ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 134

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
11 ta' Mejju 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/719 tal-10 ta’ Mejju 2022 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/720 tal-10 ta’ Mejju 2022 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma ( 1 )

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/721 tal-10 ta’ Mejju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Ċeka tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa ( 1 )

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/722 tal-5 ta’ April 2022 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika

15

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/723 tal-10 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2201 dwar il-ħatra ta’ ċerti membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru ( 1 )

21

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/724 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

28

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/725 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

31

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/726 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

34

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/719

tal-10 ta’ Mejju 2022

li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel huma pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament u inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jintbagħtu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tgħaddi l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal valutazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni.

(3)

L-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar l-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni li tat l-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand DuPont Nutrition Biosciences ApS, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ Bifidobacterium animalis subsp. lactis Bi-07 (Bi-07) u l-kontribuzzjoni għaż-żieda fid-diġestjoni tal-lattożju (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2020-00024). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “Bifidobacterium animalis subsp. lactis Bi-07 jikkontribwixxi għat-titjib tad-diġestjoni tal-lattożju fl-individwi li għandhom diffikultà biex jiddiġerixxu l-lattożju.”

(6)

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-applikant irċevew l-opinjoni xjentifika (2) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data ppreżentata, ma ġietx stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Bifidobacterium animalis subsp. lactis Bi-07 u effett fiżjoloġiku pożittiv (jiġifieri t-titjib tas-sintomi tal-maldiġestjoni tal-lattożju) fl-individwi bil-maldiġestjoni tal-lattożju. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(7)

Wara applikazzjoni mingħand Tchibo GmbH, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ Coffee 21 u l-protezzjoni tad-DNA mid-degradazzjoni (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2019-00423). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “Il-konsum regolari tal-Coffee C21 jikkontribwixxi għall-manteniment tal-integrità tad-DNA fiċ-ċelloli tal-ġisem”.

(8)

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-applikant irċevew l-opinjoni xjentifika (3) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data ppreżentata, ma ġietx stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Coffee C21 u l-protezzjoni tad-DNA mid-degradazzjoni. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(9)

Wara applikazzjoni mingħand NattoPharma ASA, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità kellha tagħti opinjoni dwar is-sostanzjar xjentifiku ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta ma’ MenaQ7® u l-manteniment tal-proprjetajiet elastiċi tal-arterji (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2019-00229). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet kif ġej: “MenaQ7®, il-vitamina K2 bħala menakinon-7, ittejjeb l-ebusija arterjali”.

(10)

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-applikant irċevew l-opinjoni xjentifika (4) dwar dik l-indikazzjoni mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-data ppreżentata, ma ġietx stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-MenaQ7® u l-manteniment tal-proprjetajiet elastiċi tal-arterji. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni dwar is-saħħa mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi, jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata.

(11)

Il-kummenti mingħand DuPont Nutrition Biosciences ApS u Tchibo GmbH li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tqiesu fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  EFSA Journal 2020;18(7):6198.

(3)  EFSA Journal 2020;18(3):6055.

(4)  EFSA Journal 2020;18(1):5949.


ANNESS

Indikazzjonijiet dwar is-saħħa miċħuda

Applikazzjoni - Dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

Bifidobacterium animalis subsp. lactis Bi-07 (Bi-07)

Il-Bifidobacterium animalis subsp. lactis Bi-07 jikkontribwixxi għat-titjib tad-diġestjoni tal-lattożju fl-individwi li għandhom diffikultà biex jiddiġerixxu l-lattożju

Q-2020-00024

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

Coffee C21, taħlita ta’ kafejiet Arabica puri mixwijin (Coffea arabica L.) mingħajr ebda ingredjent li mhux kafè.

Il-konsum regolari tal-Coffee C21 jikkontribwixxi għall-manteniment tal-integrità tad-DNA fiċ-ċelloli tal-ġisem

Q-2019-00423

Indikazzjoni tas-saħħa tal-Artikolu 13(5) bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata ġdida u/jew tinkludi rikjesta għall-protezzjoni tad-data proprjetarja

MenaQ7®, il-vitamina K2 bħala menakinon-7

Il-MenaQ7®, il-vitamina K2 bħala menakinon-7, ittejjeb l-ebusija arterjali

Q-2019-00229


11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/720

tal-10 ta’ Mejju 2022

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 ta’ Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkunsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Nru 19/65/KEE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament għal ċerti kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma korrispondenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 (3) jiddefinixxi kategorija ta’ akkordji vertikali li l-Kummissjoni qieset li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. L-esperjenza bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 330/2010, li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2022, kienet ġeneralment pożittiva, kif jidher fl-evalwazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Meta titqies dik l-esperjenza flimkien mal-iżviluppi ġodda tas-suq, bħat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku, kif ukoll tipi ġodda jew aktar prevalenti ta’ ftehim vertikali, huwa xieraq li jiġi adottat regolament ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija.

(3)

Il-kategorija ta’ akkordji li tista’ titqies li normalment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat tinkludi akkordji vertikali għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi fejn dak il-ftehim jiġi konkluż bejn impriżi li ma jikkompetux bejniethom, bejn ċerti kompetituri jew minn ċerti assoċjazzjonijiet ta’ bejjiegħa bl-imnut ta’ prodotti. Din tinkludi wkoll ftehim vertikali li jkun fih dispożizzjonijiet anċillari dwar iċ-ċessjoni jew l-użu ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Jenħtieġ li t-terminu “akkordji vertikali” jinftiehem bħala wieħed li jinkludi l-prattiċi miftiehma korrispondenti.

(4)

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament, mhuwiex neċessarju li jiġu definiti dawk l-akkordji vertikali li jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fil-valutazzjoni individwali tal-akkordji skont l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, iridu jitqiesu diversi fatturi, b'mod partikolari, l-istruttura tas-suq min-naħa tal-forniment u tax-xiri.

(5)

Jenħtieġ li l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament ikun limitat għal akkordji vertikali li fir-rigward tagħhom wieħed jista’ jassumi b’biżżejjed ċertezza li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(6)

Ċerti tipi ta’ akkordji vertikali jistgħu jtejbu l-effiċjenza ekonomika f’katina ta’ produzzjoni jew distribuzzjoni billi jiffaċilitaw koordinazzjoni aħjar bejn l-impriżi parteċipanti. B’mod partikolari, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u tad-distribuzzjoni tal-partijiet u għal ottimizzazzjoni tal-livelli tal-bejgħ u l-investiment tagħhom.

(7)

Il-probabbiltà li l-effetti ta’ dan it-tip li jsaħħu l-effiċjenza jkunu akbar minn kull effett antikompetittiv minħabba restrizzjonijiet li jinsabu f’akkordji vertikali, tiddependi fuq il-grad ta’ poter fis-suq tal-partijiet fl-akkordju u, b’mod partikolari, fuq il-limitu sa fejn dawk l-impriżi jaffaċċjaw il-kompetizzjoni minn fornituri oħra ta’ prodotti jew servizzi li jkunu meqjusa interkambjabbli jew sostitwibbli mill-klijenti tagħhom bħala, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet u l-użu li għalih ikun maħsuba.

(8)

Jista’ jiġi preżunt li, meta s-sehem mis-suq ta’ kull waħda mill-impriżi li jkunu partijiet fl-akkordju fis-suq rilevanti ma jkunx iktar minn 30 %, l-akkordji vertikali li ma jkunux jinkludu ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni ġeneralment iwasslu għal titjib fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni u jippermettu lill-konsumaturi sehem ġust mill-benefiċċji li jirriżultaw.

(9)

’Il fuq mil-limitu tas-sehem mis-suq ta’ 30 %, ma jista’ jkun hemm l-ebda preżunzjoni li akkordji vertikali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat ġeneralment iwasslu għal vantaġġi oġġettivi ta’ tali natura u daqs li jkunu jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li joħolqu għall-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, ma hemm l-ebda preżunzjoni li dawk l-akkordji vertikali jidħlu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat jew jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(10)

L-ekonomija tal-pjattaformi online għandha rwol dejjem aktar importanti fid-distribuzzjoni tal-oġġetti u s-servizzi. Permezz tal-impriżi attivi fl-ekonomija tal-pjattaformi online huwa possibbli li jsir negozju b’modi ġodda, li wħud minnhom mhuwiex faċli li jiġu kkategorizzati bl-użu ta’ kunċetti assoċjati ma’ akkordji vertikali fl-ekonomija tradizzjonali. B’mod partikolari, is-servizzi ta’ intermedjazzjoni online jippermettu li l-impriżi joffru oġġetti jew servizzi lil impriżi oħra jew lil konsumaturi finali, bil-ħsieb li t-tranżazzjonijiet diretti bejn l-impriżi jew bejn l-impriżi u l-konsumaturi finali jinbdew b’iktar faċilità. L-akkordji relatati mal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online huma akkordji vertikali u għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(11)

Id-definizzjoni tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online użata fir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jenħtieġ li tiġi adattata għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, sabiex jiġi rifless il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat, jenħtieġ li d-definizzjoni użata f’dan ir-Regolament tirreferi għall-impriżi. Jenħtieġ li tinkludi wkoll servizzi ta’ intermedjazzjoni online li jiffaċilitaw il-bidu ta’ tranżazzjonijiet diretti bejn l-impriżi, kif ukoll dawk li jiffaċilitaw il-bidu ta’ tranżazzjonijiet diretti bejn l-impriżi u l-konsumaturi finali.

