ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 65 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni) ( 1 ) |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/1 |
REGOLAMENT (UE) 2022/612 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ April 2022
dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni
(riformulazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie emendat b’mod sostanzjali diversi drabi (4). Peress li għandhom isiru iżjed emendi, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li jemenda r-Regolament (UE) Nru 531/2012 u eżiġa li t-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut jitneħħew fl-Unjoni mill-15 ta’ Ġunju 2017, soġġetti għall-użu ġust tas-servizzi tar-roaming u għall-possibbiltà li jiġi applikat mekkaniżmu tad-deroga għas-sostenibbiltà tat-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut, imsejħa wkoll “roaming daqslikieku f’pajjiżek” (RLAH). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet rieżami tas-suq tar-roaming bl-ingrossa biex tivvaluta l-miżuri meħtieġa għat-tneħħija tat-tariffi supplimentari għar-roaming bl-imnut f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Wara dak ir-rieżami, ir-Regolament (UE) 2017/920 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ġie adottat bil-għan li jirregola s-swieq tar-roaming bl-ingrossa nazzjonali sabiex jitneħħew it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut sal-15 ta’ Ġunju 2017 mingħajr distorsjoni tas-swieq domestiċi jew miżjura. |
(3) |
Fid-29 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rieżami sħiħ tagħha tas-suq tar-roaming (ir-“Rapport tal-Kummissjoni”) u dan juri li l-vjaġġaturi fl-UE bbenefikaw ferm bit-tneħħija tat-tariffi tar-roaming bl-imnut. L-użu tas-servizzi mobbli, pereżempju servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS jew tad-data, waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni żdied malajr u bil-qawwa, u dan jixhed l-impatt pożittiv tar-regoli tal-Unjoni dwar ir-roaming. Ir-Rapport tal-Kummissjoni kkonkluda li, minkejja sinjali ta’ xi dinamiki tal-kompetizzjoni fis-swieq tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa, il-kundizzjonijiet bażiċi sottostanti tal-kompetizzjoni ma nbidlux u aktarx li fil-futur qrib mhux se jinbidlu. Ir-regolamentazzjoni tas-swieq bl-imnut u bl-ingrossa għalhekk tibqa’ meħtieġa u jenħtieġ li ma tiġix abbandunata. B’mod partikolari, ir-Rapport tal-Kummissjoni sab li, fil-livell bl-ingrossa, it-tnaqqis drastiku fil-limiti tal-prezzijiet ikkontribwixxa għal tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tar-roaming bl-ingrossa, li kien ta’ benefiċċju għall-operaturi esterni netti, jiġifieri, operaturi b’bażi ta’ klijenti li tikkonsma aktar servizzi mobbli fuq in-networks ta’ operaturi sħab fi Stati Membri oħra minn dawk ikkonsmati mill-klijenti tal-operaturi sħab fuq in-network tagħhom stess. Ir-Rapport tal-Kummissjoni ħa nota tar-rakkomandazzjoni tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (il-BEREC) biex ikomplu jitnaqqsu l-limiti massimi tal-prezzijiet tar-roaming bl-ingrossa. Il-Kummissjoni analizzat u ddokumentat ukoll il-ħtieġa għal aktar tnaqqis fil-limiti massimi tal-prezzijiet tar-roaming bl-ingrossa u vvalutat il-livell ta’ tnaqqis li jippermetti lill-operaturi miżjura jirkupraw il-kostijiet tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa. Ir-Rapport tal-Kummissjoni rrefera għar-rekwiżit tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 li l-klijenti tar-roaming għandhom aċċess għall-istess servizzi fi Stati Membri oħra, għall-istess prezz, sakemm dawk is-servizzi jkunu jistgħu jingħataw fuq in-network miżjur. Ir-Rapport tal-Kummissjoni ħa nota tal-aħħar żvilupp ta’ modi ġodda ta’ negozjar tat-traffiku tar-roaming bl-ingrossa, bħall-pjattaformi tan-negozjar online li għandhom il-potenzjal irawmu l-kompetizzjoni fis-suq tar-roaming bl-ingrossa u jiffaċilitaw in-negozjar bejn l-operaturi. Fl-aħħar nett, osserva li l-bejgħ separat ta’ servizzi tar-roaming tad-data ma tteħidx mis-suq. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022 u r-Regolament għandu l-għan li jagħmel riformulazzjoni tiegħu filwaqt li jintroduċi miżuri ġodda li jżidu t-trasparenza, inkluża t-trasparenza fir-rigward tal-użu tas-servizzi ta’ valur miżjud waqt ir-roaming u l-użu tar-roaming f’networks ta’ komunikazzjoni mobbli pubbliċi mhux terrestri, u biex jiżgura esperjenza RLAH ġenwina f’termini ta’ kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi tal-emerġenza waqt ir-roaming. Il-validità ta’ dan ir-Regolament hija stabbilita għal 10 snin, sal-2032, sabiex jipprovdi ċertezza fis-suq u jimminimizza l-piżijiet regolatorji. Dan ir-Regolament jintroduċi rekwiżit li l-Kummissjoni twettaq rieżamijiet u tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2025 u fl-2029, segwiti, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fejn l-iżviluppi tas-suq jirrikjedu dan. Minħabba l-iżviluppi mgħaġġla tas-suq u l-introduzzjoni rapida ta’ teknoloġiji ġodda, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta, b’mod partikolari, jekk huwiex xieraq li tagħmel proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament meta toħroġ l-ewwel rapport tagħha fl-2025. |
(5) |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li huma inkarigati mis-salvagwardja u l-promozzjoni tal-interessi tal-klijenti ta’ servizzi mobbli li normalment jirrisjedu fit-territorju tagħhom ma jistgħux jikkontrollaw l-imġiba tal-operaturi tan-network miżjur li jinsabu fi Stati Membri oħra u li fuqhom jiddependu dawk il-klijenti meta jużaw is-servizzi tar-roaming internazzjonali. Dan in-nuqqas ta’ kontroll jista’ jnaqqas l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri abbażi tal-kompetenza residwa tagħhom biex jadottaw regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. |
(6) |
Is-suq tal-komunikazzjoni mobbli għadu frammentat fl-Unjoni, mingħajr network mobbli li jkopri l-Istati Membri kollha. Minħabba f’hekk, biex jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni mobbli lill-klijenti domestiċi tagħhom li jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-fornituri tar-roaming jixtru servizzi tar-roaming bl-ingrossa mingħand operaturi fi Stati Membri miżjura, jew jiskambjaw servizzi tar-roaming bl-ingrossa magħhom. |
(7) |
Ma jistax jingħad li jeżisti suq intern tat-telekomunikazzjoni jekk jibqgħu jeżistu differenzi bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet tar-roaming. Għalhekk, id-differenzi bejn it-tariffi domestiċi u t-tariffi tar-roaming jenħtieġ li jitneħħew b’tali mod li jiġi stabbilit suq intern għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli. |
(8) |
Jenħtieġ li jitħaddem approċċ armonizzat komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet mobbli terrestri li jivvjaġġaw fl-Unjoni ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni, u b’hekk tissaħħaħ il-kompetizzjoni fir-rigward tas-servizzi tar-roaming bejn il-fornituri tar-roaming, jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u jitħarsu l-inċentivi għall-innovazzjoni u l-għażla tal-konsumaturi. Fid-dawl tan-natura transfruntiera tas-servizzi kkonċernati, approċċ komuni bħal dan hu meħtieġ biex jiġi żgurat li l-fornituri tar-roaming jkunu jistgħu joperaw f’qafas regolatorju koerenti, imsejjes fuq kriterji stabbiliti oġġettivament. |
(9) |
L-użu mifrux tal-apparati mobbli li kapaċi jirċievu l-Internet ifisser li r-roaming tad-data għandu sinifikat ekonomiku qawwi. Dan huwa rilevanti kemm għall-utenti kif ukoll għall-fornituri tal-applikazzjonijiet u l-kontenut. Biex jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ dan is-suq, it-tariffi għat-trasport tad-data jenħtieġ li ma jxekklux it-tkabbir, b’mod partikolari meta jitqies li l-iżvilupp u l-iskjerament tan-networks u tas-servizzi tal-ġenerazzjoni li jmiss b’veloċità għolja huma mistennija jaċċelleraw gradwalment. |
(10) |
Id-Direttivi 2002/19/KE (7), 2002/20/KE (8), 2002/21/KE (9), 2002/22/KE (10) u 2002/58/KE (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta’ tisħiħ fil-kompetizzjoni. Bl-eċċezzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE, dawk id-Direttivi ġew revokati bid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandha l-għan li tistimula l-investiment f’networks b’kapaċità għolja ħafna fl-Unjoni, u l-adozzjoni tagħhom, kif ukoll li tintroduċi regoli ġodda dwar l-ispettru għall-konnettività mobbli u l-5G. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tipprevedi wkoll għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u oħrajn kompetenti, kif ukoll il-BEREC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, biex isegwu, fost l-oħrajn, l-objettivi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern u l-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dik id-Direttiva tiżgura, inter alia, li l-utenti aħħarin kollha jkollhom aċċess għal komunikazzjoni raġonevoli, inkluż l-Internet. Iżżid il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurtà għall-utenti, u tiffaċilita l-intervent regolatorju. |
(11) |
Is-swieq tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa għandhom karatteristiċi uniċi li jiġġustifikaw miżuri eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-mekkaniżmi li kienu jkunu disponibbli permezz tad-Direttiva (UE) 2018/1972. |
(12) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti distakk mir-regoli li normalment ikunu applikabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/1972, jiġifieri li l-prezzijiet għal offerti ta’ servizz għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ ftehim kummerċjali fin-nuqqas ta’ setgħa sinifikanti fis-suq, u biex b’hekk tiġi akkomodata l-introduzzjoni ta’ obbligi regolatorji komplementari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni. |
(13) |
Bħala protezzjoni tal-klijenti minn żidiet fil-prezzijiet bl-imnut għal servizzi tar-roaming regolati, jiġifieri servizzi regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS, jew tad-data, minħabba ċaqliq fir-rata tal-kambju ta’ referenza ta’ muniti għajr l-euro, Stat Membru li l-munita tiegħu mhix l-euro jenħtieġ li juża medja ta’ diversi rati tal-kambju ta’ referenza tul perjodu ta’ żmien biex jiddetermina t-tariffi supplimentari massimi applikabbli bil-munita tiegħu. Meta t-tariffi massimi ma jkunux denominati bl-euro, il-valuri applikabbli jenħtieġ li jiġu ddeterminati bil-munita rilevanti billi tiġi applikata l-medja tad-diversi rati tal-kambju ta’ referenza tul iż-żmien ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (il-Ġurnal Uffiċjali) fid-data speċifikata f’dan ir-Regolament. Meta ma jkun hemm l-ebda pubblikazzjoni fid-data speċifikata, ir-rati tal-kambju ta’ referenza applikabbli jenħtieġ li jkunu dawk ippubblikati fl-ewwel pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali wara dik id-data li jkun fiha dawn ir-rati tal-kambju ta’ referenza. Biex id-determinazzjoni tal-valuri ta’ muniti oħra għajr l-euro tiġi allinjata mar-regola applikata għall-komunikazzjonijiet intra-UE f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2120, it-tariffi massimi b’muniti għajr l-euro jenħtieġ li jiġu ddeterminati billi tiġi applikata l-medja tar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-15 ta’ Jannar, fil-15 ta’ Frar u fil-15 ta’ Marzu fis-sena kalendarja rilevanti fil-Ġurnal Uffiċjali. Jenħtieġ li t-tariffi massimi kkalkulati b’dan il-mod għall-2022 japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-15 ta’ Mejju 2023. |
(14) |
Biex ikun jista’ jiġi żviluppat suq aktar effiċjenti, integrat u kompetittiv għas-servizzi tar-roaming, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni li tipprevjeni lill-impriżi milli jinnegozjaw b’mod effettiv aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming, inkluż għal komunikazzjonijiet bejn magna u oħra. L-ostakli tal-aċċess għal servizzi tar-roaming bl-ingrossa bħal dawn, minħabba differenzi fis-saħħa tan-negozjar u fil-livell ta’ sjieda tal-infrastruttura tal-impriżi jenħtieġ li jitneħħew. Għal dak il-għan, il-ftehimiet għar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u jiżguraw li l-operaturi kollha jkollhom opportunità ekwa u ġusta biex jaċċessaw in-networks u t-teknoloġiji kollha disponibbli u jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju li dawn il-ftehimiet jiġu negozjati in bone fide b’mod li jippermetti lill-fornituri tar-roaming joffru servizzi ta’ roaming bl-ingrossa ekwivalenti għas-servizzi li joffru domestikament. Dan ir-Regolament ma jimponix obbligu fuq il-fornituri tar-roaming biex jikkonkludu ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa biss ma’ dawk l-operaturi li għandhom l-aktar networks avvanzati, soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tas-servizzi bl-imnut stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-operaturi li jfittxu aċċess għar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jkollhom il-libertà li jinnegozjaw il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa tagħhom skont il-ħtiġijiet kummerċjali tagħhom stess u l-aħjar interessi tal-utenti finali tagħhom. Għalhekk, matul it-tranżizzjoni lejn networks u teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss, gradwalment il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jiżguraw aċċess għar-roaming bl-ingrossa li jippermetti l-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut fi Stati Membri oħra taħt kundizzjonijiet kuntrattwali ekwivalenti bħal fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom, f’konformità mal-objettivi tal-RLAH. Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li joffru servizzi tar-roaming bl-imnut li huma ekwivalenti għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli li joffru domestikament fejn ikun hemm kopertura mifruxa jew meta jkun hemm offerti kompetittivi għall-aċċess għal tali networks u teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss fl-Istat Membru miżjur, skont il-linji gwida tal-BEREC għall-aċċess għar-roaming bl-ingrossa. L-operaturi tan-networks mobbli virtwali (MVNOs) u l-bejjiegħa mill-ġdid tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr infrastruttura tan-network tagħhom, tipikament ikunu jipprovdu servizzi tar-roaming ibbażati fuq ftehimiet kummerċjali tar-roaming bl-ingrossa mal-operaturi ospitanti tan-network mobbli tagħhom fl-istess Stat Membru. Madankollu, in-negozjati kummerċjali jistgħu ma jipprovdux marġini biżżejjed lill-MVNOs u lill-bejjiegħa mill-ġdid biex jistimulaw il-kompetizzjoni bi prezzijiet orħos. It-tneħħija ta’ dawk l-ostakli u l-kisba ta’ bilanċ fis-setgħa ta’ negozjar bejn l-MVNOs jew il-bejjiegħa mill-ġdid u l-operaturi tan-networks mobbli b’obbligu ta’ aċċess u b’limiti fuq l-ingrossa jenħtieġ li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ servizzi u offerti tar-roaming alternattivi, innovattivi u madwar l-Unjoni għall-klijenti. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 ma tipprovdix soluzzjoni għal din il-problema bl-impożizzjoni ta’ obbligi fuq l-operaturi li għandhom setgħa sinifikanti fis-suq. |
(15) |
Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst obbligu li jintlaqgħu talbiet raġonevoli ta’ aċċess bl-ingrossa għal networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming. Aċċess bħal dan jenħtieġ li jkun konformi mal-ħtiġijiet ta’ dawk li qed ifittxu aċċess. L-utenti finali tas-servizzi li jeħtieġu teknoloġiji moderni u servizzi tar-roaming bl-imnut jenħtieġ li jkunu jistgħu jgawdu l-istess kwalità tas-servizz waqt ir-roaming hekk kif jagħmlu f’pajjiżhom. Għalhekk, aċċess tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jiżgura li dawk li jitolbu aċċess ikunu jistgħu jirreplikaw is-servizzi bl-imnut offruti domestikament, sakemm l-operaturi tan-networks miżjura li huma mitluba jipprovdu aċċess jistgħu jippruvaw li huwa teknikament fattibbli biex jagħmlu dan. Il-parametri li taħthom is-servizzi mobbli huma offruti mill-operatur tan-network miżjur lill-klijenti domestiċi tiegħu huma mifhuma li huma teknikament fattibbli. Soġġett għall-ftehim rilevanti tar-roaming bl-ingrossa u mingħajr preġudizzju għall-obbligi bl-imnut stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-operatur tan-network miżjur jiżgura li l-klijenti tar-roaming fuq in-network tiegħu ma jkunux soġġetti għal kundizzjonijiet li huma inqas vantaġġużi minn dawk li joffri lill-klijenti domestiċi tiegħu, pereżempju f’termini ta’ kwalità tas-servizz, bħall-veloċità disponibbli. Jenħtieġ li l-aċċess jiġi rifjutat biss abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħall-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-network. Jenħtieġ li l-operatur tan-network miżjur ma jirrifjutax jew jillimita l-aċċess abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali b’tali mod li l-forniment ta’ servizzi tar-roaming kompetituri jkun ristrett. Meta l-aċċess jiġi rifjutat, il-parti offiża jenħtieġ li tkun tista’ tressaq il-każ għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, jenħtieġ li jingħata aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming skont l-obbligi regolatorji stabbiliti f’dan ir-Regolament applikabbli fil-livell bl-ingrossa, u jenħtieġ li jqis l-elementi differenti tal-kost meħtieġa għall-forniment ta’ dan l-aċċess. Approċċ regolatorju konsistenti għall-aċċess bl-ingrossa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu evitati distorsjonijiet bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-BEREC, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u b’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, joħroġ linji gwida għal aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming. |
(16) |
L-obbligu ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jkun jinkludi l-forniment ta’ servizzi diretti tar-roaming bl-ingrossa u l-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa għal bejgħ mill-ġdid minn partijiet terzi. L-obbligu ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jkopri wkoll l-obbligu li l-operatur tan-networks mobbli jippermetti lill-MVNOs u lill-bejjiegħa mill-ġdid jixtru servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati mingħand aggregaturi tal-ingrossa li jipprovdu punt ta’ aċċess uniku u pjattaforma standardizzata għal ftehimiet tar-roaming fl-Unjoni kollha. Biex jiġi żgurat li l-operaturi kollha jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet kollha meħtieġa għal aċċess dirett għar-roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa lil fornituri tar-roaming f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, jenħtieġ li tiġi ppubblikata offerta ta’ referenza li jkun fiha l-kundizzjonijiet standard għal aċċess dirett għar-roaming bl-ingrossa u għal aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa. Jenħtieġ li l-pubblikazzjoni tal-offerta ta’ referenza ma twaqqafx in-negozjati kummerċjali bejn dawk li qed jitolbu aċċess u l-fornituri tal-aċċess dwar il-livell tal-prezz tal-ftehim finali bl-ingrossa jew dwar servizzi ta’ aċċess addizzjonali bl-ingrossa li jmorru lil hinn minn dawk meħtieġa għall-aċċess dirett għar-roaming bl-ingrossa u għall-aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa. |
(17) |
Obbligu ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jkopri l-aċċess għal kull komponent meħtieġ għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming, bħal elementi tan-network u faċilitajiet assoċjati; is-sistemi tas-software rilevanti, inkluż is-sistemi ta’ appoġġ operazzjonali; is-sistemi tal-informazzjoni jew il-bażijiet tad-data għal ordnijiet minn qabel, forniment, ordnijiet, talbiet ta’ manutenzjoni u tiswija, u fatturar; it-traduzzjoni tan-numri jew sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; servizzi tan-networks mobbli u tan-networks virtwali. |
(18) |
Jekk dawk li qed jitolbu aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa jitolbu aċċess għal faċilitajiet jew servizzi addizzjonali għal dawk meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut, l-operaturi tan-networks mobbli jistgħu jitolbu tariffi ġusti u raġonevoli għal dawk il-faċilitajiet jew is-servizzi. Fost l-oħrajn, dawk il-faċilitajiet jew is-servizzi addizzjonali jistgħu jkunu servizzi ta’ valur miżjud, software u sistemi tal-informazzjoni addizzjonali, jew arranġamenti għall-fatturar. |
(19) |
L-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jeħtieġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-utenti aħħarin kollha jkollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizzi ta’ emerġenza, permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza mal-aktar ċentru xieraq li jirċievi t-telefonati ta’ emerġenza (PSAP). Dik id-Direttiva teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-aċċess mill-utenti aħħarin b’diżabbiltà għas-servizzi ta’ emerġenza huwa disponibbli permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluż meta jivvjaġġaw fl-Unjoni, u li tali aċċess huwa ekwivalenti għal dawk li jgawdu utenti aħħarin oħra. Dawk il-mezzi ta’ aċċess jistgħu jinkludu servizz ta’ test f’ħin reali jew servizz ta’ konverżazzjoni globali kif previst fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew servizzi oħra ta’ komunikazzjoni mhux bil-vuċi, pereżempju servizzi ta’ SMS, messaġġi jew vidjo permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ emerġenza, jew servizzi ta’ trażmissjoni, li l-Istati Membri jużaw b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u l-kapaċitajiet u t-tagħmir tekniku tas-sistema nazzjonali PSAP. L-implimentazzjoni tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza disponibbli għall-klijenti tar-roaming b’diżabbiltà u t-twassil tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata jenħtieġ li jkunu bbażati kemm jista’ jkun fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej. Standards bħal dawn jenħtieġ li jiġu promossi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni u korpi rilevanti oħra. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw it-tip ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza li huma fattibbli teknikament biex jiżguraw li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza. Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għal komunikazzjonijiet ta’ emerġenza skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-operaturi tan-network miżjur jenħtieġ li fl-offerta ta’ referenza jinkludu informazzjoni dwar liema tip ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza huma obbligatorji u teknikament fattibbli biex jiżguraw aċċess għall-klijenti tar-roaming skont il-miżuri nazzjonali fl-Istat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar il-parametri tekniċi biex jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, inkluż għall-klijenti tar-roaming b’diżabbiltà, u biex tiġi żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta’ min jagħmel it-telefonata, inkluża informazzjoni dderivata mill-handset, lill-aktar PSAP xieraq fl-Istat Membru miżjur. Jenħtieġ li, b’din l-informazzjoni, il-fornitur tar-roaming ikun jista’ jidentifika u jipprovdi mingħajr ħlas, il-komunikazzjoni ta’ emerġenza u t-trażmissjoni tal-lokalizzazzjoni ta’ min jagħmel it-telefonata. |
(20) |
Ċerti kundizzjonijiet li jistgħu jiġu inklużi fl-offerti ta’ referenza biex operaturi tan-networks mobbli jkunu jistgħu jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa. B’mod partikolari, meta l-operatur tan-network miżjur ikollu raġunijiet motivati biex iqis li qed isir roaming permanenti minn porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, jenħtieġ li dan ikun jista’ jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jipprovdi informazzjoni, b’mod aggregat u f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, li permezz tagħha jkun jista’ jiġi ddeterminat jekk hemmx xi porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming li qed jużaw ir-roaming b’mod permanenti jew jekk hemmx użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, bħal informazzjoni dwar il-porzjon ta’ klijenti b’konsum domestiku insinifikanti meta mqabbel mal-konsum tar-roaming. Barra minn hekk, it-terminazzjoni ta’ ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa bil-għan li tipprevjeni roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, jenħtieġ li ssir biss wara li jkunu ttieħdu miżuri anqas stretti li ma rnexxilhomx jindirizzaw is-sitwazzjoni. Din it-terminazzjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur, filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni sħiħa tal-opinjoni tal-BEREC meta dan ikun ġie kkonsultat. Fost il-miżuri inqas stretti li jistgħu jittieħdu hemm l-iffissar ta’ tariffi ogħla massimi bl-ingrossa li ma jaqbżux it-tariffi bl-ingrossa previsti f’dan ir-Regolament għal volumi li jaqbżu volum aggregat speċifikat fil-ftehim. Dawn it-tariffi ogħla bl-ingrossa jenħtieġ li jiġu stabbiliti minn qabel, jew mill-mument meta l-operatur tan-network miżjur ikun stabbilixxa u informa lill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini li, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, qed isir roaming permanenti minn porzjon sinifikanti ta’ klijenti tal-fornitur tar-roaming jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa. Il-miżuri inqas stretti jistgħu jikkonsistu wkoll fl-impenn tal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini biex jadotta jew jirrevedi l-politiki tiegħu ta’ użu ġust applikabbli għall-klijenti tiegħu f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, jew il-possibbiltà li l-operatur tan-network miżjur jitlob reviżjoni tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa. Fl-interessi tat-trasparenza, jenħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar it-talbiet għall-awtorizzazzjoni biex jiġu tterminati l-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa, b’rispett għall-kunfidenzjalità kummerċjali. |
(21) |
Biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati swieq aktar effiċjenti, integrati u kompetittivi għas-servizzi tar-roaming, meta jinnegozjaw l-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għall-iskop li jipprovdu servizzi tar-roaming bl-imnut, jenħtieġ li l-operaturi jingħataw il-possibbiltà li jinnegozjaw skemi innovattivi tal-ipprezzar bl-ingrossa li ma jkunux marbuta direttament mal-volumi effettivament ikkonsmati, bħal pagamenti fissi, impenji bil-quddiem jew ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa bbażati fuq il-kapaċità, jew skemi tal-ipprezzar li jirriflettu l-varjazzjonijiet tad-domanda matul is-sena. Soġġett għal-limitazzjonijiet fuq roaming permanenti inklużi f’dan ir-Regolament, il-komunikazzjonijiet bejn magna u oħra, jiġifieri servizzi li jinvolvu trasferiment awtomatizzat ta’ data u informazzjoni bejn apparati jew applikazzjonijiet ibbażati fuq software b’interazzjoni limitata jew l-ebda interazzjoni umana, mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew mill-obbligi rilevanti ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-użu ġust tas-servizzi tar-roaming u l-possibbiltà għall-operaturi tan-networks mobbli li jinkludu kundizzjonijiet fl-offerti ta’ referenza tagħhom biex jipprevjenu l-użu permanenti ta’ servizzi tar-roaming regolati jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa. Madankollu, ir-roaming permanenti huwa soġġett għan-negozjati kummerċjali u jista’ jintlaħaq qbil dwarhom minn żewġ sħab ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa. Biex ikun jista’ jsir l-iżvilupp ta’ swieq aktar effiċjenti u kompetittivi għal komunikazzjonijiet minn magna għal magna, huwa mistenni li l-operaturi tan-network mobbli jwieġbu dejjem aktar u jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha għal ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa b’termini raġonevoli u li jippermettu b’mod espliċitu r-roaming permanenti għal komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jistabbilixxu ftehimiet flessibbli tar-roaming bl-ingrossa li jippermettu servizzi tar-roaming bl-ingrossa u japplikaw skemi ta’ tariffi li mhumiex ibbażati fuq il-volum tad-data kkonsmata iżda minflok huma bbażati fuq skemi alternattivi, pereżempju, l-għadd ta’ magni konnessi kull xahar. F’dak il-kuntest, fil-każ ta’ tilwim transfruntier, il-partijiet involuti jenħtieġ li jkollhom rikors għall-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilita fl-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Jenħtieġ li l-partijiet fin-negozjati jkollhom l-għażla li jaqblu li ma japplikawx tariffi tar-roaming bl-ingrossa regolati massimi tul il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa. Dak jeskludi l-possibbiltà għal kwalunkwe parti li sussegwentement titlob l-applikazzjoni ta’ tariffi massimi bl-ingrossa abbażi tal-volum għall-konsum proprju, kif stabbilit f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li din tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati. Barra minn hekk, ir-Rapport tal-Kummissjoni jieħu nota tal-aħħar żvilupp b’rabta ma’ modi ġodda ta’ negozjar tat-traffiku tar-roaming bl-ingrossa, bħall-pjattaformi tan-negozjar online, li għandhom il-potenzjal jiffaċilitaw il-proċess tan-negozjar bejn l-operaturi. L-użu ta’ strumenti simili jista’ jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tar-roaming bl-ingrossa u jkomplu jorħsu r-rati attwali bl-ingrossa mitluba. |
