|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/781
tas-16 ta’ Mejju 2022
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar it-tqassim tal-kwoti tar-rati tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. |
|
(2) |
In-negozjati ma’ New Zealand ġew konklużi u fl-20 ta’ Diċembru 2021 ġie inizjalat il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”). |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet dwar il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
REGOLAMENTI
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/782
tat-18 ta’ Mejju 2022
li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva isopirażam f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1037/2012
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2012 (2) approva l-isopirażam bħala sustanza attiva f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u elenkah fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi adotta opinjoni (4) f’konformità mal-Artikolu 37(4) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fejn ikkonkluda li l-isopirażam jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B u bħala karċinoġenu kategorija 2. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 (6) konsegwentement emenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u kklassifika l-isopirażam bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B. |
|
(4) |
Skont il-punt 3.6.4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk mhijiex jew ma għandhiex tiġi kklassifikata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B, dment li l-esponiment tal-bnedmin għal dik is-sustanza fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet tal-użu realistiċi proposti ma jkunx negliġibbli. |
|
(5) |
Għall-użi rappreżentattivi tal-isopirażam, ir-residwi tal-isopirażam fuq l-ikel u l-għalf jaqbżu l-valur prestabbilit skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għalhekk, il-kundizzjoni ta’ esponiment negliġibbli fir-rigward tal-esponiment mid-dieta ma tiġix issodisfata. |
|
(6) |
Għaldaqstant, l-isopirażam ma għadux jissodisfa l-kriterju għall-approvazzjoni stabbilit fil-punt 3.6.4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri, lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u lill-applikant li qieset li l-kriterju għall-approvazzjoni stabbilit fil-punt 3.6.4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jista’ ma jibqax jiġi ssodisfat minħabba li l-isopirażam jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B u stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu. |
|
(8) |
L-applikant la pprovda informazzjoni biex juri esponiment negliġibbli u lanqas evidenza li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li jikkonċernaw is-sustanzi li huma meħtieġa biex jiġi kkontrollat periklu serju għas-saħħa tal-pjanti li ma jkunx jista’ jinżamm b’mezzi disponibbli oħrajn, huma ssodisfati. |
|
(9) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi rtirata l-approvazzjoni tal-isopirażam. |
|
(10) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1037/2012 jenħtieġ li jitħassar. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-isopirażam. |
|
(12) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-isopirażam, meta jingħata xi perjodu ta’ grazzja mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li dak il-perjodu jkun qasir kemm jista’ jkun u jiskadi mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament ma jipprevjenix is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-isopirażam skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Irtirar tal-approvazzjoni
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva isopirażam hija rtirata.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 27 dwar l-isopirażam.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-isopirażam bħala sustanza attiva sat-8 ta’ Settembru 2022.
Artikolu 4
Perjodu ta’ grazzja
Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jiskadi sat-8 ta’ Diċembru 2022.
Artikolu 5
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1037/2012 jitħassar.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li japprova s-sustanza attiva isopirażam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 308, 8.11.2012, p. 15).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(4) Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji, Opinjoni li tipproponi l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati fil-livell tal-UE tal-Massa ta’ reazzjoni ta’ 3-(difluworometil)-1-metil-N-[(1RS,4SR,9RS)-1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-il]pirażol-4-karbossammid u 3-(difluworometil)-1-metil-N-[(1RS,4SR,9SR)-1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-il]pirażol-4-karbossammid [kontenut relattiv > 78 % sin isomeri < 15 % anti isomeri]; isopirażam. Numru KE: - Numru CAS: 881685-58-1 CLH-O-0000006915-65-01/F, adottata fl-10 ta’ Diċembru 2020.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 tas-16 ta’ Frar 2022 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 129, 3.5.2022, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/783
tas-16 ta’ Mejju 2022
li taħtar membru, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Andoni GARCÍA ARRIOLA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Jaume BERNIS CASTELLS, Miembro de la Comisión Ejecutiva Nacional de COAG (Coordinadora de Organizaciones de Agricultores y Ganaderos) (Membru tal-Kummissjoni Eżekuttiva Nazzjonali tal-Korp ta’ Koordinazzjoni tal-Bdiewa u ta’ Dawk li Jrabbu l-Bhejjem), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Jaume BERNIS CASTELLS, Miembro de la Comisión Ejecutiva Nacional de COAG (Coordinadora de Organizaciones de Agricultores y Ganaderos) (Membru tal-Kummissjoni Eżekuttiva Nazzjonali tal-Korp ta’ Koordinazzjoni tal-Bdiewa u ta’ Dawk li Jrabbu l-Bhejjem), huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/784
tas-17 ta’ Mejju 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 fir-rigward tal-istandards armonizzati għaż-żennuni, ir-rekwiżiti tal-ittestjar u d-dimensjonijiet użati għas-sistema awtomobilistika tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal, u għas-sistemi tas-soppressjoni tal-isplużjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bl-ittra BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92 tat-12 ta’ Diċembru 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għat-tfassil u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“it-talba”). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/34/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 94/9/KE. Dawk ir-rekwiżiti attwalment huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. |
|
(3) |
B’mod partikolari, is-CEN u s-CENELEC intalbu jfasslu standards ġodda dwar id-disinn u l-ittestjar ta’ tagħmir għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi kif indikat fil-Kapitolu I tal-programm ta’ standardizzazzjoni maqbul bejn is-CEN u s-CENELEC u l-Kummissjoni u mehmuża mat-talba. Is-CEN u s-CENELEC intalbu wkoll jirrevedu l-istandards eżistenti bl-għan li jallinjawhom mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tad-Direttiva 94/9/KE. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 13760:2021 — Tagħmir u aċċessorji tal-LPG — Sistema awtomobilistika tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal — Żennuni, rekwiżiti tal-ittestjar u dimensjonijiet, u EN 14373:2021 — Sistemi tas-soppressjoni tal-isplużjonijiet. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN 13760:2021 u EN 14373:2021 jikkonformawx mat-talba. |
|
(6) |
L-istandards EN 13760:2021 u EN 14373:2021 jissodisfaw ir-rekwiżiti, li għandhom l-għan li jkopru, u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-istandard EN 13760:2021 jissostitwixxi l-istandard EN 13760:2003 u l-istandard EN 14373:2021 jissostitwixxi l-istandard EN 14373:2005. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards EN 13760:2003 u EN 14373:2005 li huma ppubblikati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 371/01) (4) jiġu rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet reveduti tal-istandards EN 13760:2003 u EN 14373:2005, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġi differit. |
|
(9) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE jkunu elenkati kollha f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13760:2021 u EN 14373:2021 jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13760:2003 u EN 14373:2005 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).
(3) Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 371/01) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 371, 12.10.2018, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 tat-12 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 15.7.2019, p. 71).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
“10. |
EN 13760:2021 Tagħmir u aċċessorji tal-LPG — Sistema awtomobilistika tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal — Żennuni, rekwiżiti tal-ittestjar u dimensjonijiet |
|
11. |
EN 14373:2021 Sistemi tas-soppressjoni tal-isplużjonijiet” |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“9. |
EN 13760:2003 Sistema awtomobilistika tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal — Żennuni, rekwiżiti tal-ittestjar u dimensjonijiet |
id-19 ta’ Novembru 2023 |
|
10. |
EN 14373:2005 Sistemi tas-soppressjoni tal-isplużjonijiet |
id-19 ta’ Novembru 2023” |
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/785
tas-17 ta’ Mejju 2022
li tapprova l-Pjan ta’ Prestazzjoni revedut tan-Network għat-tielet perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2020-2024)
(notifikata bid-dokument C(2022) 3022)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Maniġer tan-Network għandu jfassal il-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network, li huwa soġġett għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(2) |
Il-Maniġer tan-Network inizjalment ippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta’ Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għat-tielet perjodu ta’ referenza (“RP3”) fl-1 ta’ Ottubru 2019. Minħabba l-bidla fiċ-ċirkostanzi kkawżata mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, li seħħet wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network, il-Kummissjoni ma kkonkludietx il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan. Il-miżuri eċċezzjonali għall-RP3 adottati mill-Kummissjoni b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, kif stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 (2), jirrikjedu li l-Maniġer tan-Network ifassal u jippreżenta lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Ottubru 2021, abbozz rivedut tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għall-RP3. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 u mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1627, il-Maniġer tan-Network fassal abbozz rivedut tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network għall-RP3 (3), li ġie approvat mill-Bord tat-Tmexxija tan-Network, stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (4). Il-Maniġer tan-Network ippreżenta l-abbozz revedut tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2021. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, ivvalutat l-abbozz rivedut tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni wriet li l-abbozz rivedut tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network jissodisfa dawk il-kriterji. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tapprova l-verżjoni finali tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network revedut għall-RP3, kif imfassla mill-Maniġer tan-Network u ppreżentata lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2021, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network revedut għat-tielet perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2020-2024), ippreżentat mill-Maniġer tan-Network fit-30 ta’ Settembru 2021, huwa approvat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Eurocontrol bħala l-Maniġer tan-Network (5).
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Adina VĂLEAN
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7).
(3) Il-Pjan ta’ Prestazzjoni revedut tan-Network tal-Maniġer tan-Network għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024 tal-iskema ta’ prestazzjoni, ippubblikat fuq is-sit web tal-Ajru Uniku tal-UE (https://webgate.ec.europa.eu/eusinglesky/node_en).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)3228 tas-6 ta’ Mejju 2019
REGOLI TA' PROĊEDURA
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/14 |
REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
MEJJU 2022
Preambolu
|
1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (“il-Kumitat”), li twaqqaf mit-Trattati ta’ Ruma tal-1957, huwa korp konsultattiv tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
Abbażi tal-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-ħaddiema, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.
Il-membri tal-Kumitat mhuma marbuta bl-ebda mandat obbligatorju. Dawn jaqdu dmirijiethom f’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni. Il-Kumitat iwettaq il-ħidma tiegħu fi tliet gruppi: il-grupp ta’ min iħaddem, il-grupp tal-ħaddiema, u l-grupp tal-partijiet l-oħra tas-soċjetà ċivili. |
|
3. |
Fl-isfond tal-istruttura istituzzjonali Ewropea, il-Kumitat jaqdi rwol speċifiku: dan huwa l-lok ewlieni li fih il-fehmiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentati mill-membri, jiġu rappreżentati u diskussi, u huwa wkoll il-korp ideali sabiex jagħmilha ta’ medjatur bejn is-soċjetà ċivili organizzata u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rwol konsultattiv tal-Kumitat jippermetti lis-soċjetà ċivili Ewropea tipparteċipa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
4. |
Id-diskussjonijiet tal-Kumitat spiss jirrikjedu negozjati li jinvolvu l-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili: min iħaddem (Grupp I), il-ħaddiema (Grupp II), u partijiet oħra tas-soċjetà ċivili (Grupp III). |
|
5. |
Dan l-għarfien espert u l-isforz li tinstab konverġenza permezz ta’ dawn id-diskussjonijiet u negozjati jtejbu l-kwalità u l-kredibbiltà tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’tali mod li dan il-proċess jinftiehem u jsir aċċettat aktar miċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll tiżdied it-trasparenza li tant hija meħtieġa għad-demokrazija. |
|
6. |
Il-Kumitat, bħala forum ta’ dibattitu u lok fejn jitħejjew l-opinjonijiet, jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kredenzjali demokratiċi tal-proċess tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-gruppi soċjoekonomiċi f’pajjiżi terzi.
Permezz ta’ dan, huwa jgħin fil-promozzjoni ta’ identifikazzjoni Ewropea ġenwina. |
|
7. |
Wara li skada t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), il-Kummissjoni Ewropea inkarigat lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bil-kompiti relatati mal-acquis u bir-riżorsi tal-kumitat konsultattiv tal-KEFA. Dan huwa l-mod kif inħolqot il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) u llum għadha tagħmel parti mill-Kumitat. |
|
8. |
Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu b’suċċess, il-Kumitat jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, b’konformità mal-Artikolu 303, it-tieni paragrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
L-EWWEL PARTI
ORGANIZZAZZJONI TAL-KUMITAT
TITOLU I
MEMBRI TAL-KUMITAT
Artikolu 1 – Membri tal-Kumitat
|
1. |
Il-Kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-ħaddiema, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
2. |
Il-membri tal-Kumitat jinħatru għal ħames snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded. |
|
3. |
Il-membri tal-Kumitat mhuma marbuta bl-ebda struzzjonijiet obbligatorji. Dawn jaqdu dmirijiethom f’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni. |
|
4. |
Il-membri tal-Kumitat huma intitolati għall-indennizzi u għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom, skont id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-UE u tal-Bureau.
Il-Kunsill jiffissa l-indennizzi tal-membri tal-Kumitat. |
|
5. |
Il-Kumitat għandu jħabrek biex jiżgura r-rispett tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, kif definiti mil-liġi tal-Unjoni Ewropea, u biex jiżgura li dawn il-prinċipji jiġu applikati fil-korpi kollha tal-Kumitat.
Il-Bureau għandu jivvaluta l-iżviluppi rigward il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-korpi differenti tal-Kumitat u, jekk meħtieġ, jadotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi. Fuq bażi regolari, jitressaq quddiem il-Bureau rapport, imfassal bl-għajnuna tal-amministrazzjoni, biex jivvaluta dawn l-iżviluppi. Abbażi ta’ tali rapport, il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar miżuri konkreti sabiex jittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri. |
Artikolu 2 – Statut tal-Membri
|
1. |
Il-membri tal-Kumitat għandu jkollhom it-titlu ta’ “membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew”. |
|
2. |
Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tal-laqgħa, il-membri jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet kif definiti mill-Artikolu 10 tal-“Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea” anness mat-Trattati. |
|
3. |
“L-Istatut tal-Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew” (“l-Istatut tal-Membri”) għandu jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll ir-regoli relatati mal-attività tagħhom u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Kumitat u s-servizzi tiegħu. |
Artikolu 3 – Kodiċi ta’ Kondotta
|
1. |
Il-membri huma meħtieġa jżommu l-istandards minquxa fil-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-KESE (il-“Kodiċi ta’ Kondotta”). |
|
2. |
Il-Kodiċi ta’ Kondotta, mehmuż bħala appendiċi, li għandu l-istess valur legali bħal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, jistabbilixxi l-istandards u l-prinċipji ta’ kondotta applikabbli għall-membri tal-Kumitat, għad-delegati tas-CCMI, għas-sostituti u għall-konsulenti. |
|
3. |
Il-Kodiċi ta’ Kondotta jistabbilixxi Kumitat tal-Etika.
Jistabbilixxi wkoll il-proċedura u l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ ksur tal-istandards u tal-prinċipji. |
|
4. |
Nuqqas ta’ konformità mal-istandards u l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta jista’ jwassal għall-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-istess Kodiċi. |
Artikolu 4 – Tmiem il-mandat tal-membri
|
1. |
Il-mandat tal-membri tal-Kumitat jiskadi meta jintemm il-perjodu ta’ ħames snin stabbilit mill-Kunsill meta jiġġedded il-Kumitat. |
|
2. |
Il-mandat ta’ membru tal-Kumitat jista’ b’eċċezzjoni jintemm ukoll minħabba mewt, riżenja, tneħħija mill-kariga, f’każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew inkompatibbilità tal-funzjonijiet attribwiti, jew minbħabba tkeċċija. |
|
3. |
Ir-riżenji għandhom isiru bil-miktub u jkunu indirizzati lill-President tal-Kumitat.
F’każijiet ta’ riżenja għajr il-każijiet previsti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, il-membru li jirriżenja:
|
|
4. |
It-tneħħija mill-kariga sseħħ skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 93(2) ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
5. |
Ikun hemm ċirkostanzi mhux previsti fil-każijiet meta membru tal-Kumitat, għal raġunijiet mediċi jew raġunijiet oħra, ma jkunx jista’ jeżerċita l-mandat tiegħu għal perjodu ta’ aktar minn tnax-il xahar. |
|
6. |
L-inkompatibbiltà tal-funzjonijiet sseħħ fil-każijiet fejn membru tal-Kumitat jinħatar jew jiġi elett membru ta’ gvern jew ta’ parlament, viċi ministru b’responsabbiltajiet politiċi, membru ta’ istituzzjoni jew ta’ korp tal-Unjoni Ewropea, jew jilħaq uffiċjal jew aġent ieħor tal-Unjoni f’impjieg attiv. |
|
7. |
It-tkeċċija sseħħ skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 14(3) u 16 tal-Kodiċi ta’ Kondotta. |
|
8. |
Fil-każ ta’ tneħħija mill-kariga, ċirkostanzi mhux previsti jew inkompatibbiltà tal-funzjonijiet attribwiti, il-membru għandu jirriżenja.
In-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ riżenja f’wieħed minn dawn il-każijiet jista’ jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikoli 14(3) u 16 tal-Kodiċi ta’ Kondotta. |
|
9. |
Fil-każijiet kollha straordinarji ta’ tmiem il-mandat, il-President tal-Kumitat għandu jinnotifika lill-Kunsill, sabiex il-Kunsill jivverifika l-post vakanti u jniedi l-proċedura ta’ sostituzzjoni.
Il-membru l-ġdid jinħatar għall-bqija tal-mandat. |
TITOLU II
KORPI TAL-KUMITAT
Kapitolu I
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Artikolu 5 – Korpi eżekuttivi, kompożizzjonijiet u struttura
|
1. |
Il-President u l-Bureau huma l-korpi eżekuttivi tal-Kumitat. |
|
2. |
Il-Kumitat jaħdem permezz ta’ sessjonijiet plenarji – sessjonijiet plenarji tal-assemblea – jew sessjonijiet iżgħar – laqgħat tas-sezzjonijiet u ta’ korpi oħra tal-Kumitat.
