ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
23 ta' Mejju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/799 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/800 tat-20 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, Nru CAS 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/801 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 biex tiġi aġġornata l-lista ta’ sustanzi attivi approvati jew li jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil

11

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/799

tal-20 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(4), 28(3) u 36(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (2) fiha żball ripetittiv, terminu żbaljat fil-punti 6.2.3, 6.2.3.1, 6.2.4 u 6.2.4.1 tal-Anness I; fil-Parti I, A. il-Kategoriji M u N, il-punti 6.2.3, 6.2.3.1, 6.2.4 u 6.2.4.1 tal-Anness II; fil-Part I, B. il-Kategorija O, il-punti 6.2.4 u 6.2.4.1 tal-Anness II; fl-Appendiċi 1, il-Kategorija M2, M3, N2, N3, il-punt 33 tal-Anness III; fl-Appendiċi, il-Mudell B — il-Parti 2, il-Kategoriji ta’ Vetturi M2, M3, N2 u N3, il-punt 33 tal-Anness VIII u fl-Appendiċi, il-Mudell C2 — il-Parti 2, il-Kategoriji ta’ Vetturi M2, M3, N2 u N3, il-punt 33 tal-Anness VIII li jbiddel it-tifsira ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

(2)

Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur (TCMV),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/800

tat-20 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, Nru CAS 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/116/KE (2) inkludiet iż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanzi attivi taż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, Nru CAS 72623-86-0 u Nru CAS 97862-82-3, kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tippermetti l-użu tagħhom bħala insettiċida u akariċida biss.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-30 ta’ Settembru 2014, Total Fluids ressaq applikazzjoni lill-Greċja, l-Istat Membru relatur, għal talba għal emenda għall-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni taż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 sabiex jippermetti l-użu tagħhom bħala funġiċida. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet ammissibbli.

(5)

L-Istat Membru relatur ivvaluta l-użu l-ġdid taż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 li saret applikazzjoni għalih fl-2014 fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u ħejja abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni li tressaq lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-6 ta’ Frar 2018.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità ċċirkolat ir-rapport ta’ valutazzjoni rivedut lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti u qegħditu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-applikant intalab jibgħat informazzjoni addizzjonali.

(7)

Fit-23 ta’ Settembru 2021, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni (5) tagħha lill-Kummissjoni dwar jekk l-użu ġdid taż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 jistax ikun mistenni li jissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Fis-27 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ppreżentat addendum għar-rapport ta’ reviżjoni għaż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 u abbozz ta’ dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq kummenti dwar l-addendum għar-rapport ta’ reviżjoni, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(10)

Dwar l-użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih iż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3, ġie stabbilit li, meta jintuża bħala fungiċida, il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk jixraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet speċifiċi kif stipulati fl-approvazzjoni taż-żjut tal-paraffina CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 biex jinkludu l-użu bħala funġiċida flimkien mal-użi bħala insettiċida u akariċida.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-20 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/116/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttiva 91/414/KEE biex jiġu inklużi ż-żjut tal-paraffin CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3 bħala sustanzi attivi (ĠU L 237, 9.9.2009, p. 7).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2021.

Peer review of the efficacy as a fungicide of the active substances paraffin oils (CAS 64742-46-7 chain lengths C11–C25, CAS 72623-86-0 chain lengths C15–C30 and CAS 97862-82-3 chain lengths C11–C30); EFSA Journal 2021;19(10)6876doi: 10.2903/j.efsa.2021,6876.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-entrata mogħtija fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 294, iż-żjut tal-paraffin CAS Nru 64742-46-7, CAS-Nru-72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3, hija sostitwita b’dan li ġej:

“Parti A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċida, akariċida u funġiċida.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar iż-żjut tal-paraffin CAS Nru 64742-46-7, CAS Nru 72623-86-0 u CAS Nru 97862-82-3, inkluż l-addendum tiegħu, u b’mod partikolari tal-Appendiċijiet I u II tiegħu.

Il-kundizzjonijiet tal-użu, fejn rilevanti, għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.”


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/801

tal-20 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 biex tiġi aġġornata l-lista ta’ sustanzi attivi approvati jew li jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) telenka s-sustanzi attivi, li inizjalment kienu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) u li jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Oriġinarjament elenkat 354 sustanza attiva.

(2)

Għal 68 mis-sustanzi attivi elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-applikazzjonijiet għat-tiġdid ma ġewx sottomessi jew ġew sottomessi iżda mbagħad irtirati, bil-konsegwenza li l-perjodi ta’ approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi skadew.

(3)

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 telenka s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għal sebgħa minn dawk is-sustanzi attivi, l-applikazzjonijiet għat-tiġdid ma ġewx sottomessi tliet snin qabel l-iskadenza tal-approvazzjonijiet rispettivi tagħhom jew ġew sottomessi iżda mbagħad irtirati, bil-konsegwenza li l-perjodi ta’ approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi skadew.

(4)

Jenħtieġ li dawk is-sustanzi kollha li ma għadhomx approvati jew li jitqiesu li ġew approvati wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ approvazzjoni elenkat għas-sustanzi kkonċernati fil-Parti A jew fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jitħassru mill-Partijiet A u B, rispettivament, tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ trasparenza.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-Parti A jitħassru l-entrati li ġejjin:

(1)

l-entrata 21, Ċiklanilid;

(2)

l-entrata 33, Ċinidon-etil;

(3)

l-entrata 43, Ethoxysulfuron;

(4)

l-entrata 45, Oxadiargyl;

(5)

l-entrata 49, Cyfluthrin;

(6)

l-entrata 56, Mecoprop;

(7)

l-entrata 72, Molinate;

(8)

l-entrata 87, Jossinil;

(9)

l-entrata 94, Imazosulfuron;

(10)

l-entrata 100, Tepraloxydim;

(11)

l-entrata 113, Maneb;

(12)

l-entrata 120, Warfarin;

(13)

l-entrata 121, Clothianidin;

(14)

l-entrata 140, Thiamethoxam;

(15)

l-entrata 143, Flusilazole;

(16)

l-entrata 144, Karbendażim;

(17)

l-entrata 151, Glufosinate;

(18)

l-entrata 157, Fipronil;

(19)

l-entrata 174, Diflubenzuron;

(20)

l-entrata 175, Imazakwin;

(21)

l-entrata 177, Oxadiazon;

(22)

l-entrata 184, Quinoclamine;

(23)

l-entrata 185, Chloridazon;

(24)

l-entrata 190, Fuberidazole;

(25)

l-entrata 192, Diuron;

(26)

l-entrata 196, Bacillus thuringiensis subsp. tenebrionis razza NB 176 (TM 141);

(27)

l-entrata 201, Phlebiopsis gigantean razez VRA 1985, VRA 1986, FOC PG B20/5, FOC PG SP log 6, FOC PG SP log 5, FOC PG BU 3, FOC PG BU 4, FOC PG97/1062/116/1.1, FOC PG B22/SP1287/3.1, FOC PG SH 1, FOC PG B22/SP1190/3.2;

(28)

l-entrata 205, Trichoderma polysporum razza IMI 206039;

(29)

l-entrata 211, Epoxiconazole;

(30)

l-entrata 212, Fenpropimorph;

(31)

l-entrata 214, Tralkoxydim;

(32)

l-entrata 216, Imidacloprid;

(33)

l-entrata 221, Aċetat tal-ammonju;

(34)

l-entrata 226, Benżoat tad-denatonju;

(35)

l-entrata 237, Ġebla tal-franka;

(36)

l-entrata 239, Residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar (PDER);

(37)

l-entrata 245, 1,4-diamminobutan (putressin);

(38)

l-entrata 252, Estratt mill-alka tal-baħar (magħruf qabel bħala estratt mill-alka tal-baħar u ħaxix tal-baħar);

(39)

l-entrata 253, Silikat tal-aluminju tas-sodju;

(40)

l-entrata 254, Ipoklorit tas-sodju;

(41)

l-entrata 256, Idroklorur tat-trimetilamin;

(42)

l-entrata 261, Calcium phosphide;

(43)

l-entrata 269, Triadimenol;

(44)

l-entrata 270, Methomyl;

(45)

l-entrata 280, Teflubenzuron;

(46)

l-entrata 281, Zeta-cypermethrin;

(47)

l-entrata 282, Chlorsulfuron;

(48)

l-entrata 283, Cyromazine;

(49)

l-entrata 286, Lufenuron;

(50)

l-entrata 290, Difenacoum;

(51)

l-entrata 303, Spirodiclofen;

(52)

l-entrata 306, Triflumizole;

(53)

l-entrata 308, FEN 560 (magħruf ukoll bħala żerriegħa tal-fienu mitħuna);

(54)

l-entrata 309, Haloxyfop-P;

(55)

l-entrata 312, Metosulam;

(56)

l-entrata 315, Fenbukonażolu;

(57)

l-entrata 319, Miklobutanil;

(58)

l-entrata 321, Triflumuron;

(59)

l-entrata 324, Dietofenkarb;

(60)

l-entrata 325, Etridiażol;

(61)

l-entrata 327, Oriżalina;

(62)

l-entrata 332, Fenossikarb;

(63)

l-entrata 336, Karbetamid;

(64)

l-entrata 337, Karbossinu;

(65)

l-entrata 338, Ċiprokonażol;

(66)

l-entrata 347, Bromadiolon;

(67)

l-entrata 349, Penċikuron;

(68)

l-entrata 353, Flutriafol.

2.

Fil-Parti B, jitħassru l-entrati li ġejjin:

(1)

l-entrata 2, Profossidim;

(2)

l-entrata 3, Ażimsulfuron;

(3)

l-entrata 14, Flukwinkonażol;

(4)

l-entrata 17, Triażossidu;

(5)

l-entrata 19, Akrinatrina;

(6)

l-entrata 20, Prokloraż;

(7)

l-entrata 23, Bifentrin.


23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/802

tal-20 ta’ Mejju 2022

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-24 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni kontra d-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ azzar miksija bil-kromu elettrolitiku (“ECCS”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew iċ-Ċina”) u l-Brażil (flimkien “il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara li tressaq ilment fit-13 ta’ Awwissu 2021 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER”) (“l-ilmentatur”). L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, u din kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

L-ilment sar f’isem il-produtturi tal-Unjoni li ġejjin: ArcelorMittal Atlantique et Lorraine (Franza), ArcelorMittal Etxebarri S.A. (Spanja) u ThyssenKrupp Rasselstein GmbH (il-Ġermanja), li allegatament jirrappreżentaw 100 % tal-industrija tal-Unjoni. Matul l-investigazzjoni, tressqet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni l-eżistenza ta’ produttur addizzjonali tal-Unjoni tal-ECCS, jiġifieri Acciaierie d’Italia. Peress li l-ilmentaturi xorta waħda kienu jirrappreżentaw [85-95] % tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-ilment tqies li sar mill-industrija tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

1.2.   Il-partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat b’mod speċifiku lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi u lill-awtoritajiet magħrufa tar-RPĊ u l-Brażil, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li kienu kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

1.3.   Kummenti dwar il-bidu

(5)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

(6)

L-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (“is-CISA”) ressqet kummenti wara l-bidu fil-5 ta’ Novembru 2021. Barra minn hekk, is-CISA flimkien ma’ Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., China u ma’ GDH Zhongyue (Zhongshan) Tinplate Industry Co., Ltd. talbu seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn għamlu tali talbiet sal-iskadenzi stipulati u s-seduta saret fl-24 ta’ Jannar 2022.

(7)

Fis-sottomissjoni tagħhom u matul is-seduta ta’ smigħ, huma sostnew, fost l-oħrajn, li l-ilment kien jiddependi wisq fuq informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment fir-rigward tal-kostijiet użati, u li għalhekk il-verżjoni mhux kunfidenzjali ma kinitx biżżejjed biex tippermetti fehim xieraq tal-evidenza sottostanti għall-ilment.

(8)

Il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u sommarji mhux kunfidenzjali tad-data kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw kif xieraq id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

1.4.   Kampjunar

(9)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, minħabba l-għadd żgħir ta’ produtturi fl-Unjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat kwestjonarji lill-produtturi kollha tal-Unjoni magħrufa dak iż-żmien.

(11)

Il-produtturi tal-Unjoni li ġejjin intalbu jimlew il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni u pparteċipaw fl-investigazzjoni:

ArcelorMittal Atlantique et Lorraine, Franza

ArcelorMittal Etxebarri S.A., Spanja

ThyssenKrupp Rasselstein GmbH, il-Ġermanja

(12)

Kif spjegat fil-premessa (3) hawn fuq, matul l-investigazzjoni, l-eżistenza ta’ produttur terz tal-Unjoni tressqet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Billi l-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu jirrappreżentaw [85-95] % tal-produzzjoni u l-bejgħ totali tal-prodott li qed jiġi investigat fil-perjodu ta’ investigazzjoni, fis-16 ta’ Marzu 2022 il-Kummissjoni ħarġet nota fil-fajl fejn informat lill-partijiet interessati li hija ddeċidiet li tillimita l-investigazzjoni għal dawn il-produtturi f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

1.4.2.   Kampjunar tal-importaturi

(13)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi li ma humiex relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(14)

Importatur wieħed biss li ma hux relatat ipprovda din l-informazzjoni. Għalhekk ma kienx hemm bżonn ta’ kampjunar ta’ importaturi li ma humiex relatati. Madankollu, dan l-importatur li ma hux relatat iddeċieda li ma jipprovdix tweġiba għall-kwestjonarju. Għaldaqstant, l-ebda importatur li ma hux relatat ma kkoopera f’din l-investigazzjoni.

1.4.3.   Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fil-PRC u l-Brażil

(15)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fil-PRC u l-Brażil sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea u lill-Missjoni tal-Brażil għall-Unjoni Ewropea sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(16)

Fir-rigward tar-RPĊ, erba’ produtturi esportaturi taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun.

(17)

Fir-rigward tal-Brażil, produttur esportatur wieħed biss, li jirrappreżenta virtwalment l-importazzjonijiet kollha mill-Brażil, ta l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Għaldaqstant il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ il-kampjunar.

1.5.   Eżaminazzjoni individwali

(18)

Produttur esportatur fiċ-Ċina (GDH Zhongyue (Zhongshan) Tinplate Industry Co., Ltd.) talab eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku u pprovda kwestjonarju fiż-żmien stipulat. Il-Kummissjoni qieset li eżaminazzjoni ta’ din it-talba matul l-istadju proviżorju tal-investigazzjoni kien ikun ta’ piż bla bżonn, speċjalment peress li kien hemm kontroverifiki mill-bogħod li għandhom jiġu organizzati għal żewġ pajjiżi u wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kellu diversi sussidjarji li jinsabu fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk tagħmilx eżaminazzjoni individwali fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

1.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-PRC skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GOC”).

