-oqsma tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tan-naħal, it-trattament xieraq tal-fniek, it-trasport tal-annimali u r-reżistenza antimikrobika inklużi rapporti xjentifiċi u avvenimenti esterni;

4.

Jenfasizza l-importanza ta’ approċċ responsabbli, etiku u aġġornat u bbażat fuq ix-xjenza għat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali; jilqa’ f’dak ir-rigward il-ħidma tal-Awtorità dwar it-tħejjija tal-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt;

5.

Ifakkar li, fl-2020, il-Parlament adotta żewġ oġġezzjonijiet għall-estensjonijiet tal-perjodi ta’ approvazzjoni tal-ingredjenti attivi użati fil-pestiċidi li jissodisfaw il-kriterji ta’ limitu u għalhekk ma għandhomx jiġu awtorizzati għall-użu fl-Unjoni (2); iħeġġeġ lill-Awtorità tħaffef il-valutazzjoni tagħha tal-abbozzi kollha tar-rapporti ta’ rieżami tal-ingredjenti attivi u tagħmel dak kollu li tista’ biex tħaffef il-proċess ta’ rivalutazzjoni mill-Istati Membri li jirrapportaw sabiex tiġi evitata kwalunkwe estensjoni ġdida ta’ pestiċidi perikolużi, jenfasizza li x-xogħol b’lura fil-valutazzjoni mill-ġdid tal-bijoċidi huwa ta’ tħassib partikolari wkoll u huma meħtieġa aktar sforzi biex dan jiġi solvut;

6.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità miexja lejn teknoloġiji mill-aktar avvanzati bl-inkorporar ta’ metodoloġiji alternattivi ġodda u intelliġenza artifiċjali biex jissupplimentaw metodi ta’ ttestjar fuq l-annimali; jirrikonoxxi li l-Awtorità flimkien mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u ħames aġenziji oħra wettqu testijiet tal-istress tas-sistemi tagħhom tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) qabel ma varaw arranġamenti sħaħ ta’ telexogħol li taw aktar assigurazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi tal-ICT qabel il-bidla għal telexogħol komprensiv; iħeġġeġ lill-Awtorità żżid l-isforzi tagħha biex tipproteġi aktar il-benessri tal-annimali u tippromwovi l-użu ta’ metodi ta’ ttestjar mhux fuq l-annimali, anke fil-kooperazzjoni tagħha ma’ istituzzjonijiet oħra;

7.

Jilqa’ t-tlestija tar-rapport ta’ sinteżi tal-Unjoni dwar ir-reżistenza antimikrobika f’batterji żoonotiċi u batterji indikaturi mill-bniedem, mill-annimali u mill-ikel, u li dwaru l-Awtorità kkollaborat maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard; jenfasizza f’dan ir-rigward il-problema tar-reżistenza dejjem tiżdied ta’ dawn il-batterji għall-antibijotiċi użati normalment;

8.

Jinnota li l-Awtorità tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) fl-approċċ komprensiv tagħha għall-ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud mogħti mill-attivitajiet tagħha, speċjalment fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni xjentifika; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità tuża KPIs oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li fl-2020 tħassru sitt indikaturi u żdiedu tnejn;

9.

Jinnota li l-Awtorità hija impenjata li twettaq in-negozju ewlieni tagħha u fl-2020 bdiet it-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bil-għan li tiżviluppa proċessi ġodda, tirrieżamina l-istruttura tal-persunal, u tingrana l-kapaċitajiet tagħha ta’ ġestjoni tat-teknoloġija u tal-informazzjoni; jinnota wkoll li fl-2020 l-Awtorità setgħet tillimita l-impatt tal-pandemija fuq il-prestazzjoni tagħha, bi tnaqqis ċkejken biss fil-produttività, minħabba r-rieda teknoloġika tal-Awtorità li taqleb minn ambjent tax-xogħol fiżiku għal ambjent tax-xogħol diġitali kmieni biżżejjed; jinnota wkoll li fl-2020 l-Awtorità kienet għadha qed tiżviluppa l-Istrateġija 2027 tagħha; jappella lill-Aġenzija tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe progress f’dak ir-rigward;

10.

Jilqa’ l-isforzi meħuda mill-Awtorità biex issaħħaħ il-kollaborazzjoni tagħha ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari billi tiffoka fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattiki u teżamina sinerġiji potenzjali permezz tal-istabbiliment ta’ networks f’oqsma bħall-ippjanar tal-akkwist, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, il-komunikazzjoni esterna u l-ġestjoni tar-riżorsi umani; jinnota li l-Awtorità wettqet attivitajiet bħal dawn maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

11.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu għall-kwittanza tal-2019, li l-Awtorità taqbel bis-sħiħ mal-objettiv li l-aġenziji tal-Unjoni jiġu diġitalizzati; jinnota li, f’konformità mal-Istrateġija 2027 tagħha, l-Awtorità għandha l-għan li tkompli tinvesti fid-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tagħha u li timmodernizza l-infrastruttura eżistenti tal-IT, timmassimizza l-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-għarfien fi ħdan u barra l-Awtorità, u b’hekk tiżgura aċċess usa’, aktar effiċjenti u aktar rapidu għall-intelligence xjentifika; jinnota wkoll li l-Awtorità tikkontribwixxi għall-istrateġija diġitali tal-Kummissjoni, billi tipparteċipa fl-inizjattiva tal-Aġenziji tal-Politika tas-Saħħa u tal-Kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (HPAC) immexxija mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, filwaqt li tfittex l-effiċjenza permezz ta’ sinerġiji u kollaborazzjonijiet fit-twassil ta’ soluzzjonijiet diġitali komuni;

Politika dwar il-persunal

12.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kellha rata ta’ implimentazzjoni ta’ 97,46 %, b’5 uffiċjali u 340 aġent temporanju maħtura mit-total ta’ 354 post tax-xogħol awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 320 post awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 122 aġent kuntrattwali u 14-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2020;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Awtorità, f’każijiet debitament ġustifikati, l-għażla li tirrekluta aktar aġenti kuntrattwali milli hemm previst fil-pjanijiet ta’ stabbiliment, għal perjodu limitat ta’ żmien u mingħajr ma jinqabeż il-pakkett baġitarju annwali maqbul tal-Awtorità; iqis li tali flessibbiltà tħaffef it-tnaqqis tal-akkumulazzjoni ta’ xogħol b’lura u t-tlestija tardiva tad-dossiers attwali minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani; jinsisti li dawk l-aġenti kuntrattwali jeħtieġ li ovvjament jikkonformaw mar-regoli ta’ indipendenza tal-Awtorità;

14.

Iqis li huwa r-rwol tal-Awtorità li tfittex b’mod attiv esperti ta’ livell għoli u tikkonvinċihom jieħdu sehem fil-ħidma tagħha, billi tirrikonoxxi r-rilevanza u l-affidabbiltà tar-riċerka tagħhom rieżaminata bejn il-pari meta jwettqu l-analiżi xjentifika tagħha stess f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

15.

Jinnota l-bilanċ tal-ġeneru fi ħdan il-membri tal-maniġment superjuri tal-Awtorità, bi 3 minn 5 (60 %) ikunu nisa; jinnota bi tħassib l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Awtorità, bi 12 minn 15 (80 %) ikunu rġiel; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Awtorità, b’285 minn 467 (61,03 %) ikunu nisa; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija;

16.

Jinnota li l-Awtorità kompliet bl-attivitajiet tagħha u kienet kapaċi twettaq il-programm ta’ ħidma tagħha minkejja l-pandemija tal-COVID-19; jinnota, madankollu, li l-baġit tal-Awtorità għadda minn bidliet bi tnaqqis ta’ EUR 5 000 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-missjonijiet, it-taħriġ, il-provvisti tal-enerġija, il-manutenzjoni u l-kanċellazzjoni ta’ laqgħat fiżiċi; jinnota li l-Awtorità b’mod korrispondenti esperjenzat tnaqqis fid-dħul minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika;

17.

Jinnota li l-Awtorità tilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta’ kwittanza u hija kompletament konxja mill-ħtieġa għal bilanċ ġeografiku aħjar fl-organizzazzjoni tagħha, b’mod partikolari inklużi ċ-ċittadini tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004; jinnota li l-Awtorità bħalissa qed tippromwovi sensiela ta’ inizjattivi mmirati biex iżżid l-attraenza tagħha u ttejjeb il-bilanċ tan-nazzjonalità tagħha; jinnota li l-Awtorità qed tiffoka b’mod partikolari fuq iż-żieda tal-viżibbiltà tagħha bl-appoġġ tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni u l-Kooperazzjoni, in-Network tal-Aġenziji tal-UE, kif ukoll aġenziji internazzjonali u organizzazzjonijiet sħab oħra; jinnota li l-Awtorità qed taħdem ukoll fuq tixrid immirat tal-postijiet battala tagħha lil pajjiżi sottorappreżentati biex tkabbar il-grupp ta’ applikanti permezz tal-użu ta’ LinkedIn, bordijiet tal-impjiegi u l-appoġġ tal-Punti Fokali nazzjonali tagħna; jistieden lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata bl-iżviluppi f’dan ir-rigward;

Akkwist

18.

Jinnota li l-Awtorità kienet involuta fin-Network ta’ Uffiċjali tal-Akkwist (NAPO), li kkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha għall-2020, u nieda u ffirma seba’ sejħiet ta’ akkwist bejn l-aġenziji fl-2020, li rriżulta fi ffrankar stmat ta’ EUR 2,1 miljun għall-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-Awtorità mexxiet seba’ mid-disa’ proċeduri bejn l-aġenziji b’total ta’ ffrankar stmat ta’ EUR 2,4 miljun; jilqa’ l-kollaborazzjoni kontinwa tal-Awtorità ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex jiġu identifikati opportunitajiet għal akkwist konġunt dwar suġġetti xjentifiċi komuni; jappella lill-Aġenzija tirrapporta għand l-awtorità tal-kwittanza dwar kwalunkwe progress f’dak ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

19.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Awtorità biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jiddispjaċih li l-Awtorità ma tippubblikax is-CVs tal-membri tal-persunal tagħha online; iħeġġeġ lill-Awtorità tieħu miżuri f’dak ir-rigward;

20.

Jinkoraġġixxi trasparenza akbar għall-partijiet ikkonċernati speċjalment mill-komunità tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jappoġġa l-objettiv strateġiku tal-Awtorità li tkompli trawwem sħubijiet ma’ aġenziji oħra, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi, lejn ekosistema tal-Unjoni “Saħħa Waħda”, filwaqt li tkompli l-involviment tagħha mal-partijiet ikkonċernati tagħha u mal-pubbliku permezz ta’ pjattaformi u fora xierqa, li għandhom jirriżultaw f’aktar ekonomiji ta’ skala;

21.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Awtorità biex ittaffi t-tħassib fir-relazzjonijiet mal-kunflitti ta’ interess tal-impjegati tagħha; jinnota li l-istandards dwar il-kunflitt ta’ interess jistgħu jissaħħu aktar;

22.

Jinnota li fl-2020 l-Awtorità identifikat u mmaniġġjat 31 kunflitt ta’ interess fil-livell ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interessi annwali li jappartjenu għal esperti esterni; jinnota li l-Awtorità ddeċidiet li teskludi espert wieħed mis-sħubija fil-grupp xjentifiku tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità tkompli bl-isforzi tagħha fl-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u oħrajn potenzjali, u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata;

23.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu għall-kwittanza tal-2019 dwar il-każ tal-Ombudsman Ewropew li l-Awtorità qed tikkunsidra l-iżvilupp ta’ proċeduri interni għall-prevenzjoni tal-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali meta jiġi nnotifikat li membru tal-persunal qed jiċċaqlaq għal impjieg ieħor barra l-Awtorità wara t-tmiem tas-servizz; jistieden lill-Awtorità tirrapporta dwar l-iżviluppi f’dak ir-rigward;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

24.

Jinnota li l-Awtorità kompliet bl-attivitajiet tagħha u kienet kapaċi twettaq il-programm ta’ ħidma tagħha minkejja l-pandemija tal-COVID-19; jinnota, madankollu, li l-baġit tal-Awtorità għadda minn bidliet bi tnaqqis ta’ EUR 5 000 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-missjonijiet, it-taħriġ, il-provvisti tal-enerġija, il-manutenzjoni u l-kanċellazzjoni ta’ laqgħat fiżiċi; jinnota li l-Awtorità b’mod korrispondenti esperjenzat tnaqqis fid-dħul minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika;

25.

Jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Awtorità li l-governanza u l-istruttura tal-programm ta’ ħidma tagħha baqgħu kompletament operattivi minkejja r-restrizzjonijiet u l-konfinament minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u li l-Awtorità kompliet bl-attivitajiet tagħha u kienet kapaċi twettaq il-programm ta’ ħidma tagħha; jirrikonoxxi l-bidliet li saru fil-baġit tal-Awtorità, bi tnaqqis ta’ impenji u pagamenti u tnaqqis korrispondenti fid-dħul, wara analiżi dettaljata tal-valutazzjoni tal-impatt tas-SARS-COV-2 li twettqet mill-Awtorità f’kooperazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari;

Kontrolli interni

26.

Jinnota li l-Awtorità wettqet valutazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħha għas-sena ta’ rapportar u kkonkludiet li, b’mod ġenerali, il-komponenti u l-prinċipji kollha ta’ kontroll intern kienu preżenti u jiffunzjonaw kif maħsub; jilqa’ l-fatt li, madankollu, l-Awtorità identifikat għadd ta’ miżuri li se jittieħdu biex ikomplu jissaħħu l-ġestjoni ta’ informazzjoni sensittiva, l-arkitettura tal-proċess tal-Awtorità, il-metodoloġija tal-ġestjoni tal-proċess, u l-ġestjoni tar-riskju u l-kontroll intern;

27.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern wettaq awditu dwar il-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-outputs xjentifiċi fil-qasam tal-ingredjenti tal-ikel u l-imballaġġ u f’Ottubru 2020 ħareġ ir-rapport finali tiegħu lill-Awtorità; jinnota li s-servizz tal-awditjar intern ikkonkluda li għalkemm il-proċess għall-valutazzjoni u l-adozzjoni tar-riżultati xjentifiċi taħt il-qasam tal-ingredjenti tal-ikel u l-imballaġġ huwa ġeneralment imfassal b’mod adegwat, effettiv u effiċjenti, inħarġet osservazzjoni tal-awditjar importanti ħafna rigward id-dgħufija fl-implimentazzjoni effettiva u f’waqtha tal-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi u l-enzimi tal-ikel;

28.

Jinnota li f’Ottubru 2020 is-servizz tal-awditjar intern beda awditu intern dwar il-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti ta’ għotjiet tal-Awtorità; jinnota li l-awditu, li jkopri l-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti ta’ għotjiet finalizzati fis-snin 2019 u 2020, ġie ppubblikat fl-ewwel semestru tal-2021;

Kummenti oħra

29.

Jinnota l-isforzi tal-Awtorità biex tiżgura post tax-xogħol kosteffettiv u li jkun ekokompatibbli; jinnota l-adozzjoni mill-Awtorità ta’ soluzzjonijiet strutturali u tal-pjanti mmirati lejn it-tnaqqis tal-enerġija, il-konsum tal-ilma u l-emissjonijiet tas-CO2;

30.

Jinnota l-isforzi tal-Awtorità biex tuża l-pjattaformi tal-midja soċjali bħala għodda primarja biex ixxerred il-materjal ta’ komunikazzjoni tagħha biex tilħaq lill-partijiet ikkonċernati u liċ-ċittadini; jinnota li l-attivitajiet tal-midja soċjali tal-Awtorità kisbu riżultati qawwija, b’żieda minn sena għal sena ta’ segwaċi fuq il-kontijiet tal-midja soċjali tagħha ta’ kważi 30 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li l-Awtorità kompliet timplimenta l-pjan direzzjonali tagħha dwar ix-xjenza soċjali fl-2020, li jipprovdi lill-Awtorità b’fehim aħjar tal-perċezzjonijiet tar-riskju taċ-ċittadini u l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni, u min-naħa tiegħu jippermetti komunikazzjoni tar-riskju aktar immirata u li tħalli impatt; jinnota wkoll li l-Awtorità kompliet tinvesti fis-sit web u fil-pubblikazzjonijiet diġitali tagħha, b’titjib speċifiku li sar fl-2020 li kien jinkludi l-migrazzjoni tal-hosting tas-sit web tal-Awtorità għall-cloud ta’ Amazon Web, kif ukoll aġġornament għas-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut Drupal 8; jistieden lill-Awtorità tirrapporta dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni u fit-tranżizzjoni diġitali tagħha;

31.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 69.

(2)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1511 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi amidosulfuron, bifenox, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dicamba, difenoconazole, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, paraffin oils, picloram, prosulfocarb, sulphur, triflusulfuron u tritosulfuron (ĠU C 425, 20.10.2021, p. 87) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/745 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, karbonat tal-kalċju, captan, diossidu tal-karbonju, cymoxanil, dimethomorph, ethephon, estratt mis-siġra tat-te, famossadon, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flumjossażin, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, gibberellic acid, gibberellins, heptamaloxyloglucan, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, metazachlor, metribuzin, milbemectin, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, phosmet, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenat tal-potassju, propamocarb, prothioconazole, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, tebukonażol u urea (ĠU C 67, 8.2.2022, p. 75).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/281


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1754 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0083/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0115/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/282


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1755 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0084/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0091/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/283


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1756 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0091/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tiegħu (1), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 7 749 900, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,24 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit kollu tal-Istitut ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

C.

billi, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha, u b’hekk tistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż permezz ta’ bbaġitjar skont il-ġeneru fil-livelli kollha tal-proċessi baġitarji;

D.

billi n-nisa huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari n-nisa li jaħdmu f’impjiegi prekarji, f’setturi prevalentement femminili u fl-ekonomija informali, kif ukoll nisa affettwati minn żieda fil-vjolenza u l-fastidju abbażi tal-ġeneru, responsabbiltajiet domestiċi u ta’ indukrar mhux imħallsa u mhux ugwali, u aċċess ristrett għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati; billi l-pandemija tal-COVID-19 thedded li treġġa’ lura l-progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri speċjalment fl-Istati Membri fejn l-indikaturi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri ta’ qabel il-pandemija kienu aktar baxxi; billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2021 irreġistra żieda żgħira ta’ 0,6 punti biss meta mqabbel mas-sena preċedenti (2);

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 97,75 %, li meta mqabbla mal-2019 tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,21 %; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 74,82 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 7,68 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jieħu nota taż-żieda fin-nefqa amministrattiva riportata tal-Istitut għal 49,49 % fl-2020 (meta mqabbla ma’ 28,01 % fl-2019);

3.

Josserva mir-rapport tal-Qorti li, fis-17 ta’ Diċembru 2019, l-Istitut iffirma emenda għall-ftehim mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Politika tal-Viċinat u n-Negozjati tat-Tkabbir għall-għoti ta’ EUR 378 950 fl-ambitu tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-implimentazzjoni tal-azzjoni bit-titlu “Kapaċità akbar tal-pajjiżi kandidati tal-UE u tal-kandidati potenzjali biex ikejlu u jimmonitorjaw l-impatt tal-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2018-2021)", u li l-ammont ġie riċevut fis-27 ta’ Diċembru 2019 iżda li l-informazzjoni relatata ma’ dak l-ammont ma kinitx inkluża fil-baġit; jirrimarka li, skont l-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju, din l-informazzjoni trid tiġi rrappurtata; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Istitut ma ppubblikax emenda għall-baġit tiegħu għall-2020 sabiex jinkludi l-ammont li ntuża u ma inkludihx fil-baġit tal-2020 ippubblikat fil-31 ta’ Marzu 2021, u li kwistjoni simili kienet diġà ġiet irrapportata fl-2019; jinnota li, fi tmiem l-2021, l-Istitut implimenta l-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-ġestjoni baġitarja fl-awditu tal-kontijiet tal-2020 u li l-Istitut ipproċeda bil-pubblikazzjoni ta’ rettifika (3) għall-baġit tiegħu tal-2020 rigward il-kontribuzzjoni mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni; jinnota li l-azzjoni bħalissa qed tiġi segwita mill-Qorti; jistieden lill-Istitut, peress li l-Qrati tosserva li din il-kwistjoni hija indikattiva ta’ problema sistemika, biex jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza bi spjegazzjoni għall-okkorrenza mill-ġdid tal-kwistjoni ta’ rappurtar fl-2020; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar miżuri oħra li ħa biex jipprevjeni li din il-kwistjoni terġa’ sseħħ;

4.

Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit sabiex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni u jsaħħaħha u biex jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni, u l-politiki nazzjonali li jirriżultaw minnhom; jirrikonoxxi l-ispeċjalizzazzjoni u l-għarfien espert kbir tal-Istitut fl-istudji, ir-riċerka, il-ġbir ta’ data ta’ kwalità għolja, l-iżvilupp ta’ għodod metodoloġiċi u l-valutazzjoni tal-politiki nazzjonali, speċjalment fir-rigward tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-femminiċidji fl-Istati Membri kollha; ifakkar li, speċjalment fil-kuntest tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rigressjoni fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, hemm bżonn ta’ żieda fil-baġit u fir-riżorsi umani, inkluż aktar persunal, biex l-Istitut jkun jista’ iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod adegwat;

Prestazzjoni

5.

Jilqa’ l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-Istitut u l-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (il-“Kumitat FEMM”), u l-kontribut tal-Istitut għall-ħidma li għaddejja tal-Kumitat FEMM pereżempju dwar l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-paga ugwali, l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-iżvilupp ta’ għodda tal-Parlament sensittiva għall-ġeneru; jisħaq fuq il-kontribut siewi li l-Istitut jista’ jagħti lill-kumitati kollha tal-Parlament, u jħeġġeġ lill-Parlament biex jistabbilixxi kooperazzjoni dejjem aktar mill-qrib mal-Istitut; iħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-Istitut u aġenziji oħra tal-Unjoni;

6.

Josserva b’sodisfazzjoni li l-Istitut juża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward tal-objettivi operazzjonali u l-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani biex jivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu; jilqa’ l-fatt li l-maġġoranza tal-miri ntlaħqu u li l-Istitut fassal indikaturi speċifiċi għall-kejl tal-prestazzjoni tas-servizzi orizzontali fit-taqsima annwali tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-2022-2024;

7.

Jilqa’ l-pubblikazzjoni u t-traduzzjoni tas-sett ta’ għodod mqasma fi stadji tal-Istitut għall-ibbaġitjar skont il-ġeneru fl-2020, li huwa maħsub biex jgħin lil dawk li jaħdmu bil-Fondi tal-Unjoni biex jintegraw l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-programmi tagħhom; jilqa’ wkoll il-ħruġ online tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi f’Ottubru 2020 bħala għodda utli ta’ valutazzjoni komparattiva li tippermetti lill-Istati Membri faċilment jimmonitorjaw u jqabblu il-progress tagħhom matul iż-żmien u jifhmu fejn huwa l-aktar meħtieġ titjib;

8.

Jilqa’ l-fatt li fl-2020, il-bord ta’ tmexxija approva l-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ tmexxija għat-tieni evalwazzjoni esterna tal-Istitut, li ġiet posposta fl-2019 u skedata li ssir fl-2022, u jilqa’ t-termini ta’ referenza għall-Istitut biex jikkummissjona l-evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tiegħu;

9.

Jilqa’ l-fatt li l-Istitut jikkoopera mill-qrib mal-aġenziji tal-Unjoni permezz ta’ kollaborazzjoni bilaterali u parteċipazzjoni attiva f’networks stabbiliti u li r-Regolament li jistabbilixxi l-Istitut jipprevedi ftehimiet għall-kooperazzjoni mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali; jinnota li, barra minn hekk, l-Istitut jipparteċipa b’mod attiv fin-network tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni; jilqa’ l-fatt li l-kooperazzjoni u dawk is-sinerġiji huma eżempju għal aġenziji u istituzzjonijiet oħra li ta’ min isegwi;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, 100 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, bil-ħatra ta’ 27 aġent temporanju minn total ta’ 27 aġent temporanju li ġew awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mas-27 post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota li tnedew 11-il sejħa għall-applikazzjonijiet, inklużi tnejn għal karigi ta’ aġenti kuntrattwali, tmienja għal esperti nazzjonali sekondati u waħda għal pożizzjoni ta’ trainee; jinnota li matul l-2020, ir-rata tad-dawran kienet ta’ 11 %; jilqa’ l-miżuri meħuda mill-Istitut biex inaqqas ir-rata ta’ dawran;

11.

Jinnota bi tħassib d-distribuzzjoni mhux bilanċjata tal-ġeneru fil-maniġment superjuri fejn hemm raġel wieħed (25 %) u tliet nisa (75 %), fil-bord ta’ tmexxija fejn hemm seba irġiel (21,9 %) u 25 mara (78,1 %) u għall-persunal inġenerali li jikkonsisti f’11-il raġel (23,4 %) u 36 mara (76,6 %); itenni l-appell tiegħu biec l-Istitut jiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri; ifakkar lill-Istitut li fl-għażla tal-kandidati, il-kompetenza, l-għarfien u l-esperjenza huma importanti, kif ukoll bilanċ ġeografiku u l-bilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-persunal; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn is-sessi meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord maniġerjali tal-Istitut; jinnota li l-Istitut, minbarra l-applikazzjonijiet għal traineeships u postijiet ta’ esperti nazzjonali sekondati, irċieva 142 applikazzjoni fl-2020, li 67 % minnhom ġew sottomessi min-nisa, li jirrappreżenta bidla meta mqabbla mal-2019, meta 87 % tal-applikazzjonijiet ġew sottomessi min-nisa;

12.

Jilqa’ l-isforzi li saru fil-politika dwar il-persunal biex jiġu promossi t-telexogħol u stil ta’ ħajja favur is-saħħa u jkompli jħeġġeġ lill-Istitut isegwi l-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn is-sessi, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità;

13.

Jinnota li fl-2020 l-Istitut kompla juża l-kuntratt qafas għall-forniment ta’ persunal interim; jinnota li, fil-bidu tal-2018, xi ħaddiema interim ikkontestaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom mal-kumpanija kuntrattata u li l-kawża ġiet trattata mill-kumitat għat-tilwim dwar ix-xogħol Litwan, li ddeċieda favur il-persunal interim; jinnota li d-deċiżjoni tal-kumitat Litwan għat-tilwim dwar ix-xogħol ġiet ikkontestata mill-kumpanija kkuntrattata; jirrimarka li l-Istitut aġixxa bħala parti terza f’dik il-kawża; jirrimarka, barra minn hekk, li d-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ma pprovdietx ċarezza legali a priori dwar jekk l-aġenziji tal-Unjoni jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fir-rigward tal-impjegar ta’ ħaddiema temporanji; jinnota li fit-30 ta’ Diċembru 2019,il-Qorti Suprema Litwana indirizzat mistoqsijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-Kawża C-948/19; jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-fatt li l-QĠUE kienet qed tiddeċiedi dwar il-kwistjoni jista’ jkollu impatt fuq il-pożizzjoni tal-Qorti dwar l-użu mill-Istitut ta’ ħaddiema interim u li l-osservazzjonijiet dwar il-kwistjoni se jiġu pprovduti meta l-QĠUE tkun tat deċiżjoni finali fil-kawża; jinnota li l-kawża ġiet solvuta f’Novembru 2021, peress li l-QĠUE ddeċidiet li l-aġenziji tal-Unjoni jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE meta jimpjegaw ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenziji ta’ impjieg temporanju;

14.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-awditu tal-2019, il-proċeduri użati għall-għażla u l-ikkuntrattar ta’ esperti esterni ma kellhomx rekord tal-awditjar solidu (kif meħtieġ mill-Artikolu 36(3) tar-Regolament Finanzjarju) u li, b’riżultat ta’ dan, il-pagamenti sussegwenti kollha assoċjati ma’ dawk il-kuntratti kienu irregolari; jenfasizza l-fatt li fl-2020, il-pagamenti relatati ammontaw għal EUR 4 400;

Akkwist

15.

Jinnota li fl-2020 tlestew 47 proċedura ta’ akkwist amministrattiv u 61 proċedura ta’ akkwist operattiv; jinnota b’sodisfazzjoni li l-Istitut ipprovda sessjonijiet ta’ taħriġ intern regolari lill-persunal dwar kwistjonijiet ta’ akkwist; jinnota li, f’konformità mad-Direttivi dwar l-Akkwist u mar-Regolament Finanzjarju, l-Istitut applika standards uniformi għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni ma’ partijiet terzi li jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ akkwist billi uża għodda għas-sejħa għall-offerti elettronika u għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

16.

Jinnota b’sodisfazzjon il-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Istitut biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jilqa’ l-fatt li l-Istrateġija kontra l-Frodi tal-2021-2023 ġiet adottata fl-2020 u saru diversi sessjonijiet ta’ taħriġ fil-qasam tal-etika u l-integrità; jinnota l-pubblikazzjoni tas-CV tad-direttur tal-Istitut fuq is-sit web tiegħu;

Kontroll intern

17.

Jinnota li, wara l-Pjan Strateġiku tal-Awditjar Intern tal-2019-2021 tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, l-awditu dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-organizzazzjoni mmexxi mill-proġetti fl-Istitut sar fl-2020 u li r-rapport tal-awditjar finali kien fih rakkomandazzjoni importanti u żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna li ġew aċċettati mill-Istitut; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet importanti ħafna jikkonċernaw titjib fil-qafas tal-ġestjoni tal-proġetti tal-Istitut u jissottolinjaw il-ħtieġa li jiġi kkomunikat l-approċċ ta’ ġestjoni tal-proġetti tal-Istitut peress li l-persunal ma kienx qed isegwi l-linji gwida; jinnota li r-rakkomandazzjoni importanti tistieden lill-Istitut janalizza u jikkunsidra t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-proġetti tiegħu;

18.

Jinnota li l-Qorti ppreżentat tliet osservazzjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, il-ġestjoni baġitarja u l-kontrolli interni fl-2019; jinnota li, fir-rigward tal-ewwel osservazzjoni relatata mal-għoti ta’ kompiti lill-esperti esterni abbażi ta’ kriterji tal-għażla prefiniti minn qabel, kif stabbilit fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Istitut eżamina l-proċessi attwali u ħejja sejħa ġdida għal espressjoni ta’ interess li tqis is-suġġeriment tal-Qorti; jinnota li t-tieni osservazzjoni kienet relatata mal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u li l-Istitut ikkuntattja lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġits tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-preżentazzjoni ta’ fondi bbażati fuq proġetti fil-baġit annwali; jistieden lill-Istitut jipprovdi approċċ ikkoordinat lill-Qorti dwar il-mod kif għandu l-ħsieb li jittratta dik il-kwistjoni speċifika fil-futur sabiex jiżgura li s-sejba tal-Qorti tiġi indirizzata kif xieraq; jinnota li t-tielet osservazzjoni kienet tikkonċerna l-fatt li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’, permezz ta’ delega, jistabbilixxi kontrolli ex post biex jidentifika żbalji u irregolaritajiet, iżda li l-Istitut ma wettaqx tali kontrolli ex post; jinnota li l-azzjonijiet meħuda mill-Istitut biex jindirizza dik l-osservazzjoni kienu għadhom għaddejjin fl-2020;

19.

Jinnota bi tħassib il-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-kontroll intern għas-sena 2020 li tiddikjara li s-sistema ta’ kontroll intern hija parzjalment effettiva minħabba kwistjoni fil-komponent 3 “attivitajiet ta’ kontroll”, peress li l-pjan ta’ kontinwità tal-operat huwa obsolet, u li kien hemm nuqqas ta’ ttestjar tal-kontinwità tal-operat mill-2015; ifakkar fis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet kemm tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Qorti u jistieden lill-Istitut jirrifletti dawk is-sejbiet fil-valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern, jekk ma jkunx diġà sar dan; jilqa’ l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda mill-Istitut u jistieden lill-Istitut iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar; jinnota bi tħassib li minn Settembru 2016 l-Istitut ma wettaq l-ebda kontroll ex post tal-operazzjonijiet u tal-implimentazzjoni tal-baġit.

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

20.

Jinnota li l-Istitut reġa iddefinixxa l-prijoritajiet tiegħu u organizza mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu biex jimmitiga r-riskji fuq il-kontinwità tal-operat u l-benesseri tal-persunal ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-miżuri meħuda, bħat-telexogħol, is-sigurtà msaħħa għall-aċċess remot, l-introduzzjoni ta’ flussi tax-xogħol diġitali u l-firma elettronika, ġew irrapportati fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni emendat tal-2020-2022;

21.

Japprezza l-fatt li l-Istitut appoġġja lill-Istati Membri matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-isforz tagħhom biex jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u li, fl-2020, nieda paġna web dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u pproduċa 63 pubblikazzjoni bil-għan li jgħin lil dawk li jfasslu l-politika fit-twettiq tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

Kummenti oħra

22.

Jirrikonoxxi li fl-2020 kien hemm direttur ġdid fil-kariga; jirrikonoxxi li ġie elett ukoll viċi president ġdid tal-bord ta’ tmexxija tal-Istitut;

23.

Jinnota l-isforzi tal-Istitut biex jiżgura post tax-xogħol kosteffettiv u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jilqa’ l-fatt li l-Istitut ħatar uffiċjal ekoloġiku biex jaħdem ħalli jnaqqas l-impatt tal-operazzjonijiet tiegħu fuq l-ambjent; iħeġġeġ lill-Istitut jikkondividi l-isfidi u t-tagħlimiet meħuda min-Network tal-Aġenziji tal-UE; jinnota t-titjib li għamel l-Istitut fir-rigward tat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tiegħu mal-pubbliku u fir-rigward tal-komunikazzjoni mal-pubbliku permezz tal-media soċjali u ta’ mezzi oħra tal-media;

24.

Jitlob li l-binjiet jiġu mmodernizzati sabiex jissodisfaw l-istandards ta’ emissjonijiet żero, b’mod partikolari billi jiġu installati pannelli solari fuq il-binjiet kollha li jappartjenu lill-Istitut;

25.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Istitut f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni u l-importanza li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istitut ikompli jkun proattiv f’dak ir-rigward sabiex jiġi evitat akkost ta’ kollox distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jistieden lill-Istitut jiżviluppa l-politika tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà aktar malajr u japplikaha mingħajr dewmien;

26.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 135.

(2)  https://eige.europa.eu/gender-equality-index/2021

(3)  Dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2020 – Baġit ta’ Emenda Nru 1 (ĠU C 114, 31.3.2021, p. 238).

(4)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(5)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/288


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1757 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0084/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0091/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/289


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1758 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0085/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/290


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1759 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 28 386 398, li jirrappreżenta żieda ta’ 4,60 % meta mqabbel mal-2019; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 10 489 363, li tirrappreżenta 36,59 %) u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 17 491 035, li jirrappreżentaw 61,63 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2020 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’apprezzament li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju, matul is-sena finanzjarja 2020, irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 %, simili għall-2019; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 82,80 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 2,83 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Awtorità ma applikatx l-imgħax ta’ inadempjenza speċifikat fir-Regolament Finanzjarju fuq pagamenti tal-kontribuzzjonijiet tal-2020 li waslu tard minn għadd ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-EFTA, u l-ammont ta’ mgħax pendenti stabbilit mill-Qorti kien ta’ EUR 9 952; jinnota li l-Awtorità, wara li kkonsultat mal-Kummissjoni, iddeċidiet li tapplika l-imgħax ta’ inadempjenza u li infurmat lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar dan fl-ittri mibgħuta lilhom dwar il-kontribuzzjonijiet tagħhom tal-2021; jilqa’ l-azzjonijiet korrettivi tal-Awtorità f’dak ir-rigward;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħalma huma l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut permezz tal-attivitajiet tagħha u miżuri oħrajn biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota b’apprezzament li ntlaħqu l-miri kollha ħlief waħda, minkejja d-diffikultajiet li ħolqot il-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 u l-isforzi li l-Awtorità kellha tinvesti fl-immaniġġjar tal-kriżi, apparti l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha;

4.

Jinnota li 295 prodott u servizz, jew 88 % tat-total, ġew ipprovduti fil-ħin mill-Awtorità, 26 prodott u servizz ieħor esperjenzaw dewmien żgħir, u 13 ma twettqux, spiss b’riżultat tal-prijoritizzazzjoni ta’ talbiet oħra aktar urġenti kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19;

5.

Jinnota l-isforzi investiti mill-Awtorità fl-immaniġġjar tal-kriżi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li assorbiet riżorsi kemm għal miżuri ta’ mitigazzjoni interni, bħall-introduzzjoni tat-telexogħol, kif ukoll għall-immaniġġjar tal-kriżi fir-rigward tal-proċessi operattivi ewlenin u r-rwol ta’ sorveljanza tagħha;

6.

Jenfasizza r-rwol importanti li l-Awtorità għandha li tikkontribwixxi b’mod attiv għall-iżvilupp tal-qafas regolatorju u prattiku tal-Unjoni għas-sostenibbiltà li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-ambizzjoni politika u l-kalendarju urġenti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinnota f’dan ir-rigward il-mandat mogħti mill-Kummissjoni lill-Awtorità biex tinvestiga l-idoneità ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) tar-reġim prudenzjali ta’ Solvenza II, u tivvaluta l-adegwatezza attwali tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-Direttiva IORP II) fir-rigward ta’ perspettiva fit-tul; jenfasizza li l-mandat tal-Awtorità dwar is-sostenibbiltà jinkludi li tikkontribwixxi wkoll għas-salvagwardja tar-reżiljenza tas-sistema finanzjarja kontra r-riskji fiżiċi (bħad-diżastri naturali); jilqa’ l-ħidma tal-Awtorità dwar l-immaniġġjar tar-riskji għas-sostenibbiltà matul l-2020, pereżempju permezz ta’ analiżijiet tas-sensittività, dokumenti ta’ diskussjoni, rapporti, sessjonijiet ta’ ħidma u konsultazzjonijiet;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota l-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għat-tieni mandat ta’ ħames snin fid-29 ta’ Settembru 2020;

8.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kienet 100 % implimentata, bil-ħatra ta’ 127 aġent temporanju minn total ta’ 127 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 115-il post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 kien hemm 29 aġent kuntrattwali u 19-il espert nazzjonali sekondat impjegati mill-Awtorità (li għalihom kien hemm awtorizzati rispettivament 39 u 27 postijiet tax-xogħol;

9.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità, filwaqt li kienet qed taħdem b’mod remot, wettqet ukoll ir-reklutaġġ tagħha b’mod remot, kompliet tiffoka sabiex ikollha l-profili xierqa biex tiżgura t-twettiq kontinwu tal-mandat tal-Awtorità, u li l-Awtorità kompliet tintegra lill-ħaddiema l-ġodda matul is-sena billi pprovditilhom sessjonijiet ta’ induzzjoni speċifiċi u l-appoġġ meħtieġ meta ngħaqdu mal-Awtorità b’mod remot;

10.

Jinnota li l-Awtorità għandha sitt irġiel (75 %) u żewġ nisa (25 %) f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri, erba’ rġiel (57,1 %) u tliet nisa (42,9 %) fuq il-bord maniġerjali tagħha, u 81 raġel (48,5 %) u 86 mara (51,5 %) fil-persunal kollu tagħha; jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment superjuri u jitlob lill-Awtorità tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli maniġerjali fil-futur;

11.

Jinnota li fl-Awtorità saret riorganizzazzjoni interna biex jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tagħha permezz taċ-ċaqliq ta’ xi timijiet bejn id-dipartimenti u t-trasferiment ta’ xi timijiet f’unitajiet fid-Dipartiment tal-Proċessi Superviżorji u fid-Dipartiment tas-Sorveljanza;

Akkwist

12.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li fid-19 ta’ Mejju 2020 l-Awtorità ffirmat kuntratt għall-għoti ta’ korsijiet ta’ taħriġ wiċċ imb wiċċ b’valur massimu stmat tal-kuntratt ta’ EUR 1 050 000; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li minkejja l-iżvilupp tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 f’dak iż-żmien, u l-limitazzjonijiet fuq avvenimenti li jeħtieġu preżenza fiżika, l-Awtorità ffirmat il-kuntratt u sussegwentement iffirmat emenda għall-kuntratt f’Awwissu 2020 li kienet tinkludi elementi kuntrattwali ġodda bħall-għoti ta’ korsijiet ta’ taħriġ virtwali; jinnota li dawn il-korsijiet virtwali ġew stabbiliti bi prezzijiet fissi li kienu ogħla mill-prezz tal-korsijiet ta’ taħriġ fuq il-post miftiehem fil-kuntratt inizjali, u li dawk il-bidliet kienu jikkostitwixxu kundizzjonijiet kuntrattwali ġodda li, kieku kienu parti mill-proċedura ta’ akkwist inizjali, setgħu potenzjalment jattiraw offerenti addizzjonali mingħajr ebda limitazzjoni ġeografika imposta mill-ħtieġa ta’ taħriġ wiċċ imb wiċċ, b’kost aktar kompetittiv; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-offerta kien ġie estiż b’mod konsiderevoli, u li l-emenda għall-kuntratt kienet sostanzjali, u għaldaqstant fi ksur tal-Artikolu 72(4)(a) u (c) tad-Direttiva Nru 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bir-riżultat li l-Qorti ddikjarat bħala irregolari l-emenda għall-kuntratt u l-pagamenti kollha relatati qabel il-VAT ta’ EUR 3 850 fl-2020; jilqa’ l-azzjonijiet korrettivi meħuda f’dak ir-rigward mill-Awtorità;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u trasparenza

13.

Jinnota li r-rapport tal-Awtorità ddikjara li l-membri u s-sostituti kollha tal-korpi governattivi għandhom jiffirmaw debitament dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u dikjarazzjoni ta’ interess qabel ma jiġu ammessi f’dawn il-korpi governattivi, u li għandu jkun hemm tiġdid darbtejn fis-sena ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet wara l-ammissjoni, u li l-Awtorità għandha fis-seħħ proċeduri biex tidentifika, tittratta u timmitiga kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali u reali relatat mal-membri u s-sostituti; jinnota li ż-żewġ dikjarazzjonijiet imsemmija hawn fuq jiġu ppubblikati mingħajr dewmien żejjed fis-sit web tal-Awtorità għal raġunijiet ta’ trasparenza u li huwa indikat ukoll b’mod ċar fis-sit web tal-Awtorità li l-membri jew is-sostituti tal-bord tas-superviżuri jservu wkoll bħala membri jew sostituti tal-bord maniġerjali; jilqa’ l-fatt li l-Awtorità tippubblika s-CVs tal-membri u tas-sostituti fuq is-sit web tagħha;

Kontroll intern

14.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità implimentat ir-rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna kollha tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u li qed issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti;

15.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Awtorità la għandha sistema ta’ kontroll ex ante u lanqas sistema ta’ kontroll ex post fis-seħħ biex tivverifika jekk l-ammont tal-ispejjeż rimborżati lill-awtoritajiet nazzjonali u l-ammont mitlub minnhom għall-ispejjeż relatati mal-esperti nazzjonali sekondati (SNEs) huwiex dak miftiehem. jinnota b’rabta ma’ dan li fl-2020 l-Awtorità rrimborżat is-salarju gross ta’ żewġ SNEs minn żewġ awtoritajiet nazzjonali differenti għall-perjodu sħiħ tas-sekondar tagħhom, bl-ammonti kkonċernati ta’ EUR 71 875 u EUR 74 880 imħallsa bil-quddiem lill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi mingħajr il-verifika xierqa tal-korrettezza tal-ammont rimborżat, u b’hekk l-Awtorità ġiet esposta għar-riskju li r-rimborż għall-ispiża tal-persunal tal-SNEs seta’ jiġi kkalkulat abbażi ta’ spejjeż mhux preċiżi, jew li l-bidliet sussegwenti fl-ispejjeż tal-persunal setgħu ma jinqabdux u ma jiġux indirizzati fil-ħin; jilqa’ r-rispons tal-Awtorità għall-osservazzjonijiet tal-Qorti permezz tat-tisħiħ tal-kontrolli għall-ftehimiet futuri tal-SNEs;

16.

Jinnota li l-Awtorità wettqet il-valutazzjoni annwali tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha, u kkonkludiet li l-komponenti u l-prinċipji kollha huma implimentati u jiffunzjonaw kif suppost, bil-ħtieġa ta’ xi titjib; ifakkar fis-sejba tal-Qorti dwar l-ammont ta’ spejjeż rimborżati lill-awtoritajiet nazzjonali u mitluba minnhom għall-SNEs u jinnota li din is-sejba tal-Qorti, li ġiet aċċettata mill-Awtorità, potenzjalment tikkostitwixxi dgħufija fil-prinċipju 10 ta’ kontroll intern (Għażla u żvilupp ta’ attivitajiet ta’ kontroll li jimmitigaw ir-riskji) u fil-prinċipju 12 (Twettiq ta’ attivitajiet ta’ kontroll permezz ta’ politiki u proċeduri), u dan potenzjalment iqajjem dubji dwar il-funzjonament tal-komponent 3 ta’ kontroll intern (Attivitajiet ta’ kontroll); ifakkar ukoll fis-sejba tal-Qorti dwar l-akkwist, li potenzjalment ukoll tikkostitwixxi dgħufija fl-istess prinċipji ta’ kontroll intern; jistieden lill-Awtorità tispjega lill-awtorità ta’ kwittanza kif id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti ġew ikkunsidrati fil-valutazzjoni tal-kontroll intern tal-Awtorità u għaliex xorta kkonkludiet li l-komponenti u l-prinċipji kollha jiffunzjonaw kif suppost;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

17.

Jinnota li l-Awtorità daħħlet fis-seħħ miżuri differenti rigward il-persunal, il-viżitaturi u l-membri tal-bord biex tnaqqas it-tixrid tal-virus COVID-19 u tiżgura l-kontinwità tal-operat u jinnota b’mod partikolari li l-persunal, il-korpi governattivi u l-gruppi ta’ ħidma kollha tal-Awtorità komplew jaħdmu b’mod remot, filwaqt li bbenefikaw mill-flussi tax-xogħol awtomatiċi diġà fis-seħħ; jinnota li l-Awtorità rrappurtat iffrankar baġitarju ta’ madwar EUR 1 000 000, primarjament b’riżultat tas-sospensjoni tal-ivvjaġġar tal-persunal u tal-laqgħat tal-persunal, tal-bord maniġerjali u tal-bord tas-superviżuri li saru esklużivament b’mod remot;

Kummenti oħra

18.

Jinnota li, fl-2020, l-Aġenzija pprovdiet skedi informattivi għall-pubbliku ġenerali, imxerrda permezz tas-sit web u l-media soċjali, inkluża informazzjoni dwar dak li l-konsumaturi setgħu jistennew mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tagħhom fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, u dwar dak li l-konsumaturi kellhom jikkunsidraw fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

19.

Jilqa’ l-kollaborazzjoni kontinwa tal-Awtorità ma’ aġenziji oħra fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni; jinnota t-tnedija ta’ SYSPER f’Settembru 2020, il-ħidma fuq għodda ta’ votazzjoni online għal-laqgħat tal-bord ibbażata fuq software diġà magħżul minn aġenziji oħra u l-implimentazzjoni nnegozjata b’mod konġunt ta’ diversi inizjattivi importanti tas-sigurtà; jitlob lill-Awtorità tirrapporta dwar il-progress rigward l-ippjanar ta’ Ċentru tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà kondiviż mal-Awtorità Bankarja Ewropea, u l-ippjanar ta’ spazju kondiviż ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u għall-partijiet ikkonċernati kollha tagħhom;

20.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 161.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(3)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/294


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1760 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0085/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0101/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/295


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1761 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0086/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0094/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1

(5)  ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/297


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1762 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0094/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 625 088 022,57, li jirrappreżenta żieda ta’ 12,04 % meta mqabbel mal-2019; billi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2020 kienet tammonta għal EUR 546 629 182,74, li tirrappreżenta żieda ta’ 31,4 % meta mqabbla mal-2019; billi r-rata ta’ inflazzjoni tal-Unjoni kienet ta’ 0,7 % fl-2020;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,85 %, li meta mqabbla mal-2019 tirrappreżenta żieda ta’ 2,81 %; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 99,13 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,56 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjoni ta’ segwitu fir-rigward tar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza ta’ EUR 1 200 imġarrba minn membru interim tal-persunal tal-Istitut, li sabiex tiġi żgurata l-prudenza u jiġi evitat ir-riskju ta’ finanzjament doppju, il-kuntratt qafas tal-Istitut għal servizzi tal-persunal interim jeskludi l-użu ta’ rimborżi għar-rappreżentanti tal-kuntratturi; jinnota li bħala miżura korrettiva, l-Istitut jinsab fil-proċess li jaġġusta l-politiki tiegħu biex ikopri l-ispejjeż tal-missjonijiet li fil-fatt iġarrbu l-aġenti interim; jinnota wkoll it-tweġiba tal-Istitut li ma twettqet l-ebda missjoni mill-persunal interim tiegħu fl-2020; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-iżviluppi futuri f’dan il-qasam;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) ma użawx bis-sħiħ l-ammonti tal-għotja mogħtija mill-Istitut; jinnota li ż-żieda fil-baġit tal-Istitut u l-għadd dejjem jikber ta’ KKI li għandhom jiġu ssorveljati ma ġewx akkumpanjati minn żieda rispettiva fl-għadd ta’ postijiet tax-xogħol;

4.

Jilqa’ l-fatt li, bħala rispons għall-isfidi mqajma mill-pandemija tal-COVID-19, l-Istitut vara u amministra b’suċċess l-inizjattiva ta’ rispons għall-kriżijiet, bħala parti mill-proġetti ta’ rispons għall-pandemija tiegħu li kellhom l-għan li jappoġġjaw ir-raggruppament tal-innovazzjoni fl-Ewropa; jinnota li fl-2020 il-bord ta’ tmexxija tal-Istitut iddeċieda li jimmobilizza EUR 60 000 000 ta’ finanzjament addizzjonali għall-innovaturi li jmexxu soluzzjonijiet b’impatt għoli li jindirizzaw l-isfida soċjali u ekonomika bla preċedent li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19;

5.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu mis-snin preċedenti, li l-Istitut identifika opportunitajiet biex jaqsam ir-riżorsi, jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu u jżid il-kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza; jilqa’, b’mod partikolari, l-iffirmar fl-2020 ta’ tliet memoranda ta’ qbil dwar is-servizzi ta’ taħriġ, il-prattiki ta’ akkwist, il-kondiviżjoni tal-kontenut u l-ġestjoni tar-riżorsi umani, mal-Uffiċċju Ewropew tal-Proprjetà Intellettwali, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut huwa interessat li jipparteċipa fi proġett implimentat mill-Gvern Ungeriż li għandu l-għan li jipprovdi faċilitajiet ta’ uffiċċji kondiviżi għall-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha bbażati f’Budapest; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi li jikkonċernaw dawn is-sħubiji;

6.

Jinnota li l-Istitut ħa azzjonijiet biex itejjeb is-sigurtà online tiegħu u jżid id-diġitalizzazzjoni tiegħu f’termini ta’ operazzjonijiet interni u proċeduri ta’ ġestjoni; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri;

Politika dwar il-persunal

7.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, 95,56 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bi 43 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 45 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 44 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 22 aġent kuntrattwali u espert wieħed nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Istitut fl-2020;

8.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri u intermedji tal-Istitut, jiġifieri ħamest irġiel minn sitta (83 %); jilqa’ l-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-bord ta’ tmexxija tal-Istitut, jiġifieri 6 minn 12 (50 %) ta’ kull ġeneru, kif ukoll fost il-persunal ġenerali tal-Istitut, jiġifieri 37 mara minn 64 (57,81 %);

9.

Jinnota li tlieta mill-membri tal-bord ta’ tmexxija tal-Istitut għadhom jirċievu flus mill-baġit bħala konsulenti, aġenti kuntrattwali jew funzjonijiet oħra fi ħdan l-Istitut b’mod speċifiku, żewġ eks Membri tal-Parlament Ewropew u eks Kummissarju; jinnota, barra minn hekk, li eks Membru ieħor tal-Parlament irċieva EUR 15 000 fl-2020-2021 taħt kuntratt ta’ servizz mal-Istitut għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

10.

Jinnota li fl-2020 kien hemm żieda fl-ammont ta’ xogħol u l-kompiti addizzjonali minħabba l-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-programm Orizzont 2020 għal Orizzont Ewropa; jinnota li żieda fil-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 600 miljun ġiet allokata fl-2020 lit-tmien Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-Istitut għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ negozju tagħhom tal-2020; jinnota, barra minn hekk, li minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-Istitut vara l-Inizjattiva ta’ Rispons għall-Kriżijiet biex jappoġġja lill-Komunità tal-Istitut u lill-familja Ewropea tal-innovazzjoni;

11.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-implimentazzjoni ta’ osservazzjoni li tirriżulta mill-2017 dwar il-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għadha għaddejja, peress li l-Istitut ma jtellax b’mod konsistenti l-pożizzjonijiet vakanti tiegħu fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

12.

Jilqa’ l-isforzi li saru fil-politika tal-persunal biex jiġu promossi t-telexogħol u stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa u jkompli jħeġġeġ lill-aġenzija ssegwi l-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità;

Akkwist

13.

Jinnota li matul is-sena żdiedu proċeduri ġodda fil-pjan ta’ akkwist 2020 tal-Istitut; jinnota li l-Istitut lesta 95 % tal-proċeduri ta’ akkwist skont il-pjan tiegħu; jinnota li l-Istitut irrapporta li l-proċeduri prijoritarji kollha tiegħu tlestew ħlief għall-kuntratt qafas il-ġdid għas-servizzi ta’ komunikazzjoni u l-ġestjoni tal-avvenimenti; jinnota wkoll li, fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist, fl-2020 ma kien hemm l-ebda lment formali u l-ebda kawża fil-qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza

14.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u biex jiżgura l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Istitut ippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta’ interess u s-CVs tal-bord ta’ tmexxija u tal-maniġment superjuri tiegħu fuq is-sit web tiegħu;

15.

Jinnota li l-Istitut irrapporta każ wieħed ta’ informatur fl-2019 u li r-regoli interni ġew applikati; jinnota li l-politika tal-Istitut dwar l-informaturi għadha mhijiex allinjata mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); jistieden lill-Istitut jiżgura allinjament sħiħ fir-reviżjoni li jmiss tal-politika;

16.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-kwittanza tal-2019, li fl-2020 l-Istitut beda l-proċess ta’ rieżami tal-applikazzjoni tal-Prinċipji ta’ Governanza Tajba (“GGP”) mill-KKI tal-Istitut;

Kontrolli interni

17.

Jinnota li skont ir-rapport tal-kapaċità tal-awditjar intern tal-Istitut, minn 69 rakkomandazzjoni fl-ambitu tal-awditu ta’ segwitu, 28 rakkomandazzjoni miftuħa ngħalqu, 7 rakkomandazzjonijiet miftuħa tnaqqsu fil-grad, u rakkomandazzjoni waħda miftuħa dwar il-ġestjoni tal-aċċess għall-IT wara l-Awditu tal-IT tal-2016 ġiet aġġornata bħala kritika; jistieden lill-Istitut iqis dan ir-riskju kritiku fil-valutazzjoni tiegħu tas-sistema ta’ kontroll intern bħala dgħufija potenzjali fil-prinċipju 11;

18.

Jinnota li ma nstabet l-ebda dgħufija kbira fl-ebda wieħed mill-komponenti tas-sistema ta’ kontroll intern tal-Istitut li tista’ tipperikola l-kisba tal-objettivi operattivi, finanzjarji jew ta’ kontroll u tipprevjeni lid-direttur milli jiffirma d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tiegħu; jinnota, madankollu, li huwa meħtieġ xi titjib ulterjuri, fir-rigward tal-prinċipji 12 u 17 li jaqgħu taħt il-Kategorija 2, b’mod partikolari billi jitnaqqas id-dewmien fil-pass ippjanat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa u billi jitnaqqas iż-żmien għall-komunikazzjoni tal-miżuri korrettivi meħuda fl-2020;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

19.

Jinnota li l-bord ta’ tmexxija tal-Istitut iddeċieda f’Mejju 2020 li jimmobilizza EUR 60 miljun ta’ fondi mhux allokati tal-Istitut biex ikompli jappoġġja lill-istudenti, lill-imprendituri u lill-innovaturi affettwati mit-tixrid globali tal-COVID-19; jinnota li l-inizjattiva ta’ rispons għall-kriżijiet (CRI) tal-Istitut appoġġjat proġetti u impriżi ġodda li jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19 permezz tal-istrumenti ta’ appoġġ għar-riskji, li pprovdew appoġġ immirat għal impriżi b’impatt għoli u potenzjal ta’ tkabbir, negozji li qed jespandu u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u proġetti ta’ rispons għall-pandemiji, li ġġeneraw u implimentaw proġetti ta’ rispons għall-innovazzjoni fuq terminu qasir li jindirizzaw direttament il-pandemija tal-COVID-19;

Kummenti oħra

20.

Jilqa’ l-isforzi magħmula mill-Istitut biex ikompli jtejjeb il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali u l-istrateġija tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli fl-2020;

21.

Jinnota l-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Istitut għall-politika ġenerali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, inklużi l-aspetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni taċ-ċibersigurtà; jinnota li l-eżitu prinċipali tal-gwida u l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm s’issa huwa li l-Istitut ma rrapporta l-ebda inċident ta’ ċibersigurtà;

22.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Istitut f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istitut jibqa’ proattiv f’dan ir-rigward sabiex jevita akkost ta’ kollox distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata; jistieden lill-Istitut iħaffef l-iżvilupp tal-politika tiegħu dwar iċ-ċibersigurtà u jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza ladarba tkun tlestiet;

23.

Jiddispjaċih li l-Istitut għadu ma ffissax miri ta’ tnaqqis tas-CO2; jilqa’ madankollu l-isforzi li għamel l-Istitut bl-għan li joħloq kuntest ta’ ħidma li jirrispetta lill-ambjent u l-miżuri kollha li ħa l-Istitut bl-għan li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu u l-konsum tal-enerġija tiegħu, u jiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti; jilqa’ wkoll it-tneħħija gradwali tal-użu tal-fliexken tal-plastik tal-ilma;

24.

Jirreferi, fir-rigward ta’ kummenti oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 189.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/301


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1763 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0086/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0094/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 189, 28.5.2021, p. 61.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/303


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1764 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0087/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0103/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/305


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1765 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0103/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 369 749 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 6,63 % meta mqabbel mal-2019; billi r-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni kienet 0,7 % fl-2020; billi l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta’ tariffi, u li fl-2020 madwar 84,00 % tad-dħul tagħha ġie minn tariffi mħallsa mill-industrija farmaċewtika għas-servizzi mogħtija, 15,92 % ġie mill-baġit tal-Unjoni u 0,08 % ġie minn dħul assenjat estern;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,83 %, li meta mqabbla mal-2019 tirrappreżenta żieda ta’ 0,27 %; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet 78,47 %, li meta mqabbla mal-2019 tirrappreżenta tnaqqis ta’ 4,58 %;

2.

Jinnota d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tirrinunzja għat-tariffi kollha għall-applikazzjonijiet ta’ pariri xjentifiċi mill-iżviluppaturi ta’ terapiji jew vaċċini potenzjali kontra l-COVID-19 mit-13 ta’ Marzu 2020, u jilqa’ r-rinunzja għat-tariffi kollha għall-għoti ta’ pariri xjentifiċi lir-riċerkaturi akkademiċi li qed jiżviluppaw mediċini orfni mid-19 ta’ Ġunju 2020; jemmen li għandhom isegwu każijiet oħra ta’ rinunzja għat-tariffi abbażi ta’ kriterji speċifiċi stabbiliti mill-Aġenzija, b’mod partikolari rigward l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs);

Prestazzjoni

3.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tagħmel rakkomandazzjonijiet indipendenti u bbażati fuq ix-xjenza dwar il-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-mediċini, u tagħti pariri xjentifiċi u inċentivi biex tistimula l-iżvilupp u ttejjeb id-disponibbiltà ta’ mediċini ġodda innovattivi;

4.

Jirrikonoxxi l-kontribut li sar mill-Aġenzija billi sitt mediċini ngħataw rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq wara valutazzjoni aċċelerata, tlettax-il mediċina ngħataw rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq, u ħames mediċini ġew awtorizzati f’ċirkostanzi eċċezzjonali;

5.

Jinnota li, minkejja d-diffikultajiet mingħajr preċedent mill-bidu tal-pandemija globali tal-COVID-19 fl-2020, l-Aġenzija kompliet taġixxi fl-interess tas-saħħa pubblika taċ-ċittadini Ewropej kollha li kellhom iħabbtu wiċċhom mal-COVID-19, bħala ċ-ċentru tan-network Ewropew tal-awtoritajiet regolatorji tal-mediċini li jimplimenta l-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni applikabbli għal tali prodotti; jenfasizza r-rwol importanti li kellha l-Aġenzija fit-tħejjija tar-rispons tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19 u jfaħħar l-isforzi tagħha biex tanalizza b’mod effettiv u tapprova malajr il-vaċċini kontra l-COVID-19 fl-Istati Membri;

6.

Huwa kuntent li l-Aġenzija rnexxielha żżomm il-kwalità u l-kontinwità tal-operazzjonijiet tagħha filwaqt li ttrasferiet is-sede tagħha għall-bini il-ġdid tagħha f’Amsterdam wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; jinnota li l-obbligazzjonijiet potenzjali li jirriżultaw mill-kiri tal-bini tal-uffiċċji preċedenti tal-Aġenzija f’Londra għadhom kwistjoni ta’ tħassib; jirrikonoxxi li l-Aġenzija rnexxielha tirrispondi b’mod effettiv għall-ammont ta’ xogħol marbut mal-pandemija tal-COVID-19 u jilqa’ l-ħidma tal-Aġenzija biex tiffaċilita l-aċċess għal vaċċini u terapiji ġodda għat-trattament u l-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID-19;

7.

Jenfasizza l-fatt li, fl-2020, l-Aġenzija rrakkomandat 97 mediċina umana ġdida għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, inklużi 39 sustanza attiva ġdida, u 20 mediċina veterinarja ġdida, inklużi 13-il sustanza attiva ġdida;

8.

Jenfasizza l-fatt li, minkejja l-ħidma intensiva tal-Aġenzija fl-2020, il-pandemija tal-COVID-19 kienet sfida għall-infrastruttura eżistenti tas-sigurtà tas-saħħa pubblika, u jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Aġenzija sabiex jittejbu r-reżiljenza u l-effikaċja tagħha matul perjodi ta’ emerġenza; jisħaq li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jirrikjedi wkoll sforzi addizzjonali mill-Aġenzija, li jiġġustifikaw espansjoni tar-riżorsi; jilqa’ l-fatt li ttieħdu passi biex titfassal mill-ġdid l-infrastruttura tas-sigurtà tas-saħħa pubblika fl-Unjoni, inkluż permezz tal-Programm l-UE għas-Saħħa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), permezz tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u permezz tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa”; jistieden lill-Qorti biex, fl-awditu tagħha għas-sena finanzjarja 2021, tidħol f’aktar dettall dwar il-funzjonament tal-Aġenzija fil-kuntest istituzzjonali aġġustat; jistieden lill-Qorti teżamina aktar mill-qrib jekk, fil-qafas istituzzjonali aġġustat, l-Aġenzija għandhiex biżżejjed riżorsi biex timplimenta l-mandat estiż tagħha b’mod effettiv;

9.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għall-osservazzjonijiet ta’ kwittanza tas-sena l-oħra, li l-Aġenzija qed tirrevedi s-sett tagħha ta’ indikaturi u metrika bl-objettiv li tkompli tnaqqas il-kumplessità, iżżid it-trasparenza u testendi l-effikaċja tal-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

10.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkoopera ma’ aġenziji oħra, b’mod partikolari maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), inkluż fuq il-Portal Ewropew ta’ Informazzjoni dwar it-Tilqim, għall-finijiet tal-monitoraġġ tas-sikurezza tal-vaċċini u r-rapportar tal-effetti kollaterali, kif ukoll fir-rigward tal-konsum tal-antimikrobiċi u r-reżistenza għalihom;

11.

Jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħar-rappreżentanti tal-professjonisti tas-saħħa, tal-pazjenti u ta’ partijiet oħra, fid-dawl tal-prevalenza allarmanti tad-diżinformazzjoni dwar il-pandemija tal-COVID-19 fid-dibattitu pubbliku dwar il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, u jistieden lill-Aġenzija tkompli tikkontribwixxi għal tali dibattitu bl-aktar mod attiv possibbli, abbażi tal-aħħar għarfien xjentifiku;

12.

Jilqa’ l-fatt li l-indirizzar taż-żieda fir-reżistenza għall-antimikrobiċi, b’mod partikolari bl-appoġġ għall-iżvilupp ta’ mediċini ġodda, il-ġbir ta’ data dwar il-konsum tal-antimikrobiċi għall-użu veterinarju u l-promozzjoni tal-użu responsabbli tal-mediċini antimikrobiċi, għadu waħda mill-prijoritajiet tal-Aġenzija, anke fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali;

13.

Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 qed ikollha impatt fuq l-aspetti kollha tal-kura tas-saħħa, inkluża d-disponibbiltà tal-mediċini, minħabba interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista; iqis li s-sitwazzjoni serviet biss biex tenfasizza l-ħtieġa, li diġà konna nafu biha, li l-Unjoni tilħaq l-ogħla livell possibbli ta’ awtosuffiċjenza fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-mediċini; jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija li tkompli tikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ tas-sistema ta’ rispons tal-Unjoni fil-każ li jkun hemm tnaqqis fid-disponibbiltà ta’ mediċini;

14.

Jilqa’ l-livell ta’ għajnuna li l-Aġenzija tat lill-kumpaniji li qed jiżviluppaw vaċċini u mediċini kontra l-COVID-19; ifaħħar l-approċċ xjentifiku konsistenti tagħha, li jqiegħed is-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni qabel kollox;

15.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għall-osservazzjonijiet dwar il-kwittanza tas-sena l-oħra, l-Aġenzija taqsam servizzi mal-Kummissjoni u ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni u spiss tipparteċipa f’akkwisti konġunti bejn l-aġenziji; jinnota wkoll li l-Aġenzija tikkoopera man-Network tal-Aġenziji tal-UE sabiex taqsam u tadotta l-aħjar prattiki bl-għan li tiżdied l-effiċjenza fost l-aġenziji u l-impriżi konġunti kollha; jinnota li, bħala riżultat ta’ attakk ċibernetiku f’Diċembru 2020, l-Aġenzija żiedet il-kooperazzjoni tagħha fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE) u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), kif ukoll ma’ fornitur terz estern ta’ servizzi b’għarfien espert speċifiku fir-rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-IT;

16.

Jinnota li, skont ir-Rapport Speċjali Nru 22/2020 tal-Qorti dwar “Il-futur tal-aġenziji tal-UE – Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni”, jeħtieġ li l-Aġenzija ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jirrapportaw lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dak ir-rigward;

Politika dwar il-persunal

17.

Jilqa’ l-fatt li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal ġiet implimentata b’rata ta’ 100,00 %, u kienu nħatru 596 membru tal-persunal temporanju minn total ta’ 596 membru tal-persunal temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 591 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 kienu jaħdmu għall-Aġenzija 197 aġent kuntrattwali u 32 espert nazzjonali sekondat;

18.

Jilqa’ l-proposta biex il-mandat tal-Aġenzija jiġi estiż iżda jesprimi tħassib li ż-żieda ta’ kompiti sinifikanti ġodda u l-ammont ta’ xogħol jiżdied tagħha matul is-snin ma ġewx akkumpanjati b’żidiet korrispondenti fil-persunal u r-riżorsi tal-Aġenzija, u li tali nuqqas ta’ persunal joħloq pressjoni sinifikanti fuq il-kontinwità tal-operazzjonijiet tagħha f’perjodu diġà kritiku;

19.

Jirrakkomanda, b’mod partikolari, li jiġu allokati riżorsi addizzjonali suffiċjenti lill-Aġenzija biex ittejjeb il-kompetenza tagħha fil-ġlieda kontra n-nuqqasijiet ta’ mediċini; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa fid-dettall il-fattibbiltà li tagħti lill-Aġenzija kapaċità addizzjonali għall-ġestjoni tan-nuqqasijiet, inkluż permezz tat-trasformazzjoni futura mixtieqa tal-Pjattaforma Ewropea għall-Monitoraġġ tan-Nuqqasijiet f’bażi ta’ data komuni Ewropea xierqa u effettiva;

20.

Jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, li fih 16 minn 26 (61,54 %) huma rġiel, u l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija, li fih 40 minn 65 (61,54 %) huma rġiel; jinnota wkoll il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, li fih 536 minn 802 (66,83 %) huma nisa;

21.

Jinnota li l-Qorti sabet dgħufija fil-proċess tal-Aġenzija għall-ħatra ta’ bordijiet tas-selezzjoni għar-reklutaġġ; jilqa’ l-miżuri li ħadet l-Aġenzija biex tindirizza din il-kwistjoni;

22.

Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija peress li dan irendi t-teħid ta’ deċiżjonijiet diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

23.

Jilqa’ l-isforzi li saru fil-politika tal-persunal tal-Aġenzija biex tippromwovi t-telexogħol u stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa; jistieden lill-Aġenzija timmonitorja mill-qrib il-piż tal-ammont ta’ xogħol allokat lill-persunal, speċjalment f’perjodi eċċezzjonali intensivi relatati mal-COVID-19; jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri sa fejn ikun possibbli biex tiżgura l-benesseri tal-persunal u biex ikollha fis-seħħ politiki kontra l-eżawriment u kontra l-fastidju; ikompli jħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità; jirrikonoxxi l-isforzi li diġà saru mill-Aġenzija f’dan ir-rigward; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar il-benesseri tal-persunal għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2021;

24.

Jinnota li, skont ir-rapport ta’ segwitu tal-2018 u r-rapport tal-Qorti tal-2019, l-Aġenzija għadha ma implimentatx bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti dwar l-użu ta’ konsulenti esterni; jilqa’, madankollu, l-isforzi tal-Aġenzija fl-2020 biex tagħti segwitu lil din l-osservazzjoni billi tnaqqas b’mod sinifikanti l-użu ta’ konsulenti tal-IT;

25.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 iddominat l-attivitajiet tal-Aġenzija fl-2020 u dan irriżulta fl-allokazzjoni ta’ riżorsi sostanzjali bħala rispons għall-kriżi tas-saħħa pubblika; jinnota li, bħala konsegwenza, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għall-2020 kellu jitnaqqas, u għalhekk attivitajiet importanti tas-saħħa pubblika ġew posposti jew sospiżi, f’konformità mal-pjan ta’ kontinwità tal-operat, bħall-pubblikazzjoni ta’ data klinika għal prodotti mhux relatati mal-COVID-19 u l-iżvilupp ta’ linji gwida u l-għoti ta’ appoġġ għall-gruppi ta’ ħidma xjentifiċi; jinnota bi tħassib il-kliem tal-ex direttur eżekuttiv tal-Aġenzija li ddikjara li kien “imħasseb ħafna” dwar ir-riallokazzjoni tal-persunal tal-Aġenzija, filwaqt li enfasizza li l-pressjoni li l-persunal tiegħu kien qed jaħdem taħtha ma setgħetx iddum għal dejjem; jinnota li l-għoti ta’ 40 post ta’ membru tal-persunal temporanju mill-awtorità baġitarja għen lill-Aġenzija twieġeb għall-ammont ta’ xogħol eċċezzjonali; jinnota wkoll id-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li dawk il-pożizzjonijiet ingħataw biss f’Novembru 2020, meta fil-livell operazzjonali kien tard wisq li jittaffa b’mod sinifikanti l-ammont ta’ xogħol relatat mal-COVID-19 ta’ dik is-sena;

Akkwist

26.

Jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija għall-osservazzjoni ta’ segwitu mir-rapport tal-Qorti tas-sena l-oħra rigward il-kombinazzjoni ta’ oġġetti mhux relatati (il-forniment ta’ printers u l-ġestjoni tal-pjattaforma tat-tagħbien) f’lott wieħed għal offerta għal kuntratt qafas, li ma kienx ikun prattiku u effiċjenti li dawk is-servizzi jiġu offruti waħidhom; jinnota li, wara l-kontribut tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti, l-iskema tat-terminu tal-kuntratti tal-Aġenzija għall-kuntratt qafas imsemmi hawn fuq saret 4 + 1 + 1, li jfisser li wara erba’ snin il-kuntratt jista’ jintemm jekk ikun meħtieġ; jistieden lill-Aġenzija tivverifika l-kompatibbiltà tas-servizzi kkombinati billi tinkludi strateġija ta’ sejħa għall-offerti li tkun appoġġata minn analiżi tas-suq bħala parti minn kull proċedura ta’ akkwist, u biex tqis dik l-istrateġija matul il-fażi tas-sejħa għall-offerti, u biex iżżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

27.

Jinnota li, fir-rigward tas-segwitu għall-osservazzjonijiet ta’ kwittanza tas-sena l-oħra, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas fl-2019 ma’ tliet kumpaniji għall-provvista ta’ ħaddiema temporanji mingħajr ma pprovdiet ebda diżaggregazzjoni tal-kost gross stmat tal-persunal għall-aġenti interim f’kull kategorija tal-persunal mitluba; jinnota li, b’riżultat ta’ dan, l-Aġenzija ma kinitx f’pożizzjoni li tevalwa jekk il-marġni kummerċjali jew il-profitt gross tal-fornitur ta’ servizzi kienx raġonevoli meta mqabbel ma’ kuntratti simili; jirrikonoxxi li l-Aġenzija kkuntattjat lin-Network tal-Aġenziji tal-UE u wettqet riċerka dwar is-suq biex tifhem il-kundizzjonijiet tas-suq lokali għall-ħaddiema b’kuntratt; jistieden lill-Aġenzija tikkomunika mal-Qorti sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tiddetermina liema azzjonijiet ikunu xierqa biex jiġu indirizzati dawk is-sejbiet;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

28.

Jisħaq li, minkejja l-fatt li l-maġġoranza tal-finanzjament tagħha ġej minn sorsi privati, l-Aġenzija hija awtorità pubblika; jissottolinja li l-perċezzjoni tal-indipendenza u l-integrità tal-Aġenzija hija kruċjali u li għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta’ trasparenza fl-attivitajiet kollha tagħha biex jiġi evitat l-ikkapparrar tar-regolatur u jiġi żgurat li ċ-ċittadini jibqgħu jafdaw is-sistema ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni;

29.

Jilqa’ l-politika riveduta dwar il-ġestjoni tal-interessi kunfliġġenti tal-bord ta’ tmexxija, li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2020 u l-prattika ta’ kontrolli sistematiċi ex ante fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ interess kollha ppreżentati mill-membri tal-bord ta’ tmexxija flimkien mar-rekwiżit li dawk il-membri jitħarrġu qabel ma tkun tista’ tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni ta’ interess tagħhom;

30.

Jinnota b’sodisfazzjon il-miżuri ta’ trasparenza eċċezzjonali li l-Aġenzija implimentat fir-rigward tal-mediċini għall-COVID-19, inklużi l-iskedi ta’ żmien aċċelerati biex tippubblika d-data klinika u tagħti aktar informazzjoni lill-pubbliku ġenerali bħall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodott b’dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-użu fiż-żmien tal-opinjoni pożittiva tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem dwar l-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq; il-pubblikazzjoni tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni sħiħ fi żmien tlett ijiem mill-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni; il-pubblikazzjoni tad-data klinika ppreżentata lill-Aġenzija li tappoġġa l-applikazzjonijiet tal-mediċini għall-COVID-19 wara l-awtorizzazzjoni ta’ mediċina u ladarba d-data personali tkun ġiet anonimizzata; u l-pubblikazzjoni tal-pjan sħiħ ta’ ġestjoni tar-riskju tal-mediċini awtorizzati għall-COVID-19; jistieden lill-Aġenzija tapplika l-istess miżuri ta’ trasparenza għall-prodotti kollha rregolati mill-Aġenzija;

31.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta’ interess, u tipprovdi l-protezzjoni lill-informaturi; jinnota li, fl-2020, ma ġie rrappurtat ebda każ intern ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, madankollu, waslu 25 rapport ta’ każijiet esterni ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota li ngħalqu 15-il każ u li għadhom għaddejjin 10 każijiet; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dawk il-każijiet;

32.

Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex iżżid il-livell ta’ trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha, kif evidenzjat, pereżempju, mill-pubblikazzjoni ta’ data minn provi kliniċi ppreżentata fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-mediċini għall-COVID-19 jew iż-żieda fil-livell ta’ komunikazzjoni mal-media u l-pubbliku; iqis li dan l-approċċ trasparenti huwa kruċjali fis-sitwazzjoni attwali;

33.

Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2020 l-Aġenzija ma rrappurtat ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess u li l-Aġenzija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta’ interess tal-membri tal-bord ta’ tmexxija tagħha u tal-maniġment superjuri tagħha; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija ppubblikat is-CVs tal-membri tal-bord ta’ tmexxija tagħha, tal-maniġment superjuri u tal-esperti esterni u interni tagħha;

34.

Jilqa’ l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi jsir rappurtar dwar il-laqgħat li jkollu l-persunal tal-Aġenzija ma’ partijiet ikkonċernati esterni u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija; jinnota t-tħassib sostanzjali u konsistenti dwar in-nuqqas ta’ trasparenza rigward il-kuntratti tal-vaċċini mal-kumpaniji farmaċewtiċi, iżda jenfasizza li, għalkemm l-Aġenzija tapprova dawk il-vaċċini, il-Kummissjoni u mhux l-Aġenzija hija parti kuntrattwali;

Kontroll intern

35.

Jinnota li s-sistema ta’ kontroll intern implimentat mill-Aġenzija, kemm f’termini tal-elementi individwali kif ukoll f’termini tas-sistema globali, b’mod ġenerali hija effettiva, u huwa meħtieġ xi titjib biex tittejjeb aktar l-effikaċja ta’ xi elementi speċifiċi; jinnota, barra minn hekk, li l-proċeduri ta’ kontroll intern jitqiesu li jipprovdu aċċertament raġonevoli li r-riżorsi taħt ir-responsabbiltà tad-direttur eżekuttiv intużaw għall-finijiet maħsuba tagħhom u f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

36.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti relatata mal-emenda tal-prezzijiet għal kuntratt qafas tas-servizzi tal-catering u tar-ristoranti li ppermettiet li l-emenda ssir biss fl-2021 u li r-reviżjoni tal-prezzijiet tal-2020 tqieset bħala irregolari mill-Qorti; jinnota wkoll li, għal pagament awditjat wieħed ta’ EUR 125 954, l-Aġenzija ma setgħetx tirrikonċilja l-kostijiet iċċarġajti mad-dispożizzjonijiet u r-rati stabbiliti fil-kuntratt qafas, u b’hekk kisret ir-Regolament Finanzjarju; jinnota li ż-żewġ osservazzjonijiet jindikaw dgħufijiet fil-kontroll intern, li għandhom jiġu indirizzati fil-valutazzjoni annwali tal-qafas ta’ kontroll intern; jistieden lill-Aġenzija tinkludi s-sejbiet tal-Qorti fil-valutazzjoni annwali tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu tal-valutazzjoni;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

37.

Jinnota li, wara t-tifqigħa tal-COVID-19, l-Aġenzija invokat il-pjan ta’ kontinwità tal-operat tagħha u l-pjan għat-theddida għas-saħħa pubblika, biex tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza tal-persunal, tad-delegati u tal-kuntratturi filwaqt li tkompli twettaq il-mandat tagħha; jinnota li l-Aġenzija mmonitorjat mill-qrib l-iżviluppi li jikkonċernaw diversi dimensjonijiet tal-impatt tal-pandemija u segwiet il-gwida u d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni, mill-gvern tan-Netherlands, li huwa l-Istat Membru ospitanti, u minn organizzazzjonijiet tas-saħħa bħall-ECDC u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

38.

Jinnota li l-Aġenzija rrinunzjat għat-tariffi għall-għoti ta’ pariri xjentifiċi lill-kumpaniji farmaċewtiċi li jiżviluppaw trattamenti u vaċċini kontra l-COVID-19, sabiex tiffaċilita r-riċerka dwar il-virus tal-COVID-19 fl-2020; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija ma ġarrbitx impatt fuq l-istimi tad-dħul tagħha, peress li t-tariffi rrinunzjati ma kinux parti mill-istimi baġitarji inizjali;

Kummenti oħra

39.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tas-sena l-oħra u l-paragrafu ta’ osservazzjonijiet fir-rapport tal-Qorti fl-2020, li l-Aġenzija hija mħassba dwar il-kuntratt ta’ lokazzjoni u ta’ sullokazzjoni tal-bini preċedenti tagħha f’Londra li jdum sal-2039; jilqa’ l-fatt li l-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija talab lill-Kummissjoni taħdem fuq din il-kwistjoni fil-livell politiku peress li l-kwistjoni ma ġietx solvuta matul in-negozjati relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; jinnota bi tħassib li l-attivitajiet marbuta mal-kuntratt ta’ lokazzjoni u ta’ sullokazzjoni huma intensivi fir-riżorsi u jinsabu barra mir-responsabbiltajiet tas-saħħa pubblika tal-Aġenzija; jinnota wkoll li l-volatilità attwali tar-Renju Unit u tal-ekonomija globali, ikkawżata, fost oħrajn, mill-pandemija tal-COVID-19, tenfasizza l-urġenza tal-ħtieġa ta’ riżoluzzjoni rapida tal-kwistjoni sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tiddedika r-riżorsi tagħha bis-sħiħ għall-ġlieda kontra l-kriżi tas-saħħa pubblika u tiffoka l-isforzi tagħha fuq il-missjoni tagħha tas-saħħa pubblika;

40.

Jirrikonoxxi l-progress li kisbet l-Aġenzija fl-iżvilupp ta’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jippermettu awtorizzazzjoni u monitoraġġ effiċjenti tal-mediċini, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ liġijiet reċenti tal-Unjoni bħar-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

41.

Jinnota b’dispjaċir li l-Aġenzija kienet il-vittma ta’ attakk ċibernetiku f’Diċembru 2020; jinnota li saret investigazzjoni kriminali sħiħa mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, f’kooperazzjoni mas-CERT-UE u mal-Europol, kif ukoll ma’ fornitur terz estern ta’ servizzi b’għarfien espert speċifiku fir-rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-IT; jinnota li l-kapaċitajiet difensivi taċ-ċibersigurtà tal-Aġenzija ġew imsaħħa minn dak iż-żmien ’l hawn, b’aktar investiment biex l-Aġenzija tiġi protetta minn attakki futuri; jilqa’ l-isforzi li saru mill-Aġenzija u jistieden lill-Aġenzija tqis ukoll ir-riskji għar-reputazzjoni u l-effetti destabbilizzanti fuq l-opinjoni pubblika meta jsir abbuż mill-informazzjoni miksuba permezz ta’ tali attakk; jistieden lill-Aġenzija ssaħħaħ aktar il-politika tagħha dwar iċ-ċibersigurtà u tirrapporta lura f’dak ir-rigward lill-awtorità ta’ kwittanza;

42.

Jenfasizza l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki l-importanza li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat, akkost ta’ kollox, distakk diġitali bejn l-aġenziji;

43.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija ngħaqdet mal-inizjattiva varata mill-EFSA biex jiġi esplorat il-potenzjal tal-intelliġenza artifiċjali (IA) f’oqsma differenti tal-ħidma tal-aġenziji, bħat-tbassir, ir-rappurtar awtomatizzat, l-ipproċessar tal-immaġnijiet, is-sanitizzazzjoni tal-kontenut u l-identifikazzjoni ta’ esperti; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’din l-inizjattiva fis-snin li ġejjin u jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lura dwar l-esperjenza tagħha rigward l-użu tal-IA fil-ħidma tagħha;

44.

Jinnota li l-Aġenzija żviluppat u implimentat pjan ta’ komunikazzjoni għall-2020 li kellu l-għan li jwessa’ l-firxa tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħha, speċjalment dawk relatati mas-sitwazzjoni bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19;

45.

Jilqa’ l-isforzi li saru mill-Aġenzija biex tistabbilixxi strateġija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli, inklużi passi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum ta’ enerġija u biex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun post tax-xogħol kosteffettiv u li jirrispetta l-ambjent; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha favur is-sostenibbiltà; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

46.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 25.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

(6)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/312


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1766 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0087/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0103/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/313


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1767 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0088/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0118/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/315


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1768 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0118/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu (1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (iċ-“Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 18 048 883, li jirrappreżenta tnaqqis minimu ta’ 0,71 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat (90 %) mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100 %, l-istess rata bħal fl-2019; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 94,73 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 3,56 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel;

Prestazzjoni

2.

Jissottolinja r-rwol importanti taċ-Ċentru li jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika u lill-professjonisti analiżijiet u informazzjoni dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-drogi kif ukoll dwar ix-xejriet emerġenti bil-ħsieb li jiġi miġġieled b’mod effettiv l-użu illeċitu u t-traffikar tad-drogi, u li jikkontribwixxi għal Ewropa aktar f’saħħitha billi jindirizza tħassib importanti dwar is-saħħa pubblika relatat mad-drogi; ifakkar li t-traffikar tad-droga ġie identifikat bħala sors ewlieni ta’ profitt u mezz ta’ reklutaġġ għall-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u għalhekk jenfasizza l-kontribut taċ-Ċentru anki għal Ewropa aktar sikura;

3.

Jinnota b’sodisfazzjon il-35 pubblikazzjoni taċ-Ċentru, inklużi analiżijiet strateġiċi u sitwazzjonali u valutazzjonijiet tat-theddid, li jservu bħala bażi informattiva għall-politika u l-prattika; jilqa’ l-kooperazzjoni mill-qrib bejn iċ-Ċentru u aġenziji oħra tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI), bħall-Aġenzija tal-Unjoni għad-Drittijiet Fundamentali u l-Europol, u l-pubblikazzjonijiet konġunti maħruġa fl-2020;

4.

Jilqa’ l-organizzazzjoni tal-Iskola Ewropea tas-Sajf dwar id-Drogi tal-2020 f’format kompletament diġitali, li attirat 49 parteċipant minn 30 pajjiż; iqis li huwa kruċjali li tkompli titqajjem kuxjenza dwar kemm hu importanti li l-politiki kollha fil-qasam tad-drogi jkollhom approċċ ibbażat fuq il-prevenzjoni u s-saħħa mentali;

5.

Jenfasizza l-kontribut taċ-Ċentru, permezz tar-rapporti annwali tiegħu, għall-iżvilupp tal-Aġenda u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025, u r-rwol li ċ-Ċentru se jkollu fl-implimentazzjoni tiegħu;

6.

Jinnota li l-mudell ta’ kejl tal-prestazzjoni taċ-Ċentru jidentifika għadd limitat (10) ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) komposti, li jintużaw biex titkejjel l-effikaċja tal-ksib tar-riżultati mixtieqa u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi allokati, u li huma kkomplementati minn KPIs ta’ livell ogħla li jiffukaw fuq l-eżiti u l-impatti; jinnota li ċ-Ċentru ddefinixxa 55 mira għall-indikaturi tal-prestazzjoni ta’ livell ogħla; jinnota li fl-2020 irriżulta li żewġ miri ma kinux applikabbli, 81 % ntlaħqu, u 19 % ntlaħqu parzjalment;

7.

Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-ħidma taċ-Ċentru fl-2020 kienet iddedikata għall-investigazzjoni tal-impatt tal-COVID-19 fuq is-sitwazzjoni tad-drogi fl-Ewropa u li ċ-Ċentru vara tnax-il riżorsa ġdida fl-2020, inklużi rapporti speċjali u paġni web, fi sforz biex jikkontribwixxi f’waqtu b’informazzjoni u b’riżorsi għall-ġlieda kontra l-COVID-19;

8.

Jinnota li ċ-Ċentru laħaq parzjalment il-mira tiegħu għall-għadd ta’ jiem ta’ taħriġ għal kull membru tal-persunal (mira ta’ 3 ijiem, b’1,9 jum miksub) peress li, minħabba l-pandemija, ħafna taħriġ ippjanat kellu jiġi kkanċellat minħabba “force majeure”; jinnota li l-mira għad-dokumenti ta’ sostenn li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-punti fokali nazzjonali (NFPs) ġimagħtejn qabel il-laqgħat intlaħqet parzjalment, minħabba l-inċertezza dwar ħafna mil-laqgħat taċ-Ċentru kkawżata mil-lockdown mhux mistenni u l-inċertezza rigward il-format tal-laqgħat; jinnota li l-KPIs li jikkonċernaw it-twettiq tal-programm ta’ ħidma u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-proġetti ta’ assistenza teknika ma’ pajjiżi terzi nkisbu biss parzjalment minħabba l-effett tal-pandemija;

9.

Jilqa’ l-kooperazzjoni taċ-Ċentru ma’ aġenziji oħra u l-kontribut tiegħu għan-network tal-aġenziji tal-ĠAI;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta’ 93,69 %, u li kienu nħatru 7 uffiċjali u 62 aġent temporanju minn 10 uffiċjali u 66 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 76 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota wkoll li, barra minn hekk, fl-2020, iċ-Ċentru ħaddem 34 aġent kuntrattwali, espert nazzjonali sekondat wieħed u 3 impjegati interim u konsulenti;

11.

Itenni t-tħassib tiegħu li l-Qorti identifikat nuqqas rikorrenti f’diversi aġenziji fir-rigward tal-użu ta’ persunal estern u ħaddiema interim; jitlob li tiġi indirizzata d-dipendenza fuq ir-reklutaġġ estern f’dan il-qasam importanti u li tiġi rrispettata l-liġi tax-xogħol applikabbli; jinnota s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża C-948/19 (2), li fiha ddeċidiet li l-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija fl-aġenziji tal-Unjoni jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); jistieden liċ-Ċentru jirrikorri kemm jista’ jkun għal persunal permanenti u l-Kummissjoni biex jiżgura allokazzjonijiet xierqa tar-riżorsi umani għal dak il-għan;

12.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri taċ-Ċentru b’żewġ nisa (22,2 %) u seba’ rġiel (77,8 %) u fil-bord ta’ ġestjoni tiegħu bi 22 raġel (69 %) u 10 nisa (31 %); jinnota li l-persunal b’mod ġenerali huwa magħmul minn 46 raġel (45,1 %) u 56 mara (54,9 %); jitlob liċ-Ċentru jiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-maniġment; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta’ ġestjoni taċ-Ċentru;

Akkwist

13.

Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru kkonkluda ftehim dwar il-livell ta’ servizz fl-2020 mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (DIGIT) tal-Kummissjoni għall-forniment ta’ servizzi relatati mal-akkwist tal-ICT u l-akkwist elettroniku (servizzi e-Prior); jinnota li, f’termini ta’ eżekuzzjoni tal-akkwist, il-pjan ta’ akkwist tal-2020 ġie stabbilit f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni taċ-Ċentru għall-2020, u ġie eżegwit b’suċċess f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-unitajiet kollha; jilqa’ l-fatt li l-Qorti ma kellhiex kummenti dwar l-applikazzjoni min-naħa taċ-Ċentru tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

14.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, jipprevjeni u jimmaniġġja l-kunflitti ta’ interess, u jagħti protezzjoni lill-informaturi; jinnota li ċ-Ċentru ppubblika fuq is-sit web tiegħu l-curriculum vitaes tal-membri tal-bord ta’ ġestjoni tiegħu, tad-direttur tiegħu, u tal-esperti esterni li huma membri tal-kumitat xjentifiku tiegħu; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord ta’ ġestjoni tiegħu;

15.

Jinnota li l-eżistenza ta’ riskju ta’ kunflitt ta’ interess hija vvalutata taħt l-awtorità tad-direttur taċ-Ċentru, u li l-bord ta’ ġestjoni, kif meħtieġ, jadotta l-miżuri bil-għan tal-prevenzjoni jew l-evitar ta’ kunflitt ta’ interess; jinnota li fl-2020 ma ġie rrappurtat, investigat jew konkluż l-ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

16.

Jilqa’ l-fatt li, f’Marzu 2020, wara li attiva l-pjan ta’ ġestjoni ta’ kontinġenza taċ-Ċentru u wara li stabbilixxa miżuri biex jiżgura s-sikurezza tal-persunal u l-kontinwità tal-operat, iċ-Ċentru stabbilixxa task force biex tikkoordina r-rispons tas-saħħa pubblika għall-pandemija; jinnota li ċ-Ċentru attiva l-pjan ta’ kontinwità tal-operat tiegħu u li, minbarra t-telexogħol tal-membri tal-persunal, il-miżuri ewlenin kienu jinkludu laqgħat ta’ kull ġimgħa tat-tim ta’ rispons għall-inċidenti (li jikkonsisti mid-direttur taċ-Ċentru, il-maniġer tal-kontinwità tal-operat, il-konsulent mediku taċ-Ċentru u persunal ewlieni ieħor), l-istabbiliment ta’ protokolli u proċeduri ċari għall-aċċess għall-bini taċ-Ċentru u għall-komunikazzjoni dwar eventi relatati mal-COVID-19, id-definizzjoni mill-ġdid tal-flussi tax-xogħol f’xi oqsma essenzjali sabiex jaqilbu minn ċirkwiti tax-xogħol ibbażati fuq il-karta għal ċirkwiti tax-xogħol kompletament elettroniċi u l-iżgurar li l-infrastruttura tal-ICT tappoġġja l-isforzi ta’ telexogħol tal-organizzazzjoni;

17.

Jilqa’ l-ħolqien tal-paġna web tal-COVID-19 biex tipprovdi riżorsi u tqajjem kuxjenza dwar l-impatt tal-mard fuq il-persuni li jużaw id-drogi u fuq il-fornituri tas-servizzi għall-persuni dependenti fuq id-drogi, inklużi s-servizzi tal-ħabsijiet, kif ukoll it-28 proġett ġdid imfassla miċ-Ċentru, li 11 minnhom kienu ffukati fuq il-COVID-19;

Kontroll intern

18.

Jinnota li ċ-Ċentru ffinalizza s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu tal-2017 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-ġestjoni tad-data u l-pjan ta’ azzjoni relatat tiegħu; jinnota li l-pjan ta’ awditjar intern strateġiku 2020-2022 tal-IAS jinkludi żewġ suġġetti possibbli ta’ awditjar għaċ-Ċentru, jiġifieri l-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-ippjanar u l-ipprogrammar strateġiku, u li l-pjan ta’ awditjar jinkludi wkoll attivitajiet ta’ segwitu u suġġett ta’ awditjar ta’ riżerva dwar il-kooperazzjoni internazzjonali; jinnota li l-IAS beda l-intervisti preliminari għall-awditu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani f’Novembru 2020 u li x-xogħol fuq il-post sar f’Jannar 2021;

19.

Jirrikonoxxi li r-rapport tal-awditjar dwar il-ġestjoni tal-proġetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni fiċ-Ċentru kien jinkludi żewġ rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna”, biex jiġi definit u adottat proċess għall-ġestjoni tar-rekwiżiti, u biex tiġi adottata metodoloġija għall-iżvilupp tas-sistemi; jinnota li ż-żewġ rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fl-2019 u ngħalqu formalment mill-IAS fl-2020; jinnota li r-rapport tal-awditjar dwar il-ġestjoni tal-ġbir tad-data, il-validazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità fiċ-Ċentru kien jinkludi rakkomandazzjoni “importanti ħafna” bil-għan li tittejjeb id-definizzjoni tal-ħtiġijiet operattivi taċ-Ċentru u li jiġu identifikati l-funzjonalitajiet relatati tal-IT biex jappoġġjaw il-ġbir tad-data, il-validazzjoni u l-proċess ta’ assigurazzjoni tal-kwalità; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru qabel mal-IAS dwar pjan ta’ azzjoni biex jindirizza dik ir-rakkomandazzjoni, li ġie implimentat b’mod adegwat u effettiv, u li r-rakkomandazzjoni ngħalqet formalment mill-IAS f’Jannar 2020;

20.

Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern (QKI) il-ġdid fl-2017 u t-twaqqif ta’ repożitorju bl-istat attwali tal-implimentazzjoni fl-2018, il-verżjoni finali tar-repożitorju dwar il-QKI l-ġdid ġiet approvata mid-direttur taċ-Ċentru f’Marzu 2019; jinnota li ċ-Ċentru wettaq valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tiegħu fl-2020, u kkonkluda li l-komponenti kollha huma preżenti u qed jiffunzjonaw u li l-valutazzjoni identifikat żewġ prinċipji ta’ kontroll intern fejn huwa meħtieġ xi titjib, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ kontroll u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, iżda li ma affettwawx l-effikaċja ġenerali tas-sistema ta’ kontroll intern; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru qed jieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex itejjeb in-nuqqasijiet identifikati;

21.

Jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi taċ-Ċentru tmur lura għal Awwissu 2016 u ġiet irrappurtata bħala implimentata bis-sħiħ fir-rapport konsolidat tal-attività annwali taċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru beda l-proċedura ta’ rieżami tal-istrateġija kontra l-frodi li kien mistenni li tiġġedded kompletament sa Ġunju 2021; jistieden liċ-Ċentru jħaffef l-aġġornament u jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar;

Kummenti oħra

22.

Jinnota li ċ-Ċentru ilu jimmonitorja b’mod attiv il-prestazzjoni ambjentali u l-impronta tas-CO2 tiegħu b’ċikli ta’ titjib kontinwi li jnaqqsu l-impronta tas-CO2 tiegħu matul is-snin meta mqabbel mal-linja bażi stabbilita tal-2014, minn 9,99 tunnellati għal kull membru tal-persunal, għal 5,66 tunnellati fl-2019; jinnota t-tnaqqis konsiderevoli għall-2020 għal 0,82 tunnellati għal kull membru tal-persunal, dovut għal tnaqqis fil-missjonijiet u t-trasport relatat mal-COVID-19, kif ukoll għall-bidla taċ-Ċentru għal elettriku newtrali f’termini ta’ CO2 ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; jistieden liċ-Ċentru jkompli jimmonitorja l-konsum tal-enerġija tiegħu u jkompli jieħu miżuri biex inaqqas l-impronta tas-CO2 tiegħu, filwaqt li jirrikonoxxi wkoll li ċ-Ċentru għandu sistema eżemplari fis-seħħ;

23.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 32.

(2)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2021, UAB “Manpower Lit” vs E.S. et, C-948/19, ECLI:EU:C:2021:906.

(3)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(4)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/319


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1769 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0088/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0118/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/320


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1770 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0089/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/321


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1771 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2022),

A.

billi skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 96 724 337,95, li jirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,07 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kompletament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (“ir-rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,89 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,33 % meta mqabbla mal-2019, u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 96,08 %, li tirrappreżenta wkoll tnaqqis żgħir ta’ 0,36 %;

2.

Jinnota, wara l-osservazzjonijiet tal-Qorti, li l-Aġenzija kellha rata għolja ta’ pagamenti tard fl-aħħar 4 snin, u fi 11 % tal-pagamenti fl-2020; jinnota li l-pagamenti tard għall-2020 urew titjib ta’ 7 %, meta mqabbla ma’ 18 % tal-pagamenti tard fl-2019; jinnota li ċ-ċifra tal-pagamenti tard għall-2020 għadha tinkludi l-arretrat ta’ pagamenti tard li ġie “riportat” mill-2019; jinnota li, mingħajr l-akkumulazzjoni msemmija qabel ta’ pagamenti tard, il-pagamenti li saru wara l-limiti ta’ żmien legali u relatati mal-attivitajiet tal-2020 kienu ugwali għal 3 %; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pagamenti tard kienu jikkonċernaw ir-rimborż tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar lill-parteċipanti fil-workshops; jirrikonoxxi t-tweġiba tal-Aġenzija li tiddikjara li żdied persunal addizzjonali għall-ipproċessar tal-pagamenti u għall-ikklerjar b’mod sħiħ tal-arretrat ta’ pagamenti tal-2019 matul l-2020; jinnota li l-Aġenzija ddeċidiet ukoll li tesplora l-possibbiltà li r-rimborżi tan-nefqiet jiġu esternalizzati għall-esperti u l-parteċipanti fil-workshops lill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tal-Kummissjoni; itenni l-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-pagamenti tard u li jiġi mmitigat ir-riskju finanzjarju u ta’ reputazzjoni deskritt mill-Qorti;

Prestazzjoni

3.

Jilqa’ favorevolment l-istrateġija 2020-2024 tal-Aġenzija, li se tippermettilha twettaq il-kompiti ta’ sorveljanza u sikurezza marittima tagħha billi tikkontribwixxi b’mod effikaċi għall-prijoritajiet diġitali u ambjentali tal-Unjoni; jilqa’ pożittivament, b’mod partikolari, l-abbozzar min-naħa tal-Aġenzija, flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tal-ewwel Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew, li jiġbor informazzjoni verifikata dwar l-impronta ambjentali tal-attivitajiet tat-trasport marittimu; ifaħħar it-titjib kostanti tas-sistema THETIS-MRV min-naħa tal-Aġenzija u jisħaq fuq l-importanza li l-EMSA tingħata s-setgħat u r-riżorsi neċessarji biex timmonitorja r-rapportar tal-emissjonijiet tal-bastimenti; jilqa’ b’sodisfazzjon partikolarment il-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, l-EMSA ġabret data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-bastimenti ta’ aktar minn 5 000 GT li joperaw fl-ibħra tal-UE u ppubblikat din l-informazzjoni dwar 12 000 bastiment f’Ġunju 2020 bis-saħħa tas-sistema THETIS-MRV; jirrimarka, barra minn hekk, li b’kapaċitajiet addizzjonali l-Aġenzija tkun tista’ tiżvolġi rwol saħansitra aktar importanti fil-mitigazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tas-settur kif ukoll riskji oħrajn għall-ambjent marbuta mat-trasport marittimu;

4.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha; jinnota li l-evalwazzjoni perjodika tal-Aġenzija hija l-istrument ewlieni biex jiġi vvalutat il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha;

5.

Jilqa’ pożittivament l-isforzi tal-Aġenzija biex tagħti kontribut lill-aġenda ekoloġika Ewropea għat-trasport marittimu billi ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tħares l-ambjent tal-baħar u tiġġestixxi t-tibdil fil-klima anki permezz tal-bidla lejn mobilità sostenibbli, bil-kontribut tat-trasport marittimu rifless fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti adottata f’Diċembru 2020, li ħabbret ir-reviżjoni tal-mandat tal-EMSA fil-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjaha; jenfasizza li l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni relatata mas-sikurezza marittima u mal-ambjent qed isir b’mod parallel mat-tnedija tar-reviżjoni tal-mandat tal-EMSA; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol li l-EMSA tista’ tiżvolġi biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskju fl-oqsma tas-sikurezza, inkluż għall-użu tal-infrastrutturi għall-fjuwils alternattivi; jenfasizza għaldaqstant li, konsegwentement, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aġġustament tal-mandat tal-EMSA sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun tista’ żżid l-appoġġ tagħha, possibbilment flimkien ma’ riżorsi baġitarji;

6.

Jilqa’ pożittivament b’mod partikolar il-fatt li, mas-snin, żdied ir-rwol tal-Aġenzija li tgħin fil-valutazzjoni u fil-verifika tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà marittima, id f’id mad-domanda dejjem akbar għall-appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li mistennija tkompli tiżdied minħabba prijorità dejjem akbar li tingħata fil-livell tal-UE;

7.

Jilqa’ favorevolment l-espansjoni rapida tas-servizzi ta’ sorveljanza marittima Copernicus, kemm f’termini tal-għadd ta’ organizzazzjonijiet li jibenefikaw minnhom kif ukoll ta’ prodotti ta’ sorveljanza tad-dinja offruti;

8.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-assistenza mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isir progress fis-simplifikazzjoni, fl-armonizzazzjoni u fir-razzjonalizzazzjoni tal-formalitajiet tar-rapportar;

9.

Jilqa’ pożittivament il-fatt li, għat-tielet sena sħiħa tal-operazzjonijiet tas-Servizzi ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) offruti mill-EMSA, l-Aġenzija żiedet is-servizzi tal-RPAS tagħha għal 944 jum operattiv (1 372 siegħa ta’ titjir) fl-ambitu tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u b’appoġġ lill-Istati Membri u lill-aġenziji tal-UE fl-operazzjonijiet ta’ sorveljanza marittima;

10.

Jinnota li l-Aġenzija esperjenzat xi limitazzjonijiet fuq l-attivitajiet ippjanati tagħha fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Aġenzija ma setgħetx torganizza l-parteċipazzjoni tal-assi tagħha ta’ rispons kontra t-tniġġis fl-eżerċizzji, permezz tal-proċedura ta’ mobilizzazzjoni taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza; jinnota li l-Aġenzija ma setgħetx torganizza taħriġ “prattiku” fl-użu tas-servizz ta’ assistenza għat-tagħmir għall-operaturi tal-Istati Membri; jinnota li l-Aġenzija ma rnexxilhiex torganizza laqgħat tal-Grupp ta’ Utenti CleanSeaNet tal-Aġenzija; jinnota li minkejja t-tifqigħa tal-COVID-19, l-Aġenzija setgħet tikseb b’suċċess il-biċċa l-kbira tal-objettivi stabbiliti fil-pjan ta’ prestazzjoni tagħha għas-sena 2020;

11.

Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-fruntiera billi ssegwi l-Pjan Strateġiku Annwali tagħha għall-2020; jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex tikkollabora mal-Istati Membri u ma’ Aġenziji oħra dwar l-iskambju ta’ informazzjoni operattiva, sorveljanza, servizzi ta’ komunikazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet speċifiċi għall-kondiviżjoni tal-kapaċità;

12.

Jilqa’ l-fatt li, mill-2017 ’l hawn, il-ftehim ta’ ħidma tripartitiku bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) ħadem sew; iqis dan il-ftehim bħala eżempju ta’ ħidma f’sinerġija bejn l-aġenziji tal-UE li għandu jservi bħala sors ta’ ispirazzjoni għal aġenziji f’oqsma oħra;

13.

Jinnota li l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma ffirmatx il-ftehim dwar il-livell ta’ servizz mal-Aġenzija fl-2020, rigward servizzi ppilotati mill-bogħod sikuri u effiċjenti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali u tindika kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija;

Politika dwar il-persunal

14.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, 97,64 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, b’207 uffiċjali u aġenti temporanji maħtura minn total ta’ 212-il uffiċjal u TAs awtorizzati fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni (imqabbla ma’ 212-il post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, fl-2020, minbarra 30 aġent kuntrattwali ffinanzjati mill-baġit tal-Aġenzija, 3 aġenti kuntrattwali mill-baġit ta’ Copernicus u 14-il espert nazzjonali sekondat kienu jaħdmu għall-Aġenzija;

15.

Jinnota l-bilanċ mil-lat ta’ ġeneru fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 3 minn 5 (60 %) huma nisa; jinnota n-nuqqas ta’ bilanċ mil-lat ta’ ġeneru fost il-membri tal-bord amministrattiv tal-Aġenzija, fejn 46 minn 61 (75,41 %) huma rġiel; jinnota wkoll in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, fejn 159 minn 253 (62,85 %) huma rġiel; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija;

16.

Jinnota li l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ġdid għal servizzi interim f’Mejju 2020, li huwa konformi bis-sħiħ mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

Akkwist

17.

Jinnota li t-tliet bastimenti kkuntrattati fi tmiem l-2019 biex jissostitwixxu l-kapaċità ta’ rispons għall-Baħar Adrijatiku kif ukoll għall-Baħar Mediterran tal-Punent u Ċentrali, temmew b’suċċess il-fażi ta’ tħejjija u daħlu fis-servizz operattiv f’nofs l-2020 u li, barra minn hekk, ġie ssostitwit bastiment wieħed minn kuntratt kurrenti fiż-żona tat-Tramuntana tal-Atlantiku; jinnota li l-Aġenzija, wara proċedura ta’ akkwist pubbliku, tat kuntratti għal tliet bastimenti biex jissostitwixxu l-kapaċità ta’ rispons għall-kosta tan-Nofsinhar tal-Atlantiku kif ukoll għall-Baħar Mediterran tal-Punent u Ċentrali, u t-tliet bastimenti bdew joperaw fi tmiem l-2021; jinnota wkoll li barra minn hekk, il-kuntratti li jkopru l-Baħar Baltiku, il-Gżejjer Kanarji u Madeira ġew imġedda għal perjodu addizzjonali ta’ 4 snin;

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u t-trasparenza

18.

Jinnota, wara l-kummenti tal-Qorti, li l-Aġenzija rrieżaminat il-proċedura u l-linji gwida tagħha relatati mal-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interess tal-membri tal-kumitat tal-għażla; jinnota li l-proċedura l-ġdida ġiet implimentata fil-bidu tal-2020 u tiżgura rapportar u ġestjoni xierqa ta’ kunflitti tal-interess potenzjali u proċess ta’ reklutaġġ ġust u trasparenti;

19.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija tutilizza u tippubblika dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess għall-membri tal-bord amministrattiv u l-maniġment superjuri tagħha u li l-Aġenzija ħarġet linji gwida dwar il-kunflitt ta’ interess u implimentat arranġamenti għall-iżvelar tal-informazzjoni, li huma għodda importanti biex jiġu identifikati l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet serji;

Kontroll intern

20.

Jinnota li l-Aġenzija ħallset l-allowance tal-installazzjoni u l-allowance għas-sussistenza għal kull jum lill-membri kollha tal-persunal li ġew reklutati bħala aġenti temporanji immedjatament wara l-issekondar tagħhom mal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija ma ħaditx biżżejjed passi biex tivverifika l-intitolamenti għal dawn l-allowances u jikkonkludi li din il-prattika tikkostitwixxi dgħufija fil-kontroll intern;

21.

Jinnota li ħames membri tal-persunal f’pożizzjonijiet maniġerjali fl-Aġenzija kellhom delegi tas-setgħa li ppermettewlhom jeżerċitaw eżattament l-istess setgħat bħad-Direttur Eżekuttiv għal-linji baġitarji kollha; jinnota li dan, fih innifsu, jikkostitwixxi riskju, u ma jwassalx għal ġerarkija ċara ta’ awtorità, responsabbiltà u obbligu ta’ rendikont fl-Aġenzija;

22.

Jinnota li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija ffirmat deċiżjoni li taħtar aġenti Diretturi Eżekuttivi u awtoritajiet tal-ħatra li għandhom is-setgħa li jaġixxu b’delega matul il-liv annwali tad-Direttur Eżekuttiv, b’hekk l-eżerċizzju ta’ dawn iż-żewġ rwoli ġew iddelegati kompletament matul dak il-perjodu; jinnota li din id-deċiżjoni marret lil hinn mis-setgħat assenjati lid-Direttur Eżekuttiv fl-Artikolu 15 tar-regolament fundatur tal-Aġenzija;

23.

Jinnota ż-żieda fl-eċċezzjonijiet reġistrati li, skont l-Aġenzija, kienu relatati direttament mal-pandemija tal-COVID-19; jilqa’ r-rapport dwar dawn l-eċċezzjonijiet mill-Aġenzija, peress li juri li l-Aġenzija għandha stabbiliti proċeduri ta’ kontroll intern u tieħu wkoll deċiżjonijiet motivati biex tiddevja minnhom, meta ċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan;

24.

Jinnota l-valutazzjoni annwali dwar is-sistema ta’ kontroll intern imwettqa mill-Aġenzija u l-konklużjoni tagħha li l-prinċipji ta’ kontroll intern kollha u l-ħames komponenti ta’ kontroll intern ġew implimentati b’mod adegwat u huma effettivi b’mod ġenerali, li huwa meħtieġ biss titjib żgħir, u li ma ġiet irrapportata l-ebda dgħufija sinifikanti fil-kontroll; jistieden lill-Aġenzija tqis id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti peress li jidhru li jindikaw li ċerti prinċipji ta’ kontroll intern jeħtieġ li jissaħħu;

25.

Jilqa’ b’sodifazzjon il-fatt li fl-2020 is-Servizz ta’ Awditjar Intern tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma ħarġux rakkomandazzjonijiet jew osservazzjonijiet kritiċi li setgħu jagħtu lok għal riżerva fid-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni; jisħaq, madankollu, li jeħtieġ li jiġu limitati kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ dgħufijiet fil-kontroll baġitarju intern (3), iżda jilqa’ pożittivament il-miżuri li ħadet l-Aġenzija f’Ġunju 2021 biex tirreaġixxi għal dan;

Rispons għall-COVID u kontinwità tal-operat

26.

Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-Aġenzija kienet kapaċi tadatta malajr għall-kriżi tal-COVID-19 u l-fatt li din kienet kapaċi tkompli tforni lill-partijiet ikkonċernati l-firxa u l-kwalità tas-servizzi li jistennew mingħandha;

27.

Jinnota li, fid-dawl tal-iżviluppi tal-pandemija tal-COVID-19, il-persunal tal-Aġenzija ġie pprovdut bil-kompjuters biex jaħdem mill-bogħod u li l-ħidma tkompliet kif ippjanat fl-2020; jinnota li l-Aġenzija żiedet l-użu tal-vidjokonferenzi għal-laqgħat interni, għall-kumitati tal-għażla għar-reklutaġġ u għal-laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati esterni; jinnota wkoll li l-Aġenzija aġġustat il-metodi ta’ ħidma tagħha biex tiżgura forom alternattivi ta’ twassil tal-akbar għadd possibbli ta’ servizzi u żviluppat metodi u għodod ġodda li jistgħu jkomplu jkunu utli fil-futur, bħal workshops bi streaming dirett u moduli tat-taħriġ elettroniku; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tħaddan it-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija u tkompli tuża l-metodi ta’ ħidma li kienet meħtieġa tiżviluppa matul il-pandemija, jekk dawn iservu ta’ valur miżjud fl-era ta’ wara l-pandemija;

28.

Jinnota li l-Aġenzija aġġustat il-baġit u l-attivitajiet tagħha għat-tifqigħa tal-COVID-19 permezz ta’ analiżi interna tal-evoluzzjoni tal-pandemija u l-impatt tagħha fuq il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija; jinnota li l-eċċess totali tal-Aġenzija mir-riprogrammazzjoni tal-attivitajiet tagħha matul dan il-perjodu kien stmat għal EUR 1 379 110 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1 602 088 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament li ġew irritornati lill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-eżerċizzju tagħha ta’ trasferiment globali;

29.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, mis-16 ta’ Marzu 2020, l-Aġenzija organizzat it-telexogħol għall-persunal kollu, u bdiet topera minnufih; jinnota d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li sat-3 ta’ Ġunju 2020, il-persunal tagħha kien wettaq 68 000 laqgħa individwali fuq Skype, organizza 3 444 konferenza fuq Skype, 2 203 laqgħat b’mod individwali fuq Teams u 287 laqgħa ta’ grupp fuq Teams;

Kummenti oħra

30.

Jinnota li l-Aġenzija qed tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-Unjoni Ewropea, li tappoġġja l-impenn tal-Aġenzija li toħloq u ssostni post tax-xogħol li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha b’mod ġenerali; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-Awtorità ta’ Kwittanza dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni matul l-2021;

31.

Itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex iżżid id-disponibbiltà lingwistika tas-sit web tagħha f’lingwi oħra apparti l-Ingliż; iqis li diversità lingwistika akbar tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej u b’hekk ittejjeb il-fehim u l-għarfien tagħhom tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ sikurezza marittima;

32.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 75.

(2)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(3)  Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, p. 130.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/326


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1772 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0089/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0100/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/327


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1773 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0090/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (4), u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0119/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/328


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1774 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0119/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 21 682 883, li jirrappreżenta żieda ta’ 28,05 % meta mqabbel mal-2019; billi dik iż-żieda tirriżulta prinċipalment minn żieda fin-nefqa fuq il-persunal, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-attivitajiet operazzjonali ewlenin, relatata mal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà); billi l-baġit tal-Aġenzija ġej fil-biċċa l-kbira mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tad-dħul huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; billi l-Qorti tipprovdi l-bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 97,35 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 0,55 % meta mqabbla ma’ dik tal-2019; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 68,62 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,49 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jiddeplora l-osservazzjoni tal-Qorti li tifforma l-bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jinnota li l-Qorti sabet li delega temporanja mogħtija mid-direttur eżekuttiv preċedenti lil membru tal-persunal skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2019 u li dak il-membru tal-persunal ingħata delega ġdida mid-Direttur Eżekuttiv il-ġdid fit-12 ta’ Frar 2020; jinnota li sadanittant il-Qorti sabet li membru tal-persunal awtorizza, skont l-objettivi tal-Aġenzija, impenji baġitarji li jammontaw għal EUR 529 120 u pagamenti li jammontaw għal EUR 914 100 mingħajr delega valida (3,5 % tal-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2020); jilqa’ l-osservazzjoni tal-Qorti li wara l-awditjar tagħha, l-Aġenzija ħadet passi biex timmitiga r-riskji identifikati fil-futur;

Prestazzjoni

3.

Jilqa’, fir-rigward tal-fatt li l-Aġenzija tat segwitu għall-osservazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza fir-rapport ta’ kwittanza tal-2019, ir-reviżjoni tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) tal-Aġenzija fl-2020 bl-għan li jiġu riflessi aħjar l-isfidi l-ġodda u l-mandat il-ġdid mogħtija lill-Aġenzija mill-Att dwar iċ-Ċibersigurtà;

4.

Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li hija wieġbet għall-pandemija globali tal-COVID-19 billi kkontribwit b’mod ewlieni biex tevita li atturi ċibernetiċi malizzjużi jieħdu vantaġġ mill-kriżi tas-saħħa u jibdluha f’pandemija ċibernetika fuq skala kbira;

Politika dwar il-persunal

5.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, 89,86 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, bi 62 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 69 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 59 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 26 aġent kuntrattwali u 8 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2020; jinnota li ż-żieda fit-tabella tal-persunal hija dovuta għall-mandat il-ġdid tal-Aġenzija li ta aktar kompetenzi u riżorsi wara l-adozzjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà;

6.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet maniġerjali superjuri tal-Aġenzija, jiġifieri tmien minn disa huma rġiel (88,9 %); jieħu nota tal-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, fejn 41 minn 79 (51,9 %) huma rġiel; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal maniġerjali superjuri; ifakkar lill-Aġenzija li fl-għażla tal-kandidati, il-kompetenia, l-għarfien u l-esperjenza huma importanti, kif ukoll il-bilanċ ġeografiku u l-bilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-persunal;

7.

Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jieħu nota tal-fatt li fl-2020 ġie rrappurtat u investigat każ ta’ fastidju wieħed; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu tal-każ;

8.

Jinnota li mill-2019 l-Aġenzija għandha mandat u kompiti ġodda fdati mill-Att dwar iċ-Ċibersigurtà; jinnota li l-attivitajiet il-ġodda huma appoġġjati mill-awtorità baġitarja b’żieda fir-riżorsi umani mill-2020 ’il quddiem;

9.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tar-rapport ta’ kwittanza tal-2019, li l-Aġenzija għandha xi diffikultajiet fir-reklutaġġ, fl-attrazzjoni u fiż-żamma ta’ persunal kwalifikat kif xieraq; jinnota li l-problema ewlenija fir-rigward tat-teħid tal-postijiet vakanti tal-Aġenzija hija kkawżata mill-koeffiċjent ta’ korrezzjoni baxx applikat għas-salarji tal-persunal fil-Greċja u n-nuqqas ta’ professjonisti fis-suq tas-sigurtà tal-IT fl-Unjoni; jilqa’ l-miżuri soċjali tal-Aġenzija implimentati biex iżidu l-attraenza u jnaqqsu r-rata ta’ dawran annwali tal-persunal; jistieden lill-Aġenzija żżomm din il-kwistjoni fuq l-aġenda u, fejn xieraq, tindirizzaha permezz tan-Network tal-Aġenziji tal-UE;

10.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tar-rapport ta’ kwittanza tal-2019 li r-rieżami tal-proċeduri ta’ trasferiment lil membri ġodda tal-persunal ġie pospost u għadu għaddej bħalissa; jinnota wkoll li l-proċeduri ta’ trasferiment jitqiesu bħala inklużi fil-politika dwar il-karigi sensittivi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-iżvilupp futur u dwar l-adozzjoni tal-politika dwar karigi sensittivi;

11.

Jinnota li minħabba postijiet vakanti mhux meħuda u ammont kbir ta’ xogħol, l-Aġenzija tiddependi minn persunal interim biex twettaq xi wħud mill-kompiti li għandha fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha; jilqa’ l-isforzi meħuda mill-Aġenzija fl-2020 biex tiddefinixxi mill-ġdid l-istrateġija ta’ reklutaġġ tagħha, billi tnaqqas id-dipendenza tagħha minn aġenti interim; jinnota li l-ispejjeż mistennija tal-Aġenzija għall-ħaddiema interim għall-2021 ma għandhomx jaqbżu l-ammont ta’ EUR 700 000, meta mqabbla mal-ammont ta’ EUR 923 000 għall-2019; jilqa’ wkoll l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura li l-ħaddiema interim ikollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema impjegati direttament; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-iżviluppi tad-dipendenza interim tal-persunal;

Akkwist

12.

Jinnota li l-Aġenzija implimentat b’mod attiv il-kriterji għall-għoti ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku fid-dokumentazzjoni tal-offerti tagħha, bi proċeduri rilevanti mnedija fl-2020 bħall-forniment ta’ provvisti tal-kartolerija u tal-istampar, laptops u stazzjonijiet għad-dokkjar, u l-produzzjoni u l-provvista ta’ materjal promozzjonali bil-marka tagħha; jistieden lill-Aġenzija tikkondividi b’mod attiv l-esperjenza tagħha rigward il-kriterji għall-għoti ekoloġiċi ma’ Aġenziji oħra u, fejn xieraq, permezz tan-Network tal-Aġenziji tal-UE;

13.

jinnota li l-Qorti identifikat nuqqasijiet mhux kritiċi fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tal-Aġenzija; jinnota li l-kriterji tal-għażla u tal-għoti fl-avviż ta’ akkwist jistgħu jittejbu u r-rispett tal-pubblikazzjoni fl-iskadenzi għandu jiġi mmonitorjat aħjar; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar żviluppi futuri f’dan ir-rigward;

14.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-osservazzjonijiet tal-Qorti fl-2020, li l-Aġenzija implimentat azzjonijiet korrettivi biex tiżgura l-konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli fil-proċeduri tal-akkwist, inkluż monitoraġġ biex jiġu rrispettati l-iskadenzi rigward il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ għoti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

15.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tal-osservazzjonijiet tal-Qorti fl-2020, li l-kriterju tal-prezz ġie vvalutat mill-ġdid b’mod speċifiku fir-reviżjoni tal-proċess ta’ akkwist intern tagħha biex tiġi żgurata l-aktar implimentazzjoni ekonomika tal-offerti finanzjarji; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija aġġornat ir-rekwiżiti tagħha għad-dawran minimu għall-offerti futuri; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi tal-proċeduri ta’ akkwist li jmiss;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

16.

Jieħu nota tal-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u jinnota li s-CVs tal-membri tal-bord ta’ tmexxija u d-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta’ interess tagħhom qegħdin jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħha;

17.

Jilqa’ l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Awtorità permezz tar-rapportar tal-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu ma’ partijiet ikkonċernati esterni u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Awtorità;

Kontroll intern

18.

Jinnota li l-valutazzjoni tal-kontroll intern tal-Aġenzija kkonkludiet li l-istrutturi li jappoġġjaw il-kontrolli interni u l-konformità jidhru li huma mferrxa u dgħajfa; jinnota s-suġġeriment li tiġi implimentata sistema indipendenti ta’ kontroll tal-kwalità biex jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni fl-Aġenzija; jinnota wkoll il-parir għar-ristrutturar tal-kompiti orizzontali tal-Aġenzija bħall-kontrolli interni, il-verifika ex ante, l-ISO, il-monitoraġġ baġitarju u l-kontrolli tal-kwalità;

19.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Aġenzija pposponiet il-pjanijiet tagħha li tadotta politika ġdida dwar karigi sensittivi għall-2020; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta l-iżviluppi dwar dan is-suġġett;

20.

Jinnota li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tagħlaq erba’ rakkomandazzjonijiet tal-awditjar irrapportati mis-Servizz tal-Awditjar Intern; jinnota, madankollu, li tliet rakkomandazzjoni għadhom miftuħa peress li jeħtieġ li jiġu implimentati azzjonijiet ulterjuri; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tagħha;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

21.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija wara l-pandemija tal-COVID-19 meta l-Aġenzija ntalbet tgħin fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Istati Membri u tal-korpi tal-Unjoni billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-industrija tal-infrastruttura kritika, tappoġġja s-sett ta’ għodod tal-applikazzjonijiet tat-traċċar tal-UE, u tagħti pariri lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u gwida lis-settur tal-kura tas-saħħa biex tappoġġja r-rispons tagħhom għal aktar kampanji ta’ phishing u attakki ta’ ransomware;

22.

Jilqa’ l-azzjonijiet immirati u deċiżivi tal-Aġenzija qabel il-lockdown impost mill-Gvern Grieg biex tiġi miġġielda t-tifqigħa tal-COVID-19, bħat-tkomplija tal-iżgurar ta’ miżuri għoljin ta’ saħħa u sikurezza stabbiliti għall-persunal tagħha (provvisti abbundanti ta’ diżinfettant, ingwanti mhux riutilizzabbli, maskri, mediċina bażika, diżinfettant tal-idejn); jinnota li l-linji gwida dwar il-persunal tfasslu u t-telexogħol ġie awtorizzat għall-persunal kollu mill-11 ta’ Marzu 2020, u li l-missjonijiet u l-avvenimenti pubbliċi twaqqfu;

23.

Jinnota li r-restrizzjonijiet imposti minn Marzu 2020 u għall-biċċa l-kbira ta’ dik is-sena, bħat-telexogħol impost u l-ivvjaġġar ristrett ħafna għal missjonijiet relatati max-xogħol, wasslu għal għadd ta’ benefiċċji ambjentali, b’mod partikolari tnaqqis sinifikanti tal-impronta tal-karbonju u tnaqqis fl-użu tal-karta minħabba proċessi aktar diġitalizzati;

Kummenti oħra

24.

Jinnota li l-istruttura interna l-ġdida tal-Aġenzija ġiet stabbilita f’Ġunju 2020, u b’hekk saħħet il-kapaċità li jinbnew sinerġiji interni u esterni bl-introduzzjoni ta’ “timijiet transstrutturali” għal kompiti li jirrikjedu kontribuzzjonijiet minn unitajiet oħra; jinnota l-ħolqien ta’ erba’ unitajiet operazzjonali (l-unità tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, l-unità tal-bini tal-kapaċitajiet, l-unità tal-koordinazzjoni operazzjonali, u l-unità tas-suq, taċ-ċertifikazzjoni u tal-istandardizzazzjoni), kull waħda bl-għan li timplimenta element speċifiku mill-Att dwar iċ-Ċibersigurtà; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-benefiċċji u t-tagħlimiet meħuda minn din ir-riorganizzazzjoni;

25.

Jitlob li l-binjiet jiġu mmodernizzati sabiex jissodisfaw l-istandards ta’ emissjonijiet żero, b’mod partikolari billi jiġu installati pannelli solari fuq il-binjiet kollha li jappartjenu lill-Aġenzija;

26.

Jinnota mit-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet tal-awtorità ta’ kwittanza li l-Aġenzija tinsab fil-proċess li taġġorna l-politika taċ-ċibersigurtà tagħha, speċjalment billi tieħu azzjonijiet dwar is-sigurtà tad-direttorju attiv, il-valutazzjonijiet tas-sigurtà tas-servers tal-windows, id-dekummissjonar ta’ sistemi antiki u scans regolari tal-vulnerabbiltà;

27.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu għall-kwittanza tal-2019, li l-Aġenzija żiedet l-isforzi tagħha biex ittejjeb l-enfasi tagħha fuq attivitajiet ewlenin u taħdem mal-akbar numru possibbli ta’ partijiet ikkonċernati; jinnota li l-ħidma tal-Aġenzija qed tintwera permezz tas-sit web tagħha u l-kanali tal-media soċjali tagħha fejn il-livell ta’ impenn żdied fl-2020;

28.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 86.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/332


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1775 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0090/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (4), u b'mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0119/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/334


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1776 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0091/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0120/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/335


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1777 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0120/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 30 764 883, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 13,36 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (“ir-rapport tal-Qorti”), tgħid li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,98 %, l-istess bħal fl-2019; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 89,28 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 2,97 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota li mill-2019 l-Aġenzija bdiet tiġbor tariffi u imposti għal kompiti ta’ ċertifikazzjoni; jinnota li wara l-mandat dwar ir-Regolament il-ġdid tagħha, l-Aġenzija trid tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); jistieden lill-Aġenzija tintroduċi kontrolli effettivi biex tivverifika l-istatus ta’ SME tal-applikanti;

3.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ikkanċellati ammontaw għal kważi 5 % (prinċipalment minħabba l-kriżi tal-COVID-19) filwaqt li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti kienet ta’ 89,3 %;

4.

Jinnota li l-eżitu tal-baġit fl-2020 kien EUR 114 225, li jikkostitwixxi żieda meta mqabbel mal-2019 fejn dan kien EUR 59 486;

5.

Ifakkar li l-Aġenzija għandha l-iżgħar baġit fost l-aġenziji tat-trasport minkejja l-prestazzjoni ambjentali u klimatika eċċezzjonali u benefiċċji oħra tat-trasport ferrovjarju; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-Aġenzija m’għandhiex titqiegħed f’pożizzjoni fejn tħossha sfurzata titlob appoġġ addizzjonali mill-Kummissjoni, minħabba riżorsi finanzjarji inadegwati, speċjalment fi żmien meta l-ferroviji huma prijorità politika tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-ambitu tal-Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti u kif muri mid-deżinjazzjoni tal-2021 bħala s-Sena Ewropea tal-Ferroviji; jappella għal żieda fil-baġit tal-Aġenzija sabiex din ikollha r-riżorsi meħtieġa sabiex tkun tista’ taġixxi bħala aġenzija effiċjenti u tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha, b’mod partikolari dawk relatati maż-żieda fil-kompetittività, it-titjib tas-sikurezza u l-interoperabbiltà transfruntiera u, b’mod partikolari, it-tisħiħ tar-rwol u r-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tat-tnedija f’waqtha tal-ERTMS;

Prestazzjoni

6.

Jirrikonoxxi li, minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija, fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2020, laħqet il-miri tagħha għad-diversi outputs b’mod sodisfaċenti, kif ikkonfermat mill-bord tat-tmexxija, u laħqet ukoll livell sodisfaċenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-KPIs;

7.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu mogħti lill-osservazzjonijiet tal-kwittanza tas-sena li għaddiet, li l-Aġenzija qed ittejjeb kif tiddefinixxi u timmonitorja l-KPIs tagħha; jinnota li ttieħdu azzjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward, pereżempju li l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija issa hu ffukat fuq il-loġika ta’ intervent, il-kejl tal-valur miżjud fuq is-sistema ferrovjarja u l-implimentazzjoni ta’ dashboard biex il-governanza tal-Aġenzija titmexxa abbażi tad-data; jilqa’ l-azzjonijiet li diġà nbdew u jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

8.

Jinnota li l-Aġenzija tinsab kemm f’Lille kif ukoll f’Valenciennes, u dan jindika li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu jekk l-operazzjonijiet kollha jiġu ċentralizzati f’post wieħed; jirrikonoxxi, madankollu, li r-rimedju għall-osservazzjoni relatata fir-rapport tal-Qorti mhuwiex fil-kontroll tal-Aġenzija;

9.

Jinnota, mir-risposti tal-Aġenzija, li mill-2020, l-Aġenzija bdiet tiddedika aktar attenzjoni għall-impatt u l-eżiti finali li għalihom jikkontribwixxu l-attivitajiet tagħha; jinnota, b’mod partikolari, li l-Aġenzija tixtieq tapplika l-loġika ta’ intervent b’mod konsistenti permezz taċ-ċiklu “ippjana-wettaq-ivverifika-aġixxi” tagħha, li jinkoraġġixxi perspettiva ta’ ġestjoni tar-riżorsi aktar fit-tul;

10.

Jinnota li l-Aġenzija tikkondividi r-riżorsi tagħha ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-funzjonijiet amministrattivi u ta’ appoġġ, u tikkoopera ma’ aġenziji tat-trasport oħra tal-Unjoni fi kwistjonijiet operattivi; jinnota li l-Aġenzija qiegħda wkoll fil-proċess li tiżviluppa strateġija biex tagħmel titjib fl-effiċjenza bħala parti mid-dokument uniku ta’ programmazzjoni tagħha, li se jinkludi inventarju tal-arranġamenti eżistenti ma’ aġenziji oħra u jesplora kollaborazzjonijiet potenzjali ġodda ma’ korpi oħra tal-Unjoni; jinnota wkoll li għaddejjin diskussjonijiet konkreti ma’ aġenzija oħra dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni;

11.

Jinnota li fl-2020 l-Aġenzija ppreparat programm ta’ ġestjoni integrat tal-prestazzjoni tagħha sabiex ittejjeb l-effiċjenza tal-Aġenzija fi żmien qasir u fit-tul;

12.

Jieħu nota tar-rispons f’waqtu u adegwat tal-Aġenzija għall-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, kemm fir-rigward tal-arranġamenti tal-persunal/tax-xogħol u kemm fir-rigward tas-settur ferrovjarju b’mod ġenerali, b’mod partikolari billi abbozzat dokumenti ta’ gwida u pjanijiet direzzjonali tal-UE fir-rigward tal-COVID-19 għat-trasport ferrovjarju pubbliku; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għamlet użu tajjeb mill-fondi disponibbli minħabba l-kanċellazzjonijiet tal-missjonijiet mhux domestiċi u b’hekk żgurat li se tkun kapaċi tkompli twettaq il-kompiti tagħha; jiddispjaċih madankollu dwar ir-restrizzjonijiet baġitarji li bihom ikollha topera l-Aġenzija;

13.

Jilqa’ l-fatt li, insegwitu ta’ bidu ta’ suċċess fl-2019, l-Aġenzija kompliet twettaq ir-rwol tagħha ta’ awtorità unika tal-Unjoni responsabbli għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji, ċertifikati uniċi tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji u approvazzjonijiet ta’ apparat maġenb il-binarji tal-ERTMS, kif iddikjarat fil-qafas legali tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju; jinnota li s-sena 2020 kienet stadju importanti għall-implimentazzjoni tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju u li l-objettiv ta’ tranżizzjoni tas-16 ta’ Ġunju 2020 finalment ġie pospost għall-aħħar ta’ Ottubru 2020, u dan kien il-mument li fih is-27 Stat Membru trasponew il-pilastru tekniku;

14.

Jenfasizza li dan involva żieda konsiderevoli ta’ xogħol għall-Aġenzija, li kien aktar mil-livell previst għall-2020; jirrimarka li r-riżorsi għadhom ma ġewx allokati għal għadd ta’ kompiti importanti li wkoll ġew assenjati lill-Aġenzija; jikkonkludi għalhekk li l-aġenzija teħtieġ b’mod urġenti żieda konsiderevoli fil-finanzjament, kif rakkomandat b’mod qawwi mill-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija;

15.

Jilqa’ l-prestazzjoni ta’ suċċess tal-aġenzija fil-qafas tal-pilastru tekniku tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju; jinnota b’mod partikolari li n-numru ta’ awtorizzazzjonijiet ERTMS, ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ vetturi u ta’ ċertifikati ta’ sikurezza komunitarji maħruġa żdied b’700 %, 300 % u 400 % rispettivament meta mqabbel mal-livelli tal-2019; jilqa’ l-fatt li ħafna manifatturi għażlu li jippreżentaw il-proġetti tagħhom lill-Aġenzija anki meta dawn kienu jikkonċernaw Stat Membru wieħed biss; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha bħala effett l-aċċellerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tax-xogħol u tal-proċeduri tal-Aġenzija, b’mod partikolari fir-rigward tal-arkivjar tal-fajls; jilqa’ l-manteniment effikaċi mill-Aġenzija tal-Punt Uniku ta’ Servizz u l-avvanzi li saru biex tiġi żviluppata evoluzzjoni fit-tul tal-ERMTS, permezz, pereżempju, tal-ħruġ tal-opinjoni ERTMS tagħha fuq il-pakkett tas-servizzi 3 relatat mal-ipproċessar ta’ talbiet ta’ modifika;

16.

Ifaħħar l-aġenzija għall-progress li hija għamlet fir-rigward tal-mudell ta’ kultura ta’ sikurezza u talli attirat aktar organizzazzjonijiet biex jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ sikurezza, pereżempju permezz tal-kontribut siewi tagħha fil-promozzjoni tal-Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riskju għat-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża, u b’mod partikolari talli ffokat fuq it-titjib tas-solidità tal-ERTMS fil-ġlieda kontra t-theddid ċibernetiku, kif ukoll talli saħħet il-kooperazzjoni bejn il-KE u l-ENISA bil-għan li jiġi żviluppat approċċ koerenti fil-livell tal-Unjoni;

17.

Jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Aġenzija fir-rigward tal-objettiv tal-ħolqien ta’ Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u x-xogħol sostnut tagħha f’oqsma ewlenin bħat-tnaqqis tar-regoli nazzjonali u l-iżgurar tal-maturità tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha;

18.

Ifaħħar ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija lill-Kummissjoni u l-ippjannar pluriennali li se jwasslu għal reviżjoni sħiħa tat-TAP TSI sal-2022, u b’hekk jgħinu fil-faċilitazzjoni tat-tikkettjar u l-ivvjaġġar multimodali fil-livell nazzjonali u domestiku.

Politika dwar il-persunal

19.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kienet 97,29 % kompluta, bil-ħatra ta’ 144 aġent temporanju mill-148 awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-148 post awtorizzat fl-2019); jinnota, barra minn hekk, li fl-2020 l-Aġenzija kellha 32 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat jaħdem magħha;

20.

Jinnota bi tħassib l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, b’seba’ postijiet minn tmienja (87,5 %) okkupati minn irġiel u fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija, b’44 post minn 61 (72,1 %) okkupati minn irġiel; jinnota wkoll id-distribuzzjoni tal-ġeneri fil-persunal tal-Aġenzija b’mod ġenerali, b’109 post minn 174 (62,6 %) okkupati minn rġiel; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex li fil-futur tikseb bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u tal-persunal; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jaħtru l-membri tagħhom fil-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija;

21.

Jinnota li l-livelli ta’ tariffi u imposti stabbiliti għall-attivitajiet tal-Aġenzija huma wisq baxxi biex tkun tista’ tiffinanzja kif xieraq il-missjonijiet tagħha; jenfasizza wkoll li, minbarra r-restrizzjonijiet relatati mal-baġit tagħha, l-Aġenzija hija limitata minn tabella tal-persunal li timponi limitu fuq ir-riżorsi umani tagħha ta’ 148 membru tal-persunal permanenti; jinnota li l-Aġenzija għandha 144 aġent permanenti u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-limitu ta’ personal awtorizzat.

22.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità;

23.

Jinnota li, matul l-2020, fl-Aġenzija ġew irrappurtati tliet każijiet ta’ fastidju; jinnota, madankollu, li ma saret l-ebda investigazzjoni u ma nfteħet l-ebda kawża l-qorti;

24.

Jinnota li l-Aġenzija saret l-unika awtorità fl-Unjoni inkarigata mill-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sikurezza u l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi, kif ukoll l-approvazzjonijiet tat-tagħmir fuq l-art tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju u dan żied b’mod sinifikanti l-volum tax-xogħol tal-membri tal-persunal tagħha;

Akkwist

25.

Jinnota li l-pjan ta’ akkwist oriġinali, li kien approvat mill-Bord tat-Tmexxija bħala parti mid-dokument uniku ta’ programmazzjoni għall-2020 u li jintuża bħala d-deċiżjoni dwar il-finanzjament tal-Aġenzija, matul is-sena kellu jiġi modifikat sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti operattivi u r-restrizzjonijiet baġitarji relatati mal-COVID-19; jinnota li tliet proċeduri – dawk relatati mat-taħriġ fil-monitoraġġ, il-produzzjoni ta’ kontenut multimedjali u s-servizzi ta’ komunikazzjoni, b’valur totali ta’ EUR 1 852 500 – kellhom jiġu kkanċellati;

26.

Jinnota li fl-2020 l-Aġenzija wettqet erba’ proċeduri miftuħa għall-offerti u erba’ proċeduri nnegozjati ta’ valur baxx u mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt; jinnota wkoll li waħda minn dawk il-proċeduri nnegozjati, li l-valur tagħha kien ta’ madwar EUR 950 000, ġiet aġġudikata b’appoġġ għall-iżvilupp mhux fuq il-post tas-sistema operattiva tal-ferroviji;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

27.

Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-bord tat-tmexxija u tal-maniġment superjuri tagħha fuq is-sit tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija ma tippubblikax is-CVs ta’ esperti esterni u lanqas ta’ esperti interni;

28.

Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex ittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tagħha billi tippubblika regolarment, fuq is-sit tagħha, informazzjoni dwar il-laqgħat kollha li jsiru mid-Direttur Eżekuttiv ma’ organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom dwar kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tal-Aġenzija;

29.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija kompliet timplimenta l-miżuri preskritti mill-Qafas għal Mġiba Amministrattiva Tajba u kompliet it-taħriġ dwar l-Etika u kontra l-frodi li huwa obbligatorju għall-persunal kollu; jilqa’ l-fatt li l-ebda każ ta’ suspett ta’ frodi ma ġie trażmess lill-OLAF;

Kontroll intern

30.

Jinnota li, fl-2020, l-Aġenzija kellha inqas każijiet ta’ nonkonformità/nonosservanza meta mqabbel mal-2019; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija biex issaħħaħ il-funzjoni ta’ verifika ex ante tagħha, b’oqsma għal titjib identifikati abbażi tan-nonkonformitajiet identifikati; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Aġenzija biex issaħħaħ l-organizzazzjoni interna u r-riżorsi tagħha b’rabta mal-verifika u l-kontroll, billi tiffoka fuq il-prevenzjoni aktar milli l-korrezzjoni;

31.

Jinnota l-osservazzjoni fir-rapport tal-Qorti li l-Kummissjoni, fl-ambitu ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz, talbet lill-Aġenzija ħlas akbar minn dak dovut għall-forniment ta’ servizzi tal-IT differenti billi ffatturat dawk is-sistemi abbażi ta’ għadd żbaljat ta’ utenti; jinnota d-dgħufijiet fil-kontrolli interni tal-Aġenzija identifikati mill-Qorti, li sabet li ma kien sar l-ebda kontroll biex jiġi żgurat li l-ammont fatturat kien konformi mat-termini tal-ftehim dwar il-livell ta’ servizz; jistieden lill-Aġenzija tivvaluta d-dgħufija identifikata, tintroduċi miżuri preventivi, tindirizza r-riskji identifikati u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda;

32.

Jinnota li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha, u kkonkludiet li l-Aġenzija hija konformi mal-istandards tal-ġestjoni tagħha; jinnota li l-formulazzjoni ta’ dik il-konklużjoni hija differenti minn dik li jużaw aġenziji oħra, u ma tagħtix dettalji dwar jekk il-prinċipji u l-komponenti tal-qafas ta’ kontroll intern ġewx implimentati u jiffunzjonawx b’mod effettiv jew le; jistieden lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ il-qafas ta’ kontroll intern skont il-gwida pprovduta mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit; jistieden lill-Aġenzija tqis il-konklużjonijiet tal-Qorti fil-valutazzjoni tagħha u tevalwa l-impatt tagħhom kif xieraq;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

33.

Jinnota, mir-rapport konsolidat tal-attività annwali tagħha, li l-Aġenzija rreaġixxiet fil-ħin u b’mod adegwat għall-pandemija tal-COVID-19, kemm fir-rigward tal-persunal u tal-arranġamenti tax-xogħol tagħha kif ukoll fir-rigward tas-settur ferrovjarju; jinnota li l-bord tat-tmexxija adotta d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-kontinwità tal-operat tal-Aġenzija matul il-pandemija, inklużi l-arranġamenti deċiżjonali neċessarji għat-telexogħol għall-membri tal-persunal tal-Aġenzija u l-appoġġ diġitali meħtieġ biex jaħdmu mill-bogħod b’mod effettiv; jinnota li l-Aġenzija waqqfet task force għall-monitoraġġ tempestiv tas-sitwazzjoni tal-pandemija u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’ħin reali li jħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-persunal fuq il-post tax-xogħol filwaqt li tiġi ppreservata l-effiċjenza; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija organizzat laqgħat regolari tal-assemblea ġenerali biex iżżomm lill-persunal tagħha infurmat u involut matul dan il-perjodu;

Kummenti oħra

34.