Is-Segretarjat għandu jżomm aġġornata u jippubblika fuq l-intranet il-lista tal-korpi tal-Kumitat. |
|
3. |
Il-Kumitat huwa strutturat fi tliet gruppi, li l-kompożizzjoni u r-rwol tagħhom huma stabbiliti fl-Artikolu 6. |
Kapitolu II
IL-GRUPPI
Artikolu 6 – Kompożizzjoni u rwol tal-gruppi
|
1. |
Fis-sessjoni tal-mandat ġdid tal-Kumitat, għandhom jiġu kostitwiti tliet gruppi ta’ membri, li jirrappreżentaw rispettivament lil min iħaddem, lill-ħaddiema u lil komponenti oħra tas-soċjetà ċivili organizzata. |
|
2. |
Fil-funzjonament tagħhom, il-gruppi għandhom joperaw b’mod demokratiku, trasparenti u awtonomu, skont il-prinċipji u l-prattika interna tagħhom u skont dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
3. |
Il-membri jistgħu jingħaqdu ma’ wieħed mill-gruppi fuq bażi volontarja, bil-kundizzjoni li l-eliġibbiltà tagħhom tkun approvata mill-membri ta’ dak il-grupp.
L-ebda membru ma jista’ jissieħeb f’aktar minn grupp wieħed fl-istess ħin. |
|
4. |
Il-gruppi għandhom jieħdu sehem fit-tħejjija, l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat u l-korpi tiegħu.
Huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu kunsens mal-gruppi l-oħrajn. Huma għandhom iressqu proposti għall-elezzjoni u l-ħatra ta’ karigi u għall-kompożizzjoni tal-korpi tal-Kumitat, b’konformità ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
5. |
Kull grupp għandu jkollu segretarjat għad-dispożizzjoni tiegħu. |
Artikolu 7 – Il-presidenti tal-gruppi
|
1. |
Kull grupp għandu jeleġġi fil-livell intern il-president u, jekk meħtieġ, il-viċi president tiegħu. |
|
2. |
Il-presidenti tal-gruppi għandhom ikunu membri ex officio tal-Bureau tal-Kumitat. |
|
3. |
Il-presidenti tal-gruppi għandu jkollhom rwol konsultattiv fit-tfassil tal-politiki tal-Kumitat fir-rigward tal-Presidenza u l-Bureau. |
|
4. |
Il-presidenti tal-gruppi għandhom jiltaqgħu regolarment mal-Presidenza tal-Kumitat bħala presidenza estiża sabiex jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-ħidma tal-Bureau u l-assemblea, b’konformità mal-Artikolu 20(3). |
Artikolu 8 – Membri mhux affiljati
|
1. |
Is-sħubija fil-gruppi hija volontarja, għalhekk il-membri jistgħu ma jingħaqdux ma’ grupp. |
|
2. |
Il-membri li ma jagħmlux parti minn grupp m’għandux ikollhom vantaġġi jew żvantaġġi sinifikanti fuq il-membri li jagħmlu parti minn grupp. |
|
3. |
Fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Kumitat, il-membri mhux affiljati għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħal dawk li ssieħbu fi grupp.
Il-membri li ma jkunux imsieħba f’wieħed mill-gruppi għandu jkollhom l-għajnuna materjali u teknika meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom. Din l-assistenza għandha tingħata mis-segretarjat ġenerali. |
|
4. |
L-arranġamenti dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ membri mhux affiljati fil-ħidma tal-Kumitat għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau.
L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza materjali mis-segretarjat għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali. |
|
5. |
Il-parteċipazzjoni ta’ membri mhux affiljati fil-gruppi ta’ studju, kif ukoll il-ħatra tagħhom bħala relaturi, għandha ssir fuq deċiżjoni tal-President tal-Kumitat wara konsultazzjoni mal-gruppi. |
|
6. |
Fid-dibattiti plenarji, l-allokazzjoni tal-ħin għad-diskorsi għandha tqis li jkun hemm membri mhux affiljati fi grupp. |
|
7. |
Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi garantit id-dritt tal-membri mhux affiljati għal aċċess għall-informazzjoni kollha pprovduta lill-membri tal-gruppi. |
Kapitolu III
L-ASSEMBLEA
Artikolu 9 – Kompożizzjoni tal-assemblea
|
1. |
L-assemblea hija magħmula mill-membri kollha tal-Kumitat maħturin mill-Kunsill u li jiltaqgħu f’sessjoni plenarja. |
|
2. |
Id-delegati tas-CCMI, is-sostituti u l-konsulenti mhumiex membri tal-Kumitat u ma jiffurmawx parti mill-assemblea. |
Artikolu 10 – Setgħat tal-assemblea
|
1. |
L-assemblea teżerċita s-setgħat kollha mogħtija lill-Kumitat mit-Trattati u minn strumenti legali oħra.
Madankollu, din tista’ tikkonferixxi setgħatha lil korp ieħor tal-Kumitat fir-Regoli ta’ Proċedura, il-Kodiċi ta’ Kondotta jew l-Istatut tal-Membri, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. Tista’ wkoll tiddelega b’mod espliċitu setgħatha fil-każijiet previsti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
2. |
L-assemblea għandha setgħat residwi: tappartjeni għaliha kull setgħa mhux attribwita lil korp ieħor permezz tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Kodiċi ta’ kondotta jew l-Istatut tal-Membri. |
|
3. |
L-assemblea għandha tadotta l-opinjonijiet u l-atti l-oħra li l-Kumitat ifassal fil-qafas tar-rwol konsultattiv mogħti lilu mit-Trattati. |
|
4. |
L-assemblea għandha tadotta r-Regoli ta’ Proċedura, il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-Istatut tal-Membri. |
|
5. |
L-assemblea għandha tiddetermina n-numru ta’ membri tal-Bureau b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.
Din għandha tiddetermina wkoll l-għadd u r-responsabbiltajiet tas-sezzjonijiet, kif ukoll in-numru ta’ membri li jipparteċipaw f’kull sezzjoni u fis-CCMI, fuq proposta tal-gruppi. |
|
6. |
L-assemblea għandha taħtar il-President u l-Viċi Presidenti tal-Kumitat, il-presidenti tas-sezzjonijiet u tas-CCMI, kif ukoll il-bqija tal-membri tal-Bureau, bl-eċċezzjoni tat-tliet presidenti tal-gruppi, li għandhom jiġu eletti direttament mill-gruppi rispettivi tagħhom.
Din għandha taħtar ukoll, fuq proposta tal-gruppi, il-membri tas-sezzjonijiet u l-membri u d-delegati tas-CCMI kif ukoll il-membri tal-bureaux tagħhom, il-membri tas-sottokumitati, tal-osservatorji, tad-delegazzjonijiet, tal-Kumitat tal-Etika, il-kwesturi u l-membri tal-kummissjoni tar-Regoli ta’ Proċedura. |
|
7. |
L-assemblea għandu jkollha s-setgħa li, fuq appell, tirrevedi ċerti deċiżjonijiet tal-Bureau b’konformità mal-Artikolu 12(8). |
|
8. |
Is-setgħat stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu ddelegati jew assenjati lil xi korp ieħor. |
Kapitolu IV
IL-BUREAU TAL-KUMITAT
Artikolu 11 – Kompożizzjoni tal-Bureau
Il-Bureau tal-Kumitat jinkludi:
|
a) |
il-President tal-Kumitat; |
|
b) |
iż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat; |
|
c) |
il-presidenti tat-tliet gruppi eletti b’konformità mal-Artikolu 37(2)(a), it-2 inċiż; |
|
d) |
il-presidenti tas-sezzjonijiet u tas-CCMI; u |
|
e) |
għadd varjabbli ta’ membri, li ma jaqbiżx l-għadd ta’ Stati Membri. |
Artikolu 12 – Kompetenzi tal-Bureau
|
1. |
Il-Bureau għandu jieħu r-responsabbiltà politika tat-tmexxija tal-Kumitat.
B’mod partikolari, huwa għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-Kumitat, il-korpi u l-persunal tiegħu jkunu konformi mar-rwol istituzzjonali tiegħu. |
|
2. |
Il-Bureau għandu jiddetermina l-objettivi, l-istrateġiji u l-prijoritajiet tal-Kumitat fl-oqsma kollha.
Huwa għandu jiddefinixxi l-programm ta’ ħidma tal-Kumitat u jevalwa l-implimentazzjoni ta’ tali programm. Huwa għandu jadotta l-programm ta’ ħidma tal-Kumitat wara li jikkonsulta l-presidenza estiża. |
|
3. |
Il-Bureau għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji u finanzjarji previsti fir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament Finanzjarju”) u f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
4. |
B’mod partikolari, il-Bureau għandu:
|
|
5. |
Il-Bureau għandu r-responsabbiltà jiżgura li l-Kumitat juża tajjeb ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi tiegħu.
Huwa għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni u l-proċeduri ta’ ħidma tal-Kumitat u jadotta l-organigramma fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali. |
|
6. |
Il-Bureau għandu jadotta d-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura wara li jikkonsulta lill-gruppi b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
7. |
Il-Bureau jista’ jistabbilixxi fi ħdanu gruppi ad hoc sabiex jindirizzaw kull kwistjoni fil-kompetenza tiegħu. Jista’ wkoll jistabbilixxi gruppi permanenti kif previst fl-Artikolu 35. |
|
8. |
Il-Bureau għandu jiċċara l-interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura u d-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni marbuta magħhom fuq talba ta’ membru tal-Kumitat jew tas-Segretarju Ġenerali. Madankollu, hija l-assemblea li għandha l-kompetenza tinterpreta r-Regoli ta’ Proċedura fir-rigward tal-prerogattivi tal-Bureau.
Id-deċiżjonijiet interpretattivi tal-Bureau jistgħu jiġu kkontestati b’appell quddiem l-assemblea b’konformità mal-proċedura stabbilita fid-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura. Id-deċiżjoni tal-assemblea għandha tkun finali. |
|
9. |
Kull sitt xhur il-Bureau għandu jeżamina l-passi li ttieħdu dwar l-opinjonijiet maħruġa mill-Kumitat, fuq il-bażi ta’ rapport imħejji għal dan il-għan. |
|
10. |
Il-Bureau għandu jikkunsidra s-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi esterni ta’ kontroll jew ta’ investigazzjoni f’ħin opportun. |
|
11. |
Il-Bureau għandu jistabbilixxi r-regoli proċedurali tiegħu. |
Artikolu 13 – Awtorizzazzjoni tal-attivitajiet
Il-Bureau jista’ jawtorizza attivitajiet marbuta direttament jew indirettament mal-funzjoni konsultattiva tal-Kumitat b’deċiżjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan japplika, b’mod partikolari, għal dan li ġej:
|
— |
l-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-ġestjoni min-naħa tal-Kumitat ta’ forums, pjattaformi jew strutturi oħra ta’ konsultazzjoni tematika, kif ukoll il-modi ta’ parteċipazzjoni tal-Kumitat fl-istrutturi ta’ konsultazzjoni stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew fl-istrutturi li jieħdu sehem fihom dawn tal-aħħar; |
|
— |
il-parteċipazzjoni tal-membri fl-istrutturi esterni li għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari. Ir-rappreżentanza tal-membri fl-istrutturi esterni għandha tkun ibbilanċjata u bbażata fuq sistema ta’ rotazzjoni; |
|
— |
it-tħejjija jew l-ikkummissjonar ta’ studji u l-pubblikazzjoni tagħhom; |
|
— |
l-organizzazzjoni ta’ żjarat ta’ ħidma u avvenimenti barra mis-sede; |
Artikolu 14 – Evalwazzjoni tal-politiki
|
1. |
Meta jkun meħtieġ, il-Bureau għandu jawtorizza l-evalwazzjoni tal-politiki. |
|
2. |
“Evalwazzjoni tal-politiki” għandha tfisser evalwazzjonijiet ex post, li jirrigwardaw politiki jew strumenti legali tal-Unjoni Ewropea li jkunu diġà qed jiġu implimentati.
L-evalwazzjonijiet ex-post għandhom ikunu kwalitattivi u mmirati. L-eżerċizzju tal-evalwazzjoni tal-politiki għandu jqis l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali. |
|
3. |
L-evalwazzjonijiet tal-politiki jistgħu jsiru fil-forma ta’ opinjonijiet jew rapporti ta’ evalwazzjoni skont it-tifsira ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura:
|
Artikolu 15 – Funzjonament tal-Bureau tal-Kumitat
|
1. |
Il-Bureau għandu jkun ippresedut mill-President tal-Kumitat jew, fin-nuqqas tal-President, minn wieħed mill-Viċi Presidenti.
Dan għandu jiltaqa’ f’sessjoni ordinarja qabel is-sessjonijiet tal-assemblea u, jekk ikun meħtieġ, f’sessjoni straordinarja. |
|
2. |
Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bureau, u jaġixxi f’kapaċità ex officio, jew fuq it-talba ta’ għaxar membri tal-Bureau. |
|
3. |
Għandhom jittieħdu l-minuti għal kull laqgħa tal-Bureau.
Dawn il-minuti għandhom jitressqu quddiem il-Bureau għall-approvazzjoni tiegħu matul il-laqgħa sussegwenti. |
|
4. |
Il-Bureau jista’ wkoll jaħdem bi proċedura bil-miktub.
Il-proċedura bil-miktub għandha tiġi deċiża mill-Bureau skont ir-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
|
5. |
Waqt it-tiġdid ta’ kull ħames snin, il-Bureau li jkun temm il-kariga tiegħu jkun inkarigat mill-ħidma attwali sakemm il-Kumitat il-ġdid jiltaqa’ għall-ewwel darba. |
|
6. |
“Ħidma attwali” tfisser ħidma li hija essenzjali għall-kontinwità tas-servizzi u l-funzjonament normali tal-Kumitat matul il-perjodu bejn tmiem il-mandat tal-membri tal-Kumitat u l-bidu tal-mandat tal-Kumitat il-ġdid (“perjodu intergovernattiv”), b’mod partikolari ħidma bħal:
|
Artikolu 16 – Mandati fil-qafas ta’ kooperazzjoni esterna jew interistituzzjonali
|
1. |
Il-Bureau jista’ jagħti mandat lill-President tal-Kumitat jinnegozja jew jikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea jew ma’ korpi jew organizzazzjonijiet esterni. |
|
2. |
Il-Bureau jista’ wkoll jagħti mandat lis-Segretarju Ġenerali jew lil direttur tal-Kumitat biex jinnegozja u jikkonkludi ftehimiet ta’ natura purament amministrattiva mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea jew ma’ korpi jew organizzazzjonijiet esterni. Jista’ wkoll jiddelegalhom dawn is-setgħat. |
|
3. |
Il-mandati u d-delegi ta’ setgħat mogħtija b’dan il-mod għandhom jistabbilixxu l-qasam, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-limiti tagħhom, u jistabbilixxu l-proċedura li għandha tiġi segwita għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ tali ftehimiet f’isem il-Kumitat. |
Artikolu 17 – Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji (CAF)
|
1. |
Għandha tiġi stabbilita Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji (CAF), li għandu jkollha tnax-il membru: president li għandu jkun wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat, u ħdax-il membru maħtura mill-Bureau fuq proposta tal-gruppi. |
|
2. |
Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha l-kompiti li ġejjin:
|
|
3. |
Il-Bureau jista’ jassenja setgħat oħra lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji. |
|
4. |
Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha tressaq quddiem il-Bureau abbozz tar-regoli ta’ proċedura tagħha, għall-approvazzjoni. |
|
5. |
Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha tressaq rendikont tal-attivitajiet tagħha quddiem il-Bureau fil-laqgħat ordinarji. |
|
6. |
Il-president tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji jirrappreżenta ’l-Kumitat fir-rigward tal-awtoritajiet baġitarji tal-Unjoni Ewropea u jħejji rapport dwar dan għall-Bureau. |
Artikolu 18 – Kummissjoni tal-Komunikazzjoni (COCOM)
|
1. |
Għandha tiġi stabbilita Kummissjoni tal-Komunikazzjoni (COCOM), li għandu jkollha tnax-il membru: president li għandu jkun xi ħadd miż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat, u ħdax-il membru maħtura mill-Bureau fuq proposta tal-gruppi. |
|
2. |
Il-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni għandha l-kompiti li ġejjin:
|
|
3. |
Il-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni għandha tressaq quddiem il-Bureau abbozz tar-regoli ta’ proċedura tagħha, għall-approvazzjoni. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni għandha tressaq rapport tal-attivitajiet tagħha quddiem il-Bureau fil-laqgħat ordinarji. |
Kapitolu V
IL-PRESIDENZA
Artikolu 19 – Il-President tal-Kumitat
|
1. |
Il-President jirrappreżenta lill-Kumitat.
Il-President jista’ jiddelega din is-setgħa ta’ rappreżentanza lil xi ħadd mill-Viċi Presidenti jew, jekk ikun hemm bżonn, lil xi ħadd mill-membri. |
|
2. |
L-attivitajiet tal-Kumitat u tal-korpi interni tiegħu għandom isiru taħt it-tmexxija tal-President, b’konformità mat-Trattati, l-istrumenti legali fis-seħħ u dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
3. |
Il-President tal-Kumitat għandu jsejjaħ u jippresiedi l-laqgħat tal-assemblea, kif ukoll dawk tal-Bureau u tal-presidenza estiża.
Il-President għandu jkollu f’idejh is-setgħat kollha meħtieġa biex jippresiedi d-diskussjonijiet ta’ dawn il-korpi u biex jiżgura li dawn jitmexxew kif imiss. |
|
4. |
Il-President għandu jinvolvi b’mod permanenti l-Viċi Presidenti fl-attivitajiet tiegħu; huwa għandu l-jedd jinkarigahom b’kompiti speċifiċi jew responsabbiltajiet speċifiċi li huma fil-kompetenza tiegħu.
Il-Viċi Presidenti għandhom jagħtu rendikont lilu dwar din id-delega. |
|
5. |
Il-President għandu jagħti lill-assemblea rendikont tal-passi u l-miżuri li jittieħdu għan-nom tal-Kumitat fil-perjodu bejn is-sessjonijiet plenarji.
Dawn ir-rapporti jistgħu jiġu segwiti minn dibattitu. |
|
6. |
Il-President għandu l-jedd jagħti kompiti speċifiċi lis-Segretarju Ġenerali għal perjodu limitat. Is-Segretarju Ġenerali għandu jirrapporta lill-President dwar dan. |
|
7. |
Il-Kumitat, bħala l-kontrollur tal-ipproċessar tad-data personali, għandu jkun rappreżentat mill-President tiegħu.
