ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
6 ta' April 2022


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/542 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u (UE) 2020/285 fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

1

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/543 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2008/118/KE u (UE) 2020/262 fir-rigward tal-ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż

13

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/544 tal-4 ta’ April 2022 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova

16

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati, u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament ( 1 )

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/546 tal-31 ta’ Marzu 2022 li jagħlaq, b’mod temporanju, l-istaġun tas-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/547 tal-5 ta’ April 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2022/548 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2022 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza — EGF/2021/007 FR/Selecta

76

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni

78

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/550 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li tistabbilixxi l-limiti għall-iskart tal-merkurju, f’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dik il-Konvenzjoni

80

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/551 tal-4 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/85 dwar l-ekwivalenza għar-rekwiżiti tal-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti tal-Amerika għal kontropartijiet ċentrali li huma awtorizzati u ssorveljati mill-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti ( 1 )

82

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/552 tal-4 ta’ April 2022 li tiddetermina li l-boroż tat-titoli nazzjonali tal-Istati Uniti tal-Amerika rreġistrati mas-Securities and Exchange Commission jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi ( 1 )

85

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/553 tal-5 ta’ April 2022 dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tat-tossini tal-Alternaria fl-ikel

90

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2022/542

tal-5 ta’ April 2022

li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u (UE) 2020/285 fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-regoli dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kif inhuma previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) għandhom l-għan li jippreservaw il-funzjonament tas-suq intern u li jevitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Dawk ir-regoli tfasslu aktar minn għoxrin sena ilu abbażi tal-prinċipju tal-oriġini. Fil-komunikazzjonijiet tagħha tas-7 ta’ April 2016 dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Iż-żmien biex niddeċiedu, u tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar is-segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Wasal iż-żmien li naġixxu, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li taġġusta dawk ir-regoli għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju f’merkanzija bejn l-Istati Membri li tkun ibbażata fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(2)

B’sistema fejn il-provvista ta’ merkanzija u servizzi tkun intaxxata fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, il-fornituri ma jieħdu l-ebda benefiċċju jekk ikunu stabbiliti fi Stat Membru li jkollu rati aktar baxxi tal-VAT. B’sistema bħal din, diversità akbar fir-rati tal-VAT ma tfixkilx il-funzjonament tas-suq intern u lanqas toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. F’dawk iċ-ċirkostanzi jkun xieraq li tingħata aktar flessibilità lill-Istati Membri fl-iffissar tar-rati.

(3)

Il-merkanzija u s-servizzi eliġibbli għal rati mnaqqsa jenħtieġ li jimmiraw li jkunu ta’ benefiċċju lill-konsumatur finali u jsegwu objettivi ta’ interess ġenerali. Sabiex tiġi evitata kumplessità bla bżonn u żieda sussegwenti fl-ispejjeż tan-negozju, b’mod partikolari għall-kummerċ intra-Komunitarju, ladarba l-Istati Membri jagħżlu tali merkanzija u servizzi kif xieraq, ir-rati mnaqqsa normalment ikunu applikabbli tul il-katina kummerċjali kollha.

(4)

Il-qafas legali li jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa jenħtieġ li jkun ġeneralment koerenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni bħar-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw rati mnaqqsa għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħhom, huwa xieraq li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi meqjusa bħala essenzjali biex tiġi appoġġata l-provvista tal-kura tas-saħħa u biex jiġu kkumpensati u jingħelbu d-diżabbiltajiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jikkontribwixxu għal ekonomija newtrali għall-klima u ekoloġika billi japplikaw rati mnaqqsa fuq provvisti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent filwaqt li, fl-istess ħin, iħejju t-tneħħija gradwali tat-trattament preferenzjali eżistenti ta’ provvisti li jagħmlu ħsara lill-ambjent.

(5)

L-Istati Membri kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod ugwali u għalhekk jenħtieġ li jingħataw l-istess possibbiltajiet biex japplikaw rati mnaqqsa, li madankollu jenħtieġ li tibqa’ eċċezzjoni għar-rata standard. Tali trattament ugwali jista’ jinkiseb billi l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu japplikaw għall-merkanzija u s-servizzi eliġibbli, f’limiti definiti, massimu ta’ żewġ rati mnaqqsa ta’ minimu ta’ 5 %, rata mnaqqsa inqas mill-minimu ta’ 5 % u eżenzjoni bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input.

(6)

B’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ rati mnaqqsa għal raġunijiet baġitarji u l-prinċipju ta’ trattament ugwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw rati mnaqqsa mhux inqas mill-minimu ta’ 5 % għall-provvista ta’ merkanzija jew servizzi koperti għal massimu ta’ 24 punt fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE. Għall-istess raġunijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li japplikaw rata mnaqqsa aktar baxxa mill-minimu ta’ 5 % u eżenzjoni bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input, iżda biss għall-provvista ta’ merkanzija jew servizzi koperti għal massimu ta’ seba’ punti fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE li huma jkunu għażlu fost il-provvista ta’ merkanzija u s-servizzi kkunsidrati biex ikopru l-ħtiġijiet bażiċi, jiġifieri dawk relatati mal-provvista ta’ ikel, ilma, mediċini, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tas-saħħa u l-iġjene, it-trasport ta’ persuni u ċerti oġġetti kulturali (kotba, gazzetti u perjodiċi), jew fost provvisti oħra ta’ merkanzija u servizzi elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE li għalihom Stati Membri oħra japplikaw rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu ta’ 5 % jew eżenzjonijiet bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input, sakemm huma jirrispettaw l-iskadenzi applikabbli. Huwa xieraq li l-Istati Membri li diġà qed japplikaw tali rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet jingħataw iż-żmien meħtieġ biex jadattaw għal dawk il-limiti.

(7)

Huwa xieraq li jiġu inklużi pannelli solari fost dawk is-seba’ punti f’konformità mal-impenji ambjentali tal-Unjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni u mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll biex l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jippromwovu l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli anke permezz ta’ rati mnaqqsa tal-VAT. Sabiex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u biex titrawwem l-awtosuffiċjenza tal-Unjoni fir-rigward tal-enerġija, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew itejbu l-aċċess tal-konsumaturi finali għal sorsi ta’ enerġija ekoloġiċi.

(8)

L-eżerċizzju ta’ kwalunkwe waħda minn dawk l-għażliet t minn Stat Membru jenħtieġ li jinftiehem bħala li jikkostitwixxi miżura inkorporata fil-loġika tas-sistema tar-rati tal-VAT, u adottata għal raġunijiet soċjali definiti b’mod ċar għall-benefiċċju tal-konsumatur finali jew fl-interess ġenerali.

(9)

Flimkien mar-regoli ġenerali dwar ir-rati tal-VAT, hemm għadd ta’ derogi eżistenti li jippermettu lil ċerti Stati Membri japplikaw rati aktar baxxi. Dawk ir-rati aktar baxxi huma ġġustifikati minn karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi jew minn raġunijiet soċjali li huma għall-benefiċċju tal-konsumatur finali jew li huma fl-interess ġenerali. Rati aktar baxxi bħal dawn jistgħu jkunu rilevanti għal Stati Membri oħra. F’konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali, huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista għażla, miftuħa għall-Istati Membri kollha, li jiġu applikati rati aktar baxxi għall-istess merkanzija u servizzi bħal dawk li għalihom japplikaw rati aktar baxxi fi Stati Membri oħra u taħt l-istess kondizzjonijiet. Sabiex jikkonformaw mal-limitu ta’ seba’ punti ta’ hawn fuq, l-Istati Membri li kienu qed japplikaw tali rati aktar baxxi għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi koperti għal aktar minn seba’ punti fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE, fl-1 ta’ Jannar 2021 jenħtieġ li jillimitaw l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa li huma inqas mill-minimu ta’ 5 % u l-għoti ta’ eżenzjonijiet bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi koperti għal seba’ punti fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE sal-1 ta’ Jannar 2032 jew saż-żmien tal-adozzjoni tal-arranġamenti definittivi, skont liema jiġi l-ewwel. Dawk l-emendi msemmija ma jaffettwawx l-arranġamenti għal derogi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mingħajr id-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input mogħtija fl-Anness X għad-Direttiva 2006/112/KE.

(10)

Barra minn hekk, għadd ta’ derogi oħra bħalissa jippermettu lil ċerti Stati Membri japplikaw rati mnaqqsa mhux inqas minn 12 % għal merkanzija u servizzi mhux elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE. Minħabba l-prossimità f’termini tal-livell ta’ dawk ir-rati mnaqqsa għar-rata standard u f’konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali, huwa xieraq li tiġi prevista għażla, miftuħa għall-Istati Membri kollha, li jiġu applikati rati mnaqqsa mhux inqas minn 12 % għall-istess merkanzija u servizzi bħal dawk li għalihom jiġu applikati rati mnaqqsa ta’ mhux inqas minn 12 % fi Stati Membri oħra u taħt l-istess kondizzjonijiet.

(11)

Jenħtieġ li Stati Membri oħra jkunu jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ mhux inqas minn 12 % fuq provvisti ta’ merkanzija u servizzi mhux elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE u rati mnaqqsa ta’ inqas minn 5 % u eżenzjonijiet bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input fuq provvista ta’ merkanzija u servizzi koperti għal kwalunkwe punt tal-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE minbarra l-punti (1) sa (6) u (10c), sakemm jiġu rispettati l-istruttura tar-rati tal-VAT prevista f’din id-Direttiva u l-kondizzjonijiet korrispondenti applikati mill-Istati Membri b’rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021. Dawk l-Istati Membri l-oħra jenħtieġ li jinkludu Stati Membri li attwalment japplikaw rati mnaqqsa u eżenzjonijiet bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input u jixtiequ japplikaw rati mnaqqsa mhux aktar baxxi minn 12 % fuq il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi mhux elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE, rati mnaqqsa ta’ inqas minn 5 % jew eżenzjonijiet bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input fuq provvisti oħra ta' merkanzija u servizzi minbarra dawk li huma japplikaw bħalissa.

(12)

L-Istati Membri li kienu qed japplikaw rati mnaqqsa jew kienu qed jagħtu eżenzjonijiet bid-dritt li jnaqqsu l-VAT tal-input abbażi ta’ derogi fl-1 ta’ Jannar 2021 jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kumitat tal-VAT id-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet ewlenin tad-derogi fil-liġi nazzjonali tagħhom applikati fl-1 ta’ Jannar 2021 u li l-aċċess għalihom ser jinfetaħ għal Stati Membri oħra. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jkun hemm aċċess ugwali għal dawk id-derogi għall-Istati Membri kollha, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri kkonċernati sal-iskadenza stabbilita, il-Kummissjoni ser tħejji u tqassam lill-Istati Membri kollha lista sħiħa tal-merkanzija u s-servizzi li għalihom jiġu applikati tali rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet minnufih wara li tirċievi dik l-informazzjoni. Il-konformità mill-Istati Membri mal-iskadenza għall-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess ugwali għad-derogi.

(13)

Abbażi tal-informazzjoni mqassma mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw rati mnaqqsa u eżenzjonijiet bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input fuq il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi li fuqhom Stati Membri oħra japplikaw tali rati u eżenzjonijiet, dment li jiġu applikati rati mnaqqsa u eżenzjonijiet bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikabbli fl-Istati Membri li diġà japplikaw dawk ir-rati u l-eżenzjonijiet. Għall-eżerċizzju ta’ dawk l-għażliet, l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw regoli dettaljati u jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet adottati lill-Kumitat tal-VAT. Abbażi ta’ dik il-komunikazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Kunsill b’lista komprensiva li tindika l-merkanzija u s-servizzi li l-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsa u eżenzjonijiet għalihom bid-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input.

(14)

Meta titqies il-ħtieġa li tiġi modernizzata u aġġornata l-lista ta’ merkanzija u servizzi eliġibbli għal rati mnaqqsa, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata biex tippermetti l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa għal objettivi speċifiċi tal-politika soċjali, biex tiġi żgurata ċ-ċarezza, u biex jittieħed kont tal-prinċipju tan-newtralità, jiġifieri, billi jiġi żgurat l-istess trattament, f’termini ta’ rati tal-VAT, għall-kiri jew il-lokazzjoni u l-provvista ta’ ċertu merkanzija.

(15)

Sabiex l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn l-użu ta’ sistemi tat-tisħin li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u f’konformità mal-impenji ambjentali tal-Unjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni, il-possibbiltà għall-Istati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa fuq il-provvista u l-installazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin b’emissjonijiet baxxi u effiċjenti ħafna li jissodisfaw il-kriterji tal-leġiżlazzjoni ambjentali jenħtieġ li tiġi inkluża fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE.

(16)

Id-diġitalizzazzjoni għandha rwol ewlieni fil-ħolqien tal-valur u fit-trawwim tal-kompetittività. L-Indiċi tal-Ekonomija u tas-Soċjetà Diġitali jkejjel u jikklassifika l-prestazzjoni diġitali tal-Istati Membri abbażi ta’ indikaturi predefiniti, li juru diskrepanzi sinifikanti fl-iżvilupp diġitali. Sabiex tingħeleb il-kopertura fqira tas-servizzi tal-aċċess għall-Internet u bil-ħsieb li jiġi promoss l-iżvilupp tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw rata mnaqqsa għal servizzi bħal dawn. L-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa għas-servizzi tal-aċċess għall-Internet jenħtieġ li tkun imfassla għall-objettivi stabbiliti fil-politika nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni u, għaldaqstant, limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), is-servizzi tal-aċċess għall-Internet jipprovdu konnettività iżda ma jestendux għall-kontenut ipprovdut permezz tal-Internet.

(17)

Barra minn hekk, fid-dawl tat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jipprevedu l-istess trattament għall-attivitajiet, inkluż avvenimenti, li jixxandru bi streaming dirett bħal dawk li, meta wieħed jattendi għalihom fiżikament, ikunu eliġibbli għal rati mnaqqsa.

(18)

Sabiex tiġi żgurata tassazzjoni fl-Istat Membru tal-konsum, huwa meħtieġ li s-servizzi kollha li jistgħu jiġu fornuti lil klijent b’mezzi elettroniċi jkunu taxxabbli fil-post fejn ikun stabbilit il-klijent, fejn ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu modifikati r-regoli li jirregolaw il-post tal-provvista tas-servizzi relatati ma’ tali attivitajiet.

(19)

Sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fil-każ ta’ organizzazzjonijiet iddedikati għall-benesseri soċjali huma l-attività ġenerali u l-objettivi tal-organizzazzjoni kollha kemm hi, indipendentement mill-benefiċjarju finali tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, li jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġu vvalutati r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa.

(20)

Barra minn hekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata sabiex tippermetti l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa f’għadd limitat ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi għal raġunijiet soċjali, għall-benefiċċju tal-konsumatur finali u biex jintlaħaq objettiv ta’ interess ġenerali. Għalhekk, il-lista ta’ merkanzija u servizzi eliġibbli għal rati mnaqqsa fl-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi estiża biex tinkludi għadd limitat ta’ derogi eżistenti bħal dawn.

(21)

Il-pandemija tal-COVID-19 uriet li hemm bżonn li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi adattata biex il-qafas legali jkun lest biex jindirizza kriżijiet futuri u, għalhekk, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr għal ċirkostanzi eċċezzjonali bħal pandemiji, kriżijiet umanitarji u diżastri naturali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni biex japplikaw eżenzjoni mill-VAT fuq merkanzija importata għall-benefiċċju ta’ vittmi ta’ diżastri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw, taħt l-istess kondizzjonijiet, eżenzjoni bid-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input fir-rigward ta’ akkwisti intra-Komunitarji u provvisti domestiċi ta’ dik il-merkanzija u ta’ servizzi relatati ma’ tali merkanzija, lill-korpi eliġibbli għalihom biex ikunu jistgħu jgħinu lill-vittmi ta’ tali diżastri. Jekk il-kondizzjonijiet għall-eżenzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati, il-forniment ta’ tali merkanzija u servizzi jenħtieġ li jkun soġġett għall-VAT.

(22)

Minħabba li l-objettivi ewlenin ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-aġġornament tal-lista ta’ merkanzija u servizzi eliġibbli għal rati mnaqqsa u l-istabbiliment tar-raġunijiet biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom aċċess ugwali għall-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-limitazzjonijiet eżistenti, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(23)

Id-Direttiva 2006/112/KE ġiet emendata mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 (6). Minħabba l-istruttura differenti tar-rati tal-VAT prevista f’din id-Direttiva, ir-referenzi fid-Direttiva (UE) 2020/285 jeħtieġ li jiġu emendati.

(24)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (7), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

(25)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttivi 2006/112/KE u (UE) 2020/285 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 53, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-ammissjoni għall-avvenimenti msemmija fl-ewwel paragrafu fejn l-attendenza tkun virtwali.”;

(2)

fl-Artikolu 54(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn is-servizzi u s-servizz anċillari huma relatati ma’ attivitajiet li jixxandru jew li jkunu magħmula disponibbli virtwalment, il-post tal-provvista għandu, madankollu, ikun il-post fejn il-persuna mhux taxxabbli hija stabbilita, għandha l-indirizz permanenti tagħha jew normalment tirrisjedi.”;

(3)

fl-Artikolu 59a, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, in-nontassazzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tas-servizzi li l-post tal-provvista tagħhom hu rregolat mill-Artikoli 44 u 45, Artikolu 54 (1), it-tieni subparagrafu, u Artikoli 56, 58 u 59:”;

(4)

fl-Artikolu 81, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1993, ma kinux qed jagħmlu użu mill-għażla skont l-Artikolu 98 li japplikaw rata mnaqqsa jistgħu, jekk jagħmlu użu mill-għażla skont l-Artikolu 89, jipprevedu li fir-rigward tal-provvista ta’ xogħlijiet tal-arti, kif imsemmija fl-Anness III, punt (26), l-ammont taxxabli għandu jkun daqs frazzjoni tal-ammont iddeterminat f’konformità mal-Artikoli 73, 74, 76, 78 u 79.”;

(5)

L-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rata applikabbli għall-importazzjoni ta’ merkanzija għandha tkun dik applikata għall-provvista ta’ merkanzija simili fit-territorju tal-Istat Membru.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri li japplikaw rata standard għall-provvista ta’ xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet elenkati fl-Anness IX, il-Partijiet A, B u C, jistgħu japplikaw rata mnaqqsa kif previst fl-Artikolu 98(1), l-ewwel subparagrafu, għall-importazzjoni ta’ dik il-merkanzija fit-territorju tal-Istat Membru.”;

(6)

L-Artikolu 98 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 98

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw massimu ta’ żewġ rati mnaqqsa.

