ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 176

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
1 ta' Lulju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1089 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1090 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1092 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett Innovazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1093 tat-30 ta’ Ġunju 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova

22

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1094 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603, u mill-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 4333)  ( 1 )

26

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1095 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi biex jiġu awtorizzati ċerti derogi nazzjonali (notifikata bid-dokument C(2022) 4302)  ( 1 )

33

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1096 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Korea maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

64

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1097 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

67

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1098 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Kosovo maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

70

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1099 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Renju tal-Bahrain maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

73

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1100 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

76

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 1/2022 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tad-19 ta’ Ġunju 2022 dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 [2022/1101]

79

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2022 biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2022/1102]

88

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1089

tas-27 ta’ Ġunju 2022

dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni 2011/901/UE (2), approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ GALILEO u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra (3)(“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fil-Kastell ta’ Dromoland, l-Irlanda, fis-26 ta’ Ġunju 2004, u daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2011.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 20(5) tal-Ftehim, il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal 10 snin; u, tal-inqas tliet xhur qabel l-għeluq tal-perijodu inizjali ta’ 10 snin, il-Partijiet għandhom jinformaw lil xulxin dwar l-intenzjoni tagħhom li jestendu l-Ftehim għal-perijodu ta’ 5 snin. Il-Ftehim skada fil-11 ta’ Diċembru 2021.

(3)

Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jestendu l-Ftehim għal perijodu addizzjonali ta’ 5 snin mingħajr ebda emenda tal-Ftehim. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-Ftehim, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li tapplika mit-12 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Peress li l-Unjoni għandha l-kompetenza li testendi l-Ftehim waħedha, jenħtieġ li l-Istati Uniti tal-Amerka jiġu nnotifikati li, mid-data tal-estensjoni, l-Unjoni ser tiżgura r-rispett tal-obbligi kollha skont il-Ftehim fir-rigward tal-Istati Uniti tal-Amerka.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-estensjoni tal-Ftehim tiġi approvata f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra għal perijodu addizzjonali ta’ 5 snin huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għall-estensjoni tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 20(5) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika li ġejja:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data qed teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.

Mid-data tal-estensjoni, l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura r-rispett tal-obbligi kollha skont il-Ftehim fir-rigward tal-Istati Uniti tal-Amerka.”.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mit-12 ta’ Diċembru 2021.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  Kunsens tas-7 ta’ Ġunju 2022 (mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/901/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra (ĠU L 348, 31.12.2011, p. 1).

(3)  Il-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita ta’ Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerka, min-naħa l-oħra (ĠU L 348, 31.12.2011, p. 3).


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1090

tas-27 ta’ Ġunju 2022

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 88 u l-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi li huwa possibbli li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tittrasferixxi data personali lil awtorità ta’ pajjiż terz, fost l-oħrajn, abbażi ta’ ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE), li jipprovdi salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi.

(2)

Fit-13 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ New Zealand għal ftehim dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Europol u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

(3)

In-negozjati dwar il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta’ New Zealand għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (il-“Ftehim”) ġew konklużi b’suċċess u ġew segwiti mill-iskambju tat-test inizjalat tal-Ftehim, li wasal fit-3 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Il-Ftehim jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust rikonoxxuti fl-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), rispettivament.

(5)

Il-Ftehim ma jaffettwax, u huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment ta’ data personali jew forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali.

(6)

L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2016/794 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-Opinjoni tiegħu 11/2022 fl-10 ta’ Ġunju 2022.

(9)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (il-“Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim. (3)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(2)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

(3)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1091

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (1) jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 jistabbilixxi qabda totali permissibbli proviżorja (TAC) għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjoni 3a tal-ICES (Kattegat/Skagerrak), sakemm jiġi ppubblikat il-parir xjentifiku rilevanti pprovdut mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), li huwa ppubblika fid-9 ta' Mejju 2022. F'konformità mar-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Unjoni u n-Norveġja għal Skagerrak għall-2022, l-Unjoni kellha konsultazzjonijiet bilaterali man-Norveġja dwar il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd definittivi għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant għall-2022. L-Unjoni u n-Norveġja qablu dwar TACta' 7 712-il tunnellata fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant, li minnhom 5 398 tunnellata għandhom jiġu allokati lid-diviżjoni 3a tal-ICES.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 jistabbilixxi TACs żero proviżorji għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fid-diviżjonijiet 3a tal-ICES (Kattegat/Skagerrak), 2a tal-ICES (il-Baħar Norveġiż) u fis-subżona 4 tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana) għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023, sakemm jiġi ppubblikat il-parir xjentifiku rilevanti pprovdut mill-ICES, li ppubblika fid-9 ta' Mejju 2022. F'konformità mar-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Unjoni, in-Norveġja u r-Renju Unit għall-2022, l-Unjoni kellha konsultazzjonijiet trilaterali man-Norveġja u r-Renju Unit dwar il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd definittivi għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 3a, 2a u s-subżona 4 tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023. L-Unjoni, in-Norveġja u r-Renju Unit qablu dwar TAC ta' 12 570 tunnellata għad-diviżjoni 3a tal-ICES, u ta' 56 120 tunnellata għad-diviżjoni 2a u s-subżona 4 tal-ICES.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 jistabbilixxi TAC ta' 550 tunnellata għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES (il-Kanal Ingliż) mill-1 ta' Jannar 2022 sat-30 ta' Ġunju 2022. Għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023, l-ICES ippubblika l-parir xjentifiku tiegħu fid-9 ta' Mejju 2022. F'konformità mar-Rekord bil-Miktub tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għall-2022, l-Unjoni kellha konsultazzjonijiet bilaterali mar-Renju Unit dwar il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu dwar TAC ta' 9 200 tunnellata għad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 stabbilixxa għal żero t-TAC għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għad-diviżjoni 34.1.1 tal-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023, sa ma jingħata l-parir xjentifiku għal dak il-perjodu. L-ICES ser joħroġ il-parir tiegħu għal dak l-istokk f'Ġunju 2022. Sabiex ikun żgurat li l-attività tas-sajd tkun tista’ titkompla sa ma tiġi stabbilita t-TAC definittiva abbażi tal-aħħar parir xjentifiku, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC proviżorja ta' 10 061 tunnellata għal Lulju, għal Awwissu u għal Settembru 2022, abbażi tal-qabdiet li saru fl-aħħar tliet xhur tal-2021.

(6)

Saret laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku dwar l-alonga tal-Mediterran fid-9 u l-10 ta' Frar 2022. F’dik il-laqgħa ġie miftiehem li dawk il-Partijiet Kontraenti u l-Partijiet Mhux Kontraenti Li Jikkooperaw li kienu qablu mal-iskema ta' allokazzjoni adottata fil-laqgħa jippreżentaw rapporti ta' kull xahar dwar il-qbid għas-sajd immirat għall-alonga tal-Mediterran (Thunnus alalunga) u rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-qabdiet inċidentali ta' din l-ispeċi. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati kodiċijiet apposta li jintużaw mill-Istati Membri meta jirrappurtaw dawk il-qabdiet.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 implimenta fid-dritt tal-Unjoni l-limiti ta' qbid riveduti għat-tonna safra (Thunnus albacares) fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan. Il-limiti ta’ qbid riveduti skont ir-riżoluzzjoni tal-IOTC 2021/01 ma għadhomx limitati għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u issa jinkludu l-irkaptu kollu involut fis-sajd għat-tonna safra. Billi, sal-aħħar tal-2021, ma kienx intlaħaq qbil fost l-Istati Membri kkonċernati dwar l-aktar mod xieraq biex jiġu kondiviżi l-limiti ta’ qbid riveduti għal dawn l-opportunitajiet tas-sajd, ir-Regolament (UE) 2022/109 attribwixxa lill-Istati Membri porzjon inizjali (50 %) tas-sehem tal-Unjoni għat-tonna safra fiż-żona tal-IOTC għall-2022, bħala soluzzjoni proviżorja għall-ewwel nofs tal-2022. Minħabba l-ħtieġa li jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni għat-tonna safra fiż-Żona ta’ Kompetenza tal-IOTC lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jinqabdu mill-flotta tas-sajd tal-Unjoni fl-2022, huwa neċessarju li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni finali ta’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd li altrimenti ma jkunux jistgħu jinqabdu. Billi ammont żgħir ta’ tonn isfar jinqabad bħala qabda aċċessorja mill-flotta tas-sajd bil-konzijiet tal-Portugall, ġie maqbul li huwa xieraq li jiġu allokati 100 tunnellata lill-Portugall għal dawk il-qabdiet aċċessorji. Filwaqt li jitqies li l-qabdiet b’irkaptu ieħor minbarra bil-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jirrappreżentaw parti limitata ħafna tal-qabdiet globali, huwa xieraq li dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-100 tunnellata, f’konformità mal-koeffiċjent tal-allokazzjoni li kien jeżisti qabel għat-TAC għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/109 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-limiti ta' qbid previsti fir-Regolament (UE) 2022/109 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-limiti ta' qbid, japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu jew għadhom ma ġewx eżawriti. Minħabba l-urġenza biex jiġu evitati interruzzjonijiet fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109

Ir-Regolament (UE) 2022/109 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta' Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (UE) 2022/109 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness IA:

(a)

fil-Parti A, dwar l-istokkijiet awtonomi tal-Unjoni, l-ewwel tabella hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

(ANE/9/3411)

Spanja

 

4 812

(1)

TAC prekawzjonarja

Il-Portugall

 

5 249

(1)

L-Unjoni

 

10 061

(1)

TAC

 

10 061

(1)

(1)

Il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Settembru 2022.”

(b)

Fil-Parti B, dwar l-istokkijiet kondiviżi, it-tabelli għall-istokkijiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti b'dan li ġej:

(i)

it-tabella għall-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03A.)

Id-Danimarka

 

1 874

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika”

L-Iżvezja

 

1 009

 

L-Unjoni

 

2 883

 

TAC

 

5 398

 

(ii)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

3a

(SPR/03A.)

Id-Danimarka

 

8 422

(1)(2)(3)

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

18

(1)(2)(3)

L-Iżvezja

 

3 187

(1)(2)(3)

L-Unjoni

 

11 627

(1)(2)(3)

TAC

 

12 570

(2)

(1)

Sa 5 % tal-kwota tista' tikkonsisti f'qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*03A.). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(2)

Din il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023.

(3)

Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni ta' 2a u ta' 4. Madankollu, il-Kummissjoni u r-Renju Unit għandhom ikunu notifikati minn qabel bit-tali trasferimenti.”

(iii)

it-tabella għall-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 u fl-ilmijiet tar-Renju Unit fid-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni ta' 4; L-ilmijiet tar-Renju Unit ta' 2a

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

 

633

(1)(2)

TAC analitika

Id-Danimarka

 

50 114

(1)(2)

Il-Ġermanja

 

633

(1)(2)

Franza

 

633

(1)(2)

In-Netherlands

 

633

(1)(2)

L-Iżvezja

 

1 330

(1)(2)(3)

L-Unjoni

 

53 976

(1)(2)

In-Norveġja

 

0

(1)

Il-Gżejjer Faeroe

 

0

(1)(4)

Ir-Renju Unit

 

2 144

(1)

TAC

 

56 120

(1)

(1)

Il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023.

(2)

Sa 2 % tal-kwota tista' tikkonsisti f'qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(3)

Inkluż iċ-ċiċċirell.

(4)

Din il-kwota jista' jkun fiha sa 4 % ta' qabdiet aċċessorji tal-aringa.”

(iv)

tiżdied it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd li ġejja għal-laċċa kaħla fiż-żoni 7d u 7e għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023:

“Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

7d u 7e

(SPR/7DE.2)

Il-Belġju

 

25

(1)

TAC analitika

Id-Danimarka

 

1 601

(1)

Il-Ġermanja

 

25

(1)

Franza

 

345

(1)

In-Netherlands

 

345

(1)

L-Unjoni

 

2 341

(1)

Ir-Renju Unit

 

6 859

(1)

TAC

 

9 200

(1)

(1)

Il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023.”

(2)

Fl-Anness ID, għat-tabella tal-alonga tal-Mediterran (ALB/MED), fir-ringiela għat-TAC finali, tiżdied it-tielet nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

"(3)

Kondizzjoni speċjali: qabdiet aċċessorji tal-alonga tal-Mediterran għandhom jinqatgħu minn din il-kwota, iżda għandhom jiġu rrappurtati separatament (ALB/MED-BC)."

(3)

L-Anness IJ huwa sostitwit b’dan li ġej:

"ANNESS IJ

IŻ-ŻONA TA' KOMPETENZA TAL-IOTC

Il-qabdiet tat-tonn isfar (Thunnus albacares) mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta' qbid stabbiliti f'dan l-Anness.

Speċi:

Tonna safra

Thunnus albacares

Żona:

Iż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC

(YFT/IOTC)

Franza

 

27 736

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Italja

 

2 367

 

Spanja

 

42 943

 

Il-Portugall

 

100

(1)

L-Unjoni

 

73 146

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1092

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “Innovazzjoni” skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti ġuridiċi fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tipproduċi u tibgħat lill-Kummissjoni kull sena kalendarja, skont l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2152, data dwar is-suġġett “Innovazzjoni”, kif elenkat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, li tkun komparabbli bejn l-Istati Membri, u biex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tas-suġġett “Innovazzjoni” abbażi ta’ kunċetti armonizzati, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-varjabbli, l-unità tal-kejl, il-popolazzjoni tal-istatistika, klassifikazzjonijiet u diżaggregazzjonijiet, l-użu ta’ approssimazzjonijiet u rekwiżiti tal-kwalità, l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data, u l-ewwel perjodu ta’ referenza.

(2)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-suġġett “Innovazzjoni”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) data għall-perjodu ta’ referenza f’konformità mal-Annessi I sa III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.


ANNESS I

Data li għandha tiġi trażmessa

Varjabbli

Kif speċifikat fl-Anness II

Unità tal-kejl

Kif speċifikat fl-Anness II

Popolazzjoni statistika

L-intrapriżi kollha b’attività ekonomika fit-Taqsimiet B, C, D, E, H, J, K, u d-Diviżjonijiet 46, 71, 72 jew 73 tal-NACE b’10 impjegati jew aktar u persuni li jaħdmu għal rashom tul il-perjodu ta’ referenza (1).

Diżaggregazzjonijiet

Settijiet tad-data kif speċifikat fl-Anness II (diżaggregazzjonijiet varjabbli) u l-Anness III (diżaggregazzjonijiet tal-intrapriżi)

Użu ta’ approssimazzjonijiet u Rekwiżiti ta’ kwalità

Unità statistika “intrapriża”

Meta l-unità tar-rapportar tkun parti minn intrapriża, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija statistika xierqa biex jipproduċu, u jittrażmettu data lill-Eurostat, għall-unità statistika “intrapriża”. Il-metodoloġija għandha tiġi deskritta fir-rapportar dwar il-metadata u l-kwalità.

Koerenza mar-Reġistru Kummerċjali nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-koerenza bejn id-data miġbura u l-informazzjoni li hemm fir-Reġistru Kummerċjali nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2019/2152 għal, mill-inqas, il-varjabbli “Għadd ta’ intrapriżi”, “Impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom fl-intrapriża”, “Fatturat totali tal-intrapriża”, u “Età tal-intrapriża”. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-valutazzjoni fir-rappurtar dwar il-metadata u l-kwalità.

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Data finali u vvalidata: T + 18-il xahar wara s-sena ta’ referenza

L-ewwel sena ta’ referenza

2022


(1)  F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2152 (Suġġett “Innovazzjoni”) il-“perjodu ta’ referenza huwa l-perjodu ta’ tliet snin qabel tmiem kull sena kalendarja biż-żewġ”, jiġifieri s-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza u s-sena ta’ referenza.


