ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 173

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
30 ta' Ġunju 2022


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali — IPI) ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass ( 1 )

17

 

*

Regolament (UE) 2022/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’ miżura speċifika biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) b’rispons għall-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna

34

 

*

Regolament (UE) 2022/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 ( 1 )

37

 

*

Regolament (UE) 2022/1035 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri matul il-pandemija tal-COVID-19

46

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1036 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ referenza ( 1 )

50

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1037 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xorb ( 1 )

52

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1038 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-polivinilpirrolidon (E1201) f’ikel għal skopijiet mediċi speċjali, f’forma ta’ pilloli u pilloli miksija ( 1 )

56

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1039 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sospensjoni għas-sena 2023 ta’ ċerti preferenzi tariffarji mogħtija lil ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP

58

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1040 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Annessi VI u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom li minnhom huma awtorizzati jidħlu fl-Unjoni ċerti għasafar miżmuma u prodotti ġerminali tagħhom u prodotti tal-laħam tal-pollam ( 1 )

61

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1041 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea soġġetti għar-reġistrazzjoni wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-383/17, kif ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-260/20 P, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763

64

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1042 tal-21 ta’ Ġunju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda għall-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, anness mal-Ftehim ŻEE (Linja baġitarja 07 20 03 01 — sigurtà soċjali) ( 1 )

68

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1043 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

71

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1044 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2022)

73

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà (PESK) 2022/1045 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022)

75

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/1046 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tad-29 ta’ Ġunju 2022 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

77

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 269/21/COL tal-1 ta’ Diċembru 2021 li tintroduċi l-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2022-2027 [2022/1047]

79

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 293/21/COL tas-16 ta’ Diċembru 2021 li temenda r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi jiġu introdotti Linji Gwida riveduti dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2022/1048]

121

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( ĠU L 12, 17.1.2015 )

133

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1256 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ( ĠU L 277, 2.8.2021 )

136

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 84, 23.3.2006 ) ( ĠU L 330 M, 9.12.2008 )

137

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/1


REGOLAMENT (UE) 2022/1031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ġunju 2022

dwar l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali — IPI)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Unjoni tiddefinixxi u teżerċita politiki komuni u azzjonijiet, u ttejjeb il-kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.

(2)

Skont l-Artikolu 206 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni, permezz tal-istabbiliment tal-unjoni doganali, għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għall-abolizzjoni progressiva ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis tal-ostakoli doganali u ta’ xort’oħra.

(3)

Skont l-Artikolu 26 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern, inkluż żona bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont it-Trattati. L-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni tal-Unjoni jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.

(4)

L-Artikolu III:8 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 u l-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi jeskludu l-akkwist pubbliku mid-dixxiplini prinċipali multilaterali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

(5)

Fil-qafas tad-WTO u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku.

(6)

Il-Ftehim plurilaterali tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku u l-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni li jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jipprevedu aċċess għas-suq għall-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni biss għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi li huma partijiet għal dawk il-ftehimiet.

(7)

Meta pajjiż terz huwa Parti għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku jew ikkonkluda ftehim dwar il-kummerċ mal-Unjoni li jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni jenħtieġ li ssegwi l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni jew proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim stipulati f’dawk il-ftehimiet fejn l-prattiki restrittivi jkunu marbuta ma’ akkwist pubbliku kopert minn impenji għall-aċċess għas-suq li ttieħdu minn dak il-pajjiż terz fir-rigward tal-Unjoni.

(8)

Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali. jew sabiex itejjbu l-aċċess għal dawk is-swieq. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni minn bosta pajjiżi terzi li jwasslu għal telf f’opportunitajiet sostanzjali ta’ kummerċ.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula r-regoli u l-proċeduri sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni taħt il-ftehimiet kummerċjali internazzjonali konklużi mill-Unjoni. Ma jeżistu l-ebda regoli u proċeduri ta’ dan it-tip għat-trattament ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi li mhumiex koperti minn ftehimiet internazzjonali bħal dawn.

(10)

L-impenji għall-aċċess għas-suq internazzjonali li ttieħdu mill-Unjoni fil-konfront ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet jeħtieġu, inter alia, it-trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi minn dawk il-pajjiżi terzi. Konsegwentement, il-miżuri adottati fil-qafas ta’ dan ir-Regolament jistgħu japplikaw biss għal operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi minn pajjiżi terzi li mhumiex partijiet għall-Ftehim plurilaterali tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi jew għal ftehimiet kummerċjali bilaterali jew multilaterali konklużi mal-Unjoni li jinkludu impenji dwar l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni, jew għall-operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi minn pajjiżi li huma partijiet għal tali ftehimiet iżda biss fir-rigward ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal prodotti, servizzi jew konċessjonijiet li mhumiex koperti minn dawk il-ftehimiet. F’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE (4), 2014/24/UE (5) u 2014/25/UE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif iċċarat mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2019 dwar gwida dwar il-parteċipazzjoni ta’ offerenti u oġġetti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-akkwist tal-UE, l-operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi li ma għandhom l-ebda ftehim li jipprevedi l-ftuħ tas-suq tal-akkwist tal-UE, jew li l-prodotti, is-servizzi u x-xogħlijiet tagħhom mhumiex koperti minn tali ftehim, ma għandhomx aċċess sigur għall-proċeduri ta’ akkwist fl-UE u jistgħu jiġu esklużi.

(11)

L-applikazzjoni effettiva ta’ kwalunkwe miżura adottata skont dan ir-Regolament bil-ħsieb ta’ titjib fl-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni ta’ ċertu pajjiżi terzi teħtieġ sett ċar ta’ regoli ta’ oriġini għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi.

(12)

L-oriġini ta’ prodott għandha tkun determinata skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(13)

L-oriġini ta’ servizz jenħtieġ li tkun determinata skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. L-oriġini ta’ persuna ġuridika jenħtieġ li tiġi kkunsidrata li tkun il-pajjiż li abbażi tal-liġijiet tiegħu tkun ikkostitwita jew b’xi mod ieħor organizzata l-persuna ġuridika u li fit-territorju tiegħu il-persuna ġuridika tkun impenjata f’operazzjonijiet sostanzjali ta’ negozju. Jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi kostitwiti jew, b’xi mod ieħor, organizzati abbażi tal-liġijiet ta’ Stat Membru jitqiesu li joriġinaw mill-Unjoni biss jekk ikollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija ta’ Stat Membru. Sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżura tal-Istrument ta’ Akkwist Internazzjonali (IPI), l-oriġini ta’ persuni ġuridiċi kkontrollati minn barra l-pajjiż jew proprjetà ta’ persuni ġuridiċi li mhumiex involuti f’operazzjonijiet sostanzjali ta’ negozju fit-territorju ta’ pajjiż terz jew fit-territorju ta’ Stat Membru, li skont il-liġijiet tiegħu huma kostitwiti jew organizzati b’xi mod ieħor, jista’ jkun meħtieġ ukoll li tiġi ddeterminata billi jitqiesu elementi oħra, bħall-oriġini tas-sidien jew persuni oħra li jeżerċitaw influwenza dominanti fuq dik il-persuna ġuridika.

(14)

Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistux miżuri jew prattiki speċifiċi f’pajjiż terz li jistgħu jirriżultaw f’indeboliment tal-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni ta’ dak il- pajjiż terz, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina sa liema livell il-liġijiet, regoli jew miżuri oħra dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet tal-pajjiż terz ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali, u ma jirriżultawx f’restrizzjonijiet serji u rikorrenti fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi tal-Unjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina sa liema livell l-awtoritajiet kontraenti individwali jew entitajiet kontraenti individwali ta’ pajjii terzi jadottaw jew iżommu prattiki restrittivi fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti jewservizzi tal-Unjoni.

(15)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ fi kwalunkwe mument tibda investigazzjoni trasparenti fir-rigward ta’ miżuri jew prattiki allegatament restrittivi li ikunu adottati jew għadhom fis-seħħ f’pajjiż terz.

(16)

Fid-dawl tal-objettiv ta’ politika ġenerali tal-Unjoni li tappoġġa t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-integrazzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur globali, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tibdiex investigazzjoni fir-rigward ta’ pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament “Kollox Minbarra Armi” kif elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(17)

Meta tkun qed twettaq l-investigazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat jidħol f’konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tiġi eliminata jew rrimedjata kwalunkwe miżura jew prattika restrittiva u li b’hekk jittejbu l-opportunitajiet ta’ offerti għal operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni fir-rigward tas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni f’dak il-pajjiż terz.

(18)

Huwa ta’ importanza kbira li l-investigazzjoni titwettaq b’mod trasparenti. Għaldaqstant, rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-investigazzjoni jenħtieġ li jkun disponibbli għall-pubbliku.

(19)

Meta l-investigazzjoni tikkonferma l-eżistenza ta’ miżuri jew prattiki restrittivi, u l-konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat ma jwasslux għal azzjonijiet korrettivi sodisfaċenti li jirrimedjaw l-indeboliment serju u rikorrenti tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jew meta l-pajjiż terz ikkonċernat jirrifjuta li jingaġġa f’konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ tadotta, fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, jekk tikkunsidra li tali adozzjoni tkun fl-interess tal-Unjoni, miżura IPI fil-forma ta’ aġġustament tal-punteġġ jew fil-forma ta’ esklużjoni tal-offerti.

(20)

Id-determinazzjoni dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżura IPI hijiex fl-interess tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi varji kollha meqjusa globalment, inklużi l-interessi tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa il-konsegwenzi tal-adozzjoni ta’ tali miżura meta mqabbla mal-impatt tagħha fuq l-interessi usa’ tal-Unjoni. Huwa importanti li attenzjoni partikolari tingħata lill-objettiv ġenerali għall-ksib tar-reċiproċità permezz tal-ftuħ tas-swieq ta’ pajjiżi terzi u t-titjib tal-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Jenħtieġ li jitqies ukoll l-objettiv li jiġi limitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux meħtieġ għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif ukoll l-operaturi ekonomiċi.

(21)

Aġġustament tal-punteġġi jenħtieġ li jiġi applikat biss għall-fini tal-evalwazzjoni tal-offerti ppreżentati mill-operaturi ekonomiċi li joriġinaw mill-pajjiż terz ikkonċernat. Jenħtieġ li tali miżura ma taffettwax il-prezz li jrid jitħallas skont il-kuntratt li jkun ser jiġi konkluż mal-offerent rebbieħ. Meta l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jiddeċiedu li jibbażaw l-evalwazzjoni tagħhom tal-offerti fuq prezz jew kost bħala l-uniku kriterju tal-għoti tal-kuntratt, il-livell ta’ aġġustament tal-punteġġ jenħtieġ li jiġi stabbilit ogħla b’mod sinifikanti biex tiġi żgurata effettività komparabbli tal-miżura IPI.

(22)

Il-miżuri IPI jenħtieġ li japplikaw għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi ftehimiet ta’ qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri. Meta kuntratt speċifiku jingħata fil-qasam ta’ sistema dinamika ta’ xiri li għaliha tapplika miżura IPI, il-miżuri IPI jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dak il-kuntratt speċifiku. Madankollu, il-miżuri IPI jenħtieġ li ma japplikawx għal kuntratti taħt ċertu livell limitu, bil-ħsieb li jiġi limitat il-piż amministrattiv ġenerali għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ applikazzjoni doppja tal-miżuri IPI, tali miżuri jenħtieġ li ma japplikawx għal kuntratti mogħtija abbażi ta’ ftehim ta’ qafas, jekk il-miżuri IPI jkunu diġà ġew applikati fl-istadju tal-konklużjoni ta’ dak il-ftehim ta’ qafas.

(23)

Sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżura IPI, jenħtieġ li jiġu imposti obbligi xierqa fuq l-offerenti rebbieħa. Dawk l-obbligi jenħtieġ li japplikaw biss għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku li huma soġġetti għal miżura IPI, kif ukoll għal kuntratti mogħtija abbażi ta’ ftehim ta’ qafas fejn il-valur ta’ tali kuntratti huma daqs jew ogħla minn ċertu limitu u meta dak il-ftehim qafas huwa soġġett għal miżura IPI.

(24)

Meta pajjiż terz jidħol f’negozjati sostantivi u avvanzati mal-Unjoni dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku, bil-ħsieb li jelimina jew jirrimedja l-indeboliment tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, tal-prodotti jew tas-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni tiegħu, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà, matul in-negozjati, li tissospendi l-miżuri IPI li jirreferu għall-pajjiż terz ikkonċernat.

(25)

Huwa importanti li l-miżuri IPI huma applikati b’mod uniformi fl-Unjoni mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Sabiex titqies id-diversità tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet kontraenti u tal-entitajiet kontraenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jitolbu l-eżenzjoni mill-miżuri IPI għal lista limitata ta’ awtoritajiet kontraenti lokali taħt ċerti rekwiżiti stretti. Meta tiċċekkja l-listi tal-awtoritajiet kontraenti lokali kif proposti mill-Istati Membri, huwa importanti li l-Kummissjoni tqis is-sitwazzjoni partikolari ta’ dawk l-awtoritajiet kontraenti fir-rigward, inter alia, tal-livelli tal-popolazzjoni u s-sitwazzjoni ġeografika. Tali eżenzjoni tista’ tirreferi wkoll għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku li dawk l-awtoritajiet kontraenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jwettqu fl-ambitu tal-ftehimiet qafas jew is-sistemi dinamiċi ta’ xiri.

(26)

Huwa ta’ importanza vitali li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkollhom aċċess għal varjetà ta’ prodotti ta’ kwalità għolja li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom ta’ akkwist bi prezz kompetittiv. Għalhekk, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jenħtieġ li jkunu jistgħu ma japplikawx il-miżuri IPI li jillimitaw l-aċċess għal prodotti u servizzi li mhumiex koperti fejn ma jkunx hemm prodotti jew servizzi tal-Unjoni jew prodotti u servizzi koperti disponibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew sabiex jitħarsu ħtiġijiet essenzjali ta’ politika pubblika essenzjali, pereżempju fir-rigward ta’ raġunijiet prevalenti relatati mas-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent. Meta l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti japplikaw dawk l-eżenzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun informata fi żmien utli u b’mod komprensiv dwarhom sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(27)

Fil-każ ta’ applikazzjoni hażina mill- awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti ta’ miżuri IPI li, jaffetwaw negativament l-opportunitajiet tal-operaturi ekonomiċi li jkollhom id-dritt li jiparteċipaw fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, jenħtieġ li d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE (9) u 92/13/KEE (10) jkunu japplikaw. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi affettwati jkunu jistgħu jibdew proċedura ta’ reviżjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali li timplimenta dawk id-Direttivi jekk, pereżempju, dawk l-operaturi ekonomiċi jqisu li operatur ekonomiku kompetitur kellu jiġi eskluż jew offerta kellha tiġi kklassifikata aktar baxxa minħabba l-applikazzjoni ta’ miżura IPI. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ wkoll tapplika l-mekkaniżmu korrettiv skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/665/KEE jew l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/13/KEE.

(28)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(29)

Il-proċedura ta’ eżami jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni, irtirar, sospensjoni, dħul mill-ġdid jew estensjoni ta’ miżura IPI u l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ stabbilit mir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Peress li l-miżuri IPI jista’ jkollhom effetti differenti fuq is-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni tal-Unjoni, il-proċedura tal-komitoloġija applikabbli għall-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu l-esklużjoni tal-offerti jenħtieġ li tiġi adattata u f’każijiet bħal dawn jenħtieġ li japplika l-Artikolu 5(4), t-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(30)

Jekk ikun meħtieġ u għal kwistjonijiet li jaffettwaw l-applikazzjoni tal-qafas legali tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ titlob għall-parir tal-Kumitat Konsultattiv għal Kuntratti Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (13).

(31)

L-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tintuża biss għall-fini li tkun intalbet għalih u bir-rispett dovut għar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali relatati mal-protezzjoni tad-data u tal-kunfidenzjalità. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) kif ukoll l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/25/UE jenħtieġ li japplikaw kif xieraq.

(32)

F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15) u bl-għan, inter alia, li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami b’mod regolari tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-funzjonament u l-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament. Tali rieżami jkun jindirizza, inter alia, il-possibbiltà li jsir użu minn kwalunkwe mezz disponibbli sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni, inklużi faċilitajiet elettroniċi ta’ akkwist bħal formoli standard għal pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 (16), kif ukoll il-piż imġarrab mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti meta japplikaw dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, fejn xieraq, tippreżenta proposti leġislattivi xierqa.

(33)

Ir-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku applikabbli għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’isimhom stess huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)u għalhekk ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, dawk ir-regoli huma bbażati fuq ir-regoli stipulati fid-Direttivi 2014/23/UE u 2014/24/UE. Għalhekk huwa xieraq li jiġi vvalutat jekk, fil-kuntest ta’ reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ir-regoli u l-prinċipji stipulati f’dan ir-Regolament għandhomx isiru applikabbli wkoll għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(34)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida. Jenħtieġ li dawk il-linji gwida jipprovdu informazzjoni, b’mod partikolari, dwar il-kunċetti tal-oriġini ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-oriġini tal-prodotti u s-servizzi, obbligu addizzjonali kif ukoll l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-objettiv ġenerali tal-politika tal-Unjoni li tappoġġa l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jenħtieġ li dawk il-linji gwida jikkunsidraw ukoll il-bżonnijiet speċifiċi fir-rigward tal-informazzjoni tal-SMEs fl-applikazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament, bil-ħsieb li jiġi evitat piż żejjed fuq l-SMEs.

(35)

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u sabiex jinkiseb l-objettiv bażiku li jittejjeb l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-pajjiżi terzi billi jiġu stabbiliti miżuri fir-rigward l-akkwist mhux kopert, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-proċeduri biex il-Kummissjoni twettaq investigazzjonijiet dwar allegat miżuri jew prattiki ta’ pajjiżi terzi kontra operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni, u biex tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiżi terzi kkonċernati. Dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi maħsuba, f’konformità mal-Artikolu 5(4) TUE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri relatati mal-akkwist mhux kopert, maħsuba biex itejbu l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-pajjiżi terzi. Huwa jistabbilixxi l-proċeduri biex il-Kummissjoni tinvestiga miżuri jew prattiki allegati minn pajjiż terz kontra operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni, u tikkonsulta mal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-Kummissjoni timponi miżuri IPI b’rabta ma’ tali miżuri jew prattiki minn pajjiżi terzi biex jirrestrinġu l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi minn pajjiżi terzi għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku koperti mill-atti li ġejjin:

(a)

id-Direttiva 2014/23/UE;

(b)

id-Direttiva 2014/24/UE;

(c)

id-Direttiva 2014/25/UE.

3.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu internazzjonali tal-Unjoni jew għal miżuri li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti tagħhom jistgħu jieħdu f’konformità mal-atti msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku varati wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Miżura IPI għandha tapplika biss għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku koperti mill-miżura IPI u li ġew varati bejn id-dħul fis-seħħ ta’ dik il-miżura IPI u l-iskadenza, l-irtirar jew is-sospensjoni tagħha. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu referenza għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe miżura IPI applikabbli fid-dokumenti tal-akkwist pubbliku għal proċeduri li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżura IPI.

5.   Ir-rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol għandhom japplikaw għall-operaturi ekonomiċi f’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE, jew liġi oħra tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“operatur ekonomiku” tfisser operatur ekonomiku kif definit fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE;

(b)

“prodotti” tfisser prodotti msemmija fis-suġġett ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku u fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt rilevanti, iżda ma tkopri l-ebda input, materjal jew ingredjent inkorporat fil-prodotti fornuti;

(c)

“valur stmat” tfisser il-valur stmat ta’ kuntratt ikkalkulat skont id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE;

(d)

“aġġustament tal-punteġġ” tfisser it-tnaqqis relattiv b’perċentwal partikolari tal-punteġġ ta’ offerta, li jirriżulta mill-evalwazzjoni tagħha min-naħa ta’ awtorità kontraenti jew entità kontraenti, abbażi tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt definiti fid-dokumenti rilevanti tal-akkwist pubbliku. F’każijiet fejn il-prezz jew l-kost jikkostitwixxu l-uniku kriterju għall-għoti tal-kuntratt, l-aġġustament tal-punteġġ tfisser iż-żieda relattiva, għall-fini tal-evalwazzjoni tal-offerti, b’perċentwal partikolari tal-prezz propostminn offerent;

(e)

“evidenza” tfisser kwalunkwe informazzjoni, ċertifikat, dokument ta’ sostenn jew dikjarazzjoni li għandha l-għan li tagħti prova tal-konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 8, bħal:

(i)

dokumenti li juru li l-prodotti joriġinaw mill-Unjoni jew pajjiż terz;

(ii)

deskrizzjoni tal-proċessi ta’ manifattura,inklużi kampjuni, deskrizzjonijiet jew ritratti, għall-prodotti li għandhom jiġu fornuti;

(iii)

silta mir-reġistri rilevanti jew mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-oriġini tas-servizzi, inkluż numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT);

(f)

“awtorità kontraenti” tfisser awtorità kontraenti kif definita fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE;

(g)

“entità kontraenti” tfisser entità kontraenti kif definita fid-Direttivi 2014/23/UE u 2014/25/UE;

(h)

“parti interessata” tfisser kwalunkwe persuna jew entità li l-interess tagħha jista’ jiġi affettwat minn miżura jew prattika ta’ pajjiż terz, bħal impriżi, assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew organizzazzjonijiet transindustrijali ewlenin li jirrappreżentaw is-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni;

(i)

“miżura jew prattika ta’ pajjiż terz” tfisser kull miżura, proċedura jew prattika leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, jew taħlita tagħhom, adottati jew miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti individwali f’pajjiż terz, f’kwalunkwe livell li jirriżultaw f’indeboliment serju u rikorrenti għall-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, prodotti jewservizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni ta’ dak il-pajjiż terz;

(j)

“miżura IPI” tfisser miżura adottata mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament li tillimita l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi li joriġinaw minn pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist mhux kopert;

(k)

“akkwist mhux kopert” tfisser proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal prodotti, servizzi, jew konċessjonijiet li fir-rigward tagħhom l-Unjoni ma tkunx ħadet impenji ta’ aċċess għas-suq fi ftehim internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjonijiet;

(l)

“kuntratti” tfisser kuntratti pubbliċi kif definit fid-Direttiva 2014/24/UE, konċessjonijiet kif definit fid-Direttiva 2014/23/UE u kuntratti ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi kif definit fid-Direttiva 2014/25/UE;

(m)

“offerent” tfisser offerent kif definit fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE;

(n)

“pajjiż” tfisser kull Stat jew territorju doganali separat, mingħajr ma dan it-terminu jkollu implikazzjoni għas-sovranità;

(o)

“sottokuntrattar” tfisser l-arranġament tat-twettiq ta’ parzt minn kuntratt minn parti terza; u ma jinkludix is-sempliċi kunsinna ta’ prodotti jew partijiet li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għajr għall-Artikolu 6(3) u (7) tiegħu, it-twettiq ta’ xogħlijiet jew ta’ biċċa xogħol skont it-tifsira tad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE għandu jitqies bħala l-forniment ta’ servizz.

Artikolu 3

Determinazzjoni tal-oriġini

1.   L-oriġini ta’ operatur ekonomiku għandha titqies bħala:

(a)

fil-każ ta’ persuna fiżika, il-pajjiż fejn il-persuna tkun ċittadina jew fejn dik il-persuna jkollha d-dritt ta’ residenza permanenti;

(b)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-pajjiż li taħt il-liġijiet tiegħu l-persuna ġuridika tkun ikkostitwita jew b’xi mod ieħor organizzata u fit-territorju fejn il-persuna ġuridika tkun impenjata f’operazzjonijiet sostanzjali ta’ negozju;

(ii)

jekk il-persuna ġuridika ma tkunx impenjata f’operazzjonijiet sostanzjali ta’ negozju fit-territorju tal-pajjiż li fih tkun ikkostitwita jewb’xi mod ieħor organizzata, l-oriġini tal-persuna ġuridika għandha tkun dik tal-persuna jew persuni li jistgħu jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza dominanti fuq il-persuna ġuridika minħabba s-sjieda tagħhom ta’ dik il-persuna ġuridika, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolaw dik il-persuna ġuridika.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-punt (b) (ii), għandu jiġi preżunt li dik il-persuna jew persuni għandhom influwenza dominanti fuq il-persuna ġuridika fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom huma, direttament jew indirettament:

(a)

iżommu l-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-persuna ġuridika;

(b)

jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta mal-ishma maħruġin mill-persuna ġuridika; jew

(c)

jistgħu jaħtru aktar minn nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-persuna ġuridika.

2.   Meta operatur ekonomiku jkun grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet pubbliċi jew kwalunkwe taħlita tagħhom, u mill-inqas waħda minn dawn il-persuni jew entitajiet toriġina minn pajjiż terz li l-operaturi ekonomiċi, il-prodotti jew is-servizzi tiegħu jkunu soġġetti għal miżura IPI, dik il-miżura IPI għandha tapplika wkoll għall-offerti ppreżentati minn dak il-grupp.

Madankollu, meta l-parteċipazzjoni ta’ tali persuni jew entitajiet fi grupp tammonta għal inqas minn 15 % tal-valur tal-offerta ppreżentata minn dak il-grupp, dik il-miżura IPI ma għandix tapplika għal dik l-offerta, sakemm dawk il-persuni jew entitajiet ma jkunux meħtieġa għat-twettiq tal-maġġoranza ta’ mill-inqas wieħed mill-kriterji tal-għażla fi proċedura ta’ akkwist pubbliku.

3.   L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu, fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura ta’ akkwist pubbliku, jitolbu lill-operatur ekonomiku biex jippreżenta, jissupplimenta, jiċċara jew jikkompleta l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni relatata mal-verifika tal-oriġini tal-operatur ekonomiku f’limitu ta’ żmien xieraq, dment li tali talbiet isiru f’konformità mal-prinċipji tat-trattament ugwali u t-trasparenza. Fejn l-operatur ekonomiku jonqos milli jipprovdi tali informazzjoni jew dokumentazzjoni mingħajr ebda spjegazzjoni raġonevoli, u b’hekk jipprevjeni l-verifika tal-oriġini tal-operatur ekonomiku mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jew jagħmel tali verifika prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna, dak l-operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist pubbliku kkonċernata.

4.   L-oriġini ta’ prodott għandha tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, u l-oriġini ta’ servizz għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-oriġini tal-operatur ekonomiku li jipprovdih.

Artikolu 4

Eżenzjoni ta’ prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiżi l-anqas żviluppati

Il-Kummissjoni ma għandhiex tibda investigazzjoni fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, sakemm ma jkunx hemm evidenza ta’ ċirkomvenzjoni ta’ kwalunkwe miżura IPI imputabbli lill-pajjiż terz elenkat jew lill-operaturi ekonomiċi tiegħu.

KAPITOLU II

Investigazzjonijiet, konsultazzjonijiet, miżuri u obbligi

Artikolu 5

Investigazzjonijiet u konsultazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew fuq ilment motivat ta’ parti interessata tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, tista’ tibda investigazzjoni fir-rigward ta’ miżura jew prattika allegata ta’ pajjiż terz billi tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali avviż ta’ bidu għandu jinkludi l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni tal-miżura jew prattika tal-pajjiż terz u jistieden lill-partijiet interessati u lill-Istati Membri biex jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien speċifiku.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel għodda online disponibbli fuq is-sit web tagħha. L-Istati Membri u l-partijiet interessati tal-Unjoni għandhom jużaw dik l-għodda sabiex iressqu lment motivat.

2.   Mal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat biex jippreżenta l-fehmiet tiegħu, jipprovdi informazzjoni rilevanti u jidħol f’konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni sabiex tiġi eliminata jew korretta l-allegata miżura jew prattika tal-pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Istati Membri dwar il-progress tal-investigazzjoni u l-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/1843.

3.   L-investigazzjoni u l-konsultazzjonijiet għandhom jiġu konklużi f’perjodu ta’ disa’ xhur wara d-data ta’ bidu tagħhom. F’każijiet iġġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu b’ħames xhur, billi tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tinforma lill-pajjiż terz, lill-partijiet interessati u lill-Istati Membri dwar dik l-estensjoni.

4.   Mal-konklużjoni tal-investigazzjoni u l-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jippreżenta s-sejbiet ewlenin tal-investigazzjoni u pjan ta’ azzjoni propost. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Meta l-Kummissjoni, wara l-investigazzjoni tagħha, issib li l-allegata miżura jew prattika ta’ pajjiż terz ma tkunx qed tiġi applikata jew ma tirriżultax f’indeboliment serju u rikorrenti għall-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist jew tal-konċessjoni tal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni, u tippubblika avviż ta’ terminazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-investigazzjoni u l-konsultazzjonijiet fi kwalunkwe ħin meta l-pajjiż terz ikkonċernat:

(a)

jieħu azzjonijiet korrettivi sodisfaċenti li jeliminaw jew jirrimedjaw l-indeboliment serju u rikorrenti għall-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwsit pubbliku jew tal-konċessjoni tal-pajjiż terz, u b’hekk jitjieb tali aċċess; jew

(b)

jimpenja ruħu fil-konfront tal-Unjoni biex itemm jew jelimina gradwalment il-miżura jew il-prattika tal-pajjiż terz, inkluż billi jestendi il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ftehim eżistenti għall-akkwist pubbliku, fi żmien raġonevoli u f’mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jobbliga ruħu għal tali impenji.

7.   Il-Kummissjoni għandha terġa tibda l-investigazzjoni u l-konsultazzjonijiet fi kwalunkwe ħin jekk tikkonkludi li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom validi.

8.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’każ ta’ sospensjoni jew bidu mill-ġdid tal-investigazzjoni u l-konsultazzjonijiet.

Artikolu 6

Miżuri IPI

1.   Meta l-Kummissjoni ssib, wara investigazzjoni u konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 5, li teżisti miżura jew prattika ta’ pajjiż terz, hija għandha, jekk tqis li dan ikun fl-interess tal-Unjoni, tadotta miżura IPI permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

2.   Determinazzjoni ta’ jekk l-interess tal-Unjoni jitlobx l-adozzjoni ta’ miżura IPI għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-interessi kollha differenti meħuda globalment, inklużi l-interessi tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Ma għandhomx jiġu adottati miżuri IPI meta l-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, tikkonkludi li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati dawn il-miżuri.

3.   Il-miżura IPI għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-proporzjonalità tal-miżura IPI fir-rigward tal-miżura jew il-prattika tal-pajjiż terz;

(b)

id-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista għall-prodotti u s-servizzi kkonċernati, sabiex jiġi evitat jew minimizzat impatt negattiv sinifikanti fuq l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti.

4.   Il-miżura IPI għandha tapplika biss għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’valur stmat ogħla minn limitu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni u l-konsultazzjonijiet u filwaqt li jitqiesu l-kriterji stipulati fil-paragrafu 3. Dak il-valur stmat għandu jkun ugwali għal jew aktar minn EUR 15 000 000 nett mill-VAT għal xogħlijiet u konċessjonijiet, u ugwali għal jew aktar minn EUR 5 000 000 nett mill-VAT għal prodotti u servizzi.

5.   Il-miżura IPI għandha tapplika f’każ ta’ kuntratti speċifiċi mogħtija fl-ambitu ta’ sistema dinamika ta’ xiri meta l-miżura IPI tapplika wkoll għal dawk is-sistemi dinamiċi ta’ xiri, bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti speċifiċi li l-valur stmat tagħhom ikun inqas mill-valuri rispettivi stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE jew l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE. Il-miżura IPI ma għandhiex tapplika għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku relatati mal-għoti ta’ kuntratti bbażati fuq ftehim qafas jew għal kuntratti għal lottijiet individwali li jingħataw skont l-Artikolu 5(10) tad-Direttiva 2014/24/UE jew l-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2014/25/UE.

6.   Fil-miżura IPI msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fil-paragrafu 8, li tirrestrinġi l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi minn pajjiż terz għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku billi tirrikjedi li l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti:

(a)

jimponu aġġustament tal-punteġġ fuq offerti ppreżentati minn operaturi ekonomiċi li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz; jew

(b)

jeskludu offerti ppreżentati minn operaturi ekonomiċi li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz.

7.   L-aġġustament tal-punteġġ imsemmi fil-paragrafu 6, punt (a), għandu japplika biss għall-fini tal-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-offerti. Dan ma għandux jaffettwa l-prezz li jrid jitħallas skont il-kuntratt li jkun ser jiġi konkluż mal-offerent rebbieħ.

8.   Fil-miżura IPI msemmija fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura IPI, inkluż:

(a)

is-setturi jew il-kategoriji ta’ prodotti, servizzi u konċessjonijiet, ibbażati fuq il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), kif ukoll kwalunkwe eċċezzjoni applikabbli;

(b)

il-kategoriji speċifiċi ta’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti;

(c)

il-kategoriji speċifiċi ta’ operaturi ekonomiċi;

(d)

il-limiti speċifiċi daqs jew ogħla minn dawk stipulati fil-paragrafu 4;

(e)

fejn xieraq, il-valuri perċentwali ta’ aġġustament tal-punteġġ imsemmi fil-paragrafu 6, punt (a).

Il-valur perċentwali tal-aġġustament kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel paragrafu għandu jiġi stabbilit sa 50 % tal-punteġġ tal-evalwazzjoni tal-offerta, skont il-pajjiż terz u s-settur tal-prodotti, is-servizzi, ix-xogħlijiet jew il-konċessjonijiet previsti. Għall-fini tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, fejn il-prezz jew il-kost huwa l-uniku kriterju għall-għoti ta’ kuntratt, l-aġġustament tal-punteġġ għandu jkun id-doppju tal-valur perċentwali kif stipulat fl-ewwel sentenza ta’ dan is-subparagrafu. Miżura IPI għandha tindika l-valuri perċentwali rispettivi separatament.

9.   Meta tiddetermina l-miżura IPI abbażi tal-għażliet disponibbli skont il-paragrafu 6, punt (a) jew (b), il-Kummissjoni għandha tagħżel it-tip ta’ miżura li tkun proporzjonata u li tirrimedja bl-aktar mod effettiv il-livell ta’ indeboliment tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti jew servizzi tal-Unjoni fis-swieq ta’ akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi.

10.   Meta il-Kummissjoni tqis li l-pajjiż terz jieħu azzjonijiet korrettivi sodisfaċenti li jeliminaw jew jirrimedjaw l-indeboliment tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, il-prodotti jew is-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni ta’ dak il-pajjiż terz, biex b’hekk jitjieb tali aċċess, jew jekk il-pajjiż terz jimpenja ruħu li jtemm il-miżura jew il-prattika inkwistjoni, l-Kummissjoni tista’ tirtira l-miżura IPI jew tissospendi l-applikazzjoni tagħha.

Meta il-Kummissjoni tqis li l-azzjonijiet korrettivi jew l-impenji meħuda jkunu ġew revokati, sospiżi jew implimentati b’mod mhux xieraq, hija għandha tagħmel is-sejbiet tagħha disponibbli għall-pubbliku u terġa’ ddaħħal il-miżura IPI fi kwalunkwe ħin.

Il-Kummissjoni tista’ tirtira, tissospendi jew terġa’ ddaħħal miżura IPI permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni u f’tali każijiet għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

11.   Miżura IPI għandha tiskadi ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħha. Miżura IPI tista’ tiġi estiża għal perjodu ta’ ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tibda rieżami tal-miżura IPI inkwistjoni mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel id-data tal-iskadenza ta’ dik il-miżura IPI, billi tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali rieżami għandu jiġi konkluż fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni tal-avviż rilevanti. Wara tali rieżami, il-Kummissjoni tista’ testendi t-tul tal-miżura IPI, taġġustaha b’mod xieraq jew tissostitwiha b’miżura IPI differenti permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 7

Lista ta’ awtoritajiet kontraenti eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1.   Fuq talbaġustifikata minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tadotta, bil-ħsieb ta’ distribuzzjoni ġusta fost l-Istati Membri tal-proċeduri għall-għoti soġġetti għall-miżuri IPI, lista ta’ awtoritajiet kontraenti lokali f’dak l-Istat Membru, fi ħdan unitajiet amministrattivi b’popolazzjoni ta’ inqas minn 50 000 abitant, li huma eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fit-talba tiegħu, l-Istat Membru għandu jipprovdi informazzjoni dettaljata li jiġġustifika t-talba għal eżenzjoni u dwar il-valur tal-kuntratti ’l fuq mil-limiti stipulati fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament, mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti kollha elenkati matul l-aħħar 3 snin mill-31 ta’ Diċembru ta’ qabel it-talba għal eżenzjoni. Eżenzjoni tista’ tingħata biss jekk il-valur totali tal-kuntratti ’l fuq mil-limiti stipulati fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament, u mogħti mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti li ma għandhomx jiġu eżentati, jaqbeż it-80 % tal-valur totali ta’ kuntratti ’l fuq mil-limiti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE mogħtija fl-Istat Membru li jitlobha fl-istess perjodu ta’ tliet snin.

3.   L-eżenzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat, b’kont meħud tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet kontraenti li għandhom jiġu eżentati.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri qabel ma tadotta l-lista msemmija fil-paragrafu 1. Dik il-lista, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun valida għal perjodu ta’ tliet snin u tista’ tiġi riveduta jew imġedda kull tliet snin fuq talba ġustifikata mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8

Obbligi fuq l-offerent rebbieħ

1.   Fil-każ ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku li huma soġġetti għal miżura IPI, kif ukoll fil-każ ta’ kuntratti mogħtija abbażi ta’ ftehim ta’ qafas fejn il-valur stmat ta’ dawk il-kuntratti huwa ugwali jew ogħla mill-valuri stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE, u meta dawk il-ftehimiet ta’ qafas kienu soġġetti għall-miżura IPI, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu wkoll fid-dokumenti ta’ akkwist pubbliku l-obbligi li ġejjin fuq l-offerenti rebbieħa:

(a)

li ma jissottokuntrattawx aktar minn 50 % tal-valur totali tal-kuntratt lil operaturi ekonomiċi li joriġinaw minn pajjiż terz li huwa soġġett għal miżura IPI;

(b)

għal kuntratti li s-suġġett tagħhom ikopri l-provvista ta’ prodotti, li jiżguraw li għat-tul tal-kuntratt, dawk il-prodotti jew is-servizzi fornuti jew ipprovduti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt u li joriġinaw minn pajjiż terz li huwa soġġett għall-miżura IPI ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-valur totali tal-kuntratt, irrispettivament jekk tali prodotti jew servizzi huma fornuti jew ipprovduti direttament mill-offerent rebbieħ jew minn sottokuntrattur;

(c)

li jipprovdu lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti fuq talba tagħhom evidenza adegwata li tikkorrispondi għall-punt (a) jew (b), mhux aktar tard mit-tlestija tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(d)

li jħallsu imposta proporzjonata, f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi msemmija fil-punti (a) jew (b), ta’ bejn 10 % u 30 % tal-valur totali tal-kuntratt.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (c), huwa biżżejjed li tingħata evidenza li aktar minn 50 % tal-valur totali tal-kuntratt joriġina f’pajjiżi li mhumiex il-pajjiż terz soġġett għall-miżura IPI. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob evidenza rilevanti meta jeżistu indikazzjonijiet raġonevoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 jew meta l-kuntratt jingħata lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi li jinkludi persuna ġuridika li toriġina minn pajjiż terz soġġett għal miżura IPI.

3.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu referenza għall-obbligi stipulati f’dan l-Artikolu fid-dokumenti għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li għalihom hija applikabbli miżura IPI.

Artikolu 9

Eċċezzjonijiet

1.   Awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti jistgħu, fuq bażi eċċezzjonali, jiddeċiedu li ma japplikawx miżura IPI fir-rigward ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku fejn:

(a)

biss offerti minn operaturi ekonomiċi li joriġinaw minn pajjiż terz soġġett għal miżura IPI, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-offerta; jew

(b)

id-deċiżjoni li ma tapplikax miżura IPI hija ġustifikata għal raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku, bħal pereżempju s-saħħa pubblika jew il-ħarsien tal-ambjent.

2.   Meta awtorità kontraenti jew entità kontraenti tiddeċiedi li ma tapplikax miżura IPI, hi għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, b’mod li għandu jiġi deċiż mill-Istat Membru rispettiv, u mhux aktar tard minn tletin jum wara l-għoti tal-kuntratt.

(a)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti;

(b)

deskrizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt;

(c)

tagħrif dwar l-oriġini tal-operaturi ekonomiċi;

(d)

ir-raġuni li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni li ma tiġix applikata l-miżura IPI, uġustifikazzjoni dettaljata għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni;

(e)

fejn xieraq, kwalunkwe tagħrif ieħor meqjus bżonnjuż mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri kkonċernati għal tagħrif addizzjonali.

Artikolu 10

Rimedji

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni legali tal-operaturi ekonomiċi li għandhom jew kellhom interess li jiksbu kuntratt partikolari li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE għandhom japplikawkif xieraq.

KAPITOLU III

Setgħat ta’ implimentazzjoni, rapporti u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 11

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/1843. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni għall-adozzjoni ta’ abbozz ta’ miżura IPI fil-forma ta’ esklużjoni minn offerti, skont l-Artikolu 6, paragrafu 6, punt (b) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), t-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

Linji gwida

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti u mill-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-29 ta’ Awwissu 2022, toħroġ linji gwida.

Artikolu 13

Rappurtar

1.   Sat-30 ta’ Awwissu 2025 u mill-inqas kull sentejn minn dak iż-żmien ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali,fir-rigward tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi, skont dan ir-Regolament,. Dak ir-rapport għandu jkun magħmul pubbliku. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri skont dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-għadd ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku fil-livell ċentrali u subċentrali li fihom tkun ġiet applikata miżura IPI partikolari, l-għadd ta’ offerti li rċevew minn pajjiżi terzi soġġetti għal dik il-miżura IPI, kif ukoll il-każijiet li fihom ġiet applikata eċċezzjoni speċifika mill-miżura IPI.

2.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni permezz tat-Tenders electronic daily dwar l-applikazzjoni tal-miżuri IPI, bħala parti mill-informazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti. Tali rapport għandu jinkludi, għal kull proċedura rilevanti, informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri IPI, l-għadd ta’ offerti li riċevuti minn pajjiżi terzi soġġetti għall-miżura IPI rilevanti, l-għadd ta’ offerti li għalihom ġew applikati l-esklużjoni tal-offerta jew l- aġġustament tal-punteġġ u l-applikazzjoni ta’ eċċezzjonijiet speċifiċi mill-miżura IPI. Il-Kummissjoni għandha tuża din id-data fir-rappurtar regolari tagħha meħtieġ skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni addizzjonali dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri previsti f’dan ir-Regolament fuq talba tagħha.

Artikolu 14

Rieżami

Mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni jew mhux aktar tard mit-30 ta’ Awwissu 2027, skont liema data minnhom tiġi l-ewwel, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-funzjonament u l-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament, u għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sittin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

F. RIESTER


(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 110.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2022.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50).

(4)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(6)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14);

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (“Formuli Elettroniċi”) (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 7).

(17)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).


Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fir-rigward tar-Regolament (UE) 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu li r-regoli dwar il-komitoloġija maqbula f'dan l-istrument ma jippreġudikawx l-eżitu ta' negozjati leġiżlattivi oħra li għaddejjin jew futuri u m'għandhomx jitqiesu bħala preċedent għal fajls leġiżlattivi oħra.


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tar-Regolament dwar l-Istrument għal Akkwist Internazzjonali (Regolament 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Meta twettaq rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni, tal-funzjonament u tal-effiċjenza tar-Regolament (UE) 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 14 tiegħu, il-Kummissjoni ser tivvaluta wkoll il-ħtieġa li teżenta mill-applikazzjoni tiegħu kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, u b'mod partikolari l-benefiċjarji tal-arranġament speċjali ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba kif definit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012. Fir-rieżami, il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni partikolari lis-setturi li huma kkunsidrati strateġiċi fir-rigward tal-akkwist pubbliku tal-UE.


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/17


REGOLAMENT (UE) 2022/1032 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Filwaqt li fl-imgħoddi seħħew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass għal żmien qasir, hemm diversi fatturi li jiddistingwu s-sitwazzjoni fl-2022 mill-kriżijiet preċedenti tas-sigurtà tal-provvista tal-gass. L-eskalazzjoni tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna minn Frar 2022 wasslet għal żidiet bla preċedent fil-prezzijiet. Dawk iż-żidiet fil-prezzijiet x'aktarx li jibdlu b'mod fundamentali l-inċentivi biex jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fl-Unjoni. Fis-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, ma jistgħux jiġu esklużi aktar interruzzjonijiet fil-provvisti tal-gass. Dawn l-interruzzjonijiet fil-provvisti jistgħu jagħmlu ħsara serja liċ-ċittadini u lill-ekonomija tal-Unjoni, peress li l-Unjoni għadha, f’miżura sinifikanti, dipendenti fuq il-provvisti esterni tal-gass, li jistgħu jiġu affettwati mill-konflitt.