Ir-rati mnaqqsa għandhom jiġu ffissati bħala persentaġġ tal-ammont taxxabbli, li m’għandux ikun inqas minn 5 % u għandhom japplikaw biss għal provvisti tal-kategoriji ta’ merkanzija u servizzi speċifikati fl-Anness III.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-rati mnaqqsa għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi koperti għal massimu ta’ 24 punt fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri jistgħu, flimkien maż-żewġ rati mnaqqsa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw rata mnaqqsa aktar baxxa mill-minimu ta’ 5 % u eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti għal provvisti ta’ merkanzija jew servizzi koperti għal massimu ta’ seba’ punti fl-Anness III.

Ir-rata mnaqqsa aktar baxxa mill-minimu ta’ 5 % u l-eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju ta’ qabel l-adeżjoni jistgħu jiġu applikati biss għall-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi koperti fil-punti li ġejjin tal-Anness III:

(a)

il-punti (1) sa (6) u (10c);

(b)

kwalunkwe punt ieħor tal-Anness III li jaqa’ taħt l-għażliet previsti fl-Artikolu 105a(1).

Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 105a(1), it-tieni subparagrafu, għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt l-Anness III, punt (10).

L-Istati Membri li japplikaw, fl-1 ta’ Jannar 2021, rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu ta’ 5 % jew li jagħtu eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju ta’ qabel għal provvista ta’ merkanzija jew servizzi koperti f’aktar minn seba’ punti fl-Anness III, għandhom jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rati mnaqqsa jew l-għotja ta’ dawk l-eżenzjonijiet biex jikkonformaw mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-1 ta’ Jannar 2032 jew sal-adozzjoni tal-arranġamenti definittivi msemmija fl-Artikolu 402, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeterminaw għal liema provvisti ta’ merkanzija jew servizzi ser ikomplu japplikaw dawk ir-rati mnaqqsa jew jagħtu dawk l-eżenzjonijiet.

3.   Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal servizzi pprovduti elettronikament, ħlief għal dawk elenkati fl-Anness III, punti (6), (7), (8) u (13).

4.   Meta japplikaw ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw in-Nomenklatura Magħquda jew il-klassifikazzjoni statistika tal-prodotti skont l-attività, jew it-tnejn, biex jistabbilixxu l-kopertura preċiża tal-kategorija kkonċernata.”;

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 98a

Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 98(1) u (2) ma għandhomx japplikaw għal provvisti ta’ xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet li għalihom qed jiġu applikati l-arranġamenti speċjali tat-Titolu XII, Kapitolu 4.”;

(8)

L-Artikolu 99 jitħassar.

(9)

L-Artikolu 100 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 100

Sal-31 ta’ Diċembru 2028 u kull ħames snin minn din id-data, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Kunsill dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness III, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa, fejn meħtieġ.”;

(10)

L-Artikolu 101 jitħassar;

(11)

fit-Titlu VIII, Kapitolu 2, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

Taqsima 2a

Sitwazzjonijiet eċċezzjonali

Artikolu 101a

1.   Fejn tkun ingħatat awtorizzazzjoni lil Stat Membru mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 53, l-ewwel paragrafu, tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE (*1) biex tiġi applikata eżenzjoni fuq merkanzija importati għall-benefiċċju ta’ vittmi ta’ diżastri, dak l-Istat Membru jista’ jagħti eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti taħt l-istess kondizzjonijiet, fir-rigward tal-akkwisti intra-Komunitarji u l-provvista ta’ dik il-merkanzija u servizzi relatati ma’ tali merkanzija, inkluż servizzi ta’ kiri.

2.   Stat Membru li jixtieq japplika l-miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandu jinforma lill-Kumitat tal-VAT.

3.   Meta merkanzija jew servizzi akkwistati mill-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw mill-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jintużaw għal finijiet oħra għajr dawk previsti fit-Titolu VIII, Kapitolu 4, tad-Direttiva 2009/132/KE, l-użu ta’ tali merkanzija jew servizzi għandu jkun soġġett għall-VAT skont il-kondizzjonijiet applikabbli fil-mument meta l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ma jibqgħux issodisfati.”;

(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5).”;"

(12)

L-Artikoli 102 u 103 jitħassru;

(13)

L-Artikolu 104 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 104

1.   L-Awstrija tista’, fil-komuni ta’ Jungholz u Mittelberg (Kleines Walsertal), tapplika it-tieni rata normali li tkun aktar baxxa mir-rata korrispondenti applikata fil-kumplament tal-Awstrija imma mhux anqas minn 15 %.

2.   Il-Greċja tista’ tapplika rati sa 30 % aktar baxxi mir-rati korrispondenti applikati fil-Greċja kontinentali fid-dipartimenti ta’ Lesbos, Chios, Samos, id-Dodecanese u s-Cyclades, u fuq il-gżejjer ta’ Thassos, l-Isporades tat-Tramuntana, Samothrace u Skiros.

3.   Il-Portugall jista’, fil-każ tat-tranżazzjonijiet imwettqa fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira u fil-każ tal-importazzjoni diretta f’dawk ir-reġjuni, japplika rati aktar baxxi minn dawk li japplikaw fil-pajjiż kontinentali.

4.   Il-Portugall jista’ japplika waħda miż-żewġ rati mnaqqsa previsti fl-Artikolu 98(1) għan-nollijiet fuq il-pontijiet fiż-żona ta’ Lisbona.”;

(14)

Artikoli 104a u 105 jitħassru;

(15)

jiddaħħalu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 105a

1.   L-Istati Membri li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, fl-1 ta’ Jannar 2021, kienu qed japplikaw rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 98(1) jew kienu qed jagħtu eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, għall-provvista tal-merkanzija jew is-servizzi elenkati fil-punti minbarra l--Anness III, punti (1) sa (6) u (10c), jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 98(2), ikomplu japplikaw dawk ir-rati mnaqqsa jew jagħtu dawk l-eżenzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, fl-1 ta’ Jannar 2021, kienu qed japplikaw rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 98(1) għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw akkomodazzjonijiet li ma jkunux parti minn politika soċjali, jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 98(2), ikomplu japplikaw dawk ir-rati mnaqqsa.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumitat tal-VAT it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet relatati mal-Artikolu 98(2), it-tieni subparagrafu, punt (b), mhux aktar tard mis-7 ta’ Lulju 2022.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 98(1), jew eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jistgħu jiġu applikati minn Stati Membri oħra, f’konformità mal-Artikolu 98(2), l-ewwel subparagrafu, għall-istess provvisti ta’ merkanzija jew servizzi bħal dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2021 fl-Istati Membri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.

2.   L-Istati Membri li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, fl-1 ta’ Jannar 2021, kienu qed japplikaw rati mnaqqsa aktar baxxi minn 12 %, inkluż rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 98(1), jew kienu qed jagħtu eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, għall-provvista ta’ merkanzija jew servizzi għajr dawk elenkati fl-Anness III, jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 98(1) u (2), ikomplu japplikaw dawk ir-rati mnaqqsa jew jagħtu dawk l-eżenzjonijiet sal-1 ta’ Jannar 2032 jew sal-adozzjoni tal-arranġamenti definittivi msemmija fl-Artikolu 402, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, fl-1 ta’ Jannar 2021, kienu qed japplikaw rati mnaqqsa ta’ mhux inqas minn 12 % għall-provvista ta’ merkanzija jew servizzi għajr dawk elenkati fl-Anness III, jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 98(1), l-ewwel subparagrafu, ikomplu japplikaw dawk ir-rati mnaqqsa, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumitat tal-VAT it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu mhux aktar tard mis-7 ta’ Lulju 2022.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, rati mnaqqsa ta’ mhux inqas minn 12 % jistgħu jiġu applikati minn Stati Membri oħra, f’konformità mal-Artikolu 98(1), l-ewwel subparagrafu, għall-istess provvista ta’ merkanzija jew servizzi bħal dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li jibdew japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2021 fl-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

4.   B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, ir-rati mnaqqsa jew l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fuq il-fjuwils fossili, oġġetti oħra b’impatt simili fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bħall-pit, u l-injam użat bħala ħatab għan-nar għandhom jieqfu japplikaw sal-1 ta’ Jannar 2030. Ir-rati mnaqqsa jew l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fuq il-pestiċidi kimiċi u l-fertilizzanti kimiċi għandhom jieqfu milli japplikaw sal-1 ta’ Jannar 2032.

5.   L-Istati Membri li, f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 105b, jixtiequ japplikaw ir-rati mnaqqsa ta’ mhux inqas minn 12 %, ir-rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 98(1), jew l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, sas-7 ta’ Ottubru 2023, għandhom jadottaw ir-regoli dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ dawk l-opzjonijiet. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kumitat tal-VAT it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw.

6.   Sal-1 ta’ Lulju 2025, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport b’lista komprensiva li tindika l-merkanzija u s-servizzi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 105b li għalihom japplikaw ir-rati mnaqqsa fl-Istati Membri, inkluż ir-rati mnaqqsa aktar baxxi mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 98(1), jew l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti.

Artikolu 105b

L-Istati Membri li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, fl-1 ta’ Jannar 2021, kienu qed japplikaw rati mnaqqsa mhux inqas mill-minimu ta’ 5 % għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw akkomodazzjoni li ma tkunx parti minn politika soċjali, jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 98(1), l-ewwel subparagrafu, ikomplu japplikaw dawk ir-rati mnaqqsa. F’każ bħal dan, ir-rati mnaqqsa li jiġu applikati għal tali tranżazzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2042 ma għandhiex tkun inqas minn 12 %.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumitat tal-VAT it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa msemmija fl-ewwel subparagrafu mhux aktar tard mis-7 ta’ Lulju 2022.

Rata mnaqqsa ta’ mhux inqas minn 12 % tista’ tiġi applikata minn Stati Membri oħra, f’konformità mal-Artikolu 98(1), ewwel subparagrafu, għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li jibdew japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2021 fl-Istati Membri msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-Artikolu 98(1), it-tielet subparagrafu, it-tranżazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt l-Anness III, punt (10).”;

(16)

fit-Titolu VIII, il-Kapitolu 4 jitħassar;

(17)

L-Artikoli 123, 125, 128 u 129 jitħassru;

(18)

fl-Artikolu 221, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jeħilsu persuni taxxabbli mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 220(1) jew fl-Artikolu 220a li joħorġu fattura fir-rigward ta’ provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li jkunu għamlu fit-territorju tagħhom u li jkunu eżentati, bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jew mingħajrha, skont l-Artikolu 98(2), l-Artikoli 105a u 132, l-Artikolu 135(1), punti (h) sa (l), l-Artikoli 136, 371, 375, 376 u 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) u l-Artikoli 380 sa 390c.”;

(19)

fl-Artikolu 288, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li huma eżentati, bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, skont l-Artikolu 98(2) jew l-Artikolu 105a;”;

(20)

fl-Artikolu 316, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   F’każ li ma tkun ġiet applikata l-ebda rata mnaqqsa fuq ix-xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet ikkonċernati forniti lil jew impurtati min-negozjant taxxabbli, l-Istati Membri għandhom jagħtu lin-negozjanti taxxabbli d-dritt li jagħżlu li japplikaw l-iskema ta’ marġni għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-provvista ta’ xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, li n-negozjant taxxabbli jkun importa huwa stess;

(b)

il-provvista ta’ xogħlijiet tal-arti pprovduti lin-negozjant taxxabbli mill-awturi tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu;

(c)

il-provvista ta’ xogħlijiet tal-arti pprovduti lin-negozjant taxxabbli minn persuna taxxabbli li ma tkunx negozjant taxxabbli.”;

(21)

fl-Artikolu 387, il-punt (c) jitħassar;

(22)

fl-Anness III, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Lista ta’ provvista ta’ merkanzija u servizzi li għalihom jistgħu japplikaw ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjoni bit-tnaqqis tal-VAT msemmija fl-Artikolu 98”;

(23)

L-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva (UE) 2020/285

Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2020/285, il-punt (15) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(15)

l-Artikolu 288 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 288

1.   Il-fatturat annwali li jservi bħala referenza għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 284 għandu jikkonsisti mill-ammonti li ġejjin, mingħajr VAT:

(a)

il-valur tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi, sakemm dawn ikunu ntaxxati li kieku kienu pprovduti minn persuna taxxabbli mhux eżentata;

(b)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li huma eżentati, bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, skont l-Artikolu 98(2) jew l-Artikolu 105a;

(c)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li huma eżentati skont l-Artikoli 146 sa 149 u l-Artikoli 151, 152 u 153;

(d)

il-valur tat-tranżazzjonijiet li huma eżentati skont l-Artikolu 138 fejn tapplika l-eżenzjoni prevista f’dak l-Artikolu;

(e)

il-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli, it-tranżazzjonijiet finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 135(1), punti (b) sa (g), u s-servizzi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux tranżazzjonijiet anċillari.

2.   d-disponimenti tal-assi kapitali tanġibbli jew intanġibbli ta’ persuna taxxabbli ma għandhomx jitqiesu għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-fatturat imsemmi fil-paragrafu 1.”;”.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, il-punti (1), (2), (5), (7), (12) fir-rigward tat-tħassir tal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2006/112/KE, u (20) u l-Artikolu 2.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2025.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-Anness III, il-punti (7) u (13), relatati mal-aċċess għal streaming dirett ta’ avvenimenti jew żjarat koperti minn dawk il-punti, u l-punt (26), tad-Direttiva 2006/112/KE, elenkati fl-Anness għal din id-Direttiva, mill-1 ta’ Jannar 2025.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Artikolu 4

Rieżami

Abbażi ta’ valutazzjoni tal-possibbiltà li jintużaw soluzzjonijiet li jibqgħu validi għall-futur li jkunu adattati għall-era diġitali u allinjati mal-objettiv ta’ sistema tal-VAT ibbażata fuq id-destinazzjoni, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva biex temenda d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva sa fejn hija kkonċernata l-iskema ta’ marġni stipulata fit-Titolu XII, Kapitolu 4, tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  Opinjoni tad-9 ta’ Marzu 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 35.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (ĠU L 62, 2.3.2020, p. 13).

(7)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

L-Anness III għad-Direttiva 2006/112/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punti (3) sa(8) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(3)

prodotti farmaċewtiċi użati għal skopijiet mediċi u veterinarji, inkluż prodotti użati għall-kontraċezzjoni u għall-protezzjoni sanitarja tan-nisa, u prodotti assorbenti tal-iġjene;

(4)

tagħmir, apparat, dispożittivi, oġġetti, għajnuniet u tagħmir protettiv mediċi, inkluż maskri għall-protezzjoni tas-saħħa, normalment maħsuba biex jintużaw fil-kura tas-saħħa jew biex jintużaw mill-persuni b’diżabbiltà, oġġetti essenzjali biex jikkumpensaw għal diżabbiltà jew jegħlbuha, kif ukoll l-adattament, it-tiswija, il-kiri u l-lokazzjoni ta’ dawn l-oġġetti;

(5)

it-trasport ta’ passiġġieri u t-trasport ta’ oġġetti li jkollhom magħhom, bħal bagalji, roti, inkluż roti elettriċi, vetturi bil-mutur jew vetturi oħra, jew il-provvista ta’ servizzi relatati mat-trasport tal-passiġġieri;

(6)

il-provvista, inkluż b’self mil-libreriji, ta’ kotba, gazzetti u rivisti jew fuq mezzi ta’ appoġġ fiżiku jew ipprovduti elettronikament, jew it-tnejn, (inkluż opuskoli, fuljetti u oġġetti simili stampati, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f’forma ta’ manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili), għajr pubblikazzjonijiet iddedikati kollha kemm huma jew b’mod sostanzjali għar-reklamar u għajr pubblikazzjonijiet li jikkonsistu kollha kemm huma jew b’mod sostanzjali minn kontenut f’forma ta’ vidjo jew mużika; il-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u servizzi relatati ma’ tali produzzjoni;

(7)

id-dħul għal wirjiet, teatri, ċirki, fieri, parks tad-divertiment, kunċerti, mużewijiet, żoos, ċinemas, wirjiet u avvenimenti u faċilitajiet kulturali simili, u l-aċċess għal streaming dirett ta’ dawk l-avvenimenti jew iż-żjarat, jew it-tnejn li huma;

(8)

ir-riċeviment ta’ servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u webcasting ta’ tali programmi pprovduti minn fornitur ta’ servizz tal-media; servizzi ta’ aċċess għall-Internet ipprovduti bħala parti minn politika ta’ diġitalizzazzjoni, definita mill-Istati Membri;”;

(2)

il-punti (10) u (10a) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(10)

il-provvista u l-kostruzzjoni ta’ djar, bħala parti minn politika soċjali, kif definita mill-Istati Membri; ir-rinnovazzjoni u l-alterazzjoni, inkluż id-demolizzjoni u r-rikostruzzjoni, u t-tiswija ta’ djar u abitazzjonijiet privati; il-kiri ta’ proprjetà immobbli għal użu residenzjali;

(10a)

il-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku u bini ieħor użat għal attivitajiet fl-interess pubbliku;”;

(3)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(10c)

Il-provvista u l-installazzjoni ta’ pannelli solari fuq u maġenb djar privati, akkomodazzjoni u bini pubbliku u bini ieħor użat għal attivitajiet fl-interess pubbliku;”;

(4)

il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(11)

il-provvista ta’ merkanzija u servizzi ta’ tip normalment maħsuba biex jintużaw fil-produzzjoni agrikola iżda li jeskludu beni kapitali bħal makkinarju jew bini; u, sal-1 ta’ Jannar 2032, il-provvista ta’ pestiċidi kimiċi u fertilizzanti kimiċi;”;

(5)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(11a)

ekwini ħajjin u l-provvista ta’ servizzi relatati ma’ ekwini ħajjin;”;

(6)

il-punt (13) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(13)

id-dħul għal avvenimenti sportivi jew l-aċċess għal streaming dirett ta’ dawn l-avvenimenti jew it-tnejn li huma; l-użu ta’ faċilitajiet sportivi, u l-provvista ta’ klassijiet tal-isport jew tal-eżerċizzju fiżiku anke meta jixxandru b’mod dirett;”;

(7)

il-punt (14) jitħassar;

(8)

il-punt (15) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(15)

il-provvista ta’ merkanzija u servizzi minn organizzazzjonijiet impenjati f’xogħol ta’ assistenza soċjali jew ta’ sigurtà soċjali kif definit mill-Istati Membri u rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istati Membri, sakemm dawk it-tranżazzjonijiet mhumiex eżentati skont l-Artikoli 132, 135 u 136;”;