(12)

Id-distribuzzjoni doppja tirreferi għax-xenarju fejn fornitur ibigħ prodotti jew servizzi mhux biss fil-livell upstream iżda wkoll fil-livell downstream, biex b’hekk jikkompeti mad-distributuri indipendenti tiegħu. F’dak ix-xenarju, fin-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fundamentali, u sakemm ix-xerrej ma jikkompetix mal-fornitur fil-livell upstream, l-impatt negattiv potenzjali tal-akkordju vertikali fuq ir-relazzjoni kompetittiva bejn il-fornitur u x-xerrej fil-livell downstream huwa inqas importanti mill-impatt pożittiv potenzjali tal-akkordju vertikali fuq il-kompetizzjoni b’mod ġenerali fil-livell upstream jew downstream. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jeżenta akkordji vertikali konklużi f’xenarji bħal dawn ta’ distribuzzjoni doppja.

(13)

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn fornitur u xerrej jista’ jikkontribwixxi għall-effetti prokompetittivi ta’ akkordji vertikali, b’mod partikolari l-ottimizzazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni u distribuzzjoni. Madankollu, fid-distribuzzjoni doppja, l-iskambju ta’ ċerti tipi ta’ informazzjoni jista’ jqajjem tħassib orizzontali. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jeżenta biss l-iskambju ta’ informazzjoni bejn fornitur u xerrej f’xenarju ta’ distribuzzjoni doppja meta l-iskambju ta’ informazzjoni jkun kemm direttament marbut mal-implimentazzjoni tal-akkordju vertikali kif ukoll meħtieġ biex tittejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi tal-kuntratt.

(14)

Ir-raġunament għall-eżenzjoni tal-akkordji vertikali f’xenarji ta’ distribuzzjoni doppja ma japplikax għal akkordji vertikali relatati mal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online jkun ukoll impriża li tikkompeti fis-suq rilevanti għall-bejgħ tal-prodotti jew tas-servizzi intermedjati. Il-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online li għandhom funzjoni ibrida ta’ dak it-tip jista’ jkollhom il-kapaċità u l-inċentiv li jinfluwenzaw l-eżitu tal-kompetizzjoni fis-suq rilevanti għall-bejgħ tal-prodotti jew tas-servizzi intermedjati. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament ma jeżentax akkordji vertikali bħal dawk.

(15)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jeżentax akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet li x’aktarx iwasslu għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni u jġarrbu ħsara lill-konsumaturi jew li ma jkunux indispensabbli biex jinkisbu l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza. B’mod partikolari, il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita minn dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal akkordji vertikali li jkun fihom ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni, bħal prezzijiet minimi u fissi għall-bejgħ mill-ġdid u ċerti tipi ta’ protezzjoni territorjali, inklużi l-prevenzjoni tal-użu effettiv tal-internet għall-bejgħ jew ċerti restrizzjonijiet tar-reklamar online. Għaldaqstant, ir-restrizzjonijiet tal-bejgħ online u tar-reklamar online jenħtieġ li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament, sakemm ma jkollhomx, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma’ fatturi oħra kkontrollati mill-partijiet, l-għan li jimpedixxu lix-xerrej jew lill-klijenti tiegħu milli jużaw l-internet b’mod effettiv biex ibigħu l-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt lil territorji jew lil klijenti partikolari, jew li jimpedixxu l-użu ta’ kanal sħiħ ta’ reklamar online, bħal għodod ta’ tqabbil tal-prezzijiet jew reklamar fuq magni tat-tiftix. Pereżempju, ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ online jenħtieġ li ma jibbenefikawx mill-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament meta l-objettiv tagħhom ikun li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-volum komplessiv tal-bejgħ online tal-prodotti jew tas-servizzi tal-kuntratt fis-suq rilevanti jew il-possibbiltà għall-konsumaturi li jixtru l-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt online. Il-kategorizzazzjoni ta’ restrizzjoni bħala fundamentali fis-sens tal-Artikolu 4, il-punt (e) tista’ tqis il-kontenut u l-kuntest tar-restrizzjoni, iżda jenħtieġ li ma tiddependix fuq iċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq jew fuq iċ-ċirkostanzi individwali tal-partijiet.

(16)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jeżentax ir-restrizzjonijiet li fir-rigward tagħhom ma jistax jiġi preżunt b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. B’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat aċċess għas-suq rilevanti u tiġi evitata l-kollużjoni fih, jenħtieġ li l-eżenzjoni ta’ kategorija tkun soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-eżenzjoni mill-obbligi li wieħed ma jikkompetix tkun limitata għal obbligi ta’ mhux iktar minnperjodu ta’ ħames snin. B’mod simili, jenħtieġ li kull obbligu li jwaqqaf lill-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva milli jbigħu prodotti tal-marka ta’ fornituri kompetituri partikolari, ikun eskluż mill-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament ma japplikax għall-obbligi ta’ parità fil-bejgħ bl-imnut li jwasslu biex xerrejja tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online ma joffrux, ma jbigħux jew ma jbigħux mill-ġdid prodotti jew servizzi lill-utenti finali b’kundizzjonijiet aktar favorevoli bl-użu ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online kompetituri.

(17)

Il-limitazzjoni tas-sehem mis-suq, in-nuqqas ta’ eżenzjoni ta' ċerti akkordji vertikali u l-kondizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament normalment jiżguraw li l-akkordji li tapplika għalihom l-eżenzjoni ta’ kategorija ma jippermettux li l-impriżi parteċipanti jeliminaw il-kompetizzjoni fil-konfront ta’ parti sostanzjali tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati.

(18)

Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (5), fejn ssib li f'każ partikolari akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li jkunu inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. L-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jiġu ssodisfati.

(19)

Meta l-Kummissjoni jew l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tirtira l-benefiċċji ta’ dan ir-Regolament, hija jkollha l-oneru li tipprova li l-akkordju vertikali inkwistjoni jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat, u li l-akkordju jonqos milli jissodisfa mill-inqas waħda mill-erba’ kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(20)

Fid-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament għandux jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, għandhom importanza partikolari l-effetti antikompetittivi li jistgħu jirriżultaw mill-eżistenza ta’ networks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti simili li jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-aċċess għas-suq rilevanti jew il-kompetizzjoni fl-istess suq. Effetti kumulattivi bħal dawn jistgħu b’mod partikolari jinħolqu fil-każ ta’ distribuzzjoni esklużiva, forniment esklużiv, distribuzzjoni selettiva, obbligi ta’ parità jew obbligi li ma ssirx kompetizzjoni.

(21)

Sabiex issaħħaħ is-superviżjoni ta’ networks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti antikompetittivi simili u li jkopru aktar minn 50 % ta’ suq partikolari, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li dan ir-Regolament ma japplikax għal akkordji vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi relatati mas-suq ikkonċernat, biex b’hekk l-Artikolu 101 tat-Trattat jerġa’ japplika bis-sħiħ għal dawk l-akkordji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“akkordju vertikali” tfisser akkordju jew prattika miftiehma bejn żewġ impriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera, għall-iskopijiet tal-akkordju jew tal-prattika miftiehma, f’livell differenti tal-katina ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, u li jirrigwarda l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-partijiet jistgħu jixtru, ibigħu jew ibigħu mill-ġdid ċerti prodotti jew servizzi;

(b)

“restrizzjoni vertikali” tfisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’akkordju vertikali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat;

(c)

“impriża konkorrenti” tfisser kompetitur attwali jew potenzjali; “kompetitur attwali” tfisser impriża attiva fl-istess suq rilevanti; “kompetitur potenzjali” tfisser impriża li, fin-nuqqas tal-akkordju vertikali, għal raġunijiet realistiċi u mhux biss bħala possibbiltà teoretika sempliċi, x’aktarx tkun tista’, f’perjodu ta’ żmien qasir, tagħmel l-investimenti addizzjonali meħtieġa jew iġġarrab spejjeż oħra meħtieġa biex tidħol fis-suq rilevanti;