(2)

In-natura u l-konsegwenzi tal-avvenimenti reċenti huma fuq skala kbira u mifruxin fl-Unjoni kollha u għalhekk jeħtieġu rispons komprensiv tal-Unjoni. Dak ir-rispons jenħtieġ li jagħti prijorità lil miżuri li jistgħu jsaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari l-provvisti tal-gass għall-klijenti protetti. L-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma kontributuri ewlenin għal dan l-objettiv. Għalhekk huwa kruċjali li l-Unjoni taġixxi b'mod koordinat biex tevita riskji potenzjali li jirriżultaw minn interruzzjonijiet possibbli tal-provvista tal-gass, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jagħżlu bejn sorsi differenti ta' enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(3)

Il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art mimlija sew iwasslu għas-siġurtà tal-provvista tal-gass billi jipprovdu gass addizzjonali f'każ ta' domanda qawwija jew ta' interruzzjonijiet tal-provvista. Peress li l-interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass mill-pipelines jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, jenħtieġ li jiġu introdotti miżuri rigward il-livell tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin ta’ gass taħt l-art tal-Unjoni għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għax-xitwa tal-2022 - 2023.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa mekkaniżmu ta' solidarjetà bħala strument biex jittaffew l-effetti ta' emerġenza serja fl-Unjoni fejn il-provvista tal-gass lil klijenti protetti mis-solidarjetà, bħala bżonn essenzjali ta' sigurtà u prijorità meħtieġa, tkun fil-periklu fi Stat Membru. F'każ ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni, rispons immedjat jiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu protezzjoni msaħħa lill-klijenti.

(5)

L-impatt tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna wera li r-regoli eżistenti dwar is-sigurtà tal-provvista mhumiex adattati għal bidliet kbar għal għarrieda fis-sitwazzjoni ġeopolitika, fejn in-nuqqas ta' provvista u l-livelli ogħla tal-prezzijiet jistgħu jirriżultaw mhux biss mill-falliment tal-infrastruttura jew minn kundizzjonijiet ta' temp estrem iżda wkoll minn avvenimenti maġġuri intenzjonati u minn interruzzjonijiet tal-provvista li jdumu aktar fit-tul jew li jseħħu għal għarrieda. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji li żdiedu ħafna għal għarrieda li jirriżultaw mill-bidliet attwali fis-sitwazzjoni ġeopolitika, inkluż billi niddiversifikaw il-provvisti tal-enerġija tal-Unjoni.

(6)

Abbażi tal-analiżi tal-Kummissjoni ta’, fost l-oħrajn, l-adegwatezza tal-miżuri biex tiġi żgurata l-provvista tal-gass u l-analiżi msaħħa fil-livell tal-Unjoni tat-tħejjija għar-riskji mwettqa fi Frar 2022 mill-Kummissjoni u l-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass (il-"GCG") stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1938, jenħtieġ li kull Stat Membru, fil-prinċipju, jiżgura li l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu u li jkunu interkonnessi direttament ma' żona ta' kummerċ ta' dak l-Istat Membru jkunu mimlijin sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tagħhom fil-livell tal-Istat Membru sal-1 ta' Novembru ta' kull sena ("mira tal-mili"), b'sensiela ta’ miri intermedji għal kull Stat Membru f'Mejju, f'Lulju, f'Settembru u fi Frar ("trajettorja għall-mili") tas-sena ta' wara. Xi Stati Membri li għandhom kapaċità ta' ħżin sinifikanti jiġu affettwati b'mod sproporzjonat mill-obbligu li l-mira għall-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art tintlaħaq fit-territorju tagħhom. Sabiex tiġi riflessa dik is-sitwazzjoni, l-obbligu li jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art tagħhom jenħtieġ li jitnaqqas għal volum ta' 35 % tal-konsum medju annwali tal-gass tagħhom matul il-ħames snin preċedenti. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' Stati Membri oħra li jikkontribwixxu għall-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu, soġġett għal kondizzjonijiet, li jilħqu parzjalment il-mira tal-mili billi jgħoddu l-istokkijiet tal-gass naturali likwifikat (LNG) maħżuna fil-faċilitajiet tal-LNG. Il-miri tal-mili huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-konsumaturi fl-Unjoni jkunu protetti b'mod adegwat kontra nuqqasijiet ta' provvista tal-gass. Għall-2022, jenħtieġ li japplikaw mira tal-mili aktar baxxa ta' 80 % u għadd imnaqqas ta' miri intermedji, filwaqt li jitqies il-fatt li dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ wara l-bidu tal-istaġun tal-mili tal-gass u li l-Istati Membri ser ikollhom żmien limitat biex jimplimentawh.

(7)

Meta jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw li jiddiversifikaw il-fornituri tal-gass tagħhom bil-ħsieb li jnaqqsu d-dipendenza tagħhom meta din tista' tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

(8)

Kull sena mill-2023, jenħtieġ li l-ħżin tal-gass jiġi mmonitorjat b'mod speċifiku minn Frar biex jiġi evitat l-irtirar għal għarrieda tal-gass mill-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art f'nofs ix-xitwa, li jista' jġib miegħu sfidi għas-sigurtà tal-provvista qabel tmiem ix-xitwa. It-trajettorji għall-mili jenħtieġ li jippermettu monitoraġġ kontinwu matul l-istaġun tal-mili tal-ħażniet.

(9)

Kull sena mill-2023, kull Stat Membru b'faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jenħtieġ li jibgħat abbozz lill-Kummissjoni ta' trajettorja għall-mili għal tali faċilitajiet fit-territorju tiegħu u li jkunu interkonnessi direttament maż-żona ta' kummerċ tiegħu f'forma aggregata. B’kont meħud tal-valutazzjoni tal-GCG, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni li tistabbilixxi t-"trajettorji għall-mili" għal kull Stat Membru b'mod li ma jfixkilx bla bżonn il-pożizzjoni kompetittiva tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art f'dak l-Istat Membru meta mqabbla ma’ tali faċilitajiet li jinsabu fi Stati Membri viċini.

(10)

Sabiex tiġi stabbilita t-trajettorja għall-mili għal kull Stat Membru b’faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art mill-2023 abbażi tal-abbozz ta’ trajettorja għall-mili mibgħut minn kull Stat Membru bħal dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(11)

It-trajettorja għall-mili għal kull Stat Membru b’faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art jenħtieġ li tinkludi sensiela ta’ miri intermedji u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-rata medja tal-mili għal dak l-Istat Membru matul il-ħames snin preċedenti. Għall-Istati Membri li għalihom l-mira tal-mili titnaqqas għal 35 % tal-konsum annwali medju tagħhom tal-gass, il-miri intermedji tat-trajettorja għall-mili jenħtieġ li jitnaqqsu kif xieraq.

(12)

Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jilħaq il-miri tal-mili fil-ħin minħabba kwistjonijiet tekniċi bħal problemi relatati mal-pipelines li jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jew b’faċilitajiet ta' injezzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru jitħalla jilħaq il-mira tal-mili fi stadju aktar tard. Madankollu kull mira tal-mili jenħtieġ li tintlaħaq malajr kemm jista' jkun possibbli teknikament, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena kkonċernata, sabiex tiġi salvagwardata s-sigurtà tal-provvista tal-gass għall-perjodu tax-xitwa.

(13)

Huwa possibbli li Stat Membru ma jkunx jista’ jilħaq il-mira tal-mili jew mira intermedja minħabba emerġenza reġjonali jew fil-livell tal-Unjoni, bħal fejn il-provvista tal-gass ma tkunx suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/1938, li l-Kummissjoni tkun iddikjarat fuq talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar, skont kif ikun il-każ, li jkunu ddikjaraw emerġenza nazzjonali, skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li l-miri tal-mili, inkluż il-mira għall-kondiviżjoni tal-piżijiet, ma japplikawx meta, u sakemm, il-Kummissjoni tkun iddikjarat emerġenza reġjonali jew fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda devjazzjoni mit-trajettorji għall-mili, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw kontinwament il-livelli tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art. It-trajettorji għall-mili jenħtieġ li jkunu soġġetti għal marġni ta' ħames punti perċentwali. Fejn il-livell tal-mili ta' Stat Membru jkun aktar minn ħames punti perċentwali taħt il-livell tat-trajettorja għall-mili tiegħu, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tieħu miżuri effettivi minnufih biex iżżidu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-GCG b'dawn il-miżuri.

(15)

Kwalunkwe devjazzjoni sostanzjali u sostnuta minn Stat Membru mit-trajettorja għall-mili tiegħu tista' tipperikola livelli tal-mili adegwati u l-mira għall-mili, li huma meħtieġa għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni fi spirtu ta' solidarjetà. F'każ ta' devjazzjoni sostanzjali u sostnuta bħal din mit-trajettorja għall-mili jew ta' devjazzjoni mill-mira tal-mili, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tieħu miżuri effettivi biex tevita problemi ta' sigurtà tal-provvista tal-gass li jirriżultaw minn faċilitajiet ta’ ħżin mhux mimlija. Meta tiddeċiedi dwar miżuri effettivi bħal dawn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis is-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru kkonċernat, bħad-daqs tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art meta mqabbel mal-konsum domestiku tal-gass, l-importanza tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fir-reġjun u kull faċilità eżistenti ta’ ħżin tal-LNG. Peress li dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ wara l-bidu tal-istaġun tal-mili tal-ħżin fl-2022, kwalunkwe miżura meħuda mill-Kummissjoni biex tindirizza devjazzjonijiet mit-trajettorja għall-mili għall-2022 jenħtieġ li tqis iż-żmien limitat disponibbli għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, mingħajr ma jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, il-parteċipanti fis-suq tal-gass, l-operaturi tas-sistemi tal-ħżin jew il-konsumaturi.

(16)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintlaħqu l-miri tal-mili, Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jimmiraw li jużaw miżuri ibbażati fuq is-suq bħala l-ewwel rikors, fejn possibbli, sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fis-suq. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa li jistabbilixxu mira ogħla tal-mili, sabiex l-Unjoni tkun tista' tistinka biex kollettivament tilħaq il-mili ta' 85 % tal-kapaċità tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fl-Unjoni għall-2022. Minħabba d-diversi reġimi regolatorji diġà fis-seħħ f'bosta Stati Membri biex jiġi appoġġat il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art, jenħtieġ li ma jiġi preskritt l-ebda strument speċifiku biex jintlaħqu t-trajettorji għall-mili jew il-mira tal-mili. Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu liema strument ikun l-aktar xieraq għas-sistemi nazzjonali tagħhom, dment li jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet. Għalhekk, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jiddeterminaw liema parteċipanti fis-suq għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin. Jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu wkoll jekk mezzi regolatorji, bħal miżuri li jobbligaw lid-detenturi tal-kapaċità jilliberaw il-kapaċità mhux użata, li jkunu possibbli skont ir-regoli tas-suq eżistenti tal-Unjoni, humiex biżżejjed biex jiżguraw li jintlaħqu l-miri tal-mili, jew jekk ikunux meħtieġa inċentivi finanzjarji jew tnaqqis fit-tariffi tal-ħżin. Jekk Stat Membru jimponi obbligu fuq il-fornituri tal-gass lil klijenti protetti fit-territorju tiegħu biex jaħżnu l-gass f'faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art, l-ammont tal-gass li jrid jinħażen jenħtieġ li jiġi ddeterminat abbażi tal-ammont ta' gass naturali fornut lil dawk il-klijenti protetti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkoordinaw bejniethom u jużaw strumenti, bħal pjattaformi għax-xiri ta' LNG sabiex jimmassimizzaw l-użu tal-LNG biex jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jnaqqsu l-ostakli tal-infrastruttura u dawk regolatorji għall-użu kondiviż tal-LNG biex jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin.

(17)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2022 intitolata "REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli" iċċarat li d-dritt tal-Unjoni jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għajnuna lill-fornituri tal-gass skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) TFUE sabiex jiżguraw il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin, pereżempju fil-forma ta' garanziji (kuntratt bidirezzjonali għad-differenza).

(18)

Jenħtieġ li kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri biex jiġi żgurat il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art, inkluż il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu imposti fuq il-mili abbażi tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu imposti fuq l-irtirar tal-gass minn faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art, tkun neċessarja, definita b'mod ċar, trasparenti, proporzjonata, mhux diskriminatorja u verifikabbli u jenħtieġ li ma tfixkilx bla bżonn il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass jew tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li miżuri bħal dawn ma jwasslux għat-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, jew għal gwadann mhux mistenni għall-impriżi li jikkontrollaw il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jew li jkunu bbukkjaw, iżda ma jkunux użaw, il-kapaċità ta' ħżin.

(19)

L-użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti, inkluż il-kapaċitajiet ta' trażmissjoni transfruntiera, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art u l-faċilitajiet tal-LNG, huwa importanti għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fi spirtu ta' solidarjetà. Il-fruntieri miftuħa tal-enerġija huma kruċjali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, inkluż fi żminijiet ta' interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ma jimblukkawx jew jirrestrinġu l-kapaċitajiet transfruntiera allokati f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 (5). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħżin jibqa' disponibbli, inkluż għall-Istati Membri ġirien u meta tiġi ddikjarata emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/1938.

(20)

L-obbligu tal-ħżin x'aktarx jimponi piż finanzjarju fuq il-parteċipanti fis-suq rilevanti f'dawk l-Istati Membri li għandhom faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art rilevanti fit-territorju tagħhom, filwaqt li ż-żieda fil-livell tas-sigurtà tal-provvista tal-gass hija maħsuba li tkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha, inkluż dawk li ma għandhomx faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art. Sabiex jinqasam il-piż li jiġi żgurat li l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fl-Unjoni jimtlew biżżejjed għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, jenħtieġ li, fi spirtu ta' solidarjetà, l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jużaw il-ħżin tal-gass taħt l-art fi Stati Membri oħrajn. F'każ li Stat Membru ma jkollu l-ebda interkonnessjoni ma' Stati Membri oħra, jew jekk il-kapaċità ta' trażmissjoni transfruntiera limitata ta' Stat Membru jew raġunijiet tekniċi oħra jagħmluha impossibbli li jintużaw faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fi Stati Membri oħrajn, jenħtieġ li dak l-obbligu jitnaqqas skont kif ikun xieraq.

(21)

Jenħtieġ li l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet ta' ħżin tal-gass taħt l-art jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq fi Stati Membri bħal dawn ikollhom fis-seħħ arranġamenti fl-Istati Membri li jkollhom tali faċilitajiet li jipprevedu l-użu, sal-1 ta’ Novembru, ta' volumi ta' ħżin li jikkorrispondu għal mill-inqas 15 % tal-konsum medju annwali tal-gass tagħhom matul il-ħames snin preċedenti. Madankollu, jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet ta' ħżin tal-gass taħt l-art jkunu jistgħu wkoll jiżviluppaw mekkaniżmu alternattiv għall-kondiviżjoni tal-piżijiet ma' Stat Membru wieħed jew aktar li jkollhom faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art. Jenħtieġ ukoll li jitqiesu miżuri ekwivalenti eżistenti oħrajn għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass meta jiġi kkunsidrat il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet, bħall-obbligu ekwivalenti fir-rigward ta' fjuwils minbarra l-gass naturali, inkluż iż-żejt, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw tali mekkaniżmi alternattivi għall-kondiviżjoni tal-piżijiet lill-Kummissjoni u juru l-limitazzjonijiet tekniċi, u l-ekwivalenza tal-miżuri li jkunu ttieħdu.

(22)

Huwa possibbli li l-miżuri li permezz tagħhom l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jaqsmu l-piż tal-obbligu tal-ħżin mal-Istati Membri li jkollhom faċilitajiet tal-ħżin ta’ gass taħt l-art ikollhom, min-naħa tagħhom, impatt finanzjarju fuq il-parteċipanti tas-suq rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jitħallew jipprovdu inċentivi finanzjarji jew kumpens lill-parteċipanti fis-suq għan-nuqqas ta' dħul jew għall-kostijiet tal-obbligi imposti fuqhom li ma jistgħux jiġu koperti mid-dħul. Jekk tali miżuri jkunu ffinanzjati permezz ta' imposta, jenħtieġ li dik l-imposta ma tiġix applikata għall-punti ta' interkonnessjoni transfruntiera.

(23)

Il-monitoraġġ u r-rapportar effettivi huma essenzjali, kemm għall-valutazzjoni tan-natura u l-firxa tar-riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass, kif ukoll għall-għażla tal-miżuri xierqa biex jiġu miġġielda tali riskji. Jenħtieġ li l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jirrappurtaw il-livelli tal-mili lill-awtoritajiet kompetenti kull xahar matul l-istaġun tal-mili. Is-sidien u l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art huma mħeġġa idaħħlu l-kapaċità u l-livell tal-mili għal kull faċilità tal-ħżin tal-gass taħt l-art fi pjattaforma ċentrali tar-rapportar.

(24)

L-awtoritajiet kompetenti jaqdu rwol sinifikanti fil-monitoraġġ tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u jiżguraw bilanċ bejn is-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-kost għall-konsumaturi li jirriżulta mill-miżuri. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru jew entità oħra nnominata mill-Istat Membru timmonitorja l-livelli tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fit-territorju tagħhom u jirrapportaw ir-riżultati lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Kummissjoni, fejn xieraq, tistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) biex tassisti fil-monitoraġġ.

(25)

Huwa vitali li l-valutazzjonijiet tar-riskju li jitwettqu skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/1938 iqisu r-riskji kollha li jista' jkollhom effett serju fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għall-istabbiliment ta' miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni jqis ukoll xenarji fejn ikun hemm interruzzjoni totali ta' sors uniku ta' provvista. Sabiex jiġi żgurat livell massimu ta' tħejjija, bil-għan li tiġi evitata interruzzjoni tal-provvista tal-gass u jittaffew l-effetti ta’ tali interruzzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju komuni u l-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali jenħtieġ li jitwettqu billi jittieħed kont ta' dawn ix-xenarji. Dan jippermetti l-koordinazzjoni ta' miżuri biex jittaffew l-effetti ta' emerġenza u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi biex tiġi garantita provvista kontinwa, f'każ ta’ interruzzjoni totali tal-provvista.

(26)

Jenħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-GCG, b'mandat espliċitu biex jimmonitorja l-prestazzjoni tal-Istati Membri, u biex jiżviluppa l-aħjar prattiki fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-GCG u jenħtieġ li l-GCG jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-miri tal-mili, u fl-iżgurar li dawn jintlaħqu.

(27)

Il-GCG jaġixxi bħala konsulent ewlieni għall-Kummissjoni biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-miżuri għas-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jassisti lill-Kummissjoni f'kull ħin u, b'mod aktar speċifiku, f'każ ta' kriżi. Skont kif ikun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat livell massimu ta' tħejjija u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju rapidu ta' informazzjoni, il-Kummissjoni ser tlaqqa', mingħajr dewmien, lill-konfigurazzjoni tal-maniġġar ta' kriżijiet tal-GCG, b'antiċipazzjoni ta' kriżi possibbli. Il-konfigurazzjoni tal-maniġġar ta' kriżijiet tal-GCG jenħtieġ li tkun disponibbli biex tassisti lill-Kummissjoni sakemm ikun meħtieġ. Għal dak il-għan, il-GCG jenħtieġ li jżomm kanali ta' komunikazzjoni mal-Istati Membri u mal-parteċipanti fis-suq rilevanti kollha tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u jiġbor l-informazzjoni rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni.

(28)

Is-settur tas-sistema tal-ħżin huwa ta' importanza kbira għall-Unjoni, għas-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija tagħha u għall-interessi essenzjali l-oħra tas-sigurtà tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art huma kkunsidrati bħala infrastruttura kritika skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (6). L-Istati Membri huma mħeġġa jqisu l-miżuri introdotti minn dan ir-Regolament fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta' progress adottati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(29)

Huma meħtieġa salvagwardji addizzjonali fin-network tas-sistema tal-ħżin biex jiġi evitat theddid għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika fl-Unjoni jew għall-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull operatur, inkluż l-operaturi tas-sistema tal-ħżin li huma kkontrollati minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, ikun iċċertifikat mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn awtorità kompetenti oħra nominata mill-Istat Membru, sabiex jiġi żgurat li s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew kwalunkwe interess essenzjali ieħor ta' sigurtà fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru ma tkunx ipperikolata mill-influwenza fuq l-operatur tas-sistema tal-ħżin. Għall-analiżi tar-riskji possibbli għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fit-twettiq tal-valutazzjoni tas-sigurtà tal-provvista hija importanti. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni ma tiddiskriminax bejn il-parteċipanti fis-suq iżda jenħtieġ li tikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipji ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb. Sabiex jittaffa malajr ir-riskju li jirriżulta minn livelli baxxi tal-mili, jenħtieġ li dik iċ-ċertifikazzjoni tingħata prijorità u titwettaq aktar malajr għall-faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art li huma akbar li reċentement ġew mimlija f'livelli konsistentement baxxi, sabiex jiġi żgurat li l-problemi potenzjali tas-sigurtà tal-provvista tal-gass li jirriżultaw mill-kontroll fuq il-faċilitajiet tal-ħżin kbar bħal dawn jistgħu jiġu esklużi jew, jekk ikun possibbli rettifikati. Meta jitqies li l-medja tal-livell tal-mili matul is-sitt snin preċedenti tal-faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art kollha tal-Unjoni fil-31 ta' Marzu kienet ta' 35 % tal-kapaċità massima tagħhom, il-livell minimu għad-definizzjoni ta’ livell baxx, b’mod mhux tas-soltu, ta' mili f'Marzu 2021 u Marzu 2022 jenħtieġ li jiġi ffissat għal 30 %.

(30)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra nnominata mill-Istati Membri kkonċernati (fi kwalunkwe każ, “awtorità ta’ ċertifikazzjoni”) jirrifjutaw ċertifikazzjoni jekk jikkonkludu li persuna li direttament jew indirettament tikkontrolla jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq l-operatur tas-sistema tal-ħżin tista' tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew kwalunkwe interess essenzjali ieħor tas-sigurtà fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni. Fit-twettiq ta' dik il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritá ta’ ċertifikazzjoni tqis ir-relazzjonijiet kummerċjali li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-inċentivi u l-ħila tal-operatur tas-sistema tal-ħżin li jimla l-faċilità tal-ħżin tal-gass taħt l-art, kif ukoll l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u kwalunkwe fatt u ċirkostanza speċifiċi oħra tal-każ. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni fl-Unjoni kollha, l-osservanza tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u s-solidarjetà u s-sigurtà tal-enerġija fl-Unjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni meta tieħu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni, inkluż billi tirrevedi l-abbozz ta’deċiżjoni tagħha, fejn xieraq. Meta awtorità ta’ ċertifikazzjoni tirrifjuta ċertifikazzjoni, hija jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob lil kwalunkwe persuna ċċedi l-parteċipazzjoni azzjonarja jew id-drittijiet li jkollha fuq is-sid tas-sistema tal-ħżin jew l-operatur tas-sistema tal-ħżin u li tistabbilixxi limitu ta' żmien għal ċessjoni bħal din, li tordna kwalunkwe miżura xierqa oħra biex tiżgura li dik il-persuna ma tkun tista’ teżerċita ebda kontroll jew dritt fuq dak is-sid tas-sistema tal-ħżin jew l-operatur tas-sistema tal-ħżin, u li tiddeċiedi dwar miżuri kompensatorji xierqa. Kwalunkwe miżura meħuda fid-deċiżjoni ta' ċertifikazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass jew interessi essenzjali oħra tas-sigurtà jenħtieġ li tkun meħtieġa, definita b'mod ċar, trasparenti, proporzjonata u mhux diskriminatorja.

(31)

Dan ir-regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"). B'mod partikolari, jirrispetta d-dritt li l-ebda persuna ma tista' tiġi mċaħħda mill-proprjetà tagħha, ħlief fl-interess pubbliku u fil-każijiet u skont il-kondizzjonijiet previsti mil-liġi, bi ħlas ta' kumpens xieraq fi żmien utli għal dak li tkun tilfet kif previst mill-Artikolu 17 tal-Karta u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali kif previst mill-Artikolu 47 tal-Karta.

(32)

Jekk l-impriżi jkollhom bżonn jixtru aktar gass meta il-prezz tal-gass ikun għali, dan jista' jkompli jgħolli l-prezzijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji jkunu jistgħu japplikaw skont sa massimu ta' 100 % għat-tariffi ta' dħul u ta' ħruġ għall-kapaċità ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni minn u lejn il-ħżin, kemm għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art kif ukoll għall-faċilitajiet ta' LNG, biex il-ħżin isir aktar attraenti għall-parteċipanti fis-suq. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-kompetizzjoni huma mħeġġa wkoll jużaw is-setgħat tagħhom biex effettivament jeskludu iż-żidiet bla bżonn tat-tariffi tal-ħżin.

(33)

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali u l-inċertezzi marbuta mal-bidliet futuri tas-sitwazzjoni ġeopolitika, l-Istati Membri huma mħeġġa li jilħqu l-miri tal-mili malajr kemm jista' jkun.

(34)

Meta jitqies il-periklu imminenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass bħala konsegwenza tal-aggressjoni militari Russa attwali kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. Minħabba n-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi attwali, ċerti dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss sal-31 ta' Diċembru 2025.

(35)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir parti, b’urġenza, mill-acquis tal-Komunità tal-Enerġija f’konformità mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, li ġie ffirmat f’Ateni fil-25 ta’ Ottubru 2005 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2006.

(36)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1938 u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1938

Ir-Regolament (UE) 2017/1938 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(27)   "trajettorja għall-mili" tfisser serje ta' miri intermedji għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ta' kull Stat Membru, kif elenkati fl-Anness Ia għall-2022 u, għas-snin ta' wara, stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6a;

(28)   "mira tal-mili" tfisser mira vinkolanti għal-livell tal-mili tal-kapaċità aggregata tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass taħt l-art;

(29)   " ħżin strateġiku" tfisser ħżin taħt l-art jew parti minn ħżin taħt l-art ta’ gass naturali mhux likwifikat li jinxtara, jiġi mmaniġġat u maħżun minn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, entità nnominata mill-Istati Membri jew impriża, u li jista’ jiġi rilaxxat biss wara notifika minn qabel jew awtorizzazzjoni ta' awtorità pubblika għar-rilaxx, u li jkun ġeneralment rilaxxat f'każ ta':

(a)

skarsezza kbira fil-provvista;

(b)

interruzzjoni fil-provvista; jew,

(c)

id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c);

(30)   "stokk ta' bilanċ" tfisser gass naturali mhux likwifikat li jkun:

(a)

inxtara, ġie mmaniġġat u maħżun taħt l-art minn operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni jew minn entità nnominata mill-Istat Membru, għall-finijiet biss ta’ twettiq tal-funzjonijiet ta' operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u tas-sigurtà tal-provvista tal-gass; u

(b)

fornut biss meta jkun meħtieġ sabiex iżomm is-sistema taħdem taħt kundizzjonijiet siguri u affidabbli f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/73/KE u mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 312/2014;

(31)   " faċilità ta' ħżin ta' gass taħt l-art" tfisser faċilità ta' ħżin kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2009/73/KE, li tintuża bħala stokk ta' gass naturali, inkluż stokk ta' bilanċ, u li tkun konnessa ma' sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, li teskludi ħżin sferiku jew linepack 'il fuq mill-art.".

(2)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

"Artikolu 6a

Miri tal-mili u trajettorji għall-mili

(1)   Soġġett għall-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri għandhom jilħqu l-mira tal-mili li ġejjin għall-kapaċità aggregata tal-faċilitajiet kollha tal-ħżin tal-gass taħt l-art li jinsabu fit-territorju tagħhom u li huma interkonnessi direttament ma' żona tas-suq fit-territorju tagħhom u għall-faċilitajiet ta’ ħżin elenkati fl-Anness 1b sal-1 ta' Novembru ta' kull sena:

(a)

għall-2022: 80%

(b)

mill 2023: 90%

Għall-finijiet ta’ konformità ma’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-objettiv li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 1.

(2)   Minkejja l-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ikkonċernati, il-mira tal-mili għal kull Stat Membru li fih ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandha titnaqqas għal volum li jikkorrispondi għal 35 % tal-konsum annwali medju tal-gass matul il- ħames snin preċedenti għal dak l-Istat Membru.

(3)   Minkejja l-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' Stati Membri oħra li jimlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art ikkonċernati, il-mira tal-mili għal kull Stat Membru li fih ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandha titnaqqas bil-volum li kien fornut lil pajjiżi terzi ta' matul il-perjodu ta' referenza 2016 sa 2021 jekk il-volum medju fornut kien aktar minn 15 TWh fis-sena matul il-perjodu tal-irtirar mill-ħażna tal-gass (Ottubru - April).

(4)   Għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art elenkati fl-Anness Ib, għandhom japplikaw il-miri tal-mili skont il-paragrafu i u t-trajettorji għall-mili skont il-paragrafu 7. Id-dettalji tal-obbligi ta’ kull Stat Membru ser jiġu ddeterminati fi ftehim bilaterali f’konformità mal-Anness Ib.

(5)   Stat Membru jista’ jilħaq parzjalment il-mira tal-mili billi jgħodd l-LNG maħżun fiżikament u li jkun disponibbli fil-faċilitajiet tal-LNG tiegħu jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sistema tal-gass tinkludi kapaċità sinifikanti ta' ħżin tal-LNG, li kull sena tammonta għal aktar minn 4 % tal-konsum nazzjonali medju matul il- ħames snin preċedenti;

(b)

l-Istat Membru jkun impona obbligu fuq il-fornituri tal-gass biex jaħżnu volumi minimi ta' gass f'faċilitajiet ta' ħżin tal-gass taħt l-art u/jew f’faċilitajiet LNG f’konformità mal-Artikolu 6b(1), il-punt (a).

(6)   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jilħqu –l-miri intermedji jew jiżguraw li huma jintlaħqu kif ġej:

(a)

għall-2022: kif stabbiliti fl-Anness Ia u,

(b)

mill-2023: f’konformità mal-paragrafu 7.

(7)   Għall-2023 u għas-snin ta' wara, kull Stat Membru b'faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sal-15 ta' Settembru tas-sena ta' qabel, abbozz ta' trajettorja għall-mili b'miri intermedji għall-Frar, Mejju, Lulju u Settembru, inkluż informazzjoni teknika, għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fit-territorju tiegħu u li jkunu interkonnessi direttament maż-żona tas-suq tiegħu f'forma aggregata. It-trajettorja għall-mili u l-miri intermedji għandhom ikunu bbażati fuq ir-rata medja tal-mili matul il-ħames snin preċedenti.

Għall-Istati Membri li għalihom l-mira tal-mili titnaqqas għal 35 % tal-konsum annwali medju tagħhom ta’ gass skont il-paragrafu 2, il-miri intermedji tat-trajettorja għall-mili għandhom jitnaqqsu skont dan.

Abbażi tal-informazzjoni teknika pprovduta minn kull Stat Membru u b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-GCG, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu t-trajettorja għall-mili għal kull Stat Membru. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18a (2). Huma għandhom jiġu adottati sal-15 ta' Novembru tas-sena preċedenti, fejn meħtieġ u inkluż meta Stat Membru jkun ippreżenta abbozz ta’ trajettorja aġġornata għall-mili. Huma għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tas-sigurtà ġenerali tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass u fuq l-iżvilupp tad-domanda u l-provvista tal-gass fl-Unjoni u fl-Istati Membri individwali, u stabbiliti b'mod li jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass, filwaqt li jiġu evitati piżijiet bla bżonn fuq l-Istati Membri, il-parteċipanti fis-suq tal-gass, l-operaturi tas-sistemi ta' ħżin jew il-klijenti u ma jwasslux għal distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni bejn il-faċilitajiet ta' ħżin li jinsabu fi Stati Membri viċini.

(8)   Meta, fi kwalunkwe sena partikolari, Stat Membru ma jkunx jista' jilħaq il-mira tiegħu tal-mili sal-1 ta' Novembru minħabba l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi ta' faċilità tal-ħżin tal-gass taħt l-art waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, bħal rati ta' injezzjoni eċċezzjonalment baxxi huwa għandu jitħalla jilħaqha sal-1 ta' Diċembru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni sal-1 ta' Novembru, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-dewmien.

(9)   Il-mira tal-mili ma għandhiex tapplika fejn, u sakemm, il-Kummissjoni tkun iddikjarat emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 fuq talba, skont il-każ, ta' Stat Membru wieħed jew aktar li jkunu ddikjaraw emerġenza nazzjonali.

(10)   L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha timmonitorja kontinwament il-konformità mat-trajettorja għall-mili u għandha tirrapporta regolarment lill-GCG. Jekk il-livell tal-mili ta' Stat Membru partikolari jkun aktar minn ħames punti perċentwali taħt il-livell tat-trajettorja għall-mili, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri effettivi mingħajr dewmien biex iżżidu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill- GCG bil-miżuri li jkunu ttieħdu.

(11)   F’każ ta’ devjazzjoni sostanzjali u sostnuta minn Stat Membru mit-trajettorja għall-mili, li tikkomprometti l-laqgħa tal-mira tal-mili, jew f’każ ta’ devjazzjoni mill-mira tal-mili, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-GCG u l-Istati Membri kkonċernati, toħroġ rakkomandazzjoni lil dak l-Istat Membru jew lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament.

Fejn id-devjazzjoni ma titnaqqasx b'mod sinifikanti fi żmien xahar minn meta tkun waslet ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-GCG u mal-Istat Membru konċernat, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni bħala miżura tal-aħħar istanza biex teżiġi li l-Istat Membru kkonċernat jieħu miżuri li effettivament ikunu ta’ rimedju għad-diskrepanza, inkluż fejn xieraq miżura waħda jew aktar minn dawk previsti fl-Artikolu 6b(1), jew kwalunkwe miżura oħra biex jiġi żgurat li l-mira obbligatorja tal-mili skont dan l-Artikolu tintlaħaq.

Meta tiddeċiedi liema miżuri għandha tieħu skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis is-sitwazzjoni speċifika tal- Istati Membri kkonċernati, bħad-daqs tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fir-rigward tal-konsum domestiku tal-gass, l-importanza tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fir-reġjun u kwalunkwe faċilità eżistenti għall-ħżin tal-LNG.

Kwalunkwe miżura meħuda mill-Kummissjoni biex tindirizza devjazzjonijiet mit-trajettorja għall-mili jew mill-mira tal-mili għall- 2022 għandha tqis il-perjodu ta' żmien qasir għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-livell nazzjonali li seta' kkontribwixxa għad-devjazzjoni mit-trajettorja għall-mili jew mill-mira tal-mili għall-2022.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu:

(a)

ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass,

(b)

ma jqiegħdux piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, il-parteċipanti fis-suq tal-gass, l-operaturi tas-sistemi tal-ħżin jew il-klijenti.

Artikolu 6b

Implimentazzjoni tal-miri tal-mili

1   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inkluż jipprevedu inċentivi finanzjarji jew kumpens għall-parteċipanti fis-suq, biex jintlaħqu l-miri tal-mili stabbiliti skont l-Artikolu 6a. Meta jiżguraw li l-miri tal-mili jkunu intlaħqu, l l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità, meta possibbli, lil miżuri bbażati fuq is-suq.

Sa fejn kwalunkwe miżura prevista f'dan l-Artikolu tkun dmir u-setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali, skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għat-teħid ta' dawk il-miżuri.

B'mod partikolari, il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu jistgħu jinkludu li:

(a)

il-fornituri tal-gass jiġu rikjesti jaħżnu volumi minimi ta' gass fil-faċilitajiet tal-ħżin, inkluż fil-faċilitajiet tal-ħżin ta’ gass taħt l-art u/jew f’faċilitajiet tal-ħżin tal-LNG, filwaqt li dawk il-volumi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-ammont ta' gass fornut mill-fornituri tal-gass lil klijenti protetti;

(b)

l-operaturi tas-sistemi tal-ħżin jiġu rikjesti jiftħu l-kapaċitajiet tagħhom għal offerti minn parteċipanti fis-suq;

(c)

l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jew entitajiet innominati mill-Istat Membru jiġu rikjesti jixtru u jimmaniġġaw stokk ta' bilanċ esklużivament biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta' operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u, fejn meħtieġ, jimponu obbligu fuq entitajiet innominati oħra għal fini ta' salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-każ ta' xi emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c);

(d)

jintużaw strumenti kkoordinati, bħal pjattaformi għax-xiri tal-LNG, ma' Stati Membri oħra biex jimmassimizzaw l-użu tal-LNG u jnaqqsu l-ostakli tal-infrastruttura u dawk regolatorji għall-użu kondiviż tal-LNG biex jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art;

(e)

jintuża mekkaniżmi volontarji għall-akkwist konġunt tal-gass naturali, li għall-applikazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista' toħroġ, jekk ikun meħtieġ, gwida sal-1 ta' Awwissu 2022;

(f)

jingħataw inċentivi finanzjarji għall-parteċipanti fis-suq, inkluż għall-operaturi ta’ sistema ta’ ħżin, bħal kuntratti għal differenza jew jingħata kumpens lill-parteċipanti fis-suq għat- telf fl-introjtu jew għall-ispejjeż imġarrba minnhom b'riżultat tal-obbligi fuq il-parteċipanti fis-suq, inkluż l-operaturi ta' sistemi ta' ħżin li ma jistgħux jiġu koperti mill-introjtu;

(g)

id-detenturi tal-kapaċitajiet ta' ħżin jiġu rikjesti jużaw jew jirrilaxxaw kapaċitajiet riżervati li ma ntużawx, filwaqt li d-detentur tal-kapaċità tal-ħżin li ma jużax il-kapaċità tal-ħżin xorta jiġi obbligat iħallas il-prezz maqbul għat-terminu sħiħ tal-kuntratt tal-ħżin;

(h)

jiġu adottati strumenti effettivi għax-xiri u l-immaniġġar tal-kapaċità tal-ħżin strateġiku minn entitajiet pubbliċi jew privati, dment li tali strumenti ma jfixklux il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

(i)

tinħatar entità ddedikata li tingħata l-kompitu li tilħaq il-mira tal-mili f'każ li l-mira tal-mili ma tintlaħaqx mod ieħor;

(j)

jingħataw skontijiet fuq tariffi tal-ħżin;

(k)

jinġabar l-introjtu meħtieġ biex jiġi rkuprat l-infiq kapitali u operazzjonali relatat mal-faċilitajiet tal-ħżin regolati bħala tariffi tal-ħżin u bħala imposta ddedikata inkorporata fit-tariffi tat-trażmissjoni li jinġabru biss minn punti ta' ħruġ għall-klijenti finali li jinsabu fl-istess Stati Membri dment li l-introjtu miġbur permezz tat-tariffi ma jkunx akbar mill-introjtu permess.

2   Il-miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandu jkun limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu t-trajettorji għall-mili u l-miri tal-mili. Għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji u verifikabbli. Ma għandhomx jfixklu bla bżonn il-kompetizzjoni jew il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass jew jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni.

3   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-użu tal-infrastruttura eżistenti fil-livell nazzjonali u reġjonali għall-benefiċċju tas-sigurtà tal-provvista tal-gass b'mod effiċjenti. Dawk il-miżuri ma għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jimblukkaw jew jirrestrinġu l-użu transfruntier tal-faċilitajiet ta' ħżin jew tal-faċilitajiet tal-LNG u ma għandhomx jillimitaw il-kapaċitajiet ta' trażmissjoni transfruntiera f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 (*1).

4   Meta jieħdu miżuri skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiġi l-ewwel filwaqt li xorta jiksbu l-objettivi tal-miżuri rispettivi tagħhom, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

Artikolu 6c

Arranġamenti ta' ħżin u mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet

1   Stati Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandu jiżgura li l-parteċipanti fis-suq jkollhom fis-seħħ arranġamenti ma' operaturi tas-sistema tal-ħżin taħt l-art jew ma' parteċipanti oħra fis-suq fl-Istati Membri b’faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art. Dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu l-użu, sal-1 ta' Novembru, tal-volumi tal-ħżin li jikkorrispondu għal mill-inqas 15 % tal-konsum annwali medju tal-gass matul il-ħames snin preċedenti tal-Istat Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art. Madanakollu, meta l-kapaċità ta' trażmissjoni transfruntiera jew limitazzjonijiet tekniċi oħra jipprevjenu lil Stat Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art milli juża bis-sħiħ 15 % ta’ dawk il-volumi tal-ħżin, dak l-Istat Membru għandu jaħżen biss dawk il-volumi li huma teknikament possibbli.

F'każ li l-limitazzjonijiet tekniċi jħallux lil Stat Membru jikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, u dak l-Istat Membru jkollu fis-seħħ obbligu li jaħżen fjuwils oħra biex jissostitwixxi l-gass, l-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu jista' eċċezzjonalment jiġi ssodisfat b'obbligu ekwivalenti li jinħażnu fjuwils minbarra l-gass. Il-limitazzjonijiet tekniċi u l-ekwivalenza tal-miżura għandhom jintwerew mill-Istat Membru kkonċernat.

2   B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art jista' jiżviluppa mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet ma' Stat Membru wieħed jew aktar b'faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art (il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet).

Il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet għandu jkun ibbażat fuq id-data rilevanti mill-aħħar valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 7 u għandu jqis il-parametri kollha li ġejjin:

(a)

il-kost tal-appoġġ finanzjarju biex tintlaħaq il-mira tal-mili bl-esklużjoni tal-ispejjeż biex jintlaħaq kwalunkwe obbligu ta’ ħżin strateġiku;

(b)

il-volumi ta' gass meħtieġa biex jissodisfaw id-domanda tal-klijenti protetti f'konformità mal-Artikolu 6(1);

(c)

kwalunkwe limitazzjonijiet teknika, inkluż il-kapaċità ta' ħżin disponibbli taħt l-art, il-kapaċità teknika ta’ trażmissjoni transfruntiera, u r-rati tal-irtirar.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-kondiviżjoni tal-piżijiet lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Settembru 2022. Fin-nuqqas ta' ftehim dwar mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet sa dik id-data, l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art għandhom juru li jikkonformaw mal-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.

(3)   Bħala miżura tranżitorja, Stati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art iżda li jkollhom faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art inklużi fl-aħħar lista ta' proġetti ta' interess komuni imsemmija fir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), jistgħu jikkonformaw parzjalment mal-paragrafu 1 billi jgħoddu l-istokkijiet tal-LNG fl-Unitajiet Galleġġjanti tal-Ħażna eżistenti, sal-mument meta l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art tagħhom ikunu operattivi.

(4)   L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jistgħu jipprovdu inċentivi jew kumpens finanzjarju lill-parteċipanti fis-suq jew operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, kif rilevanti, għan-nuqqas fid-dħul, jew għall-kostijiet imġarrba minnhom, b'riżultat tal-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ ħżin tagħhom skont dan l-Artikolu, fejn tali nuqqas jew tali kost, li ma jistgħux jiġu koperti minn dħul, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu tagħhom li jaħżnu l-gass fi Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1 jew l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. Jekk l-inċentiv jew il-kumpens finanzjarju ikun iffinanzjat permezz ta' imposta, dik l-imposta ma għandhiex tiġi applikata għall-punti ta' interkonnessjoni transfruntiera.

(5)   Minkejja l-paragrafu 1, fejn Stat Membru għandu faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu u l-kapaċità aggregata ta’ dawk il-faċilitajiet tkun akbar mill-konsum annwali tal-gass ta’ dak l-Istat Membru, l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass taħt l-art li jkollhom aċċess għal dawk il-faċilitajiet għandhom:

(a)

jiżguraw li, sal-1 ta' Novembru, il-volumi tal-ħżin jikkorrispondu mill-inqas għall-użu medju tal-kapaċità ta' ħżin matul il-ħames snin preċedenti, determinati, inter alia, billi jitqiesu l-flussi matul l-istaġun tal-irtirar matul il-ħames snin preċedenti mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin; jew

(b)

juru li kapaċità ta' ħżin ekwivalenti għall-volum kopert mill-obbligu taħt il-punt (a) tkun ġiet riżervata.

Jekk l-Istat Membru mingħajr faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jkun jista' juri li l-kapaċità ta' ħżin ekwivalenti għall-volum kopert mill-obbligu taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ġiet riżervata, għandu japplika l-paragrafu 1.

L-obbligu taħt dan il-paragrafu għandu jkun limitat għal 15 % tal-konsum annwali medju tal-gass matul iil-ħames snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat.

(6)   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness Ib, fil-każ ta' faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art li jinsabu fi Stat Membru wieħed li ma jkunux koperti mill-paragrafu 5 iżda li jkunu konnessi direttament maż-żona tas-suq ta' Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiżgura li, sal-1 ta' Novembru, il-volumi tal-ħżin jikkorrispondu ma’ tal-inqas il-medja tal-kapaċità ta' ħżin riżervata fil-punt transfruntier rilevanti matul il-ħames snin preċedenti.

Artikolu 6d

Monitoraġġ u infurzar

1.   L-operaturi tas-sistema ta' ħżin għandhom jirrapportaw il-livell ta' mili lill-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet tal-ħżin ta’ gass taħt l-art ikkonċernati u, jekk applikabbli, lil entità nominata minn dak l-Istat Membru (“l-entità nominata”) kif ġej:

(a)

għall-2022: dwar kull waħda mill-miri intermedji stabbiliti fl-Anness Ia; u

(b)

mill-2023: kif stabbilit skont l-Artikolu 6a(4)

2.   L-awtorità kompetenti, u jekk applikabbli, l-entità nominata minn kull Stat Membru għandhom jimmonitorjaw il-livelli tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fit-territorju tagħhom fl-aħħar ta' kull xahar u jirrapportaw ir-riżultati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) biex tassisti b’tali monitoraġġ.