(9)

il-punt (18) u (19) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(18)

il-provvista ta’ servizzi pprovduti b’rabta mad-drenaġġ, it-tindif tat-toroq, il-ġbir taż-żibel u t-trattament jew ir-riċiklaġġ tal-iskart, għajr il-provvista ta’ dawn is-servizzi mill-korpi msemmija fl-Artikolu 13;

(19)

il-provvista ta’ servizzi ta’ tiswija ta’ apparat domestiku, żraben u oġġetti tal-ġilda, ħwejjeġ u bjankerija tad-dar (inkluż it-tiswija u l-alterazzjoni);”;

(10)

il-punt (21) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(21)

qtigħ tax-xagħar;”;

(11)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(22)

il-provvista tal-elettriku, tat-tisħin distrettwali u tat-tkessiħ distrettwali, u tal-bijogass prodott mill-feedstock elenkat fl-Anness IX, Parti A, tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); il-provvista u l-installazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin b’emissjonijiet baxxi b’effiċjenza għolja li jissodisfaw il-valuri referenzjarji tal-emissjonijiet (PM) stipulati fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 (*2) u fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 (*3) u li jkunu ngħataw tikketta tal-enerġija tal-UE li turi li l-kriterju msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) huwa ssodisfat; u, sal-1 ta’ Jannar 2030, gass naturali u njam użat bħala ħatab għan-nar;

(23)

pjanti ħajjin u prodotti oħra tal-florikultura, inkluż basal, qoton, għeruq u affarijiet simili, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali;

(24)

ilbies u żraben tat-tfal; il-provvista ta’ siġġijiet tat-tfal tal-karozza;

(25)

il-provvista ta’ roti, inkluż roti elettriċi; servizzi ta’ kiri u ta’ tiswija ta’ dawn ir-roti;

(26)

il-provvista ta’ xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet elenkati fl-Anness IX, il-Partijiet A, B u C;

(27)

servizzi legali pprovduti lil persuni li jkollhom kuntratt tax-xogħol u lil persuni qiegħda li jkunu involuti fi proċedimenti tat-Tribunal Industrijali, u servizzi legali pprovduti taħt l-iskema ta’ għajnuna legali, kif definit mill-Istati Membri;

(28)

għodod u tagħmir ieħor ta’ tip normalment maħsub biex jintuża f’servizzi ta’ salvataġġ jew tal-ewwel għajnuna meta jiġu pprovduti lil korpi pubbliċi jew lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ attivi fil-protezzjoni ċivili jew komunitarja;

(29)

il-provvista ta’ servizzi b’rabta mat-tħaddim ta’ bastimenti tad-dwal, fanali jew għajnuniet navigazzjonali oħra u servizzi ta’ salvataġġ inkluż l-organizzazzjoni u ż-żamma tas-servizz tad-dgħajjes ta’ salvataġġ.

(*1)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)."

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100)."

(*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 1)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).”."


(*1)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100).

(*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 1).

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).”.”


6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/13


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2022/543

tal-5 ta’ April 2022

li temenda d-Direttivi 2008/118/KE u (UE) 2020/262 fir-rigward tal-ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (3) tippermetti li l-Istati Membri jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu f’ajruporti u f’portijiet tal-Unjoni għall-bejgħ lil vjaġġaturi lejn territorju terz.

(2)

Iċ-Channel Fixed Link hija konnessjoni ferrovjarja b’mina doppja taħt il-Kanal Ingliż bejn Coquelles (Pas-de-Calais, Franza) u Folkestone (Kent, ir-Renju Unit). Hija għandha mina tas-servizzi assoċjata u żoni tat-terminal fiż-żewġ trufijiet għall-kontroll tal-aċċess għall-mini u l-ħruġ minnhom. Minħabba f’dawk l-infrastrutturi, hija għandha l-karatteristiċi ta’ konnessjoni marittima bejn Franza u r-Renju Unit, b’kontrolli tal-fruntieri fiż-żewġ terminals ta’ aċċess. Il-konnessjoni marittima u ċ-Channel Fixed Link jippermettu qsim tal-Kanal Ingliż taħt l-istess kondizzjonijiet.

(3)

Għalhekk, it-terminal Franċiż taċ-Channel Fixed Link f’Coquelles jenħtieġ li jitqies bħala ekwivalenti għal port għall-finijiet tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/118/KE.

(4)

Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni li wassal għall-ftuħ ta’ ħwienet ħielsa mit-taxxa fil-portijiet ta’ Calais u ta’ Dunkirk u fit-terminal tar-Renju Unit taċ-Channel Fixed Link f’Folkestone, huwa xieraq li jiġi awtorizzat il-ftuħ ta’ ħwienet ħielsa mit-taxxa fit-terminal Franċiż taċ-Channel Fixed Link f’Coquelles.

(5)

Minħabba li l-passiġġieri li jużaw iċ-Channel Fixed Link ma jistgħux joħorġu minnu qabel ma jaslu fid-destinazzjoni, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dazju tas-sisa u l-kwoti tal-importazzjoni ħielsa mit-taxxa u konsegwentement il-piż tal-kontroll għall-awtoritajiet doganali, ser ikunu limitati. Madankollu, biex tiġi evitata kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż, jenħtieġ li Franza tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni xierqa tal-eżenzjoni mit-taxxa fil-ħwienet ħielsa mit-taxxa tat-terminal Franċiż taċ-Channel Fixed Link f’Coquelles.

(6)

Minħabba li d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (4) tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva 2008/118/KE b’effett mit-13 ta’ Frar 2023, id-dispożizzjoni korrispondenti fid-Direttiva (UE) 2020/262 jenħtieġ li tiġi emendata wkoll.

(7)

Għalhekk, id-Direttivi 2008/118/KE u (UE) 2020/262 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2008/118/KE

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/118/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż f’Coquelles lil passiġġieri li jkollhom dokumenti tat-trasport li jkunu validi għal vjaġġ lejn ir-Renju Unit permezz taċ-Channel Fixed Link.”;

(2)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 1, 1a u 2 jiġu applikati b’tali mod li tiġi evitata kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli.”.

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/262

L-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2020/262 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż f’Coquelles lil passiġġieri li jkollhom dokumenti tat-trasport li jkunu validi għal vjaġġ lejn ir-Renju Unit permezz taċ-Channel Fixed Link.”;

(2)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 1, 1a u 2 jiġu applikati b’tali mod li tiġi evitata kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli.”.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

(1)   Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/118/KE f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva jew l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2020/262 f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, u jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jagħti effett lil din id-Direttiva, huwa għandu minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont din id-Direttiva.

(2)   Meta Stat Membru jadotta dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkudu dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  Opinjoni tad-9 ta’ Marzu 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tat-23 ta’ Frar 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabblixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/544

tal-4 ta’ April 2022

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 79(2)(c) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/449 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova (“il-Ftehim”) kien iffirmat fis-17 ta’ Marzu 2022, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

F’ċirkostanzi li jeħtieġu l-iskjerament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f’pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 (3) jitlob li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha u lanqas suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova (“il-Ftehim”), huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni (5).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 22(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  Approvazzjoni tal-24 ta’ Marzu 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/449 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 91, 18.3.2022, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat f’ĠU L 91, 18.3.2022, p. 4.


REGOLAMENTI

6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/18


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/545

tas-26 ta’ Jannar 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati, u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 6(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/2144 jistabbilixxi obbligu ġenerali għall-vetturi bil-mutur li jkunu mgħammra b’ċerti sistemi avvanzati tal-vetturi. L-Anness II ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jelenka r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistraturi tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati. Jeħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu supplimentati billi jiġu stabbiliti regoli armonizzati dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi għal tali approvazzjoni tat-tip.

(2)

Ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonċernaw il-kategoriji tal-vetturi bil-mutur M1 u N1, f’konformità mad-dati applikabbli għar-rifjut tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE rigward dawk il-kategoriji tal-vetturi bil-mutur stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2144.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2019/2144, ir-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment huwa sistema bl-uniku skop li jirreġistra u jaħżen parametri u informazzjoni kritiċi relatati mal-ħabta ftit qabel, waqt u eżatt wara l-ħabta bil-ħsieb li tinkiseb data dwar l-aċċident aktar preċiża u fil-fond li tippermetti lill-Istati Membri jwettqu analiżi tas-sikurezza fit-toroq u jivvalutaw l-effettività ta’ miżuri speċifiċi.

(4)

Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi dettaljati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ta’ vetturi fir-rigward tar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 160 tan-NU (2). Għalhekk, dak ir-Regolament tan-NU jenħtieġ li jiżdied mal-lista tar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikoli 4(5) u 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/2144.

(5)

Ir-Regolament Nru 160 tan-NU jinkludi r-rekwiżiti rigward l-elementi tad-data li r-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment iridu jirreġistraw, il-format ta’ dik id-data, ir-rekwiżiti tal-ksib, tar-reġistrazzjoni u tal-ħżin abbord tad-data, kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tat-test tal-ħbit u l-kapaċità ta’ sopravivenza.

(6)

Ir-rekwiżiti tekniċi kollha stabbiliti fis-Serje ta’ Emendi 01 tar-Regolament Nru 160 tan-NU (3) għandhom japplikaw mid-dati speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144, mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-manifatturi tal-vetturi jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw il-protezzjoni tad-data tar-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment kontra l-manipulazzjoni, u d-disponibbiltà tad-data tar-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment fuq l-interfaċċa standardizzata, u biex dik id-data tkun tista’ tiġi anonimizzata, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu supplimentati b’rekwiżiti addizzjonali għall-irkupru tad-data, il-privatezza u s-sigurtà tad-data.

(8)

Biex jiġi żgurat li d-data rreġistrata mir-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment tibqa’ anonimizzata, jenħtieġ li l-manifatturi jkunu obbligati jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi evitat li dik id-data tiġi rrapportata jew irkuprata flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika.

(9)

Sakemm ikunu fis-seħħ protokolli ta’ komunikazzjoni standardizzati għall-aċċess u l-irkupru tad-data f’każ ta’ avveniment, il-manifatturi tal-vetturi, permezz ta’ att delegat tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni lill-partijiet rilevanti dwar kif jaċċessaw, jirkupraw u jinterpretaw id-data fir-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment.

(10)

L-istatus operazzjonali korrett tar-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment, kif ukoll il-funzjonalità korretta tiegħu u l-integrità tas-software, jenħtieġ li jiġu vverifikati permezz ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali.

(11)

It-tabella li fiha l-lista tar-rekwiżiti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 ma fiha l-ebda referenza għall-atti regolatorji fir-rigward tar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment. Għalhekk jeħtieġ li tiġi introdotta referenza għal dan ir-Regolament u r-Regolament Nru 160 tan-NU f’dak l-Anness.

(12)

Il-lista tar-Regolamenti tan-NU msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2019/2144 li tinsab fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi referenza għas-Serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 160 tan-NU.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2144 jiġi emendat skont dan.

(14)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma interkonnessi mill-qrib peress li dawk id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu regoli dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip ta’ reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment bħala unità teknika separata. B’riżultat tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jeħtieġ tiżdied ir-referenza għal dan ir-Regolament, ir-Regolament Nru 160 tan-NU u s-Serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 160 tan-NU fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144. Għalhekk, jixraq li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu stabbiliti f’Regolament Delegat wieħed.

(15)

Peress li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/2144 fir-rigward tar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 jeħtieġ japplikaw mis-6 ta’ Lulju 2022, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kategoriji tal-vetturi M1 u N1, kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 2

Rekwiżiti tekniċi applikabbli

1.   Is-sistema tar-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti:

(a)

fir-Regolament Nru 160 tan-NU; u

(b)

fl-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Approvazzjoni tat-tip tal-unità teknika separata bħala reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment għandha tkun soġġetta għall-unità teknika separata li tikkonforma mal-istess rekwiżiti bħal dawk stabbiliti fil-paragrafi 5.3 (il-paragrafu introduttorju), 5.3.3, 5.3.4, 5.3.5 u 5.5 tar-Regolament Nru 160 tan-NU.

3.   Meta vettura bil-mutur jitwaħħlilha reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment tat-tip approvat bħala unità teknika separata, il-vettura u r-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment tagħha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, fir-rigward tal-paragrafu 5 tar-Regolament Nru 160 tan-NU, huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5.1, 5.2, 5.3.1, 5.3.2, u 5.4 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Sigurtà tad-data

1.   Id-data relatata mal-ħabta li jirreġistra u jaħżen ir-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment, għandha tiġi protetta kontra l-manipulazzjoni billi tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament Nru 155 tan-NU (5), is-serje oriġinali jew kwalunkwe serje ta’ emendi sussegwenti tiegħu.

2.   L-aġġornamenti tas-software mwettqa fuq ir-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment għandhom jiġu protetti biex b’mod raġonevoli jiġi evitat li jiġu kompromessi u b’mod raġonevoli jiġu evitati l-aġġornamenti invalidi.

Artikolu 4

Irkupru tad-data

1.   Id-data relatata mal-ħabta rreġistrata mir-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment, għandha tkun disponibbli għall-irkupru permezz ta’ port serjali tad-data fuq il-konnettur standardizzat li jillinkja d-data, imsemmi fil-punt 2.9 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2018/858. Meta l-port serjali tad-data ma jibqax jiffunzjona wara ħabta, id-data għandha tkun tista’ tinkiseb permezz ta’ konnessjoni diretta mar-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment.

2.   Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar kif tista’ tiġi aċċessata, miksuba u interpretata d-data f’każ ta’ avveniment, lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, u fuq talba ta’ awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, lil kwalunkwe manifattur tal-komponenti, l-għodod dijanjostiċi jew it-tagħmir tat-testijiet jew min isewwihom.

3.   Il-vetturi u r-reġistraturi tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment, għandhom jitfasslu b’tali mod li jippermettu li għodda tal-irkupru tad-data tipproduċi rapporti tal-avvenimenti li jkollhom l-elementi tad-data li ġejjin:

(a)

kull wieħed mill-elementi tad-data obbligatorji, kif meħtieġ skont ir-Regolament Nru 160 tan-NU;

(b)

it-tip ta’ vettura, il-varjant u l-verżjoni preċiżi (inkluż is-sistemi attivi tas-sikurezza u tal-evitar tal-aċċidenti mwaħħla) tal-vettura li għandha r-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment.

Id-data msemmija fil-punt (b) hawn fuq, għandha tkun disponibbli wkoll meta jitlesta t-test tal-ħbit imsemmija fil-paragrafu 5.4.3 tar-Regolament Nru 160 tan-NU.

4.   Id-data rreġistrata mir-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment, ma għandhiex tkun disponibbli għall-irkupru fuq interfaċċi aċċessibbli mingħajr il-ħtieġa li tinfetaħ il-vettura jew li jintużaw għodod, jew fuq interfaċċi tal-vetturi għall-konnessjonijiet mingħajr fili.

5.   Id-data tar-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment li tkun disponibbli skont il-paragrafu 1:

(a)

għandha tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni;

(b)

ma għandha tinkludi ebda informazzjoni li tippermetti dik id-data tiġi relatata ma’ persuna fiżika, jew tkun disponibbli ma’ din l-informazzjoni.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet għal ittestjar tal-affidabbiltà stradali

Għall-finijiet tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi, għandu jkun possibbli li jiġu vverifikati l-karatteristiċi li ġejjin tas-sistema tar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment:

(1)

l-istatus operattiv korrett tagħha, permezz ta’osservazzjoni viżibbli tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara wara l-attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura u kwalunkwe kontroll tal-bozza. Meta s-sinjal ta’ twissija ta’ falliment jintwera fi spazju komuni (iż-żona li fuqha jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet/simboli ta’ informazzjoni jew aktar, iżda mhux fl-istess ħin), l-ewwel irid jiġi vverifikat li l-ispazju komuni huwa funzjonali qabel il-verifika tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment;

(2)

il-funzjonalità korretta tagħha u l-integrità tas-software, bl-użu ta’ interfaċċa elettronika tal-vetturi, bħal dik stabbilita fit-Taqsima I, il-punt (14) tal-Anness III tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fejn il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura jippermettu dan u d-data meħtieġa tkun disponibbli. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni teknika tkun disponibbli għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/621 (7).

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet temporanji dwar l-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 160 tan-NU

1.   B’effett mis-6 ta’ Lulju 2022, għal raġunijiet relatati mar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tekniċi tas-Serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 160 tan-NU. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet f’konformità mar-Regolament Nru 160 tan-NU mogħtija barra l-UE bħala alternattiva għal approvazzjoni f’konformità mas-Serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 160 tan-NU, għall-finijiet tal-għoti ta’ approvazzjoni tal-UE f’konformità ma’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Lulju 2024.

2.   B’effett mis-6 ta’ Lulju 2024, għal raġunijiet relatati mar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolamenti u mar-rekwiżiti tekniċi tas-Serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 160 tan-NU, peress li ċ-ċertifikati ta’ konformità tat-tali vetturi mhux se jibqgħu validi. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet f’konformità mar-Regolament Nru 160 tan-NU, mogħtija barra l-UE bħala alternattiva għal approvazzjoni f’konformità mas-Serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 160 tan-NU għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tat-tali vetturi f’konformità mal-Artikoli 48, 49 u 50 tar-Regolament (UE) 2018/858 sal-1 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 7

Emendi tar-Regolament (UE) 2019/2144

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/2144 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-6 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Nru 160 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tar-Reġistratur tad-Data f’każ ta’ Avveniment (ĠU L 221, 21.6.2021, p. 15); Ir-Regolament Nru 160 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tar-Reġistratur tad-Data f’każ ta’ Event [2021/1215] Serje ta’ emendi 01 (ĠU L 265, 26.7.2021, p. 3).

(3)  Ir-Regolament Nru 160 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tar-Reġistratur tad-Data f’każ ta’ Event [2021/1215] Serje ta’ emendi 01 (ĠU L 265, 26.7.2021, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Nru 155 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward taċ-ċibersigurtà u s-sistema tal-ġestjoni taċ-ċibersigurtà [2021/387] (ĠU L 82, 9.3.2021, p. 30).

(6)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/621 tas-17 ta’ April 2019 dwar l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-oġġetti li jridu jiġu ttestjati, dwar l-użu tal-metodi ta’ ttestjar rakkomandati, u li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-format tad-data u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika rilevanti (ĠU L 108, 23.4.2019, p. 5).


