ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
7 ta' April 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/555 tal-5 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/556 tal-1 ta’ April 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/557 tal-1 ta’ April 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/558 tas-6 ta’ April 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/559 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Polonja biex tkompli tapplika l-miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

51

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/560 tal-31 ta’ Marzu 2022 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2022) 1891)  ( 1 )

60

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/561 tas-6 ta’ April 2022 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-glikoalkalojdi fil-patata u fil-prodotti derivati mill-patata

66

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 ( ĠU L 21, 31.1.2022 )

68

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Tfassil mill-ġdid) ( ĠU L 335, 17.12.2009 )

69

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbilta’ speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 123 tas-17 ta’ Mejju 2003 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07 Volum 007 P. 286 – 305)

71

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 923/2012, ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 u r-Regolament (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tan-navigazzjoni tal-ajru, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-kwalità tad-data u s-sikurezza tar-runways u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 ( ĠU L 104, 3.4.2020 )

72

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/555

tal-5 ta’ April 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-“Aġenzija”) ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (2) biex tipprovdi lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u lill-Istati Membri b'assistenza u għarfien espert relatat mad-drittijiet fundamentali.

(2)

Sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Aġenzija jiġi adattat u biex jissaħħu l-governanza u l-effiċjenza tal-funzjonament tal-Aġenzija, huwa neċessarju li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 mingħajr ma jinbidlu l-objettiv u l-kompiti tal-Aġenzija.

(3)

Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Aġenzija jkopri wkoll il-koperazzjoni mill-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, oqsma li huma partikolarment sensittivi fir-rigward tad-drittijiet fundamentali.

(4)

Il-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Aġenzija. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-għoti ta’ assistenza u għarfien espert, pereżempju attivitajiet ta' taħriġ dwar kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali, min-naħa tal-Aġenzija lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, inkluż lil dawk li jaħdmu fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni.

(5)

Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ xi emendi tekniċi mmirati għar-Regolament (KE) Nru 168/2007 sabiex l-Aġenzija tkun irregolata u operata f’konformità mal-prinċipji tal-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012 (l-“Approċċ Komuni”). L-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 mal-prinċipji stabbiliti fl-Approċċ Komuni huwa mfassal għall-ħidma u n-natura speċifiċi tal-Aġenzija u għandu l-għan li jwassal għal simplifikazzjoni, governanza aħjar u titjib fl-effiċjenza fil-funzjonament tal-Aġenzija.

(6)

Id-definizzjoni tal-oqsma tal-attività tal-Aġenzija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq id-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija biss. Jenħtieġ li l-approċċ attwali li kull ħames snin jiġi stabbilit b’mod parallel Qafas Pluriennali tematiku wiesa’ ma jitkompliex, peress li ma għadx hemm bżonnu fid-dawl tad-dokument ta’ programmazzjoni li l-Aġenzija adottat kull sena mill-2017, għal finijiet ta' konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (3), segwit mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (4). Abbażi tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni u tal-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati, id-dokument ta’ programmazzjoni jistabbilixxi b’mod ċar l-oqsma u l-proġetti speċifiċi li l-Aġenzija għandha taħdem fuqhom. Dan għandu jippermetti lill-Aġenzija tippjana l-ħidma u l-enfasi tematika tagħha tul iż-żmien u tadattahom kull sena għal prijoritajiet emerġenti.

(7)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tippreżenta l-abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament u lill-Kumitat Xjentifiku sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. L-għan huwa li l-Aġenzija, filwaqt li tkompli l-kompiti tagħha b’indipendenza sħiħa, tislet ispirazzjoni mid-diskussjonijiet jew l-opinjonijiet dwar tali abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni sabiex tfassal l-aktar programm ta’ ħidma rilevanti biex tappoġġa lill-Unjoni u lill-Istati Membri billi tipprovdi assistenza u għarfien espert relatati mad-drittijiet fundamentali.

(8)

Sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni bla xkiel bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Aġenzija u l-uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ kooperazzjoni reċiproka u mill-qrib. Jenħtieġ li din il-kooperazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-Aġenzija.

(9)

Biex jiġu żgurati governanza u funzjonament aħjar tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, jenħtieġ li jiġu emendati għadd ta’ dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(10)

Fid-dawl tar-rwol importanti tal-Bord tat-Tmexxija, jenħtieġ li l-membri tiegħu jkunu indipendenti u jkollhom għarfien tajjeb fil-qasam tad-drittijiet fundamentali kif ukoll esperjenza adattata ta’ ġestjoni, inkluż ħiliet amministrattivi u baġitarji.

(11)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li, filwaqt li l-mandati tal-membri u tal-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija ma jistgħux jiġġeddu konsekuttivament, jenħtieġ li jkun possibbli li eks membru jew eks membru supplenti jkun jista’ jinħatar mill-ġdid għal mandat mhux konsekuttiv ieħor. Jekk, minn naħa, huwa ġustifikat li ma jitħalliex li jkun hemm tiġdid konsekuttiv biex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom, min-naħa l-oħra, jekk ħatra mill-ġdid għal mandat mhux konsekuttiv ieħor tkun permessa, ikun aktar faċli għall-Istati Membri li jaħtru membri xierqa li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha.

(12)

Fir-rigward tas-sostituzzjoni ta’ membri tal-Bord tat-Tmexxija jew ta' membri supplenti, jenħtieġ li jiġi ċċarat li fil-każijiet kollha fejn il-mandat jiġi tterminat qabel ma jagħlaq il-perijodu ta’ ħames snin, mhux biss f’każ ta’ telf ta’ indipendenza, iżda wkoll f’każijiet oħra bħal fil-każ ta’ riżenja jew mewt, il-mandat tal-membru l-ġdid jew ta' membru supplenti ikompli l-mandat ta’ ħames snin tal-predeċessur tiegħu, sakemm il-mandat li jifdal ma jkunx inqas minn sentejn; f’dak il-każ jista' jerġa' jibda mandat ġdid ta’ ħames snin.

(13)

Biex ikun hemm allinjament mas-sitwazzjoni fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija jingħata s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra. Għajr għall-ħatra tad-Direttur, jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu ddelegati lid-Direttur. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jeżerċita setgħat tal-awtorità tal-ħatra fil-konfront tal-persunal tal-Aġenzija f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss.

(14)

Sabiex jiġi evitat staġnar u jiġu ssimplifikati l-proċedimenti tal-votazzjoni għall-elezzjoni tal-membri tal-Bord Eżekuttiv, jenħtieġ li jkun previst li l-Bord tat-Tmexxija jeleġġihom b’maġġoranza tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-drittijiet tal-vot.

(15)

Biex ir-Regolament (KE) Nru 168/2007 jiġi allinjat ulterjorment mal-Approċċ Komuni u biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Bord tat-Tmexxija li jissorvelja l-ġestjoni amministrattiva, operazzjonali u baġitarja tal-Aġenzija, huwa meħtieġ li jiġu attribwiti kompiti addizzjonali lill-Bord tat-Tmexxija u li jiġu speċifikati ulterjorment il-kompiti attribwiti lill-Bord Eżekuttiv. Jenħtieġ li l-kompiti addizzjonali tal-Bord tat-Tmexxija jinkludu l-adozzjoni ta’ strateġija ta’ sigurtà, inkluż regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE, strateġija ta’ komunikazzjoni, u regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ konflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu u ta' dawk tal-Kumitat Xjentifiku. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-kompitu tal-Bord Eżekuttiv li jissorvelja l-ħidma preparatorja għad-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija jinvolvi l-iskrutinju ta’ kwistjonijiet baġitarji u tar-riżorsi umani. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Bord Eżekuttiv jingħata l-kompitu li jadotta l-istrateġija kontra l-frodi mħejjija mid-Direttur u li jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet tal-awditjar u għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE). Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun previst li, fejn ikun neċessarju, f’każ ta’ urġenza, il-Bord Eżekuttiv ikun jista’ jieħu deċiżjonijiet proviżorji f’isem il-Bord tat-Tmexxija.

(16)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura eżistenti ta’ sostituzzjoni tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jitħalla jaħtar lill-persuna li jkun imiss fil-lista ta’ riżerva għall-bqija tal-mandat meta jkun hemm bżonn li membru jiġi sostitwit qabel it-tmiem tal-mandat tiegħu.

(17)

Minħabba li l-proċedura tal-ħatra hija selettiva ħafna u minħabba l-fatt li l-għadd ta’ kandidati li potenzjalment jissodisfaw il-kriterji tal-għażla spiss ikun żgħir, jenħtieġ li l-mandat tad-Direttur tal-Aġenzija jkun jista’ jiġi estiż darba sa ħames snin oħra, b'kont meħud b'mod partikolari tal-prestazzjoni tiegħu, u d-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, minħabba l-importanza tal-kariga u l-proċedura dettaljata li tinvolvi l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jenħtieġ li din il-proċedura tibda matul it-12-il xahar qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur.

(18)

Barra minn hekk, biex tissaħħaħ l-istabbiltà tal-mandat tad-Direttur u b’hekk dik tal-funzjonament tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-maġġoranza meħtieġa biex tiġi proposta t-tkeċċija tiegħu tiżdied mit-terz attwali għal maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija. Fl-aħħar nett, biex tiġi speċifikata r-responsabbiltà globali tad-Direttur għall-ġestjoni amministrattiva tal-Aġenzija, jenħtieġ li jiġi previst li hija r-responsabbiltà tad-Direttur li jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija, li jħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija, u li jħejji pjan ta’ azzjoni biex ikun hemm segwitu għar-rapporti ta’ awditjar interni jew esterni u l-investigazzjonijiet tal-OLAF jew tal-UPPE.

(19)

Biex ir-Regolament (KE) Nru 168/2007 jiġi allinjat mal-Approċċ Komuni, huwa neċessarju li tiġi prevista l-ħtieġa li l-Kummissjoni tikkummissjona l-evalwazzjoni tal-Aġenzija kull ħames snin.

(20)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 168/2007 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 168/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 168/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2

Objettiv

L-objettiv tal-Aġenzija għandu jkun li, waqt l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, tipprovdi lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u lill-Istati Membri b'assistenza u għarfien espert relatati mad-drittijiet fundamentali sabiex tappoġġahom meta jieħdu miżuri jew jifformulaw pjanijiet ta' azzjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom biex jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali.";

(2)

l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha għall-finijiet li tilħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2 fi ħdan il-kompetenzi tal-Unjoni.

2.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif imsemmija fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

3.   L-Aġenzija għandha tittratta kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fl-Unjoni u fl-Istati Membri meta timplimenta l-liġi tal-Unjoni, ħlief għal atti jew attivitajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri b'rabta mal-politika estera u ta' sigurtà komuni jew fil-qafas tagħha.";

(3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(a)

tiġbor, tirreġistra, tanalizza u xxerred informazzjoni u data rilevanti, oġġettivi, affidabbli u komparabbli, inkluż riżultati minn riċerka u monitoraġġ ikkomunikati lilha mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, minn ċentri tar-riċerka, korpi nazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari mill-korpi kompetenti tal-Kunsill tal-Ewropa;";

(ii)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(c)

twettaq, tikkoopera ma' jew tinkoraġġixxi riċerka u stħarriġ xjentifiċi, studji preparatorji u studji ta' fattibbiltà, inkluż, fejn ikun xieraq u kompatibbli mal-prijoritajiet tagħha u mal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tagħha, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni;

(d)

tifformula u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet dwar suġġetti tematiċi speċifiċi, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri waqt l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni;";

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.   Il-konklużjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonċernaw proposti mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 293 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew ta' pożizzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet matul proċeduri leġislattivi biss fejn talba mill-istituzzjoni rispettiva tkun saret skont il-paragrafu 1, il-punt (d). Huma m'għandhomx jittrattaw il-legalità ta' atti fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE jew il-kwistjoni dwar jekk Stat Membru naqasx milli jwettaq obbligu taħt it-Trattati fis-sens tal-Artikolu 258 TFUE.";

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e);

4.   L-Aġenzija għandha tippreżenta r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, punti (e) u (g) sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni.";

(4)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 5

Oqsma ta' attività

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fuq il-bażi tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tagħha, li għandhom ikunu f'konformità mar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-tweġibiet tal-Aġenzija għal talbiet mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(1), il-punti (c) u (d) 'il barra mill-oqsma determinati mill-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, dment li r-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jippermettu dan.";

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 5a

Programmazzjoni annwali u pluriennali

1.   Kull sena d-Direttur għandu jfassal abbozz ta' dokument ta' programmazzjoni, li jkun fih b'mod partikolari l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (*1).

2.   Id-Direttur għandu jippreżenta l-abbozz tad-dokument ta' programmazzjoni lill-Bord ta' Tmexxija. Id-Direttur għandu jippreżenta l-abbozz tad-dokument ta' programmazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, kif approvat mill-Bord tat-Tmexxija. Fil-Kunsill, il-korp preparatorju kompetenti tal-Kunsill għandu jiddiskuti l-abbozz tal-programm ta' ħidma pluriennali u jista' jistieden lill-Aġenzija tippreżenta dak l-abbozz.

3.   Id-Direttur għandu jippreżenta wkoll l-abbozz tad-dokument ta' programmazzjoni lill-uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament imsemmija fl-Artikolu 8(1) u lill-Kumitat Xjentifiku sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena bil-ħsieb li l-Istati Membri rilevanti u l-Kumitat Xjentifiku jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-abbozz.

4.   Fid-dawl tal-eżitu tad-diskussjoni fi ħdan il-korp preparatorju kompetenti tal-Kunsill u tal-opinjonijiet li jaslu mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Kumitat Xjentifiku, id-Direttur għandu jippreżenta l-abbozz tad-dokument ta' programmazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni. Id-Direttur għandu jippreżenta d-dokument ta’ programmazzjoni adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament imsemmija fl-Artikolu 8(1).

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).";"

(6)

fl-Artikolu 6(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(a)

l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Istati Membri;";

(7)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

Relazzjonijiet mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni

L-Aġenzija għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni xierqa mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. It-termini tal-kooperazzjoni għandhom jiġu stabbiliti f'memoranda ta' qbil fejn xieraq.";

(8)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina uffiċjal tal-gvern bħala uffiċjal nazzjonali ta’ kollegament.

L-uffiċjal ta’ kollegament nazzjonali għandu jkun il-punt ta’ kuntatt ewlieni għall-Aġenzija fl-Istat Membru.

L-Aġenzija u l-uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament għandhom jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ kooperazzjoni reċiproka u mill-qrib.

L-Aġenzija għandha tikkomunika lill-uffiċjali nazzjonali ta' kollegament id-dokumenti kollha mfassla f'konformità mal-Artikolu 4(1).";

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   L-arranġamenti amministrattivi għall-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija abbażi tal-abbozz ippreżentat mid-Direttur wara li l-Kummissjoni tkun tat opinjoni. Fejn il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta' qbil tagħha ma' dawk l-arranġamenti, il-Bord tat-Tmexxija għandu jerġa' jeżaminahom u jadottahom, bl-emendi fejn ikun meħtieġ, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha.";

(9)

l-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa

Sabiex tevita d-duplikazzjoni u sabiex tiżgura komplementarjetà u valur miżjud, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma' dawk tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari rigward il-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tagħha u l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili f'konformità mal-Artikolu 10.

Għal dak l-għan, l-Unjoni għandha, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-TFUE, tidħol fi ftehim mal-Kunsill tal-Ewropa biex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejnu u l-Aġenzija. Dak il-ftehim għandu jinkludi l-ħatra min-naħa tal-Kunsill tal-Ewropa ta' persuna indipendenti biex tkun fuq il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija u fuq il-Bord Eżekuttiv tagħha, f’konformità mal-Artikoli 12 u 13.”;

(10)

fl-Artikolu 10(4), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(a)

tagħmel suġġerimenti lill-Bord ta' Tmexxija dwar il-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 5a;";

(11)

l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej

(i)

il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn persuni li jkollhom għarfien tajjeb fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u esperjenza adatta fil-ġestjoni ta' organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku jew dak privat, inkluż ħiliet amministrattivi u baġitarji, kif ġej:";

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa għandhom jagħmlu ħilithom biex jiksbu rappreżentanza ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-Bord tat-Tmexxija.";

(b)

il-paragrafi 3, 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"3.   Il-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ta' 5 snin. Eks membru jew eks membru supplenti jista' jerġa' jinħatar għal mandat mhux konsekuttiv.

4.   Minbarra sostituzzjoni normali jew mewt, il-mandat tal-membru jew tal-membru supplenti għandu jintemm biss meta jirreżenja. Madankollu, meta membru jew membru supplenti ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta' indipendenza, huwa għandu jirreżenja minnufih u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lid-Direttur. F’dawk il-każijiet apparti sostituzzjoni normali, il-parti kkonċernata għandha taħtar membru ġdid jew membru supplenti ġdid għall-bqija tal-mandat. Il-parti kkonċernata għandha taħtar ukoll membru ġdid jew membru supplenti ġdid għall-bqija tal-mandat, jekk il-Bord tat-Tmexxija jkun stabbilixxa, abbażi ta' proposta ta' terz tal-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni, li l-membru jew il-membru supplenti rispettiv ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji ta' indipendenza. Meta l-bqija tal-mandat ikun inqas minn sentejn, il-mandat tal-membru jew il-membru supplenti l-ġdid jista' jiġi estiż għal terminu sħiħ ta' ħames snin.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi lill-President u lill-Viċi President tiegħu u liż-żewġ membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fl-Artikolu 13(1) minn fost il-membri tiegħu maħtura skont il-paragrafu 1, il-punt (a) ta' dan l-Artikolu biex iservu mandat ta' sentejn u nofs, li jista' jiġġedded darba.

Il-President u l-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (c) ta' dan l-Artikolu. Iż-żewġ membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fl-Artikolu 13(1) għandhom jiġu eletti mill-maġġoranza tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (c) ta' dan l-Artikolu.";

(c)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

"(a)

jadotta l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija;

(b)

jadotta r-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (e) u (g), u f'dan tal-aħħar iqabbel, b'mod partikolari, ir-riżultati miksuba mal-objettivi tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali;";

(ii)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(e)

jeżerċita f'konformità mal-paragrafi 7a u 7b ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat ikkonferiti mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-"Regolamenti tal-Persunal") u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (il-"Kondizzjonijiet tal-Impjieg") stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (*2) dwar l-awtorità tal-ħatra u dwar l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratt ta’ impjieg , rispettivament (''is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra");

(*2)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.'';"

(iii)

il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(i)

jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni biex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, f'konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;";

(iv)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(m)

jadotta strateġija ta’ sigurtà, inklużi regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE;

(n)

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu kif ukoll tal-Kumitat Xjentifiku;

(o)

jadotta u jaġġorna regolarment l-istrateġija ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (h).";

(d)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"7a.   F’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg , li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u li fiha jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li skonthom dik id-delega tas-setgħat tkun tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

7b.   Meta jkun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tat-Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u dawk is-setgħat sottodelegati mid-Direttur u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil xi membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur.";

(e)

il-paragrafi 8, 9 u 10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"8.   Bħala regola ġenerali, id-deċiżjonijiet mill-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-membri kollha.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6, il-punti (a) sa (e), (g), (k) u (l) għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) għandhom jittieħdu b’unanimità.

Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija, jew, fl-assenza tiegħu, il-membru supplenti tiegħu, għandu jkollu vot wieħed. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.

Il-persuna maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa tista' tivvota biss fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6, il-punti (a), (b) u (k).

9.   Il-President għandu jlaqqa' l-Bord tat-Tmexxija darbtejn fis-sena, mingħajr preġudizzju għal-laqgħat straordinarji. Il-President għandu jlaqqa' laqgħat straordinarji fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' mill-inqas terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

10.   Il-President jew il-Viċi-President tal-Kumitat Xjentifiku u d-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistgħu jattendu laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi. Id-Diretturi ta' aġenziji u korpi rilevanti oħra tal-Unjoni kif ukoll ta' korpi internazzjonali oħra msemmija fl-Artikoli 8 u 9 jistgħu jattendu wkoll bħala osservaturi meta mistiedna biex jagħmlu hekk mill-Bord Eżekuttiv.";

(12)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 13

Bord Eżekuttiv

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jissorvelja l-ħidma preparatorja meħtieġa biex id-deċiżjonijiet jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija. B’mod partikolari, huwa għandu jiskrutinizza kwistjonijiet baġitarji u ta’ riżorsi umani.

2.   Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv għandu wkoll:

(a)

jirrieżamina d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 5a, abbażi ta' abbozz imħejji mid-Direttur, u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;

(b)

jirrieżamina l-abbozz tal-baġit annwali tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(c)

jirrieżamina l-abbozz tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(d)

jadotta strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija, li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi, b’kont meħud tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati u fuq il-bażi ta’ abbozz imħejji mid-Direttur;

(e)

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jiġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);

(f)

mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur, stabbiliti fl-Artikolu 15(4), jassistih u jagħtih pariri fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

3.   Meta jkun meħtieġ, għal raġunijiet ta’ urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu deċiżjonijiet proviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija, fosthom dwar is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra, f'konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12(7a) u (7b) u dwar kwistjonijiet baġitarji.

4.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija, żewġ membri oħra tal-Bord tat-Tmexxija eletti mill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 12(5) u wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija.

Il-persuna maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa fil-Bord tat-Tmexxija tista' tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv.

5.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jitlaqqa’ mill-President. Huwa jista’ jitlaqqa’ wkoll fuq it-talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza tal-membri preżenti. Il-persuna maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa tista’ tivvota fuq punti relatati mad-deċiżjonijiet li jkollha d-dritt li tivvota fuqhom fil-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 12(8).

6.   Id-Direttur għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, mingħajr ma jkollu dritt jivvota.";

(13)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn 11-il persuna indipendenti, bi kwalifiki għoljin fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u kompetenzi adegwati fil-metodoloġiji ta' kwalità u ta' riċerka xjentifiċi. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-11-il membru u japprova lista ta’ riżerva stabbilita skont l-ordni tal-mertu wara sejħa trasparenti għall-applikazzjonijiet u proċedura ta' għażla trasparenti u wara li jkun ikkonsulta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiżgura rappreżentanza ġeografika ugwali u għandu jagħmel ħiltu biex jikseb rappreżentanza ugwali ta' nisa u rġiel fil-Kumitat Xjentifiku. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija ma għandhomx ikunu membri tal-Bord Xjentifiku. Ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 12(6), il-punt (g) għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet dettaljati li jirregolaw il-ħatra tal-Kumitat Xjentifiku.";

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu indipendenti. Huma jistgħu jiġu sostitwiti biss fuq it-talba tagħhom stess, jew fil-każ li jkunu prevenuti permanentement milli jwettqu dmirijiethom. Madankollu, meta membru ma jibqax jissodisfa aktar il-kriterji ta' indipendenza, huwa għandu jirreżenja minnufih u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lid-Direttur. Alternattivament, il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddikjara, fuq proposta ta' terz tal-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni, nuqqas ta' indipendenza u jirrevoka l-ħatra tal-persuna kkonċernata. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar l-ewwel persuna disponibbli li jkun imiss skont il-lista ta’ riżerva għall-bqija tal-mandat. Meta l-mandat ikun fadallu inqas minn sentejn, il-mandat tal-membru l-ġdid jista' jiġi estiż għal terminu sħiħ ta' ħames snin. Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandha ssir pubblika u għandha tiġi aġġornata mill-Aġenzija fis-sit web tagħha.";

(c)

fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kumitat Xjentifiku għandu b'mod partikolari jagħti pariri lid-Direttur u lill-Aġenzija dwar il-metodoloġija xjentifika tar-riċerka applikata fil-ħidma tal-Aġenzija.";

(14)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"3.   Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' ħames snin.

Matul it-12-il xahar li jippreċedu t-tmiem ta' dak il-perijodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni sabiex tevalwa b'mod partikolari:

(a)

l-prestazzjoni tad-Direttur;

(b)

id-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin.

Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jieħu kont tal-evalwazzjoni, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur darba għal mhux aktar minn 5 snin.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fiż-żmien xahar qabel ma l-Bord tat-Tmexxija jieħu formalment id-deċiżjoni tiegħu li jestendi dan il-mandat, id-Direttur jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

Jekk il-mandat ma jiġġeddidx, id-Direttur għandu jibqa' fil-kariga sal-ħatra tas-suċċessur tiegħu.