3.   Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti u, jekk applikabbli, l-entità nominata ta’ kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-GCG.

4.   Il-GCG għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-trajettorji għall-mili u l-miri tal-mili, u għandu jiżviluppa gwida għall-Kummissjoni dwar miżuri adegwati biex tiġi żgurata l-konformità f'każ li l-Istati Membri jiddevjaw mit-trajettorji għall-mili jew ma jilħqux il-miri tal-mili.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jilħqu t-trajettorji għall-mili u l-miri tal-mili u biex jinfurzaw fuq il-parteċipanti fis-suq l-obbligi tal-ħżin li huma meħtieġa biex jilħquhom, inkluż billi jimponu sanzjonijiet u multi deterrenti biżżejjed fuq dawk il-parteċipanti fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tal-infurzar meħuda skont dan il-paragrafu.

6.   Meta tkun ser tiġi skambjata informazzjoni kummerċjalment sensittiva, il-Kummissjoni tista' ssejjaħ laqgħat tal-GCG li jkunu ristretti għaliha u għall-Istati Membri.

7.   Kwalunkwe informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li jkun neċessarju għall-fini tal-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Istati Membri għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva riċevuta għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħhom.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta' Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013 (ĠU L 72, 17.3.2017, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1)."

(*3)  Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).";"

(3)

l-Artikolu 7, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Sal-1 ta' Settembru 2022, l-ENTSOG għandu jwettaq simulazzjoni mal-Unjoni kollha ta' xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura inkluż xenarji ta' interruzzjoni fit-tul ta' sors uniku ta' provvista. Is-simulazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-kurituri tal-provvista tal-gass ta' emerġenza u għandha wkoll tidentifika liema Stati Membri jistgħu jindirizzaw ir-riskji identifikati, inkluż fir-rigward tal-LNG. Ix-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura u l-metodoloġija tas-simulazzjoni għandhom jiġu definiti mill-ENTSOG f'kooperazzjoni mal-GCG. L-ENTSOG għandu jiżgura livell adatt ta' trasparenza u aċċess għall-preżunzjonijiet tal-mudell tiegħu li jintużaw fix-xenarji tiegħu. Is-simulazzjoni mal-Unjoni kollha tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass u fl-infrastruttura għandha tiġi ripetuta kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti. ";

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied il-punt li ġej:

"(g)

b'kont meħud tax-xenarji ta' interruzzjoni fit-tul ta' sors uniku ta' provvista.";

(4)

fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi ta’ ħżin skont dan ir-Regolament jintlaħqu billi jużaw il-faċilitajiet tal-ħżin fl-Unjoni. Madanakollu, il-kooperazzjoni tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tista' tinkludi arranġamenti volontarji biex tintuża l-kapaċità ta' ħżin ipprovduta mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija biex jinħażnu volumi addizzjonali ta' gass għall-Istati Membri.";

(5)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

"Artikolu 17a

Rapportar mill-Kummissjoni

1.   Sat-28 ta' Frar 2023, u annwalment minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun fihom:

(a)

ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tal-ħżin;

(b)

ħarsa ġenerali lejn iż-żmien meħtieġ għall-proċedura ta' ċertifikazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;,

(c)

ħarsa ġenerali lejn il-miżuri mitluba mill-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mat-trajettorji għall-mili u l-miri tal-mili;

(d)

analiżi tal-effetti potenzjali ta' dan ir-Regolament fuq il-prezzijiet tal-gass u l-iffrankar potenzjali tal-gass fir-rigward tal-Artikolu 6b(4).";

(6)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.".

(*4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).";"

(7)

fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4   L-Artikoli 6a sa 6d ma għandhomx japplikaw għall-Irlanda, Ċipru Malta sakemm ma jkunux interkonnessi direttament mas-sistema interkonnessa tal-gass ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor.".

(8)

fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"L-Artikolu 2, il-punti (27) sa (31), l-Artikoli 6a sa 6d, l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17a, l-Artikolu 18a, l-Artikolu 20(4), u l-Annessi Ia u Ib għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2025.";

(9)

It-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala Annessi Ia u Ib.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 3a

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull operatur tas-sistema tal-ħżin, inkluż kwalunkwe operatur tas-sistema tal-ħżin ikkontrollat minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, ikun iċċertifikat, f'konformità mal-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu, jew mill-awtorità regolatorja nazzjonali, jew minn awtorità kompetenti oħra nominata mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5),(fi kwalunkwe każ, "awtorità ta' ċertifikazzjoni").

Dan l-Artikolu japplika wkoll għall-operaturi tas-sistema tal-ħżin ikkontrollati minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li diġà ġew iċċertifikati skont ir-regoli ta' separazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2009/73/KE.

2.   L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-operaturi tas-sistemi tal-ħżin li joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art b'kapaċità ta' aktar minn 3,5 TWh meta, irrispettivament mill-għadd ta' operaturi tas-sistema tal-ħżin, il-faċilitajiet tal-ħżin totali jkunu mtlew fil-31 ta' Marzu 2021 u fil-31 ta' Marzu 2022 f'livell li, bħala medja, kien inqas minn 30 % tal-kapaċità massima tagħhom sal-1 ta’ Frar 2023 jew fi żmien 150 jum ta' xogħol mid-data tal-wasla ta' notifika skont il-paragrafu 9.

Fir-rigward tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l- awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex toħroġ abbozz ta' deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni qabel l-1 ta' Novembru 2022.

Fir-rigward tal-operaturi l-oħra kollha tas-sistema tal-ħżin, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha toħroġ abbozz ta' deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni sat-2 ta’ Jannar 2024 jew fi żmien 18-il xahar mid-data tal-wasla ta' notifika skont il-paragrafi 8 jew 9.

3.   Meta jitqies ir-riskju għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tqis kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni kollha kif ukoll kwalunkwe mitigazzjoni ta' tali riskju, li jirriżulta, fost oħrajn, minn:

(a)

sjieda, provvista jew relazzjonijiet kummerċjali oħra li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-inċentivi u l-ħila tal-operatur tas-sistema tal-ħżin li jimla l-faċilità tal-ħżin tal-gass taħt l-art;

(b)

id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta' pajjiż terz li jirriżultaw skont id-dritt internazzjonali, inkluż kull ftehim konkluż ma' xi pajjiż terz wieħed jew aktar li l-Unjoni tagħmel parti minnu u li jindirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

(c)

id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward ta' pajjiż terz li joħorġu skont ftehimiet konklużi mill-Istati Membri kkonċernati ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, sakemm dawk il-ftehimiet ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni; jew

(d)

kwalunkwe fatt u ċirkostanza speċifiċi oħra tal-każ.

4.   Jekk l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tikkonkludi li persuna li direttament jew indirettament tikkontrolla, jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq, l-operatur tas-sistema tal-ħżin skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/73/KE tista' tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru, l-awtorità regolatorja għandha tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni. Alternattivament, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tista' toħroġ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni soġġetta għal kondizzjonijiet li jiżguraw il-mitigazzjoni suffiċjenti tar-riskji li jistgħu jinfluwenzaw b'mod negattiv il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art, dment li l-prattikkabbiltà tal-kundizzjonijiet tista' tiġi żgurata bis-sħiħ permezz ta' implimentazzjoni u ta' monitoraġġ effettivi. Tali kondizzjonijiet jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, rekwiżit li s-sid tas-sistema tal-ħżin jew l-operatur tas-sistema tal-ħżin jittrasferixxi l-ġestjoni tas-sistema tal-ħżin.

5.   Meta l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, tikkonkludi li r-riskji tal-provvista tal-gass ma jistgħux jiġu mitigati bil-kondizzjonijiet skont il-paragrafu 4, inkluż permezz tar-rekwiżit li s-sid tas-sistema tal-ħżin jew l-operatur tas-sistema tal-ħżin jittrasferixxi l-ġestjoni tas-sistema tal-ħżin, u għalhekk tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni, hija għandha:

(a)

tirrikjedi li s-sid tas-sistema tal-ħżin jew l-operatur tas-sistema tal-ħżin jew kwalunkwe persuna li tqis li tista’ tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru jċedu l-parteċipazzjoni azzjonarja jew id-drittijiet li jkollhom fuq is-sjieda tas-sistema tal-ħżin jew is-sjieda tal-operatur tas-sistema tal-ħżin, u tistabbilixxi limitu ta' żmien għal ċessjoni bħal din;

(b)

tordna, fejn xieraq, miżuri interim, biex jiżguraw li persuna bħal din ma tkun tista’ teżerċita ebda kontroll jew dritt fuq is-sid tas-sistema tal-ħżin jew l-operatur tas-sistema tal-ħżin sakemm isir iċ-ċessjoni tal-parteċipazzjoni azzjonarja jew tad-drittijiet; u

(c)

tipprevedi miżuri ta' kumpens xierqa f'konformità mal-liġi nazzjonali.

6.   L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-abbozz ta' deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha.

Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni fi żmien 25 jum ta' xogħol minn tali notifikazzjoni. L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa.

7.   L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha toħroġ id-deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni fi żmien 25 jum ta' xogħol mill-wasla tal-opinjoni tal-Kummissjoni.

8.   Qabel ma tibda titħaddem faċilità tal-ħżin tal-gass taħt l-art mibnija ġdida, l-operatur tas-sistema tal-ħżin għandu jiġi ċċertifikat f'konformità mal-paragrafi 1 sa 7. L-operatur tas-sistema tal-ħżin għandu jinnotifika lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni bl-intenzjoni tiegħu li jħaddem il-faċilità tal-ħżin.

9.   L-operaturi tas-sistema tal-ħżin għandhom jinnotifikaw lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li tkun teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4.

10.   L-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni għandhom jimmonitorjaw kontinwament l-operaturi tas-sistema tal-ħżin fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandhom jiftħu proċedura ta' ċertifikazzjoni sabiex jivvalutaw mill-ġdid il-konformità fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:

(a)

malli jirċievu notifika mill-operatur tas-sistema tal-ħżin skont il-paragrafi 8 u 9;

(b)

fuq l-inizjattiva tagħhom stess fejn ikollhom għarfien li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq operatur tas-sistema tal-ħżin tista' twassal għal nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3;

(c)

fuq talba motivata mill-Kummissjoni.

11.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw it-tħaddim kontinwu tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art fit-territorji rispettivi tagħhom. Dawk il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art jistgħu jieqfu joperaw biss meta ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi u tas-sikurezza jew meta l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tikkonkludi, wara li tkun wettqet valutazzjoni u wara li titqies l-opinjoni tal-ENTSO għall-Gass, li tali waqfien ma jdgħajjifx is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali.

Għandhom jittieħdu miżuri kompensatorji xierqa, fejn xieraq, jekk il-waqfien tal-operazzjonijiet ma jkunx permess.

12.   Il-Kummissjoni tista' toħroġ gwida dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

13.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-partijiet tal-faċilitajiet tal-LNG li jintużaw għall-ħżin.".

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1)."."

(2)

fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tapplika skont sa massimu ta' 100 % għat-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta' dħul mill-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art u l-faċilitajiet tal-LNG, u fil-punti ta' ħruġ lejhom, sakemm u sa fejn ikun possibbli li tintuża tali faċilità li tkun konnessa ma' aktar minn network wieħed ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni biex tikkompeti ma' punt ta' interkonnessjoni..

Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2025.".

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

F. RIESTER


(1)  Opinjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2022.

(3)  Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).

(4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta' Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013 (ĠU L 72, 17.3.2017, p. 1).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

(7)  Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).


ANNESS

"ANNESS Ia (1)

Trajettorja għall-mili b'miri intermedji u mira ta’ mili għall-2022 għall-Istati Membri b'faċilitajiet tal-ħżin tal-gass taħt l-art

Stat Membru

mira intermedja tal-1 ta' Awwissu

mira intermedja tal-1 ta' Settembru

mira intermedja tal-1 ta’ Ottubru

mira tal-mili tal-1 ta' Novembru

AT

49 %

60 %

70 %

80 %

BE

49 %

62 %

75 %

80 %

BG

49 %

61 %

75 %

80 %

CZ

60 %

67 %

74 %

80 %

DE

45 %

53 %

80 %

80 %

DK

61 %

68 %

74 %

80 %

ES

71 %

74 %

77 %

80 %

FR

52 %

65 %

72 %

80 %

HR

49 %

60 %

70 %

80 %

HU

51 %

60 %

70 %

80 %

IT

58 %

66 %

73 %

80 %

LV

57 %

65 %

72 %

80 %

NL

54 %

62 %

71 %

80 %

PL

80 %

80 %

80 %

80 %

PT

72 %

75 %

77 %

80 %

RO

46 %

57 %

66 %

80 %

SE

40 %

53 %

67 %

80 %

SK

49 %

60 %

70 %

80 %

ANNESS Ib

Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u t-trajettorja għall-mili

Fir-rigward tal-mira tal-mili u t-trajettorja għall-mili skont l-Artikolu 6a, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija jaqsmu r-responsabbiltà fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħżin Haidach u 7Fields. Il-proporzjon eżatt u l-firxa ta' din ir-responsabbiltà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija huma soġġetti għal ftehim bilaterali ta' dawn l-Istati Membri.

"

(1)  Dan l-Anness huwa soġġett għall-obbligi pro rata ta' kull Stat Membru skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 6a, 6b u 6c.

Għall-Istati Membri li jaqgħu taħt l-Artikolu 6a(2), il-mira intermedja pro rata għandha tiġi kkalkulata billi l-valur indikat fit-tabella jiġi mmultiplikat bil-limitu ta' 35 % u billi r-riżultat jiġi diviż bi 80 %.


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/34


REGOLAMENT (UE) 2022/1033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’ miżura speċifika biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) b’rispons għall-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2) ,

Billi:

(1)

Il-bdiewa u n-negozji rurali fl-Unjoni ntlaqtu mill-konsegwenzi tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna b’mod bla preċedent. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-input, b’mod partikolari għall-enerġija, il-fertilizzanti u l-għalf tal-annimali, ħolqot tfixkil ekonomiku fis-settur agrikolu u l-komunitajiet rurali tal-Unjoni u wasslet għal problemi ta’ likwidità għall-bdiewa u n-negozji rurali żgħar attivi fl-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni jew l-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li trid tiġi indirizzata b’ miżura eċċezzjonali ġdida.

(2)

Sabiex ikun hemm rispons għall-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna fuq is-setturi tal-agrikoltura u tal-ikel tal-Unjoni, jenħtieġ li miżura ġdida temporanja u eċċezzjonali li tindirizza l-problemi marbutin mal-likwidità li jheddu l-kontinwità tal-attivitajiet tal-biedja u tan-negozji ż-żgħar li huma attivi fl-ipproċessar, fil-kummerċjalizzazzjoni jew fl-iżvilupp tal-prodotti agrikoli, tiġi prevista f’dan ir-Regolament.

(3)

Jenħtieġ li l-appoġġ skont il-miżura prevista f’dan ir-Regolament, li għandu l-għan li jiżgura l-kompetittività tan-negozji agrikoli u l-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli fl-Unjoni, jiffoka r-riżorsi disponibbli fuq il-benefiċjarji li l-iktar qed jġu affetwati mill-konsegwenzi tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna u jingħata abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Fil-każ tal-bdiewa, jenħtieġ li jkun possibli għal dawn il-kriterji li jinkludu s-setturi tal-produzzjoni, it-tip ta’ biedja jew l-istrutturi tal-azjendi agrikoli, u fil-każ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jinkludu s-setturi, it-tipi ta’ attività, it-tip ta’ reġjuni u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn.

(4)

Il-kriżi attwali u serja fis-settur agrikolu tal-Unjoni tikkonferma l-ħtieġa li titħaffef it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà biex inkunu mħejjija aħjar għall-kriżijiet fil-futur. L-appoġġ skont il-miżura prevista f’dan ir-Regolament, għalhekk, jenħtieġ li ma jirriżultax fi tnaqqis tas-sehem globali tal-kontribuzzjoni tal- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) riżervata għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Minħabba l-urġenza u n-natura temporanja u eċċezzjonali ta’ din il-miżura prevista f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi stabbilit pagament ta’ darba biss kif ukoll id-data meta l-miżura ma tibqax tapplika aktar. Il-prinċipju li l-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti f’konformità mal-approprjazzjonijiet tal-baġit u dejjem jekk ikun hemm il-fondi disponibbli għal dan ghandu wkoll jigi mħares.

(6)

Sabiex jingħata iktar appoġġ lill-bdiewa jew lill-SMEs li huma l-iktar li intlaqtu, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jaġġustaw il-livell tas-somom f’daqqa għal ċerti kategoriji ta’ benefiċjarji eliġibbli, pereżempju billi jiffissaw ċerti faxex jew kategoriji ġenerali, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed fondi għall-miżura prevista f’dan ir-Regolament mingħajr ma jiġu pperikolati l-objettivi l-oħrajn tal-programmi tal-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jiġi ffissat is-sehem massimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal dik il-miżura.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Minħabba l-invażjoni Russa tal-Ukrajna u l-urġenza biex jiġi indirizzat l-impatt ta’ dik l-invażjoni fuq is-setturi tal-agrikoltura u tal-ikel tal-Unjoni, qed jitqies li huwa xieraq li tigi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(10)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi indirizzata is-sitwazzjoni eċċezzjonali maħluqa fis-setturi tal-agrikoltura u tal-ikel tal-Unjoni minhabba l-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TEU. F'konformità mal- prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l- objettiv.

(11)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni marbuta mal-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna fuq is-setturi tal-agrikoltura u tal-ikel tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 39c

Għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs affettwati b’mod partikolari mill-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna

1.   L-appoġġ li jingħata fil-kuntest ta’ din il-miżura għandu jipprovdi assistenza ta’ emerġenza lill-bdiewa u lill-SMEs milquta b’mod partikolari mill-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna bil-għan li tkun żgurata l-kontinwità tal-attività kummerċjali tagħhom, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   L-appoġġ għandu jingħata lill-bdiewa jew SMEs li huma attivi fl-ipproċessar, fil-kummerċjalizzazzjoni jew fl-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-TFUE jew tal-qoton, ħlief għall-prodotti tas-sajd. Il-prodott li jirriżulta mill-proċess tal-produzzjoni jista’ jkun prodott li ma jkunx kopert minn dak l-Anness.

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu fil-mira tal-appoġġ lill-benefiċjarji li jkunu ntlaqtu l-iktar minhabba l-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, billi jiddeterminaw, abbażi tal-evidenza disponibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità u, fejn l-Istat Membru kkonċernat jara li hu l-każ, kriterji tal-għażla li għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. L-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri għandu jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel jew biex jindirizza l-iżbilanċi fis-suq u għandu jappoġġa lill-bdiewa jew SMEs li huma nvoluti f’waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin u li jippruvaw jilħqu dawk l-għanijiet:

(a)

l-ekonomija ċirkolari;

(b)

il-ġestjoni tan-nutrijenti;

(c)

l-użu effiċjenti tar-riżorsi;

(d)

l-applikazzjoni tal-metodi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lill-klima.

4.   L-appoġġ għandu jingħata bħala somma f’daqqa li għandha titħallas sal-15 ta’ Ottubru 2023, abbażi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna approvati mill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Marzu 2023. Ir-rimborż sussegwenti mill-Kummissjoni għandu jsir skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u suġġett għad-disponibblità tal-fondi. Il-livell tal-pagament jista’ jvarja minn kategorija ta’ benefiċjarji għal oħra, f'konformità ma' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

5.   L-ammont massimu tal-appoġġ ma għandux ikun ta’ iktar minn EUR 15 000 għal kull bidwi u EUR 100 000 għal kull SME.

6.   Meta jagħtu l-appoġġ skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-appoġġ mogħti fil-kuntest ta’ strumenti ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew fil-kuntest ta’ skemi privati b’rispons għall-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna.”;

(2)

fl-Artikolu 49, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet għandha tiżgura li l-operazzjonijiet, ħlief għall-operazzjonijiet taħt l-Artikolu 18(1), il-punt (b), l-Artikolu 24(1), il-punt (d), u l-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 36 sa 39c, jintgħażlu skont il-kriterji tal-għażla msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont proċedura trasparenti u ddokumentata sew.”;

(3)

fl-Artikolu 59 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6b.   L-appoġġ tal-FAEŻR ipprovdut skont l-Artikolu 39c ma għandux jeċċedi 5 % mill-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm tal-iżvilupp rurali għas-snin 2021-2022 kif previst fil-Ewwel Parti tal-Anness I.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

F. RIESTER


(1)  L-opinjoni tas-16 ta’ Ġunju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2022.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/37


REGOLAMENT (UE) 2022/1034 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan ("Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE") għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom tal-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jitrażżan it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b'mod ikkoordinat.

(2)

Skont ir-Regolament (UE) 2021/953, iċ-ċertifikati tat-testijiet għandhom jinħarġu fuq il-bażi ta' żewġ tipi ta' testijiet tal-infezzjoni tas-SARS-CoV-2, jiġifieri t-test ta' amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari (testijiet NAAT), inkluż dawk li jużaw traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), u testijiet rapidi tal-antiġeni, li jaħdmu billi jaqbdu proteini virali (antiġeni) permezz ta' immunoassaġġ tal-fluss laterali li jagħti riżultati f'anqas minn 30 minuta, dment li jsiru minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 ma jkoprix l-assaġġ tal-antiġeni bbażati fil-laboratorju, bħal assaġġi ta' immunoassorbiment enzimatiku jew immunoassaġġi awtomatizzati. Minn Lulju 2021, il-grupp ta' ħidma tekniku dwar it-testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19, li huwa responsabbli mit-tħejjija tal-aġġornamenti tal-lista komuni tal-UE ta’ testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 bi qbil mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit permezz tal-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), qiegħed jirrieżamina wkoll il-proposti li jiġu ppreżentati mill-Istati Membri u mill-manifatturi tal-assaġġi tal-antiġeni tal-COVID-19 bbażati fil-laboratorju. Dawn il-proposti huma vvalutati skont l-istess kriterji bħal dawk użati għat-testijiet rapidi tal-antiġeni, u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilixxa lista tal-assaġġi antiġeniċi bbażati fil-laboratorju li jissodisfaw dawk il-kriterji.

(4)

B'riżultat ta' dawn l-iżviluppi, ubiex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tat-tipi differenti ta' testijiet dijanjostiċi li jistgħu jintużawgħall-ħruġ ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, id-definizzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludu assaġġi antiġeniċi bbażati fil-laboratorju. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tat-testijiet u, wara l-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 (4), ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi tat-testijiet tal-antiġeni inklużi fil-lista komuni tal-UE ta’ testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 li ġiet miftiehma, u li jiġu aġġornati regolarment mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa bħala li jissodisfaw il-kriterji ta' kwalità stabbiliti. Peress li l-istrateġiji tal-ittestjar għall-COVID-19 tal-Istati Membri ivarjaw, il-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw testijiet tal-antiġeni għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-fejqan għalhekk jenħtieġ li tibqa' fakultattiva, u tintuża b'mod partikolari meta jkun hemm nuqqas ta’ kapaċità NAAT minħabba għadd kbir ta' infezzjonijiet fiż-żona kkonċernata jew minħabba raġunijiet oħrajn. Meta jkun hemm disponibbli kapaċità NAAT b’mod suffiċjenti, l-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati tal-fejqan biss abbażi ta' testijiet NAAT, li jitqiesu bħala l-aktar metodoloġija affidabbli għall-ittestjar tal-każijiet ta' COVID-19 u tal-kuntatti. B'mod simili, matul perijodi fejn jkun hemm żieda fl-infezzjonijiet tas-SARS-CoV-2, li jirriżulta f’domanda għolja għall-ittestjar jew nuqqas ta' testijiet NAAT, l-Istati Membri jista’ jkollhom il-possibilta`, b’mod temporanju, li joħorġu ċertifikati tal-fejqan abbażi ta' testijiet tal-antiġeni. Meta l-infezzjonijiet jonqsu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati tal-fejqan abbażi ta' testijiet NAAT biss.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/953, iċ-ċertifikati tat-tilqim li jinħarġu mill-Istati Membri għandhom jinkludu l-għadd ta' dożi mogħtija lid-detentur. Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li dan ir-rekwiżit huwa maħsub biex jirrifletti d-dożi kollha li jingħataw, fi kwalunkwe Stat Membru, mhux dawk amministrati fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat tat-tilqim biss. Li jiġu inklużi biss dawk id-dożi preċedenti riċevuti fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat tat-tilqim tista' twassal għal diskrepanza bejn in-numru totali ta’ dożi li jkunu ġew amministrati lill-persuna u n-numru indikat fuq iċ-ċertifikat tat-tilqim, u tista' tipprevjeni lid-detenturi milli jagħmlu użu miċ-ċertifikat tat-tilqim tagħhom meta jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni. L-amministrazzjoni ta' dożi preċedenti fi Stati Membri oħra hija ppruvata permezz ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE validu. Jenħtieġ li Stat Membru ma jirrikjedix informazzjoni jew evidenza addizzjonali mingħand ċittadini tal-Unjoni li jkollhom tali ċertifikati tat-tilqim, bħan-numru tal-lott ta' dożi preċedenti. Jenħtieġ li jkun possibbli għal Stat Membru li jirrikjedi li persuna tippreżenta prova valida tal-identità u ċertifikat tat-tilqim jew tal-fejqan preċedenti. F'dan il-kuntest, japplikaw ir-regoli għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati tat-tilqim li jinħarġu minn Stati Membri oħra stabbiliti fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati li jkunu koperti minn att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikoli 3(10) u 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu, għandhom jiġu aċċettati bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE li jinħarġu mill-Istati Membri. F'konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2021/953, id-detentur ta' Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa intitolat li jitlob il-ħruġ ta' ċertifikat ġdid jekk id-data personali fiċ-ċertifikat oriġinali ma tkunx preċiża, inkluż fir-rigward tal-vaċċinazzjoni tad-detentur.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/953, l-Istat Membru li fih ikun ġie amministrat vaċċin kontra l-COVID-19 għandu joħroġ ċertifikat tat-tilqim lill-persuna konċernata. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jinftiehemx li Stat Membru ma jitħalliex joħroġ iċ-ċertifikati tat-tilqim imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 lill-persuni li jipprovdu prova li ġew imlaqqma fi Stat Membru ieħor.

(7)

B'mod partikolari fid-dawl tal-emerġenza ta' varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib, se jkun fattur kruċjali li jibqgħu jsiru żviluppi u studji tal-vaċċini kontra l-COVID-19 fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. F'dak il-kuntest, huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-voluntiera fi provi kliniċi, jiġifieri, studji li jsiru biex jiġu investigati s-sikurezza jew l-effikaċja ta' mediċina, bħall-vaċċin kontra l-COVID-19. Ir-riċerka klinika għandha rwol fundamentali fl-iżvilupp tal-vaċċini u għalhekk jenħtieġ li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni volontarja fil-provi kliniċi. Il-fatt li parteċipanti fil-provi kliniċi jiġu mċaħħda mill-aċċess għaċ-ċertifikati tat-tilqim jista' jikkostitwixxi diżinċentiv kbir għall-parteċipazzjoni f’dawn il-provi, li jdewwem il-konklużjoni ta’ tali provi u, b'mod aktar ġenerali, jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-integrità tal-provi kliniċi, inkluż f'termini ta' data blinding u kunfidenzjalità, jenħtieġ li titħares biex tiġi żgurata l-validità tar-riżultati tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li joħorġu ċertifikati tat-tilqimlill-parteċipanti fi provi kliniċi li jkunu ġew approvati mill-kumitati etiċi u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, irrispettivament minn jekk il-parteċipant ikunx irċieva il-vaċċin kandidat kontra l-COVID-19 jew, biex jiġi evitat li l-istudji jiġu kompromessi, id-doża mogħtija lill-grupp ta' kontroll.

(8)

Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li jenħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri oħra lijaċċettaw ċertifikati tal-vaċċinazzjoni għall-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-perjodu ta' aċċettazzjoni ta' tali ċertifikati tat-tilqim ma jkunx itwal minn dak taċ-ċertifikati maħruġa abbażi tal-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il- perjodu ta' aċċettazzjoni ta' tali ċertifikati tat-tilqim jista’ jvarja jiddependi fuq jekk il-vaċċin ġiex amministrat bħala parti mis-serje primarja tat-tilqim jew bħala booster. F'dan il-perjodu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw tali ċertifikati tat-tilqim sakemm ma jkunux ġew revokati b'segwitu tal-konklużjoni tal-prova klinika, b'mod partikolari meta l-vaċċin kontra l-COVID-19 sussegwentement ma jingħatax awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew meta ċ-ċertifikati tat-tilqim ikunu nħarġu għal plaċebo mogħtija lill-grupp ta' kontroll bħala parti minn prova blinded. F'dan ir-rigward, il-ħruġ ta' ċertifikati tat-tilqim lill-parteċipanti fi provi kliniċi għall-vaċċini kontra l-COVID-19 u l-aċċettazzjoni ta' dawk iċ-ċertifikati huma kompetenza tal-Istati Membri. Jekk vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun għaddej minn provi kliniċi sussegwentement jingħata awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 726/2004, iċ-ċertifikati tat-tilqim għal dak il-vaċċin ikunu jaqgħu, mid-data tal-ħruġ ta’ dik l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953. Biex jiġi żgurat approċċ koerenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (European Centre for Disease Prevention and Control, ECDC) jew lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA) biex joħorġu gwida fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċertifikati li jinħarġu għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun għaddej minn provi kliniċi u li jkun għadu ma ngħatax awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, li jenħtieġ li tqis il-kriterji etiċi u xjentifiċi meħtieġa meta jsiru l-provi kliniċi.

(9)

Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (UE) 2021/953, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 evolviet konsiderevolment. Minkejja li hemm varjazzjonijiet fil-livell tat-tilqim fi Stati Membri differenti, sal-31 ta' Jannar 2022, aktar minn 80 % tal-popolazzjoni adulta fl-Unjoni lestew iċ-ċiklu primarju tat-tilqim, u aktar minn 50 % kienu rċevew doża booster. Iż-żieda fir-rata tat-tilqim għadha objettiv kruċjali fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, speċjalment meta titqies il-protezzjoni msaħħa tal-vaċċin kontra ż-żieda fid-dħul ta'persuni fl-isptarijiet u kontra l-mard serju, u għaldaqstant, għandha rwol importanti biex tiżgura li r-restrizzjonijiet tal-moviment liberu tal-persuni jkunu jistgħu jitneħħew.

(10)

Barra minn hekk, fit-tieni nofs tal-2021 it-tixrid tal-varjant tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib "Delta" ħoloq żieda fl-għadd ta' infezzjonijiet, ta' dħul ta' pazjenti fl-isptarijiet u ta' mwiet, u obbliga lill-Istati Membri jadottaw miżuri tas-saħħa speċifiċi fi sforz biex jipproteġu l-kapaċità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Kmieni fl-2022 il-varjant ta' tħassib tas-SARS-CoV-2 "Omicron" wassal għal żidiet kbar fl-għadd ta' infezzjonijiet tal-COVID-19, u dan il-varjant ħa post id-Delta u laħaq intensità bla preċedent ta' trażmissjonijiet fil-komunità madwar l-Unjoni. Fil-Valutazzjoni tar-Riskju Rapida tas-27 ta' Jannar 2022, l-ECDC innota li kien jidher li l-probabbiltà li l-infezzjonijiet bl-Omicron iwasslu għal eżiti kliniċi gravi li jirrikjedu d-dħul fl-isptar jew f'unitajiet ta' kura intensiva hija iktar baxxa. Għalkemm it-tnaqqis tas-severità tirriżulta parzjalment mill-karatteristiċi inerenti tal-virus, ir-riżultati ta' studji dwar l-effettività tal-vaċċin urew li t-tilqim għandu rwol sinifikanti fil-prevenzjoni ta' eżiti kliniċi gravi minn infezzjoni bl-Omicron, u l-effettività tiegħu kontra mard gravi tiżdied m'mod sinifikanti fost il-persuni li jkunu ħadu t-tliet dożi tal-vaċċin. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-livelli għoljin tat-trażmissjoni fil-komunità, li twassal għal ħafna nies morda fl-istess ħin, x'aktarx li l-Istati Membri se jgħaddu minn perjodu ta' pressjoni sostanzjali fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u fuq il-funzjonament tas-soċjetà kollha kemm hi, l-aktar minħabba l-impatti fuq ix-xogħol u fuq l-edukazzjoni.

(11)

Wara l-quċċata tal-infezzjonijiet tal-Omicron fil-bidu tal-2022, huwa mistenni li proporzjon għoli tal-popolazzjoni mistennija li jibbenefikaw minn protezzjoni mill-COVID-19 kemm minħabba t-tilqim jew minħabba infezzjoni preċedenti, jew b'riżultat tat-tnejn li huma, għall-anqas għal ċertu perjodu ta' żmien. B'riżultat tal-vaċċini kontra l-COVID-19 li huma disponibbli bħalissa, perċentwal ogħla b'mod sinifikanti tal-popolazzjoni huma għalhekk ukoll protett aħjar mir-riskju li jimirdu b'mod serju u li jmutu minħabba l-COVID-19. Madankollu, mhuwiex possibbli li wieħed ibassar l-impatt ta' din iż-żieda potenzjali fuq l-infezzjonijiet fit-tieni nofs tal-2022. Barra minn hekk, wieħed ma jistax jeskludi l-possibbiltà li l-pandemija tal-COVID-19 taqleb għall-agħar jekk jitfaċċaw varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib. L-ECDC nnotat ukoll li għad hemm inċertezzi sinifikanti f'dan l-istadju tal-pandemija tal-COVID-19.

(12)

Fid-dawl tal-inċertezzi li baqa' rigward l-evoluzzjoni ulterjuri tal-pandemija tal-COVID-19, ma jistax jiġi eskluż li l-Istati Membri jibqgħu jirrikjedu liċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu tagħhom jippreżentaw prova tat-tilqim, riżultat tat-test jew tal-fejqan mill-COVID-19 wara t-30 ta' Ġunju 2022, li hija d-data meta r-Regolament (UE) 2021/953 jiskadi. Għalhekk huwa importanti li, f'każ li ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fuq il-bażi tas-saħħa pubblika jkunu għadhom fis-seħħ wara t-30 ta' Ġunju 2022, tiġi evitata sitwazzjoni fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jużaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE tagħhom, li huma mod effettiv, sikur u li jħares il-privatezza biex jiġi ppruvat t-tilqim, r-riżultat tat-test jew tal-fejqan mill-COVID-19, fejn il-pussess tagħhom ikun rikjest mill-Istati Membri sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

(13)

F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu jippreżentaw prova tat-tilqim, tar-riżultat tat-test jew tal-fejqan mill-COVID-19 jew jenħtieġ li jimponu restrizzjonijiet addizzjonali bħal ittestjar addizzjonali relatat mal-ivvjaġġar għal infezzjonijiet tas-SARS-CoV-2 jew kwarantina jew self-iżolament relatati mal-ivvjaġġa,r biss meta dawn ir-restrizzjonijiet ikunu nondiskriminatorji, u meħtieġa u proporzjonati għall-fini tas-salvagwardja tas-saħħa pubblika abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, inkluża data epidemjoloġika ppubblikata mill-ECDC abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 (6) u f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni.

(14)

Meta jimponu restrizzjonijiet għall-moviment liberu għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, l-esklavi u ż-żoni ġeografikament iżolati u l-impatt probabbli ta' tali restrizzjonijiet fuq ir -reġjuni transfruntiera, minħabba r-rabtiet soċjali u ekonomiċi qawwija ta’ dawk ir- reġjuni.

(15)

Kwalunkwe verifika taċ-ċertifikati sottostanti għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jenħtieġ li ma twassalx għal restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-moviment liberu fl-Unjoni jew għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fiż-żona Schengen.

(16)

Fl-istess waqt, meta wieħed iqis li kull restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni li tiddaħħal fis-seħħ biex trażżan it-tixrid tas-SARS-CoV-2, fosthom rekwiżit li jiġu ppreżentati Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li titneħħa minnufih hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti, jenħtieġ li l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 tkun limitata għal 12-il xahar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ma tiġix mifhuma bħala obbligu fuq l-Istati Membri, speċjalment dawk li jneħħu l-miżuri tas-saħħa pubblika tagħhom, li jżommu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fis-seħħ. Is-setgħa ddelegata lill-Kummissjoni li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kont ir-Regolament (UE) 2021/953 jenħtieġ li wkoll tiġi estiża. Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-qafastaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tkun tista' tadatta għal evidenza ġdida li tirrigwarda t-tilqim, l-infezzjoni mill-ġdid wara l-fejqan, jew l-ittestjar tal-COVID-19 u għall-progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19.

(17)

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta t-tielet rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953. Jenħtieġ li r-rapport ikun fih, b'mod partikolari, ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament dwar ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2, ħarsa ġenerali li tiddeskrivi l-iżviluppi kollha rigward l-użi domestiċi u internazzjonali taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, kwalunkwe aġġornament rilevanti fir-rigward tal-valutazzjoni inkluża fit-tieni rapport, u valutazzjoni tal-adegwatezza tal-użu kontinwu taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE għall-fini ta' dak ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi epidemjoloġiċi u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, u fid-dawl tal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità. Meta tħejji r-rapport, il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob gwida mill-ECDC u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jitqassar il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 u kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-ECDC u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa għal dak il-għan.

(18)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2021/953 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(19)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fl-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19 bl-istabbiliment ta' qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim ta' persuna kontra l-COVID-19, ir-riżultati tat-testijiet tagħha jew il-fejqan tagħha, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(20)

Sabiex ikun jista' jiġi applikat fil-pront u f’waqtu biex tiġi żgurata il- kontinwità taċ -Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil- jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(21)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f'konformità mal-Artikolu 42(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u ppreżentaw opinjoni konġunta fl-14 ta' Marzu 2022 (8),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2021/953 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(5)

"test tal-antiġeni" tfisser test ta' waħda mill-kategoriji li ġejjin li jiddependi fuq id-detezzjoni ta' proteini virali (antiġeni) biex tiġi żvelata l-preżenza tas-SARS-CoV-2:

(a)

testijiet rapidi tal-antiġeni, bħal immunoassaġġi tal-fluss laterali li jagħtu riżultati f'inqas minn 30 minuta;

(b)

analiżijiet antiġeniċi bbażati fil-laboratorju, bħal assaġġi ta' immunoassorbiment enzimatiku jew immunoassaġġi awtomatizzati għad-detezzjoni ta' antiġeni;";

(2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(b)

ċertifikat li jikkonferma li d-detentur kien soġġett għal test NAAT jew test tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE ta' testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, imwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat u li jindika t-tip ta' test, id-data meta sar u r-riżultat tat-test (ċertifikat tat-test);

“(c)

ċertifikat li jikkonferma li, wara riżultat pożittiv ta' test NAAT, jew test tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE ta' testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, imwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ, id-detentur ikun fieq minn infezzjoni tas-SARS-CoV-2 (ċertifikat tal-fejqan)."

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż kwalunkwe aġġornament.";

(b)

il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"11.   Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, lill-ECDC jew lill-EMA joħorġu gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta' avvenimenti mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward ta' varjanti ġodda tas-SARS-CoV-2 li jkunu ta' tħassib, u fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-vaċċini tal-COVID-19 li jkunu għaddejjin minn provi kliniċi fl-Istati Membri.";

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-qafas ta' fiduċja għandu jkun ibbażat fuq infrastruttura tal-kjavi pubblika u jippermetti l-ħruġ u l-verifika affidabbli u sikuri tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1). Il-qafas ta' fiduċja għandu jippermetti l-identifikazzjoni tal-frodi, b'mod partikolari l-falsifikazzjoni. Barra minn hekk, għandu jippermetti l-iskambju bilaterali ta' listi ta' revoka ta' ċertifikati li jkun fihom l-identifikaturi uniċi taċ-ċertifikati ta' ċertifikati revokati. Tali listi ta' revoka ta' ċertifikati ma għandu jkun fihom ebda data personali oħra. Il-verifika taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1), u fejn applikabbli, il-listi ta' revoka ta' ċertifikati ma għandhomx jirriżultaw fin-notifika tal-emittent dwar il-verifika.";

(4)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)

informazzjoni dwar il-vaċċin kontra l-COVID-19 u l-għadd ta' dożi amministrati lid-detentur, irrispettivament mill-Istat Membru fejn id- dożi jkunu ġew amministrati;";

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"L-Istati Membri jistgħu joħorġu wkoll iċ-ċertifikati tat-tilqim lil persuni li jipparteċipaw fi prova klinika tal-vaċċin kontra l-COVID-19 li ġiet approvata mill-kumitati etiċi u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, irrispettivament minn jekk il-parteċipant jkunx rċieva il-vaċċin kontra l-COVID-19 kandidat jew id-doża amministrata lill-grupp ta' kontroll. L-informazzjoni dwar il-vaċċin kontra l-COVID-19 li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-tilqim f'konformità mal-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness ma għandhiex iddgħajjef l-integrità tal-prova klinika.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità mar-raba’ subparagrafu sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu stabbiliti, b'konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2, sakemm ma jkunx skada l-perjodu ta' aċċettazzjoni tagħhom jew ikunu ġew revokati wara l-konklużjoni tal-prova klinika, b'mod partikolari, fuq il-bażi li l-vaċċin kontra l-COVID-19 sussegwentement ma ngħatax awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew li ċ-ċertifikati tat-tilqim kienu nħarġu għal plaċebo mogħtija lill-grupp ta' kontroll bħala parti minn prova blinded.";

(5)

fl-Artikolu 6(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)

informazzjoni dwar it-test NAAT jew it-test tal-antiġeni li kien soġġett għalih id-detentur;";

(6)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Kull Stat Membru għandu joħroġ, fuq talba, iċ-ċertifikati tal-fejqan imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) wara riżultat pożittiv ta' test NAAT imwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ.

L-Istati Membri jistgħu joħoruġ ukoll, fuq talba, iċ-ċertifikati tal-fejqan imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) wara riżultat pożittiv ta' test tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa mwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ.

L-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi ta' testijiet tal-antiġeni mwettqa minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ fl-1 ta' Ottubru 2021 jew wara, dment li t-test tal-antiġeni użat kien inkluż fil-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa fid-data ta’ meta ħareġ ir-riżultat pożittiv tat-test.

Iċ-ċertifikati tal-fejqan għandhom jinħarġu mhux qabel 11-il jum wara d-data li fiha l-persuna kienet l-ewwel soġġetta għal test NAAT jew test tal-antiġeni li ta riżultat pożittiv.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-għadd ta' jiem li wara li jgħaddu għandu jinħareġ ċertifikat tal-fejqan, abbażi ta' gwida riċevuta mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa f'konformità mal-Artikolu 3(11) jew abbażi ta' evidenza xjentifika rieżaminata mill-ECDC.";

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Abbażi tal-gwida riċevuta skont l-Artikolu 3(11), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-punt (c) tal-Artikolu 3(1) biex tippermetti l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-fejqan abbażi ta' test tal-antiġeni pożittiv, test tal-antikorpi, inkluż test seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, jew kwalunkwe metodu ieħor validat xjentifikament. Tali atti delegati għandhom ukoll jemendaw il-punt 3 tal-Anness billi jżidu, jimmodifikaw jew ineħħu l-kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.";

(7)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   L-ebda lista ta' revoka ta' ċertifikati skambjata skont l-Artikolu 4(2) ma għandha tinżamm wara t-tmiem tal-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.";

(8)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Restrizzjonijiet għall-moviment liberu u skambju ta’ informazzjoni

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jimponu restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, meta l-Istati Membri jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim, ċertifikati tat-testijiet li jindikaw riżultat negattiv jew ċertifikati tal-fejqan, huma għandhom joqogħdu lura milli jimponu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-moviment liberu, sakemm tali restrizzjonijiet ma jkunux nondiskriminatorji, u meħtieġa u proporzjonati għall-fini tas-salvagwardja tas-saħħa pubblika abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli inkluża data epidemjoloġika ppubblikata mill-ECDC abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 (*1), u f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni.

2.   Meta Stat Membru jimponi, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, restrizzjonijiet addizzjonali fuq id-detenturi taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) b'mod partikolari bħala riżultat ta' varjant tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib jew interess, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan, possibbilment 48 siegħa qabel l-introduzzjoni ta' tali restrizzjonijiet ġodda. Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġunijiet għal tali restrizzjonijiet, inklużi d-data epidemjoloġika u l-evidenza xjentifika rilevanti kollha li jiġġustifikaw dawk ir-restrizzjonijiet li jkunu disponibbli u aċċessibbli f'dak l-istadju;

(b)

il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali restrizzjonijiet, filwaqt li jispeċifika liema detenturi ta' ċertifikati huma soġġetti għal tali restrizzjonijiet jew huma eżentati minnhom;

(c)

id-data u t-tul ta' żmien ta' tali restrizzjonijiet.

2a.   Meta Stat Membru jimponi restrizzjonijiet f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, huwa għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-impatt probabbli ta' tali restrizzjonijiet fuq ir-reġjuni transfruntiera u l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, l-esklavi u ż-żoni ġeografikament iżolati.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ħruġ u l-kundizzjonijiet ta' aċċettazzjoni taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1), inklużi l-vaċċini kontra l-COVID-19 li jaċċettaw skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5).