Il-President għandu jeżerċita f’isem il-Kumitat il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet assenjati lilu bħala korp tal-Unjoni Ewropea, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali. Il-President jista’ jiddelega din l-awtorità lis-Segretarju Ġenerali. |
|
8. |
Wara li jiġi elett, il-President għandu jippreżenta quddiem l-assemblea programm ta’ ħidma għall-perjodu tal-kariga tiegħu.
Fl-aħħar tal-mandat tiegħu, il-President għandu jippreżenta quddiem l-assemblea rendikont ta’ dak li jkun inkiseb. Dawn iż-żewġ preżentazzjonijiet għandhom jiġu diskussi fl-assemblea. |
Artikolu 20 – Il-Presidenza
|
1. |
Il-Presidenza tal-Kumitat għandha tkun magħmula mill-President u ż-żewġ Viċi Presidenti. |
|
2. |
Iż-żewġ Viċi Presidenti huma rispettivament il-president tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji u l-president tal-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni u jwettqu dawn il-kompiti taħt l-awtorità tal-President tal-Kumitat. |
|
3. |
Il-Presidenza tal-Kumitat għandha tiltaqa’ mal-presidenti tal-gruppi bħala presidenza estiża bil-għan li titħejja ħidmet il-Bureau u l-assemblea.
Il-presidenti tas-sezzjonijiet jistgħu jkunu mistiedna jattendu l-laqgħat. |
|
4. |
Il-Presidenza tal-Kumitat għandha tiltaqa’ tal-inqas darbtejn fis-sena mal-presidenti tal-gruppi, tas-sezzjonijiet u tas-CCMI bil-għan li jiġi definit il-programm ta’ ħidma tal-Kumitat u sabiex issir evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu u, fejn meħtieġ, tressaq proposti quddiem il-Bureau. |
Artikolu 21 – Il-presidenza estiża
|
1. |
Il-presidenza estiża għandha tkun magħmula mill-Presidenza u l-presidenti tal-gruppi. |
|
2. |
Ir-rwol tal-presidenza estiża għandu jkun li:
|
|
3. |
Il-presidenza estiża għandha tiltaqa’ biex tħejji l-ħidma tal-Bureau u tal-assemblea, jew jekk ikun meħtieġ.
Għandha tiltaqa’ tal-inqas darbtejn fis-sena mal-presidenti tas-sezzjonijiet u tas-CCMI biex iħejju l-programm ta’ ħidma tal-Kumitat u jevalwaw l-implimentazzjoni tiegħu u, fejn meħtieġ, tressaq proposti quddiem il-Bureau. Jistgħu jiġu mistiedna persuni oħra għal-laqgħat tal-presidenza estiża skont kif ikun meħtieġ. |
Kapitolu VI
IS-SEZZJONIJIET
Artikolu 22 – Kompożizzjoni tas-sezzjonijiet
|
1. |
Il-ħidma konsultattiva tal-Kumitat għandha tiġi organizzata f’sezzjonijiet tematiċi, sakemm dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma jipprevedux mod ieħor. |
|
2. |
Il-Kumitat għandu jistabbilixxi s-sezzjonijiet wara kull tiġdid ta’ mandat ta’ ħames snin, matul is-sessjoni tal-bidu tal-mandat.
Is-sezzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-assemblea fl-oqsma li għalihom it-Trattati jagħtu kompetenza lill-Kumitat. |
|
3. |
Il-lista tas-sezzjonijiet u l-oqsma tal-kompetenzi tagħhom jistgħu jerġgħu jiġu eżaminati matul kull tiġdid ta’ mandat ta’ ħames snin. |
Artikolu 23 – Membri tas-sezzjonijiet
|
1. |
L-għadd ta’ membri tas-sezzjonijiet għandu jiġi deċiż mill-assemblea. |
|
2. |
Il-membri tas-sezzjonijiet għandhom jinħatru mill-assemblea, fuq proposti tal-gruppi. Il-ħatriet għandhom ikunu għal sentejn u nofs u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu. |
|
3. |
Kull membru tal-Kumitat minbarra l-President għandu jkun imsieħeb f’tal-anqas waħda mis-sezzjonijiet.
L-ebda membru ma jista’ jkun imsieħeb f’aktar minn żewġ sezzjonijiet, ħlief jekk ikun ġej minn Stat Membru b’disa’ membri jew inqas tal-Kumitat. L-ebda membru ma jista’ jappartjeni għal aktar minn tliet sezzjonijiet. |
|
4. |
Il-proċedura għall-ħatra tal-membri tas-sezzjonijiet għandha tintuża wkoll meta dawn il-membri jiġu sostitwiti.
Il-membru li jieħu post il-membru sostitwit mhux bilfors irid jagħmel parti mill-grupp tal-membru sostitwit. |
Artikolu 24 – Presidenza u bureaux tas-sezzjonijiet
|
1. |
Il-bureaux tas-sezzjonijiet, eletti għal perjodu ta’ sentejn u nofs, huma magħmulin minn tnax-il membru, li wieħed minnhom huwa l-president u tlieta minnhom viċi presidenti. |
|
2. |
Il-membri tal-bureaux tas-sezzjonijiet għandhom jinħatru mill-assemblea fuq proposta tal-gruppi.
Il-presidenti tas-sezzjonijiet u l-membri l-oħra tal-bureaux tas-sezzjonijiet jistgħu jiġu eletti mill-ġdid. |
|
3. |
Il-presidenza tas-sezzjonijiet għandha tinbidel permezz ta’ rotazzjoni bejn il-gruppi taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 25 – Kompiti tas-sezzjonijiet
|
1. |
Huwa l-kompitu tas-sezzjonijiet li jadottaw abbozzi ta’ opinjonijiet li jkunu riferuti lilhom. |
|
2. |
Huma jistgħu jingħataw ukoll il-kompitu li jadottaw abbozzi ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni u abbozzi ta’ rapporti ta’ informazzjoni. |
|
3. |
Kull sezzjoni għandu jkollha segretarjat biex twettaq il-kompiti assenjati lilha. |
Kapitolu VII
SOTTOKOMITTIVI U OSSERVATORJI
Artikolu 26 – Sottokumitati
|
1. |
Fuq l-inizjattiva tal-Bureau, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, l-assemblea tista’ tistabbilixxi sottokumitati bl-għan li jfasslu abbozzi ta’ opinjonijiet dwar kwistjonijiet strettament orizzontali ta’ natura ġenerali.
L-abbozzi għandhom jiġu ppreżentati lill-Bureau u jitressqu quddiem l-assemblea għall-approvazzjoni. Il-membri tas-sottokumitati għandhom jinħatru mill-assemblea fuq proposti tal-gruppi. |
|
2. |
Il-Bureau jista’ wkoll iwaqqaf sottokumitati matul il-perjodi ta’ bejn is-sessjonijiet plenarji.
Jista’ wkoll jaħtar il-membri tagħhom, fuq proposti tal-gruppi. F’dan il-każ, id-deċiżjoni li jitwaqqaf sottokumitat u l-ħatra tal-membri tiegħu għandhom ikunu bil-kundizzjoni li l-assemblea tirratifikahom aktar ’il quddiem. |
|
3. |
L-ebda sottokumitat ma jista’ jiġi stabbilit għal aktar minn suġġett wieħed.
Dan ixolji hekk kif l-assemblea tkun ivvotat fuq l-abbozz ta’ opinjoni li jkun ħejja. |
|
4. |
Meta kwistjoni tiddependi mill-kompetenzi ta’ diversi korpi, is-sottokumitat għandu jkun magħmul minn membri tal-korpi kkonċernati. |
|
5. |
Id-dispożizzjonijiet relatati mas-sezzjonijiet għandhom japplikaw bl-istess mod għas-sottokumitati. |
Artikolu 27 – Osservatorji
|
1. |
Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi osservatorji kull meta n-natura, il-firxa u l-kumplessità tas-suġġett indirizzat jitolbu strateġija partikolari fil-metodi ta’ ħidma, proċeduri u strumenti li jiġu applikati. |
|
2. |
L-osservatorji jiġu stabbiliti fuq deċiżjoni tal-assemblea, li tirratifika, jekk ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni li tkun ittieħdet minn qabel mill-Bureau fuq il-proposta ta’ grupp jew ta’ sezzjoni. |
|
3. |
Id-deċiżjoni tal-assemblea li jiġi stabbilit osservatorju għandha tistabbilixxi l-għan, l-istruttura, il-kompożizzjoni u l-perjodu ta’ ħidma tiegħu.
Sussegwentement, tista’ tiġi revokata jew modifikata mill-assemblea, fuq proposta tal-Bureau. |
|
4. |
Il-membri tal-osservatorji għandhom jinħatru mill-assemblea fuq proposti tal-gruppi. |
|
5. |
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tas-sezzjonijiet u tas-CCMI, osservatorju jista’ jfassal dokumenti ta’ informazzjoni u jwettaq studji dwar l-effetti tal-istrumenti legali tal-UE jew in-nuqqas tagħhom fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu.
Fuq deċiżjoni tal-assemblea, dawn id-dokumenti ta’ informazzjoni u studji jistgħu jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe istituzzjoni jew korp ieħor tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Kull osservatorju jaħdem taħt il-patroċinju ta’ sezzjoni. |
|
7. |
Il-Bureau jista’ jawtorizza waħda mis-sezzjonijiet sabiex tassenja lill-osservatorju marbut magħha t-tħejjija ta’ abbozz ta’ opinjoni.
L-abbozz ta’ opinjoni mħejji mill-osservatorju għandu jitressaq quddiem is-sezzjoni għall-adozzjoni. Jekk jiġi adottat mis-sezzjoni, hija s-sezzjoni li għandha tressqu quddiem l-assemblea għall-adozzjoni. |
Kapitolu VIII
KUMMISSJONIJIET KONSULTATTIVI
Artikolu 28 – Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI)
|
1. |
Il-Kumitat għandu jistabbilixxi l-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) fi żmien tliet xhur mid-data tat-tiġdid ta’ kull ħames snin tal-Kumitat, matul sessjoni plenarja tal-assemblea. |
|
2. |
Is-CCMI għandha tkun magħmula minn membri tal-Kumitat u minn delegati minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-setturi ekonomiċi u soċjali, kif ukoll mis-soċjetà ċivili, li għandhom interess partikolari fil-bidliet industrijali. L-għadd tal-membri u d-delegati għandu jkun deċiż mill-assemblea fuq proposta tal-Bureau.
Il-mandat tal-membri tas-CCMI għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Għad-delegati tas-CCMI dan għandu jkun ta’ ħames snin. Fiż-żewġ każijiet il-mandat għandu jkun jista’ jiġġedded. |
|
3. |
Il-membri tal-Kumitat li jissieħbu fis-CCMI għandhom jinħatru mill-assemblea fuq proposti tal-gruppi. |
|
4. |
Id-delegati tas-CCMI għandhom jinħatru mill-assemblea fuq proposta tal-Bureau, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-gruppi.
Ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħatra tad-delegati għandhom jiġu deċiżi minn kull grupp skont ir-regoli interni tiegħu. |
|
5. |
Il-president tas-CCMI għandu jkun membru tal-Bureau tal-Kumitat li lilu jirrapporta kull sentejn u nofs dwar l-attivitajiet ta’ din il-kummissjoni konsultattiva. |
|
6. |
Id-delegati huma soġġetti għall-istess regoli bħall-membri tal-Kumitat f’dak li jirrigwarda l-indennizzi u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.
Id-delegati tas-CCMI ma jistgħux jaħtru sostituti għal-laqgħat tas-CCMI u għall-ħidma preparatorja. |
|
7. |
Is-CCMI għandu jkollha segretarjat. |
Artikolu 29 – Twaqqif ta’ kummissjonijiet konsultattivi oħrajn
|
1. |
Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi kummissjonijiet konsultattivi oħra jekk dan jirriżulta li jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti assenjati lill-Kumitat mit-Trattati jew minn strumenti legali oħra.
Dawn għandhom ikunu magħmulin minn membri tal-Kumitat u minn delegati li ġejjin mill-oqsma tas-soċjetà ċivili organizzata li l-Kumitat ikun jixtieq jinvolvi f’ħidmietu. |
|
2. |
Biex jiġu stabbiliti kummissjonijiet konsultattivi ġodda, għandha tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel espliċita mill-awtoritajiet baġitarji tal-Unjoni. |
|
3. |
Il-kummissjonijiet konsultattivi għandhom jiġu stabbiliti skont deċiżjoni meħuda mill-assemblea li għandha tikkonferma deċiżjoni adottata mill-Bureau.
Id-deċiżjoni tal-assemblea li toħloq kummissjoni konsultattiva tiddefinixxi l-għan, l-istruttura, il-kompożizzjoni, it-tul ta’ żmien tagħha, kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għall-ħatra ta’ delegati fil-kummissjoni. |
Kapitolu IX
DJALOGU MAL-ORGANIZZAZZJONIJIET EKONOMIĊI U SOĊJALI FL-UNJONI EWROPEA U FI STATI MHUX TAL-UE
Artikolu 30 – Relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet esterni
|
1. |
Il-Kumitat, fuq inizjattiva tal-Bureau, jista’ jkollu relazzjonijiet strutturati mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali u istituzzjonijiet simili u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta’ natura ekonomika u soċjali tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi mhux tal-UE. |
|
2. |
Bl-istess mod, huwa jista’ jwettaq azzjonijiet li jippromovu l-ħolqien ta’ kunsilli ekonomiċi u soċjali jew istituzzjonijiet simili fil-pajjiżi fejn għadhom ma jeżistux. |
Artikolu 31 – Delegazzjonijiet u kumitati konsultattivi konġunti
|
1. |
L-assemblea, fuq proposta tal-Bureau, tista’ taħtar għadd ta’ delegazzjonijiet sabiex jibnu relazzjonijiet mad-diversi komponenti ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata fl-istati jew assoċjazzjonijiet ta’ stati li mhumiex imsieħba fl-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
Il-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-imsieħba tas-soċjetà ċivili organizzata fil-pajjiżi kandidati għandha tieħu l-għamla ta’ kumitati konsultattivi konġunti, f’każ li dawn ikunu ġew iffurmati mill-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni.
F’każijiet oħra, din issir permezz ta’ gruppi ta’ kuntatt. Il-membri tal-kumitati konsultattivi konġunti u tal-gruppi ta’ kuntatt għandhom jinħatru mill-Bureau fuq proposti tal-gruppi. |
|
3. |
Il-kumitati konsultattivi konġunti u l-gruppi ta’ kuntatt għandhom iħejju rapporti u dikjarazzjonijiet li jistgħu jintbagħtu mill-Kumitat lill-istituzzjonijiet kompetenti u lill-partijiet ikkonċernati. |
Kapitolu X
KORPI OĦRAJN
Artikolu 32 – Grupp tal-Kwesturi
|
1. |
Fuq proposta tal-Bureau, l-assemblea għandha, għal perjodu ta’ sentejn u nofs, teleġġi tliet membri tal-Kumitat sabiex jiffurmaw il-Grupp tal-Kwesturi. |
|
2. |
Il-pożizzjoni tal-kwesturi hija inkompatibbli ma’ dik ta’ membru tal-korpi li ġejjin:
|
|
3. |
Il-kwesturi għandu jkollhom il-funzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 33 – Kumitat tal-Etika
|
1. |
Fuq proposta tal-Bureau, l-assemblea għandha teleġġi, għal kull perjodu ta’ sentejn u nofs, tnax-il membru tal-Kumitat, b’parità bejn il-ġeneri, sitt membri u sitt membri ta’ riżerva, li għandhom jikkostitwixxu l-Kumitat tal-Etika.
Id-dispożizzjonijiet għal din l-elezzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Kodiċi ta’ Kondotta. |
|
2. |
Il-pożizzjoni tal-membri tal-Kumitat tal-Etika hija inkompatibbli ma’ dik tal-membri tal-korpi li ġejjin:
|
|
3. |
Kull wieħed mit-tliet gruppi tal-Kumitat għandu jaħtar wieħed mill-membri tiegħu biex iservi bħala president tal-Kumitat tal-Etika għal sentejn u nofs fuq bażi ta’ rotazzjoni. |
Artikolu 34 – Kumitat tal-Awditjar
|
1. |
Għandu jiġi stabbilit Kumitat tal-Awditjar bil-kompitu li jipprovdi konsulenza lill-President u lill-Bureau dwar l-awditjar. |
|
2. |
Il-Kumitat tal-Awditjar għandu jwettaq il-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-progress tal-awditjar intern b’konformità mal-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju.
B’mod partikolari, il-Kumitat tal-Awditjar għandu l-kompitu li jiżgura l-indipendenza tal-awditur intern, li jimmonitorja l-kwalità tax-xogħol tal-awditjar intern u li jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern u estern jitqiesu kif dovut u jiġu segwiti mis-servizzi tal-Kumitat. |
|
3. |
Il-Kumitat tal-Awditjar għandu jirrapporta lill-Bureau. |
|
4. |
Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar l-istruttura, il-kompożizzjoni, il-kompiti u r-regoli ta’ funzjonament tal-Kumitat tal-Awditjar, u għandhom jitqiesu l-awtonomija organizzattiva tal-Kumitat u l-importanza tal-pariri minn esperti indipendenti. |
|
5. |
Il-membri tal-kumitat tal-awditjar għandhom jinħatru mill-Bureau fuq proposta tal-gruppi.