ANNESS II

Settijiet tad-data

Isem tal-varjabbli

Kategoriji ta’ diżaggregazzjonijiet varjabbli

Ambitu tal-intrapriża/

Diżaggregazzjoni(jiet) tal-intrapriża  (1)/

Unità tal-kejl

Introduzzjoni tal-innovazzjoni tal-prodott tul il-perjodu ta’ referenza (2)

Introduzzjoni ta’

(1)

oġġetti ġodda jew imtejba

(2)

servizzi ġodda jew imtejba

L-intrapriżi kollha/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Introduzzjoni, tul il-perjodu ta’ referenza, ta’ innovazzjoni tal-prodott li kienet ġdida għas-suq

Introduzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi ġodda jew imtejba li:

(1)

qatt ma kienu ġew offruti qabel mill-kompetituri

(2)

kienu identiċi jew simili ħafna għal prodotti offruti mill-kompetituri

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Fatturat minn prodotti innovattivi tul is-sena ta’ referenza

Fatturat mill-prodotti

(1)

introdotti tul il-perjodu ta’ referenza li qabel ma kinux jiġu offruti mill-kompetituri

(2)

introdotti tul il-perjodu ta’ referenza li kienu identiċi jew simili ħafna għal prodotti offruti mill-kompetituri

(3)

li ma nbidlux jew ġew modifikati biss marġinalment tul il-perjodu ta’ referenza

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi), Elf Euro

Żviluppatur tal-innovazzjonijiet tal-prodott introdotti tul il-perjodu ta’ referenza

Innovazzjonijiet tal-prodott żviluppati:

(1)

mill-intrapriża stess

(2)

mill-intrapriża flimkien ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(3)

mill-intrapriża b’adattament jew modifiki ta’ prodotti li oriġinarjament kienu żviluppati minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(4)

minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Introduzzjoni tal-innovazzjoni tal-proċess kummerċjali tul il-perjodu ta’ referenza

Introduzzjoni ta’ proċessi ġodda jew imtejba:

(1)

metodi għall-produzzjoni jew l-iżvilupp ta’ oġġetti jew għall-forniment ta’ servizzi

(2)

metodi ta’ loġistika, konsenjar jew distribuzzjoni

(3)

metodi għall-ipproċessar jew il-komunikazzjoni tal-informazzjoni

(4)

metodi għall-kontabbiltà jew operazzjonijiet amministrattivi oħra

(5)

prattiki kummerċjali għall-organizzazzjoni ta’ proċeduri jew relazzjonijiet esterni

(6)

metodi ta’ organizzazzjoni ta’ responsabbiltà tax-xogħol, teħid tad-deċiżjonijiet jew ġestjoni tar-riżorsi umani

(7)

metodi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal servizzi ta’ promozzjoni, imballaġġ, ipprezzar, tqegħid ta’ prodotti jew servizzi ta’ wara l-bejgħ

L-intrapriżi kollha/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Żviluppatur tal-innovazzjonijiet tal-proċessi kummerċjali introdotti tul il-perjodu ta’ referenza

Innovazzjonijiet tal-proċess kummerċjali żviluppati:

(1)

mill-intrapriża stess

(2)

mill-intrapriża flimkien ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(3)

mill-intrapriża b’adattament jew modifiki ta’ proċessi kummerċjali li oriġinarjament kienu żviluppati minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

(4)

minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Innovazzjoni tal-mudell tan-negozju tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Bidliet fundamentali:

(1)

fil-valur li l-prodotti/is-servizzi joħolqu għall-klijenti

(2)

fil-mod kif jinkiseb id-dħul

(3)

fil-produzzjoni u l-konsenjar tal-prodotti

(4)

fir-relazzjoni mal-klijenti

(5)

fir-relazzjoni mal-fornituri jew mas-sħab fil-kooperazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Attivitajiet ta’ innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza

Attivitajiet ta’ Riċerka u Żvilupp (R&D):

(1)

R&D imwettqa internament, li minnhom (2) sa (3)

(2)

kontinwa

(3)

okkażjonali

(4)

R&D esternalizzati b’kuntratt

Attivitajiet tal-innovazzjoni li ma wasslux għall-introduzzjoni ta’ innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza:

(5)

għaddejjin sa tmiem is-sena ta’ referenza

(6)

abbandunati jew sospiżi

(7)

lesti iżda li ma wasslux għall-introduzzjoni ta’ innovazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Nefqa fuq attivitajiet tal-innovazzjoni tul is-sena ta’ referenza

Nefqa fuq l-innovazzjoni

(1 sa 3 obbligatorji, 4 sa 7 fakultattivi)

(1)

R&D imwettqa internament

(2)

R&D esternalizzati b’kuntratt

(3)

in-nefqa l-oħra kollha fuq l-innovazzjoni, li minnha (4) sa (7)

(4)

persunal proprju li jaħdem fuq l-innovazzjoni

(5)

servizzi, materjali, provvisti mixtrija minn oħrajn għall-innovazzjoni

(6)

oġġetti kapitali għall-innovazzjoni

(7)

nefqiet oħra għall-innovazzjoni

Intrapriżi b’attivitajiet tal-innovazzjoni/

DA/

Elf Euro

Raġunijiet għan-nuqqas ta’ aktar attivitajiet tal-innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza

(1)

Nuqqas ta’ riżorsi, eż. nuqqas ta’ finanzi, persunal kwalifikat, materjal

(2)

Raġunijiet oħra għajr in-nuqqas ta’ riżorsi, eż. raġunijiet strateġiċi; mhux il-mument opportun għall-innovazzjoni; prijoritajiet oħra; riskji għoljin wisq; redditu mistenni baxx

(3)

M’hemmx bżonn aktar attivitajiet tal-innovazzjoni

Intrapriżi b’attivitajiet tal-innovazzjoni/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Raġunijiet għalfejn ma saret l-ebda attività tal-innovazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza

(1)

Nuqqas ta’ riżorsi, eż. nuqqas ta’ finanzi, persunal kwalifikat, materjal

(2)

Raġunijiet oħra għajr in-nuqqas ta’ riżorsi, eż. raġunijiet strateġiċi; mhux il-mument opportun għall-innovazzjoni; prijoritajiet oħra; riskji għoljin wisq; redditu mistenni baxx

(3)

M’hemmx bżonn attivitajiet tal-innovazzjoni

Intrapriżi bla attivitajiet tal-innovazzjoni/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (varjabbli fakultattiv)

(1)

Applikazzjoni għal privattiva

(2)

Reġistrazzjoni għal dritt ta’ disinn industrijali

(3)

Reġistrazzjoni għal marka kummerċjali

(4)

Dikjarazzjoni ta’ dritt tal-awtur

(5)

Użu ta’ sigrieti kummerċjali

(6)

Liċenzjar ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) proprji

(7)

Bejgħ (jew assenjar) ta’ DPI proprji lil ħaddieħor

(8)

Skambju ta’ DPI (ġbir, kontroliċenzjar, eċċ.)

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Kundizzjonijiet li ssib l-intrapriża tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Ambjent kompetittiv karatterizzat minn:

(1)

oġġetti jew servizzi li jsiru antikwati malajr

(2)

żviluppi teknoloġiċi futuri li diffiċli jitbassru

(3)

oġġetti jew servizzi ta’ kompetituri li jinbidlu faċilment b’dawk tal-intrapriża

(4)

dħul ta’ kompetituri ġodda li joħloq theddida kbira tal-pożizzjoni fis-suq tal-intrapriżi

(5)

azzjonijiet tal-kompetituri li diffiċli jitbassru

(6)

bidliet fid-domanda li diffiċli jitbassru

(7)

kompetizzjoni qawwija minn barra l-pajjiż

(8)

żidiet fil-prezzijiet li jwasslu għal telf ta’ klijenti

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Tapplika bis-sħiħ

Tapplika xi ftit

Tapplika ftit li xejn

Ma tapplika xejn

L-importanza tal-istrateġiji, tul il-perjodu ta’ referenza, għall-prestazzjoni ekonomika tal-intrapriża (varjabbli fakultattiv)

Enfasi fuq:

(1)

it-titjib ta’ oġġetti jew servizzi eżistenti

(2)

l-introduzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi ġodda

(3)

prezz baxx (tmexxija fil-prezz)

(4)

kwalità għolja (tmexxija fil-kwalità)

(5)

firxa wiesgħa ta’ oġġetti jew servizzi

(6)

wieħed jew għadd żgħir ta’ oġġetti jew servizzi ewlenin

(7)

l-issodisfar tal-klijenti stabbiliti

(8)

il-kuntatt ma’ klijenti ġodda

(9)

oġġetti jew servizzi standardizzati

(10)

soluzzjonijiet speċifiċi għall-klijenti

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Għolja

Medja

Baxxa

Mhux importanti

Personalizzazzjoni u kokreazzjoni tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Offerta ta’ oġġetti jew servizzi:

(1)

kokreati mal-utenti (kokreazzjoni)

(2)

iddisinjati u żviluppati speċifikament biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ utenti partikolari (personalizzazzjoni)

(3)

bl-istess mod għal utenti differenti (oġġetti jew servizzi standardizzati)

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Kooperazzjoni ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra tul il-perjodu ta’ referenza

Kooperazzjoni dwar:

(1)

R&D

(2)

attivitajiet oħra tal-innovazzjoni (għajr R&D)

(3)

attivitajiet kummerċjali oħra

Kooperazzjoni dwar R&D jew attivitajiet oħra tal-innovazzjoni ma’ sħab tal-kooperazzjoni:

(4)

mis-settur tal-intrapriża kummerċjali

(5)

barra mis-settur tal-intrapriża kummerċjali

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Tip dettaljat ta’ sieħeb tal-kooperazzjoni tal-innovazzjoni skont il-post tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Sħab tal-kooperazzjoni mis-settur tal-intrapriża kummerċjali (inkluż 1 sa 6):

(1)

konsulenti, laboratorji kummerċjali, jew istituti tar-riċerka privati

(2)

fornituri ta’ tagħmir, materjali, komponenti jew software

(3)

klijenti

(4)

kompetituri

(5)

ħaddieħor

Sħab tal-kooperazzjoni mill-grupp tal-intrapriżi proprji:

(6)

intrapriżi fil-grupp tal-intrapriżi proprji

Sħab tal-kooperazzjoni minn barra s-settur tal-intrapriża kummerċjali (inkluż 7 sa 10):

(7)

universitajiet jew istituzzjonijiet oħra tal-edukazzjoni ogħla

(8)

istituti governattivi jew tar-riċerka pubblika

(9)

klijenti mis-settur pubbliku

(10)

organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ

Għal kull sieħeb: li jinsab:

(11)

f’pajjiżu stess

(12)

f’pajjiżi oħra tal-UE jew tal-EFTA

(13)

fil-pajjiżi l-oħra kollha

Intrapriżi bi sħab tal-kooperazzjoni fl-innovazzjoni/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Aċċess għall-finanzi tul il-perjodu ta’ referenza

Tip ta’ finanzjament:

(1)

Finanzjament ta’ ekwità

(2)

Finanzjament ta’ djun

Għal kull tip ta’ finanzjament li:

(3)

sar tentattiv biex jinkiseb iżda falla

(4)

inkiseb

(5)

inkiseb u ntuża parzjalment jew kollu għall-R&D jew għal attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Appoġġ finanzjarju pubbliku minn livelli governattivi differenti tul il-perjodu ta’ referenza

Appoġġ finanzjarju pubbliku permezz ta’:

(1)

awtoritajiet lokali jew reġjonali

(2)

il-gvern nazzjonali

(3)

il-programm tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020, Orizzont Ewropa)

(4)

appoġġ finanzjarju ieħor mingħand istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea

Għal kull tip ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku li:

(5)

inkiseb

(6)

inkiseb u ntuża parzjalment jew kollu għall-R&D jew għal attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Inċentivi fiskali jew allokazzjonijiet tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Użu ta’ krediti fiskali jew allokazzjonijiet għal:

(1)

R&D jew attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

(2)

it-tipi l-oħra kollha tal-attivitajiet

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

L-importanza tal-fatturi relatati mat-tibdil fil-klima tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Fatturi relatati mat-tibdil fil-klima:

(1)

politiki jew miżuri tal-gvern relatati mat-tibdil fil-klima

(2)

żieda fid-domanda tal-klijenti għal prodotti li jgħinu fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew fl-adattament għalih (eż. prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju)

(3)

żieda fil-kostijiet jew fil-prezzijiet tal-input minħabba t-tibdil fil-klima (eż. tariffi ogħla tal-assigurazzjoni, prezzijiet ogħla għall-ilma, adattament tal-proċessi jew tal-faċilitajiet)

(4)

impatti ta’ kundizzjonijiet estremi tat-temp (eż. ħsarat/disturbi)

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Għolja

Medja

Baxxa

Mhux rilevanti

Innovazzjonijiet b’benefiċċji ambjentali tul il-perjodu ta’ referenza

Benefiċċji ambjentali miksuba fl-intrapriża:

(1)

tnaqqis fl-użu tal-materjal jew tal-ilma għal kull unità ta’ output

(2)

tnaqqis fl-użu tal-enerġija jew tal-impronta tas-CO2 (jiġifieri tnaqqis fl-emissjoni totali tas-CO2)

(3)

tnaqqis fit-tniġġis tal-ħamrija, tad-dawl, tal-istorbju, tal-ilma jew tal-arja

(4)

sostituzzjoni ta’ sehem tal-materjali b’sostituti inqas niġġiesa jew perikolużi

(5)

sostituzzjoni ta’ sehem tal-enerġija fossili b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli

(6)

skart, ilma, jew materjali riċiklati għal użu jew bejgħ proprju

(7)

protezzjoni tal-bijodiversità

Benefiċċji ambjentali miksuba waqt il-konsum jew l-użu ta’ oġġett jew servizz mill-utent finali:

(8)

tnaqqis fl-użu tal-enerġija jew fl-impronta tas-CO2

(9)

tnaqqis fit-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija, tad-dawl jew tal-istorbju

(10)

riċiklaġġ faċilitat tal-prodott wara l-użu

(11)

ħajja estiża tal-prodott permezz ta’ prodotti aktar dejjiema, aktar durabbli, jew aktar faċli biex jissewwew

(12)

protezzjoni tal-bijodiversità

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) skont il-kontribut għall-ħarsien ambjentali, jekk ikunx

sinifikanti

insinifikanti

Importanza tal-fatturi abilitanti għal innovazzjonijiet b’benefiċċji ambjentali tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Fatturi abilitanti:

(1)

regolamenti ambjentali eżistenti

(2)

taxxi, imposti jew tariffi ambjentali eżistenti

(3)

regolamenti jew taxxi ambjentali mistennija fil-futur

(4)

għotjiet, sussidji jew inċentivi finanzjarji oħra mill-gvern għal innovazzjonijiet ambjentali

(5)

id-domanda attwali jew mistennija tas-suq għall-innovazzjonijiet ambjentali

(6)

titjib fir-reputazzjoni tal-intrapriża

(7)

azzjonijiet jew inizjattivi volontarji għal prattika tajba ambjentali fis-settur

(8)

kost għoli tal-enerġija, tal-ilma jew tal-materjali

(9)

il-ħtieġa li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku

Intrapriżi b’innovazzjonijiet b’benefiċċji ambjentali/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) bl-iskala Likert:

Għolja

Medja

Baxxa

Mhux importanti

Xiri ta’ makkinarju, tagħmir jew software innovattivi tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Xiri ta’ makkinarju, tagħmir jew software ibbażati fuq

(1)

l-istess teknoloġija jew teknoloġija mtejba li ntużat qabel fl-intrapriża

(2)

teknoloġija ġdida li ma ntużatx qabel fl-intrapriża

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Intrapriżi

Sena:

(obbligatorja: 1 fakultattiva: 2)

(1)

tul is-sena ta’ referenza

(2)

fis-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC; SG/

Numru ta’ intrapriżi

Impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom fl-intrapriża

Sena:

(obbligatorja: 1; fakultattiva: 2)

(1)

tul is-sena ta’ referenza

(2)

fis-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC; SG/

Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom

Persuni b’lawrja terzjarja impjegati fl-intrapriża tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

(1)

0 %

(2)

1 % sa inqas minn 5 %

(3)

5 % sa inqas minn 10 %

(4)

10 % sa inqas minn 25 %

(5)

25 % sa inqas minn 50 %

(6)

50 % sa inqas minn 75 %

(7)

75 % jew aktar

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Fatturat totali tal-intrapriża

Sena:

(obbligatorja: 1; fakultattiva: 2)

(1)

tul is-sena ta’ referenza

(2)

fis-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC; SG/

Elf Euro

Fatturat skont il-post tal-klijenti tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Klijenti li jinsabu

(1)

f’pajjiżhom stess

(2)

f’pajjiżi oħra tal-UE jew tal-EFTA

(3)

fil-pajjiżi l-oħra kollha

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi), Elf Euro

Nefqa totali tal-intrapriża tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Nefqa totali fuq:

(1)

l-akkwiżizzjoni ta’ makkinarju, tagħmir, binjiet u assi tanġibbli oħra

(2)

il-kummerċjalizzazzjoni, il-bini ta’ ditti, ir-reklamar

(3)

it-taħriġ tal-persunal proprju

(4)

id-disinn tal-prodott

(5)

l-iżvilupp tas-software, ix-xogħol tal-bażi tad-data u l-analiżi tad-data

(6)

ir-reġistrazzjoni, il-preżentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) proprji u x-xiri jew il-liċenzjar ta’ DPI mingħand ħaddieħor

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Elf Euro

Età tal-intrapriża tul is-sena ta’ referenza

Intrapriża stabbilita

(1)

fl-2020 jew wara

(2)

fl-2018 jew fl-2019

(3)

bejn l-2014 u l-2017

(4)

fl-2013 jew qabel

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)

Tip ta’ grupp ta’ intrapriżi tul is-sena ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

L-intrapriża:

(1)

mhix parti minn grupp ta’ intrapriżi

(2)

hi parti minn grupp ta’ intrapriżi

Għal (2), l-uffiċċju prinċipali jinsab fi:

(3)

f’pajjiżha stess, li minnu (4) u (5)

(4)

l-intrapriżi kollha ta’ dak il-grupp jinsabu fil-pajjiż

(5)

f’xi pajjiż ieħor

L-intrapriżi kollha/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi), Isem il-pajjiż

Attivitajiet ma’ intrapriża waħda jew aktar tal-grupp ta’ intrapriżi tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Flussi ta’ dħul minn intrapriżi oħra fil-grupp ta’ intrapriżi:

(1)

kisba ta’ għarfien tekniku

(2)

kisba ta’ riżorsi finanzjarji

(3)

kisba ta’ persunal

(4)

internalizzazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali

Flussi ta’ ħruġ lejn intrapriżi oħra fil-grupp ta’ intrapriżi:

(5)

trasferiment ta’ għarfien tekniku

(6)

trasferiment ta’ riżorsi finanzjarji

(7)

trasferiment ta’ persunal

(8)

esternalizzazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali

Intrapriżi li huma parti minn grupp ta’ intrapriżi/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi) minn

intrapriża oħra fil-pajjiż

intrapriża oħra barra mill-pajjiż

Finanzjament fil-forma ta’ self intragrupp tul il-perjodu ta’ referenza (varjabbli fakultattiv)

Finanzjament minn self intragrupp:

(1)

sar tentattiv biex jinkiseb iżda falla

(2)

inkiseb

(3)

inkiseb u ntuża parzjalment jew kollu għall-R&D jew għal attivitajiet oħra tal-innovazzjoni

Intrapriżi li huma parti minn grupp ta’ intrapriżi/

DA; ICC (fakultattiva)/

Inċidenza (numru ta’ intrapriżi)


(1)  Għat-tifsira tal-abbrevjazzjonijiet ara l-Anness III.

(2)  F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2152 (Suġġett “Innovazzjoni”) il-“perjodu ta’ referenza huwa l-perjodu ta’ tliet snin qabel tmiem kull sena kalendarja biż-żewġ”, jiġifieri s-sentejn ta’ qabel is-sena ta’ referenza u s-sena ta’ referenza.