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha fir-rigward tal-paragrafi 1, 2 u 3. Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament 24 siegħa qabel ma r-restrizzjonijiet il-ġodda jidħlu fis-seħħ, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' xi flessibbiltà għal emerġenzi epidemjoloġiċi. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni b'mod ċentralizzat.

(*1)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tal-25 ta' Jannar 2022 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 110).";"

(9)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 24 xahar mill-1 ta' Lulju 2021.";

(10)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa mħassar;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3.   Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari:

(a)

ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 11, fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2;

(b)

ħarsa ġenerali li tiddeskrivi l-iżviluppi kollha rigward l-użi domestiċi u internazzjonali taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) u l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2) dwar iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi;

(c)

kwalunkwe aġġornament rilevanti rigward il-valutazzjoni, stabbilita fir-rapport ippreżentat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, inkluż fuq l-ivvjaġġar u t-turiżmu u fuq l-aċċettazzjoni tat-tipi differenti ta' vaċċini, fuq id-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll fuq il-protezzjoni tad-data personali matul il-pandemija tal-COVID-19;

(d)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-użu kontinwu taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għall-fini ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi epidemjoloġiċi u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli.

Meta tħejji r-rapport, il-Kummissjoni għandha titlob gwida mill-ECDC u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, li għandha tiġi annessa ma’ dak ir-rapport.

Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, b'mod partikolari biex jitqassar il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 u kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-ECDC u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa f'dak ir-rigward.";

(11)

fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2021 sat-30 ta' Ġunju 2023.";

(12)

fl-Anness, il-punt 2(i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(i)

ċentru jew faċilità tal-ittestjar (fakultattiv għat-test tal-antiġeni);".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

F. RIESTER


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2022

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/256 tat-22 ta' Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħruġ ta' ċertifikati tal-fejqan ibbażati fuq testijiet rapidi tal-antiġeni (ĠU L 42, 23.2.2022, p. 4).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tal-25 ta' Jannar 2022 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 110).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-ĠU.


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/46


REGOLAMENT (UE) 2022/1035 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri matul il-pandemija tal-COVID-19

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), punt (c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Skont l-acquis ta’ Schengen, b’mod partikolari ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fl-UE u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li daħlu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru jistgħu jiċċaqalqu liberament fit-territorji tal-Istati Membri l-oħrajn kollha matul perjodu ta’ 90 jum tul kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum.

(2)

Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġie stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li stabbilixxa qafas komuni għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim, l-ittestjar jew il-fejqan mill-COVID-19 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom matul il-pandemija tal-COVID-19. Dak ir-Regolament kien akkumpanjat mir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li estenda l-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-IStati Membri u li huma intitolati li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolamenti (UE) 2021/953 u (UE) 2021/954 waslu biex jiskadu fit-30 ta’ Ġunju 2022. Madankollu, il-pandemija tal-COVID-19 għadha għaddejja u t-tifqigħat tal-varjanti ta’ tħassib jistgħu jkomplu jħallu impatt negattiv fuq l-ivvjaġġar fl-Unjoni. Konsegwentement, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti għandu jiġi estiż sabiex iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jkun jista’ jibqa’ jintuża.

(4)

Il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 għandu jiġi estiż bi 12-il xahar. Peress li l-objettiv tar-Regolament (UE) 2021/954 huwa li jestendi l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fl-Unjoni, it-tul ta’ żmien tal-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li jkun marbut direttament ma’ dak tar-Regolament (UE) 2021/953. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/954 jiġi emendat skont dan.

(5)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jinftiehemx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, kwalunkwe rekwiżit għal verifika ta’ ċertifikati stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 ma għandux jiġġustifika l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni. Jenħtieġ li l-kontrolli fil-fruntieri interni jibqgħu miżura tal-aħħar istanza, soġġetti għal regoli speċifiċi stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

(6)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(7)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/953, ċertifikati COVID-19 maħruġin mill-Irlanda lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħha għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar fit-territorji tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Irlanda toħroġ lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ċertifikati COVID-19 li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Jenħtieġ li l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra jaċċettaw ċertifikati maħruġin lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti minn dan ir-Regolament fuq bażi reċiproka.

(8)

Fir-rigward ta’ Ċipru, l-Bulgarija, r-Rumanija u l-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi bħala att li jibni fuq, jew inkella li huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011.

(9)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (7).

(10)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8) koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (9).

(11)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10) koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (11).

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2021/954 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 bl-istabbiliment ta’ qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim ta’ persuna kontra l-COVID-19, ir-riżultati tat-testijiet tagħha jew il-fejqan tagħha, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(14)

Sabiex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni tiegħu fil-pront u f’waqtha biex tiġi żgurata l-kontinwità taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE,, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u taw opinjoni konġunta fl-14 ta’ Marzu 2022 (13),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/954 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021 sakemm jibqa’ japplika r-Regolament (UE) 2021/953.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

F. RIESTER


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2022.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19, ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(8)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(10)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(13)  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/50


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1036

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ referenza

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi miżuri għal suq ferrovjarju sostenibbli fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat tnaqqis kbir fit-traffiku ferrovjarju minħabba tnaqqis sinifikanti fid-domanda u l-miżuri diretti li ħadu l-Istati Membri biex irażżnu l-pandemija.

(2)

Dawk iċ-ċirkostanzi huma lil hinn mill-kontroll tal-impriżi ferrovjarji, li kellhom jiffaċċjaw problemi konsiderevoli kontinwi ta’ likwidità, telf kbir u xi drabi rriskjaw l-insolvenza.

(3)

Biex ikunu jistgħu jiġġieldu l-effetti ekonomiċi negattivi tal-pandemija tal-COVID-19 u jwieżnu lill-impriżi ferrovjarji, ir-Regolament (UE) 2020/1429 jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw lill-maniġers tal-infrastruttura biex inaqqsu, jeżentaw jew jipposponu l-ħlas ta’ imposti tal-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja. Dik il-possibbiltà kienet ingħatat għal perjodu ta’ referenza limitat li ġie estiż l-aħħar bir-Regolament (UE) 2022/312 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(4)

Il-limitazzjonijiet imposti fuq il-mobbiltà tul il-perjodu tal-pandemija ħallew impatt ġmielu fuq l-użu tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri. Anke s-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija ntlaqtu iżda b’mod aktar limitat. Abbażi tad-data li taw il-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, il-pandemija laqtet l-aktar lis-segment tas-servizzi tal-passiġġieri. L-aktar li ntlaqat kien is-segment tas-servizzi kummerċjali tal-passiġġieri, bi tnaqqis sinifikanti fl-offerta tiegħu fost l-Istati Membri kollha, u dan għadu ma reġax lura għal-livelli tal-2019.

(5)

Kien hemm irkupru fir-rigward tal-għadd ta’ ferroviji tal-merkanzija mħaddma fuq in-network għax il-livelli tal-2021 kienu biss 0,1% inqas minn tal-2019. L-għadd ta’ ferroviji tal-passiġġieri b’obbligu tas-servizz pubbliku (“OSP”) imħaddma fin-network fl-2021 kien 2% iżjed minn tal-2019, filwaqt li fl-2020 kien 5,1% inqas meta mqabbel mal-2019. Madankollu, peress li l-għadd ta’ passiġġieri fl-2020 u fl-2021 ma laħaqx iż-żewġ terzi tal-għadd ta’ passiġġieri li vvjaġġaw fl-2019, l-impatt imnaqqas tal-pandemija u l-irkupru sussegwenti aktarx twieżnu bl-appoġġ finanzjarju kontinwu mill-awtoritajiet kompetenti skont il-kuntratti tal-OSP. Fil-fatt, fl-2021, l-għadd ta’ ferroviji kummerċjali tal-passiġġieri kien għadu 18,2% inqas meta mqabbel mal-2019. Fl-2020 kien 22,9% inqas meta mqabbel mal-2019, u b’hekk ma kien hemm l-ebda rkupru sinifikanti.

(6)

Xejriet simili jistgħu jiġu osservati meta t-traffiku jiġi espress f’kilometri tal-ferrovija. Il-kilometri tal-ferrovija li għamlu l-ferroviji tal-merkanzija mħaddma fuq in-network urew sinjali ta’ rkupru, b’0,5% biss inqas fl-2021 meta mqabbla mal-2019. Is-servizzi tal-OSP tal-passiġġieri espressi f’kilometri tal-ferrovija kienu 1,1% iżjed fl-2021 meta mqabbla mal-2019. Iżda fl-2021, is-servizzi kummerċjali tal-passiġġieri espressi f’kilometri tal-ferrovija baqgħu 18,7% inqas mil-livelli tal-2019, titjib żgħir meta mqabbel mal-2020.

(7)

Għalhekk hu evidenti li hemm tnaqqis persistenti fil-livell tat-traffiku ferrovjarju minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-segment tal-passiġġieri, li fl-2018 kien jirrappreżenta madwar 80% tat-traffiku kollu espress f’kilometri tal-ferrovija.

(8)

Id-data tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa turi li l-għadd ta’ każijiet irreġistrati kuljum tal-COVID-19 fl-Ewropa żdied drastikament fil-bidu tal-2022 għal livelli li qatt ma ntlaħqu qabel tul il-pandemija. Barra minn hekk, l-għadd ta’ każijiet ta’ kuljum irrappurtati għadu għoli ħafna.

(9)

Aktarx li l-pandemija tħalli impatt negattiv persistenti fuq it-traffiku ferrovjarju u s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-impriżi ferrovjarji aktarx li tippersisti ugwalment sa tmiem l-2022.

(10)

Għaldaqstant, il-perjodu ta’ referenza stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/1429 jeħtieġ jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(11)

Kieku l-Parlament Ewropew u l-Kunsill kellhom jiskrutinaw dan ir-Regolament għall-perjodu kollu ta’ oġġezzjoni previst fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) 2020/1429, dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ biss wara tmiem il-perjodu ta’ referenza attwalment previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/1429. Biex tkun evitata l-inċertezza legali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi adottat skont il-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2020/1429, u jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/1429 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli temporanji dwar l-impożizzjoni tal-imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja kif stabbilit fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE. Dan japplika għall-użu tal-infrastrutturi ferrovjarji għal servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali koperti minn dik id-Direttiva, tul il-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2022 (‘il-perjodu ta’ referenza’).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 333, 12.10.2020, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2022/312 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 fir-rigward tad-durata tal-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta’ imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 55, 28.2.2022, p. 1).


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1037

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xorb

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel u l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew parti interessata.

(4)

F’Diċembru 2019, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xarbiet aromatizzati, xi prodotti oħra li jaqgħu fil-kategorija 14.1 “xorb mhux alkoħoliku” u birra mingħajr alkoħol u xorb tax-xgħir.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-użu propost tal-glikolipidi bħala addittiv tal-ikel. Fl-opinjoni tal-Awtorità (4) adottata fl-4 ta’ Mejju 2021, ġiet stabbilita doża aċċettabbli ta’ kuljum (“ADI”) ta’ 10 mg/kg bw kuljum. L-Awtorità nnutat li l-ogħla stima ta’ esponiment ta’ 3.1 mg/kg bw kuljum, fit-trabi li telqu jimxu, hija fi ħdan l-ADI stabbilit u kkonkludiet li l-esponiment għall-glikolipidi ma jqajjimx tħassib dwar is-sikurezza fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti mill-applikant.

(6)

Il-glikolipidi jiġu prodotti mill-fungus Dacryopinax spathularia fi proċess ta’ fermentazzjoni. Il-glikolipidi, meta jintużaw bħala preservattiv, itawlu l-ħajja fuq l-ixkaffa tax-xorb billi jipproteġuh mid-deterjorament ikkawżat mill-mikroorganiżmi u jinibixxu t-tkabbir ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi. Il-glikolipidi huma attivi kontra l-ħmira, il-moffa u l-batterji gram-pożittivi u jistgħu jservu bħala alternattiva għal preservattivi oħra li bħalissa huma awtorizzati fix-xorb.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xorb kopert mill-applikazzjoni u li jiġi assenjat in-numru E 246 bħala n-numru E għal dak l-addittiv.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-glikolipidi (E 246) jeħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 peress li dan l-addittiv huwa inkluż għall-ewwel darba fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(9)

Għalhekk, jeħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2021;19(6):6609


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti B, il-punt 3 “Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-entrata l-ġdida li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 243:

“E 246

Glikolipidi”

(b)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-Kategorija 14.1.4 (Xarbiet mogħtija t-togħma), l-entrata għal E 246 (Glikolipidi) tiddaħħal wara l-entrata għal E 242:

 

“E 246

Glikolipidi

50

 

esklużi x-xarbiet abbażi ta’ prodotti tal-ħalib”

(2)

Fil-kategorija 14.1.5.2 (Oħrajn), l-entrata għal E 246 (Glikolipidi) tiddaħħal wara l-entrata għal E 242:

 

“E 246

Glikolipidi

20

(93)

konċentrati tat-tè likwidi u konċentrati tal-infużjonijiet likwidi tal-frott u tal-ħxejjex aromatiċi biss”

(3)

Fil-kategorija 14.2.1 (Birra u xorb tax-xgħir), l-entrata għal E 246 (glikolipidi) tiddaħħal wara l-entrata għal E 220 –228:

 

“E 246

Glikolipidi

(50)

 

birra mingħajr alkoħol u xorb tax-xgħir biss”


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 243:

E 246 glikolipidi

Sinonimi

 

Definizzjoni

Il-glikolipidi li jseħħu b’mod naturali jinkisbu permezz ta’ proċess ta’ fermentazzjoni bl-użu tar-razza tat-tip selvaġġ MUCL 53181 tal-fungus Dacryopinax spathularia (faqqiegħ ħelu li jittiekel tal-widna osmanthus). Il-glukożju jintuża bħala sors ta’ karbonju. Il-proċess downstream ħieles mis-solventi jinkludi l-filtrazzjoni u l-mikrofiltrazzjoni biex jitneħħew iċ-ċelloli mikrobiċi, il-preċipitazzjoni u l-ħasil b’ilma bbaferjat għall-purifikazzjoni. Il-prodott huwa pasturizzat u mnixxef bl-isprej. Il-proċess tal-produzzjoni ma jimmodifikax kimikament il-glikolipidi u lanqas jibdel il-kompożizzjoni tal-innat tagħhom.

Numru tal-CAS

2205009-17-0

Isem kimiku

Glikolipidi minn Dacryopinax spathularia

Analiżi

Mhux inqas minn 93 % ta’ kontenut ta’ glikolipid totali fuq bażi niexfa.

Deskrizzjoni

Trab beige għal kannella ċar, riħa karatteristika dgħajfa

Identifikazzjoni

 

Solubbiltà

Jikkonforma (10 g/l fl-ilma)

pH

Bejn 5,0 u 7,0 (10 g/l fl-ilma)

Turbidità

Mhux aktar minn 28 NTU (10 g/l fl-ilma)

Purità

 

Kontenut ta’ ilma

Mhux aktar minn 5 % (metodu Karl Fischer)

Proteini

Mhux aktar minn 3 % (fattur N × 6,25)

Xaħam

Mhux aktar minn 2 % (gravimetriku)

Sodju

Mhux aktar minn 3,3 %

Arseniku

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 0,7 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 0,1 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 0,1 mg/kg

Nikil

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

 

Għadd totali tal-kolonji aerobiċi:

Mhux aktar minn 100 kolonja għal kull gramm

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 10 kolonji kull gramma

Koliformi

Mhux aktar minn 3 MPN kull gramma

Salmonella spp.

Assenti f’25 g”


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1038

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-polivinilpirrolidon (E1201) f’ikel għal skopijiet mediċi speċjali, f’forma ta’ pilloli u pilloli miksija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni, jew wara li titressaq applikazzjoni.

(3)

Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-polivinilpirrolidon (E1201) huwa awtorizzat għall-użu bħala addittiv tal-ikel f’sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’pilloli u f’supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar.

(4)

Fid-29 ta’ Ottubru 2018, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-polivinilpirrolidon (E1201) bħala addittiv tal-ikel fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, f’forma ta’ pilloli u pilloli miksija, bħala legant tal-pillola. L-applikazzjoni kienet disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Il-polivinilpirrolidon (E 1201) ġie evalwat mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel fl-1990 (3). Fl-opinjoni xjentifika tagħha tal-1 ta’ Lulju 2020 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat mill-ġdid is-sikurezza tal-polivinilpirrolidon (E1201) bħala addittiv tal-ikel u qieset l-estensjoni tal-użu tiegħu fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali f’forma ta’ pilloli u pilloli miksija. F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet li estensjoni tal-użu bħal din, fil-livell massimu permess u fil-livell ta’ konsum rakkomandat proposti, mhijiex mistennija li tkun ta’ tħassib għas-sikurezza.

(6)

Hemm ħtieġa teknoloġika għaż-żieda tal-polivinilpirrolidon (E1201) matul il-produzzjoni tal-pilloli għal skopijiet mediċi speċjali biex l-ingredjenti jintrabtu b’mod qawwi, tiġi żgurata l-koeżjoni tagħhom u titnaqqas id-diżintegrazzjoni tagħhom. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dan l-addittiv bħala stabbilizzatur tal-ikel għal skopijiet mediċi speċjali f’forma ta’ pilloli u pilloli miksija.

(7)

L-awtorizzazzjoni tal-użu tal-polivinilpirrolidon (E1201) bħala addittiv tal-ikel fil-kategorija 13.2 “Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali definit fid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)” tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 ma tinvolvix il-klassifikazzjoni ta’ prodott ipproċessat b’dak l-addittiv tal-ikel bħala ikel għal skopijiet mediċi speċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 13.2 “Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali definiti fid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)”, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

“E 1201

Polivinilpirrolidon

quantum satis

 

f’forom ta’ pillola jew pillola miksija biss”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Report of the Scientific Committee for Food, is-sitta u għoxrin serje. Rapport EUR 13 913.

(4)  EFSA Journal 2020;18(8):6215.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/58


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1039

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sospensjoni għas-sena 2023 ta’ ċerti preferenzi tariffarji mogħtija lil ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati, fis-sens tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-preferenzi tariffarji tal-arranġament ġenerali tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP) għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta’ prodotti ta’ taqsima tal-SĠP li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju tal-SĠP meta l-valur medju tal-importazzjonijiet mill-Unjoni ta’ dawn il-prodotti għal tliet snin konsekuttivi minn dak il-pajjiż benefiċjarju tal-SĠP jaqbeż il-limiti elenkati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u fuq il-bażi ta’ statistika dwar il-kummerċ fir-rigward tas-snin kalendarji 2015-2017, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/249 (2) stabbilixxa l-lista tat-taqsimiet tal-prodotti li għalihom il-preferenzi tariffarji ġew sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(3)

Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrieżamina din il-lista u tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi jew jistabbilixxi mill-ġdid il-preferenzi tariffarji.

(4)

Billi r-Regolament (UE) Nru 978/2012 għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023, il-lista riveduta jenħtieġ li tapplika għal sena mill-1 ta’ Jannar 2023. Il-lista hija bbażata fuq statistika dwar il-kummerċ fir-rigward tas-snin kalendarji 2018-2020 kif disponibbli fl-1 ta’ Settembru 2021 u tqis l-importazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 kif applikabbli f’dik id-data. Madankollu, ma tqisx il-valur tal-importazzjoni minn benefiċjarji tal-SĠP li mill-1 ta’ Jannar 2023 mhumiex se jibqgħu jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huma sospiżi fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP kkonċernati, fir-rigward tal-lista ta’ prodotti tat-taqsimiet tal-SĠP stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/249 tat-12 ta’ Frar 2019 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta’ ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 42, 13.2.2019, p. 6).


ANNESS

Il-lista tat-taqsimiet tal-SĠP li fir-rigward tagħhom ġew sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ pajjiż benefiċjarju kkonċernat tal-SĠP:

Kolonna A: Isem il-pajjiż

Kolonna B: Taqsima tal-SĠP (l-Artikolu 2(j) tar-Regolament tal-SĠP)

Kolonna C: Deskrizzjoni

A

B

C

L-Indja

S-6a

Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi

S-7a

Plastiks u oġġetti magħmulin minnhom

S-8b

Oġġetti tal-ġilda; ferijiet u fer artifiċjali

S-11a

Tessuti

S-13

Oġġetti tal-ġebla, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili; prodotti taċ-ċeramika; ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

S-14

Perli u metalli prezzjużi

S-15a

Ħadid, azzar u oġġetti tal-ħadid u tal-azzar

S-15b

Metalli komuni (eskluż il-ħadid u l-azzar), oġġetti ta’ metalli komuni (esklużi l-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar)

S-16

Makkinarju u għodod mekkaniċi; Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom

S-17a

Lokomotivi tal-ferrovija jew tat-tramm, vetturi ferrovjarji

L-Indoneżja

S-1a

Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut

S-3

Żjut tal-annimali jew żjut veġetali, xaħmijiet u xama’

S-5

Prodotti minerali

S-9a

Injam u oġġetti tal-injam; karbonju tal-injam

Il-Kenja

S-2a

Pjanti ħajjin u prodotti mill-florikultura


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/61


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1040

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jemenda l-Annessi VI u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom li minnhom huma awtorizzati jidħlu fl-Unjoni ċerti għasafar miżmuma u prodotti ġerminali tagħhom u prodotti tal-laħam tal-pollam

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali huwa li dawk il-konsenji jridu jiġu minn pajjiż terz jew territorju, żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew minn territorji, żoni, jew kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, żona jew kompartiment tiegħu, elenkati għall-ispeċijiet partikolari u għall-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, ta’ territorji, żoni, jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

L-Anness VI, il-Parti 1, it-Taqsima A tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi jew ta’ territorji jew żoni tagħhom li huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq u prodotti ġerminali ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq għajr l-għasafar miżmuma fil-magħluq koperti mid-derogi msemmijin fl-Artikolu 62 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(5)

Ir-Renju Unit issottometta applikazzjoni biex jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq u ta’ prodotti ġerminali tagħhom, għajr l-għasafar miżmuma fil-magħluq imsemmijin fl-Artikolu 62 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, mid-Dipendenzi tal-Kuruna l-Isle of Man u Jersey, u pprovda l-garanziji tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk id-Dipendenzi tal-Kuruna li jiżguraw ċertifikazzjoni uffiċjali affidabbli u l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali għal dawk il-konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq u tal-prodotti ġerminali tagħhom maħsubin għad-dħul fl-Unjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li dawk id-Dipendenzi tal-Kuruna jiġu elenkati fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(6)

Għalhekk, l-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

L-Anness XV, il-Parti 1, it-Taqsima A tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, ta’ territorji jew żoni tagħhom li huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam ta’ ungulati, tal-pollam u ta’ għasafar tal-kaċċa li għaddew mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju msemmijin fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(8)

Il-Marokk issottometta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam, għajr ir-ratiti, u pprovda l-garanziji tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti dwar in-notifikar u r-rappurtar tal-mard elenkat imsemmi fl-Anness I, il-punt 1, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li huma rilevanti għall-pollam, u l-garanziji tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali jew ma’ rekwiżiti ekwivalenti. Għalhekk, u filwaqt li titqies il-qagħda tas-saħħa tal-pollam fil-Marokk, jixraq li dak il-pajjiż terz jiddaħħal fil-lista stabbilita fl-Anness XV, il-Parti 1, it-Taqsima A, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-prodotti tal-laħam tal-pollam għajr ir-ratiti, li jkunu għaddew mit-trattament speċifiku “D” ta’ mitigazzjoni tar-riskju msemmi fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi emendat skont dan.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi emendat skont dan.

(11)

Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza ġuridika, u għall-faċilitazzjoni tan-negozju, jenħtieġ li l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VI u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi VI u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness VI, fil-Parti 1, fit-Taqsima A, l-entrati li ġejjin tal-Isle of Man u ta’ Jersey jiddaħħlu bejn l-entrati ta’ Iżrael u ta’ New Zealand:

IM

Isle of Man

IM-0

Għasafar miżmuma fil-magħluq

CAPTIVE BIRDS

 

 

 

 

Bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq

HE-CAPTIVE-BIRDS

 

 

 

 

JE

Jersey

JE-0

Għasafar miżmuma fil-magħluq

CAPTIVE BIRDS

 

 

 

 

Bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq

HE-CAPTIVE-BIRDS”

 

 

 

 

(2)

fl-Anness XV, fil-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata tal-Marokk hija ssostitwita b’dan li ġej:

MA

Il-Marokk

MA-0

B

B

B

B

B

B

B

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST”

 


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/64


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1041

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea soġġetti għar-reġistrazzjoni wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-383/17, kif ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-260/20 P, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Adozzjoni ta’ miżuri

(1)

Fit-17 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni (“il-Kummissjoni”) ippubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2005 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (2). Fit-3 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/763 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (3) (‘ir-regolament ikkontestat’).

1.2.   Is-Sentenzi fil-kawżi T-383/17 u C-260/20P

(2)

Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-20 ta’ Ġunju 2017, il-Hansol Group (Hansol Paper Co. Ltd. u Hansol Artone Paper Co. Ltd.) (minn hawn ’il quddiem “Hansol”) ippreżentaw rikors għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763 sa fejn dan kien jikkonċerna lil Hansol (Kawża T-383/17). Hansol ikkontestat il-legalità tar-regolament kontenzjuż għal għadd ta’ raġunijiet. F’wieħed mill-motivi tagħha Hansol ikkontestat il-kostruzzjoni ta’ ċerti valuri normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. F’motiv ieħor, Hansol argumentat li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ċar ta’ evalwazzjoni fl-ippeżar tal-bejgħ fl-Unjoni Ewropea lil klijenti indipendenti meta mqabbel mal-bejgħ lil proċessuri relatati. Hansol sostniet li dan l-iżball ta’ kalkolu allegat kien ta’ distorsjoni fuq il-kalkolu tal-marġni tad-dumping kif ukoll, fost l-oħrajn, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz.

(3)

Fit-2 ta’ April 2020, il-Qorti tat is-sentenza tagħha fil-Kawża T-383/17, fejn annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763 sa fejn kien jikkonċerna l-prodotti manifatturati minn Hansol (4). Il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni kienet kisret l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku meta ddeterminat li taħdem valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku għal tip ta’ prodott mibjugħ minn Hansol Artone Paper Co. Ltd., filwaqt li l-istess tip ta’ prodott kellu bejgħ domestiku rappreżentattiv minn Hansol Paper Co. Ltd. Il-Qorti Ġenerali sabet ukoll li l-allegat żball ta’ teħid inkunsiderazzjoni kien stabbilit u li l-Kummissjoni kellha tqis il-kwantitajiet mibjugħa minn Schades Nordic, wieħed mill-proċessuri relatati tal-Grupp Hansol fl-Unjoni, lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet kisret l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku peress li l-kalkoli li saru mill-Kummissjoni ma kinux jirriflettu l-firxa sħiħa tad-dumping ipprattikat minn Hansol. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li dan l-iżball ta’ teħid in kunsiderazzjoni affettwa wkoll il-kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz, peress li l-Kummissjoni kienet użat l-istess kunsiderazzjoni għal dan il-kalkolu. Il-Qorti Ġenerali sabet ukoll li l-Kummissjoni kienet wettqet żball meta applikat l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku b’analoġija, meta naqqset il-kostijiet SG&A u marġni ta’ profitt għall-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat mill-entità tal-bejgħ relatata fl-UE, għall-finijiet tal-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni ta’ dak il-prodott fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-dannu.

(4)

Fil-11 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali billi tippreżenta appell (Kawża C-260/20 P). Fit-12 ta’ Mejju 2022, it-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell u kkonfermat il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali (5). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li, għall-kuntrarju ta’ dak li kienet sabet il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ma wettqitx żball meta applikat l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku b’analoġija f’dan il-każ.

(5)

Minħabba f’hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763 huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Hansol.

2.   RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(6)

Il-Kummissjoni analizzat jekk huwiex xieraq li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

(7)

L-Artikolu 266 tat-TFUE jistipula li l-istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qrati. Fil-każ ta’ annullament ta’ att adottat mill-Istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, bħal investigazzjonijiet anti-dumping, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti tikkonsisti f’sostituzzjoni tal-att annullat b’att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (6).

(8)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura għas-sostituzzjoni tal-att annullat tista’ tissokta fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità (7). Dan jimplika b’mod partikolari li, f’sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-ftuħ tal-proċedura anti-dumping. F’sitwazzjoni fejn, pereżempju, Regolament li jimponi miżuri anti-dumping definittivi jiġi annullat, dan ifisser li wara l-annullament, il-proċediment anti-dumping ikun għadu miftuħ, minħabba li l-att li jikkonkludi l-proċediment anti-dumping ikun sparixxa mill-ordni legali tal-Unjoni (8), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-bidu.

(9)

Kif spjegat fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, u peress li l-illegalità ma seħħitx fl-istadju tal-bidu iżda fl-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa’ tiftaħ l-investigazzjoni sa fejn tikkonċerna Hansel u tkompliha fil-punt li fih seħħet l-irregolarità.

(10)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tkomplija tal-proċedura amministrattiva u l-impożizzjoni mill-ġdid eventwali tad-dazji ma jistgħux jitqiesu bħala kuntrarji għar-regola ta’ nonretroattività (9). L-Avviż ta’ Ftuħ mill-Ġdid informa lill-partijiet interessati, inklużi l-importaturi, li kull responsabbiltà fil-ġejjieni, jekk tkun meħtieġa, tkun ġejja mis-sejbiet tal-eżami mill-ġdid.

(11)

Abbażi tal-konstatazzjonijiet il-ġodda tagħha u l-eżitu tal-investigazzjoni miftuħa mill-ġdid, li f’dan l-istadju mhijiex magħrufa, il-Kummissjoni tista’ tadotta regolament li jirrevedi, fejn meħtieġ, ir-rata tad-dazju applikabbli. Dik ir-rata riveduta, jekk ikun hemm, tidħol fis-seħħ mid-data li fiha r-Regolament inkwistjoni daħal fis-seħħ.

(12)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali biex jistennew l-eżitu tar-rieżaminazzjoni qabel jiddeċiedu dwar xi pretensjoni ta’ ħlas lura dwar id-dazju tal-antidumping annullati mill-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ Hansol. B’hekk l-awtoritajiet doganali huma ordnati li jżommu kwalunkwe pretensjoni għar-rimborż tad-dazji annullati sakemm l-eżitu tal-eżami mill-ġdid jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

(13)

Barra minn hekk, jekk l-investigazzjoni tal-ftuħ mill-ġdid twassal għall-impożizzjoni mill-ġdid ta’ miżuri, id-dazji jeħtieġ li jinġabru wkoll għall-perjodu li matulu titwettaq l-investigazzjoni tal-ftuħ mill-ġdid.

(14)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li r-reġistrazzjoni hija għodda pprovduta fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku sabiex sussegwentement il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati kontra l-importazzjonijiet mid-data tar-reġistrazzjoni (10). F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet li jikkonċernaw lil Hansol bl-għan li jiġi ffaċilitat il-ġbir tad-dazji anti-dumping ladarba l-livelli tagħhom jiġu riveduti f’konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali.

(15)

F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (11), għall-kuntrarju tar-reġistrazzjoni li sseħħ matul il-perjodu qabel l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku mhumiex applikabbli għal dan il-każ. Tabilħaqq, l-għan tar-reġistrazzjoni fil-kuntest ta’ implimentazzjoni tal-Qorti mhuwiex li jippermetti l-ġbir retroattiv possibbli tad-dazji imposti minn miżuri ta’ difiża tal-kummerċ kif previst f’dawk id-dispożizzjonijiet. L-għan huwa pjuttost li tiġi ssalvagwardjata l-effettività tal-miżuri fis-seħħ, mingħajr interruzzjoni żejda mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti inkwistjoni sal-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji kkoreġuti, billi jiġi żgurat li l-ġbir tal-ammont korrett ta’ dazji jkun possibbli fil-futur.

(16)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li hemm raġunijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

3.   REĠISTRAZZJONI

(17)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn Hansol (Hansol Paper Co. Ltd. u Hansol Artone Paper Co. Ltd.) għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(18)

Kif indikat fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid, l-obbligazzjoni finali għall-ħlas ta’ dazju anti-dumping, jekk ikun hemm, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament anti-dumping inkwistjoni toħroġ mis-sejbiet tal-eżaminazzjoni mill-ġdid.

(19)

Ma jista’ jinġabar l-ebda dazju ogħla mid-dazju stabbilit fir-regolament anti-dumping inkwistjoni għall-perjodu bejn il-pubblikazzjoni tal-avviz ta’ ftuħ mill-ġdid u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-riżultati tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni.

(20)

Id-dazju antidumping attwali applikabbli għal Hansol huwa ta’ EUR 104,46 għal kull tunnellata netta.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet Doganali għandhom, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037, jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li tiżen 65 g/m2 jew inqas; f’rombli wiesgħa 20 cm jew aktar, piż tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 50 kg jew aktar u dijametru tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 40 cm jew aktar (‘rombli jumbo’); b’kisja ta’ taħt fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha, li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u prodotti mill-Grupp Hansol (Hansol Paper Co. Ltd. u Hansol Artone Paper Co. Ltd) (Kodiċi TARIC addizzjonali C874).

2.   Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Ir-rata tad-dazju antidumping li tista’ tinġabar fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa, li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u prodotti mill-Grupp Hansol (Hansol Paper Co. Ltd. u Hansol Artone Paper Co. Ltd) bejn il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-riżultati tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni ma għandhomx jaqbżu dawk imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763.

4.   L-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom jistennew il-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li jimponi mill-ġdid id-dazju qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għar-rimborż u l-maħfra ta’ dazji anti-dumping f’dak li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ Hansol Group (Hansol Paper Co. Ltd. u Hansol Artone Paper Co. Ltd)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 310, 17.11.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 114, 3.5.2017, p. 3.

(4)  ECLI:EU:T:2020:139.

(5)  ECLI:EU:C:2022:370.

(6)  Il-kawżi magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, il-paragrafi 27 u 28; u l-Kawża T-440/20 Jindal Saw vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2022:318.

(7)  Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, punt 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85; Il-Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, paragrafi 99 u 142; Il-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni [2011] II-0000, paragrafu 83.

(8)  Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, punt 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85;

(9)  Il-kawża C-256/16 Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg, Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Marzu 2018, punt 79 u C & J Clark International Ltd vs. Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs, is-sentenza tat-19 ta’ Ġunju 2019, il-paragrafu 5.

(10)  Il-Kawża T-440/20 Jindal Saw vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2022:318, il-paragrafi 154 – 159.

(11)  Il-Kawża C-256/16 Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg, il-punt 79 u l-kawża C-612/16, C & J Clark International Ltd v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs, sentenza tat-19 ta’ Ġunju 2019, punt 58.


DEĊIŻJONIJIET

30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/68


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1042

tal-21 ta’ Ġunju 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda għall-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, anness mal-Ftehim ŻEE (Linja baġitarja 07 20 03 01 — sigurtà soċjali)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46 u 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (‘il-Ftehim ŻEE’) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE stabbilit mill-Ftehim ŻEE (il-“Kumitat Konġunt taż-ŻEE”) jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, anness mal-Ftehim ŻEE (‘Protokoll 31’).

(3)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE titkompla f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 jiġi emendat skont dan.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda għall-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, anness għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta’ …

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2022,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 5 u 14 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem ‘is-sena finanzjarja 2021’ huwa sostitwit bil-kliem ‘is-snin finanzjarji 2021 u 2022’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, […].

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President


(*1)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1043

tat-28 ta’ Ġunju 2022

li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/144 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Juan ESPADAS CEJAS, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Carlos MARTÍNEZ MÍNGUEZ u tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur José Francisco BALLESTA GERMÁN saru vakanti żewġ siġġijiet ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Julio MILLÁN MUÑOZ, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Alcalde del Ayuntamiento de Jaén (Andalucía) (Sindku tal-kunsill tal-belt ta’ Jaén (Andalucía)), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(6)

Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Noelia María ARROYO HERNÁNDEZ, Alcaldesa del Ayuntamiento de Cartagena (Murcia) (Sindku tal-kunsill tal-belt ta’ Cartagena (Murcia)), u s-Sur Óscar PUENTE SANTIAGO, Alcalde del Ayuntamiento de Valladolid (Castilla y León) (Sindku tal-kunsill tal-belt ta’ Valladolid (Castilla y León)),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Julio MILLÁN MUÑOZ, Alcalde del Ayuntamiento de Jaén (Andalucía) (Sindku tal-kunsill tal-belt ta’ Jaén (Andalucía)),

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sa Noelia María ARROYO HERNÁNDEZ, Alcaldesa del Ayuntamiento de Cartagena (Murcia) (Sindku tal-kunsill tal-belt ta’ Cartagena (Murcia)),

Is-Sur Óscar PUENTE SANTIAGO, Alcalde del Ayuntamiento de Valladolid (Castilla y León) (Sindku tal-kunsill tal-belt ta’ Valladolid (Castilla y León)).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1044

tat-28 ta’ Ġunju 2022

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1541 (2), li ħatret is-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-15 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1066 (3), li testendi l-mandat ta’ EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(4)

Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1128 (4), li testendi l-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(5)

Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1018 (5) li testendi l-mandat ta’ EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

(6)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1541 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2020) (ĠU L 353, 23.10.2020, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1066 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 229, 29.6.2021, p. 13).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1128 tal-1 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2021) (ĠU L 244, 9.7.2021, p. 3).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 76).


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/75


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1045

tat-28 ta’ Ġunju 2022

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1548 (2) , li ħatret lis-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Fid-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1065 (3), li testendi l-mandat ta’ EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(4)

Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1127 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala l-Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(5)

Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1017 (5), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2023.

(6)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1548 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2020) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1065 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 229, 29.6.2021, p. 11).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1127 tal-1 ta’ Lulju 2021, li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2021) (ĠU L 244, 9.7.2021, p. 1)

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1017 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 74).


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/77


DEĊIŻJONI (UE) 2022/1046 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tad-29 ta’ Ġunju 2022

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ sitta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2022. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawk il-karigi għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028.

(2)

Ġie propost li l-mandati tas-Sur Ion GÂLEA, tas-Sur Marc JAEGER, tas-Sur Dean SPIELMANN u tas-Sa Mirela STANCU bħala Mħallfin fil-Qorti Ġenerali jiġi mġedded.

(3)

Is-Sur Steven VERSCHUUR ġie propost għall-ewwel mandat tiegħu bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-għadd ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għandu jiżdied fi tliet stadji sabiex mill-1 ta’ Settembru 2019 il-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru. Skont l-Artikolu 2(a) ta’ dak ir-Regolament, l-ewwel pass taż-żieda fl-għadd ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali jinvolvi l-ħatra ta’ 12-il Imħallef addizzjonali, li sitta minnhom għandhom mandat li jintemm fil-31 ta’ Awwissu 2016. Dawn is-sitt Imħallfin jintgħażlu b’tali mod li l-gvernijiet ta’ sitt Stati Membri jipproponu żewġ Imħallfin għat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali fl-2016, li l-mandat jiddekorri mill-1 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2022. Il-kariga ta’ Mħallef addizzjonali li għandu jinħatar fuq proposta tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka hija waħda mill-karigi tas-sitt Imħallfin addizzjonali involuti fit-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali fl-2016. Is-Sa Beatrix RICZIOVÁ ġiet innominata għall-kariga ta’ Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali.

(5)

Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 u wara l-mewt tas-Sur Barna BERKE, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Barna BERKE, li jiddekorri sal-31 ta’ Awwissu 2022.

(6)

Is-Sur Tihamér TÓTH ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti.

(7)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028:

Is-Sur Ion GÂLEA,

Is-Sur Marc JAEGER,

Is-Sur Dean SPIELMANN,

Is-Sa Mirela STANCU,

Is-Sur Steven VERSCHUUR.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2022:

Is-Sa Beatrix RICZIOVÁ,

Is-Sur Tihamér TÓTH.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.

Il-President

P. LÉGLISE-COSTA


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/79


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 269/21/COL

tal-1 ta’ Diċembru 2021

li tintroduċi l-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2022-2027 [2022/1047]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (EFTA SURVEILLANCE AUTHORITY, “ESA”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b),

Wara li kkunsidrat il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tal-Parti I.

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-ESA tqis li jkun meħtieġ.

Billi skont l-Artikolu 1(1) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti, l-ESA għandha żżomm taħt rieżami kostanti s-sistemi kollha ta’ għajnuna eżistenti fl-Istati EFTA u tipproponi xi miżuri approprjati meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mill-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE,

Fid-19 ta’ April 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat linji gwida riveduti tal-UE dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (1),

Dawn il-linji gwida huma wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar għajnuna mill-Istat fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-objettiv tal-omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE,

Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” f’paġna 11 tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-ESA, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea.

Wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regoli sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati bl-introduzzjoni ta’ Linji Gwida riveduti dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat b’effett mid-data ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Linji Gwida riveduti huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni u jagħmlu parti integrali minnha.

Artikolu 2

Il-Linji Gwida eżistenti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2014-2021 għandhom jinbidlu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 3

L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, il-1 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,

Bente Angell-Hansen

Il-President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Högni S. Kristjánsson

Membru tal-Kulleġġ

Stefan Barriga

Membru tal-Kulleġġ

Melpo-Menie Joséphidès

Kontrofirmatarju bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Ippubblikat fil-ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1.


Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (*)

Werrej

1.

Introduzzjoni 83

2.

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet 85

2.1.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali 85

2.2.

Definizzjonijiet 86

3.

Għajnuna reġjonali notifikabbli 89

4.

Kostijiet eliġibbli 89

4.1.

L-għajnuna għall-investiment 89

4.1.1.

Il-kostijiet eliġibbli kkalkolati abbażi tal-kostijiet ta’ investiment 90

4.1.2.

Il-kostijiet eliġibbli kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet lavorattivi 91

4.2.

Għajnuna operatorja 91

5.

Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna reġjonali 91

5.1.

Kontribut għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali 92

5.1.1.

Skemi ta’ għajnuna għall-investiment 92

5.1.2.

Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli 93

5.1.3.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 94

5.2.

L-effett ta’ inċentiv 94

5.2.1.

L-għajnuna għall-investiment 94

5.2.2.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 96

5.3.

Il-bżonn għal intervent mill-Istat 96

5.4.

L-adegwatezza tal-għajnuna reġjonali 96

5.4.1.

L-adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi 97

5.4.2.

Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna 97

5.5.

Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ) 97

5.5.1.

L-għajnuna għall-investiment 97

5.5.2.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 99

5.6.

Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ 99

5.6.1.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali 99

5.6.2.

Effetti negattivi b’mod evidenti fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ 100

5.6.3.

Skemi ta’ għajnuna għall-investiment 101

5.6.4.

Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli 102

5.6.5.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 103

5.7.

Trasparenza 103

6.

Evalwazzjoni 104

7.

Mapep tal-għajnuna reġjonali 105

7.1.

Il-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali 106

7.2.

Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(a) 106

7.3.

Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(c) 107

7.3.1.

Żoni “c” predefiniti 107

7.3.2.

Żoni “c” mhux predefiniti 108

7.4.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali 109

7.4.1.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “a” 109

7.4.2.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “c” 110

7.4.3.

Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs 110

7.4.4.

Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF () 110

7.4.5.

Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni 110

7.5.

Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom 110

7.6.

Emendi 111

7.6.1.

Ir-riżerva tal-popolazzjoni 111

7.6.2.

Reviżjoni ta’ nofs it-terminu 111

8.

Emenda tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 111

9.

Applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali 112

10.

Rapportar u monitoraġġ 112

11.

Reviżjoni 112

1.   INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“ESA”) tista’ tikkunsidra t-tipi ta’ għajnuna mill-Istat li ġejjin bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, abbażi tal-Artikolu 61(3)(a) u (c) tal-Ftehimtaż-ŻEE:

(a)

Għajnuna mill-Istat biex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn l-istandard tal-għajxien huwa baxx b’mod mhux normali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg; u

(b)

Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti żoni ekonomiċi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) (1).

Dawn it-tipi ta’ għajnuna mill-Istat huma magħrufa bħala għajnuna reġjonali.

2.

Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-kundizzjonijiet skont liema, l-għajnuna reġjonali, tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Dawn jistabbilixxu wkoll il-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

3.

L-objettiv primarju tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna reġjonali huwa li jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali (2) ma taffettwax b’mod negattiv wisq il-kundizzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati taż-ŻEE (3). B’mod partikolari, dan jimmira li jipprevjeni t-tlielaq għas-sussidji li jistgħu jseħħu meta l-Istati taż-ŻEE jfittxu li jattiraw jew li jżommu negozji f’żoni megħjuna taż-ŻEE, u li jillimita l-effetti tal-għajnuna reġjonali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni għall-minimu meħtieġ.

4.

L-objettiv tal-iżvilupp reġjonali u tal-koeżjoni territorjali jagħmel distinzjoni bejn l-għajnuna reġjonali u forom oħrajn ta’ għajnuna, bħall-għajnuna għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni, għax-xogħol, għat-taħriġ, għall-enerġija jew għall-protezzjoni ambjentali, li jsegwu objettivi oħrajn ta’ żvilupp ekonomiku skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jiġu permessi intensitajiet ogħla ta’ għajnuna għal dawk it-tipi l-oħrajn ta’ għajnuna meta jingħataw lil impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna, bħala rikonoxximent tad-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw f’dawn iż-żoni (4).

5.