Kull wieħed mit-tliet gruppi tal-Kumitat għandu jaħtar president tal-Kumitat tal-Awditjar għal sentejn u nofs fuq bażi ta’ rotazzjoni. |
|
6. |
Il-pożizzjoni ta’ membru tal-Kumitat tal-Awditjar hija inkompatibbli ma’ dik ta’ membru ta’ wieħed mill-korpi li ġejjin:
|
|
7. |
Il-Kumitat tal-Awditjar għandu jadotta l-abbozz ta’ Karta tal-Awditur Intern b’konformità mar-Regolament Finanzjarju u skont l-istandards internazzjonali rilevanti dwar l-awditjar intern, u għandu jressqu quddiem il-Bureau għall-adozzjoni. |
Artikolu 35 – Gruppi permanenti
|
1. |
Il-Kumitat jista’ jwaqqaf gruppi permanenti meta n-natura tas-suġġett inkwistjoni tirrikjedi monitoraġġ partikolarment profond tas-suġġett, u tkun parti mill-politika tal-UE ta’ importanza kbira għas-soċjetà ċivili. |
|
2. |
Grupp permanenti għandu jiġi stabbilit fuq deċiżjoni tal-Bureau, fuq proposta ta’ sezzjoni jew ta’ grupp. |
|
3. |
Id-deċiżjoni tal-Bureau li jiġi stabbilit grupp permanenti għandha tistabbilixxi l-għan, l-istruttura, il-kompożizzjoni u t-tul ta’ żmien tiegħu. Id-durata ta’ grupp permanenti ma tistax tkun itwal miż-żmien meta jintemm il-mandat attwali. |
|
4. |
Il-membri tal-gruppi permanenti għandhom jinħatru mill-Bureau fuq proposti tal-gruppi. |
|
5. |
Kull grupp permanenti jaħdem taħt il-patroċinju ta’ sezzjoni. |
Kapitolu XI
KATEGORIJI
Artikolu 36 – Kategoriji
|
1. |
Il-membri tal-Kumitat jistgħu, fuq bażi volontarja, jiffurmaw kategoriji rappreżentattivi tad-diversi interessi ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
Kategorija għandha tkun magħmula minn mhux inqas minn għaxar membri.
F’każ ta’ kunflitt dwar l-eliġibbiltà ta’ membru, il-Bureau għandu jieħu deċiżjoni wara li jkun ikkonsulta lill-membri tal-kategorija. L-ebda membru ma jista’ jissieħeb f’aktar minn kategorija waħda fl-istess ħin. |
|
3. |
Il-ħolqien ta’ kategorija għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-Bureau, li għandu jinforma lill-assemblea. |
|
4. |
Id-deċiżjoni tal-Bureau li tapprova l-ħolqien ta’ kategorija għandha tistabbilixxi l-għan, l-istruttura, il-kompożizzjoni, it-tul ta’ żmien u r-regoli ta’ ħidma.
Din id-deċiżjoni tista’ tiġi sussegwentement emendata jew revokata mill-Bureau. |
IT-TIENI PARTI
PROĊEDURI
TITOLU I
PROĊEDURI GĦALL-BIDU TAL-KARIGA TAL-KUMITAT U GĦALL-ELEZZJONI U L-ĦATRA
Kapitolu I
PROĊEDURA GĦALL-BIDU TAL-KARIGA TAL-KUMITAT
Artikolu 37 – L-ewwel laqgħa tal-assemblea u bidu tal-kariga tal-Kumitat
|
1. |
L-ewwel laqgħa tal-assemblea wara t-tiġdid ta’ mandat ta’ ħames snin għandha tkun iddedikata għall-bidu tal-kariga tal-Kumitat.
Din għandha titlaqqa’ u tiġi ppreseduta mill-aktar membru anzjan fl-età, u għandha ssir mhux aktar tard minn 40 jum kalendarju wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat, dment li mill-inqas nofs il-membri jkunu nħatru mill-Kunsill. Fil-każ li mhux il-membri kollha tal-Kumitat jinħatru bl-istess deċiżjoni tal-Kunsill, id-data li minnha tibda l-iskadenza msemmija hawn fuq għandha tkun id-data tad-deċiżjoni mill-Kunsill li taħtar il-maġġoranza tal-membri. |
|
2. |
Matul is-sessjoni tal-bidu tal-kariga, jiġu segwiti l-passi li ġejjin:
|
|
3. |
Huma biss il-kwistjonijiet relatati ma’ dawn il-passi li jistgħu jiġu diskussi meta jkun qed jippresiedi l-aktar membru anzjan fl-età. |
Artikolu 38 – Laqgħa tat-tiġdid f’nofs il-mandat
|
1. |
Il-mandat għall-karigi ta’ responsabbiltà fi ħdan il-Kumitat għandu jiġġedded f’nofs il-perjodu ta’ ħames snin, jiġifieri sentejn u nofs mid-data meta tinbeda l-kariga tal-Kumitat. |
|
2. |
Il-laqgħa tal-assemblea li matulha jiġu eletti jew maħturin il-membri fil-karigi li jissemmew fil-punt preċedenti għall-aħħar sentejn u nofs tal-mandat ta’ ħames snin għandha tissejjaħ mill-President tal-Kumitat li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu. |
|
3. |
Din għandha ssir fil-bidu tas-sessjoni tax-xahar li fih jiskadi l-mandat tal-ewwel Bureau. Il-presidenza għandha tkun f’idejn il-President tal-Kumitat li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu. |
Kapitolu II
PROĊEDURI TAL-ELEZZJONIJIET U L-ĦATRIET
Artikolu 39 – Kummissjoni preparatorja u listi tal-kandidati għall-elezzjoni tal-membri tal-Bureau
|
1. |
L-assemblea għandha tistabbilixxi kummissjoni preparatorja li tinkludi rappreżentazzjoni bilanċjata ta’ membri tat-tliet gruppi, b’nazzjonal wieħed minn kull Stat Membru.
Il-membri tal-kummissjoni preparatorja ma għandhomx jikkontestaw għal kariga fil-Bureau. |
|
2. |
Il-kummissjoni preparatorja għandha l-inkarigu li tirċievi lista (jew listi) ta’ kandidati għall-Bureau, li tivverifika l-legalità tal-kandidaturi skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, u li tressaq il-lista (jew il-listi) tal-kandidati quddiem l-assemblea għall-elezzjoni fil-Bureau. |
|
3. |
Il-gruppi, rappreżentati mill-presidenti tagħhom, għandhom jieħdu sehem fin-negozjar u l-formulazzjoni ta’ proposta għall-kompożizzjoni tal-Bureau, liema proposta tkun fil-forma ta’ lista komuni li għandha titressaq quddiem il-kummissjoni preparatorja. |
|
4. |
Jistgħu jitressqu wkoll listi alternattivi kompleti ta’ membri quddiem il-kummissjoni preparatorja minn mhux inqas minn ħamsa u għoxrin membru. |
|
5. |
Il-kummissjoni preparatorja għandha l-ewwel tressaq quddiem l-assemblea l-lista komuni mressqa mill-gruppi għall-votazzjoni. Jekk ikun hemm bżonn, hija għandha tressaq ukoll il-listi alternattivi. |
|
6. |
Sabiex jiġu ammessi għall-votazzjoni fl-assemblea, il-listi kollha jenħtieġ ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1(5) u 41 u jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni minn kull kandidat b’indikazzjoni tal-kariga li jixtieq jokkupa. |
Artikolu 40 – Elezzjoni tal-membri tal-Bureau
Il-proċedura għall-elezzjoni tal-membri tal-Bureau għandha ssir fi stadji, fejn meħtieġ permezz ta’ votazzjoni u ċikli ta’ votazzjoni suċċessivi u fl-ordni li ġej:
|
1. |
Fl-ewwel stadju, l-assemblea għandha tiddeċiedi dwar il-lista jew listi ta’ kandidati għall-Bureau.
|
|
2. |
Fit-tieni stadju, ladarba l-lista tal-membri tal-Bureau tkun ġiet adottata, l-assemblea għandha taħtar il-membri għall-karigi tal-Bureau li mhumiex presidenti tal-gruppi permezz ta’ votazzjoni waħda jew aktar skont il-ħtieġa, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 41 – Kundizzjonijiet għall-elezzjoni tal-membri tal-Bureau
L-elezzjoni tal-membri tal-Bureau għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin u, fin-nuqqas ta’ dan, l-elezzjoni għandha titqies bħala mhux valida:
|
1. |
Il-kompożizzjoni tal-Bureau għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(5) u tirrifletti l-bilanċ globali ġeografiku bejn il-gruppi, b’mhux inqas minn nazzjonal wieħed minn kull Stat Membru u b’mhux aktar minn tlieta. |
|
2. |
Għal kull mandat ta’ sentejn u nofs, il-President tal-Kumitat huwa magħżul minn fost it-tliet gruppi permezz ta’ rotazzjoni. |
|
3. |
Iż-żewġ Viċi Presidenti għandhom jappartjenu għal gruppi differenti u għandhom jintgħażlu minn fost il-membri tal-gruppi li l-President tal-Kumitat ma jkunx imsieħeb fihom. |
|
4. |
Il-President u l-Viċi Presidenti tal-Kumitat ma għandhomx jerġgħu jiġu eletti. |
|
5. |
Sentejn u nofs immedjatament wara li jintemm il-mandat tiegħu, il-President tal-Kumitat ma għandux ikun membru tal-Bureau bħala Viċi President tal-Kumitat, president ta’ grupp, ta’ sezzjoni jew tas-CCMI. |
Artikolu 42 – Sostituzzjoni ta’ membru tal-Bureau
|
1. |
F’każ li membru tal-Bureau jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet fost dawk previsti fl-Artikolu 4(2), għandu jiġi sostitwit b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 41 għat-tul tal-mandat li jkun fadal. |
|
2. |
L-assemblea għandha tivvota fuq din is-sostituzzjoni fuq il-bażi ta’ proposta tal-grupp li jappartjeni għalih il-membru li jkun qed jiġi sostitwit. Jekk dak il-membru ma jappartjenix għal grupp, il-gruppi għandhom ifasslu proposta għas-sostituzzjoni.
Il-maġġoranza għandha tintlaħaq b’vot favur minn aktar minn nofs il-membri preżenti jew rappreżentati. Jekk il-kandidat propost mill-grupp ikkonċernat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-grupp għandu jagħmel proposti ġodda sakemm jinħatar membru. |
Artikolu 43 – Proċedura għall-elezzjoni ta’ karigi oħra ta’ responsabbiltà mill-assemblea
|
1. |
Matul l-ewwel laqgħa, ladarba l-membri tal-Bureau jkunu ġew eletti u l-karigi fil-Bureau jkunu ġew allokati, l-assemblea għandha teleġġi l-membri għall-karigi li ġejjin:
|
|
2. |
Id-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura għandhom jistabbilixxu l-proċedura għall-elezzjoni b’rabta ma’ dawn il-karigi. |
Artikolu 44 – Proċedura għall-ħatra tar-relaturi u l-membri tal-gruppi ta’ studju
Il-kriterji u l-proċedura għall-ħatra tar-relaturi u l-membri tal-gruppi ta’ studju huma stabbiliti fl-Artikolu 55 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.
Artikolu 45 – Proposti tal-gruppi
|
1. |
Il-gruppi għandhom jagħmlu proposti għall-elezzjoni ta’ membri tal-Bureau u għall-ħatra ta’ membri tal-korpi tal-Kumitat, skont il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tan-nondiskriminazzjoni, kif definiti mid-dritt tal-Unjoni. |
|
2. |
Fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-gruppi għandhom ifittxu bilanċ u għandhom iqisu l-ħiliet u l-għarfien espert tal-membri proposti.
Fejn meħtieġ, huma għandhom iqisu wkoll li jista’ jkun hemm membri mhux affiljati. |
TITOLU II
IL-PROĊEDURA KONSULTATTIVA
Kapitolu I
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Artikolu 46 – Twettiq tal-funzjonijiet konsultattivi
Il-Kumitat għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.
Jista’ jitlaqqa’ wkoll fuq inizjattiva tiegħu stess.
Huwa għandu jeżerċita l-funzjonijiet konsultattivi tiegħu billi jfassal opinjonijiet, rapporti ta’ evalwazzjoni, rapporti ta’ informazzjoni jew riżoluzzjonijiet dwar suġġetti topiċi.
Artikolu 47 – Opinjonijiet tal-Kumitat
L-opinjoni hija l-istrument legali previst fit-Trattati biex il-Kumitat jesprimi l-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata.
L-opinjonijiet tal-Kumitat għandhom jiġu kklassifikati, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53, fit-tliet kategoriji li ġejjin:
|
1. |
Opinjonijiet tal-Kategorija A Din il-kategorija tinkludi l-opinjonijiet li jirriżultaw minn:
Dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu ttrattati minn gruppi ta’ studju ta’ daqs varjabbli (bejn 6 u 24 membru) li jibbenefikaw mill-mezzi adatti. |
|
2. |
Opinjonijiet tal-Kategorija B Din il-kategorija tinkludi opinjonijiet ibbażati fuq konsultazzjonijiet obbligatorji jew fakultattivi ta’ natura urġenti jew li jkopru suġġetti ta’ interess sekondarju għall-Kumitat. Dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu ttrattati minn relatur uniku jew relatur ġenerali, ħlief fil-każijiet previsti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. Il-Bureau jista’ jiddeċiedi, f’każijiet iġġustifikati kif dovut, li opinjoni tal-Kategorija B għandha tiġi ttrattata fi ħdan grupp ta’ abbozzar ta’ tliet membri (Kategorija “B +”). |
|
3. |
Opinjonijiet tal-Kategorija Ċ Din il-kategorija tinkludi opinjonijiet li jirriżultaw minn konsultazzjonijiet obbligatorji jew fakultattivi ta’ natura purament teknika li għalihom l-intervent ta’ relatur jew grupp ta’ studju ma jitqisx li huwa neċessarju. Dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu ttrattati permezz tat-tħejjija ta’ opinjoni standard li l-Bureau jressaq direttament quddiem l-assemblea. Din il-proċedura la timplika l-ħatra ta’ relatur u lanqas l-analiżi minn sezzjoni, iżda timplika biss l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tal-opinjoni standard waqt l-assemblea. Meta dawn it-testi jiġu ttrattati f’sessjoni plenarja, l-assemblea l-ewwel tistabbilixxi jekk hix favur jew kontra t-trattament tal-konsultazzjoni skont il-proċedura msemmija hawn fuq, u mbagħad din għandha tivvota, skont kif ikun meħtieġ, favur jew kontra l-adozzjoni tal-opinjoni standard. |
Artikolu 48 – Rapporti ta’ evalwazzjoni
|
1. |
Rapport ta’ evalwazzjoni huwa dokument tal-Kumitat maħsub biex jevalwa l-politika tal-UE skont l-Artikolu 14.
Ir-rapport għandu jintalab minn istituzzjoni Ewropea. |
|
2. |
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jitħejja minn grupp ta’ studju li jaħdem ma’ relatur. |
|
3. |
Dan għandu jitressaq, flimkien mal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u, jekk meħtieġ, flimkien mal-appendiċijiet tiegħu, quddiem is-sezzjoni kompetenti jew is-CCMI għall-adozzjoni. Matul il-laqgħa tas-sezzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-emendi kif imsemmija fl-Artikolu 60(1). |
|
4. |
Ir-rapport adottat mis-sezzjoni jew mis-CCMI għandu jitressaq quddiem l-assemblea mir-relatur.
Il-Bureau għandu jibgħat lura lis-sezzjoni jew lis-CCMI rapport ta’ evalwazzjoni li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu L-emendi għal rapport ta’ evalwazzjoni jistgħu jitressqu mill-membri u mill-gruppi biex l-assemblea tivvota fuqhom, bil-kundizzjoni li l-emendi jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-assemblea għandha tivvota fuq ir-rapport u, fejn meħtieġ, dwar it-trażmissjoni tad-dokument lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn. |
|
5. |
Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni ma għandhomx jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iżda jistgħu jiġu trażmessi lill-istituzzjonijiet l-oħrajn jekk l-assemblea tiddeċiedi hekk. |
Artikolu 49 – Rapporti ta’ informazzjoni
|
1. |
Rapport ta’ informazzjoni huwa dokument tal-Kumitat maħsub biex jeżamina kwistjoni relatata mal-politiki tal-Unjoni Ewropea jew l-iżviluppi potenzjali tagħhom, li jkun fih biss informazzjoni fattwali u, possibbilment, sommarji ta’ informazzjoni mingħajr rakkomandazzjonijiet. |
|
2. |
L-abbozz ta’ rapport ta’ informazzjoni għandu jitħejja minn grupp ta’ studju li jaħdem ma’ relatur. |
|
3. |
Dan għandu jitressaq, flimkien ma’ kwalunkwe sommarju ta’ informazzjoni u l-appendiċijiet, quddiem is-sezzjoni kompetenti jew is-CCMI għall-adozzjoni. Matul il-laqgħa tas-sezzjoni, għandhom japplikaw l-istess dispożizzjonijiet dwar l-emendi kif imsemmija fl-Artikolu 60(1). |
|
4. |
Ir-rapport adottat mis-sezzjoni jew mis-CCMI għandu jitressaq quddiem l-assemblea mir-relatur.
Il-Bureau għandu jibgħat lura lis-sezzjoni jew lis-CCMI rapport ta’ informazzjoni li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-assemblea għandha tivvota fuq ir-rapport u, fejn meħtieġ, fuq it-trażmissjoni tad-dokument lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn. |
|
5. |
Ir-rapporti ta’ informazzjoni ma għandhomx jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iżda jistgħu jiġu trażmessi lill-istituzzjonijiet l-oħrajn jekk l-assemblea tiddeċiedi hekk. |
|
6. |
Rapport ta’ informazzjoni jista’ jservi bħala bażi għat-tfassil ta’ opinjoni fuq inizjattiva proprja. |
Artikolu 50 – Riżoluzzjonijiet dwar temi attwali
|
1. |
Il-Kumitat jista’ jħejji riżoluzzjonijiet dwar temi attwali. |
|
2. |
Il-proposta għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat, mill-president ta’ sezzjoni, mill-president ta’ grupp, jew mill-inqas minn 25 membru tal-Kumitat.
Din għandha tinkludi l-abbozz ta’ riżoluzzjoni u għandha, kull meta possibbli, titressaq quddiem is-segretarjat tal-Bureau 48 siegħa qabel il-ftuħ tal-laqgħa tal-assemblea. |
|
3. |
Kull meta possibbli, l-abbozzi ta’ riżoluzzjoni għandhom jingħataw prijorità fl-aġenda tas-sessjoni plenarja.
Ir-riżoluzzjonijiet dwar temi attwali għandhom jiġu diskussi u ssir votazzjoni fuqhom u, jekk ikun meħtieġ, jiġu adottati mill-assemblea. |
Kapitolu II
TNEDIJA TAL-PROĊEDURA KONSULTATTIVA
Artikolu 51 – Tnedija tal-proċedura ta’ konsultazzjoni mitluba mill-istituzzjonijiet
|
1. |
Il-Kumitat jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni bil-għan li jfassal opinjonijiet li jintalbu fil-każijiet previsti fit-Trattati. |
|
2. |
Il-Kumitat jista’ jiġi kkonsultat ukoll minn dawn l-istituzzjonijiet kull meta jqisu li jkun meħtieġ. Jista’ jintalab ukoll iħejji rapporti ta’ evalwazzjoni tal-politika. |
|
3. |
L-istituzzjoni tista’, jekk tqis li jkun meħtieġ, tistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-Kumitat biex iressaq l-opinjoni tiegħu.