(20)

Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju addizzjonali f’dan ir-rigward lill-gvern taċ-Ċina.

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni, lill-ilmentatur, lil importatur li ma hux relatat u utenti magħrufa, u lill-tliet produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (3) fil-jum tal-bidu.

(22)

Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tal-miżuri tal-lockdown stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni kontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet proviżorji tagħha f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (4).

(23)

Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod tal-kumpaniji/tal-partijiet li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

ArcelorMittal Atlantique et Lorraine, Franza

ArcelorMittal Etxebarri S.A., Spanja

ThyssenKrupp Rasselstein GmbH, il-Ġermanja

(b)

Produtturi esportaturi

Fil-PRC:

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., China (“Baosteel”)

Handan Jintai Packing Material Co., Ltd, iċ-Ċina (“Jintai”)

Fil-Brażil:

Companhia Siderúrgica Nacional, il-Brażil (“CSN”)

1.7.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(24)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(25)

Il-prodott ikkonċernat huwa prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew azzar mhux illigat, miksijin jew mgħottijin b’ossidi tal-kromu jew bi kromu u ossidi tal-kromu li joriġinaw mill-PRC u mill-Brażil, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet CN 7210 50 00 u 7212 50 20 (“il-prodott ikkonċernat”).

(26)

L-ECCS jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, tipikament għall-imballaġġ tal-konsumatur u dak industrijali. Dan jintuża l-aktar spiss għall-imballaġġ tal-ikel, pereżempju fil-wiċċ u l-qiegħ tal-vażetti tal-landa, fit-tappijiet bil-kamin, fit-tabs, eċċ. Tipi oħra ta’ użi jinkludu partijiet esterni għall-apparat tad-dar, kontenituri ta’ films fotografiċi, materjal protettiv għall-protezzjoni tal-fibra ottika jew partijiet elettriċi u elettroniċi oħra.

2.2.   Prodott simili

(27)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-PRC u tal-Brażil; u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(28)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Reġistrazzjoni

(29)

Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni kontra d-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni dment li ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti taħt l-Artikolu 10(4)(c) jew l-Artikolu 10(4)(d) ma ġewx issodisfati.

(30)

Wieħed minn dawn ir-rekwiżiti, kif indikat fl-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, huwa li addizzjonalment għal-livell tal-importazzjonijiet li jkunu kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkun hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet. Kif jidher fit-Tabella 1, l-importazzjonijiet tal-ECCS li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati wrew tnaqqis ta’ 8 % fl-erba’ xhur wara l-bidu meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”), li kien il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(31)

Iċ-ċifri kollha huma ppreżentati f’forma indiċjata jew mogħtija bħala firxiet biex jipproteġu d-data kunfidenzjali pprovduta mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li tnejn minnhom jappartjenu għall-istess grupp.

Tabella 1

 

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Medja ta’ kull xahar tal-perjodu ta’ investigazzjoni

Ottubru 2021-Jannar 2022

Medja ta’ kull xahar ta’ Ottubru 2021-Jannar 2022

Importazzjonijiet mill-Brażil fl-UE

[13 000 –16 000 ]

[1 200 –1 300 ]

[8 000 -9 000 ]

[2 000 -3 000 ]

Importazzjonijiet miċ-Ċina fl-UE

[64 000 -75 000 ]

[5 500 -6 500 ]

[15 000 -18 000 ]

[4 000 -5 000 ]

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-UE

[77 000 -91 000 ]

[6 500 -7 500 ]

[23 000 -27 000 ]

[6 000 -7 000 ]

Sors: il-Eurostat u l-bażi tad-data Surveillance.

(32)

Peress li fil-fajl ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ECCS kif definiti fil-premessa (25) ta’ hawn fuq huma soġġetti għal varjazzjonijiet staġunali, il-Kummissjoni ma qisitx li kien meħtieġ li tqabbel ukoll il-livell tal-importazzjonijiet matul il-perjodu minn Ottubru 2021 sa Jannar 2022 mal-livell tal-importazzjonijiet matul l-istess xhur fis-sena ta’ qabel. Id-data tal-importazzjoni wara l-bidu tqabblet mal-importazzjonijiet medji ta’ kull xahar mill-pajjiżi kkonċernati għal 4 xhur fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(33)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (140) hawn taħt, il-Kummissjoni ddeċidiet li takkumula l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għall-finijiet tal-analiżi deskritta fil-premessi ta’ hawn fuq. Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet akkumulati mill-pajjiżi kkonċernati ma wrewx żieda sostanzjali oħra wara l-PI.

(34)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati.

3.   DUMPING

3.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

3.1.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(35)

Fid-dawl tal-evidenza disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(36)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data neċessarja għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-ECCS. Żewġ produtturi esportaturi preżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(37)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, iressqu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GOC u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza.

(38)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, din jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni.

(39)

Fit-12 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni infurmat b’nota fil-fajl (iktar ’il quddiem “l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, ix-xogħol u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-ECCS. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, il-Kolombja, il-Messiku, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand is-CISA u Baosteel. Dawn il-kummenti kkonfermaw lill-Brażil jew lit-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli.

(40)

Fis-6 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz tat-tieni nota fil-fajl (iktar ’il quddiem “it-Tieni Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“kostijiet SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli minnufih għall-kumpanija CSN, l-uniku produttur magħruf tal-ECCS fil-Brażil.

(41)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand is-CISA u Baosteel. It-tnejn li huma ma qablux li l-prezzijiet domestiċi tal-azzar illaminat bis-sħana u tal-azzar illaminat bil-kesħa tal-Brażil jistgħu jintgħażlu bħala prezzijiet rappreżentattivi peress li kienu għoljin b’mod anormali. Dan l-argument jiġi indirizzat fil-premessi (91) u (92).

3.1.2.   Valur normali

(42)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “[i]l-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ minn klijenti indipendenti mill-pajjiż esportatur”.

(43)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

(44)

Kif spjegat aktar hawn taħt, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-investigazzjoni preżenti li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.1.3.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(45)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fil-PRC (5) - bl-azzar ikun il-fattur ewlieni tal-produzzjoni għall-ECCS - il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll.

(46)

F’dawn l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (6). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (7), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (8). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fil-PRC tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GOC, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (9). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fil-PRC (10). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (11), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fil-PRC (12).

(47)

L-ilment f’dan il-każ irrefera għar-Rapport, b’mod partikolari għas-sejbiet dwar is-settur tal-azzar b’mod ġenerali; għall-għadd kbir ta’ SOEs fis-settur tal-azzar; il-gwida għall-iżvilupp tal-industrija mill-Istat (pereżempju d-deċiżjoni taċ-Ċina li tikkonsolida l-industrija tal-azzar sal-2025); il-preżenza ta’ ċelloli tas-CCP f’intrapriżi li jipproduċu l-azzar; u diversi dokumenti ta’ ppjanar u ta’ gwida dwar is-settur tal-azzar. Barra minn hekk, l-ilment elenka distorsjonijiet speċifiċi fil-materja prima użata għall-produzzjoni tal-ECCS: azzar ċatt illaminat bis-sħana (“HRFS”), kromu, mineral tal-ħadid u kokk. Dawn ir-referenzi kienu jinkludu, fir-rigward tal-HRFS, is-sejbiet f’investigazzjoni reċenti kontra s-sussidji fis-settur (13), u s-sejbiet fir-Rapport Ministerjali tal-G20 mill-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar. Dwar il-kromu, l-ilment speċifika li t-13-il Pjan ta’ 5 Snin (2016-2020) għar-Riżorsi Minerali jirregola l-kromu, li huwa elenkat bħala element “strateġiku”. Barra minn hekk, l-ilment jispjega li l-Katalogu tal-Oġġetti taħt il-Liċenzji tal-Esportazzjoni mill-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“MOFCOM”) jinkludi ferrokromu, kromu mhux maħdum, kromu tat-trab, ruttam tal-kromu u kromu ieħor u l-prodotti tiegħu fil-lista għall-prodotti soġġetti għal-liċenzji tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, l-ilment kien jinkludi informazzjoni dwar id-dazji tal-esportazzjoni fuq il-kromu, il-mineral tal-ħadid u l-kokk li għandhom effett ta’ distorsjoni fuq il-prezzijiet.

(48)

F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-PRC, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott li qed jiġi investigat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-PRC.

(49)

Speċifikament fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Ħafna mill-akbar produtturi tal-azzar huma proprjetà tal-Istat. Pereżempju, il-produttur esportatur fil-kampjun Baosteel huwa intrapriża Ċiniża ewlenija tal-Istat li hija involuta fil-manifattura tal-azzar u hija parti miċ-China Baowu Steel Group Co. Ltd. (preċedentement Baosteel Group u Wuhan Iron & Steel) li ġiet ikkonsolidata reċentement, li fl-aħħar mill-aħħar hija 100 % tas-SASAC ċentrali (14). Baowu bħalissa għandha wkoll 62,7 % tal-ishma fl-intrapriża tal-istat kbira tal-azzar l-oħra Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd. (“Tisco”), li jwassal biex is-SASAC ċentrali tkun l-azzjonista kontrollanti tagħha, b’riżultat tat-trasferiment bla ħlas ta’ 51 % tal-ishma f’TISCO mis-SASAC tal-Provinċja ta’ Shanxi lil Baowu f’Awwissu 2020 (15). Filwaqt li l-qasma nominali bejn in-numru ta’ SOEs u kumpaniji bi sjieda privata hija stmata li hija kważi ugwali, erba’ mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-ewwel għaxra bħala l-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (16). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016, l-aqwa għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, il-gvern taċ-Ċina stabbilixxa l-mira fl-istess sena li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (17). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GOC f’April 2019, meta ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (18). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni baxxa (19).

(50)

Barra minn hekk, fis-settur tal-azzar, ħafna mill-akbar produtturi huma msemmija speċifikament fil-“Pjan ta’ Aġġustament u Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020”. Pereżempju, Tisco ssemmi fuq is-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar”, li “żviluppat f’kumpless straordinarju tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-forniment u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar” (20).

(51)

Fir-rigward tal-fatt li l-gvern taċ-Ċina jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni żvelat l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott ikkonċernat u s-CCP, bħal membri tas-CCP fost il-maniġment superjuri jew membri tal-bord tad-diretturi fil-manifatturi ewlenin tal-ECCS, jiġifieri Baosteel u Jintai. L-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali mas-CCP fost il-maniġment tista’ tiġi stabbilita wkoll għas-CISA (il-President Eżekuttiv huwa fl-istess ħin is-Segretarju tal-Partit). Sabiex jingħata eżempju speċifiku, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baowu jservi fl-istess ħin bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Partit bil-Maniġer Ġenerali li jservi wkoll bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (21). Bl-istess mod, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baosteel għandu l-pożizzjoni tas-segretarju tal-Kumitat tal-Partit filwaqt li l-Maniġer Eżekuttiv huwa l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (22). Din ix-xejra hija applikabbli wkoll għall-intrapriżi privati. F’Jintai, il-President tal-bord iservi fl-istess ħin ta’ Membru tal-Kungress tal-Poplu tal-provinċja ta’ Hebei. B’mod aktar ġenerali, fid-dawl tal-applikabbiltà ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar il-preżenza tas-CCP fil-kumpaniji, jista’ jiġi konkluż b’mod sikur li l-kapaċità li l-gvern taċ-Ċina jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz ta’ preżenza tal-Istat fid-ditti hija sinifikanti fis-settur tal-azzar b’mod ġenerali, kif ukoll speċifikament għall-produtturi esportaturi koperti f’din l-investigazzjoni.

(52)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-ECCS huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent min-naħa tal-GOC li qed jiżdied fis-settur tal-ECCS. Il-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jenfasizzaw b’mod espliċitu l-attivitajiet ta’ bini tal-partit fuq is-siti web tagħhom, għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jissottolinjaw l-affiljazzjoni tagħhom mas-CCP. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet ta’ bini tal-partit f’Baosteel. Is-sit web uffiċjali jsemmi li hemm 301 kumitati tac-CCP u 85 437 membru tac-CCP fiċ-China Baowu Group (23) (il-kumpanija azzjonarja ta’ Baosteel). Barra minn hekk, il-grupp jindika dan li ġej dwar il-bini tac-CCP fl-intrapriża: “It-tisħiħ tal-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit permezz tat-titjib tal-governanza korporattiva, it-titjib tas-sistema moderna tal-intrapriżi. China Baowu timplimenta bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-‘Opinjonijiet dwar it-Tisħiħ tat-Tmexxija tal-Partit fit-Titjib tal-Governanza Korporattiva tal-Intrapriżi Ċentrali’, [...] Is-sistema riveduta u mtejba tat-teħid tad-deċiżjonijiet għal kwistjonijiet ewlenin kompliet ittejjeb l-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumitat tal-Partit, il-bord tad-diretturi, il-maniġers u korpi oħra ta’ governanza, il-kwistjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-formoli awtorizzati mill-bord tad-diretturi [...]. [...] Baowu tosserva u timplimenta l-ippjanar simultanju tal-bini tal-Partit u r-riforma tal-intrapriżi, l-istabbiliment simultanju ta’ organizzazzjonijiet tal-Partit u entitajiet operazzjonali, l-allokazzjoni simultanja ta’ persuni responsabbli mill-organizzazzjonijiet tal-Partit u persunal tal-affarijiet tal-Partit (24).” Il-kumpanija Baosteel tiddeskrivi l-attivitajiet ta’ bini tas-CCP kif ġej: “Nieħdu r-responsabbiltà ewlenija ta’ amministrazzjoni tal-partit b’mod strett u komprensiv; Immexxu l-ħidma ideoloġika u politika tal-kumpanija, b’ħidma fi front magħqud, filwaqt li nibnu ċiviltà spiritwali, nibnu kultura korporattiva u ħidma tal-massa bħal trade unions u l-Lega Komunista taż-Żgħażagħ; Immexxu l-kostruzzjoni ta’ stil tal-partit u ta’ gvern onest, insostnu l-kumitati tad-dixxiplina sabiex iwettqu b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet superviżorji tagħhom (25)”.

(53)

Barra minn hekk, fis-settur tat-ECCS hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(54)

L-industrija tal-azzar, li hija l-komponent ewlieni għall-produzzjoni tal-ECCS, hija meqjusa bħala industrija ewlenija mill-GOC (26). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (27). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (28).