(d)

“fornitur” tinkludi impriża li tipprovdi servizzi ta’ intermedjazzjoni online;

(e)

“servizzi ta’ intermedjazzjoni online” tfisser servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(1), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jippermettu li l-impriżi joffru l-prodotti jew is-servizzi:

(i)

lil impriżi oħra, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta’ tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-impriżi, jew

(ii)

lill-konsumaturi finali, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta’ tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-impriżi u l-konsumaturi finali,

irrispettivament minn jekk u fejn jiġu finalment konklużi t-tranżazzjonijiet;

(f)

“obbligu li ma ssirx kompetizzjoni” tfisser kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex ix-xerrej ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi li jikkompetu mal-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, jew kull obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mingħand il-fornitur, jew minn impriża oħra nominata mill-fornitur, aktar minn 80 % mix-xiri totali tax-xerrej tal-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt u prodotti jew servizzi li jissostitwuhom fis-suq rilevanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-valur jew, meta tali prattika industrijali tkun standard, fuq il-bażi tal-volum tax-xiri tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti;

(g)

“sistema ta’ distribuzzjoni selettiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni li permezz tagħha l-fornitur jaċċetta li jbigħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, direttament jew indirettament, lil distributuri magħżula fuq il-bażi ta’ kriterji speċifikati biss u meta dawk id-distributuri jobbligaw ruħhom li ma jbigħux dawk il-prodotti jew servizzi lil distributuri li ma jkunux awtorizzati fit-territorju riżervat mill-fornitur biex jopera dik is-sistema;

(h)

“sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni li permezz tagħha l-fornitur jalloka territorju jew grupp ta’ klijenti esklużivament lilu nnifsu jew lil massimu ta’ ħames xerrejja u jirrestrinġi lix-xerrejja l-oħra kollha tiegħu milli jbigħu b’mod attiv fit-territorju esklużiv jew lill-grupp esklużiv ta’ klijenti;

(i)

“drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” tinkludi d-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, l-għarfien espert, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati;

(j)

“għarfien espert” tfisser pakkett ta’ informazzjoni prattika mhux koperta bi privattiva, li tirriżulta mill-esperjenza u l-ittestjar mill-fornitur, li tkun sigrieta, sostanzjali u identifikata; “sigriet” tfisser li l-għarfien espert ma jkunx ġeneralment magħruf jew aċċessibbli faċilment; "sostanzjali" tfisser li l-għarfien espert ikun sinifikanti u utli lix-xerrej, għall-użu, għall-bejgħ jew għall-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti jew tas-servizzi tal-kuntratt; "identifikat" tfisser li l-għarfien espert huwa deskritt b’mod komprensiv biżżejjed sabiex ikun possibbli li jiġi vverifikat li jissodisfa il-kriterji ta’ segretezza u ta’ sostanzjalità;

(k)

“xerrej” tinkludi impriża li, skont akkordju li jaqa’fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat, tbiegħ prodotti jew servizzi f’isem impriża oħra;

(l)

“bejgħ attiv” tfisser li l-klijenti jiġu mmirati b’mod attiv permezz ta’ żjarat, ittri, emails, telefonati jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni diretta jew permezz ta’ reklamar u promozzjoni mmirati, offline jew online, pereżempju permezz ta’ media stampata jew diġitali, inklużi media online, servizzi ta’ tqabbil tal-prezzijiet jew reklamar fuq magni tat-tiftix immirati lejn klijenti f’territorji partikolari jew lejn gruppi ta’ klijenti partikolari, it-tħaddim ta’ sit web b’isem ta’ dominju tal-ogħla livell li jikkorrispondi għal territorji partikolari, jew l-offerta fuq sit web ta’ lingwi li jintużaw b’mod komuni f’territorji partikolari, meta dawk il-lingwi jkunu differenti minn dawk użati komunement fit-territorju li fih ikun stabbilit ix-xerrej;

(m)

“bejgħ passiv” tfisser bejgħ bi tweġiba għal talbiet mhux mitluba minn klijenti individwali, inkluża l-konsenja ta’ prodotti jew servizzi lill-klijent mingħajr ma l-bejgħ jkun inbeda permezz ta’ reklamar immirat b’mod attiv lejn klijent partikolari, grupp ta’ klijenti partikolari jew territorju partikolari, u jinkludi l-bejgħ li jirriżulta minn parteċipazzjoni f’akkwist pubbliku jew minn risposti għal sejħiet għall-offerti privati.

2.   Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini “impriża”, “fornitur” u “xerrej” għandhom jinkludu l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom.

“Impriżi konnessi” tfisser:

(a)

impriżi fejn parti fl-akkordju, direttament jew indirettament:

(i)

ikollha l-poter li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(ii)

ikollha l-poter li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord tas-superviżjoni, tal-bord maniġerjali jew tal-korpi li legalment jirrapreżentaw l-impriża, jew

(iii)

ikollha d-dritt li tmexxi l-affarijiet tal-impriża; jew

(b)

impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju; jew

(c)

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); jew

(d)

impriżi li fihom parti fl-akkordju flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); jew

(e)

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:

(i)

partijiet fl-akkordju jew minn l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom imsemmija fil-punti minn (a) sa (d), jew

(ii)

parti waħda jew minn aktar partijiet fil-ftehim jew minn impriża konnessa jew minn aktar minn impriża konnessa waħda tagħhom imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) u minn parti terza jew aktar partijiet terzi.

Artikolu 2

Eżenzjoni

1.   Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’dan qed jiġi ddikjarat li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal akkordji vertikali. Din l-eżenzjoni għandha tapplika sa fejn dawk l-akkordji jkunu jinkludu restrizzjonijiet vertikali.

2.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn assoċjazzjoni ta’ impriżi u membru individwali, jew bejn assoċjazzjoni ta’ tak it-tip u fornitur individwali, biss jekk il-membri kollha tal-assoċjazzjoni jkunu bejjiegħa bl-imnut ta’ oġġetti u jekk l-ebda membru individwali tal-assoċjazzjoni, flimkien mal-impriżi konnessi tagħha, ma jkollu fatturat annwali totali ta’ aktar minn EUR 50 miljun. Akkordji vertikali konklużi minn assoċjazzjonijiet ta dak it-tip għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat għal akkordji orizzontali konklużi bejn il-membri tal-assoċjazzjoni jew deċiżjonijiet adottati mill-assoċjazzjoni.

3.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet relatati maċ-ċessjoni lix-xerrej jew mal-użu mix-xerrej ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, dment li dawnk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux is-suġġett primarju ta’ tali akkordji u jkunu relatati direttament mal-użu, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ prodotti jew servizzi mix-xerrej jew mill-klijenti tiegħu. L-eżenzjoni tapplika bil-kundizzjoni li, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi tal-kuntratt, dawk id-disposizzjonijiet ma jkunux jinkludu restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni bl-istess għan bħal restrizzjonijiet vertikali li mhumiex eżentati skont dan ir-Regolament.

4.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn impriżi konkorrenti. Madankollu, din l-eżenzjoni għandha tapplika meta impriżi konkorrenti jidħlu f’akkordju vertikali li ma jkunx reċiproku, u tkun tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur ikun attiv f’livell upstream bħala manifattur, importatur jew bejjiegħ bl-ingrossa u f’livell downstream bħala importatur, bejjiegħ bl-ingrossa, jew bejjiegħ bl-imnut ta’ prdotti, filwaqt li x-xerrej ikun importatur, bejjiegħ bl-ingrossa, jew bejjiegħ bl-imnut f’livell downstream u ma jkux impriża li tikkompeti fil-livell upstream meta tixtri l-prodotti tal-kuntratt; jew

(b)

il-fornitur ikun jipprovdi servizzi f’bosta livelli tal-kummerċ, filwaqt li x-xerrej ikun jipprovdi s-servizzi tiegħu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u ma jkunx impriża konkorrenti fil-livell tal-kummerċ meta jixtri s-servizzi tal-kuntratt.

5.   L-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-fornitur u x-xerrej li ma jkunx direttament marbut mal-implimentazzjoni tal-akkordju vertikali jew li ma jkunx meħtieġ biex tittejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi tal-kuntratt, jew li ma jissodisfa l-ebda waħda minn dawk iż-żewġ kundizzjonijiet.

6.   L-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw għal akkordji vertikali relatati mal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online jkun impriża li tikkompeti fis-suq rilevanti għall-bejgħ tal-prodotti jew tas-servizzi intermedjati.

7.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li s-suġġett tagħhom jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ xi regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija ieħor, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'tali regolament.