L-għajnuna reġjonali jista’ jkollha rwol effettiv biss jekk tintuża b’mod ristrett u proporzjonat u jekk tkun ikkonċentrata fuq żoni megħjuna fiż-ŻEE (5). B’mod partikolari, il-limiti massimi permessi tal-għajnuna għandhom jirriflettu l-livell tal-problemi li qed jaffettwaw l-iżvilupp taż-żoni kkonċernati. Il-vantaġġi tal-għajnuna f’termini tal-iżvilupp ta’ żona megħjuna jridu jisbqu t-tfixkil tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ li dan jista’ jirriżulta fih (6). Il-piż mogħti lill-effetti pożittivi tal-għajnuna x’aktarx ivarja skont id-deroga tal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE, li jfisser li tfixkil akbar tal-kompetizzjoni jista’ jkun aċċettat fiż-żoni l-aktar żvantaġġati koperti mill-Artikolu 61(3)(a) milli f’żoni koperti mill-Artikolu 61(3)(c) (7).

6.

Barra minn hekk, l-għajnuna reġjonali tista’ tkun effettiva fil-promozzjoni jew fil-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni megħjuna dment li din tingħata biex tistimola investiment jew attività ekonomika addizzjonali f’dawk iż-żoni. F’ċerti każijiet limitati ħafna u identifikati sew, l-ostakli li dawn iż-żoni jiffaċċjaw biex jattiraw jew biex iżommu attività ekonomika jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment tista’ ma tkunx biżżejjed biex tippermetti liż-żona tiżviluppa. F’din is-sitwazzjoni, l-għajnuna għall-investiment reġjonali tista’ tiġi ssupplimentata b’għajnuna operatorja reġjonali.

7.

Fl-2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet evalwazzjoni tal-qafas ta’ għajnuna reġjonali biex tivvaluta jekk il-linji gwida tagħha dwar l-għajnuna reġjonali kinux għadhom adattati għall-iskop tagħhom. Ir-riżultati (8) urew li, fil-prinċipju, ir-regoli jaħdmu tajjeb, iżda jeħtieġu xi titjib biex jirriflettu l-iżviluppi ekonomiċi. Barra minn hekk, il-“Patt Ekoloġiku Ewropew” (9), “Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa” (10) u “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (11), jistgħu jitqiesu mill-Kummissjoni meta jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna reġjonali, u dawn jeħtieġu li jsiru xi emendi għar-regoli. F’dan il-kuntest, regoli oħrajn dwar l-għajnuna mill-Istat għaddejjin ukoll minn proċess ta’ reviżjoni u l-Kummissjoni qed tagħti attenzjoni partikolari għall-ambitu ta’ kull linja gwida tematika kif ukoll għall-possibbiltajiet li potenzjalment jiġu kkombinati tipi differenti ta’ għajnuna għall-istess investiment. Bħala tali, l-appoġġ għall-investimenti inizjali għal teknoloġiji ġodda ekoloġiċi li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni fl-industrija, inklużi l-industriji intensivi fl-enerġija bħall-azzar, jista’ jiġi vvalutat, skont il-karatteristiċi eżatti tagħhom, b’mod partikolari skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jew għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija. L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkombinata wkoll ma’ tipi oħra ta’ għajnuna. Huwa possibbli, pereżempju, għall-istess proġett ta’ investiment, li l-għajnuna reġjonali tiġi kkombinata ma’ appoġġ skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija jekk dak il-proġett ta’ investiment jiffaċilita l-iżvilupp ta’ żona megħjuna u fl-istess ħin iżid il-livell ta’ protezzjoni ambjentali sal-punt li l-investiment jew parti minnu jikkwalifika għal appoġġ taħt iż-żewġ regoli tematiċi u d-dispożizzjonijiet taż-żewġ settijiet ta’ regoli jiġu rispettati. B’dan il-mod, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jinċentivaw l-ilħuq taż-żewġ objettivi bl-aħjar mod, filwaqt li jevitaw kumpens żejjed. […] (12).

7a.

L-ESA tinnota li ċerti strumenti ta’ politika u dispożizzjonijiet leġiżlattivi msemmija mill-Kummissjoni ma jistgħux jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE. Filwaqt li tqis is-sitwazzjoni leġiżlattiva partikolari tal-Istati taż-ŻEE-EFTA, l-ESA madankollu, bil-għan li tiżgura applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, u kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni fiż-ŻEE kollha, ġeneralment se tapplika l-istess punti ta’ referenza bħal-Linji Gwida tal-Kummissjoni meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (*). Konsegwentement, dawn il-Linji Gwida jinkludu referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u għad-dokumenti ta’ politika li jinsabu fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni (**). Dan ma jimplikax li l-Istati taż-ŻEE-EFTA huma obbligati jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni li ma ġietx implimentata fil-Ftehim ŻEE.

8.

Bi tweġiba għad-disturb ekonomiku maħluq mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni stabbiliet strumenti mmirati, bħall-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat (13). Il-pandemija jista’ jkollha effetti aktar fit-tul f’ċerti żoni milli f’oħrajn. F’dan il-mument, għadu kmieni wisq biex wieħed ibassar l-impatt tal-pandemija fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul biex jiġu identifikati liema żoni se jkunu partikolarment affettwati. Għalhekk, l-ESA qiegħda tippjana rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali fl-2023, li se jqis l-aktar statistika reċenti disponibbli.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali

9.

Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn l-Linji Gwida huma applikabbli kemm għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli kif ukoll għall-għajnuna individwali notifikabbli.

10.

Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux l-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-setturi tal-azzar (14), tal-linjite (15) u tal-faħam (16).

11.

L-ESA se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-għajnuna reġjonali fis-setturi l-oħrajn kollha tal-attività ekonomika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE, minbarra s-setturi li huma soġġetti għal regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari, […] (17) (18) fit-trasport (19), fil-broadband (20), u fl-enerġija (21), ħlief fejn l-għajnuna mill-Istat tingħata f’dawn is-setturi bħala parti minn skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali.

12.

L-ESA se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli (22).

13.

Hemm it-tendenza li l-kumpaniji l-kbar jintlaqtu anqas mill-impriżi żgħar u medji (SMEs) mir-restrizzjonijiet reġjonali għall-investiment jew għaż-żamma ta’ attività ekonomika f’żona megħjuna. L-ewwel, l-impriżi l-kbar jistgħu jiksbu kapital u kreditu fis-swieq globali aktar faċilment u huma anqas ristretti mill-offerta aktar limitata tas-servizzi finanzjarji f’żoni megħjuna. It-tieni, l-investimenti mill-impriżi l-kbar jistgħu jipproduċu ekonomiji ta’ skala li jnaqqsu l-kostijiet inizjali speċifiċi għal-lokalità u, f’ħafna aspetti, ma jkunux marbutin maż-żona li fiha jseħħ l-investiment. It-tielet, impriżi kbar li jippjanaw investimenti normalment ikollhom setgħa ta’ negozjar konsiderevoli meta mqabbla mal-awtoritajiet, u dan jista’ jwassal biex l-għajnuna tkun tista’ tingħata mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa jew mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Fl-aħħar, l-impriżi l-kbar għandhom tendenza akbar li jkunu atturi importanti fis-suq ikkonċernat u, konsegwentement, l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jista’ joħloq tfixkil fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ fis-suq intern.

14.

Peress li għajnuna reġjonali mogħtija lil impriżi kbar għall-investimenti tagħhom aktarx li mhux se jkollha effett ta’ inċentiv, bħala regola ma tistax titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, sakemm ma tingħatax għal investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f’dawn iż-żoni “c” f’konformità mal-kriterji stipulati f’dawn il-Linji Gwida. […] (23) (24).

15.

L-għajnuna reġjonali li l-għan tagħha huwa li tnaqqas l-ispejjeż kurrenti ta’ impriża tikkostitwixxi għajnuna operatorja. L-għajnuna operatorja tista’ titqies kompatibbli biss jekk ikun jista’ jintwera li hija meħtieġa għall-iżvilupp taż-żona, pereżempju jekk timmira li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw l-SMEs fl-aktar żoni żvantaġġati (skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE), jekk tikkumpensa għal kostijiet addizzjonali mġarrba fit-twettiq ta’ attività ekonomika fir-reġjuni ultraperiferiċi, jew jekk tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna.

16.

Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux għajnuna operatorja mogħtija lil impriżi li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u marbuta ma’ assigurazzjoni” tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (25) tan-NACE Rev. 2 jew lil impriżi li jwettqu attivitajiet intragrupp u li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt il-klassijiet 70.10 “Attivitajiet ta’ uffiċċji ċentrali” jew 70.22 “Negozju u attivitajiet oħra ta’ konsulenza dwar ġestjoni” tan-NACE Rev. 2.

17.

L-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata lil impriżi f’diffikultà, kif definit għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (26).

18.

Meta tivvaluta l-għajnuna reġjonali mogħtija lil impriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti b’segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-ESA li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, l-ESA se tqis kwalunkwe għajnuna li tkun għad trid tiġi rkuprata (27).

2.2.   Definizzjonijiet

19.

Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“żoni “a”” tfisser żoni deżinjati f’mappa tal-għajnuna reġjonali f’konformità mal-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE u “żoni “c”” tfisser żoni deżinjati f’mappa tal-għajnuna reġjonali f’konformità mal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE;

(2)

“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna li ma tingħatax fuq il-bażi ta’ skema;

(3)

“ammont aġġustat tal-għajnuna” tfisser l-ammont massimu permissibbli tal-għajnuna għal proġett ta’ investiment kbir li huwa kkalkulat skont il-formula li ġejja:

3.1.

ammont aġġustat tal-għajnuna = R × (A + 0,50 × B + 0,34 × C)

3.2.

fejn: R jirrappreżenta l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata, minbarra l-intensità miżjuda tal-għajnuna għall-SMEs. A hija l-parti tal-kostijiet eliġibbli ugwali għal EUR 50 miljun, B hija l-parti tal-kostijiet eliġibbli bejn EUR 50 miljun u EUR 100 miljun, u C hija l-parti tal-kostijiet eliġibbli ta’ aktar minn EUR 100 miljun;

(4)

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ekwivalenti ta’ għotja gross espressa bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli;

(5)

“żona megħjuna” tfisser żona “a” jew żona “c”;

(6)

“tlestija tal-investiment” tfisser il-mument meta l-investiment jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali bħala lest jew tliet snin wara l-bidu tax-xogħlijiet, skont liema jiġi l-ewwel;

(7)

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju tal-għajnuna ngħata d-dritt ġuridiku li jirċievi l-għajnuna skont ir-reġim ġuridiku nazzjonali applikabbli;

(8)

“EU27” tfisser is-27 Stat Membru kollha (minbarra l-Irlanda ta’ Fuq) (*);

(8a)

“Stati taż-ŻEE” tfisser l-EU27 u l-Istati taż-ŻEE-EFTA;

(8b)

“Stati taż-ŻEE-EFTA” tfisser l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja;

(9)

“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li jkun fih mill-anqas l-elementi minimi li ġejjin: l-objettivi li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq l-evalwazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-evalwazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq l-evalwazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex l-evalwazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku;

(10)

“ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont skontat tal-għajnuna ekwivalenti għall-ammont li jirriżulta kieku kellha tingħata fil-forma ta’ għotja lill-benefiċjarju tal-għajnuna, qabel it-taxxi jew imposti oħrajn, kif ikkalkulat fil-ħin tal-għoti tal-għajnuna jew fil-ħin tan-notifika tal-għajnuna lill-ESA, skont liema jiġi l-ewwel, abbażi tar-rata ta’ referenza applikabbli f’dik id-data;

(11)

“skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali” tfisser att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri, tista’ tingħata għajnuna operatorja individwali lill-impriżi definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, skema ta’ għajnuna settorjali ma tistax titqies bħala skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali;

(12)

“għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc jew għotjiet notifikabbli ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(13)

“investiment inizjali” tfisser:

(a)

investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma’ punt wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

it-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid;

l-estensjoni tal-kapaċità ta’ stabbiliment eżistenti;

id-diversifikazzjoni tar-rendiment ta’ stabbiliment fi prodotti (28) li qatt ma ġew prodotti fl-istabbiliment; jew

bidla fundamentali fil-proċess ta’ produzzjoni ġenerali tal-prodott(i) kkonċernat(i) mill-investiment fl-istabbiliment; jew

(b)

akkwiżizzjoni ta’ assi li jappartjenu għal stabbiliment li jkun għalaq jew li kieku kien jagħlaq kieku ma nxtarax. L-akkwiżizzjoni unika tal-ishma ta’ impriża ma tikkwalifikax bħala investiment inizjali.

Għalhekk, l-investiment ta’ sostituzzjoni ma jikkostitwixxix investiment inizjali.

(14)

“investiment inizjali li joħloq attività ekonomika ġdida” tfisser:

(a)

investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma’ punt wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid; jew

mad-diversifikazzjoni tal-attività ta’ stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għal attività li diġà kienet titwettaq fl-istabbiliment; jew

(b)

l-akkwiżizzjoni ta’ assi li jappartjenu għal stabbiliment li għalaq jew li kieku kien jagħlaq kieku ma nxtarax, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li se ssir bl-użu tal-assi akkwiżiti ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għall-attività mwettqa fl-istabbiliment qabel l-akkwiżizzjoni. L-akkwiżizzjoni unika tal-ishma ta’ impriża ma tikkwalifikax bħala investiment inizjali li joħloq attività ekonomika ġdida.

(15)

“assi intanġibbli” tfisser assi li ma għandhomx forma fiżika jew finanzjarja bħalma huma privattivi, liċenzji, kompetenzi jew proprjetà intellettwali oħra;

(16)

“ħolqien ta’ impjiegi” tfisser żieda netta fl-għadd ta’ impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat meta mqabbel mal-medja matul it-12-il xahar preċedenti, wara t-tnaqqis mill-għadd ta’ impjiegi maħluqa, ta’ kull impjieg li jkun intilef matul dak il-perjodu, espress bħala unitajiet lavorattivi annwali;

(17)

“impriżi kbar” tfisser impriżi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala SMEs f’konformità mal-punt (28);

(18)

“proġett ta’ investiment kbir” tfisser investiment inizjali b’kostijiet eliġibbli li jaqbżu l-EUR 50 miljun;

(19)

“intensità massima tal-għajnuna” tfisser l-intensità tal-għajnuna riflessa fil-mapep tal-għajnuna reġjonali stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4, inkluża ż-żieda fl-intensità tal-għajnuna għall-SMEs;

(20)

“għadd ta’ impjegati” tfisser l-għadd ta’ unitajiet lavorattivi annwali, jiġifieri l-għadd ta’ persuni impjegati bħala full-time f’sena waħda; persuni li jaħdmu part-time jew li jiġu impjegati f’xogħol staġunali jingħaddu fi frazzjonijiet tal-unitajiet lavorattivi annwali;

(21)

[…] (29);

(22)

“għajnuna operatorja” tfisser għajnuna maħsuba sabiex tnaqqas l-infiq attwali ta’ impriża, inklużi kategoriji bħal kostijiet tal-persunal, materjali, servizzi kuntrattati, komunikazzjonijiet, enerġija, manutenzjoni, kera u amministrazzjoni, iżda bl-esklużjoni tal-ispejjeż relatati mad-deprezzament u mal-kostijiet tal-finanzjament jekk ikunu ġew inklużi fil-kostijiet eliġibbli meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment reġjonali;

(23)

“mappa tal-għajnuna reġjonali” tfisser il-lista taż-żoni magħżula minn Stat taż-ŻEE-EFTA f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’dawn il-Linji gwida u approvati mill-ESA;

(24)

“rilokazzjoni” tfisser it-trasferiment tal-istess attività jew ta’ attività simili jew parti minnha minn stabbiliment f’parti kontraenti għall-Ftehim ŻEE (l-istabbiliment inizjali) għall-istabbiliment fejn l-investiment megħjun iseħħ f’parti kontraenti oħra għall-Ftehim ŻEE (l-istabbiliment megħjun). Trasferiment iseħħ jekk il-prodott fl-istabbilimenti inizjali u megħjuna jservi tal-anqas parzjalment l-istess għanijiet u jissodisfa d-domandi jew il-ħtiġijiet tal-istess tip ta’ klijenti u jintilfu impjiegi fl-istess attività jew f’attività simili f’wieħed mill-istabbilimenti inizjali tal-benefiċjarju tal-għajnuna fiż-ŻEE;

(25)

“l-istess attività jew attività simili” tfisser attività fl-istess klassi (kodiċi numeriku b’erba’ ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2;

(26)

“skema ta’ għajnuna settorjali” tfisser skema li tkopri attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ anqas minn ħames klassijiet (kodiċi numeriku b’erba’ ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika NACE Rev. 2;

(27)

“proġett uniku ta’ investiment” tfisser kull investiment inizjali relatat mal-istess attività jew ma’ attività simili mibdi mill-benefiċjarju tal-għajnuna fil-livell ta’ grupp f’perjodu ta’ tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet fuq investiment ieħor megħjun fl-istess reġjun ta’ statistika fil-livell 3 (30);

(28)

“SMEs” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida tal-ESA tad-19 ta’ April 2006 dwar għajnuna lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (31);

(29)

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser jew il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni ta’ tagħmir, jew kull impenn ieħor li jagħmel lill-investiment irriversibbli, skont liema jiġi l-ewwel. Ix-xiri ta’ art u xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba ta’ permessi u t-twettiq ta’ studji preliminari dwar il-fattibbiltà, ma humiex meqjusa bħala bidu tax-xogħlijiet. Fil-każ ta’ akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser id-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi direttament marbuta mal-istabbiliment akkwiżit;

(30)

“żoni skarsament popolati” tfisser dawk iż-żoni deżinjati mill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 169;

(31)

“assi tanġibbli” tfisser assi bħall-artijiet, binjiet u impjanti, makkinarju u tagħmir;

(32)

“żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna” tfisser reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 b’inqas minn tmien abitanti għal kull km2 jew partijiet minn tali reġjuni ta’ statistika deżinjati mill-Istat taż-ŻEE-EFTA kkonċernat f’konformità mal-paragrafu 169;

(33)

“kostijiet lavorattivi” tfisser l-ammont totali effettivament pagabbli mill-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-impjieg ikkonċernat, li jinkludi l-pagi gross qabel it-taxxa u kontribuzzjonijiet obbligatorji bħall-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali, kostijiet għall-kura tat-tfal u tal-ġenituri fuq perjodu ta’ żmien definit.

3.   GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI

20.

Fil-prinċipju, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jinnotifikaw l-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“Protokoll 3”), bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tal-Anness XV (32).

21.

Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli u għall-għajnuna reġjonali individwali notifikabbli.

22.

IL-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 jekk l-għajnuna mis-sorsi kollha taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (33) (“GBER”) għall-għajnuna għall-investiment reġjonali.

23.

L-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta wkoll għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 sakemm il-benefiċjarju ma jkunx:

(a)

ikkonferma li fis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna, ma wettaqx rilokazzjoni għall-istabbiliment li fih għandu jsir l-investiment inizjali megħjun, u

(b)

impenja ruħu li ma jwettaqx tali rilokazzjoni sa perjodu ta’ sentejn wara t-tlestija tal-investiment inizjali.

4.   KOSTIJIET ELIĠIBBLI

4.1.   L-għajnuna għall-investiment

24.

Il-kostijiet eliġibbli huma kif ġej:

1.

il-kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli; jew

2.

il-kostijiet lavorattivi stmati li jirriżultaw mill-ħolqien tax-xogħol bħala riżultat ta’ investiment inizjali, ikkalkulati fuq perjodu ta’ sentejn; jew

3.

taħlita ta’ parti tal-kostijiet imsemmija fil-punti 1) u 2) iżda li ma taqbiżx l-ammont ta’ 1) jew 2), skont liema jkun l-ogħla.

25.

Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu stabbiliti abbażi ta’ kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli, huma eliġibbli biss il-kostijiet tal-assi li jagħmlu parti mill-investiment inizjali fl-istabbiliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jinsab fiż-żona megħjuna fil-mira.

26.

B’deroga mill-kundizzjoni fil-paragrafu 25, l-assi tal-għodod (34) destinati għall-fornituri jistgħu jiġu inklużi fil-kostijiet eliġibbli tal-impriża li tkun akkwistathom (jew ipproduċiethom) jekk jintużaw matul il-perjodu minimu sħiħ ta’ manutenzjoni ta’ ħames snin għal intrapriżi kbar, u tliet snin għall-SMEs, għal operazzjoni ta’ pproċessar jew assemblaġġ tal-benefiċjarju tal-għajnuna marbuta direttament ma’ proċess ta’ produzzjoni bbażat fuq l-investiment inizjali megħjun tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Din id-deroga hija applikabbli diment li l-istabbiliment tal-fornitur ikun jinsab f’żona megħjuna, il-fornitur innifsu ma jirċevix għajnuna għall-investiment reġjonali jew għajnuna għall-investiment għall-SMEs skont l-Artikolu 17 tal-GBER għall-assi kkonċernati, u l-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx l-intensità massima rilevanti tal-għajnuna applikabbli għal-lokalità tal-istabbiliment tal-fornitur. Kull aġġustament tal-intensità tal-għajnuna għal proġetti kbar ta’ investiment japplika wkoll għall-għajnuna kkalkulata għall-kostijiet tal-assi tal-għodod destinati għall-fornituri, li jkunu kkunsidrati li jiffurmaw parti mill-kostijiet tal-investiment ġenerali tal-investiment inizjali.

4.1.1.   Il-kostijiet eliġibbli kkalkolati abbażi tal-kostijiet ta’ investiment

27.

L-assi akkwiżiti jridu ikunu ġodda, minbarra għall-SMEs jew fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment (35).

28.

Għall-SMEs, sa 50 % tal-kostijiet tal-istudji preparatorji u tal-kostijiet ta’ servizzi ta’ konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu jitqiesu wkoll bħala kostijiet eliġibbli.

29.

Għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, il-kostijiet eliġibbli jridu jaqbżu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li tkun trid tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali preċedenti.

30.

Fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta’ stabbiliment eżistenti, il-kostijiet eliġibbli jridu jaqbżu l-valur kontabilistiku tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw b’mill-anqas 200 %, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta’ qabel bdew ix-xogħlijiet.

31.

Il-kostijiet marbuta mal-lokazzjoni tal-assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-kundizzonijiet li ġejjin:

1.

fil-każ ta’ art u bini, il-lokazzjoni trid tkompli għal mill-inqas ħames snin wara d-data li fiha huwa mistenni li jitlesta l-investiment fil-każ ta’ intrapriżi kbar, u għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs;

2.

fil-każ ta’ impjanti jew makkinarju, il-lokazzjoni trid tieħu l-forma ta’ lokazzjoni finanzjarja u trid tinkludi obbligu għall-benefiċjarju tal-għajnuna biex jixtri l-assi malli jiskadi t-terminu tal-lokazzjoni.

32.

Fil-każ ta’ investiment inizjali kif imsemmi fil-paragrafu 19(13)(b) jew 19(14)(b), fil-prinċipju għandhom jitqiesu biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej. Madankollu, jekk membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat, jieħu f’idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi jridu jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej ma tapplikax. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Jekk l-akkwiżizzjoni tal-assi ta’ stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, il-kostijiet eliġibbli ta’ dak l-investiment addizzjonali għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tal-akkwiżizzjoni tal-assi tal-istabbiliment.

33.

Fil-każ ta’ intrapriżi kbar, il-kostijiet ta’ assi intanġibbli huma eliġibbli biss sa limitu ta’ 50 % tal-kostijiet ta’ investiment eliġibbli totali għall-investiment inizjali. Għall-SMEs, 100 % tal-kostijiet tal-assi intanġibbli huma eliġibbli.

34.

L-assi intanġibbli li jistgħu jitqiesu għall-kalkolu tal-kostijiet tal-investiment iridu jibqgħu assoċjati maż-żona kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal żoni oħrajn. Għal dak il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

iridu jintużaw esklużivament fl-istabbiliment li jkun qed jirċievi l-għajnuna;

2.

iridu jkunu jistgħu jiġu amortizzati;

3.

iridu jinxtraw skont kundizzjonijiet tas-suq minn partijiet terzi mhux relatati mal-akkwirent;

4.

iridu jiġu inklużi fl-assi tal-impriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal mill-anqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs).

4.1.2.   Il-kostijiet eliġibbli kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet lavorattivi

35.

L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkalkulata wkoll b’referenza għall-kostijiet lavorattivi previsti marbuta mal-impjiegi maħluqa bħala riżultat ta’ investiment inizjali. L-għajnuna tista’ tikkumpensa biss il-kostijiet tal-pagi relatati mal-ħolqien tal-impjiegi, ikkalkulati fuq sentejn, u l-intensità tal-għajnuna li tirriżulta ma tridx taqbeż l-intensità massima applikabbli tal-għajnuna fiż-żona kkonċernata.

36.

Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu kkalkulati b’referenza għall-kostijiet lavorattivi stmati kif imsemmi fil-paragrafu 35, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

il-proġett ta’ investiment irid iwassal għall-ħolqien tal-impjiegi;

2.

kull pożizzjoni trid timtela fi żmien tliet snin mit-tlestija tal-investiment;

3.

kull impjieg li jinħoloq permezz tal-investiment irid jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin mid-data li fiha tkun imtliet il-pożizzjoni għall-ewwel darba, jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs.

4.2.   Għajnuna operatorja

37.

Il-kostijiet eliġibbli fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja jridu jkunu predefiniti u attribwibbli għal kollox għall-problemi li l-għajnuna tkun maħsuba li tindirizza, kif muri mill-Istat taż-ŻEE-EFTA.

38.

[…].

5.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI

39.

L-ESA se tikkunsidra miżura ta’ għajnuna reġjonali kompatibbli mal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE biss jekk l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali. L-għan irid ikun jew li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni “a” jew li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ żoni “c” (Taqsima 5.1) u barra minn hekk trid tissodisfa kull wieħed mill-kriterji li ġejjin:

1.

l-effett tal-inċentiv: l-għajnuna trid tbiddel l-imġiba tal-impriżi kkonċernati b’tali mod li dawn iwettqu attività addizzjonali li mingħajr l-għajnuna ma kinux jagħmlu jew kienu jagħmlu b’mod ristrett jew b’mod differenti jew f’lokalità differenti; (Taqsima 5.2)

2.

il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat: miżura ta’ għajnuna mill-Istat trid tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn l-għajnuna tkun tista’ ġġib titjib materjali li s-suq innifsu ma jkunx jista’ jikseb, pereżempju billi jiġi rrimedjat nuqqas tas-suq jew jiġi indirizzat tħassib dwar ekwità jew koeżjoni; (Taqsima 5.3)

3.

adegwatezza tal-miżura ta’ għajnuna: il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument ta’ politika adegwat biex tilħaq l-objettiv tagħha; (Taqsima 5.4)

4.

il-proporzjonalità tal-għajnuna (limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ): l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex tistimola l-investiment jew l-attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata; (Taqsima 5.5)

5.

l-evitar ta’ effetti negattivi mhux dovuti fuq kompetizzjoni u kummerċ bejn Stati taż-ŻEE: l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ iridu jkunu misbuqa mill-effetti pożittivi; (Taqsima 5.6)

6.

it-trasparenza tal-għajnuna: L-Istati taż-ŻEE, l-ESA, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti u għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-għajnuna li tingħata (Taqsima 5.7).

40.

Il-bilanċ ġenerali ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi jista’ jkun soġġett ukoll għal rekwiżit li titwettaq evalwazzjoni ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6. F’każijiet bħal dawn, l-ESA tista’ tillimita t-tul tal-iskemi (normalment għal erba’ snin jew anqas) bil-possibbiltà li terġa’ tinnotifika l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tagħhom wara dan.

41.

Jekk miżura ta’ għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet mehmużin magħha (inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta dan jifforma parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat), jew l-attività li tiffinanzja tkun tinvolvi ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt taż-ŻEE, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (36).

5.1.   Kontribut għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali

42.

L-objettiv primarju tal-għajnuna reġjonali huwa l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni żvantaġġati fiż-ŻEE. Billi tippromwovi u tiffaċilita l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni megħjuna, l-għajnuna ttejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas id-disparitajiet fil-livell ta’ żvilupp bejn iż-żoni.

5.1.1.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

43.

L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali għandhom jiffurmaw parti integrali minn strateġija ta’ żvilupp reġjonali b’objettivi definiti b’mod ċar.

44.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-iskema hija konsistenti mal-istrateġija ta’ żvilupp taż-żona kkonċernata u tikkontribwixxi għaliha. Għal dan l-għan, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jirreferu għal evalwazzjonijiet ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, valutazzjonijiet tal-impatt preċedenti li twettqu mill-awtoritajiet awtorizzanti, jew opinjonijiet esperti. Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta’ għajnuna tikkontribwixxi għall-istrateġija ta’ żvilupp, trid tinkludi metodu li jippermetti lill-awtoritajiet awtorizzanti jipprijoritizzaw u jagħżlu l-proġetti tal-investiment li jissodisfaw l-objettivi tal-iskema (pereżempju, abbażi ta’ metodu formali tal-għoti ta’ punteġġi).

45.

L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali jistgħu jiġu stabbiliti f’żoni “a” biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs jew ta’ intrapriżi kbar. F’żoni “c”, l-iskemi jistgħu jiġu stabbiliti biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs u investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda ta’ intrapriżi kbar.

46.

Meta tagħti l-għajnuna għal proġetti individwali ta’ investiment abbażi ta’ skema, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-objettiv tal-iskema u b’hekk għall-istrateġija ta’ żvilupp fiż-żona kkonċernata. Għal dan il-għan, l-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jirreferu għall-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-għajnuna fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna li fiha jiddeskrivu l-effetti pożittivi tal-investiment fuq l-iżvilupp taż-żona kkonċernata (37).

47.

Biex jiġi żgurat li l-investiment jagħti kontribut veru u sostnut għall-iżvilupp taż-żona kkonċernata, l-investiment irid jinżamm f’dik iż-żona għal mill-anqas ħames snin, jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs, wara li jitlesta l-investiment (38).

48.

Biex jiġi żgurat li l-investiment ikun vijabbli, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jrid jiżgura li l-benefiċjarju tal-għajnuna jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % (39) tal-kostijiet eliġibbli, mir-riżorsi proprji jew permezz ta’ finanzjament estern, f’għamla ħielsa minn kull appoġġ pubbliku (40).

49.

Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat iwasslu għal ħsara ambjentali, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, inkluż b’mod partikolari l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali meta l-liġi titlob li jsir dan u li jinkisbu l-permessi rilevanti kollha.

5.1.2.   Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli

50.

Sabiex juru l-kontribut tal-għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli għall-iżvilupp reġjonali, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw indikaturi varji, bħal dawk imsemmija hawn taħt, li jistgħu jkunu kemm diretti (pereżempju, il-ħolqien ta’ impjiegi diretti) kif ukoll indiretti (pereżempju, innovazzjoni lokali):

1.

L-għadd ta’ impjiegi diretti maħluqa permezz tal-investiment huwa indikatur importanti tal-kontribut għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali. Il-kwalità u d-durabbiltà tal-impjiegi maħluqa u l-livell ta’ ħila meħtieġ għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

2.

Għadd saħansitra ogħla ta’ impjiegi ġodda jistgħu jinħolqu fin-network lokali ta’ (sotto)fornituri, li jgħinu sabiex l-investiment jiġi integrat aħjar fiż-żona kkonċernata u jiġu żgurati effetti konsegwenzjali aktar mifruxa. Għaldaqstant l-għadd ta’ impjiegi indiretti maħluqa huwa indikatur li jrid jiġi kkunsidrat ukoll.

3.

Impenn min-naħa tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jipparteċipa f’attivitajiet mifruxa ta’ taħriġ sabiex itejjeb il-ħiliet (ġenerali u speċifiċi) tal-forza tax-xogħol tiegħu, se jitqies bħala fattur li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali. Se ssir enfasi wkoll fuq li jiġu pprovduti traineeships jew apprendistati, speċjalment għaż-żgħażagħ u fuq it-taħriġ li jtejjeb l-għarfien u l-impjegabbiltà tal-ħaddiema barra mill-impriża.

4.

Ekonomiji ta’ skala esterni jew benefiċċji oħra mill-perspettiva ta’ żvilupp reġjonali jistgħu jinħolqu bħala riżultat tal-prossimità (effett ta’ raggruppament). Ir-ragruppament ta’ impriżi fl-istess industrija jippermetti li impjanti individwali jispeċjalizzaw iktar, u dan iwassal għal effiċjenza ikbar. Madankollu, l-importanza ta’ dan l-indikatur fid-determinazzjoni tal-kontribut għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali tiddependi mill-istat ta’ żvilupp tar-raggruppament.

5.

L-investimenti jinkorporaw għarfien tekniku u jistgħu jkunu s-sors ta’ trasferiment sinifikanti ta’ teknoloġija (tixrid tal-għarfien). Investimenti li jsiru f’industriji teknoloġikament intensivi huma aktar probabbli li jinvolvu t-trasferiment tat-teknoloġija lejn iż-żona kkonċernata. Il-livell u l-ispeċifiċità tat-tixrid tal-għarfien huma importanti wkoll f’dan ir-rigward.

6.

Jista’ jitqies ukoll il-kontribut tal-proġetti għall-kapaċità taż-żona li toħloq teknoloġija ġdida bis-saħħa tal-innovazzjoni lokali. Il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet lokali tar-riċerka u tat-tixrid tal-għarfien, bħal universitajiet jew istituti tar-riċerka tista’ titqies b’mod pożittiv f’dan ir-rigward.

7.

It-tul ta’ żmien tal-investiment u investimenti possibbli ta’ segwitu fil-ġejjieni huma indikazzjoni ta’ impenn dejjiemi min-naħa ta’ impriża fiż-żona kkonċernata.

51.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jirreferu għall-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd ta’ impjiegi li sejrin jinħolqu, is-salarji li jridu jitħallsu (żieda fil-ġid domestiku bħala effett konsegwenzjali), il-volum tal-akkwiżizzjonijiet mingħand produtturi lokali, il-fatturat iġġenerat mill-investiment u li minnu possibbilment tibbenefika ż-żona permezz ta’ dħul addizzjonali mit-taxxa.

52.

Għall-għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli, japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 47 sa 49.

53.

Fil-każ ta’ għajnuna ad hoc (41), minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 50 sa 52, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-proġett huwa koerenti mal-istrateġija tal-iżvilupp taż-żona kkonċernata u li jikkontribwixxi għaliha.

5.1.3.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

54.

Skemi ta’ għajnuna operatorja jippromwovu l-iżvilupp ta’ żoni megħjuna biss jekk l-isfidi ffaċċjati minn dawn iż-żoni jiġu identifikati b’mod ċar minn qabel. L-ostakli biex jattiraw jew biex iżommu l-attività ekonomika jistgħu jkunu tant gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment waħedha ma tkunx biżżejjed biex dawn iż-żoni jiżviluppaw.

55.

Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi ffaċċjati minn SMEs f’żoni “a”, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru l-eżistenza u l-livell ta’ dawn id-diffikultajiet speċifiċi u jridu juru l-ħtieġa ta’ skema ta’ għajnuna operatorja minħabba li dawn id-diffikultajiet speċifiċi ma jistgħux jingħelbu bl-għajnuna għall-investiment.

56.

[…].

57.

Fir-rigward tal-għajnuna operatorja maħsuba biex tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru r-riskju tad-depopolazzjoni fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna operatorja.

5.2.   L-effett ta’ inċentiv

5.2.1.   L-għajnuna għall-investiment

58.

L-għajnuna reġjonali tista’ tinstab kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ZEE biss jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Għajnuna mill-Istat titqies li għandha effett ta’ inċentiv meta din tibdel l-imġiba ta’ impriża b’tali mod li din twettaq attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ żona, li mingħajr l-għajnuna, ma kinitx twettaq jew kienet tagħmel dan biss b’mod limitat jew differenti jew f’lokalità oħra. L-għajnuna ma tridx tissussidja l-kostijiet ta’ attività li impriża xorta waħda kienet twettaq u ma tridx tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali ta’ attività ekonomika.

59.

L-effett ta’ inċentiv jista’ jiġi ppruvat b’żewġ modi:

1.

l-għajnuna tagħti inċentiv biex tittieħed deċiżjoni pożittiva biex isir investiment fiż-żona kkonċernata billi b’mod ieħor l-investiment ma jkunx profittabbli biżżejjed għall-benefiċjarju tal-għajnuna f’ebda lokalità fiż-ŻEE (42) (xenarju 1, deċiżjoni ta’ investiment),

2.

l-għajnuna tagħti inċentiv sabiex investiment ippjanat isir fiż-żona kkonċernata minflok xi mkien ieħor billi jikkumpensa għall-iżvantaġġi u għall-kostijiet netti tal-investiment f’lokalità fiż-żona kkonċernata (xenarju 2, deċiżjoni dwar l-għażla tal-lokalità).

60.

Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimola investiment inizjali (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, jista’ jitqies li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għajnuna. Għalhekk, l-għajnuna ma għandhiex effett ta’ inċentiv biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp u koeżjoni reġjonali u ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont dawn il-Linji Gwida.

61.

Madankollu, fil-każ ta’ għajnuna reġjonali li tingħata minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni f’żoni “a” għal investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-istandards stabbiliti mid-dritt taż-ŻEE, l-għajnuna tista’ titqies li għandha effett ta’ inċentiv, jekk fin-nuqqas tal-għajnuna, ma kienx ikun profitabbli biżżejjed għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jagħmel l-investiment fiż-żona kkonċernata, u b’hekk dan kien iwassal għall-għeluq ta’ stabbiliment eżistenti f’dik iż-żona.

5.2.1.1.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

62.

Ix-xogħlijiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna.

63.

Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, kwalunkwe għajnuna li tingħata fir-rigward ta’ dak l-investiment individwali ma titqiesx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

64.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jissottomettu formola standard ta’ applikazzjoni għall-għajnuna li tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness VII. Fil-formola tal-applikazzjoni, l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar iridu jispjegaw, b’xenarju kontrofattwali, x’kien jiġri kieku ma ngħatawx l-għajnuna, filwaqt li jindikaw ix-xenarju applikabbli deskritt fil-paragrafu 59.

65.

Barra minn hekk, intrapriżi kbar iridu jissottomettu evidenza dokumentata li ssostni x-xenarju kontrofattwali deskritt fil-formola tal-applikazzjoni. L-SMEs ma humiex soġġetti għal obbligu bħal dan fir-rigward ta’ għajnuna mhux notifikabbli mogħtija skont skema.

66.

L-awtorità awtorizzanti trid twettaq kontroll tal-kredibilità tax-xenarju kontrofattwali u trid tivverifika li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta’ inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi għal wieħed mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 59. Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju tal-għajnuna jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

5.2.1.2.   Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli

67.

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 62 sa 66, fil-każ ta’ għajnuna individwali notifikabbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jipprovdu evidenza ċara li turi li l-għajnuna għandha impatt fuq id-deċiżjoni tal-investiment jew fuq l-għażla tal-lokalità (43). Dawn iridu jispeċifikaw liema xenarju deskritt fil-paragrafu 59 japplika. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istati taż-ŻEE-EFTA ma jridux jipprovdu biss l-informazzjoni dwar il-proġett iżda anke deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali, li fih l-applikant ma jingħata ebda għajnuna minn ebda awtorità pubblika fiż-ŻEE.

68.

Fix-xenarju 1, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-impriża li juru li l-investiment ma jkunx profitabbli biżżejjed mingħajr l-għajnuna.

69.

Fix-xenarju 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-impriża li juru li sar tqabbil bejn il-kostijiet u l-benefiċċji ta’ lokalizzazzjoni fiż-żona kkonċernata u dawk f’żona/i alternattiva/i. L-ESA tivverifika jekk dawn il-paraguni jkunux realistiċi.

70.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA huma mistiedna jibbażaw fuq dokumenti ġenwini u uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskji (inkluż il-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi għal-lokalità), rapporti finanzjarji, pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju interni, opinjonijiet esperti u studji oħrajn relatati mal-proġett ta’ investiment li jkun qed jiġi vvalutat. Dawk id-dokumenti jridu jkunu kontemporanji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment jew dwar il-lokalità tiegħu. Dokumenti li jkun fihom informazzjoni dwar it-tbassir tad-domanda, it-tbassir tal-kostijiet, it-tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lil kumitat tal-investimenti u li jelaboraw fuq xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jistgħu jgħinu lill-Istati taż-ŻEE-EFTA juru l-effett ta’ inċentiv.

71.

F’dan il-kuntest, u b’mod partikolari fix-xenarju 1, il-livell ta’ profitabbiltà jista’ jiġi evalwat bl-użu ta’ metodoloġiji li huma prattika standard fl-industrija partikolari, li jistgħu jinkludu metodi għall-evalwazzjoni tal-valur preżenti nett (VPN) (44) tal-proġett, tar-rata ta’ redditu interna (IRR) (45) jew tar-redditu medju fuq il-kapital użat (ROCE). Il-profitabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mar-rati normali ta’ redditu applikati mill-benefiċjarju fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ natura simili. Fejn dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profitabbiltà tal-proġett trid titqabbel mal-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew mar-rati ta’ redditu osservati b’mod komuni fl-industrija kkonċernata.

72.

Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimula investiment (addizzjonali) fiż-żona, ma hemm l-ebda effett pożittiv għaż-żona. Għalhekk, l-għajnuna ma titqiesx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE jekk ikun jidher li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għoti tal-għajnuna.

5.2.2.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

73.

Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja, l-għajnuna titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta’ attività ekonomika fiż-żona kkonċernata jonqos b’mod sinifikanti minħabba l-problemi li l-għajnuna hija mmirata li tindirizza.

74.

Għalhekk, l-ESA se tqis li l-għajnuna operatorja tipprovdi inċentiv għal attività ekonomika addizzjonali fiż-żona, jekk l-Istat taż-ŻEE-EFTA jkun wera l-eżistenza u n-natura sostanzjali ta’ dawk il-problemi f’dik iż-żona (ara l-paragrafi 54 sa 57).

5.3.   Il-bżonn għal intervent mill-Istat

75.

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex neċessarja biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp u koeżjoni reġjonali, jeħtieġ li l-ewwel issir dijanjożi tal-problema. L-għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet li fihom l-għajnuna tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jipprovdi. Dan huwa partikolarment importanti f’kuntest ta’ riżorsi pubbliċi skarsi.

76.

Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti tas-suq u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u jsaħħu l-kompetittività. Meta s-swieq jipprovdu eżiti effiċjenti iżda tali eżiti jitqiesu bħala mhux sodisfaċenti f’termini ta’ ekwità jew ta’ koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista’ tintuża biex jinkiseb eżitu tas-suq aktar mixtieq u ekwu.

77.

Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-iżvilupp ta’ żoni inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali f’konformità mar-regoli fit-Taqsima 7 ta’ dawn il-Linji Gwida, l-ESA tqis li f’dawn iż-żoni, is-suq mhux iwassal l-eżiti li jirriżultaw f’livell sodisfaċenti ta’ żvilupp ekonomiku u ta’ koeżjoni mingħajr l-intervent mill-Istat. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija f’dawk iż-żoni hija meqjusa neċessarja.

5.4.   L-adegwatezza tal-għajnuna reġjonali

78.

Il-miżura ta’ għajnuna trid tkun strument ta’ politika adegwat għall-indirizzar tal-objettiv ta’ politika kkonċernat. Miżura ta’ għajnuna ma titqiesx kompatibbli jekk strumenti ta’ politika anqas distortivi jew tipi oħrajn ta’ strumenti ta’ għajnuna anqas distortivi jippermettu li jinkiseb l-istess kontribut pożittiv għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali.

5.4.1.   L-adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi

5.4.1.1.   L-għajnuna għall-investiment

79.

L-għajnuna għall-investiment reġjonali ma hijiex l-uniku strument ta’ politika disponibbli għall-Istati taż-ŻEE-EFTA biex isaħħu l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol f’żoni megħjuna. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw miżuri oħrajn bħall-iżvilupp tal-infrastruttura, it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jew it-titjib fl-ambjent tan-negozju.

80.

Meta jinnotifikaw skema ta’ għajnuna għall-investiment, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jindikaw għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument xieraq biex tgħin fl-iżvilupp taż-żona.

81.

Jekk Stat taż-ŻEE-EFTA jiddeċiedi li jistabbilixxi skema ta’ għajnuna settorjali, irid juri l-vantaġġi ta’ li jagħmel dan minflok juża skema multisettorjali jew għażliet ta’ politika oħrajn.

82.

B’mod partikolari, l-ESA se tqis kull valutazzjoni tal-impatt tal-iskema ta’ għajnuna proposta li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jagħmlu disponibbli. Bl-istess mod, tista’ tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post deskritti fit-Taqsima 6 biex tivvaluta l-adegwatezza tal-iskema proposta.

83.

Fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment ad hoc, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru kif l-għajnuna tista’ tikkontribwixxi aħjar għall-iżvilupp taż-żona mill-għajnuna taħt skema jew tipi oħrajn ta’ miżuri.