ANNESS

Emendi tar-Regolament (UE) 2019/2144

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2144 huwa emendat kif ġej:

160

Reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR)

Serje ta’ emendi 01

ĠU L 265, 26.7.2021, p. 3

M1, N1”.

Fl-Anness II, il-Parti E, ir-ringiela għar-rekwiżit E5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Suġġett

Atti regolatorji

Dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

“E5 Reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 (*1)

Regolament Nru 160 tan-NU

 

B

D

D

B

D

D

 

 

 

 

B

 


(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati, u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 107, 5.4.2022, p. 18).”


6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/546

tal-31 ta’ Marzu 2022

li jagħlaq, b’mod temporanju, l-istaġun tas-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2022.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota ta’ nofs it-terminu allokata lilhom għall-perjodu ta’ qabel l-1 ta’ Lulju 2022.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tar- redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2022, inkluża dik id-data, għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd dirett għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2022, inkluża dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).


ANNESS

Nru

01/TQ109

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (Stati Membri Kollha)

Stokk

RED/N3M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

Iż-żona 3M tan-NAFO

Staġun magħluq

Mill-25 ta’ Marzu 2022 f’24:00 UTC sat-30 ta’ Ġunju 2022


6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/547

tal-5 ta’ April 2022

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti (superabsorbent polymers, “SAPs” jew “il-prodott taħt investigazzjoni”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq mill-Koalizzjoni Ewropea għall-Polimeri Superassorbenti (European Superabsorbent Polymer Coalition), minn hawn ’il quddiem “ESPC” (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem żewġ produtturi tal-Unjoni, li flimkien jirrappreżentaw 65 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-polimeri superassorbenti, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Kummenti dwar il-bidu

1.2.1.   Eżami tal-interess tal-Unjoni fl-ilment

(3)

Wara l-bidu, il-Koalizzjoni tal-utenti (3) ddikjarat li l-ilment kien jinjora l-interessi tal-importaturi u l-utenti biex jikkonkludi li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiftaħ investigazzjoni anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ SAPs li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, bi ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.

(4)

Tressqu pretensjonijiet simili mill-produttur esportatur li kkoopera, LG Chem Ltd. (“LG Chem”).

(5)

Il-Kummissjoni tfakkar li f’konformità mal-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, il-bidu ta’ proċediment huwa ġġustifikat meta fl-ilment tingħata biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet li allegatament huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu allegat. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, l-ilmentatur mhuwiex obbligat iwettaq analiżi tal-interess tal-Unjoni fl-ilment. Għaldaqstant, l-ilmentatur ma naqasx f’dan l-aspett.

(6)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat l-akkuratezza u l-adegwatezza tal-evidenza pprovduta u ddeterminat li kien hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni preżenti, f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament bażiku.

(7)

Għaldaqstant, il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

1.2.2.   Marġni tad-dumping mgħolli bl-ilmenti u marġni tat-twaqqigħ tal-prezz

(8)

LG Chem iddikjarat li l-ilmentatur għolla l-marġni tad-dumping u l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ippreżentati fl-ilment b’mod artifiċjali billi qies l-SAPs bħala prodott omoġenju. F’dan ir-rigward, LG Chem fil-biċċa l-kbira tenniet il-kummenti diġà pprovduti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott indirizzat fit-Taqsima 2.3.

(9)

LG Chem iddikjarat ukoll li l-prezz tal-esportazzjoni pprovdut fl-Ilment ġie kkalkolat b’mod żbaljat. Skont is-sors użat fl-ilment għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni — jiġifieri s-Servizz tal-Istatistika tal-Kummerċ Korean (Korean Trade Statistics Service) — kien jeħtieġ li l-prezz tal-esportazzjoni jkun bejn 13 % u 18 % ogħla minn dak sottomess mill-ilmentatur. Għaldaqstant, il-Kummissjoni żbaljat meta aċċettat l-evidenza dwar il-prezz tal-esportazzjoni sottomessa fl-ilment.

(10)

Fl-istadju tal-ilment, huwa biżżejjed li jiġu ppreżentati marġnijiet tad-dumping u tat-twaqqigħ tal-prezz abbażi tal-informazzjoni raġonevolment disponibbli lill-ilmentatur u għall-prodott kollu hemm hu. Għalkemm LG Chem tqis li l-prodott taħt investigazzjoni mhuwiex omoġenju, dan ma jfissirx li t-tqabbil kif sar mill-ilmentaturi kien difettuż għall-fini tal-bidu. Fil-verità, hija parti mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni li tanalizza jekk hijiex ġustifikata talba għal analiżi aktar dettaljata.

(11)

Fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni użat fl-ilment, il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet ogħla enfasizzati minn LG Chem fl-esibizzjoni 8 tal-ilment fil-fatt kienu jinkludu l-esportazzjonijiet totali skont il-kodiċi tal-komodità 3906 90 90, inkluż prodotti li ma kinux il-prodott ikkonċernat, filwaqt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni użati għall-istima tad-dumping fil-paragrafu 46 tal-ilment kienu jinkludu biss il-prodott ikkonċernat, kif iffiltrat abbażi ta’ domanda ta’ estrazzjoni addizzjonali fis-sistema TRASS (4).

(12)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma laqgħetx il-pretensjonijiet ta’ LG Chem.

1.2.3.   Livell tal-kummerċ

(13)

LG Chem iddikjarat ukoll li l-ilmentatur naqas milli jaġġusta l-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ, peress li l-bejgħ tal-esportazzjoni tagħha lejn is-suq tal-Unjoni ġeneralment jgħaddi minn kumpanija relatata. Għaldaqstant, kemm il-marġni tad-dumping kif ukoll dak tat-twaqqigħ tal-prezz ippreżentati fl-ilment ġew mgħollija b’mod artifiċjali.

(14)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-kostijiet tat-trasport biss ġew aġġustati mill-ilmentatur għat-tnaqqis li sar għall-prezzijiet tal-esportazzjoni. Jista’ jsir l-argument li dan huwa approċċ konservattiv peress li aġġustament tal-prezzijiet tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) jew tnaqqis addizzjonali tal-kummissjonijiet mill-bejgħ minn negozjanti relatati involuti fl-importazzjoni tal-beni jbaxxu biss il-prezz tal-esportazzjoni filwaqt li jżidu il-marġni tad-dumping u tat-twaqqigħ tal-prezz. Barra minn hekk, anki jekk ma jsir l-ebda tnaqqis għat-trasport, id-dumping xorta jkun sinifikanti, kif jidher ċar mill-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment. Fir-rigward tal-allegazzjoni dwar il-marġni mgħolli tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni qieset li l-użu ta’ prezz tal-esportazzjoni abbażi ta’ statistika dwar l-importazzjoni jikkostitwixxi evidenza raġonevolment disponibbli fl-istadju ta’ bidu għall-ilmentaturi biex jagħtu prova tat-twaqqigħ tal-prezz. Barra minn hekk, hemm żewġ produtturi esportaturi oħra fir-Repubblika tal-Korea li jbigħu fis-suq tal-Unjoni b’mod dirett, u LG Chem stess ukoll tbigħ parti mill-bejgħ tal-esportazzjoni tagħha b’mod dirett. Fi kwalunkwe każ, LG Chem naqset milli tagħti prova dwar kif prezz tal-esportazzjoni differenti jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti tat-twaqqigħ tal-prezz imsemmi fl-ilment [10-30 %].

(15)

Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

1.2.4.   Il-verżjoni miftuħa tal-ilment ma tippermettix li tinftiehem l-informazzjoni dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet.

(16)

LG Chem argumentat li l-evidenza sottomessa fil-verżjoni miftuħa tal-ilment biex tallega li l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel għandhom effetti ta’ tnaqqis tal-prezzijiet, jiġifieri l-Esibizzjonijiet dwar “ir-Rapporti tal-Informazzjoni dwar is-Suq”, ma ppermettietx li l-informazzjoni dwar it-twaqqigħ tal-prezz tinftiehem b’mod xieraq.

(17)

L-ewwel, il-Kummissjoni fakkret li l-għan tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment huwa li jipprovdi sommarju sinifikanti tal-informazzjoni fil-verżjoni kunfidenzjali. Meta jiġi eżaminat jekk sommarju huwiex sinifikanti jew le, trid titqies it-totalità tal-informazzjoni fil-verżjoni mhux kunfidenzjali dwar kwalunkwe suġġett partikolari. Fir-rigward tal-allegazzjonijiet dwar it-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ mill-esportaturi Koreani, il-Kummissjoni nnutat li t-taqsima 5.3 tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment fiha sommarju komprensiv tat-tqabbil tal-prezzijiet li jifforma l-bażi tal-allegazzjonijiet dwar it-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ bil-prezz imwaqqa’, u dan huwa appoġġat minn sommarji sinifikanti tal-informazzjoni prinċipali fl-Esibizzjonijiet 5-1 sa 5-3-3 tal-ilment. Il-Kummissjoni qieset li n-narrattiva fil-parti prinċipali tal-ilment u s-sommarju tad-data fl-annessi msemmija jagħtu komprensjoni suffiċjenti tal-allegazzjonijiet li saru fir-rigward tal-pressjoni fuq il-prezzijiet. Fl-ilment, ir-rapporti tas-Suq huma ppreżentati bħala konferma tal-validità tal-allegazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li r-rapporti tal-informazzjoni dwar is-suq dwar l-SAPs importati fl-Ewropa kien fihom analiżi dettaljata dwar strateġiji potenzjali tal-atturi tas-suq. Saħansitra, anki jekk sommarju tal-kontenut jiġi kondiviż, dan joħloq effett negattiv fuq il-fornitur tas-servizz li jkun ġabar l-informazzjoni kunfidenzjali.

(18)

Huwa mfakkar li l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6.5 tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping tad-WTO (5) jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun akkwistat l-informazzjoni.

(19)

L-informazzjoni provduta fil-verżjoni kunfidenzjali tal-ilment taqa’ taħt dawk il-kategoriji. Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed sommarji tal-kontenut tas-segmenti kunfidenzjali tal-ilment.

(20)

Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

1.2.5.   Ipprezzar aggressiv mill-importazzjonijiet tal-Asja tal-Lvant Imbiegħed fl-2019

(21)

Fir-rigward tal-effetti ta’ deprezzament tal-prezzijiet fl-2019, LG Chem ikkummentat dwar l-Esibizzjoni 5-3-1-C tal-ilment, li għamlet referenza vaga għal “prezz aggressiv minn importazzjonijiet tal-Asja tal-Lvant Imbiegħed”. LG Chem argumentat li l-formulazzjoni tal-kliem setgħet tirreferi wkoll għall-importazzjonijiet mill-Ġappun jew miċ-Ċina.

(22)

Il-Kummissjoni taqbel li l-formulazzjoni tal-kliem “importazzjonijiet tal-Asja tal-Lvant Imbiegħed” ma tirreferix esklussivament għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea. Madankollu, il-formulazzjoni tal-kliem tkopri wkoll b’mod ċar l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel. Filwaqt li dak id-dokument waħdu ma jkunx relatat mal-pressjoni tal-prezzijiet mir-Repubblika tal-Korea b’mod speċifiku, huwa jappoġġa l-evidenza l-oħra pprovduta fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Korea.

(23)

Għaldaqstant, il-pretensjoni li dik l-evidenza ma sostnietx l-ilment ma ntlaqgħetx.

1.2.6.   Profitt fil-mira mhux ġustifikat fl-ilment

(24)

Fir-rigward tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’, LG Chem iddikjarat li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-użu ta’ profitt fil-mira ta’ 10 % fl-ilment.

(25)

Bħala kwistjoni ta’ livell limitu, il-Kummissjoni fakkret li l-ilment ipprovda biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’marġni sinifikanti ta’ [10% - 30%]. Dan fih innifsu diġà jikkostitwixxi biżżejjed evidenza tal-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet fl-Unjoni. Dan jidher ċar mill-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku li jippreżenta t-twaqqigħ tal-prezz u t-tnaqqis tal-prezz bħala effetti alternattivi possibbli li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jista’ jkollhom fuq il-prezzijiet fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-allegazzjoni fl-ilment li l-prezzijiet tnaqqsu bi [30% - 60%] ma kinitx meħtieġa biex ikun hemm biżżejjed evidenza li l-SAPs mir-Repubblika tal-Korea qed jiġu importati bi prezzijiet dannużi. Fi kwalunkwe każ, il-profitt fil-mira magħżul mill-ilmentatur mhuwiex vinkolanti għall-analiżi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-analiżi tagħha tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’. L-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku jindika li l-profitt fil-mira ma għandux ikun inqas minn 6 %. Anki meta aġġustat għal profitt fil-mira ta’ 6 %, il-kalkolu tal-ilmentatur xorta wera marġni għoli ta’ bejgħ bil-prezz imwaqqa’. Għaldaqstant, mhuwiex rilevanti li l-ilmentatur ma ssostanzjax il-profitt fil-mira magħżul ta’ 10 %.

(26)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma laqgħetx il-pretensjoni li ġustifikazzjoni nieqsa għall-profitt fil-mira magħżul kienet tikkostitwixxi nuqqas fl-ilment.

1.2.7.   Jenħtieġ li d-data dwar l-investiment fl-ilment ma tiġix trattata bħala kunfidenzjali.

(27)

Fir-rigward tal-investimenti ddikjarati fl-ilment, LG Chem argumentat li ma hemm l-ebda bażi loġika għaliex din id-data ġiet trattata bħala kunfidenzjali mill-ilmentaturi.

(28)

Kif diġà mfakkar fl-Artikolu 19(18) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6.5 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni sservi ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur.

(29)

L-informazzjoni provduta fil-verżjoni kunfidenzjali tal-ilment taqa’ taħt din il-kategorija. Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda firxa għall-iżvilupp tal-indiċi għall-PI meta mqabbel mal-2017 għall-investimenti fil-verżjoni miftuħa. Din turi kif l-investimenti naqsu sostanzjalment matul il-perjodu meqjus u huma biżżejjed biex jinftiehem dak l-indikatur tad-dannu. Fi kwalunkwe każ, ix-xejriet rilevanti huma żvelati fit-Tabella 10 hawn taħt.

(30)

Għaldaqstant il-Kummissjoni ma laqgħetx il-pretensjoni li kien meħtieġ li tiġi inkluża d-data dettaljata dwar l-investiment fil-verżjoni miftuħa tal-ilment.

1.2.8.   Evidenza għal rabta ta’ kawżalità mal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel

(31)

LG Chem iddikjarat li l-ilment, bi ksur tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, naqas milli juri li hemm rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet li allegatament huma l-oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Korea u d-dannu allegat tal-industrija tal-Unjoni. Skont LG Chem, l-industrija tal-Unjoni allegat biss li “l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Korea eżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE (...) li ġiegħlet lill-industrija tal-SAPs tal-UE tnaqqas il-prezzijiet tagħha, u dan irriżulta f’telf drammatiku”.

(32)

Għall-kuntrarju tal-allegazzjoni ta’ LG Chem, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu. L-analiżi tal-ilmentatur tal-indikaturi tad-dannu wriet koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda fil-volumi ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Korea t’Isfel u d-deterjorament tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk, kif l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel fis-suq tal-Unjoni eżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(33)

Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

1.3.   Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u proċedura sussegwenti

(34)

Fis-17 ta’ Settembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati kollha bl-intenzjoni tagħha li ma timponix dazji proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li tkompli bl-investigazzjoni.

(35)

Billi ma ġew imposti l-ebda miżuri anti-dumping proviżorji, il-Kummissjoni ma rreġistratx l-importazzjonijiet skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha.

(36)

Wara d-divulgazzjoni tal-intenzjoni tal-Unjoni li ma timponix miżuri proviżorji, saru seduti ta’ smigħ ma’ żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (BASF Antwerpen NV (“BASF”) u Nippon Shokubai Europe NV (BE) (“Nippon Shokubai Europe” jew “NSE”), produttur magħruf tal-Unjoni (Evonik Operations GmbH (“Evonik”)), kif ukoll mal-produttur esportatur LG Chem, fejn dawk il-partijiet ikkummentaw dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-partijiet ipprovdew il-preżentazzjonijiet tagħhom u l-kummenti addizzjonali ta’ wara s-seduta ta’ smigħ għall-fajl.

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(37)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Partijiet interessati

(38)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea, lil importaturi magħrufa, lil kummerċjanti u utenti magħrufa, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw.

(39)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Saru seduti ta’ smigħ ma’ produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun (BASF), produttur magħruf tal-Unjoni (Evonik), il-produttur esportatur li kkoopera LG Chem, u żewġ utenti magħrufa tal-Unjoni (Procter & Gamble International Operations SA (“P&G”) u FATER SpA (“Fater”)).

1.6.   Kampjunar

(40)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(41)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod proviżorju. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili, kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika. Dak il-kampjun kien jikkonsisti f’żewġ produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni u l-bejgħ stmati tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li żguraw firxa ġeografika tajba, u tqiesu bħala rappreżentattivi tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u għaldaqstant il-kampjun ġie kkonfermat.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(42)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(43)

Importatur wieħed mhux relatat ipprovda l-informazzjoni mitluba. Fid-dawl tal-għadd baxx ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ u talbet lill-importatur li kkoopera biex jissottometti tweġibiet għall-kwestjonarji.

1.6.3.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea

(44)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Korea jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tagħmel kuntatt ma’ produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(45)

Produttur esportatur wieħed fil-pajjiż ikkonċernat ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun, u għaldaqstant tqies li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(46)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produttur esportatur li kkoopera, lill-importatur mhux relatat li kkoopera u liż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu saru disponibbli online (6) fil-jum tal-bidu.

(47)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, produttur tal-Unjoni wieħed mhux inkluż fil-kampjun (makrokwestjonarju), żewġ utenti u l-produttur esportatur li kkoopera. L-uniku importatur mhux relatat li pprovda tweġiba għall-kampjunar ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju.

(48)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping, tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu sabiex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“l-Avviż dwar il-COVID-19”) (7), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li kkooperaw u li kienu inklużi fil-kampjuni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (remote crosschecks, “RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:

Produtturi tal-Unjoni

BASF Antwerpen N.V. (BE)

Nippon Shokubai Europe NV (BE)

Utenti

Kumpanija B, li l-identità tagħha se tibqa’ kunfidenzjali għall-fini tal-investigazzjoni (8).

Importaturi u kummerċjanti relatati

LG Chem Europe GmbH (“LG Chem Europe”)

Produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea

LG Chem, Ltd.