Artikolu 3

Limitu tas-sehem mis-suq

1.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika bil-kundizzjoni li s-sehem mis-suq miżmum mill-fornitur ma jkunx iktar minn 30 % tas-suq rilevanti li fih ibigħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt u s-sehem mis-suq miżmum mix-xerrej ma jkunx iktar minn 30 % tas-suq relevanti li minnu jixtri il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, meta f’akkordju bejn ħafna partijiet, impriża tixtri il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt mingħand impriża li tkun parti fl-akkordju u tbiegħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt lil impriża oħra li tkun ukoll parti fl-akkordju, is-sehem mis-suq tal-ewwel impriża jrid jirrispetta l-limitu tas-sehem mis-suq previst f’dak il-paragrafu kemm bħala xerrej kif ukoll bħala fornitur sabiex l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 tkun tapplika.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet li jneħħu l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija - restrizzjonijiet fundamentali

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma’ fatturi oħra fil-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala l-għan tagħhom:

(a)

ir-restrizzjoni tal-kapaċità tax-xerrej li jiddetermina l-prezz tal-bejgħ tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-fornitur li jimponi prezz ta’ bejgħ massimu jew li jirrakkommanda prezz ta’ bejgħ, sakemm ma jammontawx għal prezz tal-bejgħ iffissat jew minimu b’riżultat ta’ pressjoni min-naħa ta’ xi waħda mill-partijiet jew ta’ inċentivi offruti minnhom;

(b)

fejn il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva, ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-grupp ta’ klijenti li lilu, id-distributur esklużiv jista’ attivament jew passivament ibigħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, għajr:

(i)

ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv tad-distributur esklużiv u tal-klijenti diretti tiegħu, f’territorju jew lil grupp ta’ klijenti riżervat għall-fornitur jew allokat mill-fornitur esklużivament lil massimu ta’ ħames distributuri esklużivi oħra;

(ii)

ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv jew passiv tad-distributur esklużiv u tal-klijenti tiegħu lil distributuri mhux awtorizzati li jinsabu f’territorju li fih il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni selettiva għall-prodotti jew għas-servizzi tal-kuntratt;

(iii)

ir-restrizzjoni tal-post ta’ stabbiliment esklużiv tad-distributur;

(iv)

ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lill-utenti finali minn distributur esklużiv li jopera fil-livell ta’ kummerċ bl-ingrossa;

(v)

ir-restrizzjoni tal-kapaċità tad-distributur esklużiv li jbigħ b’mod attiv jew passiv komponenti, fornuti għall-finijiet ta’ inkorporazzjoni, lil klijenti li jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta’ oġġetti bħal dawk prodotti mill-fornitur;

(c)

fejn il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni selettiva,

(i)

ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-klijenti li lilhom, il-membri tas-sistema tad-distribuzzjoni selettiva jistgħu jbigħu b’mod attiv jew passiv il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, għajr:

(1)

ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv tal-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva u tal-klijenti diretti tagħhom, f’territorju jew lil grupp ta’ klijenti riżervat għall-fornitur jew allokat mill-fornitur esklużivament lil massimu ta’ ħames distributuri esklużivi;

(2)

ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv jew passiv tal-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva jew tal-klijenti tagħhom lil distributuri mhux awtorizzati li jinsabu fit-territorju fejn titħaddem is-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva;

(3)

ir-restrizzjoni tal-post ta’ stabbiliment tal-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva;

(4)

ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lil utenti finali minn membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-ingrossa;

(5)

ir-restrizzjoni tal-kapaċità li jinbiegħu komponenti b’mod attiv jew passiv, fornuti għall-finijiet ta’ inkorporazzjoni, lil klijenti li jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta’ oġġetti bħal dawk prodotti mill-fornitur;

(ii)

ir-restrizzjoni ta’ provvisti inkroċjati bejn il-membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fl-istess livell jew f’livelli differenti ta’ kummerċ;

(iii)

ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lill-utenti finali minn membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut, mingħajr preġudizzju għall-punti (c)(i)(1) u (3);

(d)

fejn il-fornitur ma joperax la sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva u lanqas sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-grupp ta’ klijenti li lilu, ix-xerrej jista’ attivament jew passivament ibigħ il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, ħlief:

(i)

ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv tax-xerrej u tal-klijenti diretti tiegħu f’territorju jew lil grupp ta’ klijenti riżervat għall-fornitur jew allokat mill-fornitur esklużivament lil massimu ta’ ħames distributuri esklużivi;

(ii)

ir-restrizzjoni tal-bejgħ attiv jew passiv tax-xerrej jew tal-klijenti tiegħu lil distributuri mhux awtorizzati li jinsabu f’territorju li fih il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni selettiva għall-prodotti jew għas-servizzi tal-kuntratt;

(iii)

ir-restrizzjoni tal-post ta’ stabbiliment tax-xerrej;

(iv)

ir-restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv lill-utenti finali minn xerrej li jopera fil-livell tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-ingrossa;

(v)

ir-restrizzjoni tal-kapaċità tax-xerrej li jbigħ b’mod attiv jew passiv komponenti, fornuti għall-finijiet ta’ inkorporazzjoni, lil klijenti li jużawhom biex jimmanifatturaw l-istess tip ta’ oġġetti bħal dawk prodotti mill-fornitur;

(e)

il-prevenzjoni tal-użu effettiv tal-internet mix-xerrej jew mill-klijenti tiegħu biex ibiegħu il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt, billi jirrestrinġi t-territorju li fih, jew il-klijenti li lilhom, jistgħu jinbiegħu il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt fis-sens tal-punti (b), (c) jew (d), mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu imposti fuq ix-xerrej:

(i)

restrizzjonijiet oħra ta’ bejgħ online; jew

(ii)

restrizzjonijiet ta’ reklamar online li ma għandhomx l-għan li jimpedixxu l-użu ta’ kanal ta’ reklamar sħiħ online;

(f)

ir-restrizzjoni, miftiehma bejn fornitur ta’ komponenti u xerrej li jinkorpora dawk il-komponenti, tal-kapaċità tal-fornitur li jbiegħ il-komponenti bħala spare parts lil utenti finali jew lil min isewwi, lil bejjigħa bl-ingrossa jew lil fornituri ta’ servizzi oħrajn li ma ġewx fdati mix-xerrej bit-tiswija jew bil-manutenzjoni tal-prodotti tiegħu.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet esklużi

1.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għall-obbligi li ġejjin li jinsabu f’akkordji vertikali:

(a)

kull obbligu dirett jew indirett li ma ssirx kompetizzjoni, għal tul ta’ żmien indefinit jew għal iktar minn ħames snin;

(b)

kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi;

(c)

kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ma jbigħux il-prodotti tal-marka ta’ fornituri kompetituri partikolari;

(d)

kull obbligu dirett jew indirett li jwassal lil xerrej ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online biex ma joffrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi lill-utenti finali b’kundizzjonijiet aktar favorevoli bl-użu ta’ servizzi kompetituri ta’ intermedjazzjoni online;

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), il-limitu ta’ żmien ta’ ħames snin ma għandux japplika meta il-prodotti jew is-servizzi tal-kuntratt jinbiegħu mix-xerrej minn bini u art li jkunu proprjetà tal-fornitur jew mikrija mill-fornitur mingħand partijiet terzi li ma jkunux konnessi max-xerrej, dment li t-tul ta’ żmien tal-obbligu li ma ssirx kompetizzjoni ma jkunx itwal mill-perjodu li matulu x-xerrej jokkupa l-bini u l-art.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika għal kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-obbligu jkun relatat ma’ prodotti jew servizzi li jikkompetu mal-prodotti jew servizzi tal-kuntratt;

(b)

l-obbligu jkun limitat għall-bini u l-art li minnhom ix-xerrej ikun opera matul il-perjodu kuntrattwali;

(c)

l-obbligu jkun indispensabbli sabiex jiġi protett l-għarfien espert trasferit mill-fornitur lix-xerrej;

(d)

it-tul ta’ żmien tal-obbligu jkun limitat għal perjodu ta’ sena wara l-iskadenza tal-akkordju.

Il-paragrafu 1, il-punt (b) huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tiġi imposta restrizzjoni li ma jkollhiex limitu ta’ żmien fuq l-użu u t-tixrid ta’ għarfien espert li ma jkunx daħal fid-dominju pubbliku.