Jinnota li l-Aġenzija ffirmat ftehim dwar il-livell ta’ servizz mal-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERT-UE) u żviluppat pjan ta’ azzjoni li jinkludi azzjonijiet bħall-imblukkar ta’ siti web interni li ma jintużawx minn utenti esterni, id-diżattivazzjoni ta’ funzjonijiet ta’ telemetrija u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar ir-riskji għall-utent;

35.

Jinnota li fl-2020 l-Aġenzija ma ffissat l-ebda mira għat-tnaqqis tas-CO2; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija qiegħda fil-proċess li tiżviluppa anness dettaljat dwar il-ġestjoni ambjentali għad-dokument uniku ta’ programmazzjoni; jinnota li l-Aġenzija qed issegwi wkoll l-inizjattivi tan-Network tal-Aġenziji tal-UE b’rabta mal-iskema ta’ mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi u s-servizzi ta’ ċertifikazzjoni ISO 14001;

36.

Jenfasizza l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki l-importanza li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat, akkost ta’ kollox, distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

37.

Jenfasizza l-importanza li l-Aġenzija tiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja u fuq l-Internet sabiex jiżdied l-għarfien dwar xogħolha;

38.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 91.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/340


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1778 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0091/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0120/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/341


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1779 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0093/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0108/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/343


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1780 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0108/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 56 246 722, li jirrappreżenta żieda ta’ 18,72 % meta mqabbel mal-2019; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 16 765 425, li tirrappreżenta 29,81 % mill-baġit totali), minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 21 603 906, jew 38,41 %) u minn tariffi li tirċievi mill-entitajiet taħt is-superviżjoni tagħha (EUR 15 561 159, jew 27,67 %);

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), tistqarr li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,03 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,92 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 85,51 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 3,26 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li f’Marzu 2020 l-Awtorità ffirmat “ftehim prinċipali dwar is-servizzi tad-data” ma’ kumpanija Kanadiża, għal perjodu massimu ta’ seba’ snin; jinnota li l-ammont massimu tal-kuntratt ma kienx iddikjarat b’mod ċar, u dan inaqqas it-trasparenza tal-ftehim iffirmat; jinnota li, wara l-awditu, l-Awtorità ħadet azzjonijiet korrettivi biex tindirizza dik id-dgħufija serja fil-kontroll intern billi kontroffirmat il-kuntratt qafas;

3.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti ddikjara li l-Awtorità ma applikatx ir-rata tal-imgħax stabbilita fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-pagamenti tard li saru minn għadd ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u repożitorji tat-tranżazzjonijiet b’rabta mal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-2020; jinnota li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lanqas ma stabbilixxa l-ammonti riċevibbli u ma ħax deċiżjoni formali biex jirrinunzja għall-irkupru tal-imgħax ta’ inadempjenza (penali) kif meħtieġ mill-Artikolu 101 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota wkoll li l-ammont tal-imgħax dovut għall-2020 huwa ta’ EUR 13 601 li, skont l-Awtorità, huwa 0,1 % tat-tariffi totali fl-2020; jinnota l-miżuri korrettivi meħuda u jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp rilevanti;

4.

Jinnota li l-Awtorità titlob tariffi lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u li tali tariffi għandhom ikopru biss l-infiq tal-Awtorità relatat mat-tariffi imposti; jinnota, madankollu, li l-Qorti sabet li t-tariffi imposti qabżu l-infiq assoċjat, u b’hekk inħolqu surpluses; jinnota li l-Awtorità se ssegwi l-gwida tal-Kummissjoni dwar il-mudell tal-ibbaġitjar għat-tariffi tagħha u għandha l-għan li tillimita l-finanzjament trasversali fejn ikun possibbli; jinnota, madankollu, il-kumplessità tal-istruttura baġitarja tal-Awtorità, li tagħmilha dejjem aktar diffiċli u tillimita l-kapaċità tal-Awtorità li tadatta għall-avvenimenti tas-suq bħala superviżur, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju;

5.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjonijiet mir-rapport tal-Qorti, li s-surpluses u d-defiċits mit-tariffi imposti fuq l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jistgħu jwasslu għal finanzjament trasversali annwali tal-attivitajiet; jinnota li l-Awtorità għandha ssib mezz biex tevita tali finanzjament trasversali; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dak ir-rigward;

6.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjonijiet mir-rapport tal-Qorti, li l-Awtorità qatt ma aġġustat, jew għamlet pjanijiet biex taġġusta, il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni bbażati fuq l-istimi tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-sena N f’ċifri attwali; jistieden lill-Awtorità tieħu azzjoni f’dak ir-rigward;

7.

Jinnota li l-Awtorità ma għandhiex il-bażi ġuridika biex titlob lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ikollhom iċ-ċifri kummerċjali tagħhom iċċertifikati minn awdituri indipendenti; jinnota t-tweġiba tal-Awtorità li r-regolament delegat dwar it-tariffi għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandu jiġi emendat biex tiġi armonizzata s-sistema ta’ kalkolu, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni; jinnota wkoll li fl-2020 l-Awtorità ppreżentat proposti lill-Kummissjoni u qasmithom mal-Qorti sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;

Prestazzjoni

8.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħall-għadd ta’ suġġetti tar-riskju analizzati, ir-rata ta’ kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament u r-rata tad-dawran tal-impjegati;

9.

Jinnota li l-Awtorità rrieżaminat l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha għall-programm ta’ ħidma annwali tagħha għall-2020, b’enfasi fuq il-kejl tal-impatt; jinnota wkoll li l-Awtorità tkompli tirrieżamina l-ħidma tagħha b’mod kwalitattiv, billi tipproduċi rieżamijiet interni ad hoc jew “tagħlimiet meħuda” tal-proġetti;

10.

Jinnota li l-Awtorità taħdem maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) l-oħra, mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ASE; jinnota li l-Kumitat Konġunt jaħdem fl-oqsma tal-analiżijiet mikroprudenzjali tal-iżviluppi transsettorjali, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet għall-istabbiltà finanzjarja, is-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji, il-kontabilità u l-awditjar, il-prodotti ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur u kwistjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur; jinnota li l-Kumitat Konġunt għandu wkoll rwol importanti fl-iskambju ta’ informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u fl-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-BERS u l-ASE; jinnota li fl-2013 l-Awtorità u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ffirmaw ukoll Memorandum ta’ Qbil li stabbilixxa qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni meta r-responsabbiltajiet regolatorji taż-żewġ korpi tal-Unjoni jikkoinċidu fir-rigward tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, li jinkludi n-negozjar f’kuntratti ta’ komoditajiet u derivattivi; jinnota li l-Awtorità taqsam il-funzjoni tal-uffiċjal tal-kontabbiltà mal-EBA, u l-maġġoranza tal-akkwisti tagħha huma akkwisti konġunti ma’ aġenziji oħra u mal-Kummissjoni; jinnota wkoll li l-Awtorità implimentat il-programm ta’ diġitalizzazzjoni amministrattiva tagħha bbażat fuq software tal-IT konġunt li huwa kondiviż minn sitt aġenziji tal-Unjoni, li flimkien jikkooperaw biex jikkomunikaw dwar l-aħjar prattiki tal-utenti u verżjonijiet ġodda;

11.

Jinnota li, bħala konsegwenza tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, l-Awtorità wettqet 81,5 % tal-attivitajiet inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha fl-2020, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 13,5 % meta mqabbel mal-2019;

12.

Jinnota li l-Awtorità tilqa’ l-valutazzjoni pożittiva tal-Parlament tal-involviment tal-Awtorità fil-qasam tal-finanzi sostenibbli, biex tiġi żgurata t-trasparenza dwar l-impatti u r-riskji għas-sostenibbiltà għall-prodotti u s-swieq finanzjarji; jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità tkompli tikkontribwixxi b’mod attiv għall-iżvilupp tal-qafas regolatorju u prattiku tal-Unjoni għas-sostenibbiltà li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-ambizzjoni politika u l-iskeda ta’ żmien urġenti tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod speċjali fir-rigward tad-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); jilqa’ f’dak ir-rigward l-Istrateġija għall-Finanzi Sostenibbli tal-Awtorità li ġiet ippubblikata fis-6 ta’ Frar 2020, li, fost affarijiet oħra, tat prijorità lill-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fil-ġabra unika tar-regoli;

Politika dwar il-persunal

13.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, 76,11 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b’172 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 226 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 210 postijiet tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 68 aġent kuntrattwali u 10 esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2020;

14.

Jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneru fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Awtorità, fejn 3 minn 5 huma nisa (60 %); jinnota d-distribuzzjoni tal-ġeneru fil-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, fejn 3 minn 6 huma tal-istess ġeneru; jinnota wkoll id-distribuzzjoni tal-ġeneru fost il-persunal ġenerali tal-Awtorità, fejn 134 minn 250 huma rġiel; jirrimarka, madankollu, li fir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid u b’rabta mal-promozzjonijiet, l-Aġenzija għandha żżomm f’moħħha li l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tal-kandidati huma l-aktar fatturi importanti; jirrimarka li għandha titqies ukoll il-ħtieġa ta’ bilanċ ġeografiku fost il-membri tal-persunal;

15.

Jinnota li l-Awtorità esperjenzat żieda ppjanata fl-ammont ta’ xogħol tagħha fl-2020, li għaliha rċeviet 16-il post ġdid li kienu previsti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2020; jinnota li l-Awtorità rriallokat ukoll il-postijiet internament biex tkompli tipprovdi input fl-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u timmaniġġja l-pressjoni fuq l-attivitajiet tal-Awtorità bħala riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni; jinnota wkoll li fl-2020 l-Awtorità kienet meħtieġa tirrevedi l-programm ta’ ħidma tagħha, billi ddewwem ċerti kompiti ppjanati u twettaq riallokazzjoni interna oħra tal-persunal, sabiex tindirizza l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19;

16.

Jinnota b’sodisfazzjon li meta ġew introdotti arranġamenti ta’ telexogħol bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, l-Awtorità organizzat sessjonijiet online b’segwitu tal-politika tagħha dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jilqa’ l-fatt li fl-2020 ma kien hemm l-ebda każ ta’ fastidju rrapportat, investigat, jew li ttieħed il-qorti;

Akkwist

17.

Jinnota l-isforzi li għamlet l-Awtorità biex toħloq sinerġiji permezz ta’ proċeduri ta’ akkwist konġunt ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni; jinnota li fl-2020 l-Awtorità kienet parti minn 20 proċedura ta’ akkwist interistituzzjonali ġdida ma’ aġenziji oħra, mal-Kummissjoni, u mal-Parlament Ewropew, inkluża proċedura waħda mmexxija mill-Awtorità nnifisha; iħeġġeġ lill-Awtorità tkompli tiżviluppa sinerġiji ma’ korpi oħra tal-Unjoni;

18.

Jinnota li fl-2020 l-Awtorità bbenefikat aktar minn qatt qabel mid-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-proċessi finanzjarji u ta’ akkwist kollha tagħha, minħabba l-introduzzjoni ta’ sistema mingħajr karti; jinnota li l-Awtorità kompliet il-proċessi amministrattivi tagħha matul il-pandemija u tejbet l-effiċjenza tagħha bħala riżultat taż-żieda tal-prattiki ta’ firem diġitali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

19.

Jinnota li 27,66 % tal-baġit tal-Awtorità ġej minn tariffi imposti fuq l-entitajiet li jinsabu taħt is-superviżjoni tagħha; jinnota li ġew implimentati miżuri sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe kunflitt ta’ interess, u li dawk l-istrutturi u l-proċessi ġew awditjati minn korpi tal-Unjoni u awdituri esterni; jistieden lill-Awtorità tkompli tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri li ħadet biex tiżgura li ma jseħħ l-ebda kunflitt ta’ interess;

20.

Jinnota li, minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tfixkil qawwi fis-swieq fir-rebbiegħa tal-2020, il-Bord Maniġerjali tal-Awtorità emenda l-politika dwar l-etika għall-persunal sabiex jintroduċi l-possibbiltà ta’ projbizzjoni ġenerali temporanja fuq il-kummerċ fi strumenti finanzjarji, taħt ċerti kundizzjonijiet, biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata; jilqa’ l-fatt li l-Awtorità adottat b’diliġenza r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew lill-EBA dwar il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ wara l-impjieg ta’ maniġers superjuri li jkunu se jitilqu, u li f’Diċembru 2020 inkorporathom fil-politika dwar l-etika tagħha għall-persunal;

21.

Jilqa’ l-passi li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-attivitajiet tal-Awtorità permezz tar-rapportar tal-laqgħat tal-persunal tal-Awtorità ma’ partijiet ikkonċernati esterni u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Awtorità;

22.

Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-Bord Maniġerjali u tal-persunal maniġerjali tagħha;

Kontroll intern

23.

Jilqa’ l-valutazzjoni annwali tas-sistema ta’ kontroll intern tal-Awtorità u l-konklużjoni li din teżisti u tiffunzjona tajjeb; jinnota li, b’kollox, l-Awtorità identifikat 22 każ ta’ nuqqas, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu żgħar u l-ebda wieħed minnhom ma qajjem dubju dwar l-eżistenza u l-funzjonament xieraq tal-prinċipji ta’ kontroll intern; jinnota li l-opportunitajiet osservati għal titjib huma prinċipalment relatati mal-komponenti “ambjent ta’ kontroll” u “attivitajiet ta’ kontroll”; jistieden lill-Awtorità tevalwa b’mod espliċitu l-osservazzjonijiet tal-Qorti, li ħafna minnhom għandhom effett fuq is-sistema ta’ kontroll intern, fil-valutazzjoni annwali tagħha;

24.

Jinnota li l-Qorti sabet kontrolli interni dgħajfa fil-monitoraġġ taż-żmien mitlub mill-Awtorità f’kuntratt ta’ “ħin u mezzi” fl-ambitu ta’ kuntratt qafas għas-servizzi ta’ konsulenza tal-IT; jinnota li l-Qorti sabet li l-kontrolli mwettqa mill-Awtorità biex tivverifika l-għadd effettiv ta’ jiem maħduma barra mis-sit għal dak il-kuntratt ma kinux adegwati; jinnota wkoll li l-Awtorità ma żammitx kont b’mod regolari tal-ħin iddebitat mill-kuntrattur, minkejja li l-kuntratt qafas kien jispeċifika li kellha tagħmel hekk; jinnota li l-Awtorità għalhekk kellha stabbiliti kontrolli dgħajfa biex tikkonferma li l-pagamenti li saru lill-kuntrattur kienu bbażati fuq skedi ta’ żmien validi sottomessi fil-ħin xieraq, li jikkostitwixxi nuqqas sinifikanti ta’ kontroll intern; jistieden lill-Awtorità tieħu miżuri f’dan ir-rigward;

25.

Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni kkonkluda li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti mill-Awtorità għall-ġestjoni bbażata fuq l-attività u l-ġbir tat-tariffi tfasslu b’mod adegwat u ġew implimentati b’mod effettiv; jinnota li mill-ħames rakkomandazzjonijiet ipprovduti fir-rapport tal-IAS, erbgħa diġà ngħalqu; jinnota wkoll li l-Awtorità se timplimenta l-aħħar waħda sal-aħħar tal-2021, flimkien mal-implimentazzjoni ta’ għodda ġdida tal-IT għall-ġestjoni bbażata fuq l-attività; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

26.

Jinnota li l-Awtorità nediet il-pjan ta’ kontinwità tal-operat tagħha u fi Frar 2020 stabbiliet tim ta’ ġestjoni tal-kontinwità tal-operat; jinnota li, b’mod ġenerali, il-pandemija kellha diversi impatti ewlenin fuq l-Awtorità, inklużi laqgħat aktar frekwenti tal-Bord tas-Superviżuri u laqgħat oħra tal-grupp tal-Awtorità, żieda fid-diġitalizzazzjoni u fl-użu ta’ konferenzi bl-awdjo u bil-vidjo u għodod tal-votazzjoni, żieda fl-importanza li jkun hemm preżenza online fuq il-media soċjali u li wieħed jattendi konferenzi online, u tnaqqis fl-impronta tal-karbonju bħala riżultat ta’ inqas stampar u inqas ivvjaġġar;

27.

Jinnota li, b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19, l-Awtorità saħħet ir-rwol ta’ koordinazzjoni tagħha fir-rigward tas-superviżjoni tal-fondi ta’ investiment permezz tal-organizzazzjoni ta’ skambji frekwenti mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-iżviluppi tas-suq u r-riskji superviżorji, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ likwidità;

Kummenti oħra

28.

Jinnota li l-Awtorità kompliet tħejji għat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, f’konformità mal-missjoni tagħha li ttejjeb il-protezzjoni tal-investituri u tippromwovi swieq finanzjarji stabbli u ordnati; jinnota li l-Awtorità kompliet twettaq analiżi sistematika tal-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit fis-swieq tat-titoli tal-Unjoni u għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, u ħadmet mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti, mal-Kummissjoni u mal-Awtorità dwar il-Kondotta Finanzjarja tar-Renju Unit biex timmitiga kwalunkwe kwistjoni li rriżultat;

29.

Jinnota li, matul l-2020, l-Awtorità ħadmet fuq kif tkompli tuża laqgħat remoti wara l-pandemija biex iżżomm it-tnaqqis relatat fl-ivvjaġġar u l-benefiċċji ambjentali assoċjati; iħeġġeġ lill-Awtorità tagħmel dan u jistieden lill-Awtorità tirrapporta dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;

30.

Jitlob li l-bini jiġi mmodernizzat sabiex jissodisfa standards b’emissjonijiet żero, b’mod partikolari billi jiġu installati pannelli solari fuq il-binjiet kollha li jappartjenu lill-Awtorità;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 177.

(2)  Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar id-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(4)  r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(5)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/348


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1781 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (EMSA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0093/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0108/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).


 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/349


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1782 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0094/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Interim tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Interim tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/351


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1783 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-“Fondazzjoni”) għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 20 957 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,00 % meta mqabbel ma’ dak tal-2019; billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa kollu derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja għolja ta’ 99,88 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,08 % meta mqabbla ma’ dik tal-2019; jieħu nota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 95,65 %, li meta mqabbla mas-sena preċedenti tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,25 %;

2.

Billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u billi jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u tal-governanza tajba tar-riżorsi umani;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Fondazzjoni tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel il-prestazzjoni, bħal stħarriġiet, u oħrajn biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn, ir-rata ta’ kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, il-pagamenti f’waqthom, ir-rata ta’ eżitu; jinnota b’sodisfazzjon li fl-2020 il-Fondazzjoni żiedet erba’ KPIs għall-kejl tal-valur miżjud tal-attivitajiet tagħha;

4.

Jinnota li l-Fondazzjoni kisbet rata ta’ tlestija tal-attivitajiet ta’ 86,84 %, tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2019, b’rata ta’ tlestija f’waqtha ta’ 75,94 %; jinnota li l-Fondazzjoni kisbet il-KPIs kollha, bi ftit eċċezzjonijiet biss; jinnota li fl-2020, bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, it-tlestija tal-attivitajiet ġiet affettwata b’mod negattiv;

5.

Jinnota li fl-2020 il-Fondazzjoni varat network għall-eċċellenza, li joffri pjattaforma għall-iskambju ta’ sħubija fost ċentri ta’ eċċellenza ġodda u eżistenti; jinnota wkoll li l-Fondazzjoni ħolqot għodod biex tappoġġja l-apprendiment diġitali, bħal SELFIE (għodda ta’ awtovalutazzjoni), li bħalissa tintuża fl-Ewropa tax-Xlokk, fit-Turkija u fi tliet pajjiżi magħżula tas-sħubija tal-Lvant;

6.

Jinnota li, f’termini ta’ kontribut għall-politiki tal-Unjoni ta’ azzjoni esterna fl-2020, l-għarfien espert tal-Fondazzjoni ntuża fil-formulazzjoni, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-programmi tal-Unjoni fl-iżvilupp tal-kapital uman, li jammonta għal madwar EUR 305 miljun; jinnota li l-Fondazzjoni kompliet il-kooperazzjoni tagħha ma’ atturi internazzjonali u bilaterali tal-iżvilupp, bħal organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji;

7.

Jilqa’ l-kooperazzjoni kontinwa tal-Fondazzjoni ma’ aġenziji oħra, b’mod partikolari maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u mal-Eurofound, li tejbet l-effiċjenza u ppermettiet il-kondiviżjoni sinifikanti tal-għarfien fil-qasam tal-għarfien espert tagħhom;

8.

Jilqa’ b’mod partikolari l-inizjattiva kontinwa tal-Fondazzjoni “Ħiliet għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi” li tindirizza l-ħtieġa għall-adattament u t-titjib tal-ħiliet, li tippermetti lill-intrapriżi jirreaġixxu u jimmaniġġjaw l-isfidi, inklużi dawk li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, jikkontribwixxu għal soċjetajiet aktar ekoloġiċi, inklużivi u innovattivi u jagħtu spinta lill-kompetittività u r-reżiljenza sostenibbli;

9.

Jilqa’ l-attivitajiet tal-Fondazzjoni biex il-pajjiżi sħab tal-Unjoni jiġu megħjuna jisfruttaw il-potenzjal tal-kapital uman tagħhom u jtejbu l-prospetti tal-impjiegi taċ-ċittadini tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali, tal-ħiliet u tas-suq tax-xogħol, fil-kuntest tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Fondazzjoni tkompli timplimenta l-programm ta’ ħidma tagħha b’rata għolja ħafna ta’ tlestija tal-attività;

10.

Jirrikonoxxi li l-objettivi u l-azzjonijiet tal-Fondazzjoni huma allinjati mill-qrib mal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-iżvilupp tal-bniedem, il-ħiliet u l-migrazzjoni;

Politika dwar il-persunal

11.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta’ 98,8 %, u nħatru 85 aġent temporanju minn total ta’ 86 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 86 post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota li barra minn hekk, 41 aġent kuntrattwali u aġent lokali wieħed ħadmu għall-Fondazzjoni fl-2020;

12.

Jinnota li fl-2020 il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġment medju u superjuri kien ta’ sitt nisa minn kull għaxra (fmeta mqabbel ma’ 5 minn 9 fl-2019); jinnota li l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-bord tat-tmexxija huwa ta’ 40 % irġiel u 60 % nisa u fost il-persunal ġenerali ta’ 32,3 % irġiel u 67,7 % nisa; jitlob lill-Fondazzjoni tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u tal-persunal; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord tat-tmexxija tal-Fondazzjoni; jinnota li l-Fondazzjoni tirċievi għadd ogħla ta’ applikazzjonijiet mill-pajjiż ospitanti tagħha minkejja l-pubblikazzjoni wiesgħa tal-avviżi tagħha ta’ postijiet tax-xogħol vakanti, li jispjega l-għadd ogħla ta’ ċittadini Taljani reklutati (fl-2020, 41 % tal-persunal kienu ta’ nazzjonalità Taljana); jinnota li l-Fondazzjoni qed tuża proċedura tal-għażla bbażata fuq il-mertu, bil-preżenza ta’ merti ugwali u bl-għażla favur kandidati b’nazzjonalitajiet sottorappreżentati; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli ssaħħaħ il-bilanċ ġeografiku tal-membri tal-persunal tagħha bil-għan li tistabbilixxi rappreżentanza adegwata taċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, b’iffukar partikolari fil-livell maniġerjali;

13.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Fondazzjoni aġġornat il-manwal ta’ proċeduri tagħha stess inkluża politika dwar il-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li fl-2020, il-Fondazzjoni organizzat sessjoni ta’ superviżjoni ma’ psikologu biex taqsam l-aħjar prattiki u sitwazzjonijiet diffiċli fil-ġestjoni tal-każijiet; jinnota li ġiet adottata strateġija ġdida għar-riżorsi umani għall-perjodu 2021-2027 u li din l-istrateġija tinkludi politika ta’ tolleranza żero għall-imġiba mingħajr rispett; jinnota b’sodisfazzjon li fl-2020, il-parteċipanti l-ġodda kollha rċevew sessjoni ta’ introduzzjoni dwar il-fastidju u preżentazzjoni mill-konsulenti kunfidenzjali;

14.

Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi evitata tagħbija żejda diġitali u jenfasizza li l-persunal għandu jaħdem biss fis-sigħat tax-xogħol; jilqa’ l-għodod il-ġodda tal-Fondazzjoni li ttellgħu reċentement biex jitwasslu l-messaġġi fis-sigħat tax-xogħol; jistieden lill-aġenziji l-oħra biex isegwu dan bħala prattika tajba;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

15.

Jinnota li l-Fondazzjoni ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess u s-CVs kollha għall-membri tal-bord tat-tmexxija, u l-maniġers superjuri u medji;

Akkwist

16.

Jinnota li s-sinerġiji ma’ istituzzjonijiet oħra dwar l-akkwist ġew esplorati b’valutazzjoni sistematika tal-opportunitajiet ad hoc għall-ħtiġijiet kollha ta’ akkwist; jinnota li fl-2020, il-Fondazzjoni kienet parti minn 56 kuntratt interistituzzjonali, minn disa’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz u minn seba’ kuntratti miftuħa għal aġenziji oħra; jinnota li t-tim tal-akkwist kompla jipparteċipa b’mod attiv fin-network ta’ konsulenti tal-akkwist superjuri tan-Network tal-Aġenziji tal-UE;

17.

Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2020 il-Fondazzjoni bdiet timplimenta l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jinnota wkoll li l-proġett tal-akkwist elettroniku tal-Fondazzjoni għamel progress bl-irċevuta ta’ fatturi elettroniċi (54 % tal-fatturi li jidħlu waslu b’mod elettroniku fl-2020 meta mqabbla ma’ 42 % fl-2019) u r-riċevuta ta’ offerti elettroniċi għall-offerti miftuħa kollha (offerti elettroniċi u sottomissjoni elettronika); jinnota li, minbarra t-titjib fl-effiċjenza u t-tnaqqis fl-użu tal-karti fil-proċessi tal-akkwist u tal-pagamenti, din il-mobilizzazzjoni kienet tiggarantixxi wkoll il-kontinwità tal-operat fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, speċjalment waqt ħidma f’kundizzjonijiet remoti; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tagħmel aktar użu minn soluzzjonijiet diġitali innovattivi;

18.

Jinnota li ż-żmien għall-ħlas tjieb bħala medja fl-2020 għal 17,5-il jum, meta mqabbel ma’ 18,5 fl-2019;

Kontroll intern

19.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-Fondazzjoni ma kinitx konformi mal-prinċipju ta’ kontroll intern 12 tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha, skont liema l-eċċezzjonijiet u l-avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet; jinnota li l-Qorti b’mod partikolari identifikat diversi devjazzjonijiet minn proċeduri stabbiliti, bħall-użu ta’ firem elettroniċi għal dokumenti li kienu jirrikjedu firem tradizzjonali; jinnota li l-Qorti kkonkludiet li dan jimmina t-trasparenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-Fondazzjoni; jistieden lill-Fondazzjoni żżid it-trasparenza billi tirreġistra l-eċċezzjonijiet kollha fir-reġistru, filwaqt li tiddistingwi bejn eċċezzjonijiet ex ante u avvenimenti ta’ nuqqas ta’ konformità ex post, u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza;

20.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li s-servizz tal-awditjar intern (IAS) ma wettaqx awditu intern fl-2020; jinnota li twettqet valutazzjoni tar-riskju strateġiku tal-IAS, li wasslet għall-iżvilupp tad-dokument ta’ ppjanar pluriennali tal-IAS u li dan ġie adottat mill-bord tat-tmexxija; jinnota li l-Fondazzjoni formalment għalqet ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti kollha tal-awditjar tal-IAS u li ma għandha l-ebda rakkomandazzjoni ta’ awditjar miftuħ pendenti;

21.

Jinnota li l-Fondazzjoni għandha osservazzjoni waħda miftuħa tal-Qorti, li nħarġet fl-2018 u li ġiet irrapportata bħala pendenti fl-2019; jinnota li din tirreferi għal proċedura ta’ akkwist pubbliku għal servizzi ta’ aġenzija temporanja fejn il-Fondazzjoni applikat kriterji għall-għoti li kienu jikkonsistu l-aktar minn elementi mhux kompetittivi tal-prezz; ifakkar fil-konklużjoni tal-Qorti li l-Fondazzjoni għandha tuża kriterji għall-għoti li jagħmlu enfasi fuq elementi kompetittivi tal-prezz tal-għoti; jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni se tindirizza din il-kwistjoni meta tvara l-proċedura ta’ akkwist li jmiss għall-ħaddiema interim, billi tinkludi elementi kompetittivi tal-prezz fil-kriterji għall-għoti;

22.

Jinnota l-valutazzjoni tal-Fondazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha, u kkonkluda li tnax-il prinċipju ta’ kontroll intern kienu implimentati u effettivi u ħames prinċipji kienu qed jiffunzjonaw tajjeb b’xi titjib żgħir meħtieġ, li juri progress meta mqabbel mal-2019; jistieden lill-Fondazzjoni tinkorpora s-sejbiet tal-Qorti fil-valutazzjoni, b’mod partikolari l-osservazzjoni tagħha dwar ir-reġistru tal-eċċezzjonijiet;

23.

Jinnota li l-Fondazzjoni żviluppat u implimentat l-istrateġija tagħha stess kontra l-frodi li ġiet elaborata bl-użu tal-metodoloġija żviluppata mill-OLAF;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

24.

Jinnota li l-Fondazzjoni stabbiliet diversi miżuri b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, bħall-għoti ta’ permess għat-telexogħol u l-limitazzjoni tal-aċċess għall-bini tal-Fondazzjoni għall-maġġoranza tal-2020, il-forniment ta’ mezzi u għodod biex jiġu appoġġjati l-ġestjoni tal-bidla u ambjenti soċjali u tax-xogħol fixkiela, u l-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet fil-programm ta’ ħidma 2020; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma kienet ta’ 87 %, skont il-Fondazzjoni minħabba l-fatt li ħafna azzjonijiet ġew posposti mit-tieni għall-aħħar kwart tas-sena li poġġiet pressjoni fuq il-kapaċità ta’ implimentazzjoni tal-Fondazzjoni u fuq pajjiżi sħab b’xi azzjonijiet riportati fl-2021; jinnota li ġie organizzat aċċess għall-persunal tal-Fondazzjoni għall-ittestjar tal-COVID-19; jinnota li saret laqgħa regolari tal-persunal;

25.

Jinnota li fl-2020, il-Fondazzjoni varat kampanja fuq l-Internet biex toffri appoġġ matul il-kriżi tal-COVID-19, imsejħa "#learningconnects”, li tagħmel enfasi fuq kif is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, in-negozji, l-iskejjel, l-għalliema, l-istudenti u l-familji tagħhom jistgħu jadattaw għall-isfidi tal-apprendiment mill-bogħod, spiss jużaw teknoloġija mhux familjari u mhux ipprovata u sistemi u infrastruttura imperfetti;

Kummenti oħra

26.

Jinnota li l-Fondazzjoni implimentat il-miżuri ewlenin stabbiliti biex tindirizza ċ-ċibersigurtà, bħall-kollaborazzjoni mas-CERT-UE u l-implimentazzjoni tal-awtentikazzjoni b’diversi fatturi; jinnota li fl-2020 ġie stabbilit grupp ta’ ħidma biex jindirizza kwistjonijiet ta’ sigurtà, li jagħmel enfasi fuq azzjonijiet biex jiġu mmitigati r-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà;

27.

Jinnota li, fl-2020, il-Fondazzjoni implimentat is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali li wasslet għat-tlestija b’suċċess taċ-Ċertifikazzjoni ISO u tal-proċess tal-awditjar għar-reġistrazzjoni fl-EMAS fl-2021; jinnota b’sodisfazzjon li l-Fondazzjoni żviluppat ħames pjanijiet ta’ titjib ambjentali, fir-rigward ta’ oqsma ewlenin: l-iskart, l-ilma, il-materjal, l-enerġija u l-emissjonijiet;

28.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 22

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/355


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1784 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0094/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0105/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Interim tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/356


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1785 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0095/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-aġenziji tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-aġenziji tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/358


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1786 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 240 119 000, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 16,74 % meta mqabbel mal-2019, meta l-baġit tal-Aġenzija żdied b’40,23 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tad-dħul huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; billi l-Qorti identifikat ammont totali ta’ pagamenti ta’ EUR 10 405 074,69 li hija qieset li ma kienx konformi mad-dispożizzjoni tal-ftehim qafas rilevanti, li jirrappreżenta 4,1 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2020, u b’hekk jaqbeż il-limitu ta’ materjalità stabbilit għall-awditu u jirriżulta f’opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; billi, ħlief għal dawk il-pagamenti mhux konformi, il-Qorti tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tal-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2020 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 75,61 % li, għalkemm tirrappreżenta żieda ta’ 31,10 % meta mqabbla mal-2019, għadha ferm taħt il-mira; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 96,24 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 3,96 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-ammont għoli ta’ riporti għat-Titoli II u III tal-baġit tal-Aġenzija, jinnota li l-Aġenzija użat riporti awtomatiċi ta’ approprjazzjonijiet mhux differenzjati għat-Titolu II ta’ EUR 10 200 000 (59,4 %) minn ammont totali ta’ riporti awtomatiċi ta’ EUR 17 200 000; jinnota li l-Aġenzija użat ukoll riporti mhux awtomatiċi ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għat-Titolu III ta’ EUR 56 300 000 (23 % tal-approprjazzjonijiet fil-baġit finali), prinċipalment b’rabta mas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-sistemi ta’ interoperabbiltà, u li dawk ir-riporti mhux awtomatiċi huma ferm inqas mill-EUR 159 000 000 ta’ riporti mhux awtomatiċi fl-2019 (55 % tal-approprjazzjonijiet fil-baġit finali adottat) iżda xorta jirrappreżentaw ammont sostanzjali meta mqabbla mal-baġit totali; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li, għalkemm in-natura tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija jista’ jkollha konsegwenzi fuq is-sena ta’ wara, l-ammont eċċessiv ta’ riporti għat-Titoli II u III huwa indikattiv ta’ diversi kwistjonijiet strutturali li jaffettwaw il-konformità mal-Artikoli 9, 12 u 28 tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tindirizza dawk il-kwistjonijiet;

3.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-implimentazzjoni tal-baġit kienet inqas milli ppjanat; jistieden lill-Aġenzija biex, flimkien mal-Kummissjoni, ittejjeb l-allinjament tal-ippjanar baġitarju mal-kalendarju tal-atti legali relatati; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħadet passi biex ittejjeb is-sitwazzjoni;

Prestazzjoni

4.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tuża ċerti għodod bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li fl-2020 l-Aġenzija aġġornat l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni korporattivi tagħha b’10 indikaturi minn tletin mhux mibdula jew mibdula editorjalment biss, indikatur wieħed imħassar, indikatur wieħed ġdid introdott u indikaturi oħra aġġornati għal diversi raġunijiet, bħal bidliet fl-ambjent regolatorju tal-Aġenzija, għarfien miġbur mill-awditi u d-disponibbiltà ta’ metrika aħjar;

5.

Jinnota li, skont id-dikjarazzjoni tal-Aġenzija, hija laħqet l-objettivi tagħha għall-2020 kif stabbilit fir-regolament fundatur tagħha, ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għamlet progress lejn l-għanijiet u l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija fit-tul tal-Aġenzija, u tat ir-riżultati definiti fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha għall-2020, f’termini kemm ta’ eżiti kif ukoll ta’ prestazzjoni; jinnota li l-prestazzjoni u d-disponibbiltà tas-sistemi tal-IT imħaddma mill-Aġenzija kienu f’konformità mal-ftehimiet rilevanti fil-livell ta’ servizz; jinnota li l-implimentazzjoni ta’ sistemi ġodda tal-IT, kif ukoll l-iżvilupp tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi l-ġodda u dawk eżistenti, baqgħu għaddejjin; jinnota li l-implimentazzjoni tas-Sistema l-ġdida ta’ Dħul/Ħruġ (EES) iffaċċjat dewmien ta’ xahrejn peress li l-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni ddeċieda li jipposponi d-dħul fis-seħħ biex l-Istati Membri jkollhom aktar żmien biex iħejju ruħhom; jilqa’ l-fatt li għas-sistemi l-ġodda l-oħra tal-IT, l-Aġenzija tirrapporta li l-iskedi ta’ implimentazzjoni ma ġewx affettwati b’mod negattiv;

6.

Jinnota li fl-2020 l-Aġenzija ffirmat qafas ta’ inġinerija trasversali (TEF) sabiex titbiegħed mill-approċċ kompartimentalizzat f’dak li huwa żvilupp u tħaddim tas-sistemi; jinnota li t-TEF għandu l-għan li jistabbilixxi qafas kuntrattwali għat-tfassil, l-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ġodda tal-IT;

7.

Jisħaq li l-Aġenzija toffri kontribut importanti għal Unjoni aktar sikura billi tiżgura l-ogħla livelli ta’ sigurtà tal-informazzjoni u protezzjoni tad-data għall-informazzjoni fdata lilha, tipprovdi servizzi ta’ kwalità għolja u tgħin biex il-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-Istati Membri jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għall-informazzjoni pproċessata; jinnota li l-kapaċità tal-Aġenzija kemm li ttejjeb is-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti kif ukoll li tiżviluppa oħrajn ġodda ġiet imsaħħa bil-mandat il-ġdid tagħha stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1726, li daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2018; jilqa’ l-isforzi kontinwi li saru mill-Aġenzija biex tadatta għal dak il-mandat il-ġdid fl-2020;

8.

Jilqa’ l-adozzjoni, f’Diċembru 2020, mill-Kummissjoni tal-proposta għal Regolament e-CODEX ġdid; jilqa’ l-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi f’dan ir-rigward f’Diċembru 2021; ifakkar li l-Aġenzija se jkollha rwol kruċjali fl-implimentazzjoni b’suċċess tas-sistema e-CODEX u li l-Kummissjoni għandha tipprevedi riżorsi xierqa ddedikati għaż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija;

Politika dwar il-persunal

9.

Jinnota li, sal-31 ta’ Diċembru 2020, 89,6 % tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija kienet ġiet eżegwita, u kienu nħatru 181 aġent temporanju minn total ta’ 202 aġent temporanju awtorizzati fl-ambitu tat-tabella tal-persunal (meta mqabbla ma’ 172 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020, 83 aġent kuntrattwali u 10 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija, minn 111-il aġent kuntrattwali u 11-il espert nazzjonali sekondat awtorizzati fl-ambitu tat-tabella tal-persunal;

10.

Jinnota bi tħassib il-kompożizzjoni tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija fir-rigward tal-ġeneru (żewġt irġiel (100 %) u l-ebda mara), tal-bord tat-tmexxija (44 raġel (81,5 %) u 10 nisa (18,5 %)), u fi ħdan il-persunal inġenerali (184 raġel (69,7 %) u 80 mara (30,3 %)); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u tal-persunal; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija;

11.

Jinnota d-diffikultajiet iffaċċjati fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, li naqqset b’mod konsiderevoli r-reklutaġġ ta’ persunal ġdid, bl-Aġenzija tirrapporta li 50 % ta’ dawk li laħqu l-fażi finali ta’ reklutaġġ tagħha ġew affettwati direttament jew kellhom idumu biex jibdew il-qadi ta’ dmirijiethom minħabba restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19; jinnota li l-Aġenzija tirrapporta li nediet 25 proċedura ta’ għażla, li 19 minnhom ingħalqu sa tmiem is-sena, u dan irriżulta f’21 offerta ta’ impjieg maħruġa u aċċettati;

12.

Jinnota li l-Aġenzija rrapportat li l-konsulenti kunfidenzjali tagħha rċevew seba’ formoli mimlija biex jiġu mfittxija b’mod informali informazzjoni u pariri, jew gwida u appoġġ f’każijiet ta’ fastidju psikoloġiku u sitwazzjonijiet ta’ kunflitt; jinnota li mill-wasla tal-informazzjoni ma ġie rrapportat l-ebda każ formali ta’ fastidju, u li fl-2020 ma tressaq l-ebda każ ta’ fastidju quddiem il-Qorti Ġenerali; jinnota li l-konsulenti kunfidenzjali tal-Aġenzija jiġu mħarrġa regolarment u jirċievu appoġġ minn esperti esterni;

13.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija implimentat b’mod korrett ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti dwar il-valutazzjoni xierqa tal-applikazzjonijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ;

Akkwist

14.

Jilqa’ l-iffirmar tat-TEF, l-akbar offerta li qatt ġiet iffirmata mill-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija tippreżenta t-TEF bħala innovazzjoni sinifikanti għall-mudell tal-akkwist operattiv tal-Aġenzija, u qafas li mistenni jiġġenera kisbiet importanti fil-proċess tal-ġestjoni tal-bejjiegħa u tal-kuntratti, inklużi valur aħjar għall-flus, ekonomiji ta’ skala u proċessi ta’ akkwist aktar rapidi, filwaqt li jnaqqas ukoll id-dipendenza tal-Aġenzija fuq għadd relattivament żgħir ta’ bejjiegħa; jilqa’ l-approċċ innovattiv, iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli b’dak l-approċċ u jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar jekk il-kisbiet ikunux qed iseħħu u dwar kif ir-riskji, li huma inerenti għall-approċċ innovattiv, qed jiġu ġestiti mill-Aġenzija;

15.

Jinnota li t-tħejjija tal-ispeċifikazzjonijiet għas-sejħa għall-offerti b’rabta mat-TEF tlestiet f’Jannar 2020 u li l-proċedura tal-offerti tnediet fid-29 ta’ Jannar 2020 għal erba’ lottijiet u servizzi assoċjati, jiġifieri Lott 1: disinn, koordinazzjoni, aċċertament tal-kwalità u appoġġ għall-integrazzjoni, Lott 2: servizzi ta’ żvilupp, Lott 3: infrastruttura (hardware, software u servizzi relatati), u Lott 4: ittestjar u kwalifika; jinnota li l-kuntratti għal-Lottijiet 1, 2 u 3 ġew iffirmati fl-2020, filwaqt li dak għal-Lott 4 ġie ffirmat f’Lulju 2021; jinnota li hija kisba sinifikanti għall-Aġenzija li lestiet dawn il-proċeduri, b’mod partikolari meta jitqiesu r-restrizzjonijiet ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19;

16.

Jinnota li l-Qorti sabet li l-Aġenzija ffirmat kuntratt speċifiku għas-software li kien differenti mis-software offrut mill-kuntrattur fl-offerta tiegħu għall-kuntratt qafas assoċjat; jinnota li l-Aġenzija ma mmodifikatx il-kuntratt qafas; jinnota li, skont l-osservazzjoni tal-Qorti, l-akkwist ta’ prodott differenti li mhuwiex inkluż fl-offerta tal-prezz, bi prezz differenti mill-prodott oriġinarjament offrut, huwa devjazzjoni mill-kuntratt qafas; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li kemm il-kuntratt speċifiku kif ukoll il-pagament assoċjat ta’ EUR 10 399 834 mhumiex konformi mal-kuntratt qafas; jinnota li l-Aġenzija tirrikonoxxi l-osservazzjonijiet tal-Qorti u jissottolinja li b’segwitu għall-ħruġ tal-osservazzjoni tal-Qorti, l-Aġenzija ħadet azzjoni fil-pront, billi ffirmat emenda għall-kuntratt qafas sabiex tirrettifika l-ommissjoni inizjali; jinnota li l-Aġenzija tiddikjara li n-nuqqas ta’ konformità ma rriżulta fl-ebda preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Aġenzija jew tal-Unjoni peress li tqis li n-nefqa kienet ġustifikata; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Aġenzija ma segwietx il-proċeduri xierqa, speċjalment fid-dawl tal-ammont sostanzjali kkonċernat; jinnota l-kunsiderazzjonijiet estensivi li d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija ppreżenta f’seduta ta’ smigħ mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fid-29 ta’ Novembru 2021, fejn huwa ddikjarat li d-deċiżjoni li jinkiseb is-software inkwistjoni kienet deċiżjoni konxja min-naħa tat-tmexxija tal-Aġenzija bl-iskop li titnaqqas id-duplikazzjoni tal-isforzi ta’ taħriġ u appoġġ, biex fl-aħħar mill-aħħar jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi ġenerali tal-Aġenzija; jenfasizza li, minkejja li jistgħu jiġu preżunti opportunitajiet ta’ ffrankar tal-ispejjeż, ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist iridu jiġu segwiti f’kull ħin biex jiġi żgurat li l-kontribwent tal-Unjoni jikseb valur sħiħ għall-flus permezz ta’ proċeduri ta’ akkwist trasparenti u kompetittivi; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li r-regoli dwar l-akkwist jiġu rrispettati f’kull ħin;

17.

Jirrimarka li n-nuqqas ta’ pożizzjonijiet amministrattivi ddedikati jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-proċeduri ta’ akkwist fi ħdan l-Aġenzija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jidħlu fi djalogu attiv dwar it-titjib tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija, speċjalment dwar il-livell li fih jiġu allokati l-postijiet tax-xogħol;

18.

Jinnota li l-Qorti sabet li l-Aġenzija ffirmat formola ta’ ordni għal servizzi ta’ manutenzjoni li tkopri l-perjodu mis-7 ta’ Novembru 2020 sa Diċembru 2024 (erba’ snin), u dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt qafas relatat li jippermetti li s-servizzi jiġu fatturati bil-quddiem għal sena; jinnota li l-Qorti kkonkludiet li l-ammont ta’ EUR 5 241 imħallas lill-kuntrattur għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti wara s-7 ta’ Novembru 2021 huwa irregolari; jinnota li, għalkemm il-kwistjoni tikkonċerna ammont relattivament żgħir, għandhom jitqiesu r-riskji għar-reputazzjoni li jġib miegħu n-nuqqas ta’ rispett tar-regoli tal-akkwist;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, etika u trasparenza

19.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Aġenzija għandha stabbiliti regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess għall-membri tal-persunal; jinnota li l-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija, fit-23 ta’ Diċembru 2020, adotta regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess tal-membri tal-persunal sabiex jiżgura li l-immaniġġjar ta’ sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jinqalgħu kunflitti ta’ interess ikun trasparenti u konsistenti; jinnota li dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni huma applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija, inklużi d-direttur eżekuttiv u l-viċi direttur eżekuttiv, l-esperti nazzjonali sekondati, u l-interns imħallsa u mhux imħallsa;

20.

Jinnota b’apprezzament li għall-membri tal-bord tat-tmexxija tagħha u għall-maniġment superjuri tagħha, l-Aġenzija tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta’ interess fuq is-sit web tagħha; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li s-CVs għall-membri tal-bord tat-tmexxija tagħha mhumiex ippreżentati fuq is-sit web tagħha; ifakkar fit-talba tal-awtorità ta’ kwittanza, fil-kwittanza għall-2019, biex l-Aġenzija tippubblika dawk is-CVs fuq is-sit web tal-Aġenzija sabiex iżżid it-trasparenza;

21.

Jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiżgura l-konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar it-trasparenza kif ukoll mad-drittijiet fundamentali u mal-istandards tal-protezzjoni tad-data;

Kontroll intern

22.

Jilqa’ l-valutazzjoni annwali tal-Aġenzija tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha li kkonkludiet li s-sistema ta’ kontroll intern tagħha hija preżenti, effettiva u tiffunzjona, għalkemm għad hemm bżonn ta’ xi titjib; jistieden lill-Aġenzija tinkorpora l-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward in-nuqqas ta’ rispett tal-proċeduri ta’ akkwist fil-valutazzjoni tagħha u tevalwa l-impatt tan-nuqqasijiet identifikati dwar il-prinċipji u l-komponenti ta’ kontroll intern;

23.

Jinnota li fi tmiem l-2020 ir-rata ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar kienet ta’ 65 % (24 rakkomandazzjoni implimentata u 37 rakkomandazzjoni pendenti); jinnota li fi tmiem l-2020 b’kollox kien hemm 31 rakkomandazzjoni miftuħa, li minnhom l-ebda waħda ma kienet “kritika”; jinnota bi tħassib li 13-il rakkomandazzjoni kienu għadhom ma ġewx implimentati wara d-data ta’ skadenza tagħhom, u dan ifisser li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni kienet għadha għaddejja minkejja li l-iskadenza għall-implimentazzjoni kienet għaddiet;

24.

Jilqa’ l-progress li sar fir-rigward tal-osservazzjonijiet tal-Qorti u r-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament mis-snin preċedenti u l-fatt li l-Aġenzija implimentat b’mod korrett ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti rigward il-valutazzjoni xierqa tal-applikazzjonijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ; ifakkar li l-ħidma fir-rigward tal-erba’ osservazzjonijiet li fadal għadha għaddejja; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex timplimenta miżuri korrettivi rigward l-osservazzjonijiet pendenti tal-Qorti;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

25.

Jinnota t-tfixkil ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u li dan kien ta’ sfida għall-kontinwità tal-operat tal-Aġenzija u d-disponibbiltà tas-sistemi eżistenti tal-IT fuq skala kbira u l-implimentazzjoni tas-sistemi l-ġodda fdati lilha; jilqa’ l-fatt li minkejja dawn l-isfidi, l-Aġenzija żgurat id-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-sistemi eżistenti tal-IT fuq skala kbira (is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u s-Sistema Ewropea għat-Tqabbil ta’ Data Dattiloskopika ta’ Persuni li Jfittxu l-Ażil (Eurodac)) u għamlet aktar progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-EES, l-ETIAS u l-pakkett dwar l-interoperabbiltà; jinnota b’apprezzament li l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda mill-Aġenzija ppermettewlha tnaqqas l-impatt negattiv tal-pandemija;

26.

Jinnota li l-Aġenzija naqqset il-preżenza fiżika tal-persunal fis-siti tal-Aġenzija u ħadet miżuri biex iżżomm postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa għall-persunal kritiku, u b’hekk żgurat il-kontinwità tal-operat għas-sistemi tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija kellha tieħu wkoll miżuri ta’ mitigazzjoni biex tnaqqas l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-iżvilupp u l-varar ta’ sistemi minħabba ktajjen tal-provvista li ġew imfixkla fit-tieni nofs tal-2020, u minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-aċċess li impedew id-disponibbiltà tal-persunal u tal-kuntratturi li jaħdmu fuq il-post; jinnota li l-Aġenzija, minkejja dawk id-diffikultajiet, għamlet progress sinifikanti fuq proġetti ewlenin bħall-implimentazzjoni tas-SIS tat-tieni ġenerazzjoni (is-“SIS II”), il-fażi 2 tas-Sistema Awtomatizzata ta’ Informazzjoni dwar il-Marki tas-Swaba’ u l-integrazzjoni ta’ utenti ġodda għas-SIS u l-VIS;

Kummenti oħra

27.

Jinnota b’apprezzament li l-Aġenzija abbozzat, innegozjat u ffirmat pjanijiet ta’ kooperazzjoni bilaterali mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil), mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA); jinnota li l-Aġenzija kompliet ukoll il-kooperazzjoni tagħha ma’ aġenziji sħab oħra, bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) dwar attivitajiet ta’ taħriġ, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar is-SIS, l-EES, l-ETIAS u l-interoperabbiltà, is-CEPOL dwar il-VIS, it-Talba għal Informazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali (SIRENE), is-SIS, l-EES, l-ETIAS u l-interoperabbiltà, u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) dwar l-Eurodac u s-SIS;

28.

Jilqa’ l-preżenza attiva online tal-Aġenzija fl-2020, fost l-oħrajn, permezz tal-kampanja “Discover eu-LISA”, il-parteċipazzjoni tal-Aġenzija f’16-il azzjoni u kampanja konġunti mal-aġenziji tal-Unjoni għall-ġustizzja u l-affarijiet interni, u l-logħba interattiva quiz.eulisa.europa.eu; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha;

29.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għamlet progress sinifikanti fil-proġett għall-bini tat-tieni estensjoni għas-sit tekniku tagħha fi Strasburgu bit-trasferiment formali tal-art, mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Aġenzija, tar-roqgħa art ta’ 20 000 m2 maġenb il-kumpless tal-bini attwali tagħha li se sservi bħala s-sit għall-estensjoni l-ġdida;

30.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 199.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/363


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1787 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0095/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0116/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).


 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-aġenziji tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-aġenziji tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/365


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1788 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0096/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/20123 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv Interim tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv Interim tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/366


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1789 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2022),

A.

billi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u jiġi implimentat il-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.

billi skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 16 058 100, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,03 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li hija kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 96,8 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,04 % meta mqabbla mal-2019; jiddispjaċih li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 62,15 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 14,18 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li r-rata baxxa ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament hija relatata ma’ tnaqqis fir-ritmu tal-attivitajiet tal-Aġenzija kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19;

2.

Jinnota li l-Aġenzija qed twettaq analiżi tar-raġunijiet għal riporti għoljin ħafna b’segwitu għall-osservazzjonijiet tal-Qorti fl-2019; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu tal-analiżi;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħat-twassil tal-programm ta’ ħidma, il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-kapaċità ta’ komunikazzjoni tal-intermedjarji permezz tan-networking; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tuża KPI biex tkejjel l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn, peress li dan kien punt kritiku fis-snin preċedenti b’kummenti konsistenti tal-Qorti f’dan ir-rigward; jinnota li l-Aġenzija laħqet kważi l-miri kollha tagħha b’parti mill-programm ta’ ħidma peress li l-pandemija kellha impatt fuq l-ivvjaġġar u l-avvenimenti;

4.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija wettqet l-evalwazzjonijiet ex post ta’ prospetti finalizzati dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) dwar mard relatat max-xogħol, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-OSH u dwar il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar; jinnota li l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-Aġenzija għandha tkompli bl-isforzi tagħha f’dawn l-oqsma topiċi importanti u ngħataw rakkomandazzjonijiet speċifiċi; jilqa’ l-fatt li fl-2020 l-Aġenzija wettqet l-evalwazzjonijiet ex post tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa 2018-2019; jinnota li l-kampanja kienet partikolarment ta’ suċċess fil-qasam tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati u t-tixrid tal-attivitajiet;

5.

Jinnota li l-Aġenzija tikkollabora mill-qrib ma’ aġenziji oħra, jiġifieri l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, dwar suġġetti ta’ interess komuni bħall-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali; jinnota li l-Aġenzija, għall-iżvilupp tal-Barometru tal-OSH, ikkooperat mal-Eurostat; jinnota li l-Aġenzija ħadmet mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-ħidma ta’ sustanzi perikolużi; jinnota li l-Aġenzija ħadmet ukoll mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fir-rigward tal-OSH fil-kuntest tat-tixrid taż-żejt; jilqa’ l-istrateġija 2020-2024 biex tittieħed azzjoni kontra l-kanċer fuq il-post tax-xogħol;

6.

Japprezza l-attivitajiet tal-Aġenzija biex tiżviluppa, tiġbor u tipprovdi informazzjoni, analiżi u għodod affidabbli u rilevanti dwar l-OSH, li jikkontribwixxu għall-politika tal-Unjoni li għandha l-għan li tippromwovi postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa u siguri fl-Unjoni kollha;

7.

Jinnota, b’mod partikolari, ir-rwol prominenti li l-Aġenzija għandha fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jilqa’ l-impenn qawwi tal-Aġenzija biex tiżgura li l-ħaddiema kollha jgawdu l-istess drittijiet tal-OSH irrispettivament mid-daqs tal-impriża, mit-tip ta’ kuntratt jew mir-relazzjoni ta’ impjieg;

8.

Jisħaq fuq l-importanza, l-awtonomija u l-valur miżjud tal-Aġenzija fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Aġenzija tkompli timplimenta l-programm ta’ ħidma tagħha b’rata għolja ħafna ta’ tlestija tal-attivitajiet, b’mod partikolari fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol il-ġdid (2021-2027), tal-leġiżlazzjoni futura dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol u tad-direttiva dwar il-karċinoġeni u l-mutaġeni;

9.

Jemmen li l-Aġenzija tista’ tipprovdi informazzjoni u analiżi utli dwar l-impatt tat-telexogħol u soluzzjonijiet diġitali oħra kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-ħaddiema dwar l-OSH fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tax-xogħol waqt il-pandemija tal-COVID-19 b’attenzjoni partikolari għas-saħħa mentali;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2019, 97,5 % tat-tabella tal-persunal ġiet implimentata, b’39 aġent temporanju maħtura minn total ta’ 40 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 40 post okkupati mill-40 awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 24 aġent kuntrattwali ħadmu għall-Aġenzija fl-2020;

11.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġers superjuri bi tliet irġiel (75 %) u mara waħda (25 %); jinnota l-bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-Bord tat-Tmexxija, b’51 raġel (58,6 %) u 36 mara (41,4 %), u b’mod globali fost il-persunal, b’16-il raġel (30,2 %) u 44 mara (69,8 %); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell maniġerjali u tal-persunal; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija;

12.

Jilqa’ l-fatt li ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ fastidju u li l-Aġenzija għandha impenn qawwi fil-promozzjoni ta’ politiki kontra l-fastidju, fl-organizzazzjoni regolari ta’ sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal tagħha u fil-ħolqien ta’ paġna tal-intranet speċjalizzata dwar is-suġġett;

13.

Jiddispjaċih li l-persunal iħossu iżolat minħabba t-telexogħol; madankollu, jilqa’ l-fatt li l-maniġment joffri ħafna appoġġ psikoloġiku, sessjonijiet ta’ mindfulness u jagħmel l-almu tiegħu biex joħloq l-aħjar atmosfera possibbli, abbażi ta’ x’jeħtieġu l-membri tal-persunal u x’tiddeċiedi l-amministrazzjoni lokali;

14.

Jesprimi tħassib dwar il-proċedura twila u mhux trasparenti tal-ħatra tad-direttur eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija;

Akkwist

15.

Jinnota li l-Aġenzija żviluppat strateġija ta’ konsolidazzjoni tal-funzjoni finanzjarja u tal-akkwist tagħha li għandha l-għan li tottimizza l-użu tar-riżorsi, tarmonizza l-proċessi, u tiddefinixxi aħjar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet; jinnota li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-implimentazzjoni, oriġinarjament ippjanata għall-2020, ġiet posposta u bdiet tard fl-2020 bil-ħatra ta’ espert estern biex jassisti b’arranġamenti prattiċi;

16.

Jinnota li l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti tal-Aġenzija tlestiet fl-2020; jinnota wkoll l-adozzjoni tal-akkwist elettroniku, b’mod partikolari s-sejħiet għall-offerti elettroniċi u s-sottomissjoni elettronika, il-proċedura tal-firem elettroniċi, u s-simplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni ta’ diversi flussi tax-xogħol interni; ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

17.

Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota li f’Jannar 2020 il-Bord tat-Tmexxija rreveda l-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u li l-membri tal-Bord tat-Tmexxija huma mitluba jipprovdu dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ interessi; jilqa’ l-fatt li ż-żewġ dikjarazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija;

Kontrolli interni

18.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija tuża strateġija ta’ nuqqas ta’ konformità li tirreġistra mhux biss eċċezzjonijiet ex ante, iżda wkoll avvenimenti ex post, bil-għan li ttejjeb il-proċeduri eżistenti u tidentifika dgħufijiet fil-kontroll intern; jinnota li fl-2020 in-nuqqasijiet ta’ konformità rreġistrati ma indikawx dgħufijiet sinifikanti f’termini tal-kontrolli eżistenti; jinnota li l-Aġenzija reġgħet ħadet sehem fl-eżerċizzju ta’ rieżami bejn il-pari dwar il-ġestjoni tar-riskju fl-aġenziji deċentralizzati mniedi mill-Kummissjoni, billi qasmet l-għarfien, il-metodoloġiji u r-riskji kritiċi mal-aġenziji l-oħra li qed jieħdu sehem fil-grupp ta’ ħidma;

19.

Jinnota li l-qafas ta’ kontroll intern (QKI) tal-Aġenzija ġie adottat mill-Bord tat-Tmexxija fl-2019, abbażi ta’ qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni; jinnota li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tal-QKI għas-sena ta’ rapportar 2020 li kkonkludiet li l-qafas huwa preżenti u jiffunzjona b’mod adegwat fir-rigward tal-komponenti kollha ta’ kontroll intern;

20.

Jinnota li r-reġistru tar-riskju korporattiv tal-Aġenzija huwa marbut mal-QKI u li t-tnejn huma soġġetti għal rieżamijiet perjodiċi mill-maniġment superjuri; jinnota li r-riskji kollha mmonitorjati matul l-2020 ġew ikkategorizzati bħala relatati mal-“ambjent estern” u li l-ebda wieħed minnhom ma huwa kklassifikat bħala theddida potenzjali għar-reputazzjoni jew għall-kisba strateġika tal-Aġenzija;

21.

Jieħu nota tal-fatt li żewġ azzjonijiet korrettivi rrappurtati mill-Qorti marbuta mal-approprjazzjonijiet impenjati eċċessivi riportati mis-snin preċedenti għadhom għaddejjin;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

22.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni u riżorsi utli biex tivvaluta r-riskji u l-impatt fuq il-post tax-xogħol u ttaffihom; jinnota li l-Aġenzija rrappurtat l-azzjonijiet kollha mwettqa u ppjanati, bħal proġetti relatati mat-telexogħol, rapporti li għandhom l-għan li jevalwaw ir-riskji psikosoċjali tal-pandemija tal-COVID-19, il-gwida għall-post tax-xogħol u l-parteċipazzjoni f’diversi laqgħat ta’ livell għoli relatati mal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;

23.

Jinnota li l-Aġenzija appoġġat arranġamenti ta’ xogħol remot għall-persunal, u nediet proċeduri interni elettroniċi ġodda biex tiffaċilita l-kontinwità tal-operat; jinnota li l-Aġenzija pprovdiet lill-persunal b’tagħmir xieraq ta’ telexogħol u aċċess sigur għas-sistemi tal-IT tal-Aġenzija; jinnota li l-laqgħat interni u esterni tmexxew online, u li ġew stabbiliti flussi ta’ xogħol mingħajr karti biex jippermettu lill-Aġenzija tkompli tissodisfa l-obbligi finanzjarji u kuntrattwali tagħha;

24.

Jinnota li fl-2020, l-Aġenzija kompliet tikkomunika u tippromwovi b’mod effettiv l-OSH; jinnota li l-Aġenzija, minkejja r-restrizzjonijiet tal-COVID-19, irnexxielha tippreżenta b’mod attiv il-ħidma tagħha f’aktar minn 300 avveniment; jinnota li l-Aġenzija pprovdiet gwida multilingwi (25 lingwa) għall-postijiet tax-xogħol, li hija fost l-aktar pubblikazzjonijiet imniżżla u aċċessati fl-istorja tal-Aġenzija, u ġew żviluppati u kkomunikati firxa ta’ riżorsi oħra tal-COVID-19 permezz tas-sit web tal-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli taħdem fuq linji gwida biex tgħin lill-impjegaturi u lill-ħaddiema jadattaw għall-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19;

Kummenti oħra

25.

Jinnota li l-Aġenzija bdiet kooperazzjoni mas-CERT-UE permezz ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ċibernetika għall-Aġenzija; jinnota li fl-2020, iċ-ċibersigurtà ġiet identifikata bħala kwistjoni u li l-Aġenzija ssuġġeriet li titnieda sejħa għall-offerti għall-forniment ta’ servizzi taċ-ċibersigurtà fl-2021; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar;

26.

Jinnota li bil-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew dwar id-Drittijiet Soċjali, l-Aġenzija tingħata rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tagħha;

27.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 45.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/370


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1790 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0096/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/20123 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0106/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv Interim tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/371


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1791 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0092/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0121/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/372


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1792 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0121/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 230 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta’ 3,14 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), tiddikjara li kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ 99,54 %, rata li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,32 % meta mqabbla mal-2019; jiddispjaċih, madankollu, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 22,33 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 18,72 % meta mqabbla mal-2019; billi t-tnaqqis huwa dovut għar-riport tal-impenji pendenti li ammontaw għal EUR 177 578,67 jew 78 % tal-ammonti impenjati fir-rigward ta’ kuntratti ta’ servizzi tal-IT iffirmati li ma kinux tlestew sa tmiem is-sena;

2.

Jinnota li r-rata ta’ kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji riportati mill-2019 għall-2020 kienet ta’ 7 %, li turi li saru impenji mhux iġġustifikati fis-sena preċedenti; jistieden lill-Aġenzija ma tirriportax l-approprjazzjonijiet tal-baġit ħlief meta dan ikun iġġustifikat;

Prestazzjoni

3.

Iħeġġeġ, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu mis-snin preċedenti, lill-Aġenzija tkompli bid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha;

Politika dwar il-persunal

4.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2020, 94,12 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bil-ħatra ta’ 16-il uffiċjal tal-Kummissjoni minn total ta’ 17 -il post awtorizzat fil-baġit tal-Unjoni (17-il post awtorizzat fl-2019);

5.

Jinnota li l-Aġenzija rrappurtat proporzjon bejn il-ġeneri għall-persunal kollu ta’ 56 % nisa u 44 % irġiel u li l-Aġenzija għandha politika ta’ opportunitajiet indaqs fis-seħħ;

Akkwist

6.

Jinnota li l-proġett tal-osservatorju nukleari u tal-ġestjoni tal-informazzjoni tal-ESA (NOEMI) li se jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ tal-Aġenzija tas-suq tal-materjali nukleari u tal-fjuwil filwaqt li jospita b’mod sigur id-data ta’ kuntratti nukleari sensittivi; jinnota li l-implimentazzjoni tan-NOEMI avanzat fl-2020-2021, bi spiża stmata ta’ EUR 355 000; jinnota li prototip funzjonali, inklużi l-karatteristiċi ewlenin, twettaq f’Ġunju 2020; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-proġett;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

7.

Jinnota li l-Aġenzija għamlet sforzi biex tnaqqas l-effett tal-pandemija fuq il-persunal u l-partijiet ikkonċernati tagħha billi ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tkompli d-dmirijiet ewlenin tagħha u introduċiet bidliet fix-xejra ta’ nfiq tagħha permezz ta’ emenda baġitarja biex tnaqqas l-ispejjeż fuq azzjonijiet affettwati b’mod negattiv mill-pandemija; jinnota li l-Aġenzija investiet fl-aġġornament tal-applikazzjoni tal-IT ewlenija tagħha u mmodifikat il-kompiti kontinwi tagħha u aġġustat l-approċċ u l-iskeda ta’ żmien biex tqis iċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu fil-programm ta’ ħidma l-ġdid tagħha għall-2021; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-iżviluppi f’dan ir-rigward;

8.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Aġenzija li l-miżuri ta’ lockdown madwar id-dinja aċċelleraw l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali siguri li rriżultaw f’żieda ġenerali fl-għarfien u l-maturità diġitali tal-partijiet ikkonċernati, b’appoġġ għall-argument kummerċjali għan-NOEMI;

Kontrolli interni

9.

Jinnota li fl-2020 l-Aġenzija adottat il-qafas ta’ kontroll intern tagħha, imfassal biex jipprovdi aċċertament raġonevoli fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fir-regolament finanzjarju tagħha, li jinkludi l-effikaċja, l-effiċjenza, l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rappurtar, is-salvagwardja tal-assi u l-informazzjoni, il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta’ frodi u irregolaritajiet, u ġestjoni adegwata tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; jinnota li f’Jannar 2020 l-Aġenzija wettqet workshop ta’ valutazzjoni tar-riskju fuq skala sħiħa li jkopri l-oqsma kollha tal-ħidma tal-aġenziji, il-proċessi operattivi u amministrattivi; jinnota wkoll li l-Aġenzija rieżaminat il-kontrolli fis-seħħ u identifikat oqsma li kienu jeħtieġu monitoraġġ;

Kummenti oħra

10.

Jinnota, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li saru negozjati intensi fl-2020 fir-rigward tas-sħubija futura tar-Renju Unit u tal-Unjoni fl-Aġenzija, inkluż fil-qasam nukleari ċivili; jinnota li fl-24 ta’ Diċembru 2020 l-Unjoni u r-Renju Unit iffirmaw il-Ftehim Euratom, li jipprovdi kooperazzjoni wiesgħa dwar l-użi sikuri u paċifiċi tal-enerġija nukleari, mirfuda minn impenji miż-żewġ naħat biex jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ standards tas-sikurezza nukleari; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta dwar żviluppi f’dan ir-rigward;

11.

Jitlob lill-Aġenzija, fir-rigward ta’ segwitu għall-osservazzjonijiet tal-awtorità ta’ kwittanza fl-2019, tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha mal-pubbliku ġenerali, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-media soċjali u permezz ta’ strumenti oħra tal-media;

12.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/374


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1793 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0092/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0121/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/375


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1794 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0097/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2022),

 

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/377


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1795 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (il-''Fondazzjoni'') għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2022),

A.

billi, skont ir-rapport tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 21 395 000, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,44 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti") iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,91 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,07 % meta mqabbla ma' dik tal-2019; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,44 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,48 % meta mqabbla ma' dik tal-2019;

2.

Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni tinsab fil-proċess li timplimenta azzjonijiet b'reazzjoni għaż-żewġ osservazzjonijiet tal-Qorti tal-2019; jinnota bi tħassib il-bidliet fl-ishma tat-titoli baġitarji prinċipalment minħabba ż-żieda fil-prezzijiet fil-pajjiż ospitanti u jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja jieħdu miżuri adegwati sabiex jippreservaw is-sehem tal-infiq operattiv tal-baġit tal-Fondazzjoni;

Prestazzjoni

3.

Jinnota li l-Fondazzjoni tuża erba' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs), inklużi fis-sistema ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha li, flimkien mal-KPIs jikkonsistu minn "metriċi" (indikaturi oħra għal proċessi operattivi) kif ukoll valutazzjoni u evalwazzjoni kwalitattivi, biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

4.

Jirrikonoxxi l-fatt li t-twassil tal-eżiti tal-programm ta' ħidma ppjanat għall-2020 laħaq livell ta' 98 %, filwaqt li fl-2020 inkisbu 45 minn 46 riżultat mistenni;

5.

Jinnota li fl-2020 il-Fondazzjoni żiedet il-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni tagħha mal-partijiet ikkonċernati ewlenin u ġew organizzati aktar minn 10 webinars ma' sħab bħall-Kummissjoni, il-Parlament, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u Aġenziji oħra tal-UE; jinnota li l-Fondazzjoni għandha kollaborazzjoni kontinwa mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA); jinnota li fl-2020, il-Fondazzjoni u s-Cedefop komplew jikkooperaw fl-istħarriġ tal-kumpaniji Ewropej, li twettaq b'mod konġunt bejn l-2018 u l-2019, u li t-tixrid tal-attivitajiet ġie organizzat b'mod konġunt mal-Istitut tal-Ekonomija tax-Xogħol (IZA); jinnota li l-Fondazzjoni hija fornitur ewlieni tad-data għall-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jsir skambju regolari ta' informazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; jinnota, barra minn hekk, li l-Fondazzjoni qed tfittex li tistabbilixxi memorandum ta' qbil mal-ELA u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA); jilqa' l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien tal-Fondazzjoni bħala eżempju tajjeb għal aġenziji u korpi oħra; jinnota li din il-kollaborazzjoni tippromwovi l-ħolqien ta' sinerġiji u tgħin biex jiġi evitat trikkib;

6.

Jistieden lill-Fondazzjoni tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha, iżżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

7.

Jinnota li, matul l-2020, kuntrattur estern tal-evalwazzjoni wettaq evalwazzjoni regolari ta' erba' snin tan-Network tal-Korrispondenti tal-Eurofound, immexxi minn kumitat ta' tmexxija ad hoc b'rappreżentanti mill-erba' gruppi kollha tal-bord tat-tmexxija u li saru diversi rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari dwar l-iżvilupp ta' loġika ta' intervent għan-Network tal-Korrispondenti tal-Eurofound u l-iżvilupp ta' pjan direzzjonali għan-Network tal-Korrispondenti tal-Eurofound;

8.

Japprezza l-ħidma ta' kwalità għolja tal-Fondazzjoni fit-titjib u t-tixrid tal-għarfien u fl-għoti ta' għarfien espert ibbażat fuq l-evidenza biex jappoġġa l-iżvilupp tal-politika Ewropea rigward it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, is-swieq tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali fl-Unjoni;

9.