ANNESS III

Diżaggregazzjonijiet tal-intrapriża

Diżaggregazzjoni tal-intrapriża

Kodiċi

Kategoriji ta’ diżaggregazzjonijiet tal-intrapriża

Attività Dettaljata: Attività ekonomika (livell għoli ta’ dettall), klassi tad-daqs, status tal-innovazzjoni

DA (1)

Diżaggregazzjoni kkombinata skont l-attività ekonomika (dettaljata), il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom), u l-istatus tal-innovazzjoni

Diżaggregazzjoni tal-attività:

Aggregati tan-NACE tat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet kif ukoll Taqsimiet u Diviżjonijiet: B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, B, C, 10 + 11 + 12, 13 + 14 + 15, 16 + 17 + 18, 19 + 20 + 21, 22 + 23, 24 + 25, 26 + 27 + 28, 29 + 30, 31 + 32 + 33, D, E, 36 + 37; 38 + 39, 46+H+J+K+71 + 72 + 73, 46, H, 49 + 50 + 51, 52 + 53, J, 58 + 59 + 60, 61 + 62 + 63, K, 71, 72, 73, 71 + 72 + 73

Diżaggregazzjoni skont in-numru ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom) (biss għal B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, B, C, D, E, 46+H+J+K+71 + 72 + 73, 46, H, J, K, 71 + 72 + 73):

Persuni impjegati totali, 10-49, 50-249, 250 jew aktar

Status tal-innovazzjoni

L-intrapriżi kollha fil-popolazzjoni (Total),

Intrapriżi attivi fl-innovazzjoni (2),

Intrapriżi li mhumiex attivi fl-innovazzjoni

Kunċetti Ewlenin tal-Innovazzjoni: Attività ekonomika (livell għoli ta’ dettall), klassi tad-daqs, profil tal-innovazzjoni

ICC

Diżaggregazzjoni kkombinata skont l-attività (livell baxx ta’ dettall), il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom), u l-profil tal-innovazzjoni

Diżaggregazzjoni tal-attività:

Aggregati tan-NACE tat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet: B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, 46+H+J+K+71 + 72 + 73

Diżaggregazzjoni tal-klassi tad-daqs skont l-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom):

Persuni impjegati totali, 10-49, 50-249, 250 jew aktar

Diżaggregazzjoni tal-profili tal-innovazzjoni:

L-intrapriżi kollha fil-popolazzjoni (Total),

Intrapriżi attivi fl-innovazzjoni (Profil I + Profil II + Profil III + Profil IV + Profil V),

Intrapriżi mhux attivi fl-innovazzjoni (Profil VI + Profil VII),

Intrapriżi li introduċew innovazzjoni (Profil I + Profil II + Profil III + Profil IV),

Intrapriżi li ma introduċewx innovazzjoni (Profil V + Profil VI + Profil VII),

Intrapriżi b’kapaċitajiet tal-innovazzjoni (Profil I + Profil II + Profil III + Profil V),

Intrapriżi mingħajr kapaċitajiet tal-innovazzjoni (Profil IV + Profil VI + Profil VII),

Intrapriżi b’attivitajiet tal-R&D (Profil IA + Profil IIA + Profil IIIA + Profil IVA + Profil VA),

Intrapriżi mingħajr attivitajiet tal-R&D (Profil IB + Profil IIB + Profil IIIB + Profil IVB + Profil VB + Profil VI + Profil VII),

Innovaturi ta’ prodotti mwettqa internament b’novitajiet tas-suq (Profil I),

Innovaturi ta’ prodotti mwettqa internament mingħajr novitajiet tas-suq (Profil II),

Innovaturi ta’ proċessi kummerċjali mwettqa internament bla innovazzjoni tal-prodott (Profil III) (fakultattiv),

Innovaturi li ma jiżviluppawx l-innovazzjonijiet huma stess (Profil IV) (fakultattiv),

Noninnovaturi b’attività tal-innovazzjoni (Profil V) (fakultattiv),

Noninnovaturi mingħajr attività tal-innovazzjoni iżda b’potenzjal ta’ innovazzjoni (Profil VI),

Noninnovaturi mingħajr attività tal-innovazzjoni u mingħajr potenzjal ta’ innovazzjoni (Profil VII),

Gruppi Speċjali ta’ intrapriżi

SG

Diżaggregazzjoni kkombinata skont l-attività (livell baxx ta’ dettall), il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom), u t-tip ta’ intrapriża (innovazzjoni)

Diżaggregazzjoni tal-attività:

Aggregati tan-NACE tat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet: B+C+D+E+46+H+J+K+71 + 72 + 73, B+C+D+E, 46+H+J+K+71 + 72 + 73

Diżaggregazzjoni tal-klassi tad-daqs skont l-għadd ta’ impjegati (is-somma tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom):

Persuni impjegati totali, 10-49, 50-249, 250 jew aktar

Tip ta’ intrapriża (innovazzjoni):

L-intrapriżi kollha fil-popolazzjoni,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda ta’ oġġett,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda ta’ servizz,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda tal-prodott (oġġetti jew servizzi) li ma kinitx disponibbli qabel għas-suq (“ġdida għas-suq”),

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda tal-prodott (oġġetti jew servizzi) li diġà kienet disponibbli fis-suq “ġdida għall-intrapriża”,

Intrapriżi b’mill-inqas innovazzjoni waħda tal-proċess kummerċjali (indipendenti mit-tip ta’ innovazzjoni tal-proċess kummerċjali),

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott iżda mingħajr innovazzjoni tal-proċess kummerċjali,

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali iżda mingħajr innovazzjoni tal-prodott,

Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott u b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali,

Intrapriżi li jesternalizzaw l-R&D b’kuntratt iżda mingħajr R&D imwettqa internament,

Intrapriżi b’attivitajiet tal-innovazzjoni (innovazzjoni tal-prodott, innovazzjoni tal-proċess kummerċjali, attivitajiet tal-innovazzjoni lesti, għaddejjin jew abbandunati) iżda mingħajr R&D imwettqa internament jew mingħajr R&D esternalizzati b’kuntratt


(1)  L-Istati Membri jistgħu jkopru wkoll it-Taqsimiet A, F, G, I tan-NACE fuq bażi volontarja.

(2)  Intrapriżi b’innovazzjoni tal-prodott, b’innovazzjoni tal-proċess kummerċjali (iżda li ma twassalx għal innovazzjoni implimentata tul il-perjodu ta’ referenza), b’attivitajiet tal-innovazzjoni lesti, għaddejjin jew abbandunati, b’R&D imwettqa internament jew b’R&D esternalizzati b’kuntratt


DEĊIŻJONIJIET

1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1093

tat-30 ta’ Ġunju 2022

dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1), ġiet stabbilita Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni biex jinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 21(2), punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF tista’ tiffinanzja azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża.

(2)

L-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea tal-2016 tistabbilixxi l-objettivi tat-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża, l-investiment fir-reżiljenza tal-Istati u s-soċjetajiet fil-Lvant tal-Unjoni, l-iżvilupp ta’ approċċ integrat għall-konflitti u l-kriżijiet, il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ ordnijiet reġjonali kooperattivi, u t-tisħiħ ta’ governanza globali bbażata fuq id-dritt internazzjonali, inkluż il-konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali.

(3)

Fil-21 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill approva l-Boxxla Strateġika bl-objettiv li jsir fornitur tas-sigurtà aktar b’saħħtu u aktar kapaċi, inkluż permezz ta’ aktar użu tal-EPF b’appoġġ għall-kapaċitajiet ta’ difiża tas-sħab.

(4)

L-Unjoni hija impenjata għal relazzjoni mill-qrib b’appoġġ għal Repubblika tal-Moldova b’saħħitha, indipendenti u prospera, ibbażata fuq il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra (2), (“il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), inkluż iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, u għall-promozzjoni tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika, filwaqt li tappoġġa bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova għandhom ikomplu jintensifikaw id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom u jippromwovu l-konverġenza gradwali fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà, inkluż il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), u għandhom jindirizzaw b’mod partikolari kwistjonijiet ta’ prevenzjoni tal-konflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet, l-istabbiltà reġjonali, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi u l-kontroll tal-esportazzjoni.

(5)

L-Unjoni tirrikonoxxi l-kontribut importanti tar-Repubblika tal-Moldova għall-PSDK tal-Unjoni, inkluż il-kontribut kontinwu għall-Missjoni ta’ Taħriġ tal-Unjoni Ewropea fil-Mali.

(6)

Din id-Deċiżjoni tibni fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2136 (3) rigward l-impenn kontinwu tal-Unjoni li tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova f’oqsma ta’ ħtiġijiet prijoritarji.

(7)

Fl-ittra tiegħu tal-20 ta’ April 2022 indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Moldova talab lill-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 59(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova permezz ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-servizzi ta’ loġistika, mobbiltà, kmand u kontroll, ċiberdifiża, rikonjizzjoni mill-ajru mingħajr bdot u komunikazzjonijiet tattiċi.

(8)

Il-miżuri ta’ assistenza għandhom jiġu implimentati filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, u b’mod partikolari tal-konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (4), u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt l-EPF.

(9)

Il-Kunsill jirriafferma d-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi, u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u durata

1.   Hija b’dan stabbilita miżura ta’ assistenza li tibbenefika minnha r-Repubblika tal-Moldova (il-“benefiċjarju”) li għandha tiġi ffinanzjata mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) (il-“Miżura ta’ Assistenza”).

2.   L-objettiv ġenerali tal-Miżura ta’ Assistenza huwa li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova sabiex jissaħħu s-sigurtà, l-istabbiltà u r-reżiljenza nazzjonali fis-settur tad-difiża, f’konformità mal-politika tal-Unjoni. Filwaqt li tibni fuq l-appoġġ preċedenti pprovdut mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi, il-Miżura ta’ Assistenza ser tippermetti lill-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova jtejbu l-effettività operazzjonali, jaċċelleraw l-issodisfar tal-istandards tal-Unjoni u tal-interoperabbiltà, u b’hekk jipproteġu aħjar lill-persuni ċivili fi kriżijiet u emerġenzi. Ser issaħħaħ ukoll il-kapaċitajiet tal-benefiċjarju fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu f’missjonijiet u operazzjonijiet militari tal-PSDK tal-Unjoni kif ukoll f’operazzjonijiet multinazzjonali oħra. L-objettiv speċifiku tal-Miżura ta’ Assistenza huwa li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-unitajiet tal-loġistika, il-mobbiltà, il-kmand u l-kontroll, iċ-ċiberdifiża, ir-rikonjizzjoni mill-ajru mingħajr bdot u l-komunikazzjonijiet tattiċi tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova.

3.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Miżura ta’ Assistenza għandha tiffinanzja l-forniment ta’ tagħmir li mhux maħsub għall-produzzjoni ta’ forza letali, provvisti u servizzi, inkluż taħriġ relatat mat-tagħmir għall-unitajiet tal-Kmand tal-Forzi tal-Art tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova appoġġati taħt il-Miżuri ta’ Assistenza:

(a)

tagħmir ta’ loġistika;

(b)

tagħmir ta’ mobbiltà;

(c)

tagħmir ta’ kmand u kontroll;

(d)

tagħmir ta’ ċiberdifiża;

(e)

tagħmir ta’ rikonjizzjoni mill-ajru mingħajr bdot;

(f)

tagħmir ta’ komunikazzjoni tattika.

4.   Id-durata tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ewwel kuntratt bejn l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza, li jaġixxi bħala uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni, u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 32(2), punt (a), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 40 000 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjata taħt l-EPF.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tal-benefiċjarju mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ taħt il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

il-konformità tal-unitajiet tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova appoġġati taħt il-Miżura ta’ Assistenza mad-dritt internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

(b)

l-użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza għall-finijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;

(c)

il-manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza biex tiġi żgurata l-użabilità tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(d)

li l-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza mhux ser jintilfu, jew jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet oħra għajr dawk identifikati f’dawk l-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ taħt il-Miżura ta’ Assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt l-EPF, b’mod konsistenti mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza taħt l-EPF.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandhom jitwettqu minn:

(a)

iċ-Ċentru Estonjan għall-Investiment fid-Difiża fir-rigward tal-Artikolu 1(3), punti (a), (b), (c), (e) u (f); u

(b)

l-Akkademja tal-Governanza elettronika fir-rigward tal-Artikolu 1(3), punt (d).

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li l-konformità tal-benefiċjarju mal-obbligi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3 jiġi mmonitorjat. Dak il-monitoraġġ għandu jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3, u għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ tali ksur, inkluż ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-unitajiet tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova appoġġati taħt il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   Il-kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u l-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

verifika tal-konsenja, fejn iċ-ċertifikati tal-konsenja għandhom jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent finali mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

rappurtar dwar l-inventarju, fejn il-benefiċjarju għandu jirrapporta kull sena dwar l-inventarju ta’ oġġetti partikolari sakemm dan ir-rappurtar ma jibqax jitqies neċessarju mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS);

(c)

kontroll fuq il-post, fejn il-benefiċjarju għandu jagħti lir-Rappreżentant Għoli l-aċċess biex iwettaq kontroll fuq il-post fuq talba ta’ dan tal-aħħar.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni, permezz tal-ewwel valutazzjoni strutturata tal-Miżura ta’ Assistenza, sitt xhur wara l-ewwel konsenja ta’ tagħmir. Dan jista’ jinvolvi żjarat fuq il-post biex jiġu spezzjonati t-tagħmir, il-provvisti u s-servizzi mogħtija taħt il-Miżura ta’ Assistenza, jew kwalunkwe forma effettiva oħra ta’ informazzjoni provduta indipendentement. Għandha ssir evalwazzjoni finali mat-tlestija tal-konsenja ta’ tagħmir, provvisti u servizzi taħt il-Miżura ta’ Assistenza sabiex jiġi vvalutat jekk l-Miżura ta’ Assistenza kkontribwixxietx sabiex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati.

Artikolu 6

Rappurtar

Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa f’konformità mal-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

1.   Il-KPS jista’ jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza f’konformità mal-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

2.   Il-KPS jista’ jirrakkomanda li l-Kunsill itemm il-Miżura ta’ Assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2136 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar Miżura ta’ Assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 432, 3.12.2021, p. 63).

(4)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1094

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603, u mill-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 4333)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Mejju 2018, Pioneer Overseas Corporation, ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni f’isem il-kumpanija Pioneer Hi-Bred International, Inc., ibbażata fl-Istati Uniti, lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands (“l-applikazzjoni”) għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603, għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Barra minn hekk, l-applikazzjoni kopriet it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti minn 10 sottokombinazzjonijiet ta’ eventi ta’ trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603. Is-sottokombinazzjoni MON 810 × NK603, diġà hija awtorizzata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2045 (2).

(2)

Din id-Deċiżjoni tkopri l-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 u d-disa’ sottokombinazzjonijiet li jifdal fl-applikazzjoni: MIR604 × NK603 × DP4114, MON 810 × NK603 × DP4114, MON 810 × MIR604 × DP4114, MON 810 × MIR604 × NK603, NK603 × DP4114, MIR604 × DP4114, MIR604 × NK603, MON 810 × DP4114 u MON 810 × MIR604.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 5(5) u mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Kienet tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva u pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Permezz ta’ ittra bid-data tal-24 ta’ Jannar 2022, Pioneer Hi-Bred International, Inc. talbet li l-Kummissjoni tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ Pioneer Hi-Bred International, Inc. li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet pendenti kollha għall-prodotti modifikati ġenetikament, lil Corteva Agriscience LLC. Corteva Agriscience LLC ikkonfermat il-qbil tagħha mal-bidla tad-detentur tal-awtorizzazzjoni proposta minn Pioneer Hi-Bred International, Inc u infurmat lill-Kummissjoni li r-rappreżentant tagħha fl-Unjoni huwa Corteva Agriscience Belgium B.V.

(5)

Fis-7 ta’ Marzu 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni favorevoli (4) f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur daqs il-komparatur mhux modifikat ġenetikament tiegħu u daqs il-varjetajiet ta’ referenza ta’ qamħirrum mhux modifikati ġenetikament li ġew ittestjati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, fuq saħħet l-annimali u fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-konsum tal-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 ma jirrappreżentax tħassib nutrizzjonali. Ma ġie identifikat l-ebda tħassib ġdid għas-sikurezza tas-sottokombinazzjoni ivvalutata preċedentement u, għaldaqstant, il-konklużjonijiet preċedenti dwar il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 × NK603 għadhom validi. L-Awtorità kkonkludiet li id-disa’ sottokombinazzjonijiet li jifdal huma mistennija li jkunu sikuri u ekwivalenti nutrizzjonalment daqs l-eventi ta’ trasformazzjoni uniċi DP4114, MON 810, MIR604 u NK603, għas-sottokombinazzjoni ivvalutata preċedentement u għall-qamħirrum b’erba’ eventi stack DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603.

(6)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif previst fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(7)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ppreżenta l-applikant, u li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, huwa konformi mal-użi maħsuba tal-prodotti.

(8)

Filwaqt li jitqiesu dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603, u tas-sottokombinazzjonijiet msemmija hawn fuq għall-użi elenkati fl-applikazzjoni.

(9)

Jenħtieġ li jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu modifikat ġenetikament kopert b’din id-Deċiżjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (5).

(10)

Ma jidher li mhu meħtieġ l-ebda rekwiżit speċifiku tat-tikkettar għall-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni, għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ dawk il-prodotti jibqa’ fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar ta’ dawn il-prodotti, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ikel, jindika b’mod ċar li mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

(11)

Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (7).