Meta jagħlaq iż-żmien stabbilit, in-nuqqas ta’ opinjoni m’għandux jimpedixxi azzjoni ulterjuri. |
|
4. |
Il-konsultazzjonijiet mitlubin mill-istituzzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-President tal-Kumitat.
Il-President, f’konsultazzjoni mal-Bureau, għandu jorganizza l-ħidma tal-Kumitat, u jqis il-limiti ta’ żmien stabbiliti fit-talba għal konsultazzjoni. |
Artikolu 52 – Tnedija tal-proċedura ta’ inizjattiva proprja tal-Kumitat
|
1. |
Il-Kumitat jista’ joħroġ opinjoni fuq inizjattiva proprja meta jqis li jkun meħtieġ jagħmel hekk. |
|
2. |
Fuq proposta tal-Bureau, adottata b’maġġoranza tal-membri tiegħu, l-assemblea tista’ tiddeċiedi li jinħarġu opinjonijiet fuq inizjattiva proprja dwar kull suġġett marbut mal-Unjoni Ewropea, il-politiki tagħha u l-iżviluppi possibbli. |
|
3. |
Fuq proposta tal-Bureau, l-assemblea tista’ tiddeċiedi li tħejji rapporti ta’ informazzjoni biex teżamina kwalunkwe kwistjoni relatata mal-politiki tal-Unjoni Ewropea u l-iżviluppi potenzjali tagħhom. |
|
4. |
Fuq proposta tal-President tal-Kumitat, ta’ sezzjoni, ta’ wieħed mill-gruppi jew ta’ mill-inqas 25 membru, l-assemblea tista’ tiddeċiedi li tħejji riżoluzzjoni dwar tema attwali. |
Kapitolu III
ĦIDMET IS-SEZZJONIJIET
Artikolu 53 – Twaqqif tas-sezzjonijiet u allokazzjoni tal-opinjonijiet
|
1. |
Sabiex titħejja opinjoni, rapport ta’ evalwazzjoni jew rapport ta’ informazzjoni, il-Bureau tal-Kumitat għandu jaħtar is-sezzjoni responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma involuta.
Meta s-suġġett li jkun ser jiġi ttrattat ikun b’mod ċar fl-ambitu ta’ sezzjoni partikolari, il-President tal-Kumitat għandu jallokah lil din is-sezzjoni u jgħarraf lill-Bureau bid-deċiżjoni tiegħu. Il-Bureau għandu, meta jkun meħtieġ, japprova l-allokazzjoni magħmula mill-President tal-Kumitat fil-laqgħa tiegħu li jmiss. |
|
2. |
Il-presidenti tas-sezzjonijiet għandhom iħejju proposta għall-allokazzjoni tal-opinjonijiet fost it-tliet kategoriji msemmija fl-Artikolu 47.
Il-proposta għandha titressaq quddiem il-Bureau, li jistabbilixxi l-ordni ta’ prijorità għall-analiżi tal-opinjonijiet billi jaqsamhom f’kategoriji. Il-kategorija ta’ opinjoni għandha tiddetermina jekk titħejjiex minn relatur uniku jew minn relatur assistit minn grupp ta’ studju. |
|
3. |
Is-sezzjonijiet għandhom jagħtu indikazzjoni proviżorja tad-daqs tal-grupp ta’ studju għal kull opinjoni, rapport ta’ evalwazzjoni jew rapport ta’ informazzjoni.
F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn is-sezzjonijiet, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-presidenza estiża għad-diskussjoni. Il-proposta finali għandha titressaq quddiem il-Bureau għal deċiżjoni. |
|
4. |
F’każijiet ġustifikati kif dovut, il-presidenti tal-gruppi jistgħu jipproponu li jinbidel id-daqs tal-grupp ta’ studju wara d-deċiżjoni tal-Bureau.
Fil-laqgħa segwenti, il-Bureau jikkonferma, jekk ikun meħtieġ, din il-proposta ġdida u jistabbilixxi d-daqs definittiv tal-grupp ta’ studju. Meta jkun hemm bżonn ta’ proċedura urġenti sabiex ma jinqabżux l-iskadenzi istituzzjonali, is-sezzjonijiet jiġu infurmati dwar il-bidliet fl-istess ħin li jiġu kkomunikati n-nomini, u s-sezzjonijiet jistgħu jitolbu l-approvazzjoni tal-Bureau tal-Kumitat permezz ta’ proċedura bil-miktub. |
Artikolu 54 – Ħidma preparatorja tas-sezzjonijiet
Il-ħidma preparatorja tas-sezzjonijiet għandha titwettaq fil-qafas ta’ grupp ta’ studju, flimkien ma’ relatur.
F’każijiet ta’ eċċezzjoni, din il-ħidma tista’ titwettaq ukoll:
|
— |
mir-relatur f’kooperazzjoni ma’ korelatur wieħed jew tnejn, jew żewġ jew tliet relaturi fuq l-istess livell fi ħdan grupp ta’ studju, jew |
|
— |
minn relatur uniku jew, jekk meħtieġ, ma’ grupp ta’ abbozzar. |
Artikolu 55 – Gruppi ta’ studju
|
1. |
Il-gruppi ta’ studju jvarjaw fid-daqs, u jista’ jkollhom minn 6 sa 24 membru.
Grupp ta’ abbozzar huwa grupp ta’ studju bi 3 membri. |
|
2. |
Fuq il-bażi tal-proposti li jkun intlaħaq qbil dwarhom mill-presidenti tal-gruppi, il-presidenti tas-sezzjonijiet għandhom jaħtru r-relatur – u, jekk ikun meħtieġ, il-korelaturi – kif ukoll il-membri tal-gruppi ta’ studju. |
|
3. |
Sabiex il-gruppi ta’ studju jkunu jistgħu jibdew ħidmithom malajr, speċjalment f’każijiet urġenti, bi ftehim bejn il-presidenti tat-tliet gruppi dwar il-proposta għall-ħatra tar-relaturi u, fejn meħtieġ, tal-korelaturi, kif ukoll dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ studju jew ta’ abbozzar, il-presidenti tas-sezzjonijiet jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tibda l-ħidma.
F’dawn il-każijiet, id-deċiżjoni ta’ president ta’ sezzjoni partikolari dwar il-ħatra tar-relatur – u, jekk ikun meħtieġ, tal-korelaturi – kif ukoll dwar il-ħatra tal-membri tal-gruppi ta’ studju, tirrikjedi ftehim bejn il-presidenti tat-tliet gruppi. |
|
4. |
Ladarba jinħatar, ir-relatur – u, jekk ikun meħtieġ, il-korelaturi – megħjuna mill-konsulenti tagħhom, għandhom janalizzaw il-kwistjoni mressqa, jikkunsidraw il-fehmiet espressi mill-membri tal-grupp ta’ studju u, abbażi ta’ dan, iħejju l-abbozz ta’ opinjoni, li jintbagħat lill-president tas-sezzjoni.
M’għandux ikun hemm votazzjoni fil-laqgħat tal-grupp ta’ studju. |
|
5. |
Il-gruppi ta’ studju ma jistgħux isiru korpi permanenti.
F’każijiet ta’ eċċezzjoni, huma jistgħu jiġu awtorizzati minn qabel mill-Bureau biex jissoktaw bl-attivitajiet tagħhom għal perjodu li fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jmur lill hinn minn tmiem il-mandat ta’ sentejn u nofs. |
Artikolu 56 – Opinjonijiet komplementari
|
1. |
Jekk is-sezzjoni li tkun inħatret biex tħejji opinjoni tkun tixtieq tisma’ l-fehma tas-CCMI, jew fil-każijiet meta s-CCMI tkun tixtieq tesprimi fehmietha dwar opinjoni allokata lil sezzjoni, il-Bureau tal-Kumitat jista’ jawtorizza t-tħejjija ta’ opinjoni komplementari jew il-preżentazzjoni ta’ kummenti addizzjonali dwar punt jew għadd ta’ punti diskussi fl-opinjoni prinċipali mitluba.
Il-Bureau jista’ wkoll jieħu din id-deċiżjoni minn rajh. |
|
2. |
Il-President tal-Kumitat għandu jgħarraf lill-president tas-CCMI bid-deċiżjoni u d-data sa meta għandha titlesta l-ħidma tas-sezzjoni. Il-president tas-sezzjoni kkonċernata għandu jiġi infurmat ukoll. |
|
3. |
Il-President tal-Kumitat għandu jinforma lill-membri tal-Kumitat dwar il-konsultazzjoni tas-CCMI kif ukoll dwar id-data meta s-suġġett ikun ser jiġi diskuss fis-sessjoni plenarja. |
|
4. |
Il-Bureau għandu jorganizza l-ħidma b’tali mod li s-CCMI tkun tista’ tħejji l-opinjoni komplementari tagħha fil-ħin biex titqies mis-sezzjoni. |
|
5. |
Is-sezzjoni biss għandha l-kompetenza li tressaq rapport quddiem l-assemblea.
Madankollu, mal-opinjoni tagħha hija għandha tehmeż l-opinjoni komplementari mħejjija mis-CCMI. |
Artikolu 57 – Laqgħat tas-sezzjonijiet
|
1. |
Il-laqgħat ta’ kull waħda mis-sezzjonijiet għandhom jitħejjew mill-president tas-sezzjoni inkwistjoni, wara li jikkonsulta l-bureau tas-sezzjoni, sakemm dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma jipprevedux mod ieħor.
Dawn għandhom jitlaqqgħu mill-presidenti tagħhom. |
|
2. |
Il-laqgħat ta’ kull waħda mis-sezzjonijiet għandhom jiġu ppreseduti mill-presidenti tas-sezzjonijiet jew, fl-assenza tagħhom, minn wieħed mill-viċi presidenti tas-sezzjoni inkwistjoni. |
|
3. |
Għandhom jitħejjew il-minuti fil-qosor, inkluża l-lista tal-preżenza, ta’ kull laqgħa ta’ sezzjoni partikolari u jitressqu quddiem is-sezzjoni għall-approvazzjoni fil-laqgħa segwenti. Dawn il-minuti għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-KESE. |
Artikolu 58 – Laqgħat konġunti
Il-President tal-Kumitat, bi qbil mal-Bureau, jista’ jawtorizza lil waħda mis-sezzjonijiet torganizza laqgħa konġunta ma’ sezzjoni oħra, is-CCMI, kumitat tal-Parlament Ewropew jew kummissjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni.
Artikolu 59 – Kworum tas-sezzjonijiet
|
1. |
Għandu jitqies li ntlaħaq kworum fil-laqgħat tas-sezzjonijiet jekk aktar minn nofs il-membri jkunu preżenti jew rappreżentati, sakemm dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma jipprevedux mod ieħor. |
|
2. |
Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-president għandu jagħlaq is-seduta u jsejjaħ seduta oħra f’ħin li jikkunsidra adatt, iżda matul l-istess ġurnata. Din il-laqgħa ssir irrispettivament min-numru ta’ membri preżenti jew rappreżentati. |
Artikolu 60 – Opinjonijiet tas-sezzjonijiet
|
1. |
Is-sezzjonijiet għandhom jiddiskutu t-test propost b’referenza għall-abbozz ta’ opinjoni mressaq mir-relatur jew, jekk meħtieġ, mill-korelaturi.
Fis-sezzjoni jistgħu jitressqu emendi għall-abbozzi ta’ opinjoni. Is-sezzjoni għandha tivvota fuq l-opinjoni tas-sezzjoni u, fejn meħtieġ, tadottaha. |
|
2. |
L-opinjonijiet imressqa minn sezzjoni partikolari għandhom jinkludu t-testi adottati minnha.
It-test tal-emendi miċħuda, flimkien mar-riżultat tal-votazzjoni, għandu jinhemeż mal-opinjoni jekk l-emenda tkun kisbet tal-inqas kwart tal-voti mixħuta. |
Artikolu 61 – Trażmissjoni tal-opinjonijiet tas-sezzjonijiet lill-assemblea
|
1. |
L-opinjonijiet tas-sezzjonijiet, inklużi l-appendiċijiet tagħhom, għandhom jintbagħtu mill-president tas-sezzjoni lill-Bureau tal-Kumitat, li għandu jressaqhom quddiem l-assemblea mill-aktar fis possibbli. |
|
2. |
Dawn id-dokumenti għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-membri tal-Kumitat fi żmien adegwat. |
Artikolu 62 – Rieżami tal-opinjonijiet tas-sezzjonijiet
Il-President tal-Kumitat, bi qbil mal-Bureau jew mal-assemblea, skont l-istadju li tkun waslet fih il-proċedura, jista’ jitlob lil waħda mis-sezzjonijiet terġa’ teżamina opinjoni jekk il-proċedura marbuta mat-tħejjija tal-opinjonijiet stabbilita f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma tkunx ġiet rispettata jew jekk jitqies li tinħtieġ analiżi addizzjonali.
Kapitolu IV
ĦIDMET L-ASSEMBLEA
Artikolu 63 – Tħejjija tas-sessjonijiet plenarji
|
1. |
L-assemblea għandha tiltaqa’ f’sessjoni plenarja biex tadotta l-opinjonijiet, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni, ir-rapporti ta’ informazzjoni u riżoluzzjonijiet tal-Kumitat dwar temi attwali. |
|
2. |
Is-sessjonijiet għandhom jitħejjew mill-President tal-Kumitat, f’konsultazzjoni mal-Bureau. |
|
3. |
Il-Bureau għandu jiltaqa’ qabel kull sessjoni u, fejn meħtieġ, matul is-sessjoni, sabiex jorganizza l-ħidma. |
Artikolu 64 – Tħejjija tal-aġenda
|
1. |
L-abbozz ta’ aġenda tal-assemblea għandu jitħejja mill-Bureau fuq proposta tal-presidenza estiża. |
|
2. |
F’każ li tkun tressqet mozzjoni ta’ sfiduċja b’konformità mal-Artikolu 92, din il-mozzjoni għandha dejjem titniżżel bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda tas-sessjoni plenarja li jkun imiss. |
|
3. |
L-abbozzi ta’ riżoluzzjoni għandhom jingħataw prijorità fl-aġenda tas-sessjoni plenarja. |
|
4. |
Jekk test jiġi adottat fis-sezzjoni b’inqas minn ħames voti kontra, il-Bureau jista’ jinkludih fl-aġenda tal-assemblea mal-punti li dwarhom għandha ssir votazzjoni mingħajr dibattitu. |
|
5. |
Il-Bureau jista’ jistabbilixxi limitu ta’ ħin għad-diskussjoni ġenerali ta’ kull opinjoni matul is-sessjoni. |
|
6. |
Minn tal-inqas ħmistax-il jum kalendarju qabel il-ftuħ tas-sessjoni rilevanti, il-President tal-Kumitat għandu jibgħat l-abbozz ta’ aġenda lill-membri kollha tal-Kumitat kif ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
7. |
Id-dokumenti neċessarji għad-diskussjonijiet tal-Kumitat għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-membri fi żmien adegwat qabel il-ftuħ tas-sessjoni. |
Artikolu 65 – Tressiq tal-emendi
|
1. |
Sabiex il-ħidma tal-assemblea tiġi organizzata sew, il-Bureau għandu jistabbilixxi l-proċeduri għat-tressiq tal-proposti għal emendi. |
|
2. |
Il-membri tal-Kumitat u tal-gruppi biss jistgħu jressqu emendi għall-opinjonijiet, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rapporti ta’ informazzjoni tal-Kumitat. |
|
3. |
Il-proposti għal emendi għandhom isiru bil-miktub, ikunu ffirmati minn min jiktibhom u jintbagħtu lis-segretarjat qabel il-ftuħ tas-sessjoni rilevanti.
Madankollu, l-assemblea għandha taċċetta l-proposti għal emendi li jitressqu sa nofsinhar qabel il-ftuħ tas-seduta rilevanti, jekk dawn ikunu tressqu minn grupp jew jekk dawn ikollhom il-firma ta’ mill-anqas ħamsa u għoxrin membru. |
|
4. |
Il-proposti għal emendi għandhom jindikaw għal liema parti tat-test qed jirreferu u għandhom jinkludu raġuni konċiża għaliex qed jitressqu. |
|
5. |
L-emendi kollha għandhom jitqassmu lill-membri qabel il-bidu tas-sessjoni plenarja jew, fil-każ previst fit-tieni sentenza tal-paragrafu 3, qabel il-bidu tas-seduta. |
Artikolu 66 – Ftuħ tas-seduta u verifika tal-kworum
|
1. |
Il-President tal-Kumitat jiftaħ is-seduta, imexxi d-dibattiti u jara li jiġu osservati dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.
Il-President għandu jiġi assistit mill-Viċi Presidenti tal-Kumitat. |
|
2. |
F’każ ta’ assenza, wieħed mill-Viċi Presidenti jissostitwixxi lill-President tal-Kumitat.
F’każ li l-Viċi Presidenti jkunu assenti wkoll, is-sostituzzjoni ssir mill-aktar membru anzjan fl-età tal-Bureau. |
|
3. |
Il-President tal-Kumitat għandu jivverifika l-kworum fil-bidu ta’ kull seduta.