(22) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jipprevedi li l-operaturi ma jistgħux jipprevjenu lill-utenti finali milli jaċċessaw is-servizzi tar-roaming regolati tad-data fuq network miżjur offruti minn fornitur alternattiv tar-roaming. Iżda din il-miżura strutturali, introdotta permezz tal-obbligu għall-bejgħ separat ta’ servizzi tar-roaming tad-data, saret ineffettiva wara l-introduzzjoni tal-RLAH. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ adozzjoni fis-suq, dan l-obbligu ma jidhirx li għadu rilevanti. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet li jirrikjedu lill-operaturi jipprovdu bejgħ separat ta’ servizzi roaming tad-data fil-livell bl-imnut jenħtieġ li ma jibqgħux japplikaw. |
(23) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni b’rabta mal-istabbiliment ta’ regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi, kif ukoll dwar l-applikazzjoni li jrid jippreżenta l-fornitur tar-roaming għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Sakemm jiġu adottati dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 (15) jibqa’ japplika. |
(24) |
Jenħtieġ li jiġu imposti obbligi regolatorji kemm fil-livell bl-imnut kif ukoll fil-livell bl-ingrossa biex jitħarsu l-interessi tal-klijenti tar-roaming, peress li l-esperjenza wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni jista’ ma jkunx rifless fi tnaqqis fil-prezzijiet bl-imnut għar-roaming, għax ma jkunx hemm inċentivi biex dan iseħħ. Min-naħa l-oħra, l-azzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell tal-kostijiet bl-ingrossa marbuta mal-forniment ta’ dawk is-servizzi jista’ jissogra li jfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għas-servizzi tar-roaming u ma jippermettix grad ogħla ta’ kompetizzjoni. |
(25) |
It-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2120 kienet meħtieġa biex tistabbilixxi u tiffaċilita l-funzjonament ta’ suq uniku diġitali fl-Unjoni kollha. Madankollu, dak ir-Regolament waħdu ma kienx biżżejjed biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq tar-roaming. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi biex il-mudelli tal-prezzijiet fis-swieq domestiċi ma jiġux affettwati bit-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut. |
(26) |
Jenħtieġ li l-prezz bl-imnut domestiku rilevanti jkun daqs it-tariffa bl-imnut domestika għal kull unità. Madankollu, meta ma jkunx hemm prezzijiet bl-imnut domestiċi speċifiċi li jistgħu jintużaw bħala bażi għal servizz tar-roaming bl-imnut regolat (pereżempju, fil-każ ta’ pjanijiet ta’ tariffar domestiċi mingħajr limiti, ġabriet ta’ servizzi jew tariffi domestiċi li ma jinkludux id-data), il-prezz bl-imnut domestiku jenħtieġ li jitqies li hu l-istess mekkaniżmu ta’ tariffar daqslikieku l-klijenti kienu qed jikkonsmaw il-pjan ta’ tariffar domestiku fl-Istat Membru ta’ dawk il-klijenti. |
(27) |
Meta jsir roaming fi ħdan l-Unjoni, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw is-servizzi bl-imnut li jabbonaw għalihom u jibbenefikaw mill-istess livell ta’ kwalità tas-servizz daqslikieku f’pajjiżhom. Għal dak il-għan, u f’konformità mal-obbligi għal aċċess bl-ingrossa stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-fornituri tar-roaming u l-operaturi tan-network mobbli jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku dawn is-servizzi kienu kkonsmati domestikament. Pereżempju, jekk il-veloċità massima disponibbli tad-data tan-network miżjur tkun daqs, jew ogħla mill-veloċità massima disponibbli offruta domestikament mill-fornitur tar-roaming, jenħtieġ li l-fornitur tar-roaming ma joffrix veloċità aktar baxxa mill-veloċità massima disponibbli pprovduta domestikament. Jekk il-veloċità massima disponibbli tad-data tan-network miżjur tkun aktar baxxa mill-veloċità massima disponibbli offruta domestikament mill-fornitur tar-roaming, jenħtieġ li l-fornitur tar-roaming ma joffrix veloċità aktar baxxa minn dik il-veloċità massima disponibbli tan-network miżjur. Fejn ġenerazzjoni jew teknoloġija aktar ġdida tan-network tkun disponibbli fuq in-network miżjur, jenħtieġ li l-fornitur tar-roaming ma jirrestrinġix is-servizz tar-roaming għal ġenerazzjoni ta’ network jew teknoloġija eqdem minn dik offruta domestikament. Barra minn hekk, b’mod partikolari matul it-tranżizzjoni lejn networks u teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss, fejn l-implimentazzjoni ta’ dawk in-networks u t-teknoloġiji mill-fornitur tar-roaming u l-operatur tan-network miżjur ma jkunux komparabbli, il-fornitur tar-roaming jista’ joffri s-servizz tar-roaming bl-imnut regolat bit-teknoloġija eżistenti tal-komunikazzjoni mobbli. Kunsiderazzjonijiet kummerċjali li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kwalità tas-servizzi regolati tar-roaming bl-imnut, bħat-tnaqqis tal-wisa’ tal-banda biex jitnaqqsu l-volumi tar-roaming, jenħtieġ li jiġu pprojbiti. Jenħtieġ li l-operaturi jieħdu miżuri raġonevoli biex jimminimizzaw kwalunkwe dewmien żejjed fit-trasferimenti bejn in-networks tal-komunikazzjonijiet mobbli, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. L-amministrazzjonijiet u l-operaturi nazzjonali jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ koordinazzjoni tal-ispettru u jiżguraw kopertura, tal-inqas tul il-kurituri 5G u r-rotot tat-trasport terrestri. |
(28) |
Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw politiki ta’ użu ġust għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mogħtija bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli. Jenħtieġ li l-politiki ta’ użu ġust jindirizzaw biss l-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati minn klijenti tar-roaming, bħall-użu ta’ servizzi bħal dawn minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal finijiet oħra għajr l-ivvjaġġar perjodiku. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-politiki tal-użu ġust jenħtieġ li jiżguraw li dan l-objettiv ma jiġix evitat mill-fornituri tar-roaming għal finijiet oħra għad-detriment tal-klijenti tar-roaming impenjati fi kwalunkwe forma ta’ vjaġġar perjodiku. F’każijiet ta’ force majeure ikkawżati minn ċirkostanzi bħal pandemiji, għeluq tal-fruntieri temporanju jew diżastri naturali, li jestendu involontarjament il-perjodu ta’ soġġorn temporanju tal-klijent tar-roaming fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-fornituri tar-roaming jestendu t-tolleranza applikabbli għal użu ġust għal perjodu xieraq meta ssir talba ġustifikata mill-klijent tar-roaming. Kwalunkwe politika ta’ użu ġust jenħtieġ li tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li huma konsistenti mal-pjanijiet ta’ tariffar rispettivi tagħhom. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ politiki ta’ użu ġust jenħtieġ li jqisu l-ħafna xejriet varjati ta’ vvjaġġar perjodiku mill-klijenti tar-roaming, sabiex jiġi żgurat li l-politiki ta’ użu ġust ma jaġixxux bħala ostaklu għal esperjenza ġenwina tal-RLAH min-naħa ta’ dawn il-klijenti. |
(29) |
Meta tirrevedi l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-BEREC, jenħtieġ li tivvaluta l-punt sa fejn il-kundizzjonijiet tas-suq, ix-xejriet tal-konsum u tal-ivvjaġġar, l-evoluzzjoni u l-konverġenza tal-prezzijiet u r-riskju osservabbli ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jippermettu forniment sostenibbli ta’ servizzi tar-roaming bi prezzijiet domestiċi għall-ivvjaġġar perjodiku u l-possibbiltà li jiġu limitati l-applikazzjoni u l-effetti tal-miżuri skont politika ta’ użu ġust għal każijiet eċċezzjonali. |
(30) |
F’ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali, meta fornitur tar-roaming ma jkunx jista’ jirkupra l-kostijiet ġenerali effettivi u mbassra tiegħu għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mid-dħul ġenerali effettiv u mbassar tiegħu mill-forniment ta’ servizzi bħal dawn, dak il-fornitur tar-roaming jenħtieġ li jkun jista’ japplika għal awtorizzazzjoni biex japplika tariffa supplimentari biex jiżgura s-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku tiegħu. Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku jenħtieġ li tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-fornitur tar-roaming, fosthom varjazzjonijiet oġġettivi bejn il-fornituri tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat u l-livell tal-prezzijiet u tad-dħul domestiċi. Dak jista’, pereżempju, ikun il-każ għal mudelli ta’ tariffar b’rata fissa domestiċi bl-imnut ta’ operaturi li jkollhom żbilanċi negattivi sinifikanti fit-traffiku, meta l-prezz impliċitu tal-unità domestika jkun baxx u anki d-dħul ġenerali tal-operatur ikun baxx meta mqabbel mal-piż tal-kost tar-roaming, jew meta il-prezz impliċitu tal-unità jkun baxx u l-konsum effettiv jew imbassar tas-servizzi tar-roaming ikun għoli. Biex jiġi evitat li l-mudell ta’ tariffar domestiku tal-fornituri tar-roaming isir insostenibbli minħabba dawn il-problemi fl-irkupru tal-kostijiet, u li jiġġenera riskju ta’ effett sinifikanti fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet domestiċi jew l-hekk imsejjaħ “effett waterbed”, il-fornituri tar-roaming li jkunu f’dawn iċ-ċirkostanzi, bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw tariffa supplimentari għas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati biss sa kemm meħtieġ biex jirkupraw il-kostijiet rilevanti kollha tal-forniment ta’ dawn is-servizzi. |
(31) |
Għal dak il-għan, il-kostijiet imġarrba biex jiġu pprovduti servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jenħtieġ li jiġu ddeterminati b’referenza għat-tariffi effettivi tar-roaming bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming outbound tal-fornitur tar-roaming ikkonċernat li jaqbeż it-traffiku tar-roaming inbound, kif ukoll b’referenza għal dispożizzjoni raġonevoli għall-kostijiet konġunti u komuni. Id-dħul mis-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jenħtieġ li jiġi ddeterminat b’referenza għad-dħul bil-livelli tal-prezzijiet domestiċi attribwibbli għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, kemm abbażi ta’ prezz għal kull unità jew bħala proporzjon ta’ tariffa fissa, li tirrifletti l-proporzjonijiet effettivi jew imbassra tal-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mill-klijenti fl-Unjoni u l-konsum domestiku. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-konsum domestiku mill-klijenti tal-fornitur tar-roaming, u l-livell tal-kompetizzjoni, tal-prezzijiet u tad-dħul fis-suq domestiku, u kwalunkwe riskju ċar li r-roaming bil-prezzijiet bl-imnut domestiċi jaffettwa b’mod sinifikanti l-evoluzzjoni ta’ dawn il-prezzijiet. |
(32) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jipprevedi li, meta fornitur tar-roaming japplika tariffa supplimentari għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati li taqbeż kwalunkwe limitu skont kwalunkwe politika ta’ użu ġust, is-somma tal-prezz bl-imnut domestiku u kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għal telefonati tar-roaming regolati magħmula, messaġġi SMS tar-roaming regolati mibgħuta jew servizzi tar-roaming regolati tad-data ma għandhiex taqbeż id-EUR 0,19 kull minuta, is-EUR 0,06 għal kull messaġġ SMS u l-EUR 0,20 għal kull megabyte użat, rispettivament. Meta wieħed iqis il-funzjonament effettiv tar-regoli RLAH mill-15 ta’ Ġunju 2017, dik id-dispożizzjoni ma għadhiex meħtieġa. |
(33) |
F’konformità mal-prinċipju li ‘min iċempel iħallas’, il-klijenti ta’ servizzi mobbli ma jħallsux għat-telefonati mobbli domestiċi li jirċievu u l-kost tat-terminazzjoni ta’ telefonata fin-network ta’ min jirċievi t-telefonata hija koperta fit-tariffa bl-imnut ta’ min jagħmel it-telefonata. Jenħtieġ li l-konverġenza tar-rati tat-terminazzjoni mobbli madwar l-Istati Membri tippermetti l-applikazzjoni tal-istess prinċipju għat-telefonati tar-roaming bl-imnut regolati. F’konformità mal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, il-Kummissjoni stabbiliet, permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 (16), rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati madwar l-Unjoni għal servizzi tal-mobile biex tnaqqas il-piż regolatorju fl-indirizzar tal-problemi ta’ kompetizzjoni relatati mat-terminazzjoni tat-telefonati bl-ingrossa b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha. Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/654 jinkludi tnaqqas gradwali (glide path) mifrux fuq tliet snin: ir-rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni trid tkun EUR 0,7 fl-2021, EUR 0,55 fl-2022, EUR 0,4 fl-2023, li tilħaq ir-rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni ta’ EUR 0,2 mill-2024 ’il quddiem. Fis-sitwazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament meta l-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw tariffa supplimentari lis-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, it-tariffa supplimentari applikata lit-telefonati tar-roaming regolati riċevuti jenħtieġ ma tkunx aktar mir-rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbilita mill-Kummissjoni għas-sena rilevanti fir-Regolament Delegat (UE) 2021/654. Jekk il-Kummissjoni sussegwentement tikkonkludi li m’għadx hemm bżonn tiġi stabbilita rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni, kwalunkwe tariffa supplimentari applikata lit-telefonati tar-roaming regolati riċevuti jenħtieġ li ma tkunx aktar mir-rata stabbilita fl-aħħar att delegat adottat skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. |
(34) |
Meta l-fornituri tas-servizzi tar-roaming regolati fl-Unjoni kollha jibdlu t-tariffi tar-roaming bl-imnut tagħhom u l-politiki annessi dwar l-użu tar-roaming biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, dawn il-bidliet jenħtieġ li ma jirriżultaw fl-ebda dritt għall-klijenti mobbli, skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2018/1972, li jirtiraw mill-kuntratti bl-imnut tagħhom. |
(35) |
Kuntratt bl-imnut li jinkludi xi tip ta’ servizz tar-roaming bl-imnut regolat jenħtieġ li, b’mod ċar u komprensibbli, jispeċifika l-karatteristiċi ta’ dak is-servizz tar-roaming bl-imnut regolat, inkluż il-livell mistenni ta’ kwalità tas-servizz. Għalkemm il-fornituri tar-roaming ma jeżerċitawx kontroll fuq in-networks miżjura, is-servizzi tar-roaming ipprovduti huma soġġetti għall-ftehim tar-roaming bl-ingrossa mal-operatur tan-network miżjur. Għalhekk, sabiex il-klijenti tar-roaming jingħataw is-setgħa, jenħtieġ li l-fornituri tar-roaming jinfurmaw lill-klijenti tagħhom fil-kuntratt bl-imnut, b’mod ċar, dwar kif il-kwalità tas-servizzi tar-roaming tista’ tvarja fil-prattika mis-servizzi kkonsmati domestikament. Jenħtieġ li l-fornituri tar-roaming jispjegaw ukoll, sa fejn ikun possibbli, kif fatturi rilevanti oħra jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizz, bħall-veloċità, il-latenza u d-disponibbiltà tas-servizzi tar-roaming jew servizzi oħra waqt ir-roaming, minħabba d-disponibbiltà ta’ ċerti teknoloġiji, il-kopertura jew il-varjazzjoni minħabba fatturi esterni bħat-topografija. Jenħtieġ li kuntratt bl-imnut bħal dan jinkludi wkoll informazzjoni ċara u komprensibbli dwar il-proċedura għall-ilmenti li hija disponibbli fejn il-kwalità tas-servizz ma tikkorrispondix mat-termini tal-kuntratt bl-imnut. Il-fornitur tar-roaming jenħtieġ li jittratta kwalunkwe lment fil-ħin u b’mod effettiv. |
(36) |
Sabiex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikunu infurmati b’mod adegwat dwar il-kwalità tas-servizz tar-roaming tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri tar-roaming jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti fuq il-paġni web tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar ir-raġunijiet għaliex servizz tar-roaming jista’ jiġi offrut taħt kundizzjonijiet li huma inqas vantaġġużi minn dawk offruti domestikament. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li jkun fiha, b’mod partikolari, spjegazzjoni ċara u komprensibbli ta’ devjazzjonijiet sinifikanti possibbli mill-veloċitajiet reklamati jew stmati massimi ta’ upload u download li jiġu offruti domestikament, u kif tali devjazzjonijiet jista’ jkollhom impatt fuq is-servizz tar-roaming li l-klijenti jabbonaw għalih. L-informazzjoni tista’ tinkludi wkoll spjegazzjoni ċara u li tinftiehem dwar kif kwalunkwe limitazzjoni fil-volum, il-veloċità, il-ġenerazzjonijiet u t-teknoloġiji disponibbli tan-network u parametri oħra tal-kwalità tas-servizz jista’ fil-prattika jkollhom impatt fuq is-servizz tar-roaming tad-data, u b’mod partikolari fuq l-użu tal-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi waqt ir-roaming. |
(37) |
Il-klijenti tar-roaming u l-operaturi tal-pajjiż tal-oriġini xi drabi bla ma jkunu jafu jġarrbu kontijiet kbar minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza fuq in-numri użati għas-servizzi ta’ valur miżjud fl-Unjoni kollha u fuq il-prezzijiet bl-ingrossa mitluba għas-servizzi ta’ valur miżjud, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 97 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Il-komunikazzjonijiet lejn ċerti numri li jintużaw biex jipprovdu servizzi ta’ valur miżjud, pereżempju, numri b’rati primjum, numri mingħajr ħlas jew numri b’kostijiet kondiviżi, huma soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari tal-ipprezzar fil-livell nazzjonali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-parti tat-tariffa li tintalab għall-forniment ta’ servizzi ta’ valur miżjud, iżda biss għat-tariffi għall-konnessjoni ma’ dawk is-servizzi. Il-prinċipju tal-RLAH jista’ joħloq aspettattiva fost il-klijenti tar-roaming li l-komunikazzjonijiet lejn numri bħal dawn waqt ir-roaming ma jżidux il-kostijiet meta mqabbla mas-sitwazzjoni domestika. Iżda dan mhux dejjem ikun il-każ waqt ir-roaming. Il-klijenti tar-roaming iġarrbu aktar kostijiet, anke meta jċemplu numri li domestikament huma mingħajr ħlas. Dan jista’ jdgħajjef il-kunfidenza tal-klijenti fl-użu tal-apparat telefoniku tagħhom waqt ir-roaming, u jista’ joħloq ħasdiet bil-kont, u b’hekk iħalli impatt negattiv fuq esperjenza ġenwina tal-RLAH. Fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, dan huwa prinċipalment ikkawżat mil-livell insuffiċjenti ta’ trasparenza fir-rigward tat-tariffi ogħla li jistgħu jiġġarrbu għall-komunikazzjonijiet għan-numri użati għal servizzi b’valur miżjud. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti miżuri biex titqajjem kuxjenza dwar ir-riskju ta’ kontijiet għoljin u biex tiżdied it-trasparenza fir-rigward tat-termini relatati mal-komunikazzjonijiet għan-numri għal servizzi b’valur miżjud. Għal dak il-għan, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jiġu infurmati fil-kuntratt bl-imnut tagħhom, u jenħtieġ li jiġu notifikati u mwissija, b’mod faċli għall-utent, fil-ħin u mingħajr ħlas, li l-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta’ servizzi ta’ valur miżjud waqt ir-roaming jistgħu jinvolvu tariffi addizzjonali. Il-faċilità li jiġu diżattivati l-kontijiet ta’ partijiet terzi fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2018/1972, jekk disponibbli, tista’ tiġi applikata għal sitwazzjonijiet tar-roaming. |
(38) |
Il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jippermetti lill-operaturi jirkupraw il-kostijiet kollha għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati, inkluż il-kostijiet konġunti u komuni. Il-mudell tal-kost li kien jiddependi fuqu għall-finijiet tal-proċess ta’ rieżami qies kemm jista’ jkun l-investimenti li saru mill-operaturi sabiex jipprovdu servizzi tar-roaming mobbli, bħall-ispiża tal-ispettru, il-kost tal-investimenti fit-tagħmir u l-infrastruttura, kif ukoll l-infrastruttura użata mill-operaturi u t-teknoloġija li mistennija tiddomina l-konsum sar-rieżami li jmiss. Ir-rieżami ppjanat għall-2025 se jserraħ fuq mudell ġdid tal-ispejjeż, filwaqt li tqis bl-akbar reqqa l-iżviluppi teknoloġiċi osservati fil-perjodu interim. Jenħtieġ li dan iħares l-inċentivi għal investiment fin-networks miżjura u jevita kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni domestika fis-swieq miżjura kkawżata minn arbitraġġ regolatorju mill-operaturi li jużaw rimedji ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa biex jikkompetu fi swieq miżjura domestiċi. |
(39) |
Fid-dawl tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li tiġi żgurata kompetizzjoni kontinwa u l-protezzjoni tal-utenti finali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi limiti fuq il-prezzijiet tar-roaming bl-ingrossa li jirriflettu l-iżviluppi fl-ispejjeż tal-operaturi għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa. Il-mudell tal-kostijiet użat għall-finijiet tal-proċess ta’ rieżami u msemmi fil-valutazzjoni tal-impatt imwettqa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament juri li l-kostijiet tal-operaturi kienu qed jonqsu gradwalment u qed ikomplu jonqsu. Meta wieħed iqis l-iskeda ta’ żmien mistennija għar-rieżami ppjanata tal-limiti massimi bl-ingrossa abbażi taż-żewġ rapporti li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-30 ta’ Ġunju 2025 u t-30 ta’ Ġunju 2029, it-tariffi massimi bl-ingrossa jenħtieġ li jonqsu abbażi ta’ perkors ta’ tnaqqis, filwaqt li jitqiesu l-istimi tal-kostijiet rilevanti u l-iżviluppi probabbli tas-suq fil-perjodu bejn l-2022 u l-2027. |
(40) |
L-istimi tal-ispejjeż għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa, inklużi spejjeż konġunti u komuni, ġew ivvalutati abbażi ta’ diversi sorsi. Sors wieħed kien mudell tal-kost ġenerali għas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa użat għall-finijiet tal-proċess ta’ rieżami, li stima l-kostijiet ta’ operatur effiċjenti meta jipprovdi servizzi tar-roaming bl-ingrossa. Ir-riżultat tal-mudell tal-kostijiet jippermetti l-analiżi tal-kostijiet, għal kull sena f’kull Stat Membru, skont xenarji u suppożizzjonijiet differenti fis-snin li fihom jistma l-kostijiet. Il-mudell tal-kostijiet ġie ppopolat bid-data ppreżentata mill-operaturi u sussegwentement ġie kkonfermat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti. L-istaġjonalità tqieset ukoll għall-Istati Membri li setgħu juru li din affettwat id-dimensjonament tan-network tal-operaturi. Matul il-perjodu li fih ġie żviluppat il-mudell tal-kost, ġew ikkonsultati l-operaturi, il-BEREC u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-valutazzjoni tal-kostijiet ibbażat ukoll fuq it-tariffi tar-roaming bl-ingrossa attwali fl-Unjoni u qieset l-adozzjoni futura antiċipata ta’ teknoloġiji tan-network aġġornati, f’konformità mal-indikazzjonijiet riċevuti mill-BEREC fl-opinjonijiet tiegħu. |
(41) |
Fir-rigward tar-regoli dwar it-tariffi bl-ingrossa, l-obbligi regolatorji fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jibqgħu japplikaw għax kwalunkwe miżura li tippermetti l-RLAH fl-Unjoni kollha mingħajr ma tindirizza l-livell tal-kostijiet bl-ingrossa assoċjati mal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa, tista’ tissogra li tħarbat is-suq intern għas-servizzi tar-roaming u b’hekk ma tħeġġiġx aktar kompetizzjoni. Jenħtieġ li tariffi bl-ingrossa f’livell xieraq jiffaċilitaw il-kompetizzjoni sostenibbli, anke min-naħa ta’ parteċipanti ġodda, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u negozji ġodda. |
(42) |
Jenħtieġ li t-tariffi massimi bl-ingrossa jaġixxu bħala livell ta’ salvagwardja u jenħtieġ li jiżguraw li l-operaturi jkunu jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom, inkluż il-kostijiet konġunti u komuni. Jenħtieġ li jippermettu wkoll il-forniment sostenibbli u mifrux tal-RLAH, u fl-istess ħin iħallu marġini għal negozjati kummerċjali bejn l-operaturi. |
(43) |
Il-prattika minn xi operaturi tan-networks mobbli li jiffatturaw għall-forniment tat-telefonati tar-roaming bl-ingrossa abbażi ta’ perjodi minimi ta’ tariffar sa 60 sekonda, minflok abbażi ta’ kull sekonda kif normalment japplikaw għal tariffi tal-interkonnessjoni bl-ingrossa oħra, toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn dawk l-operaturi u dawk li japplikaw metodi differenti ta’ tariffar, u ddgħajjef l-applikazzjoni konsistenti tat-tariffi massimi bl-ingrossa stabbiliti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, din tirrappreżenta tariffa addizzjonali żżid il-kostijiet bl-ingrossa u għalhekk tħalli konsegwenzi negattivi fuq l-ipprezzar tas-servizzi tar-roaming tat-telefonati bil-vuċi fil-livell bl-imnut. Għalhekk, l-operaturi tan-networks mobbli jenħtieġ li jintalbu jiffatturaw għall-forniment bl-ingrossa ta’ telefonati tar-roaming regolati abbażi ta’ kull sekonda. |
(44) |
Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess effettiv u mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta’ emerġenza, mingħajr ħlas, in-networks miżjura jenħtieġ li ma jimponu l-ebda tariffa bl-ingrossa relatata ma’ kwalunkwe tip ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-fornituri tar-roaming. |
(45) |
Biex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi tar-roaming u biex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli jenħtieġ li jagħtu informazzjoni mingħajr ħlas lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta jużaw is-servizzi tar-roaming fi Stat Membru miżjur. Ċerti gruppi ta’ klijenti jaf ikunu diġà informati tajjeb dwar it-tariffi tar-roaming, u għalhekk il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jipprovdu l-possibbiltà ta’ opt-out faċli minn dak il-messaġġ awtomatiku. Barra minn hekk, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jirċievu messaġġ testwali li jinkludi link li tipprovdi aċċess mingħajr ħlas għal paġna web stabbilita mill-fornitur tar-roaming, b’informazzjoni dettaljata dwar it-tipi ta’ servizzi, jiġifieri telefonati u messaġġi SMS, li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 97 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jkunu infurmati bis-sħiħ, b’mod ċar, dwar kwalunkwe tariffa applikabbli għan-numri tat-telefown bla ħlas waqt ir-roaming. Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jagħtu attivament informazzjoni addizzjonali lill-klijenti tagħhom, meta jintalbu u mingħajr ħlas, u meta l-klijenti jkunu fl-Unjoni, dwar it-tariffi għal kull minuta, kull messaġġ SMS jew kull megabyte ta’ data, inkluża l-VAT, meta jagħmlu jew jirċievu telefonati bil-vuċi u meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS jew messaġġi MMS u servizzi oħra tal-komunikazzjoni tad-data fl-Istat Membru miżjur. |
(46) |
Klijenti tar-roaming jistgħu jikkonnettjaw ma’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri, bħal abbord bastimenti tal-baħar (servizzi MCV) kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE (17) jew fuq inġenji tal-ajru (servizzi MCA) kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE (18), li huma pprovduti permezz ta’ tipi ta’ networks tar-radju għajr networks terrestri, permezz ta’ tagħmir speċifiku mmuntat abbord. Dawk is-servizzi spiss ikunu aċċessibbli fl-ilmijiet internazzjonali jew abbord l-inġenji tal-ajru. Tariffi mġarrbin minn klijenti tar-roaming meta jaqbdu, b’mod intenzjonali jew involontarjament, ma’ networks mhux terrestri huma ħafna ogħla mit-tariffi għal servizzi ta’ roaming regolati. Il-klijenti tar-roaming huma mdorrija jibbenefikaw mir-RLAH u mill-użu ta’ servizzi tar-roaming bi prezzijiet domestiċi. Minħabba n-nuqqas ta’ approċċ konsistenti rigward il-miżuri ta’ trasparenza u ta’ salvagwardja għall-konnessjonijiet man-networks mhux terrestri, il-klijenti tar-roaming huma aktar esposti għar-riskju ta’ spejjeż imprevisti fil-kontijiet. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti miżuri ta’ trasparenza u ta’ salvagwardja addizzjonali biex japplikaw għal konnessjonijiet ma’ networks mhux terrestri bħal fuq bastimenti u inġenji tal-ajru. Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jieħdu passi raġonevoli biex japplikaw tali miżuri ta’ trasparenza u ta’ salvagwardja. Passi bħal dawn jistgħu jinkludu miżuri operattivi tan-network, limiti finanzjarji, mekkaniżmu ta’ rinunzja fakultattiva jew miżuri ekwivalenti. Dawn, b’mod partikolari, jenħtieġ li jinkludu miżuri biex jiżguraw li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata b’mod ċar u li jinftiehem, sabiex il-klijenti tar-roaming jingħataw is-setgħa li jipprevjenu b’mod attiv każijiet bħal dawn ta’ roaming involontarju. Il-fornituri tar-roaming li joffru mekkaniżmu ta’ rinunzja jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tar-roaming dwar il-limitazzjonijiet tal-adeżjoni istantanja jew tal-attivazzjoni mill-ġdid tas-servizz, bħar-riskju li mingħajr il-konnessjoni tagħhom man-network ma jkunux jistgħu jattivaw mill-ġdid il-konnessjoni ma’ network mhux terrestri. Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar il-possibbiltà li jirrinunzjaw b’mod manwali u istantanju għar-roaming fuq l-apparat telefoniku tagħhom, jew permezz tas-settings jew inkella bl-attivazzjoni tal-modalità tat-titjira. Sa fejn ikun possibbli, meta jkunu qed jippjanaw u jħaddmu n-networks tagħhom, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jkollhom l-għan li jagħtu prijorità lill-konnessjonijiet man-networks terrestri biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ konnessjoni involontarja ma’ networks mhux terrestri. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-klijenti tar-roaming, meta jikkonnettjaw ma’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli jenħtieġ li jipprovdu lill-klijenti tar-roaming tagħhom b’informazzjoni dwar kwalunkwe tariffa addizzjonali li tapplika, permezz ta’ messaġġ SMS mingħajr ħlas kull darba li tiġi stabbilita konnessjoni ma’ network bħal dan. |
(47) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li, fir-rigward tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ trasparenza allinjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tat-tariffi u l-volum applikabbli wara t-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet biex il-klijenti tar-roaming jiġu notifikati fil-ħin u b’mod faċli għall-utent u mingħajr ħlas dwar il-politika ta’ użu ġust applikabbli, meta jiġi kkonsmat il-volum kollu ta’ użu ġust applikabbli għas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS jew tad-data, dwar kwalunkwe tariffa supplimentari, u dwar il-konsum akkumulat tas-servizzi tar-roaming regolati tad-data.. |