Jisħaq fuq l-importanza, l-awtonomija u l-valur miżjud tal-Fondazzjoni fil-qasam ta' kompetenza tagħha;

10.

Jemmen li l-Fondazzjoni jista' jkollha rwol kruċjali biex tanalizza aktar iż-żieda fit-telexogħol u l-impatti relatati fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-kwalità tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-valutazzjoni tar-reazzjonijiet ta' politika possibbli; jilqa' l-programm ta' ħidma tal-Fondazzjoni li janalizza l-għażliet ta' politika li jtejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-relazzjonijiet industrijali, l-impjieg u l-kondizzjonijiet tal-għajxien;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Fondazzjoni tkompli timplimenta l-programm ta' ħidma tagħha b'rata għolja ħafna ta' tlestija tal-attivitajiet, inkluż fid-dawl tal-isfidi sinifikanti rigward fost l-oħrajn id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel u l-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni li jmiss dwar il-kura;

12.

Jirrikonoxxi b'ċertu ammont ta' sodisfazzjon, l-adattament b'suċċess tal-Fondazzjoni għall-kundizzjonijiet diffiċli maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 u l-għarfien u l-analiżi siewja pprovduti lil dawk li jfasslu l-politika u lill-partijiet ikkonċernati dwar il-bidliet li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 fid-dinja tax-xogħol u fil-kwalità tal-ħajja usa' (jiġifieri t-telexogħol, ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali, iż-żieda fl-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u d-differenzi interġenerazzjonali, in-nuqqas ta' ħaddiema, il-kura fit-tul, ir-relazzjonijiet industrijali, eċċ.); jinnota wkoll l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-ħidma tal-Fondazzjoni, bil-ħidma fuq il-post ippjanata għas-seba' Stħarriġ Ewropew dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol mibdula b'mod sinifikanti, li jfixkel il-potenzjal ta' analiżi tat-tendenzi tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fuq aktar minn 20 sena;

13.

Jilqa' l-ħidma tal-Fondazzjoni biex tanalizza l-impatt li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19 fuq il-ħajja u fuq ix-xogħol fl-Unjoni permezz tal-istħarriġ elettroniku tagħha "Living, working and COVID-19" (L-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19) u tirrapporta dwar "l-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ fl-UE";

14.

Japprezza l-appoġġ li l-Fondazzjoni tagħti lit-trade unions, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, il-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-kooperazzjoni tagħha ma' aġenziji oħra tal-Unjoni li jaħdmu fil-qasam tal-impjieg, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni fil-qasam ta' kompetenza tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL);

15.

Jilqa' l-impenn tal-Fondazzjoni għar-riċerka u l-analiżi fil-qasam tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u jemmen li fil-programmi ta' ħidma futuri tagħha hija għandha tivvaluta u tanalizza l-għażla ta' politika dwar l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi;

16.

Japprezza, filwaqt li jenfasizza l-importanza li l-Fondazzjoni tibqa' indipendenti mill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, il-kooperazzjoni mill-qrib tal-Fondazzjoni mad-DĠ EMPL u l-aġenziji rilevanti kollha tal-Unjoni bħal ma huma s-Cedefop, l-EIGE, l-ETF, l-FRA, l-EU-OSHA u l-EEA, bil-għan li ssaħħaħ is-sinerġiji bejn dawk l-aġenziji; jilqa' l-parteċipazzjoni attiva tal-Fondazzjoni fin-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN);

Politika dwar il-persunal

17.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020 it-tabella tal-persunal kienet 95 % eżegwita, bil-ħatra ta' 11-il uffiċjal u ta' 76 aġent temporanju maħtura mill-91 awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 91 post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota, barra minn hekk, li fl-2019 11-il aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Fondazzjoni;

18.

Jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġment superjuri b'erba' rġiel (44,4 %) u ħames nisa (55,56 %), fost il-membri tal-bord tat-tmexxija b'49 raġel (60,5 %) u 32 mara (39,5 %), u fost il-persunal ġenerali b'41 raġel (41,4 %) u 58 mara (58,6 %);

19.

Jinnota li l-Fondazzjoni adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li fl-2020, tliet membri tal-persunal irċevew taħriġ bħala konsulenti kunfidenzjali kif ukoll bħala koordinatur; jieħu nota tal-fatt li fl-2020 membru tal-persunal wieħed għamel allegazzjoni ta' fastidju u l-każ ġie investigat u ngħalaq fl-2021; jinnota li każ wieħed ta' fastidju tressaq quddiem il-Qorti (T-630/19) b'sentenza mogħtija fit-8 ta' Settembru 2021 u l-azzjoni meħuda kontra l-Fondazzjoni ġiet miċħuda fl-intier tagħha, filwaqt li r-rikorrent għandu jħallas l-ispejjeż;

20.

Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

Akkwist

21.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li f'Ġunju 2019 il-Fondazzjoni kkonkludiet kuntratt qafas għal ammont massimu ta' EUR 170 000 għall-provvista tal-elettriku abbażi ta' proċedura ta' akkwist negozjata ma' kandidat wieħed, mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' eżenzjoni mill-avviż tal-kuntratt; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-kuntrattur huwa fornitur tal-bejgħ bl-imnut, bil-provvista tal-elettriku mhux ikkwotat u mixtri f'suq tal-komoditajiet, u li għalhekk l-eċċezzjoni ta' proċedura ta' akkwist negozjata kif segwita mill-Fondazzjoni mhijiex applikabbli; jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-kuntratti relatati u l-pagamenti assoċjati ta' EUR 20 255 huma irregolari; jinnota mit-tweġiba tal-Fondazzjoni li hija taċċetta l-osservazzjoni u li tnediet offerta ġdida fil-bidu tal-2021;

22.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li f'Ottubru 2019 il-Fondazzjoni varat proċedura nnegozjata ta' akkwist, b'baġit stmat ta' EUR 140 000, għal kuntratt qafas għar-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet sanitarji tagħha u l-uniku offerent intgħażel b'valur tal-kuntratt ta' EUR 176 800 (23 % aktar mil-limitu stabbilit għal proċedura miftuħa) (2) u filwaqt li l-eċċezzjoni tal-proċedura nnegozjata ta' akkwist kienet awtorizzata b'mod xieraq mill-Fondazzjoni, jibqa' l-fatt li kellha tintuża proċedura miftuħa; jinnota li l-Fondazzjoni aċċettat il-pożizzjoni tal-Qorti iżda kkonkludiet li ripetizzjoni tas-sejħa għall-offerti, permezz tal-proċedura miftuħa minflok il-proċedura nnegozjata ma kinitx twassal għal eżitu aktar ekonomikament vantaġġuż;

23.

Jinnota li l-Fondazzjoni introduċiet l-akkwist elettroniku u li l-modulu tas-sottomissjoni elettronika ilu jopera minn nofs l-2019; jinnota li fl-2020 il-Fondazzjoni żviluppat sett ta' linji gwida biex tiddeskrivi kriterji ambjentali ċari u verifikabbli għall-prodotti u s-servizzi fil-proċess tal-akkwist pubbliku u li ssieħbet fil-kuntratt qafas interistituzzjonali għall-Helpdesk dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-Kummissjoni Ewropea;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

24.

Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Fondazzjoni u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li mhux is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord tat-tmexxija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Fondazzjoni;

25.

Jinnota li l-Fondazzjoni aġġornat ir-regoli tagħha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, li ġew adottati mill-bord tat-tmexxija fl-2020 u li d-dikjarazzjonijiet tal-membri tal-bord tat-tmexxija jiġu vvalutati u rieżaminati mill-Bord ta' rieżami tal-kunflitti ta' interess f'isem il-bord abbażi ta' lista ċara ta' kriterji u prinċipji; jinnota li l-ebda dikjarazzjoni ta' kunflitt ta' interess esterna jew minn membru tal-Bord ma tat lok biex titnieda valutazzjoni dettaljata tal-interessi ddikjarati matul l-2020;

Kontroll intern

26.

Jinnota li fl-2020, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika, wara l-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li twettqet fl-2019 bħala parti mit-tħejjija tal-pjan ta' awditjar strateġiku tal-IAS għall-2020-2022; jinnota li l-Fondazzjoni trid tfassal pjan ta' azzjoni b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

27.

Jinnota li fl-2020 il-Fondazzjoni aġixxiet fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha pprovduti fl-awditu tal-prestazzjoni dwar "il-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi" li twettaq fl-2018 mill-IAS;

28.

Jinnota li fl-2020 il-Fondazzjoni wettqet valutazzjoni tar-riskju ta' frodi, filwaqt li l-konklużjonijiet ewlenin tagħha ġew inkorporati fl-istrateġija l-ġdida tal-Fondazzjoni kontra l-frodi, adottata f'Novembru 2020; jinnota li l-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi tiffoka fuq il-bini ta' kultura kontra l-frodi permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u konnessjoni bejn il-kontrolli interni u l-prevenzjoni tal-frodi;

29.

Jinnota li l-Fondazzjoni wettqet valutazzjoni tas-sistema ta' kontroll intern tagħha, u kkonkludiet li l-implimentazzjoni tal-ħames komponenti u l-prinċipji tal-kontroll intern assoċjati tagħhom hija inkorporata biżżejjed fil-kultura, fil-proċessi u fl-attivitajiet ta' kontroll tal-Fondazzjoni; jinnota li madankollu, ġew imsaħħa diversi elementi tas-sistema ta' kontroll intern, b'mod partikolari li l-monitoraġġ kontinwu ssaħħaħ bi stħarriġ ġdid dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati u bi stħarriġ dwar is-sensibilizzazzjoni fil-qasam tal-frodi, li jippermetti li jiġu identifikati nuqqasijiet potenzjali fi stadju bikri; jilqa' l-isforzi tal-Fondazzjoni f'dan ir-rigward;

30.

Jinnota li l-Qorti rrappurtat dgħufijiet fil-kontroll intern fir-rigward ta' "funzjonijiet sensittivi" u kontrolli ta' mitigazzjoni relatati, filwaqt li sabet l-inventarju ta' karigi sensittivi skadut u li m'għadux jirrifletti l-organizzazzjoni interna attwali tal-Fondazzjoni; madanakollu, jinsab sodisfatt li politika ġdida dwar karigi sensittivi ġiet iffinalizzata fit-23 ta' Ġunju 2021 wara l-awditu tal-Qorti li kienet riflessa fir-rapport finali tal-Qorti;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

31.

Jinnota li fl-2020 l-operazzjonijiet tal-Fondazzjoni inizjalment kienu affettwati sew mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Fondazzjoni adattat malajr għat-telexogħol u żviluppat u nediet l-ewwel stħarriġ online tagħha li qatt twettaq, bażi ta' data ġdida u varjetà ta' eżiti emendati ta' riċerka u komunikazzjoni; jinnota li l-Fondazzjoni żviluppat l-"Istħarriġ elettroniku - l-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19" biex tkopri l-implikazzjonijiet tal-pandemija għan-nies madwar l-Ewropa u permezz ta' dan kienet waħda mill-ewwel istituzzjonijiet, aġenziji u korpi Ewropej li pprovdiet data ġdida dwar il-pandemija; jinnota li l-Fondazzjoni stabbiliet ukoll il-bażi ta' data PolicyWatch tal-UE għall-COVID-19; jinnota li l-avvenimenti li suppost kellhom jiġu organizzati bi preżenza fiżika matul l-2020 inbidlu f'webinars u li l-qlib minn reġistrazzjonijiet għal attendenza effettiva kienet bejn 30 % u 50 % - il-Fondazzjoni tirrapporta li dan kien ogħla mill-medja tal-industrija;

Kummenti oħra

32.

Jinnota li fl-2020 il-Fondazzjoni rat żieda fit-theddid ċibernetiku u żiedet il-frekwenza ta' aġġornamenti proattivi tas-sigurtà tas-sistema u valutazzjoni tar-riskju; jinnota l-kollaborazzjoni mas-CERT-EU u mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni biex tiżdied il-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar l-intelligence tat-theddid ċibernetiku; jinnota li l-Fondazzjoni espandiet il-protezzjoni tagħha tad-data, permezz ta' servizzi ta' backup ta' cloud mhux fuq il-post u li qed tiġi abbozzata politika komprensiva dwar is-sigurtà ċibernetika; jistieden lill-Fondazzjoni żżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar il-politika taċ-ċibersigurtà u l-implikazzjonijiet għall-Fondazzjoni;

33.

Jinnota li f'Settembru 2020, il-Fondazzjoni ffirmat inizjattiva tal-Parlament li tipprovdi Helpdesk dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għal assistenza fl-akkwist sostenibbli;

34.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Fondazzjoni f'termini ta' operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Fondazzjoni tibqa' tkun proattiva f'dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

35.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 107, 31.3.2020, p. 8.

(2)  L-Artikolu 175(1) tar-Regolament Finanzjarju – ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) li jistabbilixxi l-limitu ta' EUR 144 000 għall-kuntratti pubbliċi ta' provvisti u ta' servizzi.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/382


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1796 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0097/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0109/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Ir-Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/384


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1797 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li tiċċertifika (2) l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0098/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/385


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1798 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 41 700 000, li jirrappreżenta żieda ta' 7,05 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li għandha fil-pussess tagħha aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,11 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 58,07 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 5,54 % meta mqabbla mal-2019;

Prestazzjoni

2.

Jisħaq fuq ir-rwol essenzjali li għandha l-Aġenzija fl-appoġġjar u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità organizzata transfruntiera;

3.

Jissottolinja ż-żieda kontinwa fl-għadd totali ta' każijiet appoġġjati mill-Aġenzija f'dawn l-aħħar ħames snin u jenfasizza x-xejra reċenti ta' każijiet riferuti lill-Aġenzija li qed isiru dejjem aktar kumplessi b'mod li jeħtieġu appoġġ fuq perjodi ta’ żmien itwal;

4.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija varat Grupp Fokus ta' Prosekuturi u Mħallfin Inkwirenti li Jiġġieldu l-Faċilitazzjoni ta' Immigrazzjoni Illegali, li jiġbor flimkien prattikanti speċjalizzati fil-qasam u l-atturi kollha fil-katina tas-sigurtà u l-ġustizzja kriminali biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali;

5.

Jilqa' l-kooperazzjoni operazzjonali futura mal-Frontex; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar in-negozjati ta' ftehim operazzjonali li jirregola r-relazzjoni futura bejn il-Frontex u l-Aġenzija;

6.

Jilqa' l-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-eu-LISA fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2019/816 (2);

7.

Jinnota li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħan-numri ta' rapporti/analiżijiet li jappoġġjaw direttament il-każijiet, in-numru ta' riferimenti ta' każijiet mill-Istati Membri u l-adozzjoni ta' arranġamenti ta' ħidma xierqa mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) fi kwistjonijiet operattivi; jinnota li l-Aġenzija ddefiniet 50 KPI fil-pjan ta' ħidma annwali tagħha għall-2020, tnaqqis ta' 44 % meta mqabbel mal-pjan ta' ħidma annwali għall-2019; jinnota li, minbarra l-KPIs affettwati mill-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija kisbet il-miri għal 22 minn 30 KPI (73 % miksuba meta mqabbla ma' 71 % fl-2019);

8.

Jinnota li l-appoġġ tal-Aġenzija lill-Istati Membri, lin-Norveġja u lill-Iżlanda, f'kollaborazzjoni mal-Kunsill u man-Network Ġudizzjarju Ewropew, kellu rwol importanti fil-ġbir u fit-tixrid ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet prattiċi u legali li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li f'April 2020, l-Aġenzija ppubblikat linji gwida dwar l-appoġġ operattiv matul il-pandemija tal-COVID-19, li fihom il-miżuri ta' kontinġenza tal-operat implimentati biex tiġi żgurata assistenza operattiva kontinwa lill-uffiċċji nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali;

9.

Jinnota li l-Aġenzija kompliet issaħħaħ il-kooperazzjoni operattiva u ż-żieda fir-riferimenti ta' każijiet mill-prosekuturi ta' kollegament, li rriżultaw f'291 każ ġdid fl-2020 u li jirrappreżentaw żieda ta' 17 % meta mqabbla mal-2019; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija saħħet il-kooperazzjoni operattiva mas-sħab tagħha u mal-pajjiżi terzi bil-ħatra ta' prosekuturi ta' kollegament mis-Serbja, mill-Georgia u mill-Albanija, u permezz ta' żieda ta' 4 % fin-numru ta' każijiet komuni; jinnota b'mod pożittiv li n-network tal-punti ta' kuntatt tal-Aġenzija żdied għal 55 pajjiż bil-parteċipazzjoni tal-Użbekistan, tas-Sri Lanka, tal-Messiku u tal-Kosovo; jinnota bi pjaċir li l-Aġenzija żiedet il-kooperazzjoni tagħha dwar kwistjonijiet kriminali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab tan-Nofsinhar tagħha (l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina u t-Tuneżija) billi ospitat il-fażi l-ġdida tal-Programm tal-Ġustizzja tal-EUROMED;

10.

Jinnota li fl-2020, prosekuturi minn madwar l-Unjoni u lil hinn minnha rrikorrew għand l-Aġenzija għall-assistenza fi 8 799 investigazzjoni kriminali transfruntiera, żieda ta' 13 % meta mqabbla mal-2019, u li 4 200 kienu każijiet ġodda li nfetħu matul l-2020 li minnhom 164 kienu relatati mal-pandemija tal-COVID-19; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija pprovdiet appoġġ legali, finanzjarju u operattiv lil 268 skwadra ta' investigazzjoni konġunta fl-2020 u ffaċilitat l-eżekuzzjoni ta' 1 284 Mandat ta' Arrest Ewropew;

11.

Jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija pparteċipat b'mod attiv fil-laqgħat u l-attivitajiet relatati tal-Kumitat Permanenti għall-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna, u espandiet ir-riżultati tagħha f'oqsma prijoritarji tal-kriminalità; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tejbet il-kooperazzjoni strateġika tagħha mas-sħab fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja permezz ta' kollaborazzjoni b'saħħitha mal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI), billi ppresediet in-network tal-aġenziji tal-ĠAI u kompliet tesplora sinerġiji man-networks ġudizzjarji;

12.

Jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Unjoni u mas-sħab internazzjonali, inklużi l-Kummissjoni u l-OLAF u aġenziji oħra tal-ĠAI; jaċċentwa l-progress fil-kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija u l-UPPE u jilqa' n-negozjar tal-ftehim ta' ħidma biex dan jirregola r-relazzjonijiet futuri tagħhom; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Aġenzija fil-Pjattaforma tal-UE għad-Drittijiet tal-Vittmi;

Politika dwar il-persunal

13.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, kien ġie implimentat 99 % tat-tabella tal-persunal, u nħatru 204 aġenti temporanji mit-total ta' 207 aġenti temporanji awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-208 postijiet tax-xogħol awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 16,2-il aġent kuntrattwali (meta mqabbla mas-16-il post awtorizzati fl-2020) u 16,5 minn 21 espert nazzjonali sekondat ekwivalenti ta' ingaġġ full-time (FTE) ħadmu għall-Aġenzija fl-2020;

14.

Jenfasizza l-importanza li l-Aġenzija jkollha għad-dispożizzjoni tagħha riżorsi umani u ekonomiċi xierqa, mhux l-inqas fid-dawl taż-żieda fl-attivitajiet tagħha;

15.

Jilqa' l-bilanċ milħuq bejn il-ġeneri fi ħdan l-Aġenzija għall-2020 b'5 irġiel u 5 nisa fil-maniġment superjuri u medju, u jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri bi 17-il raġel (65,4 %) u 9 nisa (34,6 %) fil-bord eżekuttiv tal-Aġenzija, u li l-persunal b'mod ġenerali huwa magħmul minn 71 raġel (32 %) u 152 mara (68 %); jitlob lill-Aġenzija tiżgura li fil-futur ikun hemm bilanċ bejn il-ġeneri fil-livell tal-persunal; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom għall-bord eżekuttiv tal-Aġenzija;

16.

Jinnota b'apprezzament il-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tipprevjeni l-fastidju; jilqa' l-fatt li fl-2020, l-Aġenzija offriet taħriġ ta' aġġornament dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali lill-persunal kollu u taħriġ addizzjonali dwar il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ġie pprovdut lill-konsulenti u lill-maniġers kunfidenzjali;

17.

Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija inizjalment irrapportat li kellha żewġ każijiet pendenti ta' allegat fastidju fl-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija kkoreġiet din iċ-ċifra, peress li wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet oriġina fl-2018, meta membru tal-persunal ippreżenta talba għal assistenza li allegat fastidju minn superjur ġerarkiku dirett tal-uffiċjal, li wasslet għal inkjesta amministrattiva li kkonkludiet li t-talba nstabet li ma kinitx issostanzjata u li l-investigazzjoni ngħalqet f'Marzu 2019; jinnota li l-membri tal-persunal involuti fil-każ tpoġġew f'entitajiet organizzattivi differenti u li ma ttieħdet l-ebda azzjoni ulterjuri, bid-deċiżjoni li l-inkjesta tiġi rrifjutata, u li l-każ jingħalaq f'Novembru 2020; jinnota li t-tieni każ ingħata bidu fl-2019 fir-rigward ta' maniġer ieħor, li l-każ ingħalaq f'Novembru 2020 mingħajr ebda azzjoni ulterjuri meħtieġa, u li ġie ppreżentat appell mill-ilmentatur fi Frar 2021 kontra d-deċiżjoni li jingħalaq il-każ;

18.

Jinnota li l-Aġenzija rreklutat 16-il aġent temporanju u kuntrattwali fl-2020 permezz ta' proċeduri ta' reklutaġġ esterni; jinnota li kien hemm ħatriet biex jikkumpensaw għall-effetti ta' xogħol part-time li bħala medja kien ta' 3,9 FTE matul is-sena, f'konformità mal-Artikolu 38(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715 (3); jilqa' l-użu ta' din il-possibbiltà mill-Aġenzija biex takkomoda xogħol part-time għall-persunal tagħha;

Akkwist

19.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, instabu għadd ta' nuqqasijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku awditjati tal-Aġenzija; jinnota li f'każ partikolari, li fih l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ma' operatur ekonomiku wieħed, il-Qorti kkonkludiet li l-użu ta' dan it-tip ta' kuntratt qafas ma kienx xieraq għan-natura tas-servizzi meħtieġa (il-kiri ta' vetturi), peress li s-suq relatat huwa soġġett għal fluttwazzjoni frekwenti fil-prezz; jirrikonoxxi l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Aġenzija għandha tuża kuntratt qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni sabiex tiżgura li s-servizzi meħtieġa jkunu ġew akkwistati bl-aktar mod ekonomiku possibbli; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija għal din l-osservazzjoni u l-impenn tagħha li tħejji dokumentazzjoni ex ante aktar robusta bl-għan li tiċċara għaliex ġiet segwita ċerta proċedura ta' akkwist; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tindirizza dawn id-dgħufijiet fil-futur;

20.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'każ ieħor, l-Aġenzija ffirmat kuntratt speċifiku li fih l-ipprezzar ddevjat mil-listi tal-prezzijiet mehmuża mal-kuntratt qafas oriġinali għall-forensika diġitali u r-rispons għall-inċidenti; jinnota li l-Aġenzija approvat il-fattura u għamlet il-ħlas lill-kuntrattur mingħajr ma nnotat id-diskrepanza fir-rata tal-ipprezzar fis-siegħa u li dan wera li ma sar l-ebda kontroll dwar jekk il-kuntratt speċifiku u l-ammont fatturat kinux jikkorrispondu mat-termini reali tal-ftehim dwar il-livell ta' servizz; jinnota li l-Qorti tqis l-ammont żejjed imħallas (EUR 3 600) bħala irregolari; jistieden lill-Aġenzija tevalwa din id-dgħufija fil-kontroll u teskludi li ma hemm l-ebda kwistjoni sistemika fil-proċeduri ta' pagament tagħha u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-azzjonijiet meħuda;

21.

Jinnota, fir-rigward tal-proċeduri tal-akkwist li, matul l-2020, ġew iffirmati 31 kuntratt għal valur totali ta' EUR 8 265 812; jinnota wkoll li l-Aġenzija għandha l-għan li tħaddan l-akkwist ekoloġiku fil-proċeduri tal-offerti kollha tagħha;

22.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija implimentat l-osservazzjoni tal-Qorti mill-2018 dwar l-użu, meqjus mhux iġġustifikat, ta' proċedura nnegozjata ta' akkwist pubbliku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u trasparenza

23.

Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota li l-Bord Eżekuttiv adotta d-Deċiżjoni 2020-07 tal-15 ta' Ġunju 2020 dwar l-istrateġija aġġornata ta' kontra l-frodi li tissottolinja l-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli interni tal-Aġenzija dwar l-etika u, dwar il-kunflitti ta' interess; jinnota li l-linji gwida tal-Aġenzija dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġew emendati mill-Kulleġġ tal-Aġenzija f'Jannar 2019 u li r-rieżami ta' dawk il-linji gwida għadu għaddej; jinnota li l-Kodiċi ta' Etika għall-membri tal-Kulleġġ u tal-Bord Eżekuttiv ġie adottat bid-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 2020-09 tal-15 ta' Diċembru 2020;

24.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li s-CVs tal-maniġment superjuri, tal-esperti esterni u tal-esperti interni tal-Aġenzija mhumiex ippubblikati fuq is-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija tippubblika dawn is-CVs immedjatament; jinnota li l-Aġenzija adottat proċedura operattiva standard aġġornata dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess bid-Deċiżjoni AD 2020-44 tad-direttur amministrattiv u li ma ġie rrapportat l-ebda kunflitt ta' interess fl-2020;

25.

Jinnota li, f'konformità mal-Artikolu 16(3)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1727 (4), fil-15 ta' Ġunju 2020 il-Bord Eżekuttiv adotta strateġija kontra l-frodi li tinkludi pjan ta' azzjoni għall-2020, li jaġġorna l-pjan ta' azzjoni preċedenti tas-6 ta' Novembru 2018; jilqa' l-fatt li l-aġġornament tal-istrateġija kontra l-frodi ġie kkomunikat lil dawk kollha li kellhom ċerti karigi, u huwa aċċessibbli flimkien ma' materjali oħra kontra l-frodi permezz tal-portal kontra l-frodi fuq l-intranet tal-Aġenzija;

26.

Jistieden lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiżgura l-konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar it-trasparenza kif ukoll mad-drittijiet fundamentali u mal-istandards tal-protezzjoni tad-data;

Kontroll intern

27.

Jilqa' l-valutazzjoni tal-Aġenzija tas-sistema ta' kontroll intern tagħha, li kkonkludiet li l-prinċipji u l-komponenti kollha tal-kontroll intern huma implimentati u jaħdmu b'mod effettiv; jistieden lill-Aġenzija tirrifletti sew is-sejbiet tal-Qorti fil-valutazzjoni annwali tagħha, b'mod partikolari l-osservazzjoni relatata man-nuqqas ta' kontrolli ex ante fuq il-prezzijiet miftiehma fil-kuntratti u r-rati fatturati li potenzjalment jikkonċernaw kwistjoni sistemika;

28.

Jinnota li, fil-bidu tal-2020, l-Aġenzija kellha disa' rakkomandazzjonijiet miftuħa li jirriżultaw mill-inkarigu tal-awditjar mis-Servizz tal-Awditjar Intern, tnejn relatati mal-ġestjoni bbażata fuq l-attività li tirriżulta mill-awditu dwar il-monitoraġġ u r-rapportar/il-bini ta' elementi ta' aċċertament mwettqa fl-2016, u sebgħa li jirriżultaw mill-awditu tal-2019 dwar il-kooperazzjoni mal-Europol; jinnota li l-Aġenzija kisbet progress sinifikanti fl-2020 bl-implimentazzjoni taż-żewġ rakkomandazzjonijiet pendenti mill-2016, flimkien ma' ħamsa mis-seba' rakkomandazzjonijiet li rriżultaw mill-awditjar dwar il-kooperazzjoni mal-Europol; jistieden lill-Aġenzija tikkonkludi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha;

29.

Jinnota li r-rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-qafas legali l-ġdid tal-Eurojust kopra aspetti relatati mal-miżuri ta' ppjanar, governanza, ġestjoni tar-riskju u konformità ġenerali adottati mill-Aġenzija għar-Regolamenti (UE) 2018/1727 u (UE) 2017/1939 adottati reċentement (5); jinnota li l-istħarriġ preliminari sar permezz ta' laqgħat online f'Ġunju 2020, segwit minn ħidma fuq il-post f'Settembru 2020; jinnota li r-rapport tal-awditjar kien jinkludi żewġ rakkomandazzjonijiet; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ppreżentat il-pjan ta' azzjoni tagħha dwar iż-żewġ rakkomandazzjonijiet fi Frar 2021 u jħeġġeġ lill-Aġenzija timplimenta l-azzjonijiet miftiehma;

30.

Jinnota li r-rieżami limitat dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern il-ġdid fl-Aġenzija beda f'April 2020 u l-ħidma fuq il-post għar-rieżami limitat saret fi Frar 2021; jinnota li fl-2020 l-Aġenzija pprovdiet ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi interni u esterni ewlenin li jista' jkollhom impatt fuq il-ħidma tagħha;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

31.

Jinnota li l-Aġenzija rrispondiet għall-pandemija tal-COVID-19 billi attivat il-pjan ta' kontinwità tal-operat tagħha, li ġie ffurmat tim ta' kontinwità tal-operat, u li, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tat-tim, id-direttur amministrattiv adotta miżuri biex jiġi miġġieled l-impatt potenzjali tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-persunal u l-proċessi operattivi tal-Aġenzija; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Aġenzija żammet kontinwità operattiva sħiħa matul il-kriżi tal-COVID-19; jaċċentwa r-rwol ta' koordinazzjoni li l-Aġenzija kellha fil-ġbir u fil-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-kwistjonijiet prattiċi u legali ewlenin li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, kif ukoll li tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri nazzjonali meħuda f'dan il-kuntest; jinnota li l-membri tal-persunal kienu mistennija li jaħdmu bit-telexogħol sakemm l-impjieg tagħhom ma kienx jirrikjedi preżenza fiżika fil-bini tal-Aġenzija u li l-Aġenzija ħeġġet approċċ flessibbli għall-organizzazzjoni tax-xogħol, filwaqt li qieset il-ħtiġijiet diverġenti tal-persunal; jinnota li l-kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data ġew ikkunsidrati fil-valutazzjoni tal-għodod tal-IT u li ġie introdott software għat-telexogħol u vidjokonferenzi siguri;

Kummenti oħra

32.

Jitlob li l-binjiet jiġu mmodernizzati sabiex jissodisfaw l-istandards ta' emissjonijiet żero, b'mod partikolari billi jiġu installati pannelli solari fuq il-binjiet kollha li jappartjenu lill-Aġenzija;

33.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija stabbiliet tim iddedikat għall-monitoraġġ tar-reġistri tas-sigurtà u għar-rispons għal inċidenti potenzjali taċ-ċibersigurtà, u li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju għas-soluzzjonijiet ġodda kollha tal-ICT, kemm fuq il-post kif ukoll dawk ospitati esternament, u li saru testijiet ta' penetrazzjoni għas-sistemi l-ġodda kollha (fuq il-post) esposti għall-internet; jinnota li l-Aġenzija għandha sett ta' regoli speċifiċi, allinjati mad-Deċiżjoni 2013/488/UE (6) u għandha wkoll sensiela ta' politiki u proċeduri addizzjonali għall-protezzjoni ta' informazzjoni mhux ikklassifikata u ta' apparati li jipproċessaw tali informazzjoni; jilqa' l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija fir-rigward taċ-ċibersigurtà tagħha, speċjalment fid-dawl tal-informazzjoni sensittiva pproċessata mill-Aġenzija, u jistieden lill-Aġenzija żżomm il-protezzjoni tagħha mit-theddid ċibernetiku f'livell xieraq, filwaqt li tqis ir-riskji identifikati;

34.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija qed tieħu sehem fil-programm ta' ġustizzja kriminali diġitali, u qed tfittex rwol ewlieni fil-programm għad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva ġudizzjarja fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni u fl-Istati Membri;

35.

Jinnota b'apprezzament li l-Aġenzija saħħet il-kapaċitajiet tagħha ta' komunikazzjoni esterna billi niedet websajt ġdida, billi kkonsolidat il-preżenza tagħha fuq il-pjattaformi vidjow tal-media soċjali u billi organizzat jum virtwali għall-pubbliku;

36.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 179, 10.5.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(7)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/390


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1799 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li tiċċertifika (2) l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0098/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0102/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) għas-sena finanzjarja 2020

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/391


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1800 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0099/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/393


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1801 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2020 kien ta' EUR 158 619 073, u dan jirrappreżenta żieda ta' 12,00 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,44 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,02 % meta mqabbla mal-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,09 %, li tindika tnaqqis ta' 1,52 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ħallset 33 % tal-pagamenti tagħha tard u, b'konsegwenza ta' dan, ħallset imgħax li jammonta għal EUR 12 000; jinnota li l-Qorti osservat livelli simili ta' dewmien fl-2019, fl-2018 u fl-2017, u dan jesponi lill-Aġenzija għal riskji finanzjarji u reputazzjonali; ifakkar li r-Regolament Finanzjarju jiddikjara li l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jridu jagħmlu l-pagamenti fl-iskedi ta' żmien preskritti, u li l-Qorti tinnota li l-Aġenzija naqset milli tagħmel dan; jinnota li, fit-tweġiba tagħha għall-osservazzjoni tal-Qorti, l-Aġenzija semmiet kwistjonijiet ta' persunal, il-pandemija tal-COVID-19 u ammont pendenti ta' fatturi għas-servizzi tal-ivvjaġġar; jinnota li t-tweġiba tal-Aġenzija ma tindirizzax il-karattru strutturali tal-pagamenti tard u jistieden lill-Aġenzija tirrieżamina l-proċess ta' pagament tagħha biex tidentifika fejn joriġina d-dewmien u żżid l-isforzi tagħha ħalli tagħmel il-pagamenti fit-termini preskritti sabiex telimina dawk id-dgħufijiet;

Prestazzjoni

3.

Jissottolinja r-rwol importanti tal-Aġenzija fl-appoġġ għall-investigazzjonijiet kriminali tal-Istati Membri, kif ukoll fil-prevenzjoni, ir-rispons u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità, ir-reati kontra l-interess finanzjarju tal-Unjoni u forom serji u organizzati oħra ta' kriminalità madwar l-Unjoni;

4.

Jenfasizza l-fatt li l-għadd ta' operazzjonijiet żdied minn 1 921 fl-2019 għal 2 315 fl-2020 (żieda ta' 24 %) u li l-laqgħat operattivi ffinanzjati mill-Aġenzija naqsu minn aktar minn 500 fl-2019 għal 280 fl-2020 (tnaqqis ta' 44 %), u dan jissottolinja l-impatt tal-COVID-19 fuq il-ħidma tal-Aġenzija;

5.

Jilqa' l-ħolqien taċ-Ċentru Ewropew għall-Kriminalità Finanzjarja u Ekonomika biex jappoġġja l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali billi jipprovdi assistenza operattiva u strateġika, u l-ħolqien tal-Laboratorju tal-Innovazzjoni tal-Europol;

6.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; jinnota li fl-2020 l-Aġenzija ssimplifikat l-indikaturi fil-programm ta' ħidma tagħha u b'kollox immonitorjat 43 indikatur tal-prestazzjoni korporattiva b'miri individwali stabbiliti għal kull wieħed minnhom, bħall-implimentazzjoni ta' impenji riportati, ir-rati ta' pagament u l-approprjazzjonijiet ta' impenn;

7.

Jinnota li l-Aġenzija tistinka favur kooperazzjoni mill-qrib ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiggarantixxi l-interessi taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà; jinnota li l-Aġenzija kkollaborat mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) fil-kuntest tal-proġett SIRIUS matul l-2020; jinnota li l-esperti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi, nukleari u tal-isplussivi tal-Aġenzija appoġġjaw b'mod attiv lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) b'diversi modi, bħal permezz ta' konferenzi, seminars, webinars u eżerċizzji oħra; jinnota wkoll li l-Aġenzija ffirmat arranġament ta' ħidma mal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) fit-8 ta' Ottubru 2020;

8.

Jinnota li fit-30 ta' April 2019, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) iddeċieda li jiftaħ inkjesta fuq inizjattiva proprja, wara li l-Aġenzija talbet b'mod proattiv il-gwida tiegħu dwar l-użu mill-Aġenzija tal-analitika tal-big data ("kategorizzazzjoni tas-suġġetti tad-data") għal skopijiet ta' analiżi strateġika u operattiva (każ tal-EDPS 2019-0370); jinnota wkoll li, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 (2), mill-1 ta' Mejju 2017 l-EDPS għandu l-kompitu li jissorvelja l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija; jinnota li, fil-kuntest tal-inkjesta tiegħu, l-EDPS widdeb lill-Aġenzija, f'Settembru 2020, fid-dawl tar-riskji għas-suġġetti tad-data minħabba n-nuqqas ta' salvagwardji speċifiċi għall-minimizzazzjoni tad-data għall-analiżi ta' settijiet tad-data kbar; jinnota li l-ħżin kontinwu ta' volumi kbar ta' data bl-ebda kategorizzazzjoni tas-suġġett tad-data, fejn rabta possibbli ma' attività kriminali tista' tiġi stabbilita biss ladarba tibda l-analiżi, jista' jkun ta' riskju għad-drittijiet tal-individwi għall-protezzjoni tad-data; jinnota li l-EDPS kien fi djalogu mal-Aġenzija dwar dik il-kwistjoni, u li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni ddedikat; jinnota li l-pjan ta' azzjoni indirizza t-tħassib tal-EDPS fir-rigward tar-rieżami tad-data meħtieġ għall-ħżin ta' kwantitajiet kbar ta' data ta' individwi mingħajr ebda rabta stabbilita ma' attività kriminali, iżda jenfasizza t-tħassib tal-EDPS li l-qafas legali attwali ma fihx perjodu massimu fir-rigward ta' għal kemm żmien l-Aġenzija tista' tipproċessa tali data; jenfasizza li dan ifisser li l-Aġenzija ħażnet ammonti kbar ta' data dwar individwi mingħajr ebda rabta stabbilita ma' attività kriminali u li l-Aġenzija kienet qed iżżomm dik id-data għal aktar żmien milli meħtieġ, u li dan imur kontra l-prinċipji tal-minimizzazzjoni u l-limitazzjoni tal-ħżin tad-data minquxa fir-Regolament (UE) 2016/794; jinnota d-deċiżjoni tal-EDPS tat-3 ta' Jannar 2022, fejn l-Aġenzija ngħatat 12-il xahar biex tipproċedi bit-tħassir tas-settijiet ta' data li kienu nieqsa mill-kategorizzazzjoni tas-suġġetti tad-data miżmuma fil-jum ta' dik id-deċiżjoni u sitt xhur biex tħassar settijiet ta' data ġodda bħal dawn mid-data tal-wasla; jinnota l-impatt li d-deċiżjoni tal-EDPS se jkollha fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li tanalizza settijiet ta' data kumplessi u kbar b'appoġġ għall-investigazzjonijiet kriminali li għaddejjin dwar reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mandat tal-Aġenzija, peress li l-appoġġ tal-Aġenzija spiss jinvolvi perjodu itwal minn sitt xhur u l-Aġenzija għandha tikkonforma mad-dritt rilevanti tal-Unjoni f'kull ħin;

9.

Jinnota li l-ftehim politiku dwar il-mandat imsaħħaħ tal-Aġenzija li ntlaħaq mill-koleġiżlaturi fi Frar 2022 jindirizza t-tħassib tal-EDPS billi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ipproċessar u l-perjodi ta' ħżin għal settijiet ta' data kbar u kumplessi; jinnota r-rimarki tal-EDPS li l-leġiżlazzjoni l-ġdida li se tirregola l-Aġenzija tippermetti lill-Aġenzija tipproċessa data mingħajr ebda rabta stabbilita ma' attività kriminali; iqis li, minħabba n-natura kumplessa tal-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, l-eċċezzjonijiet debitament ikkunsidrati huma ġġustifikati; jenfasizza li jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn l-operazzjonijiet effettivi tal-pulizija u l-protezzjoni tad-dritt taċ-ċittadini għall-privatezza u li l-ordni mill-EDPS qajmet tħassib dwar jekk l-Aġenzija kinitx qed tilħaq il-bilanċ it-tajjeb; jistieden lill-Aġenzija tqis it-tħassib tal-EDPS billi tagħmel progress rapidu fil-kategorizzazzjoni tas-suġġetti tad-data u tirrispetta l-limiti ta' ħżin stabbiliti legalment, u b'hekk taderixxi mal-prinċipji tal-minimizzazzjoni u l-limitazzjoni tal-ħżin tad-data, filwaqt li tiżgura u tippreserva l-kapaċità operattiva tal-Aġenzija; jistenna li l-Aġenzija tikkonforma mal-obbligu legali tagħha li tipprovdi informazzjoni annwali lill-Parlament dwar l-għadd ta' każijiet li fihom għamlet użu mill-possibilitajiet legali li tipproċessa d-data tal-individwi mingħajr ebda rabta stabbilita ma' attività kriminali, flimkien ma' informazzjoni dwar it-tul ta' żmien u l-eżitu ta' dak l-ipproċessar;

Politika dwar il-persunal

10.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, kienet ġiet eżegwita 93,50 % tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija, u kienu nħatru 575 aġent temporanju minn total ta' 615-il aġent temporanju awtorizzati fl-ambitu tat-tabella tal-persunal, meta mqabbla ma' 591 post tax-xogħol awtorizzati fl-2019; jinnota li, barra minn hekk, fl-2020, 203 aġent kuntrattwali u 53 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija, b'235 aġent kuntrattwali u 71 espert nazzjonali sekondat awtorizzati fl-ambitu tat-tabella tal-persunal; jinnota li l-Aġenzija tiddistingwi bejn erba' kategoriji ta' esperti nazzjonali sekondati, bi tliet kategoriji li ma jkollhom l-ebda spiża jew li jkollhom spejjeż limitati għall-baġit tal-Aġenzija u li jirrappreżentaw 53 persuna oħra, biex b'hekk in-numru totali ta' esperti nazzjonali sekondati tela' għal 106;

11.

Jissottolinja l-fatt li ż-żieda kontinwa fl-ammont ta' xogħol u fid-domanda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri trid tiġi ssodisfata permezz ta' livelli adegwati ta' persunal; jinnota li t-tabella tal-persunal tal-Aġenzija żdiedet b'14-il pożizzjoni ta' aġent temporanju addizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu attiv mal-Aġenzija sabiex tifhem u tissodisfa l-ħtiġijiet fit-tul ta' riżorsi umani tal-Aġenzija;

12.

Jinnota li, b'riżultat ta' pjan ta' azzjoni għall-organizzazzjoni kollha, l-Aġenzija temmet l-2020 b'rata ta' postijiet vakanti ta' 1,0 % meta mqabbla mal-mira annwali ta' rata massima ta' postijiet vakanti ta' 2,0 %; jinnota li l-Aġenzija kisbet ukoll il-mira għar-rata massima ta' dawran tal-impjegati (12 %) b'10,9 % tad-dawran tal-impjegati fi tmiem l-2020; jinnota wkoll li l-Aġenzija timmonitorja regolarment dawk l-indikaturi apparagun tal-miri annwali;

13.

Jinnota bi tħassib id-distribuzzjoni tal-ġeneri rrapportata għall-2020 fejn 82,8 % tal-maniġment superjuri u medju kienu rġiel (149 raġel u 31 mara), 79,2 % tal-bord ta' amministrazzjoni kienu rġiel (42 raġel u 11-il mara) u 71,8 % tal-persunal ġenerali kienu rġiel (413-il raġel u 162 mara); jinnota li l-membri tal-bord ta' amministrazzjoni jinħatru mill-awtoritajiet tal-Istati Membri; jirrikonoxxi d-diversità bħala wieħed mill-pilastri strateġiċi tal-Aġenzija; jilqa' l-impenn tal-Aġenzija li ttejjeb id-distribuzzjoni bejn il-ġeneri tal-kompożizzjoni tal-persunal tagħha, speċjalment f'pożizzjonijiet maniġerjali; jinnota ż-żieda fl-2020 tal-għadd ta' membri tal-persunal nisa fil-livell ta' kap ta' unità u f'pożizzjonjiet ekwivalenti jew ogħla; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli din ix-xejra pożittiva, u jitlob lill-Aġenzija tiżgura distribuzzjoni tal-ġeneri aktar ugwali fil-livelli maniġerjali u tal-persunal fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu aħjar l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom għall-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija; ifakkar lill-Aġenzija li, fl-għażla tal-kandidati, huma importanti l-kompetenzi, l-għarfien u l-esperjenza, kif ukoll il-bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri fost il-membri tal-persunal;

14.

Jinnota li fl-2020 l-Aġenzija rrapportat każ wieħed ta' relazzjoni ta' xogħol kunfliġġenti, li ġie ddeterminat li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku skont l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li l-membru tal-persunal li wettaq il-fastidju psikoloġiku ġie mwissi skont l-Artikolu 9(1)(b) u l-Artikolu 11 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal f'Diċembru 2020; jinnota li, sa dak iż-żmien, dak il-membru tal-persunal kien telaq mill-Aġenzija; jinnota wkoll li ma tressaq l-ebda każ ta' fastidju relatat mal-persunal tal-Aġenzija quddiem qorti fl-2020;

15.

Jinnota li l-għadd kumplessiv ta' operazzjonijiet appoġġjati mill-Aġenzija żdied b'24 % fl-2020; jinnota li ż-żieda ġenerali fl-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija kienet tikkorrispondi ma' sorveljanza kbira mill-EDPS, kif rifless fl-għadd ta' rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-EDPS f'diversi linji ta' azzjoni bħala riżultat ta' inkjesti, proċeduri ta' konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2016/794 u attivitajiet ta' segwitu għall-ispezzjonijiet;

Akkwist pubbliku

16.

Jinnota li l-Aġenzija estendiet id-durata ta' kuntratt qafas wieħed, għall-forniment ta' servizzi tal-ivvjaġġar fuq xogħol, billi ffirmat emenda għall-kuntratt wara li dan kien skada fl-2018; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li dik il-prattika kienet irregolari; jinnota li l-Aġenzija ffirmat emenda oħra għal dak l-istess kuntratt fid-29 ta' Marzu 2019, u dan wera dgħufijiet fil-ġestjoni tal-kuntratti u fil-kontrolli ex ante; jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li d-deċiżjoni tagħha li testendi l-kuntratt fl-2019 kienet ir-riżultat ta' valutazzjoni bir-reqqa biex tiġi ppreservata l-kontinwità tal-operat u ma kinitx tikkostitwixxi dgħufija fil-kontrolli ex ante; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija bdiet awditu intern fir-raba' trimestru tal-2020 bil-għan li tikseb aċċertament addizzjonali dwar l-approċċ tal-Aġenzija għall-ġestjoni tal-kuntratti; jinnota wkoll li l-kuntratt relatat mas-servizzi tal-ivvjaġġar skada f'Marzu 2020;

17.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-akkwist ta' għamara, aċċessorji u servizzi relatati, it-termini użati mill-Aġenzija fid-dokumenti għas-sejħa għall-offerti ma kinux speċifiċi biżżejjed, u dan dgħajjef in-natura kompetittiva tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ma vverifikatx biżżejjed il-preċiżjoni tal-prezzijiet sottostanti u l-kalkolu tal-iskontijiet applikati għall-elementi mhux standard qabel ma ssottomettiet il-formola tal-ordni lill-kuntrattur; jistieden lill-Aġenzija tiżgura konformità sħiħa mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-proċeduri kollha tal-offerti; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, id-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti kienet tinkludi s-suġġett tal-akkwist u l-kriterji tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti applikabbli, u b'hekk ippermettiet il-kompetizzjoni, u jinnota li, fir-rigward tal-iskont mogħti mill-kuntrattur, il-kuntrattur kien offra skont ikbar mir-rata standard inkluża fil-kuntratt u b'hekk l-Aġenzija aġixxiet f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt;

18.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija implimentat b'mod korrett ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti rigward il-limitu minimu għall-kriterju tal-għoti tekniku l-aktar rilevanti għall-kwalità, u rigward il-kontrolli tal-preċiżjoni tal-prezzijiet sottostanti u tal-kalkolu tal-iskontijiet applikati għall-elementi mhux standard;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti tal-interess, u trasparenza

19.

Jinnota li l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi u fil-ġlieda kontra l-fastidju; jinnota li fl-2020 ma ġie rrapportat l-ebda każ ta' sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess, li kien iwassal għal investigazzjonijiet mis-servizz tal-investigazzjonijiet interni tal-Aġenzija;

20.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord ta' amministrazzjoni, id-direttur eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi tagħha;

Kontroll intern

21.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni lesta l-awditjar tiegħu dwar is-Sigurtà tal-IT tal-Aġenzija u wettaq il-ħidma preliminari tal-awditjar tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kuntratti fl-2020; jinnota li l-Aġenzija implimentat 86 % tar-rakkomandazzjonijiet kritiċi jew importanti ħafna ppjanati li jiġu implimentati matul l-2020;

22.

Ifakkar fl-osservazzjoni tal-Qorti dwar l-estensjoni ta' kuntratt qafas għall-forniment ta' servizzi tal-ivvjaġġar fuq xogħol; josserva li din is-sejba tikkostitwixxi dgħufija fil-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija li potenzjalment għandha impatt fuq is-sistema ta' kontroll intern tal-Aġenzija jew fuq partijiet minnha; jistieden lill-Aġenzija tqis l-osservazzjonijiet tal-Qorti fil-qafas tal-valutazzjoni annwali tal-qafas ta' kontroll intern;

23.

Jinnota li l-komponenti tal-qafas ta' kontroll intern tal-Aġenzija kienu preżenti u qed jiffunzjonaw b'mod integrat fl-Aġenzija kollha kemm hi u li s-sistema ta' kontroll intern naqqset b'mod effettiv, għal livell aċċettabbli, ir-riskju li ma jintlaħqux l-objettivi annwali u pluriennali tal-Aġenzija fir-rigward tal-operazzjonijiet, ir-rappurtar u l-konformità; jistieden lill-Aġenzija tqis l-osservazzjonijiet tal-Qorti fil-valutazzjoni annwali tagħha, b'mod partikolari l-osservazzjonijiet rigward il-ġestjoni tal-kuntratti u l-pagamenti tard;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

24.

Jinnota li l-Aġenzija kellha reazzjoni rapida għall-pandemija tal-COVID-19 u implimentat diversi azzjonijiet ġodda sabiex tiġġestixxi l-kriżi bl-anqas impatt possibbli fuq il-ħidma tal-Aġenzija, filwaqt li żżomm is-saħħa u s-sikurezza bħala l-ewwel prijorità tagħha; jinnota, madankollu, li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt dirett fuq l-isforzi tal-Aġenzija biex timplimenta għadd ta' azzjonijiet u biex tilħaq il-miri tal-programm ta' ħidma tal-2020, speċjalment dawk relatati mal-preżenza fiżika fil-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija, bħal laqgħat operattivi u laqgħat oħra ta' investigaturi u analisti, u ma' proċeduri amministrattivi li mhumiex ibbażati fuq fluss tax-xogħol elettroniku; jistieden lill-Aġenzija tiddiġitalizza kemm jista' jkun il-proċeduri amministrattivi;

25.

Jilqa' l-miżuri implimentati mill-Aġenzija biex iżżomm l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-proċeduri ta' akkwist u l-attivitajiet relatati, inkluż it-tqegħid ta' ordnijiet urġenti biex jiġu koperti l-ħtiġijiet eċċezzjonali li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 u l-emendar ta' diversi kuntratti sabiex jiġu aġġustati r-riskji marbuta mal-pandemija tal-COVID-19;

26.

Jinnota li, wara t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija qed tiżviluppa diversi miżuri sabiex tibqa' valida fil-futur, bħall-metodi ta' ħidma deċentralizzati, inkluża l-possibbiltà li jintużaw sejħiet bil-vidjo u għodod ta' kollaborazzjoni siguri, it-telexogħol (inkluż permezz ta' laptops OpsNet siguri minħabba n-natura tal-proċessi ta' informazzjoni operattivi) u flussi tax-xogħol elettroniċi modernizzati;

Kummenti oħra

27.

Jilqa' l-isforzi mwettqa mill-Aġenzija biex iżżid iċ-ċibersigurtà tagħha; jinnota li t-tliet avvanzi l-aktar importanti tal-Aġenzija fl-2020 fir-rigward tal-protezzjoni diġitali b'rabta mal-kapaċitajiet ta' aċċess remot, l-iżvilupp ibbażat fuq il-cloud u l-prattiki ta' kodifikazzjoni ta' software b'sors miftuħ u ta' partijiet terzi;

28.

Jinnota li, b'antiċipazzjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2020, l-Aġenzija wettqet ħidma u tħejjijiet intensivi biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel, li taffettwa l-possibbiltajiet ta' kooperazzjoni operattiva kontinwa mar-Renju Unit, inkluż l-iskambju ta' data personali, u l-adattament ta' għodod u sistemi operattivi differenti;

29.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha sabiex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha; jinnota li l-ħidma tal-Aġenzija dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq il-kriminalità u ċ-ċiberkriminalità ġiet ippubbliċizzata b'mod wiesa' fl-2020, u laħqet il-pubbliku ġenerali permezz tal-kanali tagħha stess u ta' partijiet terzi;

30.

Jilqa' l-isforzi mwettqa mill-Aġenzija biex tistabbilixxi strateġija komprensiva għas-sostenibbiltà u biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, bħal prattiki mtejba ta' riċiklaġġ u l-użu ta' enerġija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkondividi l-isfidi u t-tagħlimiet meħuda f'dak il-kuntest għall-kwittanza tas-sena finanzjarja li jmiss u fl-ambitu tan-Network tal-Aġenziji tal-UE;

31.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 158.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/398


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1802 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0099/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0090/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/400


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1803 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0100/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern;

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/401


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1804 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern;

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2020 kien jammonta għal EUR 24 167 314, li jfisser żieda ta' 5,67 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa kważi esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li ngħatat aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Japprezza li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100,00 %, l-istess bħal fl-2019; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 70,85 % – tnaqqis ta' 7,85 % apparagun mal-2019;

2.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti u r-risposta tal-Aġenzija fis-segwitu għall-kwittanza 2019, ir-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III kienu kbar, fatt li prinċipalment jirrifletti n-natura tal-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija, li jinkludu l-finanzjament ta' studji u attivitajiet oħra ta' sensibilizzazzjoni, li jkopru diversi xhur, u li sikwit jestendu lil hinn minn tmiem is-sena; jinnota li r-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III jirrappreżentaw żieda ta' 23 % meta mqabbla mal-istess approprjazzjonijiet fl-2019; jinnota li parti sinifikanti mir-riporti tat-Titolu III, fl-ammont ta' 25 % fl-2021, ġew impenjati f'Diċembru 2020; jinnota wkoll li r-riporti tat-Titolu III tal-Aġenzija fl-2020 telgħu għal 28 % tar-riporti impenjati mill-2019; jinnota li dawn il-konstatazzjonijiet huma indikattivi ta' problema strutturali fl-Aġenzija u jistieden lill-Aġenzija ssolviha billi ttejjeb l-ippjanar baġitarju u ċ-ċikli ta' implimentazzjoni tagħha;

Prestazzjoni

3.

Jissottolinja r-rwol importanti tal-Aġenzija biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni jkunu promossi u protetti; ifakkar fl-importanza tal-Aġenzija fil-promozzjoni ta' riflessjonijiet fuq is-sigurtà u d-drittijiet fundamentali; jenfasizza, b'mod partikolari, il-valur tal-istudji u l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; ifakkar fl-impenn tal-Aġenzija favur il-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli u kontra kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni;

4.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija rrispondiet għall-pandemija tal-COVID-19 bil-pubblikazzjoni ta' sitt bullettini, li taw stampa ġenerali f'waqtha u komprensiva tal-implikazzjonijiet tal-miżuri nazzjonali adottati fl-Unjoni biex iħarsu liċ-ċittadini mill-COVID-19 f'termini ta' drittijiet fundamentali; ifakkar, madankollu, li l-Aġenzija ma ngħatatx riżorsi addizzjonali għall-finijiet ta' dak il-kompitu addizzjonali; jilqa' l-fatt li, minkejja l-isfidi ppreżentati mill-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija pproduċiet 163 079 għodda u materjal relatati ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, li huwa ferm ogħla mill-mira stabbilita għall-2020; japprezza ż-żieda fil-preżenza tal-Aġenzija fil-midja;

5.

Jissottolinja l-monitoraġġ kontinwu li l-Aġenzija twettaq fir-rigward tal-ħafna sfidi tad-drittijiet fundamentali li jirriżultaw mill-ġbir, il-ħżin u l-ipproċessar tad-data f'sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-interoperabbiltà tagħhom; jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija tisħaq fuq ir-riskji potenzjali għad-drittijiet fundamentali, fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv u l-bżonn li ta' salvagwardji implimentati kif xieraq;

6.

Jirrikonoxxi n-natura kumplessa tal-istudji magħmula mill-Aġenzija, li jkopru l-liġi u l-prattika tal-Istati Membri kollha, kif ukoll l-għadd kbir ta' pubblikazzjonijiet prodotti u sessjonijiet ta' taħriġ mogħtija biex tiġi żgurata l-konformità mad-drittijiet fundamental,i li jikkontribwixxi u jalimenta wkoll il-ħidma ta' korpi u aġenziji differenti tal-Unjoni;

7.

Jenfasizza l-impenn tal-Aġenzija favur il-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli u kontra kull tip ta' diskriminazzjoni fl-Unjoni; jilqa' l-fatt li l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 (2) tiċċara li l-ambitu tal-attivitajiet tal-Aġenzija jkopri l-kompetenzi kollha tal-Unjoni;

8.

Jinnota li l-Aġenzija tuża 31 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni bħala parti mill-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni tagħha biex tivvaluta r-riżultati u l-impatt tal-attivitajiet tagħha, u 5 indikaturi addizzjonali biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota li fl-2020 tnediet riforma tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni tagħha biex tivvaluta l-impatt tal-Aġenzija kemm fil-livell strateġiku kif ukoll f'dak operazzjonali;

9.

Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga sabiex jintlaħqu objettivi ta' politika komuni; jilqa' l-fatt li, barra minn hekk, l-Aġenzija tagħti regolarment l-appoġġ tagħha lil aġenziji oħra tal-Unjoni biex jirriflettu l-obbligi li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-ħidma tagħhom; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tesplora modi kif tikkondividi r-riżorsi u l-persunal f'kompiti li jikkoinċidu ma' dawk ta' aġenziji oħra b'attivitajiet simili;

10.

Jilqa' l-estensjoni tal-konsulenza tal-Aġenzija dwar id-drittijiet fundamentali għal aġenziji oħra, speċjalment fl-għoti ta' assistenza lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bl-iskjerament ta' 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali fl-operazzjonijiet kollha tagħha;

11.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija implimentat b'suċċess il-programm ta' ħidma annwali tagħha fl-2020 u rnexxielha tilħaq il-miri kollha; jilqa' l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti; itenni wkoll l-apprezzament tiegħu għat-tnedija tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali għall-użu aktar sistematiku tal-valutazzjonijiet tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem;

Politika dwar il-persunal

12.

Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2020, 97,22 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet attwata, billi kienu nħatru 70 aġent temporanju minn total ta' 72 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 72 post awtorizzati fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, fl-2020 l-Aġenzija ħaddmet 32 aġent kuntrattwali u 9 esperti nazzjonali sekondati;

13.

Jilqa' l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 3 minn 6 membri (50 %) huma tal-istess ġeneru, u fost il-102 membri tal-persunal tal-Aġenzija b'mod ġenerali, li 53 minnhom (51,96 %) huma nisa; jinnota l-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija, bi 30 mara minn fost 50 membru (60 %); jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom għall-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija;

14.

Jinnota dak li rrappurtat l-Aġenzija dwar it-tibdil fil-metodi ta' ħidma matul il-pandemija tal-COVID-19, u li dan ċajpar id-differenza bejn il-ħin tax-xogħol u l-ħin liberu tal-persunal; jinnota l-miżuri meħuda mill-Aġenzija b'appoġġ għas-saħħa, is-sikurezza u l-benesseri tal-persunal tagħha bl-għoti ta' appoġġ adegwat f'termini ta' IT, aċċess għall-informazzjoni, rimborż tat-tagħmir tal-uffiċċju fid-dar, l-introduzzjoni ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli, komunikazzjoni kontinwa bejn il-persunal u l-kapijiet tal-unità, u talbiet biex il-membri tal-persunal jagħtu feedback dwar il-preokkupazzjonijiet ewlenin tagħhom u dwar x'innovazzjonijiet xtaqu jaraw; jinnota wkoll is-sondaġġi mwettqa mill-Aġenzija dwar l-esperjenza tal-persunal waqt il-lockdown u r-riżultati tal-istħarriġ ta' Diċembru 2020 li wrew li 75 % tal-ħaddiema kienu sodisfatti bl-arranġamenti tax-xogħol flessibbli u 85 % ħassewhom infurmati b'mod adegwat dwar l-iżviluppi rigward l-arranġamenti tax-xogħol;

Akkwist

15.

Jilqa' l-fatt li l-osservazzjoni tal-Qorti rigward l-offerti elettroniċi u s-sottomissjoni elettronika tal-offerti ttieħdet azzjoni dwarha u ġiet konkluża; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija introduċiet l-ewwel sejħa miftuħa għall-offerti b'sottomissjoni elettronika matul l-ewwel kwart tal-2020;

16.

Jinnota li l-Aġenzija nediet 11-il proċedura ta' akkwist, tnejn miftuħa u disgħa nnegozjati; jinnota li l-Aġenzija ffirmat 632 kuntratt; jinnota li tlieta mill-ftehimiet kienu kuntratti diretti li jirrappreżentaw total ta' EUR 3 362 306, 529 kienu kuntratti speċifiċi jew ordnijiet li joħorġu minn kuntratti qafas li jammontaw għal EUR 7 824 667, u 100 kienu kuntratti ta' valur baxx ekwivalenti għal EUR 486 243;

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interess u trasparenza

17.

Jilqa' l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha favur it-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li kien hemm għadd ta' każijiet ta' kunflitt ta' interess potenzjali u perċepiti li ġew ivvalutati u mitigati u li fl-2020 ma ġie rrappurtat l-ebda każ; jinnota b'sodisfazzjon li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' kważi l-membri kollha tal-bord ta' tmexxija u tal-maniġment superjuri ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess li jifdal u jilqa' l-miżuri li diġà ttieħdu biex ir-riskju jittaffa;

Kontroll intern

18.

Jinnota li fl-2019 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' riċerka, inkluż l-akkwist; jinnota li, skont l-Aġenzija, ma ġewx identifikati riskji kritiċi; jinnota, madankollu, li l-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern irriżulta f'erba' rakkomandazzjonijiet importanti; jinnota li l-Aġenzija kienet mistennija timplimenta dawk ir-rakkomandazzjonijiet sa tmiem l-2021;

19.

Jinnota li, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta' wara l-kwittanza tal-2019, l-Aġenzija laqgħet il-proposta ta' qafas etiku komuni għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni u tinsab lesta biex tikkontribwixxi għan-networks rilevanti;

20.

Jinnota li l-Aġenzija adottat qafas ta' kontroll intern ibbażat fuq prattika tajba fil-livell internazzjonali sabiex tiżgura li l-objettivi politiċi u maniġerjali tagħha jintlaħqu; jinnota li fl-2020 l-Aġenzija wettqet valutazzjoni interna dwar il-livell ta' implimentazzjoni tal-qafas ta' kontroll intern il-ġdid u kkonkludiet li l-komponenti kollha tal-qafas ta' kontroll intern huma preżenti u qegħdin jiffunzjonaw flimkien b'mod integrat; jinnota li l-Aġenzija għandha tieħu azzjonijiet biex ittejjeb l-aġġornament regolari tad-deskrizzjonijiet tal-impjiegi, tiżgura l-implimentazzjoni f'waqtha tal-eżerċizzju tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karrieri, tivvaluta l-possibbiltà li testernalizza l-ħolqien ta' politika ta' komunikazzjoni interna integrata u ssaħħaħ l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit fil-livell maniġerjali bl-użu ta' għodod ta' rappurtar dedikati;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

21.

Jinnota li, minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, ir-riżultati tal-Aġenzija fl-2020 jirriflettu d-dokument uniku ta' programmazzjoni pluriennali tagħha u l-emendi tiegħu, li kienu jikkonsistu fl-attivazzjoni tal-pjan ta' kontinwità tan-negozju u r-riprijoritizzazzjoni tal-ħidma tagħha;

22.

Jirrikonoxxi l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri relatati introdotti mill-Istati Membri biex irażżnu l-COVID-19, li kellhom impatt mhux biss fuq iż-żmien tal-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tar-riżultati, iżda wkoll fuq l-implimentazzjoni tal-Istħarriġ dwar ir-Rom tal-2020 u attivitajiet oħra ta' ħidma fuq il-post ippjanati fl-ambitu ta' proġetti differenti; jilqa', madankollu, id-diliġenza li l-Aġenzija wriet meta ġiet biex tagħti segwitu lill-miżuri u ssib soluzzjonijiet għall-implimentazzjoni tajba tal-proġetti tagħha;

Kummenti oħra

23.

Jinnota li l-Aġenzija użat il-faċilità ta' soluzzjoni sikura tal-emails offruta mill-Kummissjoni, SECEM, biex tiżgura t-trażmissjoni sikura ta' informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija segwiet ir-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika u l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters f'termini ta' sigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE b'rabta mal-użu tas-sistema ta' ġestjoni tal-kontenut online DRUPAL, it-teknoloġija utilizzata għas-sit web tal-Aġenzija; jinnota l-importanza li l-proċeduri interni tal-Aġenzija jiġu diġitalizzati; jenfasizza l-fatt li t-tranżizzjoni tal-Aġenzija għall-użu tas-servizzi ta' cloud fl-2020 saret bl-użu ta' riżorsi umani interni, li rriżulta fi ffrankar ta' EUR 350 000;

24.

Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija pproduċiet 163 079 għodda u materjal relatati ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ferm ogħla mill-mira tagħha ta' 2 150 għall-2020; jinnota li l-Aġenzija żammet l-ewwel post fid-disseminazzjoni stampata permezz tas-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea matul il-pandemija tal-COVID-19; jilqa' ż-żieda fl-għadd ta' drabi li l-Aġenzija ssemmiet fil-midja f'dawn l-aħħar snin, b'medja ta' 92 referenza fil-ġimgħa u 369 referenza fix-xahar fl-2020, li jammontaw għad-doppju tal-għadd ta' referenzi fis-snin preċedenti;

25.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija rnexxielha tiżgura post tax-xogħol u strateġija kosteffettivi u li jirrispettaw l-ambjent u jħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tuża l-aħjar prattiki u tkompli ttejjibhom;

26.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 60.

(2)  COM(2020) 225.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/405


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1805 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0100/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern;

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0111/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/406


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1806 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0101/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2022),

 

1.

Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/407


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1807 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 364 432 655, li jirrappreżenta żieda ta’ 10,40 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom;

C.

billi r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistipula r-rekwiżiti li l-Aġenzija għandha tikkonforma magħhom, inkluż f’oqsma bħar-rispett għad-drittijiet fundamentali;

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), iddikjarat li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

E.

billi, minn Diċembru 2019, l-Aġenzija bdiet timplimenta mandat ġdid b’żieda essenzjali li hija sinifikanti f’termini ta’ missjonijiet u persunal, li tirrikjedi baġit adegwat;

F.

billi l-Qorti, fir-Rapport Speċjali Nru 8/2021 tagħha dwar l-appoġġ tal-Aġenzija lill-ġestjoni tal fruntieri esterni, ikkonkludiet li kien hemm diversi nuqqasijiet relatati mal-attivitajiet primarji tal-Aġenzija, jiġifieri l-monitoraġġ tas-sitwazzjonijiet, l-analiżi tar-riskji, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet, l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, l-operazzjonijiet ta’ ritorn u t-taħriġ tal-Aġenzija u n-nuqqas ta’ valutazzjonijiet tal-impatt u tal-ħtiġijiet qabel iż-żieda esponenzjali fl-ispejjeż tal-Aġenzija;

G.

billi l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament stabbilixxa l-Grupp ta’ Ħidma għall-Iskrutinju tal-Frontex (FSWG) li, fl-14 ta’ Lulju 2021, ippubblika rapport dwar l-investigazzjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar l-Aġenzija rigward allegat ksur tad-drittijiet fundamentali (ir-“rapport FSWG”);

H.

billi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), fil-15 ta’ Frar 2021, għalaq parti mill-investigazzjonijiet tiegħu dwar il-ġestjoni ta’ rapporti ta’ inċidenti relatati mad-drittijiet fundamentali, inklużi każijiet ta’ pushbacks; billi l-OLAF għadu qed jinvestiga xi allegazzjonijiet dwar kwistjonijiet oħra; billi r-rapport tal-OLAF dwar l-investigazzjonijiet ma ġiex kondiviż mal-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jew tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; billi dan ixekkel il-ħidma ta’ skrutinju tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fid-dawl tar-rilevanza għolja ta’ dak ir-rapport għall-proċedura ta’ kwittanza;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 78,42 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 21,42 % meta mqabbla mal-2019; jenfasizza li ġew impenjati EUR 360 miljun mit-EUR 364 miljun tal-baġit; jieħu nota li EUR 95 miljun ġew irritornati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni; jinnota bi tħassib li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet baxxa ħafna f’livell ta’ 43,84 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 25,30 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota l-kumment tal-Qorti li, għall-ippjanar finanzjarju tal-operazzjonijiet ta’ ritorn tagħha, l-Aġenzija tiddependi mill-istimi pprovduti mill-pajjiżi li jikkooperaw u li d-disponibbiltà sħiħa u f’waqtha ta’ din l-informazzjoni hija kruċjali; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li, f’każ wieħed fl-2020, awtorità nazzjonali inkludiet żewġ operazzjonijiet ta’ ritorn mhux imħabbra qabel, li jammontaw għal EUR 355 000, fi ftehim ta’ għotja fl-għeluq finanzjarju tal-azzjoni, li jirriżulta f’defiċit baġitarju f’daqqa għall-Aġenzija, li ġiegħel lill-Aġenzija tagħmel impenn baġitarju ex post, bi ksur tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija; jirrikonoxxi d-dipendenza tal-Aġenzija mill-pajjiżi li jikkooperaw u jistieden lill-Aġenzija tkun aktar stretta fl-istabbiliment u fl-infurzar ta’ standards relatati mal-kompletezza u mal-puntwalità għall-wasla ta’ informazzjoni relatata mal-ippjanar finanzjarju tal-operazzjonijiet, inklużi l-operazzjonijiet ta’ ritorn; ifakkar li r-regoli u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija jridu jiġu osservati u rispettati fis-sitwazzjonijiet kollha;

3.

Jenfasizza l-fatt li l-Aġenzija bdiet taġġorna s-sistemi tal-Applikazzjonijiet tal-Frontex għar-Ritorni (FAR) u tal-Applikazzjoni tal-Ġestjoni tal-Migrazzjoni Irregolari (IRMA) biex tieħu passi lejn sistema interoperabbli tal-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet, biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba tal-għotjiet; jenfasizza li l-Istati Membri se jkunu obbligati jdaħħlu dettalji operattivi u finanzjarji tal-attivitajiet imwettqa; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri u tiżgura regoli vinkolanti għall-Istati Membri għall-protezzjoni u l-monitoraġġ finanzjarji u operattivi;

4.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen hija sottovalutata, peress li kienet tirrappreżenta 6,91 % tal-baġit inizjali tal-Aġenzija, filwaqt li din kellha tkun ta’ 7,43 %, mingħajr ma tiġi sopravalutata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni peress li dik hija bbaġitjata irrispettivament mill-parteċipazzjoni tal-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen; itenni l-osservazzjoni tal-Qorti li din hija indikazzjoni tal-ħtieġa ta’ gwida addizzjonali mill-Kummissjoni lill-korpi tal-Unjoni dwar kif il-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkalkulati b’mod konsistenti;

5.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-pandemija affettwat l-operazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija fl-2020, u l-Aġenzija naqqset il-baġit inizjali tagħha b’EUR 95 000 000, permezz ta’ żewġ baġits emendatorji; jinnota li impenn baġitarju proviżorju ta’ EUR 18 100 000 għat-tħejjija ta’ skjeramenti fuq il-post fl-2021 ġie riportat mingħajr ma l-Aġenzija daħlet f’impenji legali fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija tirrikonoxxi l-osservazzjoni filwaqt li taħdem fuq miżuri ta’ rimedju għall-prevenzjoni ta’ okkorrenza futura, li tinvolvi l-verifika tat-tabelli tar-riporti għall-impenji legali assoċjati; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħarġet avviż amministrattiv bi gwida dwar il-prinċipju tal-annwalità li spjega fid-dettall ir-regoli dwar ir-riporti;

6.

