ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 116

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
13 ta' April 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/625 tat-13 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/626 tat-13 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/263 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f'dawk iż-żoni

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/627 tat-13 ta' April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/628 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni

8

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/625

tat-13 ta’ April 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/627 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

(2)

Fid-dawl tal-kriżi umanitarja li rriżultat mill-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, fit-13 ta’ April 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/627, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK sabiex jinkludi eċċezzjonijiet għall-iffriżar tal-assi u għar-restrizzjonijiet dwar id-disponibbiltà ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għall-persuni, l-entitajiet u l-korpi ddeżinjati għal ċerti kategoriji definiti b’mod ċar ta’ korpi, persuni, entitajiet, organizzazzjonijiet u aġenziji għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Ukrajna.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) Nru 269/2014, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

1.   L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għall-fondi jew riżorsi ekonomiċi li jsiru disponibbli mill-organizzazzjonijiet u aġenziji li huma vvalutati skont il-pilastru mill-Unjoni u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li l-għoti ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Ukrajna.

2.   F'każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u b’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi jew ġenerali, taħt tali kundizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi li huma jqisu xierqa, biex jirrilaxxaw ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew biex jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, dment li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Ukrajna.

3.   Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni taħt il-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafi 2 u 3 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 116, 13.4.2022.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is- sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


13.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/626

tat-13 ta’ April 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2022/263 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f'dawk iż-żoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/628 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 (3), inklużi ċerti restrizzjonijiet għall-kummerċ fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk.

(2)

Fl-isfond tal-kriżi umanitarja li rriżultat mill-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, fit-13 ta’ April 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/628, li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 sabiex jiġu inklużi eċċezzjonijiet li jippermettu lil kategoriji definiti b’mod ċar ta’ korpi, persuni, entitajiet, organizzazzjonijiet u aġenziji, sabiex jipprovdu oġġetti u teknoloġija għall-użu f’ċerti setturi, kif ukoll servizzi u assistenza ristretti relatati ma’ tali oġġetti u teknoloġija, lil persuni, entitajiet u korpi fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk jew għall-użu f’dawk iż-żoni, fejn dan ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji. Bl-istess mod, l-eċċezzjonijiet jippermettu l-għoti ta’ servizzi u assistenza ristretti relatati direttament ma’ ċerti infrastrutturi fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk, fejn meħtieġ għal finijiet umanitarji.

(3)

Għalhekk ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) 2022/263, jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

1.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti jew teknoloġija elenkati fl-Anness II;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ assistenza teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija relatati ma’ oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness II jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti; jew

(c)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness II, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fit-territorji speċifikati jew għall-użu fit-territorji speċifikati minn:

korpi pubbliċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, dment li tali oġġetti, teknoloġija, servizzi u assistenza jkunu meħtieġa għal finijiet umanitarji fit-territorji speċifikati;

organizzazzjonijiet u aġenziji li huma vvalutati mill-Unjoni abbażi tal-pilastri u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li tali oġġetti, teknoloġija, servizzi u assistenza jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati;

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali, dment li tali oġġetti, teknoloġija, servizzi u assistenza jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati; jew

l-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri, dment li tali oġġetti, teknoloġija, servizzi u assistenza jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati.

2.   B’deroga mill-Artikolu 4, f’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet ġenerali jew speċifiċi, b’dawk it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi li huma jqisu xierqa, għal:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti jew teknoloġija elenkati fl-Anness II;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ assistenza teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija relatati ma’ oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness II jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti; jew

(c)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness II,

lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fit-territorji speċifikati jew għall-użu fit-territorji speċifikati, dment li tali oġġetti, teknoloġija, servizzi u assistenza jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 2 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

4.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa l-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (*1).

Artikolu 5a

1.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta’ assistenza teknika, jew ta’ servizzi ta’ senserija, ta’ kostruzzjoni jew ta’ inġinerija relatati direttament mal-infrastrutturi fit-territorji speċifikati fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4(1) kif definiti abbażi tal-Anness II, indipendentement mill-oriġini tal-oġġetti u tat-teknoloġija, minn:

(a)

korpi pubbliċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati;

(b)

organizzazzjonijiet u aġenziji li huma vvalutati mill-Unjoni abbażi tal-pilastri u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati;

(c)

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati; jew

(d)

l-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati.

2.   B’deroga mill-Artikolu 5(1), f’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet ġenerali jew speċifiċi, b’dawk it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi li huma jqisu xierqa, għall-għoti ta’ assistenza teknika, jew ta’ servizzi ta’ senserija, ta’ kostruzzjoni jew ta’ inġinerija relatati direttament mal-infrastrutturi fit-territorji speċifikati fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4(1) kif definit abbażi tal-Anness II, indipendentement mill-oriġini tal-oġġetti u t-teknoloġija, dment li tali assistenza u servizzi jkunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fit-territorji speċifikati.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 2 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

4.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 116, 13.4.2022.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 77).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat-23 ta’Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 109).