5.4.1.2.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

84.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-għajnuna hija adegwata biex jintlaħaq l-objettiv tal-iskema għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. Sabiex juru li l-għajnuna hija adegwata, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-għajnuna ex ante bħala somma fissa li tkopri l-kostijiet addizzjonali mistennija matul perjodu partikolari, biex iħeġġu lill-impriżi jikkontrollaw il-kostijiet u jiżviluppaw in-negozju tagħhom b’mod iktar effiċjenti matul iż-żmien (46).

5.4.2.   Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna

85.

L-għajnuna reġjonali tista’ tingħata f’diversi forom. Madankollu l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jiżguraw li l-għajnuna tingħata fil-forma li aktarx se jkollha l-anqas impatt fid-distorsjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni. Jekk l-għajnuna tingħata f’għamliet li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f’imposti obbligatorji oħrajn, jew il-provvediment ta’ art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli), l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru għaliex għamliet ta’ għajnuna oħrajn li potenzjalment joħolqu anqas distorsjoni, bħal self bil-quddiem ripagabbli jew għajnuna bbażata fuq strumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità (pereżempju, self b’imgħax baxx jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-Istat, ix-xiri ta’ parteċipazzjoni azzjonarja jew injezzjoni alternattiva ta’ kapital b’termini favorevoli), ma jkunux adegwati.

86.

Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-istrument għall-għajnuna propost.

5.5.   Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ)

5.5.1.   L-għajnuna għall-investiment

87.

L-ammont tal-għajnuna reġjonali jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jistimula investimenti jew attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata.

88.

Biex tiżgura l-prevedibbiltà u kundizzjonijiet ekwi, l-ESA tapplika intensitajiet massimi tal-għajnuna (47) għal għajnuna għall-investiment.

89.

Fil-każ ta’ proġett ta’ investiment inizjali, l-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont massimu tal-għajnuna (48) (l-ammont aġġustat tal-għajnuna u l-intensità tal-għajnuna mnaqqsa relatata fil-każ ta’ proġett kbir ta’ investiment) (49) iridu jiġu kkalkolati mill-awtorità awtorizzanti meta tagħti l-għajnuna jew meta tinnotifika l-għajnuna lill-ESA, skont liema jiġi l-ewwel.

90.

Minħabba li proġetti kbar ta’ investiment huma probabbli li jwasslu għal distorsjonijiet akbar tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-ammont tal-għajnuna għal dawn il-proġetti ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna.

91.

Meta l-investiment inizjali jkun parti minn proġett uniku ta’ investiment u dak il-proġett uniku ta’ investiment jkun proġett kbir ta’ investiment, l-ammont tal-għajnuna għall-proġett uniku ta’ investiment ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna. Ir-rata tal-kambju u r-rata ta’ skont li għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ din ir-regola huma dawk applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna għall-ewwel proġett fil-proġett uniku ta’ investiment.

92.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna jaqdu skop doppju.

93.

L-ewwel, fil-każ ta’ skemi notifikabbli, dawn l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jservu bħala protezzjoni xierqa għall-SMEs: sakemm l-intensità tal-għajnuna tibqa’ anqas mill-massimu permess, l-għajnuna titqies li hija proporzjonata.

94.

It-tieni, għall-każijiet l-oħrajn kollha, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jintużaw bħala limitu massimu għall-approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti deskritt fil-paragrafi 95 sa 97.

95.

Bħala regola ġenerali, l-ESA se tqis li l-għajnuna individwali notifikabbli tkun limitata għall-minimu, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kostijiet addizzjonali netti tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas tal-għajnuna (50), bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu. Bl-istess mod, fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lil intrapriżi kbar skont skemi notifikabbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jiżguraw li l-ammont tal-għajnuna jkun limitat għall-minimu abbażi ta’ “approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti”, bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu.

96.

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar investiment), għalhekk, l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ sabiex il-proġett ikun profitabbli biżżejjed, pereżempju biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mir-rata normali applikata mill-impriża fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ tip simili jew, meta disponibbli, biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mill-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew aktar mir-rati ta’ redditu komunement miksubin f’dik l-industrija.

97.

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (inċentivi tal-lokalità), l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-VPN tal-investiment fiż-żona fil-mira u l-VPN fil-post alternattiv. Il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, il-kostijiet amministrattivi, il-kostijiet għat-trasport, il-kostijiet għat-taħriġ li ma jkunux koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f’każ li l-lokalità alternattiva tkun tinsab fiż-ŻEE, is-sussidji f’dik il-lokalità ma jkunux jistgħu jiġu kkunsidrati.

98.

Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta’ inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna tkunx proporzjonata. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru l-proporzjonalità abbażi ta’ dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu 70.

99.

L-għajnuna għall-investiment tista’ tingħata fl-istess ħin fil-qafas ta’ diversi skemi ta’ għajnuna reġjonali jew b’mod kumulattiv ma’ għajnuna reġjonali ad hoc, bil-kundizzjoni li t-total tal-għajnuna mis-sorsi kollha ma jaqbiżx l-intensità massima tal-għajnuna għal kull proġett li trid tiġi kkalkulata minn qabel mill-ewwel awtorità awtorizzanti. Kull għajnuna oħra mill-Istat fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, li jikkoinċidu parzjalment jew kompletament, tista’ tiġi akkumulata biss jekk ma tirriżultax fil-qbiż tal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont ir-regoli tematiċi applikabbli. Il-kontrolli tal-akkumulazzjoni jridu jitwettqu kemm meta l-għajnuna tingħata kif ukoll meta l-għajnuna titħallas. (51). Jekk l-Istat taż-ŻEE-EFTA jippermetti li l-għajnuna mill-Istat taħt skema waħda tiġi akkumulata ma’ għajnuna mill-Istat taħt skemi oħra, irid jispeċifika, għal kull skema, il-metodu biex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet f’dan il-paragrafu.

100.

Għal investiment inizjali relatat ma’ proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) (52), l-intensità tal-għajnuna applikabbli għaż-żona li fiha jkun jinsab l-investiment inizjali tapplika għall-benefiċjarji kollha parteċipanti fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment inizjali tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn jiġġarrab l-akbar ammont tal-kostijiet eliġibbli. Investimenti inizjali li jsiru minn intrapriżi kbar f’żoni “c” jistgħu jirċievu biss għajnuna reġjonali fil-kuntest ta’ proġetti tal-KTE jekk dawn ikunu investimenti inizjali li joħolqu attività ekonomika ġdida.

5.5.2.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

101.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-livell tal-għajnuna huwa proporzjonat mal-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza.

102.

B’mod partikolari, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

l-għajnuna trid tiġi kkalkulata b’rabta ma’ sett predefinit ta’ kostijiet eliġibbli li huma attribwibbli bis-sħiħ għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza, kif muri mill-Istat taż-ŻEE-EFTA;

2.

l-għajnuna trid tkun limitata għal ċertu proporzjon ta’ dak is-sett predefinit ta’ kostijiet eliġibbli u ma tistax taqbeż dawk il-kostijiet;

3.

l-ammont tal-għajnuna għal kull benefiċjarju tal-għajnuna jrid ikun proporzjonat mal-livell tal-problemi li fil-fatt huma esperjenzati minn kull benefiċjarju tal-għajnuna.

103.

Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs fiż-żoni “a”, il-livell tal-għajnuna jrid jitnaqqas progressivament tul id-durata tal-iskema (53). Dan ma japplikax għal skemi li jipprevjenu d-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna.

5.6.   Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

104.

Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jridu jkunu limitati u ma jridux ikunu akbar mill-effetti pożittivi tal-għajnuna sa livell li jmur kontra l-interess komuni.

5.6.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

105.

Fl-ibbilanċjar ġenerali tal-effetti pożittivi tal-għajnuna (Taqsima 5.1) kontra l-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-ESA tista’ tqis, fejn rilevanti, iċ-ċirkostanza li minbarra l-kontribut tagħha għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali, l-għajnuna tipproduċi effetti pożittivi oħrajn. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta jiġi stabbilit li l-investiment inizjali, minbarra li joħloq impjiegi lokali, jintroduċi attivitajiet ġodda u/jew jiġġenera dħul lokali, jikkontribwixxi sostanzjalment b’mod partikolari għat-tranżizzjoni diġitali jew għat-tranżizzjoni lejn attivitajiet ekoloġiċi sostennibbli, inklużi attivitajiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, newtrali għall-klima jew reżiljenti għall-klima. L-ESA se tagħti attenzjoni partikolari għall-Artikolu 3 tar-Regolament tat-Tassonomija tal-UE (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54), inkluż għall-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew metodoloġiji komparabbli oħrajn. Barra minn hekk, bħala parti mill-valutazzjoni tal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-ESA tista’ tqis, fejn rilevanti, esternalitajiet negattivi tal-attività megħjuna meta dawn l-esternalitajiet jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Stati taż-ŻEE sa punt li jmur kontra l-interess komuni billi joħolqu jew jaggravaw l-ineffiċjenzi tas-suq (55).

106.

F’termini ta’ effetti negattivi, l-għajnuna reġjonali tista’ twassal għal żewġ tipi ewlenin ta’ distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-kummerċ. Dawn huma distorsjonijiet tas-suq tal-prodotti u l-effetti marbutin mal-lokalità. Iż-żewġ tipi ta’ distorsjoni jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi allokattivi (li jimminaw il-prestazzjoni ekonomika tas-suq intern) u għal tħassib fid-distribuzzjoni (distribuzzjoni tal-attività ekonomika bejn iż-żoni).

107.

Effett potenzjalment dannuż tal-għajnuna mill-Istat huwa li din timpedixxi lis-suq milli jagħti eżiti effiċjenti billi tippremja lill-aktar produtturi effiċjenti u billi tpoġġi pressjoni fuq dawk l-anqas effiċjenti biex jitjiebu, jirristrutturaw ruħhom jew biex joħorġu mis-suq. L-għajnuna mill-Istat li twassal għal espansjoni sostanzjali tal-kapaċità f’suq bi prestazzjoni baxxa tista’ toħloq distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni, peress li l-ħolqien jew iż-żamma tal-kapaċità żejda jistgħu jagħmlu pressjoni fuq il-marġini tal-profitt, inaqqsu l-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra jwasslu biex il-kompetituri joħorġu mis-suq. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn il-kompetituri li kieku kienu jkunu kapaċi jikkompetu fis-suq, jiġu mġiegħla joħorġu minnu. Tista’ timpedixxi wkoll lil impriżi milli jidħlu jew milli jespandu fis-suq u tista’ ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri biex ikunu innovattivi. Dan jista’ jwassal għal strutturi ineffiċjenti tas-suq li, fit-tul, huma wkoll ta’ detriment għall-konsumaturi. Id-disponibbiltà tal-għajnuna tista’ tinkoraġġixxi imġiba kompjaċenti jew riskjuża mingħajr bżonn min-naħa ta’ benefiċjarji potenzjali. Huwa probabbli li jkollha effett negattiv fit-tul fuq il-prestazzjoni ġenerali tas-settur.

108.

L-għajnuna jista’ jkollha wkoll effetti distortivi f’termini ta’ żieda jew ta’ żamma ta’ saħħa sostanzjali fis-suq għall-benefiċjarju tal-għajnuna. Anke meta l-għajnuna ma ssaħħaħx b’mod dirett is-saħħa sostanzjali fis-suq, tista’ tagħmel dan b’mod indirett, billi tiskoraġġixxi lill-kompetituri eżistenti milli jespandu, li jirriżulta fil-ħruġ tagħhom mis-suq jew billi kompetituri ġodda jiġu skoraġġuti milli jidħlu.

109.

Minbarra li toħloq distorsjonijiet fis-swieq tal-prodotti, min-natura proprja tagħha l-għajnuna reġjonali taffettwa wkoll il-lokalità tal-attività ekonomika. Jekk żona waħda tattira investiment permezz tal-għajnuna, żona oħra tkun qed titlef dik l-opportunità. Dawn l-effetti negattivi fiż-żoni milquta b’mod negattiv mill-għajnuna jistgħu jinħassu permezz ta’ telf ta’ attività ekonomika u telf ta’ impjiegi inklużi impjiegi għal sottokuntratturi. Effetti negattivi jistgħu jinħassu wkoll permezz ta’ telf ta’ esternalitajiet pożittivi (pereżempju, effett ta’ raggruppament, tixrid tal-għarfien, edukazzjoni u taħriġ).

110.

L-ispeċifiċità ġeografika tal-għajnuna reġjonali tiddistingwiha minn għamliet oħrajn ta’ għajnuna orizzontali. Karatteristika speċifika tal-għajnuna reġjonali hija li għandha l-għan li tinfluwenza l-għażla magħmula mill-investituri dwar fejn jippożizzjonaw il-proġetti tal-investiment. Meta l-għajnuna reġjonali tagħmel tajjeb għall-kostijiet addizzjonali li joriġinaw minn restrizzjonijiet reġjonali u ssostni l-investiment addizzjonali f’żoni megħjuna mingħajr ma tbiegħed l-investiment minn żoni megħjuna oħrajn b’livell simili ta’ żvilupp jew agħar, ma tkunx qed tikkontribwixxi biss għall-iżvilupp taż-żona iżda anke għall-koeżjoni, u finalment tkun qed isservi ta’ ġid għaż-ŻEE kollha. L-effetti tal-lokalizzazzjoni negattivi potenzjali tal-għajnuna reġjonali diġà huma limitati sa ċertu punt mill-mapep tal-għajnuna reġjonali, li jiddefinixxu ż-żoni li fihom tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali, f’konformità mal-objettivi tal-iżvilupp ekonomiku reġjonali u tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll l-intensitajiet tal-għajnuna massimi permissibbli. Madankollu, jibqa’ importanti li wieħed jifhem x’jiġri fin-nuqqas tal-għajnuna biex jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna fuq l-iżvilupp taż-żona u fuq il-koeżjoni.

5.6.2.   Effetti negattivi b’mod evidenti fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

111.

L-ESA tidentifika għadd ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-effetti negattivi tal-għajnuna għall-investiment reġjonali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jegħlbu b’mod ċar kull effett pożittiv, li jfisser li x’aktarx l-għajnuna ma tiġix iddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

5.6.2.1.   Ħolqien ta’ kapaċità żejda f’suq li sejjer lura b’mod assolut

112.

Kif indikat fil-paragrafu 107, sabiex jiġu vvalutati l-effetti negattivi tal-għajnuna, l-ESA tqis il-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni maħluqa mill-proġett meta s-suq ma jkunx qed jagħti r-riżultati mistennija.

113.

Meta l-investimenti li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni f’suq ikunu saru possibbli minħabba l-għajnuna mill-Istat, hemm riskju li l-produzzjoni jew l-investiment f’żoni oħrajn taż-ŻEE jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Dan huwa partikolarment minnu jekk iż-żieda fil-kapaċità taqbeż it-tkabbir tas-suq jew isseħħ f’suq li jkun qed jiffaċċja kapaċità żejda.

114.

Għalhekk, meta l-investiment iwassal għall-ħolqien jew għat-tisħiħ ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment ikun sejjer lura b’mod assolut (jiġifieri s-suq qed jiċkien) (56), l-ESA tqis li l-għajnuna jkollha effett negattiv, li ma jkunx probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv. Dan japplika b’mod partikolari għas-sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar l-investiment).

115.

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-lokalità), meta l-investiment isir fi kwalunkwe każ fl-istess suq ġeografiku jew, b’mod eċċezzjonali, f’suq ġeografiku differenti, iżda fejn il-bejgħ ikun immirat lejn l-istess suq ġeografiku, l-għajnuna — sakemm tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex tikkumpensa għall-iżvantaġġ lokazzjonali u ma tagħtix likwidità addizzjonali lill-benefiċjarju tal-għajnuna — tinfluwenza biss id-deċiżjoni dwar il-lokalità. F’din is-sitwazzjoni, l-investiment iżid kapaċità addizzjonali fis-suq ġeografiku partikolari indipendentement mill-għajnuna. Għalhekk, fil-prinċipju, l-eżiti possibbli f’termini ta’ kapaċità żejda jkunu l-istess irrispettivament mill-għajnuna. Madankollu, jekk il-lokalità alternattiva tal-investiment tkun f’suq ġeografiku differenti, u l-għajnuna twassal għall-ħolqien ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment ikun sejjer lura b’mod assolut, japplikaw il-konklużjonijiet tal-paragrafu 114.

5.6.2.2.   Effetti kontra l-koeżjoni

116.

Kif indikat fil-paragrafu 109 u 110, fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi tal-għajnuna, l-ESA trid tqis l-effetti fuq il-lokalità tal-attività ekonomika.

117.

F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-lokalità), meta mingħajr l-għajnuna l-investiment kien isir f’żona b’intensità ta’ għajnuna reġjonali (57) li tkun ogħla jew l-istess bħal dik taż-żona fil-mira, dan jikkostitwixxi effett negattiv li ma jkunx probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv għaliex imur kontra l-loġika nnifisha tal-għajnuna reġjonali.

5.6.2.3.   Rilokazzjoni

118.

Meta tevalwa l-miżuri notifikabbli, l-ESA se titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis jekk l-għajnuna mill-Istat tkunx probabbli li tirriżulta f’telf sostanzjali ta’ impjiegi f’lokalitajiet eżistenti fiż-ŻEE. F’sitwazzjoni bħal din, u jekk l-investiment ikun jippermetti lill-benefiċjarju tal-għajnuna jirriloka attività lejn iż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni, dan jikkostitwixxi effett negattiv li ma jkunx probabbli li jiġi ikkumpensat b’xi effetti pożittivi.

5.6.3.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

119.

L-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment ma għandhomx iwasslu għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. B’mod partikolari, anke jekk id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu limitati fuq livell individwali (sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-għajnuna għall-investiment), fuq bażi kumulattiva l-iskemi xorta waħda jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta’ distorsjoni. Tali distorsjonijiet jistgħu jaffettwaw is-swieq tal-produzzjoni billi joħolqu jew jaggravaw sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda, jew billi joħolqu, iżidu jew iżommu s-saħħa sostanzjali fis-suq ta’ wħud mill-benefiċjarji b’tali mod li jaffettwa b’mod negattiv l-inċentivi dinamiċi. L-għajnuna disponibbli taħt skemi tista’ twassal ukoll għal telf sinifikanti ta’ attività ekonomika f’żoni oħrajn taż-ŻEE. Jekk skema tiffoka fuq ċerti setturi, ir-riskju ta’ tali distorsjonijiet huwa saħansitra akbar.

120.

Għalhekk, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li dawn l-effetti negattivi se jkunu limitati għall-minimu, filwaqt li jqisu, pereżempju, id-daqs tal-proġetti, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattiva, il-benefiċjarji mistennija kif ukoll il-karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Sabiex l-ESA tivvaluta l-effetti negattivi probabbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jissottomettu l-valutazzjoni tal-impatt u l-evalwazzjonijiet ex post kollha disponibbli mwettqa għal skemi simili ta’ qabel.

121.

Meta talloka għajnuna taħt skema għal proġetti individwali, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika u tikkonferma li l-għajnuna mhux se tirriżulta f’effetti negattivi b’mod evidenti, kif deskritt fil-paragrafi 111 sa 118. Din il-verifika tista’ tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tasal mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna meta japplika għall-għajnuna u fuq id-dikjarazzjoni magħmula fil-formola tal-applikazzjoni standard għall-għajnuna, li għandha tindika l-lokalità alternattiva fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna.

5.6.4.   Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli

122.

Meta tivvaluta l-effetti negattivi ta’ għajnuna individwali, l-ESA tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ xenarji kontrofattwali deskritti fil-paragrafi 96 u 97.

5.6.4.1.   Sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjoni dwar l-investiment)

123.

F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 1, l-ESA tagħmel enfasi partikolari fuq l-effetti negattivi marbuta mal-bini ta’ kapaċità żejda fi swieq li sejrin lura, il-prevenzjoni tal-ħruġ, u l-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. Dawn l-effetti negattivi huma deskritti fil-paragrafi 124 sa 133 u jridu jkunu kontrobilanċjati bl-effetti pożittivi tal-għajnuna. Madankollu, jekk jiġi stabbilit li l-għajnuna tirriżulta fl-effetti negattivi evidenti deskritti fil-paragrafu 114, huwa improbabbli li l-għajnuna tiġi kkumpensata minn xi effett pożittiv u li għalhekk tinstab li tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

124.

Sabiex jidentifikaw u jivvalutaw id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jipprovdu evidenza li tippermetti lill-ESA tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (il-prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati. Il-prodott ikkonċernat huwa normalment il-prodott kopert mill-proġett ta’ investiment (58). Meta l-proġett jittratta prodott intermedju u parti sinifikanti tal-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista’ jkun il-prodott downstream. Is-suq tal-prodotti rilevanti jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti tiegħu jkunu meqjusin bħala tali, jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet, jew l-użu maħsub tal-prodott) jew mill-produttur (minħabba l-flessibbiltà tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni).

125.

L-ESA se tuża diversi kriterji biex tivvaluta dawn id-distorsjonijiet potenzjali, bħall-istruttura tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-prestazzjoni tas-suq (suq li qed jiċkien jew li qed jikber), il-proċess għall-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ħruġ minnu u d-differenzazzjoni bejn il-prodotti.

126.

Meta impriża tiddependi b’mod sistematiku fuq l-għajnuna mill-Istat, dan jista’ jindika li l-impriża ma tiflaħx għall-kompetizzjoni waħedha jew li qiegħda tgawdi minn vantaġġi mhux mistħoqqa meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

127.

L-ESA tagħmel distinzjoni bejn żewġ sorsi ewlenin ta’ effetti negattivi potenzjali fuq is-swieq tal-prodotti:

1.

każijiet ta’ espansjoni fil-kapaċità li jew twassal għal sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda jew inkella tkompli tgħarraq sitwazzjoni diġà eżistenti ta’ kapaċità żejda, speċjalment f’suq li jkun sejjer lura;

2.

każijiet fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu setgħa sostanzjali fis-suq.

128.

Biex tevalwa jekk l-għajnuna sservix biex jinħolqu jew biex jinżammu strutturi ineffiċjenti fis-suq, l-ESA se tqis il-kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni maħluqa mill-proġett u jekk is-suq ikunx qiegħed jagħti riżultati tajbin.

129.

Jekk is-suq inkwistjoni jkun qiegħed jikber, normalment ikun hemm anqas raġuni għal tħassib li l-għajnuna se taffettwa b’mod negattiv inċentivi dinamiċi jew li se xxekkel bla bżonn il-ħruġ jew id-dħul fis-suq.

130.

Min-naħa l-oħra, huwa ġġustifikat li wieħed jitħasseb iktar meta s-swieq ikunu sejrin lura. L-ESA tagħmel distinzjoni bejn każijiet li fihom, minn perspettiva fit-tul, is-suq ikun strutturalment sejjer lura (jiġifieri jkun qiegħed jiċkien), u każijiet li fihom is-suq ikun sejjer lura b’mod relattiv (jiġifieri jkun għadu qiegħed jikber, iżda ma jkunx qabeż ir-rata ta’ referenza għat-tkabbir).

131.

Prestazzjoni baxxa tas-suq tipikament titkejjel abbażi tal-prodott domestiku gross (PDG) taż-ŻEE matul it-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett (rata ta’ referenza). Din tista’ titkejjel ukoll fuq il-bażi tar-rati tat-tkabbir imbassra għat-tliet snin sa ħames snin li jkun imiss. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur mistenni tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija riżultanti, kif ukoll l-impatt possibbli taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri f’termini ta’ prezzijiet u marġnijiet tal-profitt.

132.

F’ċerti każijiet, il-valutazzjoni tat-tkabbir tas-suq tal-prodotti fiż-ŻEE tista’ ma tkunx adegwata biex jiġu vvalutati l-effetti kollha tal-għajnuna, b’mod partikolari jekk is-suq ġeografiku jkun globali. F’dawn il-każijiet, l-ESA tieħu inkunsiderazzjoni l-effett tal-għajnuna fuq l-istrutturi tas-suq ikkonċernati, b’mod partikolari, il-potenzjal tagħha li tisforza produtturi fiż-ŻEE sabiex joħorġu mis-suq.

133.

Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tas-saħħa sinifikanti fis-suq, l-ESA se tqis il-pożizzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna fuq perjodu ta’ żmien qabel ma jkun irċieva l-għajnuna u l-pożizzjoni mistennija tiegħu fis-suq wara li l-investiment jiġi finalizzat. L-ESA se tqis l-ishma mis-suq tal-benefiċjarju tal-għajnuna, kif ukoll l-ishma mis-suq tal-kompetituri tiegħu u fatturi rilevanti oħrajn. Pereżempju, se tivvaluta l-istruttura tas-suq billi tħares lejn il-konċentrazzjoni tas-suq, l-ostakli potenzjali għad-dħul (59), is-saħħa tax-xerrej (60) u l-ostakli għall-espansjoni jew għall-ħruġ.

5.6.4.2.   Sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-lokalità)

134.

Jekk l-analiżi kontrofattwali tkun tissuġġerixxi li mingħajr l-għajnuna l-investiment kien iseħħ f’lokalità oħra (xenarju 2) li jagħmel parti mill-istess suq ġeografiku għall-prodott ikkonċernat, u jekk l-għajnuna tkun proporzjonali, l-eżitu f’termini ta’ kapaċità żejda jew ta’ saħħa sinifikanti fis-suq fil-prinċipju aktarx se jkun l-istess, irrispettivament mill-għajnuna. F’dawn il-każijiet, l-effetti pożittivi tal-għajnuna aktarx li jegħlbu l-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, jekk il-lokalità alternattiva tkun fiż-ŻEE, l-ESA tkun partikolarment imħassba dwar l-effetti negattivi relatati mal-lokalità alternattiva. Għalhekk, jekk l-għajnuna tirriżulta f’effett negattiv b’mod evidenti kif deskritt fil-paragrafi 117 u 118, aktarx li ma tiġix ikkumpensata minn xi effett pożittiv u għalhekk ma jkunx probabbli li tinstab kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

5.6.5.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

135.

Jekk l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonali biex tinkiseb il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali deskritta fis-sottotaqsima 5.1.3, l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE aktarx li jiġu kkumpensati minn effetti pożittivi. Madankollu, f’xi każijiet, l-għajnuna tista’ tirriżulta f’bidliet fl-istruttura tas-suq jew fil-karatteristiċi ta’ settur jew ta’ industrija, li jistgħu joħolqu distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni permezz ta’ ostakli għad-dħul fis-suq jew għall-ħruġ minnu, għall-effetti ta’ sostituzzjoni, jew għall-ispostament tal-flussi kummerċjali. F’dawk il-każijiet, l-effetti negattivi aktarx li ma jiġux ikkumpensati b’xi effetti pożittivi.

5.7.   Trasparenza

136.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza tal-Kummissjoni Ewropea (61) jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali:

1.

it-test sħiħ tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna individwali jew tal-iskema ta’ għajnuna approvata u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, jew link għalih;

2.

informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż l-EUR 100 000, bl-użu tal-istruttura fl-Anness VIII.

137.

Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-proġetti tal-KTE, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136 trid titqiegħed fuq is-sit web tal-Istat taż-ŻEE li fih tinsab l-Awtorità Maniġerjali (62) kkonċernata. Inkella, l-Istati taż-ŻEE parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed minnhom għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-għajnuna fit-territorju tiegħu fuq is-siti web rispettivi.

138.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, kif imsemmi fil-paragrafu 136, b’tali mod li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi aċċessata faċilment. L-informazzjoni trid tiġi ppubblikata f’format ta’ data ta’ spreadsheet nonproprjetarju, li jippermetti li d-data tiġi mfittxija, estratta u mniżżla b’mod effettiv u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML. Il-pubbliku ġenerali jrid jitħalla jaċċessa s-sit web mingħajr ebda restrizzjoni, inkluża reġistrazzjoni tal-utent minn qabel.

139.

Għall-iskemi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 136.2 se jitqiesu ssodisfati jekk l-Istati taż-ŻEE-EFTA jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):

 

0,1-0,5;

 

0,5-1;

 

1-2;

 

2-5;

 

5-10;

 

10-30;

 

30-60;

 

60-100;

 

100-250; u

 

250 u aktar.

140.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136.2 trid tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna, jew fil-każ ta’ għajnuna fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta trid tintbagħat id-dikjarazzjoni tat-taxxa (63). Għal għajnuna li hija illegali iżda li sussegwentement tinstab kompatibbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw din l-informazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-ESA li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli. Sabiex tippermetti l-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont il-Ftehim ŻEE, l-informazzjoni trid tibqa’ disponibbli għal mill-inqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

141.

L-ESA se tippubblika fuq is-sit web tagħha l-link għas-sit web dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 136.

6.   EVALWAZZJONI

142.

Sabiex ikompli jiġi żgurat li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun limitata, l-ESA tista’ titlob li l-iskemi ta’ għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 143 ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet se jitwettqu għall-iskemi fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun partikolarment għolja, jiġifieri, li hemm riskju ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tiġix rieżaminata fi żmien xieraq.

143.

Tista’ tkun meħtieġa evalwazzjoni ex post għal skemi b’baġits kbar għall-għajnuna, jew li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew meta jkunu previsti bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew dawk regolatorji. Fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni se tkun meħtieġa għal skemi b’baġit tal-għajnuna mill-Istat jew nefqa kontabbilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew ta’ aktar minn EUR 750 miljun matul it-tul ta’ żmien totali tagħhom, jiġifieri t-tul ta’ żmien ikkombinat tal-iskema u ta’ kwalunkwe skema ta’ qabel li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, sa mill-1 ta’ Jannar 2022. Minħabba l-objettiv tal-evalwazzjoni, u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati taż-ŻEE-EFTA, evalwazzjonijiet ex post huma meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul ta’ żmien totali tagħhom jaqbeż it-tliet snin, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2022.

144.

Ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni ex post jista’ jiġi eżentat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li jkunu suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, li r-rapport ta’ evalwazzjoni finali tagħha kien f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-ESA u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema trid tiġi sospiża b’effett immedjat.

145.

L-għan tal-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Din għandha tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

146.

Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 143, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, li jifforma parti integrali mill-valutazzjoni tal-ESA” tal-iskema, kif ġej:

1.

flimkien mal-iskema ta’ għajnuna, jekk il-baġit għall-għajnuna mill-Istat tal-iskema jaqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew is-EUR 750 miljun tul id-durata kollha tagħha;

2.

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema;

3.

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema li taqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari.

147.

L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni jrid ikun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-ESA (64). L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-ESA.

148.

L-evalwazzjoni ex post trid issir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni trid tinkludi mill-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw iż-żewġ rapporti.

149.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali jrid jiġi ppreżentat lill-ESA fi żmien xieraq, biex tkun tista’ tiġi vvalutata kull estensjoni tal-iskema ta’ għajnuna u mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tiskadi. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tagħhom. L-ambitu u l-arranġamenti preċiżi ta’ kull evalwazzjoni jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. In-notifika ta’ kull miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili trid tiddeskrivi b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni.

7.   MAPEP TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI

150.

F’din it-taqsima, l-ESA tistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim ŻEE. Iż-żoni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jixtiequ jiddeżinjaw bħala żoni “a” jew “c” (65) iridu jkunu identifikati fuq mappa tal-għajnuna reġjonali, li trid tiġi notifikata lill-ESA u li trid tiġi approvataminnha qabel ma tkun tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali lill-impriżi li jkunu jinsabu fiż-żoni deżinjati.

151.

Il-mapep iridu jispeċifikaw ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna li japplikaw f’dawk iż-żoni matul il-perjodu ta’ validità tal-mappa approvata.

152.

Biex jinżamm l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, meta l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal miżuri ta’ għajnuna diskrezzjonali jkunu diġà ġew introdotti qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità tal-mappa, l-“ammont ta’ għajnuna meqjus neċessarju” identifikat fl-applikazzjoni oriġinali għall-għajnuna ma jridx jiġi emendat b’mod retroattiv wara l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett biex jiġġustifika intensità ogħla ta’ għajnuna li tista’ tkun disponibbli skont dawn il-Linji Gwida.

153.

Għal skemi ta’ għajnuna awtomatika fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna disponibbli skont dawn il-Linji Gwida jistgħu jiġu applikati biss għal proġetti li jkunu bdew fid-data li fiha ż-żieda fl-intensità massima rilevanti tal-għajnuna tkun saret applikabbli skont ir-regoli nazzjonali rilevanti jew warajha. Għall-proġetti li bdew qabel dik id-data, l-intensità massima tal-għajnuna approvata skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali preċedenti se tkompli tapplika.

7.1.   Il-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali

154.

Peress li l-għoti ta’ għajnuna reġjonali mill-Istat jidderoga mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tqis li l-popolazzjoni kkombinata taż-żoni “a” u “c” fl-EU27 trid tkun anqas minn dik taż-żoni mhux deżinjati. Għaldaqstant, il-kopertura totali taż-żoni deżinjati fl-EU27 għandha tkun anqas minn 50 % tal-popolazzjoni tal-EU27.

155.

Fil-Linji Gwida tagħha dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (66), il-Kummissjoni stabbiliet il-kopertura totali taż-żoni “a” u “c” għal 47 % tal-popolazzjoni tal-EU28. Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-UE, il-Kummissjoni tqis li żieda għal 48 % tal-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni tal-EU27 hija xierqa.

156.

Għaldaqstant, għall-Istati Membri, il-kopertura massima ġenerali taż-żoni “a” u “c” hija stabbilita għal 48 % tal-popolazzjoni tal-EU27 fil-Linji Gwida attwali tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (67).

156a.

L-ESA taqbel mal-fehma tal-Kummissjoni. Konsegwentement, għandu jiġi stabbilit limitu massimu ta’ kopertura ġenerali korrispondenti għaż-ŻEE kollha, li jinkludi l-Istati taż-ŻEE-EFTA, f’dawn il-Linji Gwida. Dan il-limitu massimu għaż-ŻEE jinstab billi tiżdied il-popolazzjoni tal-Istati taż-ŻEE-EFTA mal-kalkolu tal-limitu massimu tal-kopertura stabbilit fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, il-kopertura massima ġenerali taż-żoni “a” u “c” hija stabbilita għal 48 % tal-popolazzjoni totali taż-ŻEE, bl-użu tad-data tal-Eurostat għall-2018.

7.2.   Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(a)

157.

L-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg”, tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-użu tal-kliem “b’mod anormali” u “serju” fl-Artikolu (107)(3)(a) [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] juri li l-eżenzjoni tolqot biss żoni fejn is-sitwazzjoni ekonomika tkun ferm żvantaġġata meta mqabbla mal-[Unjoni] inġenerali” (68).

158.

L-ESA tqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE huma ssodisfati fir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 li għandhom prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt jew ugwali għal 75 % tal-medja taż-ŻEE (69).

159.

Għaldaqstant, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw iż-żoni li ġejjin bħala żoni “a”:

1.

ir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 li l-PDG per capita tagħhom skont l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist (70) huwa taħt jew ugwali għal 75 % tal-medja taż-ŻEE (abbażi tal-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data tal-Eurostat disponibbli (71));

2.

[…].

160.

L-Anness I jistabbilixxi ż-żoni “a” eliġibbli skont l-Istat taż-ŻEE-EFTA. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, l-ebda reġjun fl-Istati taż-ŻEE-EFTA ma kkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE.

7.3.   Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(c)

161.

L-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni” tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[l]-eżenzjoni fl-Artikolu (107)(3)(c) [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] […] tippermetti l-iżvilupp ta’ ċerti żoni mingħajr ma tkun limitata mill-kundizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu [107](3)(a), sakemm tali għajnuna “ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. Dik id-dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tawtorizza għajnuna maħsuba biex jitkompla l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni ta’ Stat Membru li huma żvantaġġati meta mqabbla mal-medja nazzjonali” (72). Fil-fehma tal-ESA, l-istess japplika skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE.

162.

Il-kopertura massima għaż-żoni “c” fiż-ŻEE (‘il-kopertura “c”) tinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli fiż-ŻEE mill-kopertura massima ġenerali madwar iż-ŻEE stabbilita fil-paragrafu 156a.

163.

Hemm żewġ kategoriji ta’ żoni “c”:

1.

żoni li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet prestabbiliti u li għaldaqstant Stat taż-ŻEE-EFTA jista’ jiddeżinja bħala żoni “c” mingħajr ebda ġustifikazzjoni ulterjuri (‘żoni “c” predefiniti’);

2.

żoni li Stat Membru taż-ŻEE-EFTA jista’, bid-diskrezzjoni tiegħu stess, jiddeżinja bħala żoni “c” diment li l-Istat taż-ŻEE-EFTA juri li t-tali żoni jissodisfaw ċerti kriterji soċjoekonomiċi (żoni “c” mhux predefiniti).

7.3.1.   Żoni “c” predefiniti

7.3.1.1.   Allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” għaż-żoni “c” predefiniti

164.

[…] (73).

165.

L-ESA tqis ukoll li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jrid ikollhom biżżejjed kopertura “c” biex ikunu jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni li għandhom densità ta’ popolazzjoni baxxa.

166.

Iż-żoni li ġejjin huma meqjusin bħala żoni “c” predefiniti:

1.

[…];

2.

żoni skarsament popolati: reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 b’inqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 b’inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2 (abbażi tad-data tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-2018).

167.

L-Anness I jistabbilixxi l-allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” predefinita skont l-Istat taż-ŻEE-EFTA. Din l-allokazzjoni tal-popolazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu deżinjati żoni “c” predefiniti.

7.3.1.2.   Id-deżinazzjoni taż-żoni “c” predefiniti

168.

L-L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” predefiniti msemmija fil-paragrafu 166.

169.

Għal żoni skarsament popolati, l-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom fil-prinċipju jiddeżinjaw reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 b’inqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 b’inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2. Madankollu, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw partijiet ta’ reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 b’inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi oħra maġenb dawk ir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2. Għal żoni skarsament popolati, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi iżgħar oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2, diment li dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 8 abitanti għal kull km2 u li l-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meħuda flimkien maż-żoni skarsament popolati ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” msemmija fil-paragrafu 167.

7.3.2.   Żoni “c” mhux predefiniti

7.3.2.1.   Metodu għall-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita fost l-Istati taż-ŻEE-EFTA

170.

Il-kopertura massima għal żoni “c” mhux predefiniti fiż-ŻEE jinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli u taż-żoni “c” predefiniti għall-EU27 u l-Istati taż-ŻEE-EFTA mill-kopertura massima ġenerali madwar iż-ŻEE stabbilita fil-paragrafu 156a. Il-kopertura “c” mhux predefinita tiġi allokata fost l-Istati taż-ŻEE-EFTA billi jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness III.

7.3.2.2.   Xibka ta’ sikurezza u kopertura minima tal-popolazzjoni

171.

Sabiex tiżgura kontinwità fil-mapep tal-għajnuna reġjonali u kamp ta’ applikazzjoni minimu ta’ azzjoni għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li ebda Stat Membru ma għandu jitlef aktar minn 30 % tal-kopertura totali tiegħu meta mqabbel mal-perjodu 2017-2020 u li kull Stat Membru għandu jkollu kopertura minima tal-popolazzjoni.

172.

Għalhekk, b’deroga mill-kopertura massima ġenerali stabbilita fil-paragrafu 156 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kopertura “c” għal kull Stat Membru sabiex:

1.

il-kopertura totali “a” u “c” ta’ kull Stat Membru kkonċernat ma tkunx imnaqqsa b’iktar minn 30 % meta mqabbla mal-perjodu 2017-2020; (74);

2.

l-Istati Membri kollha jkollhom kopertura tal-popolazzjoni ta’ mill-anqas 7,5 % tal-popolazzjoni nazzjonali (75).

172a.

L-ESA taqsam il-fehmiet tal-Kummissjoni. Konsegwentement, il-kopertura “c” tiżdied sabiex il-Liechtenstein jirċievi l-kopertura minima tal-popolazzjoni ta’ 7,5 % tal-popolazzjoni nazzjonali.

173.

L-Anness I jistipula l-kopertura “c” mhux predefinita, inkluż ix-xibka ta’ sikurezza u l-kopertura minima tal-popolazzjoni, skont l-Istat taż-ŻEE-EFTA.

7.3.2.3.   Id-deżinjazzjoni taż-żoni “c” mhux predefiniti

174.

L-ESA tqis li l-kriterji użati mill-Istati taż-ŻEE-EFTA biex jiddeżinjaw żoni “c” għandhom jirriflettu l-firxa ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-għoti ta’ għajnuna reġjonali jista’ jkun ġustifikat. Għaldaqstant, il-kriterji għandhom jindirizzaw il-problemi soċjoekonomiċi, ġeografiċi jew strutturali li probabbilment wieħed jiltaqa’ magħhom fiż-żoni “c” u għandhom jipprovdu biżżejjed salvagwardji sabiex l-għoti tal-għajnuna reġjonali mill-Istat ma jaffettwax il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmur kontra l-interess komuni.

175.

Għalhekk, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” mhux predefiniti definiti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

1.

Kriterju 1: żoni kontigwi ta’ mill-anqas 100 000 abitant (76). Dawn għandhom ikunu jinsabu f’reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 jew fil-livell 3 li għandhom:

(i)

PDG per capita taħt jew daqs il-medja taż-ŻEE, jew;

(ii)

rata ta’ qgħad ogħla jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali (77).

2.

Kriterju 2: reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 ta’ inqas minn 100 000 abitant li jkollhom:

(i)

PDG per capita taħt jew daqs il-medja taż-ŻEE, jew;

(ii)

rata ta’ qgħad ogħla jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali.

3.

Kriterju 3: gżejjer jew żoni kontigwi kkaratterizzati minn iżolament ġeografiku simili (pereżempju, peniżoli jew żoni muntanjużi) li għandhom:

(i)

PDG per capita taħt jew daqs il-medja taż-ŻEE (78), jew;

(ii)

rata ta’ qgħad aktar minn jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali (79), jew;

(iii)

anqas minn 5 000 abitant.

4.

Kriterju 4: reġjuni ta’ statistika fil-livell 3, jew partijiet minn reġjuni ta’ statistika tal-livell 3 li jikkostitwixxu żoni kontigwi, li jinsabu maġenb żoni “a” jew li jaqsmu fruntiera tal-art ma’ pajjiż li ma jagħmilx parti miż-ŻEE jew mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).

5.

Kriterju 5: żoni biswit b’tal-inqas 50 000 abitant (80) li għaddejjin minn bidla strutturali qawwija jew li jinsabu sejrin lura b’mod relattiv u serju, diment li t-tali żoni ma jkunux jinstabu f’reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 jew żoni biswit li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu ddeżinjati bħala żoni predefiniti jew skont il-Kriterji Nri 1 sa 4 (81).

176.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 175, il-kunċett ta’ żoni kontigwi jirreferi għal unitajiet amministrattivi lokali (LAU) sħaħ (82) jew għal grupp ta’ LAU (83). Grupp ta’ LAU se jitqies li jifforma żona kontigwa jekk kull waħda miż-żoni fil-grupp tikkondividi fruntiera amministrattiva ma’ żona oħra fil-grupp (84).

177.

Il-konformità mal-kopertura tal-popolazzjoni permessa għal kull Stat taż-ŻEE-EFTA se tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-aktar data riċenti dwar il-popolazzjoni residenti totali taż-żoni kkonċernati, kif ippubblikati mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.

7.4.   L-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali

178.

L-ESA tqis li l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali jridu jqisu n-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp taż-żoni differenti fiż-ŻEE. Għaldaqstant, l-intensitajiet tal-għajnuna għandhom ikunu ogħla fiż-żoni “a” milli fiż-żoni “c”.

7.4.1.   L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “a”

179.

L-intensità tal-għajnuna għal impriżi kbar f’żoni “a” ma tridx taqbeż:

1.

il-50 % fir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 li l-PDG per capita tagħhom huwa anqas minn 55 % tal-medja taż-ŻEE;

2.

l-40 % fir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 li l-PDG per capita tagħhom huwa aktar minn 55 % u anqas minn jew ugwali għal 65 % tal-medja taż-ŻEE;

3.

30 % fir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 bi PDG per capita ogħla minn 65 % tal-medja taż-ŻEE.

180.

[…].

181.

L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 179 jistgħu jiżdiedu fiż-żoni msemmija fit-taqsimiet 7.4.4 u 7.4.5 sal-punt li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar fiż-żona kkonċernata ma taqbiżx is-70 %.

7.4.2.   L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “c”

182.

L-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż:

1.

l-20 % f’żoni skarsament popolati u f’żoni (reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 jew partijiet ta’ reġjuni ta’ statistika fil-livell 3) li jaqsmu fruntiera tal-art ma’ pajjiż li ma jagħmilx parti miż-ŻEE jew mill-EFTA;

2.

il-15 % fl-eks żoni “a”;

3.

l-10 % f’żoni “c” mhux predefiniti li għandhom PDG per capita ta’ aktar minn 100 % tal-medja taż-ŻEE u rata ta’ qgħad taħt il-100 % tal-medja taż-ŻEE.

4.

il-15 % f’żoni “c” oħra mhux predefiniti;

183.

Fl-eks żoni “a” l-intensità tal-għajnuna ta’ 15 % stipulata fil-paragrafu 182.2) tista’ tiżdied b’sa 5 punti perċentwali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

184.

Jekk żona “c” tkun tinsab maġenb żona “a”, l-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fil-paragrafu 182 fir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 jew f’partijiet mir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 f’dik iż-żona “c” li jkunu maġenb iż-żona “a”, jistgħu jiżdiedu kemm hemm bżonn sabiex id-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn iż-żewġ żoni ma taqbiżx il-15-il punt perċentwali.