1.8.   Divulgazzjoni definittiva

(49)

Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“divulgazzjoni finali”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet żewġ divulgazzjonijiet finali addizzjonali fl-4 ta’ Frar 2022 u fil-21 ta’ Frar 2022. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali, kif ukoll dwar divulgazzjonijiet addizzjonali finali. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-produttur esportatur LG Chem, mill-industrija tal-Unjoni, u minn diversi utenti.

(50)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu skont id-dispożizzjonijiet stipulati taħt il-punt 5.7 tan-Notifika ta’ Bidu. Saru seduti ta’ smigħ ma’ LG Chem, mal-Koalizzjoni għal Suq Miftuħ u Kompetittiv tal-PSA tal-UE, u ma’ Evonik.

(51)

Wara t-tieni dokument ta’ divulgazzjoni addizzjonali (“it-tieni ADD”) LG Chem argumentat li l-għoti ta’ jum wieħed biss biex jikkummentaw dwar bidliet sostanzjali fil-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ LG Chem, speċjalment peress li s-sors tal-iżball ma kienx ġie żvelat.

(52)

Il-Kummissjoni nnotat li LG Chem ma talbet l-ebda estensjoni għall-iskadenza għall-għoti ta’ kummenti dwar it-tieni ADD. Barra minn hekk, LG Chem ingħatat żewġ seduti ta’ smigħ wara l-iskadenza inizjali għall-kummenti, li fihom kellha l-opportunità li tippreżenta l-kummenti tagħha dwar it-tieni ADD. Matul is-seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta wara d-divulgazzjoni tat-tieni ADD, il-Kummissjoni indikat li LG Chem ikkummentat dwar diskrepanza fid-data pprovduta fl-ilment u fid-divulgazzjoni finali kif ukoll fl-intelliġenza tas-suq tagħhom stess fit-tweġiba tagħhom għad-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni analizzat b’mod diliġenti l-kummenti ta’ LG Chem u kkoreġiet in-nuqqas ta’ inklużjoni tad-data ta’ kumpanija waħda fil-makrodata minħabba żball klerikali u pproċediet bit-tieni ADD.

(53)

LG Chem sostniet ukoll li d-divulgazzjoni tad-data addizzjonali wasslet għal bidla sinifikanti meta mqabbla mal-makrodata żvelata preċedentement, peress li mhux biss id-dimensjonijiet inbidlu b’mod sostanzjali, iżda wkoll ix-xejriet urew titjib għall-indikaturi kollha. Barra minn hekk, LG Chem argumentat li l-użu ta’ firxiet, skattat biż-żieda ta’ data li tappartjeni għal kumpanija waħda fit-tieni ADD, impedixxa lil LG Chem milli tikseb fehim raġonevoli tal-indikaturi makroekonomiċi riveduti.

(54)

It-tieni ADD emendat id-data Makro żvelata, u bħala konsegwenza wkoll l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u tal-pajjiżi importaturi. Din il-bidla kienet intalbet minn LG Chem innifisha fil-kummenti tagħha għad-divulgazzjoni finali qabel it-tieni ADD. Minbarra li indikat id-dimensjonijiet tad-data mill-ilment, LG Chem saħansitra pprovdiet data minn intelligence dwar is-suq, li turi valuri simili għall-firxiet ipprovduti fit-tieni ADD. Għalhekk, ma jistax jitqies li d-data emendata ma kinitx diġà prevista fid-difiża ta’ LG Chem.

(55)

F’suq b’numru limitat ta’ manifatturi, id-data addizzjonali ta’ manifattur wieħed naturalment iżżid ċifra sostanzjali mal-ammonti assoluti, li kienet antiċipata minn LG Chem fil-kummenti inizjali tagħha. Madankollu, l-allegazzjoni li dan wassal għal xejriet imtejba għall-indikaturi kollha hija qarrieqa. Ix-xejriet murija mill-indikaturi kollha marru fl-istess direzzjonijiet bħall-indikaturi żvelati oriġinarjament. L-indiċi tal-produzzjoni totali baqa’ l-istess b’żieda minima biss għas-sena 2018. L-indiċi tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-indiċi totali tal-bejgħ, l-indiċi totali tal-impjiegi, l-indiċi tal-produttività u l-indiċi tal-esportazzjoni wrew xejriet li mexjin fl-istess direzzjoni, anki jekk mhux bl-istess daqs. Għall-kuntrarju ta’ dak li LG Chem tallega li x-xejriet ma kinux qed jitjiebu, huma komplew juru l-istess dannu, anki jekk id-daqs tal-bidla kien differenti.

(56)

Barra minn hekk, LG Chem stqarret fil-kummenti tagħha għat-tieni ADD li ċ-ċifri riveduti dwar l-ishma mis-suq fil-fatt ikkonfermaw id-dikjarazzjoni preċedenti ta’ LG Chem li l-importazzjonijiet mill-Korea qatt ma qabdu ishma mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. Din id-dikjarazzjoni turi li x-xejriet żvelati fit-tieni ADD ġeneralment ma wasslux għal bidla fil-valutazzjoni minn LG Chem. Peress li l-analiżi u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ma nbidlux, l-argumenti kollha magħmula mill-partijiet b’risposta għad-DDĠ baqgħu validi wkoll.

(57)

Fl-aħħar nett, l-użu ta’ firxiet fil-makrodata ma waqqafx lil LG Chem milli tifhem il-makroindikaturi riveduti. Dawn kienu meħtieġa sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità tal-bejgħ preċiż u statistika oħra tal-produttur tal-Unjoni li l-istatistika tiegħu aċċidentalment ma ġietx ikkunsidrata matul l-iżvelar inizjali. L-indiċijiet ipprovduti mhux biss urew stampa ċara tal-evoluzzjoni tal-indikaturi, iżda wkoll il-firxiet ġew stabbiliti dojoq biżżejjed biex jinkiseb fehim raġonevoli tad-dimensjonijiet ta’ kull indikatur. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet l-argument li t-terminu qasir kien jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ LG Chem.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(58)

Il-prodott ikkonċernat huwa “polimeri superassorbenti”, li huma magħmulin minn granuli irregolari, tondi jew agglomerati, fil-forma ta’ trab, b’dehra bajda u li ma jdubux fl-ilma, li jirriżultaw mill-polimerizzazzjoni ta’ molekuli monomeriċi ma’ aġenti ta’ retikolazzjoni biex jiffurmaw networks ta’ polimeri retikolati, b’kapaċità kbira li jassorbu u jżommu l-ilma u likwidi milwiema, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3906 90 90 (kodiċi TARIC 3906909017), (“il-prodott ikkonċernat”). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

(59)

Minħabba l-kapaċità ta’ assorbiment eċċezzjonali tagħhom, l-SAPs jintużaw prinċipalment fi prodotti sanitarji mhux riutilizzabbli, bħal ħrieqi tat-trabi u ħrieqi tal-adulti għall-inkontinenza, u applikazzjonijiet ta’ iġjene oħra, bħal prodotti tal-iġjene femminili u pads għall-ħalib tas-sider. L-SAPs jistgħu jintużaw ukoll f’industriji relatati mal-ikel, bħal aġenti refriġeranti jew li jżommu l-freskezza, u fi prodotti tad-dar, bħal pakketti tat-tisħin mhux riutilizzabbli jew fwieħa ambjentali. Barra minn hekk, l-SAPs jistgħu jintużaw fl-agrikoltura għaż-żamma tal-ilma. Madankollu, l-użu tal-SAPs fi prodotti sanitarji mhux riutilizzabbli, huwa l-użu predominanti meta mqabbel ma’ applikazzjonijiet oħra, b’qabża kbira.

2.2.   Prodott simili

(60)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott maħdum u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Korea; kif ukoll

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(61)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Pretensjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

(62)

Abbażi tal-evidenza pprovduta fl-ilment, il-Kummissjoni oriġinarjament iddefiniet il-prodott taħt investigazzjoni skont id-deskrizzjoni sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u pprovdiet numru ta’ kontroll tal-prodott (product control number, “PCN”) uniku fil-kwestjonarji mudell.

(63)

Fit-8 ta’ Marzu 2021, LG Chem, li hija l-produttur esportatur li kkoopera, issottomettiet sett ta’ kummenti fejn iddikjarat li l-SAPs ma setgħux jitqiesu bħala prodott omoġenju, peress li d-differenzi f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi jaffettwaw l-użi finali u l-interkambjabbiltà, kif ukoll il-proċessi tal-manifattura u l-kostijiet assoċjati tal-prezzijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, tal-prodott taħt investigazzjoni. L-istess kummenti ġew sottomessi wkoll mill-Koalizzjoni tal-utenti dwar l-użi finali tal-prodott, l-interkambjabbiltà, il-proċess tal-manifattura u l-kanali ta’ distribuzzjoni. Sabiex tanalizza dawk il-pretensjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li titlob informazzjoni aġġornata fuq bażi aktar dettaljata tal-PCN, mill-produttur esportatur u mill-produtturi tal-Unjoni, kif muri fit-taqsima 2.3.5.

2.3.1.   Talba ta’ esklużjoni għal prodotti spec-in

(64)

L-ewwel nett, LG Chem talbet l-esklużjoni mill-investigazzjoni tal-hekk imsejħa prodotti “spec-in”, jiġifieri prodotti tal-SAPs li huma personalizzati biex jissodisfaw b’mod speċifiku t-talbiet u l-ħtiġijiet tal-klijenti. Hija spjegat li minħabba l-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi tagħhom, dawn it-tipi ta’ prodotti mhumiex interkambjabbli ma’ prodotti tal-SAPs oħra.

(65)

Tressqu pretensjonijiet simili rigward prodotti tal-SAPs “kożviluppati”, jiġifieri prodotti li jkunu ġew żviluppati b’mod konġunt bejn LG Chem u klijent speċifiku biex jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma esklussivi għal dan il-klijent. Minbarra l-karatteristiċi diġà deskritti għall-prodotti “spec-in”, il-prodotti “kożviluppati” jippreżentaw aktar differenzi f’termini tal-kanali ta’ distribuzzjoni, il-proċess ta’ manifattura u l-kostijiet tal-produzzjoni. Għaldaqstant, LG Chem talbet l-esklużjoni tal-prodotti tal-SAPs “kożviluppati” mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni.

(66)

LG Chem talbet ukoll l-esklużjoni ta’ kanali ta’ distribuzzjoni speċifiċi għax-xiri fit-tul u kuntratti ta’ allokazzjoni globali mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat peress li dawn ma jikkompetux fis-suq tal-Unjoni.

(67)

Madankollu, LG Chem ma allegatx li prodotti spec-in jew kożviluppati setgħu jiġu manifatturati biss minn LG Chem u li ma kienx se jkun hemm kompetizzjoni bejn il-fornituri differenti. Minflok, prodotti “spec-in” u “kożviluppati” huma manifatturati wkoll mill-produtturi tal-Unjoni, fuq talba ta’ klijenti speċifiċi, kif deskritt fil-premessi (64) u (65). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li anki l-utenti tal-SAPs “spec-in” jew tal-SAPs “kożviluppati” għadhom iħaddmu strateġija b’diversi sorsi għall-istabbiltà tal-provvista, inkluż diversi fornituri differenti u postijiet ta’ produzzjoni differenti, inkluż il-fornituri tal-Unjoni. Minbarra dan, LG Chem ma ressqitx talba biex tinkludi prodotti spec-in jew kożviluppati bħala waħda mill-karatteristiċi fil-livell tal-PCN biex jitqiesu d-differenzi allegati fil-kost tal-produzzjoni jew fil-prezzijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li jeżistu dawn id-differenzi.

(68)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba biex jiġu esklużi prodotti spec-in jew prodotti kożviluppati.

2.3.2.   Talba ta’ esklużjoni għal SAPs li jikkontrollaw l-irwejjaħ

(69)

It-tieni, LG Chem talbet li jiġu esklużi prodotti tal-SAPs li jikkontrollaw l-irwejjaħ mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, peress li dawn huma differenti mill-prodotti tal-SAPs l-oħra f’termini tal-karatteristiċi tekniċi u kimiċi, il-proċess ta’ manifattura, il-kostijiet assoċjati u l-użi finali. Hija spjegat li l-funzjonalità tal-kontroll tal-irwejjaħ tinkiseb billi tiżdied materja prima addizzjonali permezz ta’ kompożizzjoni kimika partikolari, li tirriżulta fi prezz ogħla għall-klijenti finali. Għal dawk ir-raġunijiet, ġie ddikjarat li l-prodotti li jikkontrollaw l-irwejjaħ ma jistgħux ikunu interkambjabbli ma’ prodotti tal-SAPs oħra. LG Chem ikkummentat ukoll li l-importazzjonijiet tagħha ta’ prodotti li jikkontrollaw l-irwejjaħ kienu limitati ħafna u għaldaqstant l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel ta’ prodotti li jikkontrollaw l-irwejjaħ ma setgħux ikkawżaw dannu lill-produtturi tal-SAPs li jikkontrollaw l-irwejjaħ tal-Unjoni.

(70)

Il-Kummissjoni vverifikat diversi kuntratti ta’ provvista tal-SAPs, li kien fihom l-għażla biex il-klijent jagħżel bejn SAPs li jikkontrollaw l-irwejjaħ u SAPs li ma jikkontrollawx l-irwejjaħ mingħajr l-ebda differenza fil-prezz. Dan juri li ż-żewġ firxiet tal-SAPs jikkompetu direttament ma’ xulxin, minkejja d-differenzi tekniċi u kimiċi tagħhom.

(71)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba ta’ esklużjoni. Madankollu, kif muri fit-taqsima 2.3.5, il-Kummissjoni inkludiet il-kontroll tal-irwejjaħ bħala waħda mill-karatteristiċi fil-livell tal-PCN biex tqis id-differenzi possibbli fil-prezzijiet li jirriżultaw miż-żieda ta’ materjali li jikkontrollaw l-irwejjaħ.

2.3.3.   Talba ta’ esklużjoni għall-SAPs bijoloġiċi

(72)

It-tielet, LG Chem talbet l-esklużjoni tal-prodotti tal-SAPs organiċi (l-hekk imsejħa “SAPs bijoloġiċi”) mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, li kimikament huma differenti minn prodotti tal-SAPs mhux bijoloġiċi minħabba li l-bijodiżil jintuża bħala materja prima minflok iż-żejt grezz. LG Chem kompliet tispjega li l-SAPs bijoloġiċi jippreżentaw proċess ta’ manifattura u kostijiet assoċjati differenti meta mqabbla ma’ prodotti tal-SAPs mhux bijoloġiċi, li jirriżultaw fi prezz ogħla għall-klijenti finali. Għal dawk ir-raġunijiet, ġie ddikjarat li l-SAPs bijoloġiċi ma jistgħux ikunu interkambjabbli mal-prodotti tal-SAPs l-oħra. LG Chem ikkummentat ukoll li l-produtturi tal-Korea t’Isfel ma jfornux prodotti tal-SAPs bijoloġiċi lis-suq tal-Unjoni u, minħabba f’hekk, l-importazzjonijiet tal-SAPs bijoloġiċi tal-Korea t’Isfel ma setgħux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. LG Chem tenniet dawn il-kummenti wara d-divulgazzjoni finali.

(73)

L-ilment kopra kemm l-SAPs bijoloġiċi u dawk li mhumiex, peress li l-industrija tal-Unjoni timmanifattura t-tnejn li huma. Barra minn hekk, hemm diversi varjetajiet tal-SAPs li huma manifatturati, li jvarjaw skont il-forma u l-karatteristiċi. LG Chem ma sostanzjatx biżżejjed li l-SAPs bijoloġiċi jkollhom suq separat u li ma jikkompetux mal-SAPs magħmula minn żejt grezz. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba għall-esklużjoni.

2.3.4.   Talba ta’ esklużjoni għall-SAPs industrijali

(74)

Ir-raba’, LG Chem talbet l-esklużjoni tal-prodotti tal-SAPs industrijali mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni u argumentat li l-SAPs għal użu mhux iġjeniku ma jistgħux jiġu assimilati mal-SAPs għal użu iġjeniku. Hija spjegat li ż-żewġ kategoriji jvarjaw fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, peress li l-prodotti tal-SAPs għall-użu industrijali għandhom tendenza li jkollhom daqs ta’ partiċelli iżgħar. Għal dawk ir-raġunijiet, ġie ddikjarat li l-SAPs għal użu iġjeniku ma setgħux ikunu interkambjabbli mal-SAPs għal użu industrijali. LG Chem ikkummentat ukoll li l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel tal-prodotti tal-SAPs industrijali kienu jikkorrispondu għal suq niċċa, li jirrappreżenta madwar 1 % sa 3 % tas-suq sħiħ tal-SAPs fl-Unjoni, u, minħabba f’hekk, ma setgħux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(75)

L-ilment ikopri kemm l-SAPs għal użu iġjeniku kif ukoll dawk għal użu industrijali, peress li l-industrija tal-Unjoni timmanifattura t-tnejn li huma. Minkejja li l-użi finali huma differenti, diversi aspetti tal-proċess ta’ manifattura u l-karatteristiċi kimiċi u tekniċi ġenerali huma l-istess. Lanqas mhuwa meħtieġ li t-tipi kollha ta’ prodotti fi ħdan investigazzjoni jikkompetu direttament ma’ xulxin. Kif muri fit-taqsima 2.3.5, il-Kummissjoni segwiet it-talba biex tiddifferenzja bejn użu iġjeniku u użu industrijali bl-introduzzjoni ta’ dawk il-kategoriji fil-PCN.

2.3.5.   Proposti ta’ diżaggregazzjoni tal-PCN

(76)

Fit-12 ta’ Marzu 2021, LG Chem issottomettiet kummenti u tenniet il-pretensjonijiet tagħha dwar in-natura mhux omoġenja tal-prodott ikkonċernat, u opponiet l-istqarrija tal-ilmentatur li l-SAPs kienu kkaratterizzati mill-kapaċità funzjonali tagħhom minflok mill-istruttura kimika tagħhom. F’dak ir-rigward, LG Chem enfasizzat li l-użu ta’ PCN wieħed ma kienx jippermetti paragun ġust tat-tipi differenti ta’ prodotti tal-SAPs, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u pproponiet diżaggregazzjoni tal-PCN. Din iddifferenzjat il-prodotti tal-SAPs skont il-materja prima użata fil-proċess tal-produzzjoni, il-forma, il-kapaċità medja ta’ retenzjoni ċentrifugali (centrifugal retention capacity, “CRC”), l-addittivi u l-funzjonalitajiet addizzjonali — inkluż il-prodotti bir-ragħwa, l-antiagglomeranti, l-antiskoloranti u l-kontroll tal-irwejjaħ — u l-użi.