(55)

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (29) jipprevedi appoġġ għall-intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (30). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, durabbiltà u affidabbiltà tal-prodotti permezz ta’ sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar pur, l-irrumblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (31).

(56)

Ir-“Repertorju ta’ Riferiment għar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2019)” (32) approvat bid-Digriet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 29 tas-27 ta’ Awwissu 2019, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020 (“ir-Repertorju”) jelenka l-azzar bħala industrija promossa.

(57)

Il-GOC jiggwida ulterjorment l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi relatati ma’, inter alia, il-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, il-materja prima, l-investiment, l-eliminazzjoni tal-kapaċità, il-firxa ta’ prodotti, ir-rilokazzjoni, l-aġġornament, eċċ. Permezz ta’ dawn il-mezzi u mezzi oħra, il-GOC jidderieġi u jikkontrolla prattikament kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur (33). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda x’aktarx hija l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GOC u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw.

(58)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex jikkonvinċi lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji inċentivati, inkluż il-produzzjoni tal-azzar bħala l-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-ECCSs. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(59)

L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku fis-settur tat-ECCS imsemmi hawn fuq fil-premessa (46) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott li qed jiġi investigat.

(60)

Is-settur tat-ECCS huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (meta jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (34).

(61)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tat-ECCS ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Għalhekk, l-intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun kellhom ammonti sinifikanti ta’ self pendenti minn selliefa Ċiniżi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(62)

Fil-fatt, matul l-investigazzjoni ġie żvelat li l-produtturi tal-ECCS jibbenefikaw minn appoġġ addizzjonali mill-gvern. Pereżempju, waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, Jintai, tinsab fil-lista tal-intrapriżi ta’ Hebei Province 2020 High Tech Enterprises (it-tieni lott). Speċifikament, din il-kumpanija hija n-numru 4 fuq il-lista (35), jiġifieri tingħata trattament u appoġġ speċjali mill-gvern. Barra minn hekk, it-13-il FYP 2016-2020 tal-provinċja ta’ Hebei kien fih għadd ta’ dispożizzjonijiet li jappoġġaw is-settur tal-azzar: “It-trawwim tal-pilastri tal-iżvilupp u l-innovazzjoni: [Hebei għandha] toħloq serje ta’ intrapriżi ewlenin innovattivi fil-qasam tal-industrija, [Hebei għandha] tiffoka fuq mitt intrapriża ewlenija u tagħmel l-aħjar użu mill-forza mexxejja innovattiva tagħhom fl-industriji kompetittivi, tappoġġa l-isforzi tagħhom biex iżidu l-input tar-riċerka u l-iżvilupp, […]. [Hebei għandha] tappoġġa intrapriżi ewlenin f’industriji bħall-azzar, it-tagħmir, il-materjali tal-kostruzzjoni, il-farmaċewtiċi, is-sustanzi kimiċi, il-prodotti tal-ikel”. L-14-il FYP 2021-2025 (Jintai Packaging jinsab f’Hebei) jipprevedi dan li ġej: “It-tisħiħ tal-pożizzjoni ewlenija tal-industriji kompetittivi: industrija tal-azzar: […] tippromwovi t-trasformazzjoni u t-titjib tal-impjanti tal-azzar fiż-żona urbana ewlenija. […] issaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fil-kapaċità tal-produzzjoni, tiffoka fuq il-kostruzzjoni ta’ Tangshan , gruppi tal-industrija tal-azzar ta’ kwalità għolja ta’ Handan,” Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Hebei dwar industriji strateġiċi u emerġenti 2021-2025 jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jappoġġaw l-azzar: “L-iżvilupp vigoruż ta’ materjali avvanzati tal-azzar għal prodotti ta’ kwalità għolja bħall-azzar għal partijiet bażiċi, l-azzar għal għodod u forom, l-azzar tal-baħar bi prestazzjoni għolja, l-azzar għall-bearings, l-azzar tal-pipeline avvanzat, it-trab tal-metall għall-manifattura addittiva”.

(63)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott li qed jiġi investigat, huma meħtieġa għadd ta’ inputs addizzjonali minbarra l-azzar. Meta l-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat jixtru jew jikkuntrattaw għal dawn l-inputs, inkluż l-azzar, il-prezzijiet li jitħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tal-produtturi) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet imsemmija qabel; huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital; u huma soġġetti għas-sistema ta’ pjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(64)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott li qed jiġi investigat ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-formazzjoni tal-prezzijiet tal-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) hija wkoll affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi min-naħa tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fil-PRC kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fil-PRC permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija.

(65)

Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, is-CISA preżentat għadd ta’ kummenti, li kienu appoġġati u approvati wkoll minn sottomissjoni minn Baosteel. L-ewwel, is-CISA ddikjarat li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA, li jippermetti biss il-bini tal-valur normali jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Is-CISA osservat li dan l-Artikolu ma jsemmix distorsjonijiet sinifikanti li jippermettu l-bini tal-valur normali. It-tieni, is-CISA ddikjarat li kwalunkwe valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO mogħtija fil-każ EU – Biodiesel, kif ukoll mill-bord tad-WTO fil-każ (DS494) EU - Cost Adjustment Methodologies II (Russia), li ma jsemmux il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti u lanqas il-possibbiltà li tiġi injorata d-data tal-kumpanija li tesporta.

(66)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CISA. L-ewwel nett, ma hemmx bżonn li l-Membri tad-WTO jużaw it-termini eżatti tal-Ftehimiet tad-WTO fil-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-użu tal-kunċett “distorsjonijiet sinifikanti” mill-Unjoni ma jiġix ristrett mill-fatt li bħala tali ma jokkorrix fil-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO. Minbarra dan, hija l-fehma tal-Kummissjoni li, skont id-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell f’EU – Biodiesel (DS473), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, bħall-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-bini tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) jipprevedi l-bini tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

(67)

Fir-rigward tal-każ (DS 494) EU - Cost Adjustment Methodologies II (Russia), il-Kummissjoni tfakkar li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li mhumiex finali u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tad-WTO, peress li dawn ma ġewx approvati mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim permezz ta’ deċiżjoni mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima kkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tilwima. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(68)

It-tieni, is-CISA ddikjarat li hemm nuqqas ta’ evidenza fir-rigward tal-allegati “distorsjonijiet sinifikanti” fir-rigward tal-industrija Ċiniża tal-ECCS. Skont is-CISA, ir-rapport taċ-Ċina użat mill-Kummissjoni naqas milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probatorju suffiċjenti. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li peress li r-rapport taċ-Ċina ġie ppubblikat fl-2017 ma setax ikun applikabbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni li jkopri Lulju 2020 – Ġunju 2021. Fl-aħħar nett, is-CISA osservat li r-rapport taċ-Ċina ma jindirizzax l-industrija Ċiniża tal-ECCS per se, iżda l-industrija Ċiniża tal-azzar b’mod ġenerali biss.

(69)

Il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport taċ-Ċina huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħrajn ippubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Dan ilu disponibbli għall-pubbliku minn Diċembru 2017, jiġifieri kull parti interessata kellha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha, u la l-gvern taċ-Ċina u lanqas partijiet oħra ma ppreżentaw argumenti jew evidenza li tirribatti s-sorsi inklużi fir-Rapport taċ-Ċina. Bl-istess mod, rigward l-argument li r-Rapport huwa antikwat, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li l-evidenza u d-dokumenti ta’ politika ewlenin li jinsabu fir-Rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ 5 snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott li qed jiġi investigat, kienu għadhom fil-biċċa l-kbira rilevanti matul il-PI, u li la ċ-China Chamber of Commerce of Metals, Minerals and Chemical (CCCMC) u lanqas il-partijiet l-oħra ma taw prova li dan ma kienx għadu l-każ. Kien biss matul is-sena 2021 li ċ-Ċina bdiet tippubblika pjanijiet ġodda ta’ 5 snin u ħafna minn dawk il-pjanijiet saru pubbliċi biss fit-tieni nofs tas-sena, u għalhekk wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan kompla jiġi kkonfermat permezz ta’ riċerka speċifika għall-każ imwettqa mill-Kummissjoni, kif miġbura fil-qosor hawn fuq.

(70)

Fir-rigward tal-argument li r-Rapport taċ-Ċina ma jinkludix kapitolu speċifiku dwar l-ECCS, il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma hijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott ikkonċernat. Ir-Rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fir-RPĊ, li huma trażversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża kollha u jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, ir-Rapport mhuwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għall-konstatazzjonijiet tagħha; fit-taqsima attwali ta’ dan ir-Regolament jiġu diskussi provi reċenti addizzjonali ta’ distorsjonijiet li jikkonċernaw is-settur tal-azzar, inkluża l-produzzjoni tal-ECCS, il-materji primi użati għall-produzzjoni tal-ECCS, kif ukoll il-produtturi esportaturi tal-ECCS koperti f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(71)

It-tielet nett, is-CISA ikkummentat li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li ssir għal kull produttur esportatur b’mod separat. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tanalizza s-sitwazzjoni ta’ kull produttur Ċiniż inkluż fil-kampjun u tiddeċiedi jekk hemmx distorsjoni fi kwalunkwe wieħed mill-fatturi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ għal kull wieħed minnhom. Is-CISA ddikjarat li s-sejbiet “fil-pajjiż kollu” jew “fl-industrija kollha” ma għandhomx ikunu permessi u peress li kien hemm kampjunar f’dan il-każ, kien tal-inqas meħtieġ li jiġu stabbiliti distorsjonijiet għal kull produttur inkluż fil-kampjun u għal kull fattur ta’ produzzjoni użat minnhom separatament.

(72)

Il-Kummissjoni tinnota li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ġiet stabbilita fuq livell nazzjonali. Madankollu, kif muri f’din it-taqsima, il-Kummissjoni analizzat ukoll is-sitwazzjoni speċifika tal-produtturi esportaturi, u sabet li kull wieħed mill-produtturi fil-kampjun kien tabilħaqq affettwat minn dawn id-distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi li l-kostijiet domestiċi ta’ kull produttur jistgħu jintużaw jekk jiġi kkonstatat li mhumiex milquta minn distorsjonijiet sinifikanti, imma dan ma kienx il-każ f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(73)

Bi tweġiba għat-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, is-CISA tenniet il-kummenti li kellha b’reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, hija żiedet li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li ma jkunx iddeterminat minn qabel f’investigazzjoni. Is-CISA bagħtet li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tibdiex il-proċedura bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel ma fil-fatt tiddetermina b’mod pożittiv l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Għalhekk, skont is-CISA, il-Kummissjoni ma għandhiex tieħu passi bħal li tibgħat kwestjonarji skont l-Artikolu 2(6a), u tibda tfittex data ta’ valur normali mis-sorsi alternattivi, sakemm l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi stabbilita b’mod pożittiv. L-asserzjonijiet tas-CISA ġew appoġġati wkoll fis-sottomissjoni minn Baosteel bi tweġiba għat-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni.

(74)

Il-Kummissjoni ċċarat li filwaqt li d-determinazzjoni dwar l-eżistenza attwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) isseħħ biss fil-ħin tad-divulgazzjoni proviżorja u/jew definittiva u fl-adozzjoni sussegwenti tal-att legali rilevanti, l-Artikolu 2(6a)(e) jistabbilixxi obbligu li tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija meta l-investigazzjoni tkun inbdiet fuq din il-bażi. F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset l-evidenza sottomessa mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti bħala totalment suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. In-Notifika ta’ Bidu speċifikat dan b’mod ċar fil-Punt 3 f’konformità ma’ dan l-obbligu fl-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadet il-passi meħtieġa biex tkun tista’ tapplika l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’każ li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi kkonfermata matul l-investigazzjoni. Din il-proċedura tinkludi li jintbagħtu kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kif ukoll lill-gvern taċ-Ċina, kif ukoll it-tiftix għal pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(6a)(e) jimponi obbligu ulterjuri fuq il-Kummissjoni biex tinforma lill-partijiet minnufih wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża f’dan ir-rigward. Dan jikkostitwixxi l-bażi legali għall-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarji dwar in-noti dwar il-fatturi tal-produzzjoni, kif dettaljat iktar ’il fuq. Abbażi ta’ dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(75)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GOC, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. B’konsegwenza, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.4.   Pajjiż rappreżentattiv

3.1.4.1.   Rimarki ġenerali

(76)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għall-PRC. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni analizzat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi ta’ data tal-Bank Dinji (36);

Il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat f’dak il-pajjiż,

Disponibbiltà tad-data rilevanti disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv.

Fejn hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(77)

Kif spjegat fil-premessi (39) u (40), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

3.1.4.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għall-PRC

(78)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, il-Kolombja, il-Messiku, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat l-prodott li qed jiġi investigat.

(79)

Il-kummenti li waslu dwar l-Ewwel Nota kkonfermaw lill-Brażil jew lit-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli.

3.1.4.3.   Disponibbiltà tad-data rilevanti disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv

(80)

Fl-Ewwel Nota, għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi mmanifatturat il-prodott li qed jiġi investigat, jiġifieri l-Brażil, il-Kolombja, il-Messiku, it-Tajlandja u t-Turkija, il-Kummissjoni vverifikat id-disponibbiltà tad-data meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja tal-produtturi tal-prodott simili.

(81)

Il-Kummissjoni identifikat żewġ kumpaniji li dehru li kienu produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat u li kienu profittabbli fl-2020 (perjodu parzjalment sovrappost mal-PI): Companhia Siderúrgica Nacional (CSN) mill-Brażil u Ereğli Demir ve Çelik Fabrikaları (Erdemir) mit-Turkija. Il-Kummissjoni sabet li għal dawn iż-żewġ kumpaniji kien hemm data finanzjarja kkonsolidata disponibbli minnufih fil-livell tal-grupp għas-sena 2020.

(82)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel nota, il-partijiet interessati ġibdu l-attenzjoni li għall-Companhia Siderúrgica Nacional (CSN) id-data finanzjarja mhux biss kienet disponibbli fil-livell tal-grupp iżda wkoll speċifikament għas-settur tal-“manifattura tal-azzar”. Min-naħa l-oħra ma kinitx disponibbli data finanzjarja fil-livell settorjali għall-produttur Tork tal-ECCS Ereğli Demir ve Çelik Fabrikaları (Erdemir). Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li d-data finanzjarja faċilment disponibbli mill-Brażil kienet tikkostitwixxi d-data l-iktar rilevanti dwar il-kostijiet SG&A u profitti.