4.   Id-Direttur għandu jkun responsabbli:

(a)

għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4 u b'mod partikolari t-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha mfassla f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (h) b'kooperazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku;

(b)

għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 5a;

(c)

għall-kwistjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kuljum;

(d)

għall-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(e)

għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija, f’konformità mal-Artikolu 21;

(f)

għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri effettivi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-prestazzjoni tal-Aġenzija fil-konfront tal-objettivi tagħha f'konformità mal-istandards rikonoxxuti professjonalment u l-indikaturi tal-prestazzjoni;

(g)

għat-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni biex ikun hemm segwitu għall-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programmi u tal-attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti, f'konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715;

(h)

għar-rappurtar annwali lill-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati tas-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni;

(i)

għat-tħejjija ta’ strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u għall-preżentazzjoni tagħha quddiem il-Bord Eżekuttiv għall-approvazzjoni;

(j)

għat-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni biex ikun hemm segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti ta' awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll ta' investigazzjonijiet mill-OLAF u għar-rappurtar dwar il-progress lill-Kummissjoni u lill-Bord ta' Tmexxija;

(k)

għall-kooperazzjoni mal-uffiċjali nazzjonali ta' kollegament;

(l)

għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, inkluż il-koordinazzjoni tal-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali f’konformità mal-Artikolu 10.";

(b)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"7.   Id-Direttur jista' jitneħħa mill-kariga qabel ma l-mandat tiegħu jkun skada bid-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, abbażi ta' proposta minn żewġ terzi tal-membri tiegħu, jew tal-Kummissjoni, fil-każ ta' mġiba ħażina, prestazzjoni mhux sodisfaċenti jew irregolaritajiet rikorrenti jew serji.";

(15)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Fejn l-Aġenzija tieħu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jista' jitressaq ilment lill-Ombudsman jew tista' titressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Qorti tal-Ġustizzja), kif previst fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE rispettivament.";

(16)

L-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 19

Rieżami mill-Ombudsman

L-operazzjonijiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni tal-Ombudsman f'konformità mal-Artikolu 228 TFUE.";

(17)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi sussidju mill-Unjoni, imdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (taqsima tal-Kummissjoni).";

(b)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"7.   Abbażi tal-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis li huma meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li ser jiġi ddebitat lill-baġit ġenerali, li hi ser tqiegħed quddiem l-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 314 tat-TFUE.";

(18)

L-Artikolu 24 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 24

Persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija u għad-Direttur tagħha.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija jista' jadotta dispożizzjonijiet biex esperti nazzjonali mill-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati fl-Aġenzija fuq sekondament.";

(19)

l-Artikolu 26 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 26

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, għandu japplika għall-Aġenzija.";

(20)

fl-Artikolu 27, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni f'azzjonijiet miġjuba kontra l-Aġenzija taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 263 u 265 tat-TFUE.";

(21)

fl-Artikolu 28, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2.   Il-parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-modalitajiet rilevanti għandhom jiġu ddeterminati b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni rilevanti, b'kont meħud tal-istatus speċifiku ta' kull pajjiż. Id-deċiżjoni għandha tindika b'mod partikolari n-natura, sa fejn u l-mod li bih dawk il-pajjiżi ser jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, fi ħdan il-qafas stipulat fl-Artikoli 4 u 5, inkluż dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni f'inizjattivi meħuda mill-Aġenzija, dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja u dwar il-persunal. Id-deċiżjoni għandha tkun konformi ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg . Id-deċiżjoni għandha tipprevedi li l-pajjiż parteċipanti jista' jaħtar persuna indipendenti li tissodisfa l-kwalifiki għal persuni li jissemmew fl-Artikolu 12(1), il-punt (a) bħala osservatur għall-Bord tat-Tmexxija mingħajr id-dritt tal-vot. Fuq deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, l-Aġenzija tista' tittratta kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) fil-pajjiż rilevanti, sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali mal-liġi tal-Unjoni tal-pajjiż ikkonċernat.

3.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jistieden pajjiż li miegħu jkun ġie konkluż Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mill-Unjoni biex jipparteċipa fl-Aġenzija bħala osservatur. Jekk jagħmel hekk, il-paragrafu 2 għandu japplika kif meħtieġ.";

(22)

L-Artikolu 29 jitħassar.

(23)

l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Evalwazzjonijiet u rieżami”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"3.   “Sat-28 ta’ April 2027, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni biex tivvaluta b’mod partikolari l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiki ta’ ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-fehmiet tal-Bord tat-Tmexxija u tal-partijiet ikkonċernati l-oħra kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali.

4.   Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija wara li jitqiesu l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha. L-evalwazzjoni tista', b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika ta’ dan it-tip.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżamina l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u jippreżenta lill-Kummissjoni rakkomandazzjonijiet li jkunu meħtieġa rigward bidliet fl-Aġenzija, fil-prattiki ta' ħidma tagħha u fl-ambitu tal-missjoni tagħha.

6.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija msemmija fil-paragrafu 5. Is-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni u ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.";

(24)

L-Artikolu 31 jitħassar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  Approvazzjoni tas-6 ta’ Lulju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).


7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/556

tal-1 ta’ April 2022

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b’mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tiġi klassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sett deskritt bħala “sistema komposta għal tiswija dentali” imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut f’kaxxa tal-kartun li fiha l-elementi kollha huma ppreżentati flimkien ma’ struzzjoni għall-użu.

Is-sett huwa magħmul minn:

3006 40 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4(f) tal-Kapitolu 30 u bil-formulazzjoni tal-Kodiċi NM 3006 u 3006 40 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 hija eskluża, billi l-prodott mhuwiex prodott prefabbrikat (bħal crowns) li jixbah fid-dehra lil kwalunkwe parti difettuża tal-ġisem (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-Intestatura 9021 , Taqsima III, l-ewwel paragrafu u l-Parti (B), punt (4) u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu).

Il-materji komposti mimlija f’siringi huma l-komponenti li jagħtu lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu. Huma jistgħu jintużaw fid-dentistrija bħala mili tas-snien, li huma koperti mill-intestatura 3006 (nota 4 (f) tal-Kapitolu 30, ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-Intestatura 9021 , Taqsima III, Parti (B), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza).

Il-klassifikazzjoni taħt l-Intestatura 3824 u taħt l-Intestatura 3906 hija eskluża peress li l-prodott huwa kopert b’mod speċifiku mill-formulazzjoni tan-Nota 4 (f) tal-Kapitolu 30, bħala mili dentali.

Konsegwentement, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3006 40 00 bħala mili dentali ieħor.

Pejsts opaki

(2×2 ml);

Pejsts tal-Ġisem, Ċervikali, Inċiżali, Transluċenti

(4×4 g);

Metal Photo Primer

(1×7 ml);

Pinzell (manku 1 + 10 xkupilja);

Dixxijiet li jintremew wara l-użu;

Pad tal-karti;

Tarka tal-protezzjoni mid-dawl.

Il-pejsts, li huma materjali komposti, huma bbażati fuq metakrilati u mili inorganiku u huma ppreżentati f’siringi lesti għall-użu.

Il-photo primer huwa likwidu adeżiv, li jgħaqqad il-metalli u l-materjali komposti flimkien.

Il-komponenti tas-sett huma ppreżentati biex jintużaw flimkien fid-dentistrija għall-manifattura ta’ crowns (temporanji u permanenti) bridges, inlays, onlays, verneers u anterior jacket crowns, kif ukoll għat-tiswija ta’ restawrazzjonijiet u mili dentali.


7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/557

tal-1 ta’ April 2022

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1)

Frazzjoni rikka fil-proteini li tinkiseb bis-separazzjoni tad-dqiq tal-piżelli fi frazzjoni rikka fil-proteini u fi frazzjoni rikka fil-lamtu ppreżentata fil-forma ta’ trab fin ta’ kulur beige jew fil-forma ta’ gerbub, f’boroż żgħar (15 sa 20 kg) jew f’boroż kbar (500 sa 1 000  kg).

Il-prodott għandu l-karatteristiċi analitiċi li ġejjin (kontenut ta’ piż xott):

7,4 % lamtu

54 % proteini

Il-prodott huwa magħmul mill-piżelli mnixxfa (Pisum sativum), maħsula, imfesdqa u mitħuna biex jinkiseb id-dqiq tal-piżelli. Imbagħad id-dqiq jiġi sseparat fi frazzjoni rikka fil-proteini u fi frazzjoni rikka fil-lamtu f’magna ċentrifuga. Wara dak il-proċess, il-frazzjoni rikka fil-proteini titħalla fil-forma ta’ trab jew tiġi agglomerata f’gerbub.

Il-prodott jintgħaraf u jintuża esklussivament bħala għalf tal-annimali.

2309 90 31

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 1 tal-Kapitolu 23 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2309 , 2309 90 u 2309 90 31 .

Il-prodott tilef il-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali permezz tal-frazzjonament f’magna ċentrifuga. Għalhekk, hija eskluża kemm il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 1106 bħala dqiq ta’ ħaxix leguminuż imnixxef kif ukoll il-klassifikazzjoni bħala ħaxix ippreparat mod ieħor tal-intestatura 2005.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2302 hija eskluża wkoll peress li l-prodott mhuwiex residwu ta’ tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq pjanti leguminużi (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2302 , il-punt (C)). Il-prodott ġie prodott apposta mid-dqiq tal-piżelli. Huwa pproċessat mod ieħor u jintuża esklussivament bħala għalf tal-annimali (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitolu 23).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2309 90 31 bħala preparazzjoni oħra tat-tip użata għall-għalf tal-annimali, li fiha inqas minn 10 % skont il-piż ta’ lamtu.

2)

Frazzjoni rikka fil-lamtu li tinkiseb bis-separazzjoni tad-dqiq tal-piżelli fi frazzjoni rikka fil-proteini u fi frazzjoni rikka fil-lamtu ppreżentata fil-forma ta’ trab ta’ kulur isfar ċar jew fil-forma ta’ gerbub, bl-ingrossa jew f’boroż kbar (25 sa 1 000  kg).

Il-prodott għandu l-karatteristiċi analitiċi li ġejjin (kontenut ta’ piż xott):

73 % ta’ lamtu

13 % ta’ proteini

Il-prodott huwa magħmul mill-piżelli mnixxfa (Pisum sativum), maħsula, imfesdqa u mitħuna biex jinkiseb id-dqiq tal-piżelli. Imbagħad id-dqiq jiġi sseparat fi frazzjoni rikka fil-proteini u fi frazzjoni rikka fil-lamtu f’magna ċentrifuga. Wara dan il-proċess, il-frazzjoni rikka fil-lamtu titħalla fil-forma ta’ trab jew tiġi agglomerata f’gerbub.

Il-prodott jintgħaraf u jintuża esklussivament bħala għalf tal-annimali.

2309 90 51

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 1 tal-Kapitolu 23 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2309 , 2309 90 u 2309 90 51 .

Il-prodott tilef il-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali permezz tal-frazzjonament f’magna ċentrifuga. Għalhekk, hija eskluża kemm il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 1106 bħala dqiq ta’ ħaxix leguminuż imnixxef kif ukoll il-klassifikazzjoni bħala ħaxix ippreparat mod ieħor tal-intestatura 2005 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2302 hija eskluża wkoll peress li l-prodott mhuwiex residwu ta’ tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq pjanti leguminużi (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2302 , il-punt (C)). Il-prodott ġie prodott apposta mid-dqiq tal-piżelli. Huwa pproċessat mod ieħor u jintuża esklussivament bħala għalf tal-annimali (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitolu 23).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2309 90 51 bħala preparazzjoni oħra tat-tip użata għall-għalf tal-annimali, li fiha aktar minn 30 % skont il-piż ta’ lamtu.


7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/558

tas-6 ta’ April 2022

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fis-17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

1.2.   Reġistrazzjoni

(2)

Billi l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni ma ġewx soġġetti għar-reġistrazzjoni.

1.3.   Miżuri provviżorji

(3)

Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji provviżorji proposti u bid-dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u tal-marġnijiet adegwati sabiex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku (qabel id-divulgazzjoni). Tliet partijiet issottomettew il-kummenti tagħhom. Madankollu, il-kummenti kienu ta’ natura ġenerali u ma kinux relatati mal-preċiżjoni tal-kalkoli. Għalhekk, dawk il-kummenti ġew indirizzati biss fl-istadju definittiv.

(4)

Fl-14 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw miċ-Ċina bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1812 (3) (“ir-Regolament provviżorju”).

1.4.   Proċedura sussegwenti

(5)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping provviżorju (“id-divulgazzjoni provviżorja”), l-ilmentaturi, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina (“CCCME”), bosta utenti inkluża l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Eurofer”), bosta importaturi u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-GTĊ”) ippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub li fihom taw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji sal-iskadenza pprovduta mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament provviżorju.

(6)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, il-partijiet interessati li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Saru seduti ta’ smigħ mal-ilmentaturi, Eurofer, NLMK Europe (“NLMK”), Misano S.p.A. (“Misano”) u Imerys France (“Imerys”).

(7)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Għal dan il-għan, ġew organizzati kontroverifiki remoti addizzjonali (“RCCs”) ma’ żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, jiġifieri GrafTech France S.N.C. (“GrafTech France”) u Showa Denko Europe GmbH (“Showa Denko”), u produttur esportatur wieħed, jiġifieri Nantong Yangzi Co., Ltd (“Yangzi Group”).

(8)

Fid-19 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom hija kellha l-ħsieb li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw miċ-Ċina (“id-divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

(9)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati li talbu li jinstemgħu ngħataw opportunità li jinstemgħu. Saru seduti ta’ smigħ mal-ilmentaturi, CCCME u Fangda Carbon New Material Co., Ltd (“Fangda Group”).

(10)

Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn xieraq, f’dan ir-Regolament. Abbażi tal-kummenti sottomessi minn Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. (“Liaoning Dantan”), il-Kummissjoni rrevediet is-sejbiet tagħha dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping tagħha u ddivulgatu lill-parti.

1.5.   Pretensjoni ta’ użu eċċessiv ta’ informazzjoni kunfidenzjali

(11)

Is-CCCME ddikjarat li l-ilment kien jiddependi b’mod eċċessiv fuq ċifri kunfidenzjali u talbet lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa f’dawn il-proċedimenti u f’oħrajn futuri biex tiżgura li l-partijiet ikunu jistgħu jagħmlu kummenti rilevanti u sinifikanti.

(12)

Il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni tal-ilment, li kienet miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u sommarji mhux kunfidenzjali tad-data mmarkata bħala kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħmlu kummenti sinifikanti u jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom matul il-proċediment.

(13)

Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6.5 tal-Ftehim tad-WTO rigward l-Anti-Dumping (“ADA”) jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur, jew jista’ jkollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun akkwistat l-informazzjoni.

(14)

Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

1.6.   Talba li l-Kummissjoni tqis is-sospensjoni tal-miżuri anti-dumping skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku

(15)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja u dik finali, Misano, Fangda Group u s-CCCME argumentaw li l-miżuri anti-dumping jenħtieġ li jiġu sospiżi skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku minħabba l-bidliet fis-suq li jseħħu wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(16)

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattiva esklussiva tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, f’dan l-istadju l-Kummissjoni nnotat li dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza biex jappoġġaw sejba li l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex iġġarrab dannu. Minflok, il-partijiet irreferew għall-aspettattivi tat-tkabbir, għaż-żidiet fil-prezzijiet u għat-tnaqqis mistenni fil-volum tal-importazzjonijiet biex jaffermaw li d-dannu x’aktarx li ma jkomplix iseħħ jew li ma jerġax iseħħ. Kif spjegat fil-premessa (138) hawn taħt, il-Kummissjoni sabet li l-allegati żidiet fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina mhux bilfors ifissru li d-dannu kien waqaf iseħħ jew li kien se jieqaf milli jseħħ. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienet meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri f’dan l-istadju.

1.7.   Kampjunar

(17)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi (12) sa (17) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

1.8.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(18)

Kif iddikjarat fil-premessa (24) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni dwar id-dumping u d-dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “il-PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

(19)

Xi partijiet interessati, inkluż Trasteel International SA (“Trasteel”), indikaw li l-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien jinkludi perjodu bi prezzijiet eċċezzjonalment għoljin marbuta ma’ nuqqas ta’ provvista u prezzijiet ogħla tal-materja prima ewlenija (2017-2018) u ntemm b’perjodu affettwat mill-pandemija tal-COVID-19 (2020). Huma talbu li l-perjodu taħt kunsiderazzjoni jinkludi l-2016 meta s-suq kien meqjus “normali”. Wara d-divulgazzjoni finali, Trasteel tenniet it-talba tagħhom.

(20)

Din it-talba ġiet miċħuda. Il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġie ddeterminat mal-bidu u kopra, skont prattika stabbilita sew, il-perjodu ta’ investigazzjoni u t-tliet snin kalendarji preċedenti. L-analiżi ta’ dan il-perjodu pprovdiet lill-Kummissjoni bid-data meħtieġa sabiex tasal għal sejbiet preċiżi, fejn setgħet titqies kwalunkwe ċirkostanza ta’ eċċezzjoni.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Pretensjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott u l-esklużjoni tal-prodott

(21)

Fl-istadju provviżorju, ġew riċevuti erba’ pretensjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott minn produttur tal-Unjoni (Sangraf Italy), utent (NLMK), importatur mhux relatat (CTPS Srl) u s-CCCME rispettivament. Kif spjegat fil-premessi (30) sa (38) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ċaħdet tlieta mit-talbiet għall-esklużjoni iżda aċċettat li teskludi n-nipples importati separatament mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(22)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ, Eurofer, NLMK, Imerys, Misano, Fangda group u Liaoning Dantan affermaw li l-Kummissjoni ma kinitx qieset bis-sħiħ id-differenzi fit-tipi ta’ prodotti ta’ elettrodi tal-grafit. Skont dawn il-partijiet interessati, minn naħa waħda, il-biċċa l-kbira tal-elettrodi tal-grafit esportati miċ-Ċina lejn l-Unjoni huma elettrodi ta’ potenza għolja b’dijametru żgħir (“HP”) jew ta’ potenza għolja ħafna (“SHP”) li jintużaw fil-fran tal-kuċċara, u numru żgħir ta’ elettrodi ta’ potenza għolja ħafna b’dijametru kbir (“UHP”). Min-naħa l-oħra, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi fil-biċċa l-kbira elettrodi tal-UHP b’dijametru kbir li jintużaw fi fran bl-ark elettriku. Dawn il-partijiet interessati żiedu li l-elettrodi HP/SHP minn naħa, u l-elettrodu UHP min-naħa l-oħra, huma differenti fl-input tal-materjal (kokk), fit-teknoloġija tal-produzzjoni, fl-użu tal-prodott u fil-kwalità, u jappartjenu għal segmenti differenti tas-suq. Ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ sostituzzjoni reċiproka. Huma talbu li l-elettrodi żgħar (b’definizzjonijiet differenti): b’dijametru ta’ 500 mm jew anqas għall-Eurofer, b’dijametru ta’ 350 mm jew anqas għal NLMK, b’dijametru ta’ 500 mm jew anqas għal Imerys, b’dijametru ta’ bejn 130 u 250 mm għal COMAP, b’dijametru ta’ 450 mm jew anqas għal Fangda Group u għas-CCCME, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu.

(23)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Eurofer, Fangda Group u s-CCCME tennew mill-ġdid il-pretensjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, CTPS Srl talbet li l-elettrodi b’dijametru ta’ 400 mm jew inqas jenħtieġ li jiġu esklużi. Madankollu, Trasteel talbet li l-elettrodi b’dijametru ta’ 450 mm jew inqas jenħtieġ li jiġu esklużi. Huma argumentaw li ma hemmx biżżejjed produzzjoni tal-Unjoni ta’ dawn l-elettrodi b’dijametru żgħir. Barra minn hekk, huma argumentaw li għadd kbir ta’ elettrodi tal-grafit b’dijametru ta’ aktar minn 350 mm huma elettrodi HP li jintużaw fil-fran tal-kuċċara u li jenħtieġ li jiġu esklużi bl-istess mod mill-ambitu. Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet fid-dawl tas-sejba fil-premessi (27) sa (31) hawn taħt.

(24)

Fl-istess ħin, wara d-divulgazzjoni finali, il-produtturi tal-Unjoni opponew l-esklużjoni tal-elettrodi tal-grafit b’dijametru ta’ 350 mm jew anqas mill-ambitu tal-prodott. Il-produtturi tal-Unjoni argumentaw li huma f’pożizzjoni li jżidu l-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit b’dijametru ta’ 350 mm. Fil-fehma tagħhom, it-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-Unjoni tal-elettrodi tal-grafit b’dijametru ta’ 350 mm matul il-perjodu kkunsidrat kien ir-riżultat, u mhux il-kawża, tal-fluss dejjem akbar ta’ importazzjonijiet inġusti bi prezz baxx miċ-Ċina.

(25)

Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-produzzjoni tal-Unjoni tal-elettrodi tal-grafit b’dijametru ta’ 350 mm jew anqas bdiet tonqos fl-2018, fi żmien fejn is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jiżdied, u s-sehem mis-suq Ċiniż kien qed jonqos. Sussegwentement, meta s-sehem mis-suq Ċiniż beda jiżdied fl-2019 u fl-2020, il-produzzjoni tal-Unjoni tad-daqsijiet kollha tal-elettrodi naqset. Dawn ix-xejriet ma ppermettewx lill-Kummissjoni tikkonferma d-dikjarazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni f’dan ir-rigward.

(26)

Wara d-divulgazzjoni finali, Henschke GmbH talbet li tuża l-klassifikazzjoni RP/HP/SHP/UHP u li teskludi l-elettrodi tal-grafit RP/HP/SHP mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping. Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (37) tar-Regolament provviżorju, ma hemm l-ebda standard uffiċjali tal-industrija li jippermetti distinzjoni ċara bejn id-diversi gradi ta’ elettrodi tal-grafit, b’mod partikolari bejn il-gradi HP/SHP u UHP.

(27)

Il-Kummissjoni sabet li l-elettrodi tal-grafit b’dijametru iżgħar huma prinċipalment elettrodi tal-grafit tal-grad HP/SHP, filwaqt li l-elettrodi tal-grafit akbar huma ta’ grad UHP. Madankollu, fin-nuqqas ta’ definizzjoni preċiża tad-diversi gradi, deher li kien hemm trikkib fil-qisien tad-dijametri ta’ bejn 400 u 500 mm. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-elettrodi tal-grafit tal-grad HP/SHP normalment jintużaw fil-fran tal-kuċċara, filwaqt li l-elettrodi tal-grafit tal-grad UHP jintużaw kważi esklussivament fi fran bl-ark elettriku. Filwaqt li l-ilmentaturi pprovdew eżempji fejn dan ma huwiex il-każ, madankollu deher li dan l-iskambju huwa limitat ħafna.

(28)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li elettrodi ta’ daqs iżgħar fil-biċċa l-kbira tagħhom jużaw kokk petroliferu ta’ grad aktar baxx fil-proċess tal-produzzjoni, filwaqt li kokk tal-labra ta’ kwalità għolja u għali jintuża sabiex jiġu prodotti elettrodi UHP ta’ daqs akbar. Deher ukoll li l-proċess tal-produzzjoni, filwaqt li varja minn produttur għall-ieħor, kien ġeneralment iqsar u aktar sempliċi għall-elettrodi HP/SHP milli għall-elettrodi UHP (eż. proċess iqsar tal-grafitizzazzjoni, numru aktar baxx ta’ imprenjazzjoni u ta’ ħami mill-ġdid). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm, sa ċertu punt, differenza kemm fil-karatteristiċi tekniċi kif ukoll fl-użi bejn elettrodi tal-grafit b’dijametru iżgħar u dawk b’dijametru akbar.

(29)

Xi utenti tal-Unjoni rrapportaw diffikultajiet sabiex jakkwistaw elettrodi tal-grafit b’dijametru żgħir mill-produtturi tal-Unjoni u argumentaw li l-industrija tal-Unjoni ma pproduċietx dan it-tip ta’ elettrodi fi kwantitajiet suffiċjenti, minħabba li ffokat fuq elettrodi b’dijametru akbar/ta’ grad ogħla. Huma argumentaw ukoll li, minbarra ċ-Ċina, hemm disponibbli ftit sorsi alternattivi ta’ provvista ta’ kwalità adegwata. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni nnotat li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI kien ta’ 55,8 % u li l-industrija tal-Unjoni għalhekk għandha kapaċità ta’ riżerva biex tipproduċi aktar kwantitajiet tad-dijametri kollha.

(30)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-produzzjoni tal-Unjoni ta’ elettrodi tal-grafit b’dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas kienet minima u rrappreżentat anqas minn 1 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-elettrodi tal-grafit. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-elettrodi tal-grafit b’dijametru nominali ta’ 400 mm jew aktar ġew prodotti fl-Unjoni fi kwantitajiet aktar sinifikanti.

(31)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, filwaqt li ma hemm l-ebda limitu ċar f’termini ta’ daqs bejn l-elettrodi tal-grafit HP/SHP u l-elettrodi tal-grafit UHP, l-elettrodi tal-grafit b’dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas dehru b’mod predominanti, jekk mhux esklussivament, bħala elettrodi HP/SHP. Dawn għandhom użi, proċessi tal-produzzjoni u karatteristiċi tekniċi differenti meta mqabbla mal-elettrodi UHP. L-elettrodi UHP huma wkoll dawk prodotti mill-industrija tal-Unjoni u li fuqhom l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jista’ jkollhom xi effetti negattivi.