DEĊIŻJONIJIET

13.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/627

tat-13 ta' April 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fil-21 ta' Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ffirma digriet li jirrikonoxxi l-'indipendenza u s-sovranità' taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tar-reġjuni tal-Ukrajna ta' Donetsk u Luhansk u ordna lill-forzi armati Russi jidħlu f'dawk iż-żoni.

(3)

Fl-24 ta' Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk fuq l-Ukrajna.

(4)

Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser bil-kbir l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll id-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)

Fid-dawl tal-kriżi umanitarja li qed tirriżulta mill-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, il-Kunsill iqis li, skont id-dritt umanitarju internazzjonali, jenħtieġ li tkompli fl-Ukrajna l-azzjoni umanitarja bbażata fuq il-prinċipji minn atturi umanitarji imparzjali li jindirizzaw il-ħtiġijiet umanitarji tal-popolazzjoni ċivili tal-Ukrajna.

(6)

Il-Kunsill għalhekk iqis li ċerti organizzazzjonijiet u aġenziji li jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu eżentati mill-projbizzjoni li jagħmlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni, entitajiet u korpi ddeżinjati, għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Ukrajna.

(7)

Barra minn hekk, il-Kunsill jikkunsidra li jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ta' deroga għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Ukrajna fir-rigward tal-iffriżar tal-assi u tar-restrizzjonijiet dwar id-disponibbiltà ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għall-persuni, l-entitajiet u l-korpi ddeżinjati.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“11.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal organizzazzjonijiet u aġenziji li huma vvalutati skont il-pilastru mill-Unjoni u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li l-għoti tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2 ikun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Ukrajna.

12.   F'każijiet mhux koperti mill-paragrafu 11, u b'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi jew ġenerali, taħt tali kundizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi li huma jqisu xierqa, biex jirrilaxxaw ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew biex jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, dment li l-forniment ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Ukrajna.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta' talba għall-awtorizzazzjoni, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


13.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/628

tat-13 ta’ April 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 (1).

(2)

Fl-24 ta' Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk kontra l-Ukrajna.

(3)

Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser bil-kbir l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll id-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4)

Fid-dawl tal-kriżi umanitarja li tirriżulta mill-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, il-Kunsill iqis li, f’konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, l-azzjoni umanitarja bi prinċipju minn atturi umanitarji imparzjali li jindirizzaw il-ħtiġijiet umanitarji tal-popolazzjoni ċivili tal-Ukrajna jenħtieġ li tkompli fl-Ukrajna, inkluż fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk.

(5)

Il-Kunsill għalhekk iqis li ċerti kategoriji definiti b’mod ċar ta’ korpi, persuni, entitajiet, organizzazzjonijiet u aġenziji jenħtieġ li jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ f’oġġetti u teknoloġija għall-użu f’ċerti setturi, fuq il-forniment ta’ ċerti servizzi u assistenza relatati ma’ dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, u fuq il-forniment ta’ servizzi relatati mal-infrastruttura f’ċerti setturi, fejn meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk.

(6)

Barra minn hekk, u għall-istess fini, il-Kunsill iqis ukoll li jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ deroga għal attivitajiet umanitarji mhux koperti mill-eżenzjoni msemmija hawn fuq.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2a.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

korpi pubbliċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, dment li l-oġġetti, it-teknoloġija, is-servizzi u l-assistenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk;

(b)

organizzazzjonijiet u aġenziji li huma vvalutati skont il-pilastru mill-Unjoni u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li l-oġġetti, it-teknoloġija, is-servizzi u l-assistenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk;

(c)

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali, dment li l-oġġetti, it-teknoloġija, is-servizzi u l-assistenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk; jew

(d)

aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri, dment li l-oġġetti, it-teknoloġija, is-servizzi u l-assistenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk.

2b.   F’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 2a u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet ġenerali jew speċifiċi, taħt tali termini u kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi li huma jqisu xierqa, għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-għoti ta’ servizzi u assistenza msemmija fil-paragrafu 2, wara li jkunu ddeterminaw li tali oġġetti, teknoloġija, servizzi u assistenza huma meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta' Donetsk u Luhansk.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn minn kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.”;

(2)

fl-Artikolu 7, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

korpi pubbliċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, dment li l-assistenza u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk;

(b)

organizzazzjonijiet u aġenziji li huma vvalutati skont il-pilastru mill-Unjoni u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li l-assistenza u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk;

(c)

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali, dment li l-assistenza u s-servizzi msemmija fil-paragrafi 1 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk; jew

(d)

aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri, dment li l-assistenza u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk.

1b.   F’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1a, u b’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet ġenerali jew speċifiċi, taħt tali termini u kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi li huma jqisu xierqa, għall-għoti tal-assistenza u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 wara li jkunu ddeterminaw li tali assistenza u servizzi huma meħtieġa għal finijiet esklużivament umanitarji fiż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta' Donetsk u Luhansk.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn minn kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 109).