Għandu jitqies li ntlaħaq kworum fis-seduti tal-assemblea jekk aktar minn nofs il-membri tiegħu jkunu preżenti jew rappreżentati. |
|
4. |
Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-President tal-Kumitat għandu jagħlaq is-seduta u jsejjaħ seduta oħra tal-assemblea f’ħin li jikkunsidra adatt, iżda matul l-istess sessjoni. Din is-seduta ssir irrispettivament min-numru ta’ membri preżenti jew rappreżentati. |
Artikolu 67 – Adozzjoni tal-aġenda
|
1. |
L-abbozz ta’ aġenda għandu jintbagħat għall-approvazzjoni tal-assemblea mal-ftuħ ta’ kull sessjoni. |
|
2. |
Meta l-aġenda titressaq għall-adozzjoni, l-inklużjoni ta’ kwalunkwe suġġett ta’ attwalità għandha titħabbar, fejn meħtieġ, mill-President tal-Kumitat. |
|
3. |
L-assemblea tista’ temenda l-abbozz ta’ aġenda bil-għan li jiġu eżaminati l-abbozzi ta’ riżoluzzjoni li jitressqu b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50. |
|
4. |
Jekk il-Bureau jkun daħħal dokument fl-aġenda tal-assemblea flimkien mal-punti soġġetti għal votazzjoni mingħajr dibattitu, xorta jsir dibattitu:
|
|
5. |
Ladarba l-aġenda tiġi adottata, il-punti għandhom jiġu eżaminati matul is-seduta li jiġu skedati fiha, skont l-ordni li jkun ġie stabbilit. |
Artikolu 68 – Dibattiti u votazzjonijiet
|
1. |
L-assemblea għandha tibbaża d-dibattiti tagħha fuq ħidmet is-sezzjoni kompetenti. |
|
2. |
L-assemblea tiddeċiedi b’maġġoranza tal-voti mixħuta, sakemm dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma jipprevedux mod ieħor. |
|
3. |
Il-proċedura ta’ votazzjoni li ġejja għandha tapplika għall-opinjonijiet, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rapporti ta’ informazzjoni tal-Kumitat:
|
Artikolu 69 – Ħin għad-diskorsi
|
1. |
Il-President tal-Kumitat jista’, minn rajh, jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri, jistieden lill-assemblea f’każijiet ta’ eċċezzjoni biex tieħu deċiżjoni dwar limitu fuq il-ħin li wieħed jista’ jdum jitkellem jew dwar l-għadd tal-kelliema, dwar is-sospensjoni ta’ seduta jew dwar l-għeluq tad-dibattiti. |
|
2. |
Wara li jingħalqu d-dibattiti, l-ebda membru ma jista’ jitkellem ħlief biex jispjega l-vot tiegħu; dan jista’ jsir wara li tingħalaq il-votazzjoni u fil-limitu tal-ħin stabbilit mill-President tal-Kumitat. |
|
3. |
Kwalunkwe membru jista’ f’kull mument jitlob u jingħata prijorità biex jitkellem matul dibattitu bil-għan li jressaq mozzjoni ta’ proċedura. |
Artikolu 70 – Emendi
|
1. |
L-assemblea taħdem fuq il-bażi ta’ lista ta’ emendi. |
|
2. |
Fost l-emendi mressqa għall-abbozz ta’ opinjoni tiegħu, ir-relatur jista’ jindika liema emendi jirrakkomanda li jiġu adottati.
L-aċċettazzjoni mir-relatur ta’ emenda m’għandhiex tikkostitwixxi raġuni biex ma ssirx votazzjoni fuq dik l-emenda. |
|
3. |
L-emendi b’kontenut jew forma ripetittiva għandhom jiġu eżaminati flimkien u ttrattati b’mod konsistenti. |
|
4. |
Għal kull emenda, l-assemblea għandha tisma’ lill-membri li jitkellmu favur u dawk li jitkellmu kontra l-emenda proposta, skont il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Ir-relatur għandu jkollu d-dritt li jintervjeni jekk jixtieq jagħmel dan.
Jekk il-President tal-Kumitat jiddeċiedi li jillimita l-ħin għad-diskorsi, il-limitu għandu japplika għall-parteċipanti kollha b’mod ugwali, f’konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali. |
|
5. |
Jekk in-numru ta’ kelliema fid-dibattitu dwar kwalunkwe dokument li tkun saret votazzjoni dwaru mill-assemblea jkun limitat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69(1), l-istess numru ta’ membri li jitkellmu favur u kontra l-emendi għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu, u r-relatur għandu jkollu d-dritt li jkun fost dawn il-kelliema bħala l-aħħar kelliem. |
|
6. |
Waqt l-analiżi ta’ proposta għal emenda, ir-relatur jista’ jippreżenta, preferibbilment bil-miktub, proposta ta’ kompromess, bil-kunsens ta’ min ikun kiteb l-emenda inkwistjoni.
F’dan il-każ, l-assemblea tivvota biss fuq dawn il-proposti ta’ kompromess. |
|
7. |
Għandha ssir votazzjoni fuq l-emendi skont l-ordni tat-test li jirreferu għalih u skont il-prijorità li ġejja:
|
|
8. |
Jekk żewġ emendi jew aktar li jeskludu lil xulxin jirreferu għall-istess parti ta’ xi test, fuq proposta mis-sezzjonijiet il-President jista’ jiddeċiedi li l-ewwel għandha ssir votazzjoni fuq l-emenda li titbiegħed l-aktar mit-test oriġinali. |
|
9. |
Qabel ma ssir il-votazzjoni għandu jingħad mill-President tal-Kumitat jekk l-adozzjoni ta’ emenda hux ser twaqqa’ emenda waħda jew għadd ta’ emendi oħra, jew għax dawn l-emendi jkunu jeskludu lil xulxin billi jkunu jirreferu għall-istess parti tat-test, jew għax ikunu kontradittorji.
Emenda għandha titqies li waqgħet jekk tkun inkonsistenti ma’ votazzjoni preċedenti fuq l-istess opinjoni. |
|
10. |
Jekk it-test sħiħ ma jirċevix il-maġġoranza tal-voti waqt il-votazzjoni finali, l-assemblea tista’ tieħu wieħed mill-passi li ġejjin:
F’dan l-aħħar każ, il-President tal-Kumitat jinforma b’dan lill-istituzzjoni li ressqet it-talba. |
|
11. |
Jekk il-koerenza tat-test finali tiġi affettwata wara l-votazzjoni fuq l-emendi, huwa l-President tal-Kumitat, wara li jikkonsulta lill-president tas-sezzjoni kompetenti, lir-relatur u lill-awturi tal-emendi kkonċernati, li għandu d-dritt jipproponi lill-assemblea li l-emendi jiġu ttrattati b’tali mod li tinżamm il-koerenza tat-test finali.
L-assemblea għandha tivvota fuq il-proposta tal-President tal-Kumitat. |
Artikolu 71 – Kontropinjonijiet
|
1. |
L-emenda jew l-emendi kollha li jesprimu pożizzjoni globalment differenti mill-opinjoni mressqa minn sezzjoni jew mis-CCMI għandhom jitqiesu bħala kontropinjoni. |
|
2. |
Il-Bureau għandu l-kompetenza li jikkwalifika emenda waħda jew aktar bħala kontropinjoni.
Kull grupp jista’ jressaq talba bħal din quddiem il-Bureau. Il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu wara li jikkonsulta mal-presidenti tal-gruppi u mal-president tas-sezzjoni kkonċernata jew tas-CCMI. |
|
3. |
Wara li jkun ikkwalifika emenda waħda jew aktar bħala kontropinjoni, il-Bureau jista’ jiddeċiedi li jibgħat lura lis-sezzjoni jew lis-CCMI l-abbozz ta’ opinjoni, flimkien mal-kontropinjoni, sabiex jerġgħu jiġu analizzati, bil-kundizzjoni li l-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni tal-opinjoni jippermetti dan.
Jekk il-Bureau jiddeċiedi li ma jibagħtux lura, l-abbozz ta’ opinjoni għandu, meta jkun possibbli, jiddaħħal fl-aġenda tal-aħħar jum tas-sessjoni plenarja. |
|
4. |
Meta emenda ma tkunx tressqet fil-ħin biex il-Bureau jkun jista’ jieħu deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi kwalifikata bħala kontropinjoni, din id-deċiżjoni, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta’ rinviju lill-korp ikkonċernat, għandhom jiġu adottati mill-assemblea fuq proposta tal-President u wara konsultazzjoni tal-president tal-korp ikkonċernat u tal-awtur tal-kontropinjoni. |
|
5. |
Jekk it-test propost ma jitqiesx bħala kontropinjoni mill-Bureau, jew jekk jitqies li hu iżda l-abbozz ta’ opinjoni ma jiġix riferut lura lill-korp ikkonċernat, l-assemblea għandha tivvota fuq l-emendi proposti, bl-istess mod kif isir għal kwalunkwe emenda oħra. |
|
6. |
Jekk il-kontropinjoni tikseb il-maġġoranza tal-voti fil-plenarja, tiġi adottata. Sabiex jiġi deċiż jekk it-test oriġinali għandux jiġi mehmuż mal-opinjoni adottata, għandu jerġa’ jkun hemm votazzjoni. It-test oriġinali għandu jiġi mehmuż mat-test il-ġdid jekk jikseb mill-inqas kwart tal-voti mixħuta. |
|
7. |
Jekk il-kontropinjoni ma tiksibx il-maġġoranza iżda tal-inqas kwart tal-voti mixħuta, din għandha tinhemeż mal-opinjoni oriġinali. |
Artikolu 72 – Minuti tas-sessjoni plenarja
|
1. |
Għandhom jittieħdu l-minuti ta’ kull sessjoni plenarja u jitressqu quddiem l-assemblea għall-approvazzjoni fis-sessjoni li jkun imiss. |
|
2. |
Il-minuti f’forma definittiva għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat. |
Artikolu 73 – Għeluq tas-sessjoni plenarja
Qabel l-għeluq tas-sessjoni plenarja, il-President għandu jħabbar il-post u d-data tas-sessjoni li jkun imiss.
Jekk meħtieġ, għandu jikkomunika wkoll kwalunkwe punt fuq l-aġenda li jkun diġà magħruf.
Artikolu 74 – Kontenut tal-opinjonijiet tal-Kumitat mibgħuta lill-istituzzjonijiet
|
1. |
Minbarra l-bażi legali, l-opinjonijiet tal-Kumitat għandhom jinkludu r-raġunijiet u l-fehmiet tal-Kumitat dwar il-kwistjoni kollha kemm hi.
Dawn għandhom jinkludu parti sostantiva u parti proċedurali. |
|
2. |
Ir-riżultat tal-votazzjoni fuq it-test kollu tal-opinjoni għandu jidher fil-parti proċedurali tal-opinjoni.
Meta l-votazzjoni ssir b’sejħa tal-ismijiet, għandhom jingħataw l-ismijiet tal-votanti. |
|
3. |
It-test u r-raġunijiet tal-emendi miċħuda fis-sessjoni plenarja, flimkien mar-riżultat tal-votazzjoni, għandhom jinhemżu mal-opinjoni bħala appendiċi, jekk l-emendi jkunu kisbu tal-inqas kwart tal-voti mixħuta.
Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-kontropinjonijiet. |
|
4. |
It-test tal-opinjoni tas-sezzjoni li jiġi miċħud favur l-emendi adottati mill-assemblea għandu jinhemeż ukoll, flimkien mal-voti mixħuta, mal-opinjoni tal-Kumitat bħala appendiċi, sakemm tal-inqas kwart tal-voti mixħuta kienu favur li jinżamm it-test. |
|
5. |
Kull meta wieħed mit-tliet gruppi tal-Kumitat, jew waħda mill-kategoriji tal-ħajja ekonomika u soċjali li jissemmew fl-Artikolu 36, jadottaw pożizzjoni diverġenti iżda uniformi dwar suġġett li jkun tressaq għall-analiżi quddiem l-assemblea, il-grupp jew kategorija tista’ tiddeċiedi li din il-pożizzjoni titniżżel fil-qosor, wara votazzjoni b’sejħa tal-ismijiet meta d-dibattitu dwar is-suġġett jingħalaq, fi stqarrija fil-qosor li tinhemeż mal-opinjoni. |
Artikolu 75 – Trażmissjoni tal-opinjonijiet
|
1. |
L-opinjonijiet adottati mill-Kumitat u l-minuti tas-sessjonijiet tal-assemblea għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
2. |
L-opinjonijiet adottati mill-Kumitat jistgħu jiġu trażmessi lil kwalunkwe istituzzjoni jew entità oħra kkonċernata. |
Kapitolu V
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 76 – Votazzjoni
|
1. |
Il-voti validi huma dawk mixħuta favur jew kontra u l-astensjonijiet. |
|
2. |
Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, it-testi u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat u tal-korpi tiegħu għandhom jiġu adottati b’maġġoranza tal-voti meta jitqiesu l-voti favur u kontra. |
|
3. |
Il-votazzjoni għandha ssir jew permezz ta’ vot pubbliku jew permezz ta’ vot sigriet jew b’vot b’sejħa tal-ismijiet. F’dan l-aħħar każ, l-ismijiet u l-voti jitniżżlu fil-minuti tal-laqgħa. |
|
4. |
Il-votazzjoni fuq riżoluzzjoni, emenda, kontropinjoni, opinjoni jew kwalunkwe test ieħor għandha ssir b’sejħa tal-ismijiet jekk kwart tal-membri preżenti jew rappreżentati jitolbu dan. |
|
5. |
L-elezzjoni għall-karigi rappreżentattivi differenti għandha dejjem issir b’votazzjoni permezz ta’ vot sigriet.
Fil-każijiet l-oħra, il-votazzjoni ssir permezz ta’ vot sigriet jekk il-maġġoranza tal-membri preżenti jew rappreżentati jitolbu dan. |
|
6. |
Jekk in-numru ta’ voti favur ikun daqs in-numru ta’ voti kontra, il-vot tal-president tas-seduta jkun deċiżiv. |
Artikolu 77 – Dmirijiet tar-relaturi
|
1. |
Il-kompitu tar-relatur għandu jkun li jfassal abbozz ta’ opinjoni, ta’ rapport ta’ evalwazzjoni jew ta’ rapport ta’ informazzjoni u jiżgura li jintegra l-kontributi differenti tal-membri tal-grupp ta’ studju.
Huwa għandu jressaq it-test li jkun ħejja quddiem il-korp ikkonċernat. Jekk it-test jiġi adottat, huwa għandu jressaq l-abbozz quddiem l-assemblea. |
|
2. |
Ir-relatur għandu jiġi inkarigat, jekk ikun hemm bżonn bl-għajnuna tal-konsulent tiegħu, mis-segwitu tal-opinjoni wara li din tkun ġiet adottata fis-sessjoni plenarja.
Ir-relatur jiġi megħjun iwettaq dan il-kompitu mis-segretarjat tas-sezzjoni kkonċernata, li tiġi informata b’dan is-segwitu. |
|
3. |
Jekk il-korp ikkonċernat jadotta emendi li jibdlu s-sustanza tat-test li jkun ħejja r-relatur, dan tal-aħħar jista’ jinforma bil-miktub lill-president tal-korp li huwa jirriżenja mid-dmirijiet tiegħu. Jista’ jitlob ukoll li ismu jitneħħa mill-opinjoni fi tmiem il-proċedura.
Wara tali riżenja, il-korp li jkun ħatar ir-relatur li jirriżenja jista’ jaħtar relatur ġdid wara konsultazzjoni mal-gruppi. |
Artikolu 78 – Relatur uniku
Ir-relatur uniku għandu jħejji waħdu, mingħajr grupp ta’ studju, l-abbozz ta’ opinjoni tiegħu, li għandu jressaq quddiem is-sezzjoni jew is-CCMI. Kull meta jkun meħtieġ, huwa jista’ jiġi appoġġjat minn żewġ membri oħra, li jiffurmaw grupp ta’ abbozzar.
Artikolu 79 – Relatur ġenerali
|
1. |
Ir-relatur ġenerali jħejji waħdu l-abbozz ta’ opinjoni tiegħu, mingħajr grupp ta’ studju jew grupp ta’ abbozzar, u jressqu quddiem l-assemblea u mingħajr ma jgħaddi mis-sezzjoni jew mis-CCMI. |
|
2. |
Ir-relatur ġenerali għandu jinħatar:
Din il-ħatra għandha ssir mill-President tal-Kumitat u għandha tiġi ratifikata mill-assemblea qabel l-analiżi tal-abbozz ta’ opinjoni kkonċernat. |
|
3. |
Rigward l-aspetti l-oħra, ir-relatur ġenerali għandu l-istess kompiti u obbligi bħal kull relatur ieħor. |
Artikolu 80 – Seduti
Jekk l-importanza ta’ kwistjoni fuq suġġett partikolari tiġġustifika dan, id-diversi korpi u strutturi tal-Kumitat jistgħu jistiednu kelliema esterni għal waħda mis-seduti b’rabta mat-tħejjija tal-ħidma tagħhom. It-tliet gruppi kollha għandhom ikunu involuti b’mod ugwali fit-tħejjija tas-seduti.
Artikolu 81 – Konsulenti
|
1. |
F’każ ta’ bżonn u biex jgħinu fit-tħejjija ta’ ċerti kompiti, il-Kumitat jista’ jaħtar konsulenti, biex jassistu lir-relaturi jew lill-gruppi. |
|
2. |
Il-konsulenti ma jirrappreżentawx il-Kumitat u m’għandhomx ikunu awtorizzati jitkellmu f’ismu. |
|
3. |
Il-membri tal-Kumitat ma jistgħux jinħatru bħala konsulenti.