(32)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li huwa xieraq li l-elettrodi tal-grafit b’dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott.

2.2.   Konklużjoni

(33)

Il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (32) sa (33) tar-Regolament provviżorju, li jeskludu n-nipples mill-ambitu tal-prodott.

(34)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet, kif spjegat hawn fuq, li teskludi mill-ambitu tal-prodott l-elettrodi tal-grafit b’dijametru nominali ta’ 350 mm (4) jew anqas.

3.   DUMPING

(35)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni rċeviet kummenti bil-miktub mit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mill-GTĊ, mis-CCCME u mill-ilmentatur dwar is-sejbiet provviżorji tad-dumping.

3.1.   Valur normali

(36)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi minn (47) sa (168) tar-Regolament provviżorju.

3.1.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(37)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTĊ, kif ukoll is-CCCME u Liaoning Dantan issottomettew kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(38)

L-ewwel nett, il-GTĊ sostna li l-ewwel rapport tal-pajjiż li jikkonċerna r-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (5) huwa difettuż u li d-deċiżjonijiet ibbażati fuqu ma għandhomx bażi fattwali u ġuridika. B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ afferma li huwa għandu dubji dwar kemm ir-Rapport jista’ jirrappreżenta l-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni. Min-naħa fattwali, skont il-GTĊ, ir-Rapport huwa miżrappreżentattiv, ixaqleb lejn naħa waħda u maqtugħ mir-realtà. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet rapporti tal-pajjiżi għal ftit pajjiżi magħżula jqajjem tħassib dwar it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit (“MFN”). Barra minn hekk, fil-fehma tal-GTĊ, li l-Kummissjoni tibbaża fuq l-evidenza fir-Rapport ma huwiex konformi mal-ispirtu ta’ liġi ġusta u xierqa, minħabba li dan effettivament jammonta għal ġudizzju tal-każ qabel il-proċess.

(39)

Fir-rigward tal-ewwel punt dwar l-istatus tar-Rapport skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku ma jippreskrivix format speċifiku għar-rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, u lanqas ma dik id-dispożizzjoni tiddefinixxi mezz għall-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li r-rapport huwa dokument tekniku bbażat fuq il-fatti, użat biss fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ. Għalhekk, ir-rapport inħareġ b’mod xieraq bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, minħabba li huwa purament deskrittiv u ma jesprimix fehmiet, preferenzi jew ġudizzji politiċi. Dan ma jaffettwax il-kontenut tiegħu, jiġifieri s-sorsi oġġettivi ta’ informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija Ċiniża rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tar-rimarki li r-Rapport huwa fattwalment difettuż u jxaqleb lejn naħa waħda, il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħra ppubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħra. Minn meta dan sar disponibbli għall-pubbliku f’Diċembru tal-2017, kwalunkwe parti interessata kellha opportunità biżżejjed sabiex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u l-evidenza li fuqha huwa bbażat. Sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza minn xi parti li turi li s-sorsi użati fir-Rapport ikunu żbaljati.

(40)

B’rispons għall-pretensjoni tal-GTĊ dwar il-ksur tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, il-Kummissjoni fakkret li, kif previst mill-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi prodott rapport tal-pajjiż għal kwalunkwe pajjiż biss meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sewwa tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’pajjiż jew settur speċifiku f’dak il-pajjiż. Mad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’Diċembru tal-2017, il-Kummissjoni kellha tali indikazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti għaċ-Ċina. F’Ottubru tal-2020, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport dwar id-distorsjonijiet fir-Russja u, fejn xieraq, jistgħu jsegwu rapporti oħrajn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li r-rapporti ma humiex obbligatorji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). L-Artikolu 2(6a)(c) jiddeskrivi l-kundizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni toħroġ rapporti tal-pajjiżi u, skont l-Artikolu 2(6a)(d), l-ilmentaturi ma humiex obbligati jużaw ir-rapport, u l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż lanqas ma hija kundizzjoni sabiex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a) wara l-Artikolu 2(6a)(e). Skont l-Artikolu 2(6a)(e), evidenza suffiċjenti li tagħti prova ta’ distorsjonijiet sinifikanti fi kwalunkwe pajjiż miġjuba mill-ilmentaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(b) hija biżżejjed sabiex tinbeda l-investigazzjoni fuq dik il-bażi. Għalhekk, ir-regoli li jikkonċernaw distorsjonijiet sinifikanti speċifiċi għall-pajjiż japplikaw għall-pajjiżi kollha mingħajr ebda distinzjoni, u irrispettivament mill-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż. B’riżultat ta’ dan, minnhom infushom, ir-regoli dwar id-distorsjonijiet tal-pajjiżi ma jiksrux it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit.

(41)

It-tieni, il-GTĊ u s-CCCME argumentaw li l-kostruzzjoni tal-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija inkonsistenti mal-ADA, b’mod partikolari mal-Artikolu 2.2. tal-ADA, li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet fejn jista’ jinħadem il-valur normali, u d-“distorsjonijiet sinifikanti” ma humiex elenkati fost sitwazzjonijiet bħal dawn. Barra minn hekk, l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq huwa, skont il-GTĊ, inkonsistenti mal-Artikolu VI.1(b) tal-GATT u mal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, li jirrikjedu l-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini meta jinħadem il-valur normali.

(42)

It-tielet, il-GTĊ, kif ukoll is-CCCME u Liaoning Dantan affermaw li l-prattiki investigattivi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma inkonsistenti mar-regoli tad-WTO, sa fejn il-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 2.2.1.1. tal-ADA, injorat ir-rekords tal-produtturi Ċiniżi mingħajr ma ddeterminat jekk dawk ir-rekords humiex f’konformità mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati fiċ-Ċina. F’dan ir-rigward, il-GTĊ fakkar li l-Korp tal-Appell fl-Unjoni Ewropea – Anti-Dumping Measures on Biodiesel from Argentina (“DS473”) u r-Rapport tal-Panel fl-Unjoni Ewropea – Cost Adjustment Methodologies II (ir-Russja) (“DS494”) asserixxew li, skont l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, sakemm ir-rekords miżmuma mill-esportatur jew mill-produttur taħt investigazzjoni jkunu jikkorrispondu – f’limiti aċċettabbli – b’mod preċiż u affidabbli, għall-kostijiet effettivi kollha mġarrba mill-produttur jew mill-esportatur partikolari għall-prodott taħt kunsiderazzjoni, huma jistgħu jitqiesu li “jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni”, u jenħtieġ li l-awtorità investigattiva tuża tali rekords sabiex tiddetermina l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi investigati.

(43)

Fir-rigward tat-tieni u t-tielet argumenti dwar l-allegata inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.2. u 2.2.1.1. tal-ADA, kif ukoll is-sejbiet f’DS473 u DS494, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (54) tar-Regolament provviżorju fejn kienu diġà ġew miċħuda pretensjonijiet simili mill-partijiet interessati. Barra minn hekk, fir-rigward tal-pretensjoni li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti inkluż fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma huwiex elenkat fost is-sitwazzjonijiet li fihom huwa permissibbli li l-valur normali jinħadem skont l-Artikolu 2.2 tal-ADA, il-Kummissjoni fakkret li d-dritt domestiku ma għandux bżonn juża l-istess termini eżatti bħall-Ftehimiet koperti sabiex ikun konformi ma’ dawk il-Ftehimiet, u li hija tqis li l-Artikolu 2(6a) huwa kompletament konformi mar-regoli rilevanti tal-ADA (u, b’mod partikolari, mal-possibbiltajiet li valur normali jinħadem kif previst fl-Artikolu 2.2 tal-ADA). Fi kwalunkwe każ, peress li dawn il-pretensjonijiet ma fihom l-ebda element ġdid, dawn ġew miċħuda.

(44)

Ir-raba’, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun konsistenti u teżamina bis-sħiħ jekk hemmx l-hekk imsejħa distorsjonijiet tas-suq fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-fatt li d-data tal-pajjiż rappreżentattiv tiġi aċċettata faċilment mingħajr tali evalwazzjoni jirrappreżenta “standards doppji”. Fil-fehma tal-GTĊ, l-istess japplika għall-evalwazzjoni tal-prezzijiet u tal-kostijiet tal-industrija tal-UE.

(45)

Fir-rigward tar-raba’ punt li jitlob lill-Kummissjoni taċċerta li d-data ta’ pajjiżi terzi użata fil-proċedimenti tal-Kummissjoni ma hijiex affettwata mid-distorsjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni fakkret li, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tipproċedi sabiex taħdem il-valur normali abbażi ta’ data magħżula għajr il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur biss fejn tistabbilixxi li tali data hija l-aktar xierqa sabiex tirrifletti l-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni. F’dan il-proċess, il-Kummissjoni hija marbuta li tuża biss data mingħajr distorsjoni. F’dak ir-rigward, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar is-sorsi proposti għad-determinazzjoni tal-valur normali fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni. Id-deċiżjoni aħħarija tal-Kummissjoni dwar liema data mingħajr distorsjoni jenħtieġ li tintuża sabiex jiġi kkalkolat il-valur normali tqis bis-sħiħ dawk il-kummenti. Fir-rigward tat-talba tal-GTĊ lill-Kummissjoni sabiex tevalwa d-distorsjonijiet possibbli fis-suq intern tal-UE, il-Kummissjoni naqset milli tara r-rilevanza ta’ dan il-punt fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(46)

Il-ħames, Liaoning Dantan argumentat li l-Kummissjoni pprovdiet dikjarazzjoni ġenerali ħafna fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju u ma spjegatx b’mod espliċitu l-bażi ġuridika fil-Ftehimiet tad-WTO, inkluż il-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, b’appoġġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta’ raġunament ċar ħafna dwar ir-raġuni għaliex il-Kummissjoni hija ta’ din il-fehma, id-divulgazzjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax l-istandards legali ta’ dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(47)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-ħames argument li tqajjem minn Liaoning Dantan. Fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet għaliex il-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ hija kompatibbli mad-WTO. Fir-rigward tal-argument ta’ Liaoning Dantan rigward il-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina, il-Kummissjoni fakkret li fil-proċedimenti anti-dumping li jikkonċernaw prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq, kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li ma hijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-kostijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, Liaoning Dantan tidher li qiegħda tgħaqqad l-obbligu li jiġu ddikjarati r-raġunijiet għall-applikazzjoni sostantiva tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma’ allegat obbligu li tiġi spjegata l-bażi ġuridika tad-WTO li tappoġġa l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni spjegat fid-dettall fil-premessi minn (57) sa (113) tar-Regolament provviżorju r-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, u b’hekk tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligu legali tagħha dwar dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet. B’konsegwenza, l-argument ta’ Liaoning Dantan ġie miċħud.

(48)

Minbarra l-argumenti tagħha dwar il-kompatibbiltà mad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, is-CCCME affermat ukoll li l-pjanijiet ta’ ħames snin fiċ-Ċina huma sempliċiment dokumenti ta’ gwida li jesprimu fehmiet ta’ politika għall-futur. Bħala tali, fil-fehma tas-CCCME, il-pjanijiet ma humiex vinkolanti, anke minħabba li ma humiex adottati bl-istess mod bħal-liġijiet jew id-digrieti. Barra minn hekk, is-CCCME rrimarkat li jistgħu jinstabu wkoll dokumenti simili fl-Ewropa, inkluż, fost l-oħrajn, id-dokumenti ta’ politika tal-Kummissjoni.

(49)

Il-Kummissjoni fakkret li s-sistema Ċiniża tal-ippjanar tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell inferjuri korrispondenti tal-gvern. Kif deskritt fid-dettall fir-Rapport, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar għandhom, fil-fatt, saħħa vinkolanti, u s-sistema tal-ippjanar tirriżulta fl-allokazzjoni ta’ riżorsi għal setturi deżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq. (6) Għalhekk il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni.

(50)

Barra minn hekk, Liaoning Dantan oġġezzjonat għall-fatt li l-Kummissjoni invokat numru ta’ fatturi trażversali eżistenti fiċ-Ċina sabiex turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. B’mod partikolari, Liaoning Dantan argumentat li l-fatt li hija membru u direttur permanenti għall-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Karbonju taċ-Ċina ma jikkostitwixxix intervent mill-Istat fl-operat ta’ Liaoning Dantan, u wisq anqas ma jinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha. Bl-istess mod, Liaoning Dantan sostniet li, bħala kumpanija bi sjieda privata, hija kienet kompletament soġġetta għal regoli moderni ta’ governanza korporattiva orjentati lejn is-suq u l-attivitajiet operattivi tagħha kienu esklussivament responsabbli għall-azzjonisti privati tal-kumpanija skont id-Dritt tal-Kumpaniji tar-RPĊ. Barra minn hekk, Liaoning Dantan affermat li l-eżistenza ta’ intervent mill-Istat ma tkunx ugwali għal distorsjonijiet sinifikanti u li l-Kummissjoni għandha l-obbligu legali li tistabbilixxi l-effett distorsiv tal-allegati interventi mill-Istat fuq il-prezzijiet u l-kostijiet tagħha.

(51)

L-argumenti ta’ Liaoning Dantan dwar l-allegat nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti minkejja l-interventi eżistenti tal-gvern ma setgħux jiġu aċċettati. L-ewwel nett, Liaoning Dantan ma pprovdiet l-ebda informazzjoni li tpoġġi f’dubju l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni (ara l-premessa (90) tar-Regolament provviżorju) dwar l-elettrodi tal-grafit li qegħdin jitqiesu bħala industrija mħeġġa u, għalhekk, soġġetti għal distorsjonijiet. L-istess japplika għad-distorsjonijiet li jikkonċernaw l-inputs meħtieġa għall-manifattura tal-prodott li qiegħed jiġi investigat (ara, b’mod partikolari, il-premessi (90) u (110) tar-Regolament provviżorju). It-tieni, filwaqt li Liaoning Dantan qieset li l-fatt li tkun membru u direttur permanenti għall-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Karbonju taċ-Ċina ma ssarrafx f’intervent mill-Istat, hija ma kkontestatx l-osservazzjoni li saret fil-premessa (86) tar-Regolament provviżorju li l-iskop tal-assoċjazzjoni kien “li timplimenta l-linja tal-partit, il-linji gwida, u l-politiki” u li l-assoċjazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina”. It-tielet, fir-rigward tal-pretensjoni ta’ Liaoning Dantan li hija kumpanija bi sjieda privata b’governanza korporattiva moderna, il-Kummissjoni ddeskriviet fil-premessi (57) sa (111) tar-Regolament provviżorju l-interventi sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżultaw f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lill-operaturi kummerċjali, irrispettivament mill-istruttura tas-sjieda jew mill-istruttura maniġerjali. Għalhekk, dawn l-il-pretensjonijiet ġew miċħudin.

(52)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ, kif ukoll is-CCCME, Liaoning Dantan u Fangda Group issottomettew kummenti ulterjuri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(53)

Il-GTĊ tenna l-fehma tiegħu li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mal-ADA u li r-Rapport għandu difetti fattwali u legali.

(54)

B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ argumenta li l-kontenut tar-Rapport jaqbeż l-ambitu xieraq tal-investigazzjonijiet anti-dumping, li huwa jinterpreta ħażin l-istituzzjonijiet taċ-Ċina u jittratta l-vantaġġi kompetittivi leġittimi tal-kumpaniji Ċiniżi u d-differenzi istituzzjonali normali bejn iċ-Ċina u l-UE bħala l-bażi għall-konklużjoni li l-ekonomija Ċiniża hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti tas-suq. F’dan ir-rigward, il-GTĊ ikkritika l-prattika tal-Kummissjoni li tagħti lill-partijiet kollha l-opportunità li jirribattu, jissupplimentaw jew jikkummentaw dwar ir-Rapport. Minflok, il-GTĊ argumenta li ċ-Ċina kienet talbet sa mill-bidu nett, li l-Kummissjoni jenħtieġ li tirtira r-Rapport, aktar milli tissupplimentah jew timmodifikah, u li l-GTĊ ma kellu l-ebda obbligu jew ħtieġa li jikkummenta dwar ir-Rapport.

(55)

Barra minn hekk, il-GTĊ qies il-prattika ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mar-rapporti tad-WTO dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim f’DS473 u f’DS494 minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx ikkonformat mal-obbligu tagħha li turi li d-distorsjonijiet sinifikanti tas-suq jirriżultaw f’li r-rekords kontabilistiċi tal-intrapriżi Ċiniżi ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ relatati mal-prodotti li qegħdin jiġu investigati, peress li l-objettiv ta’ dik l-analiżi huwa intrapriżi individwali, mhux gvernijiet jew istituzzjonijiet. Konsegwentement, il-politiki makroekonomiċi ġenerali taċ-Ċina jew is-sħubija ta’ intrapriża f’assoċjazzjoni tal-industrija ma jistgħux jispjegaw kwistjonijiet speċifiċi bħan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ data dwar il-kost tal-intrapriża.

(56)

Il-Kummissjoni ma qablitx. L-ewwel nett, fir-rigward tal-allegati difetti fattwali tar-Rapport, il-GTĊ sempliċement jirrepeti l-argument imqajjem qabel u li ġie indirizzat fil-premessa (39). Fir-rigward tat-talba tal-GTĊ biex ir-Rapport jiġi rtirat minflok ma l-partijiet interessati jingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar il-kontenut tiegħu, il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni mhux biss hija obbligata li tipproduċi u li tagħmel rapporti pubbliċi li jiddeskrivu ċ-ċirkostanzi rilevanti tas-suq meta jkun hemm indikazzjonijiet fondati ta’ distorsjonijiet sinifikanti – kif inhu l-każ għar-RPĊ – iżda l-Kummissjoni trid tipprovdi wkoll lill-partijiet interessati b’biżżejjed opportunità biex jirribattu, jissupplimentaw, jikkummentaw jew jibbażaw fuq dawn ir-rapporti u fuq l-evidenza sottostanti. Il-Kummissjoni ħadet nota dovuta tal-għażla tal-GTĊ li ma jagħmilx użu minn dik l-opportunità, u konsegwentement innotat li t-talba tal-GTĊ biex ir-Rapport jiġi rtirat mingħajr ma wieħed jidħol fis-sustanza u l-evidenza tiegħu ma tistax tiġi aċċettata. It-tieni, fir-rigward tal-kompatibbiltà tad-WTO tal-prattiki ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni diġà indirizzat b’mod estensiv l-argument tal-GTĊ fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, kif ukoll fil-premessa (43), inkluża l-fehma tal-Kummissjoni li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fakkret li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-kostruzzjoni tal-valur normali u li l-liġi tad-WTO, kif interpretata mill-Bord tas-Soluzzjoni tat-Tilwim u mill-Korp tal-Appell f’DS473, tippermetti, fil-prinċipju, l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat.

(57)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CCCME qajmet argumenti relatati mar-Rapport u tenniet il-fehmiet tagħha espressi preċedentement li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma kienx kompatibbli mal-ADA. Dan l-argument ġie mtenni fis-sottomissjoni ta’ Fangda Group. Fangda Group, bħala membru tas-CCCME, approva b’mod espliċitu l-opinjoni tas-CCCME.

(58)

Fir-rigward tar-Rapport, is-CCCME tenniet li billi bbażat fuq ir-Rapport, il-Kummissjoni kompliet targumenta b’mod ċirkolari fejn l-esportaturi jeħtieġ li jiċħdu l-allegazzjonijiet magħmula fir-Rapport, li fi kwalunkwe każ kien imħejji bl-għan speċifiku li jservi bħala bażi għall-produtturi tal-Unjoni biex jibdew investigazzjonijiet ta’ difiża kummerċjali u li, f’dan il-każ, lanqas biss isemmi s-settur li qiegħed jiġi investigat. Għalhekk, is-CCCME fakkret li l-oneru tal-provi jaqa’ fuq l-awtorità investigattiva.

(59)

Barra minn hekk, is-CCCME tenniet l-argument tagħha li l-pjanijiet ta’ ħames snin fiċ-Ċina huma biss dokumenti ta’ gwida, għall-kuntrarju ta’ “liġijiet”, “regolamenti” jew “digrieti” li għandhom saħħa vinkolanti. F’dan ir-rigward, is-CCCME indikat li fl-Ewropa jeżistu wkoll dokumenti ta’ gwida simili.

(60)

Rigward il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mad-WTO, is-CCCME sostniet li, l-ewwel nett, il-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” inkluż fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma jidher fl-ebda regola tal-ADA tad-WTO jew tal-GATT tal-1994. B’mod partikolari, il-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” ma jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji pprovduti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA. Rigward l-użu tad-data minn pajjiż terz, is-CCCME sostniet li minkejja li skont il-Korp tal-Appell f’DS473 l-użu tad-data minn sors barra l-pajjiż esportatur ma huwiex ipprojbit, il-Kummissjoni tidher li tinjora l-fatt li l-Korp tal-Appell enfasizza wkoll li dan, madankollu, ma jfissirx li awtorità investigattiva tista’ sempliċement tissostitwixxi l-kost minn barra l-pajjiż tal-oriġini bil-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini, kif ukoll li meta tibbaża fuq kwalunkwe informazzjoni barra mill-pajjiż biex tiddetermina l-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini skont l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping, awtorità investigattiva għandha tiżgura li tali informazzjoni tintuża biex tasal għall-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini u dan jista’ jirrikjedi li l-awtorità tal-investigazzjoni tadatta dik l-informazzjoni. Għalhekk, l-approċċ tal-Kummissjoni jidher, fil-fehma tas-CCCME, li huwa inkonsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont l-Artikolu 2.2 tal-ADA tad-WTO. It-tieni, is-CCCME qieset li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jikser l-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u d-deċiżjoni f’DS437 minħabba li skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, ladarba l-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ “distorsjonijiet sinifikanti”, ma huwiex meħtieġ li wieħed jgħaddi miż-żewġ kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, jiġifieri jekk ir-rekords humiex f’konformità mal-GAAP tal-pajjiż esportatur, u jekk ir-rekords jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni.

(61)

Barra minn hekk, is-CCCME tenniet l-argument li kienet issottomettiet preċedentment li skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tad-distorsjonijiet sinifikanti allegati trid issir għal kull esportatur u produttur separatament, u li l-Kummissjoni jenħtieġ li, kif xieraq, tissostanzja l-valutazzjoni tagħha għal mill-inqas kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun. L-istess argument tqajjem ukoll minn Fangda Group.

(62)

L-argumenti tas-CCCME ma setgħux jiġu aċċettati. L-ewwel nett, fir-rigward tal-allegat mod ċirkolari tal-argumentazzjoni tal-Kummissjoni u l-oneru tal-provi, il-Kummissjoni fakkret – kif diġà ddikjarat fil-premessi (53) u (55) tar-Regolament provviżorju – li t-taqsima 3.3.1 tar-Regolament provviżorju fiha l-valutazzjoni sħiħa tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Il-Kummissjoni ma rat l-ebda ċirkolarità fil-mod kif twettqet dik il-valutazzjoni, jiġifieri li l-Kummissjoni bbażat fuq l-evidenza disponibbli, inkluż ir-Rapport, u li l-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar dik l-evidenza. It-tieni, fir-rigward tan-natura tal-pjanijiet ta’ ħames snin, filwaqt li nnotat li l-eżistenza u n-natura tad-dokumenti tal-ippjanar fl-Unjoni ma humiex rilevanti fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni fakkret li, kif diġà huwa spjegat fid-dettall fil-premessi (73) u (74) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (49), in-natura speċifika tal-ippjanar industrijali fiċ-Ċina ma hijiex biss komprensiva, u tkopri virtwalment il-produzzjoni industrijali kollha fil-pajjiż, iżda taffettwa wkoll direttament id-deċiżjonijiet kummerċjali tal-operaturi tas-suq minħabba mekkaniżmi finanzjarji u oħrajn, li jwasslu lil dawn l-operaturi biex jikkonformaw mal-pjanijiet ta’ ħames snin (“FYPs”). Bħala eżempju, il-Kummissjoni fakkret, skont it-13-il FYP li l-gvernijiet lokali u d-dipartimenti tal-gvern kollha jridu jaħdmu bis-sħiħ biex jorganizzaw, jikkoordinaw, u jiggwidaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan. Se nwettqu monitoraġġ u evalwazzjoni dinamiċi tal-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan. Il-proċeduri ta’ approvazzjoni relatati mal-proġetti u l-inizjattivi inklużi f’dan il-pjan se jiġu ssimplifikati u se tingħata prijorità lilhom fl-għażla tas-siti, fid-disponibbiltà tal-art, u fl-arranġamenti ta’ finanzjament. Se jiġi żgurat li l-uffiċċji tal-awditjar ikollhom rwol fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni (7). It-tielet, fir-rigward tal-allegata inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.2. u 2.2.1.1. tal-ADA, kif ukoll is-sejbiet f’DS473, il-Kummissjoni tenniet il-fehma tagħha espressa fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, kif ukoll fil-premessa (56), li 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa konformi bis-sħiħ mal-obbligi tal-UE skont il-liġi tad-WTO, u dik il-liġi tad-WTO, kif interpretata mill-Bord tas-Soluzzjoni tat-Tilwim u mill-Korp tal-Appell f’DS473, tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Barra minn hekk, rigward il-pretensjoni li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti inklużi fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma huwiex elenkat fost is-sitwazzjonijiet fejn huwa permissibbli li jinħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2.2. tal-ADA, dan l-argument diġà ġie indirizzat fil-premessa (43). Ir-raba’, fir-rigward tal-valutazzjoni individwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti għal kull produttur esportatur, il-Kummissjoni fakkret li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-produttur esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-produttur esportatur, il-Kummissjoni tista’ taħdem il-valur normali bl-użu ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni jew parametri referenzjarji f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Tali determinazzjoni saret abbażi tal-valutazzjoni mwettqa fil-premessi (57) sa (111) tar-Regolament provviżorju u ġiet applikata individwalment għal kull produttur esportatur. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li huma mingħajr distorsjoni. Madankollu, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li turi li dan ikun il-każ.