(12)

L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-immaniġġjar, inkluż rekwiżiti ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq rigward il-konsum tal-ikel u tal-għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu msemmijin hawn fuq, jew għall-protezzjoni ta’ ekosistemi/ambjenti u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(13)

Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf modifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(14)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(15)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu. Dan l-att ta’ implimentazzjoni tqies li huwa meħtieġ u l-President ressqu lill-kumitat ta’ appell għal deliberazzjoni ulterjuri. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmi modifikati ġenetikament u identifikaturi uniċi

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ġie assenjat l-identifikaturi uniċi li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:

(a)

l-identifikatur uniku DP-ØØ4114-3 × MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603;

(b)

l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6 × DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR604 × NK603 × DP4114;

(c)

l-identifikatur uniku - MON-ØØ81Ø-6× MON-ØØ6Ø3-6 × DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 × NK603 × DP4114;

(d)

l-identifikatur uniku MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 × DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 × MIR604 × DP4114;

(e)

l-identifikatur uniku MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 × MIR604 × NK603;

(f)

l-identifikatur uniku MON-ØØ6Ø3-6 × DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament NK603 × DP4114;

(g)

l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR604 × DP4114;

(h)

l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR604 × NK603;

(i)

l-identifikatur uniku MON-ØØ81Ø-6 × DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 × DP4114;

(j)

l-identifikatur uniku MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 × MIR604.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu;

(b)

għalf li fih il-qamħirrum modifikat ġenetikament kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu;

(c)

prodotti li fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament jew li jikkonsistu minnu, kif imsemmi fl-Artikolu 1 għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum modifikat ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

Artikolu 4

Metodu għad-detezzjoni

Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament kif imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

Monitoraġġ għall-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mal-format stabbilit fid-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 6

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf modifikat ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium B.V.

Artikolu 8

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 9

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana, 46268-1054, l-Istati Uniti, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium B.V., Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2045 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament immodifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 21.12.2018, p. 65).

(3)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(4)  Il-Panel tal-EFSA dwar l-OĠM (Il-Panel tal-EFSA dwar l-Organiżmi Modifikati Ġenetikament), 2022. Scientific Opinion on the assessment of genetically modified maize DP4114 × MON 810 × MIR604 × NK603 and sub-combinations, for food and feed uses, under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-NL-2018-150). EFSA Journal 2022;20(3):7134, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7134.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


ANNESS

(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Corteva Agriscience LLC

Indirizz

:

9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti;

rappreżentata fl-Unjoni minn: Corteva Agriscience Belgium B.V., Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.

(b)   Deżinjazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e);

(2)

għalf li fih, li jikkonsisti jew li huwa prodott mill-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e);

(3)

prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e), għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament DP-ØØ4114-3 jesprimi il-ġene pat, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glufosinat-ammonju u l-ġeni cry1F, cry34Ab1 u cry35Ab1, li jagħtu reżistenza għal ċerti pesti lepidopteri u ċerti pesti koleopteri.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-ØØ81Ø-6 jesprimi l-ġene cry1Ab, li jagħti reżistenza kontra ċerti pesti lepidopteri.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament SYN-IR6Ø4-5 jesprimi l-ġene mcry3 A, li jagħti reżistenza kontra ċerti pesti koleopteri. Barra minn hekk, il-kodifikazzjoni tal-ġene pmi għall-proteina PMI, intużat bħala markatur tal-għażla fil-proċess tal-modifikazzjoni ġenetika.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-ØØ6Ø3-6 jesprimi l-ġeni CP4 epsps u CP4 epsps L214P, li jagħtu tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat.

(c)   Tikkettar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

(2)

Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum modifikat ġenetikament speċifikat fil-punt (e), bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1).

(d)   Metodu għad-detezzjoni:

(1)

Il-metodi għad-detezzjoni kwantitattivi PCR speċifiċi għall-event huma dawk ivvalidati individwalment għal eventi ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament DP-ØØ4114-3, MON-ØØ81Ø-6, SYN-IR6Ø4-5 u MON-ØØ6Ø3-6 u vverifikati ulterjorment fuq il-qamħirrum DP-ØØ4114-3 × MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6.

(2)

Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;

(3)

Materjal ta’ Referenza: AOCS 0607 (for SYN-IR6Ø4-5) huwa aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fi https://www.aocs.org/crm#maize, ERM®-BF439 (għal DP-ØØ4114-3), ERM®-BF413 (għal MON-ØØ81Ø-6) u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) huma aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fi https://crm.jrc.ec.europa.eu/.

(e)   Identifikaturi uniċi:

DP-ØØ4114-3× MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6;

SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6 × DP-ØØ4114-3;

MON-ØØ81Ø-6× MON-ØØ6Ø3-6 × DP-ØØ4114-3;

MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 × DP-ØØ4114-3;

MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6;

MON-ØØ6Ø3-6 × DP-ØØ4114-3;

SYN-IR6Ø4-5 × DP-ØØ4114-3;

SYN-IR6Ø4-5 × MON-ØØ6Ø3-6;

MON-ØØ81Ø-6 × DP-ØØ4114-3;

MON-ØØ81Ø-6 × SYN-IR6Ø4-5.

(f)   Informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

[Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza, Numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament meta notifikat].

(g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġjar tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE. [Dan diġà ssemma fil-premessa 3.]

[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota:

il-links għad-dokumenti relevanti għandu mnejn ikollhom bżonn jinbidlu minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.

1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1095

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi biex jiġu awtorizzati ċerti derogi nazzjonali

(notifikata bid-dokument C(2022) 4302)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

It-Taqsima I.3 tal-Anness I, it-Taqsima II.3 tal-Anness II u t-Taqsima III.3 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. Ċerti Stati Membri talbu diversi emendi għal derogi awtorizzati.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat jew irrieżaminat dawk it-talbiet għal derogi u sabet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2008/68/KE. Għalhekk, jenħtieġ li d-derogi jiġu awtorizzati.

(3)

Billi t-Taqsima I.3 tal-Anness I u t-Taqsima II.3 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE jenħtieġ li jiġu adattati, huwa xieraq li, għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawn jiġu sostitwiti.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati jimplimentaw id-derogi stabbiliti fl-Anness dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Adina-Ioana VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi tal-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO

=

Triq

a/bi/bii

=

Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS

=

Abbrevjazzjoni għal Stat Membru

nn

=

in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO-a-BE-2

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta’ klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni dwar id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-a-BE-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 4-2004

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-a-BE-4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR kollha għat-trasport nazzjonali ta’ massimu ta’ 1 000 detettur joniku użat tad-duħħan minn unitajiet domestiċi privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju permezz taċ-ċentri tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ir-rekwiżiti kollha

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent finali huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti tal-ADR. (ara 1.7.1.4. e)).

Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku) tirrikjedi l-ġbir selettiv tad-detetturi użati tad-duħħan għat-trattament ta’ bordijiet taċ-ċirkwiti u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħewlhom is-sustanzi radjuattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-unitajiet domestiċi privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament, xi drabi minn ċentru tal-ġbir ieħor jew minn post ta’ ħżin intermedju.

Fiċ-ċentri tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġi tal-metall li jesgħu massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Tali pakkett li jkollu fih id-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi ttrasportat minn dawn iċ-ċentri flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan jagħmel parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet reġju tal-20 ta’ Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi użati tad-duħħan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

DK Id-Danimarka

RO-a-DK-2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u ta’ imballaġġ li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR jridu jiġu osservati meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex is-sustanzi splussivi ikunu jistgħu jiġu ppakkjati flimkien mad-detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu ttrasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi li jaqgħu taħt il-grupp D.

2.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi li jaqgħu taħt il-grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi jridu jkunu ippakkjati separatament f’imballaġġ biċ-ċertifikazzjoni tan-NU f’konformità mar-regoli previsti fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi u l-imballaġġ li jkun fih is-sustanzi splussivi trid tkun mill-inqas metru. Din id-distanza għandha tibqa’ tiġi osservata anki wara li l-brejkijiet jiġu magħfusa ħesrem. L-imballaġġ li jkun fih is-sustanzi splussivi u l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi jridu jitpoġġew b’mod li jkun possibbli li jitneħħew malajr mill-vettura.

5.

Ir-regoli l-oħra kollha dwar it-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi jridu jitħarsu.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

RO-a-DK-3

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġi u ta’ oġġetti li jkun fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn unitajiet domestiċi u minn intrapriżi għall-iskop ta’ rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u r-rekwiżiti ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi interni u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet miġbura minn unitajiet domestiċi privati jew intrapriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inklużi restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u għall-immarkar. Il-kwantità ta’ oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport hija ristretta.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi minn unitajiet domestiċi privati u intrapriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f’imballaġġi li jkunu nbiegħu bl-imnut.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

DE Il-Ġermanja

RO-a-DE-1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti relatati mal-manifattura tal-karrozzi) f’ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex il-partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jkunu jistgħu jitwasslu malajr, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħżin ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhuwiex komuni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-DE-2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarru dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-ispeditur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif definit f’1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: ma hu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet mogħtija f’1.1.3.6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-informazzjoni mogħtija mill-immarkar u mit-tikketti tal-pakketti għandha titqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, minħabba li meta tkun involuta d-distribuzzjoni lokali, mhux dejjem ikun meħtieġ dokument tat-trasport.

Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-DE-3

Suġġett: It-trasportazzjoni tal-istandards tal-kejl u tal-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1 202, 1 203 u 1 223.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u tal-maniġġ, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġi tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispeċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u tad-dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ imballaġġi vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasportazzjoni vojta u mhux imnaddfa biss.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-DE-5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

IE l-Irlanda

RO-a-IE-1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati taħt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati skont 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’punt ta’ fjammabilità ta’ mhux anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stabbiliti f’1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(9) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u għall-konsenja ta’ dawn il-pestiċidi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-IE-4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalihom).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR għaċ-ċilindri tal-gass, li jintużaw f’distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalihom).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: L-attività prinċipali tikkonsisti fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-IE-5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tar-reċipjenti, u mid-dispożizzjonijiet tagħhom dwar l-użu, li jinsabu fil-punti 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew ittrasportati b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, fejn (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jinbnew, jiġu ttestjati u jintużaw f’konformità mal-Kodiċi IMDG; (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jerġgħux jimtlew fl-Irlanda iżda jiġu rritornati nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ tat-trasport multimodali; u (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu taċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jinbnew u jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi IMDG; (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw f’konformità mal-Kodiċi IMDG; (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni kienu trasportati lejn il-konsenjatur permezz ta’ trasport multimodali, inkluż il-ġarr marittimu; (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni lejn l-utent finali jikkonsisti biss minn vjaġġ ta’ trasport wieħed, li jkun tlesta fl-istess ġurnata, mill-konsenjatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmija fi (iii)); (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jerġgħux jimtlew fl-Istat u jiġu rritornati nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmija fi (iii)); u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent finali, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona tal-ADR. Ladarba użati, jkun meħtieġ li dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jerġgħu jimtlew bil-gassijiet speċifikati b’mod speċjali — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u fl-ebda parti oħra taż-żona tal-ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-Kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi. It-trasport multimodali, li jibda barra miż-żona tal-ADR, huwa intenzjonat li jintemm fil-bini tal-importatur u minn hemm iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni huma maħsuba biex jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent finali lokalment fl-Irlanda. Dan il-ġarr fl-Irlanda ikun kopert bl-Artikolu 6(9) emendat tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2023

RO-a-IE-6

Suġġett: Eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 2, 4, 5 u 6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar ma japplikawx diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-imballaġġ tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE u tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut biex jiġi mormija b’mod sikur.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tar-Regolament tal-2011, 57(f) u (g)

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta’ materjal pirotekniku marittimu “skadut”, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija b’mod sikur, ħoloq diffikultajiet, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f’1.1.3.6) għat-trasport lokali, li tkopri n-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-IE-7

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

ES Spanja

RO-a-ES-1

Suġġett: Twaħħil tal-plakards tal-kontejners

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-plakards għandhom jitwaħħlu fuq iż-żewġ naħat u f’kull tarf tal-kontejner, tal-MEGC, tal-kontenitur tank jew ta’ tank portabbli.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-plakard m’għandhiex għalfejn titwaħħal mal-kontejners li jġorru l-pakketti meta jkunu użati b’mod esklużiv f’operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq. Din l-eżenzjoni ma tapplikax għall-klassijiet 1 jew 7.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 8

Kummenti: Meta kontejner, għajr il-kontejner tank, jintuża biss għat-trasport bit-triq, u ma jkunx relatat ma’ operazzjoni tat-trasport intermodali, ikun qed jissodisfa l-funzjonijiet ta’ kaxxa skambjabbli. Il-kaxxi skambjabbli għall-ġarr ta’ oġġetti ppakkjati ma jeħtieġu l-ebda tip ta’ plakard ta’ periklu, għajr għall-klassijiet 1 u 7.

Għalhekk, kien meqjus konvenjenti li l-kontejners li jintużaw esklussivament bħala kaxxi skambjabbli f’operazzjonijiet tat-trasport bit-triq jiġu eżentati mir-rekwiżit tat-twaħħil tal-plakards, bl-esklużjoni tal-kontejners li jġorru oġġetti tal-klassijiet 1 jew 7.

F’din l-eżenzjoni, il-kontejners jitqiesu simili għal kaxxi skambjabbli b’rabta mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitlob aktar rekwiżiti għall-kontejners milli għall-kaxxi skambjabbli peress li dawn jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ sigurtà aktar stretti minħabba d-disinn u l-kostruzzjoni speċifiċi tagħhom. Il-kumplament tat-twaħħil tal-plakards u l-immarkar meħtieġa għall-vetturi li jġorru oġġetti perikolużi għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

FR Franza

RO-a-FR-2

Suġġett: It-trasport tal-iskart b’massa ta’ 15-il kg jew inqas li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u huma koperti minn NU 3291.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport tal-iskart b’massa ta’ 15-il kg jew inqas li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u huma koperti minn NU 3291.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 12

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-FR-5

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi, għajr dawk tal-klassi 7, awtorizzat f’vetturi tat-trasport pubbliku bħala bagalja tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, mal-immarkar u mat-tikkettar ta’ pakketti stabbiliti f’4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi reċipjenti portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-FR-6

Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f’5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-FR-7

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, ta’ taħlitiet u ta’ oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi għall-fini ta’ sorveljanza tas-suq.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-imballaġġi u tat-tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, il-maniġġ, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi u li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta’ sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f’imballaġġi ikkombinati. Dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għall-imballaġġ intern skont it-tip ta’ oġġett perikoluż involut. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kaxxi tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern irid ikollu l-immarkar tat-Taqsima 3.4.7, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u l-kliem “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “Echantillons destinés à l’analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jitħarsu, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l’arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres

Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi għall-analiżi li ssir mill-awtoritajiet kompetenti jew f’isimhom. Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għall-kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem ikun fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinit b’mod aktar operazzjonali.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

RO-a-FR-8

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2. Trasport ta’ prodotti farmaċewtiċi mhux mediċinali maħsuba għall-ispiżeriji u għall-isptarijiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ mhuwiex meħtieġ li jkollu marki mwaħħla f’konformità mal-punt 6.1.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE jew li jiġi identifikat jekk ikun fih oġġetti perikolużi fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I, paragraphe 3.10

Kummenti: Din id-deroga hija strettament limitata għal kumpaniji li jwasslu prodotti farmaċewtiċi lill-ispiżeriji u lill-isptarijiet. Bħala parti mill-attivitajiet tagħhom, il-kumpaniji jħottu l-oġġetti ppakkjati l-aktar fi kwantitajiet limitati. Dawn il-prodotti mbagħad jitqiegħdu f’imballaġġ estern issiġillat (kaxxi tal-plastik jew tal-kartun).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

HU L-Ungerija

RO-a-HU-1

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-DE-2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

RO-a-HU-2

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lil bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mingħand bejjiegħa bl-imnut lill-utenti finali.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern mhuwiex meħtieġ li jkun ġie allokat marka skont it-Taqsima 6.1.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE jew li jkun immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti perikolużi oriġinarjament ippakkjati skont il-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tadl-Direttiva 2008/68/KE u li ssir fi kwantità kif stabbilit fl-Anness 1 tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent finali. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li r-reċipjenti interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

AT L-Awstrija

RO-a-AT-1

Suġġett: Kwantitajiet żgħar tal-klassijiet kollha ħlief 1, 6.2 u 7

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sa 30 kilogramma jew litru ta’ oġġetti perikolużi li ma jagħmlux parti mill-kategorija tat-trasport 0 jew 1 f’imballaġġi interni għal kwantitajiet limitati jew f’imballaġġi li huma konformi mal-ADR jew li jkunu oġġetti robusti, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’kaxxi X ittestjati.

L-utenti finali jitħallew imorru jġibuhom mill-ħanut u jeħduhom lura, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut jitħallew jeħduhom għand l-utenti finali jew minn ħanut għal ieħor tagħhom stess.

Il-limitu għal kull unità ta’ trasport huwa ta’ 333 kilogramma jew litru, u l-perimetru permess huwa ta’ 100 km.

Il-kaxxi jkollhom jiġu mmarkati b’mod uniformi u akkumpanjati minn dokument tat-trasport simplifikat.