(83)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li hija għandha l-ħsieb li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija CSN, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(84)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u tas-CSN bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv.

(85)

Ma wasal l-ebda kumment mingħand partijiet interessati li jikkontesta l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u tas-CSN bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv

3.1.4.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(86)

Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

3.1.4.5.   Konklużjoni

(87)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.1.5.   Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(88)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli faċilment dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(89)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li kienet se tuża l-Global Trade Atlas (GTA) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni għall-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ azzar illaminat bis-sħana u azzar illaminat bil-kesħa, iċ-Ċina kienet l-oriġini ta’ aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Brażil. Il-Kummissjoni ċċekkjat rigward din il-kwistjoni u nnotat li l-kwantitajiet ta’ dawn il-prodotti importati minn pajjiżi terzi oħra fil-Brażil kienu żgħar u ma kinux rappreżentattivi biżżejjed. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat valur referenzjarju possibbli ieħor għall-prezz ta’ dawn il-materji primi fil-Brażil u użat b’mod proviżorju l-valutazzjonijiet tal-prezzijiet tal-azzar domestiċi tal-Metal Bulletin (Fastmarkets’ Prices).

(90)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li hija se tuża l-istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) biex tistabbilixxi kostijiet tax-xogħol mingħajr distorsjoni (37), il-prezzijiet tal-kumpanija EDP Brasil, wieħed mill-akbar fornituri tal-elettriku fil-Brażil, biex tistabbilixxi kostijiet tal-elettriku mingħajr distorsjoni (38), il-prezzijiet tal-gass naturali kif imposti mill-akbar distributur tal-gass fil-Brażil, il-kumpanija Comgas, għall-istabbiliment ta’ kostijiet tal-gass mingħajr distorsjoni (39), il-prezzijiet tal-kumpanija Sabesp, responsabbli għall-provvista tal-ilma, għall-ġbir u għat-trattament tad-drenaġġ fl-Istat ta’ Sao Paulo, biex tistabbilixxi kostijiet mingħajr distorsjoni tal-ilma (40).

(91)

Wara t-Tieni nota, is-CISA ddikjarat li l-prezzijiet domestiċi tal-Brażil tal-prodotti ċatti tal-azzar ma għandhomx jintużaw bħala prezz ta’ riferiment peress li kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet fi swieq oħra bħall-Ewropa, l-Indja jew it-Turkija. Minflok, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża jew il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-GTA jew parametru referenzjarju internazzjonali kif irrapportat fl-SSB / S&P Platts.

(92)

Il-Kummissjoni tenniet li – kif imsemmi fit-Tieni Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni (ara l-premessa 89) – ma setgħux jintużaw il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-GTA. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-prezzijiet tal-Metal Bulletin użati kienu simili għad-data tal-SBB / S&P Platts (varjazzjoni ta’ inqas minn 5 %). Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrifjuta d-dikjarazzjoni tas-CISA u li tikkonferma l-użu tal-prezzijiet tal-azzar domestiċi Brażiljani kif irrapportati fil-Metal Bulletin.

3.1.6.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.1.6.1.   Fatturi tal-produzzjoni

(93)

Meta titqies l-informazzjoni kollha disponibbli għall-Kummissjoni, il-fatturi tal-produzzjoni u s-sorsi tagħhom li ġejjin ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 2

Fatturi tal-produzzjoni tal-ECCS

Fattur ta’ Produzzjoni

(“FOP”)

Nomenklatura Komuni tal-Mercosur (NCM)

Valur mingħajr distorsjoni fil-yuan Ċiniż (“CNY”)

Unità ta’ kejl

Sors ta’ informazzjoni

Trab tal-Minerali tal-Ħadid għas-Sinterizzazzjoni

260111

1,112

kg

GTA

Ossidu tal-Kromu

281910

18,319

kg

GTA

Azzar Illaminat bis-Sħana

720827

5,774

kg

Bulettin tal-Metall

Pellets tal-mineral tal-ħadid

26011210

1,209

kg

GTA

Gass tal-Faħam

270112

1,230

kg

Bulettin tal-Metall

Ruttam tal-Metall/Prodotti Sekondarji

720449

2,392

kg

GTA

Faħam Pulverizzat

270111

0,706

kg

GTA

Ferromolibdenu

720270

113,684

kg

GTA

Manganiż

81110010 , 81110020 , 81110090

13,210

kg

GTA

Kokk

27040011 , 27040012

2,027

kg

GTA

Faħam tal-Kokk

270112

1,230

kg

Metal bulletin

Trab tal-Mineral tal-Ħadid

260111

1,112

kg

GTA

Faħam tal-Gass bix-Xaħam

270112

1,230

kg

Metal bulletin

Faħam bix-Xaħam

270112

1,230

kg

Bulettin tal-Metall

Faħam Bituminuż

270111

0,706

kg

GTA

Ruttam tal-Azzar Imħallat

720449

2,392

kg

GTA

Ruttam tal-Azzar Tqil

720449

2,392

kg

GTA

Ġibs verġni

252210

0,850

kg

GTA

Ċangatura tal-Ikkastjar Kontinwu

720719

3,126

kg

GTA

Kojls Kontinwament Ittemprati, Illaminati bil-Kesħa

720918

6,597

kg

Bulettin tal-Metall

Blokk tal-Ħadid Ippressat bis-Sħana

732690 , 73269010 , 73269090

94,693

kg

GTA

Sottogħarbiel

27040011 , 27040012 , 27040090

2,030

kg

GTA

Pellets tal-mineral tal-ħadid

26011210

1,209

kg

GTA

Minerali f’biċċiet magħqudin

260111

1,112

kg

GTA

Trab tal-Mineral tal-Ħadid

260111

1,112

kg

GTA

Gagazza tal-Ħadid b’Purità Għolja

261900

0,747

kg

GTA

Ruttam tal-Azzar tas-Siliċju

720449

2,392

kg

GTA

Blokka għall-Ippakkjar tar-Ruttam tar-Rokna

720449

2,392

kg

GTA

Ammonti Pendenti

720449

2,392

kg

GTA

Estrużjoni tal-Aluminju

760429

51,287

kg

GTA

Trab tal-Ħadid Riċiklat

260111

0,961

kg

GTA

Mill Scale Riċiklat

261900

0,750

kg

GTA

Gagazza Granulata tal-Ilma Riċiklat

261800

0,785

kg

GTA

Gagazza tal-Ħadid b’Purità Għolja Riċiklata

261900

0,750

kg

GTA

Ruttam tal-Azzar Tqil Riċiklat

720449

2,392

kg

GTA

Ruttam tal-Azzar Imħallat Riċiklat

720449

2,392

kg

GTA

Gass

 

2,257

m3

Boletim Mensal de Acompanhamento da Industria de Gas Natural (il-Brażil)

Elettriku

 

5,034

kWh

EDP Brasil

Manodopera

 

51 600

27,112

sena

siegħa

Statistika tal-ILO

3.1.6.2.   Materja prima

(94)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mill-PRC lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-PRC minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv miċ-Ċina u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi.

(95)

Il-Kummissjoni ddevjat mill-metodoloġija deskritta hawn fuq għal għadd limitat ta’ materja prima.

(96)

Għall-mineral tal-ħadid, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-GTA mill-Brażil. Il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-GTA tal-mineral tal-ħadid kienu ferm inqas mill-prezzijiet ġeneralment osservati għall-mineral tal-ħadid użat għall-produzzjoni tal-azzar. Minħabba din ir-raġuni, il-Kummissjoni analizzat dawn il-prezzijiet mal-prezzijiet tal-esportazzjoni li wkoll jinsabu fil-GTA għall-Brażil (li huwa wieħed mill-akbar produtturi tal-mineral tal-ħadid fid-dinja). Din l-analiżi kkonfermat li l-prezzijiet tal-importazzjoni ma kinux konformi ma’ dawk osservati għall-esportazzjonijiet, li jissuġġerixxi li kienu baxxi b’mod anormali biex ikunu rappreżentattivi tal-prezzijiet fil-Brażil. Il-Kummissjoni qabblet ukoll dawk il-prezzijiet tal-importazzjoni mal-prezzijiet imħallsa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kif ukoll mal-prezzijiet irrapportati fil-Metal Bulletin, u wasslet għall-istess konklużjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonstatat li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil tal-mineral tal-ħadid ma setgħux jitqiesu bħala valur ta’ riferiment rappreżentattiv.

(97)

Fil-każ ta’ ħafna prodotti tal-faħam irrappurtati mill-produttur esportatur fiċ-Ċina (faħam tal-gass, faħam tal-kokk, faħam oħxon tal-gass, faħam oħxon), il-Kummissjoni qieset li, b’mod simili għas-sejbiet tagħha fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/58 (42), il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil, kif irrappurtati mill-GTA, ma kinux rappreżentattivi. Tabilħaqq, dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu barra mill-firxa tal-prezzijiet osservata għal tali prodotti f’rapporti dwar il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi bħal dawk ta’ Bloomberg jew Metal Bulletin u l-prezzijiet imħallsa mill-produttur esportatur fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni qieset li l-prezz irrappurtat fil-Metal Bulletin għal faħam tal-kokk iebes bi kwalità primjum kien prezz ta’ referenza xieraq. Dan jikkorrispondi għat-tip ta’ faħam metallurġiku li jintuża għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar. Dan il-valur referenzjarju ntuża f’investigazzjonijiet preċedenti relatati ma’ prodotti tal-azzar, bħal dik imsemmija qabel.

(98)

Għal għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw individwalment sehem negliġibbli tal-kost tal-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għaldaqstant, fl-istadju proviżorju l-Kummissjoni ddeċidiet li tqis dawn il-fatturi, li b’mod aggregat kienu jammontaw għal inqas minn 4 % tal-kost tal-manifattura, bħala oġġetti konsumabbli.

(99)

Fatturi tal-produzzjoni li pproduċew il-produtturi stess li kellhom biss piż negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi kif ukoll fuq il-livell tat-tip tal-prodott, inġabru flimkien taħt oġġetti tal-konsum. Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti.

3.1.6.3.   Manodopera

(100)

L-ILO tippubblika informazzjoni ddettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fil-Brażil (43). Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-ħaddiema fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Brażil fl-2020. Ġew miżjuda kostijiet addizzjonali relatati max-xogħol (44) (kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-qgħad li jġorrhom l-impjegatur). Abbażi ta’ dan, ġiet ikkalkolata rata fis-siegħa.

3.1.6.4.   Elettriku

(101)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Brażil huwa ppubblikat mill-EDP Brasil għall-2020 u l-2021. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-medda tal-konsum korrispondenti f’CNY/kWh kif ippubblikata f’Lulju 2020 sa Ġunju 2021.

3.1.6.5.   Gass naturali

(102)

Biex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju għall-kostijiet tal-gass, il-Kummissjoni użat l-istatistika mill-Ministeru Brażiljan għall-Enerġija. Il-prezzijiet użati huma l-prezz medju tal-unità tal-gass għall-utenti industrijali, ipprovdut mill-bulettin ta’ kull xahar tal-Ministeru għall-Enerġija. Dawk il-bullettini indikaw id-data storika mill-2018 sa April 2021. Il-Kummissjoni użat il-medja għall-perjodu minn Lulju 2020 sa April 2021.

3.1.6.6.   Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(103)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(104)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kost tal-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għall-2020 għas-CSN li tinsab fir-Rapport Integrat tas-CSN tal-2020 (45).

3.1.6.7.   Il-kalkolu

(105)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(106)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati permezz ta’ xogħol fl-uffiċċju u kontroverifiki mill-bogħod. Il-Kummissjoni mmoltiplikat l-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv (tabella 2 hawn fuq).

(107)

Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, kif spjegat fil-premessa (103) li b’kollox ammontaw għal inqas minn 10 % tal-kostijiet tal-manifattura mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex jaslu għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(108)

Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt tas-CSN kif innotat fil-premessa (104). L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 6,51 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 10,65 %.

(109)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.6.8.   Prezz tal-esportazzjoni

(110)

Produttur esportatur li kkoopera li kien inkluż fil-kampjun, Jintai, esporta l-prodott li qed jiġi investigat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għal dan il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(111)

Il-produttur esportatur l-ieħor li kkoopera fil-kampjun, Baosteel, esporta l-prodott li qed jiġi investigat permezz ta’ kumpaniji relatati fl-Unjoni, li aġixxew bħala importaturi u sussidjarji tal-bejgħ. Għal dan il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti li saru fil-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż għall-ispejjeż SG&A, u għall-profitti dovuti.

3.1.6.9.   Tqabbil

(112)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

(113)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar u għat-tagħbija, għall-kostijiet ta’ kreditu, u provvedimenti oħra (assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni).

3.1.6.10.   Marġnijiet tad-dumping

(114)

Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip ta’ prodott li qed jiġi investigat korrispondenti, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(115)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping provviżorju

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd.

43,3  %

Handan Jintai Packing Material Co., Ltd

53,9  %

(116)

Għall-kumpaniji li kkooperaw barra mill-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-medja ponderata tal-marġnijiet tad-dumping taż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun. Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti abbażi ta’ data kummerċjali tal-Comext u t-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(117)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu biss madwar nofs l-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-PI. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-ogħla marġni ta’ dumping misjub għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produttur esportatur li jikkoopera inkluż fil-kampjun bl-ogħla marġni ta’ dumping.

(118)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping provviżorju

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd.

43,3  %

Handan Jintai Packing Material Co., Ltd

53,9  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

45,1  %

Kumpaniji l-oħra kollha

77,9  %

3.2.   Il-Brażil

3.2.1.   Valur Normali

(119)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ CSN kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk il-volum ta’ bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tagħha għall-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali ta’ CSN fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(120)

Il-Kummissjoni mbagħad identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fil-livell domestiku li kienu identiċi jew kumparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(121)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tas-CSN fis-suq domestiku tagħha għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew paragunabbli mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott ikun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott identiku jew paragunabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li għal numru żgħir ta’ tipi ta’ prodotti li ġew esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jew ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku, jew il-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott kien inqas minn 5 % fil-volum u għalhekk ma kienx rappreżentattiv.

(122)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(123)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkulat ta’ produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(124)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(125)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:

(a)

il-volum ta’ bejgħ bi profitt tat-tip ta’ prodott jirrappreżenta 80 % jew anqas mill-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip: jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(126)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 91 % tal-bejgħ domestiku ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni.