(48) |
Il-klijenti li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri jenħtieġ li ma jirċevux kontijiet għaljin bla bżonn minħabba tariffi ta’ roaming involontarju. Għalhekk, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jieħdu passi raġonevoli kollha biex jimminimizzaw ir-riskju tar-roaming involontarju u jipproteġu lill-klijenti minn tariffi tar-roaming imġarrba meta jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom. Passi bħal dawn jenħtieġ li jinkludu limiti finanzjarji, mekkaniżmi ta’ rinunzja għar-roaming fuq network barra mill-Unjoni fejn ikun teknikament fattibbli, jew miżuri ekwivalenti. Passi bħal dawn jenħtieġ b’mod partikolari li jinkludu miżuri xierqa għall-għoti ta’ informazzjoni b’mod ċar u li jinftiehem biex il-klijenti jkollhom is-setgħa jipprevjenu attivament dawn il-każijiet ta’ roaming involontarju. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra responsabbli għas-salvagwardja u l-promozzjoni tal-interessi tal-klijenti li normalment jirrisjedu fit-territorju tagħhom jenħtieġ li jkunu attenti għal sitwazzjonijiet ta’ klijenti li jġarrbu problemi fil-ħlas tat-tariffi tar-roaming waqt li jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom u jenħtieġ li jieħdu passi xierqa biex itaffu l-problema. |
(49) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri li jiżguraw it-trasparenza tat-tariffi bl-imnut għas-servizzi kollha tar-roaming tad-data, inkluż għall-konnessjoni ma’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri, b’mod partikolari biex jeliminaw il-problema ta’ “ħasdiet bil-kont” li toħloq ostaklu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u biex jipprovdu l-għodod meħtieġa lill-klijenti tar-roaming għal monitoraġġ u kontroll tal-infiq tagħhom fuq servizzi tar-roaming tad-data. Bl-istess mod, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda ostaklu għall-introduzzjoni ta’ applikazzjonijiet jew teknoloġiji li jistgħu jkunu sostitut jew alternattiva għas-servizzi tar-roaming, inkluż iżda mhux limitati għal Wi-Fi |
(50) |
Barra minn hekk, biex jiġu evitati ħasdiet bil-kont, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jistabbilixxu limiti finanzjarji jew tal-volum massimi, wieħed jew aktar, għat-tariffi pendenti tagħhom għas-servizzi kollha tar-roaming tad-data, espressi bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming, u jenħtieġ joffru notifika xierqa lill-klijenti tar-roaming tagħhom kollha mingħajr ħlas u b’format li jista’ jerġa’ jiġi kkonsultat sussegwentement, meta dak il-limitu jkun wasal biex jintlaħaq. Meta dak il-limitu massimu jintlaħaq, il-klijenti jenħtieġ li ma jibqgħux jirċievu jew jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi, sakemm dawn ma jitolbux b’mod speċifiku li dawk is-servizzi jibqgħu jiġu pprovduti f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fin-notifika. F’dan il-każ, dawn jenħtieġ li jirċievu konferma mingħajr ħlas u b’format li jista’ jerġa’ jiġi kkonsultat sussegwentement. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jagħżlu l-opt-out minn dawk il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi fi żmien raġonevoli jew li jagħżlu li ma jkollhomx limitu bħal dan. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, dawn jenħtieġ li jitqiegħdu f’sistema ta’ limitazzjoni awtomatika. |
(51) |
Dawn il-miżuri ta’ trasparenza jenħtieġ li jitqiesu bħala salvagwardji minimi għall-klijenti tar-roaming, u jenħtieġ ma jwaqqfux lill-fornituri tar-roaming milli joffru lill-klijenti tagħhom firxa ta’ faċilitajiet oħra li jgħinuhom ibassru u jikkontrollaw l-infiq tagħhom fuq is-servizzi tar-roaming tad-data. |
(52) |
Il-klijenti b’tariffi mħallsin minn qabel jista’ jkollhom ħasdiet bil-kont ukoll talli jużaw servizzi tar-roaming tad-data. Għal dik ir-raġuni, id-dispożizzjonijiet dwar il-limitu tal-interruzzjoni tas-servizz jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dawk il-klijenti. |
(53) |
Il-konsumaturi mhux dejjem jiddistingwu bejn l-aċċess għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi waqt ir-roaming, jiġifieri meta l-utenti finali jaċċessaw tali servizzi fl-Istati Membri miżjura, u l-komunikazzjonijiet intra-UE, jiġifieri fejn il-konsumaturi li jinsabu fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom jagħmlu telefonati jew jibagħtu messaġġi SMS lil Stat Membru ieħor. Filwaqt li r-roaming u l-komunikazzjonijiet intra-UE jikkostitwixxu żewġ swieq distinti u separati, ċerti paralleli jistgħu jinsiltu bejniethom minn perspettiva tal-konsumatur. Mill-15 ta’ Mejju 2019, il-prezz bl-imnut, eskluż l-VAT, li jista’ jkun impost fuq il-konsumaturi għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati tqiegħed limitu massimu fuqu ta’ EUR 0,19 għal kull minuta għal telefonati u EUR 0,06 għal kull messaġġ SMS. Bl-estensjoni tal-miżuri tal-RLAH introdotti minn dan ir-Regolament, li jindirizzaw ir-riskju li tiġi skoraġġuta l-komunikazzjoni transfruntiera u li jippermettu l-istabbiliment ta’ suq intern, jenħtieġ li jitqies xieraq li jiġi eżaminat l-iżvilupp tas-suq tal-komunikazzjonijiet intra-UE. Għal dak il-għan, il-miżuri eżistenti jenħtieġ li jiġu evalwati fid-dawl tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 u, b’mod partikolari, tar-regoli dwar is-servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali, u l-introduzzjoni ta’ rati massimi uniċi għat- terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi madwar l-Unjoni, li hija komponent tal-istruttura tal-kostijiet tal-komunikazzjonijiet intra-UE. Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-BEREC, jenħtieġ li tivvaluta l-effetti tal-miżuri eżistenti introdotti bir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u tiddetermina jekk għadx hemm il-ħtieġa, u jekk iva sa liema punt li jitnaqqsu l-limiti massimi sabiex jiġu protetti l-konsumaturi. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li ssir mill-inqas sena qabel l-iskadenza ta’ dawk il-miżuri fl-14 ta’ Mejju 2024. |
(54) |
Hemm diskrepanzi konsiderevoli bejn it-tariffi tar-roaming regolati fi ħdan l-Unjoni u t-tariffi tar-roaming imħallsa mill-klijenti waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni, li huma ferm ogħla mill-prezzijiet fl-Unjoni, fejn it-tariffi supplimentari tar-roaming jiġu applikati biss b’mod eċċezzjonali, issa li tneħħew it-tariffi tar-roaming bl-imnut. Minħabba n-nuqqas ta’ approċċ konsistenti dwar il-miżuri ta’ trasparenza u ta’ salvagwardja rigward ir-roaming barra mill-Unjoni, il-konsumaturi mhumiex kunfidenti dwar id-drittijiet tagħhom u għalhekk ħafna drabi jaqtgħu qalbhom milli jużaw is-servizzi mobbli waqt l-ivvjaġġar. Informazzjoni trasparenti pprovduta lill-konsumaturi tista’ mhux biss tgħinhom fid-deċiżjoni dwar kif jużaw l-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar (fi ħdan l-Unjoni u barra mill-Unjoni), iżda tista’ tgħinhom ukoll fl-għażla bejn il-fornituri tar-roaming. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta’ trasparenza u ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi jiġu applikati ċerti miżuri ta’ trasparenza u ta’ salvagwardja anke għas-servizzi tar-roaming ipprovduti barra mill-Unjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-kompetizzjoni u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern. |
(55) |
Iċ-ċittadini tal-Unjoni jħabbtu wiċċhom ma’ tariffi tar-roaming għoljin meta jużaw servizzi tar-roaming bl-imnut f’pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu mħeġġa inizjattivi li għandhom l-għan li jbaxxu t-tariffi tar-roaming għas-servizzi tar-roaming bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi fuq bażi reċiproka. B’mod partikolari, l-utenti finali fir-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jibbenefikaw ħafna minn tariffi tar-roaming aktar baxxi mal-pajjiżi terzi ġirien. |
(56) |
Jekk l-operatur tan-network miżjur fil-pajjiż terz miżjur ma jippermettix li l-fornitur tar-roaming jimmonitorja l-użu tal-klijenti f’ħin reali, il-fornitur tar-roaming jenħtieġ li ma jkunx obbligat jipprovdi l-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi għas-salvagwardja tal-klijenti. |
(57) |
Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tar-roaming bil-possibbiltà li jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas billi jċemplu n-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” u l-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jiġu infurmati dwar mezzi alternattivi ta’ aċċess permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza li huma teknikament fattibbli għall-użu mill-klijenti tar-roaming, b’mod partikolari mill-klijenti tar-roaming b’diżabbiltà. Mezzi alternattivi ta’ aċċess permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza jippermettu lill-klijenti tar-roaming, b’mod partikolari lill-klijenti tar-roaming b’diżabbiltà, li jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ mezzi oħra minbarra telefonati. Pereżempju, mezzi alternattivi ta’ aċċess jistgħu jiġu żgurati b’applikazzjonijiet ta’ emerġenza, messaġġar, servizzi ta’ trażmissjoni jew konverżazzjoni testwali jew sħiħa f’ħin reali implimentati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/882. L-informazzjoni dwar il-mezzi ta’ aċċess jenħtieġ li tiġi pprovduta permezz ta’ messaġġ SMS li jinforma lill-klijenti tar-roaming dwar il-possibbiltà li jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas billi jċemplu n-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” u li jipprovdi link għal paġna web speċifika, li tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas u li tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), li tiddeskrivi, b’mod li jinftiehem faċilment, il-mezzi alternattivi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza fl-Istat Membru miżjur u li tindika biss dawk il-mezzi ta’ aċċess li huma teknikament fattibbli għall-użu mill-klijenti tar-roaming. Il-paġna web speċifika jenħtieġ li jkun fiha informazzjoni fil-lingwa li biha l-fornitur tar-roaming jikkomunika mal-klijent tar-roaming. |
(58) |
L-Artikolu 110 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi ta’ twissija pubblika tagħhom jittrażmettu twissijiet pubbliċi lill-utenti finali kkonċernati, jiġifieri lill-utenti finali li jinsabu fiż-żoni ġeografiċi li potenzjalment jiġu affettwati minn emerġenzi u diżastri fuq skala kbira li huma imminenti jew li qed jiżviluppaw matul il-perjodu ta’ twissija, inklużi l-utenti finali tar-roaming. It-teknoloġiji disponibbli bħalissa jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jibagħtu twissijiet pubbliċi lill-klijenti tar-roaming ikkonċernati mingħajr il-ħtieġa ta’ azzjoni minn qabel mill-klijenti tar-roaming, bħat-tniżżil ta’ applikazzjoni. Madankollu, f’xi Stati Membri, jintużaw applikazzjonijiet mobbli ta’ twissija pubblika li jippermettu li tintbagħat informazzjoni rikka lill-utenti aħħarin, xi drabi flimkien mat-teknoloġiji msemmija qabel. Fl-Istati Membri fejn il-konnessjoni ma’ tali applikazzjoni mobbli nazzjonali ta’ twissija pubblika hija pprovduta fil-bażi tad-data tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza li huma obbligatorji f’kull Stat Membru stabbilita skont dan ir-Regolament, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tar-roaming dwar il-link għal dik l-applikazzjoni. L-informazzjoni jenħtieġ li tingħata fil-lingwa li biha l-fornitur tar-roaming jikkomunika mal-klijent tar-roaming. B’referenza għall-preambolu tad-Direttiva (UE) 2018/1972, il-Kummissjoni ser tivvaluta l-possibbiltajiet li jippermettu lill-klijenti tar-roaming ikkonċernati jirċievu twissijiet pubbliċi maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż permezz ta’ applikazzjoni mobbli meta jivvjaġġaw fl-Unjoni, permezz ta’ sistema ta’ twissija pubblika fil-livell tal-Unjoni kollha li tikkomplementa s-sistemi nazzjonali ta’ twissija pubblika. |
(59) |
Il-meded tan-numri, inkluż dawk użati għas-servizzi ta’ valur miżjud, huma stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali tan-numri u mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, l-operaturi jistgħu ma jkunux jistgħu jirrikonoxxu l-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud fil-pajjiżi kollha minn qabel. Il-meded tan-numri użati għas-servizzi ta’ valur miżjud huma soġġetti għal kundizzjonijiet tal-ipprezzar partikolari fil-livell nazzjonali, u ħafna drabi r-rati tat-terminazzjoni tagħhom mhumiex regolati. Filwaqt li dan huwa mifhum mill-fornituri tar-roaming, il-livell tat-tariffi bl-ingrossa li dawn se jġarrbu xorta jista’ jkun għali ferm aktar milli mistenni. F’xenarju tar-roaming, l-operaturi ma jistgħux jindirizzaw din il-kwistjoni għax ma jkollhomx informazzjoni dwar il-meded tan-numri użati għas-servizzi ta’ valur miżjud fl-Unjoni kollha. Biex jindirizza din il-problema, il-BEREC jenħtieġ li jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data ċentralizzata u sigura madwar l-Unjoni għall-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud. Il-bażi tad-data hija maħsuba biex issaħħaħ it-trasparenza, u b’hekk tagħti aċċess dirett lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, lil awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll lill-operaturi għal informazzjoni dwar il-meded tan-numri li jistgħu jiġġeneraw kostijiet (rati tat-terminazzjoni) ogħla fl-Istati Membri kollha. Din tirrappreżenta pass intermedju meħtieġ biex tiżdied it-trasparenza fil-livell bl-imnut għax tista’ tintuża biex tinforma lill-klijenti tar-roaming dwar it-tipi ta’ servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fit-tariffi waqt ir-roaming. Bil-ħsieb li jiġu pprovduti protezzjoni aħjar tal-konsumatur u trasparenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-bażi tad-data jkun fiha informazzjoni addizzjonali, pereżempju dwar it-tariffi assoċjati mal-meded tan-numri għal servizzi b’valur miżjud, bħal tariffi għal kull minuta jew għal kull att. Tali informazzjoni dwar it-tariffi tista’ tkun disponibbli fuq il-paġna web speċifika li tipprovdi informazzjoni dwar servizzi b’valur miżjud. Il-BEREC jenħtieġ li jistabbilixxi l-proċeduri li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jipprovdu u jaġġornaw l-informazzjoni fil-bażijiet tad-data tal-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
(60) |
Jenħtieġ li l-BEREC jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data unika għall-Unjoni kollha tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza li jkollhom mandat u li jkunu fattibbli teknikament biex jintużaw minn utenti aħħarin tar-roaming f’kull Stat Membru. Il-bażi tad-data hija maħsuba biex tgħin lill-operaturi nazzjonali, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, lil awtoritajiet kompetenti oħra biex jiġu infurmati b’dawn il-mezzi kollha ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza skjerati fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġornaw il-bażi tad-data bil-link għall-applikazzjoni mobbli ta’ twissija pubblika nazzjonali, jekk applikabbli. Il-BEREC jenħtieġ li jistabbilixxi l-proċeduri li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jipprovdu u jaġġornaw l-informazzjoni mitluba skont dan ir-Regolament. |
(61) |
Meta l-Istati Membri jassenjaw lill-awtoritajiet kompetenti għajr l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali xi wħud mill-kompiti relatati mal-protezzjoni tal-utent finali, pereżempju fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti bl-imnut, it-trasparenza, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kompetenza ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti għal dawk il-kompiti tkopri l-partijiet kollha tal-kuntratt bl-imnut, inklużi d-drittijiet u l-obbligi relatati mar-roaming. Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta’ kompiti skont id-Direttiva (UE) 2018/1972, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra li jkunu responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skont dik id-Direttiva jenħtieġ li jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jimmonitorjaw, jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi skont dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Jenħtieġ ukoll li jimmonitorjaw l-iżviluppi fl-ipprezzar tas-servizzi bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data għall-klijenti tar-roaming fi ħdan l-Unjoni inkluż, meta xieraq, il-kostijiet speċifiċi marbuta mat-telefonati tar-roaming magħmula u riċevuti fl-aktar reġjuni periferiċi tal-Unjoni u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn il-kostijiet jistgħu jiġu rkuprati kif xieraq fis-suq bl-ingrossa, u li t-tekniki tad-direzzjoni tat-traffiku ma jintużawx b’mod li jillimita l-għażla għad-detriment tal-klijenti. Jenħtieġ li jiżguraw li l-partijiet interessati jkollhom informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jippubblikaw ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ. Jenħtieġ li tingħata informazzjoni separata dwar il-klijenti korporattivi, dawk li jħallsu wara u dawk li jħallsu minn qabel. |
(62) |
Ir-roaming fil-pajjiż fl-aktar reġjuni periferiċi tal-Unjoni, fejn il-liċenzji għat-telefonija mobbli jkunu distinti minn dawk maħruġa għall-bqija tat-territorju nazzjonali, jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rati ekwivalenti għal dawk prattikati fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma twassalx għal prezzijiet inqas favorevoli għall-klijenti li jużaw is-servizzi tar-roaming fil-pajjiż meta mqabbla mal-klijenti li jużaw is-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali konsistenti mal-liġi tal-Unjoni. |
(63) |
Filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità tan-negozju u biex isiru l-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi fis-swieq tar-roaming bl-ingrossa, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu intitolati li jitolbu informazzjoni dwar ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa li ma jipprevedux l-applikazzjoni tat-tariffi tar-roaming bl-ingrossa massimi. Dawk l-awtoritajiet jenħtieġ li jitħallew ukoll jitolbu informazzjoni dwar l-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet fil-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa mmirati biex jipprevjenu roaming permanenti u kwalunkwe użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet oħra għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming li jivvjaġġaw fl-Unjoni. |
(64) |
Meta l-fornituri tal-Unjoni tas-servizzi mobbli jsibu li l-benefiċċji tal-interoperabbiltà u tal-konnettività end-to-end għall-klijenti tagħhom huma pperikolati bit-terminazzjoni, jew bit-theddida ta’ terminazzjoni, tal-arranġamenti tar-roaming tagħhom ma’ operaturi tan-networks mobbli fi Stat Membru ieħor, jew meta ma jkunux jistgħu jipprovdu lill-klijenti tagħhom servizzi fi Stat Membru ieħor minħabba nuqqas ta’ ftehim ma’ mill-inqas fornitur wieħed ta’ network bl-ingrossa, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61(2), il-punti (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, jenħtieġ li jużaw, meta meħtieġ, is-setgħat skont l-Artikolu 61 ta’ dik id-Direttiva biex jiżguraw aċċess u interkonnettività adegwati, filwaqt jqisu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, b’mod partikolari l-iżvilupp tas-suq intern billi jiġu abilitati l-forniment, id-disponibbiltà u l-interoperabbiltà ta’ servizzi pan-Ewropej, u l-konnettività end-to-end. |
(65) |
Ir-regolamentazzjoni speċifika tal-ipprezzar applikabbli għas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa tinvolvi l-applikazzjoni ta’ limitu massimu ġenerali tal-Unjoni għal prodott kompost li jista’ jinkludi wkoll inputs oħra tal-aċċess u l-interkonnessjoni għar-roaming bl-ingrossa, inkluż b’mod partikolari dawk soġġetti għal regolamentazzjoni nazzjonali jew, potenzjalment, transfruntiera. F’dan ir-rigward, id-diverġenzi fir-regolamentazzjoni fl-Unjoni kollha ta’ dawk l-inputs huma previsti li jonqsu, b’mod partikolari minħabba miżuri addizzjonali f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/1972 immirati biex jiżguraw konsistenza akbar tal-approċċi regolatorji. Sadattant, jenħtieġ li tiġi indirizzata kwalunkwe tilwima bejn l-operaturi tan-networks miżjura u operaturi oħra fuq ir-rati applikati għal dawk l-inputs regolati meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa, wara li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-BEREC, meta dan jiġi kkonsultat, f’konformità mal-obbligi regolatorji speċifiċi applikabbli għar-roaming kif ukoll mad-Direttiva (UE) 2018/1972. |
(66) |
Jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rieżaminati regolarment il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa u l-interrelazzjoni tagħhom mas-suq tar-roaming bl-imnut, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi kompetittivi u teknoloġiċi u l-flussi tat-traffiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta żewġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, segwiti, jekk adatt, minn proposti leġiżlattivi. Jenħtieġ li, f’dawk ir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni b’mod partikolari tivvaluta jekk ir-RLAH għandux xi impatt fuq l-evoluzzjoni tal-pjanijiet ta’ tariffar disponibbli fis-suq bl-imnut. Dak jenħtieġ li jinkludi, min-naħa waħda, valutazzjoni ta’ ħruġ ta’ kwalunkwe pjan ta’ tariffar li jinkludi biss servizzi domestiċi u li jeskludi għalkollox is-servizzi tar-roaming bl-imnut, u b’hekk jimmina l-objettiv stess tal-RLAH u, min-naħa l-oħra, valutazzjoni ta’ kwalunkwe tnaqqis fid-disponibbiltà ta’ pjanijiet ta’ tariffar b’rata fissa, li jista’ jirrappreżenta wkoll telf għall-klijenti u jimmina l-objettivi tas-suq uniku diġitali. Jenħtieġ li r-rapporti tal-Kummissjoni, b’mod partikolari, janalizzaw sa liema punt it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-abbiltà tal-operaturi tan-networks tal-pajjiż tal-oriġini li jsostnu l-mudelli ta’ tariffar domestiċi tagħhom u l-abbiltà tal-operaturi tan-networks miżjura li jirkupraw il-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti talli jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-Kummissjoni jenħtieġ li jivvalutaw: kif inhu żgurat, fil-livell bl-ingrossa, l-aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network; l-informazzjoni dwar l-ipprezzar bl-ingrossa għas-servizzi tad-data; il-livell tal-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u ta’ strumenti simili għall-kummerċ tat-traffiku fil-livell bl-ingrossa; l-evoluzzjoni tar-roaming bejn magna u oħra; problemi persistenti fil-livell bl-imnut fir-rigward tas-servizzi ta’ valur miżjud; l-applikazzjoni tal-miżuri dwar il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza; il-miżuri ta’ trasparenza dwar ir-roaming f’pajjiżi terzi u networks mobbli pubbliċi mhux terrestri li għandhom l-għan li jipprevjenu r-roaming involontarju; l-effettività tal-obbligi tal-kwalità tas-servizz stabbilita f’dan ir-Regolament; u sa liema punt il-klijenti huma infurmati kif xieraq fil-kuntratti bl-imnut tagħhom dwar dawk l-obbligi u sa liema punt jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza ġenwina ta’ RLAH. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-Kummissjoni jenħtieġ li jivvalutaw x’impatt għandhom l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, kif ukoll il-pandemija u d-diżastri naturali, fuq is-suq tar-roaming. Biex jiġi ffaċilitat dan ir-rappurtar ħalli jiġi vvalutat kif is-swieq tar-roaming jadattaw għar-regoli dwar l-RLAH, jenħtieġ li tinġabar biżżejjed data dwar il-funzjonament ta’ dawk is-swieq wara l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli. |
(67) |
Biex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni u jirrapporta regolarment dwar il-bidliet fit-tariffi effettivi tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tas-servizzi tar-roaming, il-BEREC jenħtieġ li jibqa’ jiġbor data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkoordinaw ma’ awtoritajiet kompetenti oħra. Tali data jenħtieġ li tinkludi t-tariffi effettivi applikati għat-traffiku bilanċjat u żbilanċjat rispettivament, flimkien mal-volumi attwali tat-traffiku għas-servizzi tar-roaming rilevanti. Il-ġbir ta’ data li jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-impatt tal-bidliet fl-imġiba tal-ivvjaġġar u fix-xejriet tal-konsum, bħal bidliet ikkawżati minn pandemiji, huwa vitali għall-analiżi meħtieġa fir-rapporti previsti minn dan ir-Regolament. Il-BEREC jenħtieġ li jiġbor data wkoll meta l-partijiet għal ftehim tar-roaming bl-ingrossa jkunu għażlu opt-out mill-applikazzjoni tat-tariffi tar-roaming bl-ingrossa massimi jew ikunu implimentaw miżuri fil-livell bl-ingrossa mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt ivvjaġġar perjodiku fl-Unjoni. Abbażi tad-data miġbura b’livell biżżejjed ta’ granularità, jenħtieġ li l-BEREC jirrapporta regolarment dwar ir-rabta bejn il-prezzijiet bl-imnut, it-tariffi bl-ingrossa u l-kostijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi tar-rapporti regolari tal-BEREC, segwit jekk ikun xieraq minn proposta leġiżlattiva. Il-BEREC jenħtieġ li jiġbor ukoll id-data meħtieġa biex jippermetti l-monitoraġġ tal-elementi li jridu jiġu vvalutati mill-Kummissjoni fir-rapporti pprovduti f’dan ir-Regolament. |
(68) |
Fuq perjodu medju, l-iffaċilitar tar-roaming minn magna għal magna u r-roaming tal-Internet tal-oġġetti (IoT) jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala xprunatur importanti għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u jenħtieġ li jibnu fuq politiki relatati tal-Unjoni f’setturi bħas-saħħa, l-enerġija, l-ambjent u t-trasport. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta regolarment ir-rwol tar-roaming fis-suq għall-konnettività bejn magna u oħra u fis-suq tal-IoT. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet, wara li tikkonsulta mal-BEREC. Il-BEREC jenħtieġ li jiġbor ukoll id-data meħtieġa biex jippermetti l-monitoraġġ tal-elementi li għandhom jiġu vvalutati fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta’ roaming bejn magna u oħra u ta’ apparati tal-IoT previsti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu soluzzjonijiet ta’ konnettività ċellulari bbażati fuq spettru mhux liċenzjat. |
(69) |
Il-Kummissjoni, il-BEREC, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħrajn ikkonċernati jenħtieġ li jiżguraw bis-sħiħ il-kunfidenzjalità kummerċjali meta jikkondividu l-informazzjoni għall-finijiet ta’ rieżami, monitoraġġ u superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità kummerċjali jenħtieġ li ma tipprevjenix lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali milli jkunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni kunfidenzjali fil-ħin għal dawn il-finijiet. |
(70) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla ma’ prezzijiet nazzjonali kompetittivi, u jżid it-trasparenza u l-protezzjoni tal-konsumaturi, kif ukoll jiżgura s-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi kif ukoll esperjenza ġenwina tal-RLAH mil-lat ta’ kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza waqt ir-roaming, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(71) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(72) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), u ta l-opinjoni tiegħu fl-20 ta’ April 2021, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jipprevedi approċċ komuni biex jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw fl-Unjoni, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet nazzjonali kompetittivi, meta jagħmlu u jirċievu telefonati, meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS u meta jużaw servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa.
Dan ir-Regolament b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern filwaqt li jikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, protezzjoni tad-data, privatezza u fiduċja, irawwam il-kompetizzjoni, l-indipendenza u t-trasparenza fis-suq u joffri inċentivi għall-innovazzjoni, l-għażla lill-konsumaturi u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, filwaqt li jikkonforma bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-aċċess bl-ingrossa għal networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli għall-finijiet ta’ forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati. Japplika kemm għat-tariffi mitluba mill-operaturi tan-networks fil-livell bl-ingrossa u anki għat-tariffi mitluba mill-fornituri tar-roaming fil-livell bl-imnut.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli mmirati biex tiżdied it-trasparenza u jitjieb l-għoti tal-informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti tas-servizzi tar-roaming, inklużi l-utenti ta’ servizzi tar-roaming mhux regolati f’pajjiżi terzi. Huwa jżid ukoll it-trasparenza għall-utenti ta’ servizzi tar-roaming mhux regolati meta dawn jikkonnettjaw ma’ network pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri, bħal abbord bastimenti jew inġenji tal-ajru, fejn applikabbli.
3. It-tariffi massimi stabbiliti f’dan ir-Regolament huma espressi bl-ewro.
4. Meta t-tariffi massimi skont l-Artikoli 8 sa 11 huma denominati b’muniti għajr l-ewro, il-valuri jridu jiġu ddeterminati billi tiġi applikata l-medja tar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati fil-15 ta’ Jannar, fil-15 ta’ Frar u fil-15 ta’ Marzu tas-sena kalendarja rilevanti mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għat-tariffi massimi, il-limiti f’muniti għajr l-ewro għandhom jiġu riveduti kull sena mill-2023. Il-limiti riveduti kull sena f’dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-15 ta’ Mejju.
5. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-assenjazzjoni ta’ kompiti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra skont id-Direttiva (UE) 2018/1972, inklużi r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-Parti III, Titolu III ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
2. Minbarra d-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“fornitur tar-roaming” tfisser impriża li tipprovdi servizzi tar-roaming bl-imnut regolati lil klijent tar-roaming; |
(b) |
“fornitur domestiku” tfisser impriża li tipprovdi servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli lil klijent tar-roaming; |
(c) |
“network tal-pajjiż tal-oriġini” tfisser network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli li jinsab fi Stat Membru u li jintuża mill-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati lil klijent tar-roaming; |
(d) |
“network miżjur” tfisser network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tal-klijent tar-roaming u li permezz tiegħu, il-klijenti tar-roaming ikunu jistgħu jagħmlu jew jirċievu telefonati, jibgħatu jew jirċievu messaġġi SMS, jew jagħmlu komunikazzjonijiet ta’ data bil-kommutazzjoni ta’ pakketti, permezz ta’ arranġamenti mal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini; |
(e) |
“roaming madwar l-Unjoni” tfisser l-użu ta’ apparat mobbli minn klijenti tar-roaming biex jagħmlu jew jirċievu telefonati fl-Unjoni, biex jibgħatu jew jirċievu messaġġi SMS fl-Unjoni, jew biex jagħmlu komunikazzjonijiet ta’ data bil-kommutazzjoni ta’ pakketti, meta jkunu fi Stat Membru li mhux dak fejn jinsab in-network tal-fornitur domestiku, permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini u l-operatur tan-network miżjur; |
(f) |
“klijenti tar-roaming” tfisser klijenti ta’ fornitur tar-roaming ta’ servizzi tar-roaming regolati, permezz ta’ network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fl-Unjoni, li l-kuntratt bl-imnut jew l-arranġament tagħhom ma’ dak il-fornitur tar-roaming jippermettu roaming madwar l-Unjoni; |
(g) |
“telefonata tar-roaming regolata” tfisser telefonata bil-vuċi mobbli magħmula minn klijenti tar-roaming li tkun toriġina fuq network miżjur u tintemm fuq xi network pubbliku tal-komunikazzjoni madwar l-Unjoni, jew li jirċievu klijenti tar-roaming u tkun toriġina fuq network pubbliku tal-komunikazzjoni madwar l-Unjoni u tintemm fuq xi network miżjur; |
(h) |
“messaġġ SMS” tfisser messaġġ testwali ta’ Servizz ta’ Messaġġ Qasir li jkun magħmul l-aktar minn karattri alfabetiċi jew numeriċi, jew it-tnejn, li jista’ jintbagħat bejn numri mobbli u/jew fissi assenjati skont pjanijiet nazzjonali tan-numri; |
(i) |
“messaġġ SMS tar-roaming regolat” tfisser messaġġ SMS mibgħut minn klijenti tar-roaming, li jkun joriġina fuq network miżjur u jintemm fuq network pubbliku tal-komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni, jew li jirċievu klijenti tar-roaming u jkun joriġina fuq network pubbliku tal-komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni u jintemm fuq network miżjur; |
(j) |
“servizz tar-roaming regolat tad-data” tfisser servizz tar-roaming li permezz tiegħu jkunu jistgħu jsiru komunikazzjonijiet ta’ data bil-kommutazzjoni ta’ pakketti minn klijenti tar-roaming permezz tal-apparat mobbli tagħhom waqt konnessjoni ma’ network miżjur, għajr it-trażmissjoni jew il-wasla ta’ telefonati jew messaġġi SMS tar-roaming regolati, iżda inkluż it-trażmissjoni u l-wasla ta’ messaġġi MMS; |
(k) |
“aċċess għal roaming bl-ingrossa” tfisser aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa jew aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa; |
(l) |
“aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa” tfisser id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet jew servizzi, jew it-tnejn, minn operatur tan-networks mobbli lil impriża oħra skont kondizzjonijiet definiti, biex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil klijenti tar-roaming; |
(m) |
“aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa” tfisser il-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa minn operatur tan-networks mobbli li huwa differenti mill-operatur tan-networks miżjura lil impriża oħra, biex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil klijenti tar-roaming; |
(n) |
“prezz bl-imnut domestiku” tfisser it-tariffa bl-imnut domestika għal kull unità tal-fornitur tar-roaming applikabbli għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta li joriġinaw u jintemmu fuq networks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru, u għad-data kkonsmata minn klijent. |
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (n), jekk ma jkun hemm l-ebda tariffa bl-imnut domestika speċifika għal kull unità, il-prezz bl-imnut domestiku għandu jitqies l-istess mekkaniżmu ta’ tariffar bħal dak applikat lill-klijenti għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta, li t-tnejn joriġinaw u jintemmu fuq networks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru, u għad-data kkonsmata fl-Istat Membru ta’ dak il-klijent.
Artikolu 3
Aċċess għar-roaming bl-ingrossa
1. L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, b’mod partikolari b’mod li jippermetti lill-fornitur tar-roaming jirreplika s-servizzi mobbli bl-imnut offruti domestikament, meta jkun fattibbli teknikament li jsir dan fuq in-network miżjur.
2. L-operaturi tan-networks mobbli jistgħu jirrifjutaw talbiet tal-aċċess għal roaming bl-ingrossa biss abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħall-fattibbiltà teknika u l-integrità tan-network. Kunsiderazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx ikunu raġunijiet biex jiġu rrifjutati talbiet għal aċċess għal roaming bl-ingrossa sabiex jiġi limitat il-forniment ta’ servizzi tar-roaming kompetituri.
3. L-aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri l-aċċess għall-elementi kollha tan-networks u l-faċilitajiet assoċjati magħhom, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-software u tal-informazzjoni, li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lil klijenti, u li għandhom jkopru t-teknoloġiji tan-network disponibbli kollha u l-ġenerazzjonijiet tan-network disponibbli kollha.
4. Ir-regoli dwar it-tariffi tar-roaming bl-ingrossa regolati stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom japplikaw għall-forniment tal-aċċess għall-komponenti kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm iż-żewġ partijiet għall-ftehim tar-roaming bl-ingrossa ma jkunux qablu espliċitament li kwalunkwe tariffa tar-roaming bl-ingrossa medja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-ftehim ma tkunx soġġetta għat-tariffa tar-roaming bl-ingrossa regolata massima għall-perjodu ta’ validità tal-ftehim.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ tal-aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa, l-operaturi tan-networks mobbli jistgħu jitolbu prezzijiet ġusti u raġonevoli għal komponenti mhux koperti mill-paragrafu 3.
5. L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jippubblikaw offerta ta’ referenza li tqis il-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 8, u għandhom jagħmluha disponibbli lill-impriża li titlob l-aċċess għar-roaming bl-ingrossa. L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jipprovdu abbozz ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa lill-impriża li titlob l-aċċess, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, dwar dan l-aċċess fi żmien xahar mill-wasla inizjali tat-talba tal-operatur tan-networks mobbli. L-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għandu jingħata fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur mill-konklużjoni tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa. L-operaturi tan-networks mobbli li jirċievu talba tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa u l-impriżi li jitolbu l-aċċess għandhom jinnegozjaw in bona fede.
6. L-offerta ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun suffiċjentement dettaljata u għandha tinkludi l-komponenti kollha neċessarji għal aċċess għal roaming bl-ingrossa kif imsemmi fil-paragrafu 3, filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa, u t-termini u l-kondizzjonijiet assoċjati. L-offerta ta’ referenza għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-fornitur tar-roaming ikun jista’ jiżgura li l-klijenti tiegħu jkollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lill-aktar PSAP xieraq u biex tiġi permessa t-trażmissjoni mingħajr ħlas tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta’ min jagħmel it-telefonata lill-aktar PSAP xieraq waqt l-użu tas-servizzi tar-roaming.
Dik l-offerta ta’ referenza tista’ tinkludi kundizzjonijiet li jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt ivvjaġġar perjodiku fl-Unjoni. Meta jkun speċifikat f’offerta ta’ referenza, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-miżuri speċifiċi li l-operatur tan-network miżjur jista’ jieħu biex jipprevjeni r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa u l-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri. Dawn il-kriterji jistgħu jirreferu għal informazzjoni aggregata dwar it-traffiku tar-roaming. Ma għandhomx jirreferu għal informazzjoni speċifika relatata ma’ traffiku individwali tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming.
L-offerta ta’ referenza tista’, fost l-oħrajn, tipprovdi li, meta l-operatur tan-network miżjur ikollu raġunijiet motivati biex iqis li qed isir roaming permanenti minn porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming jew qed isir użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, l-operatur tan-network miżjur jista’ jitlob lill-fornitur tar-roaming jipprovdi informazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, li tippermettilu jiddetermina jekk hemmx porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming li qed jagħmlu roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa fuq in-network tal-operatur miżjur, bħal informazzjoni dwar il-porzjon tal-klijenti li għalihom ikun ġie stabbilit riskju ta’ użu anomalu jew abbużiv tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati pprovduti bi prezz bl-imnut domestiku applikabbli, abbażi ta’ indikaturi oġġettivi f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ politiki ta’ użu ġust adottati skont l-Artikolu 7.
Bħala l-aħħar miżura, meta l-miżuri inqas stretti ma jirnexxilhomx jindirizzaw is-sitwazzjoni, l-offerta ta’ referenza tista’ tipprevedi l-possibbiltà ta’ terminazzjoni ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa meta l-operatur tan-network miżjur ikun stabbilixxa li, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, qed isir roaming permanenti minn porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, u jkun informa dwar dan lill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini.
L-operatur tan-network miżjur jista’ jittermina l-ftehim tar-roaming bl-ingrossa b’mod unilaterali għal raġunijiet ta’ roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur.
Fi żmien tliet xhur mill-wasla ta’ talba mingħand l-operatur tan-network miżjur għall-awtorizzazzjoni ta’ terminazzjoni ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini, tiddeċiedi jekk tagħtix jew tirrifjutax din l-awtorizzazzjoni u għandha tinforma dwar dan lill-Kummissjoni.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur u tal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini, kull waħda minnhom tista’ titlob lill-BEREC jadotta opinjoni dwar l-azzjoni li trid tittieħed f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-BEREC għandu jadotta l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar mill-wasla ta’ din it-talba.
Meta l-BEREC ikun ġie kkonsultat, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur għandha tistenna u tagħti l-akbar kunsiderazzjoni possibbli lill-opinjoni tal-BEREC qabel tiddeċiedi, soġġetta għall-iskadenza tat-tliet xhur imsemmija fis-sitt subparagrafu, jekk tagħtix jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni ta’ terminazzjoni tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa.
L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-network miżjur għandha tippubblika l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa, b’rispett għall-kunfidenzjalità kummerċjali.
Mill-ħames sad-disa’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtorità regolatorja nazzjonali li titlob il-waqfien immedjat ta’ ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 17(7) u għad-dritt tal-operatur tan-network miżjur li japplika miżuri adegwati kontra l-frodi.
Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu bidliet fl-offerti ta’ referenza, inkluż fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi li l-operatur tan-network miżjur jista’ jieħu biex jipprevjeni r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, u l-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom l-operatur tan-network miżjur jista’ jieħu dawn il-miżuri, biex l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu jsiru effettivi.
7. Meta l-impriża li titlob l-aċċess tkun tixtieq tibda negozjati kummerċjali li jinkludu komponenti mhux koperti mill-offerta ta’ referenza, l-operaturi tan-networks mobbli għandhom iwieġbu din it-talba fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx ix-xahrejn mill-wasla inizjali tat-talba. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-paragrafi 2 u 5 ma għandhomx japplikaw.
8. Sal-5 ta’ Ottubru 2022, biex tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jaġġorna l-linji gwida għal aċċess għar-roaming bl-ingrossa stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012.
Artikolu 4
Forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati
1. Il-fornituri tar-roaming ma għandhom jitolbu l-ebda tariffa supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku lill-klijenti tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata bir-roaming regolata magħmula jew riċevuta, għal kwalunkwe messaġġ SMS bir-roaming regolat mibgħut jew għal kwalunkwe servizz tar-roaming regolat tad-data użat, u lanqas ma għandhom jimponu xi tariffa ġenerali biex it-tagħmir jew is-servizz terminali jkun jista’ jintuża barra mill-pajjiż, soġġett għall-Artikoli 5 u 6.
2. Il-fornituri tar-roaming ma għandhomx joffru servizzi regolati tar-roaming bl-imnut taħt kundizzjonijiet li huma inqas vantaġġużi minn dawk offruti domestikament, b’mod partikolari f’termini ta’ kwalità tas-servizz previsti fil-kuntratt bl-imnut, meta l-istess ġenerazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet mobbli u teknoloġiji jkunu disponibbli fuq in-network miżjur.
L-operaturi tal-komunikazzjoni mobbli għandhom jevitaw dewmien mhux raġonevoli fit-trasferimenti bejn in-networks fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri interni tal-Unjoni.
3. Sabiex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, sal-1 ta’ Jannar 2023, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida tiegħu dwar il-bejgħ bl-imnut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kwalità tas-servizz.
Artikolu 5
Użu ġust
1. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7a dwar il-politika ta’ użu ġust għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati pprovduti fil-livell tal-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, biex jipprevjenu l-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mill-klijenti tar-roaming, bħall-użu ta’ dawn is-servizzi minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru għajr dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal skopijiet għajr dawk tal-ivvjaġġar perjodiku.
Kwalunkwe politika ta’ użu ġust għandha tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li jkunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ tariffar rispettivi tagħhom.
2. L-Artikolu 8 għandu japplika għas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati li jaqbżu kwalunkwe limiti skont il-politika ta’ użu ġust.
Artikolu 6
Mekkaniżmu ta’ sostenibbiltà
1. F’ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali, bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku tiegħu, meta fornitur tar-roaming ma jkunx jista’ jirkupra l-kostijiet ġenerali effettivi u mbassra tiegħu għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, mid-dħul ġenerali effettiv u mbassar tiegħu mill-forniment ta’ servizzi bħal dawn, dak il-fornitur tar-roaming jista’ japplika għal awtorizzazzjoni biex japplika tariffa supplimentari. Dik it-tariffa supplimentari għandha tiġi applikata biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu rkuprati l-kostijiet tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, filwaqt li jitqiesu t-tariffi massimi bl-ingrossa applikabbli.
2. Meta fornitur tar-roaming jiddeċiedi li juża l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jressaq applikazzjoni mingħajr dewmien lill-awtorità regolatorja nazzjonali u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7. Kull 12-il xahar wara dan, il-fornitur tar-roaming għandu jaġġorna dik l-informazzjoni u jressaqha lill-awtorità regolatorja nazzjonali.
3. Malli taslilha applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta jekk il-fornitur tar-roaming ikunx stabbilixxa li ma jistax ikopri l-kostijiet skont il-paragrafu 1, bil-konsegwenza li ddgħajfet is-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku tiegħu. Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-fornitur tar-roaming, fosthom varjazzjonijiet oġġettivi bejn il-fornituri tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat u l-livell tal-prezzijiet u tad-dħul domestiku. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza t-tariffa supplimentari meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u f’dan il-paragrafu.
4. Fi żmien xahar mill-wasla ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza t-tariffa supplimentari sakemm ma jkunx evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew li ma tipprovdix informazzjoni biżżejjed. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkun jidhrilha li huwa evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew li ma tipprovdix informazzjoni biżżejjed, din għandha tieħu deċiżjoni finali fi żmien xahrejn oħra, wara li tkun tat l-opportunità ta’ smigħ lill-fornitur tar-roaming, li tawtorizza, temenda jew tirrifjuta t-tariffa supplimentari.
Artikolu 7
Implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà
1. Biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 5 u 6, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar dan li ġej:
(a) |
l-applikazzjoni ta’ politiki ta’ użu ġust; |
(b) |
il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi; u |
(c) |
l-applikazzjoni li jrid iressaq il-fornitur tar-roaming għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (b). |
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tirrieżamina l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu perjodikament fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq.
2. Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a) |
l-evoluzzjoni tax-xejriet tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri; |
(b) |
il-livell ta’ konverġenza tal-livelli tal-prezzijiet domestiċi madwar l-Unjoni; |
(c) |
ix-xejriet tal-ivvjaġġar fl-Unjoni; |
(d) |
kwalunkwe riskju ċar ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u inċentivi ta’ investiment fis-swieq domestiċi u miżjura. |
3. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) fuq dan li ġej:
(a) |
id-determinazzjoni tal-kostijiet ġenerali effettivi u mbassra tiegħu għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati b’referenza għat-tariffi effettivi tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat u sehem raġonevoli tal-kostijiet konġunti u komuni meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati; |
(b) |
id-determinazzjoni tad-dħul effettiv u mbassar ġenerali mill-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati; |
(c) |
il-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-konsum domestiku mill-klijenti tal-fornitur tar-roaming; |
(d) |
il-livell tal-kompetizzjoni, tal-prezzijiet u tad-dħul fis-suq domestiku, u kwalunkwe riskju ċar li r-roaming bi prezzijiet bl-imnut domestiċi jaffettwa b’mod sinifikanti l-evoluzzjoni ta’ dawn il-prezzijiet. |
4. L-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn applikabbli għall-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw b’mod strett l-applikazzjoni ta’ politiki ta’ użu ġust. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja u tissorvelja b’mod strett l-applikazzjoni tal-miżuri dwar is-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi, filwaqt li tqis bir-reqqa l-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-Istat Membru kkonċernat u l-varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn il-fornituri tar-roaming. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, tinforza fil-ħin, ir-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 6 u l-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ titlob fi kwalunkwe ħin lill-fornitur tar-roaming jemenda t-tariffa supplimentari jew iwaqqafha jekk din ma tkunx tikkonforma mal-Artikoli 5 jew 6.
Awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-atti ta’ implimentazzjoni li huma rilevanti għall-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972, skont il-każ.
Kull sena, l-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6, u ta’ dan l-Artikolu.
5. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għandu jibqa’ japplika sad-data tal-applikazzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni ġdid adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Applikazzjoni eċċezzjonali ta’ tariffi supplimentari bl-imnut għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-forniment ta’ tariffi alternattivi
1. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, meta fornitur tar-roaming japplika tariffa supplimentari għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati li taqbeż il-limiti skont xi politika ta’ użu ġust, dan għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti, għajr il-VAT:
(a) |
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati magħmula, il-messaġġi SMS tar-roaming regolati mibgħuta u servizzi tar-roaming regolati tad-data ma għandhiex taqbeż it-tariffi massimi bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 9(2), 10(1) u 11(1), rispettivament; |
(b) |
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati riċevuti ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi uniċi għaat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti għal dik is-sena f’konformità mal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972. |
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, wara r-rieżami tagħha tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 75(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, li l-iffissar ta’ rata għat-terminazzjoni ta’ telefonati madwar l-Unjoni ma għadux meħtieġ u tiddeċiedi li ma timponix rata massima għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile, kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati riċevuti ma għandhiex taqbeż ir-rata stabbilita fl-aktar att delegat riċenti adottat skont l-Artikolu 75 ta’ dik id-Direttiva.
Il-fornituri tar-roaming ma għandhom japplikaw l-ebda tariffa supplimentari għall-messaġġi SMS tar-roaming regolati riċevuti jew għall-messaġġi voicemail tar-roaming riċevuti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tariffi applikabbli oħra bħal dawk għas-smigħ ta’ dawk il-messaġġi.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu tariffi għat-telefonati tar-roaming magħmula u riċevuti abbażi ta’ kull sekonda. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw perjodu minimu inizjali ta’ tariffar li ma jkunx jaqbeż it-30 sekonda għat-telefonati magħmula. Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu tariffa fuq il-klijenti tagħhom għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data abbażi ta’ kull kilobyte, għajr għall-messaġġi MMS li jistgħu jiġu ttariffati abbażi ta’ kull unità. F’każ bħal dan, it-tariffa bl-imnut li fornitur tar-roaming jista’ jimponi fuq il-klijent tar-roaming tiegħu għat-trażmissjoni jew il-wasla ta’ messaġġ MMS tar-roaming ma għandhiex taqbeż it-tariffa bl-imnut massima għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu.
2. Il-fornituri tar-roaming jistgħu joffru, u l-klijenti tar-roaming jistgħu jagħżlu deliberatament, tariffa tar-roaming għajr dik stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li bis-saħħa tagħha l-klijenti tar-roaming ikunu jgawdu minn tariffa differenti għas-servizzi tar-roaming regolati minn dik li jintalbu mingħajr dik l-għażla. Il-fornitur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk il-klijenti tar-roaming dwar in-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b’hekk jintilfu.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-klijenti tar-roaming eżistenti u ġodda kollha b’mod awtomatiku.
Il-klijenti tar-roaming kollha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jitolbu li jaqilbu għal jew minn tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-klijenti tar-roaming deliberatament jagħżlu li jaqilbu minn jew lura għat-tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe qlib għandu jsir fi żmien jum tax-xogħol mill-wasla tat-talba, ikun mingħajr ħlas u ma jkunx jinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li jappartjenu għal elementi tal-abbonamenti għajr ir-roaming. Il-fornituri tar-roaming jistgħu jdumu ma jagħmlu l-qlib sakemm it-tariffa tar-roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Parti III, it-Titolu III tad-Direttiva (UE) 2018/1972, il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt bl-imnut li jinkludi kwalunkwe tip ta’ servizz tar-roaming bl-imnut regolat ikun jispeċifika l-karatteristiċi ta’ dak is-servizz tar-roaming bl-imnut regolat ipprovdut, inkluż partikolarment:
(a) |
il-pjan jew il-pjanijiet ta’ tariffar speċifiċi u, għal kull pjan ta’ tariffar, it-tipi ta’ servizzi offruti, inkluż il-volumi tal-komunikazzjoni; |
(b) |
kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq il-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati pprovduti fil-livell tal-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, b’mod partikolari informazzjoni kwantifikata dwar kif kwalunkwe użu tal-politika ta’ użu ġust jiġi applikat b’referenza għall-parametri ewlenin tal-prezzijiet, tal-volum jew oħrajn tas-servizz tar-roaming bl-imnut regolat ipprovdut ikkonċernat; |
(c) |
informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-kundizzjonijiet u l-kwalità tas-servizz tar-roaming waqt ir-roaming fi ħdan l-Unjoni skont il-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 6. |
4. Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt bl-imnut li jinkludi kwalunkwe tip ta’ servizz tar-roaming bl-imnut regolat jipprovdi informazzjoni dwar it-tipi ta’ servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fit-tariffi tar-roaming, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 97 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4.
Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar ir-raġunijiet l-għala s-servizz tar-roaming huwa potenzjalment offrut b’kundizzjonijiet li huma inqas vantaġġużi minn dawk offruti fil-livell nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi fatturi li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz tar-roaming li l-klijenti tar-roaming jabbonaw għalih, bħall-ġenerazzjonijiet tan-network u t-teknoloġiji disponibbli għall-klijenti tar-roaming fi Stat Membru miżjur.
6. Għall-fini tal-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, sal-1 ta’ Jannar 2023, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida tiegħu dwar ir-roaming bl-imnut, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u tal-miżuri tat-trasparenza msemmija fl-Artikoli 13, 14 u 15.
Artikolu 9
Tariffi bl-ingrossa għat-telefonati tar-roaming regolati
1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ telefonata tar-roaming regolata li toriġina min-network miżjur, inkluż, fost l-oħrajn, il-kostijiet tal-oriġini, tat-tranżitu u tat-terminazzjoni, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,022 kull minuta. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,019 kull minuta fl-1 ta’ Jannar 2025 u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, tibqa’ EUR 0,019 kull minuta sat-30 ta’ Ġunju 2032.
2. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jkun fadal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa bl-ingrossa medja massima, kif previst fil-paragrafu 1 jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2032.
3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali tar-roaming bl-ingrossa jiġi diviż bl-għadd totali tal-minuti tar-roaming bl-ingrossa użati effettivament għall-forniment tat-telefonati tar-roaming bl-ingrossa fl-Unjoni mill-operatur rilevanti tul il-perjodu rilevanti, aggregat abbażi ta’ kull sekonda u aġġustat biex titqies il-possibbiltà li l-operatur tan-network miżjur japplika perjodu minimu inizjali ta’ tariffar li ma jaqbiżx it-30 sekonda.
Artikolu 10
Tariffi bl-ingrossa għall-messaġġi SMS tar-roaming regolati
1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ messaġġ SMS tar-roaming regolat li joriġina min-network miżjur, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,004 għal kull messaġġ SMS. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,003 għal kull messaġġ SMS fl-1 ta’ Jannar 2025, u għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, u tibqa’ EUR 0,003 sat-30 ta’ Ġunju 2032.
2. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jkun fadal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa bl-ingrossa medja massima, kif previst fil-paragrafu 1 jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2032.
3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali bl-ingrossa riċevut mill-operatur tan-network miżjur jew mill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini għall-oriġini u t-trażmissjoni ta’ messaġġi SMS tar-roaming regolati fl-Unjoni tul il-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ messaġġi SMS bħal dawk li joriġinaw u jiġu trażmessi f’isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini tul dak il-perjodu.
4. L-operatur tan-network miżjur ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-fornitur tar-roaming jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini ta’ klijent tar-roaming, b’mod separat mit-tariffa msemmija fil-paragrafu 1, għat-terminazzjoni ta’ messaġġ SMS tar-roaming regolat mibgħut lil klijent tar-roaming waqt roaming fuq in-network miżjur tiegħu.
Artikolu 11
Tariffi bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data
1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur ta’ network miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data permezz tan-network miżjur ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 2,00 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 1,80 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa fl-1 ta’ Jannar 2023, għal EUR 1,55 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2024, għal EUR 1,30 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2025, għal EUR 1,10 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2026 u għal EUR 1,00 għal kull gigabyte sal-1 ta’ Jannar 2027, u wara dan, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, għandha tibqa’ EUR 1,00 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa sat-30 ta’ Ġunju 2032.
2. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jkun fadal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa bl-ingrossa medja massima, kif previst fil-paragrafu 1 jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2032.
3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali bl-ingrossa riċevut mill-operatur tan-network miżjur jew mill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data tul il-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ megabytes tad-data effettivament użati għall-forniment ta’ dawk is-servizzi tul dak il-perjodu, aggregat abbażi ta’ kull kilobyte f’isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini tul dak il-perjodu.
Artikolu 12
Tariffi bl-ingrossa għall-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9, 10 u 11, l-operatur tan-network miżjur ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-fornitur tar-roaming relatata ma’ kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza mibdija mill-klijent tar-roaming, jew mat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta’ min jagħmel it-telefonata.
Artikolu 13
Trasparenza tal-kundizzjonijiet tar-roaming bl-imnut tat-telefonati u tal-messaġġi SMS
1. Biex il-klijenti tar-roaming jiġu notifikati dwar il-fatt li se jkunu soġġetti għal tariffi tar-roaming meta jagħmlu jew jirċievu telefonati jew meta jibagħtu messaġġi SMS, kull fornitur tar-roaming għandu, għajr meta l-klijenti jkunu nnotifikaw lill-fornitur tar-roaming tagħhom li ma jeħtiġux dan is-servizz, jipprovdi informazzjoni personalizzata bażika lill-klijenti, permezz ta’ messaġġ awtomatiku, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħlu fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom dwar il-prezzijiet dwar it-tariffi tar-roaming, inkluża l-VAT, li japplikaw għal dawk il-klijenti biex jagħmlu u jirċievu telefonati u biex jibagħtu messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.
Dik l-informazzjoni personalizzata bażika dwar il-prezzijiet għandha tingħata bil-munita tal-kont tal-pajjiż tal-oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent u għandha tinkludi informazzjoni dwar:
(a) |
kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijenti tar-roaming huma soġġetti għaliha fl-Unjoni kollha u t-tariffi supplimentari applikabbli għall-użu li jaqbeż kwalunkwe limitu skont dik il-politika ta’ użu ġust; u |
(b) |
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 6. |
Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu lill-klijenti tar-roaming, meta jidħlu fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tagħhom, informazzjoni dwar ir-riskju potenzjali ta’ żieda fit-tariffi minħabba l-użu ta’ servizzi b’valur miżjud permezz ta’ messaġġ awtomatiku, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, ħlief meta klijent tar-roaming ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz. Tali informazzjoni għandha tinkludi link għall-aċċess, mingħajr ħlas, ta’ paġna web apposta li tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar it-tipi ta’ servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet u, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud jew informazzjoni addizzjonali rilevanti oħra li tinsab fil-bażi tad-data stabbilita skont l-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), f’konformità mal-Artikolu 16, it-tielet paragrafu. Il-paġna web għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tariffi applikabbli għan-numri bla ħlas waqt ir-roaming, jekk ikun hemm.