(77)

Fid-19 ta’ Marzu 2021, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, BASF u Nippon Shokubai Europe, issottomettew kummenti b’reazzjoni għas-sottomissjoni ta’ LG Chem. Bħala kumment preliminari, huma ddikjaraw li l-kummenti ta’ LG Chem dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ġew sottomessi wara l-iskadenza stabbilita fin-Notifika ta’ Bidu u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu injorati u rrifjutati.

(78)

Fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ LG Chem dwar id-diżaggregazzjoni tal-PCN kif iddikjarata fil-premessa (76), il-produtturi tal-Unjoni ddikjaraw li, għalkemm kien korrett li jiġi ddikjarat li l-SAPs kienu kkaratterizzati minn għadd ta’ parametri differenti li jistgħu jvarjaw skont ir-rekwiżiti u l-preferenzi tal-klijenti, l-ebda wieħed mill-parametri ma kien aktar rilevanti mill-ieħor fid-differenzjazzjoni tal-prodotti tal-SAPs. B’mod partikolari, huma ddikjaraw li d-differenzi f’termini tal-forma, is-CRC, l-addittivi u l-funzjonalitajiet addizzjonali ma impedewx il-komparabbiltà tal-prodott u ma wasslux għal differenzi sinifikanti fil-prezzijiet, u ssottomettew evidenza b’appoġġ għal dan.

(79)

Fir-rigward tad-differenzjazzjoni tal-prodotti tal-SAPs skont l-użu, il-produtturi tal-Unjoni qablu fid-dikjarazzjoni li l-SAPs maħsubin għal użu iġjeniku għandhom ikunu distinti mill-SAPs għal użu mhux iġjeniku, peress li l-użi finali jistgħu jwasslu għal differenzi fil-prezzijiet. Madankollu, l-industrija tal-UE opponiet kwalunkwe distinzjoni fi ħdan is-segment tas-suq tal-iġjene propost minn LG Chem — jiġifieri prodotti għall-kura tat-trabi, għall-kura tal-adulti jew għall-kura tan-nisa — u ddikjarat li l-prodotti tal-SAPs għal użu iġjeniku kienu komparabbli ma’ xulxin. Għal dawk ir-raġunijiet, BASF u Nippon Shokubai Europe opponew id-diżaggregazzjoni tal-PCNs proposta minn LG Chem u sostnew li PCN wieħed ma jwaqqafx lil LG Chem milli titlob aġġustament skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(80)

Fil-qosor, il-produtturi tal-Unjoni opponew it-talba ta’ esklużjoni ta’ LG Chem għall-prodott kif deskritt fit-taqsima 2.3.1 u ddikjaraw li LG Chem naqset milli turi li hemm differenzi sostantivi bejn prodotti tal-SAPs li għalihom intalbet l-esklużjoni f’termini ta’ karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, l-użi, il-perċezzjoni tal-klijenti jew l-interkambjabbiltà, u prodotti oħrajn tal-SAPs.

(81)

Wara t-talba għal PCN differenzjat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiġbor aktar data biex tanalizza t-talba.

(82)

Abbażi tal-evidenza fil-fajl, il-Kummissjoni ssottomettiet Nota għall-fajl fid-9 ta’ April 2021, fejn stiednet lill-partijiet interessati kollha jissottomettu data u jikkummentaw dwar diżaggregazzjoni ġdida tal-PCN li tqis id-differenzi fost il-prodotti tal-SAPs f’termini tal-materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni, il-forma, is-CRC, il-prodotti bir-ragħwa u dawk mingħajr ragħwa, l-antiagglomeranti, l-antiskoloranti, il-kontroll tal-irwejjaħ u l-użi.

(83)

Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, BASF u Nippon Shokubai Europe, flimkien mal-produttur tal-Unjoni Evonik, tennew il-pretensjonijiet li fihom jopponu d-diżaggregazzjoni tal-PCN, filwaqt li ddikjaraw li dan kien arbitrarju u selettiv u jservi biss biex jappoġġa l-interess individwali ta’ LG Chem fl-investigazzjoni.

(84)

Min-naħa l-oħra, żewġ utenti, FATER u P&G, laqgħu d-deċiżjoni li ssir diżaggregazzjoni ġdida tal-PCN. Iż-żewġ utenti talbu wkoll li jiżdied kriterju wieħed ta’ distinzjoni, jiġifieri “T20 — Veloċità tal-Assorbiment Dinamiku” f’sekondi, jiġifieri l-veloċità li biha l-SAPs jassorbu l-likwidi taħt pressjoni. Fis-sottomissjonijiet tagħhom, iż-żewġ utenti spjegaw li l-metodu T20 kien ġie żviluppat u mtejjeb b’mod sinifikanti minn P&G fl-għaxar snin preċedenti, u li bħalissa kien qed jintuża kemm minn P&G kif ukoll minn FATER fil-prodotti tal-SAPs tal-Ġenerazzjoni 8, li x’aktarx se jsiru prodotti tal-SAPs tal-Ġenerazzjoni 9 fl-2022. Għaldaqstant, l-introduzzjoni ta’ dak il-kriterju tqieset essenzjali miż-żewġ utenti, sabiex jiġi żgurat l-ogħla grad ta’ kumparabbiltà bejn il-prodotti u l-prezzijiet mal-prodotti tal-SAPs l-oħra.

(85)

Il-Kummissjoni qieset li l-veloċità tal-assorbiment hija karatteristika ġenerali, li hija differenti fl-SAPs kollha. Madankollu, jekk issir differenzazzjoni tat-tipi kollha tal-SAPs ma tkun tista’ ssir l-ebda kumparabbiltà bejn il-prezzijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba biex jiġi introdott dak il-kriterju fl-analiżi tagħha.

(86)

Fit-22 ta’ April 2021, il-Kummissjoni, wara li kkunsidrat il-kummenti kollha li rċeviet mill-partijiet interessati u abbażi tal-evidenza fil-fajl, iddeċidiet li timmodifika d-diżaggregazzjoni tal-PCN proposta fin-Nota għall-fajl tad-9 ta’ April 2021. Id-diżaggregazzjoni finali tal-PCN qieset id-differenzi fost il-prodotti tal-SAPs f’termini tal-materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni, il-forma, is-CRC, il-kontroll tal-irwejjaħ u l-użi, u għaldaqstant ma baqgħux jitqiesu d-differenzi li jirriżultaw mill-prodotti bir-ragħwa u dawk mingħajr ragħwa, l-antiagglomeranti u l-antiskoloranti. Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-produttur esportatur biex jerġgħu jissottomettu l-partijiet tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li kienu bbażati fuq PCN, billi jużaw id-diżaggregazzjoni finali tal-PCN.

(87)

Wara d-deċiżjoni dwar id-diżaggregazzjoni finali tal-PCN, fis-27 ta’ Mejju 2021, LG Chem argumentat li l-kummenti mill-partijiet interessati li ġġustifikaw il-bidla tad-diżaggregazzjoni finali tal-PCN ma tqegħdux fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni fil-ħin, bi ksur tal-Artikolu 6(7) tar-Regolament bażiku.

(88)

Il-Kummissjoni tat lil LG Chem estensjoni tal-iskadenza biex tissottometti kummenti dwar dawk il-kummenti.

(89)

LG Chem argumentat ukoll li d-data ta’ partijiet oħra b’reazzjoni għall-PCN dettaljat ma ppermettietx fehim raġonevoli tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali.

(90)

Id-data msemmija minn LG Chem tqieset kunfidenzjali ħafna mill-Kummissjoni peress li l-kompetituri setgħu jifhmu l-istrateġiji tan-negozju tal-Industrija tal-Unjoni permezz ta’ dik id-data. Il-Kummissjoni qieset li s-sommarji mhux kunfidenzjali kienu rappreżentattivi tad-data pprovduta b’mod kunfidenzjali, u ppermettiet li partijiet interessati oħra jeżerċitaw b’mod xieraq id-drittijiet ta’ difiża tagħhom. Għaldaqstant, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

2.3.6.   Talba ta’ esklużjoni tal-prodott għall-SAPs tal-Ġenerazzjonijiet 8 u 9

(91)

Wara d-divulgazzjoni tad-diżaggregazzjoni finali tal-PCN, żewġ utenti, FATER u P&G, talbu l-esklużjoni tal-hekk imsejħa tipi ta’ prodotti tal-SAPs tal-Ġenerazzjonijiet 8 u 9 (“SAP Generation 8 & 9”), għar-raġuni li kien hemm karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi speċifiċi li ma jippermettux l-interkambjabbiltà ma’ tipi oħra ta’ prodotti tal-SAPs. B’mod partikolari, kif deskritt hawn fuq fil-premessa (84), l-utenti ddikjaraw li l-metodu T20 jiddifferenzja l-prodotti tal-SAPs tal-“Ġenerazzjonijiet 8 u 9” u l-prodotti tal-SAPs l-oħra kollha fis-suq tal-Unjoni.

(92)

Il-Kummissjoni investigat il-pretensjonijiet u kkonkludiet li l-prodotti tal-SAPs kollha kienu soġġetti għal speċifikazzjonijiet tekniċi jew kimiċi differenti, sa ċertu punt. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, dawn għandhom l-istess użu finali u huma interkambjabbli, u xorta jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif imsemmi fil-premessa (58). Kwalunkwe differenza minuri fl-ispeċifikazzjonijiet hija koperta mill-informazzjoni addizzjonali fil-livell tal-PCN. Għaldaqstant, il-metodu T20 użat fl-“SAPs tal-Ġenerazzjonijiet 8 u 9” ma ġġustifikax l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(93)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, P&G u Fater iddikjaraw li l-Kummissjoni wriet b’mod mhux preċiż il-veloċità ta’ assorbiment bħala “karatteristika ġenerali” li tvarja fil-prodotti SAP kollha. Huma kkummentaw li, bħala konsegwenza, il-ħames deskritturi użati fit-tqassim finali tal-PCN jistgħu jitqiesu ugwalment bħala “karatteristiċi ġenerali” li jvarjaw fil-prodotti SAP kollha. Għalhekk P&G u Fater issuġġerew li l-użu tal-livell T20 bħala limitu fl-analiżi tal-PCN kien jippermetti lill-Kummissjoni tasal għal analiżi tal-PCN aktar preċiża.

(94)

Huma sostnew ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja r-raġunijiet li għalihom “il-metodu T20 użat fil-“Ġenerazzjoni SAP 8 u 9” ma ġġustifikax l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott”. Huma argumentaw ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tindirizza l-fatturi addizzjonali li jikkaratterizzaw il-metodu T20, bħall-proċess ta’ manifattura u l-perċezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll id-differenzi tiegħu f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi, meta kkonkludiet li l-prodotti SAP kollha għandhom “l-istess użu finali u huma skambjabbli” u li “kwalunkwe differenza minuri fl-ispeċifikazzjonijiet hija koperta mill-informazzjoni addizzjonali fil-livell tal-PCN”.

(95)

P&G u Fater sostnew ukoll li l-Kummissjoni injorat l-evidenza pprovduta b’appoġġ għall-fatt li l-proċess ta’ manifattura għal SAP Ġenerazzjoni 8 u 9 huwa fundamentalment differenti minn dak ta’ tipi oħra ta’ SAP.

(96)

Fl-aħħar nett, P&G u Fater sostnew li l-esklużjoni tal-prodotti SAP tal-Ġenerazzjoni 8 u 9 mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni tkun fl-interess tal-Unjoni, peress li tevita impatt detrimentali fuq il-prezzijiet tal-ħrieqi P&G u Fater għall-bejjiegħa bl-imnut filwaqt li tippermetti li l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti SAP oħra jibqgħu fis-seħħ.

(97)

Kif żvelat lill-partijiet interessati, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-differenzi tekniċi waħedhom ma jiġġustifikawx l-esklużjoni (ara l-premessa (92)). P&G u Fater ma kkontestawx li l-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ SAP hija bbażata fuq l-istess materja prima bħal SAP oħra u li l-użu fi prodotti tal-iġjene tat-trabi u tal-adulti jikkompeti ma’ SAP ieħor użat fl-istess tip ta’ prodotti. Barra minn hekk, il-fatt waħdu li utenti speċifiċi fasslu l-produzzjoni tagħhom għal SAP b’karatteristiċi speċifiċi ma jiġġustifikax l-esklużjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li hija naqset milli tindirizza kwalunkwe fattur fil-valutazzjoni tagħha. L-interess tal-Unjoni huwa indirizzat ulterjorment fit-Taqsima 6.

2.3.7.   Talba għall-esklużjoni tal-prodott minn Kimberly-Clark

(98)

Fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Kimberly-Clark talbet lill-Kummissjoni teskludi tip speċifiku ta’ SAP użat fil-proċess tal-manifattura tagħha mill-ambitu tal-prodott. .

(99)

Il-Kummissjoni nnotat li Kimberly-Clark ma ressqet l-ebda evidenza biex issostni d-dikjarazzjoni tagħha dwar karatteristiċi tekniċi differenti. Hija lanqas ma kkontestat li t-tip speċifiku ta’ SAP tagħha huwa bbażat fuq l-istess materja prima bħal SAP oħra u li tikkompeti ma’ SAP ieħor użat fl-istess tip ta’ prodotti. Barra minn hekk, minħabba s-sottomissjoni ta’ din it-talba ta’ esklużjoni fi stadju tard ħafna tal-proċedura, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tivverifika d-dikjarazzjonijiet li ċerti produtturi ma jkunux jistgħu jipproduċu dan it-tip ta’ SAP. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba ta’ esklużjoni.

3.   DUMPING

3.1.   Valur normali

(100)

Il-kampjunar ma ġiex applikat għall-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea. LG Chem kienet l-uniku produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat li kkoopera fir-Repubblika tal-Korea.

(101)

L-ewwel, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ LG Chem kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Abbażi ta’ hekk, il-bejgħ totali ta’ LG Chem tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(102)

Il-Kummissjoni mbagħad identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fil-livell domestiku minn LG Chem li kienu identiċi jew kumparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(103)

Wara dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn LG Chem fis-suq domestiku tagħha, għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew kumparabbli mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott ikun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

(104)

Il-Kummissjoni stabbiliet li erba’ tipi ta’ prodotti ma nbigħux minn LG Chem fis-suq domestiku tagħha. Għal dawk it-tipi ta’ prodotti, il-valur normali nħadem kif spjegat fil-premessi (111) sa (112).

(105)

Tip wieħed ta’ prodott inbiegħ f’volumi li jirrappreżentaw 4,3 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ LG Chem lejn l-Unjoni, biss ftit inqas mil-livell limitu ta’ 5 %. Peress li l-prezz tal-bejgħ kien jikkonforma mal-prezzijiet tal-mudelli kumparabbli mibjugħa fis-suq domestiku, il-Kummissjoni qisitu rappreżentattiv tas-suq ikkonċernat.

(106)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(107)

Il-valur normali jkun ibbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ ikunx profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkulat ta’ produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs il-kost unitarju tal-produzzjoni jew ogħla minnu.

(108)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dan it-tip ta’ prodott matul il-PI.

(109)

Il-valur normali jkun il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-PI, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ profittabbli tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip jew inqas minnu;

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(110)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 80 % (9) tal-bejgħ domestiku kollu tat-tipi ta’ prodotti li huma identiċi jew kumparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. B’hekk, għal dawk it-tipi ta’ prodotti, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI.

(111)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti li ma kellhom l-ebda bejgħ tal-prodott simili fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3)(6) tar-Regolament bażiku.

(112)

Għall-erba’ tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-ispejjeż SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(113)

LG Chem esportat lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti jew indirettament permezz ta’ LG Chem Europe, importatur relatat fl-Unjoni.

(114)

Rigward il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat direttament lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz imħallas realment jew li jrid jiġi mħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(115)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali LG Chem ikkontestat l-aġġustament li l-Kummissjoni għamlet għall-provvediment tal-kost tal-kreditu għall-bejgħ dirett tagħha lill-Unjoni bl-użu tar-rata tal-imgħax ta’ 3 xhur fil-Korea u abbażi tal-munita tal-kontijiet tal-kumpanija (KRW). Fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni kellha tuża r-rata LIBOR użata minn LG Chem fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju u abbażi tal-munita tal-fattura (EUR).

(116)

LG Chem argumentat li l-konċessjoni għandha tirrifletti l-ispiża bbażata fuq it-termini tal-ħlas miftiehma fiż-żmien tal-bejgħ. Fil-fehma tagħha t-termini ta’ pagament miftiehma huma l-muniti li fihom huma denominati l-fatturi u għalhekk il-Kummissjoni kellha tapplika r-rati tal-imgħax tal-LIBOR fuq terminu qasir għal EUR.

(117)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. Kif spjegat ukoll fil-kwestjonarju, “il-kreditu jirreferi għall-ispiża taż-żmien li x-xerrej jingħata biex iħallas il-merkanzija, jiġifieri miftiehma fit-termini tal-ħlas”. Għalhekk, it-termini miftiehma huma l-jiem li x-xerrej jingħata biex iħallas il-fattura. Fir-rigward tar-rata tal-imgħax, din għandha tirrifletti l-ispiża li l-kumpanija kienet tħallas għas-self tagħha stess fuq perjodu qasir tal-istess ammont tal-fattura. Għalhekk, għandha tkun ibbażata fuq il-KRW, li hija l-munita funzjonali tal-kumpanija.

(118)

Il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ permezz ta’ LG Chem Europe ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ mill-ġdid għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti tal-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż għall-ispejjeż SG&A, u għall-profitti dovuti.

(119)

Fir-rigward tal-marġni ta’ profitt użat, LG Chem Europe ddikjarat li jenħtieġ li jintuża l-marġni ta’ profitt tagħha stess peress li, fil-fehma tagħha, dan kien preċiż u raġonevoli.