(127)

Għat-tipi tal-prodott mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul l-perkors normali tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi mal-kost tal-manifattura. Għat-tipi tal-prodott mhux mibjugħa fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-kostijiet SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru fil-perkors normali tal-kummerċ fis-suq domestiku mal-kost tal-manifattura.

3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(128)

Il-produttur esportatur li kkoopera esporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott li qed jiġi investigat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Tqabbil

(129)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

(130)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar u t-tagħbija, l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-kostijiet tal-krediti u l-imposti bankarji, ir-ribassi u provvedimenti oħra.

3.2.4.   Marġni tad-dumping

(131)

Għall-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott li qed jiġi investigat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(132)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 100 % tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat.

(133)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping provviżorju

Companhia Siderúrgica Nacional

66,8 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

66,8  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(134)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn erba’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(135)

Kif spjegat fil-premessa (31) hawn fuq, billi d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet primarjament derivata mit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li tnejn minnhom jappartjenu għall-istess grupp, iċ-ċifri kollha jingħataw f’forma indiċjata jew bħala firxiet biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tad-data pprovduta.

(136)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal bejn [439 000–513 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġiba għall-kwestjonarju makroekonomiku. Kif indikat fil-premessa (12), it-tliet produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu jirrappreżentaw [85–95] % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(137)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, flimkien mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-informazzjoni pprovduta minn Eurofer għall-produttur mhux fil-kampjun. Il-volumi tal-importazzjoni ttieħdu mid-dejta tal-Eurostat.

(138)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-konsum totali tal-Unjoni

[522 000 -611 000 ]

[508 000 -595 000 ]

[506 000 -593 000 ]

[505 000 -591 000 ]

Indiċi

100

97

97

97

Sors: Eurostat, Eurofer u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju.

(139)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 3 % bejn l-2018 u l-2019 u minn hemm baqa’ stabbli sa tmiem il-PI. Id-domanda fis-suq tal-Unjoni varjat marġinalment matul il-perjodu kkunsidrat u tista’ titqies bħala ġeneralment stabbli.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(140)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-ECCS li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtiġux li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(141)

Il-marġni tad-dumping stabbilit b’rabta mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Brażil kien ogħla mil-limiti de minimis stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu [12-13] % u [2-3] %, rispettivament.

(142)

Il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-PRC u mill-Brażil u bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu f’kompetizzjoni ma’ xulxin u mal-ECCS prodott fl-Unjoni minħabba li jinbiegħu bl-istess mezzi ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti.

(143)

Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mill-PRC u mill-Brażil kienu eżaminati b’mod kumulattiv għall-iskopijiet ta’ determinazzjoni tad-dannu.

4.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(144)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tas-sehem li dawn l-importazzjonijiet irrappreżentaw mill-konsum totali tal-Unjoni.

(145)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u s-sehem mis-suq (f’%)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ

[56 000 -66 000 ]

[66 000 -77 000 ]

[80 000 -94 000 ]

[64 000 -75 000 ]

Indiċi

100

118

143

114

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Brażil

[12 000 -14 000 ]

[3 000 -4 600 ]

[8 000 -10 000 ]

[14 000 -16 000 ]

Indiċi

100

32

70

113

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

[68 000 -80 000 ]

[69 000 -82 000 ]

[88 000 -104 000 ]

[78 000 -91 000 ]

Indiċi

100

102

129

113

Sehem mis-suq tar-RPĊ (%)

[10 –11 ]

[12,5 -13,5 ]

[15 -16 ]

[12 -13 ]

Indiċi

100

121

147

117

Sehem mis-suq tal-Brażil (%)

[2 -3 ]

[0,5 -1,5 ]

[1 -2 ]

[2 -3 ]

Indiċi

100

33

72

117

Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati (%)

[12 -14 ]

[13 -15 ]

[16 -18 ]

[14 -16 ]

Indiċi

100

105

133

117

Sors: Eurostat.

(146)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied bi 13 % bejn l-2018 u l-PI u s-sehem mis-suq tagħhom żdied bi 17 % fl-istess perjodu. Il-volum tal-importazzjonijiet kien qed jiżdied b’mod kostanti sal-2020 u mbagħad naqas fil-PI prinċipalment minħabba l-kwistjonijiet tat-trasport u loġistiċi relatati mal-importazzjonijiet miċ-Ċina fit-tieni nofs tal-PI. Fi kwalunkwe każ, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fil-PI kien ogħla meta mqabbel kemm mal-2018 kif ukoll mal-2019.

4.3.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz

(147)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw.

(148)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-prezz tal-importazzjoni mill-PRC

771

761

701

721

Indiċi

100

99

91

93

Prezz tal-importazzjoni mill-Brażil

701

654

619

690

Indiċi

100

93

88

98

Prezz tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati

759

755

693

715

Indiċi

100

99

91

94

Sors: Eurostat.

(149)

Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas b’6 % matul il-perjodu meqjus għalkemm il-prezz tal-materja prima ewlenija (minerali tal-ħadid u strixxi llaminati bis-sħana) żdied fl-istess perjodu. Il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kif rifless fit-Tabella 9.

(150)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun miġbur mingħand klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li kkooperaw u mill-produttur Brażiljan li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF (kost, assigurazzjoni u nol), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(151)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 1,9 % u 13,7 % għaċ-Ċina u ta’ 21,8 % għall-Brażil.

(152)

L-utent Eviosys sostna li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ mhumiex direttament komparabbli ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni minħabba kwistjonijiet ta’ kwalità. Madankollu, din it-talba ma ġietx sostnuta b’evidenza. Għalhekk, din it-talba ġiet irrifjutata proviżorjament.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(153)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(154)

Kif imsemmi fil-premessa (12), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(155)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data inkluża fit-tweġiba għall-kwestjonarju makroekonomiku. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(156)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(157)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(158)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

[480 000 -562 000 ]

[464 000 -544 000 ]

[428 000 -501 000 ]

[439 000 -513 000 ]

Indiċi

100

97

89

91

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[581 000 -680 000 ]

[581 000 -680 000 ]

[581 000 -680 000 ]

[581 000 -680 000 ]

Indiċi

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità (%)

[82 -89 ]

[80 -86 ]

[73 -79 ]

[75 -81 ]

Indiċi

100

97

89

91

Sors: Eurofer u produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(159)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu meqjus.

(160)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu meqjus, l-użu tal-kapaċità segwa l-istess xejra negattiva bħall-produzzjoni u naqas b’9 % bejn l-2018 u l-PI.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(161)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 7

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

[336 000 -394 000 ]

[336 000 -394 000 ]

[317 000 -371 000 ]

[337 000 -394 000 ]

Indiċi

100

100

94

100

Is-sehem mis-suq (%)

[61 -66 ]

[63 -68 ]

[60 -64 ]

[64 -68 ]

Indiċi

100

103

97

104

Sors: Eurofer u produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(162)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa’ ġeneralment stabbli matul il-perjodu meqjus, bi tnaqqis ta’ 6 % osservat fl-2020. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi ftit matul dak il-perjodu b’4 %.

4.4.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(163)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

L-għadd ta’ impjegati

[680 -790 ]

[820 -960 ]

[840 -980 ]

[770 -900 ]

Indiċi

100

122

124

113

Produttività (tunnellati/impjegat)

[658 -770 ]

[523 -612 ]

[473 -553 ]

[530 -621 ]

Indiċi

100

79

72

81

Sors: Eurofer u produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(164)

Filwaqt li l-għadd ta’ impjegati żdied bi 13 % bejn l-2018 u l-PI, il-produttività naqset b’19 %. It-tnaqqis fil-produttività huwa prinċipalment dovut għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni matul il-perjodu meqjus. Tnaqqis fil-produttività jindika żieda fil-kost lavorattiv għal kull tunnellata ta’ ECCS prodotta.

4.4.2.4.   It-tkabbir

(165)

Kif spjegat fit-Taqsimiet 4.4.2.1 sa 4.4.2.3 hawn fuq, il-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’9 % matul il-perjodu meqjus, li rriżulta f’kostijiet fissi ogħla għal kull unità ta’ produzzjoni u fi produttività aktar baxxa. Dan it-tnaqqis qabeż it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, kif imsemmi fil-premessa (139).

(166)

Minkejja li l-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni baqa’ stabbli u s-sehem mis-suq żdied b’4 % bejn l-2018 u l-PI, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat deterjorament fil-prestazzjoni finanzjarja tagħha. Kif spjegat fit-Taqsima 4.4.3 hawn taħt, hija ħabtet wiċċha ma’ kost ogħla tal-produzzjoni filwaqt li ma setgħetx taġġusta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha kif xieraq.

(167)

Għalhekk, il-perspettivi tat-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni ġew ipperikolati.

4.4.2.5.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat

(168)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta tqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(169)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(170)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 9

Prezzijiet ta’ bejgħ fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali

[780 -910 ]

[800 -930 ]

[760 -890 ]

[780 -910 ]

Indiċi

100

102

97

100

Kost unitarju tal-produzzjoni

[770 -900 ]

[810 -950 ]

[810 -940 ]

[840 -980 ]

Indiċi

100

106

105

109

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(171)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqgħu ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat għalkemm il-kost medju tal-produzzjoni żdied b’9 % bejn l-2018 u l-PI. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

(172)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni kien ibbażat fuq kuntratti annwali ma’ klijenti li stabbilew il-kwantitajiet u l-prezzijiet għas-sena li ġejja. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni għandha marġni minimu biex iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima matul l-applikazzjoni tal-kuntratt annwali, fil-prinċipju għandha tkun tista’ żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha meta tinnegozja l-kuntratti għas-sena ta’ wara. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tagħmel dan waqt il-perjodu kkunsidrat minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet. Dan wassal għal tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat fit-Taqsima 4.4.3.4 hawn taħt.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(173)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

[71 000 -83 000 ]

[72 000 -85 000 ]

[68 000 -80 000 ]

[71 000 -83 000 ]

Indiċi

100

102

96

100

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(174)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni baqa’ ġeneralment stabbli matul il-perjodu meqjus b’żieda żgħira fl-2019 u tnaqqis ta’ 4 % fl-2020, l-aktar minħabba l-waqfien tal-produzzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fil-PI, il-kost lavorattiv medju reġa’ lura għal-livell tiegħu tal-2018.

4.4.3.3.   Inventarji

(175)

Il-livelli tal-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

[37 900 -44 400 ]

[41 800 -48 900 ]

[22 700 -26 600 ]

[33 700 -39 500 ]

Indiċi

100

110

60

89

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

[7 -9 ]

[9 –11 ]

[5 -7 ]

[7 -9 ]

Indiċi

100

115

68

98

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(176)

L-inventarji l-ewwel żdiedu b’10 % fl-2019 qabel ma naqsu drastikament fl-2020. B’mod ġenerali, dawn naqsu bi 11 % bejn l-2018 u l-PI. Kif spjegat fil-premessa (172), l-industrija tal-ECCS fl-Unjoni hija kkaratterizzata minn kuntratti qafas annwali bejn il-produtturi u l-klijenti li jiffissaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet. Dawn il-kuntratti qafas jiġu implimentati permezz ta’ ordnijiet ta’ xiri skont il-ħtiġijiet tal-klijent. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni tista’ tippjana l-produzzjoni u l-inventarji tagħha. Għalhekk, l-inventarji ma humiex indikatur ewlieni għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(177)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 12

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

[1 -3 ]

[(-1 )–(-3 )]

[(-7 )–(-9 )]

[(-8 )–(-10 )]

Indiċi

100

- 137

- 414

- 505

Fluss tal-flus (EUR)

[10 000 000 – 11 700 000 ]

[1 000 000 – 2 000 000 ]

[(-5 400 000 )– (-6 300 000 )]

[(-9 500 000 )–(-11 150 000 )]

Indiċi

100

9

-54

-95

Investimenti (EUR)

[16 820 000 - 19 690 000 ]

[22 750 000 - 26 630 000 ]

[28 400 000 - 33 250 000 ]

[30 000 000 - 35 130 000 ]

Indiċi

100

135

169

178

Redditu fuq l-investimenti (%)

[1 -2 ]

[(-1 )–(-2 )]

[(-3 )–(-4 )]

[(-4 )–(-5 )]

Indiċi

100

- 137

- 373

- 461

Sors: Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(178)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(179)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset u nbidlet għal telf mill-2019, li kompla jiżdied fil-PI. Tabilħaqq, għalkemm l-industrija tal-Unjoni żammet il-volumi tal-produzzjoni tagħha sabiex tkopri l-kostijiet fissi għoljin, ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u għalhekk bdiet tagħmel it-telf.

(180)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat ’l isfel bi tnaqqis ta’ madwar 200 % matul il-perjodu meqjus u kienet negattiva fil-PI. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat diffikultajiet biex tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, li hija indikazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tagħha.

(181)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku tal-investimenti. Din segwiet xejra negattiva simili bħall-profittabbiltà u l-fluss tal-flus nett. Ir-redditu fuq l-investiment naqas b’mod sinifikanti bejn l-2018 u l-PI u sar negattiv fil-PI. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tiġġenera biżżejjed profitti sabiex tkopri l-investimenti tagħha. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni żiedet progressivament l-investimenti tagħha matul il-perjodu meqjus, l-aktar minħabba l-ħtieġa li tikkonforma mar-rekwiżiti legali u ma setax ikollha redditu fuq dawn l-investimenti. L-iżvilupp negattiv tar-redditu fuq l-investiment matul il-perjodu meqjus indika ulterjorment li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar b’mod sinifikanti.

(182)

Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jżidu l-kapital ġiet affettwata mis-sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tagħhom. It-tnaqqis konsiderevoli tal-profittabbiltà u l-fluss tal-flus nett indikaw tħassib serju fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-likwidità tal-industrija tal-Unjoni u l-kapaċità tagħha li żżid il-kapital biex tiffinanzja l-attività operattiva tagħha u l-investimenti meħtieġa.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(183)

L-indikaturi ekonomiċi kemm fil-livell makro kif ukoll f’dak mikro ddeterjoraw matul il-perjodu meqjus.

(184)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli, l-użu tal-kapaċità naqas b’9 % bejn l-2018 u l-PI, li rriżulta f’kost fiss ogħla għal kull tunnellata ta’ ECCS. Għalkemm il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqa’ ġeneralment stabbli u kiseb xi sehem mis-suq fil-perjodu meqjus, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (b’21 % f’termini ta’ sehem mis-suq), il-volum tal-produzzjoni tiegħu naqas b’9 % fl-istess perjodu.