L-informazzjoni personalizzata bażika dwar il-prezzijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 biex tinkiseb informazzjoni aktar dettaljata.
Għal kull messaġġ, il-klijenti għandu jkollhom l-opportunità li jinnotifikaw lill-fornitur tar-roaming, mingħajr ħlas u faċilment, li ma jeħtiġux il-messaġġ awtomatiku. Klijenti li jinnotifikaw li ma jeħtiġux il-messaġġ awtomatiku għandu jkollhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi s-servizz.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b’diżabbiltà bl-informazzjoni personalizzata bażika dwar il-prezzijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu, b’mod awtomatiku, permezz ta’ telefonata bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk jintalbu dan.
Għajr ir-referenza għal kwalunkwe politika ta’ użu ġust u t-tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 6, l-ewwel, it-tieni, il-ħames u s-sitt subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll kemm għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u SMS użati mill-klijenti tar-roaming meta jkunu qed jikkonettjaw ma’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri nazzjonali jew internazzjonali, u provduti minn fornitur tar-roaming kif ukoll għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u SMS użati mill-klijenti tar-roaming li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.
2. Minbarra l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-network miżjur għat-telefonati bil-vuċi u l-messaġġi SMS, u informazzjoni dwar il-miżuri tat-trasparenza, applikabbli skont dan ir-Regolament, permezz ta’ telefonata mobbli jew messaġġ SMS. Din it-talba għandha ssir permezz ta’ numru mingħajr ħlas assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għall-apparati li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.
3. Il-fornitur tar-roaming għandu jibgħat notifika lill-klijent tar-roaming meta jiġi kkunsmat il-volum kollu ta’ użu ġust applikabbli għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi jew tal-messaġġi SMS jew meta jintlaħaq kwalunkwe limitu massimu għall-użu applikat skont l-Artikolu 6. Dik in-notifika għandha tindika t-tariffa supplimentari li se tiġi applikata għal kwalunkwe konsum addizzjonali tas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi jew tal-messaġġi SMS, min-naħa tal-klijent tar-roaming. Il-klijenti kollha għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat dawn in-notifiki u għandu jkollhom d-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jibda jipprovdi s-servizz.
4. Meta jsiru abbonamenti, il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu l-informazzjoni sħiħa lill-klijenti kollha dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli. Għandhom jipprovdu wkoll aġġornamenti lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli mingħajr dewmien żejjed kull darba li jinbidlu dawn it-tariffi.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jibagħtu tfakkira permezz ta’ messaġġ f’intervalli raġonevoli lill-klijenti kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.
5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-klijenti tagħhom dwar kif jistgħu jevitaw b’mod effettiv ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom.
6. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi addizzjonali għal telefonati bil-vuċi u messaġġi SMS għall-konnessjoni involontarja ma’ networks mobbli pubbliċi mhux terrestri, pereżempju billi tingħata l-possibbiltà lill-klijenti tar-roaming li ma jikkonnettjawx ma’ networks mhux terrestri. Meta jiġi offrut mekkaniżmu ta’ rinunzja fakultattiva bħal dan, il-klijenti tar-roaming għandu jkollhom id-dritt li ma jużawx networks mhux terrestri fi kwalunkwe ħin, faċilment u mingħajr ħlas u li jitolbu li l-konnessjoni terġa’ tiġi stabbilita ma’ dawn in-networks.
Article 14
Mekkaniżmi ta’ trasparenza u ta’ salvagwardja għas-servizzi tar-roaming bl-imnut tad-data
1. Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-klijenti tar-roaming tagħhom ikunu infurmati kif xieraq, qabel u wara l-konklużjoni ta’ kuntratt bl-imnut, dwar it-tariffi applikabbli għall-użu tagħhom tas-servizzi tar-roaming regolati tad-data, b’mod li jkun eħfef għall-klijenti biex jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq is-servizzi tar-roaming regolati tad-data skont il-paragrafi 2 u 4.
Meta jkun xieraq, il-fornituri tar-roaming għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bl-imnut u b’mod regolari wara dan, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil awtomatiku u bla kontroll ta’ servizzi tar-roaming tad-data. Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jinnotifikaw lill-klijenti tagħhom, mingħajr ħlas, b’mod ċar u li jista’ jinftiehem faċilment, dwar kif dawk il-konnessjonijiet awtomatiċi tar-roaming tad-data jistgħu jintfew biex jevitaw konsum bla kontroll ta’ servizzi tar-roaming tad-data.
2. Messaġġ awtomatiku mill-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijenti tar-roaming li dawn tal-aħħar ikunu qed jużaw servizzi tar-roaming regolati tad-data, u għandu jipprovdi informazzjoni personalizzata bażika dwar it-tariffi, bil-munita tal-kont tal-pajjiż tal-oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent, applikabbli għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data lil dawk il-klijenti tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat, għajr meta l-klijenti jkunu nnotifikaw lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtiġux dik l-informazzjoni.
Dik l-informazzjoni personalizzata bażika dwar it-tariffi għandha tinkludi informazzjoni dwar:
(a) |
kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijenti tar-roaming huma soġġetti għaliha fl-Unjoni kollha u t-tariffi supplimentari applikabbli għall-użu li jaqbeż kwalunkwe limitu skont dik il-politika ta’ użu ġust; u |
(b) |
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 6. |
L-informazzjoni għandha tintbagħat direttament lill-apparat mobbli tal-klijenti tar-roaming, pereżempju b’messaġġ SMS, b’email, b’messaġġ testwali jew b’pop-up fuq l-apparat mobbli, kull darba li l-klijenti tar-roaming jidħlu fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom u jibdew servizz għall-ewwel darba ta’ roaming tad-data f’dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument meta l-klijenti tar-roaming jibdew servizz tar-roaming regolat tad-data, permezz ta’ mezz xieraq li jista’ jasal u jinftiehem faċilment.
Il-klijenti li jkunu nnotifikaw lill-fornitur tar-roaming tagħhom li huma ma jeħtiġux l-informazzjoni awtomatika dwar it-tariffi, għandu jkollhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.
3. Il-fornitur tar-roaming għandu jibgħat notifika meta jiġi kkunsmat il-volum kollu ta’ użu ġust applikabbli għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data jew meta jintlaħaq kwalunkwe limitu massimu għall-użu applikat skont l-Artikolu 6. Dik in-notifika għandha tindika t-tariffa supplimentari li se tiġi applikata għal kwalunkwe konsum addizzjonali tas-servizzi tar-roaming regolati tad-data min-naħa tal-klijent tar-roaming. Il-klijenti kollha għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat dawn in-notifiki u għandu jkollhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jibda jipprovdi s-servizz.
4. Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu mingħajr ħlas aċċess għal faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data tul perjodu speċifikat tal-użu, għajr il-messaġġi MMS iffatturati abbażi ta’ kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat. Il-klijenti jistgħu jinnotifikaw lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtiġux aċċess għal tali faċilità.
Għal dak il-għan, il-fornitur tar-roaming għandu jagħmel disponibbli limitu finanzjarju massimu wieħed jew aktar għal perjodi speċifikati tal-użu, diment li l-klijenti jkunu informati minn qabel dwar l-ammonti tal-volum korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu finanzjarju awtomatiku) għandu jkun viċin u ma għandux jaqbeż il-EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar, eskluża l-VAT.
Inkella, il-fornitur tar-roaming jista’ jistabbilixxi limiti espressi f’volum, diment li l-klijenti jkunu informati minn qabel dwar l-ammonti finanzjarji korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu tal-volum awtomatiku) għandu jkollu ammont finanzjarju korrispondenti li ma jaqbiżx il-EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar, eskluża l-VAT.
Barra minn hekk, il-fornitur tar-roaming jista’ joffri limiti oħra lill-klijenti tar-roaming tiegħu b’limiti massimi finanzjarji differenti ta’ kull xahar, jiġifieri, ogħla jew aktar baxxi.
Il-limiti awtomatiċi msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandu jkun applikabbli għall-klijenti kollha li ma jkunux għażlu limitu ieħor.
Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat direttament notifika xierqa lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju b’messaġġ SMS, b’email, b’messaġġ testwali jew b’pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data jkunu laħqu t-80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Il-klijenti kollha għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat notifiki ta’ dan it-tip u għandu jkollhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jibda jipprovdi s-servizz.
Meta l-limitu finanzjarju jew tal-volum jinqabeż mod ieħor, għandha tintbagħat notifika lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming. Meta klijenti tar-roaming soġġetti għal limitu finanzjarju awtomatiku jew limitu tal-volum awtomatiku kif imsemmi fil-ħames subparagrafu jikkonsmaw aktar minn EUR 100 f’perjodu ta’ fatturazzjoni ta’ kull xahar, eskluża l-VAT, għandha tintbagħat notifika addizzjonali lill-apparat mobbli ta’ dawk il-klijenti tar-roaming. Dawk in-notifiki għandhom jindikaw il-proċedura li trid tintuża jekk il-klijenti jixtiequ jissoktaw il-forniment ta’ dawn is-servizzi u jerfgħu il-kost assoċjat ma’ kull unità addizzjonali kkonsmata. Jekk il-klijenti tar-roaming ma jwiġbux kif mitlub fin-notifika li rċevew, il-fornitur tar-roaming għandu jwaqqaf minnufih il-forniment u l-impożizzjoni tat-tariffi għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data lill-klijenti tar-roaming, sakemm il-klijenti tar-roaming ma jkunux talbu li jissokta jew jiġġedded il-forniment ta’ dawn is-servizzi.
Kull meta klijenti tar-roaming jitolbu t-tneħħija jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-faċilità ta’ limitu finanzjarju jew tal-volum, il-bidla għandha ssir fi żmien jum wieħed tax-xogħol mill-wasla tat-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħra tal-abbonament.
5. Il-paragrafi 2 u 4 ma għandhomx japplikaw għall-apparati minn magna għal magna li jużaw komunikazzjoni mobbli tad-data.
6. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-klijenti dwar kif effettivament jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri.
7. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi addizzjonali għal servizzi ta’ data għall-konnessjoni involontarja ma’ networks mobbli pubbliċi mhux terrestri, pereżempju billi tingħata l-possibbiltà lill-klijenti tar-roaming li ma jikkonnettjawx ma’ networks mhux terrestri. Meta jiġi offrut mekkaniżmu ta’ rinunzja fakultattiva bħal dan, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li ma jużawx networks mhux terrestri fi kwalunkwe ħin, faċilment u mingħajr ħlas u li jitolbu li l-konnessjoni terġa’ tiġi stabbilita ma’ dawn in-networks.
8. Għajr il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-paragrafu 3 u l-paragrafu 6, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dan l-Artikolu għandu japplika wkoll kemm għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming, meta jkunu qed jikkonettjaw ma’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri nazzjonali jew internazzjonali provduti minn fornitur tar-roaming kif ukoll għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.
Fir-rigward tal-faċilità msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 4 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur tan-network miżjur fil-pajjiż miżjur barra mill-Unjoni ma jkunx jippermetti lill-fornitur tar-roaming jimmonitorja l-użu tal-klijenti tiegħu f’ħin reali.
F’dak il-każ, il-klijenti għandhom jiġi nnotifikati b’messaġġ SMS meta jidħlu f’pajjiż bħal dan, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, li l-informazzjoni dwar il-konsum akkumulat u l-garanzija li ma jinqabiżx limitu finanzjarju speċifikat, mhijiex disponibbli.
Artikolu 15
Trasparenza fir-rigward tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza
Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-klijenti tar-roaming tagħhom jinżammu infurmati kif xieraq dwar il-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza fl-Istat Membru miżjur.
Il-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijenti tar-roaming, permezz ta’ messaġġ awtomatiku, li dawn tal-aħħar jistgħu jaċċessaw is-servizzi ta’ emerġenza mingħajr ħlas billi jċemplu n-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”. Dak il-messaġġ għandu jipprovdi wkoll lill-klijenti tar-roaming b’link għall-aċċess, mingħajr ħlas, ta’ paġna web speċifika dwar dan, li tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u li tipprovdi informazzjoni dwar mezzi alternattivi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza obbligatorji fl-Istat Membru miżjur. L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijenti tar-roaming b’messaġġ SMS, jew fejn neċessarju permezz ta’ mezz xieraq adattat biex jiffaċilita l-wasla u l-fehim tagħha kull darba li l-klijenti tar-roaming jidħlu fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu. L-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ħlas;
Fl-Istati Membri fejn jiġu varati applikazzjonijiet mobbli ta’ twissija pubblika, jekk link għal dik l-applikazzjoni tiġi rrapportata mill-Istat Membru miżjur fil-bażi tad-data stabbilita fis-sens tal-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, punt (b), il-fornituri tar-roaming għandhom jinkludu, fil-messaġġ imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni li tindika li t-twissijiet pubbliċi jistgħu jaslu permezz ta’ applikazzjoni mobbli ta’ twissija pubblika. Link għall-applikazzjoni mobbli ta’ twissija pubblika u l-istruzzjonijiet għat-tniżżil tagħha għandhom jiġu pprovduti fil-paġna web speċifika, imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Bażijiet tad-data għall-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud u mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza
Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-BEREC għandu jistabbilixxi, u sussegwentement iżomm:
(a) |
bażi tad-data unika madwar l-Unjoni ta’ meded tan-numri għal servizzi ta’ valur miżjud f’kull Stat Membru, li għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi, għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, għal awtoritajiet kompetenti oħra; u |
(b) |
bażi tad-data unika madwar l-Unjoni ta’ mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza li huma obbligatorji f’kull Stat Membru u li huma teknikament fattibbli biex jintużaw mill-klijenti tar-roaming, li għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, għal awtoritajiet kompetenti oħra. |
Għall-finijiet tal-istabbiliment u ż-żamma tal-bażijiet tad-data msemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u l-aġġornamenti rilevanti lill-BEREC permezz ta’ mezzi elettroniċi mingħajr dewmien żejjed.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, il-bażijiet ta’ data msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, fuq bażi fakultattiva, li jipprovdu informazzjoni addizzjonali.
Artikolu 17
Superviżjoni u infurzar
1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom iwettqu monitoraġġ u superviżjoni tal-konformità fit-territorju tagħhom ma’ dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u superviżjoni stretti tal-fornituri tar-roaming li jużaw l-Artikoli 5 u 6.
Fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mill-operaturi mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament li huma rilevanti għall-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972.
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, meta applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC għandhom irendu aċċessibbli għall-pubbliku informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5, 6 u 8 sa 11, b’mod li l-partijiet ikkonċernati jkun jista’ jkollhom aċċess faċli għaliha.
3. Bħala preparazzjoni għar-rieżami previst fl-Artikolu 21, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, b’mod konformi mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jimmonitorjaw l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment ta’ servizzi bil-vuċi u tad-data, inkluż SMS u MMS, lill-klijenti tar-roaming, anke fl-aktar reġjuni periferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom ukoll jiġu notifikati dwar il-każ partikolari ta’ roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri ta’ Stati Membri ġirien u jimmonitorjaw jekk ikunux qed jintużaw tekniki ta’ ġestjoni tat-traffiku b’mod żvantaġġuż għall-klijenti.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jiġbru informazzjoni dwar ir-roaming involontarju u jieħdu miżuri xierqa.
4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-impriżi soġġetti għall-obbligi skont dan ir-Regolament, jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih meta mitluba, u sal-iskadenzi u bil-livell ta’ dettall meħtieġ mill-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra.
5. Meta awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jidhrilhom li f’konformità mar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, ċertu informazzjoni tkun kunfidenzjali, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra u, fejn applikabbli, awtorità kompetenti oħra kkonċernata għandhom jiżguraw dik il-kunfidenzjalità. Il-kunfidenzjalità kummerċjali ma għandhiex tipprevjeni il-kondiviżjoni fil-ħin tal-informazzjoni bejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra jew awtorità kompetenti oħra kkonċernata, għall-finijiet ta’ rieżami, monitoraġġ u superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jintervjenu b’inizjattiva tagħhom stess biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61(2), punti (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom, meta meħtieġ, jużaw is-setgħat fis-sens tal-Artikolu 61 ta’ dik id-Direttiva biex jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati ħalli jiżguraw konnettività end-to-end u interoperabbiltà tas-servizzi tar-roaming, pereżempju meta l-klijenti ma jkunux jistgħu jagħmlu skambju ta’ messaġġi SMS tar-roaming regolati ma’ klijenti ta’ network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri fi Stat Membru ieħor minħabba n-nuqqas ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa li jippermetti t-twassil ta’ dawk il-messaġġi.
7. Meta awtorità regolatorja nazzjonali jew, fejn applikabbli għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti fuqhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972, awtoritajiet kompetenti oħra jsibu li jkun sar ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, din għandu jkollha s-setgħa teżiġi l-waqfien immedjat ta’ dan il-ksur.
Artikolu 18
Soluzzjoni tat-tilwim
1. Fil-każ ta’ tilwim konness mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament bejn l-impriżi li jipprovdu networks jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, għandhom japplikaw il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbiliti fl-Artikoli 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
It-tilwim bejn l-operaturi tan-network miżjur u operaturi oħra dwar ir-rati applikati għall-inputs meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati jista’ jitressaq quddiem l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2018/1972. L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-BEREC b’kwalunkwe tilwim transfruntier biex tinstab soluzzjoni konsistenti għat-tilwim. Meta l-BEREC ikun ġie kkonsultat, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel ma jieħdu azzjoni biex isolvu t-tilwim.
2. Fil-każ tat-tilwim mhux solvut li jinvolvi klijent jew utent finali u li jikkonċerna kwistjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-proċeduri għal soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti stabbiliti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
Artikolu 19
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u l-miżuri u b’kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 20
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 118(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 21
Rieżami
1. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tippreżenta żewġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, segwiti, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
L-ewwel rapport ta’ dan it-tip għandu jiġi mressaq sat-30 ta’ Ġunju 2025 u t-tieni sat-30 ta’ Ġunju 2029.
Ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, valutazzjoni ta’:
(a) |
l-impatt tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tan-networks u t-teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-suq tar-roaming; |
(b) |
L-effettività tal-kwalità tal-obbligi tas-servizz fir-rigward mal-klijenti tar-roaming, id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inkluż dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data, b’mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi tal-aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network; |
(c) |
il-livell ta’ kompetizzjoni fis-swieq tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa, b’mod partikolari r-rati effettivi bl-ingrossa mħallsa mill-operaturi u s-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, u l-MVNOs, inkluż l-effetti fuq il-kompetizzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tar-roaming bl-ingrossa, tat-traffiku nnegozjat fuq il-pjattaformi tan-negozjar u strumenti simili u l-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi; |
(d) |
l-evoluzzjoni tar-roaming bejn magna u oħra, inkluż ir-roaming fuq apparati tal-IoT; |
(e) |
il-punt sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikoli 3, b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-proċedura għal awtorizzazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 3(6), kisbet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming regolati; |
(f) |
l-evoluzzjoni tal-pjanijiet ta’ tariffar bl-imnut disponibbli; |
(g) |
il-bidliet fix-xejriet tal-konsum tad-data għas-servizzi domestiċi u tar-roaming, inkluż bidliet fix-xejriet tal-ivvjaġġar tal-utenti finali Ewropej ikkawżati minn ċirkostanzi bħal pandemiji, pereżempju l-COVID-19, jew diżastri naturali; |
(h) |
l-abbiltà tal-operaturi tan-network tal-pajjiż tal-oriġini li jsostnu l-mudell ta’ tariffar domestiku tagħhom u sa liema punt it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut eċċezzjonali ġew awtorizzati skont l-Artikolu 6; |
(i) |
l-abbiltà tal-operaturi tan-networks miżjura li jirkupraw il-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti talli jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati, hekk kif titqies l-aħħar informazzjoni dwar l-introduzzjoni tan-network, kif ukoll l-iżviluppi fil-kapaċitajiet tekniċi, il-mudelli tal-ipprezzar u r-restrizzjonijiet tan-networks, pereżempju l-possibbiltà li jiġu inklużi l-kalkoli tal-mudell tal-kost abbażi tal-kapaċità aktar milli l-konsum; |
(j) |
l-impatt tal-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust minn operaturi, inkluż fuq il-konsum tal-utenti finali, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati fis-sens tal-Artikolu 7, inkluż l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki ta’ użu ġust kif ukoll l-effettività u l-proporzjonalità tal-applikazzjoni ġenerali ta’ tali politiki; |
(k) |
il-punt sa fejn il-klijenti u l-operaturi tar-roaming jiffaċċjaw problemi fir-rigward ta’ servizzi ta’ valur miżjud u l-implimentazzjoni tal-bażi tad-data ta’ meded tan-numri għal servizzi ta’ valur miżjud stabbilita skont l-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, il-punt (a); |
(l) |
l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament u l-ilmenti relatati mal-użu ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza waqt ir-roaming; |
(m) |
ilmenti relatati ma’ roaming involontarju. |
2. Biex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni, il-BEREC għandu jiġbor data regolarment mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data, inkluż it-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament, dwar l-impatt tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tan-networks u t-teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-suq tar-roaming, dwar l-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u strumenti simili, dwar l-iżvilupp tar-roaming minn magna għal magna u apparati tal-IoT, u dwar kemm il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jkopru l-kwalità tas-servizz u jagħtu aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu tali data f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti oħra.
Il-BEREC għandu jiġbor regolarment ukoll data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust min-naħa tal-operaturi, l-iżviluppi ta’ tariffi domestiċi biss, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tas-sostenibbiltà u l-ilmenti dwar ir-roaming u l-konformità mal-kwalità tal-obbligi tas-servizz. Fejn xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoordinaw mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra u jiġbru tali data mingħandhom. Il-BEREC għandu jiġbor u jipprovdi regolarment informazzjoni addizzjonali dwar it-trasparenza, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri dwar il-komunikazzjoni ta’ emerġenza, dwar is-servizzi ta’ valur miżjud u dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri.
Il-BEREC għandu jiġbor ukoll data dwar il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa li mhumiex soġġetti għat-tariffi tar-roaming bl-ingrossa massimi previsti fl-Artikoli 9, 10 jew 11 u dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kuntrattwali fil-livell bl-ingrossa li huma mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt ivvjaġġar perjodiku fl-Unjoni.
Id-data miġbura mill-BEREC, fis-sens ta’ dan il-paragrafu, għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni tal-anqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.
Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi tad-data miġbura mill-BEREC fis-sens ta’ dan il-paragrafu, segwit, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament.
Abbażi tad-data miġbura fis-sens ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment dwar l-evoluzzjoni tax-xejriet tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming, l-evoluzzjoni tar-rati effettivi tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tas-servizzi tar-roaming, u dwar ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet bl-imnut, it-tariffi bl-ingrossa u l-kostijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming. Il-BEREC għandu jivvaluta kemm dawk l-elementi jirrelataw mill-qrib ma’ xulxin.
Artikolu 22
Rekwiżiti ta’ notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn rilevanti, ta’ awtoritajiet kompetenti oħra responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skont dan ir-Regolament.
Artikolu 23
Revoka
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ u skadenza
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2022.
Madankollu, l-obbligi tal-fornituri tar-roaming li jipprovdu informazzjoni dwar il-meded tan-numri għal servizzi ta’ valur miżjud kif imsemmi fl-Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu, u informazzjoni dwar mezzi alternattivi ta’ aċċess għal servizzi ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 15, it-tieni paragrafu fir-rigward tal-informazzjoni fil-bażijiet tad-data msemmija fl-Artikolu 16 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2032.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ April 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) ĠU C 374, 16.9.2021, p. 28.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2022.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).
(4) Ara l-Anness I.
(5) Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2017/920 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 531/2012 fir-rigward tar-regoli għas-swieq tar-roaming bl-ingrossa (ĠU L 147, 9.6.2017, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).
(8) Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).
(9) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(10) Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).
(11) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(12) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(13) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 46).
(16) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi madwar l-Unjoni (ĠU L 137, 22.4.2021, p. 1).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 72, 20.3.2010, p. 38).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).
(19) Ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1).