Jinnota li l-finanzjament tal-Unjoni lill-Aġenzija żdied b’EUR 10 miljun permezz tal-baġit emendatorju Nru 1/2020; jiddeplora l-fatt li dak l-ammont ma kienx viżibbli fil-kontijiet baġitarji tal-Aġenzija; jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti li dan inaqqas it-trasparenza peress li jagħmilha aktar diffiċli li wieħed jara kemm finanzjament mill-Unjoni kien disponibbli għall-Aġenzija fl-2020 u kif dak l-ammont inbidel maż-żmien; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza bħala prijorità;

7.

Ifakkar fil-konklużjoni tal-Qorti li r-rappurtar operattiv tal-Aġenzija jonqos milli jinforma lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet b’mod adegwat peress li ma jipprovdix informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-prestazzjoni reali; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tivvaluta l-progress tal-Aġenzija dwar ir-rakkomandazzjonijiet 1 sa 4; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati tal-kuntatti ssuġġeriti mal-Qorti u mal-Kummissjoni u ssolvi b’mod urġenti l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn;

Prestazzjoni

8.

Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħha, adottati mill-bord amministrattiv tal-Aġenzija, li jirriżultaw mid-dokument ta’ programmazzjoni uniku 2020-2022; jinnota, b’mod partikolari, il-KPIs dwar ir-rata ta’ postijiet vakanti, id-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-gruppi tar-riżorsi umani, id-disponibbiltà ta’ tagħmir tekniku għall-missjoni tal-Aġenzija u l-identifikazzjonijiet ta’ qsim illegali tal-fruntieri;

9.

Jinnota li l-Aġenzija implimentat żewġ interventi rapidi fil-fruntieri esterni tal-art u marittimi tal-Greċja mat-Turkija li kienu jirrikjedu l-mobilizzazzjoni ta’ tagħmir tekniku mill-gruppi ta’ tagħmir u tagħmir tekniku ta’ reazzjoni rapida, kif ukoll riżorsi umani;

10.

Jinnota li, fl-2020, is-servizzi tal-inġenji tal-ajru ta’ sorveljanza tal-Aġenzija wettqu total ta’ 1 068 missjoni li minnhom 1 030 kienu titjiriet ta’ sorveljanza u 38 kienu relatati mal-kontroll tas-sajd; jilqa’ l-fatt li l-għadd ta’ servizzi tal-inġenji tal-ajru ta’ sorveljanza żdied matul dawn l-aħħar snin minn 177 missjoni fl-2017 għal 1 068 missjoni fl-2020;

11.

Jinnota li l-assi tal-Aġenzija f’operazzjonijiet marittimi għenu biex jiġu salvati aktar minn 3 408 migranti matul attivitajiet ta’ pattuljar, li rriżultaw ukoll fl-identifikazzjoni ta’ 790 faċilitatur, erba’ traffikanti tal-bnedmin u varjetà wiesgħa ta’ tipi oħra ta’ reati transfruntieri, bħall-kuntrabandu ta’ oġġetti u sustanzi illegali (1 463 litru ta’ alkoħol, 4 013-il biċċa munizzjon, madwar 361 kilogramma ta’ kokaina, aktar minn 144 tunnellata ta’ ħaxixa u marijuana, u 40 kilogramma ta’ eroina);

12.

Jinnota li l-operazzjonijiet ta’ ritorn tal-Aġenzija, minkejja li kienu affettwati mir-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19, komplew bil-parteċipazzjoni ta’ 21 Stat Membru bħala organizzaturi jew parteċipanti f’operazzjonijiet ta’ ritorn permezz ta’ titjiriet charter ikkoordinati u kkofinanzjati mill-Aġenzija, b’ammont kumplessiv ta’ 7 952 persuna rritornata, li laħqu 28 pajjiż terz ta’ ritorn, numri ferm aktar baxxi milli fl-2019; jinnota li r-ritorni volontarji kienu jammontaw għal 18 % tat-titjiriet appoġġati kollha; jinnota li 26 Stat Membru wettqu ritorni permezz ta’ titjiriet skedati bl-appoġġ tal-Aġenzija, u rritornaw 3 981 ċittadin ta’ pajjiż terz lejn 83 pajjiż ta’ ritorn, u fost dawn il-persuni rimpatrijati 2 173 minnhom (55 %) ma kinux skortati u 1 532 minnhom (38 %) irritornaw b’mod volontarju;

13.

Jinnota li fl-2020, il-miżuri relatati mal-COVID-19 inkludew l-għeluq tal-fruntieri u s-sospensjoni tat-traffiku tal-ajru, li affettwaw l-attivitajiet operattivi kollha kkoordinati mill-Aġenzija; jinnota li l-għadd ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn naqas drastikament fl-2020; jistieden lill-Kummissjoni biex, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija, tintroduċi pjan ta’ emerġenza li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ sikurezza, li jiżgura l-kontinwazzjoni sikura tal-operazzjonijiet ta’ ritorn;

14.

Jinnota li l-attivitajiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali (FRO) tal-Aġenzija kienu mxekkla mir-restrizzjonijiet ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari r-rwol tiegħu ta’ monitoraġġ fuq il-post taż-żoni operattivi tal-Aġenzija minħabba restrizzjonijiet ġenerali fuq l-ivvjaġġar u l-għeluq tal-fruntieri tal-Unjoni; jinnota li l-monitoraġġ twettaq esklużivament permezz taż-żamma ta’ kuntatti mad-diviżjoni tar-rispons operattiv tal-Aġenzija u d-diviżjoni tal-għarfien u l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni, l-aċċess għall-briefings ipprovduti lill-uffiċjali skjerati u għar-rapporti li jidħlu, il-ġbir ta’ informazzjoni mill-media, il-kooperazzjoni mal-forum konsultattiv u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; jinnota li l-FRO formalment irreġistra għaxar rapporti ta’ inċidenti serji (SIRs) bi tliet rapporti finali tal-FRO maħruġa li jagħlqu l-SIRs u tlieta oħra kkunsidrati magħluqa sakemm jiġu ppubblikati r-rapporti tal-FRO; jinnota li l-SIRs ikkonċernati jinvolvu allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali matul l-attivitajiet operattivi, inklużi l-operazzjonijiet ta’ ritorn, ikkoordinati mill-Aġenzija (jiġifieri relatati mal-persunal tal-Istati Membri u tal-Aġenzija);

Drittijiet fundamentali u segwitu għaċ-ċiklu ta’ kwittanza tal-2019

15.

Ifakkar li l-Parlament, permezz tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019 (3), stieden lill-awtorità baġitarja tqiegħed parti mill-baġit tal-2022 tal-Aġenzija f’riżerva, biex jiġi rilaxxat ladarba jiġu ssodisfati seba’ kundizzjonijiet; jiddispjaċih li wara n-negozjati għall-baġit tal-2022 dik ir-riżerva ma ġietx implimentata; itenni, madankollu, li l-kwittanza tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 iddikjarat b’mod espliċitu li n-nuqqas li jiġu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet iżid ir-riskju ta’ rifjut li tingħata l-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-Aġenzija dwar kull waħda mill-kundizzjonijiet tal-2019 fil-kwittanza tal-2020, li titrawwem il-konsistenza bejn il-kwittanzi matul is-snin, u bħala mezz biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-Aġenzija, inkluż dwar il-konformità legali; jieħu nota, f’dan il-kuntest, tal-kontribut reċenti li rċeviet mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha indirizzata lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-24 ta’ Marzu 2022 u tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Ottubru 2021, ipprovduta mill-Aġenzija fl-istess data;

16.

Jinnota li, fir-rigward tas-seba’ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni tivvaluta li l-Aġenzija għamlet “progress sinifikanti matul l-aħħar 1,5 sena”, iżda “għad fadal xi jsir”; jikkunsidra dan li ġej għal kull waħda mis-seba’ kundizzjonijiet:

(a)

huwa diżappuntat li l-Aġenzija għadha ma tistax tissodisfa r-rekwiżit tar-Regolament (UE) 2019/1896, li ppreveda r-reklutaġġ ta’ mill-inqas 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali (FRMs) sa Diċembru 2020; jinnota b’dispjaċir li sad-data attwali total ta’ 20 FRM biss ħadu l-kariga, li minnhom 5 fil-livell AD u 15 fil-livell AST, u b’hekk hemm dewmien sinifikanti fil-konformità mal-ewwel kundizzjoni kif stabbilit fil-kwittanza tal-2019; jinnota li l-passi sussegwenti tar-reklutaġġ huma taħt il-kontroll tal-FRO, imwettqa b’mod indipendenti mill-kariga tad-direttur eżekuttiv; jinnota li, fl-aħħar ta’ Frar 2022, l-FRO ffinalizza l-proċedura għar-reklutaġġ tat-tieni lott ta’ 20 FRM fil-grupp ta’ funzjoni AD, li, madankollu, għadhom ma ħadux il-kariga sad-data attwali; jinnota b’dispjaċir li 8 minn dawn l-20 FRM addizzjonali kienu diġà impjegati fil-grupp ta’ funzjoni AST, u li għalhekk għandha tiġi varata sejħa komplementari għall-applikazzjonijiet; jilqa’ l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali f’dak ir-reklutaġġ;

(b)

jinnota li t-tliet viċi diretturi eżekuttivi kollha ġew reklutati u ngħaqdu mal-Aġenzija;

(c)

jinnota li d-direttur eżekuttiv, fil-25 ta’ Frar 2022, iffirma il-proċedura operattiva standard dwar il-mekkaniżmu għall-irtirar tal-finanzjament tal-attivitajiet tal-Aġenzija, jew biex dawn jiġu sospiżi jew itterminati, jew ma jiġux varati; jinnota li l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896 jirrikjedi li d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija jissospendi, jittermina jew ma jvarax attivitajiet meta jkun hemm riskji ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali; jinnota li l-Aġenzija ma evalwatx l-attivitajiet tagħha fil-Greċja, minkejja li r-rapporti mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, il-Kunsill tal-Ewropa, u n-Nazzjonijiet Uniti juru li l-Aġenzija kienet qed twettaq operazzjonijiet f’taqsimiet fejn, simultanjament, kien qed isir ksur tad-drittijiet fundamentali; jisħaq li l-issodisfar tal-kundizzjoni msemmija fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu (dwar is-sospensjoni tal-operazzjonijiet fl-Ungerija) huwa parti rilevanti mill-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896 kif ifformulat f’dik il-kundizzjoni;

(d)

jinnota li, f’April 2021, id-direttur eżekuttiv iffirma l-proċedura operattiva standard riveduta dwar il-mekkaniżmu SIR u ddefinixxa r-rwol tal-FRO fil-proċess; jinnota li rapport dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din il-proċedura ġie ppreżentat mid-direttur eżekuttiv u mill-FRO, u dan ir-rapport ikkonkluda li hemm bżonn li l-proċedura tkompli tiġi riveduta; jisħaq, barra minn hekk, li l-mekkaniżmu SIR, għalkemm ma jiskattax investigazzjoni awtomatikament, jiġi segwit u jippermetti li l-FRO jieħu inizjattivi l-ewwel; jinnota li l-Aġenzija għadha ma stabbilietx skadenzi mal-Istati Membri dwar meta jeħtieġ li jirrispondu għal SIR;

(e)

l-Aġenzija adottat regoli speċjali biex tiggarantixxi l-indipendenza tal-FRO, irreklutat u adottat FRO ġdid kif ukoll viċi FRO; jinnota li l-Aġenzija fasslet strateġija u pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet fundamentali, adottat kurrikulu speċjalizzat ta’ taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali għall-FRMs u rrevediet ukoll il-mekkaniżmu tagħha għall-ilmenti;

(f)

jinnota li l-Aġenzija lestiet l-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ ġestjoni tal-kompetenzi u adottat politika ta’ ġestjoni tal-għarfien b’valur miżjud u ta’ ħtieġa ta’ għarfien, li bħalissa qed tiġi aġġornata b’titjib ġdid, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-programm ta’ trasformazzjoni tad-diviżjoni tal-għarfien tas-sitwazzjoni u l-monitoraġġ u valutazzjoni tal-kapaċitajiet tar-riżorsi umani għadhom għaddejjin; jinnota li l-Aġenzija pposponiet l-iskadenza għall-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjoni 5 sat-30 ta’ Ġunju 2022, lil hinn mill-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni stabbilita fir-rapport speċjali tal-Qorti, fil-kuntest ta’ analiżi formali biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet tal-persunal tal-Aġenzija, speċjalment fl-oqsma tal-analiżi tar-riskji u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet;

(g)

jinnota li l-Aġenzija għadha topera fl-Ungerija, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) ikkonkludiet, f’kawża mibdija mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tal-Ungerija huma inkompatibbli mad-Direttiva 2008/115/KE (4) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jinnota li l-Aġenzija qed tipprovdi assistenza operattiva dwar dawn l-operazzjonijiet ta’ ritorn; jinnota li ġew stabbiliti salvagwardji addizzjonali u li t-talbiet kollha mill-Ungerija għal appoġġ jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ; jinnota li l-FSWG talab lill-Aġenzija tissospendi l-attivitajiet tagħha relatati mal-appoġġ fl-Ungerija; jenfasizza li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti gwida ċara dwar id-direttur eżekuttiv biex jimplimenta l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896 u jissospendi l-attivitajiet fl-Ungerija.

Jikkonkludi li l-Aġenzija ssodisfat biss parzjalment il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Ottubru 2021; jistieden lill-Aġenzija tippreżenta pjan direzzjonali dettaljat lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kif biħsiebha tissodisfa t-tħassib pendenti, flimkien ma’ skeda ta’ żmien ċara u dettaljata għal dawn l-azzjonijiet; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu l-miżuri kollha meħtieġa ssuġġeriti mill-investigazzjoni tal-OLAF, f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza mingħajr dewmien dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskeda ta’ żmien ta’ dawn il-proċedimenti; jissottolinja li r-rispons tal-Aġenzija jikkostitwixxi element essenzjali li għandu jiġi evalwat fil-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2020;

17.

Ifakkar fil-konklużjonijiet fir-rapport ta’ kwittanza tal-2019 għall-Aġenzija dwar ir-Rapport Speċjali Nru 8/2021 tal-Qorti u l-firxa ta’ nuqqasijiet operattivi identifikati fih; ifakkar fil-konklużjoni mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija għadha ma ħaditx biżżejjed miżuri biex tadatta l-organizzazzjoni tagħha ħalli timplimenta bis-sħiħ il-mandat tagħha skont ir-Regolament (UE) 2016/1624 (5), u li l-Qorti enfasizzat riskji sinifikanti relatati mal-mandat tal-Aġenzija skont ir-Regolament (UE) 2019/1896; ifakkar li l-Qorti għamlet ħames rakkomandazzjonijiet lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni, bi skadenzi għall-implimentazzjoni sa tmiem l-2021 (rakkomandazzjoni 5), sa nofs l-2022 (rakkomandazzjoni 1) u sa tmiem l-2022 (rakkomandazzjonijiet 2, 3 u 4); jinnota li r-rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni, u li anki l-Istati Membri huma involuti fl-implimentazzjoni; jissottolinja l-importanza li l-awtorità ta’ kwittanza tagħti lill-implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-Qorti; ifakkar li r-rakkomandazzjoni 5 hija inkluża fil-kundizzjonijiet ifformulati fir-rapport ta’ kwittanza tal-2019 tal-Aġenzija u għadha mhijiex issodisfata għalkollox, u li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet l-oħra għadha pendenti; jitlob lill-Qorti twettaq evalwazzjoni ladarba l-iskadenzi tar-rakkomandazzjonijiet 1 sa 4 jkunu għaddew (sa tmiem l-2022) fil-qafas tar-rapport annwali tal-Qorti għall-Aġenzija, sabiex tivvaluta jekk u, jekk iva, sa liema punt l-Aġenzija implimentat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti b’mod adegwat u fil-ħin; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jżommu lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u jesprimi l-impenn tiegħu li jirrifletti dan fir-rapporti futuri dwar il-kwittanza;

18.

Jinnota li f’Ottubru 2020, sensiela ta’ investigazzjonijiet ġurnalistiċi għamlu diversi allegazzjonijiet kontra l-Aġenzija rigward il-kompliċità possibbli tagħha f’pushbacks illegali ta’ migranti illegali fil-Baħar Mediterran; jinnota li dawn l-allegazzjonijiet kienu sostnuti minn filmati ta’ riżorsi tal-Aġenzija li allegatament intużaw f’azzjonijiet bħal dawn; ifakkar li, abbażi ta’ dawn l-allegazzjonijiet, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament wettaq investigazzjoni permezz tal-FSWG tiegħu; ifakkar fil-konklużjonijiet tar-rapport tal-FSWG li ġew koperti b’mod estensiv fir-rapport dwar il-kwittanza tal-2019 tal-Aġenzija; ifakkar, f’dan il-kuntest, li l-FSWG ikkonkluda li l-Aġenzija “ma sabitx evidenza konklużiva dwar it-twettiq dirett ta’ pushbacks u/jew tkeċċijiet kollettivi mill-Aġenzija fil-każijiet ta’ inċidenti serji li setgħu jiġu eżaminati mill-FSWG”; ifakkar li l-FSWG ikkonkluda wkoll li l-Aġenzija kellha “evidenza insostenn tal-allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri li magħhom kellha operazzjoni konġunta, iżda naqset milli tindirizza dan il-ksur u tagħti segwitu għalih fil-pront u b’mod viġilanti u effettiv” u li “b’riżultat ta’ dan, il-Frontex la ppreveniet dan il-ksur u lanqas naqqset ir-riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fil-futur”; ifakkar li r-rapport tal-FSWG kien jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konformità tal-Aġenzija mad-drittijiet fundamentali u l-governanza, is-sorveljanza, il-proċeduri għar-rappurtar, u l-ġestjoni tal-ilmenti; jinnota li dawk ir-rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Aġenzija, lill-bord amministrattiv tagħha, lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill; jinnota li d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija jirrapporta f’kull laqgħa tal-bord amministrattiv dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-FSWG dwar id-drittijiet fundamentali u l-aspetti legali tal-operazzjonijiet, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Qorti; jinnota li ma hemm ebda skadenza għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, u jistieden lill-Aġenzija tipprovdi ċarezza lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-segwitu previst mir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-FSWG iwettaq inkjesta ta’ segwitu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mir-rapport tal-FSWG u jikkomunika s-sejbiet lill-awtorità ta’ kwittanza sabiex dawn jiġu riflessi fil-kwittanza għall-Aġenzija;

19.

Jistieden lid-direttur eżekuttiv isaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mal-FRO u l-forum konsultattiv billi jqis b’mod konsistenti r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jiżgura li l-FRO jiġi kkonsultat kif xieraq qabel l-operazzjonijiet, u jagħti segwitu lir-rakkomandazzjonijiet tal-FSWG fil-ħin, u jirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

20.

Jinnota li l-FRO tal-Aġenzija rreġistra formalment għaxar SIRs bi tliet rapporti finali tal-FRO maħruġa li jagħlqu l-SIRs u tlieta oħra kkunsidrati magħluqa sakemm jiġu ppubblikati r-rapporti tal-FRO; jinnota li l-SIRs ikkonċernati jinvolvu allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali matul l-attivitajiet operattivi, inklużi l-operazzjonijiet ta’ ritorn, ikkoordinati mill-Aġenzija (jiġifieri relatati mal-persunal tal-Istati Membri u tal-Aġenzija); jisħaq li l-FSWG esprima tħassib “dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv fl-iżgurar tal-konformità ma’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament EBCG, b’mod partikolari dawk relatati mad-drittijiet fundamentali”;

21.

Ifakkar li l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija jridu jitwettqu f’konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2019/1896, kif ukoll mar-Regolament tal-Persunal tal-UE u mar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija;

Politika dwar il-persunal

22.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, 63,01 % tat-tabella tal-persunal kienet ġiet eżegwita, b’662 aġent temporanju maħtur minn total ta’ 1 050 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma’ 484 post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 387 aġent kuntrattwali u 185 espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija (b’730 aġent kuntrattwali u 220 espert nazzjonali sekondat awtorizzati għall-Aġenzija fl-2020);

23.

Jinnota bi tħassib il-bilanċ bejn il-ġeneri rrapportat għall-2020 fil-livell ta’ maniġment superjuri bi 15-il raġel (75 %) u 5 nisa (25 %), fil-livell tal-bord amministrattiv b’50 raġel (83,3 %) u 10 nisa (16,7 %), u għall-persunal ġenerali tal-Aġenzija, bi 870 raġel (70,5 %) u 364 mara (29,5 %); jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri u fil-persunal tagħha, u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jaħtru l-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija;

24.

Ifakkar li l-OLAF fetaħ investigazzjoni fl-2019 dwar allegazzjonijiet ta’ fastidju, imġiba ħażina u pushbacks ta’ migranti li jinvolvu l-Aġenzija, filwaqt li indika l-irregolaritajiet b’eżattezza; jinnota li l-OLAF għalaq l-ewwel parti tal-investigazzjoni tiegħu dwar il-ġestjoni ta’ inċidenti li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali fil-15 ta’ Frar 2022 b’rakkomandazzjoni dixxiplinari, u li l-eżitu tagħha ġie ppreżentat parzjalment lill-Membri tal-Kumitati għall-Kontroll tal-Baġit u għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament fit-28 ta’ Frar 2022; jinnota, madankollu, li r-rapport għadu ma ġiex ipprovdut bil-miktub lill-Membri, u lanqas ma ġiet ipprovduta evidenza oħra bil-miktub tar-riżultati tal-investigazzjoni; jinnota bi tħassib li din l-investigazzjoni tirreferi għal allegazzjonijiet relatati mal-eżerċizzju tad-dmirijiet professjonali u n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli fis-seħħ u li r-rapport intbagħat lill-bord amministrattiv tal-Aġenzija taħt proċedura ta’ kamra tal-qari sikura; jistieden lill-OLAF u lill-Kummissjoni jiżguraw li r-rapport sħiħ tal-investigazzjoni jiġi kondiviż mal-awtorità ta’ kwittanza u mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2223 (6) u r-rekwiżiti legali kollha dwar il-protezzjoni ta’ data sensittiva u tad-drittijiet tal-persuni kkonċernati, bħall-aċċess għal informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet, it-tħejjija tad-difiża tagħhom, u biżżejjed żmien biex jirreaġixxu;

25.

Ifakkar li jeħtieġ li jkun hemm ċarezza dwar l-elementi kollha tal-investigazzjoni; jissottolinja li s-sejbiet deskritti fil-preżentazzjoni parzjali jqajmu tħassib serju fir-rigward tal-prestazzjoni tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 u jħeġġeġ lill-bord amministrattiv u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni rapida biex jindirizzaw il-kwistjonijiet kollha mqajma, peress li l-kredibbiltà tal-Aġenzija trid tkun lil hinn minn kull dubju, sabiex tkun tista’ twettaq bis-sħiħ il-kompiti u l-prerogattivi tagħha, anki fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna; iqis li l-awtorità ta’ kwittanza bħalissa m’għandhiex l-informazzjoni kompleta biex tieħu deċiżjoni infurmata bis-sħiħ dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020; itenni l-istedina tiegħu lill-Aġenzija biex tikkoopera bis-sħiħ mal-OLAF u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar kwalunkwe żvilupp li jkun rilevanti għall-proċedura ta’ kwittanza;

26.

Ifakkar fl-importanza tal-Aġenzija u tar-rwol tagħha bħala gwardja tal-fruntiera u tal-kosta tal-Unjoni; għalhekk, jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tagħti segwitu għal, u tindirizza b’mod xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-OLAF bil-ħsieb li tiżgura funzjonalità sħiħa, kif ukoll l-effikaċja u l-kredibilità tal-azzjonijiet tagħha, speċjalment fil-kuntest tas-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna, meta l-kontroll tal-fruntieri tal-Unjoni u l-ġestjoni xierqa tal-flussi migratorji jiżdiedu jsiru ta’ importanza fundamentali;

27.

Jinnota bi tħassib it-tweġibiet tal-Aġenzija għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament fis-sens li, fl-2020, b’kollox ġew irrapportati 17-il każ ta’ fastidju lill-entitajiet kompetenti tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tivvaluta bir-reqqa kull każ, filwaqt li tieħu approċċ ta’ tolleranza żero għal fastidju psikoloġiku u sesswali jew kwalunkwe tip ieħor ta’ fastidju, u tipproċedi malajr billi żżomm responsabbli lil min kellu l-imġiba ħażina; jilqa’ t-taħriġ li ngħataw il-konsulenti kunfidenzjali u l-azzjonijiet meħuda biex titqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal u biex il-persunal jiġi infurmat dwar il-konsulenti kunfidenzjali; jilqa’ s-sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni online għall-maniġers eżekuttivi, superjuri u intermedji u għall-mexxejja tat-timijiet, u li ġew organizzati sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ddedikati għall-membri tal-persunal li rreġistraw għal tali sessjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu ta’ dawn il-każijiet;

Akkwist

28.

Jinnota li fl-2020 l-Aġenzija varat 23 offerta miftuħa, b’ħamsa li rriżultaw f’kuntratti ffirmati għal valur totali ta’ EUR 9 309 000,00, u 18 minnhom għadhom għaddejjin, b’valur totali ta’ EUR 153 294 000,00; jinnota wkoll li l-Aġenzija varat 30 proċedura ta’ valur baxx u medju (innegozjati ma’ tliet u ħames kandidati) b’valur totali ta’ EUR 2 764 706,46, u minn dawn it-30 proċedura, 21 minnhom irriżultaw f’kuntratti ffirmati fl-2020 għal valur totali ta’ EUR 1 992 904,00, filwaqt li disgħa minnhom għadhom għaddejjin, għal valur totali ta’ EUR 771 802,46; jinnota wkoll li, fl-2020, l-Aġenzija ttrattat 213-il proċedura ta’ valur baxx ħafna (innegozjati ma’ kandidat wieħed) għal valur totali ta’ EUR 1 347 649,76; jinnota, fl-aħħar nett, li fl-2020 ġew ittrattati 776 proċedura taħt kuntratti qafas eżistenti għal valur totali ta’ EUR 91 451 075,83 u 696 minnhom irriżultaw f’kuntratti speċifiċi ffirmati jew f’formoli ta’ ordnijiet, b’valur totali ta’ EUR 80 895 932,89, filwaqt li 80 minnhom għal valur totali ta’ EUR 10 555 142,94 għadhom għaddejjin;

29.

Jinnota li l-Aġenzija mexxiet l-offerta interistituzzjonali għax-xiri ta’ tagħmir protettiv personali ma’ madwar 50 istituzzjoni, aġenzija u korp oħra tal-Unjoni li pparteċipaw u valur totali ta’ EUR 60 580 000,00;

30.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija introduċiet linji gwida għall-akkwist ekoloġiku għas-servizzi tat-tindif u tal-kantin u għall-kunsinna tal-għamara; iħeġġeġ lill-Aġenzija tevalwa l-esperjenza bl-akkwist ekoloġiku u taqsamha man-Network tal-Aġenziji tal-UE u, fejn xieraq, testendi l-ambitu tal-akkwist ekoloġiku fl-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

31.

Jiddispjaċih li mhux is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess kollha tal-membri tal-bord amministrattiv huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija, bl-għan li żżid it-trasparenza, tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess neqsin fuq is-sit web tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda f’dak ir-rigward;

32.

Ifakkar fit-tħassib tal-awtorità ta’ kwittanza fil-kwittanza tal-2019 rigward it-trasparenza u r-rappreżentanza tal-interessi tal-Aġenzija; jinnota l-istabbiliment u l-operazzjonalizzazzjoni tar-reġistru tat-trasparenza tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tikkonforma mal-ogħla standards ta’ trasparenza u tara li r-reġistru tat-trasparenza jiġi aġġornat regolarment; jinnota li l-Aġenzija implimentat proċess ġdid biex iżżid it-trasparenza; jinnota li l-laqgħat kollha mal-industrija (i-days) ġew organizzati online bil-preżentazzjoni ta’ aktar minn 60 soluzzjoni minn 50 kumpanija, u bil-parteċipazzjoni ta’ 430 rappreżentant tal-Aġenzija, l-Istati Membri u s-sħab tal-Unjoni, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali; jinnota li l-Aġenzija, minbarra l-i-days, organizzat dimostrazzjoni online ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi eżatt wara l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Bijometrika għall-Fruntieri, li matulha ġew ippreżentati aktar minn 100 soluzzjoni, bi 23 preżentazzjoni tal-industrija lil aktar minn 470 parteċipant fil-konferenza; jinnota, madankollu, li ftit wisq laqgħat jidhru li huma rreġistrati fir-reġistru tat-trasparenza li għadu kif ġie stabbilit; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar liema partijiet privati ltaqgħet magħhom matul il-ġranet biannwali tal-industrija fl-2020; jistieden lill-Aġenzija taġġorna lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar f’dan ir-rigward;

33.

Jisħaq li l-Ombudsman Ewropew ħeġġeġ lill-Aġenzija biex “tiżgura approċċ aktar proattiv għat-trasparenza”; ifakkar fl-istedina tal-FSWG lill-Aġenzija biex “tkompli żżid it-trasparenza tagħha billi taġixxi f’konformità mal-prattika tal-portal AsktheEU u ma tirrikorri għal ebda klawżola dwar id-drittijiet tal-awtur” u li “l-SIRs, ir-rapporti dwar l-użu tal-forza u l-ilmenti individwali għandhom jiġu kklassifikati bħala dokumenti ristretti biss meta jkun meħtieġ u fuq bażi ta’ każ b’każ”;

34.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Aġenzija tikkoopera mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni kollha tagħha bona fide, kif inkorporat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1896;

35.

Jinnota rapporti reċenti tal-media li l-Aġenzija nefqet EUR 8 500 biex tibgħat lid-direttur eżekuttiv tagħha fuq ġett privat biex jattendi laqgħa fi Brussell fl-4 ta’ Marzu 2020, minkejja li ġie nnotifikat jum minn qabel li l-laqgħa ta’ Brussell kienet se tiġi skedata, u fl-istess jum kien hemm titjira kummerċjali disponibbli; jisħaq li dan imur kontra ġestjoni responsabbli tal-flus tal-kontribwenti u jħeġġeġ lid-direttur eżekuttiv jibdel l-approċċ tiegħu f’dan ir-rigward;

Kontroll intern

36.

Jinnota l-valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern imwettqa mill-Aġenzija fl-2020, li kkonkludiet li, għalkemm is-sistema titqies bħala kumplessivament effettiva, hemm bżonn ta’ xi titjib; jinnota li dan jirrigwarda b’mod partikolari l-prinċipji ta’ kontroll intern 10 (attivitajiet ta’ kontroll), 15 (komunikazzjoni mal-partijiet esterni dwar kwistjonijiet li jaffettwaw il-kontroll intern) u 16 (valutazzjoni annwali u kontinwa tas-sistema ta’ kontroll intern); jistieden lill-Aġenzija tqis ukoll l-osservazzjonijiet tal-Qorti fil-valutazzjoni annwali tas-sistema ta’ kontroll intern; jinnota li l-Aġenzija fformulat pjan ta’ azzjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati u impenjat ruħha li timplimenta l-azzjonijiet malajr; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar il-progress li jkun sar;

37.

Jinnota l-azzjonijiet li għaddejjin tal-Aġenzija dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti; jinnota li l-Aġenzija ħolqot pjan ta’ azzjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti; jistieden lill-Aġenzija tkompli twettaq azzjonijiet korrettivi, inklużi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar postijiet tax-xogħol sensittivi f’konformità mal-istandards ta’ kontroll intern tagħha stess, tfassal pjan ta’ kontinwità tal-operat u tikseb l-approvazzjoni tal-bord amministrattiv tagħha, tindirizza r-riskju ta’ finanzjament doppju mill-Fond għas-Sigurtà Interna u tindirizza l-livell għoli ta’ riporti; madankollu, jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tilħaq il-livelli ta’ okkupanza meħtieġa stabbiliti fit-tabella tal-persunal; jilqa’ l-passi korrettivi li ħadet l-Aġenzija biex tindirizza l-kwistjoni tar-rimborżi lill-pajjiżi li jikkooperaw mingħajr id-dokumentazzjoni ġustifikattiva meħtieġa; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li tagħmel b’rabta ma’ dawk il-kwistjonijiet;

38.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-Aġenzija naqset milli tirreġistra nota ta’ eċċezzjoni fir-reġistru ċentrali għall-eċċezzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija żżomm l-istandards għoljin tagħha ta’ trasparenza u reġistrazzjoni f’waqtha u sħiħa tal-eċċezzjonijiet u tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u d-dokumentazzjoni sottostanti tagħhom;

39.

Jinnota s-sejba tal-Qorti li fl-1 ta’ Settembru 2020, l-Aġenzija talbet permess lill-Kummissjoni biex 100 post AST jinbidlu f’postijiet f’livell avvanzat (grad AD 7 jew ogħla), għall-korp permanenti u għal kompiti ġodda taħt il-mandat il-ġdid; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija, fid-9 ta’ Settembru 2020, qabel ma rċeviet it-tweġiba tal-Kummissjoni, bagħtet 47 offerta lil kandidati ta’ livell avvanzat filwaqt li l-Kummissjoni informat lill-Aġenzija li ma kellha ebda awtorità legali li tgħolli l-grad tal-postijiet, u dan wassal biex l-Aġenzija rtirat minnufih s-47 offerta ta’ impjieg; jenfasizza li l-Aġenzija missha kisbet assigurazzjoni legali mill-Kummissjoni qabel ma pproċediet, peress li dan kien jevita tfixkil bla bżonn li rriżulta mill-irtirar tal-offerti; ifakkar li dan espona lill-Aġenzija għal riskju bla bżonn ta’ ħsara għar-reputazzjoni u ta’ litigazzjoni; jistieden lill-Aġenzija ma tiħux azzjonijiet bħal dawn mingħajr ċarezza legali fil-futur biex tevita li sitwazzjonijiet bħal dawn jerġgħu jseħħu;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

40.

Jinnota l-istabbiliment ta’ ċellola tal-kriżijiet fl-Aġenzija li appoġġat il-maniġment eżekuttiv tagħha matul il-pandemija tal-COVID-19, billi pprovdiet appoġġ għall-kontinwità tal-operat, żgurat is-saħħa, is-sikurezza u l-benesseri tal-persunal, u mminimizzat it-tfixkil fl-operazzjonijiet tal-Aġenzija; jinnota li ċ-ċellola tal-kriżijiet ingħatat is-setgħa ta’ allokazzjoni temporanja tal-funzjonijiet u tal-persunal minn entitajiet fl-Aġenzija kollha biex tiżgura ġestjoni effiċjenti u sostenibbli tal-proċessi u tal-kompiti;

41.

Jinnota li l-Aġenzija abbozzat linji gwida speċifiċi dwar it-telexogħol matul il-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll strateġija ta’ ħruġ; jinnota li, biex jiġi ffaċilitat it-telexogħol u jingħata kontribut għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa għall-persunal, il-persunal kollu, kif ukoll il-persunal estern f’każ ta’ ħtiġijiet kummerċjali ġustifikati, tħallew jieħdu d-dar ċertu tagħmir tal-uffiċċju u tal-ICT li normalment jużaw fl-uffiċċju bi proċedura interna żviluppata biex jiġi żgurat il-kontroll fuq it-tagħmir u ġbir ordnat mill-bini;

42.

Jinnota r-rapport tal-Aġenzija li ġie varat fluss tax-xogħol ġdid mingħajr karti għall-proċessi finanzjarji u tal-akkwist, inklużi għodod ta’ implimentazzjoni ġodda, bħall-interpretazzjoni online; jinnota l-kumment tal-Aġenzija li l-impatt tal-pandemija f’xi każijiet jista’ jkun pożittiv, peress li ħaffet innovazzjonijiet tant meħtieġa u ssimplifikat xi proċeduri;

43.

Jinnota li l-pjan ta’ taħriġ tal-Aġenzija ġie affettwat b’mod sinifikanti mill-pandemija, u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti mill-Istati Membri u mill-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen wasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà kemm ta’ ħarrieġa kif ukoll ta’ postijiet ta’ taħriġ, kif ukoll għal possibbiltà ristretta ta’ vvjaġġar lejn iċ-ċentri tat-taħriġ; jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura l-kontinwità tal-operat billi tfassal mill-ġdid il-proċess kollu tat-taħriġ, aġġustat għall-apprendiment mill-bogħod;

Kummenti oħra

44.

Ifakkar li, fil-15 ta’ Ġunju 2021, l-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet li kien hemm dewmien min-naħa tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-bidliet importanti introdotti mir-Regolament (UE) 2019/1896; jinnota li l-Ombudsman Ewropew ittrattat 13-il każ li għandhom x’jaqsmu mal-Aġenzija, sitta dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, sitta dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u wieħed relatat mad-drittijiet fundamentali; jinnota li l-Ombudsman Ewropew ma pprovdietx rakkomandazzjonijiet f’sitt każijiet, li l-implimentazzjoni ta’ erba’ rakkomandazzjonijiet għadha għaddejja u li fi tliet każijiet ir-rakkomandazzjoni diġà ġiet implimentata;

45.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 143, 30.4.2020, p. 6.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2021)0442.

(4)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(5)  Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(6)  Regolament (UE, Euratom) 2020/2223 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 49).

(7)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/416


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1808 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0101/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0110/2022),

 

1.

Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/417


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1809 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0102/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 85 u 86 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/419


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1810 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2022),

A.

billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2020 kien ta’ EUR 35 449 479,85, li jirrappreżenta żieda ta’ 5,54 % meta mqabbel mal-2019; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni; billi r-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 0,7 % fl-Unjoni fl-2020;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”), tistqarr li l-Qorti kisbet aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2020 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 100,00 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2019; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 83,38 %, li tfisser tnaqqis ta’ 2,57 % meta mqabbla mal-2019;

2.

Jinnota li minbarra l-baġit ewlieni tagħha, l-Aġenzija kompliet tiġġestixxi ammont kbir ta’ baġit delegat, b’mod partikolari fil-qafas tal-użu tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), l-użu ta’ Galileo, u l-Ftehimiet ta’ Delega ta’ Orizzont 2020; jinnota wkoll li fl-2020 l-Aġenzija bdiet il-ġestjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni dwar l-azzjonijiet preparatorji ta’ Govsatcom; jinnota wkoll li fl-2020 ġie impenjat l-ammont ta’ EUR 402 000 000 fl-ambitu ta’ baġit delegat u ġie mħallas l-ammont ta’ EUR 753 000 000 f’pagamenti;

Prestazzjoni

3.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu dwar l-interruzzjoni tas-servizzi Galileo fl-2019, li l-Aġenzija implimentat ir-rakkomandazzjonijiet fuq terminu qasir u medju kollha maħruġa mill-bord tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tagħha; jinnota wkoll li l-Aġenzija implimentat il-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet fit-tul, iżda hija mistennija tapplika l-osservazzjonijiet li fadal sal-aħħar tas-sena 2021, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tat-tielet Faċilità għall-Ipproċessar tas-Sinkronizzazzjoni Orbitali u ż-żamma tal-validazzjoni u tat-trasferiment tal-katina operattiva; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dak ir-rigward;

4.

Jinnota li, minkejja l-isfidi maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija ddikjarat bħala operattiv is-Servizz ta’ Konferma tas-Sinjali ta’ Galileo; jinnota li l-Aġenzija introduċiet b’suċċess il-mekkaniżmu tat-tagħbija EGNOS GEO-3 fl-2020;

5.

Ifakkar li, skont ir-Rapport Speċjali 22/2020 tal-Qorti dwar il-Futur tal-Aġenziji (ir-“Rapport Speċjali tal-Qorti”), l-Aġenzija għandha awtonomija limitata ħafna fil-prattika fir-rigward tal-kompitu ewlieni tagħha li hu l-isfruttament tas-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita Galileo skont ftehim ta’ delega mal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-awtonomija tal-Aġenzija b’mod partikolari fir-rigward tal-kompetenzi tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ delega permezz ta’ għadd ta’ kuntratti kumplessi mas-sħab industrijali u l-entitajiet tas-settur pubbliku; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

6.

Jinnota li, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu mis-snin preċedenti, l-Aġenzija adottat srateġija ġdida tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (tal-ICT) u strateġija tas-sigurtà tal-ICT, kif ukoll politika ta’ sigurtà tal-ICT u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha fit-tieni kwart tal-2020; jinnota wkoll li f’Awwissu 2020 l-Aġenzija approvat programm ta’ trasformazzjoni diġitali, anke b’rabta mat-trasformazzjoni mill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA), bil-għan li timmodernizza l-ambjent tax-xogħol tal-Aġenzija, testendi l-possibbiltajiet ta’ telexogħol b’informazzjoni klassifikata tal-UE, u tiżviluppa applikazzjonijiet moderni li jappoġġaw l-attività prinċipali, flimkien ma’ żieda fil-livell ta’ sigurtà li hija riflessa fl-aspirazzjoni li jiġu stabbiliti kapaċitajiet ta’ difiża ċibernetika 24/7 flimkien mas-sistemi modernizzati l-ġodda;

7.

Jinnota li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti, jeħtieġ li l-Aġenzija ttejjeb b’mod sinifikanti l-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri, aġenziji oħra u internazzjonalment; jistieden lill-Aġenzija tibni kooperazzjoni u kondiviżjoni aħjar tal-għarfien mal-Istati Membri kollha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

Politika dwar il-persunal

8.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, it-tabella tal-persunal kienet implimentata kompletament, bil-ħatra ta’ 150 aġent temporanju minn total ta’ 150 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma’ 139 post tax-xogħol awtorizzat fl-2019); jinnota li, barra minn hekk, 65 aġent kuntrattwali u 7 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2020;

9.

Jinnota bi tħassib il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija, bi tliet postijiet minn tlieta (100 %) koperti minn irġiel u fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija, l-irġiel ikorpu 24 post minn 28 (85,7 %); barra minn hekk, jinnota bi tħassib in-nuqqas tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal ġenerali tal-Aġenzija, fejn 135 minn 202 (66,8 %) huma rġiel; japprezza l-isforzi tal-Aġenzija biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri minn 7 % fl-2017 għal 33 % fl-2020 tar-rappreżentanti nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri; itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex tieħu miżuri addizzjonali malajr kemm jista’ jkun bil-għan li tiżgura bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fi ħdan il-maniġment superjuri tagħha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija; ifakkar lill-Aġenżija li, fl-għażla tal-kandidati, huma importanti kemm il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza kif ukoll il-bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri fost il-persunal;

10.

Jiddispjaċih, fir-rigward tas-segwitu tal-osservazzjonijiet għall-kwittamza tal-2019, għall-iżbilanċi ġeografiċi persistenti fil-kompożizzjoni tal-persunal tal-Aġenzija, speċjalment fil-livelli tal-maniġment intermedju u superjuri; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi rappreżentanza xierqa ta’ nazzjonalitajiet mill-Istati Membri kollha, filwaqt li fl-istess ħin tirrispetta l-kompetenzi u l-merti tal-kandidati kif indikat fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;

11.

Jinsab imħasseb li l-Aġenzija qed issibha diffiċli biex tirrekluta persunal bl-għarfien espert tekniku meħtieġ u sabiex tikkumpensa għal nuqqas ta’ postijiet jew esperti nazzjonali, l-Aġenzija qed testernalizza dejjem aktar kompiti ewlenin lil kuntratturi privati, li mbagħad taf tispiċċa tiddependi fuqhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni bir-reqqa u tipprovdi lill-Aġenzija l-mezzi meħtieġa biex tirrekluta l-persunal meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar din il-kwistjoni;

12.

Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-bord ta’ tmexxija tal-Aġenzija peress li dan irendi t-teħid ta’ deċiżjonijiet diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

13.

Jiddispjaċih li s-CVs kollha tal-membri tal-bord amministrattiv għadhom ma ġewx ippubblikati fis-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijet meħuda f’dan ir-rigward;

14.

Jinnota li, wara n-negozjati fl-2020 li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Aġenzija ġiet ittrasformata fl-EUSPA f’Mejju 2021 b’sett akbar ta’ kompiti ewlenin u delegati u dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva korrespondenti ġdida għall-EUSPA; jinnota li din it-trasformazzjoni tinkludi rilokazzjoni ta’ 251 aġent temporanju u 34 persunal kuntrattwali sal-2023; jinnota li l-bidliet jistgħu jfixklu t-teħid ta’ deċiżjonijiet u jiġġeneraw spejjeż amministrattivi konsiderevoli; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riskji għall-funzjonament tal-Aġenzija u l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda mill-Aġenzija;

15.

Jilqa’ l-isforzi li saru fil-politika tal-persunal biex jiġu mħeġġa t-telexogħol u ħajja sana u jkompli jinkoraġġixxi lill-Aġenzija ssegwi l-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida u l-iżvilupp tal-karriera tul il-ħajja, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku u r-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità;

Akkwist

16.

Jinnota li, bejn l-2017 u l-2020, l-Aġenzija mmaniġġjat b’kollox ħames proċeduri ta’ akkwist li jinkludu l-proġetti DISPATCH u PRISMA; jilqa’ l-fatt li fl-2020, 100 % tal-kuntratti ppjanati tal-Aġenzija kienu operattivi u fil-ħin;

17.

Jinnota, fir-rigward tas-segwitu tas-sejbiet tal-Qorti tas-sena preċedenti, li l-Aġenzija ħadet passi biex timplimenta l-moduli tal-akkwist elettroniku u tas-sottomissjoni elettronika ta’ offerti bħala għodod tal-akkwist fil-ġestjoni tal-attivitajiet tagħha, b’referenza partikolari għall-akkwist amministrattiv li jista’ jiġi implimentat permezz ta’ offerti miftuħa; jinnota li l-Aġenzija pprovdiet taħriġ speċifiku u twettqu l-formalitajiet amministrattivi għall-użu tagħhom; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess u trasparenza

18.

Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jinnota li l-Aġenzija kellha każ wieħed ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta matul l-2020 li kien jinkludi rapporti ta’ żvelar simili u ripetuti ta’ irregolaritajiet lil diversi partijiet ikkonċernati; jinnota li l-każ irriżulta f’investigazzjonijiet li fihom id-dikjarazzjonijiet żvelati ta’ irregolaritajiet instabu li ma kinux sostanzjati;

Kontroll intern

19.

Jinnota mis-segwitu u mir-rapport tal-Qorti li hemm riskju li l-pagamenti tal-Aġenzija lill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi EGNOS u GALILEO jistgħu jiġu kkalkulati abbażi ta’ spejjeż mhux preċiżi minħabba n-nuqqas ta’ strateġija ex ante jew ex post komprensiva; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija rigward il-kontrolli ex ante li l-Aġenzija pprovdiet lill-Qorti b’metodoloġija aġġornata ta’ rappurtar tal-ispejjeż u wriet ukoll li tuża ċ-ċertifikati ta’ twettiq ta’ stadji importanti mill-ESA biex tirrikonċilja l-ispejjeż iddikjarati mill-ESA; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li fir-rigward tal-istrateġija ta’ kontroll ex post, l-Aġenzija u d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju qed jivverifikaw l-attività tal-ESA fl-2020; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta r-riżultati ta’ dan l-awditu u tinkorpora t-tagħlimiet meħuda minnu fi strateġija ex post futura;

20.

Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha u l-approvazzjoni tal-pjan ta’ kontinwità tal-operat tagħha fl-2020, li kien is-suġġett ta’ inkjesti ta’ segwitu mill-Qorti mill-2015;

21.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni ressaq rapport tal-awditjar dwar l-Isfruttament tal-EGNOS f’Novembru 2019 b’ħames rakkomandazzjonijiet importanti u kwistjoni waħda identifikata biex tiġi kkunsidrata; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li r-rakkomandazzjonijiet għadhom pendenti għar-rieżami tal-IAS; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar f’dak ir-rigward;

22.

Jinnota, fir-rigward tal-azzjonijiet tal-Aġenzija għal segwitu tal-kwittanza 2019 tal-awtorità ta’ kwittanza, li l-kapaċità tal-awditjar intern wettqet awditu tal-“Bini tal-Kapaċitajiet tal-persunal tal-GSA” fl-2019 u, għalkemm ir-rapport ma ġiex iffinalizzat fl-2019, kien ippjanat li jiġu inklużi rakkomandazzjoni importanti ħafna u erba’ rakkomandazzjonijiet importanti; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

23.

Jinnota li l-avvenimenti esterni tal-Aġenzija tmexxew online, u r-restrizzjonijiet fiżiċi imposti mill-pandemija tal-COVID-19 inbiddlu f’opportunità biex jintlaħqu komunitajiet ta’ utenti ġodda u ssir globali, kif kien il-każ għall-Pjattaforma ta’ Konsultazzjoni għall-Utenti u l-Ġimgħa Spazjali Ewropea annwali, li attiraw aktar minn 3 000 parteċipant minn aktar minn 100 pajjiż;

Kummenti oħra

24.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda wkoll sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tkompli tkun proattiva f’dan ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta’ kollox;

25.

Jinnota mir-risposti tal-Aġenzija għar-rapport ta’ kwittanza tal-Aġenzija għall-2019 li fl-2020 l-Aġenzija implimentat sett ta’ miżuri biex iżżid iċ-ċibersigurtà, inkluż l-eżekuzzjoni tal-programm Splunk Enterprise Security, l-adozzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà tal-ICT tagħha u l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni tal-Apparat Mobbli, li hija bbażata fuq Microsoft Intune;

26.

Jinnota mir-risposti tagħha għall-kwestjonarju standard tal-Parlament li l-Aġenzija qed tistabbilixxi għadd ta’ miżuri biex tiżgura spazju tax-xogħol sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent bħall-parteċipazzjoni fil-qafas kuntrattwali u ta’ koordinazzjoni tal-Iskema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali u ta’ Awditjar, l-implimentazzjoni ta’ prattiki ta’ riċiklaġġ u l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ambjent fil-kuntratti l-ġodda kollha;

27.

Jinnota li l-Aġenzija qed tfittex bini ġdid għall-kwartieri ġenerali tagħha fi Praga; jinnota li siti oħra għall-Aġenzija fi Franza u fi Spanja huma fil-fażi ta’ kostruzzjoni u rinnovazzjoni; jinnota li l-Aġenzija tirrapporta li ssegwi l-istandards ambjentali nazzjonali u l-metodoloġija l-aktar reċenti għal dawn il-proġetti ta’ rinnovazzjoni u kostruzzjoni;

28.

Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

 


(1)  ĠU C 114, 31.3.2021, p. 107.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0196.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/423


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1811 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali — EUSPA) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06003/2022 — C9-0102/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 85 u 86 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0117/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(2)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/425


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1812 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 68 u 70 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0104/2022),

A.

billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi, għal kull korp skont it-tifsira tal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-osservazzjonijiet trażversali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza f’konformità mal-Artikolu 262 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew;

B.

billi din ir-riżoluzzjoni tinkludi wkoll, għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, l-osservazzjonijiet trażversali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza f’konformità mal-Artikolu 262 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament;

C.

billi l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jagħmlu enfasi fuq missjonijiet li b’mod ċar iżidu l-valur lill-Unjoni u l-organizzazzjoni ta’ missjonijiet bħal dawn għandha tiġi ottimizzata biex jiġu evitati duplikazzjonijiet fl-aħjar interessi tal-kontribwenti tal-Unjoni;

1.

Jilqa’ l-isforzi li saru mill-aġenziji biex iżommu l-istandards għoljin ta’ xogħol u l-outputs ta’ kwalità għolja tagħhom, minkejja l-limitazzjonijiet li imponiet il-pandemija tal-COVID-19;

2.

Jenfasizza li l-pandemija wriet għal darb’oħra li l-aġenziji għandhom rwol kruċjali fil-politika tal-Unjoni, mill-monitoraġġ tal-infezzjonijiet madwar l-Istati Membri, l-awtorizzazzjoni tal-vaċċini u t-trattamenti, il-ħruġ ta’ gwida dwar l-adattament tal-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema, sal-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet għat-telexogħol, ix-xiri online u s-servizzi elettroniċi tas-saħħa, u l-indirizzar tal-volatilità fis-swieq, li tirriżulta mill-pandemija, taħt is-superviżjoni tagħhom, filwaqt li juru reżiljenza, flessibbiltà u adattabbiltà sinifikanti;

3.

Jinnota li għat-32 aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni, it-total kumulattiv għall-baġits tal-2020 ammonta għal madwar EUR 3 040 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jirrappreżenta żieda ta’ madwar 6,55 % meta mqabbel mal-2019, u għal EUR 2 888 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, żieda ta’ 19,59 % meta mqabbel mal-2019; jinnota, barra minn hekk, li mill-EUR 2 888 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, madwar EUR 2 253 miljun ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jirrappreżentaw 74,1 % tal-finanzjament totali tal-aġenziji fl-2020 (meta mqabbla mal-74,8 % fl-2019); jirrikonoxxi, barra minn hekk, li madwar EUR 786 miljun kienu ffinanzjati minn tariffi u imposti u minn kontribuzzjonijiet diretti minn pajjiżi parteċipanti (tnaqqis ta’ 21,0 % meta mqabbla mal-2019);

4.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”) fir-rapport annwali tagħha dwar l-aġenziji tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”) li b’mod ġenerali, l-awditu tal-Qorti tal-kontijiet annwali tal-aġenziji għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2020 u tad-dħul li fuqu huma bbażati kkonferma r-riżultati pożittivi rrapportati fis-snin preċedenti; jinnota, madankollu, li skont il-Qorti, hemm bżonn ta’ xi titjib fil-qasam tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

Riskji ewlenin identifikati mill-Qorti

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għall-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji, kif stabbilit bl-applikazzjoni tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u abbażi ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà, huwa ġeneralment baxx, kif kien il-każ fl-2019;

6.

Jinnota li, skont ir-rapport tagħha, il-Qorti tqis li r-riskju ġenerali għal-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji huwa baxx għall-maġġoranza tal-aġenziji, u huwa medju għall-aġenziji parzjalment iffinanzjati minnhom infushom fejn huma applikabbli regolamenti speċifiċi għall-ġbir ta’ tariffi u kontribuzzjonijiet oħra tad-dħul, kif kien il-każ fl-2019;

7.

Jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju għal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji b’mod ġenerali huwa medju, filwaqt li jvarja minn baxx għal għoli għal titoli speċifiċi tal-baġit; jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju għat-Titolu I (Infiq għall-Persunal) huwa ġeneralment baxx, għat-Titolu II (Infiq Amministrattiv) huwa medju, u għat-Titolu III (Infiq Operattiv) huwa baxx għal għoli, skont l-aġenzija inkwistjoni u n-natura tal-infiq operattiv tagħha; jirrimarka li l-Qorti tqis ir-riskju fir-rigward tat-Titolu III simili għar-riskju tat-Titolu II, iżda peress li hemm ammonti ferm ogħla involuti taħt it-Titolu III, l-impatt jitqies li huwa ogħla;

8.

Jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju għal ġestjoni finanzjarja tajba huwa medju, primarjament assoċjat ma’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku li ma żgurawx li jinkiseb l-aħjar valur possibbli għall-flus;

9.

Jinnota li l-Qorti tqis li r-riskju għall-ġestjoni tal-baġit huwa baxx, filwaqt li l-awditu tal-Qorti juri riporti għoljin ta’ approprjazzjonijiet impenjati, li, madankollu, skont il-Qorti, kienu ġġustifikati min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet jew għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-aġenziji;

10.

Jinnota li l-Qorti semmiet “riskju ieħor” relatat mal-pandemija tal-COVID-19 li affettwa l-ħidma tal-Qorti peress li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar waqqfuha milli twettaq verifiki fuq il-post, milli tikseb dokumenti oriġinali u milli tintervista lill-persunal tal-entitajiet awditjati wiċċ imb wiċċ; jinnota b’apprezzament li l-Qorti xorta waħda wettqet il-ħidma tagħha permezz ta’ rieżamijiet dokumentarji u intervisti mill-bogħod tal-entitajiet awditjati; jinnota l-valutazzjoni tal-Qorti li, minkejja żieda fir-riskju tad-detezzjoni minħabba li ma saret l-ebda verifika fuq il-post, l-evidenza li kisbet mill-entitajiet awditjati tagħha xorta ppermettiet lill-Qorti tlesti l-ħidma tagħha u tikkonkludi abbażi tagħha; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-organizzazzjoni tax-xogħol fl-aġenziji kellha tegħleb ukoll xi sfidi relatati mal-COVID-19, li kellhom implikazzjonijiet fuq il-proċeduri ta’ akkwist tal-Aġenziji, fuq il-ġestjoni u fuq it-twettiq ta’ kuntratti, il-proċeduri ta’ reklutaġġ, l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq il-kontrolli interni; jilqa’ l-osservazzjonijiet speċifiċi tal-Qorti f’dan ir-rigward;

11.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti ddikjarat li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-aġenziji ħadu azzjonijiet korrettivi biex jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-awditjar tas-snin preċedenti u jistieden lill-aġenziji tal-ĠAI jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jagħtu segwitu lill-osservazzjonijiet tal-Qorti, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kontroll intern, il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u l-ġestjoni baġitarja;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

12.

Jinnota b’sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-Qorti, inħarġet opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha; josserva li l-Qorti ħarġet opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha, ħlief għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA);

13.

Jinnota li, fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet, il-Qorti ħarġet paragrafu ta’ “osservazzjonijiet” għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fir-rigward tal-ftehim ta’ kiri għall-uffiċċji preċedenti tagħha f’Londra li jintemm fl-2039 mingħajr ebda dispożizzjoni għal terminazzjoni bikrija; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ssullokat l-uffiċċji preċedenti tagħha b’kundizzjonijiet konsistenti mat-termini tal-kirja prinċipali filwaqt li l-kera pendenti, it-tariffi għas-servizzi assoċjati u l-assigurazzjoni ta’ sid il-kera għandhom jitħallsu mill-Aġenzija sa tmiem il-kirja stmati għal EUR 377 miljun; jinnota li dan huwa ammont konsiderevoli li potenzjalment iqiegħed il-kontinwità finanzjarja tal-Aġenzija f’riskju;

14.

Jinnota li, fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji, il-Qorti ħarġet żewġ paragrafi ta’ “kwistjonijiet oħra” għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), wieħed relatat mat-tariffi ddebitati lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, u wieħed relatat mat-tariffi għar-Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet; jinnota li l-Qorti osservat, fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, li t-tariffi ddebitati huma bbażati fuq id-dħul tagħhom bħala entità ġuridika, iżda mhux bħala grupp ta’ entitajiet relatati, li joħloq opportunità kważi leġittima biex jiġu evitati t-tariffi billi d-dħul mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni jiġi ttrasferit għall-entitajiet relatati tagħhom barra mill-Unjoni; jinnota li l-ESMA qed tindirizza dan ir-riskju, permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dokument ta’ diskussjoni, li rriżulta f’parir tekniku lill-Kummissjoni dwar l-emendar tar-Regolament fundatur tal-ESMA biex jiġi mmitigat ir-riskju; jinnota fir-rigward tat-tariffi għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li dawn jiġu kkalkolati mill-ESMA abbażi tal-fatturat applikabbli ta’ kull repożitorju tat-tranżazzjonijiet individwali, kif ippreżentat fir-rapporti finanzjarji tagħhom li għalihom awdituri indipendenti jagħtu opinjoni kemm jekk jippreżentaw stampa vera u ġusta jew le; jinnota li l-Qorti sabet li l-għadd ta’ tranżazzjonijiet irrapportati lir-Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet u l-għadd ta’ tranżazzjonijiet pendenti rreġistrati fil-31 ta’ Diċembru 2019, bħala bażi għall-kalkolu tal-fatturat għat-tariffi, kienu soġġetti biss għal rieżami limitat minn awdituri indipendenti u li f’Marzu tal-2021 l-ESMA ppubblikat dokument ta’ diskussjoni li ppropona li jiġi ssimplifikat il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-fatturat sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni identifikata;

15.

Jinnota li l-Qorti ħarġet opinjoni li tivverifika l-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Aġenziji, għall-aġenziji kollha, ħlief għall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA); jinnota li l-opinjoni kwalifikata tal-ACER kienet relatata ma’ diversi kuntratti speċifiċi taħt kuntratt qafas għas-servizzi tal-IT u li l-pagamenti relatati fis-sena finanzjarja 2020 ammontaw għal EUR 752 654 (3,7 % tal-pagamenti totali disponibbli fl-2020) u li l-ACER ħadet passi biex tipprevjeni l-użu żbaljat tal-kuntratt qafas; jinnota li l-opinjoni kwalifikata għall-eu-LISA rriżultat primarjament minn kuntratt għal software, differenti mis-software offrut taħt il-kuntratt qafas assoċjat li rriżulta f’devjazzjoni mill-kuntratt qafas, filwaqt li l-eu-LISA ddikjarat li dan l-iżball ġie rrimedjat; jinnota li l-opinjoni kwalifikata għall-ENISA rriżultat minn nuqqas ta’ delega formali għal membru tal-persunal li ppermetta l-awtorizzazzjoni ta’ pagamenti u li l-ENISA ħadet passi biex tiżgura li l-pagamenti jsiru biss bid-delegi meħtieġa stabbiliti;

16.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti relatata mal-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati fejn metodi differenti fil-ftehimiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet jinvolvu riskju ta’ implimentazzjoni żbaljata ta’ dawk il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni; jinnota l-istedina tal-Qorti lill-aġenziji kkonċernati biex jikkonsultaw lill-Kummissjoni sabiex jivvalutaw jekk għandhomx bżonn jallinjaw mal-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni tal-Kummissjoni u l-metodi ta’ kalkolu għall-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati; jisħaq fuq il-bżonn ta’ gwida orizzontali mill-Kummissjoni għall-korpi tal-Unjoni dwar kif jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi;

17.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti ta’ livelli eċċessivi ta’ riporti, b’mod partikolari għall-ACER, l-eu-LISA, l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA), l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta (Frontex), u r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji kkonċernati għandhom ikomplu jtejbu l-ippjanar baġitarju u ċ-ċikli ta’ implimentazzjoni tagħhom;

18.

Jiddispjaċih li ġew osservati dgħufijiet ulterjuri mill-Qorti fir-rigward ta’ diversi aġenziji dwar firxa ta’ aspetti, mill-ġestjoni tat-tariffi sa pagamenti tard, id-divulgazzjoni tal-kontribuzzjonijiet riċevuti, u l-kalkolu tal-kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi għall-baġit tal-aġenziji;

19.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 irriżultat f’żieda fil-volatilità tat-tariffi fatturati u miġbura għal diversi aġenziji li jirċievu tariffi, li affettwat l-ippjanar baġitarju u l-istabbiltà finanzjarja li rriżultaw minn tnaqqis sinifikanti fl-introjtu mit-tariffi fl-2020; jinnota li dan affettwa b’mod partikolari d-dħul tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (EUR 7 miljun anqas introjtu mit-tariffi meta mqabbel mal-ammont li kien ibbaġitjat) u tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) (EUR 3,2 miljun anqas introjtu mit-tariffi meta mqabbel mal-2019);

20.

Jinnota li l-Qorti ma awditjatx il-kontijiet tal-2020 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”), peress li l-UPPE sar operattiv fl-1 ta’ Ġunju 2021;

21.

Ifakkar fl-importanza tal-istabbiliment u ż-żamma ta’ djalogu attiv bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati u t-tfassil tal-pjanijiet ta’ stabbiliment rispettivi, b’mod partikolari għall-grad allokat għall-karigi.

Prestazzjoni

22.

Jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandhom l-aġenziji tal-Unjoni biex jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jfasslu u jimplimentaw il-politiki, speċjalment għal kompiti tekniċi, xjentifiċi, operazzjonali jew regolatorji speċifiċi; japprezza l-importanza tas-Cedefop, il-Eurofound, l-EU-OSHA, l-ETF u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, u x-xogħol ta’ kwalità għolja mwettaq minnhom; itenni f’dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi umani u finanzjarji adegwati li jippermettulhom ikomplu jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom b’rata ta’ tlestija tal-attivitajiet għolja ħafna; jisħaq fuq l-importanza u l-valur miżjud ta’ kull aġenzija fil-qasam tal-għarfien espert tagħhom u l-awtonomija tagħhom;

23.

Ifakkar li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol inħolqot f’Marzu 2018 u bdiet l-operat tagħha f’Ottubru 2019; jilqa’ l-fatt li l-bini tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ġie inawgurat fid-9 ta’ Novembru 2021;

24.

Jirrimarka li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol se tgħin biex ikun żgurat li r-regoli tal-Unjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b’mod effettiv u ġust, se tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw biex jinfurzaw dawn ir-regoli, u se tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini u għan-negozji biex jibbenefikaw mis-suq intern;

25.

Ifakkar li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ma ġietx awditjata fl-2020 minħabba li, skont il-QEA, ma laħqitx l-awtonomija finanzjarja tagħha;

26.

Jenfasizza l-importanza li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ssir kompletament operazzjonali mingħajr dewmien żejjed u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji suffiċjenti f’dan ir-rigward;

27.

Jinnota li, minkejja l-konklużjoni tal-Qorti li s-sejbiet tal-awditjar tagħha għall-2020 ikkonfermaw ir-riżultati pożittivi rrapportati fis-snin preċedenti, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-2020 ma kinitx sena bħall-oħrajn; jinnota, fid-dawl ta’ dan, li l-Qorti kkonkludiet ukoll li, fir-rigward tal-programmi u l-attivitajiet ta’ ħidma, il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat prijoritizzazzjoni mill-ġdid sinifikanti tar-riżorsi u tal-attivitajiet ippjanati, bl-aktar eżempji notevoli jinstabu fil-qasam tal-politika tas-Saħħa (iċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)); jinnota li ġew affettwati wkoll oqsma oħra, pereżempju l-Frontex ma setgħetx timplimenta attivitajiet ippjanati minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar madwar id-dinja u x-xogħol fuq il-post ippjanat tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-Seba’ Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tagħha nbidel b’mod sinifikanti, inkluż it-tfixkil ta’ analiżi tat-tendenzi fiil-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq aktar minn 20 sena; jinnota li l-aġenziji wieġbu għal dawk l-isfidi permezz ta’ azzjonijiet rilevanti u adattamenti tax-xogħol billi aċċelleraw il-miżuri ta’ diġitalizzazzjoni, b’kollaborazzjoni aħjar u b’titjib fil-mod kif tiġi skambjata l-informazzjoni;

28.

Jinnota t-tweġiba tan-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) għall-osservazzjoni ta’ kwittanza tal-2019 dwar il-bini tal-fiduċja ma’ ċittadini individwali; jinnota li, minkejja l-eteroġeneità tal-udjenza fil-mira tal-Aġenziji, saru sforzi biex jiżdiedu l-interazzjonijiet maċ-ċittadini permezz tal-kanali ta’ sensibilizzazzjoni disponibbli, bħall-media soċjali u l-istampa; jinnota li, iffaċilitat mill-EUAN, inħoloq grupp ta’ ħidma ad hoc biex jiddiskuti l-karatteristiċi ewlenin ta’ qafas ta’ komunikazzjoni u biex jiddefinixxi l-pilastri strateġiċi; jirrikonoxxi li r-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli biex dan jiġi segwit huma limitati u jfaħħar lill-aġenziji li, madankollu, għamlu progress f’dan ir-rigward;

29.

Jinnota mill-istudju “Cost of Non-EU Agencies Focusing on the Health and Safety Cluster of the EU Decentralised Agencies” (L-Ispiża tal-Aġenziji Mhux tal-UE b’Enfasi fuq ir-Raggruppament tas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE) (5) li s-seba’ aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza wrew valur miżjud Ewropew b’saħħtu u li dan huwa rikonoxxut b’mod mifrux mill-Istati Membri u minn partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-partijiet ikkonċernati tan-negozju; jinnota, b’mod partikolari, li l-aġenziji fir-raggruppament tas-saħħa u s-sikurezza kellhom rwol importanti fir-rispons tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-ECDC u l-EMA kienu involuti direttament fl-indirizzar ta’ sfidi li rriżultaw mill-kriżi, permezz tal-monitoraġġ tad-data epidemjoloġika u l-approvazzjoni tal-vaċċini, filwaqt li aġenziji oħra fasslu gwida dwar it-tnaqqis tar-riskju li wieħed jieħu l-virus f’setturi partikolari, bħall-Protokoll tal-EASA dwar is-Sikurezza tas-Saħħa fl-Avjazzjoni tal-COVID-19, id-dikjarazzjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar ir-riskju li l-virus tal-COVID-19 jittieħed permezz tal-ikel, u r-rapporti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) dwar l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq it-trasport marittimu; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat il-livell ta’ kollaborazzjoni bejn l-Aġenziji;

30.

Iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lir-rilevanza u l-koerenza, b’mod partikolari fil-kuntest tad-duplikazzjoni tal-oqsma ta’ kompetenza, meta jiġu stabbiliti aġenziji futuri; jemmen li għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari dwar l-evoluzzjoni u t-terminazzjoni tal-missjonijiet tal-aġenziji;

31.

Jinnota b’sodisfazzjon il-kooperazzjoni tajba kontinwa bejn l-aġenziji fi ħdan il-mandat tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni, inklużi skambji reċiproċi regolari ta’ informazzjoni fl-istadju tal-ippjanar tal-programmi ta’ ħidma tagħhom u li jżommu lil xulxin infurmati dwar l-iżviluppi u s-sejbiet;

32.

Jemmen li huwa meħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-aġenziji bħala ċentri ta’ għarfien espert u li tissaħħaħ id-diġitalizzazzjoni ta’ dawk l-aġenziji u l-interoperabbiltà tagħhom sabiex jinkiseb livell għoli ta’ trasparenza;

33.

Itenni r-rwol importanti tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), u l-appoġġ importanti li huma jipprovdu lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u lill-Istati Membri fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-ġustizzja billi jwettqu kompiti operazzjonali, analitiċi, maniġerjali u superviżorji; itenni, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-aġenziji tal-ĠAI u għall-EDPS sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-mandati tagħhom b’mod kompletament trasparenti u f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali;

34.

Ifakkar li l-iskambju ta’ fehmiet ta’ kull sena fil-Kumitat EMPL dwar il-programmi ta’ ħidma annwali u l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji huwa strumentali biex jiġi żgurat li l-programmi u l-istrateġiji jkunu allinjati mal-prijoritajiet politiċi attwali, speċjalment fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jikkontribwixxu għas-suċċess tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

35.

Jilqa’, għalhekk, il-kooperazzjoni approfondita bejn l-aġenziji fil-qafas tan-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea (EUAN), li hija pjattaforma ta’ kooperazzjoni interaġenzjali importanti biex ittejjeb il-viżibbiltà tal-aġenziji, tidentifika u tippromwovi kisbiet possibbli fl-effiċjenza, iżżid il-valur u tiżgura komunikazzjoni effiċjenti bejn l-aġenziji u l-partijiet ikkonċernati rilevanti b’enfasi fuq il-kondiviżjoni ta’ servizzi, għarfien u għarfien espert, u tappella għal konsultazzjonijiet regolari bejn l-aġenziji kollha kkordinati mill-EUAN;

36.

Japprezza u jinkoraġġixxi b’mod partikolari l-kollaborazzjoni mill-qrib fost l-aġenziji li jidħlu fil-kompetenzi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jiġu żgurati s-sinerġiji, il-komplementarjetà u l-kondiviżjoni tar-riżorsi;

Politika dwar il-persunal

37.

Jinnota li, fl-2020, it-32 aġenzija deċentralizzata rrappurtaw li impjegaw total ta’ 9 001 membru tal-persunal, li jinkludu uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati, (meta mqabbla mas-7 880 fl-2019), li jirrappreżentaw żieda sinifikanti ta’ 14,23 % meta mqabbla mal-2019;

38.