(185)

Minkejja l-fatt li l-industrija tal-Unjoni żammet b’mod ġenerali l-pożizzjoni tagħha fis-suq matul il-perjodu meqjus, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha marret għall-agħar l-aktar minħabba ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, li ma setgħetx tiġi koperta minn żieda korrispondenti fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

(186)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqgħu stabbli matul il-perjodu meqjus għalkemm il-kost medju tal-produzzjoni żdied b’9 % fl-istess perjodu. Is-soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping wasslet għal telf mill-2019, li kompla jiżdied fil-PI. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni qallbet għan-negattiv minn [1–3] % fl-2018 għal [(-8)–(-10)] % fil-PI, li jfisser li naqset b’fattur ta’ sitta. Filwaqt li l-investimenti netti żdiedu bi 78 %, ir-redditu fuq l-investiment sar negattiv matul il-perjodu meqjus, minn [1–2] % fl-2018 għal [(-4)–(-5)] % fil-PI, li jfisser li naqas b’ħames darbiet. Il-fluss tal-flus sar negattiv ukoll, li affettwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-operazzjonijiet tagħha. L-għadd ta’ impjegati żdied matul l-istess perjodu bi 13 %; madankollu, il-produttività naqset bi 19 %, u dan irriżulta f’kost tax-xogħol ogħla għal kull tunnellata ta’ ECCS.

(187)

Kif stabbilit hawn fuq, l-indikaturi ekonomiċi bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment iddeterjoraw b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Dan affettwa b’mod negattiv il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja lilha nnifisha, li tagħmel l-investimenti meħtieġa u li żżid il-kapital, u b’hekk jimpedixxi t-tkabbir tagħha u saħansitra jhedded is-sopravivenza tagħha.

(188)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(189)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufin setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjoni oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-pandemija tal-COVID-19, l-evoluzzjoni tal-kost tal-produzzjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-effett ta’ kuntratti annwali.

5.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

5.1.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati

(190)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evoluzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(191)

Il-kwantità tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati kompliet tiżdied matul il-perjodu meqjus għalkemm ġie osservat tnaqqis fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-aktar minħabba t-tfixkil tat-trasport internazzjonali u għalhekk, il-provvista tal-ECCS fl-2021. Il-volumi tal-importazzjonijiet akkumulati mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu minn [68 000-80 000] tunnellata fl-2018 għal [78 000-91 000] tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li rrappreżentaw żieda ta’ 13,5 %.

(192)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati l-ewwel żdied minn 13,1 % fl-2018 għal 15,4 % fil-PI, jiġifieri żieda ta’ 17,5 %. Konsegwentement, kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku.

5.1.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u effetti tal-prezz

(193)

Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas b’6 % matul il-perjodu meqjus għalkemm il-prezz tal-materja prima ewlenija (minerali tal-ħadid jew strixxi llaminati bis-sħana) żdied fl-istess perjodu. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni kienu ferm inqas mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (715-il EUR/tunnellata mqabbel ma’ 780–910 EUR/tunnellata fil-PI). Kif spjegat fil-premessa (151) hawn fuq, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’1,9 % – 13,7 % għaċ-Ċina u 21,8 % għall-Brażil. Irrispettivament mit-twaqqigħ tal-prezz, il-volumi sinifikanti tal-importazzjoni bi prezzijiet baxxi naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li ma setgħatx tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni u b’hekk ġarrbet telf.

5.1.3.   Rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni

(194)

Il-kwantità miżjuda ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati flimkien mal-prezzijiet medji baxxi tal-bejgħ tagħhom kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sabiex lill-klijenti tgħaddilhom il-kost dejjem akbar tal-materja prima minħabba li kienet qed tħabbat wiċċha ma’ kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat. L-istrateġija tal-industrija tal-Unjoni kienet li żżomm il-volumi tal-produzzjoni u s-sehem mis-suq biex tkopri l-kostijiet fissi għoljin għad-detriment tal-profittabbiltà tagħha. Għalhekk, l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati impedixxew iż-żidiet fil-prezzijiet min-naħa tal-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku u għalhekk ikkawżaw soppressjoni tal-prezzijiet.

(195)

L-utent Eviosys afferma li l-importazzjonijiet jeżerċitaw pressjoni kompetittiva limitata ħafna, jekk ikun hemm, fuq l-industrija tal-Unjoni billi jirreferi għal deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-fużjoni (46). Abbażi tal-istess deċiżjoni, l-utent u s-CISA argumentaw li l-importazzjonijiet, b’mod partikolari miċ-Ċina, intużaw l-aktar għal applikazzjonijiet ta’ livell baxx minħabba l-kwalità aktar baxxa tagħhom, u li l-klijenti tal-Unjoni ppreferew jakkwistaw il-prodotti tagħhom lokalment minħabba li l-importazzjonijiet kellhom ħinijiet itwal ta’ stennija, kost ogħla tat-trasport, kif ukoll livelli aktar baxxi ta’ kwalità.

(196)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’każijiet ta’ fużjoni għandhom objettivi differenti u huma bbażati fuq tipi differenti ta’ valutazzjonijiet. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni msemmija mill-utent kellha kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ferm usa’ mill-ECCS u kienet tinkludi għadd ta’ prodotti oħra tal-azzar, li xi wħud minnhom diġà kienu soġġetti għal dazji anti-dumping. Barra minn hekk, fil-partijiet tad-deċiżjoni tal-fużjoni msemmija mill-utent, il-Kummissjoni għamlet analiżi konġunta tas-suq tal-pjanċa stanjata u tal-ECCS. Barra minn hekk, l-analiżi tal-importazzjonijiet magħmula f’din id-deċiżjoni kienet tikkonċerna perjodu li jippreċedi l-perjodu meqjus. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni dwar żminijiet meħtieġa itwal, livelli ta’ kwalità aktar baxxi u kostijiet ogħla tat-trasport ma kinitx sostnuta minn evidenza. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni b’mod provviżorju.

(197)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

5.2.   L-effetti ta’ fatturi oħra

5.2.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(198)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 13

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Ir-Renju Unit

Volum (f’tunnellati)

[67 000 -78 000 ]

[68 000 -78 000 ]

[73 000 -80 000 ]

[60 000 -85 000 ]

 

Indiċi

100

102

109

91

 

Is-sehem mis-suq (%)

[11 -14 ]

[12 -15 ]

[13 -16 ]

[11 -14 ]

 

Indiċi

100

105

112

94

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

850

854

837

839

 

Indiċi

100

100

98

98

Il-Ġappun

Volum (f’tunnellati)

[8 900 -10 500 ]

[11 800 -13 900 ]

[14 400 -17 000 ]

[13 400 -15 800 ]

 

Indiċi

100

132

161

150

 

Is-sehem mis-suq (%)

[1 -2 ]

[2 -3 ]

[2,5 -3,5 ]

[2 -3 ]

 

Indiċi

100

135

166

155

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

850

848

777

776

 

Indiċi

100

100

91

91

Il-Korea t’Isfel

Volum (f’tunnellati)

[11 600 -13 600 ]

[4 300 -5 100 ]

[3 900 -4 500 ]

[4 700 -5 500 ]

 

Indiċi

100

36

33

40

 

Is-sehem mis-suq (%)

[2 -3 ]

[0,5 -1,5 ]

[0,5 -1,5 ]

[0,5 -1,5 ]

 

Indiċi

100

38

34

42

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

802

855

771

763

 

Indiċi

100

107

96

95

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (f’tunnellati)

[29 000 -34 000 ]

[17 000 -20 000 ]

[8 000 -9 000 ]

[11 000 -13 000 ]

 

Indiċi

100

59

29

37

 

Is-sehem mis-suq (%)

[5 -7 ]

[3 -5 ]

[1 -3 ]

[2 -4 ]

 

Indiċi

100

60

29

38

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

869

805

732

812

 

Indiċi

100

93

84

93

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi kkonċernati

Volum (f’tunnellati)

[117 000 - 137 000 ]

[101 000 - 119 000 ]

[100 000 - 117 000 ]

[90 000 -105 000 ]

 

Indiċi

100

87

85

77

 

Is-sehem mis-suq (%)

[21 -24 ]

[18 -21 ]

[18 -21 ]

[16 -19 ]

 

Indiċi

100

89

88

79

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

850

845

817

822

 

Indiċi

100

99

96

97

Sors: Eurostat.

(199)

Il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra kellhom sehem mis-suq ta’ 22,4 % fl-2018 u ta’ 17,8 % fil-PI. Il-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas matul il-perjodu meqjus bi 23 % u s-sehem mis-suq tagħhom segwa l-istess xejra bi tnaqqis ta’ 21 %. Il-prezz medju tal-importazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas bi ftit matul il-perjodu meqjus bi 3 %. Madankollu, il-livelli tal-prezzijiet baqgħu qrib il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (822 EUR/tunnellata vs 780–910 EUR/tunnellata fil-PI) u kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz medju tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (822 EUR/tunnellata vs 715-il EUR/tunnellata fil-PI). L-uniku pajjiż li żied l-importazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat kien il-Ġappun. Madankollu, l-importazzjonijiet tiegħu naqsu fil-PI meta mqabbel mal-2020 u l-livelli tal-prezzijiet tiegħu baqgħu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(200)

Is-CISA ddikjarat li l-importazzjonijiet mir-Renju Unit jiksru l-kawżalità bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u d-dannu li nstab minħabba l-kwantitajiet importati minn dak il-pajjiż. Madankollu, l-importazzjonijiet mir-Renju Unit kienu bi prezzijiet ħafna ogħla minn dawk mill-PRC jew mill-Brażil u naqsu b’6 % matul il-perjodu meqjus. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni b’mod provviżorju.

(201)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkontribwewx għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Il-pandemija tal-COVID-19

(202)

L-utent Eviosys u s-CISA affermaw li l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, li rriżultat f’żieda naturali fil-kostijiet flimkien ma’ tnaqqis fid-domanda, kienet il-kawża tad-diskrepanza bejn l-evoluzzjoni tal-kostijiet u tal-prezzijiet matul dak il-perjodu. Is-CISA ddikjarat ukoll li l-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li titqies bħala fattur li “jkisser il-kawżalità”.

(203)

F’dan ir-rigward, tabilħaqq, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, speċjalment fl-2020 meta s-siti ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kellhom jagħlqu temporanjament. Għalhekk, huwa possibbli li l-pandemija tal-COVID-19 ikkontribwiet għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(204)

Madankollu, id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien diġà beda qabel il-pandemija u kompla wara li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kompliet fil-PI. Fil-fatt, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kompliet tiddeterjora fil-PI. Il-profittabbiltà kienet [(-7)–(-9)] % fl-2020 filwaqt li fil-PI naqset għal [(-8)–(-10)] %. Il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti segwew l-istess xejra.

(205)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-pandemija tal-COVID-19 ma kinitx biżżejjed biex tnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   L-evoluzzjoni tal-kost tal-produzzjoni

(206)

Kif spjegat fit-Taqsima 4.4.3.1 hawn fuq, filwaqt li l-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’9 % bejn l-2018 u l-PI, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa’ stabbli.

(207)

Eviosys u s-CISA ddikjaraw li ż-żieda fil-kost tal-materja prima, kif ukoll tal-ispejjeż tat-trasport, ikkontribwew għad-deterjorament tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Eviosys indika “effetti fuq il-prezz u l-kost” negattivi li huma karatteristiċi għall-industrija tal-azzar minħabba d-distakk ta’ żmien bejn iż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima u ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ.

(208)

F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessi (172) u (194) hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx taġġusta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha matul il-perjodu meqjus kollu. Din ix-xejra ġiet osservata matul perjodu twil ta’ żmien u għalhekk, ma setgħetx tiġi spjegata biss biż-żieda fil-kost tal-materja prima. Din l-impossibbiltà li jiġu aġġustati l-prezzijiet tal-bejgħ tikkoinċidi fiż-żmien maż-żieda fl-importazzjonijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, wasslet għal livelli sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz, waqqgħet il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u naqqset il-profittabbiltà.

(209)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tal-kostijiet minnha nnifisha ma setgħetx tkun kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(210)

Matul il-perjodu meqjus il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 14

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

[105 000 -123 000 ]

[110 000 -128 000 ]

[109 000 -127 000 ]

[98 000 -115 000 ]

Indiċi

100

104

103

93

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[750 -880 ]

[760 -890 ]

[710 -840 ]

[720 -840 ]

Indiċi

100

101

95

94

Sors: Eurofer għall-volumi tal-esportazzjoni u l-prezz medju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(211)

Il-bejgħ għall-esportazzjoni lil klijenti mhux relatati kien jirrappreżenta 22,5 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni fil-PI. Matul il-perjodu meqjus, il-volumi tal-esportazzjoni varjaw – l-ewwel żdiedu bejn l-2018 u l-2019 b’4 % u mbagħad naqsu fl-2020 u għal darba oħra fil-PI. B’mod ġenerali, il-bejgħ għall-esportazzjoni naqas fil-perjodu meqjus b’7 %.

(212)

Skont l-industrija tal-Unjoni, il-bejgħ għall-esportazzjoni jirrappreżenta l-volumi li ma setgħux jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. Tabilħaqq, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (194), l-industrija tal-Unjoni jeħtieġ li żżomm il-volumi tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità għoljin u stabbli biex tkopri l-kostijiet fissi għoljin.

(213)

Fil-PI, l-industrija tal-Unjoni biegħet aktar minn 75 % tal-produzzjoni tagħha fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, għalkemm it-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni seta’ kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li, meta jitqies is-sehem għoli tal-bejgħ tal-Unjoni meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni, ma huwiex biżżejjed li titnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.5.   L-effett tal-kuntratti annwali

(214)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni kien ibbażat fuq kuntratti annwali ma’ klijenti li jiffissaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet għas-sena li ġejja. L-industrija tal-Unjoni għandha marġni minimu biex iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima matul l-applikazzjoni tal-kuntratt annwali. Fil-prinċipju, l-industrija tal-Unjoni għandha tkun tista’ żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha meta tinnegozja l-kuntratti għas-sena ta’ wara. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (208), l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha matul il-perjodu kollu meqjus. Din ix-xejra ġiet osservata matul perjodu twil ta’ żmien u, għalhekk, ma setgħetx tiġi spjegata biss permezz taż-żieda fil-kost tal-materja prima.

(215)

Għalhekk, id-distakk ta’ żmien bejn iż-żieda fil-kost tal-materja prima u ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ minħabba l-kuntratti annwali ma deherx li jimpedixxi lill-industrija tal-Unjoni milli tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għall-kost tal-produzzjoni dejjem jiżdied matul il-perjodu meqjus. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-iffissar tal-prezzijiet tal-bejgħ f’kuntratti annwali ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu li nstab.