(20) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(21) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
Ir-Regolament Revokat flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
L-Artikolu 7 biss |
Ir-Regolament (UE) 2017/920 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
- |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(4) |
- |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(6) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(7) |
- |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2)(a) u (b) |
Artikolu 2(2)(a) u (b) |
Artikolu 2(2)(c) |
- |
Artikolu 2(2)(d) |
Artikolu 2(2)(c) |
Artikolu 2(2)(e) |
Artikolu 2(2)(d) |
Artikolu 2(2)(f) |
Artikolu 2(2)(e) |
Artikolu 2(2)(g) |
Artikolu 2(2)(f) |
Artikolu 2(2)(h) |
Artikolu 2(2)(g) |
Artikolu 2(2)(j) |
Artikolu 2(2)(h) |
Artikolu 2(2)(k) |
Artikolu 2(2)(i) |
Artikolu 2(2)(m) |
Artikolu 2(2)(j) |
Artikolu 2(2)(o) |
Artikolu 2(2)(k) |
Artikolu 2(2)(p) |
Artikolu 2(2)(l) |
Artikolu 2(2)(q) |
Artikolu 2(2)(m) |
Artikolu 2(2)(r) |
Artikolu 2(2)(n) |
Artikolu 2(2)(s) |
- |
Artikolu 3(1) sa (8) |
Artikolu 3(1) sa (8) |
Artikolu 3(9), |
- |
Artikolu 4 |
- |
Artikolu 5 |
- |
Artikolu 6 |
Artikolu 20 |
Artikolu 6a |
Artikolu 4(1), |
- |
Artikolu 4(2) |
- |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 6b |
Artikolu 5 |
Artikolu 6c |
Artikolu 6 |
Artikolu 6d(1), (2) u (3) |
Artikolu 7(1), (2) u (3) |
Artikolu 6d(4) |
Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 6d(5) |
Artikolu 7(4), |
- |
Artikolu 7(5), |
Artikolu 6e(1), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 6e(1)(a) |
Artikolu 8(1)(a) |
Artikolu 6e(1)(b) |
- |
Artikolu 6e(1)(c) |
Artikolu 8(1)(b) |
Artikolu 6e(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 6e(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 8(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 6e(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6e(2) |
- |
Artikolu 6e(3) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 6e(4), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 8(3), kliem introduttorju |
Artikolu 6e(4), l-ewwel subparagrafu, (a) u (b) |
L-Artikolu 8(3)(a) u (b) |
- |
Artikolu 8(3)(c) |
- |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 6e(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(5) |
- |
Artikolu 8(6) |
Artikolu 6f |
- |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
- |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
- |
Artikolu 12 |
Artikolu 14(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 13(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
- |
Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 14(1), it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 13(1), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi |
Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 14(1), il-ħames u s-sitt subparagrafu |
Artikolu 13(1), is-sitt u s-seba’ subparagrafu |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 14(2a) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 13(4) |
- |
Artikolu 13(6) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 15(1) u (2) |
Artikolu 14(1) u (2) |
Artikolu 15(2a) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 15(5) |
Artikolu 14(6) |
- |
Artikolu 14(7) |
Artikolu 15(6) |
Artikolu 14(8) |
- |
Artikolu 15 |
- |
Artikolu 16 |
Artikolu 16(1) sa (4) |
Artikolu 17(1) sa (4) |
Artikolu 16(4a) |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 16(5) |
Artikolu 17(6) |
Artikolu 16(6) |
Artikolu 17(7) |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19(1) |
- |
Artikolu 19(2) |
- |
Artikolu 19(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
- |
Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu, (a) |
Artikolu 19(3), it-tieni subparagrafu, (a) u (b) |
Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu (b) u (c) |
- |
Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu, (d) |
Artikolu 19(3)(c) |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (e) |
Artikolu 19(3)(d) |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (f) |
Artikolu 19(3)(e) |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (g) |
Artikolu 19(3)(f) |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (h) |
Artikolu 19(3)(g) |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (i) |
Artikolu 19(3)(h) |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (j) |
- |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (k) |
- |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (l) |
- |
Artikolu 21(1) it-tielet subparagrafu (m) |
Artikolu 19(4) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(2), l-ewwel u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 19(4) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(2) ir-raba’ subparagrafu |
- |
Artikolu 21(2) il-ħames subparagrafu |
Artikolu 19(4) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 21(2) is-sitt subparagrafu |
Artikolu 19(4), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 21 it-tieni subparagrafu |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
- |
|
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/38 |
REGOLAMENT (UE) 2022/613 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ April 2022
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU u l-istabbiliment ta’ kost unitarju
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, u l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
L-aggressjoni militari reċenti mill-Federazzjoni -Russa kontra l-Ukrajna u l-kunflitt armat li għaddej biddlu b’mod fundamentali s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa. B’riżultat ta’ dik l-aggressjoni militari, l-Unjoni, u r-reġjuni tal-Lvant tagħha b’mod partikolari, qed jiffaċċaw influss sostanzjali ta’ persuni. Dan joħloq sfida addizzjonali għall-baġits pubbliċi fi żmien meta l-ekonomiji tal-Istati Membri għadhom qed jirkupraw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, u jirriskja li jimmina t-tħejjija ta’ rkupru tal-ekonomija ekoloġiku, diġitali u reżiljenti. |
(2) |
L-Istati Membri diġà jistgħu jiffinanzjaw firxa wiesgħa ta’ investimenti biex jindirizzaw l-isfidi migratorji taħt il-programmi operazzjonali b’appoġġ mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB) inkluż taħt ir-riżorsi addizzjonali li saru disponibbli bħala Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), biex jipprovdu assistenza għat-trawwim tat-tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru tal-ekonomija ekoloġiku, diġitali u reżiljenti. |
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għamel għadd ta’ emendi mmirati għar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (3) u (UE) Nru 223/2014 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri li jużaw il-bqija tal-allokazzjonijiet tagħhom taħt il-FEŻR, il-FSE u l-FGħEB taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, kif ukoll biex jużaw ir-riżorsi tar-REACT-EU, biex jindirizzaw l-isfidi migratorji bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli. |
(4) |
Minkejja l-flessibbiltajiet offruti mir-Regolament (UE) 2022/562, l-Istati Membri għadhom jiffaċċaw pressjoni sostanzjali fuq il-baġits pubbliċi minn sfidi li jirriżultaw mil-għadd kbir ħafna ta’ wasliet ta’ persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna. Dik il-pressjoni tirriskja li timmina l-kapaċità tal-Istati Membri li jimxu lejn irkupru tal-ekonomija reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19. Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jindirizzaw l-isfidi migratorji, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEŻR, mill-FSE u mill-FGħEB jiġi mmobilizzat malajr billi tiżdied ir-rata ta’ prefinanzjament inizjali mħallas mir-riżorsi tar-REACT-EU għall-Istati Membri kollha. Fl-istess ħin, xi Stati Membri ġew ikkonfrontati b’għadd sinifikanti ta’ persuni li waslu mill-Ukrajna, li jeħtieġu l-għoti ta’ appoġġ immedjat. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jibbenefikaw minn żieda sinifikantement ogħla fir-rata tal-prefinanzjament inizjali biex ipattu għall-kostijiet baġitarji immedjati u jappoġġaw l-isforzi tagħhom fit-tħejjija tal-irkupru tal-ekonomiji tagħhom. |
(5) |
Sabiex jiġi mmonitorjat l-użu li sar minn dak il-prefinanzjament addizzjonali, jenħtieġ li r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FEŻR u l-FSE li jirċievu prefinanzjament addizzjonali jinkludu informazzjoni dwar l-użu li sar mill-ammonti addizzjonali rċevuti biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji ffaċċati b’riżultat tal-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa, u kif dawk l-ammonti addizzjonali kkontribwixxu għall-irkupru tal-ekonomija. |
(6) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit kost unitarju, sabiex jiġi ssimplifikat l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri fil-kuntest tal-indirizzar tal-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa.Il-kost unitarju jenħtieġ li jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, il-finanzjament tal-ħtiġijiet bażiċi u l-appoġġ ta’ persuni li jingħataw protezzjoni temporanja jew protezzjoni adegwata oħra skont il-liġi nazzjonali f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (6), għal perjodu ta’ 13-il ġimgħa mill-wasla tal-persuna fl-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2022/562 l-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll kost unitarju meta jużaw il-possibilità prevista fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biex jiffinanzjaw operazzjonijiet li jindirizzaw sfidi migratorji mill-FEŻR jew mill-FSE abbażi tar-regoli applikabbli għall-Fond l-ieħor, inkluż meta dak jinvolvi riżorsi tar-REACT-EU. Meta jagħmlu użu mill-kost unitarju, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkollhom l-arranġamenti meħtieġa fis-seħħ biex jevitaw il-finanzjament doppju tal-istess kostijiet. |
(7) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li l-Istati Membri jingħataw assistenza għall-indirizzar tal-isfidi maħluqin mill-għadd eċċezzjonalment kbir ta’ wasliet ta’ persuni li qed jaħarbu mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri għall-qalba lejn irkupru tal-ekonomija reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 jiġu emendati kif xieraq. |
(9) |
Minħabba l-urġenza biex tiġi pprovduta għajnuna rapida għall-baġits pubbliċi bil-ħsieb li tiġi ppreservata l-kapaċità tal-Istati Membri li jappoġġaw l-irkupru tal-ekonomiji mill-pandemija tal-COVID-19 u biex jkunu jistgħu jsiru pagamenti addizzjonali għall-programmi operazzjonali mingħajr dewmien, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat previstafl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
(10) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tingħata għajnuna rapida għall-baġits pubbliċi bil-għan li tiġi ppreservata l-kapaċità tal-Istati Membri li jsostnu l-proċess ta’ rkupru ekonomiku u jkun permess li jsiru pagamenti addizzjonali għall-programmi operazzjonali mingħajr dewmien, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 68c Kost unitarju għall-operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa Għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa, fin-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għall-pagament, l-Istati Membri jistgħu jinkludu kost unitarju marbut mal-ħtiġijiet bażiċi u mal-appoġġ ta’ persuni li ngħataw protezzjoni temporanja jew protezzjoni adegwata oħra skont il-liġi nazzjonali f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 (*1) u mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (*2). Dak il-kost unitarju għandu jkun ta’ EUR 40 fil-ġimgħa għal kull ġimgħa sħiħa jew parzjali li l-persuna tkun fl-Istat Membru kkonċernat. Il-kost unitarju jista’ jintuża għal massimu ta’ 13-il ġimgħa b’kollox, mid-data tal-wasla tal-persuna fl-Unjoni. L-ammonti kkalkulati fuq dik il-bażi għandhom jitqiesu bħala appoġġ pubbliku mħallas lill-benefiċjarji u bħala nefqa eliġibbli għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. (*1) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1)." (*2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).”;" |
(2) |
fl-Artikolu 92b, il-paragrafu 7, huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 131, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. In-nefqa eliġibbli inkluża f’applikazzjoni għall-pagament għandha tkun appoġġata minn fatturi riċevuti jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, ħlief għall-forom ta’ appoġġ imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), l-Artikoli 68, 68a, 68b u 68c, l-Artikolu 69(1) u l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 14 tar-Regolament FSE. Għal dawk il-forom ta’ appoġġ, l-ammonti inklużi f’applikazzjoni għall-pagament għandhom ikunu l-kostijiet kkalkulati fuq il-bażi applikabbli.”. |
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 223/2014
L-Artikolu 6a, il-paragrafu 4, tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu: “Minbarra l-prefinanzjament inizjali stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħallas 4 % tar-riżorsi tar-REACT-EU allokati għall-programmi għas-sena 2021 bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali fl-2022. Għall-programmi fl-Istati Membri li kellhom livell ta’ wasliet ta’ persuni mill-Ukrajna ogħla minn 1 % tal-popolazzjoni nazzjonali tagħhom bejn l-24 ta’ Frar 2022 u t-23 ta’ Marzu 2022, dak il-perċentwal għandu jiżdied għal 34 %.”; |
(2) |
it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandu jiġi saldat għalkollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operazzjonali.”. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022.
(2) Ir-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/42 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2022, peress li l-proċedura prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim tlestiet fit-23 ta’ Marzu 2022.
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/614
tal-11 ta’ Frar 2022
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (1) (“il-Ftehim”) ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/146/UE (2), u daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Jannar 2014. |
(2) |
L-applikazzjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (3) (“il-Protokoll”) bdiet fit-8 ta’ Diċembru 2017 għal perijodu ta’ erba’ snin. Il-Protokoll skada fis-7 ta’ Diċembru 2021. |
(3) |
Fit-28 ta’ Settembru 2021, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta’ Mauritius għall-konklużjoni ta’ protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim. |
(4) |
Sakemm jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar estensjoni tal-Protokoll għal perijodu massimu ta’ sitt xhur. Dawn in-negozjati fuq l-estensjoni tal-Protokoll intemmu b’suċċess u l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (“il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”) ġie inizjalat fis-6 ta’ Diċembru 2021. |
(5) |
L-objettivi tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huma li jippermetti lill-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius jkomplu jaħdmu flimkien biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Mauritius u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’dawk l-ilmijiet. |
(6) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jenħtieġ li jiġi ffirmat soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
(7) |
Jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu, biex tiġi limitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Mauritius, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f’isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu japplika fuq bażi provviżorja, f’konformità mal-punt (10) tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, mill-1 ta’ Jannar 2022 jew minn kull data oħra wara l-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/146/UE tat-28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (ĠU L 79, 18.3.2014, p. 2).
(3) ĠU L 279, 28.10.2017, p. 3.
(4) Ara l-paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/45 |
FTEHIM fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius
A. Ittra mill-Unjoni Ewropea
Għeżież Sinjuri,
Bi pjaċir nikkonfermalkom li l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius jaqblu mal-arranġamenti provviżorji li ġejjin li jestendu l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (il-“Protokoll”), li applika mit-8 ta' Diċembru 2017 sas-7 ta' Diċembru 2021, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.
Għalhekk, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius qablu dwar dan li ġej:
(1) |
Mill-1 ta’ Jannar 2022, jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-arranġamenti fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll għandhom jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet sakemm protokoll ġdid jiġi miftiehem u jsir applikabbli, iżda għal perijodu massimu ta’ sitt xhur. |
(2) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex il-bastimenti jkollhom aċċess għall-ilmijiet ta’ Mauritius skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandha tikkorrispondi għal nofs l-ammont annwali previst fl-Artikolu 4(2), punt (a), tal-Protokoll, u b’hekk tammonta għal EUR 110 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 2 000 tunnellata. Dak il-ħlas għandu jsir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. L-Artikolu 4(5) u (6) ta’ dan il-Protokoll għandu japplika mutatis mutandis. |
(3) |
Skont dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta' Mauritius għandu jammonta għal EUR 110 000 u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika marittima u tal-ekonomija tal-oċeani għandu jammonta għal EUR 67 500. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandu japprova l-ipprogrammar għal dan l-ammont skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha titħallas f’pagament wieħed abbażi tal-programmazzjoni maqbula. |
(4) |
F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex il-protokoll il-ġdid jiġi ffirmat u sussegwentement biex jiġi applikat (b’mod provviżorju) qabel jiskadi l-perijodu ta’ sitt xhur previst fil-punt (1) hawn fuq, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (2) u (3) hawn fuq għandha titnaqqas pro rata temporis. Fejn ammont li jikkorrispondi għat-tnaqqis applikabbli diġà jkun tħallas, dak l-ammont għandu jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja dovuta skont il-Protokoll il-ġdid. |
(5) |
Matul il-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta' Ittri, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness għall-Protokoll. Il-ħlas tat-tariffa minn qabel għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz għandu jikkorrispondi għal nofs it-tariffi stabbiliti, u għal nofs il-kwantitajiet rispettivi ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn imsemmija fil-Kapitolu II, punt 3, is-subpunt 3(a) sa (c), tal-Anness għall-Protokoll għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll. It-tariffa tal-liċenzja applikabbli għall-bastimenti tal-provvista għandha tikkorrispondi għal nofs it-tariffa prevista fil-Kapitolu II, il-punt (4), tal-Anness għall-Protokoll, u konsegwentement għandha tammonta għal EUR 2 000. |
(6) |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandhom jibqgħu validi sa tmiem il-perijodu ta’ estensjoni. |
(7) |
Fir-rigward tar-rappurtar tal-qabdiet stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness għall-Protokoll, l-Unjoni għandha tipprovdi lil Mauritius, qabel tmiem kull trimestru, id-data dwar il-qabdiet għal kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat. Mauritius għandu jipprovdi, fuq bażi trimestrali, id-data dwar il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati miksuba permezz tal-ġurnali ta’ abbord. |
(8) |
Għal kull tartarun tal-borża u konz tal-wiċċ, l-Unjoni għandha tibgħat dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti mill-bastiment fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tiegħu matul il-perijodu ta’ estensjoni lil Mauritius u lil sid il-bastiment rispettiv sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta’ estensjoni. Meta l-ammont fid-dikjarazzjoni finali jkun akbar mit-tariffa tal-ħlas minn qabel imsemmija fil-punt (5), sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jirċievi d-dikjarazzjoni finali. Kwalunkwe ammont imħallas għat-tariffa tal-ħlas minn qabel li jaqbeż id-dikjarazzjoni finali ma għandux jiġi rimborżat. Fir-rigward tat-tfassil, il-proċedura li għandha tiġi segwita minn Mauritius mal-wasla u l-kontestazzjoni tad-dikjarazzjoni finali, tal-Kapitolu III, il-punt (5), għandu japplika mutatis mutandis. |
(9) |
Fir-rigward tal-imbarkazzjoni tal-baħrin kif previst fil-Kapitolu VIII tal-Anness għall-Protokoll, matul l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet ta’ Mauritius, sitt baħrin ikkwalifikati minn Mauritius għandhom jimbarkaw fuq il-flotta tal-Unjoni. |
(10) |
Dan l-Iskambju ta’ Ittri għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2022 jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar, sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri neċessarji għal dak il-għan. |
Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li tikkonfermaw li r-Repubblika ta’ Mauritius taqbel mat-termini tagħha.
Nassigurak, Sinjur, Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.
B. Ittra mir-Repubblika ta’ Mauritius
Għeżież Sinjuri,
Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tinqara kif ġej:
“Bi pjaċir nikkonfermalkom li l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius jaqblu mal-arranġamenti provviżorji li ġejjin li jestendu l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (il-“Protokoll”), li applika mit-8 ta' Diċembru 2017 sas-7 ta' Diċembru 2021, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.
Għalhekk, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius qablu dwar dan li ġej:
(1) |
Mill-1 ta’ Jannar 2022, jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-arranġamenti fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll għandhom jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet sakemm protokoll ġdid jiġi miftiehem u jsir applikabbli, iżda għal perijodu massimu ta’ sitt xhur. |
(2) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex il-bastimenti jkollhom aċċess għall-ilmijiet ta’ Mauritius skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandha tikkorrispondi għal nofs l-ammont annwali previst fl-Artikolu 4(2), punt (a), tal-Protokoll, u b’hekk tammonta għal EUR 110 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 2 000 tunnellata. Dak il-ħlas għandu jsir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. L-Artikolu 4(5) u (6) ta’ dan il-Protokoll għandu japplika mutatis mutandis. |
(3) |
Skont dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta' Mauritius għandu jammonta għal EUR 110 000 u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika marittima u tal-ekonomija tal-oċeani għandu jammonta għal EUR 67 500. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandu japprova l-ipprogrammar għal dan l-ammont skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha titħallas f’pagament wieħed abbażi tal-programmazzjoni maqbula. |
(4) |
F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex il-protokoll il-ġdid jiġi ffirmat u sussegwentement biex jiġi applikat (b’mod provviżorju) qabel jiskadi l-perijodu ta’ sitt xhur previst fil-punt (1) hawn fuq, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (2) u (3) hawn fuq għandha titnaqqas pro rata temporis. Fejn ammont li jikkorrispondi għat-tnaqqis applikabbli diġà jkun tħallas, dak l-ammont għandu jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja dovuta skont il-Protokoll il-ġdid. |
(5) |
Matul il-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta' Ittri, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness għall-Protokoll. Il-ħlas tat-tariffa minn qabel għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz għandu jikkorrispondi għal nofs it-tariffi stabbiliti, u għal nofs il-kwantitajiet rispettivi ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn imsemmija fil-Kapitolu II, punt 3, is-subpunt 3(a) sa (c), tal-Anness għall-Protokoll għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll. It-tariffa tal-liċenzja applikabbli għall-bastimenti tal-provvista għandha tikkorrispondi għal nofs it-tariffa prevista fil-Kapitolu II, il-punt (4), tal-Anness għall-Protokoll, u konsegwentement għandha tammonta għal EUR 2 000. |
(6) |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandhom jibqgħu validi sa tmiem il-perijodu ta’ estensjoni. |
(7) |
Fir-rigward tar-rappurtar tal-qabdiet stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness għall-Protokoll, l-Unjoni għandha tipprovdi lil Mauritius, qabel tmiem kull trimestru, id-data dwar il-qabdiet għal kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat. Mauritius għandu jipprovdi, fuq bażi trimestrali, id-data dwar il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati miksuba permezz tal-ġurnali ta’ abbord. |
(8) |
Għal kull tartarun tal-borża u konz tal-wiċċ, l-Unjoni għandha tibgħat dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti mill-bastiment fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tiegħu matul il-perijodu ta’ estensjoni lil Mauritius u lil sid il-bastiment rispettiv sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta’ estensjoni. Meta l-ammont fid-dikjarazzjoni finali jkun akbar mit-tariffa tal-ħlas minn qabel imsemmija fil-punt (5), sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jirċievi d-dikjarazzjoni finali. Kwalunkwe ammont imħallas għat-tariffa tal-ħlas minn qabel li jaqbeż id-dikjarazzjoni finali ma għandux jiġi rimborżat. Fir-rigward tat-tfassil, il-proċedura li għandha tiġi segwita minn Mauritius mal-wasla u l-kontestazzjoni tad-dikjarazzjoni finali, tal-Kapitolu III, il-punt (5), għandu japplika mutatis mutandis. |
(9) |
Fir-rigward tal-imbarkazzjoni tal-baħrin kif previst fil-Kapitolu VIII tal-Anness għall-Protokoll, matul l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet ta’ Mauritius, sitt baħrin ikkwalifikati minn Mauritius għandhom jimbarkaw fuq il-flotta tal-Unjoni. |
(10) |
Dan l-Iskambju ta’ Ittri għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2022 jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar, sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri neċessarji għal dak il-għan. |
Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li tikkonfermaw li r-Repubblika ta’ Mauritius taqbel mat-termini tagħha.”.
Għandi l-unur nikkonferma li dak li ntqal aktar 'il fuq hu aċċettabbli għar-Repubblika ta’ Mauritius u li l-ittra tiegħek u din l-ittra jikkostitwixxu ftehim bi qbil mal-proposta tiegħek.
Nassigurak, Sinjur, Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.
REGOLAMENTI
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/51 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2022/615
tal-5 ta’ April 2022
li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà għall-Istati Membri u biex jiġu ċċarati l-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim meta jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u l-ING
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 322(2) tiegħu,
Flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Billi:
(1) |
Filwaqt li r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (2) ipprovda bażi solida u stabbli biex fuqha seta’ jitħaddem il-finanzjament tal-Unjoni, hemm bżonn li d-dispożizzjonijiet dwar id-disponibbiltà tar-riżorsi proprji jittejbu biex tissaħħaħ il-prevedibbiltà tagħha għall-Istati Membri u biex jiġu ċċarati proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim. |
(2) |
Bħalissa, l-Istati Membri biss jimmaniġġaw il-kontijiet tar-riżorsi proprji miftuħa f’isem il-Kummissjoni. Tnaqqis fl-għadd ta’ kontijiet bankarji użati għall-ġbir ta’ riżorsi proprji jkun aktar effiċjenti u jippermetti approċċ komuni għall-ġestjoni tal-flus. Sabiex timmodernizza l-ġestjoni tal-kontijiet tar-riżorsi proprji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi kont ċentralizzat tar-riżorsi proprji. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jagħżlu jekk jużawx dak il-kont ċentralizzat tar-riżorsi proprji jew kont miftuħ f’isem il-Kummissjoni mat-teżor tagħhom jew mal-bank ċentrali nazzjonali. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi analiżi dettaljata tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-użu tal-kont ċentralizzat tar-riżorsi proprji. |
(3) |
Fil-preżent, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 ma jippermettix lill-Istati Membri jħallsu bil-quddiem. Madankollu, fil-passat xi Stati Membri ħallsu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħhom bil-quddiem wara qbil mill-Kummissjoni. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dak ir-Regolament jipprevedi li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jħallsu bil-quddiem skont il-każ, dment li jinfurmaw lill-Kummissjoni minn qabel. Għal raġunijiet ta’ ġustizzja, fejn Stat Membru jagħmel użu minn dik il-possibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri l-oħra għal ma jġarrbu l-ebda spiża relatata mal-pagament bil-quddiem, bħall-imgħax negattiv. |
(4) |
Id-data tal-pagament mill-Istati Membri tal-aġġustamenti għar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u l-ING tas-snin finanzjarji preċedenti jenħtieġ li titmexxa għal Marzu tas-sena ta’ wara biex tittejjeb il-prevedibbiltà għall-proċeduri baġitarji nazzjonali. Id-data tal-pagament mill-Istati Membri tal-aġġustamenti jenħtieġ li tapplika wkoll għal ammonti li dwarhom il-Kummissjoni tkun ipprovdiet informazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
Sabiex jiġi pprovdut baġit stabbli li jkun meħtieġ għall-finanzjament tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni, jenħtieġ li l-proċedura għall-kalkolu tal-imgħax tiżgura b’mod partikolari li r-riżorsi proprji jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-ħin u b’mod sħiħ. |
(6) |
Hemm bżonn li jiġi adattat il-livell limitu attwali li taħtu jiġu rrinunzjati l-ammonti tal-imgħax. Huwa għalhekk meħtieġ li jiżdied l-ammont li għalih l-irkupru tal-imgħax jiġi rrinunzjat biex titjieb il-kosteffettività tal-proċeduri ta’ rkupru. |
(7) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jillimita ż-żieda fl-imgħax ’il fuq mir-rata bażi għal 16-il punt perċentwali. Madankollu, din il-“limitazzjoni massima” sa 16-il punt perċentwali tapplika biss għall-każijiet li saru magħrufa wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/804 (3). Konsegwentement, każijiet diġà magħrufa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2016/804, fejn ikunu involuti ammonti partikolarment għoljin ta’ mgħax, ma jistgħux jibbenefikaw minn dak il-limitu irrispettivament minn jekk l-ammont tal-imgħax ikunx diġà ġie nnotifikat lill-Istati Membri. F’dawk il-każijiet, l-Istati Membri xorta huma meħtieġa jħallsu ammonti ta’ imgħax li huma disproporzjonali meta mqabbla mal-ammont tal-kapital dovut. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tas-sistema filwaqt li jinżamm l-effett ta’ deterrent, jenħtieġ li ż-żieda fl-imgħax ’il fuq mir-rata bażi tiġi limitata ulterjorment għal 14-il punt perċentwali. Sabiex jiġu ċċarati u ssimplifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, il-limitazzjoni taż-żieda għal 14-il punt perċentwali jenħtieġ li tiġi applikata għal kwalunkwe ammont ta’ mgħax mhux ikkomunikat lill-Istat Membru qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Skont il-qafas legali attwali, il-prattika wriet li jista’ jkun diffiċli li tiġi identifikata d-data tal-bidu tal-imgħax ta’ inadempjenza minħabba d-diffikultà biex jiġi ddefinit iż-żmien preċiż li fih l-isforzi ta’ rkupru jistgħu jitqiesu li ma kinux biżżejjed. Għal finijiet ta’ simplifikazzjoni, jenħtieġ li jkun hemm “perijodu ta’ grazzja” ta’ ħames snin wara d-data ta’ stabbiliment tal-ammont, bil-kondizzjoni li l-ammont ikun ġie stabbilit, iddaħħal fil-ħin fil-kontijiet separati u nżamm fil-kontijiet separati f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. Għaldaqstant, l-imgħax jenħtieġ li jibda japplika biss wara ħames snin, filwaqt li l-obbligazzjoni għall-ammont ta’ kapital jenħtieġ li tinżamm. |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament ġust ta’ każijiet fejn l-ammonti li jikkorrispondu għal intitolamenti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali stabbiliti jirriżultaw bħala irrekuperabbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jinħelsu mill-obbligu li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għal intitolamenti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali stabbiliti, fejn l-Istat Membru jista’ jagħti prova li żball li twettaq mill-Istat Membru wara l-istabbiliment tal-intitolamenti ma kellu ebda influwenza fuq l-irrekuperabbiltà tal-ammont li jikkorrispondi għal dawk l-intitolamenti. Eżempji ta’ tali żball jistgħu jinkludu entrata tardiva fil-kontijiet separati jew nuqqasijiet fil-proċedura ta’ rkupru. |
(10) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 fih biss skadenza waħda, li tirrikjedi li l-Kummissjoni tikkomunika l-kummenti tagħha dwar il-każijiet ta’ tħassir irrappurtati lilha lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien sitt xhur minn meta dak l-Istat Membru jirċievi r-rapport. Sabiex is-segwitu tar-rapporti ta’ tħassir jitwettaq fil-ħin u b’mod aktar flessibbli u biex tiġi appoġġata valutazzjoni rapida u kompletament trasparenti tad-deċiżjoni tal-Istat Membru li ma jqigħedx l-ammont irrekuperabbli tar-riżorsi proprji tradizzjonali għad-dispożizzjoni, jenħtieġ li jiġu aġġustati skadenzi proċedurali għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri. |
(11) |
Sabiex tkun possibbli l-interruzzjoni tal-perijodu li matulu jakkumula l-imgħax, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet li jirriflettu l-prattika attwali tal-pagament taħt riżerva rigward ammonti ta’ riżorsi proprji dovuti għall-baġit tal-Unjoni, li tiftaħ il-possibbiltà li tinbeda azzjoni għal arrikkiment indebitu kontra l-Kummissjoni skont l-Artikolu 268 u l-Artikolu 340, it-tieni paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(12) |
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali, jenħtieġ li tiġi prevista proċedura ta’ rieżami fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 biex tittejjeb it-trasparenza u jiġu ċċarati d-drittijiet tad-difiża tal-Istati Membri. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, l-eżitu tal-proċedura ta’ rieżami, kif ukoll is-sitwazzjoni attwali tal-każijiet pendenti, jenħtieġ li jiġu diskussi mal-Kummissjoni f’laqgħa annwali li tiġi organizzata. Dik il-laqgħa għandha tinżamm f’livell adegwat ta’ rappreżentanza maniġerjali, bil-ħsieb li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-pożizzjonijiet rispettivi u li jsir sforz biex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ rikors għal proċedimenti ta’ ksur, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(13) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-funzjonament tal-proċedura ta’ rieżami fil-qafas ta’ reviżjoni possibbli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jew sa mhux aktar tard minn tmiem l-2026, u b’mod partikolari, tivvaluta l-opportunitajiet biex tissimplifika l-proċedura ta’ rieżami, li, fejn ikun xieraq, tista’ tiġi konkluża b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
(14) |
L-Artikoli 6 u 10a tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jenħtieġ li jiġu adattati biex titħassar ir-referenza għall-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit u biex il-Ġermanja tiġi inkluża bħala benefiċjarja ta’ korrezzjonijiet ta’ somma f’daqqa f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (4). |
(15) |
F’konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, jenħtieġ li l-eżistenza parallela ta’ diversi regolamenti dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tkun biss temporanja u jenħtieġ li tali atti legali jingħaqdu f’regolament uniku mill-aktar fis possibbli. |
(16) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu, is-sentenza tal-introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej: “Madankollu, ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT u r-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING, filwaqt li jitqies l-effett li għandu fuq dawk ir-riżorsi t-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja, għandhom jiġu dokumentati fil-kontijiet kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu kif ġej:”; |
(2) |
L-Artikolu 9 huwa emendat b’dan li ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 10a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10a It-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u l-ING 1. Ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT u r-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING, filwaqt li jitqies l-effett li għandu fuq dawk ir-riżorsi t-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja, għandhom jiġu kkreditati fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull xahar. L-ammonti li għandhom jiġu kkreditati għandhom ikunu parti minn tnax tat-totali rilevanti fil-baġit, ikkonvertiti fil-muniti nazzjonali bir-rati tal-kambju tal-aħħar jum tal-kwotazzjoni tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena baġitarja, kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C. 2. Għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħlas tan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u leġiżlazzjoni tal-Unjoni sussegwenti rilevanti, kif ukoll skont il-qagħda tal-likwidità finanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-Istati Membri biex iressqu ’l quddiem, sa xahrejn fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja, id-dħul ta’ parti minn tnax, jew frazzjoni minnu, tal-ammonti fil-baġit għar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT u għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING, filwaqt li jitqies l-effett li għandu fuq dawk ir-riżorsi t-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja. Soġġett għat-tielet subparagrafu, għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħlas tan-nefqa tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u leġiżlazzjoni tal-Unjoni sussegwenti rilevanti, kif ukoll skont il-qagħda tal-likwidità finanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-Istati Membri biex iressqu ’l quddiem, fl-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, id-dħul sa nofs addizzjonali ta’ parti minn tnax tal-ammonti fil-baġit għar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT u għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING, filwaqt li jitqies l-effett li għandu fuq dawk ir-riżorsi t-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja. L-ammont totali li l-Kummissjoni tista’ tistieden lill-Istati Membri biex iressqu ’l quddiem fl-istess xahar skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandu, f’ebda każ, jaqbeż ammont li jikkorrispondi għal żewġ partijiet addizzjonali minn tnax. Wara l-ewwel sitt xhur, id-dħul rikjest ta’ kull xahar ma jistax jaqbeż parti minn tnax tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING, filwaqt li jibqa’ fil-limitu tal-ammonti mdaħħla fil-baġit għal dak l-iskop. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan bil-quddiem, mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel id-dħul rikjest skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri minn ferm qabel, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel id-dħul rikjest skont it-tieni subparagrafu, bl-intenzjoni tagħha li jintalab tali dħul. Il-paragrafu 4, li jirrigwarda l-ammont li għandu jiddaħħal f’Jannar ta’ kull sena, u l-paragrafu 5, applikabbli jekk il-baġit ma jkunx għadu ġie finalment adottat qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, għandhom ikunu applikabbli għal dan id-dħul antiċipat. Stat Membru jista’, f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, jitlob awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING iqegħidhom għad-dispożizzjoni qabel, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ baġits emendatorji fi tmiem is-sena, filwaqt li jitqies l-effett li għandu fuq dawn ir-riżorsi t-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja. Kwalunkwe pagament bil-quddiem għandu jkun preċedut minn notifika minn qabel ta’ mill-inqas sebat ijiem ta’ xogħol u t-talba għal dan jenħtieġ li jkun debitament ġustifikat mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talba filwaqt li tqis il-pożizzjoni tal-flus kontanti u l-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-Kummissjoni. Stat Membru jista’ jeżegwixxi l-pagament bil-quddiem biss wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Kwalunkwe spiża addizzjonali marbuta mat-tqegħid għad-dispożizzjoni minn qabel tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING għandha tiġġarrab mill-Istat Membru li jitlobha. 3. Kwalunkwe bidla fir-rata uniformi tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT, fir-rata tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING, fil-finanzjament tat-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja għandha tirrikjedi l-adozzjoni finali ta’ baġit emendatorju u għandha twassal għal aġġustamenti mill-ġdid tal-partijiet minn tnax li jkunu ddaħħlu sa mill-bidu tas-sena finanzjarja. Dawk l-aġġustamenti mill-ġdid għandhom jitwettqu meta jsir l-ewwel dħul wara l-adozzjoni finali tal-baġit emendatorju jekk dan jiġi adottat qabel is-16 tax-xahar. Inkella dawk l-aġġustamenti għandhom jitwettqu meta jsir it-tieni dħul wara l-adozzjoni finali. B’deroga mill-Artikolu 10 tar-Regolament Finanzjarju, dawk l-aġġustamenti mill-ġdid għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fir-rigward tas-sena finanzjarja tal-baġit emendatorju inkwistjoni. 4. Il-kalkolu tal-partijiet minn tnax għal Jannar ta’ kull sena finanzjarja għandu jkun ibbażat fuq l-ammonti previsti fl-abbozz tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 314, il-paragrafu 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għandhom jiġu kkonvertiti fil-muniti nazzjonali bir-rati tal-kambju tal-ewwel jum tal-kwotazzjoni ta’ wara l-15 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li tippreċedi s-sena baġitarja. L-aġġustament għandu jsir mad-dħul għax-xahar ta’ wara. 5. Jekk l-adozzjoni finali tal-baġit ma tkunx seħħet sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel id-dħul għal Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull xahar, inkluż Jannar, parti waħda minn tnax tal-ammont tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT, u r-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING, filwaqt li jitqies l-effett fuq dawk ir-riżorsi tat-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja, li jkun iddaħħal fl-aħħar baġit finalment adottat. L-aġġustament għandu jsir fl-ewwel jum dovut wara l-adozzjoni finali tal-baġit jekk ikun adottat qabel is-16 tax-xahar. Inkella, l-aġġustament għandu jsir fit-tieni data ta’ maturità wara l-adozzjoni finali tal-baġit. 6. Ma għandu jkun hemm ebda reviżjoni sussegwenti tal-finanzjament tat-tnaqqis gross permess lid-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja fil-każ ta’ modifiki tad-data tal-ING skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608)." (*2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320)." (*3) Ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament GNI) (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19).”;" |
(4) |
fl-Artikolu 10b(5), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-ammonti li jirriżultaw minn dan il-kalkolu qabel l-1 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik li fiha tkun ġiet ipprovduta d-data għall-aġġustamenti. Kull Stat Membru għandu jdaħħal l-ammont nett fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik li fiha l-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri bl-ammonti li jirriżultaw mill-kalkolu. L-iskadenza għall-Istati Membri biex iħallsu l-aġġustamenti għandha tapplika wkoll għal ammonti li dwarhom il-Kummissjoni tkun ipprovdiet informazzjoni qabel it-3 ta’ Mejju 2022.”; |
(5) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: “KAPITOLU IIIa PAGAMENT TAĦT RIŻERVA U PROĊEDURA TA’ RIEŻAMI Artikolu 13a Pagament taħt riżerva 1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Stat Membru u l-Kummissjoni dwar ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali dovuti lill-baġit tal-Unjoni jew dwar ammonti tal-VAT soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 12(2), punt (c), l-Istat Membru jista’, meta jħallas l-ammont ikkontestat, jesprimi riżervi dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar dawk ir-riżervi, għall-ammonti relatati mar-riżorsi proprji tradizzjonali, flimkien mad-dikjarazzjoni tagħhom ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 6(4) u, għall-ammonti relatati mar-riżorsa proprji tal-VAT, flimkien mad-dikjarazzjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 10b(1). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw it-tneħħija tar-riżervi lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli. 2. Jekk nuqqas ta’ qbil kif imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi solvut favur l-Istat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun awtorizzat mill-Kummissjoni biex inaqqas l-ammont imħallas mill-pagament jew il-pagamenti tar-riżorsi proprji tiegħu li jkun imiss. 3. Id-dħul fil-kont skont l-Artikolu 9 tal-pagament taħt riżerva għandu jinterrompi l-perijodu li matulu jakkumula l-imgħax, kif imsemmi fl-Artikolu 12. 4. Sal-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tipprovdi nota ta’ informazzjoni annwali li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-ammont totali mħallas taħt riżerva u l-ammont totali ta’ riżervi mneħħija matul is-sena preċedenti. Artikolu 13b Proċedura ta’ rieżami 1. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Stat Membru u l-Kummissjoni dwar ammonti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali dovuti lill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-valutazzjoni tagħha fi żmien sitt xhur minn meta jirċiviha. Tali talba għandha tipprovdi raġunijiet għar-rieżami mitlub, u tinkludi l-evidenza u d-dokumenti ta’ sostenn li fuqhom tkun ibbażata. It-talba u l-proċedura li tirriżulta ma għandhomx ibiddlu l-obbligu tal-Istati Membri li jqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji meta jkunu dovuti għall-baġit tal-Unjoni. 2. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat il-kummenti tagħha dwar ir-raġunijiet mogħtija fit-talba. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-limitu ta’ żmien darba bi tliet xhur oħra u tinforma lill-Istat Membru kkonċernat b’dan. 3. Fejn il-Kummissjoni tara li huwa neċessarju li tintalab informazzjoni addizzjonali, il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda jgħodd mid-data meta tasal l-informazzjoni addizzjonali mitluba. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni addizzjonali. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha testendi dak il-limitu ta’ żmien darba bi tliet xhur oħra. 4. Meta l-Istat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi informazzjoni addizzjonali, huwa jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tinnotifika l-kummenti tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu f’dak il-każ jibda jgħodd mid-data tal-wasla ta’ dik in-notifika. 5. Il-proċedura ta’ rieżami għandha tintemm mhux aktar tard minn sentejn wara li l-Istat Membru jkun bagħat it-talba tiegħu għar-rieżami msemmija fil-paragrafu 1. 6. Darba fis-sena, Stat Membru jista’ jitlob li ssir laqgħa ta’ livell għoli mal-Kummissjoni biex tiġi diskussa s-sitwazzjoni attwali tal-każijiet li huma jew li kienu soġġetti għall-proċedura ta’ rieżami u biex isir skrutinju fuq dawn bil-ħsieb li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-pożizzjonijiet rispettivi u jsir sforz biex jintlaħaq ftehim. 7. Fil-qafas ta’ reviżjoni possibbli ta’ dan ir-Regolament jew sa mhux aktar tard minn tmiem l-2026, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-funzjonament tal-proċedura ta’ rieżami msemmija f’dan l-Artikolu. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u għandha tqis il-konklużjonijiet u l-pożizzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposti bil-ħsieb li jittejjeb il-funzjonament tal-proċedura ta’ rieżami.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 402 I, 5.10.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/804 tas-17 ta’ Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 85).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/59 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/616
tat-8 ta’ April 2022
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [“Carne de Ávila” (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Spanja għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Carne de Ávila”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2012 (3). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament (4). |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Carne de Ávila” (IĠP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (ĠU L 302, 31.10.2012, p. 5).