Hemm biss ftit dispożizzjonijiet li japplikaw fir-rigward tat-tagħbija u tal-maniġġ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: “Gefahrgutbeförderungsverordnung Geringe Mengen - GGBV-GMfrom 5.7.2019, BGBl. IINr. 203/2019”

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2028

PT Il-Portugall

RO-a-PT-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-HU-2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deliberação n.° 2053/2015, de 9 de novembro 2015

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

FI Il-Finlandja

RO-a-FI-1

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 4 u 5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet, Dispożizzjonijiet għall-Imballaġġ, Immarkar u Dokumentazzjonijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: F’xarabanks bil-passiġġieri, jistgħu jiġu ttrasportati ammonti żgħar ta’ oġġetti perikolużi speċifikati bħala merkanzija sabiex il-kwantità totali ma taqbiżx il-200 kilo. F’xarabank, individwu privat jista’ jittrasporta oġġetti perikolużi msemmija fit-Taqsima 1.1.3 fejn l-oġġetti inkwistjoni jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u jkunu maħsuba għall-użu personali tiegħu. Il-kwantità totali ta’ likwidi fjammabbli mimlija f’reċipjenti li jistgħu jerġgħu jimtlew ma tistax taqbeż il-5 litri.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq u d-Digriet tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (194/2002)

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-FI-2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta fid-dokument tat-trasport

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5, 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-ġarr f’vetturi b’tank jew f’unitajiet ta’ trasport b’aktar minn tank wieħed

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jiġu trasportati vetturi b’tank vojt u mhux imnaddfa jew unitajiet ta’ trasport li għandhom tank wieħed jew aktar immarkati f’konformità ma’ 5.3.2.1.3, l-aħħar sustanza ttrasportata mmarkata fid-dokument tat-trasport tista’ tkun is-sustanza bil-punt ta’ fjammabbiltà l-aktar baxx.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-a-FI-3

Suġġett: Twaħħil ta’ plakards u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport (normalment vannijiet) li jittrasportaw ammonti żgħar ta’ splussivi (b’massa netta massima ta’ 1 000 kg) lejn il-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jitwaħħlulhom plakards tal-mudell Nru 1 fuq quddiem u fuq wara.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

SE L-Iżvezja

RO-a-SE-1

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-a-FR-7

Bażi ġuridika: Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) (Kwantitajiet żgħar)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

Kuntest tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO-bi-BE-5

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti tar-rimi tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat skont l-ADR, l-iskart jiġi assenjat fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp wieħed. Ir-rekwiżiti għall-manifattura tal-imballaġġ huma inqas restrittivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart lejn impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-bi-BE-6

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-5

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 01-2004

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-bi-BE-7

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 02-2003

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-bi-BE-8

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s’għand l-utent finali (għajr il-Klassi 7).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni tal-ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Sakemm ma ngħatajtx permess mill-operatur tal-vettura biex tagħmel dan ”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route

Kummenti: Jekk tittieħed b’mod litterali, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-bi-BE-10

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali inkluż it-trasport fi triq pubblika.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, iċ-ċertifikat tas-sewwieq, it-tikkettar u/jew l-immarkar tal-pakketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-derogi 10-2012, 12-2012, 24-2013, 31-2013, 07-2014, 08-2014, 09-2014 u 38-2014.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-bi-BE-11

Suġġett: il-ġbir ta’ cilindri tal-butan-propan mingħajr tikkettar konformi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: hemm bżonn li ċ-ċilindri tal-gass ikollhom tikketti ta’ periklu mwaħħla fuqhom.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: waqt il-ġbir taċ-ċilindri li kellhom fihom in-NU 1965, in-nuqqas ta’ tikketti ta’ periklu ma jkollux bżonn ta’ sostituzzjoni jekk il-vettura tkun tikkettata b’mod korrett (mudell 2.1)

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 14-2016.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-bi-BE-12

Suġġett: it-trasport ta’ NU 3509 f’kontejners f’forma sfuża u miksija

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: NU 3509 irid jinġarr f’kontejners f’forma sfuża u magħluqa

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 15-2016

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

RO-bi-BE-13

Suġġett: it-trasport ta’ ċilindri DOT

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.2.3.4 sa 6.2.3.9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: hemm bżonn li ċ-ċilindri tal-gass ikunu manifatturati u ttestjati skont il-Kapitolu 6.2 tal-ADR

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: iċ-ċilindri mibnija u ttestjati skont il-preskrizzjonijiet tad-Dipartiment tat-Trasport (Department of Transportation, DOT) tal-Istati Uniti jistgħu jintużaw għat-trasport ta’ lista limitata ta’ gassijiet annessa mad-deroga

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga BWV01-2017

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2028

DK Id-Danimarka

RO-bi-DK-1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jitwasslu lil żewġ riċevituri jew aktar u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet simili), mhuwiex meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonijiet bil-miktub, minbarra l-informazzjoni mitluba fl-ADR, ikun fihom informazzjoni dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal dik id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp ta’ tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex jittrażmettu kontinwament informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ, mhux possibbli li jitfasslu d-dokumenti tat-trasport qabel ma jibda l-vjaġġ. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

RO-bi-DK-2

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, as amended.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

RO-bi-DK-3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’binjiet privati li jkunu qrib xulxin.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq bejn żewġ binjiet privati separati jew aktar li jkunu qrib xulxin, it-trasport jista’ jseħħ b’permess bil-miktub mill-awtorità kompetenti – japplikaw ċerti kundizzjonijiet.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 828 af 10. juni 2017 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Jista’ faċilment ikun hemm sitwazzjoni ta’ oġġetti li jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jinsabu viċin xulxin iżda fejn xorta jkun meħtieġ l-aċċess għal triq pubblika għal distanza limitata ħafna (eż. qsim ta’ triq). Dan ma jkunx jikkostitwixxi ġarr ta’ oġġetti perikolużi fi triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u japplikaw biss rekwiżiti aktar laxki.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

RO-bi-DK-4

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn unitajiet domestiċi privati u minn intrapriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, dispożizzjonijiet speċjali, dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, proċeduri tal-kunsinna, rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġi, dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, tagħbija, ħatt u maniġġ, rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, tagħmir, operazzjoni u dokumentazzjoni u rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn unitajiet domestiċi privati u intrapriżi jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jinġarru lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew lejn il-faċilitajiet intermedji tal-ipproċessar għall-iskop ta’ rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont in-natura u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport, u jekk il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi huwiex anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart u l-intrapriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi jinġarru minn unitajiet domestiċi privati u/jew intrapriżi lejn ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib għall-iskop ta’ rimi. Ġeneralment l-iskart ikun imballaġġi li oriġinarjament ikunu nġarru skont l-eżenzjoni tas-Subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħa bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1 (c) ma tapplikax għall-ġarr lejn il-punti tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex xierqa għall-ġarr tal-iskart ta’ imballaġġi interni.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

RO-bi-DK-5

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11 jew S1 fi 8.5, jitħallew isiru f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-taqsima I.1, ta’ din id-Direttiva: 7.5.11, 8.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku jistgħu jsiru u ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 828 af 10/06/2017 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi piż kbir ħafna fuq l-Awtoritajiet kompetenti kif ukoll fuq il-komunità tan-negozju li tittratta l-oġġetti perikolużi inkwistjoni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

DE Il-Ġermanja

RO-bi-DE-1

Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument ta’ trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7:

Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument tat-trasport:

(a)

għall-konsenjatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni ta’ tagħbija sħiħa u ta’ trasport b’ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi ta’ imballaġġ, jekk il-punt 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, ikun suffiċjenti d-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip ta’ traffiku kkonċernat.

Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-DE-3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-DE-5

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontejners tank, b’deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, it-Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1,

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kontejners tank.

Kontenut tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: it-trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontejners tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Rekwiżiti għall-kontejners tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontejners tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f’kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni tal-mudell tal-kostruzzjoni, it-testijiet, it-tikkettar u l-operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

1.2.

Il-mekkaniżmu ta’ għeluq tal-kontejner tank irid ikollu sistema ta’ rilaxx tal-pressjoni li titla’ sa pressjoni interna ta’ 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u b’hekk tillibera apertura li tħares ’il fuq b’erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta’ mill-inqas 135 cm2 (dijametru ta’ 132 mm). L-apertura ma għandhiex terġa’ tingħalaq wara li tiġi attivata. Bħala installazzjoni ta’ sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta’ sikurezza jew aktar bl-istess proċess ta’ attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta’ kostruzzjoni tal-istallazzjoni ta’ sikurezza irid ikun għadda b’suċċess minn ittestjar tat-tip u minn approvazzjoni tat-tip mill-awtorità responsabbli.

2.

Tikkettar

Kull kontejner tank irid ikun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu f’konformità mal-mudell 3 fis-Subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

3.

Dispożizzjonijiet operatorji

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b’mod indaqs fil-medium ta’ flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa’ ġol-vettura jew fuqha, għajr biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontejners tank għandhom jitbattlu għalkollox. Jekk ma jistgħux jitbattlu kompletament, dawn għandhom jingħalqu b’mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: deroga Nordrhein-Westfalen

Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, is-sit tal-produzzjoni A jwassal bħala parti minn trasport konformi mar-regola f’kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit tal-produzzjoni B. Hawnhekk, tiżdied is-soluzzjoni tan-nitrogliċerina u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit tal-produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li ġew iċċekkjati b’mod speċjali u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni tat-trasport speċifika u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta’ validità: it-30 ta’ Ġunju 2028

RO-bi-DE-6

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ƒ 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB)

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-DE-7

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE-10

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2027

IE L-Irlanda

RO-bi-IE-3

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 fil-punt 7.5.11 jew S1 fil-punt 8.5, jitħallew isiru f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu oneruż ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-IE-6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil, li ma jkunux imqabbda b’mod permanenti mal-qoxra ta’ vettura b’tank, ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi b’tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-pajp flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi assoċjati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi b’tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti tal-petroleum bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa jkunu vojta matul it-trasport bit-triq dment li jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: fIl-pajpijiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi b’tank għal kunsinni fid-djar iridu jibqgħu mimlijin il-ħin kollu, anki waqt it-trasport. Is-sistema ta’ skariku hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li tirrikjedi li l-meter u l-pajp tal-vettura b’tank ikunu pprajmjati sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta tal-prodott.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-IE-7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport ta’ Fertilizzant tan-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 f’forma sfuża mill-portijiet sal-konsenjatarji.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument tat-trasport separat, li jkollu l-kwantità totali korretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit li l-vettura titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta li tippermetti modifiki għar-rekwiżiti tal-ADR fid-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattikalitajiet tat-trasport f’forma sfuża bejn il-port u l-konsenjatarju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument tat-trasport separat, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li jinġarru għal tagħbija partikolari; u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u l-konsenjatarju waqt il-ħatt ta’ bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża li jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fil-ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastiment ta’ tagħbija f’forma sfuża u l-konsenjatarju, dokument uniku tat-trasport, b’massa totali approssimattiva ta’ kull tagħbija, jenħtieġ li jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-IE-8

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati u vettura oħra fil-viċinanza immedjata tal-binjiet, jew bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata ta’ xulxin iżda separati minn triq pubblika.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, it-Taqsima 1.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr bit-triq ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: In-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regolamenti meta vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta’ oġġetti perikolużi

(a)

bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata ta’ dak il-bini; jew

(b)

bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati fil-viċinanza immedjata ta’ xulxin iżda li jistgħu jkunu separati bi triq pubblika,

sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56.

Kummenti: Meta l-oġġetti jiġi trasferiti bejn żewġ partijiet ta’ binjiet privati jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika, jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta’ trasport ma jinvolvix il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta’ oġġetti perikolużi jistgħu ma jiġux applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-DK-3.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

EL Il-Greċja

RO-bi-EL-1

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tal-gażojl (NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar ta’ tankijiet fissi (vetturi b’tank), ta’ tankijiet li jistgħu jitneħħew u tal-kontejners tank u tal-vetturi b’tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjali metalliċi, kif ukoll tal-vetturi tal-batterija u tal-MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali tal-gażojl biss (NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002 li l-ħxuna tal-qoxra ta’ barra tagħhom tkun inqas minn 3 mm jistgħu jibqgħu jintużaw. Maħsuba biex tkopri t-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżizzjonali se tkun fis-seħħ għall-vetturi b’tank biss jekk dawn jinbidlu skont 6.8.2.1.20 u jiġu adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5

2.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 6.8.2.1.28, 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2.

Fil-parti “Noti” taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, għandu jinkiteb dan li ġej: “VALIDU SAT-30.6.2021”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi b’tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2023

ES Spanja

RO-bi-ES-2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonijaka anidra.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kwalunkwe telf ta’ kontenut fil-każ ta’ ħsara lill-fittings esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq), il-valv iżolanti intern u l-post fejn ikun imqiegħed jridu jkunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew ddisinjati b’mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonijaka anidra li ddaħħlu fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’fittings tas-sikurezza esterni minflok interni, dment li joffru protezzjoni li tkun tal-anqas ekwivalenti għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1997 tip ta’ tank mgħammar b’fittings esterni għas-sikurezza kien jintuża esklussivament għal-agrikoltura biex tiġi applikata l-ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

FR Franza

RO-bi-FR-1

Suġġett: L-użu ta’ dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-vapur.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport għal oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 23-4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-FR-3

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Dawn japplikaw biss għal distanzi qosra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 30.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-FR-4

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-BE-8

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-FR-5

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–BE-5

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2024

RO-bi-FR-6

Suġġett: It-trasport tal-iskart li jkun fih l-asbestos liberu

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Struzzjoni tal-ippakkjar P002

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport tal-iskart li jkun fih l-asbestos liberu (Nru tal-NU 2212 ASBESTOS, AMFIBOLI (amosit, tremolit, aktinolit, antofillit, kroċidolit) jew Nru tan-NU 2590 ASBESTOS, KRISOTIL) minn siti tal-kostruzzjoni:

l-iskart jiġi trasportat fi trakkijiet bil-kaxxa tinqaleb,

l-iskart jiġi ppakkjat f’“boroż-kontenituri” kbar – boroż li jintwew u li jkollhom l-istess dimensjonijiet bħall-bażi tal-kaxxa tat-trakk – li jingħalqu tajjeb biex ma joħorġux fibri tal-asbestos waqt it-trasport,

il-boroż-kontenituri huma ddisinjati b’mod li jkunu jifilħu għall-istrapazz li jġarrbu f’kundizzjonijiet tat-trasport normali u waqt li jitbattlu fis-sit tal-landfill,

il-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli skont l-ADR għandhom jiġu ssodisfati.

Dawn il-kundizzjonijiet tat-trasport jidhru partikolarment xierqa għat-trasport ta’ kwantitajiet kbar ta’ skart prodott minn xogħlijiet fit-toroq jew tat-tneħħija tal-asbestos mill-bini. Dawn il-kundizzjonijiet huma xierqa wkoll għall-ħżin finali tal-iskart fil-landfills approvati u jħaffu x-xogħol tat-tagħbija u għalhekk jipproteġu aħjar lill-ħaddiema mill-perikli tal-asbestos meta mqabbla mal-kundizzjonijiet applikabbli skont l-istruzzjoni tal-ippakkjar P002 fil-Kapitolu 4.1.4 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2024

HU L-Ungerija

RO-bi-HU-1

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-3

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

NL In-Netherlands

RO-bi-NL-13

Suġġett: Skema tal-2015 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta’ imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti; it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż fi kwantitajiet żgħar miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f’imballaġġ xieraq b’kapaċità massima ta’ 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet tat-trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ADR. Għaldaqstant, varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ADR huwa stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Skema tal-2015 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż

Kummenti: L-iskema ġiet stabbilita sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu l-iskart kimiku fi kwantitajiet żgħar f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta’ periklu huwa mnaqqas permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidhru b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’imballaġġi ssiġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġema’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għall-ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentati, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ għarfien min-naħa tal-individwi privati dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness tal-iskema.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

PT Il-Portugall

RO-bi-PT-1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għall-gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “UN No1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

“NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

“NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, tas-16 ta’ April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru

Kummenti: L-importanza li jiġi ffaċilitat il-proċess biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi hija rikonoxxuta, dment li ma tiġix affettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-PT-2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jiġi sostitwit bid-dokument tat-trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex jitwasslu l-oġġetti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, tat-28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li kien fihom oġġetti perikolużi jrid ikun akkumpanjat minn dokument tat-trasport f’konformità mal-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-PT-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–BE-8

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deliberação 12/2021, de 5 Janeiro 2021

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

FI Il-Finlandja

RO-bi-FI-1

Suġġett: Modifika tal-informazzjoni fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta attwali ta’ sustanzi splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Kummenti: L-informazzjoni titqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga tintuża prinċipalment għall-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-FI-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-DE-1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-FI-4

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Digriet tal-Gvern dwar Ċertifikat tas-Sewqan għas-Sewwieqa ta’ Vetturi li Jġorru Oġġetti Perikolużi (401/2011)

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

SE L-Iżvezja

RO-bi-SE-1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż għal pjani tad-disponiment għall-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta’ imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

L-imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu mħejjija għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi żgħar ġo fihom.