5.2.6.   Konsum

(216)

Eviosys u s-CISA ddikjaraw li t-tnaqqis tas-suq tal-ECCS tal-Unjoni kkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(217)

Kif imsemmi fil-premessa (139), il-konsum tal-Unjoni naqas bi [17 000–20 000] tunnellata, jiġifieri bi 3 % fil-perjodu meqjus. Madankollu, iċ-ċifri tal-bejgħ tal-Unjoni baqgħu kostanti. Għaldaqstant, aktar kienet is-soppressjoni tal-prezzijiet minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx milli telf ta’ volumi minħabba tnaqqis fil-konsum li kkawżat id-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(218)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-tnaqqis fid-domanda tas-suq bi 3 % ma setax jitqies bħala kawża ta’ dannu li jnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu li nstab. Konsegwentement, it-talbiet ġew miċħuda b’mod provviżorju.

5.2.7.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(219)

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida fiż-żmien mal-volumi dejjem jiżdiedu ta’ importazzjonijiet tal-ECCS mill-pajjiżi kkonċernati, li saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li saħansitra naqsu matul il-perjodu meqjus, kif imsemmi fit-Taqsima 5.1 hawn fuq.

(220)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-pandemija tal-COVID-19, l-evoluzzjoni tal-kost tal-produzzjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-effett ta’ kuntratti fit-tul fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volumi ta’ produzzjoni, prezzijiet tal-bejgħ u profittabbiltà kien limitat biss.

(221)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, kemm jekk individwalment jew b’mod kollettiv, ma kinux biżżejjed biex inaqqsu l-kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

6.   IL-LIVELL TAL-MIŻURI

(222)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni.

(223)

L-ilmentatur argumenta li jeżistu distorsjonijiet tal-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun, li nstab li l-materja prima ewlenija tiegħu kienet soġġetta għad-distorsjoni, ikunx ogħla mill-marġni tiegħu tal-bejgħ taħt il-prezz (ara t-Taqsima 6.2 hawn taħt).

6.1.   Kalkolu tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

(224)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-ftehimiet ambjentali multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u dawk tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia, u jekk tkun kapaċi tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”).

(225)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi taħt investigazzjoni u l-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni. Marġni ta’ profitt bħal dan ma għandux ikun inqas minn 6 %.

(226)

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset il-profitt li l-industrija tal-Unjoni kellha qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li kien ta’ [1-3] %. Peress li dan il-profitt kien inqas minn 6 %, il-Kummissjoni użat b’mod proviżorju l-profitt ta’ 6 % f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku.

(227)

Abbażi ta’ dan, il-prezz mhux dannuż huwa ta’ [850–990] EUR/tunnellata, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ 6 % għall-kost tal-produzzjoni matul il-PI tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(228)

Bħala t-tieni pass, f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod proviżorju kost futur addizzjonali ta’ [10–20] EUR/tunnellata. Dan il-kost addizzjonali żdied mal-prezz mhux dannuż imsemmi fil-premessa (227).

(229)

Dawn il-kostijiet kienu jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kostijiet futuri addizzjonali biex tiġi żgurata l-konformità mal-Iskema tal-Unjoni għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (“ETS”) kemm f’termini ta’ kost tax-xiri tal-permessi tal-emissjonijiet kif ukoll ta’ kostijiet futuri indiretti marbuta mal-ETS relatati max-xiri tal-elettriku

(230)

Il-politika tal-ETS hija pedament tal-politika tal-Unjoni biex jintlaħqu l-obbligi ambjentali tal-Ftehim ta’ Pariġi (47) u għodda ewlenija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dawn il-kostijiet addizzjonali għax-xiri ta’ permessi ġew ikkalkulati abbażi tal-medja tal-Kwoti ta’ Emissjonijiet (EUA) addizzjonali stmati li se jkollhom jinxtraw matul il-perjodu tal-ħajja tal-miżuri. Il-kwoti ta’ emissjonijiet użati fil-kalkolu ma qisux il-kwoti riċevibbli mingħajr ħlas u, bħall-kostijiet kollha tal-produzzjoni, kienu vverifikati sabiex jiġi żgurat li kienu allokati korrettement għall-prodott li qed jiġi investigat. Il-kostijiet tal-EUAs ġew estrapolati sabiex titqies il-varjazzjoni mistennija fil-prezzijiet matul il-ħajja tal-miżuri. Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet previsti tal-kwoti tal-ETS bl-użu ta’ estrazzjoni mill-Bloomberg New Energy Finance bid-data tal-10 ta’ Frar 2022. Il-prezz medju previst għall-EUAs għal dan il-perjodu huwa ta’ 71,3 EUR/tunnellata ta’ CO2 prodott.

(231)

Fil-każ tal-kostijiet futuri relatati max-xiri tal-elettriku, il-Kummissjoni qieset l-evoluzzjoni futura tal-kost tal-emissjonijiet tas-CO2 relatat mal-konsum tal-elettriku. Meta kkalkulat il-kost futur, il-Kummissjoni qieset kif xieraq kwalunkwe kumpens riċevut mill-produtturi tal-Unjoni. Sabiex tiddetermina l-kost futur tas-CO2, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet imbassra fl-estrazzjoni minn Bloomberg New Energy Finance msemmija fil-premessa (231).

(b)

kost futur li jirriżulta minn investimenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2

(232)

Il-politika tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 hija konformi wkoll mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Sabiex jiġu kkalkolati l-kostijiet futuri, il-Kummissjoni qieset il-kost futur addizzjonali tat-termini tad-deprezzament ta’ tali investimenti.

(233)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti taħt l-Artikolu 7(2d) skont it-tip. Il-Kummissjoni għadha qed tanalizza l-informazzjoni fil-fajl b’rabta mal-investimenti li jistgħu jkunu rilevanti skont l-Artikolu 7(2c) u/jew 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(234)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet. Għall-kumpaniji oħrajn li kkooperaw barra mill-kampjun fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni użat il-medja ponderata tal-marġnijiet taż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun.

Pajjiż

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping provviżorju

Marġni proviżorju tal-bejgħ taħt il-prezz

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd

43,3  %

33,2  %

 

Handan Jintai Packing Material Co., Ltd.

53,9  %

23,7  %

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw

45,1  %

31,6  %

Il-Brażil

Companhia Siderúrgica Nacional

66,8  %

52,0  %

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni b’rabta mar-RPĊ

(235)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien meħtieġ li jiġi vvalutat jekk hemmx distorsjonijiet fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, li jrendi dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping insuffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott li qed jiġi investigat.

(236)

Kif spjegat fin-Notifika ta’ Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza li fir-RPĊ jista’ jkun hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet biex tivvaluta jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

(237)

Skont l-evidenza fl-ilment, l-azzar ċatt illaminat bis-sħana, li jammonta għal parti sinifikanti mill-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, kien soġġett għal rifużjoni tal-VAT fiċ-Ċina.

(238)

Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tad-distorsjonijiet tal-materja prima fuq il-produzzjoni tal-ECCS fiċ-Ċina.

(239)

Il-Kummissjoni nnotat li wieħed mill-produtturi Ċiniżi fil-kampjun, Jintai, akkwista kojls illaminati bis-sħana, mentri l-ieħor, Baosteel, ma wettaqx tali akkwisti. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-istadju proviżorju ffukat fuq kojls illaminati bis-sħana f’konformità mad-distorsjonijiet tal-materja prima deskritti fl-ilment, imma se tkompli l-investigazzjoni, anki fir-rigward ta’ distorsjonijiet possibbli oħra tal-materja prima skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

(240)

Il-Kummissjoni kkonfermat li l-kojls illaminati bis-sħana kienu jirrappreżentaw aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni għal Jintai. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, fil-fażi proviżorja ntuża prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif stabbilit fil-Brażil.

(241)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-prezz tal-kojls illaminati bis-sħana kienx distort minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat il-bażijiet tad-data dwar il-VAT fuq l-esportazzjoni u r-rati ta’ rifużjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-tħabbira relatata tal-Ministeru tal-Finanzi Ċiniż u l-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-kojls illaminati bis-sħana ilhom soġġetti għal rifużjoni tal-VAT mill-inqas mill-2019.

(242)

Sussegwentement, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet tal-kojls illaminati bis-sħana fiċ-Ċina mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi. Fil-fażi proviżorja, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet imħallsa mill-kumpanija Jintai mal-prezzijiet tal-Metal Bulletin għall-kojls illaminati bis-sħana għal swieq differenti, inkluż mill-fabbrika fil-Brażil, billi dawn kienu meqjusa b’mod proviżorju li huma konformi mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi kienu [10–30] %–[30–50] % ogħla milli fil-pajjiż ikkonċernat, li kien meqjus sinifikanti.

(243)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-kojls illaminati bis-sħana kienu soġġetti għal distorsjoni sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   L-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(244)

F’konformità mal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ Jintai biss. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet żejda fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni.

7.1.1.   Kapaċitajiet żejda fil-pajjiż esportatur

(245)

L-ilmentaturi vvalutaw il-kapaċità domestika Ċiniża għall-ECCS għal madwar 990 000 tunnellata u l-produzzjoni tal-ECCS għal madwar 650 000 tunnellata fl-2018 (48). Dan ifisser użu stmat tal-kapaċità ta’ 66 %. Minbarra dan, għaż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun l-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet ta’ [70–90] % bħala medja. Din hija ogħla mill-istima tal-ilmentaturi għall-pajjiż kollu. Anke jekk il-kapaċità ta’ riżerva medja taż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun (jiġifieri [10–30] %) tiġi estrapolata għall-pajjiż ikkonċernat, il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina tammonta għal madwar [100 000-300 000] tunnellata, li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni matul il-PI.

(246)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina u li, jekk tintuża, din il-kapaċità ta’ riżerva kellha l-potenzjal li żżid il-provvista globali tal-prodott li qed jiġi investigat, tnaqqas il-prezzijiet u konsegwentement timmina l-effettività tal-miżura jekk ma tiġix stabbilita fil-livell tad-dumping.

7.1.2.   Kompetizzjoni għal materja prima

(247)

Ġeneralment, is-settur globali tal-azzar huwa settur b’kapaċità eċċessiva sinifikanti, l-aktar minħabba l-politika industrijali taċ-Ċina. Il-prodotti tal-azzar huma disponibbli b’mod wiesa’ fis-suq kemm fl-UE kif ukoll fiċ-Ċina.

(248)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezz tal-kojls illaminati bis-sħana fiċ-Ċina kien ferm aktar baxx mill-prezz tal-kojls illaminati bis-sħana fi swieq internazzjonali rappreżentattivi (ara l-premessa (242)). Dan joħloq żvantaġġ komparattiv għall-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, filwaqt li l-kojls illaminati bis-sħana huma disponibbli għall-industrija tal-Unjoni, huma disponibbli bi prezz ogħla milli għall-kompetituri tagħha fiċ-Ċina. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni tinsab f’pożizzjoni żvantaġġata vis-à-vis l-produtturi esportaturi Ċiniżi.

7.1.3.   L-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni

(249)

Kif spjegat fil-premessi (262) u (263) hawn taħt, l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità biex tkopri d-domanda totali tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(250)

Fl-aħħar nett, l-utenti tal-Unjoni jistgħu jġibu l-prodott li qed jiġi investigat minn pajjiżi terzi oħra. Il-volum totali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li s-sehem mis-suq tagħhom naqas b’21 %. B’mod partikolari, il-bejgħ mill-Korea t’Isfel naqas minn [11 600-13 600] tunnellata fl-2018 għal [4 700-5 500] tunnellata fil-PI, jiġifieri b’60 %. Fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra jiżdiedu, peress li l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni jkunu aktar attraenti.

(251)

Għalhekk, l-utenti jkollhom aċċess suffiċjenti għall-ECCS anke f’każ li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jonqsu minħabba d-dazju ogħla. Konsegwentement, ma huwiex mistenni tfixkil tal-ktajjen tal-valur tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.4.   Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(252)

Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ dazji provviżorji fir-rigward ta’ Handan Jintai Packing Material Co., Ltd f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

(253)

Fid-dawl tal-analiżi stabbilita hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-livell tad-dazji proviżorji abbażi tal-livell ta’ dumping, bla ħsara għal kunsiderazzjonijiet ulterjuri stabbiliti fit-Taqsima 7.2 ta’ hawn taħt fil-kuntest tal-Artikolu 21.

7.2.   L-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku

(254)

Wara li vvalutat l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.2.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(255)

L-effett tal-miżuri kontra d-dumping se jkun pożittiv għall-produtturi tal-Unjoni, peress li l-miżuri se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni terġa’ lura għal sitwazzjoni sostenibbli, li tippermettilha tagħmel investimenti futuri, b’mod partikolari biex tikkonforma mar-rekwiżiti ambjentali u soċjali.

(256)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Unjoni se tkompli ssofri dannu materjali u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, b’mod partikolari f’termini ta’ profittabbiltà, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-flus, hija mistennija li tkompli tmur għall-agħar, u b’hekk thedded il-vijabbiltà tagħha.

7.2.2.   L-interess tal-utenti u tal-importaturi u negozjanti mhux relatati

(257)

L-ECCS jintuża l-aktar fil-produzzjoni tal-imballaġġ tal-ikel bħal laned tal-ikel.

(258)

Utent wieħed biss, jiġifieri Eviosys, ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Huwa l-akbar produttur tal-imballaġġ tal-ikel fl-Unjoni u għalhekk, l-aktar utent importanti tal-prodott li qed jiġi investigat.

(259)

Barra minn hekk, Konsorzju ta’ sitt negozjanti u utenti kif ukoll żewġ utenti oħra ma pprovdewx tweġibiet għall-kwestjonarju iżda għamlu sottomissjonijiet dwar id-dannu u l-interess tal-Unjoni u opponew l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping.

(260)

L-utenti u n-negozjanti semmew l-argumenti li ġejjin.

(261)

L-ewwel nett, huma affermaw li l-produtturi tal-Unjoni għandhom diffikultajiet biex jiżguraw kwantitajiet suffiċjenti ta’ ECCS, speċjalment wara Brexit li eskluda lil Tata Steel mill-industrija tal-Unjoni. Huma affermaw ulterjorment li l-industrija tal-Unjoni għandha t-tendenza tesporta l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tagħha (madwar 50 %) lejn pajjiżi terzi filwaqt li allegaw li l-bejgħ tal-esportazzjoni huwa aktar profittabbli mill-bejgħ tal-Unjoni. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li jammontaw għal nofs l-importazzjonijiet totali, tfixkel il-katina tal-provvista tal-utenti tal-Unjoni u s-sorsi l-ġodda tal-provvista jistgħu ma jkunux affidabbli.