(63)

Liaoning Dantan issottomettiet kummenti relatati mal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mad-WTO, kif ukoll rigward l-istandards legali ta’ dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(64)

B’mod aktar speċifiku, Liaoning Dantan argumentat li (i) il-Kummissjoni, billi sempliċement tenniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa kompatibbli mad-WTO, naqset milli tipprovdi elaborazzjoni ulterjuri dwar il-bażi ġuridika eżatta li tipprevedi l-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mad-dritt tad-WTO u (ii) ma ġiet ipprovduta l-ebda spjegazzjoni dwar liema parti tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO titqies li qed tkompli tapplika, wisq inqas ir-raġunament biex tiġi appoġġata din il-fehma. Konsegwentement, Liaoning Dantan kienet tal-fehma li l-użu ta’ data minn pajjiż terz fil-kostruzzjoni tal-valur normali fuq il-bażi tal-allegata eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti huwa inkompatibbli mal-Artikolu 2.2 u mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mar-rapporti dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim f’DS473.

(65)

Barra minn hekk, Liaoning Dantan tenniet li l-Kummissjoni għandha l-obbligu legali li tistabbilixxi l-effett distorsiv tal-allegati interventi mill-Istat u li, konsegwentement, ma huwiex f’idejn Liaoning Dantan li tipproduċi evidenza li turi l-kuntrarju. Għalhekk, fl-opinjoni ta’ Liaoning Dantan, il-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligu tagħha li tivvaluta l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għal kull esportatur u produttur separatament f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(66)

L-argumenti ta’ Liaoning Dantan iridu jiġu miċħuda. L-ewwel nett, l-argument dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mad-WTO ġie indirizzat fid-dettall preċedentement. Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet il-fehma tagħha espressa fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, kif ukoll fil-premessi (43) u (56). Fir-rigward tal-argument ta’ Liaoning Dantan dwar it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, il-Kummissjoni tfakkar il-pożizzjoni tagħha espressa fil-premessa (47). It-tieni, fir-rigward tal-argument dwar il-valutazzjoni individwali għal kull produttur esportatur, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (62), fejn ġie indirizzat dan l-argument.

3.1.2.   Konklużjoni

(67)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, is-sejbiet li saru fil-premessi (57) sa (113) tar-Regolament provviżorju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, f’dan il-każ ġew ikkonfermati.

3.1.3.   Pajjiż rappreżentattiv

(68)

Filwaqt li s-CCCME tenniet id-dubji tagħha dwar jekk il-Messiku jistax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq sabiex jiġu ddeterminati l-valuri normali tal-esportaturi Ċiniżi, hija rrikonoxxiet ukoll l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tagħżel ammont raġonevoli ta’ SG&A u profitt, li jirriflettu r-rekwiżiti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(69)

Billi ma ġie ppreżentat l-ebda argument ġdid u fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonfermat l-għażla tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv li saret fil-premessi (114) sa (148) tar-Regolament provviżorju.

3.1.4.   Sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni

(70)

Il-Kummissjoni stabbiliet id-dettalji dwar is-sorsi użati sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fil-premessi (139) sa (168) tar-Regolament provviżorju. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, diversi partijiet għamlu affermazzjonijiet dwar is-sorsi differenti użati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali.

3.1.4.1.   Materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni

(71)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafit (“ECGA”) tenniet il-pretensjoni tagħha li l-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża fuq prezzijiet rappreżentattivi tal-kokk petroliferu (il-kodiċi HS 2713 12) sabiex tibni l-valur normali u li l-prezzijiet użati fl-istadju provviżorju kienu baxxi b’mod artifiċjali peress li dawk il-prezzijiet koprew prinċipalment materjali ta’ kwalità baxxa li ma jistgħux jintużaw għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit.

(72)

Kif inhu msemmi fil-premessi (140) u (145) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod provviżorju li tistabbilixxi l-parametru referenzjarju bbażat fuq il-prezz tal-importazzjoni Messikan, aggregat fil-livell tal-pajjiż. Is-sors tal-informazzjoni kien l-Atlas tal-Kummerċ Globali (il-“GTA”). Wara l-pretensjoni tal-ECGA, il-Kummissjoni analizzat il-kwistjoni u sabet, abbażi tal-istess bażi tad-data użata fl-istadju provviżorju (jiġifieri l-GTA), informazzjoni aktar dettaljata dwar l-importazzjoni li tiddistingwi bejn il-punti differenti ta’ importazzjonijiet fil-Messiku li l-kokk petroliferu (il-kodiċi HS 2713 12) ġie importat fil-Messiku bil-baħar u fuq l-art mill-Istati Uniti. L-istatistika doganali Messikana li tinsab fil-GTA pprevediet li l-prezz tal-importazzjoni kien ta’ madwar USD 2 144 għal kull tunnellata meta l-importazzjoni seħħet permezz tal-belt fruntiera Messikana Nuevo Laredo (fuq l-art mill-Istati Uniti) filwaqt li l-importazzjonijiet f’partijiet oħra tal-Messiku taw prezz ta’ madwar USD 200 għal kull tunnellata. Abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (8), il-Kummissjoni qieset li l-prezz ta’ USD 200 għal kull tunnellata ma setax jirrifletti l-kost tal-kokk petroliferu ta’ grad għoli meħtieġ għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit, iżda kien jirrifletti l-grad sostanzjalment aktar baxx ta’ fjuwil użat għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u fil-fran tas-siment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-produttur Messikan tal-elettrodi tal-grafit GrafTech Mexico jinsab qrib Nuevo Laredo u l-fornitur prinċipali tiegħu tal-kokk petroliferu wkoll jinsab qrib dik il-belt min-naħa tal-Istati Uniti. Il-produttur Messikan ikkonferma li l-kokk petroliferu tiegħu kien importat fi kwantitajiet sinifikanti mill-belt ta’ Nuevo Laredo u kien jintuża għall-produzzjoni ta’ elettrodi tal-grafit. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża fuq il-prezz tal-importazzjoni li jinsab fi Nuevo Laredo għall-istabbiliment tal-parametru referenzjarju tal-kokk petroliferu tagħha bħala rappreżentattiv għall-kokk petroliferu ta’ grad għoli li jintuża speċifikament għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit.

(73)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni provviżorja, Liaoning Dantan affermat li l-Kummissjoni applikat koeffiċjent ta’ konverżjoni FOB/CIF żbaljat għad-data tal-importazzjoni tal-FOB Messikan mill-GTA. B’mod partikolari, il-parti ddikjarat li l-kostijiet tat-trasport kienu ddikjarati żżejjed u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża koeffiċjent speċifiku għall-importazzjonijiet Messikani peress li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet ikkunsidrati saru mill-Istati Uniti.

(74)

Kif spjegat fil-premessa (151) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima abbażi ta’ prezz medju ponderat tal-importazzjoni (CIF). Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jirrapportaw il-valur tal-importazzjonijiet tagħhom fil-livell tal-fruntiera doganali (pereżempju s-CIF f’każ ta’ konsenja bil-baħar), il-Messiku jirrapporta l-valur tal-importazzjonijiet tiegħu mingħajr ma jqis il-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar (jiġifieri, fil-livell tal-FOB). Għalhekk, għall-kalkoli provviżorji, il-Kummissjoni aġġustat il-valuri rrapportati mill-Messiku sabiex tilħaq il-valur doganali tal-fruntiera (jiġifieri, fil-livell tas-CIF).

(75)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba u qieset li l-koeffiċjent ta’ konverżjoni FOB/CIF użat ma kienx jirrifletti b’mod raġonevoli l-oriġini tal-merkanzija importata fil-Messiku. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-koeffiċjent FOB/CIF abbażi tal-oriġini reali tal-merkanzija importata. Meta ġew importati minn Nuevo Laredo, ma ġie applikat l-ebda koeffiċjent peress li l-merkanzija ġiet importata fuq l-art.

(76)

It-tabella tal-fatturi tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit imsemmija fil-premessa (150) tar-Regolament provviżorju għalhekk ġiet sostitwita bit-tabella li ġejja:

Fatturi tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi tal-Merkanzija

Valur mingħajr distorsjoni (RMB)

Unità ta’ kejl

Materja prima

Kokk petroliferu (kalċinat)

2713 12

14 789

Tunnellata

Kokk petroliferu (mhux kalċinat)

2713 11

396

Tunnellata

Żift mill-qatran tal-faħam

2708 10

7 840

Tunnellata

Kokk taż-żift mill-qatran mill-faħam

2708 20

3 917

Tunnellata

Kokk u semikokk tal-faħam

2704 00

1 860

Tunnellata

Asfalt tal-faħam

2715 00

5 965

Tunnellata

Faħam

2701 12

836

Tunnellata

Frammenti tal-grafit

3801 10 , 3801 90

12 320

Tunnellata

Oġġetti tal-konsum

Manodopera

Pagi tal-ħaddiema fis-settur tal-manifattura

[MHUX APPLIKABBLI]

13,37

Siegħa

Enerġija

Elettriku

[MHUX APPLIKABBLI]

0,48  (9)

kWh

Gass Naturali

[MHUX APPLIKABBLI]

0,70

m3

Prodott sekondarju/skart

Ruttam tal-grafit

3801 90

12 320

Tunnellata

Ruttam tal-karbur tas-siliċju

2849 20

7 472

Tunnellata

3.1.4.2.   Elettriku

(77)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Fangda Group u Liaoning Dantan indikaw li, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ddikjarat fil-premessa (155) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ma stabbilitx il-prezz tal-elettriku abbażi tal-prezzijiet ippubblikati mill-Kummissjoni Federali Messikana tal-Elettriku (“Comisión Federal de Electricidad” jew “CFE”).

(78)

Il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni u biddlet il-prezz referenzjarju għall-elettriku f’konformità mal-premessa (155) tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni użat is-CFE stabbilit għall-utenti industrijali tan-network ta’ vultaġġ għoli msejjaħ “DIT” (10).

(79)

Barra minn hekk, Liaoning Dantan tenniet il-pretensjoni tagħha li diġà kienet għamlet wara t-tieni Nota li l-prezzijiet tal-elettriku fil-Messiku huma distorti ’l fuq minħabba li l-amministrazzjoni l-ġdida Messikana allegatament xekklet il-produzzjoni u l-investiment tal-enerġija rinnovabbli, billi ffavoriet lill-ġeneratur tal-enerġija tal-Istat CFE għad-detriment tal-operaturi tal-enerġija rinnovabbli ta’ sjieda privata fl-2019. Il-parti affermat ukoll li l-konsegwenzi diretti ta’ din id-distorsjoni huma li t-tariffi tat-trażmissjoni fil-prezz referenzjarju tal-elettriku jridu jiġu aġġustati sabiex jirriflettu l-valur mingħajr distorsjoni qabel l-intervent tal-Istat Messikan fis-suq, jiġifieri qabel l-2019 meta l-amministrazzjoni l-ġdida Messikana ħadet is-setgħa f’idejha.

(80)

Il-Kummissjoni osservat li l-parti ma ssottomettiet l-ebda evidenza ġdida. Barra minn hekk, kif huwa diġà indikat fil-premessa (157) tar-Regolament provviżorju, il-parti preċedentement irreferiet biss għal bosta artikli tal-istampa li jargumentaw li l-enerġija rinnovabbli hija allegatament imxekkla fil-Messiku. Madankollu, ma ġiet provduta l-ebda evidenza konkreta li turi li dan tabilħaqq kien il-każ u, aktar importanti minn hekk, li l-prezzijiet tal-elettriku fil-Messiku ġew affettwati minn din l-allegata politika tal-Gvern Messikan. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni kif ukoll it-talba sabiex taġġusta t-tariffi tat-trażmissjoni b’valuri ta’ qabel l-2019.

3.1.4.3.   Il-perċentwal tal-SG&A

(81)

Liaoning Dantan tenniet il-pretensjoni tagħha li l-perċentwal tal-SG&A miksub mir-rapport annwali tal-2020 ta’ GrafTech International Ltd ma kienx xieraq sabiex jintuża bħala parametru referenzjarju peress li ġie mid-data finanzjarja konsolidata ta’ diversi kumpaniji stabbiliti f’pajjiżi b’livell differenti ta’ introjtu, inklużi pajjiżi b’introjtu għoli bħall-Istati Uniti.

(82)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-metodoloġija deskritta ġiet applikata abbażi tal-unika data finanzjarja reali disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv u li xejn fil-fajl ma indika li l-livell tal-SG&A użat ma kienx raġonevoli. Il-partijiet interessati ġew informati b’dan il-fatt permezz ta’ żewġ Noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Għalhekk, il-kumpanija kellha biżżejjed opportunitajiet sabiex tipprovdi evidenza li l-livell tal-SG&A ta’ GrafTech International Ltd ma kienx raġonevoli jew sabiex tipproponi parametru referenzjarju alternattiv sabiex jissostitwixxi l-perċentwal distort tal-SG&A, iżda naqset milli tagħmel dan. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(83)

L-istess parti affermat ukoll li xi spejjeż irrapportati fir-rapport annwali tal-2020 ta’ GrafTech International Ltd jenħtieġ li jitneħħew mil-lista tal-ispejjeż tal-SG&A użati għall-istabbiliment tal-perċentwal tal-SG&A (jiġifieri kumpens ibbażat fuq l-istokk u l-aġġustament tal-valwazzjoni skont is-suq).

(84)

Il-Kummissjoni eżaminat il-pretensjoni u qieset li din kienet iġġustifikata. Għalhekk, wara t-tneħħija ta’ dawn l-ispejjeż, l-SG&A ġie stabbilit għal 10,4 % abbażi tal-kostijiet tal-manifattura.

3.1.4.4.   Oġġetti tal-konsum, spejjeż ġenerali tal-manifattura u kostijiet tat-trasport għall-provvista ta’ materja prima

(85)

Liaoning Dantan affermat li l-Kummissjoni kellha tidentifika l-parametru referenzjarju tal-ispejjeż ġenerali tal-oġġetti tal-konsum u tal-manifattura separatament minn inputs oħra. Hija affermat li, minflok, il-Kummissjoni kellha tuża l-kostijiet attwali tagħha tal-oġġetti tal-konsum u tal-ispejjeż ġenerali. Liaoning Dantan u s-CCCME argumentaw ukoll li l-istess kwistjoni kienet valida wkoll rigward il-kalkolu tal-kostijiet tat-trasport għall-provvista ta’ materja prima, fejn il-Kummissjoni esprimiet dan il-kost tat-trasport bħala perċentwal tal-kost reali tal-materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-partijiet argumentaw li minħabba li l-kost tal-materja prima ġie kkalkolat mill-ġdid bl-applikazzjoni ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni, dan kien jammonta għar-rabta tal-kostijiet tat-trasport ukoll maż-żieda fil-valur tal-materja prima, li huma affermaw li ma kinitx korretta, minħabba li ma kien hemm l-ebda rabta bħal din.

(86)

Il-Kummissjoni nnotat li għal kull produttur esportatur li kkoopera, il-kostijiet aggregati taħt oġġetti tal-konsum kienu jirrappreżentaw bejn 0,01 % u 2,1 % tal-kostijiet totali tal-manifattura. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-oġġetti tal-konsum kellhom impatt limitat ħafna fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni fit-totalità tagħhom, u b’hekk, fuq il-kalkolu tal-valur normali. B’riżultat ta’ dan, hija ddeċidiet li ma tiksibx parametru referenzjarju individwali għal kull wieħed mill-oġġetti tal-konsum, iżda li tesprimihom bħala perċentwal tal-kost totali tal-materja prima fuq il-bażi tad-data tal-kost irrapportata mill-produtturi esportaturi u mbagħad li tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materjali meta jintużaw il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li ġew stabbiliti distorsjonijiet sinifikanti fit-Taqsima 3.3.1. tar-Regolament provviżorju. F’dak il-każ, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, jistgħu jintużaw il-kostijiet domestiċi, iżda biss sal-punt li jiġu stabbiliti b’mod pożittiv bħala mhux distorti, abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. Ma tressqet l-ebda evidenza bħal din fir-rigward tal-fatturi ta’ produzzjoni raggruppati taħt oġġetti tal-konsum mill-partijiet interessati, u lanqas ma nstabet mill-Kummissjoni. B’hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża d-data rrapportata minn Liaoning Dantan. Il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu ta’ valur mingħajr distorsjoni għall-oġġetti tal-konsum kienet xierqa, u li ma kienx hemm informazzjoni aħjar disponibbli fil-fajl. Liaoning Dantan la pprovdiet alternattiva għall-użu tal-valuri tal-importazzjoni tal-GTA fil-pajjiż rappreżentattiv, u lanqas ma pprovdiet parametru referenzjarju alternattiv mingħajr distorsjoni għall-oġġetti tal-konsum. Għalhekk, l-affermazzjoni fir-rigward tal-oġġetti tal-konsum ġiet irrifjutata.

(87)

Fir-rigward tal-pretensjoni ta’ Liaoning Dantan li tikkonċerna l-metodoloġija tal-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura tagħha kif stabbilit fil-premessa (166) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat li d-data dwar il-kostijiet ġenerali ma kinitx faċilment disponibbli separatament fir-rapporti finanzjarji tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, ladarba jiġu stabbiliti distorsjonijiet sinifikanti, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, jistgħu jintużaw il-kostijiet domestiċi, iżda biss sal-punt li jiġu stabbiliti b’mod pożittiv bħala mhux distorti, abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. Ma tressqet l-ebda evidenza bħal din fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali minn Liaoning Dantan, u lanqas ma nstabet mill-Kummissjoni. B’hekk, il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija tagħha għall-kalkolu ta’ valur mingħajr distorsjoni għall-ispejjeż ġenerali kienet xierqa, u li ma kien hemm l-ebda informazzjoni aħjar disponibbli. Liaoning Dantan ma ssuġġeriet l-ebda parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni alternattiv għall-ispejjeż ġenerali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(88)

Fir-rigward tal-pretensjoni ta’ Liaoning Dantan u tas-CCCME dwar il-metodoloġija tal-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet tat-trasport intern Ċiniżi mingħajr distorsjoni, għall-provvista ta’ materja prima kif stabbilit fil-premessa (153) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni nnotat li Liaoning Dantan u s-CCCME ma ppreżentaw l-ebda evidenza li l-kostijiet tat-trasport ma kinux affettwati mid-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, lanqas ma ressqu approċċ alternattiv dwar kif il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkola individwalment il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni għal kull materja prima. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(89)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (169) u (170) tar-Regolament provviżorju. Billi ma wasal l-ebda kumment, dawn il-premessi ġew ikkonfermati.

3.3.   Tqabbil

(90)

Liaoning Dantan affermat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula mill-ġdid il-perċentwal tal-SG&A abbażi ta’ diżaggregazzjoni dettaljata tal-ispejjeż (bħat-trasport u l-kostijiet anċillari kollha), li tippermetti l-istabbiliment ta’ perċentwal speċifiku tal-SG&A għall-bejgħ domestiku f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(91)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-metodoloġija deskritta ġiet applikata minħabba li d-data finanzjarja disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv ma kienx fiha informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż tal-SG&A, u b’hekk teskludi l-kostijiet tat-trasport u dawk anċillari. Il-partijiet interessati ġew informati b’dan il-fatt permezz ta’ żewġ Noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. B’hekk, il-kumpanija kellha biżżejjed opportunitajiet sabiex tipproponi parametru referenzjarju adatt sabiex jiġu sostitwiti l-ispejjeż allegatament distorti tal-SG&A. Madankollu, hija naqset milli tagħmel dan. Konsegwentement, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

3.4.   Kummenti sottomessi wara d-divulgazzjoni finali

(92)

Yangzi Group afferma li l-Kummissjoni ma użatx l-informazzjoni mill-pajjiż rappreżentattiv magħżul, jiġifieri l-Messiku, iżda użat il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti. Il-parti affermat li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jindika b’mod ċar li, ladarba jintgħażel il-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni trid iżżomm dik l-għażla, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna u mmotivati kif xieraq. Bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti bħala l-parametru referenzjarju xieraq, il-Kummissjoni ma rrispettax dik ir-regola.

(93)

Kif spjegat fil-premessa (72), il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju tal-kokk petroliferu bbażat fuq l-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Messiku dwar l-importazzjonijiet fi Nuevo Laredo u mhux abbażi tal-istatistika dwar l-esportazzjoni tal-Istati Uniti. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(94)

Yangzi Group u Liaoning Dantan ukoll affermaw li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tillimitax is-sors tal-informazzjoni għal punt wieħed tad-dħul fil-Messiku u li l-port tal-importazzjoni u l-mezz tat-trasport ma jistgħux jitqiesu bħala kriterju oġġettiv peress li jwasslu għal prezz distort ħafna u mhux rappreżentattiv prezz tal-kokk petroliferu.

(95)

L-Artikolu 2(6a)(a) jiddikjara li sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-produzzjoni, il-Kummissjoni tista’ tuża l-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli faċilment. Għalhekk, sakemm l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, il-Kummissjoni għandha ammont ta’ diskrezzjoni fl-għażla tagħha li tagħżel l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni li għandha tintuża biex jiġi stabbilit il-parametru referenzjarju f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni qieset li xejn ma jipprevjeni l-użu ta’ data tal-importazzjoni speċifika għall-kumpanija (bħal pereżempju għall-istabbiliment tal-profitt jew tal-kostijiet tal-SG&A) jew l-użu ta’ statistika dwar l-importazzjoni li tikkonċerna punt wieħed tad-dħul meta dan ikun l-aktar xieraq. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(96)

Yangzi Group argumenta li l-Kummissjoni ma stabbilitx li GrafTech Mexico hija l-uniku produttur tal-elettrodi tal-grafit fil-Messiku u li kumpaniji oħra jistgħu jkunu qed jipproduċu elettrodi tal-grafit ta’ kwalità aktar baxxa bl-użu ta’ kokk petroliferu importat ta’ kwalità aktar baxxa.

(97)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni identifikat lil GrafTech Mexico bħala l-uniku produttur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat fil-Messiku. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan il-fatt permezz ta’ żewġ Noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali msemmi fil-premessi (43) u (44) tar-Regolament provviżorju u ġew mistiedna jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment, la wara l-ewwel Nota u lanqas wara t-tieni waħda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-partijiet interessati ma ppreżentaw l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ produtturi oħra tal-elettrodi tal-grafit fil-Messiku. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni qieset li l-għadd ta’ produtturi tal-elettrodi tal-grafit ma kellu l-ebda impatt fuq l-istabbiliment tal-parametru referenzjarju tal-kokk petroliferu użat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit, peress li l-parametru referenzjarju huwa stabbilit fil-livell tal-istatistika tal-importazzjoni u mhux fil-livell ta’ produttur. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(98)

Yangzi Group afferma li l-Kummissjoni ma kellhiex evidenza ta’ sostenn li turi li l-prezzijiet ta’ madwar USD 200 għal kull tunnellata kienu jikkonċernaw gradi u użi differenti tal-kokk petroliferu li ma ntużawx fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, Fangda Group u s-CCCME affermaw li l-kokk petroliferu użat għall-produzzjoni tal-enerġija ma huwiex iddikjarat taħt il-kodiċi HS 2713 12, iżda taħt il-kodiċi HS 2713 11.