Dan huwa permess dment li:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi ma’ tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva,

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b’materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu ħieles li jista’ joħroġ fl-imballaġġi esterni, fl-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt il-ġarr, u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta’ mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta’ disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, għall-IBCs jew għall-imballaġġi l-kbar; u

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-ADR-S”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3, tal-Anness I, Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati minħabba li l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv ta’ skart, li diffiċli jitbassar minn qabel.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-2

Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-konsenjatur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiddikjara li l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur mhumiex meħtieġa jekk l-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti: L-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jintbagħat lura bosta drabi jkun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw reċipjenti tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi skambju ma’ oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jinġarru bejn bini li jkunu jinsab fuq in-naħat opposti ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, ta’ riskji waqt il-ħatt, ta’ sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti konfiskati mill-pulizija, bħal splussivi jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ippakkjati, immarkati jew ittikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq diversi mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ alkoħol imdaħħal bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat lejn faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu ’l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: (a) kull pakkett m’għandux għalfejn ikun ittikkettat; u (b) ma hemmx għalfejn jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull palit li jkollu tali pakkett irid ikun ittikkettat b’mod korrett. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha jridu jiġu ssodisfati. Kull sena isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-5

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-portijiet u qrib ħafna tagħhom.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu ma jinġarrux dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

L-unità tat-trasport tista’ ma tkunx mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti: Qabbel mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ispetturi tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi iridu jattendu l-korsijiet ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li l-ispetturi li jkunu wettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vettura jattendu l-korsijiet ta’ taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti: F’xi każijiet, il-vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Ir-rekwiżiti f’1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun f’konformità mal-punt 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ aktar minn konsenjatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontejners tank, id-deskrizzjoni fid-dokument ta’ trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanza fil-pjan ta’ tagħbija jkun immarkat b’0. L-isem u l-indirizz tal-konsenjatarju mhuma meħtieġa fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-9

Suġġett: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni jista’ ma jikkonformax ma’ xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhix meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontejners eqdem mhux mibnija skont 6.8, iżda skont leġiżlazzjoni nazzjonali aktar antika, u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jistgħu jibqgħu jintużaw;

(c)

tankers eqdem, li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 6.7 jew 6.8, u li huma maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir għall-kisi tas-superfiċje tat-toroq jew mingħajru, xorta jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ postijiet fejn ikunu qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq;

(d)

iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għal vaguni tal-ekwipaġġ u tankers b’tagħmir għall-kisi tas-superfiċje tat-toroq jew mingħajru ma jkunux meħtieġa.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa xorta ta’ karavan għall-ekwipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u armat b’tank/kontejner mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi forestali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-10

Suġġett: Trasport tal-isplussivi f’tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati f’konformità mal-punt 4.1.4 biss.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità nazzjonali kompetenti se tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa permessibbli biss għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bi splussivi fit-tankijiet trid tkun immarkata u ttikkettata f’konformità mal-punti 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4, vettura waħda biss fl-unità tat-trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bl-isplussivi fil-vetturi b’tank. Fil-futur qarib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-11

Suġġett: Liċenzja tas-sewwieq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ tas-sewwieqa mhuwiex permess bi kwalunkwe vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-12

Suġġett: Ġarr ta’ logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu tal-vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), dment li l-logħob tan-nar jiġi assenjat għal NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fil-punt 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tar-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tan-NU.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

Kummenti: Il-ġarr tal-logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta x-xahar jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mill-konsenjaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta attwali tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni, kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri, kif ukoll ta’ dak li jifdal żejjed, lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-konsenjaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar trid issir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazzjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RO-bi-SE-13

Suġġett: Adozzjoni tal-RO-bi-DK-4

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(b)(i) (Trasport lokali fuq distanzi qosra)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima n I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027.”;

(2)

fl-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: Ra-a/bi/bii-MS-nn

RA

=

Ferrovija

a/bi/bii

=

Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS

=

Abbrevjazzjoni għal Stat Membru

nn

=

in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA-a-DE-2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

FR Franza

RA-a-FR-3

Suġġett: Ġarr għall-ħtiġijiet tat-trasportatur tal-ferrovija.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni dwar il-materjali perikolużi li għandha tkun indikata fin-nota ta’ konsenja.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur tal-ferrovija ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 20.2

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RA-a-FR-4

Suġġett: Eżenzjoni mit-tikkettar ta’ ċerti vaguni tal-posta.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (għajr dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) iridu jkunu ttikkettati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 21.1

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

SE L-Iżvezja

RA-a-SE-1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, jista’ ma jkunx immarkat bit-tikketti.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jġorru oġġetti perikolużi jridu juru t-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, jista’ ma jkunx immarkat bit-tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng

Kummenti: Fl-RID jeżistu limiti tal-kwantitajiet għall-oġġetti definiti bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DK Id-Danimarka

RA-bi-DK-1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi fil-mini

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt u Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af Eksplosiver i jernbanetunnellerne på Storebælt og Øresund, 11. maj 2017

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

DE Il-Ġermanja

RA-bi-DE-2

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġi interni (kif jinġabar) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. IS. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

RA-bi-DE-3

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, f’vaguni tank tal-ferrovija.

Referenza għall-Anness II, it-taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta’ tankijiet u ta’ vaguni tank. Il-Kapitolu 6.8, is-Subtaqsima 6.8.2.3, tirrikjedi l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f’vaguni tank tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operazzjonali addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

SE L-Iżvezja

RA-bi-SE-1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn il-pjani tad-disponiment għall-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr tal-imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li minnha huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

Imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inklużi IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu mħejjija għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi żgħar ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi ma’ tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva,

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b’materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista’ joħroġ fl-imballaġġi esterni, fl-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt it-trasport, u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta’ mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta’ disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar, u

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-RID-S”

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġin f’konformità mal-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tal-Anness II, it-Taqsima II.1 ta’ din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv ta’ skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

Ra-bii-DE-1

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1051 (Ċjanur tal-Idroġenu, stabbilizzat, likwidu, li fih 1 % jew inqas ta’ ilma skont il-massa), f’vaguni tank tal-ferrovija, li jidderogaw mis-Subtaqsima 1 tal-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1,

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni fuq it-trasport ta’ NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu li fih 1 % jew inqas ta’ ilma skont il-massa, f’vaguni tank tal-ferrovija, (tankijiet RID).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot deżinjati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kundizzjonijiet ċari u speċifikati. It-trasport iseħħ f’vaguni tank li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-fittings tagħhom jiġu kontinwament adattati skont l-aħħar rekwiżiti tas-sikurezza. Il-proċess tat-trasport huwa rregolat fid-dettall permezz ta’ dispożizzjonijiet tas-sikurezza operazzjonali addizzjonali bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u każijiet ta’ emerġenza u huwa mmonitorjat mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: Ausnahmezulassung Eisenbahn-Bundesamt, No E 1/97

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2023

RA-bii-DE-2

Suġġett: it-trasport lokali ta’ NU 1402 (karbur tal-kalċju) f’rotot iddeżinjati, grupp tal-imballaġġ I, u f’kontejners fuq vaguni.

Referenza għall-Anness II, it-taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport f’forma sfuża. Il-Kapitolu 3.2, it-Tabella A, ma tippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr f’forma sfuża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f’kundizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-tagħbijiet jinġarru f’kontenituri mibnija apposta fil-vaguni. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operazzjonali addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2024.”;

(3)

fl-Anness III, it-Taqsima III.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

III.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn

IW

=

Passaġġi fuq l-Ilma Intern

a/bi/bii

=

Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS

=

Abbrevjazzjoni għal Stat Membru

nn

=

in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(bi) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

IW-bi-DE-1

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness III, it-Taqsima III.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir tal-iskart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2027.”


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/64


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1096

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Korea maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jeħtiġilhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Korea liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali konstatazzjonijiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Korea liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fid-29 ta’ Settembru 2021, ir-Repubblika tal-Korea pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim skont is-sistema intitolata “COOV”. Ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika, huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Korea f’konformità mas-sistema “COOV” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Ir-Repubblika tal-Korea infurmat ukoll lill-Kummissjoni li, bħalissa ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar relatata mal-COVID-19 għad-dħul u s-soġġorn fir-Repubblika tal-Korea. Jekk ikun hemm il-ħtieġa li jiġu introdotti mill-ġdid ir-rekwiżiti tal-ivvjaġġar, ir-Repubblika tal-Korea tikkonferma li taċċetta ċertifikati tat-tilqim u tat-testijiet maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE skont ir-Regolament (UE) 2021/953. Fir-rigward taċ-ċertifikati tat-tilqim, ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati li jindikaw vaċċini awtorizzati fl-UE kollha se jiġu aċċettati biss jekk il-vaċċin ikun lesta l-proċedura ta’ Elenkar għall-Użu ta’ Emerġenza tal-WHO. Fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-irkupru b’mod partikolari, f’każ ta’ ħtieġa li jiġu introdotti mill-ġdid restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, ir-Repubblika tal-Korea tikkonferma li ma tirrikonoxxihomx.

(5)

Fit-30 ta’ Mejju 2022, wara talba mir-Repubblika tal-Korea, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġin mir-Repubblika tal-Korea huma f’konformità mas-sistema “COOV” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġin mir-Repubblika tal-Korea f’konformità mas-sistema “COOV” fihom id-data meħtieġa.

(6)

Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li hija toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għat-tilqim kontra l-COVID-19. Dawn il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Spikevax, Vaxzevria, Nuvaxovid u Jcovden.

(7)

Ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li ma toħroġx ċertifikati tat-testijiet interoperabbli.

(8)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li hija ma toħroġx ċertifikati ta’ fejqan interoperabbli.

(9)

Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Korea jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati l-istatus tat-tilqim jew ir-riżultat tat-test tad-detentur u wara ma tibqax tinżamm.

(10)

L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Korea f’konformità mas-sistema “COOV” iridu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma b’hekk issodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Korea f’konformità mas-sistema “COOV” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operazzjonali, jenħtieġ li r-Repubblika tal-Korea tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(14)

Sabiex ir-Repubblika tal-Korea tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Korea f’konformità mas-sistema “COOV” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tal-Korea għandha tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/67


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1097

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jeħtiġilhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali konstatazzjonijiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fit-28 ta’ Marzu 2022, ir-Repubblika tal-Madagascar pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim skont is-sistema intitolata “vaksiny.gov.mg”. Ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika, huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar f’konformità mas-sistema “vaksiny.gov.mg” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika kurrenti, ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni li t-testijiet rapidi tal-antiġeni (Rapid Antigen Tests, RATs) huma obbligatorji għall-vjaġġaturi kollha mal-wasla fl-ajruporti internazzjonali tal-Malagasy.

(5)

Fl-1 ta’ Ġunju 2022, wara talba mir-Repubblika tal-Madagascar, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġin mir-Repubblika tal-Madagascar huma f’konformità mas-sistema “vaksiny.gov.mg” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati.

(6)

Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġin mir-Repubblika tal-Madagascar f’konformità mas-sistema “vaksiny.gov.mg” fihom id-data meħtieġa. Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni hija li toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għat-tilqim kontra l-COVID-19. Dak it-tilqim bħalissa jinkludi Comirnaty, Covishield, BBIBP-CorV, Vaxzevria u Jcovden.

(7)

Ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni li ma toħroġx ċertifikati tat-testijiet interoperabbli.

(8)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni li hija ma toħroġx ċertifikati ta’ fejqan interoperabbli.

(9)

Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Madagascar infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Madagascar jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u wara ma tibqax tinżamm.

(10)

L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar f’konformità mas-sistema “vaksiny.gov.mg” iridu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma b’hekk issodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar f’konformità mas-sistema “vaksiny.gov.mg” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operazzjonali, jenħtieġ li r-Repubblika tal-Madagascar tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(14)

Sabiex ir-Repubblika tal-Madagascar tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Madagascar f’konformità mas-sistema “vaksiny.gov.mg” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tal-Madagascar għandha tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/70


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1098

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Kosovo (*) maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu implimentati mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom meta l-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom l-obbligu li japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qegħdin joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kull sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2021/954, tali sejbiet ta’ ekwivalenza jenħtieġ li japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(3)

Fit-23 ta’ Settembru 2021, il-Kosovo pprovda lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “Basic HIS”. Il-Kosovo għarraf lill-Kummissjoni li huwa jqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tiegħu qegħdin jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika, li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953 u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, il-Kosovo għarraf lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo f’konformità mas-sistema “Basic HIS” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Il-Kosovo għarraf ukoll lill-Kummissjoni li huwa jaċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

(5)

Fis-6 ta’ Mejju 2022, wara talba mill-Kosovo, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo huma f’konformità mas-sistema “Basic HIS”, li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo f’konformità mas-sistema “Basic HIS” fihom id-data meħtieġa.

(6)

Minbarra dan, il-Kosovo għarraf lill-Kummissjoni li qiegħed joħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty u Vaxzevria.

(7)

Il-Kosovo għarraf ukoll lill-Kummissjoni li qiegħed joħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet ta’ amplifikazzjoni tal-aċidi nuklejċi.

(8)

Barra minn hekk, il-Kosovo għarraf lill-Kummissjoni li qiegħed joħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. Dawn iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv.

(9)

Minbarra dan, il-Kosovo għarraf lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Kosovo jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġi vverifikat u kkonfermat l-istatus tat-tilqim, tar-riżultat tat-test jew tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara.

(10)

L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo f’konformità mas-sistema “Basic HIS” jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma b’hekk issodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo f’konformità mas-sistema “Basic HIS” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li l-Kosovo jkun ikkollegat mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Il-Kummissjoni, biex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jkunux aktar issodisfati.

(14)

Biex il-Kosovo jiġi kkollegat mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Kosovo f’konformità mas-sistema “Basic HIS” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jiġu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Il-Kosovo għandu jiġi kkollegat mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/73


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1099

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Renju tal-Bahrain maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu implimentati mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom meta l-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom l-obbligu li japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qegħdin joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju tal-Bahrain liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Bahrain liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2022, ir-Renju tal-Bahrain ipprovda lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “BeAware Bahrain application”. Ir-Renju tal-Bahrain infurma lill-Kummissjoni li huwa jqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tiegħu qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika li jkunu interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Renju tal-Bahrain informa lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju tal-Baħrejn f’konformità mas-sistema “BeAware Bahrain application” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Barra minn hekk, ir-Renju tal-Bahrain infurma lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

(5)

Fl-10 ta’ Ġunju 2022, wara talba mir-Renju tal-Bahrain, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju tal-Bahrain huma f’konformità mas-sistema “BeAware Bahrain application” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953, u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju tal-Bahrain f’konformità mas-sistema “BeAware Bahrain application” fihom id-data meħtieġa.

(6)

Barra minn hekk, ir-Renju tal-Bahrain informa lill-Kummissjoni li huwa joħroġ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawk il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Vaxzevria, BBIBP-CorV, Covaxin, COVID-19 Vaccine Janssen u Sputnik V.

(7)

Ir-Renju tal-Bahrain informa wkoll lill-Kummissjoni li huwa joħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku, iżda mhux għat-testijiet rapidi tal-antiġeni.

(8)

Barra minn hekk, ir-Renju tal-Bahrain informa lill-Kummissjoni li huwa joħroġ ċertifikati interoperabbli tal-irkupru. Dawn iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv.

(9)

Barra minn hekk, ir-Renju tal-Bahrain informa lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Bahrain jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex tivverifika u tikkonferma t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara.

(10)

Għalhekk, l-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju tal-Bahrainf’konformità mas-sistema “BeAware Bahrain application” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma ssodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju tal-Bahrain f’konformità mas-sistema “BeAware Bahrain application” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, ir-Renju tal-Bahrain jenħtieġ li jkun konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Il-Kummissjoni, sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jkunux aktar issodisfati.

(14)

Sabiex ir-Renju tal-Bahrain jiġi konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Renju tal-Bahrain f’konformità mas-sistema “BeAware Bahrain application” “għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Renju tal-Bahrain għandu jkun konness mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/76


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1100

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu implimentati mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom meta l-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom l-obbligu li japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, imma li jkunu qegħdin joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2021/954, tali konstatazzjonijiet ta’ ekwivalenza jenħtieġ li japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(3)

Fil-5 ta’ Frar 2022, ir-Repubblika tal-Ekwador ipprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim skont is-sistema intitolata “New development”. Ir-Repubblika tal-Ekwador għarrfet lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qegħdin jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika, li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953 u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Ekwador għarrfet lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador f’konformità mas-sistema “New development” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Ir-Repubblika tal-Ekwador għarrfet ukoll lill-Kummissjoni li taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

(5)

Fl-10 ta’ Ġunju 2022, wara talba mir-Repubblika tal-Ekwador, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador huma f’konformità mas-sistema “New development”, li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953, u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador f’konformità mas-sistema “New development” fihom id-data meħtieġa.

(6)

Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Ekwador għarrfet lill-Kummissjoni li qiegħda toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Spikevax, Sputnik V, BBIBP-CorV, Nuvaxovid, Soberana 02, Soberana Plus, Convidecia, CoronaVac, Vaxzevria, Abdala u Jcovden.

(7)

Ir-Repubblika tal-Ekwador għarrfet ukoll lill-Kummissjoni li ma toħroġx ċertifikati tat-testijiet interoperabbli.

(8)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Ekwador għarrfet lill-Kummissjoni li ma toħroġx ċertifikati ta’ fejqan interoperabbli.

(9)

Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Ekwador għarrfet lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fl-Ekwador jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġi vverifikat u kkonfermat l-istatus tat-tilqim, tar-riżultat tat-test jew tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara.

(10)

L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador f’konformità mas-sistema “New development” jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma b’hekk issodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador f’konformità mas-sistema “New development” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Biex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tal-Ekwador tkun ikkollegata mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Il-Kummissjoni, biex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jkunux aktar issodisfati.

(14)

Biex ir-Repubblika tal-Ekwador tiġi kkollegata mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Ekwador f’konformità mas-sistema “New development” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tal-Ekwador għandha tiġi kkollegata mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/79


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2022 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU

tad-19 ta’ Ġunju 2022

dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 [2022/1101]

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-part l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, mill-parti l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

(2)

L-Artikolu 76 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu li jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim u li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(3)

Skont l-Artikolu 86 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u biex jaraw li jinkisbu l-objettivi stipulati fil-Ftehim.

(4)

Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ipproponiet fażi ġdida ta’ involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta’ sjieda miż-żewġ naħat.

(5)

L-Unjoni Ewropew u l-Eġittu qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu dwar sett ta’ prijoritajiet għall-perjodu 2021-2027 (“il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027”) bl-għan li jindirizzaw sfidi komuni li jaffaċċaw l-Unjoni u l-Eġittu u li jippromwovu interessi konġunti.

(6)

Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027, li ser jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b’enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward tal-interessi kondiviżi identifikati b’mod komuni,

B’DAN JIRRAKKOMANDA:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet tal-Ftehim jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 kif stipulati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Artikolu 2

Il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027 jissostitwixxu l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu li l-implimentazzjoni tagħhom kienet irrakkomandata permezz tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (1).

Artikolu 3

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta’ Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu (ĠU L 255, 3.10.2017, p. 26).