Jinnota s-sentenza tal-Qorti tal-11 ta’ Novembru 2021 (6) rigward l-użu ta’ ħaddiema interim, li tindirizza diversi kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għall-ħaddiema temporanji fl-aġenziji tal-Unjoni; jistieden lil dawk l-aġenziji jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-għadd ta’ ħaddiema temporanji li jissostitwixxu lill-membri tal-persunal;

39.

Jinnota li l-Qorti sabet żieda fid-dgħufijiet rigward il-ġestjoni tar-riżorsi umani, b’mod partikolari b’rabta mal-proċeduri ta’ reklutaġġ fejn il-Qorti identifikat tipi differenti ta’ nuqqasijiet f’sitta mit-22 aġenzija li sarilhom awditu, bħal passi insuffiċjenti biex jiġu vverifikati l-intitolamenti għall-allowances għall-persunal li jibda jaqdi dmirijietu bħala aġent temporanju (EMSA), pożizzjonijiet maniġerjali vakanti għal perjodu eċċessiv (EASO, EFSA), nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ kontrolli interni effettivi matul il-proċeduri ta’ reklutaġġ (ACER), dgħufijiet fil-ħatra ta’ bordijiet tal-għażla għall-proċeduri ta’ reklutaġġ (EMA), u dgħufijiet fil-ġestjoni tal-gradi ta’ membri ġodda tal-persunal (Frontex);

40.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-aġenziji esperjenzaw tfixkil fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u ta’ għażla minħabba miżuri ta’ lockdown u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota, madankollu, li l-aġenziji wrew reżiljenza f’dan ir-rigward peress li minn nofs April tal-2020, il-maġġoranza tal-aġenziji setgħu jerġgħu jibdew u jkomplu jirreklutaw permezz ta’ proċeduri online għall-għażla u proċeduri ta’ induzzjoni mill-bogħod; jinnota d-diffikultajiet irrappurtati mill-aġenziji, bħal kwistjonijiet ta’ konnessjoni matul intervisti mill-bogħod, jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà f’daqqa tal-kandidati, u d-diffikultà għall-kandidati biex juru ċerti profiċjenzi online; jinnota wkoll li t-tnaqqis fir-ritmu tar-reklutaġġ ħoloq ir-riskju ta’ restrizzjonijiet futuri fir-riżorsi umani peress li għadd dejjem akbar ta’ membri tal-persunal futuri jeħtieġu proċeduri ta’ induzzjoni adegwati, il-ħolqien ta’ fajls personali, korsijiet ta’ taħriġ, u evalwazzjonijiet; jistieden lill-aġenziji jżommu lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar iż-żieda ta’ dawn ir-riskji u l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni meħuda; jistieden lill-aġenziji jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma’ aġenziji oħra fl-indirizzar ta’ dawn ir-riskji;

41.

Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi evitata tagħbija żejda diġitali u jenfasizza li l-persunal għandu jaħdem biss fis-sigħat tax-xogħol; jilqa’ l-għodod il-ġodda tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) li ttellgħu reċentement biex jitwasslu l-messaġġi fis-sigħat tax-xogħol; jistieden lil aġenziji oħra jsegwu l-ETF bħala prattika tajba;

42.

Jinnota bi tħassib li, fl-2020, ma kien hemm l-ebda bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal, b’distribuzzjoni mhux uniformi tal-ġeneru fil-livell maniġerjali superjuri b’74,6 % irġiel u 25,4 % nisa, distribuzzjoni tal-ġeneru ta’ 52,7 % irġiel u 47,3 % nisa fost il-persunal b’mod ġenerali u 63,4 % irġiel u 36,6 % nisa fil-bordijiet maniġerjali tal-aġenziji; itenni l-ambizzjoni tal-aġenziji li jallinjaw mal-Kummissjoni biex jilħqu bilanċ bejn il-ġeneri ta’ 50 % fil-livelli kollha tal-maniġment tagħhom sal-aħħar tal-2024;

43.

Jinnota, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri, li l-aġenziji ma għandhom l-ebda influwenza fuq in-nomina ta’ membri tal-bord tat-tmexxija jew tad-Direttur Eżekuttiv u l-bilanċ bejn il-ġeneri li jirriżulta; jinnota li diversi aġenziji rrapportaw li kienu se jieħdu miżuri biex jiksbu bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri meta l-pożizzjonijiet isiru vakanti; jinsab imħasseb madankollu li kien hemm nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fir-rigward tal-maniġment superjuri fl-2020, u li għalhekk dawn il-miżuri ma jidhrux li kellhom impatt pożittiv; itenni t-talba tiegħu lill-aġenziji biex jaħdmu fuq it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri;

44.

Jinnota li l-bilanċ ġeografiku tal-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni jsegwi l-popolazzjoni tal-Istati Membri bħala perċentwal tal-UE27 ftit aktar mill-qrib mill-bilanċ ġeografiku tal-persunal tal-Kummissjoni; jinnota sottorappreżentanza għal tmien Stati Membri, rappreżentanza żejda għal sbatax-il Stat Membru u bilanċ approssimattiv għal żewġ Stati Membri; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ politiki fost l-aġenziji biex tittejjeb id-diversità fost il-persunal tagħhom; jistieden lill-aġenziji, kif ukoll lin-Network, iressqu pjanijiet biex jintlaħaq dan l-għan;

45.

Jinnota li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom rwol kruċjali fl-iżgurar tad-djalogu soċjali fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom stess u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura finanzjament li jappoġġja lill-aġenziji tal-Unjoni fl-iżgurar tad-djalogu soċjali;

46.

Jappella għal żvilupp ta’ politika ġenerali li tipprevjeni li persunal permanenti fl-aġenziji jkun sostitwit b’konsulenti esterni li jiswew aktar, sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità għolja, u biex jiġi evitat it-telfien tal-għarfien u l-esperjenza;

47.

Jitlob li jingħata aktar appoġġ lill-membri tal-persunal li jemigraw fil-pajjiż fejn tinsab l-aġenzija; jissuġġerixxi f’dan il-kuntest li tiġi stabbilita persuna ta’ kollegament li tiżgura, fost affarijiet oħra, il-konnessjoni bejn il-persunal u l-awtoritajiet lokali;

48.

Jistieden lill-EUAN jistabbilixxi regoli ċari dwar l-affiljazzjoni ta’ membri tal-persunal mas-sistema nazzjonali tal-kura tas-saħħa; jirrakkomanda li dawk ir-regoli jiddikjaraw b’mod espliċitu l-firxa u d-durata tal-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa;

49.

Jinnota mill-istudju “The Management Board of the Decentralised Agencies” (8) (Il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenziji Deċentralizzati) li l-bordijiet tat-tmexxija tal-aġenziji għandhom rwol ewlieni fil-kisba ta’ governanza u prestazzjoni tajba, u r-responsabbiltà essenzjali tagħhom li jaħtru d-diretturi eżekuttivi tal-aġenziji; jinnota s-sejba tal-istudju li d-diversità fl-arranġamenti ta’ governanza tal-aġenziji hija espressjoni tal-mandati differenti tagħhom; jinnota li l-istudju kkonkluda li l-bordijiet tat-tmexxija huma b’mod ġenerali effettivi u effiċjenti fit-twettiq tar-rwol tagħhom u li mhumiex meħtieġa bidliet fundamentali; jieħu nota li l-istudju jiżvela li jista’ jsir xi titjib, bħal żieda fl-għadd ta’ laqgħat, iċ-ċaqliq tal-enfasi minn fuq kwistjonijiet amministrattivi għal kwistjonijiet ta’ natura aktar strateġika, u t-tisħiħ tar-rappreżentanza tal-partijiet ikkonċernati u tal-proċeduri ta’ ħidma tal-aġenzija;

50.

Iħeġġeġ lill-aġenziji jkomplu l-ħidma fuq l-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà; jissottolinja l-effett importanti tad-dawran tal-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni, u jitlob li jiġu implimentati politiki umani u soċjali biex dan jiġi rimedjat;

51.

Jinsab imħasseb dwar id-daqs kbir tal-bordijiet tad-diretturi ta’ ċerti aġenziji, li jrendi t-teħid ta’ deċiżjonijiet diffiċli u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

52.

Jistieden lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jippromwovu u jiżguraw id-diversità fil-politika ta’ reklutaġġ tagħhom; iħeġġeġ lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jiżviluppaw politiki u prattiki interni biex jiżguraw l-inklużività u d-diversità, u jipprevjenu kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni; jistieden lill-Qorti tirrapporta sistematikament dwar dawk il-kwistjonijiet fir-rapporti futuri tagħha; iħeġġeġ lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jimplimentaw politika ċara kontra l-fastidju sabiex jimpedixxu u jikkundannaw b’mod qawwi l-fastidju fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom; jissottolinja l-effett negattiv tal-ħafna dawran tal-persunal f’ċerti uffiċċji, korpi u aġenziji tal-Unjoni, u jitlob li jiġu implimentati politiki fil-qasam tar-riżorsi umani u soċjali biex dan jiġi rimedjat; jappella biex tiġi indirizzata d-dipendenza fuq ir-reklutaġġ estern; jieħu nota tal-eżitu tal-Kawża C-948/19 (9) quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

Akkwist

53.

Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji għandha tkun soġġetta għal kontrolli interni effettivi u effiċjenti u li dawn għandhom jinkludu kontrolli ex ante robusti mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ żbalji u irregolaritajiet qabel ma jiġu awtorizzati l-operazzjonijiet; jinnota li l-Qorti rrakkomandat ukoll li, biex jinkiseb l-aħjar valur possibbli għall-flus taħt il-kuntratti qafas tal-Kummissjoni mingħajr listi ta’ prezzijiet għall-akkwist ta’ liċenzji tas-software u ta’ servizzi tal-IT, l-aġenziji għandhom iwettqu b’mod sistematiku riċerka dwar is-suq qabel ma jiffirmaw kwalunkwe formoli tal-ordni b’valutazzjoni dettaljata tal-prodotti u s-servizzi meħtieġa, analiżi tas-soluzzjonijiet disponibbli fis-suq, u stima tal-prezzijiet għall-elementi inkwistjoni;

54.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li kważi l-osservazzjonijiet kollha dwar il-proċeduri ta’ akkwist kienu jikkonċernaw pagamenti irregolari; jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji kkonċernati għandhom ikomplu jtejbu l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tagħhom, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli applikabbli;

55.

Jilqa’ l-osservazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji rnexxielhom iżommu l-funzjoni tal-akkwist pubbliku tagħhom għaddejja matul il-pandemija mingħajr użu eċċessiv ta’ għotjiet diretti mingħajr kompetizzjoni;

56.

Jilqa’ ż-żieda fl-użu ta’ għodod ta’ akkwist elettroniku mill-aġenziji tal-Unjoni u r-rwol importanti li kellhom fl-iżgurar tal-kontinwità tal-operat għall-akkwist b’kundizzjonijiet tat-telexogħol; jinnota li l-aktar moduli komuni e-PRIOR użati mill-aġenziji huma s-sejħiet għall-offerti elettroniċi, is-sottomissjonijiet elettroniċi ta’ offerti u l-fatturazzjoni elettronika u li diversi aġenziji implimentawhom matul l-2020;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza

57.

Jinnota li l-maġġoranza tal-aġenziji jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ interess għall-membri tal-bord tat-tmexxija u l-maniġment superjuri tagħhom u li jippubblikawhom fuq is-sit web tagħhom; jinnota li żewġ Aġenziji, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), jidher li għadhom fil-proċess li jitolbu u jippubblikaw id-dikjarazzjoni fuq is-sit web tagħhom, filwaqt li l-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet diġà huma disponibbli online;

58.

Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-Aġenziji jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-curriculum vitae (CV) tal-membri tal-bord tat-tmexxija tagħhom, tal-persunal tal-maniġment, tal-esperti esterni u tal-esperti interni; jinnota li għall-ECDC, l-ECHA u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), is-CVs tal-esperti interni tagħhom huma neqsin; jinnota li għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), l-esperti esterni tagħha huma neqsin; jinnota li għall-Frontex, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA), u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), is-CVs kemm tal-esperti interni kif ukoll esterni tagħhom huma neqsin; ifakkar lill-aġenziji li huwa importanti li jżidu t-trasparenza fir-rigward tal-isfondi tal-membri tagħhom tal-bord tat-tmexxija, tal-persunal tal-maniġment u tal-esperti esterni u interni tagħhom;

59.

Jistieden lill-aġenziji kollha jipparteċipaw fil-ftehim interistituzzjonali stabbilit dan l-aħħar dwar ir-reġistru ta’ trasparenza għal rappreżentanti ta’ interess iffirmat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament;

60.

Jinnota li l-istudju “The Management Board of the Decentralised Agencies” (Il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenziji Deċentralizzati) jenfasizza l-importanza tal-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess reali u potenzjali u r-rilevanza ta’ dan għall-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-governanza tajba tal-aġenziji; jinnota li xi aġenziji għandhom politiki aktar sofistikati dwar il-kunflitti ta’ interess li jiddistingwu bejn tipi differenti ta’ interess, jidentifikaw ir-responsabbiltajiet għall-iskrinjar tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess u jipprovdu gwida dwar kif għandu jiġi segwit kunflitt; jinnota li l-istudju jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-bordijiet tat-tmexxija, li jistabbilixxi prinċipji, proċeduri u mekkaniżmi speċifiċi biex jiġu indirizzati l-kunflitti ta’ interess tal-membri; jinnota wkoll is-suġġeriment li jiġi żviluppat kodiċi ta’ governanza tajba bħala qafas ġenerali għall-attivitajiet tal-bordijiet tat-tmexxija;

61.

Jinnota li l-maġġoranza tal-aġenziji rrapportaw li ma investigawx u/jew ma kkonkludewx każijiet ta’ kunflitt ta’ interessi fl-2020; jinnota li għall-Frontex kien hemm każ wieħed irrapportat li kkonkluda li ma kien jeżisti l-ebda kunflitt ta’ interess; jinnota, madankollu, li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għadu qed jinvestiga dan il-każ; jinnota wkoll li għall-EMA sitt esperti infurmaw lill-Aġenzija bl-intenzjoni tagħhom li jsiru impjegati f’kumpanija farmaċewtika; jinnota li skont il-politika tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, l-EMA applikat il-miżuri meħtieġa biex timmitiga r-riskju ta’ kwalunkwe każijiet ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali li rriżultaw;

62.

Jinnota li 13-il aġenzija rrapportaw li għandhom għaddejjin każijiet tal-OLAF; jinnota wkoll li l-aġenziji rrappurtaw li fl-2020 kellhom 34 każ ta’ fastidju għaddej jew magħluq;

63.

Jitlob lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jieħdu miżuri biex jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar it-trasparenza kif ukoll mad-drittijiet fundamentali u mal-istandards tal-protezzjoni tad-data; jitlobhom jikkonformaw strettament mar-regoli finanzjarji u ma’ standards ta’ ġestjoni għolja; iqis li d-divulgazzjoni ta’ laqgħat u interazzjonijiet bejn l-aġenziji tal-ĠAI u partijiet terzi jiżgura trasparenza msaħħa mill-aġenziji tal-ĠAI, dment li dan isir b’mod li ma jpoġġix l-operazzjonijiet f’riskju; iħeġġeġ lill-aġenziji tal-ĠAI jżidu l-isforzi tagħhom f’dan ir-rigward;

Kontroll intern

64.

Jinnota li l-Qorti ħarġet paragrafi ta’ “kwistjonijiet oħra” għall-ACER u għall-ENISA, filwaqt li ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li dawn ma adottawx regoli interni biex tiġi indirizzata l-kontinwità tad-delegi f’każijiet fejn uffiċjali tal-awtorizzazzjoni li jiddelegaw jew delegati jħallu l-post tax-xogħol tagħhom; jistieden lill-aġenziji kollha jagħtu attenzjoni lil din il-kwistjoni partikolari b’mod ġenerali, u b’mod aktar speċifiku meta direttur (eżekuttiv) ġdid jieħu l-inkarigu tal-aġenzija; itenni r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji għandhom jadottaw regoli interni li jipprovdu kontribut sod għas-sistemi ta’ kontroll tal-ġestjoni, għat-trasparenza u għall-obbligu ta’ rendikont; jindika l-eżempju tal-EMA pprovdut mill-Qorti bħala referenza għal dawn ir-regoli interni;

65.

Jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-implimentazzjoni mill-aġenziji tal-baġit għandha tkun soġġetta għall-kontrolli interni effikaċi u effettivi li għandhom jinkludu kontrolli ex ante intiżi sabiex jiġu evitati l-iżbalji u l-irregolaritajiet qabel ma jiġu awtorizzati l-operazzjonijiet.

66.

Jinnota li fi tmiem l-2020 l-aġenziji kollha rrapportaw li kienu implimentaw il-qafas ta’ kontroll intern rivedut u bbażat fuq il-COSO, u li kienu wettqu valutazzjoni annwali, filwaqt li xi wħud mill-aġenziji rrapportaw li l-valutazzjoni tal-QKI twettqet fil-qafas tal-eżerċizzju annwali ta’ ġestjoni tar-riskju; jirrikonoxxi li hemm similaritajiet bejn il-valutazzjoni tar-riskju annwali u l-valutazzjoni tal-QKI; jistieden, madankollu, lill-aġenziji jwettqu valutazzjoni separata tal-QKI kull sena, jivvalutaw l-integrazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju fil-proċessi ta’ kontroll intern bħala parti minn dan, u jirrapportaw dwar l-eżiti fir-rapport annwali tal-attività; jistieden lill-aġenziji kollha jipprovdu bħala minimu r-riżultati tal-valutazzjoni fil-livell tal-komponenti, filwaqt li jħeġġeġ madankollu lill-aġenziji jirrapportaw b’livell aktar dettaljat pereżempju skont il-prinċipju tal-kontroll intern;

67.

Jinnota li fl-2020, skont ir-rapport tal-Qorti dwar is-segwitu tal-osservazzjonijiet tas-snin preċedenti, 71 osservazzjoni ngħalqu, 86 osservazzjoni kienu għadhom qed jiġu implimentati jew pendenti, u erba’ osservazzjonijiet pendenti tqiesu li ma kinux taħt il-kontroll (esklużiv) tal-aġenziji, li jfisser li jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet importanti dwar dawn l-erba’ osservazzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri; jistieden lill-aġenziji jimplimentaw b’mod diliġenti l-osservazzjonijiet u jtejbu aktar l-oqfsa ta’ kontroll intern tagħhom;

Rispons għall-COVID-19 u kontinwità tal-operat

68.

Jilqa’ u jtenni l-osservazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji adattaw tajjeb għas-sitwazzjoni bla preċedent ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Qorti kkonkludiet dan abbażi ta’ rieżami komplementari speċifiku ta’ kif l-aġenziji tal-Unjoni ġestew u organizzaw ir-rispons tagħhom għall-kriżi tal-COVID-19; jilqa’ din l-analiżi komplementari tal-Qorti u jistieden lill-Qorti tkompli din il-prattika kull meta jkun hemm avvenimenti li jkollhom il-potenzjal li jħallu impatt serju fuq il-ħidma tal-aġenziji tal-Unjoni;

69.

Jinnota li r-rieżami tal-Qorti għamel enfasi fuq tliet oqsma ewlenin, jiġifieri l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontinwità tal-operat, il-kapaċità tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-operazzjonijiet ta’ kuljum u l-proċeduri ta’ reklutaġġ, u l-miżuri meħuda mill-aġenziji biex jappoġġjaw il-benesseri u r-reżiljenza tal-persunal;

70.

Jilqa’ l-osservazzjoni tal-Qorti li l-aġenziji attivaw pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat fi żmien xieraq biex jiżguraw it-tkomplija tal-proċessi ta’ governanza ewlenin u l-benesseri tal-persunal; jiddispjaċih, madankollu, li erba’ aġenziji, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali) ma kellhomx pjan approvat ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastri stabbilit fil-bidu tal-pandemija, u li tliet aġenziji, l-EFCA, l-Aġenzija għall-appoġġ tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (l-Uffiċċju tal-BEREC) u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, ma attivawx il-pjanijiet tagħhom peress li l-miżuri ta’ rispons inizjali tagħhom ma kinux jirrikjedu dan; jinnota li l-aġenziji użaw attivitajiet ta’ rispons bħall-ħatra ta’ timijiet speċifiċi inkarigati bit-tmexxija tal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-rispons għall-COVID-19 b’laqgħat ta’ koordinazzjoni li inizjalment saru kuljum, u aktar tard bdew isiru minn darbtejn sa tliet darbiet fil-ġimgħa jew kif meħtieġ;

71.

Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li xi aġenziji, bħas-Cedefop, mhumiex parti mit-tim tal-ġestjoni tal-kriżijiet; jisħaq fuq l-importanza li l-persunal ikun involut fil-ġestjoni tal-kriżijiet; jirrakkomanda, għalhekk, li dawn jieħdu l-ETF bħala eżempju ta’ prattika tajba u li l-impjegati jingħataw iċ-ċans li jfasslu kwistjonijiet u jkunu f’kuntatt mal-maniġment, speċjalment fi żminijiet ta’ telexogħol relatat mal-COVID-19;

72.

Jinnota li l-aġenziji kollha mxew lejn arranġamenti estiżi ta’ telexogħol, u taw struzzjonijiet lill-persunal kollu li l-preżenza tiegħu fl-uffiċċju ma kinitx indispensabbli biex jaħdem mid-dar sas-16 ta’ Marzu 2020; jinnota li l-maġġoranza tal-aġenziji, għalkemm diġà kellhom xi possibbiltajiet ta’ telexogħol stabbiliti, kellhom jespandu s-sistemi eżistenti tal-ICT, filwaqt li l-analiżi tal-Qorti turi li l-ebda waħda mill-aġenziji ma rrapportat problemi serji fir-rigward tal-kapaċità (wisa’ tal-banda), tal-konnettività jew tas-sigurtà tad-data; jinnota wkoll li sitt aġenziji (ACER, BEREC, ECDC, ECHA, EFSA, u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)) wettqu simulazzjonijiet ta’ kriżi għas-sistemi tal-ICT tagħhom qabel it-tnedija tagħhom, li taw assigurazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-funzjonament tas-sistemi tal-ICT qabel it-trasferiment lejn telexogħol komprensiv;

73.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għall-aġenziji, l-objettiv ewlieni fid-deċiżjoni dwar trasferiment lejn telexogħol komprensiv kien li jiġi protett il-persunal; jilqa’ l-osservazzjoni tal-Qorti li l-prijorità mogħtija lill-benesseri tal-persunal kienet viżibbli f’diversi dokumenti interni kkonsultati, ikkonfermata fl-intervisti mal-maniġment tal-aġenziji, u r-rwol prominenti tal-grupp konsultattiv tan-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni dwar modi ġodda ta’ ħidma; jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-maġġoranza tal-membri tal-persunal tal-aġenzija b’mod ġenerali rnexxielhom ilaħħqu tajjeb mas-sitwazzjoni diffiċli kkawżata mill-pandemija; jinnota bi tħassib li l-istatistika dwar il-ġestjoni tal-ħin prodotta mill-aġenziji wriet li l-persunal ħadem aktar sigħat minn qabel biex ilaħħaq mal-kompiti l-ġodda mistennija minnu; u jilqa’ l-miżuri li ttieħdu mill-aġenziji biex jappoġġjaw lill-persunal matul dak il-perjodu;

74.

Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li l-funzjonijiet korporattivi ewlenin komplew joperaw matul il-pandemija, filwaqt li l-laqgħat tal-bord tat-tmexxija tal-aġenziji kollha, wara l-kanċellazzjoni tal-laqgħat tal-bord fiżiċi, ġew issostitwiti bi proċeduri bil-miktub jew trasferiti għal format virtwali; jinnota li l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, bħal diskussjonijiet u votazzjonijiet, komplew, filwaqt li ġie żgurat li, fost affarijiet oħra, il-baġits, l-emendi, u saħansitra l-ħatriet komplew jiġu adottati u mwettqa;

75.

Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li, għalkemm huwa diffiċli li jiġi iżolat kompletament l-effett tal-pandemija, il-pandemija affettwat l-oqsma tal-operat ewlenin kollha tal-aġenziji bi gradi differenti; jinnota l-kumment ġenerali tal-Qorti li l-pandemija aċċellerat il-bidla fil-metodi ta’ ħidma li wasslet għall-iffrankar baġitarju f’diversi oqsma, peress li l-baġits tal-aġenziji kollha għall-missjonijiet u l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar ma ntużawx bis-sħiħ, bi tnaqqis għal xi aġenziji qrib id-90 %, iffrankar minn dewmien jew kanċellazzjonijiet ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ, eżamijiet mediċi ta’ qabel ir-reklutaġġ, laqgħat wiċċ imb wiċċ, u korsijiet ta’ taħriġ li jsiru online, u ħtieġa imnaqqsa b’mod sinifikanti għal canteen, tindif, utilitajiet fuq il-post bħall-ilma u l-elettriku, u servizzi ta’ sigurtà;

76.

Jenfasizza l-importanza tal-protokolli tas-saħħa għall-aġenziji kollha, inklużi l-kumitati interni tas-saħħa u s-sikurezza, ventilazzjoni xierqa u protokolli ta’ sigurtà pandemika, li għandhom jiġu diskussi u implimentati b’mod kollettiv mal-persunal.

Kummenti oħra

77.

Jilqa’ l-passi li saru mill-aġenziji biex jiddivulgaw u jippubblikaw ir-riżultati tal-ħidma tagħhom permezz ta’ diversi mezzi, inklużi s-siti web u l-media soċjali tagħhom; iħeġġeġ lill-aġenziji jkomplu din il-prattika u jkomplu jinvolvu ruħhom mal-pubbliku biex ixerrdu r-riżultati tal-ħidma tagħhom;

78.

Jemmen li għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt għal kull aġenzija u li klawżola ta’ rieżami dwar l-interess tal-aġenzija għandha tiżdied b’mod sistematiku; jistieden lill-aġenziji jkomplu jiżviluppaw u jirrieżaminaw l-indikaturi sabiex ikejlu l-prestazzjoni tagħhom fuq bażi annwali u l-impatt tagħhom fuq l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; jemmen li r-riżorsi finanzjarji għandhom jiġu allokati b’mod aktar flessibbli abbażi tal-ħtieġa jew tal-urġenza;

79.

Jilqa’ l-approvazzjoni tal-EUAN tat-tieni strateġija pluriennali tiegħu (2021-2027) fl-2020;

80.

Ifakkar li, mis-sena finanzjarja 2014 ’il quddiem, l-awditjar tal-kontijiet tal-aġenziji tal-Unjoni mill-Qorti ġie esternalizzat lil ditti tal-awditjar tas-settur privat, bl-ispejjeż assoċjati mwettqa mill-aġenziji, filwaqt li l-aspetti kollha tal-awditi esterni esternalizzati baqgħu taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti; itenni li l-involviment tal-awdituri tas-settur privat irriżulta f’żieda sinifikanti fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji, kemm minħabba l-ħin iddedikat għall-awditjar, l-akkwist u l-amministrazzjoni tal-kuntratti tal-awditjar, kif ukoll in-nefqa addizzjonali;

81.

Ifakkar li l-ispejjeż assoċjati kienu stmati li huma ta’ EUR 447 000 fl-2014, u EUR 424 000 fl-2015 u l-piż amministrattiv assoċjat kien stmat li huwa 1,5 FTE għall-aġenziji kollha flimkien; jinnota li għall-2020 l-aġenziji rrapportaw li nefqu madwar EUR 566 000 fuq spejjeż assoċjati għall-awditjar tal-kontijiet (żieda ta’ 33,4 % meta mqabbla mal-2015) u rrapportaw għadd komparabbli ta’ sigħat iddedikati biex jiġi indirizzat il-piż amministrattiv addizzjonali;

82.

Jinnota li l-Qorti ppilotat proċeduri awtomatizzati fil-qasam tal-awditu tal-pagamenti, is-salarji, l-akkwisti, il-baġit, ir-reklutaġġi u l-kontijiet annwali tas-sitt aġenziji eżekuttivi tal-UE; jinnota li l-Qorti implimentat ukoll ħames proċeduri awtomatizzati ġodda fil-qasam tal-awditjar tal-kontijiet b’mod partikolari l-kontrolli awtomatizzati u r-rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji adottati mad-data ta’ bażi fir-reġistru ġenerali u fil-bilanċ ta’ tqabbil preliminari; jinnota d-dikjarazzjoni tal-Qorti li dan huwa tipikament kompitu tal-awditjar b’riskju baxx, li madankollu jeħtieġ li jitwettaq sabiex jiġi żgurat li t-testijiet sussegwenti jitwettqu billi tintuża l-popolazzjoni korretta tal-awditjar; jinnota l-opportunitajiet konsiderevoli għall-iffrankar tal-ħin li se jkunu disponibbli ladarba aktar proċeduri jiġu awtomatizzati u użati għal aktar kompiti ta’ awditjar; jistieden lill-Qorti tespandi dawn il-prattiki fl-aġenziji kollha, peress li preċiżament l-awditjar tal-kontijiet tal-aġenziji deċentralizzati jiġi esternalizzat lil ditti tal-awditjar tas-settur privat u għalhekk iż-żmien iffrankat se jirriżulta f’iffrankar konsiderevoli tal-ispejjeż;

83.

Jinnota li 30 aġenzija rrapportaw li ħadu sehem fl-Inizjattiva favur l-Ekoloġizzazzjoni tal-EUAN, immirata lejn it-tnaqqis tal-impronta fuq l-ambjent tal-operazzjonijiet tal-aġenziji; jinnota li l-aġenziji rrapportaw l-aktar li nnegozjaw kuntratti mal-fornituri tal-enerġija biex jipprovdu enerġija minn sorsi rinnovabbli, introduċew flussi ta’ xogħol finanzjarji mingħajr karti, filwaqt li ppromovew fost il-persunal l-użu ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, implimentaw sejħiet għall-offerti elettroniċi, is-sottomissjoni elettronika tal-offerti, il-fatturazzjoni elettronika, u li qegħdin kontinwament itejbu l-ġestjoni tal-iskart u l-immodernizzar tat-tagħmir elettroniku; iħeġġeġ lill-aġenziji jkomplu bl-isforzi tagħhom u jużaw b’mod attiv in-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni biex jaqsmu l-esperjenza u jingħaqdu flimkien biex iżidu r-riżultati;

84.

Jistieden lill-aġenziji kollha tal-ĠAI jqisu s-sostenibbiltà fil-proċessi kummerċjali globali tagħhom sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-aġenziji, u jirrapportaw lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri implimentati u l-progress;

85.

Jinnota li fl-2020, fir-rigward tas-sostenibbiltà, l-aġenziji kollha minbarra waħda rrapportaw li kienu qed jaħdmu biex iżidu s-sostenibbiltà tal-organizzazzjoni u jirrapportaw dwar ir-riżultati ta’ dan; jinnota li r-rapportar dwar is-sostenibbiltà, meta jsir mill-aġenziji, spiss isir fil-qafas tar-Rapport Annwali tal-Attività u li sitt aġenziji jindikaw li għandhom rapport separat dwar din il-kwistjoni, fl-ambitu tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tagħhom; jinnota li erba’ aġenziji jirrapportaw li adottaw u implimentaw l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku li jipprovdihom bi kriterji li jiffaċilitaw l-inklużjoni ta’ kriterji ekoloġiċi fid-dokumenti tal-offerti pubbliċi;

86.

Jinnota mill-istudju dwar “Locations of EU Decentralised Agencies” (10) (Il-Postijiet tal-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE) li l-għażla attwali tal-post għall-Aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni hija primarjament xprunata minn ħtiġijiet politiċi u kriterji predefiniti; jinnota l-osservazzjoni mir-rapport li d-deċiżjoni li jintgħażel is-sede ta’ aġenzija għandha tkun parti mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja u tinkludi l-impatt finanzjarju eventwali fuq il-baġit tal-Unjoni; jinnota wkoll li s-sejbiet dwar dan ir-rapport jindikaw li l-post għandu wieħed mill-akbar riperkussjonijiet fuq ir-reklutaġġ ta’ persunal speċjalizzat; jinnota li l-istudju jissuġġerixxi li fil-proposta għar-regolament fundatur ta’ aġenzija jiġi inkluż metodu biex jiġi stmat koeffiċjent tal-korrezzjoni eqreb għall-għoli tal-ħajja reali fil-post fejn tinsab l-aġenzija; jinnota mir-rapport li kooperazzjoni aħjar fost l-aġenziji tista’ tnaqqas l-impatti negattivi tad-deċentralizzazzjoni u li qiegħed jiġi ssuġġerit li r-rwol tan-Network tal-Aġenziji tal-Unjoni għandu jiġi fformalizzat u estiż aktar biex joffri rappreżentanza aħjar fi Brussell u biex joffri servizzi orizzontali bħall-organizzazzjoni tal-laqgħat, taħriġ jew akkwisti ta’ interessi komuni; jilqa’ l-fatt li l-aġenziji kollha żguraw il-kontinwità tal-operat tagħhom b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 billi mxew lejn ambjent ibridu; jinnota li l-istudju jissuġġerixxi li l-baġits tal-aġenziji għas-snin li ġejjin għandhom ikomplu jappoġġjaw l-iżvilupp tal-komunikazzjoni tal-IT bil-għan li jiġu ffaċilitati l-laqgħat online u t-telexogħol;

87.

Jistieden lill-aġenziji jkomplu jiżviluppaw s-sinerġiji tagħhom, iżidu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejbu l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

88.

Ifakkar fl-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-aġenziji f’termini ta’ operazzjoni u ġestjoni interni iżda anki sabiex titħaffef id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-aġenziji jibqgħu jkunu proattivi f’dak ir-rigward sabiex akkost ta’ kollox jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

89.

Jilqa’ l-kooperazzjoni fi ħdan in-Network tal-Aġenziji tal-ĠAI; jistieden lill-aġenziji tal-ĠAI jkomplu jiżviluppaw sinerġiji, iżidu l-kooperazzjoni u jiskambjaw l-aħjar prattiki bejniethom bil-għan li jtejbu l-effiċjenza;

90.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji soġġetti għal din il-proċedura ta’ kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


(1)  ĠU C 439, 29.10.2021, p. 3. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020.

(2)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(3)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(4)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

(5)  Studju dwar “Cost of Non-EU Agencies Focusing on the Health and Safety Cluster of the EU Decentralised Agencies” (L-Ispiża tal-Aġenziji Mhux tal-UE b’Enfasi fuq ir-Raggruppament tas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE), PE 699.399, Ottubru 2021.

(6)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2021, UAB “Manpower Lit” vs E.S. et, C-948/19, ECLI:EU:C:2021:906.

(7)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(8)  Studju dwar “The Management Boards of the Decentralised Agencies” (Il-Bordijiet tat-Tmexxija tal-Aġenziji Deċentralizzati), PE 699.400, Ottubru 2021.

(9)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża C-948/19, UAB “Manpower Lit” vs E.S. u Oħrajn, ECLI:EU:C:2021:906.

(10)  Studju dwar “Locations of the EU Decentralised Agencies” (Il-Postijiet tal-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE), PE 700.320, Novembru 2021.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/437


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1813 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (attwalment l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0104/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti taħt Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tagħhom,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/439


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1814 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (attwalment l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2020,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita bħala sħubija pubblika-privata bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 (1) għal perjodu ta’ għaxar snin bl-għan li tiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u li tikkontribwixxi biex l-Unjoni tiġi stabbilita bħala protagonist fundamentali fir-riċerka, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni tal-prodotti b’bażi bijoloġika u l-bijofjuwils avvanzati;

B.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali, rappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b’bażi Bijoloġika (il-“BIC”);

C.

billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta, taħt Orizzont 2020, hija ta’ EUR 975 000 000, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, li minnhom sa EUR 29 250 000 huma għan-nefqa amministrattiva u li l-Membri tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni huma mistennija jagħmlu kontribuzzjoni totali ta’ mill-inqas EUR 2 730 000 000 matul il-perjodu ta’ 10 snin, li minnhom EUR 182 500 000 huma l-kontribuzzjoni finanzjarja minima għall-ispejjeż operazzjonali; billi, barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet in natura ta’ mill-inqas EUR 1 755 000 000 għandhom isiru mill-membri għajr l-Unjoni jew mill-entitajiet kostitwenti tagħhom li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet addizzjonali barra mill-pjan ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta u fil-kontribuzzjoni għall-objettivi tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (ir-“Rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali tal-2020 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jinnota li l-baġit finali disponibbli tal-2020 għall-implimentazzjoni inklużi l-approprjazzjonijiet tas-snin preċedenti li ma ntużawx u ddaħħlu mill-ġdid, id-dħul assenjat u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara, jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 111 733 166, li minnhom EUR 67 604 259 mill-baġit tal-Unjoni, u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 196 631 962, li minnhom EUR 184 010 322 mill-baġit tal-Unjoni;

3.

Jinnota li, rigward il-baġit 2020 tal-Impriża Konġunta disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020, ir-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 100 % u ta’ 85 %, rispettivament;

4.

Jinnota li l-baġit oriġinali tal-Impriża Konġunta kien jinkludi surplus relattivament kbir ta’ baġit mhux użat minn snin preċedenti (prinċipalment l-2018 u l-2019), madwar EUR 1 000 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament u min-naħa operazzjonali madwar EUR 20 400 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 28 800 000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota, barra minn hekk, li fil-kuntest ta’ surplus kbir ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament, aggravat mill-kriżi tal-COVID-19, ittieħdet deċiżjoni biex jintbagħtu lura EUR 25 300 000 ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali għas-snin ta’ oriġini, għal riattivazzjoni fis-snin sussegwenti fejn ikun hemm aktar ħtieġa (f’konformità mar-regola N+3);

5.

Jinnota li fi tmiem l-2020, l-Unjoni kkontribwiet EUR 603 176 000, u r-raggruppament tal-industrija kkontribwixxa EUR 41 927 000in natura vvalidati, EUR 12 465 000 fi flus għall-ispejjeż amministrattivi u EUR 3 250 000 fi flus għall-ispejjeż operazzjonali; jinnota li fi tmiem l-2020, il-kontribuzzjoni in natura għal attivitajiet addizzjonali ġiet iċċertifikata għal total ta’ EUR 929 212 506;

6.

Jinnota li r-Rapport Annwali tal-Qorti dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għall-2020 ma kienx fih id-data kollha relatata mal-kontribuzzjonijiet in natura vvalidati; jitlob lill-Impriża Konġunta tqassar id-dewmien fir-rapportar tal-kontribuzzjonijiet in natura;

7.

Jinnota li t-total tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija għal attivitajiet addizzjonali, kif stmat fi tmiem l-2020, laħaq biss madwar nofs l-ammont fil-mira minimu stabbilit fl-Artikolu 4(4) tar-regolamenti dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta; jinnota, barra minn hekk, li, għalkemm ir-regolament li jistabbilixxiha ġie emendat b’mod espliċitu fl-2018 biex il-membri tal-industrija jkunu jistgħu jagħtu kont tal-kontribuzzjonijiet fi flus tagħhom fil-livell tal-proġett għal mill-inqas EUR 182 500 000, il-membri tal-industrija ma għamlu l-ebda kontribuzzjoni fi flus addizzjonali għall-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta fl-2020, li jindika li l-Impriża Konġunta tiltaqa’ ma’ ostakli sinifikanti fil-kisba ta’ tali kontribuzzjonijiet mill-membri privati u li l-mira minima mhux se tinkiseb sa tmiem il-programm Orizzont 2020; jinnota li, għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni (DĠ RDT) naqqset il-kontribuzzjonijiet fi flus tagħha lill-Impriża Konġunta b’EUR 140 000 000; jinnota li dan it-tnaqqis sinifikanti fil-kontribuzzjonijiet tal-membri ppreżenta riskju għall-kisba tal-aġenda tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Impriża Konġunta għall-programm Orizzont 2020; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar pjan ta’ azzjoni rigward din il-kwistjoni;

8.

Jinnota bi tħassib li r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet tal-Impriża Konġunta jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-total ta’ kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija għal attivitajiet addizzjonali kisbu biss 53 % tal-ammont minimu ta’ EUR 1 755 000 000, stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 560/2014; jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2020, il-membri tal-industrija rrapportaw madwar EUR 95 700 000 ta’ kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet operazzjonali minn EUR 433 000 000 impenjati wara li tnedew is-sejħiet kollha ta’ Orizzont 2020; jinnota, għalhekk, li din is-sitwazzjoni tindika riskju għoli li, sa tmiem il-programm Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta mhux se tilħaq il-miri mistennija għall-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija tagħha, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 560/2014 u l-pjanijiet ta’ ħidma annwali adottati; jinnota t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li fl-opinjoni tagħha, dan id-distakk se jitnaqqas b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin minħabba li d-dikjarazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura se jiżdiedu b’mod sinifikanti f’konformità mal-għeluq tal-proġetti tal-Impriża Konġunta u li, barra minn hekk, il-membri tal-industrija impenjaw ruħhom għal miri ta’ investiment addizzjonali għall-2021 u lil hinn fil-perspettiva finanzjarja tagħhom ippreżentata lill-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward; jinnota li l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali ta’ EUR 916 000 000 fi tmiem l-2019 kien jinkludi madwar EUR 216 000 000 ta’ kontribuzzjonijiet in natura rrappurtati għall-2019, iżda li għalihom il-proċess ta’ ċertifikazzjoni ma kienx tlesta minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-kompitu għadu għaddej, kif imsemmi fir-rapport tal-Qorti; jitlob lill-Impriża Konġunta tlesti l-proċess ta’ ċertifikazzjoni għas-sena 2019 sa Ġunju 2022;

9.

Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati;

Prestazzjoni

10.

Jinnota li, b’kollox, il-portafoll tal-proġett tal-Impriża Konġunta jikkonsisti f’124 proġett (64 Azzjoni ta’ Riċerka u Innovazzjoni (RIAs), 35 Azzjoni ta’ Dimostrazzjoni (DEMOs), 11-il Proġett Ewlieni u 14-il Azzjoni ta’ Koordinazzjoni u Appoġġ (CSAs), li jirriżultaw mis-sejħiet tal-2014-2019; jinnota, barra minn hekk, li, wara l-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ Preparazzjoni tal-Ftehim ta’ Għotja (GAP) mis-sejħa tal-2020, seba’ RIAs, erba’ DEMOs, tliet Proġetti Ewlenin u erba’ proġetti CSA huma mistennija li jiżdiedu mal-portafoll tal-proġetti tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta tippubblika l-għadd ta’ proġetti lesti kif ukoll dawk li għadhom għaddejjin fir-rapport annwali tagħha għal aktar ċarezza;

11.

Jinnota, barra minn hekk, li fi ħdan il-124 proġett iffinanzjat mis-sejħiet tal-Impriża Konġunta tal-2014-2019, kif ukoll it-18-il proġett li għadhom fil-GAP mis-sejħa tal-2020, 1 006 benefiċjarji jirrappreżentaw is-settur privat għall-profitt, li jikkorrispondu għal 59,5 % tal-benefiċjarji kollha tal-Impriża Konġunta; jinnota, barra minn hekk, li għas-sejħa tal-2020, din ix-xejra hija kkonfermata b’parteċipazzjoni privata għall-profitt li tkopri 56 % tal-għadd totali ta’ parteċipanti fil-proposti miżmuma;

12.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li t-tfassil tas-sejħa tal-Impriża Konġunta tal-2020 ma kienx jiżgura l-kopertura sħiħa tal-erba’ suġġetti ta’ dimostrazzjoni strateġiċi, f’konformità mal-aġenda ta’ riċerka tagħha fil-pjan ta’ ħidma annwali; jinnota, barra minn hekk, li proposti eliġibbli u b’punteġġ għoli għal wieħed mis-suġġetti ta’ dimostrazzjoni kellhom jiġu rrifjutati għall-benefiċċju ta’ suġġett ta’ dimostrazzjoni ieħor, li għalih ġew aċċettati diversi proposti għall-kofinanzjament;

13.

Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) ta’ Orizzont 2020 u għall-monitoraġġ ta’ kwistjonijiet trażversali, u tmien indikaturi apposta speċifiċi għall-Impriża Konġunta;

14.

Jinnota li, fl-2020, il-prestazzjoni effiċjenti tal-Impriża Konġunta fl-operazzjonijiet ċentrali ġiet ikkonfermata, u b’hekk komplew ix-xejriet pożittivi osservati fis-snin preċedenti: Time to Inform (TTI) għall-applikanti tas-Sejħa tal-2020 intlaħaq f’Jannar 2021, f’137 jum fil-konfront ta’ 153 jum; Time to Grant (TTG) għall-proġetti miżmuma taħt is-sejħa tal-2019 kien b’medja ta’ 237 jum meta mqabbel mal-mira ta’ 245 jum (96 % fil-ħin); jinnota, barra minn hekk, li l-Ftehimiet ta’ Għotja kollha ġew iffirmati fil-ħin ħlief wieħed, li ġie ttardjat minħabba bidliet fil-konsorzju u restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19; jinnota li t-Time to Pay (TTP) għall-prefinanzjament għall-proġetti miżmuma mis-sejħa tal-2019 kien b’medja ta’ 12-il jum meta mqabbel mal-mira ta’ 30 jum (100 % fil-ħin); jinnota li t-TTP għall-pagamenti perjodiċi kien b’medja ta’ 72 jum meta mqabbel mal-mira ta’ 90 jum (93 % fil-ħin);

15.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività tal-Impriża Konġunta li b’mod ġenerali l-Impriża Konġunta operat b’mod effiċjenti u l-prestazzjoni medja tagħha meta mqabbla mat-tliet KPIs ewlenin ta’ Orizzont 2020 taqbeż il-miri stabbiliti, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli tal-2020;

16.

Jinnota li l-kwistjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jeħtieġ li tiġi indirizzata fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu intiż tal-prestazzjoni, jew riżultat, bħal studji, analiżi jew evalwazzjonijiet; jinnota li l-għan tagħha huwa li tissalvagwardja d-drittijiet tal-kreaturi individwali iżda wkoll li tipprovdi dettalji dwar kif id-drittijiet se jintużaw fil-futur; jinnota li peress li x-xiri jsir bi flus pubbliċi, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku; jappella lill-Impriża Konġunta biex tipprovdi kjarifika tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u aktar trasparenza fir-rigward tar-riżultati tar-riċerka;

Proċeduri ta’ akkwist u reklutaġġ

17.

Jinnota li r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jirrikjedi li l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni, inklużi l-Impriżi Konġunti, ifasslu u jimplimentaw soluzzjonijiet għall-preżentazzjoni, għall-ħżin u għall-ipproċessar tad-data ppreżentata fil-proċeduri ta’ għoti, u għal dak il-għan, għandhom jistabbilixxu “spazju ta’ skambju elettroniku ta’ data” uniku għall-parteċipanti; jinnota li l-Kummissjoni qed tiżviluppa s-soluzzjoni tal-akkwist elettroniku bil-portal integrat tal-Finanzjament u l-Offerti u bl-eTendering tat-TED, fejn l-offerti kollha ppubblikati jkunu aċċessibbli għall-pubbliku; jinnota li s-soluzzjoni tal-akkwist elettroniku toffri approċċ armonizzat u prattiki korporattivi stabbiliti għall-proċessi tal-akkwist, billi jappoġġjawhom permezz ta’ approċċ integrat bis-sħiħ; jinnota, madankollu, li l-Impriża Konġunta ma ppjanatx li tuża l-moduli kollha tal-pjattaforma minħabba n-numru baxx tagħhom ta’ proċeduri ta’ akkwist ta’ valur għoli; jistieden lill-Impriżi Konġunti jingħaqdu mas-soluzzjoni tal-akkwist elettroniku tal-Kummissjoni f’konformità mal-prinċipju ta’ skambju elettroniku ta’ data uniku, previst bir-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2018/1046, u b’hekk jiġi żgurat li l-akkwisti tagħhom ikunu soġġetti għal kompetizzjoni fuq l-aktar bażi wiesgħa possibbli; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

18.

Jinnota li, sa tmiem l-2020, l-Uffiċċju tal-Programm tal-Impriża Konġunta kien magħmul minn 23 membru tal-persunal u li tnediet proċedura ta’ reklutaġġ waħda fl-2020 u wasslet għad-dħul fis-servizz tal-Kap tal-Programm (TA); jinnota li, minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-proċedura kollha ta’ reklutaġġ, inkluż iċ-ċentru ta’ valutazzjoni, ġiet trasferita għal arranġament remot; jinnota, barra minn hekk, li l-Assistent Koordinatur tas-Sejħa (TA), l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni (TA), l-Uffiċjal tal-Proġett (CA) u l-Assistent Finanzjarju (CA) ingħaqdu mal-Impriża Konġunta fl-2020;

19.

Jinnota li dawn ir-reklutaġġi ġew iffinalizzati matul l-aħħar snin, u użu effiċjenti tal-listi ta’ riżerva kien fundamentali biex tiġi żgurata s-sostituzzjoni f’waqtha tal-persunal li telaq mill-Impriża Konġunta fl-2019; jinnota, barra minn hekk, li sabiex tlaħħaq mal-perjodu massimu ta’ xogħol, l-Impriża Konġunta kkonkludiet – permezz tal-kuntratt qafas tal-Kummissjoni għal servizzi interim – diversi kuntratti għal żmien qasir għal servizzi interim biex tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Uffiċċju tal-Programm; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, inkella dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħat-telf ta’ kompetenzi ewlenin, kanali tal-obbligu ta’ rendikont mhux ċari, u effiċjenza aktar baxxa tal-persunal;

20.

Jilqa’ l-inizjattiva ta’ stħarriġ tal-Impriża Konġunta li għamlitha possibbli li jiġi identifikat l-impatt tal-COVID-19 fuq l-impjegati u żvelat li l-għeja globali hija preżenti minħabba l-iżolament, l-irritazzjoni tal-familja, ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment barra mid-dar, in-nuqqas ta’ rqad u n-nuqqas ta’ interazzjoni soċjali u komunikazzjoni mal-kollegi; jissuġġerixxi li tinġibed l-attenzjoni lejn il-benesseri, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda struttura ta’ appoġġ fis-seħħ biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal fl-Impriża Konġunta;

21.

Jinnota li, sa tmiem l-2020, skont ir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha, l-Impriża Konġunta kellha 23 membru tal-persunal minn 10 Stati Membri (26 % irġiel u 74 % nisa);

Il-kontrolli interni u l-awditu intern

22.

Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri affidabbli ta’ kontroll ex ante bbażati fuq eżamijiet dokumentarji finanzjarji u operazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta implimentat il-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni (QKI), li huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll intern, fl-2020, u li għall-awtovalutazzjoni annwali u l-monitoraġġ tal-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll meħtieġa mill-QKI, l-Impriża Konġunta żviluppat indikaturi rilevanti għall-prinċipji ta’ kontroll intern u l-karatteristiċi relatati kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-prinċipji kollha tal-mudell il-ġdid ta’ kontroll huma inkorporati fl-istruttura organizzazzjonali kollha tal-Impriża Konġunta u jiddependu minn taħlita ta’ kontrolli ex ante u ex post, is-segregazzjoni tad-dmirijiet, il-proċessi u l-proċeduri dokumentati, il-kontroll tad-devjazzjonijiet, u l-promozzjoni tal-imġiba etika;

23.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li s-servizz tal-awditjar komuni tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditu ex post tal-pagamenti ta’ Orizzont 2020 magħmula mill-Impriża Konġunta u li abbażi tar-riżultati tal-awditu ex post disponibbli fi tmiem l-2020, hi rrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 1,47 % u rata ta’ żball residwu ta’ 1,06 % għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 (approvazzjonijiet u pagamenti finali); jinnota mill-proposta tal-Kummissjoni għal Orizzont 2020 li l-għan aħħari għal-livell ta’ żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u l-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

24.

Jinnota li bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operazzjonali, il-Qorti awditjat b’mod aleatorju, kampjun ta’ pagamenti li saru fl-2020 taħt Orizzont 2020 fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrobora r-rati ta’ żball li ħarġu mill-awditu ex post; jinnota li l-awditi dettaljati żvelaw f’każ wieħed żball ta’ aktar minn 1 % tal-ispejjeż awditjati relatati mal-korrezzjoni mhux ġustifikata tal-ispejjeż tal-persunal diġà ddikjarati u aċċettati fil-perjodu ta’ rapportar sussegwenti;

25.

Jenfasizza li, fir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għall-2020, il-Qorti sabet żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji, b’mod partikolari min-naħa tal-SMEs u l-benefiċjarji l-ġodda; jinnota li żbalji bħal dawn ġew irrapportati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-CAS u tal-awdituri kkuntrattati tiegħu; jevidenzja li, fil-paġna 41 ta’ dak ir-rapport, il-Qorti tiddikjara li s-semplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet ta’ spejjeż semplifikati hija prekundizzjoni għal programmi qafas ta’ riċerka futuri, sabiex jiġu stabbilizzati r-rati ta’ żball għal taħt il-livell ta’ materjalità; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha, peress li l-SMEs u l-benefiċjarji l-ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji;

26.

Jinnota li sal-2020, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) wettaq żewġ awditi tal-aċċertament fuq l-Impriża Konġunta dwar rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern u dwar il-proċess ta’ għotja ta’ Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li fi Frar 2020, l-IAS iffinalizza l-Pjan Strateġiku tal-Awditjar Intern tiegħu li jkopri l-perjodu 2021-2023;

Ġestjoni u prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u ta’ riskji ta’ frodi

27.

Jiddeplora l-fatt li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għalaq investigazzjoni fl-ewwel nofs tal-2020 li sabet evidenza ta’ irregolaritajiet u frodi fl-attivitajiet ta’ żewġ benefiċjarji involuti fil-proġetti ta’ Orizzont 2020, inklużi proġetti kofinanzjati mill-Impriża Konġunta; jinnota li fl-2020 l-Impriża Konġunta implimentat fil-biċċa l-kbira r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF fir-rigward ta’ dawk il-benefiċjarji, inklużi l-irkupri tal-ipproċessar, it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji affettwati fil-biċċa l-kbira tal-ftehimiet ta’ għotja u l-kunsiderazzjoni attiva ta’ benefiċjarji potenzjalment problematiċi oħrajn; jinnota, barra minn hekk, li r-rapport tal-OLAF ma inkluda l-ebda sejba jew konklużjoni marbuta ma’ dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta u li l-impatt finanzjarju ta’ dan il-każ huwa taħt il-livelli ta’ materjalità; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

28.

Jinnota li l-Impriża Konġunta għandha regoli dwar il-kunflitt ta’ interess għall-persunal u l-korpi kollha tal-Impriża Konġunta stabbiliti skont il-mudell miftiehem mill-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-uffiċċju tal-programm żviluppa sett komprensiv ta’ regoli u proċeduri li huma implimentati b’mod effettiv fl-istruttura ta’ governanza kollha tiegħu; jistieden lill-Impriża Konġunta tippubblika s-CVs tal-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija tagħha;

29.

Jinnota li hemm stabbilita strateġija kontra l-frodi li tkopri l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ frodi potenzjali kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-investigazzjoni tagħha; jinnota li l-istrateġija kontra l-frodi għall-ġestjoni tal-għotjiet hija żviluppata u implimentata f’kooperazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni, l-aġenziji eżekuttivi u l-impriżi konġunti li jimplimentaw il-programm qafas Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li l-persunal tal-Impriża Konġunta huwa aġġornat kontinwament dwar l-identifikazzjoni tar-riskji ta’ frodi, u għodod dedikati jsiru disponibbli għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u r-rapportar ta’ każijiet suspettużi; jistieden lill-Impriża Konġunta tikkunsidra l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ taħriġ permanenti u robusta għall-impjegati tagħha, speċjalment dawk li jaħdmu direttament mas-sejħiet għal proposti u għotjiet, sabiex issaħħaħ l-istandards etiċi u timminimizza r-riskju li sseħħ imġiba mhux etika, li jkollha impatt negattiv fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba;

30.

Jinnota li l-Uffiċċju tal-Programm ħatar il-korrispondenti tiegħu mal-OLAF għall-attivitajiet kollha relatati mar-rapportar tal-frodi, biex b’hekk appoġġja lill-OLAF dwar kwistjonijiet investigattivi, u b’dan ġew segwiti r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF u kien hemm kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-frodi; jinnota li, matul l-2020, l-Uffiċċju tal-Programm irċieva l-ewwel talbiet mill-OLAF biex jappoġġja l-għażliet u l-investigazzjonijiet tiegħu.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/444


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1815 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (attwalment l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 – C9-0104/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0074/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b’Bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/446


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1816 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (issa l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0105/2022)

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021TA1112%2801%29&qid=1650460517287

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021TA1112%2801%29&qid=1650460517287

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/448


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1817 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (issa l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta Clean Sky ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 (1) (li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2008) għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017; billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Novembru 2009;

B.

billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (l-“Impriża Konġunta”) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 (2) issostitwiet, b’effett mis-27 ta’ Ġunju 2014, l-Impriża Konġunta Clean Sky fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, u dan estenda l-ħajja tagħha għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024;

C.

billi l-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta huma li tikkontribwixxi għat-titjib sinifikanti tal-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi u għall-iżvilupp ta’ industrija ajrunawtika u ta’ katina ta’ provvista b’saħħithom u kompetittivi fuq livell globali fl-Ewropa;

D.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-membri privati, jiġifieri l-Mexxejja u l-Membri Assoċjati kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 558/2014 u s-Sħab Ewlenin magħżula permezz ta’ sejħa miftuħa, mhux diskriminatorja u kompetittiva soġġetta għal evalwazzjoni indipendenti, f’konformità mal-Artikolu 4(2);

E.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għat-tieni fażi tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija EUR 1 755 000 000 (inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA) li għandhom jitħallsu mill-baġit ta’ Orizzont 2020; billi l-kontribuzzjoni totali mill-membri privati għandha tkun mill-inqas EUR 2 193 750 000, li tinkludi kontribuzzjonijiet fi flus għall-ispejjeż amministrattivi u kontribuzzjonijiet in natura għall-operat kif ukoll il-minimu ta’ kontribuzzjoni in natura għal Attivitajiet Addizzjonali jkun EUR 965 250 000 għall-perjodu definit fir-Regolament;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) sabet fir-rapport tagħha (ir-“rapport tal-Qorti”), il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2020 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi ta’ flus tagħha, u t-tibdil fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota li t-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jinnota li l-baġit finali disponibbli tal-Impriża Konġunta għall-2020 (inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid tas-snin preċedenti, id-dħul assenjat, u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara) kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 346 723 559 u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 356 604 910; jinnota li r-rata ta’ użu kienet 71,66 % għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u 78,41 % għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament;

3.

Jinnota li l-programm tas-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7) ingħalaq formalment fl-2017 u li fl-2020 l-Impriża Konġunta implimentat ftit awditi ex post tal-FP7 li kien fadal; jinnota, barra minn hekk, li fl-2020 ma kien hemm l-ebda bidla fil-kontribuzzjonijiet tal-membri għall-programm FP7;

4.

Jinnota li sa tmiem l-2020, mill-ammont massimu ta’ EUR 1 755 000 000 ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni minn Orizzont 2020 skont ir-Regolament (UE) Nru 558/2014, l-Unjoni kkontribwiet total ta’ EUR 1 451 082 877 għall-attivitajiet operazzjonali u l-ispejjeż operatorji ta’ Orizzont 2020; jinnota li, sa tmiem l-2020, it-total tal-kontribuzzjoni in natura minn membri privati għal attivitajiet operazzjonali kien EUR 581 335 882, filwaqt li t-total tal-kontribuzzjon in natura minn membri privati għal attivitajiet addizzjonali kien EUR 1 144 170 000 (li jinkludi EUR 838 120 000 iċċertifikati bis-sħiħ mill-awdituri esterni tal-membri u vvalidati mill-Bord ta’ Tmexxija għall-perjodu 2014-2019);

5.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti l-baġit tal-pagamenti tal-2020 disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li l-pandemija tal-COVID-19 irriżultat fi tnaqqis fir-ritmu tal-ftehimiet ta’ għotja għas-sħab, kif ukoll f’eżekuzzjoni insuffiċjenti tal-ftehimiet ta’ għotja għal-membri għall-perjodu 2018-2019; jinnota, barra minn dan, li dan wassal għal irkupri sinifikanti ta’ prefinanzjamenti mħallsa żejda li żiedu l-approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali (fondi ta’ dħul assenjat intern) għal EUR 22 572 214 fl-2020; jinnota, flimkien ma’ dan, li din is-sitwazzjoni affettwat b’mod avvers ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-pagamenti operazzjonali, li kienet ta’ 82,6 % fi tmiem l-2020 (meta mqabbla mal-2019 li kienet 97,2 %); jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li, għall-kuntrarju tar-regoli finanzjarji tagħha, l-Impriża Konġunta ma użatx kompletament l-approprjazzjoni tas-snin preċedenti ta’ madwar EUR 13 300 000, li ddaħħlet mill-ġdid fil-baġit operazzjonali għall-2020, qabel ma użat l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena; jinnota li, skont ir-rispota tal-Impriża Konġunta, fil-bidu tas-sena 2020, hija kellha biss krediti ta’ pagamenti li ġejjin minn fond C1 u li wara l-ewwel emenda baġitarja tas-sena, l-approprjazzjonijiet mhux użati kienu ġew riattivitati bħala fondi C2 f’Mejju 2020; jinnota, madankollu, l-ispjegazzjoni skont liema l-għodda tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-għotjiet ma tatx prijorità lill-użu tal-fondi C2 mingħajr intervent manwali għal kull pagament, għalhekk l-approprjazzjonijiet C1 ġew ikkonsmati l-ewwel; jinnota, barra minn hekk, li skont ir-risposta tal-Impriża Konġunta din tal-aħħar kienet ippjanat li tuża l-fondi C2 għall-pagamenti ta’ prefinanzjament addizzjonali għall-Ftehim ta’ Għotja għall-Membri 2020-2021 fl-aħħar xhur tal-2020 u li, iżda, xi wħud minn dawn il-pagamenti kellhom jiġu posposti għall-bidu tal-2021; jinnota, madankollu, li l-Impriża Konġunta se tistabbilixxi miżuri ta’ monitoraġġ addizzjonali biex tiżgura li l-fondi riattivati jiġu kkonsmati l-ewwel; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kull żvilupp f’dak ir-rigward;

6.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta żiedet b’aktar mid-doppju l-baġit għall-pagament tan-nefqa tagħha fuq l-infrastruttura u l-komunikazzjoni (li tirrappreżenta madwar 1,5 % tal-baġit totali disponibbli għall-pagamenti tal-Impriża Konġunta) għas-sena finanzjarja 2020 u li dan l-irduppjar tal-baġit għall-pagamenti, flimkien mal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ispejjeż ippjanati għall-IT, il-komunikazzjoni, l-avvenimenti u servizzi esterni oħra, irriżultaw fir-rata baxxa ta’ implimentazzjoni ta’ 42,7 % fl-aħħar tal-2020 (meta mqabbla mal-2019: 98,7 %);

7.

Jinnota li r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti għall-2020 ma kienx fih id-data kollha relatata mal-kontribuzzjonijiet in natura vvalidati; jitlob lill-Impriża Konġunta tqassar id-dewmien fir-rapportar tal-kontribuzzjonijiet in natura;

8.

Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati;

Prestazzjoni

9.

Jinnota li l-ħdax-il sejħa għall-proposti (CfP11) tnediet f’Jannar 2020 u kienet tinkludi 35 suġġett, li minnhom erbgħa kienu suġġetti tematiċi, u involvew 128 parteċipazzjoni minn 17-il pajjiż differenti; jinnota wkoll li ġew ippreżentati 188 proposta eliġibbli u nżammu 36 li minnhom 25 proposta kienu għal suġġetti tematiċi; jinnota, barra minn hekk, li s-sejħa għal proposti ġiet pproċessata b’suċċess kompletament b’mod remot; jinnota li l-portafoll globali tal-Impriża Konġunta matul il-ħajja tagħha jinkludi ħdax-il sejħa għal proposti li jinvolvu aktar minn 726 sieħeb minn 28 pajjiż differenti b’involviment qawwi tal-impriżi żgħar u medji f’termini ta’ parteċipazzjoni u l-għotjiet mogħtija, u total ta’ 610 proġetti; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta lestiet l-implimentazzjoni tal-għaxar sejħa għal proposti (CfP10) f’April 2020; jinnota li l-evalwazzjoni tal-aħħar sejħa tal-programm tlestiet fl-2020, jiġifieri s-CfP11, u li l-Impriża Konġunta avzat li qiegħda tkompli l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-grupp ta’ esperti; jiddispjaċih li, minkejja dawn l-isforzi, il-perċentwal ta’ nisa fost l-esperti kien biss 20 %;

10.

Jinnota li l-għadd nett ta’ Sħab Ewlenin, inklużi l-affiljati tagħhom u l-partijiet terzi relatati, li jaderixxu mal-programm abbażi ta’ Sejħiet għal Sħab Ewlenin huwa ta’ aktar minn 190, b’madwar 50 impriża żgħira u ta’ daqs medju parteċipanti li ġejjin minn 22 pajjiż differenti (18-il Stat Membru u erba’ pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont 2020);

11.

Jinnota li l-Uffiċċju tal-Programm wettaq valutazzjoni tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-attivitajiet tiegħu bil-għan li jidentifika oqsma fl-ippjanar strateġiku li jeħtieġu reviżjoni jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u li, abbażi ta’ din, l-ambitu tal-ħidma għall-maġġoranza l-kbira tad-dimostraturi li għandu jintlaħaq għadu l-istess u li, madankollu, ġie identifikat xi dewmien (medja ta’ 4-6 xhur) għal madwar terz tad-dimostraturi fl-implimentazzjoni tal-Programm, b’sitwazzjoni ta’ disparità osservata fost l-oqsma differenti ta’ attività; jinnota li, fejn possibbli, id-dimostraturi rċevew appoġġ ta’ finanzjament ibbażat fuq id-disponibbiltà ta’ fondi eżistenti, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta’ dewmien u/jew nuqqasijiet potenzjali ta’ fondi f’oqsma affettwati tal-programm; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjoni għall-Objettivi ta’ Livell Għoli tal-Impriża Konġunta mhijiex affettwata peress li l-kontenut ġenerali tal-programm huwa ppreservat iżda d-dewmien (li huwa konsegwenza diretta tal-pandemija iżda wkoll tad-diffikultajiet tekniċi marbuta ma’ ċertu livell ta’ inċertezza inerenti għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni) jista’ jkollu impatt fuq l-isfruttament f’waqtu tar-riżultati; jinnota li l-Impriża Konġunta tqis li aktar minn 80 % tad-dimostraturi ewlenin tagħha se jilħqu l-objettivi tagħhom sa tmiem il-programm kif ippjanat; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

12.

Jilqa’ l-fatt li, minkejja l-kriżi tal-COVID-19 fl-2020, l-Impriża qed tkompli timplimenta l-pjan ta’ azzjoni dwar is-sinerġiji mal-Istati Membri u r-reġjuni li huma interessati li jinvestu l-FSIE (Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej), jew fondi reġjonali, fil-qasam tal-ajrunawtika u f’teknoloġiji relatati oħra;

13.

Jinnota li l-Impriża Konġunta implimentat għodod għall-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-programm tagħha, jiġifieri rapporti trimestrali dwar id-Dimostraturi Teknoloġiċi Integrati/il-Pjattaformi ta’ Dimostrazzjoni ta’ Mezzi tal-Ajru Innovattivi (ITD/IADPs), kumitati ta’ tmexxija fil-livell tal-ITD/IADP, rieżamijiet annwali tal-prestazzjoni tal-ITD/IADPs, u rrappurtati regolarment lill-Bord ta’ Tmexxija;

14.

Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kwistjonijiet trasversali fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, u l-KPIs speċifiċi għall-Impriża Konġunta bħar-rata ta’ suċċess tas-suġġetti tas-sejħiet, l-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ ħidma u l-kopertura tal-awditu ex post;

15.

Jinnota l-objettivi intermedji miksuba fl-2020 fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Għotja għall-Membri, bħall-progress tajjeb tal-IADP tal-Inġenji tal-Ajru Kbar tal-Passiġġieri, il-progress importanti ħafna bil-fażi tad-disinn dettaljata li tlestiet għad-dimostraturi kollha fuq skala kbira fl-IADP tal-Inġenji tal-Ajru Reġjonali, id-disinn kritiku tas-subsistema u r-rieżamijiet kritiċi tad-disinn tal-inġenji tal-ajru mwettqa fid-dimostrazzjoni tat-teknoloġija NGCTR u l-progress fid-dimostrazzjoni kompost RACER, kif ukoll il-progress u l-kisbiet tal-ITD għall-Oqfsa tal-Inġenju tal-Ajru, fl-ITD għall-Magni, fl-ITD għas-Sistemi, tal-Attivitajiet trasversali tal-ekodisinn, fil-Qasam Trasversali tat-Trasport bl-Ajru Żgħir, u fl-Evalwatur tat-Teknoloġija;

16.

Jinnota li, minħabba raġunijiet operattivi, tlieta mis-sejħiet għall-offerti operattivi ppjanati inizjalment ġew posposti mill-2020 għall-2021, u l-portata tagħhom ġiet immodifikata ftit u tnejn minnhom ingħaqdu fi studju wieħed;

17.

Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Impriża fl-iżgurar ta’ aċċelerazzjonijiet netti fit-teknoloġiji ekoloġiċi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-livelli ta’ storbju prodotti mill-inġenji tal-ajru, biex b’hekk jittejjeb l-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi u tiġi żviluppata industrija ajrunawtika u katina tal-provvista b’saħħithom u globalment kompetittivi fl-Ewropa; jemmen li s-suċċessur tagħha, jiġifieri l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, se jkollha rwol importanti biex tiżgura l-involviment tas-settur tal-avjazzjoni fil-Patt Ekoloġiku Ewropew;

Persunal u akkwist

18.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, imtlew il-postijiet ta’ 36 aġent temporanju u ta’ 6 aġenti kuntrattwali skont it-tabella tal-persunal u, barra minn hekk, espert nazzjonali sekondat wieħed mit-tnejn skont it-tabella tal-persunal;

19.

Jinnota li fl-2020 l-Impriża Konġunta nediet il-proċedura ta’ reklutaġġ għal 3 pożizzjonijiet; jinnota li minbarra l-karigi statutarji, l-Impriża Konġunta tiddependi minn fornituri esterni ta’ servizzi, bħall-webmaster, id-ditta tas-servizzi tal-IT kondiviża mal-Impriżi Konġunti l-oħra, disa’ interims u konsulent wieħed fil-komunikazzjoni; jinnota li l-Impriża Konġunta kompliet timplimenta wkoll aktar l-użu ta’ Sysper2;

20.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, għalkemm il-persunal statutarju tal-Impriża Konġunta baqa’ fil-livell stabbli ta’ 42 mill-2017 sal-2020, matul l-istess perjodu, l-Impriża Konġunta żiedet b’mod sinifikanti l-użu tagħha ta’ persunal interim minn tlieta għal għaxra ta’ ekwivalenti full-time, jiġifieri, minn 8 % għal 24 % tal-persunal statutarju tal-Impriża Konġunta, li l-kompiti mwettqa mill-persunal interim mhumiex madankollu ta’ natura ta’ darba jew temporanja, li jirriżultaw minn żieda eċċezzjonali fil-volum ta’ xogħol jew mit-twettiq ta’ attività ta’ darba, iżda pjuttost huma ta’ natura permanenti (eż. assistent tas-servizz legali, assistenza segretarjali, assistent tal-komunikazzjoni u assistent tal-uffiċjal tal-proġetti); jinnota li l-prassi tal-Impriża Konġunta toħloq de facto aktar postijiet permanenti minn dawk previsti fit-tabella tal-persunal, u dan iwassal għal dawran tal-impjegati għoli u joħloq inċertezza fosti l-persunal kuntrattwali, kif ukoll jolqot negattivament, fl-aħħar mill-aħħar, il-prestezzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta;

21.