(99)

Ta’ min jinnota li Yangzi Group ma pprovda l-ebda evidenza biex jissostanzja l-pretensjoni tiegħu. Il-Kummissjoni rreferiet għall-pretensjoni sottomessa mill-ECGA li l-prezzijiet tal-kokk petroliferu (il-kodiċi HS 2713 12) użat fl-istadju provviżorju kienu baxxi b’mod artifiċjali (jiġifieri madwar USD 750 għal kull tunnellata) u li dawk il-prezzijiet ma kinux rappreżentattivi tal-prezzijiet tal-kokk petroliferu mħallas minn diversi kumpaniji għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit madwar id-dinja. B’mod partikolari, l-ECGA argumentat li l-aktar kwotazzjoni baxxa fil-prezz għal tali grad dejjem kienet ferm ogħla minn USD 750 għal kull tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (72), meta eżaminat din il-pretensjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-istatistika dwar l-importazzjoni Messikana li tinsab fil-GTA wriet differenza sinifikanti bejn il-prezz medju tal-importazzjoni tal-kokk petroliferu (il-kodiċi HS 2713 12) importat permezz tal-belt fruntiera Messikana Nuevo Laredo (fuq l-art mill-Istati Uniti) u l-importazzjonijiet f’partijiet oħra tal-Messiku fejn dawn tal-aħħar urew, għall-istess input, prezz medju li kien 10 darbiet aktar baxx għal kull tunnellata.

(100)

Il-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-importazzjoni ta’ USD 200 għal kull tunnellata mal-evidenza miksuba matul l-investigazzjoni. Fost l-oħrajn, l-evidenza inkludiet: (i) il-lista ta’ xiri ta’ kokk petroliferu importat mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun; (ii) il-kopji tal-fatturi tax-xiri tal-produtturi Indjani pprovduti mill-ECGA li juru li l-prezz tal-kokk petroliferu ma kienx inqas minn USD 800 għal kull tunnellata; (iii) l-informazzjoni pprovduta mill-ECGA bil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali fejn huma rreferew għal sit web Ċiniż (11) bl-istatistika dwar l-importazzjoni. Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni finali, Fangda Group u Liaoning Dantan ipprovdew prezzijiet tal-importazzjoni fir-RPĊ abbażi tal-istess sit web Ċiniż fejn il-prezzijiet tal-grad tal-kokk petroliferu użat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġew irrapportati f’firxa ta’ bejn USD 900 u USD 3 200 għal kull tunnellata. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-prezz baxx ta’ USD 200 għal kull tunnellata ma setax jirrifletti l-kost tal-grad ta’ kokk petroliferu meħtieġ għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Kif indikat fil-premessa (72), dan il-prezz tal-importazzjoni unitarju ta’ USD 200 għal kull tunnellata huwa qrib il-prezz tal-importazzjoni ta’ gradi aktar baxxi ta’ kokk petroliferu, li jintuża esklussivament għall-produzzjoni tal-enerġija (kokk petroliferu mhux kalċinat tal-kodiċi HS 2713 11), bi prezz ta’ USD 60 għal kull tunnellata.

(101)

Fl-aħħar nett, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet evidenza li l-kokk petroliferu importat bi prezz ta’ USD 200 għal kull tunnellata jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni u kkonfermat id-deċiżjoni tagħha li teskludi l-importazzjonijiet fl-uffiċċji doganali Messikani fejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni kien ta’ madwar USD 200 għal kull tunnellata.

(102)

Fangda Group u s-CCCME affermaw ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza pożittiva jew spjegazzjoni raġonevoli għaliex l-importazzjonijiet minn Nuevo Laredo intużaw b’mod sostantiv bħala materjal ta’ input għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Filwaqt li l-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni li tiżgura li l-użu tad-data tal-importazzjoni jirrifletti b’mod aktar akkurat is-sitwazzjoni tal-produzzjoni tal-produttur esportatur, sabiex tiżgura li tali informazzjoni tintuża biex wieħed jasal għall-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini, tali użu selettiv tad-data tal-importazzjoni jrid ikun oġġettiv u ġust, u appoġġat minn evidenza pożittiva.

(103)

Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li l-prattika tal-Kummissjoni li tevalwa ulterjorment il-kummenti tal-partijiet kollha kienet orjentata lejn ir-riżultati, speċjalment fir-rigward tad-data tal-kokk petroliferu (kalċinat). Jekk il-Kummissjoni qieset li kien meħtieġ li tkompli taqsam id-data doganali tal-importazzjoni tal-Messiku taħt il-kodiċi HS 2713 12, il-Kummissjoni jew l-ilmentaturi kellhom jipproponu metodu u bażi ta’ diviżjoni xjentifika biex issir distinzjoni bejn il-kokk petroliferu (kalċinat) użat għall-elettrodi tal-grafit u dak għal użi oħra. Ma kienx affidabbli li ssir distinzjoni skont il-prezz jew il-post tad-dikjarazzjoni doganali. Barra minn hekk, il-GTĊ afferma li dan l-approċċ huwa inkonsistenti mad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni tal-Elementi tal-Irbit (12), fejn il-Kummissjoni ma aċċettatx l-evidenza tas-CCCME u tal-produtturi tal-elementi tal-irbit biex turi li d-data tal-importazzjoni minn xi pajjiżi jenħtieġ li tiġi eskluża. Għalhekk, il-GTĊ jeħtieġ li l-UE żżomm newtralità oġġettiva u li tadotta metodu ta’ trattament konsistenti fil-każijiet kollha, aktar milli tuża l-metodu li jrendi l-ogħla marġni tad-dumping.

(104)

Kif indikat fil-premessi (140) u (145) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-parametru referenzjarju bbażat fuq il-prezz tal-importazzjoni Messikan, aggregat fil-livell tal-pajjiż ibbażat fuq il-GTA, peress li ma kien hemm disponibbli l-ebda sors ieħor ta’ informazzjoni għall-pajjiż rappreżentattiv, u lanqas ma kien hemm parametru referenzjarju internazzjonali disponibbli faċilment. Għall-kodiċi HS 2713 12, ma hemm l-ebda suddiviżjoni bejn tipi differenti ta’ gradi fl-iskeda tariffarja tal-Messiku u l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet metodoloġija li tippermetti distinzjoni bejn il-grad ta’ kokk petroliferu użat għall-produzzjoni ta’ elettrodi tal-grafit u gradi oħra. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet fil-livell tal-punti tad-dħul doganali Messikani pprovdew id-distinzjoni meħtieġa bejn it-tipi differenti ta’ gradi li bihom dawk li jidħlu fi Nuevo Laredo jirriflettu kemm jista’ jkun qrib, il-kokk petroliferu li jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet fil-punti tad-dħul l-oħra kienu jew negliġibbli (ara l-premessa (113)) jew bi prezz ta’ USD 200 għal kull tunnellata. Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, kif spjegat fil-premessa (101), l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet evidenza li dan il-grad bi prezz aktar baxx jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. B’hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet li jidħlu fi Nuevo Laredo biss jistgħu jitqiesu għall-fini tal-istabbiliment ta’ prezz referenzjarju għall-kokk petroliferu użat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni fi Nuevo Laredo u sabet li l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni, stabbilit fuq volum sinifikanti ta’ importazzjonijiet, kien fil-firxa ta’ prezzijiet għall-kokk petroliferu użat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, sottomessi mill-produtturi esportaturi kif spjegat fil-premessa (108). Barra minn hekk, l-uniku produttur identifikat tal-prodott li qed jiġi investigat fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri GrafTech Mexico, iddikjara li l-maġġoranza tal-ħtiġijiet tiegħu ġew importati minn Nuevo Laredo. Għalhekk, b’mod simili għall-investigazzjoni tal-Elementi tal-Irbit, il-Kummissjoni qieset l-elementi kollha deskritti hawn fuq u ma bbażatx biss fuq id-differenza fil-prezz bejn il-punti tad-dħul doganali differenti Messikani. B’hekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjonijiet li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-kokk petroliferu fil-Messiku ma kinux rappreżentattivi jew ma kinux raġonevoli.

(105)

Fangda Group afferma li l-ittra ta’ GrafTech International datata l-21 ta’ Diċembru 2021 rigward l-importazzjonijiet tal-kokk aċikulari ta’ GrafTech Mexico ma għandhiex titqies peress li GrafTech International ma kinitx irreġistrata bħala parti interessata. Barra minn hekk, l-ittra ġiet ipprovduta wara l-iskadenza għall-kummenti u l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-akkuratezza u l-adegwatezza tal-informazzjoni pprovduta.

(106)

Skont ir-Regolament bażiku, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(6a)(e) tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiġbor id-data meħtieġa għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ifisser li l-Kummissjoni hija obbligata tfittex b’mod attiv informazzjoni minflok ma tqis biss l-informazzjoni sottomessa lilha mill-partijiet interessati. Barra minn hekk, ma hemm xejn fir-Regolament bażiku li jipprevjeni lill-Kummissjoni bħala awtorità investigattiva milli tibbaża fuq informazzjoni li ma ġietx sottomessa minn parti interessata, sakemm kwalunkwe evidenza li fuqha tibbaża l-Kummissjoni tkun inkluża fil-fajl li għalih il-partijiet interessati jingħataw aċċess, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni hija intitolata bis-sħiħ, bħala awtorità investigattiva, anke obbligata, li tqis u li teżamina l-informazzjoni kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni qieset li l-ittra msemmija fil-premessa preċedenti kienet tinkludi informazzjoni rilevanti u ma hemm l-ebda dubju li l-ittra tqiegħdet fil-fajl mhux kunfidenzjali li l-partijiet interessati kellhom aċċess għalih. Barra minn hekk, l-informazzjoni fl-ittra kienet biss supplimentari għall-elementi l-oħrajn li l-Kummissjoni qieset sabiex tasal għall-konklużjoni li l-punt ta’ importazzjoni ta’ Nuevo Laredo jenħtieġ li jintuża bħala parametru referenzjajru għall-input inkwistjoni; b’mod partikolari: li d-data hija konformi mal-kost tal-input tal-kwalità u tal-grad użati għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul, u li kienet disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul.

(107)

Fangda Group, is-CCCME, Liaoning Dantan u Yangzi Group affermaw li l-prezz tal-importazzjoni ta’ Nuevo Laredo kien distort u mhux rappreżentattiv għall-kokk petroliferu primjum tal-grad rilevanti. Dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu ogħla mill-prezz normali tas-suq u ma setgħux jitqiesu bħala prezzijiet ta’ distakkament. Huma affermaw ukoll li l-prezz għoli kien dovut għall-inċentiv għall-fornitur relatat tal-Istati Uniti biex iżid il-prezzijiet tiegħu minħabba d-differenza fir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Il-prezz tal-importazzjoni jista’ jirrifletti wkoll il-prezz għall-kokk petroliferu super primjum, filwaqt li l-produtturi Ċiniżi jużaw gradi aktar baxxi. Liaoning Dantan u Yangzi Group issottomettew li r-rapport annwali ta’ GrafTech International għall-2020 kien jipprevedi li GrafTech użat taħlitiet ta’ kokk aċikulari ta’ kwalità ogħla. Ir-Rapport Annwali ta’ Graftech International semma’ li l-produzzjoni tagħha ta’ kokk aċikulari petroliferu speċifikament għall-elettrodi tal-grafit jagħtiha l-opportunità li tipproduċi kokk aċikulari petroliferu super primjum tal-ogħla kwalità. Dan jispjega (parzjalment) l-prezz estremament għoli għall-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti lejn il-Messiku. Hija osservat ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Messiku kienu pjuttost stabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fir-RPĊ urew tnaqqis.

(108)

Il-Kummissjoni qieset li l-parametru referenzjarju għall-kokk petroliferu użat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit jenħtieġ li jirrifletti l-kostijiet tal-pajjiż rappreżentattiv u mhux il-prezzijiet tal-importazzjoni li jistgħu jinstabu f’pajjiżi oħra. Hija nnotat li l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ta’ USD 2 144 għal kull tunnellata kien fil-firxa ta’ prezzijiet sottomessi minn Fangda Group u minn Liaoning Dantan, kif imsemmi fil-premessa (100).

(109)

Kif spjegat fil-premessa (104) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li dan il-parametru referenzjarju jirrifletti kemm jista’ jkun qrib, l-input użat mill-produtturi esportaturi tal-elettrodi tal-grafit. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni li saret mill-partijiet b’appoġġ għall-pretensjoni tagħhom li l-prezzijiet kienu stabbli, il-Kummissjoni sabet varjazzjoni fil-prezz ta’ madwar 20 % bejn l-ogħla u l-aktar prezzijiet medji ponderati baxxi tal-importazzjoni fix-xahar fi Nuevo Laredo. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet li r-Rapport Annwali ta’ GrafTech International ma kien fih l-ebda evidenza rigward il-proporzjon ta’ gradi differenti ta’ kokk petroliferu mixtri minn GrafTech Mexico jew li l-grad prodott minn Graftech International huwa ogħla mill-grad għoli tas-soltu użat fil-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat li l-prezz tal-importazzjoni fi Nuevo Laredo kien prezz referenzjarju xieraq fil-pajjiż rappreżentattiv.

(110)

Fangda Group u s-CCCME affermaw li l-Kummissjoni eskludiet l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra mingħajr ma pprovdiet spjegazzjonijiet.

(111)

Għall-kuntrarju ta’ din il-pretensjoni, il-Kummissjoni qieset l-oriġini kollha (jiġifieri l-Istati Uniti u l-Ġermanja). Madankollu, l-importazzjonijiet Ġermaniżi tqiesu negliġibbli peress li dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 0,009 % tal-kwantità totali importata minn Nuevo Laredo (13). Għalhekk, il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

(112)

Barra minn hekk, Liaoning Dantan affermat li l-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda evidenza li tindika li l-importazzjonijiet f’ħames punti tad-dħul oħra (14) ma kinux rappreżentattivi tal-kokk petroliferu adattat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit.

(113)

Il-ħames punti tad-dħul l-oħra msemmija mill-partijiet kienu jirrappreżentaw total ta’ 255 tunnellata, jew 2,6 % tal-importazzjonijiet totali Messikani. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dawn il-kwantitajiet kienu baxxi wisq biex ikunu rappreżentattivi. Fi kwalunkwe każ, anki jekk dawk il-ħames punti tad-dħul l-oħra kellhom jiġu kkunsidrati, il-prezz referenzjarju kien jibqa’ kważi l-istess (0,1 % biss aktar baxx). Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(114)

Liaoning Dantan affermat li l-Kummissjoni ma kellhiex tqis l-importazzjonijiet minn Nuevo Laredo biss, peress li GrafTech International iddikjarat li l-maġġoranza iżda mhux il-kokk petroliferu kollu kien importat minn Nuevo Laredo.

(115)

Il-Kummissjoni fakkret li ma stabbilitx il-parametru referenzjarju bbażat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ GrafTech Mexico, iżda pjuttost ibbażatu fuq l-istatistika dwar l-importazzjoni Messikana. Kif spjegat hawn fuq, punti oħra tad-dħul ġew injorati peress li l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni għal kull tunnellata ma kienx jirrifletti l-prezz tal-kwalità użata għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit, u l-ammonti importati ma kinux rappreżentattivi. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(116)

Fangda Group, Liaoning Dantan u s-CCCME affermaw li l-Kummissjoni kellha tqis in-natura, il-karatteristiċi jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal, u l-użu tal-merkanzija biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. B’mod partikolari, il-partijiet enfasizzaw li l-kokk petroliferu kalċinat użat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit għandu gradi differenti, u li d-differenzi fil-prezzijiet bejn il-gradi differenti huma sinifikanti. Barra minn hekk, Fangda Group u s-CCCME affermaw li l-użu tal-importazzjonijiet tal-Messiku ta’ kokk petroliferu ta’ livell għoli bi prezzijiet għoljin (medja ta’ USD 2 144 għal kull tunnellata, li huwa bejn wieħed u ieħor l-istess jew saħansitra ogħla mill-prezz tas-suq tal-kokk petroliferu ta’ livell għoli), ma qiesx il-fatt li l-kumpaniji Ċiniżi jużaw kemm kokk petroliferu kalċinat ordinarju, kif ukoll kokk petroliferu kalċinat ta’ livell għoli.

(117)

Il-Kummissjoni fakkret li l-partijiet kellhom għadd ta’ okkażjonijiet biex jikkummentaw dwar il-parametri referenzjarji proposti u l-ebda waħda mill-partijiet ikkonċernati ma pprovdiet data affidabbli u disponibbli faċilment rigward il-prezzijiet referenzjarji fil-pajjiż rappreżentattiv li tirrifletti l-allegati gradi differenti ta’ kokk petroliferu kalċinat jew kokk petroliferu ta’ livell għoli. Il-Kummissjoni osservat li l-partijiet interessati li għamlu l-pretensjoni naqsu milli jipprovdu evidenza li turi li hemm differenzi tekniċi u/jew kimiċi bejn l-allegati gradi differenti ta’ kokk petroliferu u kif dawk id-differenzi huma riflessi fix-xiri rrapportat mill-partijiet ikkonċernati. Il-pretensjonijiet tagħhom kienu purament ibbażati fuq id-differenzi fil-prezzijiet tax-xiri tagħhom stess. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati naqas milli jirrapporta l-użu tiegħu ta’ tip ieħor ta’ kokk petroliferu li l-prezz tax-xiri tiegħu kien ogħla b’mod sinifikanti mill-parametru referenzjarju użat. Barra minn hekk, kif inhu rikonoxxut mill-partijiet interessati kollha, ma hemm l-ebda parametru referenzjarju internazzjonali disponibbli faċilment għal dan l-input. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u kif indikat fil-premessa (104) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet parametru referenzjarju affidabbli għall-kokk petroliferu li huwa disponibbli faċilment u li jirrifletti bl-aktar mod akkurat possibbli l-fattur tal-produzzjoni użat għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(118)

Fangda Group, is-CCCME u Liaoning Dantan tennew il-pretensjoni tagħhom imsemmija hawn fuq fil-premessa (88) rigward il-kostijiet tat-trasport Ċiniżi. Madankollu, il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza li ssostni l-pretensjoni tagħhom. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(119)

Wara d-divulgazzjoni finali, Liaoning Dantan affermat li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-kostijiet għall-konsum tal-gass abbażi tal-prezz mingħajr distorsjoni u ma tinkludihx fl-oġġetti tal-konsum. Il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni u rrevediet il-kalkolu. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (9), il-Kummissjoni żvelat il-kalkolu finali lill-parti u ma wasal l-ebda kumment.

(120)

Yangzi Group afferma li l-Kummissjoni kellha tuża proporzjon differenti tal-konverżjoni tar-ruttam wara l-kontroverifiki remoti addizzjonali li saru f’Diċembru 2021. Il-Kummissjoni eżaminat din il-pretensjoni u sabet li l-proporzjon propost ma kienx ibbażat fuq il-proċess sħiħ tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit tal-kumpanija iżda kien ikopri biss għadd limitat minn ħafna stadji tal-produzzjoni. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

3.5.   Marġnijiet tad-dumping

(121)

Kif spjegat fil-premessi (35) sa (90), il-Kummissjoni qieset il-kummenti tal-partijiet interessati sottomessi wara d-divulgazzjoni provviżorja, u wara d-divulgazzjoni finali kif deskritt fil-premessa (119), u kkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping kif xieraq.

(122)

Kif inhu indikat fil-premessa (179) tar-Regolament provviżorju, f’dan il-każ, il-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx, minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu biss madwar 62 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi kollha l-oħrajn li ma kkooperawx fil-livell tal-ogħla marġni tad-dumping stabbilit għal tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produttur esportatur bl-ogħla marġni tad-dumping misjub. Il-marġni tad-dumping stabbilit b’dan il-mod kien ta’ 74,9 %.

(123)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini tad-dumping definittiv

Fangda Group huwa magħmul minn erba’ produtturi

36,1  %

Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd.

23,0  %

Nantong Yangzi Group huwa magħmul minn tliet produtturi

51,7  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

33,8  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

74,9  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(124)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (181) sa (185) tar-Regolament provviżorju.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(125)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u l-volumi ta’ importazzjonijiet (fil-livell TARIC) irrapportati fil-Eurostat. Fid-dawl tal-bidla fl-ambitu tal-prodott (il-premessa (34)), iċ-ċifri ġew emendati iżda x-xejriet kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju baqgħu l-istess.

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-konsum totali tal-Unjoni

170 528

175 944

148 753

127 573

Indiċi

100

103

87

75

Sors: il-Eurostat (Comext) u Union industry

(126)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum fl-Unjoni ta’ elettrodi tal-grafit naqas b’25 %. Is-snin 2017 u 2018 urew konsum għoli xprunat minn domanda għolja tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni, li kienet fil-proċess tal-irkupru mill-kriżi tal-azzar. Barra minn hekk, f’sitwazzjoni ta’ żieda f’daqqa fil-prezzijiet tal-elettrodi tal-grafit, il-produtturi tal-azzar kienu qegħdin jibnu ħażniet tal-elettrodi tal-grafit minħabba biża’ ta’ żieda addizzjonali. Fl-2019, il-produzzjoni tal-azzar minn fran bl-ark elettriku laħqet punt baxx (-6,6 %) meta mqabbla mal-2018, skont iċ-ċifri tal-Eurofer. Id-domanda għall-elettrodi tal-grafit naqset. Peress li l-prezz tal-elettrodi tal-grafit niżel b’mod sinifikanti, il-bini ta’ ħażniet ma kienx għadu meħtieġ għall-industrija downstream. B’konsegwenza ta’ dan, il-produtturi tal-azzar kienu qegħdin ineħħu l-istokk tagħhom tal-inventarji tal-elettrodi tal-grafit. Id-domanda naqset saħansitra aktar fl-2020 bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-COVID-19.

(127)

Parti interessata partikolari, Misano, ikkontestat il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni sabiex taġġusta l-importazzjonijiet taħt il-kodiċi TARIC 8545110090 sabiex teskludi minn dawk l-importazzjonijiet l-elettrodi tal-grafit b’densità apparenti ta’ anqas minn 1,5 g/cm3 jew reżistenza elettrika ta’ aktar minn 7,0 μ.Ω.m, li ma kinux koperti minn din l-investigazzjoni. Madankollu, Misano ma ressqet l-ebda metodoloġija alternattiva li tista’ tintuża mill-Kummissjoni. Minkejja dan, il-Kummissjoni qieset, bħala alternattiva għall-użu tad-data tal-2019, li tuża l-medja għall-2017 sal-2019, iżda nnotat li d-differenza mill-metodoloġija użata oriġinarjament tkun marġinali u ma tbiddilx ix-xejra ġenerali. Fil-fatt, dan l-aġġustament tal-metodoloġija alternattiva jikkonsisti fit-tnaqqis ta’ 8 % minflok ta’ 7,5 % tal-importazzjoni totali fil-volum, u ta’ 2,8 % minflok ta’ 3,3 % tal-importazzjoni totali fil-valur. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat il-metodoloġija tagħha użata fir-Regolament provviżorju għall-aġġustament tal-importazzjonijiet taħt il-kodiċi TARIC 8545110090 kif deskritt fil-premessa (187) tar-Regolament provviżorju.

4.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(128)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data Comext tal-Eurostat. Sabiex titqies l-esklużjoni ta’ elettrodi tal-grafit iżgħar mill-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni naqqset 9,1 % mill-volum totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif iddeterminat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fil-premessa preċedenti. Din l-istima tas-sehem (f’volum) tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas kienet ibbażata fuq id-data tal-esportazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

(129)

Wara d-divulgazzjoni finali, Fangda Group ikkontesta l-preċiżjoni tal-aġġustament tal-volum totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li naqas b’9,1 % wara l-esklużjoni ta’ elettrodi tal-grafit iżgħar, u talab lill-Kummissjoni tikkunsidra f’aktar dettall il-volum reali tal-importazzjoni miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, Fangda Group ma speċifikax b’liema mod il-metodoloġija tal-Kummissjoni ma hijiex raġonevoli jew mhux preċiża, u lanqas ma ppropona metodoloġija alternattiva u aktar akkurata. Fil-fatt, lanqas ma kien ċar jekk Fangda Group ikkunsidrax jekk il-Kummissjoni stmatx l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit iżgħar, aktar jew inqas milli suppost. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(130)

Ix-xejriet kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju ma nbidlux bħala konsegwenza ta’ dan l-aġġustament.

(131)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data tal-importazzjoni u tad-data tal-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(132)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

38 410

39 250

41 752

43 113

Indiċi

100

102

109

112

Is-sehem mis-suq (%)

22,5

22,3

28,1

33,8

Indiċi

100

99

125

150

Sors: il-Eurostat (Comext), Union industry

(133)

F’kuntest ta’ konsum li qiegħed jonqos, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’50 %, waqt li laħaq 33,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni: (+ 11,3 punti perċentwali). Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’5,9 punti perċentwali, minn 61,1 % fl-2017 għal 55,2 % fl-2020 (it-Tabella 5).

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(134)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data Comext tal-Eurostat. Sabiex titqies il-bidla fl-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni naqqset 6,5 % mill-valur totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Din l-istima tas-sehem (f’valur) tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas kienet ibbażata fuq id-data tal-esportazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

(135)

Ix-xejriet kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju ma nbidlux bħala konsegwenza ta’ dan l-aġġustament.