Artikolu 6

Irtirar f’każijiet individwali

1.   Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fejn f’xi każ partikolari ssib li akkordju vertikali li għalih tkun tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament xorta jkollu effetti li ma jkunux kompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Effetti bħal dawk jistgħu jseħħu, pereżempju, fejn is-suq rilevanti għall-provvista ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online jkun konċentrat ħafna u l-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ dawk is-servizzi tkun ristretta minħabba l-effett kumulattiv ta’ networks paralleli ta’ akkordji simili li jirrestrinġu lix-xerrejja tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online milli joffru, jbigħu jew ibigħu mill-ġdid prodotti jew servizzi lil utenti finali b’kundizzjonijiet aktar favorevoli fuq il-kanali ta’ bejgħ dirett tagħhom.

2.   L-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jiġu ssodisfati.

Artikolu 7

In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

Skont l-Artikolu 1a tar-Regolament Nru 19/65/KEE, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li, fejn networks paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru aktar minn 50 % ta’ suq rilevanti, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dak is-suq.

Artikolu 8

Applikazzjoni tal-limitu tas-sehem mis-suq

Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-limiti tas-sehem mis-suq previsti fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw r-regoli li ġejjin:

(a)

is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ data dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq u s-sehem mis-suq tax-xerrej għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ data dwar il-valur tax-xiri fis-suq. Jekk ma tkunx disponibbli data dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq jew dwar il-valur tax-xiri fis-suq, jistgħu jintużaw stimi magħmula fuq il-bażi ta’ informazzjoni oħra tas-suq li tkun affidabbli, inklużi l-volumi tal-bejgħ u tax-xiri fis-suq, sabiex jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-impriża kkonċernata;

(b)

l-ishma mis-suq għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ data relatata mas-sena kalendarja ta’ qabel;

(c)

is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jinkludi kull prodott jew servizz fornut lil distributuri integrati vertikalment għall-iskopijiet ta’ bejgħ;

(d)

jekk is-sehem mis-suq fil-bidu ma jkunx aktar minn 30 % iżda sussegwentement jiżdied aktar minn dak il-livell, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-limitu ta’ 30 %;

(e)

is-sehem mis-suq tal-impriżi msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jitqassam b’mod indaqs bejn kull impriża li jkollha d-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu.

Artikolu 9

Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat

1.   Biex jiġi kkalkulat il-fatturat annwali totali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2), il-fatturat miksub matul is-sena finanzjarja preċedenti mill-parti rilevanti fl-akkordju vertikali u l-fatturat miksub mill-impriżi konnessi tagħha fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha, esklużi t-taxxi u d-dazji l-oħra kollha, għandhom jingħaddu flimkien. Għal dak il-għan, m’għandhomx jitqiesu tranżazzjonijiet bejn il-parti fl-akkordju vertikali u l-impriżi konnessi tagħha jew bejn l-impriżi konnessi tagħha.

2.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tibqa’ tapplika fejn, fi kwalunkwe perjodu ta’ sentejn finanzjarji konsekuttivi, il-limitu tal-fatturat annwali totali jinqabeż b'mhux aktar minn 10 %.

Artikolu 10

Perjodu tranżizzjonali

Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandhiex tapplika matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2023 fir-rigward ta’ akkordji li jkunu diġà fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2022 u li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f'dan ir-Regolament iżda li, fil-31 ta’ Mejju 2022, ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 330/2010.

Artikolu 11

Perjodu ta’ validità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2022.

Għandu jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2034.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU 36, 6.3.1965.

(2)  ĠU C 359, 7.9.2021, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għal-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).


11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/721

tal-10 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Ċeka tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Ċeka tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (2) fiha żbalji fil-Kapitolu 7, it-Taqsima 7.2, is-sottotaqsima 7.2.1, il-punt 7.2.1.1.2, l-ewwel paragrafu, il-punt (1), u t-tieni paragrafu li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Għalhekk, il-verżjoni bil-lingwa Ċeka tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).


DEĊIŻJONIJIET

11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/722

tal-5 ta’ April 2022

li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 u l-Artikolu 82(1), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni, fin-negozjati dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (CETS Nru 185) (“il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità).

(2)

It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar il-kooperazzjoni msaħħa u l-iżvelar ta’ evidenza elettronika (“il-Protokoll”) ġie adottat mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fis-17 ta’ Novembru 2021 u huwa previst li jinfetaħ għall-iffirmar fit-12 ta’ Mejju 2022.

(3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll jaqgħu f’qasam kopert fil-biċċa l-kbira minn regoli komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inklużi strumenti li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jiżguraw standards minimi ta’ drittijiet proċedurali, kif ukoll protezzjoni tad-data u salvagwardji tal-privatezza.

(4)

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll proposti leġiżlattivi għal Regolament dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali, u għal Direttiva li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir tal-evidenza fi proċedimenti kriminali, li jintroduċu Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej transfruntiera vinkolanti li għandhom jiġu indirizzati direttament lil rappreżentant ta’ provditur ta’ servizz fi Stat Membru ieħor.

(5)

Bil-parteċipazzjoni tagħha fin-negozjati dwar il-Protokoll, il-Kummissjoni żgurat il-kompatibbiltà tagħha mar-regoli komuni rilevanti tal-Unjoni.

(6)

Għadd ta’ riżervi, dikjarazzjonijiet, notifiki u komunikazzjonijiet fir-rigward tal-Protokoll huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-Protokoll mal-liġi u l-politiki tal-Unjoni. Oħrajn huma rilevanti biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-Protokoll mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma Partijiet għall-Protokoll (“l-Istati Membri li huma Partijiet”) fir-relazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Protokoll (“pajjiżi terzi li huma Partijiet”), kif ukoll l-applikazzjoni effettiva tal-Protokoll.

(7)

Ir-riżervi, dikjarazzjonijiet, notifiki u komunikazzjonijiet li dwarhom tingħata gwida lill-Istati Membri fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe riżerva jew dikjarazzjoni oħra li jistgħu jkunu jixtiequ jagħmlu individwalment meta l-Protokoll jippermetti dan.

(8)

L-Istati Membri li ma jagħmlux riżervi, dikjarazzjonijiet, notifiki u komunikazzjonijiet skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni fil-mument tal-iffirmar jenħtieġ li jagħmlu dan meta jiddepożitaw l-istrument tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Protokoll.

(9)

Wara l-iffirmar u r-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni tal-Protokoll, l-Istati Membri jenħtieġ li, barra minn hekk, josservaw l-indikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-Protokoll jipprevedi proċeduri rapidi li jtejbu l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika u livell għoli ta’ salvagwardji. Għalhekk, id-dħul fis-seħħ tiegħu ser jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u forom oħra ta’ kriminalità fil-livell globali billi jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li huma Partijiet u l-pajjiżi terzi li huma Partijiet, ser jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-individwi, u ser jindirizza l-kunflitti tal-liġijiet.

(11)

Il-Protokoll jipprevedi salvagwardji xierqa f’konformità mar-rekwiżiti għal trasferimenti internazzjonali ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk, id-dħul fis-seħħ tiegħu ser jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istandards tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni fil-livell globali, jiffaċilita l-flussi tad-data bejn l-Istati Membri li huma Partijiet u l-pajjiż terzi li huma Partijiet, u jiżgura l-konformità tal-Istati Membri li huma Partijiet mal-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

(12)

Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ rapidu tal-Protokoll ser jikkonferma l-pożizzjoni tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità bħala l-qafas multilaterali ewlieni għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità.

(13)

L-Unjoni ma tistax tiffirma l-Protokoll, peress lil-Istati biss jistgħu jkunu partijiet għalih.

(14)

Jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jkunu awtorizzati jiffirmaw il-Protokoll, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

(15)

L-Istati Membri huma mħeġġa jiffirmaw il-Protokoll matul iċ-ċerimonja tal-iffirmar, jew fl-iktar data kmieni possibbli minn hemm ’il quddiem.

(16)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u ta l-opinjoni tiegħu fil-21 ta’ Jannar 2022.

(17)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(18)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(19)

Il-verżjonijiet awtentiċi tal-Protokoll huma l-verżjonijiet bl-Ingliż u bil-Franċiż tat-test, adottat mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fis-17 ta’ Novembru 2021,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma b’dan awtorizzati li jiffirmaw, fl-interess tal-Unjoni, it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar kooperazzjoni msaħħa u żvelar ta’ evidenza elettronika (“il-Protokoll”) (4).

Artikolu 2

1.   Meta jiffirmaw il-Protokoll, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu riżervi, dikjarazzjonijiet, notifiki jew komunikazzjonijiet skont it-Taqsimiet 1 sa 3 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri li jiffirmaw il-Protokoll li ma jagħmlux riżervi, dikjarazzjonijiet, notifiki jew komunikazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 fil-mument tal-iffirmar tal-Protokoll, għandhom jagħmlu dan meta jiddepożitaw l-istrument tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Protokoll.