185.

L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 182 jistgħu jiżdiedu wkoll fiż-żoni msemmija fit-taqsima 7.4.5.

7.4.3.   Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs

186.

L-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fis-sottotaqsimiet 7.4.1 u 7.4.2 jistgħu jiġu miżjuda b’massimu ta’ 20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar jew b’massimu ta’ 10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju (85).

7.4.4.   Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF (86)

187.

[…] (87).

7.4.5.   Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni

188.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.1 jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.2 jistgħu jiżdiedu b’5 punti perċentwali għar-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 li jesperjenzaw telf ta’ popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018 (88).

7.5.   Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom

189.

Wara l-adozzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, kull Stat taż-ŻEE-EFTA għandu jinnotifika lill-ESA b’mappa waħda tal-għajnuna reġjonali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Kull notifika għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness V.

190.

L-ESA se teżamina għal kull Stat taż-ŻEE-EFTA l-mappa tal-għajnuna reġjonali notifikata tiegħu u, jekk il-mappa tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, se tadotta deċiżjoni li tapprovaha. Il-mapep kollha tal-għajnuna reġjonali se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE għalih, u se jikkostitwixxu parti integrali minn dawn il-Linji Gwida.

7.6.   Emendi

7.6.1.   Ir-riżerva tal-popolazzjoni

191.

Fuq inizjattiva proprja, Stat taż-ŻEE-EFTA jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva ta’ kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fid-differenza bejn il-kopertura massima tal-popolazzjoni għal dak l-Istat taż-ŻEE-EFTA, kif allokat mill-ESA (89), u l-kopertura użata għaż-żoni “a” u “c” deżinjati fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu.

192.

Jekk Stat taż-ŻEE-EFTA jiddeċiedi li joħloq din ir-riżerva, fi kwalunkwe ħin, jista’ juża r-riżerva biex iżid żoni “c” ġodda fil-mappa tiegħu sakemm jilħaq il-kopertura massima nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jista’ juża l-aktar data soċjoekonomika reċenti pprovduta mill-Eurostat jew mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Il-popolazzjoni taż-żoni “c” ikkonċernati għandha tiġi kkalkulata abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni li ntużat biex titfassal il-mappa inizjali.

193.

L-Istat taż-ŻEE-EFTA jrid jinnotifika lill-ESA kull darba li jkun beħsiebu juża r-riżerva tal-popolazzjoni tiegħu bil-għan li jżid żoni “c” ġodda, qabel ma jimplimenta tali emendi.

7.6.2.   Reviżjoni ta’ nofs it-terminu

194.

Fl-2023 se jsir rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali, filwaqt li titqies l-istatistika aġġornata. Sa Ġunju tal-2023, l-ESA se tkun ikkomunikat id-dettalji dwar dak ir-rieżami ta’ nofs it-terminu.

8.   EMENDA TAL-LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI MILL-ISTAT GĦALL-2014-2020

195.

Fin-notifika tiegħu skont il-paragrafu 189, Stat taż-ŻEE-EFTA jista’ jinkludi wkoll emenda għall-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu għall-2014-2021 (90) biex jissostitwixxi ż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 biż-żoni eliġibbli għall-għajnuna fil-mappa li għandha tiġi approvata mill-ESA skont il-paragrafu 190 ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-mappa rieżaminata tal-għajnuna reġjonali se tkun valida mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ESA dwar l-emenda notifikata tal-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Dik id-deċiżjoni se tindika wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli fiż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-mappa emendata tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021, li tikkorrispondi għall-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020. Il-mappa emendata se tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, f’konformità mal-paragrafu 157 ta’ dawk il-Linji Gwida.

196.

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 huma emendati kif ġej:

1.

Il-paragrafu 20(q) huwa sostitwit b’li ġej:

““mappa tal-għajnuna reġjonali” tfisser il-lista taż-żoni deżinjati minn Stat taż-ŻEE-EFTA f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, jew il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022, u approvati mill-ESA;”

2.

Il-paragrafu 161a li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 161:

“5.6.3.    Emenda li ssegwi l-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022

161a.

Stat taż-ŻEE-EFTA jista’ jitlob emenda għall-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu f’konformità mat-Taqsima 7.6 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022.”

9.   APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI

197.

L-ESA se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali notifikabbli kollha mogħtija jew destinata li tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2021.

198.

Notifiki ta’ skemi ta’ għajnuna reġjonali jew ta’ miżuri ta’ għajnuna destinati li jingħataw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 ma jistgħux jitqiesu kompluti qabel ma l-ESA tkun adottat deċiżjoni li tapprova l-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Istat taż-ŻEE-EFTA kkonċernat skont l-arranġamenti deskritti fis-sottotaqsima 7.5.

199.

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida se twassal għal xi tibdil fir-regoli applikabbli għall-għajnuna reġjonali. Għalhekk, huwa meħtieġ li jsir rieżami ta’ jekk l-iskemi ta’ għajnuna reġjonali kollha eżistenti (91) għadhomx iġġustifikati u effikaċi, inkluż l-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment kif ukoll l-iskemi ta’ għajnuna operatorja, li huma ppjanati li jibqgħu għaddejjin wara l-2021.

200.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-ESA tipproponi l-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati taż-ŻEE-EFTA skont l-Artikolu 1(1) fil-Parti I tal-Protokoll 3:

1.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jillimitaw l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna reġjonali eżistenti kollha għall-għajnuna destinata li tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021;

2.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jemendaw l-iskemi ta’ għajnuna orizzontali eżistenti oħrajn li jagħtu trattament speċifiku għall-għajnuna lil proġetti f’żoni megħjuna sabiex jiżguraw li l-għajnuna li se tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2021 tikkonforma mal-mappa tal-għajnuna reġjonali li tkun applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna;

3.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tal-miżuri proposti fil-punti 1) u 2) sal-31 ta’ Diċembru 2021.

10.   RAPPORTAR U MONITORAĠĠ

201.

F’konformità mal-Protokoll 3 u d-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL (92) (93), l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jressqu rapporti annwali lill-ESA.

202.

L-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom iżommu rekords dettaljati rigward il-miżuri kollha ta’ għajnuna. Dawn ir-rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna ġewx issodisfati. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jżommu dawk ir-rekords għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jipprovduhom lill-ESA meta jintalbu jagħmlu dan.

11.   REVIŻJONI

203.

L-ESA tista’ tiddeċiedi li timmodifika dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet assoċjati mal-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tieħu inkunsiderazzjoni politiki tal-UE u impenji internazzjonali oħrajn jew għal kull raġuni oħra ġustifikata.

(*)  These Guidelines correspond to the European Commission Guidelines on regional State aid (OJ C 153, 29.4.2021, p. 1). The Commission Guidelines do not qualify as legislative instruments and therefore do not have to be incorporated into the EEA Agreement by the EEA Joint Committee.

(1)  Iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 61 (3)(a) tal-Ftehim ŻEE, li normalment jissejħu żoni “a”, għandhom it-tendenza li jkunu l-aktar żvantaġġati fiż-ŻEE f’termini ta’ żvilupp ekonomiku. Iż-żoni eliġibbli skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, li jissejħu żoni “c”, ukoll għandhom it-tendenza li jkunu żvantaġġati, iżda inqas mill-oħrajn. Minħabba l-PDG per capita relattivament għoli fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, bħalissa l-ebda reġjun f’dawn l-Istati ma jikkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE.

(2)  […]

(3)  Dawn il-Linji Gwida jikkonċernaw għajnuna mogħtija fiż-ŻEE mill-Istati taż-ŻEE-EFTA, jiġifieri l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. Meta ssemmi “Stati Membri”, l-ESA tinkludi t-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq kif miftiehem fi ħdan il-“Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq” anness mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(4)  Għalhekk, is-supplimenti reġjonali għall-għajnuna mogħtija għal skopijiet bħal dawn ma humiex ikkunsidrati bħala għajnuna reġjonali.

(5)  L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jidentifikaw dawn iż-żoni f’mappa tal-għajnuna reġjonali abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 7.

(6)  Ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawża 730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-punt 17, u s-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs il-Kummissjoni, C-169/95, ECLI:EU:C:1997:10, il-punt 20.

(7)  Ara s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, AIUFFASS u AKT vs il-Kummissjoni, T-380/94, ECLI:EU:T:1996:195, il-punt 54.

(8)  Ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-Kontroll tal-Idoneità tat-30 ta’ Ottubru 2020 – SWD(2020) 257 final.

(9)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta’ Diċembru 2019 – COM (2019) 640 final.

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Marzu 2020 – COM (2020) 102 final.

(11)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Frar 2020 – COM (2020) 67 final.

(12)  […].

(*)  Abbażi tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta – COM (2020) 22 final, il-Kummissjoni inkludiet ukoll fil-Linji Gwida tagħha dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiffaċilita l-appoġġ fil-kuntest tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (“JTF”) f’konformità mal-prinċipji ta’ koeżjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex inklużi f’dawn il-Linji Gwida peress li, fiż-żmien tal-adozzjoni tagħhom, ma kienx ċar biżżejjed kif il-JTF se jiġi ttrattat fil-kuntest tal-Ftehim ŻEE biex jiġu stipulati l-kundizzjonijiet. Skont l-iżvilupp futur, l-ESA tista’ tikkunsidra li tirrevedi dawn il-Linji Gwida dwar dawn il-punti u punti oħra.

(**)  Madankollu, xi test tħassar meta mqabbel mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni. Dan it-tħassir jinkludi test li jirreferi għal strumenti legali u dispożizzjonijiet li ma humiex parti mill-Ftehim ŻEE, jew li ma għandhom l-ebda ekwivalenti fih, u test li fih, kif imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti, f’dan il-punt ma huwiex ċar x’se jkunu l-implikazzjonijiet tal-istrument legali msemmi fil-kuntest tal-Ftehim ŻEE. Fejn it-test ikun tħassar, dan ġie sostitwit bi […] bħala spazju riżervat.

(13)  ĠU C 91l, 20.3.2020, p. 1.

(14)  Kif definit fl-Anness VI.

(15)  “Linjite” tfisser C ta’ grad baxx jew Ortho-linjite u B ta’ grad baxx jew Meta-linjite kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

(16)  “Faħam” tfisser faħam ta’ grad għoli, ta’ grad medju u ta’ grad baxx tal-kategorija A u B kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u ċċarat fid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma jkunux kompettitivi (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24).

(17)  […].

(18)  […].

(19)  Trasport tfisser it-trasport ta’ passiġġieri permezz ta’ inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, bil-ferrovija u permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija f’isem ħaddieħor. L-infrastruttura tat-trasport koperta minn linji gwida speċifiċi, bħall-ajruporti, hija eskluża wkoll minn dawn il-Linji Gwida (ara l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU L 318, 24.11.2016, p. 17, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 66, 24.11.2016, p. 1)).

(20)  Linji Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 49, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 27, 8.5.2014, p. 1).

(21)  L-ESA se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-enerġija abbażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 2014-2020 (ĠU L 131, 28.5.2015, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 30, 28.5.2015, p. 1).

(22)  […].

(23)  […].

(24)  […].

(25)  NACE huwa akronimu derivat mit-titolu Franċiż “Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes” (Klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej) użat sabiex jiġu deżinjati d-diversi klassifikazzjonijiet ta’ statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-UE. Ara r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). Ir-Regolament huwa inkorporat fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2007 (ĠU L 266, 11.10.2007, p. 25, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 11.10.2007, p. 18).

(26)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU L 271, 16.10.2015, p. 35, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 62, 15.10.2015, p. 1). Kif spjegat fil-punt 23 ta’ dawn il-linji gwida, minħabba li l-eżistenza stess tagħha tkun fil-periklu, impriża f’diffikultà ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ objettivi oħrajn ta’ politika pubblika sakemm il-vijabbiltà tagħha ma tkunx garantita.

(27)  Ara s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 1995, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawżi konġunti T-244/93 u T-486/93, ECLI:EU:T:1995:160, il-punt 56, u l-komunikazzjoni tal-ESA dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli (ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1).

(*)  Ara f’dan il-kuntest ukoll in-nota f’qiegħ il-paġna 3.

(28)  Il-kunċett ta’ prodott ikopri wkoll servizzi fil-kuntest ta’ dawn il-Linji Gwida.

(29)  […].

(30)  F’dawn il-linji gwida t-terminu “reġjun ta’ statistika” se jintuża minflok l-akronimu “NUTS” fil-Linji gwida tal-Kummissjoni. NUTS huwa derivat mit-titolu “Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika” skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2019/1755 (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1). Dan ir-Regolament ma ġiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, sabiex jintlaħqu d-definizzjonijiet komuni f’talbiet dejjem jiżdiedu għal informazzjoni statistika fuq livell reġjonali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, u l-Istituti Nazzjonali tal-pajjiżi Kandidati u tal-EFTA qablu li r-reġjuni ta’ statistika jiġu stabbiliti simili għall-klassifikazzjoni NUTS. Id-data użata f’dawn il-Linji Gwida hija bbażata fuq din in-nomenklatura tal-2021.

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 94/06/COL tad-19 ta’ April 2006 li temenda, għas-sebgħa u ħamsin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 62, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 6, 5.2.2009, p. 1).

(32)  […].

(33)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1). Ir-Regolament kien inkorporat fil-Ftehim ŻEE fil-punt 1j tal-Anness XV mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2014 (ĠU L 342, 27.11.2014, p. 63, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 71, 27.11.2014, p. 61).

(34)  L-għodod destinati għall-fornituri huma l-akkwiżizzjoni (jew il-produzzjoni awtomatika) ta’ magni, għodod jew tagħmir u software relatat minn impriża (fil-livell tal-grupp), li jinkisbu (jew jiġu prodotti) mhux għall-użu f’wieħed mil-lokalitajiet tagħha (fil-livell tal-grupp), iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ fornituri magħżula għall-produzzjoni ta’ prodotti li għandhom jiġu manifatturati fil-bini tal-fornitur, li se jservu bħala prodotti intermedjarji għall-proċess ta’ produzzjoni tal-impriża. L-assi tal-għodod destinati għall-fornituri jibqgħu l-proprjetà tal-impriża akkwirenti, iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornitur għall-kompiti u skont il-kundizzjonijiet definiti f’kuntratt ta’ provvista jew ftehim simili. Dawn huma marbuta ma’ operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ assemblaġġ definiti sew f’wieħed jew aktar mil-lokalitajiet tal-impriża (fil-livell tal-grupp), u jista’ jkollhom jintbagħtu lura lis-sid wara t-tlestija tal-ordni, jew wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ kuntratt qafas.

(35)  Definit fil-paragrafu 19(13) u (14).

(36)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-punt 78, u tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne, C-333/07, ECLI:EU:C:2008:764, il-punti 94 sa 116.

(37)  Ara l-Anness VII.

(38)  L-obbligu li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata minn tal-inqas għal ħames snin (tliet snin għall-SMEs) ma għandux jipprevjeni s-sostituzzjoni ta’ impjanti jew ta’ tagħmir li matul dan il-perjodu jkun ħareġ mill-użu jew inkiser, bil-kundizzjoni li l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu. Madankollu, l-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata biex jiġu sostitwiti dawn l-impjanti jew dan it-tagħmir.

(39)  […].

(40)  Dan ma japplikax pereżempju fil-każ ta’ self sussidjat, ta’ self pubbliku ta’ kapital ta’ ekwità jew ta’ parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta’ investitur tas-suq, ta’ garanziji mill-Istat li jinkludu elementi ta’ għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola “de minimis”.

(41)  L-għajnuna ad hoc hija soġġetta għall-istess rekwiżiti bħall-għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi ta’ skema, sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor.

(42)  Investimenti bħal dawn jistgħu joħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jsiru aktar investimenti li jkunu vijabbli mingħajr għajnuna addizzjonali.

(43)  Ix-xenarji kontrofattwali huma deskritti fil-paragrafu 64.

(44)  Il-VPN ta’ proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imnaqqsa għall-valur attwali tagħhom (normalment billi jintuża l-kost tal-kapital).

(45)  L-IRR ma hijiex ibbażata fuq qligħ kontabbilizzat f’sena partikolari, iżda tqis in-nixxiegħa ta’ flussi futuri tal-flus li l-investitur jistenna li jirċievi matul il-ħajja kollha tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta’ skont li għaliha l-VPN ta’ nixxiegħa ta’ flussi ta’ flus huwa ugwali għal żero.

(46)  Madankollu, meta jkun hemm inċertezza kbira dwar il-kostijiet u l-iżviluppi tad-dħul fil-futur u meta jkun hemm assimetrija qawwija ta’ informazzjoni, jista’ jkun li l-awtorità pubblika tkun tixtieq tadotta wkoll mudelli ta’ kumpens li ma jkunux kompletament ex ante, iżda taħlita ta’ ex ante u ex post (pereżempju billi tuża mekkaniżmi ta’ rkupru li jippermettu l-kondiviżjoni tal-qligħ mhux antiċipat).

(47)  Ara t-Taqsima 7.4 dwar il-mapep tal-għajnuna reġjonali.

(48)  Espress bħala ekwivalenti ta’ għotja gross.

(49)  Idem.

(50)  Meta jiġu mqabbla x-xenarji kontrofattwali, l-għajnuna trid tiġi skontata bl-istess fattur bħax-xenarji tal-investiment u dawk kontrofattwali korrispondenti.

(51)  Ir-rekwiżit li l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna għal kull proġett trid tiġi kkalkulata bil-quddiem mill-ewwel awtorità awtorizzanti ma japplikax meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ skema/i ta’ għajnuna awtomatika(awtomatiċi) fil-forma ta’ vantaġġi fiskali. Fil-prinċipju, f’din is-sitwazzjoni, il-kontrolli tal-akkumulazzjoni ma jkunux possibbli meta tingħata l-għajnuna u jenħtieġ li jsiru meta l-għajnuna titħallas.

(52)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259) jew Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, skont liema minnhom japplika għal investiment inizjali partikolari.

(53)  Inkluż meta jiġu nnotifikati skemi ta’ għajnuna operatorja biex jiġu estiżi miżuri ta’ għajnuna eżistenti.

(54)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(55)  Dan jista’ jkun ukoll il-każ fejn l-għajnuna tfixkel it-tħaddim ta’ strumenti ekonomiċi stabbiliti biex jinternalizzaw tali esternalitajiet negattivi (eż. billi taffettwa s-sinjali tal-prezzijiet mogħtija mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet jew strument simili).

(56)  L-ESA se tivvaluta dan kemm f’termini ta’ volum kif ukoll f’termini ta’ valur u se tqis iċ-ċiklu tan-negozju.

(57)  Biex dan jiġi vverifikat, għandu jintuża l-limitu massimu applikabbli standard tal-għajnuna fiż-żoni “c” li jmissu maż-żoni “a”, irrispettivament mill-intensitajiet akbar tal-għajnuna f’konformità mal-paragrafu 184.

(58)  Għal proġetti ta’ investiment li jinvolvu l-produzzjoni ta’ diversi prodotti differenti, kull prodott irid jiġi vvalutat.

(59)  Dawn l-ostakli għad-dħul jinkludu ostakli legali (b’mod partikolari drittijiet ta’ proprjetà intellettwali), l-ekonomiji ta’ skala u firxa u l-ostakli għall-aċċess għan-networks u l-infrastruttura. Jekk l-għajnuna tkun tikkonċerna suq fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun wieħed preeżistenti, l-ostakli possibbli għad-dħul jistgħu jintensifikaw is-saħħa potenzjali sinifikanti fis-suq li jeżerċita l-benefiċjarju tal-għajnuna u b’hekk l-effetti negattivi possibbli ta’ dik is-saħħa fis-suq.

(60)  Meta jkun hemm xerrejja b’saħħithom fis-suq, huwa anqas probabbli li benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jżid il-prezzijiet fil-konfront ta’ dawn ix-xerrejja b’saħħithom.

(61)  “Tiftix Pubbliku dwar it-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat”, disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.

(62)  Kif definit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2013.

(63)  F’każ li ma jkunx jeżisti rekwiżit formali għal dikjarazzjoni annwali, għal finijiet ta’ kkowdjar, id-data tal-għoti se titqies bħala l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

(64)  Abbażi tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, Brussell, 28.5.2014, SWD(2014) 179 final, jew xi suċċessur tiegħu.

(65)  Żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna għandhom jiġu identifikati wkoll fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali.

(66)  ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.

(67)  Dan il-limitu massimu ġie stabbilit bl-użu tad-data dwar il-popolazzjoni tal-Eurostat għall-2018. Il-limitu massimu jikkorrispondi għal 48,00 % tal-EU27_2020 – (L-Unjoni Ewropea – 27 pajjiż (mill-2020)).

(68)  Is-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Kawża 248/84, ECLI:EU:C:1987:437, il-punt 19; is-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-169/95, ECLI:EU:C:1997:10, il-punt 15; u s-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2002, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-310/99, ECLI:EU:C:2002:143, il-punt 77.

(69)  […].

(70)  Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita, il-PDG jitkejjel f’PPS.

(71)  Id-data tkopri l-perjodu 2016-2018. Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita fir-rigward tal-medja taż-ŻEE, id-data hija bbażata fuq il-medja tad-data reġjonali tal-Eurostat għall-2016-2018 (kif aġġornati fit-23.3.2020).

(72)  Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, il-Kawża 248/84, op. cit., il-punt 19.

(73)  […].

(74)  Dan l-aspett tax-xibka ta’ sikurezza japplika għall-Ġermanja, għall-Irlanda, għal Malta u għas-Slovenja.

(75)  Din il-kopertura minima tal-popolazzjoni tapplika għad-Danimarka u għal-Lussemburgu.

(76)  Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni għandu jitnaqqas għal 50 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ inqas minn miljun abitant jew għal 10 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li l-popolazzjoni nazzjonali tagħhom hija inqas minn miljun abitant.

(77)  Għall-qgħad, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq data reġjonali ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, billi tintuża l-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hija disponibbli din id-data (fil-mument tan-notifika tal-mappa tal-għajnuna reġjonali). Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor f’dawn il-Linji Gwida, ir-rata tal-qgħad fir-rigward tal-medja nazzjonali hija kkalkulata fuq din il-bażi.

(78)  Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx PDG per capita anqas jew daqs il-medja taż-ŻEE, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jista’ juża d-data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.

(79)  Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx rata ta’ qgħad ogħla minn jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.

(80)  Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 25 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ inqas minn miljun abitant, għal 10 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li l-popolazzjoni totali tagħhom hija inqas minn miljun abitant, jew għal 5 000 abitant għall-gżejjer jew għaż-żoni kontigwi li huma kkaratterizzati minn iżolament ġeografiku simili.

(81)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Kriterju 5, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li ż-żona għaddejja minn tibdil strutturali maġġuri jew sejra lura b’mod relattiv u serju billi jqabblu ż-żoni kkonċernati mas-sitwazzjoni ta’ żoni oħrajn fl-istess Stat taż-ŻEE-EFTA jew fi Stati taż-ŻEE oħrajn abbażi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi li jikkonċernaw l-istatistika kummerċjali strutturali, is-swieq tax-xogħol, il-kontijiet tal-unitajiet domestiċi, l-edukazzjoni, jew indikaturi simili oħrajn. Għal dan il-għan, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. […].

(82)  L-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU) huma ddefiniti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755. Kif identifikat fin-nota f’qiegħ il-paġna 30, dan ir-regolament ma ġiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, sabiex jintlaħqu d-definizzjonijiet komuni f’talbiet dejjem jiżdiedu għal informazzjoni statistika fuq livell reġjonali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, u l-Istituti Nazzjonali tal-pajjiżi Kandidati u tal-EFTA qablu li r-reġjuni ta’ statistika jiġu stabbiliti simili għall-klassifikazzjoni NUTS.

(83)  Madankollu, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jista’ jiddeżinja partijiet minn LAU, dment li l-popolazzjoni tal-LAU kkonċernata taqbeż il-popolazzjoni minima meħtieġa għaż-żoni kontigwi skont il-Kriterju 1 jew 5 (inklużi l-livelli limiti mnaqqsa tal-popolazzjoni għal dawk il-kriterji) u sakemm il-popolazzjoni tal-partijiet ta’ dik l-LAU tkun minn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni minima meħtieġa skont il-kriterju applikabbli.

(84)  Fil-każ ta’ gżejjer, il-fruntieri amministrattivi jinkludu l-fruntieri marittimi ma’ unitajiet amministrattivi oħrajn tal-Istat taż-ŻEE-EFTA kkonċernat.

(85)  L-intensitajiet tal-għajnuna miżjudin għall-SMEs ma humiex se japplikaw għall-għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta’ investiment.

(86)  […].

(87)  […].

(88)  Ara l-Anness IV.

(89)  Ara l-Anness I.

(90)  Il-mappa tal-għajnuna reġjonali approvata mill-ESA skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 li hija applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(91)  Il-miżuri ta’ għajnuna implimentati skont il-GBER ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti. L-iskemi ta’ għajnuna li jidħlu fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti ħlief meta jitqiesu li huma għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 15(3) tal-Parti II ta’ dak il-Protokoll.

(92)  Id-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija skont l-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3. Il-verżjoni kkonsolidata tad-deċiżjoni hija disponibbli fuq: https://www.eftasurv.int/cms/sites/default/files/documents/2017-Consolidated-version-of-Dec-195-054-COL--002-.pdf.

(93)  […].


ANNESS I

Kopertura tal-għajnuna reġjonali għal kull Stat Membru għall-2022-2027

In-Norveġja

Reġjun statistiku

Il-PDG per capita

Il-perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati)

NO021, NO022 Innlandet

7,30  %

NO061, NO062 Trøndelag

8,66  %

NO071 Nordland

4,60  %

NO072, NO073 Troms og Finnmark

4,58  %

Żoni “c” mhux predefiniti

6,87  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

32,02  %


L-Iżlanda

Reġjun statistiku

Il-PDG per capita

Il-perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati)

Is00 L-Iżlanda

100  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100  %


Il-Liechtenstein

Reġjun statistiku

Il-PDG per capita

Il-perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

7,50  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

7,50  %


ANNESS II

[…].

[…].


ANNESS III

Metodu li għandu jintuża għall-allokazzjoni ta’ kopertura “ċ” mhux predefinita fost l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE

L-ESA se tikkalkula l-kopertura “c” mhux predefinita għal kull Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE billi tapplika l-metodu li ġej:

(1)

L-ESA se tidentifika kwalunkwe reġjun statistiku fil-livell 3 fl-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE li mhumiex f’xi wieħed mill-oqsma li ġejjin:

iż-żoni “a” eliġibbli elenkati fl-Anness I;

dawk li kienu żoni “a” elenkati fl-Anness I;

iż-żoni skarsament popolati elenkati fl-Anness I.

(2)

Fost ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 identifikati fil-Pass 1, l-ESA se tidentifika dawk li għandhom jew:

PDG per capita (1) anqas minn jew ugwali għal-livell limitu tad-disparità tal-PDG nazzjonali per capita (2) jew;

rata ta’ qgħad (3) aktar minn jew ugwali għal-livell limitu tad-disparità tal-qgħad nazzjonali (4), jew aktar minn jew ugwali għal 150 % tal-medja nazzjonali, jew;

PDG per capita anqas minn jew ugwali għal 90 % tal-medja taż-ŻEE, jew;

rata ta’ qgħad aktar minn jew ugwali għal 125 % tal-medja taż-ŻEE.

(3)

L-allokazzjoni tal-kopertura “c” mhux predefinita għal Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i (A i ) hija kkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja (espressa bħala perċentwali tal-popolazzjoni taż-ŻEE):

A i = p i /P × 100

fejn:

p i hija l-popolazzjoni (5) tar-reġjuni statistiċi fil-livell 3 fi Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i identifikat fil-Pass 2.

P hija s-somma tal-popolazzjoni tar-reġjuni statistiċi fil-livell 3, u tar-reġjuni NUTS 3, identifikati fil-Pass 2 rispettivament fil-preżent u fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni.


(1)  Il-PDG per capita kollu msemmi f’dan l-Anness huwa bbażat fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data mill-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2016-2018.

(2)  Il-livell limitu tad-disparità tal-PDG nazzjonali per capita għal Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i (TG i ) huwa kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja (espressa bħala perċentwali tal-PDG nazzjonali per capita):

(TG) i  = 85 × ((1 + 100/g i )/2)

fejn: g i hija l-PDG per capita ta’ Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i, espress bħala perċentwali tal-medja taż-ŻEE.

(3)  Id-data kollha dwar il-qgħad imsemmija f’dan l-Anness hija bbażata fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data tal-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2017-2019. Madankollu, din id-data ma fihiex informazzjoni fil-livell 3 u għalhekk, tintuża data dwar il-qgħad għal-livell 2 fejn ikunu jinsabu dawn ir-reġjuni tal-livell 3.

(4)  Il-livell limitu tad-disparità tar-rata tal-qgħad nazzjonali għal Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i (TU i ) huwa kkalkulat skont il-formula li ġejja (espress bħala perċentwali tar-rata tal-qgħad nazzjonali):

(TU) i  = 115 × ((1 + 100/u i )/2)

fejn: u i hija r-rata tal-qgħad nazzjonali ta’ Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i, espressa bħala perċentwali tal-medja taż-ŻEE.

(5)  Iċ-ċifri tal-popolazzjoni għar-reġjuni tal-livell 3 huma kkalkulati fuq il-bażi tad-data dwar il-popolazzjoni użata mill-Eurostat għall-kalkolu tal-PDG reġjonali per capita għall-2018.


ANNESS IV

Metodu għad-definizzjoni ta’ żoni megħjuna li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 7.4.5

F’konformità mal-paragrafu 188, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jistgħu jidentifikaw iż-żoni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif ġej:

L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jidentifikaw żoni assistiti fil-livell ta’ reġjuni statistiċi fil-livell 3 skont l-Artikolu 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE;

Trid tintuża data tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-perjodu 2009-2018, ibbażata fuq l-aktar klassifikazzjoni tar-reġjuni statistiċi riċenti disponibbli;

L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu juru telf fil-popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018.

Meta l-klassifikazzjoni tar-reġjuni statistiċi tkun inbidlet matul l-10 snin preċedenti, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE mbagħad iridu jużaw id-data dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-itwal perjodu ta’ żmien disponibbli.

L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jinkludu l-oqsma b’hekk identifikati meta joħorġu notifika skont il-paragrafu 189.


ANNESS V

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta meta tiġi nnotifikata mappa tal-għajnuna reġjonali

(1)

L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovdu, skont fejn applikabbli, informazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji segwenti ta’ żoni proposti għan-nomina:

żoni “a”;

dawk li kienu żoni “a”;

żoni skarsament popolati;

żoni skarsament popolati ħafna;

[…];

żoni megħjuna li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 7.4.5;

żoni “ċ” mhux predefiniti deżinjati fuq il-bażi tal-Kriterju 1;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati fuq il-bażi tal-Kriterju 2;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati fuq il-bażi tal-Kriterju 3;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati fuq il-bażi tal-Kriterju 4;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati fuq il-bażi tal-Kriterju 5;

(2)

F’kull kategorija, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovu l-informazzjoni li ġejja għal kull żona proposta:

identifikazzjoni taż-żona (bl-użu tal-kodiċi tar-reġjun statistiċi tal-livell 2 jew livell 3 taż-żona, il-kodiċi LAU taż-żoni li jiffurmaw żona kontigwa jew denominazzjonijiet uffiċjali oħra tal-unitajiet amministrattivi kkonċernati);

l-intensità tal-għajnuna proposta fiż-żona għall-perjodu 2022-2027 jew, għal dawk li kienu żoni “a”, għall-perjodi 2022-2024 u 2025-2027 (filwaqt li tiġi indikata, skont fejn applikabbli, kull żieda fl-intensità tal-għajnuna skont il-paragrafi 180, 181, 183 jew 184, 185 u 186);

il-popolazzjoni totali residenti taż-żona, kif imsemmi fil-paragrafu 177.

(3)

Għad-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati u skarsament popolati ħafna, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli fil-paragrafu 169 huma ssodisfati.

(4)

Għal żoni mhux predefiniti ddeżinjati fuq il-bażi tal-Kriterji 1-5, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti fil-paragrafi 175, 176 u 177 huma ssodisfati.

ANNESS VI

Definizzjoni tas-settur tal-azzar

Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, “is-settur tal-azzar” tfisser il-produzzjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid ħadid fondut grezz għal xogħol fuq l-azzar, funderija u ħadid fondut grezz ieħor, spiegeleisen u ferromanganiż b’karbonju għoli, li ma jinkludix ligi tal-ħadid oħrajn;

(b)

prodotti tal-ħadid mhux maħduma u nofshom irfinuti, azzar ordinarju jew azzar speċjali: azzar likwidu fondut jew mhux fondut fl-ingotti, li jinkludi ingotti għal prodotti nofshom lesti bil-forġa: ingotti, billets u blokok; vireg mill-folji u vireg mill-pjanċi stanjati; kojls wesgħin illaminati bis-sħana, bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni tal-azzar likwidu għall-ikkastjar minn fonderiji żgħar u medji;

(c)

prodotti tal-ħadid irfinati bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali: binarji, traversi, puntali u sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall ta ’ 80 mm jew akbar, pili tal-folji, bars u sezzjonijiet ta ’ anqas minn 80 mm u pjanċi ta ’ anqas minn 150 mm, vireg tal-wajer, forom tondi u kwadri għat-tubi, ċineg u strippi tal-ħadid irrumblati bit-tisħin (inklużi l-istrippi għat-tubi), folji rrumblati bit-tisħin (miksija u mhumiex), pjanċi u folji ta ’ ħxuna ta ’ 3 mm u aktar, pjanċi universali ta’ 150 mm u akbar, ħlief għall-wajer u l-prodotti tal-wajer, bars illustrati u ħadid fondut;

(d)

prodotti ffurmati bil-kesħa: folji tal-landa, pjanċi biċ-ċomb, pjanċa sewda, folji ggalvanizzati, folji oħra miksija, folji rrumblati bil-ksieħ, folji manjetiċi u strippi maħsuba għall-manifattura tal-folji tal-landa, pjanċi rrumblati bil-kesħa, f’koljaturi jew fi strippi;

(e)

tubi: it-tubi tal-azzar kollha bla saldaturi, tubi tal-azzar iwweldjati b’dijametru ta’ aktar minn 406,4 mm.


ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-investiment reġjonali

1.

Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:

L-isem, l-indirizz reġistrat tas-sede prinċipali, is-settur prinċipali ta’ attività (Kodiċi NACE).

Dikjarazzjoni li d-ditta mhijiex f’diffikultà kif definit fil-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar.

Dikjarazzjoni li tiddeskrivi l-għajnuna fid-dettall (kemm għajnuna de minimis kif ukoll għajnuna mill-Istat) li diġà ngħatat għal investimenti oħrajn matul dawn l-aħħar tliet snin fl-istess reġjun statistiku tal-livell 3 fejn se jsir l-investiment il-ġdid. Dikjarazzjoni li tispeċifika l-għajnuna reġjonali mogħtija jew li għandha tingħata għall-istess proġett minn awtoritajiet awtorizzanti oħrajn.

Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-benefiċjarju jkunx għalaq l-istess attività jew attività simili fiż-ŻEE fis-sentejn qabel id-data ta’ din l-applikazzjoni.

Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-benefiċjarju għandux l-intenzjoni li jagħlaq attività bħal din fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna fi żmien perjodu ta’ sentejn wara li jitlesta l-investiment li se jiġi ssussidjat.

Fil-każ ta’ għajnuna li tingħata taħt skema: dikjarazzjoni u impenn ta’ nonrilokazzjoni

2.

Informazzjoni dwar l-investiment li se jiġi appoġġat:

Deskrizzjoni qasira tal-investiment.

Deskrizzjoni qasira tal-effetti pożittivi mistennija għaż-żona kkonċernata (pereżempju, l-għadd ta’ impjiegi maħluqa jew salvagwardjati, l-attivitajiet ta’ RŻI, it-taħriġ, il-ħolqien ta’ raggruppament u l-kontribut possibbli ta’ proġett għat-tranżizzjoni ekoloġika (1) u diġitali tal-ekonomija reġjonali).

Il-bażi ġuridika applikabbli (nazzjonali, tal-UE jew it-tnejn).

Il-bidu ppjanat tax-xogħlijiet u t-tlestija tal-investiment.

Il-post(ijiet) tal-investiment.

3.

Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment:

Spejjeż ta’ investiment u spejjeż assoċjati oħrajn, analiżi tal-ispejjeż-benefiċċji għall-miżura ta’ għajnuna notifikata.

Spejjeż eliġibbli totali.

Ammont ta’ għajnuna meħtieġa biex jitwettaq l-investiment.

Intensità tal-għajnuna.

4.

Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:

Spjegazzjoni fil-qosor dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt tagħha fuq id-deċiżjoni ta’ investiment jew fuq id-deċiżjoni dwar il-post. Din trid tinkludi spjegazzjoni dwar l-investiment alternattiv jew dwar id-deċiżjoni dwar il-post jekk ma tingħatax l-għajnuna.

Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ftehim irriversibbli bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u l-kuntratturi li se jwettqu l-investiment.


(1)  Inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk l-investiment huwiex ambjentalment sostenibbli fis-sens tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE 2020/852, ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13-43 jew metodoloġiji komparabbli oħrajn.


ANNESS VIII

Informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136

L-informazzjoni dwar għotjiet individwali msemmija fil-paragrafu 136.2 tal-Linji Gwida trid tinkludi dan li ġej:

L-identità tal-benefiċjarju tal-għajnuna individwali (1):

l-isem

l-identifikatur tal-benefiċjarju tal-għajnuna

It-tip ta’ benefiċjarju tal-għajnuna fiż-żmien tal-applikazzjoni:

SME

intrapriża kbira

Ir-reġjun statistiku li fih jinsab il-benefiċjarju tal-għajnuna, fil-livell II jew anqas

Is-settur jew l-attività prinċipali tal-benefiċjarju tal-għajnuna għall-għajnuna partikolari, identifikat(a) mill-grupp NACE (kodiċi numeriku bi tliet ċifri) (2)

Element ta’ għajnuna espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali

Jekk differenti mill-element ta’ għajnuna, l-ammont nominali tal-għajnuna, espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali (3)

L-istrument tal-għajnuna (4):

għotja/sussidju tar-rata tal-imgħax/tħassir tad-dejn

self/self bil-quddiem li jitħallas lura/għotja rimborsabbli

garanzija

vantaġġ tat-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa

finanzjament ta’ riskju

oħrajn (ġentilment speċifika)

Id-data tal-għoti u d-data tal-pubblikazzjoni

L-għan tal-għajnuna

L-identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet awtorizzanti

Fejn applikabbli, l-isem tal-entità fdata, u l-ismijiet tal-intermedjarji finanzjarji magħżula

Referenza tal-miżura ta’ għajnuna (5)


(1)  Bl-eċċezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra f’każijiet ġustifikati kif dovut u soġġett għall-qbil tal-ESA (Ara l-Linji Gwida tal-ESA dwar is-Sigriet Professjonali fid-Deċiżjonijiet tal-Għajnuna mill-Istat (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 8.6.2006, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). Ir-Regolament huwa inkorporat fl-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2007 (ĠU L 266, 11.10.2007, p. 25, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 11.10.2007, p. 18).

(3)  Ekwivalenti ta’ għotja gross, jew fejn applikabbli, l-ammont tal-investiment. Għal għajnuna operatorja, jista’ jingħata l-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju tal-għajnuna. Għal skemi fiskali dan l-ammont jista’ jingħata skont il-meded stabbiliti fil-paragrafu 139. L-ammont li għandu jiġi ppubblikat huwa l-ogħla benefiċċju tat-taxxa permess u mhux l-ammont imnaqqas ta’ kull sena (pereż. fil-kuntest ta’ kreditu ta’ taxxa, irid jiġi ppubblikat l-ogħla kreditu ta’ taxxa permess aktar milli l-ammont effettiv, li jista’ jiddependi fuq id-dħul taxxabbli u li jista’ jvarja kull sena).

(4)  Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, irid jiġi speċifikat l-ammont tal-għajnuna għal kull strument.

(5)  Kif previst mill-ESA skont il-proċedura ta’ notifika msemmija fit-Taqsima 3.


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/121


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 293/21/COL

tas-16 ta’ Diċembru 2021

li temenda r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi jiġu introdotti Linji Gwida riveduti dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2022/1048]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (EFTA SURVEILLANCE AUTHORITY “ESA”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b),

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet indirizzati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-ESA tqis li jkun meħtieġ.

Fis-6 ta’ Diċembru 2021,il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal perjodu qasir, (“il-Linji Gwida”) (1)

Il-Linji Gwida huma wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea (“iż-ŻEE”).

Trid tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat fiż-ŻEE kollha kemm hi skont l-objettiv tal-omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Skont il-Paragrafu II tat-Taqsima Ġenerali tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-ESA, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, għandha tadotta atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Linji Gwida jistgħu jirreferu għal ċerti strumenti ta’ politika tal-Unjoni Ewropea u għal ċerti atti legali tal-Unjoni Ewropea li ma ġewx inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. Bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat u kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni fiż-ŻEE kollha, l-ESA ġeneralment tapplika l-istess punti ta’ referenza bħall-Kummissjoni Ewropea meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Ir-regoli sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat huma emendati bl-introduzzjoni ta’ Linji Gwida riveduti għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir. Il-Linji Gwida huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni u jagħmlu parti integrali minnha.

(2)   Il-Linji Gwida jieħdu post il-linji gwida eżistenti dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 2

L-ESA tapplika l-Linji Gwida bl-adattamenti li ġejjin fejn applikabbli, inkluż, iżda mhux limitat għal, dawn li ġejjin:

(a)

meta jkun hemm referenza għal “Stat Membru/Stati Membri”, l-ESA taqraha bħala referenza għal “Stat/Stati tal-EFTA” (3), jew fejn xieraq “Stat/Stati taż-ŻEE”;

(b)

meta jkun hemm referenza għall-“Kummissjoni Ewropea”, l-ESA taqraha bħala referenza għall-“Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(c)

meta jkun hemm referenza għat-“Trattat” jew it-“TFUE”, l-ESA taqraha bħala referenza għall-“Ftehim dwar iż-ŻEE”;

(d)

meta j kun hemm referenza għall-Artikolu 49 TFUE jew għat-taqsimiet ta’ dan l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għat-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(e)

meta jkun hemm referenza għall-Artikolu 63 TFUE jew għat-taqsimiet ta’ dan l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għat-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(f)

meta jkun hemm referenza għall-Artikolu 107 TFUE jew għat-taqsimiet ta’ dan l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 61 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għat-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(g)

meta jkun hemm referenza għall-Artikolu 108 TFUE jew taqsimiet ta’ dan l-Artikolu, l-ESA taqraha bħala referenza għall-Artikolu 1 tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u t-taqsimiet korrispondenti ta’ dak l-Artikolu;

(h)

meta jkun hemm referenza għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (4), l-ESA taqraha bħala referenza għall-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti;

(i)

meta jkun hemm referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (5), l-ESA taqraha bħala referenza għad-Deċiżjoni 195/04/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA;

(j)

meta jkun hemm referenza għall-kliem “(in-)kompatibbli mas-suq intern”, l-ESA taqrah bħala “(in-)kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE”;

(k)

meta jkun hemm referenza għall-kliem “fi (jew barra) l-Unjoni”, l-ESA taqrah bħala “fiż-ŻEE (jew barra minnha)”;

(l)

meta jkun hemm referenza għal “kummerċ intra-Unjoni”, l-ESA taqraha bħala referenza għal “kummerċ fiż-ŻEE”;

(m)

meta l-Linji Gwida jistabbilixxu li se jiġu applikati għas-“setturi kollha ta’ attività ekonomika”, l-ESA tapplikahom għas-“setturi kollha ta’ attività ekonomika jew partijiet ta’ setturi ta’ attività ekonomika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE”;

(n)

meta jkun hemm referenza għal Komunikazzjonijiet, Avviżi jew Linji Gwida tal-Kummissjoni, l-ESA taqraha bħala referenza għal-Linji Gwida korrispondenti tal-ESA.

Artikolu 3

L-ESA tapplika l-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli fl-Anness tal-Linji Gwida biż-żieda tal-Liechtenstein.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Bente ANGELL-HANSEN

Il-President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Högni KRISTJÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Stefan BARRIGA

Membru tal-Kulleġġ

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarju bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  C(2021) 8705 final (ĠU C 497, 10.12.2021, p. 5).

(2)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 54, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 71, 19.12.2013, p. 1, riadottat mid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 4/19/COL tas-6 ta’ Frar 2019 li temenda, għall-mitt darba u erbgħa, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-istat [2019/1008], ĠU L 163, 20.6.2019, p. 110, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 20.6.2019, p. 1, emendat mid-Deċiżjoni Nru 30/20/COL tal-1 ta’ April 2020 li temenda, għall-mija u sitt darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-istat billi jinbidel l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir [2020/982], ĠU L 220, 9.7.2020, p. 8, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 46, 9.7.2020, p. 1, id-Deċiżjoni Nru 90/20/COL tal-15 ta’ Lulju 2020 li temenda, għall-mija u s-seba’ darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, billi jkunu emendati u mtawla ċerti linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat [2020/1576], ĠU L 359, 29.10.2020, p. 16, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 68, 29.10.2020, p. 4, u d-Deċiżjoni Nru 12/21/COL tal-24 ta’ Frar 2021 li tieħu post l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir [2021/1238], ĠU L 271, 29.7.2021, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 50, 29.7.2021, p. 1.