(136)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Iċ-Ċina

4 271

9 988

4 983

2 136

Indiċi

100

234

117

50

Sors: il-Eurostat (Comext)

(137)

Filwaqt li nnotat li ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fix-xejriet fit-Tabella 3 wara l-aġġustament tal-ambitu tal-prodott u fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (194) sa (196) tar-Regolament provviżorju.

(138)

Wara d-divulgazzjoni finali, Fangda Group u s-CCCME nnotaw li – skont il-kalkolu tagħhom - bejn tmiem il-PI u Settembru 2021, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu b’37,5 %. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li s-sejbiet tad-dumping u tad-dannu kienu bbażati fuq il-PI. Barra minn hekk, żieda fil-prezz fiha nnifisha ma tfissirx neċessarjament li l-importazzjonijiet ma għadhomx isiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jew li d-dannu ma għadux iseħħ, speċjalment f’kuntest fejn, kif magħruf ukoll minn Fangda Group u mis-CCCME, iż-żieda globali fil-prezz taż-żejt irriżultat f’żieda fil-prezzijiet tal-materjal prinċipali tal-input, fil-kokk aċikulari petroliferu, u b’hekk żdied ukoll il-kost tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(139)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (197) sa (201) tar-Regolament provviżorju.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(140)

Fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni aġġustat il-volumi tal-produzzjoni f’konformità mal-bidla fl-ambitu tal-prodott. Ix-xejriet kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju ma nbidlux bħala konsegwenza ta’ dan l-aġġustament.

(141)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (202) sa (205) tar-Regolament provviżorju.

(142)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 4

Produttività

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

229 045

240 787

216 259

164 503

Indiċi

100

105

94

72

Sors: Union Industry

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(143)

F’konformità mal-bidla fl-ambitu tal-prodott, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati. Dan l-aġġustament kien ibbażat fuq data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. Ix-xejriet kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju ma nbidlux bħala konsegwenza ta’ dan l-aġġustament.

(144)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

104 156

116 828

91 175

70 405

Indiċi

100

112

88

68

Is-sehem mis-suq (%)

61,1

66,4

61,3

55,2

Indiċi

100

109

100

90

Sors: Union industry

(145)

Il-bejgħ żdied bejn l-2017 u l-2018 u mbagħad naqas matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2020. Ix-xejra ġenerali hija konformi mal-iżvilupp tal-konsum. Madankollu, it-tnaqqis fil-bejgħ (-32 %) kien aktar evidenti mit-tnaqqis fil-konsum (-25 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(146)

B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’5,9 punti perċentwali. Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ naqas b’5,4 punti perċentwali. L-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi, li żiedu s-sehem mis-suq tagħha bi 11,3-il punt perċentwali matul l-istess perjodu (it-Tabella 2).

(147)

Wara d-divulgazzjoni finali, Fangda Group u s-CCCME argumentaw li l-konsum tal-Unjoni naqas (42 955 tunnellata bejn l-2017 u tmiem il-PI) u li l-konsum tal-Unjoni huwa akbar f’termini assoluti mit-tnaqqis korrispondenti fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (33 751 tunnellata bejn l-2017 u tmiem il-PI). Il-Kummissjoni qieset li t-tnaqqis fil-bejgħ jenħtieġ li ma jitteħidx f’termini assoluti iżda għandu jitqies fir-rigward tat-tnaqqis fil-konsum. Is-sehem mis-suq huwa l-indikatur rilevanti f’dan ir-rigward, li wera li l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq fil-perjodu kkunsidrat. Din il-pretensjoni, għalhekk, ġiet miċħuda.

4.4.2.3.   It-tkabbir

(148)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (209) tar-Regolament provviżorju.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(149)

Wara d-divulgazzjoni finali, Fangda Group u s-CCCME nnotaw li ċ-ċifri tal-impjiegi żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat sabiex jappoġġaw il-fehma li l-industrija tal-Unjoni se tikber fil-futur qarib. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-impjiegi segwew ix-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum fis-suq tal-Unjoni. Wara ż-żieda inizjali bejn is-snin 2017 u 2018, l-impjiegi baqgħu jonqsu mis-sena 2018 sa tmiem il-perjodu kkunsidrat. B’konsegwenza ta’ dan, ma jistax jiġi konkluż miċ-ċifri tal-impjiegi li l-industrija tal-Unjoni stenniet tkabbir futur, u l-pretensjoni ġiet miċħuda.

(150)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (210) sa (212) tar-Regolament provviżorju.

4.4.2.5.   Il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat

(151)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (213) sa (215) tar-Regolament provviżorju.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(152)

Il-bidla fl-ambitu tal-prodott ma kellha l-ebda impatt fuq il-mikroindikaturi. Ir-raġuni hija li l-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma pproduċa elettrodi ta’ dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas fil-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (216) sa (240) tar-Regolament provviżorju.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(153)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li x-xejriet kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju ma nbidlux bħala konsegwenza tal-aġġustament fl-ambitu tal-prodott.

(154)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, xi partijiet interessati nnotaw li xi indikaturi (il-kapaċità, l-impjiegi, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus) urew xejra pożittiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, minħabba l-livell ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni kkunsidrat b’mod ġenerali, argumentaw li ma kien hemm l-ebda dannu. Din il-pretensjoni li d-data makroekonomika u mikroekonomika disponibbli ma pprovdietx bażi biex l-industrija tal-Unjoni titqies bħala li ġarrbet dannu materjali ġiet ripetuta, wara d-divulgazzjoni finali, minn Trasteel, Fangda u s-CCCME.

(155)

L-ewwel nett, huwa mfakkar li l-makroindikaturi ewlenin kollha ppreżentaw xejra negattiva sinifikanti: Is-sehem mis-suq (minn 61,1 % għal 55,2 %), il-bejgħ tal-UE (-32 %) u l-produzzjoni (-28 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni vvalutat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija, f’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, u, filwaqt li nnotat li mhux l-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva, ikkonkludiet li l-indikaturi ġeneralment urew dannu materjali.

(156)

It-tieni, kif spjegat bir-reqqa fil-premessi (216) sa (218) tar-Regolament provviżorju, parti mill-industrija (il-kumpanija GrafTech) sa ċertu punt tqieset bħala protetta temporanjament mill-kompetizzjoni tas-suq dirett u, fl-analiżi, saret distinzjoni bejn il-partijiet differenti tal-industrija. B’mod ġenerali, il-mikroindikaturi għajr GrafTech urew stampa negattiva ħafna.

(157)

Għadd ta’ partijiet interessati kkummentaw fuq il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni għall-analiżi ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, fejn il-Kummissjoni tat attenzjoni partikolari għall-prestazzjoni ta’ GrafTech.

(158)

L-ewwel nett, parti waħda, Misano, qieset li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat b’mod żbaljat il-bejgħ ta’ GrafTech France bħala protett minn kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet. Il-bejgħ ta’ GrafTech France taħt kuntratti fit-tul (“LTAs”) ma sarx f’kundizzjonijiet fejn ma seħħitx kompetizzjoni, iżda ġie offrut lill-klijenti mhux relatati ta’ GrafTech France fi żmien meta dawn il-klijenti xtraw elettrodi tal-grafit mill-industrija tal-Unjoni u minn fornituri mhux tal-UE, inklużi l-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(159)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-LTAs kellhom bħala objettiv, u b’riżultat ta’ dan, jiżguraw ċerti volumi ta’ bejgħ b’ċerti prezzijiet. L-LTAs ipprovdew lill-klijenti b’xi ċertezza tal-provvista/l-ipprezzar meta d-domanda u l-ipprezzar kienu għoljin, filwaqt li pproteġew lil GrafTech kontra tnaqqis possibbli fid-domanda fil-futur kif ukoll kontra prattiki inġusti possibbli minn pajjiżi terzi mill-mument li dawn l-LTAs ġew konklużi mal-klijenti tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li GrafTech France kellha livell ta’ profitt differenti ħafna meta mqabbla maż-żewġ kumpaniji l-oħrajn inklużi fil-kampjun, u li differenza kbira u fattur ta’ spjegazzjoni ewlieni għal din id-differenza kienet l-eżistenza ta’ dawn l-LTAs.

(160)

It-tieni, xi partijiet, inkluża l-Eurofer, argumentaw li, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie indikat fir-Regolament provviżorju, dawn l-LTAs mhux se jiskadu sa tmiem l-2022 peress li xi wħud minn dawn se jiġu estiżi jew imġedda.

(161)

Il-Kummissjoni investigat ulterjorment din il-kwistjoni u tabilħaqq deher li GrafTech estendiet l-LTAs eżistenti ma’ xi wħud mill-klijenti tagħha għal sena jew sentejn wara diskussjonijiet ma’ dawk il-klijenti. L-eżistenza ta’ dawn l-LTAs estiżi, bħala tali, ma kinitx indikazzjoni li l-kundizzjonijiet favorevoli li kienu jeżistu għal din il-kumpanija fl-IP kienu se jkomplu minħabba li l-estensjonijiet kienu jinkludu modifiki fil-kuntratt li jirriżultaw minn diskussjonijiet mal-klijenti tagħhom. Analiżi dettaljata tal-informazzjoni ulterjuri pprovduta minn GrafTech fuq bażi kunfidenzjali fir-rigward ta’ dawn il-modifiki fil-kuntratt fl-LTAs, inklużi dettalji relatati mal-volumi u l-prezzijiet, ippermettiet lill-Kummissjoni tikkonferma s-sejbiet provviżorji tagħha kif stabbilit fil-premessi (253) u (254), u li GrafTech kienet soġġetta għall-istess pressjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bħall-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni fiż-żmien tan-negozjar mill-ġdid tal-LTAs tagħha. Barra minn hekk, l-LTAs estiżi koprew biss parti żgħira mill-bejgħ totali ta’ GrafTech. Anke jekk jiġu inklużi l-LTAs estiżi, il-maġġoranza l-kbira tal-volum tal-bejgħ fi tmiem l-2023 mhux se tibqa’ koperta mil-LTAs attwali. Dan il-proporzjon se jkompli jiżdied fi tmiem l-2024. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li xi LTAs kienu skadew fl-2021 u ma ġewx imġedda. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ GrafTech għall-ewwel nofs tal-2021 naqsu meta mqabbla mal-PI (inkluż il-bejgħ skont l-LTAs), li indika li GrafTech kienet affettwata mill-importazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafit miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, l-estensjoni u t-tiġdid ta’ xi LTAs ma biddlux il-konklużjoni dwar id-dannu.

(162)

It-tielet, parti waħda, Trasteel, importatur tal-elettrodi tal-grafit, affermat li l-kundizzjonijiet għall-użu tal-analiżi settorjali bħala għodda analitika ma kinux issodisfati f’dan il-każ u li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet “eżami oġġettiv”. Madankollu, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq kriterju oġġettiv, jiġifieri l-eżistenza tal-LTAs.

(163)

Wara d-divulgazzjoni finali, Trasteel opponiet il-metodoloġija billi argumentat li minoranza biss tal-produtturi tal-Unjoni tista’ titqies bħala li ġarrbet dannu u mhux l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi.

(164)

F’konformità mal-approċċ stabbilit fil-premessa (218) tar-Regolament provviżorju u kif spjegat fil-premessi (253) sa (254) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni sabet li GrafTech kienet affettwata wkoll mill-importazzjonijiet bi prezz baxx taċ-Ċina u li l-parti profittabbli tal-industrija ma tkunx tista’ tinfluwenza l-parti mhux profittabbli. B’hekk, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni rreferiet għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Trasteel naqset milli tispjega għaliex din l-eżaminazzjoni ma kinitx oġġettiva, u ma pproponietx metodoloġija alternattiva. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(165)

Abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (241) sa (254) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(166)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, xi partijiet ikkontestaw il-kawżalità billi argumentaw li l-Unjoni u l-industrija Ċiniża qegħdin jipproduċu prodotti differenti: elettrodi kbar/ta’ grad għoli għall-Unjoni, elettrodi żgħar/ta’ grad baxx għall-industrija Ċiniża. Madankollu, l-investigazzjoni wriet trikkib kbir bejn is-sistemi tal-elettrodu tal-grafit importati miċ-Ċina u dawk prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li nnotat li ma hemm l-ebda standard tal-industrija u li l-gradi huma awtodikjaratorji, il-Kummissjoni nnotat li [80-90] % tal-esportazzjonijiet tal-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun kienu ta’ grad UHP. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li [70-80] % tal-elettrodi tal-grafit esportati mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun kienu ta’ dijametru ta’ 500 mm jew aktar. Għalhekk hemm trikkib kbir bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-produzzjoni tal-UE. L-argument li ma hemm l-ebda kompetizzjoni diretta u li l-Unjoni u l-industrija Ċiniża qegħdin jipproduċu prodotti differenti għalhekk ġie miċħud.

(167)

Barra minn hekk, uħud mill-prodotti importati miċ-Ċina li ma kinux prodotti, jew kienu prodotti biss fi kwantitajiet żgħar, mill-industrija tal-Unjoni ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott. Dan qiegħed ikompli jsaħħaħ ir-rabta kawżali.

(168)

Wara d-divulgazzjoni finali, Trasteel indikat iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u argumentat li r-rispons normali tas-suq għad-dumping Ċiniż kien jinvolvi li l-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex ma titlifx is-sehem mis-suq tagħha. Fl-opinjoni ta’ Trasteel, dan wera li ma kien hemm l-ebda dannu. Kieku l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu, kienet tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex ma titlifx is-sehem mis-suq. Il-Kummissjoni diġà indikat it-tnaqqis fil-prezzijiet matul il-PI fil-premessi (219) u (220) tar-Regolament provviżorju. Kif spjegat fil-premessi (221) u (223) ta’ dak ir-Regolament, it-tnaqqis kien saħansitra aktar sinifikanti għall-bejgħ fis-“suq ħieles”, li kien soġġett għall-pressjoni kompetittiva tal-importazzjonijiet. Madankollu, anki tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha ma waqqafx lill-industrija tal-Unjoni milli titlef is-sehem mis-suq, bħala riżultat taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

(169)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (256) u (257) tar-Regolament provviżorju.

5.2.   L-effetti ta’ fatturi oħrajn

(170)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, bosta partijiet tennew kummenti rigward l-analiżi tan-nonattribuzzjoni u speċjalment rigward il-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tal-LTAs ta’ GrafTech. Wara d-divulgazzjoni finali, Trasteel, Fangda Group u s-CCCME tennew dawk il-kummenti u saħqu li d-diffikultajiet li qed tiffaċċja l-industrija tal-Unjoni kienu marbuta mal-impatt tal-COVID-19 u mat-tnaqqis li jirriżulta fid-domanda għas-sistemi ta’ elettrodi tal-grafit mill-industrija tal-azzar.

5.2.1.   Il-pandemija tal-COVID-19

(171)

Il-pandemija tal-COVID-19 ġiet indirizzata fil-premessa (258) tar-Regolament provviżorju. Il-Kummissjoni ttenni li l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiżdiedu qabel il-pandemija minkejja t-tnaqqis fil-konsum fl-UE, u li kien hemm żieda konsistenti fis-sehem mis-suq Ċiniż mill-2018.

(172)

B’hekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (258) tar-Regolament provviżorju.

5.2.2.   L-impatt tal-LTAs ta’ GrafTech

(173)

Xi partijiet argumentaw li l-LTAs ta’ GrafTech - bl-iżgurar tal-lealtà ta’ wħud mill-klijenti tagħhom - ikkontribwew għad-diżorganizzazzjoni ekonomika tal-bqija tal-industrija. Fi kliem ieħor, dawn l-LTAs allegatament impedew li d-domanda għall-elettrodi tal-grafit tinxtered fost il-produtturi differenti tal-Unjoni, speċjalment fi żminijiet diffiċli (tnaqqis fid-domanda marbuta mal-pandemija).

(174)

Wara d-divulgazzjoni finali, Trasteel affermat li jekk tinstab xi kawżalità, din tkun biss fir-rigward ta’ minoranza tal-bejgħ tal-Unjoni (dak li ma huwiex soġġett għal LTAs) u mhux fir-rigward tal-maġġoranza tal-industrija tal-Unjoni.

(175)

Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet. L-ewwel nett, għall-kuntrarju ta’ dak li affermat Trasteel, il-“maġġoranza kbira” tal-bejgħ fl-Unjoni matul il-PI ma kinitx “protetta” mil-LTAs. Għall-kuntrarju, il-maġġoranza tal-bejgħ fl-Unjoni matul il-PI sar barra l-LTAs, skont iċ-ċifri pprovduti mill-industrija tal-Unjoni. It-tieni, l-LTAs ma jistgħux jitqiesu bħala sors ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Pjuttost l-investigazzjoni wriet li kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping li kienu l-kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li, matul il-PI, il-bejgħ ta’ GrafTech lil klijenti mhux relatati naqas b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-2019. Il-bejgħ ta’ produtturi oħrajn tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mingħajr LTAs mal-klijenti tagħhom naqas anqas fl-istess perjodu. Barra minn hekk, kif huwa nnotat fil-premessa (161), il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ GrafTech għall-ewwel nofs tal-2021 naqsu meta mqabbla mal-PI, u dan jindika li GrafTech kienet affettwata mill-importazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafit miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi.

(176)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping imsemmija hawn fuq ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li r-rabta ta’ kawżalità ma kinitx ittaffiet mil-LTAs ta’ GrafTech sa tali punt li l-importazzjonijiet ma kinux qegħdin jikkawżaw dannu materjali.

5.2.3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(177)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (261) u (264) tar-Regolament provviżorju.

5.2.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(178)

Wara d-divulgazzjoni finali, Fangda Group u s-CCCME affermaw li sehem kbir mill-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jintuża għall-esportazzjoni, li dan għandu impatt fuq il-prestazzjoni operazzjonali ġenerali tal-industrija tal-Unjoni, u li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kisret ir-rabta ta’ kawżalità. Madankollu, il-Kummissjoni qieset il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u fakkret li, kif spjegat fil-premessa (267) tar-Regolament provviżorju, il-prestazzjoni ġenerali tal-esportazzjoni wriet xejriet simili għal dawk għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, iżda l-bejgħ għall-esportazzjoni, f’termini relattivi, naqas inqas mill-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(179)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (265) u (267) tar-Regolament provviżorju.

5.2.5.   Konsum

(180)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (268) tar-Regolament provviżorju.

5.2.6.   Użu kaptiv

(181)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (269) tar-Regolament provviżorju.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(182)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-fatturi, analizzati b’mod individwali jew b’mod kollettiv, ma taffa r-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fis-sens li tali rabta ma tibqax ġenwina u sostanzjali. Għalhekk hija kkonfermat il-konklużjoni fil-premessi (270) sa (274) tar-Regolament provviżorju.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(183)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Trasteel, importatur tal-elettrodi tal-grafit, affermat li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex bżonn protezzjoni minħabba li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat qegħdin jiżdiedu. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u, fi kwalunkwe każ, il-pretensjoni ma kinitx issostanzjata minn evidenza li turi li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Unjoni kienet inbidlet. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda bħala infondata.

(184)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (276) sa (280) tar-Regolament provviżorju.

6.2.   L-interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati

(185)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Trasteel u Misano affermaw li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tippreġudika l-pożizzjoni tal-importaturi fis-suq peress li l-klijenti jistgħu ma jkunux iridu jixtru bi prezz ogħla. Parti indikat li 50 % tal-fatturat tagħha huwa ġġenerat mill-bejgħ tal-elettrodi tal-grafit importati miċ-Ċina.

(186)

Fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi fuq l-importaturi, kif deskritt fil-premessa (281) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni stabbiliet li l-importaturi inklużi fil-kampjun kellhom negozju profittabbli, bi profitt medju ponderat ta’ 4 %, u li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha biss impatt limitat fuq il-profittabbiltà tagħhom.

(187)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li r-rati tad-dazju anti-dumping definittiv għall-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw kienu taħt ir-rata tat-twaqqigħ tal-prezz. Għalhekk huwa mistenni li l-importaturi u n-negozjanti mhux relatati xorta jkunu jistgħu jimportaw l-elettrodi tal-grafit miċ-Ċina bi prezz kompetittiv iżda ġust. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(188)

Trasteel u Misano għamlu wkoll kummenti dwar l-interess tal-importaturi u tan-negozjanti relatati man-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u r-riskju ta’ nuqqas speċjalment għal elettrodi b’dijametri żgħar. Dawn il-kummenti kienu simili għal dawk ta’ xi utenti u huma indirizzati fit-Taqsima 6.3 ta’ hawn taħt.

(189)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-interess tal-importaturi mhux relatati, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (281) sa (284) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati.

6.3.   L-interess tal-utenti

(190)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, xi partijiet affermaw li d-dazji anti-dumping jheddu l-profittabbiltà u l-kompetittività tal-utenti. Huma affermaw ukoll li l-industrija downstream ma tistax tikseb b’mod affidabbli l-elettrodi tal-grafit li teħtieġ sabiex tkompli l-operazzjonijiet tagħha mingħajr importazzjonijiet miċ-Ċina. Wara d-divulgazzjoni finali, il-Eurofer, Fangda Group u s-CCCME tennew li hemm riskju sinifikanti ta’ nuqqas ta’ provvista, speċjalment għall-elettrodi tal-grafit b’dijametru żgħir.

(191)

L-utenti jirrappreżentaw prinċipalment l-industrija tal-azzar, iżda wkoll, kif indikat minn Imerys, xi utenti iżgħar bħall-produtturi ta’ ossidi minerali mdewba bħall-alumina mdewba u ż-żirkonju mdewweb.

(192)

Fir-rigward ta’ Imerys, il-Kummissjoni nnotat li sehem kbir mill-elettrodi li qiegħda tuża huma elettrodi tal-enerġija regolari li – minħabba l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom – jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. Wara li analizzat is-sottomissjonijiet kollha, inkluż dik minn Imerys, il-Kummissjoni nnotat ukoll li Imerys qiegħda tuża elettrodi żgħar u żgħar ħafna, li ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott, kif imsemmi fil-premessa (32) ta’ hawn fuq.

(193)

Għalhekk, taħt is-suppożizzjoni li, minħabba l-proprjetajiet fiżiċi ta’ ossidi minerali mdewba, il-produtturi ta’ ossidi minerali mdewba ffaċċjaw restrizzjonijiet simili billi għandhom faċilitajiet ta’ produzzjoni simili, il-Kummissjoni stenniet li l-esklużjoni tal-ambitu tal-prodott tal-elettrodi tal-grafit ta’ dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas tillimita l-konsegwenzi negattivi possibbli fuq tali utenti.

(194)

Fir-rigward tal-industrija tal-azzar, is-sejbiet relatati tal-premessi (285) sa (289) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati, filwaqt li ġie nnotat ukoll, kif muri fil-kummenti tal-Eurofer wara d-divulgazzjoni finali, id-diffikultajiet fl-akkwist għal sistemi ta’ elettrodi tal-grafit b’dijametru żgħir li xi produtturi tal-azzar tal-UE bħalissa qed jiffaċċjaw.

(195)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-ilmentaturi fil-kummenti tagħhom għad-divulgazzjoni finali tennew l-eżistenza tal-kapaċitajiet disponibbli tal-produtturi tal-Unjoni biex jipproduċu elettrodi tal-grafit b’dijametri żgħar.

(196)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li l-miżuri se jippermettu biss l-istabbiliment mill-ġdid ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-Unjoni u l-produtturi Ċiniżi tal-elettrodu tal-grafit, u mhux se jipprevjenu lill-utenti milli jkomplu jakkwistaw miċ-Ċina.

(197)

Il-pretensjonijiet li d-dazji anti-dumping jheddu l-profittabbiltà u l-kompetittività tal-utenti u li l-industrija downstream ma tistax tikseb b’mod affidabbli l-elettrodi tal-grafit għalhekk ġew miċħuda.

6.4.   Fatturi oħrajn

(198)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (290) u (291) tar-Regolament provviżorju.

(199)

Wara d-Divulgazzjoni Finali, Fangda Group u s-CCCME talbu lill-Kummissjoni tikkunsidra l-effett negattiv potenzjali tal-miżuri fuq l-objettivi ambjentali tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri mhux se joħolqu riskju f’termini ta’ sigurtà tal-provvista, kif spjegat fil-premessa (288) tar-Regolament provviżorju u fil-premessi (196) u (197), u għalhekk mhux se jfixklu l-ilħuq tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika. Għall-kuntrarju, l-objettiv tal-miżuri huwa li jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti għall-produtturi tal-Unjoni u se jikkontribwixxu biex tiġi żgurata diversità ta’ provvista għall-utenti, li tiffavorixxi l-produzzjoni tal-azzar tal-fran bl-ark elettriku fl-Unjoni.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(200)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (292) tar-Regolament provviżorju.