3.   Wara l-iffirmar u r-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, josservaw l-indikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni li tawtorizza r-ratifika tagħha.


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi r-riżervi, id-dikjarazzjonijiet, in-notifiki, il-komunikazzjonijiet u l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

1.   Riżervi

Skont l-Artikolu 19, il-paragrafu 1 tal-Protokoll, Parti tista' tiddikjara li tagħmel użu minn waħda jew iktar mir-riżervi pprovduti f'ċerti artikoli tal-Protokoll.

Skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 9a, tal-Protokoll, Parti tista’ tirriżerva d-dritt li ma tapplikax l-Artikolu 7 ( (Żvelar ta’ informazzjoni dwar l-abbonati). L-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jagħmlu tali riżerva.

Skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 9b, tal-Protokoll, Parti tista’, soġġett għall-kundizzjonijiet li hemm fih, tirriżerva d-dritt li ma tapplikax l-Artikolu 7 għal ċerti tipi ta’ numri ta’ aċċess. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu tali riżervi, iżda biss fir-rigward ta’ numri ta’ aċċess għajr dawk neċessarji għall-iskop uniku ta’ identifikazzjoni tal-utent.

Skont l-Artikolu 8, il-paragrafu 13, tal-Protokoll, Parti tista’ tirriżerva d-dritt li ma tapplikax l-Artikolu 8 (L-għoti ta’ effett lill-ordnijiet minn Parti oħra għall-produzzjoni mħaffa ta’ informazzjoni dwar l-abbonati u data dwar it-traffiku) lid-data dwar it-traffiku. L-Istati Membri huma mħeġġa joqogħdu lura milli jagħmlu tali riżerva.

Fejn l-Artikolu 19, il-paragrafu 1, jipprovdi bażi għal riżervi oħra, l-Istati Membri huma awtorizzati jikkunsidraw u jagħmlu tali riżervi.

2.   Dikjarazzjonijiet

Skont l-Artikolu 19, il-paragrafu 2, tal-Protokoll, Parti tista' tagħmel id-dikjarazzjonijiet identifikati f'ċerti artikoli tal-Protokoll.

Skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 2b, tal-Protokoll, Parti tista’, fir-rigward ta’ ordnijiet maħruġa lill-provdituri tas-servizzi fit-territorju tagħha, tagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja:

L-ordni skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 1, trid tinħareġ minn, jew taħt is-superviżjoni ta’, prosekutur jew awtorità ġudizzjarja oħra, jew inkella tinħareġ taħt superviżjoni indipendenti.

L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ ordnijiet maħruġa lill-provdituri tas-servizzi fit-territorju tagħhom, jagħmlu d-dikjarazzjoni stabbilita fit-tieni paragrafu ta’ din it-Taqsima.

Skont l-Artikolu 9, (Żvelar imħaffef ta’ data maħżuna tal-kompjuter f’emerġenza), il-paragrafu 1b, tal-Protokoll, Parti tista' tiddikjara li mhijiex ser teżegwixxi talbiet skont il-paragrafu l.a ta' dak l-Artikolu, li tfittex biss id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar l-abbonati. L-Istati Membri huma mħeġġa joqogħdu lura milli jagħmlu tali dikjarazzjoni.

Fejn l-Artikolu 19, il-paragrafu 2, jipprovdi bażi għal dikjarazzjonijiet oħra, l-Istati Membri huma awtorizzati jikkunsidraw u jagħmlu tali dikjarazzjonijiet.

3.   Dikjarazzjonijiet, notifiki jew komunikazzjonijiet

Skont l-Artikolu 19, il-paragrafu 3, tal-Protokoll, Parti għandha tagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni, notifika jew komunikazzjoni identifikata f'ċerti artikoli tal-Protokoll skont it-termini speċifikati fih.

Skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 5a, tal-Protokoll, Parti tista’ tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa li meta tinħareġ ordni skont il-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu lil fornitur ta’ servizz fit-territorju tagħhom, dik il-Parti teħtieġ, fi kwalunkwe każ jew f'ċirkustanzi identifikati, notifika simultanja tal-ordni, l-informazzjoni supplimentari u sommarju tal-fatti relatati mal-investigazzjoni jew il-proċediment,. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jagħmlu n-notifika li ġejja lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa:

"Meta tinħareġ ordni skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 1, lil provditur ta’ servizzi fit-territorju ta’ [Stat Membru], [Stat Membru] jeħtieġ f’kull każ notifika simultanja tal-ordni, informazzjoni supplimentari u sommarju tal-fatti relatati mal-investigazzjoni jew mal-proċediment.".

Bis-saħħa tal-Artikolu 7, il-paragrafu 5e, tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda kompetenti biex tirċievi n-notifika skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 5.a tal-Protokoll, u twettaq l-azzjonijiet deskritti fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5.b, 5.c u 5.d, tal-Protokoll, u għandhom, meta tingħata għall-ewwel darba n-notifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa skont l-Artikolu 7, il-paragrafu 5.a, tal-Protokoll, jikkomunikaw l-informazzjoni ta' kuntatt ta’ dik l-awtorità lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa .

Skont l-Artikolu 8, il-paragrafu 4, tal-Protokoll, Parti tista’ tiddikjara li hija meħtieġa informazzjoni ta’ sostenn addizzjonali biex jitwettqu l-ordnijiet skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom, jagħmlu d-dikjarazzjoni li ġejja:

Hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali ta’ appoġġ biex tagħti effett lill-ordnijiet skont l-Artikolu 8, il-paragrafu 1. L-informazzjoni addizzjonali ta’ sostenn meħtieġa ser tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi tal-ordni u l-investigazzjoni jew il-proċediment relatati.”.

Skont l-Artikolu 8, il-paragrafi 10.a u 10.b, tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw u jżommu aġġornata l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtoritajiet maħtura biex jissottomettu ordni skont l-Artikolu 8, u tal-awtoritajiet maħtura biex jirċievu ordni skont l-Artikolu 8, rispettivament. L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (1), li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE"), għandhom jinkludu lill-UPPE, fil-limiti tal-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu kif previst fl-Artikoli 22, 23 u 25 ta' dak ir-Regolament, fost l-awtoritajiet ikkomunikati skont l-Artikolu 8, il-paragrafi 10.a, 10.b, tal-Protokoll, u jagħmlu dan b'mod koordinat.

Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom, jagħmlu d-dikjarazzjoni li ġejja:

"F'konformità mal-Artikolu 8, il-paragrafu 10 [Stat Membru], bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew("UPPE"), jaħtar l- UPPE, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu, kif previst fl-Artikoli 22, 23 u 25 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), bħala awtorità kompetenti."

Skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 7.c, tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa l-awtorità jew l-awtoritajiet li għandhom jiġu notifikati skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 7.b, tal-Protokoll, għall-finijiet tal-Kapitolu II, it-Taqsima 2, tal-Protokoll, b'rabta ma’ inċident ta’ sigurtà.

Skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 10.b, tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa l-awtorità jew l-awtoritajiet biex jipprovdu awtorizzazzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu II, it-Taqsima 2, tal-Protokoll , fir-rigward tat-trasferiment ulterjuri lil Stat ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali ta’ data riċevuta skont il-Protokoll.

Fejn l-Artikolu 19, il-paragrafu 3, tal-Protokoll jipprovdi bażi għal dikjarazzjonijiet, notifiki jew komunikazzjonijiet oħra, l-Istati Membri huma awtorizzati li jikkunsidraw u jagħmlu tali dikjarazzjonijiet, notifiki jew komunikazzjonijiet.

4.   Indikazzjonijiet oħrajn

L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa stabbilita mir-Regolament (UE) 2017/1939 għandhom jiżguraw li l-UPPE jista’, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu kif previst fl-Artikoli 22, 23 u 25 ta' dak ir-Regolament, ifittex kooperazzjoni skont il-Protokoll bl-istess mod bħall-prosekuturi nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri.

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ numri ta’ aċċess, l-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw ordni taħt dak l-Artikolu għall-iskrutinju ta’ prosekutur jew awtorità ġudizzjarja oħra meta l-awtorità kompetenti tagħhom tirċievi notifika simultanja tal-ordni qabel id-divulgazzjoni tal-informazzjoni mitluba mill-fornitur.

Skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 11.c , tal-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jittrasferixxu data għall-finijiet tal-Protokoll, il-Parti riċeventi tiġi infurmata li l-qafas legali domestiku tagħhom jeħtieġ li jingħata avviż personali lill-individwu li d-data tiegħu hija pprovduta.