(120)

Madankollu, instab li l-metodu tal-allokazzjoni kien affettwat bis-sħiħ mill-assoċjazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji peress li kien allokat b’mod dirett minn LG Chem. Għaldaqstant, il-prezz tat-trasferiment ma kienx prezz li kieku kien jiġi stabbilit permezz ta’ negozjati ma’ importatur indipendenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-marġni ta’ profitt ta’ LG Chem Europe ma kienx raġonevoli. Skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, jitqies xieraq li jintuża marġni ta’ profitt raġonevoli indipendentement mill-profitt reali li jirriżulta mill-prezz tat-trasferiment sabiex jiġu evitati kwalunkwe effetti distortivi li jistgħu jirriżultaw mill-prezz tat-trasferiment, f’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(121)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe importatur mhux relatat li kkoopera, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrikorri għall-marġni ta’ profitt użat fi proċediment preċedenti li kien jikkonċerna prodott kimiku ieħor manifatturat minn industrija simili u importat f’ċirkostanzi simili, jiġifieri marġni ta’ profitt ta’ 6,89 % (10) stabbilit fl-investigazzjoni dwar l-alkoħols tal-polivinil. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dak il-marġni ta’ profitt huwa l-aktar bażi oġġettiva disponibbli biex wieħed jasal għal stima sodisfaċenti ta’ prezz ta’ distakkament tal-esportazzjoni.

(122)

Wara d-divulgazzjoni finali l-kumpanija tenniet l-affermazzjoni tagħha u ppreżentat kalkolu mmirat biex juri li l-kost tax-xiri ta’ LG Chem Europe minn LG Chem kien ogħla mill-prezz tal-bejgħ ta’ PCNs identiċi mibjugħa direttament minn LG Chem lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Għalhekk, fil-fehma tagħha, dan wera li l-marġni ta’ profitt ta’ LG Chem Europe kien ibbażat fuq kost ta’ distakkament tax-xiri u għalhekk jenħtieġ li jintuża għall-aġġustament skont l-Artikolu 2(9).

(123)

Fil-kalkolu tagħha, LG Chem qabblet il-prezz ta’ LG Chem Europe (wara li naqqset il-konċessjonijiet, l-SGA u l-profitt kif stabbilit fl-investigazzjoni PVA) mal-bejgħ dirett ta’ LG Chem fl-UE (wara t-tnaqqis tal-kwoti) u għalhekk ma pprovdiet l-ebda evidenza li tikkontradixxi l-argument li l-allokazzjoni tal-profitt kienet affettwata bis-sħiħ mill-assoċjazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji, kif stabbilit matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet mill-fabbrika ta’ LG Chem Europe flimkien ma’ SG &A u l-profitt stabbiliti fl-investigazzjoni PVA kienu bħala medja [5 % - 8 %] ogħla mill-prezzijiet mill-fabbrika tal-bejgħ dirett ta’ LG Chem. Fil-fehma tal-Kummissjoni, din il-firxa hija perfettament konformi mal-mark-up li importatur mhux relatat jitlob. Il-pretensjoni għalhekk ġiet irrifjutata.

(124)

LG Chem ikkontestat ukoll l-użu tal-marġni ta’ profitt stabbilit fl-investigazzjoni tal-PVA. Il-kumpanija argumentat li kienet stabbilita f’perjodu ta’ żmien differenti mill-investigazzjoni attwali u li kien hemm differenzi sinifikanti fid-distribuzzjoni tal-SAP meta mqabbla mal-PVA. Fil-fehma tagħha, l-ewwel nett il-kundizzjoni tas-suq għall-PVA nbidlet b’mod sinifikanti bit-tnaqqis tal-marġni ta’ profitt tal-importaturi fis-settur kimiku meta mqabbel mal-PI tal-investigazzjoni attwali u t-tieni, l-SAP huwa prodott kożviluppat bejn il-produttur u l-klijent li normalment jinbiegħ permezz ta’ kuntratti fit-tul, filwaqt li l-PVA huwa prodott ta’ komodità mibjugħ permezz ta’ bejgħ spot.

(125)

Il-Kummissjoni ma tqisx il-marġni ta’ profitt stabbilit fl-investigazzjoni tal-PVA bħala mhux xieraq. L-ewwel nett, l-informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati wriet li l-marġni ta’ profitt medju tal-importaturi fis-settur tal-prodotti kimiċi ta’ speċjalità kien ivarja bejn 10 % u 15 % fl-2020. It-tieni, għall-kuntrarju tal-argument ta’ LG Chem, il-PVA huwa wkoll prodott li spiss jiġi żviluppat skont l-ispeċifikazzjoni tal-klijenti u spiss jinbiegħ permezz ta’ kuntratti fit-tul, kif ikkonfermat fl-investigazzjoni dwar il-PVA. It-tielet, id-data miġbura wriet li l-profitt tal-importaturi mhux relatati li kkooperaw fl-investigazzjoni tal-PVA baqa’ fl-istess firxa anki qabel il-PI tal-investigazzjoni tal-PVA. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

3.3.   Offerta ta’ impenn

(126)

Wara d-divulgazzjoni finali, sal-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, LG Chem, flimkien ma’ LG Chem Europe, ippreżentaw offerta għal impenn fuq il-prezz. Il-kumpanija offriet żewġ prezzijiet minimi medji tal-importazzjoni (PMI) soġġetti għall-indiċjar.

(127)

F’sett ta’ kummenti sottomessi lill-Kummissjoni, l-ilmentaturi u Evonik opponew l-offerta ta’ LG Chem għal għadd ta’ raġunijiet, bħar-riskju għal kumpens trasversali tal-prezzijiet u r-riskju li l-PMI jista’ jsir prezz ta’ referenza fis-suq tal-Unjoni u b’hekk inaqqas il-kompetizzjoni. Huma talbu li l-offerta ta’ LG Chem tiġi miċħuda.

(128)

Barra minn hekk, l-ilmentaturi u Evonik argumentaw li n-nuqqas ta’ konformità tar-Repubblika tal-Korea ma’ ċerti dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet tal-ILO jista’ jgħawweġ l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-SAP Korean u fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa kwalunkwe tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni Koreani. Huma talbu lill-Kummissjoni biex tqis din id-distorsjoni fl-investigazzjoni preżenti, tal-inqas fl-eżami ta’ kwalunkwe offerta ta’ impenn fuq il-prezz ippreżentata mill-produttur esportatur.

(129)

Il-Kummissjoni ma qisitx li kellha biżżejjed evidenza fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni rigward in-nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet tal-ILO sabiex tasal għal kwalunkwe konklużjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi. Fi kwalunkwe każ, l-offerta ta’ impenn ippreżentata minn LG Chem kellha tiġi miċħuda għal raġunijiet oħra u għalhekk ma kinitx meħtieġa evalwazzjoni f’dan ir-rigward.

(130)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, l-offerti ta’ impenn fuq il-prezz iridu jkunu adegwati biex jeliminaw l-effett dannuż tad-dumping u l-aċċettazzjoni tagħhom ma għandhiex titqies li mhux prattika. Il-Kummissjoni vvalutat l-offerta fid-dawl ta’ dawn il-kriterji u kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tagħha ma tkunx prattika u ma tkunx telimina l-effetti dannużi tad-dumping għar-raġunijiet li ġejjin.

(131)

L-ewwel nett, il-prezz tal-prodott ikkonċernat u tal-materja prima li fuqha kien ibbażat l-indiċjar propost huma volatili. Iffaċċjat b’din il-volatilità, ma jistax jiġi garantit li PMI ikun biżżejjed biex jelimina l-effetti dannużi tad-dumping matul il-perjodu tal-miżuri.

(132)

It-tieni, LG Chem esportat diversi tipi differenti ta’ prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’varjazzjoni fil-prezz ta’ [30 % - 40 %]. PMI medju ponderat għal kull kategorija tal-prodott ikkonċernat jirriżulta f’PMI li jkun taħt il-prezz mhux oġġett ta’ dumping għal xi tipi ta’ prodotti SAP, filwaqt li titqies ukoll il-volatilità tal-prezz kif spjegat hawn fuq.

(133)

It-tielet, il-PMI proposti huma indiċjati fuq iż-żewġ materji primi prinċipali għall-formula tal-prezz tas-SAP, il-propilen u s-soda kawstika. Madankollu, fatturi importanti oħra bħall-ispejjeż tal-enerġija ma jitqisux fl-indiċjar.

(134)

Ir-raba’, it-tipi ta’ prodotti SAP u l-PCNs ma jistgħux jintgħarfu faċilment minn xulxin permezz ta’ spezzjoni fiżika. Dan jinvolvi riskju għoli li tipi ta’ prodotti aktar għaljin possibbilment jiġu ddikjarati ħażin bħala tipi ta’ prodotti orħos. Dan jirrendi l-impenn diffiċli biex jiġi mmonitorjat u għalhekk mhux prattiku skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku.

(135)

Il-ħames, LG Chem għandha struttura globali magħmula minn diversi kumpaniji relatati, fl-Unjoni u barra minnha, u tbigħ għadd kbir ta’ prodotti kimiċi oħra lil klijenti globali bbażati fl-Unjoni u barra minnha. SAP spiss jinbiegħ permezz ta’ kuntratti ta’ allokazzjoni globali li fihom klijent li jinsab f’diversi postijiet madwar id-dinja jinnegozja ma’ LG Chem għall-volum u l-prezzijiet għall-entitajiet relatati kollha tiegħu. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun impossibbli għall-Kummissjoni li timmonitorja b’mod effettiv dawn it-tranżazzjonijiet peress li dawn iseħħu barra mill-Unjoni u dan jippermetti lil LG Chem tikkumpensa faċilment il-prezzijiet fl-Unjoni bi prezzijiet barra mill-Unjoni għall-klijenti globali. Dan, waħdu, jagħmel l-offerta mhux prattika.

(136)

Il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-applikant, fejn esponiet ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq għaċ-ċaħda tal-offerti ta’ impenn. L-applikant ippreżenta l-kummenti tiegħu. Dawn il-kummenti tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati fil-fajl tal-każ.

(137)

Fl-osservazzjonijiet tagħha, LG Chem ikkontestat ir-raġunijiet li l-Kummissjoni ressqet sabiex tiċħad l-offerta ta’ impenn tagħha. Fil-fehma ta’ LG Chem, il-mekkaniżmu ta’ indiċjar propost kien kapaċi jaqbad il-volatilità tal-prezzijiet u jiżgura li l-PMI elimina l-marġni ta’ dumping matul id-durata kollha tal-miżuri. Fir-rigward tat-tipi differenti ta’ prodotti, LG Chem sostniet li l-varjazzjoni sinifikanti fil-prezz tat-tipi ta’ prodotti differenti kienet ikkawżata minn PCN wieħed esportat fi kwantitajiet limitati, u offriet li tirrevedi l-offerta tagħha u bbażatu fuq it-tliet PCNs simplifikati użati għal skopijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz. Hija argumentat ukoll li ma kien hemm l-ebda riskju ta’ kumpens reċiproku fost it-tipi differenti ta’ prodotti, peress li l-karatteristiċi differenti jistgħu jiġu vverifikati faċilment mill-awtoritajiet doganali permezz ta’ dokumenti tal-bejgħ u skeda ta’ data teknika li jridu jitħejjew minn LG Chem għal kull konsenja. Fl-aħħar nett, LG Chem argumentat li ma kien hemm l-ebda riskju ta’ kumpens inkroċjat permezz tal-kuntratti ta’ allokazzjoni fit-tul u globali u offriet li tipprovdi informazzjoni dwar il-bejgħ li sar lil klijenti globali ġewwa u barra l-UE biex jittaffa r-riskju.

(138)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-indiċjar propost jista’ jkopri mill-inqas parti mill-volatilità osservata tal-prezzijiet. Madankollu, il-PMI proposti kienu bbażati biss parzjalment fuq il-formula tal-prezz tal-materja prima filwaqt li l-parti fissa, li tammonta għal madwar 50 % tal-prezz tal-SAP, ġiet iffissata. Barra minn hekk, anki fir-rigward tat-tipi differenti ta’ prodotti, anki jekk il-PCN uniku esportat fi kwantitajiet limitati ma ġiex ikkunsidrat, il-varjazzjoni fil-prezz tad-disa’ PCNs li jifdal xorta tkun ta’ madwar [15 % - 30 %]. Fir-rigward tar-riskju ta’ kumpens trażversali, fil-fehma tal-Kummissjoni d-dokumenti tal-bejgħ waħedhom ma jipprevenux ir-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina peress li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu biss jistrieħu fuq dawk id-dikjarazzjonijiet. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-offerta ta’ LG Chem li tipprovdi informazzjoni dwar il-bejgħ magħmul lill-klijenti globali. Madankollu, fil-fehma tal-Kummissjoni, dan ma jnaqqasx ir-riskju ta’ kumpens reċiproku peress li l-Kummissjoni ma jkollhiex il-mezzi biex tivverifika li l-informazzjoni rilevanti kollha ġiet ipprovduta u jkun estremament diffiċli li jiġi infurzat l-impenn ta’ LG Chem. Il-pretensjoni għalhekk ġiet irrifjutata.

(139)

Barra minn hekk, LG Chem sostniet li r-raġunijiet imressqa mill-Kummissjoni sabiex tiċħad l-offerta tagħha ta’ impenn fuq il-prezzijiet ma kinux konsistenti mal-konklużjonijiet tad-dokument ta’ informazzjoni ġenerali. Il-kumpanija argumentat li: (i) il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-prezz tal-prodott ikkonċernat kien volatili iżda, fil-fehma tagħha, dan ma kienx konsistenti mal-allegazzjoni li l-importazzjonijiet Koreani rażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, (ii) il-Kummissjoni argumentat li LG Chem esportat 10 tipi ta’ prodott differenti li setgħu jiġu identifikati minn fatturi bħall-forma tal-granuli tal-prodott, il-grad ta’ porożità, id-densità tal-massa u d-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċelli, għall-kuntrarju tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali fejn il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u tad-dannu fuq PCN simplifikat, li jikkunsidra biss l-inklużjoni tal-kontroll tal-irwejjaħ u l-użu tal-prodott (iġjeniku kontra l-industrija), (iii) fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-formula tal-prezz SAP u l-kostijiet tal-produtturi tal-Unjoni bħala fatturi rilevanti li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li qieset li hija tirrifjuta l-offerta ta’ impenn, (iv) il-Kummissjoni qieset ir-rilevanza ta’ kuntratti ta’ allokazzjoni fit-tul u globali biex tirrifjuta l-offerta ta’ impenn ta’ LG Chem, iżda ma kkunsidrathiex fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali, speċjalment fir-rigward tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-effetti tal-importazzjonijiet mill-Ġappun.

(140)

Dawn l-argumenti kellhom jiġu miċħuda. L-ewwel nett, il-fatt li l-prezzijiet tqiesu volatili, jiġifieri l-prezzijiet ivarjaw skont il-prezzijiet tal-materja prima, kien diġà analizzat mill-Kummissjoni. Instab li kellha impatt negliġibbli fuq il-profittabbiltà u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessi (283) sa (288), peress li, minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Korea, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet sal-istess punt bħall-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha (ara wkoll il-premessa (249)). It-tieni nett, il-Kummissjoni qieset il-karatteristiċi differenti ta’ SAP fir-rigward tal-kapaċità tal-uffiċjali doganali li jiddistingwu t-tipi differenti ta’ prodotti u l-infurzabbiltà tal-impenn propost. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (182), fil-fehma tal-Kummissjoni, il-PCN simplifikat użat fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz kien dettaljat biżżejjed biex ikopri l-influwenza tal-kost u tal-prezz tal-karatteristiċi ewlenin tal-SAP. It-tielet nett, bħal fil-każ tal-punt preċedenti, il-kuntratti ta’ allokazzjoni globali tqiesu rilevanti peress li huma ta’ theddida għall-monitoraġġ u l-infurzabbiltà tal-impriża minħabba r-riskju ta’ kumpens reċiproku. Barra minn hekk, il-kummenti ta’ LG Chem fir-rigward tal-impatt tal-kuntratti ta’ allokazzjoni globali fuq l-effetti tal-importazzjonijiet mill-Ġappun, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u n-negozjati dwar il-prezzijiet globali ġew analizzati mill-Kummissjoni fit-taqsimiet 5.2.3, 5.2.4 u 5.2.8.

(141)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset l-offerta ta’ impenn mhux infurzabbli u għalhekk mhux prattika skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, u għalhekk irrifjutat l-offerta.

3.4.   Tqabbil

(142)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

(143)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali ġie aġġustat għat-trasport, l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-kostijiet tal-kreditu u l-ispejjeż għall-assistenza teknika. Il-prezz tal-esportazzjoni għall-ġestjoni, it-tagħbija u kostijiet anċillari, it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-imposti fuq l-importazzjonijiet u r-restituzzjoni tad-dazji, il-kostijiet tal-kreditu, it-tariffi bankarji, l-ispejjeż għall-assistenza teknika meta jinsab li dawn kienu raġonevoli, preċiżi u appoġġati minn evidenza vverifikata.

(144)

LG Chem iddikjarat livell ta’ aġġustament tal-kummerċ għall-bejgħ domestiku. Il-kumpanija argumentat li l-funzjonijiet tal-bejgħ għall-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jitwettqu mhux biss mill-importatur relatat tagħha LG Chem Europe, iżda wkoll mit-tim tal-bejgħ fil-kwartieri ġenerali ta’ LG Chem fir-Repubblika tal-Korea. Fil-fehma tagħha, peress li l-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għall-ispejjeż SG&A tal-importatur relatat, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, b’analoġija, jenħtieġ li mill-prezz domestiku, il-Kummissjoni tnaqqas ukoll l-ispejjeż tal-bejgħ imġarrba mit-tim tal-bejgħ fir-Repubblika tal-Korea għall-bejgħ domestiku tagħha.

(145)

Dik il-pretensjoni ma setgħetx tintlaqa’. L-ewwel nett, l-aġġustament skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għandu l-għan li jibni prezz tal-esportazzjoni affidabbli mhux affettwat mir-relazzjoni bejn l-esportatur fil-pajjiż esportatur u l-importatur relatat fl-Unjoni. L-aġġustamenti jridu jkopru l-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid (u għall-profitti li jakkumulaw) dment li dawk l-oġġetti normalment jiġġarrbu minn importatur. LG Chem ma pprovdiet l-ebda evidenza li t-tħaddim tal-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) mar lil hinn minn dak li huwa meħtieġ skont dik id-dispożizzjoni. Il-fatt li d-determinazzjoni tal-valur normali u tal-prezz tal-esportazzjoni hija rregolata minn dixxiplini differenti mhuwiex fattur li jaffettwa l-komparabbiltà tal-prezzijiet u li jeħtieġ li jiġi indirizzat b’aġġustament skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. LG Chem ma ressqitx evidenza li l-aġġustamenti mwettqa skont l-Artikolu 2(10) kif imfakkar fil-premessa (143) mhumiex adegwati biex isir tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, jew li bigħu lil tipi ta’ klijenti differenti fis-suq domestiku meta mqabbel mas-suq tal-Unjoni.