Jinnota mir-risposta tal-Impriża Konġunta skont liema kienet imġiegħla żżid kostantement l-użu ta’ persunal interim f’dawn l-aħħar snin – minħabba limitazzjoni tat-tabella tal-persunal riġida – f’kundizzjonijiet ta’ kompiti u volum ta’ xogħol dejjem ogħla, u jibża’ li din it-tendenza se tkompli biż-żewġ programmi Clean Sky 2 u l-programm “Clean Aviation” il-ġdid eżegwiti b’mod parallel; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, minbarra dan, l-Impriża Konġunta ħadet miżuri ta’ mitigazzjoni (pereżempju mekkaniżmi ta’ superviżjoni adegwati, u limitat il-kompiti tal-interims għal kompiti mhux essenzjali u żgurat taħriġ u mentoraġġ adegwati); josserva, madankollu, li din hija sitwazzjoni mhux ottimali f’prospettiva ta’ perjodu medju u twil u li l-Impriża Konġunta tqis li s-soluzzjoni tkun li tiġi żgurata aktar flessibbiltà f’dak li għandu x’jaqsam man-numru ta’ postijiet ta’ aġenti kuntrattwali fit-tabella tal-persunal; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tidentifika l-oqsma operattivi ewlenin li fihom għandhom ikunu kkonċentrati r-riżorsi umani biex jiġi ottimizzat il-kontribut tagħhom lill-fluss tax-xogħol u jitlob li l-Impriża Konġunta jkollha aktar persunal;

22.

Jinnota li, wara li ġiet iddikjarata l-pandemija tal-COVID-19, ittieħdet azzjoni rapida biex jiġi żgurat li l-persunal kollu jkun mgħammar bil-materjali tal-ICT meħtieġa għat-telexogħol fit-tul;

23.

Jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-impjegati, speċjalment meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ ħajja differenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-uffiċċji u l-effetti possibbli tal-iżolament; jitlob lill-Impriża Konġunta tikkonċentra fuq il-benesseri tal-impjegati, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jitlob lill-maniġment jiżgura li jkun hemm strutturi ta’ appoġġ xierqa fis-seħħ biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal;

24.

Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-Impriża Konġunta użat is-soluzzjoni tal-akkwist elettroniku għall-proċeduri ta’ akkwist miftuħa tagħha fl-2020;

Kontroll Intern

25.

Jinnota li f’Jannar 2020 ġew adottati r-Regoli Finanzjarji riveduti, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u tal-mudell tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 (4));

26.

Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta’ kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operazzjonali, li fl-2020 implimentat il-qafas ta’ kontroll intern (QKI) tal-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll intern, u li, għall-monitoraġġ u għall-awtovalutazzjoni annwali tal-effikaċja tal-attivitajiet ta’ kontroll meħtieġa mill-QKI, żviluppat indikaturi rilevanti għall-prinċipji kollha ta’ kontroll intern u l-karatteristiċi relatati; jinnota li l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Impriża Konġunta ġie ssemplifikat bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tas-sistema ta’ kontroll intern;

27.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-pagamenti relatati ma’ Orizzont 2020, is-Servizz ta’ Awditjar Komuni (CAS) tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post u li, abbażi tar-riżultati tal-awditi ex post disponibbli fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 1,60 % u rata ta’ żball residwu ta’ 0,91 % għall-proġetti fl-ambitu ta’ Orizzont 2020; jinnota li, skont il-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament dwar Orizzont 2020, l-għan aħħari għal-livell ta’ żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u tal-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

28.

Jinnota li l-Qorti ssottoponiet għal awditjar kampjun aleatorju ta’ pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2020 fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditu ex post bħala parti mill-kontrolli operazzjonali tal-pagamenti u li dawn l-awditi dettaljati żvelaw f’każ wieħed, żball ta’ aktar minn 1 % tal-ispejjeż awditjati, relatat mal-ispejjeż tal-persunal iddikjarati, dovut għall-fatt li l-benefiċjarju ma rrispettax bis-sħiħ il-limitu massimu għas-sigħat maħduma fuq il-proġett, fir-rigward tal-persunal li jaħdem esklużivament fuq il-proġett mingħajr reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol;

29.

Jenfasizza li, fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, il-Qorti kkonstatat żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji, b’mod partikolari min-naħa tal-SMEs u ta’ benefiċjarji ġodda; jinnota li żbalji bħal dawn ġew irrapportati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-Servizz tal-Awditjar Komuni (CAS) u tal-awdituri esterni inkarigati minnu; jevidenzja li, fil-paġna 41 ta’ dan ir-rapport, il-Qorti tiddikjara li s-semplifikazzjoni tar-regoli tal-programm Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet ta’ spejjeż semplifikati hija prekundizzjoni għal programmi qafas ta’ riċerka futuri, sabiex jiġu stabbilizzati r-rati ta’ żball għal taħt il-livell ta’ materjalità; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha, peress li l-SMEs u l-benefiċjarji ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji;

30.

Jilqa’ pożittivament l-azzjoni korrettiva meħuda mill-Impriża biex tindirizza l-iżbalji sistemiċi relatati mal-ispejjeż iddikjarati tal-persunal osservati mill-Qorti tal-Awdituri fis-sena preċedenti;

31.

Jinnota li l-programm tal-Impriża Konġunta huwa kopert mill-Istrateġija Komuni Kontra l-Frodi għall-komunità tar-riċerka (CAFS); jinnota li, fl-2020, l-Impriża Konġunta stabbiliet l-Istrateġija speċifika tagħha Kontra l-Frodi għal Clean Sky 2 u li ġie żviluppat pjan ta’ azzjoni bil-għan li jissaħħu aktar il-kontrolli biex jiġu evitati u identifikati l-frodi; jinnota li f’Novembru 2020 sar sessjoni ta’ taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni għall-persunal tal-Impriża Konġunta; jinnota, barra minn hekk, li fl-2020 l-Impriża Konġunta tat segwitu lil żewġ każijiet ta’ allegati frodi li għadhom għaddejjin, li ġew innotifikati lill-OLAF fl-2018 u li dwarhom l-OLAF fetaħ investigazzjonijiet; jinnota mir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza tal-2019 li, f’Settembru 2021, l-Impriża Konġunta rċeviet ir-rapporti finali tal-OLAF rigward żewġ investigazzjonijiet fuq proġetti ta’ Clean Sky u Clean Sky 2 u li, fiż-żewġ każijiet, l-OLAF ikkonferma s-suspett ta’ frodi u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex jiġi rkuprat il-finanzjamenti miksubin irregolarment mill-entitajiet frawdolenti u biex l-entitajiet u l-persuni involuti jiġu rreġistrati fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni tal-Kummissjoni; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dak ir-rigward;

Awditu Intern

32.

Jinnota li, fl-2020, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) iffinalizza awditu, previst fil-Pjan ta’ Awditjar Strateġiku għall-2019-2021, dwar il-fażi ta’ implimentazzjoni tal-għotjiet fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020 u li nħarġu rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi u tal-kontrolli kontra l-frodi tal-Impriża Konġunta, ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-evalwazzjoni ex ante tal-pagamenti u tar-rapporti dwar l-għotjiet u tal-monitoraġġ tad-disseminazzjoni, tal-isfruttament u tal-komunikazzjonijiet dwar il-proġetti; jinnota li f’Ġunju 2021 l-IAS wettaq awditu ta’ segwitu u kkunsidra t-tliet rakkomandazzjonijiet magħluqa;

33.

Jinnota li fi Frar 2021 l-Impriża Konġunta rċeviet ir-rapport annwali tal-IAS għall-2020, li enfasizza żewġ rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn awditu preċedenti dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni u rakkomandazzjoni waħda dwar il-ġestjoni tal-għotjiet tal-Impriża Konġunta li ġew ittardjati b’mod konsiderevoli; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iżviluppi f’dak ir-rigward.

34.

Jinnota li l-Uffiċjal tal-Awditjar Intern (IAO) ikkonferma lill-Bord tat-Tmexxija l-indipendenza organizzattiva tiegħu, kif definita fl-istandards tal-FII, għalkemm enfasizza nuqqas potenzjali ta’ oġġettività għal xi attivitajiet u proċessi speċifiċi tal-Impriża, li għalihom l-IAO ħa f’idejh responsabbiltà operattiva diretta; jinnota, madankollu, li dawn il-proċessi tal-Impriża kienu koperti bis-sħiħ minn awdituri oħra permezz ta’ awditi ta’ aċċertament jew permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju (5);

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky (ĠU L 30, 4.2.2008. p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16).

(5)  Rapport ta’ Attività Annwali Konsolidat 2020 Clean Sky 2, p. 104-105.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/454


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1818 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (attwalment l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0105/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0070/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20, . https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021TA1112%2801%29&qid=1650460517287

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021TA1112%2801%29&qid=1650460517287: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/456


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1819 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (issa l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0106/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/458


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1820 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (issa l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta ECSEL (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fis-6 ta’ Mejju 2014 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 (1), li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2014, għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024, biex tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC;

B.

billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, l-Istati Membri u, fuq bażi volontarja, il-Pajjiżi Assoċjati (Stati Parteċipanti), u l-assoċjazzjonijiet ta’ membri privati (Membri Privati) li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-kamp tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Unjoni;

C.

billi l-kontribuzzjonijiet għall-Impriża Konġunta għall-perjodu kollu ta’ Orizzont 2020 huma sa massimu ta’ EUR 1 184 874 000 mill-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għal spejjeż amministrattivi u operattivi, mill-anqas EUR 1 170 000 000 mill-Istati Parteċipanti għall-ispejjeż operattivi u proporzjonati mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u mill-anqas EUR 1 657 500 000 mill-Membri Privati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”) sabet fir-rapport tagħha (ir-“rapport tal-Qorti”) li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni; barra minn hekk, jinnota li t-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jinnota li t-total tal-baġit disponibbli tal-Impriża Konġunta għas-sena 2020, li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati fis-snin preċedenti mdaħħla mill-ġdid, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara, kien jinkludi EUR 218 342 000 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 215 849 000 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament, u li r-rata ta’ utilizzazzjoni kienet ta’ 99,59 % għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ 88,63 % għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament;

3.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fi tmiem l-2020, l-Unjoni kkontribwiet EUR 573 197 000 għall-kofinanzjament tal-attivitajiet tas-Seba’ Programm Qafas tal-Impriża Konġunta, kif ittrasferiti mill-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC f’Ġunju 2014, u EUR 10 390 000 oħra għall-kofinanzjament tal-ispejjeż amministrattivi relatati;

4.

Jinnota li l-impenn akkumulat għall-attivitajiet tas-Seba’ Programm Qafas li ttieħdu mill-Impriża Konġunta f’Ġunju 2014, kien jammonta għal EUR 447 342 072 (EUR 101 425 148 minn ARTEMIS u EUR 345 916 924 minn ENIAC), li minnhom l-Impriża Konġunta kienet iddiżimpenjat madwar EUR 58 000 000 (madwar EUR 16 800 000 minn ARTEMIS u EUR 41 200 000 minn ENIAC) u ħallset EUR 386 767 877 (EUR 83 822 121 minn ARTEMIS u EUR 302 945 756 minn ENIAC) fi tmiem l-2020; jinnota, barra minn hekk, li konsegwentement, fis-snin li ġejjin għad iridu jitħallsu EUR 2 544 641 (EUR 768 150 minn ARTEMIS u EUR 1 776 491 minn ENIAC);

5.

Jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tal-baġit ta’ pagament disponibbli tal-Impriża Konġunta għall-2020 għall-proġetti tas-Seba’ Programm Qafas (EUR 20 317 158), ir-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 70 %;

6.

Jinnota li fir-rapport tagħha l-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-regolamenti ta’ twaqqif tal-predeċessuri tal-Impriża Konġunta, ARTEMIS u ENIAC, kienu jipprevedu li l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni operazzjonali tagħhom taħt is-Seba’ Programm Qafas jiġu appoġġjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Parteċipanti, ta’ mill-inqas 1,8 darbiet il-kontribuzzjoni finanzjarja operazzjonali tal-Unjoni, li għandhom jitħallsu lill-parteċipanti tal-proġett, u permezz ta’ kontribuzzjonijiet in natura minn membri privati, ta’ mill-inqas l-ammont ta’ kontribuzzjoni tal-membri pubbliċi; jinnota b’dispjaċir li la l-kontijiet annwali provviżorji tal-Impriża Konġunta għall-2020 u lanqas ir-rapport tagħha dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għall-2020 ma jiżvelaw l-estimi li ġejjin la tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti fil-proġetti tas-Seba’ Programm Qafas ta’ ARTEMIS u ENIAC u lanqas tal-kontribuzzjonijiet in natura magħmula minn organizzazzjonijiet ta’riċerka u żvilupp li pparteċipaw fi proġetti tas-Seba’ Programm Qafas ta’ ARTEMIS u ENIAC; jinnota t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li għall-kuntrarju ta’ Orizzont 2020, ir-regolamenti tas-Seba’ Programm Qafas għall-predeċessuri tagħha qatt ma pprevedew jew kienu jirrikjedu dan ir-rapportar u li fiż-żmien tal-ARTEMIS u l-ENIAC, wara diskussjonijiet mad-DĠ BUDG, ġie deċiż, fost l-oħrajn, li din l-informazzjoni ma tiġix inkluża fil-kontijiet annwali; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza f’dak ir-rigward;

7.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ta’ Orizzont 2020, l-Istati Parteċipanti huma meħtieġa jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ mill-inqas EUR 1 170 000 għall-attivitajiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta u li fi tmiem l-2020, l-Istati Parteċipanti li jkunu ħadu sehem fis-sejħiet għal proposti tal-2014–2019, ikunu ffirmaw impenji kuntrattwali li jammontaw għal EUR 936 588 004 u ddikjaraw b’kollox, kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 374 748 810 (jew 40 % tal-kontribuzzjonijiet totali impenjati), li huma jkunu ħallsu direttament lill-benefiċjarji tal-proġetti ta’ Orizzont 2020 li jkunu appoġġjaw; jinnota, barra minn hekk, li d-differenza bejn l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati Parteċipanti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni fi tmiem l-2020, hija dovuta għall-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Parteċipanti jirrikonoxxu u jirrapportaw l-ispejjeż tagħhom lill-Impriża Konġunta biss mat-tlestija tal-proġetti ta’ Orizzont 2020 li jappoġġjaw;

8.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta tista’ tikkalkola l-ammont attwali tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija biss wara li tkun ivvalidat il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti fi tmiem il-programm; jinnota, għalhekk, li l-Impriża Konġunta tistma l-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija abbażi ta’ metodoloġija “pro rata temporis” adottata mill-Bord ta’ Tmexxija tagħha; jinnota li dan jispjega għaliex fi tmiem l-2020, l-ammont stmat u li għadu ma ġiex ivvalidat ta’ kontribuzzjonijiet in natura tal-industrija huwa ta’ EUR 896 524 611, meta mqabbel mal-ammont ta’ kontribuzzjonijiet in natura tal-industrija vvalidati ta’ EUR 180 275 376; jinnota, barra minn hekk, li abbażi tad-data tal-proġett dwar is-sejħiet bejn l-2014 u l-2019 għall-Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta, mill-31 ta’ Diċembru 2020, l-obbligi tal-membri tal-industrija relatati għal kontribuzzjonijiet in natura kienu jammontaw għal EUR 1 384 176 208;

9.

Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati;

10.

Jinnota li, fir-rigward tal-baġit 2020 tal-Impriża Konġunta disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020, ir-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 100 % u ta’ 91 %, rispettivament;

11.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fl-2020, l-Impriża Konġunta attivat mill-ġdid EUR 57 259 000 ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati fil-baġit operazzjonali għall-attivitajiet ta’ Orizzont 2020; jinnota, madankollu, li l-Impriża Konġunta setgħet tuża biss EUR 39 981 000 (jew 70 %) tal-approprjazzjonijiet attivati mill-ġdid qabel ma użat l-approprjazzjonijiet tas-sena; jinnota t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li l-mument meta saret ir-riattivazzjoni matul it-tielet trimestru tal-2020 kien lil hinn mill-intenzjoni u l-kontroll tal-Impriża Konġunta minħabba talba relatata pendenti li ma ġietx approvata qabel il-bidu ta’ Settembru 2020 u li madankollu, mir-riattivazzjoni ’l quddiem, il-pagamenti kollha twettqu bl-użu prijoritarju ta’ approprjazzjonijiet riattivati, f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha, u li, barra minn hekk, l-Impriża Konġunta hija impenjata li tattiva mill-ġdid kwalunkwe approprjazzjoni mhux użata fi żmien tliet snin finanzjarji u li tużahom bi prijorità skont ir-regoli finanzjarji tagħha u tistma li sa tmiem l-2021, kwalunkwe approprjazzjoni ta’ pagament operazzjonali li jifdal se tiġi riattivata u kkonsmata; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza f’dak ir-rigward;

Prestazzjoni

12.

Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) komuni ta’ Orizzont 2020 għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tal-kwistjonijiet trażversali, kif ukoll KPIs speċifiċi għall-Impriża Konġunta;

13.

Jinnota li fl-2020, l-Impriża Konġunta nediet l-aħħar sejħiet tagħha, jiġifieri żewġ Azzjonijiet ta’ Riċerka u Innovazzjoni (RIA), Azzjoni waħda ta’ Innovazzjoni (IA) u Azzjoni waħda ta’ Koordinazzjoni u Appoġġ (CSA), li għalihom ġew sottomessi 44 proposta eliġibbli u eventwalment ġew iffinanzjati tmien proposti ta’ RIA, sitta ta’ IA u ta’ CSA; jinnota l-portafoll globali tal-proġetti li jinkludi 96 proġett; jinnota, barra minn hekk, it-tliet Inizjattivi Fanal: Mobility.E, Industry4.E u Health.E, li jippromwovu l-kollaborazzjoni fil-komunità tal-ECS, u bejn il-komunità u l-utenti tat-teknoloġija, il-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u s-soċjetà sabiex it-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet ikollhom impatt reali u aktar mgħaġġel fuq in-negozju, l-ekonomija, u l-konsumaturi;

14.

Jinnota li, fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-proġetti tal-Impriża Konġunta, ir-rapport annwali tal-attività 2020 jindika l-għadd totali ta’ nisa u rġiel involuti fi proġetti u li n-nisa involuti fi proġetti mis-sejħiet tal-2014-2018 ammontaw għal 19 %, li minnhom 66 % huma involuti f’attivitajiet ta’ riċerka u 34 % f’attivitajiet mhux ta’ riċerka, u li mill-81 % li jifdal li huma rġiel, 80 % huma involuti fir-riċerka filwaqt li 20 % huma involuti f’attivitajiet mhux ta’ riċerka;

Akkwist u persunal

15.

Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2020, l-Impriża Konġunta kienet timpjega 29 membru tal-persunal, li kienu jinkludu aġenti temporanji u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati; jinnota li, f’Settembru 2020, l-Impriża Konġunta nediet proċedura ġdida ta’ reklutaġġ għall-kariga ta’ assistent finanzjarju/amministrattiv; jinnota, barra minn hekk, li f’Mejju 2020, il-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta sett ġdid ta’ regoli ta’ implimentazzjoni għar-regolamenti tal-persunal;

16.

Jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-persunal tal-Impriża Konġunta, speċjalment meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ għajxien differenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ispazju għall-uffiċċji u l-effetti possibbli tal-iżolament; jitlob lill-Impriża Konġunta tiffoka fuq il-benesseri, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-persunal tagħha; jitlob lill-maniġment tal-Impriża Konġunta jiżgura li jkun hemm strutturi ta’ appoġġ xierqa fis-seħħ biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal;

17.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ma ppjanatx li tuża l-moduli kollha tal-pjattaforma tal-e-Akkwist minħabba l-għadd baxx tagħha ta’ proċeduri ta’ akkwist ta’ valur għoli; madankollu, f’konformità mal-prinċipju ta’ skambju elettroniku uniku ta’ data, previst mir-Regolament Finanzjarju, jistieden lill-Impriża Konġunta tingħaqad mas-soluzzjoni tal-e-Akkwist tal-Kummissjoni sabiex tiżgura l-kompetizzjoni fuq l-aktar bażi wiesgħa possibbli; jinnota li l-Impriża Konġunta għamlet l-akbar użu possibbli mid-diversi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz li diġà kienu ġew konklużi mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, kif ukoll mill-membri privati tagħha u użat kuntratti qafas interistituzzjonali, u li fl-2020, l-Impriża Konġunta nediet ftit proċeduri ta’ akkwist li kienu prinċipalment għal kuntratti ta’ valur baxx, kif ukoll ftuħ mill-ġdid wieħed ta’ kompetizzjoni;

Kontrolli interni

18.

Jinnota li, matul l-2020, l-Impriża Konġunta għaddiet għal sistema bbażata fuq il-prinċipji biex tallinja l-qafas ta’ kontroll intern (QKI) tagħha mal-qafas ta’ kontroll rivedut adottat mill-Kummissjoni; jinnota mir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza tal-2019 li l-QKI rivedut ġie adottat b’deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija f’Awwissu 2020 u li sa tmiem is-sena, l-Impriża Konġunta wettqet l-ewwel awtovalutazzjoni tagħha; jinnota, barra minn hekk, li fl-2020, twettqet valutazzjoni tar-riskju speċifika relatata mal-COVID-19; jinnota, barra minn hekk, li r-regoli finanzjarji riveduti tal-Impriża Konġunta ġew adottati f’Marzu 2020;

19.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ftehimiet amministrattivi konklużi mill-Impriża Konġunta ARTEMIS u ENIAC mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ finanzjament (NFAs) komplew japplikaw peress li dawk l-Impriżi Konġunti ngħaqdu biex jiffurmaw l-Impriża Konġunta; jinnota li skont dawn il-ftehimiet, l-istrateġiji tal-awditjar ex post ta’ ARTEMIS u ENIAC kienu jiddependu ħafna mill-NFAs għall-awditjar tat-talbiet għall-ispejjeż tal-proġetti u li l-Impriża Konġunta ħadet passi biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-awditi ex post mill-NFAs u kisbet dikjarazzjonijiet bil-miktub mill-NFAs li jiddikjaraw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tagħhom tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

20.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, barra minn hekk, li l-varjazzjoni sinifikanti fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ finanzjament tal-Istati Parteċipanti ma tippermettix lill-Impriża Konġunta tikkalkola rata ta’ żball ponderata affidabbli waħda jew rata ta’ żball residwu għall-pagamenti tas-Seba’ Programm Qafas; jinnota li għall-proġetti tas-Seba’ Programm Kwadru, il-pagamenti li saru mill-Impriża Konġunta fl-2020 ammontaw għal EUR 14 287 435 (meta mqabbla ma’ EUR 20 305 796 fl-2019), li rrappreżentaw 7,7 % (meta mqabbla ma’ 11,2 % fl-2019) tal-pagamenti operattivi totali li saru mill-Impriża Konġunta fl-2020; jinnota li, għal dawk il-pagamenti, il-Qorti applikat ir-rata ta’ żball residwu stabbilita mid-direttorat ġenerali għar-riċerka u l-innovazzjoni għas-Seba’ Programm Qafas kollu, li kienet ta’ 3,51 %; jinnota t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li ħadet passi biex tindirizza din is-sejba rikorrenti u jqis li dawn il-miżuri (dikjarazzjonijiet bil-miktub annwali tal-NFA) huma adegwati, kif ikkonfermat mill-awtorità baġitarja, u li r-regolamenti ta’ twaqqif tal-Impriżi Konġunti jipprevedu li “l-Istati Membri tal-ARTEMIS/ENIAC jistgħu jwettqu kwalunkwe kontroll u awditu ieħor fost ir-riċevituri tal-finanzjament nazzjonali tagħhom skont kif iqisu meħtieġ u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati lill-Impriża Konġunta ARTEMIS/ENIAC”;

21.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, barra minn hekk, li minħabba l-perċentwal baxx tal-pagamenti tas-Seba’ Programm Qafas fl-2020 (madwar 8,6 %), ir-rata ta’ żball residwu għall-pagamenti operazzjonali totali tal-Impriża Konġunta li saru fl-2020, għalhekk titqies li hija taħt il-livell limitu ta’ materjalità;

22.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li s-servizz ta’ awditjar komuni tal-Kummissjoni (CAS) iwettaq l-awditi ex post tan-nefqa u li abbażi tar-riżultati tal-awditjar fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva għal Orizzont 2020 ta’ 2,68 % u rata ta’ żball residwu ta’ 1,25 %; jinnota li l-Kummissjoni kkunsidrat fil-proposta tagħha għal regolament tal-Orizzont 2020 li l-għan aħħari għal-livell ta’ żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u l-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

23.

Jinnota li l-Qorti awditjat pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2020 u li ntgħażlu b’mod aleatorju fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrabora r-rati ta’ żball tal-awditjar ex post; jinnota li dawn l-awditi dettaljati żvelaw, f’każ wieħed, żbalji sistemiċi ta’ aktar minn 1 % tal-ispejjeż awditjati relatati mal-kalkolu tal-ispejjeż tal-persunal iddikjarati, u li fit-tieni każ, il-benefiċjarju ddikjara spejjeż diretti għax-xiri ta’ servizzi minn benefiċjarju ieħor, li kien parti mill-konsorzju tal-proġett li għalih il-benefiċjarju la pprovda ġustifikazzjoni xierqa u lanqas prova li l-proċess tal-akkwist żgura l-aħjar valur għall-flus; jinnota t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li indirizzat is-sejbiet identifikati mal-benefiċjarji rispettivi; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar żviluppi f’dan ir-rigward;

24.

Jenfasizza li, fir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għall-2020, il-Qorti sabet żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji, b’mod partikolari min-naħa tal-SMEs u l-benefiċjarji ġodda; jinnota li żbalji bħal dawn ġew irrapportati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-servizz tal-awditjar komuni u tal-awdituri kkuntrattati tiegħu; jenfasizza li, fil-paġna 39 ta’ dan ir-rapport, il-Qorti tiddikjara li s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-programm Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu usa’ ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati hija prekundizzjoni għal programmi qafas ta’ riċerka futuri, sabiex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati għal taħt il-livell ta’ materjalità; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha peress li l-SMEs u l-benefiċjarji ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji;

Awditu intern

25.

Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-implimentazzjoni u l-għeluq tal-ftehim ta’ għotja ta’ Orizzont 2020 li ġie ffinalizzat f’Ġunju 2020, u kkonkluda li b’mod ġenerali, l-Impriża Konġunta stabbiliet sistema ta’ kontroll intern effiċjenti u effettiva f’dak ir-rigward, u ħarġet żewġ rakkomandazzjonijiet importanti dwar il-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ tixrid, użu u komunikazzjoni, u dwar il-proċessi u l-proċeduri; jinnota li f’Jannar 2021 l-IAS ikkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati b’mod adegwat u effettiv.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/462


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1821 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL (issa l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0106/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0077/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/464


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1822 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (issa l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0109/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/466


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1823 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għall-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (issa l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (“FCH”) ġiet stabbilita f’Mejju 2008 bħala sħubija pubblika-privata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 (1) għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017 biex jiżdiedu l-isforzi tar-riċerka u jiġi aċċellerat l-użu tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 ġie mħassar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 (2);

B.

billi f’Mejju 2014 ir-Regolament (UE) Nru 559/2014 stabbilixxa l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (“l-FCH2”) biex tissostitwixxi u tieħu post l-FCH għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024;

C.

billi l-membri tal-FCH kienu l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, ir-Raggruppament tal-Industrija għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u l-Grupp tar-Riċerka N.ERGHY;

D.

billi l-membri tal-FCH2 huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, in-New Energy World Industry Grouping AISBL (“ir-Raggruppament tal-Industrija”), li fl-2016 sar jismu Hydrogen Europe, u n-New European Research Grouping on Fuel Cells and Hydrogen AISBL (“ir-Raggruppament tar-Riċerka”), li fl-2018 sar jismu Hydrogen Europe Research;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni fl-FCH li tkopri l-ispejjeż operatorji u l-ispejjeż operazzjonali hija ta’ EUR 470 000 000 mis-Seba’ Programm Qafas; billi l-kontribuzzjonijiet mill-membri l-oħra jridu jkunu mill-inqas daqs il-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.

billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-FCH2 hija ta’ EUR 665 000 000 (inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA) mill-Orizzont 2020 u l-membri tar-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka mistennija jikkontribwixxu riżorsi totali ta’ mill-inqas EUR 380 000 000 matul il-perjodu ddefinit mir-Regolament, li jinkludu kontribuzzjonijiet in natura fil-proġetti ta’ Orizzont 2020 iffinanzjati mill-FCH2, kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali ta’ mill-inqas EUR 285 000 000 u kontribuzzjonijiet fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-FCH2 (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali tal-2020 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FCH2 fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota wkoll mir-rapport tal-Qorti li t-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jinnota li l-baġit finali disponibbli tal-FCH2, li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid tas-snin preċedenti, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena segwenti, għas-sena finanzjarja 2020 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 104 231 642 u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 103 779 004; jinnota li l-eżekuzzjoni ġenerali tal-baġit 2020 tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament laħqet 94,4 % u 95,3 %, rispettivament;

3.

Jinnota li fi tmiem l-2020, mill-kontribuzzjoni massima ta’ EUR 470 000 000 skont ir-Regolament (KE) Nru 521/2008, l-Unjoni kkontribwiet total ta’ EUR 426 127 000 fi flus kontanti u in natura mis-Seba’ Programm Qafas u l-membri mir-Raggruppament tal-Industrija u mir-Raggruppament tar-Riċerka kkontribwew total ta’ riżorsi vvalidati ta’ EUR 458 275 000, li jinkludu EUR 440 391 000 f’kontribuzzjonijiet in natura vvalidati fil-proġetti tas-Seba’ Programm Qafas; jinnota mir-rapport tal-Qorti li għall-programm kollu tas-Seba’ Programm Qafas, fi tmiem l-2020, l-FCH2 kienet impenjat EUR 428 477 494 għal ftehimiet ta’ għotja ffirmati tas-Seba’ Programm Qafas, li minnhom madwar EUR 7 062 748 (jew 2 %) iridu jitħallsu fis-snin li ġejjin, u li fir-rigward tal-baġit ta’ pagament tal-FCH2 għall-2020 disponibbli għall-proġetti tas-Seba’ Programm Qafas, ir-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 89 %;

4.

Jinnota li fi tmiem l-2020, l-Unjoni kkontribwiet total ta’ EUR 498 577 000 minn Orizzont 2020 u l-membri mir-Raggruppament tal-Industrija u mir-Raggruppament tar-Riċerka kkontribwew total ta’ EUR 20 630 000 f’kontribuzzjonijiet in natura vvalidati, li jinkludu EUR 11 916 000 f’kontribuzzjonijiet in natura vvalidati fil-proġetti ta’ Orizzont 2020 tal-FCH2; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell baxx ta’ kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija vvalidati għall-attivitajiet operazzjonali ta’ EUR 11 916 000, huwa dovut għall-fatt li l-FCH2 tiċċertifikahom aktar tard fil-programm Orizzont 2020, meta jsir il-pagament finali għall-proġetti u jkunu dovuti ċ-ċertifikati tad-dikjarazzjoni finanzjarja; jinnota wkoll li r-Raggruppament tal-Industrija u r-Raggruppament tar-Riċerka flimkien ikkontribwew total ta’ EUR 1 095 070 000in natura għal attivitajiet addizzjonali fi tmiem l-2020, b’mod sinifikanti aktar mill-minimu ta’ EUR 285 000 000 stabbilit fir-regolament ta’ twaqqif tal-FCH2 għall-perjodu kollu ta’ Orizzont 2020; jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati;

5.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti l-prattika tal-FCH2 li tirriattiva approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati mis-snin preċedenti sal-limitu ta’ impenji amministrattivi miftuħa, tirriżulta f’akkumulazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati u li, aggravata mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, din il-prattika rriżultat f’rata baxxa ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-baġit amministrattiv tal-FCH2 (Titolu 2) tan-nefqa fuq l-infrastruttura u l-komunikazzjoni li tirrappreżenta madwar 3 % tal-baġit totali disponibbli għall-pagamenti tal-FCH2, li kienet ta’ 56 % fi tmiem l-2020; jinnota t-tweġiba tal-FCH2 li l-baġit amministrattiv wera rata ta’ implimentazzjoni għolja konsistenti ta’ bejn 75 % u 80 % għall-erba’ snin preċedenti, u li fl-2020, madankollu, is-sitwazzjoni kienet differenti minħabba l-impatt sinifikanti tal-pandemija tal-COVID-19 u li l-kanċellazzjoni tal-attivitajiet ippjanati sa 13 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tat-Titolu 2 ma setgħux ikunu magħrufa sal-limitu sħiħ tagħhom qabel tmiem is-sena; jistieden lill-FCH2 tiżviluppa pjan biex tillimita r-riattivazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati bħala mod biex tiġi evitata rata baxxa ta’ implimentazzjoni tal-baġit;

6.

Jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienet ta’ 97 % f’kull każ;

Akkwist u persunal

7.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti f’April 2020 l-FCH2 nediet proċedura ta’ akkwist miftuħa għal kuntratt qafas relatat mal-implimentazzjoni tat-tielet fażi tal-proġett biex tiġi żviluppata skema ta’ ċertifikazzjoni tal-H2 għall-konformità mad-direttiva riveduta dwar l-enerġija rinnovabbli (REDII) u li, għalkemm il-konsorzju li kien diġà implimenta l-ewwel żewġ fażijiet tal-proġett kien f’sitwazzjoni ta’ vantaġġ tal-għarfien, l-FCH2 użat il-proċedura ta’ akkwist miftuħa għall-implimentazzjoni tat-tielet fażi tal-proġett, u b’riżultat ta’ dan, konsorzju bl-istess koordinatur li diġà kien implimenta ż-żewġ fażijiet preċedenti kien l-uniku kandidat li ppreżenta offerta, u għamel offerta finanzjarja qrib il-valur massimu stmat tal-kuntratt stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistieden lill-FCH2 sabiex tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza f’dak ir-rigward;

8.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, minħabba l-użu ta’ proċedura ta’ akkwist miftuħa f’sitwazzjoni ta’ vantaġġ tal-għarfien, l-objettiv tal-aqwa proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità ma setax jintwera bis-sħiħ u li biex tiżdied il-kompetizzjoni u biex tkun tista’ ssir stima aħjar tal-prezz mis-suq, l-FCH2 hija mħeġġa li twettaq riċerka preliminari tas-suq dwar il-prezz u konsultazzjoni ma’ kumpaniji oħra li jaġixxu fis-suq tal-idroġenu; jinnota t-tweġiba tal-FCH2 li eżerċitat riċerka dwar is-suq intern flimkien mal-użu ta’ data finanzjarja storika sabiex tistabbilixxi valur tal-kuntratt xieraq, u li fil-futur, l-FCH2 se tikkomplementa r-riċerka interna b’riċerka aktar dettaljata dwar is-suq estern sabiex jinstab l-aktar prezz tas-suq preċiż għall-kuntratt;

9.

Jinnota li l-FCH2 żammet il-pożizzjoni ta’ “Ġestjoni tal-għarfien tas-servizzi” b’kompiti kostanti lill-persunal interim għal perjodu ta’ madwar sentejn u nofs minħabba t-talba tal-Bord ta’ Tmexxija tal-FCH2 sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-ġestjoni tal-għarfien u li, skont il-kuntratt qafas tal-Kummissjoni għal servizzi interim, l-użu ta’ persunal interim, madankollu, huwa limitat għal xogħol ta’ uffiċċju ta’ natura ta’ darba jew temporanja, li jirriżulta minn żieda eċċezzjonali fl-ammont ta’ xogħol u/jew it-twettiq ta’ attività ta’ darba, jew biex jimtela post vakanti sakemm isir ir-reklutaġġ ta’ membru permanenti tal-persunal u li l-prattika tal-FCH2 tmur kontra dan il-prinċipju u fil-fatt toħloq kariga permanenti, b’mod addizzjonali għal dawk previsti fil-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-persunal; jinnota t-tweġiba tal-FCH2 li l-persunal interim kien meħtieġ biex jiffaċċja dawran għall-kariga ta’ Uffiċjal tal-Ġestjoni tal-Għarfien bejn l-2015 u l-2020 u li dan jispjega parzjalment il-ħtieġa ta’ persunal interim biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, u li barra minn hekk, l-FCH2 setgħet tiżgura ż-żieda konsegwenti fl-ammont ta’ xogħol biss bil-persunal interim, b’segwitu għat-talba speċjali tal-Bord ta’ Tmexxija tagħha; jenfasizza madankollu li l-użu ta’ persunal interim għandu jibqa’ soluzzjoni temporanja, inkella dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-FCH2, bħat-telf ta’ kompetenzi ewlenin, kanali tal-obbligu ta’ rendikont mhux ċari, u effiċjenza aktar baxxa tal-persunal; jistieden lill-FCH2 tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar kull żvilupp f’dak ir-rigward;

10.

Jinnota li l-FCH2 użat is-soluzzjoni tal-akkwist elettroniku għall-proċeduri ta’ akkwist miftuħa fl-2020 u li barra minn hekk, fl-2020, l-FCH2 imxiet għall-EU Sign;

11.

Jinnota li fi tmiem l-2020, skont ir-rapport annwali tal-attività tagħha, l-FCH2 kellha 27 membru tal-persunal (24 aġent temporanju, 3 aġenti kuntrattwali) u żewġ esperti nazzjonali sekondati minn 10 Stati Membri u bi pjaċir jinnota li hemm bilanċ bejn il-ġeneri fost il-persunal (56 % irġiel u 44 % nisa); jilqa’ din l-inizjattiva tajba ħafna u jħeġġeġ lill-FCH2 tkompli żżomm dan il-bilanċ bejn il-ġeneri;

12.

Jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-impjegati, speċjalment meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ għajxien differenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ispazju għall-uffiċċji u l-effetti possibbli tal-iżolament; jitlob lill-FCH2 tiffoka fuq il-benesseri tal-impjegati, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jitlob lill-maniġment tal-FCH2 jiżgura li jkun hemm strutturi ta’ appoġġ xierqa fis-seħħ biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal;

Prestazzjoni

13.

Jinnota li l-2020 kienet sena ewlenija għall-FCH2 fil-kuntest tal-adozzjoni mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Lulju tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Idroġenu f’konformità mal-pakkett ta’ rkupru tan-Next Generation EU u l-Patt Ekoloġiku Ewropew u li kienet ikkaratterizzata mill-ewwel Ġimgħa Ewropea għall-Idroġenu; jinnota li fl-2020 l-FCH2 ippubblikat sejħa waħda għall-proposti li kopriet 24 suġġett u li rċeviet 71 proposta u li wara ġew iffirmati 22 mit-23 ftehim ta’ għotja fl-2020; jinnota li fl-2020 l-FCH2 nediet tliet sejħiet għall-offerti u kkuntrattat tliet studji, wieħed b’mod konġunt mal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 dwar l-użu tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil għall-propulsjoni tal-inġenji tal-ajru;

14.

Jinnota li sa tmiem l-2020, il-portafoll globali tal-FCH2 kien ta’ 131 proġett iffirmati taħt il-programm Orizzont 2020 li minnhom 26 kienu magħluqa u 105 kienu miftuħa; jinnota li l-FCH2 hija parti attiva mill-inizjattiva Missjoni Innovazzjoni ta’ C-lead dwar Pjattaforma għall-Wied tal-Idroġenu; jieħu nota li fl-2020, saret it-tnedija pubblika tal-Osservatorju taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu f’kollaborazzjoni mad-DĠ R&I, li mistennija tkun għodda importanti għal dawk kollha li jfasslu l-politika u għal partijiet ikkonċernati oħra;

15.

Jinnota li l-valur tal-effett ta’ ingranaġġ fil-31 ta’ Diċembru 2020 kien ta’ 2,34 meta wieħed iqis il-kontribuzzjonijiet kollha tas-sħab privati, u ta’ 1,69 meta wieħed iqis biss il-Membri ta’ Hydrogen Europe Industry u Hydrogen Europe Research;

16.

Jinnota li fl-2020 ġew żviluppati aktar sinerġiji kemm mar-reġjuni, mal-impriżi konġunti kif ukoll ma’ aġenziji oħra, bħall-Impriża Konġunta Clean Sky 2, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks; jinnota li, bħala parti mill-Inizjattiva għar-Reġjuni, f’Ġunju 2020, daħal fis-seħħ il-Proġett pilota Għajnuna għall-Iżvilupp li appoġġja 11-il awtorità reġjonali u lokali pubblika biex jiżviluppaw il-kunċetti tagħhom għal proġetti reġjonali tal-FCH2 fi pjanijiet ta’ ħidma dettaljati; jinnota li l-widien u l-ekosistemi tal-idroġenu ġew żviluppati fl-ambitu tal-proġett BIG HIT appoġġjat mill-FCH2, u b’mod partikolari tnediet il-Pjattaforma għat-Territorji tal-Idroġenu; jinnota wkoll proġetti oħra bħal HEAVENN, li beda fl-2020;

17.

Jinnota li l-FCH2 tuża Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) komuni ta’ Orizzont 2020 għall-monitoraġġ ta’ kwistjonijiet trasversali, kif ukoll indikaturi speċifiċi għall-FCH2 bħas-sehem tal-finanzjament allokat għall-attivitajiet ta’ riċerka fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika tal-utent finali, il-grilji intelliġenti, u l-ħżin, kif ukoll proġetti ta’ dimostrazzjoni ospitati fl-Istati Membri u fir-reġjuni li jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-Unjoni;

Awditu Intern

18.

Jinnota li fl-2020, f’konformità mal-pjan strateġiku tal-awditjar intern għall-2019-2021, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) nieda awditu biex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern stabbilita u li dan ikkonkluda li l-FCH2 stabbiliet sistema ta’ kontroll intern effiċjenti u effettiva għall-implimentazzjoni u l-għeluq tal-ftehimiet ta’ għotja fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020 u li din reġgħet infurzat kontrolli u inizjattivi ex ante biex issaħħaħ it-tixrid u l-isfruttament, u barra minn hekk, li ma identifika l-ebda kwistjoni kritika jew importanti ħafna;

Kontrolli Interni

19.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti l-FCH2 stabbiliet proċeduri ta’ kontroll ex ante bbażati fuq eżamijiet dokumentarji finanzjarji u operazzjonali, u li fl-2019 implimentat il-qafas ta’ kontroll intern il-ġdid tal-Kummissjoni u li għall-ħtiġijiet ta’ awtovalutazzjoni annwali u monitoraġġ tal-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll, l-FCH2 żviluppat indikaturi rilevanti għall-prinċipji kollha ta’ kontroll intern u l-karatteristiċi relatati;

20.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti għall-pagamenti interim u finali tas-Seba’ Programm Qafas, l-FCH2 hija responsabbli għall-awditi ex post tal-benefiċjarji, filwaqt li għal talbiet dwar l-ispejjeż tal-proġett ta’ Orizzont 2020, huwa responsabbli s-Servizz ta’ Awditjar Komuni (CAS) tal-Kummissjoni, u li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2020, l-FCH2 irrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 1,97 % u rata ta’ żball residwu ta’ 1,01 % għall-proġetti tas-Seba’ Programm Qafas tagħha, u rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 2,16 % u rata ta’ żball residwu ta’ 1,34 % għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 (ikklerjar u pagamenti finali); jinnota, mill-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament dwar Orizzont 2020, li l-għan aħħari għal-livell ta’ żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u tal-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

21.

Jinnota li l-Qorti awditjat pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2020 u li ntgħażlu b’mod każwali, fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditjar ex post, bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operazzjonali, u li dawn l-awditi dettaljati wrew żball ta’ aktar minn 1 % tal-ispejjeż awditjati kkawżat mill-applikazzjoni ta’ rata tal-kambju ħażina għall-konverżjoni tal-ispejjeż iddikjarati f’euro;

22.

Jenfasizza li, fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għall-2020, il-Qorti sabet żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji, b’mod partikolari min-naħa tal-SMEs u l-benefiċjarji ġodda; jinnota li żbalji bħal dawn ġew irrapportati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-CAS u tal-awdituri kkuntrattati tiegħu; jevidenzja li, fil-paġna 39 ta’ dan ir-rapport, il-Qorti tiddikjara li s-simplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu usa’ ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati hija prekundizzjoni għal programmi qafas ta’ riċerka futuri, sabiex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati għal taħt il-livell ta’ materjalità; jinkoraġġixxi lill-FCH2 issaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha peress li l-SMEs u l-benefiċjarji ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji;

23.

Jinnota li l-workshop annwali tal-valutazzjoni tar-riskju, li sar f’Ottubru 2020 iffoka fuq riskji kritiċi li jaffettwaw il-kisba tal-objettivi tal-FCH2 kif ukoll pjanijiet ta’ azzjoni li kienu ġew identifikati fis-sena preċedenti, u vvaluta l-adegwatezza u r-rilevanza tagħhom kemm għall-2020 kif ukoll għall-2021, u li, barra minn hekk, inġabar u ġie diskuss kontribut konsolidat sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riskji sinifikanti ġodda għall-2020, u tfasslu l-pjanijiet ta’ azzjoni rispettivi; jinnota, barra minn hekk, li l-FCH2 timplimenta l-istrateġija komuni ta’ riċerka kontra l-frodi u li fl-2020 ġew organizzati sessjonijiet ta’ taħriġ intern dwar is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni u dwar l-għodda ta’ kontra l-plaġjariżmu;

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/470


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1824 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (issa l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0109/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0075/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/472


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1825 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (issa l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0110/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0072/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/474


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1826 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (issa l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0072/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (“Impriża Konġunta IMI”) ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin bil-għan li ttejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta’ żvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effikaċi u aktar sikuri;

B.

billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 (1) f’Mejju 2014, l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (“Impriża Konġunta IMI 2”) ġiet stabbilita għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024; billi din issostitwiet l-Impriża Konġunta IMI u saret is-suċċessur tagħha f’Ġunju 2014 bil-għan li tiffinalizza l-attivitajiet ta’ riċerka fl-ambitu tas-Seba’ Programm Kwadru u tvara proġett ġdid fil-qafas ta’ Orizzont 2020;

C.

billi l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (l-“industrija”) huma l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta IMI u tal-Impriża Konġunta IMI 2;

D.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta IMI hija ta’ EUR 1 000 000 000 għall-perjodu ta’ 10 snin, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm Kwadru u l-membri fundaturi għandhom jikkontribwixxu b’mod ugwali għall-ispejjeż operatorji tal-Impriża Konġunta IMI, kull wieħed minnhom b’ammont li ma jaqbiżx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta’ 10 snin mill-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, għall-Impriża Konġunta IMI 2 hija ta’ EUR 1 630 000 000, li għandha titħallas mill-baġit ta’ Orizzont 2020, u l-membri, għajr il-Kummissjoni, għandhom jikkontribwixxu 50 % tal-ispejjeż operatorji u jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta’ kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, jew it-tnejn li huma, ta’ ammont ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet tal-Impriża Konġunta IMI 2 għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2020 (ir-rapport tal-Qorti) isib li l-kontijiet annwali huma ppreżentati b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta IMI 2 fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li skont ir-rapport tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.

Jinnota li l-baġit finali disponibbli għall-Impriża Konġunta IMI 2 għall-2020, inklużi l-approprjazzjonijiet ta’ snin preċedenti li ma ntużawx u ddaħħlu mill-ġdid, id-dħul assenjat, u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara kien ta’ EUR 276 538 561 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (li minnhom, EUR 269 829 327 mill-baġit tal-Unjoni) u EUR 241 559 114 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (li minnhom, EUR 232 349 880 mill-baġit tal-Unjoni); jinnota li l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament laħqet 98,66 % u 97,08 % rispettivament;

3.

Jinnota li mill-EUR 1 000 000 000 f’kontribuzzjonijiet li għandhom isiru minn membri privati għal attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta IMI, sa tmiem l-2020 l-Impriża Konġunta IMI kienet irrappurtat u vvalidat kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li jammontaw għal EUR 759 471 000 minn membri privati, li minnhom, EUR 737 573 000 kienu in natura u EUR 21 898 000 kienu kontribuzzjonijiet fi flus; jinnota li matul l-2020, 11-il proġett kienu qed joperaw fl-ambitu tal-Impriża Konġunta IMI, li tlieta minnhom kienu ntemmu sal-31 ta’ Diċembru 2020;

4.

Jinnota li r-rata ta’ użu tal-Impriża Konġunta IMI għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-proġetti tas-Seba’ Programm Kwadru kienet ta’ 96 %;

5.

Jinnota li mill-EUR 1 425 000 000 ta’ kontribuzzjonijiet in natura u fi flus li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta IMI 2, ġew irrappurtati u vvalidati kontribuzzjonijiet in natura ta’ EUR 317 206 000 u kontribuzzjonijiet fi flus ta’ EUR 20 717 000, u li barra minn hekk, ġew irrappurtati u vvalidati EUR 7 064 000 fi flus u EUR 34 972 000 f’kontribuzzjonijiet in natura minn membri assoċjati; jinnota li konsegwentement, fi tmiem l-2020, it-total tal-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-industrija u s-sħab assoċjati għall-attivitajiet ta’ Orizzont 2020 tal-Impriża Konġunta IMI 2 ammontaw għal EUR 379 959 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus totali tal-Unjoni ta’ EUR 643 180 000; jirrikonoxxi li r-regoli dwar il-prefinanzjament huma stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju u l-mudell tal-ftehim ta’ għotja u jistenna li l-kontribuzzjonijiet tal-industrija jkunu jaqblu mal-kontribut tal-Unjoni fil-livell tal-programm sa tmiem l-Impriża Konġunta IMI 2; jinnota li, rigward il-baġit 2020 disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020, ir-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 100 % u ta’ 99,7 %, rispettivament; jinnota li matul l-2020, 92 proġett kienu qed joperaw fl-ambitu tal-Impriża Konġunta IMI 2, li sitta minnhom intemmu sal-31 ta’ Diċembru 2020; jinnota li ż-żieda fl-impenji fl-2020 ta’ EUR 200 400 000 (finanzjament tal-Unjoni) u ta’ EUR 182 300 000 (l-industrija u l-impenn tas-Sħab Assoċjati), tirriżulta mill-konklużjoni ta’ 19-il ftehim ta’ għotja ffirmati ġodda għall-Impriża Konġunta IMI 2, inklużi tmien proġetti għas-sejħa ta’ emerġenza għal proposti dwar it-trattamenti u d-dijanjostika tal-coronavirus;

6.

Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella għall-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni in natura fl-Impriżi Konġunti;

7.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta IMI 2 hija kkaratterizzata minn perjodi twal ta’ żmien tal-proġetti minħabba n-natura tar-riċerka tagħha, u li din is-sitwazzjoni hija eżempju ta’ gradi differenti ta’ kisba tal-miri ta’ kontribuzzjoni stabbiliti mir-regolamenti tal-Impriżi Konġunti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ Orizzont 2020, u li dan jippreżenta r-riskju li l-livell ta’ riżorsi amministrattivi meħtieġa għall-ġestjoni tal-fondi tal-Impriża Konġunta fil-ħin jista’ ma jkunx biżżejjed, minħabba għadd dejjem akbar ta’ proġetti minn programmi multipli tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jkunu qed jiġu implimentati fl-istess ħin; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI 2 tirrieżamina l-istruttura organizzattiva u l-ħtiġijiet tal-persunal tagħha sabiex tiżgura l-kontinwità tal-operat f’perjodi ta’ żieda sinifikanti fil-flussi tax-xogħol; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI 2 tipprovdi aktar trasparenza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-prijoritajiet ta’ riċerka tagħha u tikkomunika l-metodu magħżul fir-rapport annwali tagħha li jmiss;

8.

Jinnota li, fl-2020, l-Impriża Konġunta IMI 2 xorta għamlet il-pagamenti finali tal-għotjiet tas-Seba’ Programm Kwadru; jinnota, barra minn hekk, li, skont il-Qorti, l-Impriża Konġunta IMI 2 irrappurtat rati ta’ żball residwu taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %, abbażi tar-riżultati tal-awditu ex post fi tmiem l-2020;

9.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-prattika tal-Impriża Konġunta IMI 2 li tattiva mill-ġdid l-approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati mis-snin preċedenti sal-punt ta’ impenji amministrattivi miftuħa, tirriżulta f’akkumulazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati u li, aggravata mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, hija rriżultat f’rata baxxa ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-baġit amministrattiv tat-Titolu 2 tal-Impriża Konġunta IMI 2 ta’ 51 %; jirrikonoxxi li l-ammont li ma ntefaqx tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tat-Titolu 2 kien ta’ EUR 3,2 miljun, meta mqabbel mal-ammont ta’ EUR 241 559 114 tat-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ibbaġitjati; jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta IMI 2 li l-ippjanar riġidu tal-baġit u l-mekkaniżmu ta’ emenda ma ppermettewx li jsiru aġġustamenti xierqa għas-sitwazzjoni ta’ kriżi globali inċerta u li qed tinbidel b’rata mgħaġġla mmexxija mill-pandemija, u li għall-2021 qed tippjana li tittrasferixxi ammont aktar baxx ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament amministrattiv mill-ammont ta’ impenji riportati għall-2021 fl-ambitu tan-Nefqa infrastrutturali tat-Titolu 2, u li qed tippjana li tħallas id-differenza mill-baġit tas-sena kurrenti; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI 2 tiżviluppa pjan biex tillimita r-riattivazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati bħala mod biex tiġi evitata rata baxxa ta’ implimentazzjoni tal-baġit;

Prestazzjoni

10.

Jinnota li l-Impriża Konġunta IMI 2 nediet sejħa rapida għal proposti dwar trattamenti u dijanjostika tal-coronavirus, li rriżultat fi tmien proġetti; jinnota, barra minn hekk, it-tnedija ta’ tliet sejħiet addizzjonali għal proposti relatati ma’ suġġetti dwar il-mard rari, il-mard infettiv, il-kanċer, il-mard newrodeġenerattiv u l-mard awtoimmuni; jinnota, barra minn hekk, l-iffirmar ta’ 19-il ftehim ta’ għotja ġodda għal proġetti b’baġit totali kkombinat ta’ aktar minn EUR 380 000 000, li jġibu l-portafoll totali tal-Impriża Konġunta IMI 2 għal 167 proġett; jinnota li l-proġetti l-ġodda jiffukaw fuq il-kanċer, id-dijabete, l-obeżità, is-saħħa diġitali, l-intelliġenza artifiċjali, it-terapiji avvanzati, l-iskoperta ta’ mediċini, u kwistjonijiet ambjentali;

11.

Jinnota li r-rapport annwali tal-attività 2020 enfasizza li għall-esperti tal-evalwazzjoni, l-Impriża Konġunta IMI 2 użat 235 espert minn 29 pajjiż. Mill-membri ta’ dak il-grupp ta’ esperti, 105 kienu nisa u 130 irġiel; jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta IMI 2 qed tkompli ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri f’dan ir-rigward;

12.

Jinnota li l-Impriża Konġunta IMI 2, minbarra li tiġbor data biex tirrapporta skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni standard rilevanti ta’ Orizzont 2020 għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti tal-objettivi speċifiċi tal-programm, tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex issegwi l-attivitajiet f’10 oqsma strateġiċi; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta IMI 2 tiġbor data dwar dawk il-punti permezz ta’ pjattaforma tal-web iddedikata li permezz tagħha l-koordinaturi tal-proġetti jistgħu jissottomettu r-riżultati tal-proġett tagħhom, li tippermetti wkoll lill-Impriża Konġunta IMI 2 tiġbor u tanalizza d-data, u tibni stampa tal-kisbiet tal-proġetti hekk kif dawn jevolvu; jinnota li, għalkemm dawk l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni huma mfassla għall-Impriża Konġunta IMI 2, fejn rilevanti l-Impriża Konġunta IMI 2 tiġbor ukoll id-data għall-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI, li jippermetti li jiġu eżaminati l-impatti tal-Impriża Konġunta mill-bidu tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-analiżi tad-data miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2020 turi li kważi l-oqsma prijoritarji rilevanti kollha fl-aġenda strateġika tar-riċerka tal-Impriża Konġunta IMI 2 huma indirizzati mill-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI 2 (11 minn 12);

13.

Jinnota li bosta għodod u proċessi ġodda ġġenerati minn proġetti tal-Impriża Konġunta IMI 2 ġew implimentati mill-parteċipanti tal-industrija (eżempji ta’ tali implimentazzjoni huma mudelli tal-annimali, standards, bijomarkaturi, proċeduri operattivi standard, użu ta’ pjattaformi ta’ skrinjar, networks ta’ provi kliniċi, eċċ.). Id-data turi wkoll li kien hemm 176 riżultat ta’ implimentazzjoni fl-Impriża Konġunta IMI 2 (kontra mira ta’ 50) u 482 riżultat ta’ implimentazzjoni għall-Impriża Konġunta IMI u l-Impriża Konġunta IMI 2 ikkunsidrati flimkien; jinnota, barra minn hekk, li 60 % tal-proġetti jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u lill-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa bħala sħab tal-konsorzju, membri tal-bordijiet konsultattivi, membri tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati eċċ., u li din ix-xejra baqgħet stabbli matul l-Impriża Konġunta IMI 2: jinsab imħasseb, madankollu, li l-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI 2 għadhom jonqsu milli jiggarantixxu l-affordabbiltà, l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tar-riżultati tar-riċerka ffinanzjati pubblikament; jitlob, f’dan ir-rigward, li s-suċċessur tal-Impriża Konġunta IMI 2, l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva, jintroduċi rekwiżiti ġodda immedjatament, skont liema l-benefiċjarji kollha tal-finanzjament pubbliku tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għat-trattament, il-prevenzjoni jew id-dijanjożi jkunu obbligati jimpenjaw ruħhom favur il-prinċipji tal-aċċess, l-effikaċja, l-affordabbiltà u d-disponibbiltà;

14.

Jinnota li dan jiżvela dinamika li fiha l-proġetti tal-Impriża Konġunta IMI 2 qed jimxu fit-triq it-tajba u f’xi każijiet jaqbżu l-miri stabbiliti issa li għadd ta’ proġetti tal-Impriża Konġunta IMI 2 lestew u qed jaslu fit-tmiem taċ-ċiklu tal-programm tal-Impriża Konġunta IMI 2;

15.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta IMI 2 tat kontribut importanti għar-rispons Ewropew komuni għall-pandemija tal-COVID-19 u li l-Impriża Konġunta IMI 2 irriallokat EUR 45 000 000 mill-baġit tagħha tal-2020 għal sejħa rapida għal proposti mnedija f’Marzu 2020; jinnota li, barra minn hekk, il-fondi ta’ Orizzont 2020 mill-Kummissjoni żiedu l-ammont tas-sejħa għal EUR 72 000 000;

16.

Jinnota li l-kwistjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jeħtieġ li tiġi indirizzata fil-kuntratti kollha li jistgħu jipproduċu eżitu intiż tal-prestazzjoni, jew riżultat, bħal studji, analiżi jew evalwazzjonijiet; jinnota li l-għan tagħha huwa li tissalvagwardja d-drittijiet tal-kreaturi individwali iżda wkoll li tipprovdi dettalji dwar kif id-drittijiet se jintużaw fil-futur; jinnota li peress li x-xiri jsir bi flus pubbliċi, ir-riżultati għandhom ikunu trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku; jistieden lill-Impriża Konġunta IMI 2 tipprovdi kjarifika tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u aktar trasparenza fir-rigward tar-riżultati tar-riċerka;

17.

Jinnota li fl-2020, l-effett ta’ lieva tal-Impriża Konġunta IMI 2 kien ta’ 1,01;

Reklutaġġ u persunal li qed jindirizza l-COVID-19

18.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2020, 53 mis-56 pożizzjoni fit-tabella tal-persunal tal-Impriża Konġunta IMI 2 kienu okkupati, ħames pożizzjonijiet imtlew matul l-2020, tlieta għal aġenti temporanji u tnejn għal aġenti kuntrattwali;

19.

Jinnota li matul il-perjodu ta’ lockdown, il-persunal tal-Impriża Konġunta IMI 2 qaleb għal telexogħol full-time, u l-persunal seta’ jaċċessa l-fajls, l-għodod u r-riżorsi kollha li kien jeħtieġ mill-ewwel jum; jinnota li l-bidla għal xogħol mid-dar kienet iffaċilitata wkoll mill-fatt li l-Impriża Konġunta IMI 2 kienet adottat għadd ta’ għodod standard tal-Kummissjoni, bħal ARES, Sysper u s-sett sħiħ ta’ għodod tal-IT għall-ġestjoni tal-programm Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta IMI 2 u l-impriżi konġunti l-oħra li jaħdmu fl-istess bini qablu dwar sett wieħed ta’ regoli għall-persunal li eċċezzjonalment irid jaħdem fl-uffiċċju, biex jiżguraw is-sikurezza u l-benessri tal-persunal, u ddeskrivew ukoll skema ta’ ritorn lura f’fażijiet fl-uffiċċju; jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-impjegati, speċjalment meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ għajxien differenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ispazju għall-uffiċċji u l-effetti possibbli tal-iżolament; jitlob lill-Impriża Konġunta IMI 2 tikkonċentra fuq il-benesseri tal-persunal, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jitlob lill-maniġment jiżgura li jkun hemm strutturi ta’ appoġġ xierqa fis-seħħ biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal;

Awditu intern

20.

Jinnota li fl-2020, is-servizz tal-awditjar intern (IAS) wettaq awditu dwar l-implimentazzjoni tal-għotjiet tal-Orizzont 2020 fl-Impriża Konġunta IMI 2 kif previst oriġinarjament fil-pjan strateġiku ta’ awditjar intern għall-2019-2021; jinnota, barra minn hekk, li l-objettiv ta’ dak l-awditu kien li tiġi vvalutata l-adegwatezza tad-disinn u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern stabbilita għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja fl-ambitu ta’ Orizzont 2020;

21.

Jinnota li, f’Novembru 2020, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta IMI 2 informa lill-awdituri interni dwar l-aħħar żviluppi organizzattivi u operattivi tal-Impriża Konġunta IMI 2 u r-riżultati tal-aħħar valutazzjoni tar-riskju, u pprovda feedback dwar is-suġġetti potenzjali tal-awditjar bi tħejjija għall-pjan strateġiku tal-IAS;

Sistemi ta’ kontroll intern

22.

Jinnota li l-Qorti kkonkludiet li l-Impriża Konġunta IMI 2 stabbiliet proċeduri ta’ kontroll ex ante affidabbli għar-rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi u li, fl-2018, l-Impriża Konġunta IMI 2 implimentat il-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll intern;

23.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-pagamenti interim u finali fl-ambitu tas-Seba’ Programm Kwadru, l-Impriża Konġunta IMI 2 twettaq awditi ex post fil-bini tal-benefiċjarji, filwaqt li għad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż ta’ proġett ta’ Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni (CAS) tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post, u li, abbażi tar-riżultati tal-awditi ex post disponibbli fl-aħħar tal-2020, l-Impriża Konġunta IMI 2 irrappurtat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 2,16 % u rata ta’ żball residwu ta’ 1,14 % għall-proġetti tagħha tas-Seba’ Programm Kwadru, u rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 1,13 % u żball residwu ta’ 0,74 % għall-proġetti tal-Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota, barra minn hekk, li skont il-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament Orizzont 2020, l-għan aħħari għal-livell ta’ żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u l-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

24.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, bħala parti mill-kontrolli operattivi, il-Qorti awditjat b’mod aleatorju l-pagamenti ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2020 fil-livell tal-benefiċjarji finali, biex tikkorrobora r-rati ta’ żball tal-awditjar ex post, u li dawk l-awditi dettaljati żvelaw, f’każ wieħed, żball sistemiku ogħla minn 1 % tal-ispejjeż tal-awditjar relatati mal-ispejjeż diretti ddikjarati minħabba l-fatt li l-benefiċjarju kien iddikjara b’mod żbaljat bħala “spejjeż diretti oħra”, diversi entrati ta’ spejjeż indiretti mhux direttament attribwibbli għall-proġett; jinnota, madankollu, li dawn l-ispejjeż indiretti huma koperti minn rata fissa ta’ 25 % tal-ammont tal-ispiża diretta.

25.

Jenfasizza li r-rapport tal-Qorti sab żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji, b’mod partikolari min-naħa tal-SMEs u benefiċjarji ġodda; jinnota li żbalji bħal dawn ġew irrapportati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-Servizz tal-Awditjar Komuni (CAS) u tal-awdituri kkuntrattati tiegħu; jevidenzja l-fatt li, fil-paġna 39 tar-rapport tagħha, il-Qorti tiddikjara li s-semplifikazzjoni tar-regoli tal-programm Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet ta’ spejjeż semplifikati hija prekundizzjoni għal programmi qafas ta’ riċerka futuri, sabiex jiġu stabbilizzati r-rati ta’ żball għal taħt il-livell ta’ materjalità; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha, peress li l-SMEs u l-benefiċjarji ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/479


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1827 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (issa l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0110/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0072/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/481


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1828 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0108/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 5 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/483


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1829 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4U) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f’April 2007 għal perjodu ta’ 35 sena permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom (1) tas-27 ta’ Marzu 2007;

B.

billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom, u pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata;

C.

billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li tipprovdi l-kontribut tal-Unjoni għall-proġett internazzjonali ITER għall-enerġija mill-fużjoni, li timplimenta l-ftehim ta’ approċċ usa’ bejn il-Euratom u l-Ġappun, u li tipprepara għall-kostruzzjoni ta’ impjant dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni u faċilitajiet relatati;

D.

billi l-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020 tikkonċerna l-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) peress li l-ITER huwa megaproġett internazzjonali ta’ riċerka u inġinerija dwar il-fużjoni nukleari u l-F4E hija l-organizzazzjoni li tiġġestixxi l-kontribut tal-Unjoni għall-ITER;

E.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Marzu 2008;

Aspetti ġenerali

1.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2020 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li kienet għadha kemm intemmet, f’konformità mar-regolament finanzjarju tagħha u mar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2020 huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

2.

Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, l-enfasi fuq il-kwistjoni li tinġibed l-attenzjoni għall-istima tal-ispejjeż totali għat-tlestija tal-obbligi ta’ twettiq ta’ riżultati tagħha għall-proġett ITER fl-2042, ivvalutat mill-Impriża Konġunta li jammonta għal EUR 17 968 050 000 (fi prezzijiet tal-2020), u għall-fatt li l-bidliet fis-suppożizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw l-istima u l-esponiment għar-riskju jistgħu jwasslu għal żidiet sinifikanti fl-ispejjeż u/jew għal aktar dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett ITER; jinnota li, fost is-suppożizzjonijiet ewlenin, il-linja bażi tal-ITER, approvata f’Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Organizzazzjoni ITER, li twassal għall-Ewwel Plażma f’Diċembru 2025, u l-bidu tal-fażi Dewterju-Tritju f’Diċembru 2035, qed tinżamm; jinnota, b’kuntrast, li l-linja bażi tal-2010 stmat li l-fażi tal-kostruzzjoni se titlesta fl-2020, u li l-linja bażi attwali tal-ITER approvata fl-2016 hija meqjusa bħala l-aktar data bikrija teknikament possibbli li tista’ tinkiseb; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward; jinnota li r-rapport tal-Qorti jirreferi b’mod partikolari għall-bidliet fir-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari li huma taħt l-awtorità aħħarija tal-Awtorità Franċiża għas-Sikurezza Nukleari, għall-istima tal-ispejjeż għall-Hot Cell Complex li ma ġietx riveduta, kif ukoll għall-bidliet fir-rekwiżiti;

3.

Jissuġġerixxi li l-Impriża Konġunta tikkontrolla aħjar l-ispejjeż tal-proġett u tikkomunika b’mod aktar trasparenti dwar in-nefqiet kollha relatati mal-operazzjoni ġenerali;

4.

Jinnota li l-Kunsill ITER iddeċieda li jżomm temporanjament din il-linja bażi bl-Ewwel Plażma stabbilita għal f’Diċembru 2025 minkejja d-dewmien previst ta’ 8 xhur minħabba l-akkumulazzjoni ta’ dewmien fil-kunsinni tal-komponenti, il-bidu tal-attivitajiet ta’ installazzjoni fis-sit ta’ Cadarache, u l-effett tal-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Organizzazzjoni ITER irrikonoxxiet li hemm dewmien irriversibbli fl-iskeda għall-Ewwel Plażma; jiddispjaċih li b’kollox id-dewmien huwa stmat li hu ta’ madwar 17-il xahar u li dan mhuwiex biss ikkawżat mill-pandemija tas-saħħa iżda anke mid-dewmien fil-kunsinna ta’ wħud mill-komponenti, b’mod partikolari l-Vacuum Vessel, u b’mod notevoli s-setturi tiegħu taħt responsabbiltà Ewropea, kif ukoll ix-xogħlijiet ġenerali ta’ assemblaġġ mexjin aktar bil-mod mill-organizzazzjoni internazzjonali; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; jinnota, barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kontinġenza fl-iskeda u li s-suġġeriment tal-Kummissjoni u tad-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti ma nżammx u ma ġiex inkluż fil-livell tal-Unjoni; jinnota mid-disa’ rapport ta’ Valutazzjoni Annwali li l-iskeda tar-riżerva ta’ kontinġenza għandha tiġi introdotta fl-ippjanar tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta kkonċernata u għandha tkun parti mil-linja bażi tal-iskeda; jinnota, barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-bord ta’ evalwaturi dwar ir-riżervi ta’ ġestjoni; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

5.

Jinnota li l-Organizzazzjoni ITER hija mistennija tippreżenta skeda aġġornata dwar il-kostruzzjoni tas-sit ITER fir-rebbiegħa 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħha f’Novembru 2022, soġġetta għal valutazzjoni minn bord ta’ esperti indipendenti; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta b’mod urġenti kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward u speċjalment dwar id-data tal-bidu tal-fażi Dewterju-Tritju;

6.

Jinnota li fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni u mill-Euratom; jinnota li wara l-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit impenja ruħu li jħallas l-obbligi kollha tiegħu skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali u l-perspettivi finanzjarji preċedenti li jirriżultaw mis-sħubija tiegħu fl-Unjoni u li ħallas fil-baġit tal-UE għall-2020 matul is-sena, u rċieva pagamenti, daqslikieku kien Stat Membru; jinnota li r-Renju Unit se jsir Stat Assoċjat tal-Euratom, taħt kundizzjonijiet ekwivalenti bħall-Istati Membri sħaħ, sakemm jiġi rratifikat il-protokoll dwar l-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-programmi tal-UE; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar żviluppi f’dak ir-rigward;

7.

Huwa konxju mill-fatt li minbarra l-fażi ta’ kostruzzjoni, l-Impriża Konġunta se jkollha tikkontribwixxi għall-fażi operattiva tal-ITER wara l-2035 u għall-fażijiet ta’ diżattivazzjoni u dekummissjonar sussegwenti tal-ITER kif speċifikat fil-Ftehim dwar it-Twaqqif tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER għall-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (2); jinnota li l-kontribuzzjoni għall-fażijiet ta’ diżattivazzjoni u ta’ dekummissjonar ġew stmati rispettivament għal EUR 95 540 000 u EUR 180 200 000 (fi prezzijiet tal-2001);

8.

Jinnota li, għall-perjodu 2021-2027 tal-QFP li jmiss, il-Kunsill Ewropew qabel fuq baġit għall-kontribuzzjoni tal-Euratom għall-ITER li jammonta għal valur totali ta’ EUR 5 614 000 000 (fi prezzijiet attwali) li minnhom EUR 5 560 000 000 (fi prezzijiet attwali) huma ta’ kontribuzzjoni diretta għall-proġett;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

9.

Jinnota li l-baġit finali disponibbli għall-2020 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 885 669 069 u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 816 458 884; jinnota li r-rati ta’ użu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 100 % u 98 % rispettivament (meta mqabbla ma’ 99,8 % u 97,1 % fl-2019);

10.

Jinnota li, mill-EUR 885 669 069 disponibbli għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn, 100 % ġew implimentati permezz ta’ impenji individwali (li jikkorrispondu għal EUR 885 349 020);

11.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-metodu ta’ kalkolu tal-Impriża Konġunta għall-kontribuzzjonijiet annwali għas-sħubija tal-2020 ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet rispettivi tar-regolament finanzjarju tagħha u minflok ma ntużaw l-istimi tal-kontribuzzjoni kif adottati mill-Bord ta’ Tmexxija, l-Impriża Konġunta imponiet il-kontribuzzjonijiet abbażi ta’ abbozz ta’ stima li għad irid jiġi adottat; jistieden lill-Impriża Konġunta tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju tagħha u tirrapporta, b’mod komprensiv u trasparenti, lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-raġunijiet għaliex ma segwietx l-istima tal-Bord ta’ Tmexxija; jinnota, mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta, li adottat il-miżura biex tapprova l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni għas-sena ta’ wara mill-aħħar Bord ta’ Tmexxija tas-sena biex jiġi evitat li din il-kwistjoni tirrepeti ruħha;

Prestazzjoni

12.