(3)  L-“Istati tal-EFTA” jirreferu għall-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir

1.   Introduzzjoni

1.

Is-sussidji fuq l-esportazzjoni jistgħu jolqtu ħażin lill-kompetizzjoni fis-suq fost il-fornituri ta’ merkanzija u servizzi li potenzjalment jistgħu jkunu rivali. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tal-kompetizzjoni skont it-Trattat, dejjem ikkundannat bil-qawwa l-għajnuna għall-esportazzjoni mogħtija favur il-kummerċ intern tal-Unjoni u l-esportazzjoni barra mill-Unjoni. L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tiċċara l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-appoġġ tal-Istati Membri għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

2.

Il-Kummissjoni użat is-setgħa tagħha biex toħroġ gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir. L-għan tagħha kien li tindirizza d-distorsjonijiet attwali jew potenzjali fil-kompetizzjoni fis-suq intern, mhux biss bejn esportaturi fi Stati Membri differenti (fil-kummerċ fl-Unjoni u barra minnha), iżda wkoll bejn assiguraturi ta’ kreditu għall-esportazzjoni li joperaw fl-Unjoni. Fl-1997 il-Kummissjoni stipulat il-prinċipji għall-intervent mill-Istat fil-Komunikazzjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat KE li tapplika l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat lil assigurazzjoni ta’ esportazzjonijiet bi kreditu ta’ żmien qasir (1) (“il-Komunikazzjoni tal-1997”). Il-prinċipji tal-Komunikazzjoni tal-1997 kellhom jiġu applikati għal perjodu ta’ 5 snin mill-1 ta’ Jannar 1998. Sussegwentement il-Komunikazzjoni tal-1997 ġiet adattata u l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha ttawwal fl-2001 (2), fl-2004 (3), fl-2005 (4) u fl-2010 (5). Il-prinċipji tagħha kienu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2012.

3.

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Komunikazzjoni tal-1997, partikolarment matul il-kriżi finanzjarja bejn l-2009 u l-2011, tissuġġerixxi li l-politika tal-Kummissjoni f’dan il-qasam għandha tiġi riveduta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni ġdida lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir (6) (“il-Komunikazzjoni tal-2012”). Il-prinċipji tal-Komunikazzjoni tal-2012 kellhom, fuq prinċipju, jiġu applikati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2018. (7). L-Anness tal-Komunikazzjoni tal-2012 ġie adattat diversi drabi (8) sussegwentement u l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2012 ġie estiż fl-2018 (9) u fl-2020 (10). Issa tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2021.

4.

Fl-2019 il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2012 bħala parti mill-Kontroll tal-Idoneità tal-pakkett ta’ modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, il-linji gwida dwar il-ferroviji u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir. (11). Ir-riżultati tal-evalwazzjoni wrew li, fil-prinċipju, ir-regoli jaħdmu sew, iżda jeħtieġu xi titjib minuri biex jirriflettu l-iżviluppi tas-suq. Għaldaqstant, din il-Komunikazzjoni fiha biss ftit aġġustamenti tekniċi filwaqt li żżomm il-prinċipji li ġew stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-2012.

5.

Ir-regoli stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni se jgħinu biex jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tfixkilx il-kompetizzjoni fost l-assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni privati u pubbliċi — jew għal dawk appoġġjati pubblikament. Ir-regoli se jgħinu wkoll biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fost l-esportaturi.

6.

Din il-Komunikazzjoni tagħti lill-Istati Membri gwida aktar dettaljata dwar il-prinċipji li fuqhom il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tibbaża l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat u l-applikazzjoni tagħhom għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir. Din il-Komunikazzjoni jenħtieġ li tagħmel il-politika tal-Kummissjoni f’dan il-qasam trasparenti kemm jista’ jkun u tiżgura li jkun hemm prevedibbiltà u trattament ugwali. Għal dak il-għan, tistabbilixxi sett ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti meta l-assiguraturi mill-Istat ikunu jixtiequ jidħlu fis-suq tal-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu fuq perjodu qasir f’dak li jirrigwarda r-riskji kummerċjabbli.

7.

Riskji li fil-prinċipju mhumiex kummerċjabbli jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din il-Komunikazzjoni.

8.

It-Taqsima 2 tiddeskrivi l-ambitu ta’ din il-Komunikazzjoni u tistabbilixxi d-definizzjonijiet użati fiha. It-Taqsima 3 tittratta l-applikabbiltà tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u l-projbizzjoni ġenerali fuq l-għajnuna mill-Istat favur l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni ta’ riskji kummerċjabbli. Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4 tipprevedi xi eċċezzjonijiet mill-ambitu tar-riskji kummerċjabbli u tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ mill-Istat għall-assigurazzjoni ta’ riskji temporanjament mhux kummerċjabbli jista’ jkun kompatibbli mas-suq intern.

2.   L-ambitu tal-komunikazzjoni u d-definizzjonijiet

2.1.   Ambitu

9.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni biss fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni li jkollha perjodu ta’ riskju ta’ anqas minn sentejn. L-istrumenti finanzjarji l-oħrajn kollha tal-esportazzjoni huma esklużi mill-ambitu ta’ din il-Komunikazzjoni.

2.2.   Definizzjonijiet

10.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni” tfisser prodott tal-assigurazzjoni fejn l-assiguratur jipprovdi assigurazzjoni kontra riskju kummerċjali jew politiku, jew kontra t-tnejn li huma, relatat mal-obbligi ta’ ħlas fi tranżazzjoni ta’ esportazzjoni;

(2)

“assiguratur ta’ kreditu privat” tfisser kumpanija jew organizzazzjoni li ma tkunx assiguratur tal-Istat li tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni;

(3)

“assiguratur tal-Istat” tfisser kumpanija jew organizzazzjoni oħra li tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni bl-appoġġ ta’ Stat Membru jew f’ismu, jew Stat Membru li jipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni;

(4)

“riskji kummerċjali” tfisser ir-riskji kummerċjali u politiċi, jew it-tnejn li huma, b’perjodu massimu ta’ riskju ta’ anqas minn sentejn, fuq xerrejja pubbliċi u mhux pubbliċi fil-pajjiżi elenkati fl-Anness; ir-riskji l-oħra kollha jitqiesu bħala mhux kummerċjabbli għall-finijiet ta’ din il-Komunikazzjoni.

(5)

“riskji kummerċjali” jinkludu b’mod partikolari r-riskji li ġejjin:

(a)

repudjazzjoni arbitrarja ta’ kuntratt minn xerrej, jiġifieri kwalunkwe deċiżjoni arbitrarja li ssir minn xerrej mhux pubbliku biex jinterrompi jew jittermina l-kuntratt mingħajr raġuni leġittima;

(b)

ir-rifjut arbitrarju minn xerrej mhux pubbliku biex jaċċetta l-oġġetti koperti bil-kuntratt mingħajr raġuni leġittima;

(c)

l-insolvenza ta’ xerrej mhux pubbliku u l-garanti tiegħu;

(d)

Inadempjenza mtawla, jiġifieri n-nuqqas ta’ ħlas minn xerrej mhux pubbliku jew minn garanti ta’ debitu li jirriżulta mill-kuntratt;

(6)

“riskji politiċi” jinkludu b’mod partikolari r-riskji li ġejjin:

(a)

ir-riskju li xerrej pubbliku jew pajjiż ma jippermettix l-għeluq ta’ tranżazzjoni jew ma jħallasx fil-ħin;

(b)

riskju li huwa lil hinn mill-ambitu ta’ xerrej individwali jew li jaqa’ lil hinn mir-responsabbiltà ta’ xerrej individwali;

(c)

ir-riskju li pajjiż jonqos milli jittrasferixxi lejn il-pajjiż tal-assigurat il-flus mħallsa minn xerrejja domiċiljati f’dak il-pajjiż;

(d)

ir-riskju li każ ta’ forza maġġuri jseħħ barra mill-pajjiż tal-assiguratur, li jista’ jinkludi avvenimenti bħalma hi gwerra, sakemm l-effetti tagħhom ma jkunux assigurati mod ieħor.

(7)

“perjodu ta’ riskju” tfisser il-perjodu ta’ manifattura flimkien mal-perjodu tal-kreditu;

(8)

“perjodu ta’ manifattura” tfisser il-perjodu bejn id-data ta’ ordni u l-konsenja tal-merkanzija jew tas-servizzi;

(9)

“perjodu ta’ kreditu” tfisser il-perjodu ta’ żmien li jkollu x-xerrej biex iħallas għall-merkanzija u s-servizzi fornuti bi tranżazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni;

(10)

“kopertura ta’ riskju wieħed” tfisser kopertura għall-bejgħ kollu li jsir lil xerrej wieħed jew għal kuntratt wieħed b’xerrej wieħed;

(11)

“riassigurazzjoni” tfisser assigurazzjoni li titħallas minn assiguratur favur assiguratur ieħor biex jiġi ġestit ir-riskju billi jitbaxxa r-riskju tiegħu stess;

(12)

“koassigurazzjoni” tfisser il-perċentwal ta’ kull telf assigurat li mhuwiex indennizzat mill-assiguratur iżda li jiġġarrab minn assiguratur ieħor;

(13)

“sehem tal-kwota” tfisser riassigurazzjoni li teħtieġ li l-assiguratur jittrasferixxi, u li r-riassiguratur jaċċetta, perċentwali partikolari ta’ kull riskju f’kategorija definita ta’ negozju li fir-rigward tagħha jkun tħallas primjum lill-assiguratur;

(14)

“kopertura supplimentari” tfisser kopertura addizzjonali fir-rigward ta’ limitu ta’ kreditu stabbilit minn assiguratur ieħor;

(15)

“politika sħiħa tal-bejgħ” tfisser il-polza tal-assigurazzjoni ta’ kreditu minbarra kopertura unika ta’ riskju; jiġifieri polza ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu li tkopri l-bejgħ kollu tal-assigurat li jsir bil-kreditu jew il-biċċa l-kbira tiegħu, kif ukoll il-krediti dovuti minn bejgħ lil għadd ta’ xerrejja differenti.

3.   L-applikabbiltà tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat

3.1.   Prinċipji ġenerali

11.

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jistipula li “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

12.

Jekk l-assiguraturi tal-Istat jipprovdu assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, tali assigurazzjoni tinvolvi riżorsi tal-Istat. L-involviment tal-Istat jista’ jagħti l-assiguraturi jew lill-esportaturi vantaġġ selettiv u għalhekk jista’ joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-prinċipji stabbiliti fit-Taqsimiet 3.2, 3.3 u t-Taqsima 4 huma mfassla biex jipprovdu gwida dwar kif tali miżuri se jiġu vvalutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

3.2.   Għajnuna għal assiguraturi

13.

Jekk l-assiguraturi mill-Istat ikollhom ċerti vantaġġi meta mqabbla ma’ assiguraturi tal-kreditu privati, jista’ jkun li tkun involuta l-għajnuna mill-Istat. Il-vantaġġi jistgħu jieħdu suriet differenti, u jistgħu jinkludu, pereżempju:

(a)

garanziji Statali għas-self u t-telf;

(b)

eżenzjoni mir-rekwiżit li jikkostitwixxu riżervi adegwati u r-rekwiżiti l-oħra li jirriżultaw mill-esklużjoni ta’ operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni f’isem l-Istat jew garantiti minnu mid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(c)

ħelsien jew eżenzjoni minn taxxi li normalment għandhom jitħallsu (bħal taxxi tal-kumpanija u taxxi imposti fuq poloz tal-assigurazzjoni),

(d)

għoti ta’ għajnuna jew ta’ kapital mill-Istat jew forom oħrajn ta’ ffinanzjar li ma jkunux konformi mal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq;

(e)

għoti mill-Istat ta’ servizzi in natura, bħal aċċess għall-infrastruttura tal-Istat u l-użu tagħha, faċilitajiet jew informazzjoni privileġġata, b’kundizzjonijiet li ma jirriflettux il-valur tagħhom fis-suq;

(f)

riassigurazzjoni diretta mill-Istat jew garanzija ta’ riassigurazzjoni diretta mill-Istat b’kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk disponibbli fis-suq tar-riassigurazzjoni privata, li jwasslu biex ikun hemm prezzijiet eċċessivament baxxi għall-polza tar-riassigurazzjoni jew biex tinħoloq artifiċjalment kapaċità li ma tkunx disponibbli fis-suq privat.

3.3.   Projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-kreditu għall-esportazzjoni

14.

Il-vantaġġi għal assiguraturi tal-Istat elenkati fil-punt 13 fir-rigward ta’ riskji kummerċjabbli jaffettwaw il-kummerċ intra-Unjoni f’servizzi tal-assigurazzjoni tal-kreditu. Huma jwasslu biex ikun hemm varjazzjonijiet fil-kopertura ta’ assigurazzjoni disponibbli fi Stati Membri differenti fir-rigward tar-riskji kummerċjabbli. Dan joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-assiguraturi fi Stati Membri differenti u għandu effetti sekondarji fuq il-kummerċ fl-Unjoni irrispettivament minn jekk jinvolvix esportazzjoni fl-Unjoni stess jew esportazzjoni barra l-Unjoni. (13). Għal dawk ir-raġunijiet, jekk l-assiguraturi tal-Istat ikollhom dawn il-vantaġġi meta mqabbla ma’ assiguraturi tal-kreditu privati, jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jassiguraw riskji kummerċjabbli. Huwa meħtieġ li jiġu deċiżi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-assiguraturi tal-Istat jistgħu joperaw biex jiżguraw li ma jibbenefikawx mill-għajnuna tal-Istat.

15.

Il-vantaġġi għall-assiguraturi tal-Istat xi drabi jistgħu wkoll jiġu mgħoddija fuq l-esportaturi, għall-anqas parzjalment. Tali vantaġġi jistgħu jkunu ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u l-kummerċ u jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Madankollu, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu fir-rigward ta’ riskji kummerċjabbli, kif stipulat fit-Taqsima 4.3 ta’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-ebda vantaġġ żejjed ma jkun ingħata lill-esportaturi.

4.   Il-kundizzjonijiet li jipprovdu assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal riskji temporanjament mhux kummerċjabbli

4.1.   Prinċipji ġenerali

16.

Kif mistqarr fil-punt 14, jekk l-assiguraturi tal-Istat għandhom xi vantaġġi meta mqabbla ma’ assiguraturi tal-kreditu privati, kif deskritt fil-punt 13, ma jridux jiġu assigurati riskji kummerċjabbli. Jekk l-assiguraturi tal-Istat jew is-sussidjarji tagħhom jixtiequ jassiguraw riskji kummerċjabbli, għandu jkun assigurat li meta jagħmlu hekk, dawn ma jkunux direttament jew indirettament jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat. Għal dak il-għan, irid ikollhom ċertu ammont ta’ fondi proprji (marġni ta’ solvenza, inkluż fond ta’ garanzija) u dispożizzjonijiet tekniċi (riserva ta’ ekwalizzazzjoni) u għandhom ikunu kisbu l-awtorizzazzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 2009/138/KE. Iridu wkoll għall-inqas iżommu kont separat għall-amministrazzjoni u kontijiet separati għal assigurazzjoni tagħhom ta’ riskji kummerċjabbli u riskji mhux kummerċjabbli bl-appoġġ ta’ Stat jew f’ismu, li juru li huma ma jirċevux għajnuna mill-Istat għall-assigurazzjoni tagħhom ta’ riskji kummerċjabbli. Il-kontijiet għal kummerċ assigurat f’isem l-assiguratur proprju jenħtieġ li jkunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE (14).

17.

Stati Membri li jipprovdu kopertura ta’ riassigurazzjoni lil assiguratur li jipprovdi assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu permezz ta’ parteċipazzjoni jew involviment fi kuntratti ta’ riassigurazzjoni fis-settur privat li jkopru kemm ir-riskji kummerċjabbli kif ukoll ir-riskji mhux kummerċjabbli għandhom ikunu f’pożizzjoni li jagħtu prova li l-arranġamenti ma jinvolvux l-għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-punt 13(f).

18.

L-assiguraturi tal-Istat jistgħu jipprovdu assigurazzjoni għall-esportazzjonijiet bi kreditu fir-rigward ta’ riskji li temporanjament ma jkunux kummerċjabbli, sakemm dan ikun suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 ta’ din il-Komunikazzjoni.

4.2.   Eċċezzjonijiet għad-definizzjoni ta’ riskji kummerċjabbli: riskji li temporanjament ma jkunux kummerċjabbli

19.

Minkejja d-definizzjoni ta’ riskji kummerċjabbli, ċerti riskji kummerċjali jew politiċi li jġarrbu x-xerrejja stabbiliti fil-pajjiżi elenkati fl-Anness jitqiesu li temporanjament ma jkunux kummerċjabbli fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li temporanjament tneħħi pajjiż jew aktar pajjiżi mil-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli fl-Anness, kif deskritt fit-Taqsima 5.2, minħabba li l-kapaċità tas-suq privat tal-assigurazzjoni ma tkunx biżżejjed biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli fil-pajjiż jew pajjiżi kkonċernati;

(b)

fejn il-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet notifika minn Stat Membru kif imsemmi fit-Taqsima 5.3 ta’ din il-Komunikazzjoni, tiddeċiedi li r-riskji mġarrba minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (15), b’fatturat totali annwali mill-esportazzjoni li ma jaqbiżx EUR 2,5 miljun, ikunu temporanjament mhux kummerċjabbli għall-esportaturi fl-Istat Membru notifikanti;

(c)

fejn il-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet notifika minn Stat Membru kif imsemmi fit-Taqsima 5.3 ta’ din il-Komunikazzjoni, tiddeċiedi li kopertura ta’ riskju wieħed tkopri perjodu ta’ mill-inqas 181 jum u inqas minn sentejn hija temporanjament mhux kummerċjabbli għal esportaturi fl-Istat Membru li jinnotifika;

(d)

fejn il-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet notifika minn Stat Membru kif imsemmi fit-Taqsima 5.4 ta’ din il-Komunikazzjoni, tiddeċiedi li minħabba nuqqas ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu, ċerti riskji huma temporanjament mhux kummerċjabbli għal esportaturi fl-Istat Membru li jinnotifika.

20.

Sabiex jiġu minimizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, ir-riskji kkunsidrati bħala temporanji mhux kummerċjabbli speċifikati fil-punt 19 jistgħu jkunu koperti minn assiguraturi tal-Istat, sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4.3.

4.3.   Il-kundizzjonijiet biex tiġi pprovduta kopertura għal riskji temporanjament mhux kummerċjabbli

4.3.1.   Il-kwalità tal-kopertura

21.

Il-kwalità tal-kopertura offruta minn assiguraturi tal-Istat għandha tkun konsistenti mal-istandards tas-suq. B’mod partikolari, jistgħu jkunu koperti biss ir-riskji ekonomikament ġustifikati, jiġifieri riskji li huma aċċettabbli fuq il-bażi ta’ prinċipji ta’ sottoskrizzjoni sodi. Il-perċentwal massimu ta’ kopertura għandu jkun 95 % għal riskji kummerċjali u riskji politiċi u l-perjodu ta’ stennija tal-klejms għandu jkun minimu ta’ 90 jum.

4.3.2.   Il-prinċipji ta’ sottoskrizzjoni

22.

Fil-valutazzjoni tar-riskji, dejjem għandhom jiġu applikati prinċipji sodi ta’ sottoskrizzjoni. Għaldaqstant, ir-riskju ta’ tranżazzjonijiet finanzjament mhux sodi ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kopertura permezz tal-iskemi appoġġati pubblikament. Fir-rigward ta’ prinċipji bħal dawn, il-kriterji għall-aċċettazzjoni tar-riskji għandhom ikunu espliċiti. Jekk tkun diġà teżisti relazzjoni kummerċjali, l-esportaturi għandu jkollhom esperjenza pożittiva ta’ skambju jew ħlas, jew tat-tnejn li huma. Jeħtieġ li x-xerrejja jkollhom rekord nadif tal-klejms, il-probabbiltà ta’ inadempjenza tax-xerrejja għandha tkun aċċettabbli u l-gradazzjonijiet finanzjarji interni jew esterni tagħhom jeħtieġ ukoll li jkunu aċċettabbli.

4.3.3.   Ipprezzar adegwat

23.

It-teħid ta’ riskju fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għandu jkun ikkumpensat permezz ta’ primjum xieraq. Biex jiġi minimizzat l-effett li jinqalgħu barra assiguraturi tal-kreditu privati, il-medja ta’ primjums taħt skemi appoġġati pubblikament għandha tkun ogħla mill-medja tal-primjums mitluba minn assiguraturi ta’ kreditu privati għal riskji simili. Dan ir-rekwiżit jiżgura li l-interventi mill-Istat jitneħħew gradwalment, minħabba li l-primjum ogħla se jiżgura li l-esportaturi jerġgħu lura għall-assiguraturi privati malli l-kundizzjonijiet tas-suq jippermettulhom u r-riskju jsir kummerċjabbli mill-ġdid.

24.

L-ipprezzar jitqies adegwat jekk jintalab il-ħlas tal-primjum minimu annwali (16) (“il-primjum fil-limitu tal-eżenzjoni”) għall-kategorija rilevanti ta’ riskju tax-xerrejja (17) kif stipulat fit-tabella li ġejja. Il-primjum fil-limitu ta’ eżenzjoni japplika sakemm l-Istati Membri jipprovdu evidenza li dawk ir-rati mhumiex xierqa għal każ inkwistjoni. Għal politika sħiħa tal-bejgħ, il-kategorija tar-riskju għandha tikkorrispondi mal-medja tar-riskju tax-xerrejja koperti mill-polza.

Kategorija tar-riskju

Il-primjum annwali minimu tar-riskju  (18) (% tal-volum assigurat)

Eċċellenti (19)

0,2 –0,4

Tajba (20)

0,41 –0,9

Sodisfaċenti (21)

0,91 –2,3

Dgħajfa (22)

2,31 –4,5

25.

Fir-rigward tal-koassigurazzjoni, is-sehem tal-kwota u l-kopertura supplementari, l-ipprezzar jitqies adegwat biss jekk il-primjum mitlub ikun mill-anqas 30 % ogħla mill-primjum għall-kopertura (oriġinali) provduta minn assiguratur ta’ kreditu privat.

26.

Għandha tiżdied miżata ta’ amministrazzjoni mal-primjum tar-riskju, irrispettivament mit-tul ta’ żmien tal-kuntratt, sabiex il-prezz jitqies xieraq.

4.3.4.   Trasparenza u rappurtar

27.

L-Istati Membri jridu jippubblikaw l-iskemi stabbiliti għar-riskji li jitqiesu temporanjament mhux kummerċjabbli skont il-punt 19 fuq is-it web tal-assiguraturi tal-Istat, fejn jispeċifikaw il-kundizzjonijiet kollha applikabbli.

28.

Huma jridu jressqu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar riskji li jitqiesu temporanjament mhux kummerċjabbli skont il-punt 19 u li huma koperti mill-assiguraturi tal-Istat. Huma għandhom jagħmlu dan sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena wara l-intervent.

29.

Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja għal kull skema:

(a)

l-ammont totali tal-limiti ta’ kreditu mogħtija;

(b)

il-fatturat assigurat;

(c)

il-primjums mitluba;

(d)

il-pretensjonijiet irreġistrati u mħallsa;

(e)

l-ammonti rkuprati;

(f)

il-kosti amministrattivi tal-iskema.

30.

L-informazzjoni għandha tingħata f’format ta’ spreadsheet tad-data, li jippermetti li d-data tiġi mfittxa, estratta u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-rapporti fuq is-siti web tal-assiguraturi tal-Istat.

5.   Regoli Proċedurali

5.1.   Prinċipji ġenerali

31.

Ir-riskji speċifikati fil-punt 19(a) jistgħu jiġu koperti minn assiguraturi tal-Istat, billi jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4.3. Il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tiġi nnotifikata f’każijiet bħal dawn.

32.

Ir-riskji speċifikati fil-punti 19(b), (c) u (d) jistgħu jiġu koperti minn assiguraturi tal-Istat, billi jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4.3 u wara li jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni u approvati minnha.

33.

In-nuqqas li tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 4.3 ma jfissirx li l-assigurazzjoni jew l-iskema ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni tkun awtomatikament ipprojbita. Jekk Stat Membru jkun jixtieq imur lil hinn minn kwalunkwe kundizzjoni stabbilita fit-Taqsima 4.3 jew jekk ikun hemm xi dubju dwar jekk skema ppjanata ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’din il-Komunikazzjoni, partikolarment it-Taqsima 4, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-iskema lill-Kummissjoni.

34.

L-analiżi skont ir-regoli ta’ għajnuna mill-Istat ma tiġġudikax minn qabel jekk miżura partikolari tkunx kompatibbli ma’ dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat.

5.2.   Modifika tal-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli

35.

Meta tkun qed tiddetermina jekk in-nuqqas ta’ kapaċità privata suffiċjenti jiġġustifikax it-tneħħija temporanja ta’ pajjiż minn fuq lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli, kif stabbilit fil-punt 19(a), il-Kummissjoni se tqis dawn il-fatturi, f’ordni ta’ prijorità:

(a)

in-nuqqas ta’ kapaċità privata għall-assigurazzjoni ta’ kreditu: b’mod partikolari, id-deċiżjoni ta’ assiguratur ta’ kreditu ewlieni biex ma jkoprix riskji marbuta ma’ xerrejja fil-pajjiż ikkonċernat, tnaqqis sinifikanti fl-ammonti totali assigurati jew tnaqqis sinifikanti fil-proporzjon ta’ aċċettazzjoni tal-pajjiż kkonċernat f’perjodu ta’ sitt xhur;

(b)

deterjorazzjoni fil-klassifikazzjoni sovrana tas-settur: b’mod partikolari, bidliet għal għarrieda fil-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu f’perjodu ta’ sitt xhur, pereżempju minħabba diversi twaqqigħ mill-aġenziji indipendenti tal-klassifikazzjoni, jew żieda kbira fis-swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu;

(c)

deterjorazzjoni tal-prestazzjoni tas-settur korporattiv: b’mod partikolari, żieda qawwija ta’ insolvenzi fil-pajjiż ikkonċernat għal perjodu ta’ sitt xhur.

36.

Meta l-kapaċità tas-suq ma tkunx biżżejjed biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli fl-Anness fuq talba bil-miktub ta’ mill-inqas tliet Stati Membri jew fuq inizjattiva tagħha stess.

37.

Jekk l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb timmodifika l-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli, hija tikkonsulta u tfittex li tikseb informazzjoni mingħand l-Istati Membri, assiguraturi privati u partijiet interessati. Il-konsultazzjoni u t-tip ta’ informazzjoni mitluba titħabbar fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni normalment mhux se jkun itwal minn 20 jum ta’ xogħol. Fejn, abbażi tal-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni tiddeċiedi li timmodifika l-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli, hija tħabbar dik id-deċiżjoni fuq is-sit web tagħha.

38.

Fi prinċipju, it-tneħħija temporanja ta’ pajjiż mil-lista ta’ pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli tkun valida għal mhux inqas minn 12-il xahar. Poloz tal-assigurazzjoni relatati mal-pajjiż li jkun tneħħa temporanjament li jkunu ġew iffirmati matul dak il-perjodu jistgħu jkunu validi għal mhux iktar minn 180 jum wara d-data li fiha it-tneħħija temporanja ma tibqax valida. Polzi ġodda tal-assigurazzjoni ma jistgħux jiġu ffirmati wara dik id-data. Tliet xhur qabel tiskadi t-tneħħija temporanja, il-Kummissjoni tikkunsidra jekk ittawwalx il-perjodu ta’ tneħħija tal-pajjiż kkonċernat minn fuq il-lista. Jekk, meta tqis il-fatturi stipulati fil-punt 35, il-Kummissjoni tiddetermina li għad m’hemmx biżżejjed kapaċità tas-suq biex tkopri r-riskji ekonomikament ġustifikabbli kollha, tista’ testendi t-tneħħija temporanja tal-pajjiż mil-lista, skont il-punt 37.

5.3.   Obbligu ta’ notifika għar-riskji temporanjament mhux kummerċjabbli msemmija fil-punti 19 (b) u (c)

39.

L-evidenza disponibbli bħalissa għall-Kummissjoni tissuġġerixxi li hemm nuqqas fis-suq fir-rirward tar-riskji speċifiċi fil-punt 19(b) u (c) u li dawk ir-riskji huma għalhekk mhux kummerċjabbli. Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu, li mhux f’kull Stat Membru hemm nuqqas ta’ kopertura u li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel maż-żmien, minħabba li s-settur privat jista’ jinteressa ruħu f’dan is-settur tas-suq. L-intervent mill-Istat jenħtieġ li jkun permess biss fir-rigward ta’ riskji li s-suq kieku ma jkoprix.

40.

Għal dawk ir-raġunijiet, meta Stat Membru jkun jixtieq ikopri r-riskji speċifikati fil-punti 19(b) jew (c) ta’ din il-Komunikazzjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat u fin-notifika tiegħu juri li kkuntattja lill-assiguraturi ta’ kreditu u lis-sensara finanzjarji ewlenin f’dak l-Istat Membru (23) u li tahom l-opportunità li jipprovdu evidenza li l-koperta għar-riskji ikkonċernati hija disponibbli fil-pajjiż. Jekk l-assiguraturi jew is-sensara ta’ kreditu kkonċernati u s-sensara ma jagħtux lill-Istat Membru jew lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ kopertura u l-kwantità diġà assigurati tat-tip ta’ riskji li l-Istat Membru jrid ikopri fi żmien 30 jum minn meta jirċievu t-talba mingħand l-Istat Membru, jew jekk l-informazzjoni pprovduta ma turix li kopertura għar-riskji ikkonċernati hija disponibbli fil-pajjiż, il-Kummissjoni tqis ir-riskji temporanjament mhux kummerċjabbli.

5.4.   L-obbligu ta’ notifika f’każijiet oħrajn

41.

Fir-rigward tar-riskji speċifikati fil-punt 19(d), jeħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat juri, fin-notifika tiegħu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, li f’dak l-Istat Membru partikolari m’hemmx disponibbli kopertura għall-esportaturi minħabba xokk fil-provvista fis-suq tal-assigurazzjoni privata, b’mod partikolari minħabba l-irtirar ta’ assiguratur ta’ kreditu prinċipali mill-Istat Membru kkonċernat, kapaċità mnaqqsa jew firxa limitata ta’ prodotti meta mqabbel ma’ Stati Membri oħrajn.

6.   Id-data tal-applikazzjoni u d-durata

42.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2022, ħlief għal-lista tal-pajjiżi fl-Anness li se tiġi applikata mill-1 ta’ April 2022. Sal-31 ta’ Marzu 2022 il-Kummissjoni se tqis ir-riskji kummerċjali u politiċi kollha assoċjati mal-pajjiżi kollha temporanjament mhux kummerċjabbli f’konformità mal-eżenzjoni temporanja speċifikata fil-punt 33 tal-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex tiġi appoġġata l-ekonomija fit-tifqigħa attwali tal-COVID-19 (24) u fil-punt 62 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C (2021) 8442 dwar it-6 Emenda tal-Qafas Temporanju. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tadatta din il-Komunikazzjoni fi kwalunkwe ħin jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet assoċjati mal-politika tal-kompetizzjoni jew biex tqis politiki oħra tal-Unjoni u impenji internazzjonali.

(1)  ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4.

(2)  ĠU C 217, 2.8.2001, p. 2.

(3)  ĠU C 307, 11.12.2004, p. 12.

(4)  ĠU C 325, 22.12.2005, p. 22.

(5)  ĠU C 329, 7.12.2010, p. 6.

(6)  ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1.

(7)  Il-punt 18(a) u t-Taqsima 5.2 tal-Komunikazzjoni tal-2012 kellhom jiġu applikati mid-data tal-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2012.

(8)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 6; ĠU C 372, 19.12.2013, p. 1; ĠU C 28, 28.1.2015, p. 1; ĠU C 215, 1.7.2015, p. 1; ĠU C 244, 5.7.2016, p. 1; ĠU C 206, 30.6.2017, p. 1; ĠU C 225, 28.6.2018, p. 1; ĠU C 457, 19.12.2018, p. 9; ĠU C 401, 27.11.2019, p. 3; ĠU C 101I, 28.3.2020, p. 1; ĠU C 340I, 13.10.2020, p. 1; ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6.

(9)  ĠU C 457, 19.12.2018, p. 9.

(10)  ĠU C 224, 8.7.2020, p. 2.

(11)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Fitness check of the 2012 State aid modernisation package, railways guidelines and short-term export credit insurance, 30.10.2020, SWD (2020) 257 final.

(12)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(13)  Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-142/87 ir-Renju tal-Belġju vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti qalet li mhux biss l-għajnuna għall-esportazzjoni fl-Unjoni nnifisha, iżda anki l-għajnuna għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni tista’ tinfluwenza l-kompetizzjoni u l-kummerċ fl-Unjoni. Iż-żewġ tipi ta’ operazzjonijiet huma assigurati minn assiguraturi ta’ esportazzjoni bi kreditu u għalhekk l-għajnuna fir-rigward tat-tnejn tista’ jkollha effetti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ fl-Unjoni.

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7).

(15)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(16)  Għal kull kategorija tar-riskju rilevanti, il-firxa tal-primjum tar-riskju fil-limitu ta’ eżenzjoni ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ Swap ta’ Inadempjenza tal-Kreditu fuq sena (CDS), ibbażata fuq klassifikazzjoni komposta li tinkludi l-gradazzjoni tat-tliet aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ewlenin (Standard & Poor, Moody’s u Fitch), għall-aħħar ħames snin (2007–11), bis-suppożizzjoni li l-proporzjonijiet tat-telf medju għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir jkunu ta’ 40 %. Sussegwentement il-firxiet ta’ primjums saru kontinwi biex jilqgħu aħjar il-fatt li l-primjums tar-riskju ma jibqgħux kostanti maż-żmien.

(17)  Il-kategoriji ta’ riskju tax-xerrejja huma bbażati fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu. Madankollu, il-klassifikazzjonijiet mhux bilfors li jinkisbu mingħand aġenziji ta’ klassifikazzjoni speċifiċi. Is-sistemi nazzjonali ta’ klassifikazzjoni jew is-sistemi ta’ klassifikazzjoni użati mill-banek huma aċċettabbli wkoll. Fil-każ ta’ ditti mingħajr klassifikazzjoni pubblika, tista’ tiġi applikata klassifikazzjoni bbażata fuq informazzjoni verifikabbli.

(18)  Il-limitu ta’ eżenzjoni għal kuntratt tal-assigurazzjoni ta’ 30 jum jista’ jinkiseb billi l-firxa tkun diviża bi 12.

(19)  Il-kategorija ta’ riskju eċċellenti tinkludi riskji ekwivalenti għal AAA, AA +, AA, AA-, A+, A, A- fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Standard & Poor’s.

(20)  Il-kategorija ta’ riskju tajjeb tinkludi riskji ekwivalenti għal BBB+, BBB jew BBB– fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Standard & Poor’s.

(21)  Il-kategorija ta’ riskju sodisfaċenti tinkludi riskji ekwivalenti għal BB+, BB jew BB– fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Standard & Poor’s.

(22)  Il-kategorija ta’ riskju dgħajjef tinkludi riskji ekwivalenti għal B+, B jew B– fil-gradazzjoni tal-kreditu ta’ Standard & Poor’s.

(23)  L-assiguraturi ta’ kreditu u s-sensara finanzjarji kkuntattjati għandhom ikunu rappreżentattivi f’termini tal-prodotti offruti (pereżempju, fornituri speċjalizzati għal riskji waħdenin) u d-daqs tas-suq li jkopru (pereżempju, li flimkien jirrappreżentaw sehem minimu ta’ 50 % tas-suq)..

(24)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it tifqigħa preżenti tal-COVID-19”, C (2020) 1863 finali, 19.3.2020 (ĠU C 91, I, 20.3.2020, p. 1), kif emendata mill-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C (2020) 2215 (ĠU C 112, I, 4.4.2020, p. 1), C (2020) 3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 3), C (2020) 4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3), C (2020) 7127 (ĠU C 340, I, 13.10.2020, p. 1), C (2021) 564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6) u C (2021) 8442 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1). Il-punti 24 sa 27 u 62 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C (2021) 8442 dwar is-6 Emenda għall-Qafas Temporanju jipprovdu aktar informazzjoni dwar l-eżenzjoni temporanja.


ANNESS

Lista ta’ Pajjiżi ta’ Riskju Kummerċjabbli

Il-Belġju

Ċipru

Is-Slovakkja

Il-Bulgarija

Il-Latvja

Il-Finlandja

Iċ-Ċekja

Il-Litwanja

L-Iżvezja

Id-Danimarka

Il-Lussemburgu

L-Awstralja

Il-Ġermanja

L-Ungerija

Il-Kanada

L-Estonja

Malta

L-Iżlanda

L-Irlanda

In-Netherlands

Il-Ġappun

Il-Greċja

L-Awstrija

New Zealand

Spanja

Il-Polonja

In-Norveġja

Franza

Il-Portugall

L-Iżvizzera

Il-Kroazja

Ir-Rumanija

Ir-Renju Unit

L-Italja

Is-Slovenja

L-Istati Uniti tal-Amerka


Rettifika

30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/133


Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 12 tas-17 ta’ Jannar 2015 )

Fir-Regolament ta’ Delega kollu:

minflok:

“Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza”,

aqra:

“Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku”.

Fir-Regolament ta’ Delega kollu:

minflok:

“BSCR”,

aqra:

“RKSB”.

F’paġna 1, it-titolu:

minflok:

“Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)”,

aqra:

“Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II)”.

F’paġna 2, fil-werrej:

minflok:

“SUBTAQSIMA 5 Kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvenza”,

aqra:

“SUBTAQSIMA 5 Kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza bażiku”.

F’paġna 25, fl-Artikolu 7, it-titolu:

minflok:

Suppożizzjonijiet ta’ valutazzjoni”,

aqra:

Suppożizzjonijiet tal-valwazzjoni”.

F’paġna 135, fl-Artikolu 206(1), il-punt (b):

minflok:

“(b)

nBSCR tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza kif imemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;”,

aqra:

“(b)

nRKSB tirrappreżenta n-nett tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;”.

F’paġna 135, fl-Artikolu 206(2), is-sentenza introduttorja:

minflok:

“Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 1, Subtaqsima 1 sa 7 tal-Kapitolu V bil-modifiki li ġejjin kollha:”,

aqra:

“In-nett tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 1, Subtaqsima 1 sa 7 tal-Kapitolu V bil-modifiki li ġejjin kollha:”.

F’paġna 141, fl-Artikolu 217(5), il-punt (b):

minflok:

“(b)

meta l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 jirriżulta fi tnaqqis fil-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced, il-bidla stmata f’dawk il-fondi proprji bażiċi għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza, kif imsemmi fl-Artikolu 206(2), tiġi aġġustata biex tirrifletti t-tnaqqis fil-benefiċċji diskrezzjonali futuri pagabbli lid-detenturi ta’ poloz jew benefiċjarji ta’ dak il-fond ring-fenced; l-aġġustament ma jaqbiżx l-ammont ta’ benefiċċji diskrezzjonali futuri fil-fond ring-fenced.”,

aqra:

“(b)

meta l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 jirriżulta fi tnaqqis fil-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced, il-bidla stmata f’dawk il-fondi proprji bażiċi għall-kalkolu tan-nett tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku, kif imsemmi fl-Artikolu 206(2), tiġi aġġustata biex tirrifletti t-tnaqqis fil-benefiċċji diskrezzjonali futuri pagabbli lid-detenturi ta’ poloz jew benefiċjarji ta’ dak il-fond ring-fenced; l-aġġustament ma jaqbiżx l-ammont ta’ benefiċċji diskrezzjonali futuri fil-fond ring-fenced.”.

F’paġna 179, l-Artikolu 292(2):

minflok:

“2.   Is-sommarju tar-rapport jixħet dawl fuq kwalunkwe bidla materjali fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valutazzjoni għal skopijiet ta’ solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni matul il-perjodu tar-rapportar.”,

aqra:

“2.   Is-sommarju tar-rapport jixħet dawl fuq kwalunkwe bidla materjali fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni matul il-perjodu tar-rapportar.”.

F’paġna 182, fl-Artikolu 296, it-titolu u f’paġna 192, fl-Artikolu 310, it-titolu:

minflok:

Valutazzjoni għall-finijiet ta’ solvenza”,

aqra:

Valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza”.

F’paġna 182, fl-Artikolu 296(1), il-punt (a):

minflok:

“(a)

b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ assi, il-valur tal-assi, kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valutazzjoni għal finijiet tas-solvenza;”,

aqra:

“(a)

b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ assi, il-valur tal-assi, kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza;”.

F’paġna 182, fl-Artikolu 296(1), il-punt (b) u fl-Artikolu 296(2), il-punt (c); f’paġna 183, fl-Artikolu 296(3), fil-punt (b); f’paġna 187, fl-Artikolu 304(2); f’paġna 192, fl-Artikolu 310(3):

minflok:

“valutazzjoni għall-finijiet ta’ solvenza”,

aqra:

“valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza”.

F’paġna 183, fl-Artikolu 296(3), il-punt (a):

minflok:

“(a)

b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ obbligazzjonijiet oħrajn, il-valur ta’ obbligazzjonijiet oħrajn kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valutazzjoni tagħhom għal skopijiet ta’ solvenza;”,

aqra:

“(a)

b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ obbligazzjonijiet oħrajn, il-valur ta’ obbligazzjonijiet oħrajn kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valwazzjoni tagħhom għal finijiet ta’ solvenza;”.

F’paġna 193, fl-Artikolu 312(3), l-ewwel sentenza:

minflok:

“Meta ma jkunx hemm bżonn li jiġi sottomess rapport superviżorju regolari fir-rigward ta’ sena finanzjarja partikolari, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni xorta waħda jippreżentaw lill-awtorità superviżorja tagħhom rapport li jistabbilixxi kwalunkwe bidla materjali li seħħet fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valutazzjoni għall-finijiet tas-solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża matul is-sena finanzjarja partikolari, u jipprovdu spjegazzjoni fil-qosor dwar il-kawżi u l-effetti ta’ tali bidliet.”,

aqra:

“Meta ma jkunx hemm bżonn li jiġi sottomess rapport superviżorju regolari fir-rigward ta’ sena finanzjarja partikolari, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni xorta waħda jippreżentaw lill-awtorità superviżorja tagħhom rapport li jistabbilixxi kwalunkwe bidla materjali li seħħet fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża matul is-sena finanzjarja partikolari, u jipprovdu spjegazzjoni fil-qosor dwar il-kawżi u l-effetti ta’ tali bidliet.”.

F’paġna 214, fl-Artikolu 359, il-punt (d);

minflok:

“(d)

rigward il-valwazzjoni tal-grupp għall-finijiet ta’ solvenza: meta l-bażijiet, il-metodi u l-preżunzjonijiet ewlenin użati fil-livell ta’ grupp għall-valwazzjoni għall-finijiet ta’ solvenza tal-assi tiegħu, id-dispożizzjonijiet tekniċi u responsabbiltajiet ivarjaw materjalment minn dawk użati minn kwalunkwe mis-sussidjarji tiegħu għall-valwazzjoni għall-finijiet tas-solvenza tal-assi tiegħu, dispożizzjonijiet tekniċi u obbligazzjonijiet oħra, spjegazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta’ kwalunkwe differenza materjali;”,

aqra:

“(d)

rigward il-valwazzjoni tal-grupp għal finijiet ta’ solvenza: meta l-bażijiet, il-metodi u l-preżunzjonijiet ewlenin użati fil-livell ta’ grupp għall-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza tal-assi tiegħu, id-dispożizzjonijiet tekniċi u responsabbiltajiet ivarjaw materjalment minn dawk użati minn kwalunkwe mis-sussidjarji tiegħu għall-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza tal-assi tiegħu, dispożizzjonijiet tekniċi u obbligazzjonijiet oħra, spjegazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta’ kwalunkwe differenza materjali;”.

F’paġna 290, fl-Anness XX, fil-punt D, it-titolu:

minflok:

“D.

Valutazzjoni għal Skopijiet ta’ Solvenza”,

aqra:

“D.

Valwazzjoni għal Finijiet ta’ Solvenza”.

30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/136


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1256 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 277 tat-2 ta’ Awwissu 2021 )

F’paġna 16, fl-Artikolu 1(2)(a), fl-emenda tal-Artikolu 260 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35, fis-sostituzzjoni tal-paragrafu 1, il-punt (a), il-punt (i),

minflok:

“‘(i)

azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fil-valuri tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li jirriżultaw minn prezzar inadegwat u proviżjonament ta’ suppożizzjonijiet minħabba fatturi interni jew esterni, inklużi riskji għas-sostenibbiltà;’;”,

aqra:

“‘(i)

azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fil-valuri tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li jirriżultaw minn prezzar inadegwat u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament minħabba fatturi interni jew esterni, inklużi riskji għas-sostenibbiltà;’;”.


30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/137


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 84 tat-23 ta’ Marzu 2006 )

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 330M tad-9 ta’ Diċembru 2008 )

F’paġna 281, it-titolu huwa kkoreġut kif ġej,

minflok:

“Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”,

aqra:

“Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;

F’paġna 289, fl-Artikolu 1:

minflok:

“kumpaniji tal-ajru”,

aqra:

“trasportaturi tal-ajru”.