ANNESS

Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2021-2027

I.   Daħla

Dawn il-Prijoritajiet tas-Sħubija għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi komuni li qed jiffaċċjaw l-UE u l-Eġittu, li jippromwovu interessi konġunti, li jiggarantixxu l-istabbiltà fit-tul u l-iżvilupp sostenibbli fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran u li jsaħħu l-kooperazzjoni u jwettqu l-potenzjal mhux sfruttat tar-relazzjoni. Il-Prijoritajiet tas-Sħubija jagħtu attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-"Viżjoni dwar l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2030" u tal-Politika ta' Viċinat Ewropea aġġornata ggwidata mill-Aġenda l-ġdida tal-UE għall-Mediterran (1) u l-Pjan Ekonomiku u ta' Investiment tagħha għall-Viċinat tan-Nofsinhar (2), il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar tas-16 ta' April 2021 (3), u biex jittaffa l-impatt soċjoekonomiku negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 inkluż irkupru ekoloġiku, diġitali, reżiljenti u inklużiv. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu jistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-kooperazzjoni u l-Prijoritajiet tas-Sħubija. Il-prijoritajiet tas-Sħubija huma ggwidati mill-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (4), l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u impenn kondiviż għall-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, huma jaqblu mal-aspirazzjoni ddikjarata fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10-11 ta' Diċembru 2020 (5) għal Viċinat tan-Nofsinhar demokratiku, aktar stabbli, aktar ekoloġiku u aktar prosperu bħala prijorità strateġika għall-UE.

II.   Prijoritajiet

Il-Prijoritajiet tas-Sħubija għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tan-nies fiż-żewġ naħat tal-Mediterran, partikolarment bl-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli inklużiv, tal-ġustizzja soċjali, opportunitajiet tax-xogħol deċenti, il-prosperità ekonomika u ta' kundizzjonijiet tal-għajxien imtejbin sostanzjalment. L-aspetti ewlenin ta' dawn l-għanijiet huma t-tkabbir inklużiv, sostnut mill-innovazzjoni, il-governanza effettiva u parteċipattiva, irregolata mill-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet soċjali u tax-xogħol, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa bil-ħsieb li tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, u d-drittijiet tat-tfal. Il-prijoritajiet jieħdu kont ukoll tar-rwoli tal-UE u tal-Eġittu bħala atturi internazzjonali u għandhom l-għan li jżidu l-kooperazzjoni bilaterali u l-kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali tagħhom. Konnettività aħjar bejn l-UE u l-Eġittu, b'attenzjoni partikolari għall-mobbiltà intelliġenti, il-mobbiltà awtomatizzata u elettronika, id-diġitalizzazzjoni u l-ekonomija ekoloġika, ser ikunu għodod importanti li joffru opportunitajiet ġodda ta' kooperazzjoni f'dan il-kuntest. L-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin tal-Pjan Ekonomiku u ta' Investiment tal-Aġenda l-Ġdida għall-Mediterran, inkluż permezz ta' inizjattivi ta' Tim Ewropa, ser tikkontribwixxi għat-twettiq tal-Prijoritajiet tas-Sħubija. Dawn jikkostitwixxu parti importanti mill-kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu u jgħinu biex jipproteġu l-interessi u l-oġġetti komuni tagħna fil-Mediterran.

Il-pandemija tal-COVID-19 sfidat is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa u kellha impatt profond fuq l-ekonomija u s-soċjetà. L-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw mill-qrib dwar l-irkupru soċjoekonomiku fit-tul, u l-iżvilupp sostenibbli. Iż-żewġ partijiet għandhom l-għan li jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-irkupru tal-ekonomiji wara l-COVID-19 u jtaffu r-riperkussjonijiet potenzjali.

Għaldaqstant, il-prijoritajiet kardinali li ġejjin ser jiggwidaw is-sħubija:

1.   L-Ekonomija Moderna Sostenibbli u l-Iżvilupp Soċjali tal-Eġittu

L-UE u l-Eġittu, bħala sħab ewlenin ser jikkooperaw biex javvanzaw l-għanijiet soċjoekonomiċi stabbiliti fl-"Istrateġija tal-Eġittu għal Żvilupp Sostenibbli – Viżjoni 2030" bl-għan li jinbena Eġittu stabbli u prosperu.

a)   It-tisħiħ tar-reżiljenza, il-bini tal-prosperità u l-appoġġ għat-trasformazzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika

L-Eġittu huwa impenjat li jikseb sostenibbiltà soċjoekonomika fit-tul permezz, fost l-oħrajn, tal-ħolqien ta' ambjent li jwassal iktar għat-tkabbir inklużiv u l-ħolqien ta' xogħol diċenti u produttiv, partikolarment għaż-żgħażagħ u n-nisa, inkluż billi titħeġġeġ l-integrazzjoni-tas-settur informali fl-ekonomija. Għas-sostenibbiltà ekonomika fit-tul, din ser tinkludi miżuri li jistgħu jiġġeneraw spazju fiskali ikbar għal implimentazzjoni aħjar tal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, ir-riforma ulterjuri tas-sussidji u t-tassazzjoni, it-tisħiħ tar-rwol tas-settur privat u t-titjib tal-klima kummerċjali biex jiġi attirat iktar investiment barrani, inkluż permezz ta' politika kummerċjali iktar miftuħa u kompetittiva, biex jitgawdew bis-sħiħ il-benefiċċji tad-dividend diġitali u permezz ta' appoġġ għal proġetti infrastrutturali ewlenin bħall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport effiċjenti. Minħabba l-importanza tal-iżvilupp tal-SMEs għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv, dan is-settur ser ikompli jkollu rwol ċentrali fil-kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu. Barra minn hekk, l-UE ser tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu favur riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-governanza tajba, inkluż permezz tal-użu ta' statistika ta' kwalità għolja u billi jittieħed kont tar-revoluzzjoni diġitali u l-mudelli relatati tan-negozju u tas-soċjetà.

L-UE ser tkompli taqdi rwol importanti fl-appoġġ tal-ambjent tan-negozju u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli inkluż permezz ta' inizjattivi ewlenin konkreti f'setturi prijoritarji, bħal: l-iżvilupp ta' mezzi ta' trasport sostenibbli, infrastruttura tat-trasport pubbliku u l-korroborazzjoni tat-tranżizzjoni tal-Eġittu lejn il-mobbiltà elettrika. F'konformità mat-twettiq min-naħa tal-Eġittu tal-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli 2030 tiegħu, l-UE ser testendi l-appoġġ tagħha għat-tranżizzjoni tal-Eġittu lejn ekonomija ekoloġika, inkluż l-iżvilupp sostenibbli tas-setturi agrikoli u tal-ilma. F'dak il-kuntest, l-UE ser tappoġġa wkoll it-tisħiħ tal-infrastruttura diġitali u b'mod partikolari l-aċċess universali għal networks imtejba, affordabbli u siguri kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u għarfien dwar it-theddid taċ-ċibersigurtà.

Filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-progress tas-soċjetajiet tagħhom, l-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw aktar fis-setturi kollha fir-riċerka u l-innovazzjoni u fl-avvanz tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà filwaqt li jipproteġu d-dritt għall-privatezza. F'dan il-kuntest, l-Eġittu u l-UE enfasizzaw l-interess tagħhom li jintensifikaw il-kooperazzjoni f'għadd ta' attivitajiet rilevanti ta' riċerka u edukazzjoni għolja, inkluż fil-qafas ta' Orizzont Ewropa, Erasmus +, PRIMA u l-Pjattaforma Reġjonali tal-Unjoni għall-Mediterran għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Minħabba l-patrimonju imprezzabbli u divers tal-Eġittu, u l-kontribuzzjoni sinifikanti tas-settur kulturali u tat-turiżmu għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il-Prodott Domestiku Gross (PDG), l-impjiegi, ir-riżervi tal-kambju tal-Eġittu u tas-soċjetà tiegħu b'mod iktar wiesa', ser titqiegħed enfasi partikolari fuq ir-rabta bejn il-kultura, il-patrimonju kulturali u l-iżvilupp ekonomiku. L-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw, fost l-oħrajn, dwar l-identifikazzjoni ta' modi kif jiġi protett u ppreservat il-wirt kulturali, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, u jipproponu azzjonijiet ta' kooperazzjoni konġunti rilevanti f'dan il-qasam. Sabiex jiġi indirizzat l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 fis-settur tat-turiżmu fl-Eġittu, l-UE u l-Eġittu ser jaħdmu flimkien biex itejbu l-opportunitajiet f'dan il-qasam.

b)   Kummerċ u investiment

L-UE u l-Eġittu huma sħab kummerċjali importanti. Iż-żewġ naħat ser jidentifikaw b'mod konġunt approċċi xierqa biex itejbu r-relazzjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ u l-investiment, itejbu l-kompetittività u jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-oġġetti u s-servizzi għas-swieq rispettivi skont ir-regolamenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu u l-integrazzjoni ulterjuri tal-Eġittu fil-ktajjen tal-valur reġjonali u globali.

L-UE u l-Eġittu ser jaħdmu mill-qrib biex jipprovdu proposti prattiċi kondiviżi sabiex jgħinu lill-Eġittu jżid il-kompetittività u t-trasparenza tas-suq tiegħu, isaħħaħ ir-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment eżistenti, u jiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-kompetizzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu jiġu rispettati bis-sħiħ, u l-Ftehim jiġi implimentat b'mod li jippermettilu jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu. Biex tipproteġi aħjar is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, l-UE ser tappoġġa t-trasformazzjoni ta' sistemi tal-ikel sostenibbli, kif ukoll l-iżvilupp ta' oqfsa effettivi għas-sikurezza tal-konsumatur, filwaqt li tqis ir-regolamenti tad-WTO, l-istandards sanitarji u fitosanitarji maqbula internazzjonalment u r-regoli u l-prinċipji rilevanti tal-UE. Iż-żewġ naħat ser jaħdmu mill-qrib biex jattiraw u jtejbu l-investimenti Ewropej, b'mod partikolari billi jippermettu ambjent favorevoli għall-investiment u jikkunsidraw opportunitajiet bħalma huma ż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta' Suez, politika kummerċjali aktar miftuħa u sostenibbli u t-titjib tal-qafas regolatorju.

L-UE ser tappoġġa l-politiki tal-Eġittu fil-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku, il-kummerċ diġitali, ir-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni u fit-tisħiħ tal-potenzjal ta' investiment tiegħu billi ttejjeb il-klima tan-negozju u l-iżvilupp tal-Istrateġija Eġizzjana tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) Eġizzjana.

c)   Żvilupp soċjali u ġustizzja soċjali

L-UE tappoġġa l-isforz tal-Eġittu biex jippromwovi u jirriforma l-iżvilupp soċjali u l-ġustizzja soċjali, u djalogu soċjali sinifikanti u inklużiv, u biex jindirizza l-isfidi soċjali u demografiċi marbuta mat-tkabbir rapidu tal-popolazzjoni, inkluż l-iskarsezza tal-ilma u l-vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-ikel. Dan jinkludi t-tisħiħ tar-riżorsi umani tal-pajjiż, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, in-nisa u t-tfal. L-UE ser tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu biex irawwem il-protezzjoni ekonomika u soċjali ta' persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli fl-Eġittu, b'mod partikolari dawk esposti għal impatti negattivi potenzjali tar-riformi ekonomiċi u l-konsegwenzi ta' xokkijiet esterni bħall-pandemija tal-COVID-19 permezz ta' xbieki ta' sikurezza soċjali komprensivi u programmi ta' protezzjoni soċjali mmirati allinjati mal-miri tal-inizjattiva Ħajja Deċenti (Haya Karima) u l-programmi Takaful u Karama. Ser tingħata attenzjoni speċjali lill-promozzjoni tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u r-rwol tan-nisa u l-bniet fis-soċjetà u l-ekonomija kif rifless fl-Istrateġija Nazzjonali għat-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa 2030. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu ser ikomplu jippromwovu żvilupp soċjo-ekonomiku rurali u urban inklussiv, kif ukoll itejbu t-twassil ta' servizzi bażiċi, jappoġġjaw edukazzjoni moderna ta' kwalità, anke b'ħarsa lejn l-iżgurar tal-konnessjoni mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-ħiliet diġitali u l-litteranza tal-poplu, it-taħriġ tekniku u vokazzjonali kif ukoll is-sistemi tal-kura tas-saħħa.

L-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw fis-settur tas-saħħa bil-ħsieb li titnaqqas il-pressjoni li l-COVID-19 qed tpoġġi fuq is-servizzi tas-saħħa u fuq il-vaċċini, ukoll bil-ħsieb li jappoġġaw l-ambizzjonijiet tal-Eġittu li jsir ċentru reġjonali għall-produzzjoni u l-esportazzjoni lejn l-Afrika u l-Lvant Nofsani. L-UE ser taqsam l-esperjenza tagħha fl-istabbiliment ta' kopertura tal-kura tas-saħħa inklussiva u servizzi ta' kura tas-saħħa mtejbin.

d)   Enerġija, ambjent u azzjoni klimatika

L-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw fid-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi, b'enfasi partikolari fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli, azzjonijiet ta' effiċjenza fl-enerġija, u bidla gradwali lejn modi ta' trasport b'livell baxx ta'' karbonju u sostenibbli fuq l-art u fit-tbaħħir marittimu u l-avjazzjoni ċivili. L-UE, fuq talba tal-gvern Eġizzjan, ser tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu biex jaġġorna l-istrateġija integrata tal-enerġija tiegħu li għandha l-għan li tilħaq il-ħtiġijiet tal-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż u li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. It-tisħiħ tad-djalogu dwar l-enerġija u l-klima bejn l-UE u l-Eġittu ser jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni. Dan jista' jinkludi l-appoġġ għall-isforzi tal-Eġittu biex isir ċentru tal-enerġija fir-reġjun b'enfasi fuq l-enerġija rinnovabbli, il-kooperazzjoni kontinwa fil-qafas tal-Forum tal-Gass tal-Lvant tal-Mediterran, u l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-enerġija ta' benefiċċju reċiproku, inklużi proġetti ta' interkonnessjoni bejn l-Eġittu u l-UE.

L-UE u l-Eġittu ser jaħdmu wkoll flimkien fuq ir-riċerka konġunta, il-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-aħjar prattika, it-trasferimenti tat-teknoloġija u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni subreġjonali (intra-Mediterranja), b'kunsiderazzjoni xierqa għall-preservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar tal-Mediterran.

L-UE u l-Eġittu ser isaħħu l-kooperazzjoni biex jippromwovu l-kunċett tal-ekoturiżmu, inkluż il-protezzjoni tal-bijodiversità fl-Eġittu, u fil-Baħar Mediterran, b'mod partikolari fil-ġestjoni tar-riżervi naturali u r-restawr tar-riżorsi naturali degradati.

L-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw fil-promozzjoni ta' azzjoni dwar il-klima u l-ambjent biex jinkiseb żvilupp sostenibbli f'konformità mal-impenji tagħhom skont l-UNFCCC, il-Ftehim ta' Pariġi u d-deċiżjonijiet dwar il-Klima ta' Glasgow. L-UE ser tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali tal-Eġittu fl-oqsma tal-mitigazzjoni u l-adattament inkluż permezz tal-finanzjament għall-klima. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw biex jiksbu l-għanijiet identifikati, fost l-oħrajn, fl-Aġenda 2030 tal-Iżvilupp u l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri.

L-UE ser tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu fit-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika tiegħu, il-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi ekoloġiċi, l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal u l-użu tas-sorsi tal-enerġija tiegħu, id-diversifikazzjoni ulterjuri tat-taħlita tal-enerġija tiegħu permezz tal-enerġija rinnovabbli, u l-effiċjenza enerġetika, it-tisħiħ tal-governanza u l-istabbiliment ta' perkorsi ta' żvilupp favur l-ambjent.

L-UE ser tappoġġa lill-Eġittu fil-promozzjoni ta' finanzjament sostenibbli, inklużi bonds ekoloġiċi, fl-adozzjoni tal-istandards ta' sostenibbiltà ambjentali fil-portafoll ta' investiment domestiku tiegħu, kif ukoll fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tiegħu li jipproduċi u jesporta enerġija rinnovabbli fil-forma ta' elettriku u idroġenu rinnovabbli b'mod partikolari.

Fid-dawl tat-theddida kkawżata mill-iskarsezza tal-ilma fil-livelli nazzjonali u reġjonali, l-UE ser tappoġġa lill-Eġittu fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma kif ukoll oqsma oħra ta' interess komuni bħall-konservazzjoni tal-bijodiversità, is-sanità, il-ġestjoni tal-iskart solidu, inkluż it-tnaqqis ta' sustanzi niġġiesa industrijali, il-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi u tal-iskart tal-perikli, u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. L-Eġittu u l-UE qegħdin ukoll jesploraw l-opportunitajiet previsti fl-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) għall-kooperazzjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-ekonomija blu.

L-UE u l-Eġittu ser isaħħu l-kooperazzjoni sabiex ikun hemm tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel sostenibbli, inkluża l-ġestjoni sostenibbli tal-agrikoltura, is-sajd, u l-preservazzjoni tal-fatturi ta' produzzjoni naturali biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.

2.   Sħab fil-Politika Barranija

a)   L-istabbilizzazzjoni tal-viċinat komuni u lil hinn minnu

Il-kunflitti mtawla fir-reġjun tal-Mediterran jikkostitwixxu ostaklu ewlieni għall-istabbiltà politika u l-iżvilupp sostenibbli. L-isforzi konġunti mill-UE u l-Eġittu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà, il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-kunflitti u l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tagħhom huma prijoritajiet ewlenin sabiex in-nies jiġu protetti u jkunu jistgħu jirnexxu. Is-sħubija bejn l-UE u l-Eġittu hija importanti għall-istabbiltà u l-prosperità tal-Mediterran, il-Lvant Nofsani u l-Afrika u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu ser tkompli timmira li tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tal-konflitti, tibni l-paċi, tapprofondixxi l-integrazzjoni ekonomika reġjonali, u tindirizza l-isfidi politiċi u ekonomiċi f'dawn ir-reġjuni.