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/617
tat-12 ta’ April 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-merkurju fil-ħut u fil-melħ
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti, inkluż il-merkurju, fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Fit-22 ta’ Novembru 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni dwar il-merkurju u l-metilmerkurju fl-ikel (3). F’dik l-opinjoni, l-Awtorità stabbiliet doża tollerabbli fil-ġimgħa ta’ 4 μg/kg ta’ piż tal-ġisem għall-merkurju inorganiku u 1,3 μg/kg ta’ piż tal-ġisem għall-metilmerkurju (espressi t-tnejn li huma bħala merkurju) u kkonkludiet li l-esponiment dijetetiku fil-95 perċentil huwa qrib tad-doża tollerabbli fil-ġimgħa jew jaqbiżha għall-gruppi ta’ età kollha. Il-persuni li jikkonsmaw ħafna ħut, li jistgħu jinkludu n-nisa tqal, jistgħu jaqbżu d-doża tollerabbli fil-ġimgħa sa madwar sitt darbiet. It-trabi fil-ġuf huma l-aktar grupp vulnerabbli. L-opinjoni kkonkludiet li l-esponiment għall-metilmerkurju ogħla mid-doża tollerabbli fil-ġimgħa huwa ta’ tħassib, iżda rrakkomandat li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji tal-konsum tal-ħut jekk jitqiesu miżuri li jnaqqsu l-esponiment għall-metilmerkurju. |
(3) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2014, l-Awtorità adottat opinjoni dwar il-benefiċċji għas-saħħa tal-konsum tal-frott tal-baħar fir-rigward tar-riskji tas-saħħa assoċjati mal-esponiment għall-metilmerkurju (4). F’dik l-opinjoni, l-Awtorità rieżaminat ir-rwol tal-frott tal-baħar fid-dieti Ewropej u evalwat il-benefiċċji tal-konsum tal-frott tal-baħar fir-rigward tal-eżiti tas-saħħa, inkluż l-effetti tal-konsum tal-frott tal-baħar waqt it-tqala fuq l-eżiti funzjonali tal-iżvilupp newroloġiku tat-tfal u l-effetti tal-konsum tal-frott tal-baħar fuq ir-riskju tal-mard kardjovaskulari fl-adulti. L-Awtorità kkonkludiet li l-konsum tal-frott tal-baħar ta’ madwar darba jew darbtejn fil-ġimgħa u sa tlieta jew erba’ darbiet fil-ġimgħa waqt it-tqala, ġie assoċjat ma’ eżiti funzjonali aħjar tal-iżvilupp newroloġiku fit-tfal meta mqabbel ma’ ebda konsum tal-frott tal-baħar. Dawn l-ammonti ġew assoċjati wkoll ma’ mortalità aktar baxxa bil-mard koronarju tal-qalb fl-adulti. |
(4) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2014, l-Awtorità adottat dikjarazzjoni dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-ħut/frott tal-baħar meta mqabbla mar-riskji tal-metilmerkurju fil-ħut/frott tal-baħar (5), fejn ikkonkludiet li biex jinkisbu l-benefiċċji tal-konsum tal-ħut assoċjati ma’ konsum minn darba sa erba’ darbiet fil-ġimgħa u biex ikun hemm protezzjoni kontra t-tossiċità tal-metilmerkurju għall-iżvilupp newroloġiku, jenħtieġ li jiġi limitat il-konsum tal-ispeċijiet tal-ħut/frott tal-baħar b’kontenut għoli ta’ merkurju. |
(5) |
Wara li tqies l-eżitu tal-opinjonijiet xjentifiċi u d-dikjarazzjoni tal-Awtorità, jenħtieġ li l-livelli massimi għall-merkurju jiġu rieżaminati biex jitnaqqas aktar l-esponiment dijetetiku għall-merkurju fl-ikel. |
(6) |
Peress li d-data riċenti dwar l-okkorrenza turi li hemm marġni biex jitnaqqsu l-livelli massimi għall-merkurju f’diversi speċijiet ta’ ħut, jenħtieġ li l-livelli massimi għal dawk l-ispeċijiet ta’ ħut jiġu modifikati skont dan. |
(7) |
Fid-dawl tat-tħassib relatat mas-saħħa, il-livell ta’ merkurju għall-klieb il-baħar u l-pixxispad jenħtieġ li jinżamm fil-livell attwali sakemm ikun hemm aktar ġbir ta’ data, valutazzjonijiet xjentifiċi u għarfien dwar l-effettività tal-pariri dwar il-konsum fit-tnaqqis tal-esponiment. |
(8) |
Il-Codex Alimentarius jistabbilixxi livell massimu ta’ 0,1 mg/kg għall-merkurju fil-melħ (6). Jixraq li l-istess livell massimu jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Filwaqt li jitqies li ċerti oġġetti tal-ikel koperti b’dan ir-Regolament għandhom ħajja twila fuq l-ixkaffa, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju li matulu t-tali oġġetti tal-ikel li ma jikkonformawx mal-livelli massimi l-ġodda u li jkunu tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu fis-suq. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness, li jkunu tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu fis-suq sad-data ta’ durabbiltà minima jew sad-data tal-iskadenza.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) EFSA Panel on Contaminants in the Food Chain (CONTAM); Scientific Opinion on the risk for public health related to the presence of mercury and methylmercury in food. The EFSA Journal 2012;10(12):2985.
(4) EFSA NDA Panel (EFSA Panel on Dietetic Products, Nutrition and Allergies), 2014. Scientific Opinion on health benefits of seafood (fish and shellfish) consumption in relation to health risks associated with exposure to methylmercury. The EFSA Journal 2014;12(7):3761.
(5) EFSA Scientific Committee, 2015. Statement on the benefits of fish/seafood consumption compared to the risks of methylmercury in fish/seafood. EFSA Journal 2015;13(1):3982.
(6) Codex General Standard for Contaminants and Toxin in Foods and Feeds — GSCTFF (CODEX STAN 193-1995).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
Fit-Taqsima 3: Metalli, is-subtaqsima 3.3 (Merkurju) hija sostitwita b’dan li ġej:
“3.3 |
Merkurju |
|
3.3.1 |
Prodotti tas-sajd(26) u laħam tal-muskoli tal-ħut(24)(25), barra l-ispeċijiet elenkati fi 3.3.2 u 3.3.3. Il-livell massimu għall-krustaċji japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u l-addome(44). Fil-każ tal-granċijiet u krustaċji simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura), dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi. |
0,50 |
3.3.2 |
Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej(24)(25): Bażuga (Pagellus acarne) Ċinturin iswed (Aphanopus carbo) Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) Plamtu (Sarda sarda) Paġella (Pagellus erythrinus) Tirsite iswed (Lepidocybium flavobrunneum) Ħalibutt (tal-ispeċi Hippoglossus) Abadeku tal-Afrika t’Isfel (Genypterus capensis) Marlin (tal-ispeċi Makaira) Megrim (tal-ispeċi Lepidorhombus) Ruvett (Ruvettus pretiosus) Mera tal-Atlantiku (Hoplostethus atlanticus) Abadeku roża (Genypterus blacodes) Lizz (tal-ispeċi Esox) Plamtu bla rigi (Orcynopsis unicolor) Mankana (tal-ispeċi Tricopterus) Trilja tal-ħama (Mullus barbatus barbatus) Grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris) Pixxivela (tal-ispeċi Istiophorus) Xabla (Lepidopus caudatus) Tirsite serp (Gempylus serpens) Sturjun (tal-ispeċi Acipenser) Trilja tal-qawwi (Mullus surmuletus) Tonn (tal-ispeċi Thunnus, tal-ispeċi Euthynnus, Katsuwonus pelamis) Kelb il-baħar (l-ispeċijiet kollha) Pixxispad (Xiphias gladius) |
1,0 |
3.3.3 |
Ċefalopodi Gasteropodi tal-baħar Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej(24)(25): Inċova (tal-ispeċi Engraulis) Merluzz tal-Alaska (Theragra chalcogrammus) Bakkaljaw (Gadus morhua) Aringa (Clupea harengus) Basa (Pangasius bocourti) Karpjun komuni (speċi li tappartjeni għall-familja Cyprinidae) Limanda (Limanda limanda) Kavall (tal-speċi Scomber) Barbun (Platichthys flesus) Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) Laċċa kaħla (Sprattus sprattus) Pixxigatt ġgant tal-Mekong (Pangasianodon gigas) Pollakkju (Pollachius pollachius) Pollakkju iswed (Pollachius virens) Salamun u Trota (tal-ispeċi Salmo u tal-ispeċi Oncorhynchus, għajr Salmo trutta) Sardina jew Sardina kaħla (tal-ispeċi Dussumieria, tal-ispeċi Sardina, tal-ispeċi Sardinella u tal-ispeċi Sardinops) Lingwata komuni (Solea Solea) Pixxigatt irrigat (Pangasianodon hypothalamus) Merlangu (Merlangius merlangus) |
0,30 |
3.3.4 |
Supplimenti tal-ikel(39) |
0,10 |
3.3.5 |
Melħ |
0,10” |
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/64 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/618
tat-12 ta’ April 2022
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1533 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u partikolarment l-Artikolu 54(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a), (c) u (f), tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1533 (3) fiha żball fl-Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja, li tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni. |
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1533 tas-17 ta’ Settembru 2021 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 (ĠU L 330, 20.9.2021, p. 72).
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/66 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/619
tat-12 ta’ April 2022
li jtemm rieżamijiet ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2230 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għal tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, li jimponi d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ dawn il-produtturi u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
1. MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
F’Ottubru 2005, il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1631/2005 (2), dazju antidumping definittiv (“ir-Regolament oriġinali”) fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku (trichloroisocyanuric acid, “TCCA”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u mill-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti tal-Amerka”). Id-dazji antidumping kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ varjaw minn 7,3 % sa 40,5 % għal kumpaniji individwali filwaqt li d-dazju għall-pajjiż kollu ġie stabbilit għal 42,6 %. |
(2) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 855/2010 (3), il-Kunsill naqqas ir-rata ta' dazju antidumping għal produttur esportatur wieħed minn 14,1 % għal 3,2 %. |
(3) |
Wara rieżami tal-iskadenza, il-Kunsill impona miżuri tal-antidumping definittivi li jikkonsistu f'dazji individwali li jvarjaw minn 3,2 % sa 40,5 % b'dazju residwu ta' 42,6 % fuq l-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-RPĊ bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1389/2011 (4). |
(4) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 569/2014 (5), il-Kummissjoni imponiet rata ta' dazju individwali ta' 32,8 % għall-produttur esportatur wieħed ġdid. Għal produttur esportatur ieħor, il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/392 (6). |
(5) |
Wara t-tieni rieżami tal-iskadenza, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni imponiet miżuri tal-antidumping definittivi li jikkonsistu f'dazji individwali li jvarjaw minn 3,2 % sa 40,5 % b'dazju residwu ta' 42,6 % fuq l-importazzjonijiet tat-TCCA li joriġinaw mir-RPĊ permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2230 (7). |
2. L-INVESTIGAZZJONI ATTWALI
2.1. Talba għal rieżami
(6) |
Il-Kummissjoni rċeviet tliet talbiet għal rieżami ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. It-talbiet ġew ippreżentati minn Hebei Xingfei Chemical Co., Ltd (Hebei Xingfei) fit-13 ta’ Lulju 2020, minn Inner Mongolia Likang Bio-Tech Co., Ltd (Mongolia Likang) fid-29 ta’ Lulju 2019 u aġġornata fit-12 ta’ Frar 2021, u minn Shandong Lantian Disinfection Technology Co., Ltd (Shandong Lantian) fit-13 ta’ April 2021 (“ir-rikorrenti”) li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni huma soġġetti għal dazju antidumping definittiv ta’ 42,6 %. |
(7) |
Ir-rikorrenti sostnew li huma ma esportawx it-TCCA lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (il-perjodu ta’ investigazzjoni, “PI”). |
(8) |
Huma stqarrew ukoll li ma kienu relatati mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi tat-TCCA li huma soġġetti għall-miżuri fis-seħħ. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti sostnew li huma kienu esportaw it-TCCA lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. |
2.2. Il-bidu ta' rieżamijiet ta' esportatur ġodda
(9) |
Wara li eżaminat l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' rieżamijiet ta' “esportatur ġdid”, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara li l-produtturi tal-Unjoni ngħataw opportunità biex jikkummentaw, il-Kummissjoni nediet, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1209 (8), tliet rieażmijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2230 fir-rigward tar-rikorrenti. |
2.3. Il-prodott ikkonċernat
(10) |
Il-prodott rieżaminat huwa l-aċidu triklorojsoċjanuriku u l-preparazzjonijiet tiegħu, imsejjaħ ukoll “simklosene” bl-isem internazzjonali komuni (INN), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2933 69 80 u ex 3808 94 20 (il-kodiċijiet TARIC 2933698070 u 3808942020) u li joriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “TCCA”). |
(11) |
It-TCCA huwa prodott kimiku użat bħala diżinfettant u bliċer organiku ġenerali tal-kloru, użat b'mod partikolari bħala diżinfettant tal-ilma fil-pixxini u l-ispas. Użi oħrajn jinkludu t-trattament tal-ilma fit-tankijiet settiċi jew torrijiet tat-tkessiħ u t-tindif tal-apparat elettrodomestiku. It-TCCA jinbiegħ bħala trab, bċejjeċ żgħar, pilloli jew laqx. Il-forom kollha tat-TCCA u t-taħlitiet għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi (diżinfettanti) u għaldaqstant, jitqiesu bħala prodott wieħed. |
2.4. Il-partijiet ikkonċernati
(12) |
Il-Kummissjoni għarrfet b'mod uffiċjali lir-rikorrenti, lill-industrija tal-Unjoni, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, bit-tnedija tar-rieżamijiet. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jippreżentaw l-opinjoni tagħhom bil-miktub u li jinstemgħu. |
(13) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil tliet importaturi. Il-kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online fil-jum tal-bidu. |
(14) |
Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tal-miżuri tal-lockdown stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni kontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet proviżorji tagħha f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (9). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (remote crosschecks, “RCCs”) mat-tliet rikorrenti u ma’ kumpanija fil-pajjiż analogu, jiġifieri:
|
2.5. Il-Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami
(15) |
L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”, PIR). |
2.6. Żvelar
(16) |
Fil-25 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati l-intenzjoni tagħha li ttemm l-investigazzjonijiet ta’ rieżami mingħajr ma tiddetermina marġnijiet ta’ dumping individwali għar-rikorrenti. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. |
(17) |
Wara l-iżvelar, ir-rikorrenti sostnew li d-drittijiet tad-difiża tagħhom ġew miksura minħabba żvelar inadegwat. B’mod partikolari, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni ma kkomunikatx informazzjoni dwar il-valur normali, li tippermetti lir-rikorrenti jipprovdu kummenti addizzjonali għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
(18) |
Il-Kummissjoni fakkret li, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżvela l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom biħsiebha tieħu deċiżjoni. Minħabba s-sejbiet tal-investigazzjonijiet, l-informazzjoni dwar il-valur normali ma kinitx element li fuqu l-Kummissjoni kienet ibbażat is-sejbiet tagħha. Għaldaqstant, l-iżvelar ta’ tali informazzjoni ma kienx neċessarju biex jippermetti lir-rikorrenti jeżerċitaw id-drittijiet proċedurali tagħhom. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ma ntlaqgħux. |
2.7. Seduti ta’ Smigħ
(19) |
Wara l-iżvelar, ir-rikorrenti talbu u ngħataw seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti talbu seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta li saret fil-11 ta’ Marzu 2022. L-uffiċjal tas-seduta sab li d-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti kienu ġew irrispettati bis-sħiħ. |
3. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
3.1. Kriterji ta’ “produttur esportatur ġdid”
(20) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati għal produttur esportatur ġdid huma dawn li ġejjin:
|
(21) |
L-investigazzjoni kkonfermat li tliet rikorrenti ma kinux esportaw il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u li kienu bdew jesportaw lejn l-Unjoni wara dan il-perjodu. |
(22) |
L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li r-rikorrenti ma kienu relatati mal-ebda produttur esportatur Ċiniż soġġett għall-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. |
(23) |
Fir-rigward tal-kriterju li r-rikorrenti kienu bdew jesportaw lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, minħabba li kull rikorrent kellu tranżazzjoni ta’ esportazzjoni waħda biss ta’ volum limitat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“PIR”), il-Kummissjoni eżaminat jekk din it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni setgħetx titqies suffiċjenti biex tipprovdi riflessjoni preċiża tal-imġiba tal-esportazzjoni attwali u futura tar-rikorrenti. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni kompliet tanalizza, għal kull rikorrent: is-sehem tal-kwantità esportata f’relazzjoni mat-total tal-esportazzjonijiet u l-produzzjoni; il-prezzijiet tal-bejgħ lejn l-UE fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn pajjiżi terzi; u, il-prezzijiet tal-bejgħ lejn l-UE fir-rigward tal-prezzijiet medji ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li esportaw volumi sinifikanti lejn l-UE matul il-PIR. |
3.1.1. Hebei Xingfei Chemical Co., Ltd
(24) |
Għal Hebei Xingfei, l-investigazzjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġiet irreġistrata tranżazzjoni ta’ bejgħ waħda biss lejn l-UE, għall-volum ta’ 9 tunnellati. Din it-tranżazzjoni tirrapreżenta, fl-istess perjodu, 0,09 % tal-bejgħ totali tal-kumpanija u 0,63 % tal-volum totali ta’ esportazzjoni. |
(25) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, l-investigazzjoni wriet li, għall-gradi tat-TCCA esportati lejn l-UE, il-prezz tal-esportazzjoni għall-unika tranżazzjoni matul il-PIR kien minn 115 % sa 140 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ Hebei Xingfei lejn pajjiżi mhux tal-UE. |
(26) |
Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-UE bejn Hebei Xingfei u produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li jfornu s-suq speċifiku tal-UE (10) matul il-PIR. Instab li l-prezz tat-tranżazzjoni ta’ Hebei Xingfei fil-livell CIF kien 53 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi l-oħra. Wara ż-żieda tad-dazju antidumping applikabbli, il-prezz tat-tranżazzjoni ta’ Hebei Xingfei kien 105 % ogħla. |
(27) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, l-unika tranżazzjoni ta’ bejgħ għall-esportazzjoni ta’ Hebei Xingfei lejn l-UE matul il-PIR ma kinitx ikkunsidrata bħala rappreżentattiva biżżejjed biex tipprovdi riflessjoni preċiża tal-imġiba tal-esportazzjoni attwali u futura ta’ Hebei Xingfei. |
3.1.2. Shandong Lantian Disinfection Technology Co., Ltd
(28) |
Għal Shandong Lantian, l-investigazzjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġiet irreġistrata tranżazzjoni ta’ bejgħ waħda biss lejn l-UE, għal volum ta’ 29 tunnellata. Din it-tranżazzjoni tirrapreżentaa, fl-istess perjodu, 0,07 % tal-volum ta’ produzzjoni totali tal-kumpanija u 0,02 % tal-volum totali ta’ esportazzjoni. |
(29) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, l-investigazzjoni żvelat li, għall-gradi tat-TCCA mibjugħa lill-UE, il-prezz tal-esportazzjoni għall-unika tranżazzjoni kien minn 60 % sa 86 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ Shandong Lantian lejn pajjiżi mhux tal-UE matul il-PIR. |
(30) |
Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-UE bejn Shandong Lantian u produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li fornew is-suq speċifiku tal-UE matul il-PIR. Instab li l-prezz tat-tranżazzjoni ta’ Shandong Lantian fil-livell CIF kien 43 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi l-oħra. Wara ż-żieda tad-dazji antidumping applikabbli, il-prezz tat-tranżazzjoni ta’ Shandong Lantian kien 87 % ogħla. |
(31) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, l-unika tranżazzjoni ta’ esportazzjoni ta’ Shandong Lantian lejn l-UE matul il-PIR, ma kinitx ikkunsidrata rappreżentattiva biżżejjed biex tipprovdi riflessjoni preċiża tal-imġiba tal-esportazzjoni attwali u futura ta’ Shandong Lantian. |
3.1.3. Inner Mongolia Likang Bio-Tech Co., Ltd
(32) |
Għal Mongolia Likang l-investigazzjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ġiet irreġistrata tranżazzjoni ta’ bejgħ waħda biss lejn l-UE, għall-volum ta’ 9 tunnellati. Din it-tranżazzjoni tirrapreżenta, fl-istess perjodu, 0,10 % tal-volum totali ta’ produzzjoni tal-kumpanija u 0,71 % tal-volum total ta’ esportazzjoni. |
(33) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, l-investigazzjoni wriet li, għall-gradi tat-TCCA mibjugħa lill-UE, il-prezz tal-esportazzjoni għall-unika tranżazzjoni kien madwar 50 % ogħla mill-prezzijiet medji tal-esportazzjoni ta’ Mongolia Likang lejn pajjiżi mhux tal-UE matul il-PIR. |
(34) |
Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-UE bejn Mongolia Likang u produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li jfornu s-suq speċifiku tal-UE matul il-PIR. Hija sabet li l-prezz tat-tranżazzjoni ta’ Mongolia Likang fil-livell CIF kien 11 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi l-oħra. Wara ż-żieda tad-dazji antidumping applikabbli, il-prezz tat-tranżazzjoni ta’ Mongolia Likang kien 48 % ogħla. |
(35) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, l-unika tranżazzjoni ta’ bejgħ għall-esportazzjoni ta’ Mongolia Likang lejn l-UE matul il-PIR, ma kinitx ikkunsidrata bħala rappreżentattiva biżżejjed biex tipprovdi riflessjoni preċiża tal-imġiba tal-esportazzjoni attwali u futura ta’ Mongolia Likang. |
3.2. Konklużjoni
(36) |
Matul l-investigazzjoni, bi tweġiba għal investigazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-prezzijiet varjaw bejn is-swieq tal-esportazzjoni, ir-rikorrenti indikaw differenzi fl-imballaġġ, fil-kwalità u fi primjum ogħla fuq il-prezz li setgħu jiksbu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, id-differenzi fl-imballaġġ u fil-kwalità ġew spjegati min-numru ta’ kontroll tal-prodott assenjat lill-prodotti meta mqabbel ma’ destinazzjonijiet oħra tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, it-tqabbil mal-esportazzjonijiet ta’ produtturi Ċiniżi oħra matul il-PIR wera li s-suq tal-Unjoni ma kienx jattira primjum li kien kapaċi jispjega d-differenza osservata fil-prezz. |
(37) |
Wara l-iżvelar, ir-rikorrenti sostnew li s-sejbiet tal-Kummissjoni kienu mingħajr bażi ġuridika billi kienu bbażati fuq valutazzjoni tar-rappreżentattività tat-tranżazzjonijiet li mhijiex prevista fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ir-rikorrenti sostnew li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rappreżentattività tat-tranżazzjonijiet kienet inkonsistenti mal-ġurisprudenza tad-WTO (World Trade Organisation). Huma rreferew għal DS295 Mexico - Antidumping Measures on Rice, fejn l-istabbiliment ta’ rekwiżit addizzjonali għall-bidu ta’ rieżami, jiġifieri volum rappreżentattiv, instab inkonsistenti mal-Artikolu 9.5 tal-ftehim antidumping. L-istess talba saret minn importatur tal-Unjoni. |
(38) |
Il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet tal-Korp tal-Appell tad-WTO fid-DS295 ma kinux strettament rilevanti għall-każ inkwistjoni. Din is-sejba kienet tikkonċerna ċirkostanzi differenti, b’mod partikolari jekk dispożizzjoni legali fil-liġi domestika Messikana li tillimita l-possibbiltà li tinbeda reviżjoni ta’ esportatur ġdid billi tirrikjedi l-eżistenza ta’ volumi rappreżentattivi minimi kinitx konsistenti mal-ftehim antidumping (antidumping agreement, ADA). F’dan il-każ, l-ebda kriterju bħal dan ma kien ġie applikat mill-Kummissjoni biex tiddeċiedi li tiftaħ ir-rieżamijiet attwali tal-esportaturi. |
(39) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni fakkret li d-deċiżjoni tagħha li ttemm ir-rieżamijiet ma kinitx ibbażata fuq nuqqas ta’ volumi rappreżentattivi, iżda fuq evalwazzjoni ta’ jekk il-prezz tal-esportazzjoni tar-rikorrenti, fid-dawl tal-volumi baxxi fi tranżazzjoni waħda biss ta’ bejgħ għal kull wieħed mir-rikorrenti, kienx biżżejjed biex jirrifletti b’mod preċiż l-aġir tal-esportazzjoni attwali u futur tal-esportaturi. Kif imfakkar fil-premessa (23), kull esportatur kellu biss tranżazzjoni ta’ esportazzjoni waħda matul il-PIR, u dan wassal biex il-Kummissjoni twettaq analiżi fil-fond dwar l-adegwatezza tal-prezz ta’ dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni unika. Dan għaliex, b’kuntrast ma’ investigazzjoni oriġinali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku, fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, u b’mod partikolari fil-kuntest ta’ rieżami ta’ esportatur ġdid, huwa l-esportatur li jitlob li r-rieżami jinbeda fuq il-bażi ta’ tranżazzjonijiet li huwa jaf li normalment jintużaw bħala bażi għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li hija obbligata tiżgura l-effettività tad-dazji fis-seħħ biex ma tfixkilx l-objettiv tar-Regolament Bażiku li jipprovdi solliev lill-industrija tal-Unjoni billi jikkumpensa l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li nstabu li kienu l-oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, il-preżenza ta’ tranżazzjoni waħda biss matul il-PIR fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ rieżami teħtieġ assigurazzjonijiet addizzjonali li tali prezz ta’ esportazzjoni huwa biżżejjed biex issir sejba raġonevolment preċiża ta’ dumping, li jevita r-riskju li d-dazji eżistenti jiddgħajfu. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina u teżamina l-provi rilevanti kollha li rċeviet mingħand ir-rikorrenti, inklużi l-prezzijiet lejn swieq oħra tal-esportazzjoni u l-ispjegazzjonijiet mogħtija għad-devjazzjoni apparenti fir-rigward tal-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet uniċi. Bħala riżultat ta’ dan l-eżami, għal raġunijiet li ġew deskritti fil-qosor, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tat-tranżazzjonijiet rispettivi tat-tliet esportaturi ma kinux xierqa biex issir sejba raġonevolment preċiża ta’ dumping. Għalhekk, fuq il-bażi tal-evidenza kollha miġbura matul l-investigazzjoni u biex tiġi żgurata l-effettività tad-dazji fis-seħħ, il-Kummissjoni ddeterminat li l-applikazzjoni tad-dazju residwu fir-rigward tar-rikorrenti f’dan il-każ kienet xierqa. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ma ntlaqgħux. |