Fir-rigward tat-trasferimenti internazzjonali abbażi tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali (2) ("il-Ftehim Komprensiv"), l-Istati Membri għandhom, għall-finijiet tal-Artikolu 14, il-paragrafu 1.b, tal-Protokoll, jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti li l-Ftehim Komprensiv japplika għat-trasferimenti reċiproċi ta’ data personali skont il-Protokoll bejn l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-Ftehim Komprensiv jenħtieġ li jiġi kkomplementat b’salvagwardji addizzjonali li jqisu r-rekwiżiti uniċi tat-trasferiment ta’ evidenza elettronika direttament mill-provditur tas-servizz minflok bejn l-awtoritajiet kif previst skont il-Protokoll. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-komunikazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 14, il-paragrafu 1.b, tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità ("il-Protokoll"), [Stat Membru] iqis li l-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali ("il-Ftehim Komprensiv") japplika għat-trasferimenti reċiproċi ta’ data personali skont il-Protokoll bejn l-awtoritajiet kompetenti. Għal trasferimenti bejn il-provdituri ta’ servizzi u l-awtoritajiet skont il-Protokoll, il-Ftehim Komprensiv japplika biss flimkien ma’ arranġament speċifiku ulterjuri skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-paragrafu 1 tal-Ftehim Komprensiv li jindirizza r-rekwiżiti uniċi tat-trasferiment ta’ evidenza elettronika direttament mill-provdituri tas-servizzi aktar milli bejn l-awtoritajiet. Fin-nuqqas ta’ tali ftehim ta’ trasferiment speċifiku, tali trasferimenti jistgħu jsiru skont il-Protokoll, f’liema każ, l-Artikolu 14, il-paragrafu 1.a, flimkien mal-Artikolu 14, il-paragrafi 2 sa 15, tal-Protokoll japplikaw.”.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li japplikaw l-Artikolu 14, il-paragrafu 1.c, tal-Protokoll, biss jekk il-Kummissjoni Ewropea tkun adottat deċiżjoni ta’ adegwatezza bis-saħħa tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-pajjiż terz ikkonċernat li jkopri t-trasferimenti tad-data rispettivi, jew abbażi ta' ftehim ieħor li jiżgura salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 46(2), il-punt a, tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 37(1), il-punt a, tad-Direttiva (UE) 2016/680.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(2)  ĠU L 336, 10.12.2016, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/723

tal-10 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2201 dwar il-ħatra ta’ ċerti membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Arja) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (2) jistabbilixxi Bord tat-Tmexxija tan-Network biex jimmonitorja u jmexxi l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Jistabbilixxi wkoll Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni sabiex tiġi żgurata ġestjoni tal-kriżijiet effettiva fil-livell tan-network.

(2)

Skont l-Artikolu 18(7) u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123, il-Kummissjoni għandha taħtar membri tal-Bord u taċ-Ċellula, u s-sostituti tagħhom, fuq proposti mill-organizzazzjonijiet tagħhom, l-EDA jew il-Eurocontrol.

(3)

Il-president, il-viċi presidenti, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u s-sostituti tagħhom u l-membri taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni u s-sostituti tagħhom inħatru għall-perjodu mill-2020 sal-2024 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 (3).

(4)

Fl-2020, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2201 (4) qieset għadd ta’ proposti mill-awtoritajiet deżinjati identifikati fl-Artikolu 18(7) u fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 għall-ħatriet kemm għall-Bord tat-Tmexxija tan-Network kif ukoll għaċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni.

(5)

Wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2201, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ proposti għal ħatriet ġodda kemm għall-Bord tat-Tmexxija tan-Network kif ukoll għaċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni.

(6)

Fost il-proposti li waslu kien hemm waħda mill-Eurocontrol li tinnomina erba’ rappreżentanti tal-Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tal-pajjiżi assoċjati għall-2022 u l-2023. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taċċetta dawn in-nomini biss għall-2022 sabiex tippermetti r-rotazzjoni tar-rappreżentanti tal-pajjiżi assoċjati fis-snin ta’ wara, kif previst fl-Artikolu 18(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123.

(7)

Proposta mill-utenti tal-ispazju tal-ajru għal membru ġdid votanti u viċi president li jirrappreżenta lill-utenti tal-ispazju tal-ajru tissodisfa biss parzjalment il-kwalifiki meħtieġa għal din il-kariga peress li hija meħtieġa esperjenza operazzjonali. Għalhekk din il-ħatra għandha tkun limitata sal-31 ta’ Diċembru 2022 biex l-utenti tal-ispazju tal-ajru jingħataw aktar żmien biex jipprevedu proposta ta’ rappreżentant mill-1 ta’ Jannar 2023 li tissodisfa aħjar ir-rekwiżiti għal din il-kariga.

(8)

Il-persuni kollha proposti għall-ħatra jenħtieġ li jissostitwixxu, mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, il-persuni maħtura bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2168 kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2201.

(9)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza biex il-persuni maħtura ġodda jkunu jistgħu jingħaqdu mal-bord ta’ ġestjoni tan-Network għal-laqgħa tiegħu li jmiss.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness I għandhom jinħatru mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024 bħala membri u sostituti tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network, fil-karigi rispettivi msemmija f’dak l-Anness. Fejn l-Anness jispeċifika perjodu ta’ żmien iqsar, għandu japplika dak il-perjodu ta’ żmien.

Il-mandati attwali koperti mill-ħatriet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiskadu mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-persuni elenkati fl-Anness II għandhom jinħatru għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024 bħala l-membri u s-sostituti taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni, fil-karigi rispettivi msemmija f’dak l-Anness. Fejn l-Anness jispeċifika perjodu ta’ żmien iqsar, għandu japplika dak il-perjodu ta’ żmien.

Il-mandati attwali koperti mill-ħatriet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiskadu mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024 (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2201 tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra ta’ ċerti membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 434, 23.12.2020, p. 59).


ANNESS I

ĦATRIET TAL-MEMBRI VOTANTI U TAL-MEMBRI MHUX VOTANTI U TAS-SOSTITUTI TAGĦHOM TAL-BORD TAT-TMEXXIJA TAN-NETWORK

President:

L-ebda ħatra ġdida* (1)

L-ewwel Viċi President:

Is-Sur Thomas REYNAERT, Direttur Maniġerjali ta’ A4E (sal-31 ta’ Diċembru 2022)

It-tieni Viċi President:

L-ebda ħatra ġdida*


Utenti tal-ispazju tal-ajru

 

Membri votanti

Sostituti

AIRE/ERA

Is-Sur Maciej Wilk, COO/Maniġer Responsabbli, LOT (AIRE)

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

Is-Sur Peter Sandgren, Direttur tal-Operazzjonijiet fuq l-Art, Nova Airlines AB (ERA)

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

A4E

Is-Sur Thomas Reynaert, Direttur Maniġerjali ta’ A4E (sal-31 ta’ Diċembru 2022)

Is-Sur Matthew Krasa, Kap tal-Affarijiet Pubbliċi, Ryanair

IATA

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*

EBAA/IAOPA/EAS

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont il-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali

 

Membri votanti

Sostituti

IL-BALTIKU

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*

BLUEMED

Is-Sur Maurizio Pagetti, Uffiċjal Kap Operattiv, ENAV

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

Is-Sur Claude Mallia, Uffiċjal Kap Eżekuttiv, MATS

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

ID-DANUBJU

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sur Adrian Florea,

Direttur Operattiv

(ROMATSA)

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

DK-SE

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sur Thorsten Elkjaer, COO, NAVIAIR

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

FABCE

Is-Sur Gabor Menrath

Direttur tal-ATM HungaroControl (sal-31 ta’ Diċembru 2024)

Is-Sur Alexander Hanslik

Direttur ta’ Austrocontrol

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

FABEC

Is-Sur Dirk Mahns, COO ta’ Deutsche Flugsicherung GmbH (DFS)

Is-Sur Florian Guillermet, Direttur, DSNA

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

 

 

L-ebda ħatra ġdida*

NEFAB

Is-Sur Tormod Rangnes, Direttur tal-Operazzjonijiet, Avinor

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

Is-Sur Janis Lapins, Viċi Kap ta’ ATM, LGS

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

L-ILBIĊ

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*

L-IRLANDA

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sur Joe Ryan, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Irlandiża


L-operaturi tal-ajruporti

 

Membri votanti

Sostituti

 

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sur Ivan Bassato, Direttur tal-Ġestjoni tal-Ajruport, Aeroporto di Roma Fiumicino (Ruma)

 

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sinjura Isabelle Baumelle, Uffiċjal Kap Operattiv u Direttriċi tal-Marketing tal-Linji tal-Ajru, Aeroports de la Cote d’Azur, Nice, Franza


Militari

 