(262)

Fil-PI, il-konsum totali tal-Unjoni tal-ECCS kien ta’ [505 000-591 000] tunnellata. Il-kapaċità totali tal-industrija tal-Unjoni kienet ta’ [581 000-680 000] tunnellata. Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni kienet ta’ [439 000-513 000] tunnellata u l-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-PI kien ta’ [98 000-115 000] tunnellata filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien ta’ [78 000-91 000] tunnellata. Dawn iċ-ċifri juru li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ produzzjoni suffiċjenti biex tkopri d-domanda totali tal-Unjoni tal-ECCS.

(263)

Konsegwentement, id-dikjarazzjonijiet tal-utenti tal-Unjoni dwar in-nuqqas ta’ ECCS fis-suq tal-Unjoni minħabba kapaċità insuffiċjenti tal-industrija tal-Unjoni, jew li nofs il-produzzjoni tal-Unjoni ġiet esportata, ma jidhrux li huma fondati sew.

(264)

It-tieni, xi utenti argumentaw li l-impożizzjoni tad-dazji żżid b’mod sinifikanti l-kost tal-produzzjoni tagħhom, u li ma jistgħux jgħaddu dawn iż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijenti tagħhom. Dawn argumentaw li l-prezz huwa fattur predominanti fis-suq downstream, u li l-miżuri għalhekk ikollhom impatt serju fuq il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. Il-kompetizzjoni minn utenti li jinsabu f’pajjiżi terzi li jistgħu jiksbu ECCS orħos li ma jkunx soġġett għal dazji anti-dumping taffettwa ulterjorment lill-utenti tal-Unjoni. Barra minn dan, skont Eviosys, iż-żieda fil-prezzijiet tal-imballaġġ tal-ikel ikollha l-effett li żżid aktar il-prezzijiet tal-ikel, b’mod partikolari taffettwa unitajiet domestiċi bi dħul aktar baxx li jiddependu aktar fuq ikel fil-laned.

(265)

L-utenti u n-negozjanti tal-Unjoni diġà jiksbu madwar 70 % tal-ħtiġijiet tal-ECCS tagħhom mill-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kellhom sehem mis-suq ta’ [14-16] % fis-suq tal-Unjoni fil-PI u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għandhom prezz simili ħafna għall-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Abbażi tad-data ta’ Eviosys, l-uniku utent li pprovda tweġiba għall-kwestjonarju, deher li kien se jkun jista’ jassorbi żieda possibbli fil-kost meta titqies il-profittabbiltà attwali tiegħu mill-bejgħ ta’ prodotti li jużaw l-ECCS u s-sehem tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fil-portafoll ta’ provenjenza tiegħu. Għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata provviżorjament.

(266)

Fir-rigward tal-effett possibbli fuq il-prezzijiet tal-ikel, Eviosys ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha li turi li ż-żieda fil-prezzijiet tal-ECCS tirriżulta f’żieda fil-prezzijiet tal-imballaġġ tal-ikel u fl-aħħar mill-aħħar f’żieda fil-prezzijiet tal-oġġetti tal-ikel, jew li tali żieda potenzjali tkun fl-istess proporzjon taż-żieda fil-prezzijiet tal-ECCS. Barra minn hekk, l-ECCS jintuża biss għal truf tal-laned tal-ikel, filwaqt li pjanċa stanjata, li hija aktar għalja, tintuża għall-bqija tal-laned. Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessa (265) hawn fuq, l-utent se jkun jista’ jassorbi ż-żieda possibbli fil-kostijiet minħabba l-miżuri. Għalhekk, kwalunkwe żieda potenzjali fil-prezzijiet tal-ECCS waħedha x’aktarx li ma taffettwax il-prezzijiet tal-imballaġġ tal-ikel, u jekk iva b’mod żgħir ħafna biss. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod provviżorju dan l-argument.

(267)

It-tielet, Eviosys u s-CISA affermaw li s-suq tal-ECCS tal-Unjoni huwa kkaratterizzat minn duwopolju fejn l-għażla tal-prodott u s-setgħa ta’ negozjar tal-utenti downstream ikunu mhedda mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping u rreferew għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-fużjoni msemmija fil-premessa (195).

(268)

F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessa (196), il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’każijiet ta’ fużjoni ssegwi objettivi differenti. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni ċċitata kellha kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ferm usa’ mill-ECCS u kienet tinkludi għadd ta’ prodotti oħra tal-azzar, bħall-pjanċa stanjata, u l-analiżi tal-importazzjonijiet li saret f’din id-deċiżjoni kienet tikkonċerna perjodu qabel il-perjodu meqjus. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(269)

Fl-aħħar nett, żewġ utenti oħra u s-CISA indikaw il-miżuri ta’ salvagwardja eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar, inkluż l-ECCS, li diġà jipproteġu biżżejjed lill-industrija tal-Unjoni u argumentaw li l-kwoti għall-importazzjonijiet miċ-Ċina ma ntużawx sal-massimu. Huma affermaw ulterjorment li fl-2020 u fl-2021 il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu simili ħafna għall-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni wara żieda minħabba l-kost ogħla tat-trasport u l-abolizzjoni tar-rifużjoni tal-VAT ta’ 13 % tal-esportazzjonijiet tal-ECCS fiċ-Ċina.

(270)

F’dan ir-rigward, il-miżuri ta’ salvagwardja ma għandhomx bħala għan u ma jistgħux jipproteġu kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu bi 2,8 % fil-PI meta mqabbla mal-2020, dawn kienu għadhom aktar baxxi b’[7,5-20,7] % meta mqabbla mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fil-PI. Għalhekk, iż-żieda fil-kost tat-trasport u t-tneħħija tar-rifużjoni tal-VAT ta’ 13 % tal-esportazzjonijiet tal-ECCS fiċ-Ċina ddikjarati mill-utenti ma jidhrux li neħħew id-dumping. Għalhekk, it-talbiet ġew irrifjutati provviżorjament.

(271)

Is-CISA talbet ukoll lill-Kummissjoni biex teżamina l-iżviluppi ta’ wara l-PI. F’dan ir-rigward, fil-31 ta’ Marzu 2022 is-CISA ressqet kummenti dwar l-iżviluppi ta’ wara l-PI u dwar il-konsegwenza ta’ miżuri possibbli għall-industriji downstream tal-UE.

(272)

Dawn il-kummenti waslu wara l-iskadenza għall-kummenti stabbilita fin-notifika ta’ bidu u se jiġu ttrattati fi stadju definittiv.

7.2.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(273)

L-effetti tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni jkunu pożittivi. Ir-riskji ta’ impatt negattiv potenzjali fuq l-utenti u importaturi/kummerċjanti mhux relatati, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista, jittaffew mill-kapaċità disponibbli libera tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Ir-restawr ta’ kompetizzjoni ġusta u ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti, fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ikun ta’ benefiċċju għall-iżvilupp b’saħħtu tas-suq ġenerali u jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tikkonforma mal-kostijiet li jirriżultaw mill-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont ftehimiet internazzjonali.

(274)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-ECCS li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   IL-MIŻURI PROVVIŻORJI KONTRA D-DUMPING

(275)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji biex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(276)

Skont il-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping proviżorji qed jiġu ffissati fil-livell tal-marġni tad-dannu għal Baoshan Iron & Steel Co., Ltd. u Companhia Siderúrgica Nacional, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(277)

F’dak li jirrigwarda lil Handan Jintai Packing Material Co., Ltd, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu. Wara li sabet distorsjonijiet fil-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fil-forma ta’ rifużjonijiet tal-VAT għall-kojls illaminati bis-sħana, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun fl-interess tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, li tistabbilixxi l-ammont tad-dazju fil-livell tal-marġni tad-dumping, billi dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ma jkunx biżżejjed biex jindirizza d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(278)

Id-dazju proviżorju għall-kumpaniji l-oħra mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw fir-RPĊ huwa bbażat fuq il-marġni tad-dannu medju ponderat kif stabbilit hawn fuq għaż-żewġ kumpaniji fil-kampjun fir-RPĊ, li huwa aktar baxx mill-marġnijiet medji ponderati ta’ dumping għaż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun fir-RPĊ.

(279)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni mill-produtturi fir-RPĊ u l-fatt li l-livell ta’ dazju għal Jintai kien ibbażat fuq il-marġni ta’ dumping li nstab f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-livell tad-dazju għall-pajjiż kollu kien ibbażat fuq l-ogħla marġnijiet tad-dumping li nstabu għal kull tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi minn Jintai. Il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tikkalkula l-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz jew tad-dannu fir-rigward tal-kumpaniji li ma kkooperawx minħabba s-sejbiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 7(2a).

(280)

Il-kooperazzjoni fil-Brażil kienet għolja u b’riżultat ta’ dan, id-dazju residwu huwa stabbilit fl-istess livell bħal dak applikabbli għal Companhia Siderúrgica Nacional.

(281)

Id-dettalji huma pprovduti fit-tabella ta’ hawn taħt. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati proviżorji tad-dazju anti-dumping (elenkati fl-aħħar kolonna), espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping provviżorju

Marġni provviżorju tad-dannu

Id-dazju anti-dumping provviżorju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd

43,3  %

33,2  %

33,2  %

 

Handan Jintai Packing Material Co., Ltd.

53,9  %

53,9  %

53,9  %

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw

45,1  %

36,7  %

36,7  %

 

Kumpaniji l-oħra kollha

77,9  %

77,9  %

77,9  %

Il-Brażil

Companhia Siderúrgica Nacional

66,8  %

52,0  %

52,0  %

 

Kumpaniji l-oħra kollha

66,8  %

52,0  %

52,0  %

(282)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u prodott mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għal ebda rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(283)

Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħra kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(284)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(285)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(286)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

9.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

(287)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fil-25 ta’ April 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. Wara l-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni għamlet korrezzjonijiet għall-kalkoli fejn kien xieraq.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(288)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni fi żmien skadenza fissa. Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu wkoll seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali.

(289)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti laminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju, miksi bl-ossidi tal-kromu jew bil-kromu u b’ossidi tal-kromu, deskritti wkoll bħala prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7210 50 00 u 7212 50 20 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Id-dazju anti-dumping provviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd

33,2  %

C039

 

Handan Jintai Packing Material Co., Ltd.

53,9  %

C862

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw:

GDH Zhongyue (Zhongshan) Tinplate Industry Co.,Ltd.

Shougang Jingtang United Iron & Steel Co., Ltd.

36,7  %

C137

 

Kumpaniji l-oħra kollha

77,9  %

C999

Il-Brażil

Companhia Siderúrgica Nacional

52,0  %

C212

 

Kumpaniji l-oħra kollha

52,0  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Smigħ jista’ jeżamina t-talbiet sottomessi wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku (ECCS) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil (ĠU C 387, 24.9.2021, p. 2).

(3)  Disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2549.

(4)  ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan.

(6)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessi 206-208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessa 135, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 l-premessi 158-159.

(7)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 58-61, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 l-premessi 122-127.

(8)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-194, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 62-66, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 l-premessi 128-132: Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tal-PRC, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-vireg tal-wajer u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(9)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 il-premessi 133-138.

(10)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessa 75, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 il-premessi 139-142.

(11)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessa 76, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 il-premessi 143-144.

(12)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessa 76, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 il-premessi 145-154.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L146, 9.6.2017, p. 17).

(14)  Baowu, “Il-profil tal-kumpanija”, http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021)

(15)  Ara 202041312652.pdf (sohu.com), aċċessat l-aħħar fis-7 ta’ April 2022.

(16)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.

(17)  Disponibbli fuq:

www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021);

https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021), u

www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(18)  Disponibbli fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(19)  Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(20)  TISCO, “Il-profil tal-kumpanija”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(21)  Ara s-sit web tal-grupp, disponibbli fuq: http://www.baowugroup.com/about/board_of_directors (aċċessat fit-28 ta’ Marzu 2022).

(22)  Ara s-sit web tal-kumpanija, disponibbli fuq: https://www.baosteel.com/about/manager (aċċessat fit-28 ta’ Marzu 2022)

(23)  http://www.baowugroup.com/party_building/overview

(24)  Ibidem

(25)  Ara l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ Baosteel, l-Artikolu 133.4:

http://static.sse.com.cn//disclosure/listedinfo/announcement/c/2021-01-08/600019_20210108_8.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

(26)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(27)  Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.

(28)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 14, p. 347.

(29)  It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), disponibbli fuq

https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020).

(30)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 349.

(31)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 352.

(32)  “Ir-Repertorju ta’ Riferiment għar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2019)” approvat bid-Digriet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 29 tas-27 ta’ Awwissu 2019 http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf, aċċessat l-aħħar fil-11 ta’ April 2022.

(33)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 375 – 376.

(34)  Ara l-premessi 134-135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 143-144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508.

(35)  Il-lista sħiħa disponibbli fil-link li ġej:

https://view.officeapps.live.com/op/view.aspx?src=https%3A%2F%2Fkjt.hebei.gov.cn%2Fwww%2Fxwzx15%2Ftzgg35%2Fsttz15%2F227382%2F2020102009523655218.doc&wdOrigin=BROWSELINK

(36)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(37)  https://ilostat.ilo.org/

(38)  http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/tarifas-aplicadas-a-clientes-atendidos-em-alta-e-media-tensao-(grupo-a)

(39)  https://www.comgas.com.br/tarifas/historico-de-tarifas/

(40)  http://site.sabesp.com.br/site/interna/Default.aspx?secaoId=183

(41)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, din id-data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

(42)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/58 tal-14 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar elettriku bis-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Federazzjoni Russa u mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 10, 17.1.2022, p. 17).

(43)  https://ilostat.ilo.org/

(44)  Disponibbli fuq https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee (ikkonsultat l-aħħar fit-8 ta’ April 2022).

(45)  https://www.csn.com.br/wp-content/uploads/sites/452/2021/07/Relato-Integrado-2020-EN.pdf

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża M.8713 – Tata steel/ThyssenKrupp/JV, 11 ta’ Ġunju 2019, il-premessi 384, 388 u 390.

(47)  Il-Ftehim ta’ Pariġi huwa ftehim fi ħdan il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

(48)  Ilment Kontra d-Dumping tat-12 ta’ Awwissu 2021, par. 32.