Minħabba l-orjentazzjoni strateġika tas-sħubija, l-UE u l-Eġittu huma impenjati li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-politika barranija fil-livelli bilaterali, reġjonali u internazzjonali, b'mod partikolari fil-fora tan-NU u multilaterali, inkluża l-Unjoni għall-Mediterran kif ukoll mal-Lega tal-Istati Għarab (LAS) u l-Unjoni Afrikana li l-Eġittu huwa membru tagħha. L-UE u l-Eġittu huma impenjati li jikkooperaw ukoll fil-qafas ta' laqgħat Ministerjali annwali bejn l-UE u s-Sħab tan-Nofsinhar kif propost fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar - Aġenda Ġdida għall-Mediterran. Il-prijoritajiet jinkludu sforzi mġedda biex jiġu appoġġati l-Iżraeljani u l-Palestinjani biex jilħqu soluzzjoni fil-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) li jibnu fuq ir-rwol ewlieni tal-UE u l-Eġittu f'dan il-kuntest. Fil-Lvant tal-Mediterran, l-Eġittu u l-UE u l-Istati Membri tagħha, fost l-oħrajn, ser itejbu l-kooperazzjoni reġjonali f'konformità mad-dritt internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS). L-Eġittu u l-UE ser jaħdmu b'mod konġunt fuq l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà, b'mod partikolari dwar il-PPLN, il-Libja u s-Sirja. Barra minn hekk, l-Eġittu jospita ċ-Ċentru tal-Unjoni Afrikana għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ta' Wara l-Kunflitti u l-kwartieri ġenerali tal-LAS, li miegħu l-UE ser tkompli tapprofondixxi u twessa' l-kooperazzjoni. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu ser ifittxu kooperazzjoni akbar fl-isfera multilaterali u dwar sfidi reġjonali u internazzjonali ewlenin li jaffettwaw iż-żewġ naħat inkluża l-azzjoni klimatika.

Fid-dawl tar-rwol ewlieni tal-Eġittu fl-iżvilupp globali u l-ambizzjonijiet ulterjuri tiegħu fih, wieħed mill-għanijiet tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu ser ikun li titwessa' s-sħubija bejn l-UE u l-Eġittu fir-reġjun usa', inkluż fl-Afrika, f'oqsma ta' interess reċiproku u permezz ta' inizjattivi bħall-Forum Aswan għall-Paċi u l-Iżvilupp Sostenibbli. L-ilħuq ta' ftehim internazzjonali malajr kemm jista' jkun f'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji u l-liġi internazzjonali tal-2015 dwar il-kwistjoni tad-Dam Etjopjana huwa prijorità ewlenija għall-UE u l-Eġittu sabiex tiġi protetta s-sigurtà tal-ilma tal-Eġittu, jiġu promossi l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun usa'. Ftehim internazzjonali bbażat fuq arranġament negozjat ser jikkontribwixxi biex din it-tilwima tinbidel f'opportunità biex jiġu attirati investimenti barranin u tiżdied l-istabbiltà għall-pajjiżi tar-reġjun u miljuni ta' nies. L-UE tinsab lesta li tappoġġa l-proċess immexxi mill-Unjoni Afrikana f'kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, inkluża l-UE, u li jkollha rwol aktar attiv, jekk ikun utli u mixtieq għall-partijiet kollha, billi tippreżenta l-esperjenza tagħha fil-ġestjoni tar-riżorsi kondiviżi tal-ilma skont id-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu jappoġġaw proposti għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni interreġjonali, inkluża kooperazzjoni trilaterali fl-Afrika.

b)   Kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-kriżijiet u r-rispons għalihom

L-UE u l-Eġittu ser iżidu l-kooperazzjoni u l-konsultazzjonijiet u l-iskambju ta' esperjenza fil-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet, kemm bilateralment kif ukoll reġjonalment, inkluż permezz taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Kajr għar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti, iż-Żamma tal-Paċi u l-Konsolidazzjoni tal-Paċi (CCCPA), biex jindirizzaw l-isfidi kumplessi għall-paċi, l-istabbiltà u l-iżvilupp li jirriżultaw mill-kunflitt, it-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali u l-epidemiji, inkluż permezz tal-COVAX, fil-viċinat komuni tagħhom u lil hinn minnu. Il-ħidma fuq ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima ser tissaħħaħ, inkluż l-investiment f'miżuri preventivi u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri.

3.   It-tisħiħ tal-istabbiltà

L-UE u l-Eġittu jikkondividu l-objettiv ta' stabbiltà fis-soċjetajiet u r-reġjun usa' tagħhom. Id-drittijiet tal-bniedem, drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali, lavorattivi u kulturali, kif misjuba fid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Kostituzzjoni Eġizzjana, huma essenzjali għall-istabbiltà taż-żewġ partijiet u huma valur komuni u l-ġebla tax-xewka ta' stat demokratiku modern. L-Eġittu u l-UE jtennu l-impenn tagħhom li jkomplu jippromwovu d-demokrazija, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs bħala drittijiet kostituzzjonali taċ-ċittadini kollha tagħhom, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħhom bħala l-bażi għall-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul. L-Eġittu ħa passi importanti billi neħħa l-Istat ta' Emerġenza fl-2021 u ħareġ l-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Eġittu (2021-2026). L-istrateġija Nazzjonali, bl-erba' oqsma ta' prijorità tagħha, tafferma mill-ġdid l-objettiv nazzjonali tal-Eġittu li jwettaq id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali kollha biex jikseb l-istabbiltà, il-progress u l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiż. F'dan il-kuntest, l-UE ser tappoġġa lill-Eġittu biex jimplimenta dawn id-drittijiet u l-objettivi.

a)   Governanza tajba u stat modern u demokratiku

L-Eġittu u l-UE huma impenjati li jiżguraw ir-responsabilizzazzjoni, l-istat tad-dritt, ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jirrispondu għad-domandi taċ-ċittadini tagħhom. Dawn l-impenji jiggwidaw l-appoġġ ulterjuri tal-UE għall-isforzi tal-Eġittu lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-istat għal riforma effettiva tas-settur pubbliku, li tavvanza l-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi fl-iżgurar tas-sigurtà għal kulħadd. F'konformità mad-dritt internazzjonali u l-aħjar prattiki, l-UE u l-Eġittu ser isaħħu l-kooperazzjoni fl-immodernizzar tas-settur tal-ġustizzja, u fil-bini tal-kapaċità, b'mod partikolari fl-applikazzjoni tat-teknoloġija moderna, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi, il-ħasil tal-flus u l-indirizzar tal-irkupru ta' rikavati minn reati. L-UE u l-Eġittu ser jikkunsidraw ukoll l-iżvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ċivili u n-negozjar ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-Eġittu u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE. L-UE u l-Eġittu ser jikkooperaw ukoll biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-protezzjoni tad-data.

Il-kooperazzjoni parlamentari bejn l-UE u l-Eġittu, inkluż permezz ta' skambji strutturati bejn il-kumitati u l-gruppi parlamentari, issaħħaħ il-koordinazzjoni u tippromwovi l-fehim reċiproku. L-UE ser tappoġġa wkoll l-isforzi tal-Eġittu li jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali biex jippjanaw u jagħtu servizzi pubbliċi, kif ukoll biex jiżgura iktar l-ugwaljanza fl-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u politiċi u biex jippromwovi l-integrazzjoni soċjali għal kulħadd.

b)   Is-sigurtà u t-terroriżmu

Is-sigurtà hija għan komuni. It-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti li jwassal għat-terroriżmu, huma theddida għan-nisġa soċjali tan-nazzjonijiet fiż-żewġ naħat tal-Mediterran. Huma theddida maġġuri għas-sigurtà u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna. Il-ġlieda kontra dan it-theddid tirrappreżenta għan komuni tal-UE u l-Eġittu li jistgħu jikkooperaw permezz ta' approċċ komprensiv. Dan jindirizza l-kawżi ewlenin tat-terroriżmu b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, sabiex tiġi miġġielda u evitata b'suċċess ir-radikalizzazzjoni u jiġi promoss l-iżvilupp soċjoekonomiku. L-UE u l-Eġittu jaqblu dwar il-ħtieġa li jikkooperaw flimkien biex jappoġġaw id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet, sabiex jikkonsolidaw il-prinċipji tal-fraternità tal-bniedem, jimmassimizzaw il-pedamenti komuni ta' kultura ta' paċi filwaqt li jirrifjutaw il-vjolenza fost in-nies, u jippromwovu t-tolleranza reliġjuża u jipproteġu l-libertà ta' reliġjon jew twemmin. L-UE u l-Eġittu jibqgħu impenjati li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-estremiżmu u kull forma oħra ta' diskriminazzjoni, inkluża l-Iżlamofobija u l-ksenofobija.

L-UE u l-Eġittu ser isaħħu l-kooperazzjoni operazzjonali f'oqsma relatati mas-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż is-sigurtà tal-avjazzjoni u s-sigurtà protettiva kif ukoll il-kapaċità li jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità organizzata tranżnazzjonali bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin inkluż it-traffikar tat-tfal, it-traffikar ta' oġġetti kulturali u r-restituzzjoni ta' proprjetajiet kulturali traffikati illegalment f'konformità mad-dritt internazzjonali, il-kummerċ illeċitu tad-drogi, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus.

Iż-żewġ partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra l-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir, inkluż permezz tal-iskambju tal-esperjenzi, it-taħriġ u attivitajiet oħra ta' bini ta' kapaċità.

c)   Il-migrazzjoni u l-mobbiltà

L-UE u l-Eġittu jissottolinjaw l-importanza li jkomplu jaħdmu flimkien biex jindirizzaw b'mod konġunt b'mod effiċjenti u effettiv l-isfidi tal-migrazzjoni irregolari, kif ukoll l-aspetti l-oħra kollha tal-migrazzjoni u l-mobbiltà, inkluż il-migrazzjoni legali, f'konformità mal-kompetenzi tal-UE u tal-Istati Membri, permezz ta' sħubiji komprensivi, imfassla apposta u ta' benefiċċju reċiproku, u fl-ispirtu tad-dikjarazzjoni politika tas-Summit tal-Belt Valletta u l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-Belt Valletta, kif ukoll b'kont meħud tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (6).

L-UE ser tkompli tappoġġa l-isforzi tal-gvern Eġizzjan biex isaħħaħ il-qafas tiegħu ta' governanza tal-migrazzjoni u l-ażil u jimmobilizza l-finanzjament taħt l-istrumenti rilevanti b'mod f'waqtu. Filwaqt li tilqa' u tibni fuq ir-riżultati pożittivi tal-Eġittu fit-trattament tal-flussi migratorji irregolari, l-UE ser tkompli tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu biex jipprevjeni u jiġġieled kontra l-migrazzjoni irregolari, biex isaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll biex jiġġieled it-traffikar u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin, inkluż l-identifikazzjoni u l-assistenza lill-vittmi tat-traffikar.

L-UE u l-Eġittu huma impenjati għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti, ta' dawk li jfittxu l-ażil u tar-refuġjati, b'rispett sħiħ tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi dwar ir-refuġjati. L-UE ser tfittex li tappoġġa u ssaħħaħ il-kapaċità Eġizzjana li tissalvagwardja dawn id-drittijiet, li tipprovdi protezzjoni, f'konformità mal-istandards internazzjonali, u aċċess għal servizzi bażiċi, bħas-saħħa l-edukazzjoni, inkluż għar-refuġjati, il-migranti u l-persuni li jfittxu l-ażil. L-UE ser tfittex li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Eġittu dwar ir-risistemazzjoni volontarja. L-UE u l-Eġittu ser irawmu u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni dwar l-identifikazzjoni, ir-ritorn, inkluż dwar ir-ritorn volontarju assistit, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti irregolari lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom. L-UE u l-Eġittu ser jesploraw oqsma ta' kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri.

Dan ser jimxi id f'id mal-kooperazzjoni fl-indirizzar u l-ġlieda kontra l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-konflitti u l-instabbiltà, is-sottożvilupp, il-faqar u l-qgħad — kif ukoll il-ħidma biex jiġu eliminati l-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u n-nixfa. Dan ser ikun ibbażat, fost l-oħrajn, fuq l-iżvilupp ta' opportunitajiet soċjoekonomiċi, speċjalment perspettivi mtejba għaż-żgħażagħ, permezz ta' inizjattivi għall-ħolqien tal-impjiegi fil-kuntest tal-irkupru mill-COVID-19.

Il-mobbiltà ordnata, sikura, regolari u responsabbli tal-persuni, inkluż għal skopijiet edukattivi filwaqt li jiġi evitat l-eżodu ta' mħuħ, tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' ħiliet u għarfien li min-naħa tagħhom jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-Eġittu. Din tista' twassal biex jinħolqu konnessjonijiet bejn forzi tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati fl-UE u l-Eġittu f'konformità mal-kompetenzi tal-UE u tal-Istati Membri kompetenti.

III.   Il-prinċipji ta' kooperazzjoni

Il-promozzjoni tal-fattur uman u l-kuntatti bejn il-persuni ser isaħħu r-rabtiet, u b'hekk jikkonsolidaw is-sħubija, bejn l-UE u l-Eġittu. Ir-responsabbilizzazzjoni u r-responsabbiltà reċiproċi, lejn in-nies Ewropej u Eġizzjani huma aspett essenzjali tal-Prijoritajiet tas-Sħubija.

Kwistjonijiet ta' interess komuni għandhom ukoll jiġu indirizzati permezz ta' kooperazzjoni reġjonali u sottoreġjonali (kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar) iktar b'saħħitha. F'dan ir-rigward, l-UE u l-Eġittu ser jaħdmu flimkien fil-qafas tal-UgħM u permezz tal-Fondazzjoni Anna Lindh, partikolarment dwar id-djalogu bejn il-kulturi.

L-esperjenza turi li l-kultura tad-djalogu hija għodda siewja biex jiġi żviluppat ir-rispett reċiproku. L-approfondiment tad-djalogu dwar kwistjonijiet bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp soċjoekonomiku, il-kummerċ, l-investiment u kwistjonijiet reġjonali u internazzjonali ta' interess komuni ser ikun essenzjali. Id-djalogu ser jagħti wkoll il-mezzi biex is-sħubija tiġi sostanzjata u biex naraw il-qagħda tal-fond u l-kisbiet tagħha.

Konformi mal-prijoritajiet tal-gvern Eġizzjan, enfasi fuq iż-żgħażagħ – li fuqhom tiddependi l-istabbiltà fit-tul tas-soċjetajiet tagħna – u fuq in-nisa hija kwistjoni essenzjali fil-Prijoritajiet tas-Sħubija. Wieħed mill-objettivi ewlenin huwa li dawn jiġu emanċipati u jiġu mgħammra bl-għodod legali u prattiċi biex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol dovut tagħhom fis-soċjetà permezz tas-sehem attiv tagħhom fl-ekonomija u l-governanza ta' pajjiżhom. L-UE u l-Eġittu ser ikomplu jiskambjaw esperjenzi dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll fil-promozzjoni tal-inklużjoni u l-għoti ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

L-UE u l-Eġittu jaqblu li s-soċjetà ċivili hija kontributur importanti u qawwi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-sħubija tagħhom u għall-governanza trasparenti u parteċipatorja, u li tista' tappoġġa l-proċess ta' żvilupp sostenibbli li għaddej bħalissa fl-Eġittu. Huma ser jaħdmu mas-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu b'mod effettiv fil-proċess ta' żvilupp ekonomiku, politiku, u soċjali, f'konformità mal-Kostituzzjoni Eġizzjana u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva.

IV.   Konklużjoni

Fl-ispirtu ta' sjieda konġunta, l-UE u l-Eġittu ddefinixxew b'mod konġunt dawn il-Prijoritajiet tas-Sħubija. F'korrelazzjoni mar-rieżami tal-Aġenda għall-Mediterran u tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill, fl-2024 huwa previst rieżami ta' nofs it-terminu, biex jiġi evalwat l-impatt tal-Prijoritajiet tas-Sħubija u, fejn meħtieġ, biex jiġu adattati. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ser jibqgħu l-korpi ewlenin li ser iwettqu l-valutazzjoni kumplessiva tal-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija fuq bażi annwali.


(1)  JOIN(2021) 2 finali

(2)  SWD(2021) 23 finali

(3)  https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/news/new-agenda-mediterranean-council-approves-conclusions-renewed-partnership-southern-neighbourhood-2021-04-19_mt

(4)  Ir-Riżoluzzjoni tan-NU 70/1 'Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli'

(5)  https://www.consilium.europa.eu/media/47296/1011-12-20-euco-conclusions-en.pdf

(6)  COM(2020) 609 final


1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/88


DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tal-21 ta’ Ġunju 2022

biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2022/1102]

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 16(2) flimkien mal-Artikolu 95(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) (“id-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali”), huwa għandu jiġi applikat sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(2)

Skont l- Artikolu 95(4), l-ewwel subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, in-negozjati għal Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ġdid (il-“Ftehim il-ġdid”) tnedew f’Settembru 2018. Il-Ftehim il-ġdid mhux ser ikun lest biex jiġi applikat sat-30 ta’ Ġunju 2022, id-data tal-iskadenza tal-qafas legali attwali. Għaldaqstant huwa neċessarju li tiġi emendata d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali biex tiġi estiża ulterjorment l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

(3)

L-Artikolu 95(4), it-tieni subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista’ tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ.

(4)

Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat ta’ adozzjoni tal-miżuri tranżizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (3).

(5)

Huwa għalhekk xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta deċiżjoni, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, biex jemenda d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Ġunju 2023, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni u l-Istati AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel.

(6)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jibqgħu jiġu applikati bil-għan li tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri tranżizzjonali emendati mhumiex maħsuba bħala emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, id-data “30 ta’ Ġunju 2022” għandha tiġi sostitwita bid-data ta’ “30 ta’ Ġunju 2023”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2022

Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE

Mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

Daniel Emery DEDE


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kien emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(2)  Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU L 1, 3.1.2020, p. 3).

(3)  Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta’ Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 114).