7.   Miżuri anti-dumping definittivi

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(201)

Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sabiex jiġi rifless id-dannu addizzjonali f’każ li jkun hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul dak il-perjodu. Skont il-bażi tad-data Surveillance 2, tqabbil tal-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma’ dawk tal-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni ma weriex żidiet sostanzjali oħrajn fl-importazzjonijiet (kien hemm biss żieda ta’ 5,5 %). Għalhekk ir-rekwiżiti għal żieda fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqux u ma sar l-ebda aġġustament għall-marġni tad-dannu.

(202)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (168) sa (177) tar-Regolament provviżorju, kif modifikati fit-tabella fil-premessa (206).

(203)

F’termini tal-marġni residwu, meta jitqies li l-kooperazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi kienet baxxa kif spjegat fil-premessa (179) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jiġi stabbilit marġni residwu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Dan il-marġni ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbilit għal tipi ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produttur esportatur bl-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz misjub. Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz residwu kkalkolat b’dan il-mod ġie stabbilit f’livell ta’ 187,1 %.

7.2.   Id-distorsjoni fil-materja prima

(204)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-premessi (308) sa (309) tar-Regolament provviżorju, u peress li l-marġnijiet adegwati sabiex jitneħħa d-dannu baqgħu ogħla mill-marġnijiet tad-dumping li nstabu wkoll fi stadju definittiv, il-Kummissjoni qieset li l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku ma huwiex applikabbli fil-każ inkwistjoni u li minflok kien japplika l-Artikolu 7(2).

7.3.   Miżuri definittivi

(205)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat.

(206)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti tali dazji huma stabbiliti kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping

Marġini tad-dannu

Dazju anti-dumping definittiv

Il-Grupp Fangda

36,1  %

139,7  %

36,1  %

Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd.

23,0  %

98,5  %

23,0  %

Nantong Yangzi Carbon Group

51,7  %

150,5  %

51,7  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

33,8  %

121,6  %

33,8  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

74,9  %

187,1  %

74,9  %

(207)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(208)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (15). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-kumpanija turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament li jikkonċerna l-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(209)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(210)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u sabiex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(211)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

7.4.   Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji

(212)

Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, imposti mir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li jinġabru b’mod definittiv.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(213)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jkollu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(214)

Wara d-divulgazzjoni provviżorja, Nantong Yangzi Carbon Group indika li l-grupp huwa magħmul minn tliet produtturi: jiġifieri Nantong Yangzi Carbon Co., Ltd., Nantong Jiangdong Carbon Co. Ltd. u Wulanchabu Xufeng Carbon Technology Co. Ltd. Għalhekk, huwa meħtieġ li r-Regolament provviżorju jiġi emendat sabiex jiġu indikati l-ismijiet tal-produtturi kollha fi ħdan Nantong Yangzhi Carbon Group għall-fini tal-ġbir tad-dazju anti-dumping provviżorju. Barra minn hekk, l-ismijiet tagħhom jeħtieġ li jiġu indikati wkoll għall-fini tal-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv.

(215)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 7,0 μ.Ω.m jew anqas, kemm jekk mgħammra bin-nipples kif ukoll jekk le, b’dijametru nominali ta’ aktar minn 350 mm, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (il-kodiċijiet TARIC 8545110010 u 8545110015), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Fangda Group huwa magħmul minn erba’ produtturi:

Fangda Carbon New Material Co., Ltd.;

Fushun Carbon Co., Ltd.;

Chengdu Rongguang Carbon Co., Ltd.;

Hefei Carbon Co., Ltd.

36,1  %

C 731

RPĊ

Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd.

23,0  %

C 732

RPĊ

Nantong Yangzhi Carbon Group huwa magħmul minn tliet produtturi:

Nantong Yangzi Carbon Co., Ltd.;

Nantong Jiangdong Carbon Co. Ltd.;

Wulanchabu Xufeng Carbon Technology Co. Ltd.

51,7  %

C 733

RPĊ

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

33,8  %

 

RPĊ

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

74,9  %

C 999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt(a), niċċertifika li (l-volum) ta’ (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bid-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1812 għandhom jinġabru b’mod definittiv minn fuq il-prodott kif definit fl-Artikolu 1(1) ta’ hawn fuq. L-ammonti garantiti b’rabta mal-importazzjonijiet tal-prodotti esklużi (jiġifieri, l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit ta’ tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar, u reżistenza elettrika ta’ 7,0 μ.Ω.m jew anqas, kemm jekk mgħammra bin-nipples kif ukoll jekk le, b’dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas) għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda miċ-Ċina u jsiru soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

li effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

Artikolu 4

1.   L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1812 huwa emendat kif ġej:

“Nantong Yangzi Carbon Co., Ltd.”

huwa sostitwit bi

“Nantong Yangzhi Carbon Group huwa magħmul minn tliet produtturi: Nantong Yangzi Carbon Co., Ltd.; Nantong Jiangdong Carbon Co. Ltd.; Wulanchabu Xufeng Carbon Technology Co. Ltd.”

2.   Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli għall-finijiet tal-Artikolu 2 mis-16 ta’ Ottubru 2021.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ Bidu ta’ proċedura anti-dumping rigward l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 57, 17.2.2021, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1812 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 366, 15.10.2021, p. 62).

(4)  Fid-dawl tad-dijametri standard u t-tolleranza ġenerali osservata fl-industrija, l-esklużjoni tal-elettrodi tal-grafit b’dijametru nominali ta’ 350 mm jew anqas fil-prattika se jiżguraw li xi elettrodi ta’ daqs kemxejn akbar xorta jaqgħu taħt l-esklużjoni.

(5)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.

(6)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(7)  Ara t-Taqsima 2 tal-Kapitolu 80 tat-13-il FYP.

(8)  Sors: “Petroleum coke: essential to manufacturing” ippubblikat mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Manifatturi, disponibbli fuq www.api.org/~/media/files/news/2014/14-november/petcoke-one-pager.pdf; “Petcoke markets and the cement industry” ippubblikat minn CemNET, disponibbli fuq www.cemnet.com/News/story/169503/petcoke-markets-and-the-cement-industry.html; aċċessati fis-17 ta’ Diċembru 2021.

(9)  Jekk jogħġbok innota li fil-premessa (150) tar-Regolament provviżorju, l-elettriku ma ġiex espress f’kWh iżda f’MWh.

(10)  Data disponibbli fuq is-sit web tal-Comisión Federal de Electricidad fuq: https://app.cfe.mx/Aplicaciones/CCFE/Tarifas/TarifasCREIndustria/Tarifas/DemandaIndustrialTran.aspx., aċċessat fit-8 ta’ Diċembru 2021.

(11)  www.iccsino.com.cn

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1), premessi (229)-(233).

(13)  L-importazzjonijiet totali Messikani li joriġinaw mill-Ġermanja kienu jirrappreżentaw 2,5 % tal-kwantità totali, 97,5 % tal-importazzjonijiet kienu joriġinaw mill-Istati Uniti.

(14)  Jiġifieri l-importazzjonijiet fil-ħames punti tad-dħul li jifdal, bl-esklużjoni ta’ dawk fi Nuevo Laredo u ż-żewġ punti l-oħra fejn il-prezz medju kien ta’ madwar USD 200 għal kull tunnellata.

(15)  Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussell, Il-Belġju.

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/51


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/559

tal-5 ta’ April 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Polonja biex tkompli tapplika l-miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-26 ta’ Lulju 2021, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni sabiex tkompli tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tapplika mekkaniżmu ta’ ħlas maqsum (il-“miżura speċjali”). Il-miżura speċjali tirrikjedi l-inklużjoni ta’ dikjarazzjoni speċjali li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) trid titħallas fil-kont tal-VAT imblukkat tal-fornitur fuq il-fatturi maħruġa fir-rigward tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u ġeneralment koperti minn mekkaniżmu tar-reverse charge u minn obbligazzjoni in solidum fil-Polonja. Il-Polonja talbet l-estensjoni tal-miżura speċjali għal perijodu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-28 ta’ Frar 2025.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba li għamlet il-Polonja lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ottubru 2021. Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tqis it-talba.

(3)

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/310 (2), il-Polonja ppreżentat rapport lill-Kummissjoni rigward l-impatt globali tal-miżura speċjali fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli kkonċernati permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ April 2021.

(4)

Il-Polonja diġà ħadet bosta miżuri sabiex tiġġieled il-frodi. Hija introduċiet, fost oħrajn, il-mekkaniżmu tar-reverse charge u l-obbligazzjoni in solidum tal-fornitur u tal-klijent, il-Fajl Standard tal-Awditjar, ir-regoli aktar stretti għar-reġistrazzjoni u t-tneħħija tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-persuni taxxabbli, u żiedet l-għadd ta’ awditi. Madankollu, il-Polonja hija tal-fehma li dawk il-miżuri mhumiex biżżejjed sabiex tiġi pprevenuta l-frodi tal-VAT.

(5)

Il-Polonja introduċiet il-mekkaniżmu volontarju ta’ ħlas maqsum fl-1 ta’ Lulju 2018 u l-mekkaniżmu obbligatorju ta’ ħlas maqsum fl-1 ta’ Marzu 2019.

(6)

Il-merkanzija u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 f’konformità mal-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Prodotti u s-Servizzi tal-2008 (PKWiU 2008). Il-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Merkanzija u s-Servizzi tal-2015 (PKWiU 2015) issostitwiet lil PKWiU 2008 mill-1 ta’ Lulju 2020. Taħt il-PKWiU 2015, is-simboli tal-klassifikazzjoni statistika u l-ismijiet editorjali ta’ ċerti merkanzija u servizzi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 ġew mibdula. Għalkemm is-sostituzzjoni ta’ PKWiU 2008 bi PKWiU 2015 ma kkawżat l-ebda bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi koperti mill-mekkaniżmu obbligatorju ta’ ħlas maqsum, jenħtieġ li l-Anness jiġi aġġornat u ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni għal raġunijiet ta’ ċertezza legali.

(7)

Il-miżura speċjali ser ikompli tapplika għall-provvisti bejn il-persuni taxxabbli għall-merkanzija u s-servizzi elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310, kif aġġornat u sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni, għall-provvisti minn negozju għal negozju (B2B), u ser ikopri biss it-trasferimenti bankarji elettroniċi. Il-miżura speċjali ser tkompli tapplika għall-fornituri kollha, inkluż għall-fornituri li mhumiex stabbiliti fil-Polonja.

(8)

Ir-rapport ippreżentat mill-Polonja kkonferma li l-miżura speċjali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi twassal għal riżultati effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa.

(9)

Awtorizzazzjonijiet biex tiġi applikata miżura speċjali ġeneralment jingħataw għal perijodu ta’ żmien limitat biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-miżura speċjali hijiex adatta u effettiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-miżura speċjali tiġi estiża sat-28 ta’ Frar 2025.

(10)

Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-miżura speċjali, jenħtieġ li l-Polonja, jekk titlob estensjoni ulterjuri tal-awtorizzazzjoni biex tapplika l-miżura speċjali, tippreżenta rapport fir-rigward tal-funzjonament u l-effettività tal-miżura speċjali fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli rigward, fost oħrajn, ir-rifużjonijiet tal-VAT, il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-persuni taxxabbli.

(11)

Il-miżura speċjali mhux ser ikollha effett negattiv fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma hu ser ikollha l-ebda effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi mfittxija mill-miżura speċjali, inkluż l-applikazzjoni mingħajr interruzzjoni tal-miżura speċjali, u li tingħata ċertezza legali fir-rigward tal-perijodu tat-taxxa, huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni biex tiġi estiża l-miżura speċjali b’effett mill-1 ta’ Marzu 2022. Peress li fis-26 ta’ Lulju 2021 il-Polonja talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali u kompliet tapplika r-reġim legali stabbilit taħt il-liġi nazzjonali tagħha abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 mill-1 ta’ Marzu 2022, l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati huma rispettati kif xieraq.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn il-Polonja tqis li l-estensjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 1 hija meħtieġa, hija għandha tippreżenta talba għal estensjoni lill-Kummissjoni, flimkien ma’ rapport dwar l-impatt globali tagħha fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli kkonċernati”.

(2)

fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, id-data tat-“28 ta’ Frar 2022” hija sostitwita bid-data tat-“28 ta’ Frar 2025”.

(3)

l-Anness huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/310 tat-18 ta’ Frar 2019 li tawtorizza lill-Polonja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 19).


ANNESS

“ANNESS

LISTA TAL-PROVVISTI TA’ MERKANZIJA U SERVIZZI KOPERTI MILL-ARTIKOLU 1

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-provvisti li ġejjin ta’ merkanzija u servizzi deskritti skont il-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Merkanzija u s-Servizzi (PKWiU 2015)

Entrata

PKWiU 2015

Isem tal-merkanzija (grupp ta’ merkanzija)/Isem tas-servizzi (grupp ta’ servizzi)

1

05.10.10.0

Faħam

2

05.20.10.0

Linjite

3

ex 10.4

Żjut u xaħmijiet veġetali u tal-annimali - esklussivament żejt tal-kolza

4

19.10.10.0

Kokk u semikokk tal-faħam u tal-linjite jew tal-pit; karbonju tal-istorta

5

19.20.11.0

Briquettes, ovojdi u fjuwils solidi simili manifatturati mill-faħam

6

19.20.12.0

Briketti, ovojdi u fjuwils solidi simili manifatturati mill-linjite

7

ex 20.59.12.0

Emulsjonijiet għas-sensitizzazzjoni tas-superfiċe għall-użu fil-fotografija; preparazzjonijiet kimiċi għall-użu fil-fotografija, mhux ikklassifikati band’oħra (m.k.b.) - esklussivament toners mingħajr print head għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data

8

ex 20.59.30.0

Linka tat-typewriter, draft ink u linka oħra - esklussivament cartridges tal-linka mingħajr print head għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data

9

ex 22.21.30.0

Pjanċi, folji, film, fojl, strixxi u strixxi tal-plastik, mhux ċellulari, mhux rinfurzati, illaminati jew ikkombinati ma’ materjal ieħor - esklussivament fojl li jiġġebbed

10

24.10.12.0

Ligi tal-ħadid

11

24.10.14.0

Ħadid fondut grezz u ħadid fondut grezz spekulari jew azzar spekulari

12

24.10.31.0

Prodotti llaminati ċatti tal-azzar bil-karbonju, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ >= 600 mm

13

24.10.32.0

Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ < 600 mm

14

24.10.35.0

Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi

15

24.10.36.0

Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ < 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi

16

24.10.41.0

Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ >= 600 mm

17

24.10.43.0

Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi

18

24.10.51.0

Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar mhux illigat, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, indurati jew miksijin

19

24.10.52.0

Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, indurati jew miksijin

20

24.10.61.0

Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f’kojls mibruma b’mod irregolari, ta’ azzar mhux illigat

21

24.10.62.0

Staneg u vireg oħrajn tal-azzar, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni

22

24.10.65.0

Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f’kojls mibruma b’mod irregolari, ta’ azzar illigat ieħor

23

24.10.66.0

Staneg u vireg oħrajn ta’ azzar illigat ieħor, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni

24

24.10.71.0

Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta’ azzar mhux illigat

25

24.10.73.0

Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta’ azzar illigat ieħor

26

24.20.11.0

Pajpijiet għal linji ta’ tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar

27

24.20.12.0

Kejsing, tubi u pajp għat-tħaffir, ta’ tip użat fit-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar

28

24.20.13.0

Tubi u pajpijiet oħrajn, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari, tal-azzar

29

24.20.31.0

Pajpijiet għal linji ta’ tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar

30

24.20.33.0

Tubi u pajpijiet oħrajn, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar

31

24.20.34.0

Tubi u pajpijiet, ta’ sezzjoni trażversali mhux ċirkolari, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar

32

24.20.40.0

Fittings tat-tubi u tal-pajpijiet tal-azzar, mhux fonduti

33

24.31.10.0

Staneg, angoli, sezzjonijiet u profili solidi ta’ azzar mhux illigat illaminati fil-kiesaħ

34

24.31.20.0

Staneg, angoli, sezzjonijiet u profili solidi ta’ azzar illigat illaminati fil-kiesaħ, minbara azzar inossidabbli

35

24.32.10.0

Prodotti tal-azzar ċatti, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ < 600 mm, mhux miksijin

36

24.32.20.0

Prodotti tal-azzar ċatti, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ < 600 mm, indurati jew miksijin

37

24.33.11.0

Sezzjonijiet miftuħin ta’ azzar mhux illigat iffurmati fil-kiesaħ jew mitwijin fil-kiesaħ

38

24.33.20.0

Pjanċi b’linji mqabbżin ta’ azzar mhux illigat

39

24.34.11.0

Wajer illaminat fil-kiesaħ ta’ azzar mhux illigat

40

24.41.10.0

Fidda mhux maħduma jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab

41

ex 24.41.20.0

Deheb mhux maħdum jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab, minbarra deheb ta’ investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att dwar it-taxxa ta’ merkanzija u servizzi, soġġett għall-entrata 43

42

24.41.30.0

Platinu mhux maħdum jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab

43

irrispettivament mis-simbolu ta’ PKWiU

Deheb bħala investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att dwar it-taxxa ta’ merkanzija u servizzi

44

ex 24.41.40.0

Metalli komuni jew fidda, indurati bid-deheb, sempliċement f’forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda, bid-deheb, sempliċement f’forma semimanifatturata

45

ex 24.41.50.0

Metalli komuni miksija bil-fidda u metalli komuni, fidda jew deheb, miksija bil-platinu, f’forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda u d-deheb, f’forma semimanifatturata

46

24.42.11.0

Aluminju mhux maħdum

47

24.43.11.0

Ċomb mhux maħdum

48

24.43.12.0

Żingu mhux maħdum

49

24.43.13.0

Landa mhux maħduma

50

24.44.12.0

Ram, mhux raffinat; anodi tar-ram għar-raffinar elettrolitiku

51

24.44.13.0

Ram raffinat u ligi tar-ram, mhux maħdumin; ligi prinċipali tar-ram

52

24.44.21.0

Trabijiet u laqx tar-ram u l-ligi tiegħu

53

24.44.22.0

Staneg ċatti, vireg u sezzjonijiet u vireg tal-wajer, tar-ram u l-ligi tiegħu

54

24.44.23.0

Wajers tar-ram u l-ligi tiegħu

55

24.45.11.0

Nikil mhux maħdum

56

ex 24.45.30.0

Metalli mhux ferrużi oħrajn u prodotti magħmulin mill-istess materjal; ċermiti; irmied u residwi li fihom metalli u komposti tal-metall — esklussivament skart u ruttam ta’ metall mhux prezzjuż

57

ex 25.11.23.0

Strutturi oħrajn u partijiet minn strutturi; pjanċi, vireg, angoli, forom u oġġetti simili, tal-ħadid, tal-azzar jew tal-aluminju — esklussivament tal-azzar

58

ex 25.93.13.0

Ċraret, grills, xbieki u lqugħ, magħmula minn wajer tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram; metall espandut, tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram — esklussivament tal-azzar

59

ex 26.11.30.0

Ċirkwiti integrati elettroniċi — esklussivament proċessuri

60

26.20.1

Kompjuters u magni oħrajn għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data u partijiet u aċċessorji tagħhom

61

ex 26.20.21.0

Unitajiet tal-memorja — esklussivament diski riġidi (HDDs)

62

ex 26.20.22.0

Apparat għall-ħżin fi stat solidu — esklussivament SSDs

63

ex 26.30.22.0

Telefons ċellulari jew networks bla fili oħrajn - mobiles biss, inklużi smartphones

64

26.40.20.0

Riċevituri tat-televiżjoni, kemm jekk ikkombinati ma’ riċevituri tax-xandir bir-radju jew apparat li jirrekordja jew jirriproduċi l-awdjo jew il-vidjo, kif ukoll jekk le

65

ex 26.40.60.0

Konsols tal-logħob vidjo (bħal dawk li jintużaw ma’ sett tat-televiżjoni jew skrin awtonomu) u apparat ieħor tal-logħob jew tal-logħob tal-azzard b’displej elettroniku - minbarra parts u aċċessorji

66

26.70.13.0

Kameras diġitali u camcorders diġitali

67

27.20.2

Akkumulaturi elettriċi u parts tagħhom

68

28.11.41.0

Parts għal magni b’kombustjoni interna ta’ tqabbid bl-ispark, minbarra parts għal magni ta’ inġenji tal-ajru

69

ex 28.23.22.0

Parts u aċċessorji għal magni tal-uffiċċju - esklussivament cartridges tal-linka u print heads għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data, toners bi print head għall-printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data

70

ex 29.31.10.0

Ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta’ wajers oħrajn ta’ tip użat f’vetturi, inġenji tal-ajru jew inġenji tal-baħar – esklussivament ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta’ wajers oħrajn ta’ tip użat fil-vetturi

71

29.31.21.0

Sparking plugs; manjeti tal-ignixin; manjeto dinamos; flajwils manjetiċi; distributuri; kojls tal-ignixin

72

29.31.22.0

Muturi tal-istartjar u ġeneraturi tal-istartjar bi skop doppju; ġeneraturi oħrajn u tagħmir ieħor għall-magni bil-kombustjoni

73

29.31.23.0

Tagħmir għal sinjali elettriċi, windscreen, defrosters u demisters għall-vetturi bil-mutur

74

29.31.30.0

Parts ta’ tagħmir elettriku ieħor għall-vetturi bil-mutur

75

29.32.20.0

Ċinturini tas-sikurezza, airbags u parts u aċċessorji tal-bodis

76

29.32.30.0

Parts u aċċessorji għall-vetturi bil-mutur, m.k.b., minbarra muturi

77

30.91.20.0

Parts u aċċessorji ta’ muturi u sidecars

78

ex 32.12.13.0

Ġojjellerija u ġojjellerija oħra u partijiet tagħha, magħmula minn metall prezzjuż jew miksija b’ metall prezzjuż - esklussivament partijiet ta’ ġojjellerija u partijiet ta’ ġojjellerija oħra tad-deheb, tal-fidda u tal-platinu, jiġifieri ġojjellerija mhux lesta jew inkompleta u partijiet distinti ta’ ġojjellerija inklużi dawk mgħottija jew miksija b’metall prezzjuż

79

38.11.49.0

Vetturi, kompjuters, televixins u apparat użat ieħor maħsub għall-iskrappjar

80

38.11.51.0

Skart tal-ħġieġ

81

38.11.52.0

Skart tal-karti u l-kartun

82

38.11.54.0

Skart tal-gomma ieħor

83

38.11.55.0

Skart tal-plastik

84

38.11.58.0

Skart li fih il-metall minbarra skart perikoluż

85

38.12.26.0

Skart tal-metall perikoluż

86

38.12.27

Skart u ċelloli u akkumulaturi tal-elettriku difettużi; ċelloli u batteriji galvaniċi u akkumulaturi tal-elettriku użati

87

38.32.2

Materja prima sekondarja tal-metall

88

38.32.31.0

Materja prima sekondarja tal-ħġieġ

89

38.32.32.0

Materja prima sekondarja tal-karti u l-kartun

90

38.32.33.0

Materja prima sekondarja tal-plastik

91

38.32.34.0

Materja prima sekondarja tal-gomma

92

 

Petrol għall-magni, żejt diżil, gass tal-fjuwil — skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa

93

 

Żejt għat-tisħin u żejt lubrifikanti — skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa

94

ex 58.29.11.0

Pakketti ta’ softwer tas-sistema operattiva — esklussivament SSD

95

ex 58.29.29.0

Pakketti ta’ softwer oħrajn - esklussivament SSDs

96

ex 59.11.23.0

Vidjos u reġistrazzjonijiet bil-vidjo fuq diski, tejps manjetiċi u mezzi simili — esklussivament SSDs

97

irrispettivament mis-simbolu ta’ PKWiU

Servizzi ta’ trasferiment ta’ kwota tal-emissjonijiet ta’ GHG imsemmija fl-Att tat-12 ta’ Ġunju 2015 dwar Skema ta’ Skambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gass Serra (Ġurnal Uffiċjali tal-2021, entrata 332)

98

41.00.3

Xogħol ta’ kostruzzjoni fuq bini residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti)

99

41.00.4

Xogħol ta’ kostruzzjoni fuq bini mhux residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti)

100

42.11.20.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq u toroq oħrajn għal vetturi u persuni bil-mixi u l-kostruzzjoni ta’ runways

101

42.12.20.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji u metrò

102

42.13.20.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pontijiet u mini

103

42.21.21.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pipelines tat-trażmissjoni

104

42.21.22.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni, inklużi xogħlijiet awżiljarji

105

42.21.23.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni (kanali tad-drenaġġ), linji tat-trażmissjoni tal-ilma, faċilitajiet għat-trattament tal-ilma u t-trattament tad-drenaġġ u stazzjonijiet tal-ippumpjar

106

42.21.24.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-tħaffir ta’ bjar u bokok tal-ilma u l-installazzjoni ta’ tankijiet settiċi

107

42.22.21.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji tat-telekomunikazzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija

108

42.22.22.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji tat-telekomunikazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija

109

42.22.23.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija

110

42.91.20.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ mollijiet, portijiet, digi, magħluq u faċilitajiet idrotekniċi relatati

111

42.99.21.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni u tat-tħaffir fil-minjieri

112

42.99.22.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ stadji u grawnds sportivi

113

42.99.29.0

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ strutturi oħrajn tal-inġinerija ċivili, m.k.b.