Is-sostituti jistgħu jinħatru, bil-kundizzjoni li l-mandat tagħhom ta’ sostitut ikun sospiż temporanjament. |
|
4. |
Il-konsulenti għandhom jieħdu sehem fil-ħidma skont l-istess regoli li japplikaw għall-membri tal-Kumitat fir-rigward tal-indennizzi u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza. |
|
5. |
Kull referenza li ssir għar-relaturi fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi interpretata bħala li tirreferi, mutatis mutandis, għall-korelaturi wkoll. |
Artikolu 82 – Konsulenti għar-relaturi
|
1. |
F’każ ta’ bżonn, ir-relaturi jistgħu jipproponu li jinħatru konsulenti. |
|
2. |
Dawn il-konsulenti għandhom jinħatru mill-presidenti tas-sezzjonijiet, fuq proposta tar-relaturi, biex jgħinu lir-relaturi fit-tħejjija tad-dokumenti relatati mal-ħidma konsultattiva tal-Kumitat kif stipulat fl-Artikolu 46 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
3. |
Il-konsulenti għar-relaturi jistgħu, fuq proposta tar-relatur, jattendu ċerti laqgħat meta l-preżenza tagħhom tkun utli u ġustifikata fil-kuntest tal-analiżi tad-dokumenti li kienu nħatru għat-tħejjija tagħhom.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, huma jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat li ġejjin:
Huma jistgħu jipparteċipaw ukoll f’laqgħa preparatorja waħda mar-relatur. Il-parteċipazzjoni f’laqgħat oħra, inklużi laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħra u ma’ partijiet interessati oħra, jeħtieġ li tiġi awtorizzata minn qabel mill-president tas-sezzjoni. |
|
4. |
Il-konsulenti għar-relaturi jistgħu jattendu għas-sessjonijiet plenarji f’każijiet ta’ eċċezzjoni u dment li jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
5. |
Il-konsulenti tar-relaturi ġenerali jistgħu jattendu s-sessjonijiet plenarji. |
Artikolu 83 – Konsulenti għall-gruppi
|
1. |
Il-presidenti tal-gruppi jistgħu jaħtru konsulenti għall-gruppi. |
|
2. |
Il-konsulenti għall-gruppi jistgħu jattendu l-laqgħat tal-gruppi ta’ studju. |
|
3. |
Il-konsulenti għall-gruppi jistgħu jattendu l-laqgħat preparatorji, il-laqgħat tas-sezzjonijiet u s-sessjonijiet plenarji f’każijiet ta’ eċċezzjoni biss, u dment li jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
4. |
Il-konsulenti tal-gruppi jistgħu wkoll jipprovdu assistenza għat-tħejjija ta’ dokumenti jew rapporti oħra għall-gruppi dwar il-ħidma konsultattiva u politika tal-Kumitat, kif awtorizzat mill-Bureau. Sabiex iwettqu dawn id-dmirijiet, il-konsulenti tal-gruppi jitħallew jipparteċipaw f’massimu ta’ żewġ laqgħat preparatorji mal-membri tal-gruppi. Il-konsulenti tal-gruppi jistgħu jipparteċipaw f’laqgħat addizzjonali biss jekk ikunu awtorizzati minn qabel mill-president tal-grupp ikkonċernat. |
|
5. |
Il-kriterji u l-proċeduri għall-ħatra ta’ konsulenti għall-gruppi għandhom jiġu deċiżi minn kull grupp. |
Artikolu 84 – Delega tad-dritt tal-vot
|
1. |
Kull membru tal-Kumitat li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa tas-sessjoni plenarja jista’ jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu lil membru ieħor tal-Kumitat.
Kull membru tal-Kumitat li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa tas-sezzjoni jista’ jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu lil membru ieħor tas-sezzjoni. |
|
2. |
Il-membri li ma jkunux jistgħu jattendu għandhom jinfurmaw lis-segretarjat tal-grupp tagħhom bil-miktub, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lill-president tal-korp ikkonċernat.
Il-membri mhux affiljati għandhom jinfurmaw direttament lill-president tal-korp ikkonċernat. |
|
3. |
L-ebda membru ma jista’ jkollu aktar minn delega tal-vot waħda f’sessjoni plenarja tal-assemblea jew f’laqgħa ta’ sezzjoni. |
|
4. |
Għall-kalkolu tal-kworums u l-maġġoranzi, membru li jiddelega d-drittijiet tal-vot tiegħu jitqies bħala membru rappreżentat. |
Artikolu 85 – Rappreżentazzjoni
|
1. |
Kull membru li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa li għaliha jkun ġie mistieden jista’ jiġi rappreżentat minn membru ieħor tal-Kumitat fil-laqgħa rilevanti billi jagħtih prokura. |
|
2. |
Il-membri li ma jkunux jistgħu jattendu għandhom jinfurmaw lis-segretarjat tal-grupp tagħhom bil-miktub, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lill-president tal-korp ikkonċernat.
Il-membri mhux affiljati għandhom jinfurmaw direttament lill-president tal-korp ikkonċernat. |
|
3. |
Il-prokura hija valida esklużivament għal-laqgħa li għaliha tkun inħarġet.
Il-prokura timplika delega tad-drittijiet tal-vot, b’konformità mal-Artikolu 84, lill-membru rappreżentant, ħlief fil-każ ta’ indikazzjoni kuntrarja fl-istess prokura. |
|
4. |
Ir-rappreżentazzjoni skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tapplika għal-laqgħat:
|
Artikolu 86 – Sostituzzjoni fi ħdan grupp ta’ studju
|
1. |
Meta jkun ser jiġi stabbilit grupp ta’ studju, kull membru ta’ dan il-grupp jista’ jitlob lis-sezzjoni biex jiġi sostitwit minn membru ieħor tal-Kumitat. |
|
2. |
Din is-sostituzzjoni hija valida fir-rigward ta’ kwistjoni speċifika u sakemm tintemm ħidmet is-sezzjoni fuq il-kwistjoni. |
Artikolu 87 – Sostituti
|
1. |
Il-membri tal-Kumitat jistgħu jinnominaw sostituti għall-ħidma preparatorja. Is-sostituti jinħatru mill-Bureau.
Id-delegati tas-CCMI ma jistgħux jaħtru sostituti. |
|
2. |
Il-laqgħat li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ħidma preparatorju skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu, dment li jsiru fi Brussell, għat-tħejjija ta’ opinjoni, rapport ta’ evalwazzjoni jew rapport ta’ informazzjoni:
|
|
3. |
Is-sostituti għandhom ikunu persuni esterni għall-Kumitat.
Il-membri tal-Kumitat u d-delegati tas-CCMI ma jistgħux jeżerċitaw id-dmirijiet ta’ sostitut. |
|
4. |
Is-sostituti jridu jkunu ġejjin mill-istess qasam, jew jirrappreżentaw l-istess kategorija, tas-soċjetà ċivili bħall-membri li f’isimhom ikunu qed jeżerċitaw id-dmirijiet.
L-isem u t-titlu tas-sostitut magħżul għandhom jingħataw lill-Bureau tal-Kumitat għall-approvazzjoni tiegħu. |
|
5. |
Sostitut jista’ jeżerċita dmirijiet f’isem membru wieħed biss kull darba. |
|
6. |
Is-sostitut għandu jaqdi l-istess dmirijiet tal-membru, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
|
7. |
Fir-rigward tal-indennizzi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, is-sostituti għandhom ikunu soġġetti għad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill u tal-Bureau. |
|
8. |
Is-sostituti jistgħu jinħatru bħala konsulent.
F’dan il-każ, l-istatus ta’ sostitut għandu jkun sospiż de facto għad-durata kollha tal-mandat tiegħu bħala konsulent. |
|
9. |
Membru jista’, fi kwalunkwe ħin, itemm il-mandat tas-sostitut tiegħu, billi jinforma lill-Bureau.
Fi kwalunkwe każ, il-mandat tas-sostitut għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-membru. Fil-każ tar-riżenja tal-membru, id-dmirijiet tas-sostitut tiegħu għandhom jintemmu fil-jum li fih jiskadi effettivament il-mandat tal-membru tal-Kumitat. |
|
10. |
Il-kriterji u l-proċedura għall-ħatra tas-sostituti għandhom jiġu stabbiliti f’deċiżjoni tal-Bureau, wara konsultazzjoni mal-gruppi. |
Artikolu 88 – Karatteristiċi speċifiċi tas-CCMI
|
1. |
Is-CCMI tfassal opinjonijiet komplementari.
Il-Bureau jista’ jagħti struzzjonijiet lis-CCMI biex tfassal abbozzi ta’ opinjonijiet ordinarji, inklużi opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, abbozzi ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni u abbozzi ta’ rapporti ta’ informazzjoni. |
|
2. |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sezzjonijiet għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għas-CCMI, bil-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
|
TITOLU III
PROĊEDURI OĦRA
Kapitolu I
PROĊEDURI TA’ URĠENZA
Artikolu 89 – Urġenza fil-livell ta’ assemblea
|
1. |
Jekk l-urġenza tirriżulta minn limitu ta’ żmien impost fuq il-Kumitat, sabiex iressaq l-opinjoni tiegħu, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ urġenza tista’ tiġi deċiża jekk il-President tal-Kumitat iqis li jkun meħtieġ biex il-Kumitat ikun jista’ jadotta l-opinjoni tiegħu fil-ħin.
Il-proċedura ta’ urġenza fil-livell ta’ assemblea tista’ tiġi applikata wkoll għall-adozzjoni ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni, rapporti ta’ informazzjoni jew riżoluzzjonijiet dwar suġġetti attwali jekk il-President tal-Kumitat iqis li jkun meħtieġ li ma jistenniex sas-sessjoni plenarja li jkun imiss. |
|
2. |
Il-proċedura ta’ urġenza fil-livell ta’ assemblea tippermetti li l-President tal-Kumitat, b’mod immedjat u wara li jinforma bil-miktub lill-presidenza estiża, jadotta l-passi kollha meħtieġa biex il-Kumitat ikun jista’ jwettaq ħidmietu b’mod adatt.
Il-President tal-Kumitat għandu jinforma minnufih lill-membri tal-Bureau dwar il-passi li jkunu ttieħdu. |
|
3. |
Il-miżuri li jadotta l-President tal-Kumitat għandhom jiġu ratifikati mill-assemblea matul is-sessjoni segwenti tagħha. |
Artikolu 90 – Urġenza fil-livell tal-Bureau
|
1. |
Fil-każijiet meta l-Bureau jkollu bilfors jadotta deċiżjoni f’limitu ta’ żmien li ma jkunx jista’ jistenna sal-laqgħa li jmiss tiegħu u meta l-użu tal-proċedura bil-miktub ma jkunx possibbli, il-President tal-Kumitat jista’ jadotta minnufih il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-Kumitat.
Huwa għandu jinforma lill-membri tal-Bureau dwar il-passi li jieħu. |
|
2. |
Il-miżuri adottati mill-President tal-Kumitat għandhom jiġu ratifikati mill-Bureau matul il-laqgħa li jkun imiss tiegħu. |
Artikolu 91 – Urġenza fil-livell tas-sezzjonijiet
|
1. |
Jekk l-urġenza tirriżulta minn limitu ta’ żmien impost fuq waħda mis-sezzjonijiet biex tressaq l-opinjoni tagħha, il-president tas-sezzjoni jista’, bi qbil mal-presidenti tat-tliet gruppi, jorganizza l-ħidma b’mod differenti mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura relatati mal-organizzazzjoni tal-ħidma tas-sezzjonijiet.
Il-proċedura ta’ urġenza fil-livell tas-sezzjoni tista’ tiġi applikata wkoll biex jiġu adottati rapporti ta’ evalwazzjoni, rapporti ta’ informazzjoni jew riżoluzzjonijiet dwar suġġetti attwali jekk il-president tas-sezzjoni jqis li jkun meħtieġ li ma jistenniex sal-laqgħa li jkun imiss. Il-president tas-sezzjoni għandu jinforma lill-membri tal-bureau tas-sezzjoni dwar il-passi li jkunu ttieħdu. |
|
2. |
Il-miżuri li jadotta l-president tas-sezzjoni kkonċernata b’rabta mal-proċedura ta’ urġenza għandhom jiġu ratifikati mis-sezzjoni matul is-sessjoni segwenti tagħha.
Il-president tas-sezzjoni jista’ jiddeċiedi li l-konferma tal-proposta tiegħu ssir bil-miktub qabel il-laqgħa segwenti tas-sezzjoni. F’dak il-każ, għandu jistabbilixxi data tal-għeluq għat-tweġiba. Għandhom japplikaw il-maġġoranzi tas-soltu għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet fi ħdan is-sezzjoni. |
|
3. |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu huma applikabbli wkoll għas-CCMI. |
Kapitolu II
PROĊEDURI RELATATI MAL-MEMBRI
Artikolu 92 – Mozzjoni ta’ sfiduċja
|
1. |
Fuq proposta tal-Bureau adottata minn tal-inqas minn tliet kwarti tal-membri tiegħu, jew fuq talba ta’ aktar minn nofs il-membri tal-Kumitat, tista’ titressaq mozzjoni ta’ sfiduċja quddiem l-assemblea fir-rigward tal-President tal-Kumitat.
F’dan il-każ, din il-mozzjoni għandha titniżżel bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda tas-sessjoni plenarja li jkun imiss. Sabiex jiġi ttrattat il-punt tal-mozzjoni ta’ sfiduċja, l-assemblea għandha tkun ippreseduta mill-viċi president responsabbli għall-CAF. |
|
2. |
L-assemblea għandha tiddeċiedi permezz ta’ vot sigriet u mingħajr il-possibbiltà ta’ delega tal-voti, wara li tkun semgħet, fl-ordni segwenti, membru minn kull grupp segwiti mill-membri tal-presidenza li jixtiequ jitkellmu, rappreżentant tal-membri li jkunu talbu l-mozzjoni ta’ sfiduċja, fejn meħtieġ u, fl-aħħar nett, il-President tal-Kumitat.
L-assemblea għandha tieħu deċiżjoni dwar dik il-proposta b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mixħuta, li jikkostitwixxu maġġoranza tal-membri kollha tagħha. F’każ kuntrarju, il-mozzjoni għandha titqies miċħuda. |
|
3. |
L-assemblea għandha minnufih tipproċedi għas-sostituzzjoni tal-President tal-Kumitat minn membru tal-istess grupp tal-President tal-Kumitat li l-kariga tiegħu tkun se tintemm. |
|
4. |
L-assemblea tivvota għall-kandidat propost mill-grupp ikkonċernat. Jekk il-kandidat ma jiġix aċċettat, il-proċedimenti għandhom jiġu sospiżi sabiex il-grupp ikkonċernat ikun jista’ jipproponi membri oħra ta’ dak il-grupp sakemm jiġi elett kandidat bħala President tal-Kumitat.
L-assemblea terġa’ tissejjaħ, possibbilment fl-istess ġurnata, mill-president temporanju. |
|
5. |
Il-President il-ġdid tal-Kumitat għandu jiġi elett għall-bqija tal-mandat attwali. |
Artikolu 93 – Tneħħija mill-kariga
|
1. |
Kull membru tal-Kumitat li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa li għaliha jkun ġie mistieden, għandu javża minn qabel lis-segretarjat tal-grupp tiegħu, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lill-president tal-korp ikkonċernat.
Il-membri mhux affiljati għandhom jinfurmaw direttament lill-president tal-korp ikkonċernat. |
|
2. |
Jekk membru tal-Kumitat ikun assenti għal aktar minn ħames sessjonijiet plenarji tal-assemblea konsekuttivi mingħajr ma jiddelega d-drittijiet tal-vot tiegħu lil membru ieħor skont l-Artikolu 84, u mingħajr raġuni rikonoxxuta bħala valida, il-President tal-Kumitat jista’, wara li jikkonsulta mal-Bureau u jistieden lill-membru kkonċernat jispjega l-assenza tiegħu, jitlob ir-riżenja tal-membru b’konformità mal-Artikolu 4(8) u, jekk meħtieġ, jitlob lill-Kunsill itemm il-mandat tiegħu, b’konformità mal-Artikolu 4(9) ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
3. |
Jekk membru ta’ sezzjoni jew tas-CCMI ikun assenti għal aktar minn ħames laqgħat konsekuttivi ta’ dak il-korp mingħajr ma jiddelega d-drittijiet tal-vot tiegħu lil membru ieħor skont l-Artikolu 84, mingħajr ma jagħmel arranġamenti biex jirrappreżentah membru ieħor skont l-Artikolu 85, u lanqas ma jagħti raġuni rikonoxxuta bħala valida, il-president ta’ dak il-korp jista’, wara li jistieden lill-membru kkonċernat jispjega l-assenza tiegħu, jitlob li jħalli s-sezzjoni jew is-CCMI.
Il-president tas-sezzjoni għandu jinforma lill-Bureau tal-Kumitat b’dan u l-proċedura ta’ sostituzzjoni għandha tinbeda b’konformità mal-Artikolu 23(4) ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
Artikolu 94 – Proċedura dixxiplinari
Fil-każ ta’ ksur tal-istandards etiċi, tar-regoli, tal-prinċipji jew tal-istandards ta’ kondotta jew ta’ ksur tad-dmirijiet u tal-obbligi stabbiliti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, fil-Kodiċi ta’ Kondotta jew fir-Regolamenti tal-Persunal minn membru tal-Kumitat, minn delegat, minn sostitut jew minn konsulent, għandha tapplika l-proċedura dixxiplinari stabbilita fil-Parti III tal-Kodiċi ta’ Kondotta.
Artikolu 95 – Tneħħija tal-immunità
Kull talba lill-President tal-Kumitat minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għat-tneħħija tal-immunità ta’ membru tal-Kumitat għandha tiġi ttrattata b’konformità mal-proċedura stabbilita fil-Kapitolu IV tal-Istatut tal-Membri.
Artikolu 96 – Assistenza
|
1. |
Il-membri tal-Kumitat jistgħu jingħataw l-assistenza li l-Unjoni tipprevedi għall-uffiċjali skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet imsemmija fihom. |
|
2. |
Il-Bureau għandu jkun responsabbli biex jiddeċiedi, fuq proposta tal-President tal-Kumitat, dwar talba għal assistenza minn membru.
Il-Bureau għandu jadotta d-deċiżjoni tiegħu wara li jisma’ lill-membru kkonċernat. |
|
3. |
Jekk il-membru li jitlob l-għajnuna jkun membru tal-Bureau, huwa ma jistax jattendi għall-punt tal-laqgħa tal-Bureau fejn tiġi deċiża din il-kwistjoni.
Barra minn hekk, jekk ikun il-president tal-Kumitat li jitlob l-assistenza, il-Bureau għandu jaġixxi fuq proposta tal-viċi president inkarigat mill-CAF. |
Kapitolu III
PUBBLIKAZZJONI U DISTRIBUZZJONI TAD-DOKUMENTI
Artikolu 97 – Pubblikazzjoni
|
1. |
Il-Kumitat għandu jippubblika l-opinjonijiet tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
L-ismijiet tal-membri tal-assemblea, tal-Bureau u tas-sezzjonijiet tiegħu kif ukoll il-bidliet kollha tagħhom għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-sit web tal-Kumitat. |
Artikolu 98 – Trasparenza, aċċess miftuħ u dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat
|
1. |
Il-Kumitat għandu jiggarantixxi t-trasparenza tad-deċiżjonijiet tiegħu bl-aktar mod miftuħ possibbli, abbażi tal-prinċipju tal-aċċess miftuħ. |
|
2. |
B’konformità mal-Artikolu 24, ir-raba’ paragrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea jista’ jikteb lill-Kumitat b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jirċievi tweġiba miktuba bl-istess lingwa. |
|
3. |
Kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru għandha d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat, ikun xi jkun il-format tagħhom, b’konformità mal-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Tali aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat huwa soġġett għall-prinċipji, il-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti Ewropej u fid-deċiżjonijiet interni tal-Kumitat kif ukoll b’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
4. |
Il-Kumitat għandu jistabbilixxi reġistru tad-dokumenti tiegħu.