Jinnota li l-Impriża Konġunta kisbet l-objettiv intermedju tal-Kunsill/Bord ta’ Tmexxija tal-ITER għall-aċċess tal-krejn bejn is-Sala tal-Assemblaġġ u l-Bini Tokamak, u li dan ippermetta li l-assemblaġġ tal-ITER jinbeda f’Lulju 2020 u forna l-ewwel komponenti ewlenin lill-Organizzazzjoni ITER; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport ta’ progress, li fl-2020 l-Organizzazzjoni ITER ħabbret li l-proġett globali kien laħaq 72,1 % tal-ambitu totali tax-xogħol ta’ kostruzzjoni sal-Ewwel Plażma, meta mqabbel ma’ perċentwal ippjanat ta’ 77,3 %, u li bl-inklużjoni tax-xogħol kollu tal-kostruzzjoni ta’ wara l-Ewwel Plażma sabiex tinkiseb il-fażi Dewterju-Tritju, l-eżekuzzjoni tal-proġett ITER laħqet 57,7 %;

13.

Jinnota bi tħassib, mid-Disa’ Valutazzjoni Annwali, li l-bord ta’ evalwaturi sab nuqqas ta’ identità ta’ proġett komuni u għan komuni, b’mod partikolari fil-livell maniġerjali bejn l-F4E u l-Organizzazzjoni ITER u li dawn l-elementi “soft” tal-ġestjoni tal-proġett huma ta’ importanza ċentrali; jinsab imħasseb dwar jekk din is-sitwazzjoni tistax taffettwa l-effikaċja tal-proġett u jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; jinnota, barra minn hekk, mill-valutazzjoni annwali, li l-Impriża Konġunta jeħtieġ li ssaħħaħ l-għarfien espert ewlieni tekniku tagħha fl-oqsma li jikkonċernaw attivitajiet kritiċi li għaddejjin u futuri fir-rigward tar-rekwiżiti funzjonali tal-Organizzazzjoni ITER u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-konformità tal-kuntratturi industrijali; jistieden lill-Impriża Konġunta ssegwi r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-valutazzjoni annwali u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

14.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Impriża Konġunta vvalutat li l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 kien serju iżda mhux sinifikanti u li sa April 2021, il-pandemija kienet ikkawżat dewmien sa erba’ xhur għal xi kunsinni, li rriżulta f’żieda fl-ispejjeż ta’ madwar EUR 47 000 000 (fi prezzijiet tal-2008) għall-proġett globali tal-ITER, u li riperkussjonijiet ulterjuri huma possibbli jekk il-pandemija tmur għall-agħar fl-2021; jistieden lill-Impriża Konġunta żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar kwalunkwe dewmien addizzjonali u żidiet fl-ispejjeż assoċjati mal-pandemija;

Prevenzjoni tal-frodi u tal-kunflitti ta’ interess

15.

Jinnota l-pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi tal-Impriża Konġunta li jkopri l-perjodu mill-2020 sal-2023, wara l-istrateġija tagħha adottata fl-2019, u l-avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni u l-korsijiet ta’ taħriġ organizzati għall-persunal u l-maniġment; jinnota, barra minn hekk, li fl-2020 ġew implimentati 33 azzjoni kontra l-frodi; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu ta’ dawk l-azzjonijiet;

16.

Jinnota li, bil-għan tal-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess, l-uffiċjal ta’ kontra l-frodi u tal-etika organizza taħriġ għal persunal ġdid u taħriġ speċifiku għall-maniġers tal-F4E; iħeġġeġ lill-impriża konġunta tkompli ttejjeb il-miżuri tagħha ta’ prevenzjoni tal-frodi;

Persunal u reklutaġġ

17.

Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, li l-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Impriża Konġunta li saru fl-2020 kienu nieqsa mit-trasparenza fit-tfassil tal-lista finali tal-kandidati li kellhom jiġu mistiedna għall-fażi ta’ valutazzjoni li jmiss (intervisti u testijiet bil-miktub), u li mhuwiex ċar kif il-kumitat tal-għażla kkunsidra l-kriterji vantaġġużi għall-formulazzjoni tal-lista finali tal-kandidati; jinnota t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li fl-2021 bdiet tinkludi valutazzjonijiet kompletament kwantitattivi tal-applikazzjonijiet; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrieżamina b’mod diliġenti u tkompli ttejjeb il-politika ta’ reklutaġġ tagħha bil-għan li żżid it-trasparenza u l-ekwità tal-proċess u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

18.

Jinnota li investigazzjoni interna preliminari ddeterminat li ma kienx ċar jekk is-suwiċidju tal-impjegat kienx marbut mal-ambjent tax-xogħol, iżda jirrimarka li l-istess impjegat ħalla nota li fiha għamilha ċara li l- “eżawriment fuq il-post tax-xogħol” kien fattur u, f’email preċedenti lil rappreżentant tal-amministrazzjoni datata t-22 ta’ Jannar 2020, kiteb dwar l-esponiment tiegħu għal “każ serju ta’ fastidju”; jemmen, għalhekk, li jeħtieġ li jkun hemm investigazzjoni indipendenti dwar x’ġara, kif talab ukoll id-Direttur tal-F4E;

19.

Jinnota li fl-2020 saret enfasi speċjali fuq l-implimentazzjoni ta’ programm ġdid ta’ taħriġ u kwalifika għall-persunal tal-Impriża Konġunta li jwettaq attivitajiet importanti ta’ protezzjoni, bl-applikazzjoni tal-politika l-ġdida tal-Impriża Konġunta relatata mal-kompetenza u l-kwalifika tas-sikurezza nukleari u li, fi tmiem l-2020 92 % tal-parteċipanti fl-attivitajiet importanti ta’ protezzjoni ġew imħarrġa u kkwalifikati, biex b’hekk l-objettiv korporattiv intlaħaq;

20.

Jinnota, mis-segwitu tal-Qorti għall-osservazzjonijiet tagħha tal-2019, li l-azzjonijiet korrettivi għall-problemi u r-riskji fil-livell maniġerjali superjuri u tal-kultura korporattiva identifikati minn bord estern ta’ esperti għadhom għaddejjin; itenni li din is-sitwazzjoni, jekk tibqa’ mhux solvuta, tista’ taffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tal-persunal. jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; jinnota li fl-2020 ġiet modifikata l-politika dwar il-kuntratti tal-impjieg fl-Impriża Konġunta;

21.

Jinnota bi tħassib li l-persunal kompla jonqos bi ftit b’0,9 % fl-2020; itenni li r-riżorsi umani problematiċi tal-Impriża Konġunta ġew indikati mill-QEA anke matul awditi preċedenti; jisħaq li n-nuqqas ta’ persunal statutorju jwassal għal użu akbar ta’ persunal interim jew għall-internalizzazzjoni kuntrattwali tal-ħaddiema. huwa tal-fehma li dan jippreżenta riskji partikolari li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħaż-żamma ta’ kompetenzi ewlenin, kanali tal-obbligu ta’ rendikont mhux ċari, u effiċjenza aktar baxxa tal-persunal;

22.

Huwa konxju li fis-17 ta’ Jannar 2022 il-kapijiet tat-tliet trade unions ewlenin bagħtu ittra f’isem il-persunal tal-F4E lill-Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni, u lill-Kummissarju għall-Enerġija, dwar is-sitwazzjoni kritika fl-F4E fejn talbu lill-Kummissjoni tappoġġja inkjesta tal-OLAF dwar l-ambjent professjonali tal-F4E; jinnota li, barra minn hekk, huma jitolbu wkoll lill-Kummissjoni twettaq “valutazzjoni fil-fond tal-Maniġment Superjuri attwali tal-F4E, b’mod partikolari fir-rigward tal-kredibbiltà u l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw, fil-kuntest attwali, programm ta’ bidla li jkun kapaċi jreġġa’ lura l-fiduċja u jittrasforma l-ambjent tax-xogħol u l-kultura korporattiva tal-F4E”; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

23.

Ifakkar li r-rapport ta’ kwittanza tal-2019 innota diversi problemi u riskji fil-livell ta’ maniġment superjuri u ta’ kultura korporattiva; u li jekk dawn ma jiġux solvuti, jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni tal-persunal tal-Impriża Konġunta; jinnota li ġew adottati diversi miżuri f’tentattiv biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, inkluża l-ħatra ta’ kap tal-amministrazzjoni ġdid, l-introduzzjoni ta’ programm ta’ kkowċjar u ftehim ma’ tliet unions; jibqa’, madankollu, imħasseb serjament dwar il-fatt li l-ambjent tax-xogħol u l-benesseri tal-persunal ma ttejbux biżżejjed;

24.

Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat strateġija ta’ diversità biex tappoġġja u tfittex bilanċ bejn il-ġeneri u rappreżentanza ġeografika tal-persunal; jinnota li fl-2020, 14 % tal-maniġers superjuri tal-F4E kienu nisa u 86 % kienu rġiel u li 16 % tal-maniġers intermedji tagħha kienu nisa u 84 % kienu rġiel; jilqa’ l-fatt li l-F4E ħatret kap ta’ amministrazzjoni mara; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri u tistinka għal proporzjon ġeografiku bbilanċjat f’dan ir-rigward;

25.

Jinnota li, fl-2020, l-Impriża Konġunta adottat l-ewwel Strateġija tagħha dwar id-Diversità, l-Opportunitajiet Indaqs u n-Nondiskriminazzjoni sabiex tippromwovi l-ugwaljanza u d-diversità fuq il-post tax-xogħol, li se tkun mifruxa fuq tliet snin;

26.

Jinnota li l-Impriża Konġunta nediet l-ewwel stħarriġ tagħha dwar l-impatt tal-COVID-19 f’Ġunju 2020 u li wara r-riżultat tiegħu, ir-Riżorsi Umani ddeċidew li jiffukaw fuq azzjonijiet preventivi psikosoċjali fil-qasam tal-benesseri emozzjonali u l-ġestjoni tal-istress; jinsab imħasseb dwar il-fatt li valutazzjoni tar-riskju psikosoċjali reċenti sabet li 54,2 % tal-persunal kienu mħassba dwar l-ammont ta’ xogħol tagħhom;

27.

Jinnota li l-F4E tirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar titjib fir-rigward ta’ “riżorsi, valuri, fiduċja u kultura” u nediet azzjonijiet biex tilħaq l-objettiv korporattiv tagħha li l-“F4E hija Post Akbar għax-Xogħol”; jitlob li l-Impriża Konġunta tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza mingħajr dewmien dwar dawn l-azzjonijiet;

Kontroll intern

28.

Jinnota li l-valutazzjoni annwali tal-2020 tas-sistema ta’ kontroll intern kkonkludiet li l-komponenti kollha qed joperaw flimkien b’mod integrat, minkejja kontroll wieħed b’nuqqas kritiku relatat mal-formalizzazzjoni tal-impenji legali għall-infiq operattiv fl-għodda għall-ġestjoni tal-kuntratti tal-Impriża Konġunta (DACC); jinnota, madankollu, mir-rapport tal-Qorti, li d-DACC u l-applikazzjoni tal-IT għall-ġestjoni tad-dokumenti (IDM) mhumiex applikabbli għas-sistemi u l-fluss tax-xogħol tas-sistema ta’ informazzjoni finanzjarja ċentrali tal-Kummissjoni (ABAC) u li, f’Marzu 2020, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ddeċieda li l-firem elettroniċi avvanzati fid-DACC ma għandhomx jintużaw biss għall-ġestjoni u l-iffirmar ta’ emendi ta’ kuntratti iżda anki għal kuntratti inizjali, bħala miżuri amministrattivi temporanji, matul il-pandemija tal-COVID-19; jinnota li l-Impriża Konġunta ma allinjatx bis-sħiħ l-applikazzjonijiet tal-IT lokali tagħha mal-proċessi interni għad-delegi u li għad iridu jiġu solvuti dgħufijiet sinifikanti li jinkludu aspetti legali, tekniċi u ta’ kontroll intern; jinnota bi tħassib, barra minn hekk, li l-applikazzjoni tad-DACC ma tistax turi evidenza li l-persunal kien fehem sew il-kontenut ta’ dokument u qabel li jiffirmah bil-firma personali tiegħu; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

29.

Jinnota mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta li, kmieni fl-2021, fil-qafas tal-valutazzjoni annwali tas-sistema ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta, ġew identifikati żbalji mill-koordinatur tal-kontrolli interni tagħha rigward il-fażi tal-iffirmar ta’ xi kuntratti operattivi fid-DACC u għalhekk ma kinux konformi mar-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta, u li għalkemm il-kuntratti għadhom jitqiesu bħala legali skont il-liġi Spanjola u Franċiża, il-kwistjoni żvelat nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta; jinnota li d-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta inkluda riżerva għar-reputazzjoni mhux ikkwantifikata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni annwali tagħha għas-sena 2020 f’dak ir-rigward; jinnota wkoll mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta li, mill-2021, il-kapaċità ta’ awditjar intern (IAC) tagħha se testendi l-ambitu tar-rieżami annwali tagħha tad-drittijiet ta’ aċċess għas-sistema ABAC sabiex tinkludi wkoll id-DACC; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern, f’Ġunju 2021, nieda awditu dwar “Delegi u effiċjenza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-F4E u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni mad-DĠ ENER”; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar sejbiet f’dak ir-rigward;

30.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Impriża Konġunta, minbarra l-kontijiet individwali tal-utenti, ħolqot kontijiet ta’ gruppi ta’ utenti b’identitajiet virtwali biex tiffaċilita l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tal-IT lokali tagħha (DACC, IDM) u li, madankollu, sal-aħħar tal-2020, il-kont tal-grupp funzjonali maħluq għad-Direttur tal-Impriża Konġunta ntuża wkoll għall-approvazzjoni u l-iffirmar ta’ varjetà ta’ dokumenti importanti, għall-kuntrarju tal-prinċipji bażiċi tal-politika ta’ ġestjoni tal-aċċess tat-teknoloġija tal-Informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta li jirrikjedu li l-kontijiet tal-utenti jkunu uniċi u li jkunu marbuta ma’ utent wieħed, u għalhekk jippermettu lill-persuni kollha inklużi fil-kont tal-grupp iwettqu azzjonijiet, riżervati unikament għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

31.

Jinnota, mid-disa’ Rapport ta’ Valutazzjoni Annwali, li l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Impriża Konġunta jista’ jittejjeb b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinġenzi tal-ispejjeż u tal-iskeda, tas-sensittività u tal-livell ta’ fiduċja, u fil-konfront tal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; jinnota bi tħassib li s-sejbiet mir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-maturità tar-riskju 2020 jindikaw li l-Impriża Konġunta ma rreġistrat l-ebda tagħlima meħuda dwar il-ġestjoni tar-riskju; jistieden lill-Impriża Konġunta ssegwi r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni u li tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

32.

Jinnota li wara awditu tal-IAC dwar is-Sikurezza Nukleari fl-2019 li jkopri l-aspetti ta’ ġestjoni u konformità tal-ġestjoni tas-sikurezza nukleari tal-Impriża Konġunta, l-IAC wettqet segwitu f’Mejju 2020, u li sa tmiem l-2020, 22 azzjoni minn dawk it-23 tal-pjan ta’ azzjoni kienu diġà implimentati, u l-aħħar azzjoni kienet qiegħda tiġi implimentata; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar żviluppi f’dak ir-rigward;

33.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li fl-aħħar tal-2020, il-qafas tad-delegi fid-DACC u fl-IDM tal-Impriża Konġunta ma stabbiliex awtomatikament delegi tekniċi iżda, minflok, iddependa minn kull Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli sabiex jagħżel il-persuna t-tajba li għandha tingħata d-delega, abbażi tal-qafas approvat mid-Direttur tal-Impriża Konġunta u, barra minn hekk, li s-setgħat ta’ delega li huma pprovduti mill-kuntratti jingħataw lill-persunal, minbarra l-Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li ma huwiex rifless fil-qafas tad-delegi tal-Impriża Konġunta; jinnota, mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta, li s-setgħat ta’ delega jikkorrispondu esklużivament għall-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kuljum tal-kuntratt, u ma jemendawx il-kuntratt bħala tali, u li l-Impriża Konġunta se taġġorna d-dispożizzjoni rispettiva fil-kuntratt mudell; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

34.

Jinnota bi tħassib, mir-rapport tal-Qorti, li l-applikazzjoni DACC tal-Impriża Konġunta qatt ma kienet soġġetta għal awditu tal-kontroll intern, biex tiġi żgurata l-konformità tad-drittijiet tal-utent li jawtorizzaw tranżazzjonijiet mad-delegi assenjati lill-persunal, u għalhekk hemm riskju għoli li n-nuqqas ta’ konformità minħabba ksur tal-politika ta’ delega tal-Impriża Konġunta seta’ la ġie identifikat u lanqas immitigat; jinnota, mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta, li qed titwettaq validazzjoni tad-dritt tal-utent minn parti terza biex jiġi pprovdut aċċertament; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

35.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti li, għalkemm fl-2016 l-Impriża Konġunta bdiet tuża d-DACC għall-impenn legali jew għall-ġestjoni tal-kuntratti (inkluż għall-kuntratti inizjali fl-2020), u għalhekk bħala sors addizzjonali għad-data dwar il-kontabbiltà u dik finanzjarja, l-ebda validazzjoni tas-sistema kontabilistika tagħha ma twettqet mill-2013, li jmur kontra r-regolament finanzjarju tal-Impriża Konġunta; jinnota, mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta, li fl-2021 se titnieda validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi u li d-DACC mhuwiex sinkronizzat awtomatikament mal-ABAC u li d-data mdaħħla fis-sistema kontabilistika hija vvalidata f’konformità mas-sistema ta’ kontroll intern; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

36.

Jinnota li matul is-snin, l-Impriża Konġunta għamlet sforzi konsiderevoli biex timplimenta sistema elettronika ta’ ġestjoni tad-dokumenti u li matul il-pandemija tal-COVID-19 il-firem elettroniċi avvanzati fid-DACC ma ntużawx biss għall-ġestjoni u l-iffirmar tal-emendi għall-kuntratti iżda wkoll għal kuntratti inizjali, bħala miżuri amministrattivi temporanji; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tuża dan l-istrument u tespandih għal karatteristiċi oħra;

Akkwist u għotjiet

37.

Jinnota li matul l-2020, tniedu 42 proċedura ta’ akkwist operattiv, u li ngħataw 47 kuntratt ta’ akkwist operattiv, u ġew iffirmati 55, u li fl-2020 tnediet għotja waħda biss, u ma ġiet iffirmata ebda waħda;

38.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Impriża Konġunta tuża l-portal tal-akkwist elettroniku tagħha stess, li mhuwiex sinkronizzat bis-sħiħ mas-soluzzjoni tal-akkwist elettroniku tal-Kummissjoni, u li dan jista’ jwassal għal duplikazzjonijiet bla bżonn mal-isforzi tal-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-investiment fil-futur; ifakkar li dan mhuwiex konformi mal-prinċipju ta’ “spazju ta’ skambju elettroniku ta’ data” uniku għall-parteċipanti, kif previst mir-Regolament Finanzjarju tal-UE. jinnota mit-tweġiba tal-Impriża Konġunta li, meta l-għodda offruta mill-Kummissjoni tkopri t-tipi kollha ta’ proċeduri ta’ akkwist rilevanti għall-Impriża Konġunta u r-rata ta’ inċidenti rrapportati tonqos, l-Impriża Konġunta se tevalwa tranżizzjoni potenzjali għas-sett ta’ għodda tal-Kummissjoni u tieħu deċiżjoni bbażata fuq ir-rekwiżiti operattivi tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta tarmonizza s-soluzzjoni ta’ akkwist tagħha ma’ dik tal-Kummissjoni;

 


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).

(2)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 62: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A22006A1216%2803%29


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/489


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1830 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0108/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 5 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/490


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1831 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR (issa l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0111/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti taħt Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/492


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1832 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR (issa l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta SESAR (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fi Frar 2007 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 (1) biex tmexxi l-programm ta’ Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li għandu l-għan li jintegra u jikkoordina l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp għall-immodernizzar tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) fl-Unjoni; billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għal SESAR 1 hija ta’ EUR 700 000 000;

B.

billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014 (2), il-programm SESAR 2020 estenda t-tul ta’ ħajja tal-Impriża Konġunta sal-31 ta’ Diċembru 2024;

C.

billi l-Impriża Konġunta ġiet imfassla bħala sħubija pubblika-privata, bl-Unjoni u l-Eurocontrol bħala membri fundaturi;

D.

billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni (inklużi l-EFTAs) għall-SESAR 2020 (mill-2014 sal-2024) iffinanzjata minn Orizzont 2020 hija ta’ EUR 585 000 000;

Ġenerali

1.

Jinnota li l-Kummissjoni pprovdiet fondi lill-Impriża Konġunta mis-Seba’ Programm Kwadru u minn Orizzont 2020, kif ukoll min-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013 u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020;

2.

Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-Bord Amministrattiv ma ġewx ippubblikati; jistieden lill-Impriża Konġunta tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjoni ta’ interess tal-Bord Amministrattiv fid-dawl tal-qafas ta’ trasparenza u tiggarantixxi li l-utenti jkollhom aċċess faċli għalihom;

3.

Jinnota li l-programm SESAR 1 ingħalaq formalment fl-2016 u li l-aħħar rimborżi korrettivi lill-benefiċjarji għall-eċċess fil-kontribuzzjonijiet fi flus riċevuti għall-proġetti tas-Seba’ Programm Kwadru tlestew fl-2020;

4.

Jinnota li wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess fl-2015, 19-il entità pubblika u privata mis-settur tal-avjazzjoni saru membri tal-Impriża Konġunta;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali tal-2020 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

6.

Jinnota li, fl-2020, il-baġit totali disponibbli (inklużi approprjazzjonijiet mhux użati ta’ snin preċedenti mdaħħla mill-ġdid, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara) kien ta’ EUR 163 189 459 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 179 159 495 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni rispettiva tal-baġit globali disponibbli għall-2020 kienet ta’ 86,9 % għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u 67,7 % għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament;

7.

Jinnota li, wara l-għeluq tal-programm SESAR 1, l-Impriża Konġunta ddeterminat eċċess ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji li rċeviet mill-Membri tagħha bl-ammont ta’ EUR 30 959 396; jinnota wkoll li, skont l-Artikolu 13 tal-att kostitwenti, il-membri tal-Impriża Konġunta jistgħu jistennew biss ir-rimborż tal-kontribuzzjonijiet żejda rispettivi tagħhom waqt ix-xoljiment tal-Impriża Konġunta sal-31 ta’ Diċembru 2024; jinnota li, wara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Qorti u l-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni għad-deċiżjoni proposta, l-Impriża Konġunta adottat id-deċiżjoni li tantiċipa r-rimborżi fit-8 ta’ Ottubru 2020; jinnota b’mod partikolari li l-Impriża Konġunta ħallset lura lill-Unjoni fl-4 ta’ Diċembru 2020 permezz ta’ żewġ ordnijiet ta’ ħlas separati, waħda għas-sehem li jikkorrispondi għall-programm TEN-T u waħda għas-sehem li jikkorrispondi għas-Seba’ Programm Kwadru; jinnota li, għal Membri għajr l-Unjoni (ħlief AIRBUS u DFS), il-ftehimiet bilaterali approvati mill-Bord Amministrattiv intbagħtu lill-Membri fit-23 ta’ Novembru 2020 filwaqt li l-ħlasijiet bdew mill-mument tal-firma tagħhom, u li l-Eurocontrol tħallas fid-9 ta’ Diċembru 2020: jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2020, kienu saru l-pagamenti kollha minbarra tlieta, li ammontaw għal EUR 30 474 586 (minn EUR 30 767 098, jiġifieri 99 %); jinnota mir-rapport ta’ segwitu li mill-10 ta’ Frar 2021, l-eċċess kollu tal-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti għall-programm SESAR 1 ġie rimborżat lill-Membri rispettivi tal-Impriża Konġunta SESAR 1;

8.

Jinnota li fl-2020, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn finali ta’ SESAR 2020 ammontaw għal EUR 162 784 059 u l-approprjazzjoni ta’ pagament finali għal EUR 147 986 997; jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-2020 disponibbli għall-proġetti ta’ Orizzont 2020, ir-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 87,1 % u 81,9 % rispettivament;

9.

Jinnota li f’Jannar 2020, l-Impriża Konġunta rċeviet minn DĠ MOVE fondi addizzjonali tal-FNE ta’ EUR 6 000 000 fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Kontribuzzjoni U-Space (it-tieni u l-aħħar pagament) u li l-Impriża Konġunta la daħlet il-fondi tal-FNE riċevuti fil-baġit tal-2020 permezz ta’ baġit emendatorju u lanqas ma kkunsidrathom meta kienet qed tippjana l-ħtiġijiet attwali għal-linja baġitarja 3 7 0 0 (Inwettqu attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira ħafna); jinnota, konsegwentement, li l-baġit totali finali disponibbli għall-pagamenti għal-linja baġitarja 3 7 0 0 jammonta għal EUR 30 834 494 u li l-Impriża Konġunta kienet implimentat biss EUR 21 236 000 (jew 58 %) sa tmiem l-2020; jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta li d-dħul assenjat imsemmi mill-Qorti ntuża esklużivament għall-finanzjament tal-kompiti fdati relatati mill-Kummissjoni kif ifformalizzati fil-Ftehim ta’ Kontribuzzjoni U-Space u li tirrapporta dwar l-attivitajiet li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Kontribuzzjoni U-Space fuq bażi annwali permezz ta’ Rapport ta’ Implimentazzjoni u informazzjoni fl-Attività Annwali Konsolidata; jistieden lill-Impriża Konġunta ddaħħal il-fondi FNE irċevuti fil-baġit 2020 permezz ta’ baġit emendatorju;

10.

Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati;

11.

Jinnota li r-riżultat tal-baġit fl-2020 ammonta għal defiċit ta’ EUR 28,16-il miljun (li minnhom kien hemm defiċit ta’ EUR 30,4 miljun għal SESAR 1 wara r-rimborż tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji eċċessivi ta’ SESAR 1 u surplus ta’ EUR 2,2 miljun għas-SESAR 2020) u li s-surplus kumulattiv jammonta għal EUR 22,1 miljun;

Prestazzjoni

12.

Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs), b’mod partikolari, il-Programm Orizzont 2020 komuni u għall-KPIs tal-kwistjonijiet trasversali, il-KPIs tal-Impriża Konġunta speċifika u dawk relatati mal-Ambizzjonijiet tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew kif imfassal fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM;

13.

Jinnota li fir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat 2020 tal-Impriża Konġunta, il-KPIs dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri żdiedu meta mqabbla mas-snin preċedenti iżda madankollu baqgħu baxxi, b’24 % biss tal-parteċipanti nisa fil-proġetti ta’ Orizzont 2020; jinnota li l-perċentwal ta’ nisa fil-gruppi konsultattivi, fil-gruppi ta’ esperti, fil-bordijiet ta’ evalwazzjoni u fost l-esperti individwali tal-Kummissjoni jidher fir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat 2020 tal-Impriża Konġunta. Jissuġġerixxi li l-Impriża Konġunta jeħtieġ li tkompli ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri tagħha;

14.

Jinnota li l-Impriża Konġunta laħqet l-objettivi kollha tagħha kif deskritti fid-Dokument ta’ Programmazzjoni Uniku għall-2020-2022; jinnota li l-Impriża Konġunta ddefiniet u implimentat miżuri baġitarji li mmitigaw l-effett negattiv tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni, bħaż-żieda fir-rati ta’ prefinanzjament applikabbli għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati fl-2020 biex jappoġġjaw il-fluss tal-flus tal-benefiċjarji;

15.

Jinnota wkoll li kien hemm tnaqqis eċċezzjonali ta’ 50 % fl-ammont ta’ kontribuzzjonijiet fi flus kontanti għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta riċevut minn membri għajr l-Unjoni u l-Eurocontrol, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u li dak it-tnaqqis ġie kkumpensat bi tnaqqis ta’ EUR 2,3 miljun (21 %) fl-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta għall-2020;

16.

Jilqa’ l-fatt li, minkejja l-kriżi tal-COVID-19, l-Impriża Konġunta kienet kapaċi żżomm il-kontinwità u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kollha tagħha billi mmobilizzat għodod u inizjattivi korporattivi; jilqa’ l-fatt li minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli, il-membri u s-sħab tal-Impriża Konġunta rnexxielhom javvanzaw f’teknoloġiji u proċeduri ġodda permezz ta’ pipeline ta’ innovazzjoni tal-Impriża Konġunta, skont l-iskeda ta’ żmien stabbilita mill-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM – il-pjan direzzjonali tal-Ewropa għat-trasformazzjoni diġitali tal-ATM; ifaħħar il-ħidma preparatorja mwettqa mill-Impriża Konġunta li twitti t-triq għal SESAR 3 u l-futur tar-riċerka dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;

17.

Jinnota l-effett ta’ lieva rrappurtat ta’ 0,83 fl-2020, u l-effett ta’ lieva previst fi tmiem il-programm ta’ 1,23, imkejla skont il-metodu tal-Kummissjoni użat fl-evalwazzjoni interim, u li l-effett ta’ lieva attwali tal-Impriża Konġunta qed jagħmel progress regolari lejn il-miri;

18.

Jinnota li fl-2020 l-aħħar erba’ proġetti ffinanzjati taħt ir-Riċerka Esploratttiva 2 jiġifieri Airpass, Impetus, PercEvite u TERRA, u l-proġett Emphasis, li jirriżulta mir-Riċerka Esplorattiva 3, lestew l-attivitajiet tagħhom u ngħalqu;

19.

Jinnota li, fl-2020, l-Impriża Konġunta mmaniġġjat 36 għotja diġà fl-eżekuzzjoni fil-bidu ta’ dik is-sena, wara ħames proċeduri ta’ sejħiet għal proposta mwettqa fis-snin preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li fl-2020 tnedew żewġ sejħiet għal proposta fir-rigward ta’ dimostrazzjonijiet fuq skala kbira ħafna (VLDs) fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 u żewġ VLDs fir-rigward ta’ riċerka industrijali ristretta u ta’ validazzjoni;

20.

Jilqa’ l-fatt li fl-2020 l-Impriża Konġunta varat 67 proġett fit-tliet oqsma ta’ riċerka tagħha, b’mod partikolari riċerka esploratorja (41 proġett), riċerka industrijali u validazzjoni (15-il proġett) u dimostrazzjonijiet fuq skala kbira ħafna (11-il proġett);

21.

Jinnota li sa tmiem l-2020, il-programm SESAR 2020 kien iffinanzja proġetti f’kull fażi tal-pipeline ta’ innovazzjoni SESAR permezz ta’ 10 sejħiet għal proposti fl-ambitu ta’ tliet oqfsa legali differenti; jinnota li l-Impriża Konġunta investiet 90 % tal-baġit totali tagħha mill-Unjoni (inklużi tliet ftehimiet ta’ kontribuzzjoni), li jikkorrispondi għal madwar EUR 596 300 000, fi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni u li l-parti li jifdal tal-fondi ġiet allokata għall-akkwist ta’ servizzi u studji fir-rigward ta’ operazzjonijiet ewlenin u għall-ispejjeż operattivi;

22.

Jilqa’ l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Impriża Konġunta, b’mod partikolari l-organizzazzjoni ta’ bosta webinars mill-Akkademja Diġitali tas-SESAR, biex tippreżenta l-kisbiet tagħha;

23.

Jirrimarka li waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Impriża Konġunta hija l-ippjanar liberu tar-rotot biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-titjiriet u mill-fjuwil; jemmen li s-suċċessur tagħha għandu jkompli jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-settur tal-avjazzjoni f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; jemmen, barra minn hekk, li tali suċċessur għandu jikkontribwixxi biex is-suq tal-avjazzjoni jsir aktar flessibbli u reżiljenti għall-fluttwazzjonijiet tat-traffiku, u biex jistabbilixxi l-Ajru Uniku Ewropew bħala l-aktar spazju tal-ajru effiċjenti u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent fid-dinja;

24.

Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta lestiet ammont sinifikanti ta’ xogħol relatat mal-U-space, l-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-integrazzjoni sikura u sigura tad-droni;

Akkwist u persunal

25.

Jinnota li, fl-2020, tnedew u ġew konklużi sitt proċeduri ta’ akkwist u ġew iffirmati ħames emendi għall-kuntratti tagħha, kuntratti speċifiċi u ftehimiet fil-livell ta’ servizz, u, barra minn hekk, li l-kriżi tal-COVID-19 aċċellerat il-bidla lejn ċikli ta’ approvazzjoni u firem tal-kuntratt elettroniċi;

26.

Jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-impjegati, speċjalment meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ għajxien differenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ispazju għall-uffiċċji u l-effetti possibbli tal-iżolament; jitlob lill-Impriża Konġunta tiffoka fuq il-benesseri tal-impjegati, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jitlob lill-maniġment jiżgura li jkun hemm strutturi ta’ appoġġ xierqa fis-seħħ biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal;

27.

Jinnota li t-tabella tal-persunal tal-2020, approvata mill-Impriża Konġunta, tippermetti 39 aġent temporanju jew kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati; jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2020, l-Impriża Konġunta impjegat 39 aġent temporanju inkluż id-Direttur Eżekuttiv; jinnota li Sysper għall-Aġenziji, is-sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani żviluppata mill-Kummissjoni, ġiet implimentata b’suċċess matul l-2020;

28.

Jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta bdiet tuża s-soluzzjoni għall-akkwist elettroniku fil-bidu tal-2021;

Kontrolli interni

29.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta’ kontroll ex ante affidabbli li huma bbażati fuq eżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi; jinnota li l-Impriża Konġunta implimentat il-qafas ta’ kontroll intern (QKI) tal-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll intern, fl-2020; jinnota li, għall-awtovalutazzjoni annwali u għall-monitoraġġ tal-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll meħtieġa mill-QKI, l-Impriża Konġunta żviluppat indikaturi rilevanti għall-prinċipji ta’ kontroll intern u l-karatteristiċi relatati kollha;

30.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, għall-pagamenti ta’ Orizzont 2020, is-Servizz ta’ Awditjar Komuni (CAS) tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-awditi ex post, u li abbażi tar-riżultati tal-awditjar ex post disponibbli fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta rrappurtat rata ta’ żball rappreżentattiv ta’ 3,46 % u rata ta’ żball residwu ta’ 1 % għall-proġetti ta’ Orizzont 2020 (approvazzjonijiet u pagamenti finali); jinnota mill-proposta tal-Kummissjoni li l-għan aħħari għal-livell residwu ta’ żball fl-għeluq tal-programmi wara li l-impatt finanzjarju tal-verifiki kollha, il-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru jkunu ġew ikkunsidrati, huwa li jintlaħaq livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

31.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operazzjonali, hija awditjat b’mod aleatorju l-pagamenti li ttieħdu bħala kampjun ta’ Orizzont 2020 li saru fl-2020 fil-livell tal-benefiċjarji finali biex tikkorrobora r-rati ta’ żbalji tal-awditjar ex post, u li dawn l-awditi dettaljati ma wrew l-ebda żball sinifikanti jew nuqqas fil-kontroll fir-rigward tal-benefiċjarji tal-Impriża Konġunta li ttieħdu bħala kampjun;

32.

Jenfasizza li, fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, il-Qorti kkonstatat żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji, b’mod partikolari min-naħa tal-SMEs u ta’ benefiċjarji ġodda; jinnota li żbalji bħal dawn ġew irrapportati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-CAS u tal-awdituri kkuntrattati tiegħu; jevidenzja li, fil-paġna 39 ta’ dak ir-rapport, il-Qorti tiddikjara li s-semplifikazzjoni tar-regoli ta’ Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu aktar mifrux ta’ għażliet ta’ spejjeż semplifikati hija prekundizzjoni għal programmi qafas ta’ riċerka futuri, sabiex jiġu stabbilizzati r-rati ta’ żball għal taħt il-livell ta’ materjalità; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha, peress li l-SMEs u l-benefiċjarji l-ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji;

33.

Jinnota li, minħabba l-pandemija, fl-2020 seħħet biss sessjoni ta’ ħidma waħda għall-ġestjoni tar-riskju, u li t-tim tal-ġestjoni tar-riskji rrieżamina r-riskji strateġiċi, ir-riskji interni, ir-riskji tal-pjanijiet prinċipali u r-riskji tal-programmi u li wara r-rieżami, il-politika tal-ġestjoni tar-riskji ġiet aġġornata, biex tinkludi wkoll ir-riskju relatat mal-impatti tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-programm tal-Impriża Konġunta; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta bagħtet rapport dettaljat dwar l-analiżi tar-riskji relatati mal-pandemija lill-Kummissjoni f’Ġunju 2020;

34.

Jinnota li l-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) wettqet darbtejn rieżami tal-konformità relatat mal-pagamenti kollha mwettqa mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’Delega u mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’Sottodelega u kkontribwiet għall-validazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-utent tal-ABAC; jinnota barra minn hekk li l-IAC aġġornat ukoll l-istrateġija kontra l-frodi tal-Impriża Konġunta u organizzat sessjonijiet għall-persunal dwar is-sensibilizzazzjoni dwar l-etika u l-miżuri kontra l-frodi;

35.

Jilqa’ l-fatt li fl-2020 l-Impriża Konġunta ma kinitx soġġetta għal investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

36.

Jinnota li, f’Novembru 2020, l-Impriża Konġunta ġiet infurmata mis-CAS li kienet tqajmet senjalazzjoni ta’ allarm matul awditu ex post ta’ proġett, li tindika suspett li setgħet twettqet frodi minn benefiċjarju; jinnota li s-suspett ma ġiex ikkonfermat, iżda l-OLAF u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni kienu ġew infurmati; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

Verifiki interni

37.

Jinnota li matul l-2020, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu dwar l-implimentazzjoni tal-għotjiet ta’ Orizzont 2020 u li l-awdituri kkonkludew li, b’mod ġenerali, il-kontrolli interni stabbiliti mill-Impriża Konġunta huma mfassla b’mod adegwat u implimentati b’mod effiċjenti u effettiv; jinnota li l-awdituri kklassifikaw erba’ rakkomandazzjonijiet bħala importanti li għalihom żviluppat pjan ta’ azzjoni dettaljat li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha sal-aħħar tal-2021; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fir-rigward tal-estensjoni tal-Impriża Konġunta sal-2024 (ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/497


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1833 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR (issa l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-impriżi konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-impriżi konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0111/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti taħt Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0073/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).


 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/499


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1834 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (issa l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0112/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/501


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1835 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (issa l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f’Ġunju 2014 għal perjodu ta’ 10 snin mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 (1);

B.

billi l-membri fundaturi huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab fl-industrija ferrovjarja (partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi l-manifatturi ta’ tagħmir ferrovjarju, il-kumpaniji ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u ċ-ċentri tar-riċerka) bil-possibbiltà li entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fl-Impriża Konġunta bħala membri assoċjati; billi l-kontribuzzjonijiet tal-membri minbarra l-Unjoni ma għandhomx ikunu limitati biss biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi u l-kofinanzjament meħtieġ biex jitwettqu azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, iżda għandhom ikunu relatati wkoll ma’ attivitajiet addizzjonali;

C.

billi l-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta huma li tikkontribwixxi għall-kisba taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, u li ttejjeb l-attraenza, il-kompetittività, is-sostenibbiltà, u l-integrazzjoni tas-sistema ferrovjarja Ewropea, billi tiffaċilita, fost affarijiet oħra, bidla modali mit-trasport bit-triq u bl-ajru għat-trasport ferrovjarju;

D.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Mejju 2016;

Aspetti ġenerali

1.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020 (ir-“rapport tal-Qorti”) li l-kontijiet annwali jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li skont ir-rapport tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet huma, fl-aspetti materjali kollha, legali u regolari;

2.

Jinnota li, għall-perjodu stabbilit fir-Regolament, il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta’ EUR 450 000 000 (inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-EFTA), li għandhom jitħallsu mill-programm Orizzont 2020; jinnota li l-membri kollha tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni (grupp industrijali) għandhom jikkontribwixxu riżorsi totali ta’ mill-inqas EUR 470 000 000, li jikkonsistu f’mill-inqas EUR 350 000 000 għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta, u mill-inqas EUR 120 000 000 għall-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali tal-Impriża Konġunta;

3.

Jinnota li, b’kollox, aktar minn 400 entità pubblika u privata, li jirrappreżentaw is-settur ferrovjarju, jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Impriża Konġunta; jinnota, barra minn hekk, li fl-2020, il-kooperazzjoni fl-Istati Membri kif ukoll ma’ partijiet internazzjonali żdiedet, kif muri bl-iffirmar ta’ Memorandum ta’ Qbil mar-Reġjun Bask, ta’ ieħor mal-Konsorzju Kanadiż għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fit-Tranżitu Urban, u ta’ ieħor mas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport fl-2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.

Jinnota li l-baġit finali disponibbli fl-2020 (inklużi l-approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid mis-snin preċedenti, id-dħul assenjat u r-riallokazzjonijiet għas-sena ta’ wara) kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 89 711 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 80 289 000; jinnota li fl-2020 ir-rati ta’ użu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament disponibbli kienu ta’ 94 % u ta’ 76 % rispettivament;

5.

Jinnota li l-baġit attiv tal-Impriża Konġunta disponibbli fl-2020 għall-programm Orizzont 2020 kien ta’ EUR 84 081 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 75 779 000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem l-2020 l-Impriża Konġunta implimentat 100 % u 80 % rispettivament tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament disponibbli għall-proġetti tal-programm Orizzont 2020; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament operattivi naqset meta mqabbla mal-2019 (88 %) minħabba li ftehim ta’ għotja wieħed mogħti skont is-sejħa għal proposti tal-2020 ma setax jiġi ffirmat sa tmiem l-2020 u l-prefinanzjament relatat kellu jiġi ttardjat kif xieraq;

6.

Jinnota li sa tmiem l-2020, il-membri privati kkontribwew total ta’ EUR 131 181 000 ivvalidati, li kien jinkludi total ta’ EUR 9 238 000 fi flus kontanti, EUR 121 942 000 f’kontribuzzjonijiet in natura vvalidati, u barra minn hekk kontribuzzjoni totali in natura għal attivitajiet addizzjonali ta’ EUR 204 806 156 (mill-31 ta’ Jannar 2021), meta mqabbla mal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni fi flus kontanti ta’ EUR 297 741 000 (fi tmiem l-2020);

7.

Jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati;

Prestazzjoni

8.

Jinnota li f’Lulju 2020, il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta għażel 19-il proposta għal finanzjament bħala riżultat tas-sejħa tal-2020 varata f’Jannar 2020 abbażi tal-Pjan ta’ Ħidma Annwali emendat tal-2020; jinnota li fl-2020, ingħataw 19-il għotja għal valur totali ta’ madwar EUR 147 700 000, u 18 minnhom ġew iffirmati; jinnota li fuq talba tal-Konsorzju, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġu riorganizzati l-allokazzjonijiet tal-proġetti bejn il-pakketti ta’ ħidma, firma waħda ta’ ftehim ta’ għotja ġiet posposta għall-2021; jinnota li b’kollox, 242 parteċipant, li 29 % minnhom kienu rrappreżentati minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fil-proġetti ta’ sejħiet miftuħa, inżammu għall-finanzjament fid-19-il suġġett ta’ riċerka u innovazzjoni taħt is-sejħa tal-2020, u l-applikazzjonijiet kienu jirrappreżentaw parteċipanti minn 30 pajjiż, li minnhom 19-il Stat Membru u 3 pajjiżi assoċjati mal-Programm Qafas Orizzont 2020 inżammu għall-finanzjament;

9.

Ifaħħar il-miżuri meħuda mill-Impriża Konġunta biex tillimita d-dewmien fil-proġetti wara l-kriżi tal-COVID-19; jinnota li minħabba l-kriżi tal-COVID-19 uħud mill-pagamenti, inizjalment previsti għas-sena 2020, saru dovuti biss fl-2021; jinnota f’dan ir-rigward li l-Impriża Konġunta għamlet użu mit-Titolu 4 fil-baġit tagħha skont ir-Regoli Finanzjarji tagħha;

10.

Jinnota li fi tmiem l-2020, kienu għaddejjin 72 proġett (36 sejħa għall-membri u 36 sejħa miftuħa): tqassmu 55 proġett fuq il-5 programmi ta’ innovazzjoni, 9 proġetti fuq l-attivitajiet trażversali, u 8 proġetti fil-Programm ta’ Innovazzjoni X;

11.

Jinnota li l-Impriża Konġunta tuża l-Indikaturi Ewlenin komuni tal-Prestazzjoni (KPIs) għall-programm Orizzont 2020 u għal kwistjonijiet trażversali, kif ukoll KPIs speċifiċi għall-Impriża Konġunta bħal dawk dwar l-effiċjenza tas-sistema tat-trasport ferrovjarju; jinnota li matul l-2020 l-Impriża Konġunta kompliet il-ħidma biex jinżamm il-“Mudell ta’ Tbassir tal-Impatt Shift2Rail tal-2030” li jiżgura r-rilaxx li jmiss, li jirriżulta mill-aġġornament tal-input tad-data mill-proġetti u mid-dimostraturi tat-teknoloġija differenti;

12.

Ifaħħar ir-rapportar kontinwu tal-Impriża Konġunta, mill-2018 ’l hawn, dwar il-kontribut tagħha għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, u, b’mod partikolari, dwar il-kontribut tagħha għat-tnaqqis tal-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tat-trasport ferrovjarju;

13.

Jinnota li sa tmiem l-2020, il-Programm Shift2Rail laħaq stadji importanti ewlenin f’termini ta’ implimentazzjoni peress li kważi r-riżorsi kollha tal-Impriża Konġunta huma impenjati għall-attivitajiet tal-Programm Shift2Rail, u mill-inqas 60 % tal-Programm Shift2Rail twettaq bil-ħsieb li jintlaħqu d-dimostrazzjonijiet operattivi TRL6/7 li huma ppjanati li jiġu konklużi matul l-2023;

14.

Jinnota li huwa stmat li l-valur totali tal-attivitajiet imwettqa fl-2020 jammonta għal EUR 119,4-il miljun (li minnhom EUR 110,3 miljuni ġew imwettqa mill-membri apparti l-Unjoni);

15.

Jinnota li l-attivitajiet attwali tal-Impriża Konġunta qed jimxu ’l quddiem lejn id-dimostrazzjonijiet tagħhom fl-2022 u fl-2023 u dan se jiżgura eliminazzjoni gradwali u introduzzjoni gradwali xierqa bejn żewġ Programmi fis-suċċessur ta’ Shift2Rail, l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea; jinnota li d-dimostraturi teknoloġiċi tal-Impriża Konġunta huma l-elementi kostitwenti ta’ trasformazzjoni ferrovjarja aktar sistemika li hija mmexxija b’mod strateġiku mill-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-Kummissjoni, mill-Aġenda tad-Diġitalizzazzjoni u aktar reċentement mill-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti; jinnota li matul ir-rebbiegħa tal-2020, l-Impriża Konġunta appoġġjat aktar l-iżvilupp tad-Dokument ta’ Livell Għoli dwar is-suċċessur ta’ Shift2Rail l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (EU-Rail) u wara s-sottomissjoni tal-ewwel verżjoni tad-Dokument ta’ Livell Għoli f’Diċembru 2019, l-Impriża Konġunta kompliet il-koordinazzjoni tad-diversi inputs fl-ewwel nofs tal-2020; jinnota li matul Awwissu 2020, il-Kummissjoni varat l-istedina tagħha għall-entitajiet biex juru interess li jsiru membru fundatur kandidat tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea;

16.

Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tiżviluppa, tintegra, turi u tivvalida teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi sabiex tneħħi l-ostakli tekniċi li fadal li jżommu lis-settur ferrovjarju lura f’termini ta’ interoperabbiltà, implimentazzjoni u effiċjenza tal-prodotti, u tnaqqas l-esternalitajiet negattivi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati tal-katina tal-valur ferrovjarja kollha b’mod partikolari l-SMEs, iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija kif ukoll l-universitajiet;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar is-sinerġiji bejn is-sħubija l-ġdida u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament eżistenti u li jsir użu sħiħ mill-opportunitajiet għal proġetti ffinanzjati taħt programmi tal-Unjoni bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Pjan Ewropa Diġitali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, kif ukoll InvestEU;

18.

Jinnota li, fir-rapport annwali tal-attività tal-2020 tal-Impriża Konġunta, rigward il-bilanċ bejn il-ġeneri f’dak li għandu x’jaqsam mal-indikaturi għall-monitoraġġ tal-programm Orizzont 2020 għal dik is-sena l-Impriża Konġunta kellha l-istess perċentwal ta’ nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija bħas-sena ta’ qabel, jiġifieri 16 %, filwaqt li kienu jirrappreżentaw 33 % tar-rappreżentanti tal-Impriża Konġunta u 33 % tal-Kumitat Xjentifiku; jiddispjaċih li l-perċentwal ta’ nisa baqa’ l-istess meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, jiġifieri l-2019;

19.

Jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-impjegati; jilqa’ pożittivament il-fatt li l-Impriża Konġunta wettqet stħarriġ tal-persunal għall-ewwel darba u li tfassal pjan ta’ azzjoni, li inkluda l-istabbiliment ta’ “programm ta’ taħriġ dwar il-benessri” biex il-persunal jingħata appoġġ matul il-pandemija tal-COVID-19; jitlob lill-maniġment jiżgura li jkun hemm fis-seħħ strutturi ta’ appoġġ xierqa għall-benessri psikoloġiku tal-persunal;

Persunal u akkwist

20.

Jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2020, b’kont meħud tar-reklutaġġ eċċezzjonali ta’ aġent kuntrattwali temporanju biex jissostitwixxi aġent temporanju, imtlew 24 pożizzjoni, li jinkludu 2 esperti nazzjonali sekondati, 5 aġenti temporanji, u 16-il aġent kuntrattwali skont it-tabella tal-persunal; jinnota li għall-ewwel sena l-Impriża Konġunta wettqet stħarriġ tal-persunal bl-għan li tkejjel l-involviment tal-persunal u li timmonitorja sa fejn il-qafas ta’ kontroll intern predefinit tal-Impriża Konġunta kien diġà inkorporat fl-imġiba tal-persunal;

21.

Jinnota li fl-2020, fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u sa fejn possibbli, l-Impriża Konġunta għamlet użu mill-Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u l-Aġenziji tal-Unjoni (ICT, taħriġ, pagi, missjoni, rimborżi tal-esperti, persunal interim, eċċ.) u pparteċipat f’kuntratti qafas interistituzzjonali (eż.: IT, awditjar, għamara għall-uffiċċji, assigurazzjoni, servizzi tar-riżorsi umani) billi ffirmat Memoranda ta’ Qbil, u barra minn hekk, l-Impriża Konġunta mexxiet jew ħadet sehem f’kuntratti qafas bejn Impriżi Konġunti (eż.: servizzi tal-IT u tal-protezzjoni tad-data), ukoll bl-objettiv li jittejbu s-sinerġiji; jinnota, barra minn hekk, li fl-2020, l-Impriża Konġunta varat l-ewwel sejħa tagħha għal Premju, taħt il-programm Orizzont 2020;

Awditu Intern

22.

Jinnota li fl-2019, is-servizz tal-awditjar intern wettaq awditu dwar il-proċess tal-għotjiet, u li matul l-2020, l-Impriża Konġunta ħadet miżuri abbażi tal-pjan ta’ azzjoni tagħha biex timplimenta l-erba’ rakkomandazzjonijiet importanti li tqajmu mill-awdituri; jinnota, barra minn hekk, li f’Ottubru 2020, is-servizz tal-awditjar intern ikkonferma, abbażi ta’ dokumentazzjoni addizzjonali, li qies li l-ewwel tliet rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati u li f’Jannar 2021 huwa qies li r-rakkomandazzjonijiet kollha kienu implimentati;

23.

Jinnota, barra minn hekk, li fl-2020, is-servizz tal-awditjar intern wettaq valutazzjoni tar-riskju fil-fond fl-Impriża Konġunta biex jiżviluppa pjan strateġiku ġdid tal-awditjar intern li jkopri l-perjodu 2021-2023;

Kontrolli interni

24.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li fl-2020 l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta’ kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, u li l-Impriża Konġunta implimentat l-qafas ta’ kontroll intern (ICF) tal-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll intern; jinnota, barra minn hekk, li għall-awtovalutazzjoni annwali u għall-monitoraġġ tal-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll meħtieġa mill-ICF, l-Impriża Konġunta żviluppat indikaturi rilevanti għall-prinċipji kollha ta’ kontroll intern u għall-karatteristiċi relatati kollha;

25.

Jinnota li d-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija Nru 7/2018 li tadotta r-regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, li hija applikabbli għall-korpi tal-Impriża Konġunta, tirrikjedi li s-CVs aġġornati u d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitt ta’ interess tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta; jinnota mir-rapport tal-Qorti li peress li ftit biss mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija ppreżentaw l-informazzjoni kif xieraq, l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet tal-kunflitt ta’ interess ma setgħet tiġi ppubblikata u nofs is-CVs biss setgħu jiġu ppubblikati sa tmiem l-2020; jinnota, mir-risposta tal-Impriża Konġunta, li l-Impriża Konġunta fakkret diversi drabi lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija biex jissottomettu d-dikjarazzjonijiet nieqsa tal-kunflitt ta’ interess, li f’Ġunju 2021, 28 % tas-CVs u tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess kienu għadhom neqsin (12 minn 43 rappreżentant attiv attwali), u li ġie ppreżentat rapport dwar l-istatus lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija li spjega li kwalunkwe membru li ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti f’termini ta’ dikjarazzjoni dwar il-kunflitt ta’ interess u s-CV jitqies de facto f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess, li twassal għall-esklużjoni mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kull żvilupp f’dan ir-rigward;

26.

Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, is-Servizz tal-Awditjar Komuni tal-Kummissjoni (CAS) huwa responsabbli għall-awditu ex post tal-pagamenti tal-programm Orizzont 2020 magħmula mill-Impriża Konġunta u li, abbażi tar-riżultati tal-awditu ex post disponibbli fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta rrapportat rata ta’ żball rappreżentattiva ta’ 2,9 % u rata ta’ żball residwu ta’ 1,99 % għall-proġetti tal-programm Orizzont 2020 (ikklirjar u pagamenti finali); jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-programm Orizzont 2020 li l-għan aħħari għal-livell ta’ żball residwu fl-għeluq tal-programmi, wara li jkun tqies l-impatt finanzjarju tal-awditi u l-miżuri ta’ korrezzjoni u ta’ rkupru kollha, huwa li jinkiseb livell kemm jista’ jkun qrib it-2 %;

27.

Jinnota li fl-2020, l-Impriża Konġunta vvalutat l-attivitajiet tagħha ta’ riċerka u innovazzjoni permezz tat-tielet eżerċizzju ta’ kontroll li kkunsidra r-riżultati tanġibbli u r-rapporti ppreżentati fil-kuntest tar-rieżami annwali tal-proġetti attivi kkoordinati mill-membri l-oħra, filwaqt li żgura wkoll, permezz ta’ dan il-proċess, li r-rakkomandazzjoni li saret matul il-valutazzjoni preċedenti ta’ kontroll ġiet applikata kif suppost;

28.

Jinnota li l-Impriża Konġunta kompliet timplimenta l-Istrateġija Shift2Rail Kontra l-Frodi 2017-2020, strateġija mfassla apposta kontra l-frodi li tikkomplementa l-programm Orizzont 2020 u li, f’konformità ma’ dak, jintużaw ħames indikaturi biex jirrapportaw dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ prevenzjoni u ta’ identifikazzjoni tal-frodi, u li l-pjan ta’ azzjoni relatat għall-implimentazzjoni tal-istrateġija jkopri l-istadji differenti taċ-ċiklu ta’ kontra l-frodi (miżuri ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni, investigazzjoni u korrettivi); jinnota, barra minn hekk, li matul l-2020, is-sensibilizzazzjoni dwar il-frodi u r-riskji ta’ frodi kienu koperti permezz tal-istħarriġ tal-persunal, imwettaq wara l-adozzjoni ta’ qafas ta’ kontroll intern rivedut, u l-valutazzjoni tar-riskju rispettivament;

29.

Jinnota li l-Qorti, bħala parti mill-kontrolli tal-pagamenti operattivi, awditjat pagamenti tal-programm Orizzont 2020 li saru fl-2020, li ġew ikkampjunati b’mod aleatorju, fil-livell tal-benefiċjarji finali biex jikkorroboraw ir-rati ta’ żball tal-awditjar ex post u li f’każ partikolari l-awditi dettaljati żvelaw żball sistemiku minħabba l-użu ta’ metodu ħażin għall-kalkolu tal-kostijiet tal-persunal iddikjarati u, f’każ ieħor, dgħufija sistemika ta’ kontroll mhux kwantifikabbli relatata man-nuqqas tal-proċedura ta’ validazzjoni tal-benefiċjarju għas-sigħat iddikjarati bħala maħduma fuq il-proġett; jinnota r-risposta tal-Impriża Konġunta li, fir-rigward tas-sejba dwar in-nuqqas tal-proċedura ta’ validazzjoni tal-benefiċjarju għas-sigħat iddikjarati, identifikata f’rapport ta’ awditjar ex post imwettaq mis-SAK fi tmiem l-2020, aġġustamenti finanzjarji ma kinux meħtieġa, u li dan ir-rapport ikkonkluda li, b’mod ġenerali, is-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tal-benefiċjarju kienet affidabbli, u li l-benefiċjarju kkonferma li kien se jiġi implimentat titjib fis-sistema ta’ validazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-ħin; jappella lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar żviluppi f’dan ir-rigward.

30.

Jenfasizza li, fir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, il-Qorti sabet żbalji sistemiċi persistenti fl-ispejjeż tal-persunal iddikjarati mill-benefiċjarji, b’mod partikolari min-naħa tal-SMEs u ta’ benefiċjarji ġodda; jinnota li żbalji bħal dawn ġew irrapportati regolarment ukoll fl-awditi ex post tas-Servizz tal-Awditjar Komuni u tal-awdituri kkuntrattati tiegħu; jevidenzja li, fil-paġna 39 ta’ dan ir-rapport, il-Qorti tiddikjara li s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-programm Orizzont 2020 għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal u l-użu usa’ ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati hija prekundizzjoni għal programmi qafas ta’ riċerka futuri, sabiex ir-rati ta’ żball jiġu stabbilizzati għal taħt il-livell ta’ materjalità; jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta ssaħħaħ is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha peress li l-SMEs u l-benefiċjarji ġodda huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji;

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/506


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1836 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (issa l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0112/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20. Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59817

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(4)  ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

(5)  ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/508


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1837 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0107/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (5)

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2022),

 

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2020;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1.

(5)  ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/510


RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1838 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2022),

A.

billi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fl-2018 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 (1) għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2026 bil-missjoni li tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni infrastruttura integrata tas-supercomputing u tad-data ta’ klassi dinjija u li tiżviluppa u tappoġġja ekosistema kompetittiva u innovattiva ħafna ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja;

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu fit-23 ta’ Settembru 2020;

C.

billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta skont ir-Regolament (UE) 2018/1488 huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, pajjiżi li huma membri tal-Impriża Konġunta (l-“Istati Parteċipanti”) u l-assoċjazzjonijiet privati li huma membri tal-Impriża Konġunta (irrappreżentati mill-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (ETP4HPC) u l-Big Data Value Associations, (BDVA)) (il-“Membri Privati”);

D.

billi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta skont ir-Regolament (UE) 2018/1488, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, hija ta’ EUR 486 000 000, li tinkludi massimu ta’ EUR 386 000 000 minn Orizzont 2020, inklużi mill-inqas EUR 10 000 000 għal kostijiet amministrattivi, u massimu ta’ EUR 100 000 000 mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; billi l-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta ta’ mill-inqas EUR 10 000 000 u barra minn hekk għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-kostijiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta li tkun proporzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni (EUR 486 000 000); billi hija prevista kontribuzzjoni ta’ mill-inqas EUR 476 000 000 mill-Istati Parteċipanti għall-kostijiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta; billi l-Membri privati għandhom jagħmlu, jew jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom jagħmlu, kontribuzzjonijiet ta’ mill-inqas EUR 422 000 000 lill-Impriża Konġunta, inklużi EUR 2 000 000 għall-kostijiet amministrattivi; billi skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 kontribuzzjoni għall-kostijiet amministrattivi mill-Unjoni għandha tingħata bil-quddiem biex tkopri l-kostijiet operazzjonali sal-2023 biss; billi l-Istati Parteċipanti u l-Membri privati għandhom ikopru l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta b’mod sħiħ mill-2024;

Aspetti ġenerali

1.

Jinnota li fit-18 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni pproponiet regolament ġdid tal-Kunsill li jippermetti lill-Impriża Konġunta tkompli tiżviluppa computing ta’ prestazzjoni għolja fl-Ewropa għad-deċennju li jmiss fil-kuntest tal-qafas finanzjarju plurinennali 2021-2027 li għadu kif ġie adottat; jinnota li dan irriżulta fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 (2); jinnota, barra minn hekk, li fl-2020, il-BDVA biddlet isimha għal Data, AI and Robotics (DAIRO);

2.

Jinnota li l-migrazzjoni tas-sistema kontabilistika seħħet f’Settembru 2020, u l-Kummissjoni ttrasferiet fondi f’Ottubru 2020, u li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni nħatar bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Impriża Konġunta f’Ġunju 2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali tal-2020 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

4.

Jinnota li fi tmiem l-2020, il-kontribuzzjonijiet magħmula kienu jinkludu total ta’ EUR 190 919 000 fi flus kontanti mill-Unjoni, inklużi EUR 188 549 000 għall-kostijiet operazzjonali u EUR 2 370 000 għall-kostijiet amministrattivi; jinnota, barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Parteċipanti fl-aħħar tal-2020 ta’ EUR 28 862 000; jinnota li EUR 12 296 000 ta’ kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mhux imħallsa relatati mal-2020 li għalihom inħarġet ordni ta’ rkupru iżda li għadhom ma ġewx imsarrfa huma inklużi wkoll taħt il-kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-kostijiet operazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2020 ma kien hemm l-ebda kontribuzzjoni in natura vvalidata għal attivitajiet operazzjonali minn Stati Parteċipanti jew minn Membri Privati;

5.

Jinnota li l-baġit totali disponibbli tal-Impriża Konġunta, li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid fis-snin preċedenti, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena sussegwenti, għas-sena finanzjarja 2020 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 509 075 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 181 489 000; jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 95,5 % u 22,5 % rispettivament għall-proġetti ta’ Orizzont 2020, u li l-livell baxx ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa parzjalment spjegat mill-fatt li l-Kummissjoni ttrasferiet il-baġit annwali sħiħ tal-pagamenti għall-Impriża Konġunta meta din kisbet l-awtonomija finanzjarja tagħha fit-23 ta’ Settembru 2020;

6.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li d-dewmien fir-reklutaġġ ta’ persunal ewlieni flimkien mal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-kostijiet ippjanati għall-IT, il-komunikazzjoni, il-missjonijiet, il-laqgħat, l-avvenimenti u servizzi oħra, naqqsu b’mod sinifikanti r-rati ta’ implimentazzjoni għall-baġit tal-pagamenti amministrattivi, li jirrappreżentaw madwar 1,5 % tal-baġit totali disponibbli, għal 16,5 % fl-aħħar tal-2020; jinnota li l-Impriża Konġunta ma użatx l-approprjazzjonijiet ta’ impenn kollha fuq l-amministrazzjoni u li 29 % biss skont it-Titolu 1 kienu impenjati, u li 19 % biss skont it-Titolu 2 kienu impenjati minħabba l-pandemija u l-fatt li l-Impriża Konġunta saret awtonoma f’Settembru 2020;

7.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għall-2020, il-baġit tal-pagamenti operazzjonali tal-Impriża Konġunta kien ippjanat għall-prefinanzjament relatat mal-akkwiżizzjoni tat-tliet prekursuri ta’ supercomputers fuq skala eksa u ħames supercomputers fuq skala peta (PetaSC) għal ammont ta’ EUR 134 874 000 u għal sejħiet għal proposti kompluti għal ammont ta’ EUR 44 052 000; jinnota li fi tmiem l-2020, il-pagamenti ta’ prefinanzjament setgħu jsiru biss għall-kuntratti ffirmati relatati ma’ prekursur tal-kompjuters fuq skala eksa (Leonardo) u PetaSC, li jammontaw għal EUR 34 288 000, u għal ftehimiet ta’ għotja ffirmati, li jammontaw għal EUR 6 083 000, u li dan irriżulta f’rata baxxa ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali ta’ 22,6 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

Akkwist u Persunal

8.

Jinnota li fi tmiem l-2020, tlestew total ta’ 11-il reklutaġġ, inkluż id-direttur eżekuttiv, u l-persunal magħżul qed jaħdem għall-Impriża Konġunta; jinnota mir-rapport tal-Qorti li peress li l-ħtieġa ta’ persunal amministrattiv ewlieni għad trid tiġi indirizzata, din tippreżenta riskji f’termini ta’ dgħufijiet fil-ġestjoni finanzjarja, baġitarja u tal-persunal, u fil-proċessi ta’ kontroll intern għall-pagamenti operazzjonali u l-kontribuzzjonijiet in natura, u li l-proporzjon għoli ta’ persunal kuntrattwali (74 %) jista’ jirriżulta f’livell sinifikanti ta’ dawran tal-persunal fil-futur qrib, li jkompli jżid ir-riskji għas-sistemi ta’ ġestjoni tagħha; jirrimarka li dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħaż-żamma ta’ kompetenzi ewlenin, kanali tal-obbligu ta’ rendikont mhux ċari, u effiċjenza aktar baxxa tal-persunal. jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura għand l-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward;

9.

Jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti, li l-Qorti tqis li l-Impriża Konġunta bħalissa għandha nuqqas ta’ persunal meta wieħed iqis l-ammont ta’ xogħol attwali tagħha ta’ proċessi amministrattivi u operazzjonali u l-ewwel attivitajiet importanti tagħha, u li matul l-istruttura organizzazzjonali tal-2020, l-Impriża Konġunta kkonċentrat l-aktar fuq li tiżgura l-proċessi u l-kompiti operazzjonali ewlenin, iżda skont it-tabella tal-persunal miftiehma ma setgħetx tirrekluta persunal ewlieni amministrattiv, b’mod partikolari, il-kap tal-amministrazzjoni u tal-finanzi u l-maniġer tal-kontroll intern u tal-koordinazzjoni tal-awditjar; jinnota mir-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta li hekk kif l-Impriża Konġunta saret awtonoma, ir-reklutaġġ għall-uffiċjali tal-baġit u tal-kontabilità, l-uffiċjal legali u l-uffiċjal tar-riżorsi umani beda fi tmiem l-2020 u t-tliet membri tal-persunal ikkonċernati bdew jaqdu l-funzjonijiet tagħhom fl-2021;

10.

Jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-impjegati, speċjalment meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ għajxien differenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ispazju għall-uffiċċji u l-effetti possibbli tal-iżolament; jitlob lill-Impriża Konġunta tiffoka fuq il-benesseri tal-impjegati, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jitlob lill-maniġment tal-Impriża Konġunta jiżgura li jkun hemm fis-seħħ strutturi ta’ appoġġ xierqa biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal;

11.

Jinnota li s-sejħiet għal tmien supercomputers (tliet prekursuri fuq skala eksa u ħamsa fuq skala peta) tnedew fl-2019 u ġew evalwati matul l-2020; jinnota li wara li bdiet il-ħidma awtonoma tagħha, l-Impriża Konġunta ffirmat kuntratti għal sitt kompjuters ta’ prestazzjoni għolja, b’mod aktar preċiż erba’ kuntratti għal supercomputers fuq skala peta (MeluXina, Euro-IT4I/Karolina, VEGA u PetaSC/Discoverer) u żewġ prekursuri għal supercomputers fuq skala eksa (Leonardo u LUMI);

12.

Jinnota li l-Impriża Konġunta ġiet innotifikata formalment li bejjiegħ ressaq appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta tad-29 ta’ Settembru 2020, dwar proċedura għall-akkwist, il-kunsinna, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-hardware u tas-software ta’ prekursuri għal supercomputers fuq skala eksa; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward;

Prestazzjoni

13.

Jinnota t-tliet objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta fl-2020, jiġifieri l-kisba tal-awtonomija, l-implimentazzjoni tas-sejħiet għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-2020, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet infrastrutturali;

14.

Jinnota li fl-2019 żewġ sejħiet (“Lejn Teknoloġiji u Applikazzjonijiet fuq Skala Estrema” u “L-Innovazzjoni u t-Twessigħ tal-bażi tal-użu u tal-ħiliet tal-HPC”), u żewġ sejħiet fl-2020 (“Proġetti pilota avvanzati lejn is-supercomputers Ewropej u Proġett pilota dwar simulatur kwantistiku” u “Qafas ta’ Ftehim ta’ Sħubija fit-teknoloġiji Ewropej ta’ mikroproċessuri b’konsum baxx ta’ enerġija (Fażi 2)”) tnedew skont il-Pjan ta’ Ħidma Annwali rispettiv;

15.

Jilqa’ l-fatt li, kif enfasizzat fir-rapport annwali tal-attività 2020 tal-Impriża Konġunta, minn total ta’ 37 espert, 43 % kienu nisa, 57 % kienu rġiel, ġejjin minn 23 pajjiż differenti; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli żżomm dan il-livell ta’ bilanċ bejn il-ġeneri;

16.

Jinnota li fl-2020 xi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) ġenerali ta’ Orizzont 2020 biss jidhru fir-Rapport Annwali tal-Attività 2020 u li l-KPIs finali tal-Impriża Konġunta għal Orizzont Ewropa se jiġu aġġornati f’konformità mar-Regolament rivedut dwar l-Impriża Konġunta adottat f’Awwissu 2021; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

Kontroll intern

17.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta’ kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq analiżijiet finanzjarji u operazzjonali mhux fuq il-post, u li fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta implimentat il-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll intern, fil-biċċa l-kbira, u li madankollu, għall-prinċipji ta’ kontroll relatati mal-valutazzjoni tar-riskju, u l-attivitajiet ta’ kontroll u monitoraġġ, xorta waħda jeħtieġ li tlesti diversi azzjonijiet; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward;

18.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta la kienet żviluppat proċeduri affidabbli għall-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura ddikjarati mill-Istati Parteċipanti u mill-Membri privati tagħha, u lanqas ma kienet stabbiliet proċedura ta’ kontabilistika xierqa għar-rikonoxximent ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet in natura; jenfasizza l-fatt li din is-sitwazzjoni timpedixxi l-kapaċità tal-Impriża Konġunta li timmaniġġja, timmonitorja u tirrapporta dwar il-kisba tal-livell minimu ta’ kontribuzzjonijiet in natura li għandhom isiru mill-Istati Parteċipanti u l-Membri privati; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-istrateġija ta’ kontra l-frodi

19.

Jinnota li l-Impriża Konġunta żviluppat sett komprensiv ta’ regoli u proċeduri sabiex tipprovdi lill-membri tal-persunal tagħha b’qafas ċar għall-ħidma tagħhom u li dawk ir-regoli huma applikabbli fl-istruttura ta’ governanza sħiħa tagħha.

20.

Jinnota li l-bord ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta u se jimplimenta l-istrateġija komuni kontra l-frodi fil-qasam tar-riċerka skont id-deċiżjoni tagħha Nru 7/2021.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew (ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3).


5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/514


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1839 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta’ Mejju 2022

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06005/2022 — C9-0107/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (5)

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2022),

 

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 

Il-President

Roberta METSOLA

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(2)  ĠU C 458, 12.11.2021, p. 20.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1.

(5)  ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3.

(6)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)  ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16.