114

43.11.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqigħ tal-bini

115

43.12.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-preparazzjoni tas-sit għall-kostruzzjoni, minbarra xogħlijiet ta’ ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija

116

43.12.12.0

Xogħlijiet ta’ ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija: xogħol ta’ tħaffir, tħaffir ta’ foss u ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija

117

43.13.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ta’ skavar u tħaffir b’inġinerija ġeoloġika

118

43.21.10.1

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ installazzjonijiet tas-sikurezza elettrika

119

43.21.10.2

Xogħlijiet li jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi oħrajn

120

43.22.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet tas-sistemi tal-pajpijiet tal-ilma u tad-drenaġġ

121

43.22.12.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata

122

43.22.20.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-gass

123

43.29.11.0

Xogħol ta’ iżolazzjoni

124

43.29.12.0

Installazzjoni ta’ lqugħ

125

43.29.19.0

Xogħlijiet oħrajn ta’ installazzjoni m.k.b.

126

43.31.10.0

Xogħlijiet ta’ tikħil

127

43.32.10.0

Xogħol ta’ installazzjoni tal-mastrudaxxa

128

43.33.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u l-wiċċ tal-ħitan

129

43.33.21.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid ta’ terrazzo, irħam, granit jew lavanja fuq l-art u l-ħitan

130

43.33.29.0

Xogħlijiet oħrajn li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u tal-ħitan (inkluż twaħħil ta’ wallpaper), m.k.b.

131

43.34.10.0

Xogħlijiet ta’ żebgħa

132

43.34.20.0

Xogħlijiet ta’ produzzjoni tal-ħġieġ

133

43.39.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu d-dekorazzjoni

134

43.39.19.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet oħrajn ta’ finitura, m.k.b.

135

43.91.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ strutturi tas-soqfa

136

43.91.19.0

Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ieħor ta’ tisqif

137

43.99.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-installazzjoni ta’ iżolazzjoni għall-prevenzjoni tal-umdità u d-dħul tal-ilma

138

43.99.20.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u ż-żarmar ta’ scaffolding

139

43.99.30.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż it-tqegħid ta’ pontuni

140

43.99.40.0

Xogħlijiet tal-konkrit

141

43.99.50.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta’ strutturi tal-azzar

142

43.99.60.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta’ strutturi tal-briks u tal-ġebel

143

43.99.70.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u t-twaqqif ta’ strutturi prefabbrikati

144

43.99.90.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet speċjalizzati oħrajn, m.k.b.

145

45.31.1

Servizzi kummerċjali ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi

146

45.32.1

Servizzi kummerċjali bl-imnut ta’ ħwienet speċjalizzati ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi

147

45.32.2

Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi

148

ex 45.40.10.0

Servizzi kummerċjali bl-ingrossa ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ ta’ parts u aċċessorji għall-muturi

149

ex 45.40.20.0

Servizzi kummerċjali bl-imnut ta’ ħwienet speċjalizzati ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ ta’ parts u aċċessorji għall-muturi

150

ex 45.40.30.0

Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ bl-imnut ta’ parts u aċċessorji għall-muturi


7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/60


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/560

tal-31 ta’ Marzu 2022

li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2022) 1891)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u partikolarment l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/354/UE (2) awtorizzat l-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qoton modifikat ġenetikament GHB614. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-awtorizzazzjoni jkopri wkoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti, għajr l-ikel u l-għalf li fihom jew li jikkonsistu mill-qoton ġenetikament modifikat GHB614, għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor għajr għall-kultivazzjoni.

(2)

Fit-22 ta’ April 2020, BASF SE, ibbażata fil-Ġermanja, f’isem BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka, issottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

(3)

Fis-7 ta’ Lulju 2021, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni xjentifika favorevoli (3) f’konformità mal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Ikkonkludiet li l-applikazzjoni għat-tiġdid ma kienx fiha evidenza ta’ xi perikli, esponimenti immodifikati jew inċertezzi xjentifiċi ġodda li kieku jibdlu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju oriġinali dwar il-qoton modifikat ġenetikament GHB614, adottata mill-Awtorità fl-2009 (4).

(4)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u l-preokkupazzjonijiet kollha mressqa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif previst fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, u li l-applikant issottometta, jaqbel mal-użi maħsuba tal-prodotti.

(6)

Fid-dawl ta’ dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li tiġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qoton modifikat ġenetikament GHB614 u ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minnu għal użi għajr għall-ikel jew għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

(7)

Ġie assenjat identifikatur uniku lill-qoton ġenetikament modifikat GHB614, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (5), fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni inizjali tagħha bid-Deċiżjoni 2011/354/UE. Jenħtieġ li l-identifikatur uniku jibqa’ jintuża.

(8)

Ma jidher li mhu meħtieġ l-ebda rekwiżit speċifiku tat-tikkettar għall-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni, għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qoton ġenetikament modifikat GHB614 jinżamm fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar ta’ tali prodotti, bl-eċċezzjoni tal-ikel u ingredjenti tal-ikel, ikollhom indikazzjoni ċara li ma humiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

(9)

Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (7).

(10)

L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu u għall-manipulazzjoni, inkluż rekwiżiti ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq rigward il-konsum tal-ikel u l-għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat GHB614, jew għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjenti u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(11)

Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti koperta b’din id-Deċiżjoni, tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf modifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Biosafety Clearing House lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(13)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu. Dan l-att ta’ implimentazzjoni tqies neċessarju u l-President ippreżentah quddiem il-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku

Il-qoton ġenetikament modifikat (Gossypium hirsutum) GHB614, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku BCS-GHØØ2-5, skont ir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta’ dawn il-prodotti li ġejjin hija mġedda f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5, li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu;

(b)

l-għalf li jkun fih il-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5, li jkun jikkonsisti minnu, jew li jkun magħmul minnu;

(c)

il-prodotti li jkun fihom il-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5, jew li jkunu jikkonsistu minnu, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qoton”.

2.   Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qoton ġenetikament modifikat jew li jikkonsistu minnu kif imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

Artikolu 4

Metodu tad-detezzjoni

Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5.

Artikolu 5

Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta r-rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mal-format stipulat fid-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 6

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, l-Istati Uniti tal-Amerka, irrappreżentat fl-Unjoni minn BASF SE — il-Ġermanja.

Artikolu 8

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 9

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, 100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932, l-Istati Uniti tal-Amerka, irrappreżentata fl-Unjoni minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, D-67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/354/UE tas-17 ta’ Ġunju 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qoton GHB614 (BCS-GHØØ2-5) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 90).

(3)  EFSA GMO Panel (EFSA Panel on Genetically Modified Organisms), 2021. Scientific Opinion on the assessment of genetically modified coton GHB614 for renewal authorisation under Regulation (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-RX-018). EFSA Journal 2021;19(7):6671, 12 pp.; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6671.

(4)  EFSA GMO Panel, 2009. Scientific Opinion of the Panel on Genetically Modified Organisms on an application (Reference EFSA-GMO-NL-2008-51) for the placing on the market of glyphosate tolerant genetically modified cotton GHB614, for food and feed uses, import and processing under Regulation (KE) Nru 1829/2003 from Bayer CropScience. EFSA Journal 2009;7(3):985, 24 pp.; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2009.985.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat- 13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


ANNESS

(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seeds US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932, L-Istati Uniti tal-Amerka

Rappreżentata fl-Unjoni minn: BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, D-67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.

(b)   Denominazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5, li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu;

(2)

l-għalf li jkun fih il-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5, li jkun jikkonsisti minnu, jew li jkun magħmul minnu;

(3)

prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qoton ġenetikament modifikata BCS-GHØØ2-5, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5 jesprimi l-ġene 2mEPSPS, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat.

(c)   Tikkettar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qoton”;

(2)

Fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1), għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

(d)   Metodu ta’ detezzjoni:

(1)

Metodu speċifiku għall-event għall-kwantifikazzjoni tal-qoton ġenetikament modifikat BCS-GHØØ2-5 bl-użu ta’ PCR f’ħin reali;

(2)

Validat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003,, ippubblikat fi http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx;

(3)

Materjal ta’ Referenza: AOCS 1108 u 0306 huma aċċessibli permezz tal-American Oil Chemists Society fis-sit https://aocs.org/tech/crm.

(e)   Identifikatur uniku:

BCS-GHØØ2-5

(f)   Informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

[In-numru tal-ID tar-Rekord taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].

(g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti:

Mhux meħtieġ.

(h)   Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]

(i)   Rekwiżiti tal-monitoraġġ wara l-introduzzjoni fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġ.

Nota: il-links għad-dokumenti relevanti għandhom imnejn ikollhom bżonn jiġu mmodifikati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati.


(1)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/66


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/561

tas-6 ta’ April 2022

dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tal-glikoalkalojdi fil-patata u fil-prodotti derivati mill-patata

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bord tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM) adotta valutazzjoni tar-riskju fl-2020 dwar il-glikoalkalojdi fl-għalf u fl-ikel, b’mod partikolari fil-patata u fil-prodotti derivati mill-patata (1).

(2)

Fil-bnedmin, l-effetti tossiċi akuti tal-glikoalkalojdi tal-patata (α-solanina u α-kakonina) jinkludu sintomi gastrointestinali bħal nawżja, rimettar u dijarea. Għal dawn l-effetti, il-Bord CONTAM identifika l-inqas livell ta’ effett avvers osservat (LOAEL) ta’ 1 mg ta’ glikoalkalojdi tal-patata totali/kg ta’ piż tal-ġisem (bw) kuljum bħala punt ta’ referenza għall-karatterizzazzjoni tar-riskju wara esponiment akut. Marġni ta’ espożizzjoni (MOE) ogħla minn 10 jindika li ma hemm l-ebda tħassib għas-saħħa. Dan il-MOE ta’ 10 iqis l-estrapolazzjoni minn LOAEL għal ebda effett avvers osservat (NOAEL) (fattur ta’ 3) u l-varjabbiltà interindividwali fit-tossikodinamika (fattur ta’ 3.2). Minħabba li l-istimi tal-esponiment akut f’ċerti xenarji ta’ esponiment irriżultaw f’MOE aktar baxx minn 10, dan jindika tħassib għas-saħħa.

(3)

Il-Bord CONTAM irrakkomanda li għandha tinġabar aktar data ta’ okkorrenza dwar il-glikoalkalojdi u l-aglikoni tagħhom fil-varjetajiet tal-patata disponibbli fis-suq, f’varjetajiet ġodda ta’ patata li jirriżultaw minn esperimenti ta’ tnissil u fi prodotti pproċessati tal-patata, inkluż ikel għat-trabi.

(4)

Prattiki agrikoli tajbin, kundizzjonijiet tajba ta’ ħżin u trasport u prattiki tajba ta’ manifattura jistgħu jnaqqsu l-preżenza tal-glikoalkalojdi fil-patata u fil-prodotti tal-patata pproċessati. Madankollu, trid tinġabar aktar informazzjoni dwar il-fatturi li jwasslu għal livelli relattivament għoljin ta’ glikoalkalojdi fil-patata u fil-prodotti tal-patata pproċessati sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-miżuri li għandhom jittieħdu biex tiġi evitata jew imnaqqsa l-preżenza tal-glikoalkalojdi f’dawn l-oġġetti tal-ikel. Huwa xieraq, jekk possibbli, li jiġu analizzati b’mod partikolari fil-prodotti tal-patata pproċessati wkoll il-prodotti ta’ degradazzjoni β- u γ- solanina u kakonina u l-aglikon solanidina, minħabba li dawn il-komposti għandhom l-istess tossiċità bħal α-solanina u α-kakonina.

(5)

Ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-glikoalkalojdi jridu jkunu affidabbli u komparabbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġu pprovduti struzzjonijiet dwar l-estrazzjoni tagħhom kif ukoll rekwiżiti għall-analiżi tagħhom. Peress li l-preżenza tal-glikoalkalojdi hija ogħla fil-patata mhux imqaxxra milli fil-patata mqaxxra, u ogħla fil-patata żgħira milli fil-patata akbar, huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni dwar dawn il-fatturi meta tiġi rrappurtata d-data tal-okkorrenza.

(6)

Biex jingħata parir dwar meta jkun xieraq li jiġu identifikati l-fatturi li jwasslu għal livelli relattivament għoljin ta’ glikoalkalojdi, huwa xieraq li jiġi stabbilit valur indikattiv għall-patata. Huwa wkoll xieraq li tinkiseb aktar informazzjoni dwar l-effetti tal-ipproċessar fuq il-livell ta’ glikoalkalojdi.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi rakkomandat il-monitoraġġ tal-glikoalkalojdi fil-prodotti tal-patata u fil-patata u l-identifikazzjoni tal-fatturi li jirriżultaw fil-livelli għoljin tagħhom, u li tinġabar aktar informazzjoni dwar l-effetti tal-ipproċessar fuq il-livell tal-glikoalkalojdi.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

L-Istati Membri bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jimmonitorjaw il-glikoalkalojdi α-solanina u α-kakonina fil-patata u fil-prodotti tal-patata. Jekk ikun possibbli, il-prodotti ta’ degradazzjoni β- u γ- solanina u kakonina u l-aglikon solanidina għandhom jiġu analizzati wkoll, b’mod partikolari fi prodotti tal-patata pproċessati.

(2)

Sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni enżimatika tal-α-kakonina b’mod partikolari meta tiġi analizzata l-patata nejja (mhux imqaxxra/imqaxxra), soluzzjoni ta’ 1 % aċidu formiku fil-metanol għandha tiżdied mal-patata fi proporzjon ta’ 1:2 (volum:piż) meta jitħalltu u jiġu omoġenizzati qabel l-estrazzjoni u t-tindif. Il-metodi ta’ analiżi rakkomandati huma kromatografija likwida b’detezzjoni ta’ fotodiode-array ultravjola (LC-UV-DAD) jew spettrometrija ta’ massa ta’ kromatografija likwida (LC-MS). Metodi oħra ta’ analiżi jistgħu jiġu applikati sakemm tkun disponibbli evidenza li turi li jiġġeneraw riżultati affidabbli għall-glikoalkalojdi individwali. Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) għad-determinazzjoni ta’ kull glikoalkalojd preferibbilment għandu jkun ta’ madwar 1 mg/kg u ma għandux ikun ogħla minn 5 mg/kg.

(3)

L-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, jenħtieġ li jwettqu investigazzjonijiet biex jidentifikaw il-fatturi li jwasslu għal livelli ogħla mil-livell indikattiv ta’ 100 mg/kg bħala s-somma ta’ α-solanina u α-kakonina fil-patata u fil-prodotti tal-patata pproċessata.

(4)

L-Istati Membri u l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jipprovdu lill-EFSA, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, id-data għas-sena ta’ qabel għall-kompilazzjoni f’bażi tad-data waħda f’konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-EFSA dwar id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) għall-Ikel u l-Għalf u r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali ta’ rappurtar tal-EFSA (2). Huwa importanti li għall-patata u l-prodotti tal-patata pproċessati jiġu rrappurtati l-varjetà u d-daqs tal-patata (il-piż medju tal-patata, b’mod partikolari għall-patata mhux imqaxxra), il-patata bikrija jew il-patata maħżuna (jiġifieri matura u/jew maħżuna fuq perjodu itwal ta’ żmien), il-post fejn ittieħdu l-kampjuni (il-produttur, il-bejgħ bl-ingrossa, il-bejgħ bl-imnut) u jekk il-patata tqaxxritx jew le (3).

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel tal-EFSA), 2020. Opinjoni Xjentifika — Valutazzjoni tar-riskju tal-glikoalkalojdi fl-għalf u fl-ikel, b’mod partikolari fil-patata u fil-prodotti derivati mill-patata. EFSA Journal 2020;18(8):6222, 190 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6222

(2)  https://www.efsa.europa.eu/en/call/call-continuous-collection-chemical-contaminants-occurrence-data-0

(3)  It-testijiet fuq l-effett tat-tqaxxir tal-kontenut tal-glikoalkalojdi għandhom isiru b’qaxxara (tal-patata).


Rettifika

7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/68


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 21 tal-31 ta’ Jannar 2022 )

Fil-paġna 181, l-Anness III, punt (f),

minflok:

“(f)

Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) u gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11) espressi bħala livell massimu tal-qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi::

Gamblu blu u aħmar

(Aristeus antennatus)

Żona::

Subżoni ġeografiċi 9-10-11

(ARA/GF9-11)

Spanja

0

 

 

Franza

9

 

 

Italja

250

 

 

Unjoni

259

 

 

TAC

Mhix rilevanti

 

Il-livell massimu tal-qabdiet

Speċi::

Gamblu aħmar kbir

(Aristaeomorpha foliacea)

Żona::

Subżoni ġeografiċi 8-9-10-11

(ARS/GF9-11)

Spanja

0

 

 

Franza

5

 

 

Italja

365

 

 

Unjoni

370

 

 

TAC

Mhix rilevanti

 

Il-livell massimu tal-qabdiet”,

aqra:

“(f)

Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) u gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (subżoni ġeografiċi 8-9-10-11) espressi bħala livell massimu tal-qabdiet f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi::

Gamblu blu u aħmar

(Aristeus antennatus)

Żona::

Subżoni ġeografiċi 8-9-10-11

(ARA/GF8-11)

Spanja

0

 

 

Franza

9

 

 

Italja

250

 

 

Unjoni

259

 

 

TAC

Mhix rilevanti

 

Il-livell massimu tal-qabdiet

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

(Aristaeomorpha foliacea)

Żona::

Subżoni ġeografiċi 8-9-10-11

(ARS/GF8-11)

Spanja

0

 

 

Franza

5

 

 

Italja

365

 

 

Unjoni

370

 

 

TAC

Mhix rilevanti

 

Il-livell massimu tal-qabdiet”.


7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/69


Rettifika għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(Tfassil mill-ġdid)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta’ Diċembru 2009 )

It-terminu “Solvibbiltà II” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “Solvenza II” fid-direttiva kollha.

It-terminu “rata tal-Ispejjeż tal-Kapital” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “rata tal-Kost tal-Kapital” fid-direttiva kollha.

It-terminu “Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza” fid-direttiva kollha.

It-termini “Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-solvibbiltà” u “Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà bażiku” għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu “Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza” fid-direttiva kollha.

It-termini “Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-grupp aggregat”, “Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà aggregat tal-grupp” u “Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà ta’ grupp aggregat” għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu “Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat” fid-direttiva kollha.

Fil-paġna 24, Artikolu 13(30):

minflok:

“(30)   “riskju ta’ assigurazzjoni” tfisser ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba preżunzjonijiet kemm ta’ pprezzar inadegwat kif ukoll ta’ proviżjon inadegwat;”,

aqra:

“(30)   “riskju ta’ assigurazzjoni” tfisser ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba preżunzjonijiet kemm ta’ pprezzar inadegwat kif ukoll ta’ suppożizzjonijiet għall-proviżjonament;”;

Fil-paġna 53, Artikolu 105(2)(b):

minflok:

“(b)

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba suppożizzjonijiet inadegwati ta’ pprezzar u proviżjon marbuta ma’ avvenimenti estremi jew eċċezzjonali (riskju ta’ katastrofi mhux tal-ħajja).”,

aqra:

“(b)

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba suppożizzjonijiet inadegwati ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew eċċezzjonali (riskju ta’ katastrofi mhux tal-ħajja).”;

Fil-paġna 53, Artikolu 105(3)(g):

minflok:

“(g)

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, li joħorġu mill-inċertezza sinifikanti ta’ suppożizzjonijiet dwar ipprezzar u proviżjon marbuta ma’ avvenimenti estremi jew irregolari (riskju ta’ katastrofi tal-ħajja);”,

aqra:

“(g)

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, li joħorġu mill-inċertezza sinifikanti ta’ ipprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew irregolari (riskju ta’ katastrofi tal-ħajja);”;

Fil-paġna 53, Artikolu 105(4)(ċ):

minflok:

“(ċ)

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba l-inċertezza sinifikanti ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet ta’ proviżjon marbuta ma’ tifqigħat ta’ epidemiji kbar, kif ukoll l-akkumulazzjoni mhux tas-soltu ta’ riskji f’ċirkostanzi estremi bħal dawn.”,

aqra:

“(c)

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba l-inċertezza sinifikanti ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ tifqigħat ta’ epidemiji kbar, kif ukoll l-akkumulazzjoni mhux tas-soltu ta’ riskji f’ċirkostanzi estremi bħal dawn.”.


7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/71


Rettifika għad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbilta’ speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 123 tas-17 ta’ Mejju 2003 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07 Volum 007 P. 286 – 305)

Fit-titolu fil-paġna tal-Werrej u fit-titolu fil-paġna 286:

minflok:

“Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbilta’ speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro”,

aqra:

“Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar ir-rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro”.

It-terminu “ħtiġiet speċifiċi ta’ l-istabbiltà” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà” fid-Direttiva kollha.

It-terminu “ħtiġiet ta’ l-istabbiltà” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “rekwiżiti tal-istabbiltà” fid-Direttiva kollha.


7.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/72


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 923/2012, ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 u r-Regolament (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tan-navigazzjoni tal-ajru, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-kwalità tad-data u s-sikurezza tar-runways u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 73/2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 104 tat-3 ta’ April 2020 )

F’paġna 26, fl-Anness III, il-punt (3)(a), fl-emendi għall-punt ATM/ANS.OR.A.085, il-punt (g), tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373,

minflok:

“(g)

jiżgura li l-informazzjoni elenkata fil-punt AIS.OR.505(a) tiġi pprovduta fi żmien debitu lill-fornitur tal-AIS;”,

aqra:

“(g)

jiżgura li l-informazzjoni elenkata fil-punt AIS.TR.505(a) tiġi pprovduta fi żmien debitu lill-fornitur tal-AIS;”;

F’paġna 109, fl-Anness III, il-punt (3)(b), fl-emendi għall-Appendiċi 1, fit-tabella “It-tipi ta’ data msemmija fil-kolonna 4 ‘Tip’”, fit-tieni kolonna tas-seba’ ringiela, tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373,

minflok:

“Valur angolari”,

aqra:

“Valur lineari”;

F’paġna 148, fl-Anness III, il-punt (5)(v), fl-emendi għall-Appendiċi 1, fit-tabella “Il-meded u r-riżoluzzjonijiet għall-elementi numeriċi inklużi fil-METAR”, fir-ringiela “Qagħda tar-runway”, tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373,

minflok:

“Qagħda tar-runway

Deżinjatur tar-runway: (mingħajr unitajiet)

01–36; 88; 99

1

Depożiti fuq ir-runway: (mingħajr unitajiet)

0–9

1

Firxa tal-kontaminazzjoni tar-runway: (mingħajr unitajiet)

1; 2; 5; 9

Fond tad-depożitu: (mingħajr unitajiet)

00-90; 92-99

1

Koeffiċjent ta’ frizzjoni/azzjoni ta’ bbrejkjar: (mingħajr unitajiet)

00-95; 99

1”,

aqra:

“Qagħda tar-runway

Deżinjatur tar-runway: (mingħajr unitajiet)

Depożiti fuq ir-runway: (mingħajr unitajiet)

Firxa tal-kontaminazzjoni tar-runway: (mingħajr unitajiet)

Fond tad-depożitu: (mingħajr unitajiet)

Koeffiċjent ta’ frizzjoni/azzjoni ta’ bbrejkjar: (mingħajr unitajiet)

—”

F’paġna 180, fl-Anness III, il-punt (6), fl-emendi għall-Subparti B, is-Sezzjoni 3, il-Kapitolu 1, il-punt AIS.TR.330 NOTAM, il-punt (b)(7) tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373,

minflok:

“(7)

użu tal-paraxut meta fi spazju tal-ajru mhux ikkontrollat skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR), u lanqas fi spazju tal-ajru f’siti promulgati jew fi ħdan żoni ta’ periklu jew ipprojbiti;”,

aqra:

“(7)

użu tal-paraxut meta fi spazju tal-ajru mhux ikkontrollat skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR), jew fi spazju tal-ajru f’siti promulgati jew fi ħdan żoni ta’ periklu jew ipprojbiti;”;

F’paġna 197, fl-Anness III, il-punt (6), fl-emendi għall-Appendiċi 1, il-Parti 1, it-titolu tal-punt GEN 3.4, tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373,

minflok:

GEN 3.4 Servizzi ta’ komunikazzjoni”,

aqra:

GEN 3.4 Servizzi ta’ komunikazzjoni u ta’ navigazzjoni”.