Il-Bureau għandu jadotta r-regoli interni dwar l-aċċess għal dan ir-reġistru u jistabbilixxi l-lista ta’ dokumenti li huma direttament aċċessibbli. L-għan tiegħu huwa li jiżgura li d-dokumenti kollha tal-Kumitat jiġu rreġistrati, b’mod partikolari d-deċiżjonijiet tal-assemblea, tal-Bureau u tal-President tal-Kumitat. |
|
5. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixxi d-dritt li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti korrispondenti, wara li jikkonsulta l-presidenza estiża u s-Servizz Legali. |
Artikolu 99 – Aċċess pubbliku għal-laqgħat tal-Kumitat
|
1. |
Is-sessjonijiet plenarji tal-assemblea u l-laqgħat tas-sezzjonijiet u tas-CCMI għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku. |
|
2. |
Madankollu, ċerti dibattiti ta’ dawn il-korpi li ma jikkonċernawx il-ħidma konsultattiva jistgħu jiġu ddikjarati kunfidenzjali mill-assemblea.
L-istituzzjoni jew korp ikkonċernat, kif ukoll il-Bureau jistgħu jitolbu lill-assemblea biex id-dibattitu jsir bil-bibien magħluqin. |
|
3. |
Il-laqgħat l-oħra m’għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku.
Madankollu, f’każijiet li fil-fehma tal-president tas-seduta jkunu ġġustifikati, persuni oħra jistgħu jattendu bħala osservaturi għal-laqgħat mhux pubbliċi. |
|
4. |
Il-membri tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll kull parti interessata oħra skont kif meħtieġ, jistgħu jiġu mistiedna mill-president tal-laqgħa biex jattendu, jindirizzaw jew iwieġbu mistoqsijiet fil-laqgħat tal-assemblea, tal-Bureau, tas-sezzjonijiet u tas-CCMI, u ta’ korpi oħra tal-Kumitat. |
IT-TIELET PARTI
AMMINISTRAZZJONI TAL-KUMITAT
Kapitolu I
SEGRETARJAT ĠENERALI
Artikolu 100 – Segretarjat ġenerali
|
1. |
Il-Kumitat għandu jiġi megħjun minn segretarjat ġenerali taħt it-tmexxija ta’ Segretarju Ġenerali. |
|
2. |
Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jfassal tabella tal-persunal tas-segretarjat ġenerali u jadotta l-organigramma tal-Kumitat b’tali mod li jiżgura l-funzjonament effiċjenti tal-Kumitat u tal-korpi kostitwenti tiegħu, u jgħin lill-membri fil-qadi ta’ dmirijiethom, notevolment fl-organizzazzjoni tal-laqgħat u t-tħejjija tal-opinjonijiet. |
Artikolu 101 – Segretarju Ġenerali
|
1. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jaqdi dmirijietu taħt id-direzzjoni tal-President tal-Kumitat, li jirrappreżenta ’l-Bureau. |
|
2. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jipparteċipa f’kapaċità konsultattiva fil-laqgħat tal-Bureau, u jieħu l-minuti. |
|
3. |
Għandu jieħu impenn solenni quddiem il-Bureau li jaqdi dmirijietu b’kuxjenza u b’imparzjalità sħiħa. |
|
4. |
Is-Segretarju Ġenerali għandu jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-assemblea, il-Bureau u l-President tal-Kumitat, skont dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati minn dawn il-korpi, għandu jirrapporta bil-miktub kull tliet xhur lill-President tal-Kumitat dwar il-kriterji u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati jew previsti fir-rigward ta’ kwistjonijiet amministrattivi jew organizzattivi u kwistjonijiet relatati mal-persunal. Il-President tal-Kumitat għandu jgħaddi din l-informazzjoni minnufih lill-Bureau. |
|
5. |
Is-setgħat mogħtija lis-Segretarju Ġenerali b’konformità mad-delega tas-setgħat tal-Bureau jew tal-President tal-Kumitat għandhom jintemmu mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara d-data tal-elezzjoni ta’ bureau ġdid jew il-ħatra ta’ President ġdid tal-Kumitat.
Is-Segretarju Ġenerali jista’ jissottodelega s-setgħat mogħtija lilu mill-Bureau jew mill-President tal-Kumitat fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-awtorità li tiddelega. |
|
6. |
Is-Segretarju Ġenerali jista’ jiddelega l-kompetenzi tiegħu billi jindika, skont ir-regoli amministrattivi interni, lil liema persunal ikun qed jiddelega dawn il-kompiti, l-ambitu li jkopru l-kompetenzi delegati, u jekk il-benefiċjarji ta’ tali delega jistgħux min-naħa tagħhom jissottodelegaw il-kompetenzi tagħhom. |
Kapitolu II
UFFIĊJALI U MEMBRI OĦRA TAL-PERSUNAL
Artikolu 102 – Setgħat tal-awtorità tal-ħatra
Is-setgħat kollha li r-Regolamenti tal-Persunal jagħtu lill-awtorità tal-ħatra għandhom jiġu eżerċitati kif ġej:
|
1. |
fir-rigward ta’ uffiċjali li jinħatru bħala segretarju ġenerali: mill-Bureau; |
|
2. |
fir-rigward ta’ uffiċjali li jinħatru bħala deputat segretarju ġenerali jew direttur:
|
|
3. |
fir-rigward tal-uffiċjali li jinħatru bħala deputat direttur jew kap tal-unità: mill-President tal-Kumitat, li jaġixxi fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali. Il-presidenza estiża għandha tirċievi informazzjoni komprensiva u tiġi kkonsultata fir-rigward tal-ħatra ta’ dawn l-uffiċjali; |
|
4. |
fil-każ tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AD li ma jwettqux funzjoni ta’ ġestjoni fil-livell ta’ kap ta’ unità jew ogħla u fil-każ tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AST u AST/SC: mis-Segretarju Ġenerali. |
Artikolu 103 – Setgħat tal-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg
Is-setgħat kollha li s-CEOS (Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea) jagħtu lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg għandhom jiġu eżerċitati:
|
1. |
fir-rigward ta’ membri temporanji tal-persunal li jinħatru bħala segretarju ġenerali: mill-Bureau; |
|
2. |
fir-rigward ta’ membri temporanji tal-persunal li jinħatru bħala deputat segretarju ġenerali jew direttur:
|
|
3. |
fir-rigward tal-membri temporanji tal-persunal li jinħatru bħala deputat direttur jew kap tal-unità: mill-President tal-Kumitat, li jaġixxi fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali. Il-presidenza estiża għandha tirċievi informazzjoni komprensiva u tiġi kkonsultata fir-rigward tal-ħatra ta’ dawn il-membri tal-persunal; |
|
4. |
fir-rigward tal-membri temporanji tal-persunal fil-grupp ta’ funzjonijiet AD li ma jwettqux funzjoni ta’ ġestjoni fil-livell ta’ kap ta’ unità jew ogħla u l-aġenti temporanji tal-gruppi ta’ funzjonijiet AST u AST/SC: mis-Segretarju Ġenerali; |
|
5. |
fil-każ tal-konsulenti speċjali: mis-Segretarju Ġenerali; |
|
6. |
fil-każ tal-membri tal-persunal bil-kuntratt: mis-Segretarju Ġenerali. |
Artikolu 104 – Dispożizzjonijiet oħra tar-Regolamenti tal-Persunal
|
1. |
Is-setgħat mogħtija lill-Kumitat permezz tal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal bil-għan li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-regoli adottati bi ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet għandhom jiġu eżerċitati mill-President tal-Kumitat.
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ natura ġenerali, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mis-Segretarju Ġenerali. |
|
2. |
Fil-każijiet l-oħra kollha li mhumiex previsti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, is-setgħat mogħtija lill-Kumitat mir-Regolamenti tal-Persunal jew mis-CEOS għandhom jiġu eżerċitati mis-Segretarju Ġenerali. |
|
3. |
Il-Bureau, il-President tal-Kumitat u s-Segretarju Ġenerali jistgħu jiddelegaw is-setgħat mogħtija lilhom skont l-Artikoli 102, 103 u 104 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.
Id-deċiżjonijiet ta’ delega li jispeċifikaw l-uffiċjali jew il-membri tal-persunal li lilhom jiġu delegati dawn is-setgħat għandhom jistabbilixxu l-ambitu tas-setgħat mogħtija kif ukoll il-limiti u l-iskadenzi tagħhom, u għandhom jiddeterminaw jekk jistgħux jiġu sottodelegati. |
Artikolu 105 – Selezzjoni tas-Segretarju Ġenerali
Il-proċedura applikabbli biex jinħatar Segretarju Ġenerali ġdid jew biex tingħata l-kariga għandha tkun kif ġej:
|
A. |
Il-Bureau għandu (l-ewwel stadju):
|
|
B. |
Il-kumitat ta’ preselezzjoni:
|
|
C. |
Il-Bureau għandu (it-tieni stadju):
|
Artikolu 106 – Selezzjoni ta’ postijiet oħra fil-ġerarkija
|
1. |
Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li jimtlew postijiet permezz ta’ trasferiment jew promozzjoni fi ħdan l-istituzzjoni, liema possibbiltajiet għandhom jiġu eżaminati l-ewwel, għall-ħatra ta’ uffiċjali u r-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal għall-karigi ta’ deputat segretarju ġenerali, direttur, deputat direttur jew kap ta’ unità ta’ ħidma konsultattiva, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:
|
|
2. |
Is-Segretarju Ġenerali jista’ jadotta deċiżjoni dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. |
Kapitolu III
SEGRETARJATI
Artikolu 107 – Segretarjat tal-President tal-Kumitat
|
1. |
Il-President tal-Kumitat għandu jkollu segretarjat. |
|
2. |
Dan is-segretarjat għandu jikkonsisti minn uffiċjali assenjati lis-segretarjat tal-President tal-Kumitat u/jew persunal ingaġġat taħt il-baġit bħala persunal temporanju.
Fiż-żewġ każijiet, is-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra jew lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg jiġu eżerċitati mill-President tal-Kumitat. |
Artikolu 108 – Segretarjat tas-sezzjonijiet
Is-sezzjonijiet u s-CCMI għandhom segretarjat kull wieħed, li huwa pprovdut mis-servizzi tas-segretarjat ġenerali taħt id-direzzjoni ta’ kap ta’ unità.
Artikolu 109 – Segretarjat tal-gruppi
|
1. |
Il-gruppi għandu jkollhom segretarjat kull wieħed. Il-kap tas-segretarjat tal-grupp jirrapporta direttament lill-president tal-grupp ikkonċernat. |
|
2. |
Is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra għandhom jiġu eżerċitati, fir-rigward tal-uffiċjali li jagħmlu parti mill-gruppi skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 37(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq proposta tal-president tal-grupp ikkonċernat, rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal, inklużi d-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp tal-karriera tagħhom fi ħdan il-grupp.
Meta uffiċjal sekondat fi ħdan grupp jidħol mill-ġdid fis-segretarjat tal-Kumitat, hu għandu jitqiegħed fil-grad li għalih kien ikun intitolat bħala uffiċjal. |
|
3. |
Is-setgħat tal-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg għandhom jiġu eżerċitati, fir-rigward tal-aġenti temporanji li jagħmlu parti mill-gruppi b’konformità mal-Artikolu 2(c) tas-CEOS, fuq proposta tal-president tal-grupp ikkonċernat, rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 it-tielet paragrafu, l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(3) tas-CEOS. |
Kapitolu IV
BAĠIT
Artikolu 110 – Tħejjija tal-baġit tal-Kumitat
|
1. |
Fl-ewwel erba’ xhur ta’ kull sena, is-Segretarju Ġenerali għandu jibgħat lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji l-abbozz preliminari tal-estimi tal-infiq u d-dħul tal-Kumitat li jitressaq quddiem il-Bureau għas-sena finanzjarja ta’ wara. |
|
2. |
Il-CAF għandha teżamina l-abbozz, tiddiskutih mas-Segretarju Ġenerali, u tressqu quddiem il-Bureau u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel kummenti jew tipproponi emendi. |
|
3. |
Il-Bureau għandu jfassal l-estimi tal-infiq u d-dħul tal-Kumitat.
Għandu jgħaddihom lill-awtorità tal-baġit b’konformità mal-kundizzjonijiet u fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. |
|
4. |
B’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, il-President għandu jimplimenta, jew jagħmel l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-infiq u tad-dħul. |
Kapitolu V
PUNTI OĦRA
Artikolu 111 – Korrispondenza
Il-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat għandha tintbagħat lill-President tal-Kumitat jew lis-Segretarju Ġenerali.
Artikolu 112 – Prinċipji għall-organizzazzjoni tal-laqgħat
|
1. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Kumitat, il-laqgħat tal-Kumitat għandhom isiru b’attendenza fiżika. Il-laqgħat jistgħu jsiru wkoll f’forma ibrida. |
|
2. |
Il-Bureau, wara konsultazzjoni mal-gruppi u l-presidenza estiża, għandu jadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni u ż-żamma ta’ laqgħat ibridi, il-parteċipazzjoni possibbli tal-membri, id-delegati tas-CCMI, is-sostituti u l-konsulenti f’dawn il-laqgħat. |
IR-RABA’ PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 113 – Ġeneru u terminoloġija
It-termini użati għall-funzjonijiet u għall-karigi f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma jirreferux għal ġeneru speċifiku, iżda jħaddnu l-ġeneri kollha.
Artikolu 114 – Simboli tal-Kumitat
|
1. |
Il-Kumitat jagħraf u jadotta s-simboli tal-Unjoni Ewropea li ġejjin:
|
|
2. |
Il-Kumitat jiċċelebra Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju. |
|
3. |
Il-bandiera għandha tidher fil-bini tal-Kumitat u fl-avvenimenti uffiċjali. |
|
4. |
L-innu għandu jindaqq f’kull ċerimonja inawgurali fil-bidu tal-mandat u f’okkażjonijiet formali oħra, b’mod speċjali sabiex tingħata merħba lill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, jew sabiex jintlaqgħu l-membri l-ġodda wara t-tkabbir. |
Artikolu 115 – Reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura
|
1. |
L-assemblea tiddeċiedi, b’maġġoranza assoluta tal-membri tagħha, jekk hemmx bżonn li jiġu riveduti r-Regoli ta’ Proċedura. |
|
2. |
Jekk tittieħed deċiżjoni bħal din, l-assemblea għandha tistabbilixxi korp magħruf bħala l-kummissjoni tar-Regoli ta’ Proċedura.
L-assemblea għandha taħtar relatur ġenerali responsabbli biex ifassal abbozz ta’ test tar-Regoli ta’ Proċedura l-ġodda. Il-kummissjoni u r-relatur ġenerali għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu kunsens dwar il-kwistjonijiet kruċjali kollha. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-proposti alternattivi appoġġjati minn tal-anqas nofs il-membri tal-kummissjoni għandhom jiżdiedu mal-abbozz prodott mir-relatur ġenerali. |
|
3. |
L-abbozz għandu jitressaq quddiem l-assemblea u jistgħu jitressqu emendi. |
|
4. |
L-assemblea għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura l-ġodda, fejn meħtieġ, jekk aktar minn nofs il-membri tagħha jivvotaw favur. |
Artikolu 116 – Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura
|
1. |
Wara li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu adottati, l-assemblea għandha ġġedded il-mandat tal-kummissjoni tar-Regoli ta’ Proċedura għal massimu ta’ disgħin jum tax-xogħol sabiex din tħejji, jekk meħtieġ, proposta għal emenda tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni. |
|
2. |
Il-proposta għandha titressaq quddiem il-Bureau, li għandu jadottaha wara li jkun irċieva l-fehmiet tal-gruppi, dment li aktar minn nofs il-membri tiegħu jivvotaw favur. |
|
3. |
Fil-każ ta’ reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura mingħajr ebda emenda sussegwenti tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni, dawn tal-aħħar għandhom ikomplu japplikaw.
Huma għandhom dejjem jiġu interpretati b’tali mod li jiżguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura fis-seħħ. |
|
4. |
Id-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni jistgħu jiġu emendati wkoll jekk il-Bureau jqis li tkun meħtieġa reviżjoni.
F’każijiet bħal dawn, il-Bureau għandu jitlob lill-assemblea biex twaqqaf kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni, u l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, mutatis mutandis. |
|
5. |
Id-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tagħhom fl-intranet tal-Kumitat. |
Artikolu 117 – Dħul fis-seħħ tar-Regoli ta’ Proċedura
Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15). Verżjoni konsolidata: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20220101
Rettifika
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/60 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/523 tal-31 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 fir-rigward tal-ispejjeż tal-ġbir u l-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u l-formola għar-rapporti dwar l-ammonti irrekuperabbli
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 104 tal-1 ta’ April 2022 )
Fil-paġna 158, fl-Anness III, in-numri tan-noti f’qiegħ it-tabella jinbidlu kif ġej:
minflok:
“(4)”,
aqra:
“(3)”;
Fil-paġna 158, fl-Anness III, in-numri tan-noti f’qiegħ it-tabella jinbidlu kif ġej:
minflok:
“(5) (6)”,
aqra:
“(4) (5)”.
|
19.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/61 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L 461 tas-27 ta’ Diċembru 2021 )
F’paġna 21, fl-Artikolu 10(1),
minflok:
“bl-użu tal-mudell stabbilit fit-Taqsima X tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/279 (*1).
aqra:
“bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698.”.
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/279 tat-22 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u miżuri oħra li jiżguraw it-traċċabilità u l-konformità fil-produzzjoni organika u fit-tikkettar ta’ prodotti organiċi (ĠU L 62, 23.2.2021, p. 6).”,