(40) |
Wara l-iżvelar, ir-rikorrenti ma qablux ukoll mal-fehma tal-Kummissjoni li d-differenzi fil-kwalità kienu rrappreżentati mill-hekk imsejħa numri ta’ kontroll tal-prodott, li ntużaw fil-kwestjonarji, u għalhekk, il-paraguni tal-prezzijiet li saru bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni tar-rikorrenti u l-prezz tal-esportaturi Ċiniżi l-oħra kienu irrilevanti. |
(41) |
Il-Kummissjoni fakkret li n-numri ta’ kontroll tal-prodott użati fil-każ kienu l-istess li ntużaw fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fl-investigazzjonijiet sussegwenti kollha li jikkonċernaw dan il-prodott. Il-Kummissjoni nnotat li n-numri ta’ kontroll tal-prodott jikklassifikaw it-tipi differenti ta’ prodott li jaqgħu fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fuq il-bażi tal-karatteristiċi tekniċi differenti. Din il-klassifikazzjoni tippermetti t-tqabbil ta’ prodotti simili ma’ oħrajn, billi l-prodotti jitqabblu skont il-karatteristiċi distintivi simili tagħhom. Ir-rikorrenti ma sostanzjawx li l-allegati differenzi fil-kwalità ttieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-iffissar tal-prezzijiet u b’hekk affettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ma ntlaqgħux. |
(42) |
Wara l-iżvelar, ir-rikorrenti sostnew li t-tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-UE mal-prezz medju ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħra ma wassalx għal konklużjonijiet sinifikanti, billi 1) dawn huma r-riżultat ta’ taħlita ta’ strateġiji tal-esportazzjoni, 2) l-esportaturi huma soġġetti għal dazji differenti li jistgħu jaffettwaw il-prezzijiet u 3) il-perjodu kkunsidrat huwa twil wisq u l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet jistgħu jfixklu l-valutazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ppreżentaw sett ta’ data tal-Eurostat dwar l-importazzjoni, fejn il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kienu ogħla mill-prezzijiet tar-rikorrenti, u b’hekk sostnew l-eżistenza ta’ prezz primjum tal-Unjoni. |
(43) |
L-analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjoni fl-Unjoni, madankollu, ippermettiet lill-Kummissjoni tistabbilixxi livell ta’ prezz ta’ referenza li fih il-prodott ikkonċernat ġie kkummerċjalizzat fl-Unjoni. Għalhekk, ippermettiet ukoll li jiġi vvalutat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni tar-rikorrenti lejn l-Unjoni weġbux għall-kundizzjonijiet tas-suq tal-Unjoni. L-analiżi tad-data tal-importazzjoni, fil-livell TARIC, uriet li l-biċċa l-kbira tal-prezz ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li esportaw matul il-PIR, li jista’ jkollhom strateġiji ta’ esportazzjoni differenti, madankollu, ikkonverġew f’firxa speċifika u limitata ta’ prezzijiet fil-livell CIF u saħansitra idjaq wara li jiżdied id-dazju. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessi (26), (30), u (34), il-prezzijiet tar-rikorrenti ddevjaw b’mod sinifikanti mil-livell ta’ prezz ta’ referenza stabbilit b’dan il-mod, li tqiesu bħala prezzijiet tas-suq kummerċjali fl-Unjoni. Din id-devjazzjoni ma setgħetx tiġi spjegata b’mod raġonevoli. Fl-aħħar nett, meta wieħed iqabbel il-prezzijiet fix-xahar li fih saret it-tranżazzjoni, ir-riżultat tal-analiżi baqa’ l-istess (11). |
(44) |
Fir-rigward tad-data tal-Eurostat dwar l-importazzjoni pprovduta mir-rikorrenti, il-Kummissjoni nnutat li din l-istatistika kienet fil-livell tal-kodiċi NM bi tmien ċifri, u għalhekk, kienet tikkonċerna basket usa’ ta’ prodotti. F’dan il-basket usa’, il-prodott ikkonċernat kien jirrappreżenta inqas minn 30 % f’termini ta’ volum u inqas minn 25 % f’termini ta’ valur. Madankollu, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq data fil-livell tal-kodiċi TARIC b’10 ċifri, li kienet tikkonċerna esklużivament il-prodott ikkonċernat u għalhekk, kienet sors aktar preċiż ta’ informazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ma ntlaqgħux. |
(45) |
Fid-dawl tar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tranżazzjonijiet ippreżentati mir-rikorrenti ma kinux jikkostitwixxu f’bażi rappreżentattiva biżżejjed u ma pprovdewx riflessjoni preċiża biżżejjed tal-imġiba attwali u futura tagħhom fl-ipprezzar tal-esportazzjoni li tista’ tifforma l-bażi għad-determinazzjoni ta’ marġni ta’ dumping individwali. Fuq din il-bażi, l-investigazzjoni tar-rieżami jenħtieġ li tiġi terminata. |
4. IMPOSTA RETROATTIVA TAD-DAZJU ANTIDUMPING
(46) |
Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li r-rieżami li jikkonċerna l-importazzjonijiet tat-TCCA manifatturati mir-rikorrenti u li joriġinaw mir-RPĊ, jintemm. Id-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 jenħtieġ li japplika għall-prodotti mmanifatturati mir-rikorrenti. Konsegwentement, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tar-rikorrenti tintemm u d-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha (42,6 %), impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 jenħtieġ li jiġi impost retroattivament fuq dawn l-importazzjonijiet mid-data ta’ bidu ta’ dawn ir-rieżamijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li l-importaturi jitolbu rifużjoni f’konformità mal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku. |
(47) |
Il-miżuri stipulati f’ dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rieżami ta’ “esportatur ġdid” imniedi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1209 huwa b’dan mitmum.
2. Id-dazju antidumping applikabbli skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (kodiċi addizzjonali TARIC A999) japplika għal prodotti manifatturati minn Hebei Xingfei Chemical Co., Ltd, Inner Mongolia Likang Bio-Tech Co., Ltd (Likang), u Shandong Lantian Disinfection Technology Co., Ltd.
Artikolu 2
1. L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1209 huwa hawnhekk revokat.
2. Id-dazju antidumping applikabbli skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2230 għall-”kumpaniji l-oħra kollha” fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (kodiċi addizzjonali TARIC A999) huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1209.
3. Id-dazju antidumping imsemmi fil-paragrafu 2 huwa b’dan impost b’effett mill-24 ta’ Lulju 2021 fuq il-prodotti li ġew irreġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2021/1209.
Artikolu 3
1. B’dan, l-awtoritajiet doganali huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1209.
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 261, 7.10.2005, p. 1.
(3) ĠU L 254, 29.9.2010, p. 1.
(4) ĠU L 346, 30.12.2011, p. 6.
(5) ĠU L 157, 27.5.2014, p. 80.
(6) ĠU L 65, 10.3.2015, p. 18.
(7) ĠU L 319, 5.12.2017, p. 10.
(8) ĠU L 263, 23.7.2021, p. 1.
(9) Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(10) Is-“suq speċifiku tal-UE” jirreferi għall-Istat Membru fejn ir-rikorrent esporta l-prodott ikkonċernat u fejn kien ibbażat il-klijent. It-tqabbil tal-prezzijiet bejn ir-rikorrent u produtturi esportaturi Ċiniżi oħra kien ibbażat fuq l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), dwar l-importazzjonijiet fil-livell ta’ Stat Membru.
(11) It-tranżazzjoni ta’ Mongolia Likang fil-livell CIF kienet 18 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi l-oħra lejn l-UE fix-xahar li fih saret it-tranżazzjoni. Wara ż-żieda tad-dazji antidumping applikabbli, il-prezz tat-tranżazzjoni ta’ Mongolia Likang kien 58 % ogħla. Għal Shandong Lantian il-prezzijiet fil-livell CIF kienu 70 % ogħla u 126 % ogħla wara d-dazji. Għal Hebei Xingfei, il-prezzijiet fil-livell CIF kienu 78 % ogħla u 138 % ogħla wara d-dazji.
DEĊIŻJONIJIET
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/620
tas-7 ta’ April 2022
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Mark WEINMEISTER, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Uwe BECKER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für Europaangelegenheiten, politische Verantwortung gegenüber dem Hessischen Landtag (Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej, politikament responsabbli quddiem il-Parlament tal-Istat Federali ta’ Hesse), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Uwe BECKER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für Europaangelegenheiten, politische Verantwortung gegenüber dem Hessischen Landtag (Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej, politikament responsabbli quddiem il-Parlament tal-Istat Federali ta’ Hesse), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DENORMANDIE
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/75 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/621
tas-7 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal truck mixers, krejnijiet u makkinarju ieħor abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti b’tali standard armonizzat. |
(2) |
Permezz tal-ittra M/396 tad-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) (“it-talba”) għall-abbozzar, għar-reviżjoni u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE biex jitqiesu l-bidliet introdotti b’dik id-Direttiva meta mqabbel mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda EN 13852-3:2021 dwar krejnijiet ħfief li joperaw lil hinn mill-kosta, EN 12385-5:2021 dwar ħbula mibrumin għal-liftijiet, u EN 12609:2021 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għat-truck mixers. |
(4) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-Cenelec irrevedew ukoll l-istandards armonizzati eżistenti, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C092/01 (4) sabiex jiġu adattati għall-progress teknoloġiku. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati l-ġodda li ġejjin: EN 12312-5:2021 dwar it-tagħmir għall-għoti tal-fjuwil lill-inġenji tal-ajru; EN 13001-2:2021 dwar is-sikurezza tal-krejnijiet; EN 1501-1:2021 dwar il-vetturi għall-ġbir tal-iskart li jitgħabbew minn wara; EN 1501-2:2021 dwar il-vetturi għall-ġbir tal-iskart li jitgħabbew mill-ġenb; EN 1501-3:2021 dwar il-vetturi għall-ġbir tal-iskart li jitgħabbew minn quddiem; EN 1501-5:2021 dwar apparati ta’ rfigħ għal vetturi għall-ġbir tal-iskart; EN 1829-1:2021 dwar magni li jitfgħu ġettijiet tal-ilma bi pressjoni għolja; EN ISO 22868:2021 dwar il-metodu ta’ inġinerija għall-ittestjar tal-ħoss ta’ makkinarju portabbli li jinżamm fl-idejn b’magna tal-kombustjoni interna; EN 303-5:2021 dwar bojlers tat-tisħin għall-fjuwils solidi; EN ISO 11202:2010/A1:2021 dwar id-determinazzjoni ta’ livelli ta’ pressjoni ta’ emissjoni ta’ ħsejjes f’post fuq il-lant tax-xogħol u f’pożizzjonijiet oħra speċifikati; EN ISO 19085-1:2021 dwar rekwiżiti komuni għall-magni li jaħdmu l-injam; EN 1756-1:2021 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tail lifts; u EN IEC 62061:2021 dwar is-sikurezza funzjonali għas-sistemi ta’ kontroll relatati mas-sikurezza. |
(5) |
Barra minn hekk, is-CEN u s-Cenelec emendaw l-istandards armonizzati EN 13001-3-6:2018, EN 50636-2-107:2015/A1:2018 u EN 60335-1:2012/A13: 2017, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 (5). |
(6) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk l-istandards abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-Cenelec jikkonformawx mat-talba. |
(7) |
L-istandards armonizzati abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-Cenelec abbażi tat-talba jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza li huma għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni rilevanti għalihom. |
(8) |
Ir-referenza tal-istandard EN 474-1:2006+A6:2019 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1813 (6). Hija ssostitwiet ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A5:2018 mingħajr ma pprevediet perjodu ta’ tranżizzjoni. Sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard il-ġdid, jixraq li r-referenza għall-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A5:2018 tiġi ppubblikata mill-ġdid b’mod eċċezzjonali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal perjodu ta’ żmien limitat. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A5:2018 jenħtieġ li tkopri wkoll il-perjodu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
(9) |
It-test tar-restrizzjoni għall-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A6:2019 introdott bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1813 mhuwiex ċar, peress li jħawwad żewġ nuqqasijiet separati identifikati fir-rigward tal-istandard armonizzat. |
(10) |
L-ewwel nuqqas jikkonċerna l-livell inadegwat ta’ viżibbiltà identifikat fir-rigward ta’ EN 474-1:2006+A6:2019 meta applikat flimkien mar-rekwiżiti ta’ EN 474-5:2006+A3:2013 għall-gafef idrawliċi. L-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A6:2019, b’mod simili għall-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A5:2018, ma jiżgurax li s-sewwieq jista’ jħaddem il-makkinarju u l-għodod tiegħu fil-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli tagħhom, f’sikurezza sħiħa għas-sewwieq u għall-persuni esposti. Għalhekk, ir-restrizzjoni prevista fl-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A5:2018 fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza 1.2.2 u 3.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE jenħtieġ li tinżamm għall-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A6:2019. |
(11) |
It-tieni nuqqas jikkonċerna l-fatt li l-mekkaniżmu tal-akkoppjamenti rapidi użat għat-twaħħil tal-gafef idrawliċi u l-backhoe loaders ma’ gafef ma jinkludix sistema ta’ twissija attiva jew sistema ta’ monitoraġġ attiva għall-operatur meta jqabbad b’mod inkorrett il-makkinarju mal-estensjoni. Bħala tali, l-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A6:2019 jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza għall-integrazzjoni tas-sikurezza u għall-prevenzjoni ta’ riskji minħabba oġġetti li jaqgħu stabbiliti fil-punti 1.1.2 (b), 1.1.2 (c) u 1.3.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. Dawk il-punti jenħtieġ li jissemmew fir-restrizzjoni għall-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A6:2019. |
(12) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, in-nuqqasijiet identifikati jenħtieġ li jiġu espressi permezz ta’ żewġ restrizzjonijiet separati għall-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A6:2019. |
(13) |
Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-1:2012 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 159/1 (7). Ir-referenza ta’ dak l-istandard kienet tinkludi referenza għar-rettifika EN 60335-1:2012/AC:2014 mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-istandard permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 14/1 (8). Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-1:2012 ġiet ippubblikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 biss b’referenza għall-emendi EN 60335-1:2012/A11:2014 u EN 60335-1:2012/A13:2017. Bi żball, ir-referenza għar-rettifika EN 60335-1:2012/AC:2014 tħalliet barra mill-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-1:2012 fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436. Għalhekk, jixraq li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-1:2012 tiġi sostitwita flimkien mar-referenzi tal-emendi EN 60335-1:2012/A11:2014 u EN 60335-1:2012/A13:2017 u li tiġi inkluża r-referenza tar-rettifika EN 60335-1:2012/AC:2014. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-1:2012 kif emendat b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika b’mod retroattiv. |
(14) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2006/42/KE u l-Anness II jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità b’restrizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards li jiġu sostitwiti, riveduti jew emendati mis-CEN u s-Cenelec jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436. |
(15) |
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE li jitneħħew mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness. |
(16) |
Bħala riżultat tal-ħidma tas-CEN u tas-Cenelec abbażi tat-talba, l-istandards armonizzati li ġejjin, ippubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ġew sostitwiti, riveduti jew emendati: EN 12312-5:2005+A1:2009; EN 13001-2:2014; EN 1501-1:2011+A1:2015; EN 1501-2:2005+A1:2009; EN 1501-3:2008; EN 1501-5:2011; EN 1829-1:2010; EN ISO 22868:2011; EN 303-5:2012; EN ISO 11202:2010; EN ISO 19085-1:2017; EN 1756-1:2001+A1:2008; u EN 62061:2005/A2:2015. Għalhekk jeħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea billi dawk ir-referenzi jiġu inklużi fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436. |
(17) |
Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 13001-3-6:2018, EN 50636-2-107:2015/A2:2020; u EN 60335-1:2012/A13:2017 ippubblikati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, peress li dawk l-istandards ġew emendati. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
(18) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards ġodda, riveduti jew emendati, huwa meħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 12312-5:2005+A1:2009; EN 13001-2:2014; EN 1501-1:2011+A1:2015; EN 1501-2:2005+A1:2009; EN 1501-3:2008; EN 1501-5:2011; EN 1829-1:2010; EN ISO 22868:2011; EN 303-5:2012; EN ISO 11202:2010; EN ISO 19085-1:2017; EN 1756-1:2001+A1:2008; EN 62061:2005/A2:2015; EN 13001-3-6:2018, EN 50636-2-107:2015/A2:2020; u EN 60335-1:2012/A13:2017. |
(19) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tiġi emendata kif xieraq. |
(20) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A5:2018 għall-Gafef abbozzat b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE, elenkat fl-Anness IIA ta’ din id-Deċiżjoni, hija b’dan ippubblikata b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dik ir-referenza għandha titqies li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu stabbilit f’dak l-Anness.”; |
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
(3) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni; |
(4) |
jiddaħħal l-Anness IIA, kif stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni; |
(5) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (1), (4) u (6) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-11 ta’ Ottubru 2023.
Il-punt (3) tal-Anness I għandu japplika mid-19 ta’ Marzu 2019.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
(3) Id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju (ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 92, 9.3.2018, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 108).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1813 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 fir-rigward tal-istandards armonizzati għat-tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa lill-inġenji tal-ajru, il-krejnijiet, l-għodod għat-tħaffir taħt l-art u makkinarju ieħor abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/27 (ĠU L 366, 15.10.2021, p. 109).
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont id-Direttiva) (ĠU C 159, 5.6.2012, p. 1).
(8) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 14, 15.1.2016, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1) |
titħassar ir-ringiela 12; |
(2) |
tiddaħħal ir-ringiela 12a li ġejja:
|
(3) |
ir-ringiela 33 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(4) |
titħassar ir-ringiela 33; |
(5) |
tiddaħħal ir-ringiela 33a li ġejja:
|
(6) |
titħassar ir-ringiela 90; |
(7) |
tiddaħħal ir-ringiela 90a li ġejja:
|
(8) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness II, ir-ringiela 1 hija sostitwita b’dan li ġej:
“1. |
EN 474-1:2006+A6:2019 Gafef - Sikurezza - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali Avviż 1: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax il-klawżola 5.8.1 “Viżibbiltà - Kamp viżiv tal-operatur” ta’ dan l-istandard, iżda biss fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard EN 474-5:2006+A3:2013 għall-gafef idrawliċi, li l-applikazzjoni tiegħu ma tfissirx preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza 1.2.2 u 3.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. Avviż 2: Fir-rigward tal-Anness B.2 - Akkoppjamenti rapidi, l-istandard armonizzat EN 474-1:2006+A6:2019 ma jagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza 1.1.2 b), 1.1.2 c) u 1.3.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE meta jiġi applikat flimkien mar-rekwiżiti ta’ EN 474-4:2006+A2:2012 għall-backhoe loaders u r-rekwiżiti ta’ EN 474-5:2006+A3:2013 għall-gafef idrawliċi. |
C”. |
ANNESS III
“ANNESS IIA
Nru |
Referenza tal-istandard |
Tip |
Minn |
Sa |
1. |
EN 474-1:2006+A5:2018 Gafef - Sikurezza - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali Avviż: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax il-klawżola 5.8.1 “Viżibbiltà - Kamp viżiv tal-operatur” ta’ dan l-istandard, iżda biss fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard EN 474-5:2006+A3:2013 għall-gafef idrawliċi, li l-applikazzjoni tiegħu ma tfissirx preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza 1.2.2 u 3.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
C |
fil-15 ta’ Ottubru 2021. |
Il-11 ta’ Ottubru 2022. |
ANNESS IV
fl-Anness III, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
“114. |
EN 12312-5:2005+A1:2009 Tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa lill-inġenji tal-ajru - Rekwiżiti speċifiċi - Parti 5: Tagħmir għall-għoti tal-fjuwil lill-inġenji tal-ajru |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
115. |
EN 13001-2:2014 Sikurezza tal-krejnijiet - Disinn Ġenerali - Parti 2: Effetti tat-tagħbija |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
116. |
EN 1501-1:2011+A1:2015 Vetturi għall-ġbir tal-iskart - Rekwiżiti ġenerali u rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 1: Vetturi għall-ġbir tal-iskart li jitgħabbew minn wara |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
117. |
EN 1501-2:2005+A1:2009 Vetturi għall-ġbir tal-iskart u apparati ta’ rfigħ assoċjati magħhom - Rekwiżiti ġenerali u rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 2: Vetturi għall-ġbir tal-iskart li jitgħabbew mill-ġenb |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
118. |
EN 1501-3:2008 Vetturi għall-ġbir tal-iskart u apparati ta’ rfigħ assoċjati magħhom - Rekwiżiti ġenerali u rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 3: Vetturi għall-ġbir tal-iskart li jitgħabbew minn quddiem |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
119. |
EN 1501-5:2011 Vetturi għall-ġbir tal-iskart - Rekwiżiti ġenerali u rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 5: Apparati ta’ rfigħ għal vetturi għall-ġbir tal-iskart |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
120. |
EN 1756-1:2001+A1:2008 Tail lifts - Lifts pjattaforma għal immuntar fuq vetturi bir-roti - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 1: Tail lifts għall-merkanzija |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
121. |
EN 1829-1:2010 Magni li jitfgħu ġettijiet tal-ilma bi pressjoni għolja - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 1: Magni |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
122. |
EN 303-5:2012 Bojlers tat-tisħin - Parti 5: Bojlers tat-tisħin għall-fjuwils solidi, li jimtlew b’mod manwali u b’mod awtomatiku, b’potenza termika nominali sa 500 kW - Terminoloġija, rekwiżiti, ittestjar u mmarkar |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
123. |
EN 62061:2005 Sikurezza tal-makkinarju - Sikurezza funzjonali ta’ sistemi ta’ kontroll elettriċi, elettroniċi u elettroniċi programmabbli relatati mas-sikurezza IEC 62061:2005 EN 62061:2005/AC:2010 EN 62061:2005/A1:2013 EN 62061:2005/A2:2015 |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
B |
124. |
EN ISO 11202:2010 Akustika - Ħoss magħmul minn makkinarju u tagħmir - Kejl ta’ livelli ta’ pressjoni ta’ emissjoni ta’ ħsejjes f’post fuq il-lant tax-xogħol u f’pożizzjonijiet oħra speċifikati bl-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet ambjentali approssimattivi (ISO 11202:2010) |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
B |
125. |
EN ISO 19085-1:2017 Magni li jaħdmu l-injam - Sikurezza - Parti 1: Rekwiżiti komuni (ISO 19085-1:2017) |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C |
126. |
EN ISO 22868:2011 Makkinarju għall-imsaġar u ġonna - Kowd tat-test tal-ħsejjes għal makkinarju portabbli li jinżamm fl-idejn b’magna tal-kombustjoni interna - Metodu ta’ inġinerija (eżattezza Grad 2) (ISO 22868:2011) |
Il-11 ta’ Ottubru 2023 |
C”. |
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/85 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/622
tas-7 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir għall-kejl tal-elettriku u tas-salvaviti għal użi domestiċi u għal użi simili
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u