Membri votanti

Sostituti

Fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru militari

L-ebda ħatra ġdida*

Logutenent Kurunell Matthias Löwa, Direttur tal-ATM, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Militari, il-Ġermanja

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

Utenti tal-ispazju tal-ajru militari

L-ebda ħatra ġdida*

Kurunell Yann Pichavant, rappreżentant tal-ATM, Ministère de la Défense, Franza


President tal-bord tat-Tmexxija tan-Network

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sur Thomas Reynaert, Direttur Maniġerjali ta’ A4E (sal-31 ta’ Diċembru 2022)

 

L-ebda ħatra ġdida*


Il-Kummissjoni Ewropea

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

Is-Sinjura Christine Berg,

Kap tal-Unità, Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE, Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Sur Staffan Ekwall,

Uffiċjal tal-politika,

DĠ MOVE, Il-Kummissjoni Ewropea


L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sinjura Valgerdur Gudmundsdottir, Viċi Direttriċi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA


Maniġer tan-Network

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


President tal-grupp ta’ ħidma tal-operazzjonijiet (NDOP)

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sur Joszef Bakos,

Kap tal-ATS

HungaroControl


Rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tal-pajjiżi assoċjati:

 

Membru mhux votanti

Sostituti

Sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Is-Sinjura Juliet Kennedy, Direttriċi tal-Operazzjonijiet, NATS, ir-Renju Unit

Is-Sur Martin Donnan, Direttur tal-ATM enroute, NATS, ir-Renju Unit

Sal-31 ta’ Diċembru 2022

Is-Sur Sitki Kagan Ertas, Fornitur tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-Turkija (DHMI)

Is-Sinjura Sevda Turhan, Fornitur tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tat-Turkija (DHMI)

 

 

 


Eurocontrol

 

Membru mhux votanti

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


(1)  Rappreżentanti mmarkati b’* fl-Annessi I u II inħatru bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2168, li għadha fis-seħħ.


ANNESS II

ĦATRIET TAL-MEMBRI PERMANENTI U TAS-SOSTITUTI TAGĦHOM TAĊ-ĊELLULA EWROPEA TA’ KOORDINAZZJONI TAL-KRIŻIJIET FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI

Stati Membri

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


L-Istati tal-EFTA

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


Il-Kummissjoni Ewropea

 

Membru

Sostitut

 

Is-Sinjura Christine Berg,

Kap tal-Unità, Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE, Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Sur Staffan Ekwall,

Uffiċjal tal-politika,

DĠ MOVE, Il-Kummissjoni Ewropea


Aġenzija

 

Membru

Sostitut

 

Is-Sur Fabio Grasso – Maniġer tat-Taqsima tal-Istandards tal-ATM u tal-Implimentazzjoni

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

L-ebda ħatra ġdida*


Eurocontrol

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


Maniġer tan-Network

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

Is-Sur Steven Moore

Maniġer Operattiv tal-EACCC

Maniġer tan-Network fid-Direttorat

Eurocontrol


Militari

 

Membru

Sostitut

 

Logutenent Kurunell Frank Josten

Awtorità tal-Avjazzjoni Militari Ġermaniża

Kurunell Yann Pichavant,

Ministère de la Défense, Franza


Fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


L-operaturi tal-ajruporti

 

Membru

Sostitut

 

Is-Sur Aidan Flanagan, Maniġer tas-Sikurezza, ACI – Ewropa

(sal-31 ta’ Diċembru 2024)

L-ebda ħatra ġdida*


Utenti tal-ispazju tal-ajru

 

Membru

Sostitut

 

L-ebda ħatra ġdida*

L-ebda ħatra ġdida*


11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/724

tal-10 ta’ Mejju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jeħtiġilhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fit-8 ta’ Frar 2022, ir-Repubblika tas-Seychelles pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “Travizory Health Credential”. Ir-Repubblika tas-Seychelles infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika, huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tas-Seychelles infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles f’konformità mas-sistema ta’ “Travizory Health Credential” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Ir-Repubblika tas-Seychelles infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

(5)

Fil-5 ta’ April 2022, wara talba mir-Repubblika tas-Seychelles, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles huma f’konformità mas-sistema ta’ “Travizory Health Credential” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles f’konformità mas-sistema ta’ “Travizory Health Credential” fihom id-data meħtieġa.

(6)

Minbarra dan, ir-Repubblika tas-Seychelles infurmat lill-Kummissjoni li toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawk il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Spikevax, Covishield, COVID-19 Vaccine Janssen, Sputnik V u BBIBP-CorV.

(7)

Ir-Repubblika tas-Seychelles infurmat ukoll lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku u għat-testijiet rapidi tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 (4).

(8)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tas-Seychelles infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. Dawk iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv.

(9)

Minbarra dan, ir-Repubblika tas-Seychelles infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fis-Seychelles jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara.

(10)

L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles f’konformità mas-sistema “Travizory Health Credential” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 u għalhekk huma ssodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles f’konformità mas-sistema “Travizory Health Credential” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tas-Seychelles tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(14)

Sabiex ir-Repubblika tas-Seychelles tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles f’konformità mas-sistema “Travizory Health Credential” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tas-Seychelles għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).


11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/725

tal-10 ta’ Mejju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jeħtiġilhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali konstatazzjonijiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fit-22 ta’ Ottubru 2021, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam ipprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “

Image 1
”. Ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika, huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għarrfet lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam f’konformità mas-sistema “
Image 2
” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tal-amplifikazzjoni tal-aċidi nuklejċi u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

(5)

Fl-14 ta’ April 2022, wara talba mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam huma f’konformità mas-sistema “

Image 3
” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953, u li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam f’konformità mas-sistema “
Image 4
” fihom id-data meħtieġa.

(6)

Barra minn hekk, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam infurmat lill-Kummissjoni li hija toħroġ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawk il-vaċċini bħalissa jinkludu l-Comirnaty, l-iSpikevax, il-BBIBR COr-V, il-Vaccine Abdala, il-Hayat-Vax, il-COVID-19 Vaccine Janssen, l-iSputnik V, u l-Vaxzevria.

(7)

Ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija toħroġ ċertifikati interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidi nuklejċi iżda mhux għat-testijiet rapidi tal-antiġeni.

(8)

Barra minn hekk, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam informat lill-Kummissjoni li hija toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-irkupru. Dawk iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv.

(9)

Minbarra dan, ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Vjetnam jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-testijiet jew l-istatus ta’ fejqan tad-detentur u ma tinżammx wara.

(10)

Għalhekk, huma ssodisfati l-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam f’konformità mas-sistema “

Image 5
” iridu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam f’konformità mas-sistema “

Image 6
” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(14)

Sabiex ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam f’konformità mas-sistema “

Image 7
” għandhom, għall-fini tal-iffaċilitar tad-dritt ta’ moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għandha tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).


11.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/726

tal-10 ta’ Mejju 2022

li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju mid-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jeħtiġilhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali konstatazzjonijiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Fl-24 ta’ Novembru 2021, ir-Repubblika tal-Indoneżja pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim skont is-sistema intitolata “DIVOC”. Ir-Repubblika tal-Indoneżja infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ sistema standard u teknoloġika, huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Indoneżja informat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja f’konformità mas-sistema “DIVOC” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953.

(4)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Indoneżja infurmat lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

(5)

Fit-12 ta’ April 2022, wara talba mir-Repubblika tal-Indoneżja, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġin mir-Repubblika tal-Indoneżja huma f’konformità mas-sistema “DIVOC” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġin mir-Repubblika tal-Indoneżja f’konformità mas-sistema “DIVOC” fihom id-data meħtieġa.

(6)

Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Indoneżja infurmat lill-Kummissjoni hija li toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għat-tilqim kontra l-COVID-19. Dak it-tilqim bħalissa jinkludi l-Comirnaty, l-iSpikevax, il-CoronaVac, il-Vaxzevria u l-BBIBP-CorV.

(7)

Ir-Repubblika tal-Indoneżja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija ma toħroġx ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidi nuklejċi jew għat-testijiet rapidi tal-antiġeni.

(8)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Indoneżja infurmat lill-Kummissjoni li hija ma toħroġx ċertifikati ta’ fejqan interoperabbli.

(9)

Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Indoneżja informat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fl-Indoneżja jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u wara ma tibqax tinżamm.

(10)

L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja f’konformità mas-sistema “DIVOC” iridu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 huma b’hekk issodisfati.

(11)

Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja f’konformità mas-sistema “DIVOC” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/953.

(12)

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tal-Indoneżja tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

(13)

Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(14)

Sabiex ir-Repubblika tal-Indoneżja tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/953,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja f’konformità mas-sistema “DIVOC” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tal-Indoneżja għandha tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).