3.5.   Marġni tad-dumping

(146)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(147)

Abbażi ta’ hekk, il-marġni medju ponderat definittiv tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, tal-assigurazzjoni u tan-nol (cost, insurance and freight, “CIF”) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, jammonta għal 13,4 % għall-uniku produttur esportatur li kkoopera.

(148)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-Repubblika tal-Korea, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi.

(149)

Peress li kien hemm żewġ produtturi oħra fir-Repubblika tal-Korea li ma kkooperawx fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-kooperazzjoni kienet baxxa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-ogħla marġni tad-dumping ta’ tip ta’ prodott rappreżentattiv.

(150)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

LG Chem Ltd.

13,4  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,8  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(151)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn ħames produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(152)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 346 590 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġibiet għall-kwestjonarji dwar l-anti-dumping mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kif ukoll it-tweġiba għall-kwestjonarju makro minn produttur tal-Unjoni mhux inkluż fil-kampjun. Dik id-data ġiet kontroverifikata maċ-ċifri fl-ilment għall-affidabbiltà u l-kompletezza. Kif indikat fil-premessa (41), iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(153)

Il-Kummissjoni sabet li t-totalità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq ħieles u għaldaqstant hija soġġetta għal kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni eżaminat l-indikaturi ekonomiċi kollha relatati mal-industrija tal-Unjoni fit-totalità tagħhom.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(154)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tat-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping, il-kwestjonarju makro kif ukoll l-importazzjonijiet ibbażati fuq id-data tal-Eurostat.

(155)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2017

2018

2019

PI

Konsum totali tal-Unjoni

[630 000 - 665 000 ]

[630 000 - 665 000 ]

[630 000 - 665 000 ]

[630 000 - 665 000 ]

Indiċi

100

100

100

100

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u dawk mhux inklużi fil-kampjun kif ukoll il-Eurostat

(156)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum totali tas-suq ħieles baqa’ stabbli b’varjazzjonijiet minimi b’mod ċar inqas minn 1 %.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(157)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-kodiċi NM (11) estratt mill-bażi tad-data tal-Eurostat, aġġustat b’informazzjoni minn TRASS ipprovduta fl-ilment, sabiex jiġu identifikati l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Dak l-aġġustament kien meħtieġ peress li d-data tal-Eurostat għall-kodiċi NM kienet tinkludi proporzjon ta’ prodotti oħra, li jfixkel kemm il-kwantitajiet kif ukoll il-prezzijiet. L-aġġustament ma ġiex ikkontestat minn kwalunkwe parti interessata. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat meta mqabbel mal-volum tal-konsum totali tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 2.

(158)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem talbet divulgazzjoni addizzjonali dwar il-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-volumi u l-valuri tal-importazzjoni, kif ukoll divulgazzjoni tal-estrazzjoni dettaljata tad-data mit-trass. Il-Kummissjoni pprovdiet l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(159)

Kif spjegat fil-paragrafu 18 tal-ilment, il-kodiċi NM 3906 90 90 mhuwiex iddedikat esklussivament għall-SAP. L-ilmentatur ipprovda stima tal-proporzjon ta’ SAP li jinsab fil-volum kollu kklerjat taħt il-kodiċi NM 3906 90 90 abbażi tad-data TRASS. Kif jidher mill-verżjoni miftuħa tal-Anness 5–1 “Importazzjonijiet ta’ SAP lejn l-UE” għall-ilment, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-esportazzjonijiet SAP lejn l-UE kien jikkorrispondi għal 84 % tal-importazzjonijiet totali doganali rilaxxati taħt il-kodiċi NM 3906 90 90. L-Anness jindika wkoll li din l-informazzjoni ntużat mill-ilmentatur biex isiru aġġustamenti fid-data tal-Eurostat.

(160)

Il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħall-ilmentatur, li nstab li kienet xierqa u mhux ikkontestata, kif imsemmi fil-premessa (119) tad-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali (“DDĠ”) tad-divulgazzjoni finali.

(161)

Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li l-bażi tad-data TRASS tippermetti li tintgħażel id-denominazzjoni tal-prodotti. Għalhekk, il-volum u l-valur tal-esportazzjonijiet mill-Korea lejn l-UE magħmula taħt il-kodiċi HS 3906 90 90 ġew iffiltrati sabiex jiġu inklużi biss denominazzjonijiet tal-prodott li jikkorrispondu għall-SAP. Intgħażlu 15 prodott.

(162)

Madankollu, it-trass jippermetti biss l-estrazzjoni tad-data meta tkun disponibbli data ta’ mill-inqas 3 kumpaniji. Fl-2018 dan ma kienx il-każ. Peress li l-proporzjon tal-esportazzjonijiet SAP fi trass mad-data tal-Eurostat taħt il-kodiċi NM 3906 90 90 kien stabbli għas-snin l-oħra, il-Kummissjoni kkalkulat valur għall-2018 billi użat il-proporzjon medju tas-snin l-oħra.

(163)

Id-data TRASS sottostanti hija soġġetta għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ma tistax tiġi żvelata mill-Kummissjoni, iżda hija disponibbli għax-xiri.

(164)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 2

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

83 499

94 343

114 896

110 903

Indiċi

100

113

138

133

Sehem mis-suq

[12 %-14 %]

[13  %-15  %]

[16  %-18  %]

[16  %-18  %]

Indiċi

100

114

138

133

Sors: Data mill-Eurostat u TRASS

(165)

L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea żdiedu minn madwar 83 500 tunnellata għal madwar 110 900 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrappreżentaw żieda ġenerali ta’ 33 % bejn l-2017 u l-PI. Dik iż-żieda kienet ogħla b’mod sinifikanti miż-żieda fil-konsum.

(166)

L-aktar żieda sinifikanti fil-volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea ġiet irreġistrata bejn l-2018 u l-2019, b’żieda sena wara sena ta’ 22 %, segwita minn tnaqqis ta’ 3.5 % bejn l-2019 u l-PI.

(167)

Minħabba f’hekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-Korea t’Isfel żdied minn [12%-14%] għal [16%-18%] matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrappreżenta żieda ta’ 33 % bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Ta’ min jinnota li kemm il-volumi tal-importazzjonijiet kif ukoll is-sehem mis-suq tar-Repubblika tal-Korea ġeneralment urew żieda rapida matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(168)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat, billi użat il-kodiċi TARIC indikat fil-premessa (157) aġġustat bid-data minn TRASS, kif spjegat fil-premessi (157) sa (162).

(169)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem indikat li d-data tal-Eurostat kien fiha prezzijiet fuq bażi CIF. Il-Kummissjoni qieset dan u b’hekk ikkonvertiet il-prezzijiet tal-importazzjoni FOB mill-bażi tad-data TRASS għal CIF billi użat il-proporzjon bejn FOB għall-valur CIF mid-data vverifikata ta’ LG Chem. Iċ-ċifri aġġustati huma murija hawn taħt fit-Tabella 3.

(170)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

PI

Prezz tal-importazzjonijiet

1 191

1 252

1 169

1 074

Indiċi

100

105

98

90

Sors: Data minn TRASS ipprovduta fl-ilment.

(171)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea naqsu b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat minn EUR 1 191/tunnellata għal EUR 1 074/tunnellata. Dawk il-prezzijiet baqgħu b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat, kif muri fit-Tabella 7.

(172)

It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data tal-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż ikkonċernat u d-data dwar il-bejgħ domestiku pprovduta mill-industrija tal-Unjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew iddebitati l-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll

il-prezzijiet medji ponderati li kkorrispondew għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjoni mill-produttur li kkooperaw mill-Korea t’Isfel lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(173)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament xieraq fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-twaqqigħ tal-prezz medju ponderat li nstab kien ta’ 14,7 %.

(174)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li ma kinitx ġiet ipprovduta bid-data dettaljata tagħha stess fl-Anness 3b tad-divulgazzjoni finali, u li d-daqs tal-firxiet għad-data kunfidenzjali ma kienx adegwat. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-kummenti ta’ LG Chem. Għalhekk, LG Chem ingħatat id-data kunfidenzjali tagħha stess, u l-firxiet tnaqqsu. Dawn il-bidliet ġew inklużi fid-divulgazzjoni sensittiva addizzjonali pprovduta lil LG Chem u lill-industrija tal-Unjoni fit-8 ta’ Frar 2022.

(175)

LG Chem sostniet ukoll li l-informazzjoni fil-livell speċifiku tal-PCN għandha tiġi ddivulgata. Madankollu, b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela d-data mitluba għal kull tip ta’ prodott. Tabilħaqq, f’dan il-każ, kien hemm biss żewġ produtturi tal-Unjoni u tliet PCNs. Għalhekk, divulgazzjoni ta’ tali livell ta’ dettall tagħmilha possibbli li, jew direttament jew flimkien ma’ intelligence dwar is-suq, terġa’ tinbena data kunfidenzjali dwar il-bejgħ jew il-produzzjoni ta’ produtturi individwali tal-Unjoni LG Chem tenniet l-argument tagħha wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali.

(176)

Il-Kummissjoni ma tistax tiżvela data dettaljata akkumulata minn żewġ kumpaniji biss, peress li dan joħloq ir-riskju li partijiet interessati oħra jistgħu jibnu mill-ġdid data kunfidenzjali ta’ produtturi individwali bl-għajnuna ta’ informazzjoni dwar is-suq. Dan huwa riskju oġġettiv li jeżisti fi kwalunkwe suq fejn hemm biss ftit produtturi magħrufa attivi fis-suq jew involuti fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni.

(177)

LG Chem argumentat ukoll li ċ-ċifri użati għat-twaqqigħ tal-prezz u l-bejgħ taħt il-prezz ma għandhom l-ebda bażi fir-reġistru tal-investigazzjoni u li dawn id-diskrepanzi għandhom jiġu spjegati. Fid-dettall, LG Chem sabet li ma setgħetx tirrikonċilja eżattament il-valur tal-esportazzjoni CIF fil-fruntiera tal-UE divulgat fl-Anness 3b, kif ukoll il-kalkoli dettaljati tat-twaqqigħ tal-prezz u tad-dannu divulgati lil LG Chem, maċ-ċifri rrapportati fl-elenkar tal-bejgħ ta’ LGC fit-tabelli EUSALUR u RLSALUR. Barra minn hekk, LG Chem argumentat li l-valur tal-esportazzjoni CIF fil-fruntiera tal-UE muri fil-Korean rebaħ fl-Anness 2.1 tad-divulgazzjoni finali jirriżulta f’valur differenti f’EUR minn dak użat fl-Anness 3b.

(178)

Il-Kummissjoni ċċarat li għall-konverżjoni tal-Korea rebħet f’Euro hija kkonvertiet il-valuri CIF ta’ kull tranżazzjoni bir-rata tal-kambju rispettiva ta’ kull xahar tal-BĊE, filwaqt li LG Chem indikat fil-kummenti tagħha li applikat ir-rata tal-kambju annwali tal-BĊE. Minħabba l-fluttwazzjonijiet ta’ kull xahar fil-kwantitajiet, il-konverżjoni ta’ LG Chem ibbażata fuq ir-rata annwali neċessarjament uriet valuri differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li ċ-ċifri użati għall-finijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz juru diskrepanzi meta mqabbla mad-data fil-fajl.

(179)

LG Chem sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma spjegatx kif iddeterminat il-valur CIF maħdum, li ntuża għal skopijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz.

(180)

Il-Kummissjoni ċċarat li s-CIF mibni għall-bejgħ li sar permezz ta’ LG Chem Europe ġie kostruwit billi tnaqqas mill-valur nett tal-fattura l-SG&A u l-profitt stabbilit kif spjegat hawn fuq fil-premessi (118) sa (125), u l-konċessjonijiet għall-kostijiet kollha mġarrba wara l-importazzjoni. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega LG Chem, l-Anness 3a tad-divulgazzjoni finali jispjega kif il-prezz CIF ġie ddeterminat fir-rigward tal-aġġustament għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni.

(181)

LG Chem argumentat ukoll li l-Kummissjoni użat PCN għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn LG Chem mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li kien sempliċi wisq u ma kkunsidrax il-karatteristiċi kollha msemmija fis-sottomissjoni ta’ LG Chem tat-28 ta’ April 2021, jiġifieri l-materja prima, il-forma, is-CRC, il-kontroll tal-irwejjaħ, il-foamed, l-anticaking, l-antiskulurazzjoni u l-użu. B’mod partikolari, id-differenzi fis-CRC jistgħu jispjegaw, waħedhom, il-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 14.7 %.

(182)

Il-Kummissjoni tirreferi għal taqsima 2.3.5, li turi li l-Kummissjoni ġabret id-data f’forma dettaljata biex tkun f’pożizzjoni li tanalizza l-effett tal-kost u tal-prezz tal-karatteristiċi differenti proposti minn LG Chem, inkluż CRC. Madankollu, din id-data, flimkien mal-informazzjoni miġbura u vverifikata mill-utenti, ma kkonfermatx l-allegata influwenza fuq il-kost u l-prezzijiet tal-karatteristiċi, għajr dawk applikati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet l-affermazzjoni li kellu jintuża PCN aktar dettaljat.

(183)

LG Chem finalment argumentat li l-aġġustament tal-prezz attwali mitlub minn LG Chem Europe b’ammont teoretiku ta’ SGA u profitt għall-finijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz jikkostitwixxi żball manifest ta’ valutazzjoni u huwa inkonsistenti mal-Artikoli 3 (2) u 3 (3) tar-Regolament bażiku, peress li għal tqabbil ta’ twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet iridu jitqabblu fl-istess livell ta’ kummerċ wara s-sentenza Jindal (12). Il-Qorti Ġenerali f’Hansol (13) ikkonfermat li għall-finijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz huma l-prezzijiet innegozjati bejn impriża u l-klijenti u mhux il-prezzijiet fi stadju intermedju li jistgħu jiddeterminaw id-deċiżjoni ta’ akkwist tal-klijent.

(184)

Din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda. L-ewwel nett, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku jirreferi għall-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li setgħu jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni u mhux il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta’ kumpanija (importatur relatat) fl-Unjoni lil klijent ieħor.

(185)

It-tieni nett, rigward il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, ir-Regolament bażiku ma jipprevedix xi metodoloġija speċifika ta’ dak il-kunċett. Il-Kummissjoni għalhekk għandha marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni fil-valutazzjoni ta’ dan il-fattur ta’ dannu. Din id-diskrezzjoni hija limitata mill-ħtieġa li l-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq evidenza pożittiva u eżami oġġettiv, kif mitlub mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(186)

Fir-rigward tal-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (b’mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt li fih isseħħ (jew tista’ sseħħ) kompetizzjoni mal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa fil-fatt il-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat għaliex fil-prinċipju dik il-kumpanija għandha l-għażla li tixtri mill-industrija tal-Unjoni jew minn klijenti barranin. B’kuntrast, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi relatati ma jirriflettux il-punt fejn isseħħ kompetizzjoni reali. Dan huwa biss il-punt fejn l-istruttura tal-bejgħ stabbilita tal-esportatur tipprova ssib klijenti iżda huwa diġà wara l-punt fejn kienet ittieħdet id-deċiżjoni għall-importazzjoni. Tabilħaqq, ladarba l-produttur esportatur ikun stabbilixxa s-sistema tiegħu ta’ kumpaniji relatati fl-Unjoni, ikun diġà ddeċieda li s-sors tal-merkanzija tiegħu se jkun minn barra l-pajjiż. Għalhekk, il-punt ta’ tqabbil jenħtieġ li jkun eżatt wara li l-oġġetti jaqsam il-fruntiera tal-Unjoni, u mhux fi stadju aktar tard fil-katina tad-distribuzzjoni, pereżempju meta jinbiegħ lill-utent finali.

(187)

Dan l-approċċ jiżgura wkoll koerenza f’każijiet li fihom produttur esportatur ibigħ il-prodotti direttament lil klijent mhux relatat (kemm jekk ikun importatur kif ukoll jekk ikun utent finali) minħabba li, bħala regola, f’dan ix-xenarju ma jintużawx il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid. Approċċ differenti jista’ jwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi esportaturi abbażi biss tal-kanal tal-bejgħ li huma jużaw.

(188)

F’dan il-każ, il-prezz tal-importazzjoni ma jistax jittieħed b’valur par peress li l-produttur esportatur u l-importatur huma relatati. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit b’mod affidabbli l-prezz ta’ importazzjoni fuq bażi distakkata, dan il-prezz għandu jiġi maħdum mill-ġdid bl-użu tal-prezz tal-bejgħ tal-importatur relatat bħala punt ta’ tluq. Sabiex terġa’ taħdimhom mill-ġdid, ir-regoli dwar kif jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huma pertinenti, bħalma huma pertinenti għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għal skopijiet ta’ dumping. L-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku tippermetti li wieħed jasal għal prezz li huwa għalkollox komparabbli għall-prezz CIF (fruntiera tal-Unjoni) li jintuża meta jiġi eżaminat il-bejgħ lil klijenti mhux relatati.

(189)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li dan l-approċċ kien ġie approvat mill-Qorti Ġenerali f’Severstal (14).

(190)

Fl-aħħar nett, LG Chem ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi xi differenza sistematika fil-prezz fil-bejgħ lid-distributuri u l-bejgħ dirett lill-utenti għal tipi ta’ prodotti simili. Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet issib evidenza ta’ differenzi fl-iffissar tal-prezzijiet bejn il-bejgħ lid-distributuri u l-bejgħ lill-utenti min-naħa tal-industrija tal-Unjoni.

4.4.3.   Pretensjoni li ma sar l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet fl-2018 minħabba żidiet fil-prezzijiet

(191)

Rigward l-effetti tad-deprezzament tal-prezzijiet fl-2018, LG Chem iddikjarat li kemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel kif ukoll dawk tal-industrija tal-Unjoni żdiedu meta mqabbla mal-livelli tal-2017. Għaldaqstant ma seta’ sar l-ebda twaqqigħ tal-prezz.

(192)

Madankollu, l-analiżi tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni hija stabbilita fir-rigward tal-perjodu kkonċernat kollu kemm hu, jiġifieri bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li x-xejriet tal-prezzijiet huma vvalutati għall-perjodu kollu kkunsidrat, il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz jitwettqu biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni (2020). Għaldaqstant, iż-żieda fil-prezzijiet tal-Korea t’Isfel kif ukoll il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-2018 meta mqabbla mal-livelli tagħhom tal-2017 mhumiex rilevanti għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI f’dan il-każ. Barra minn hekk, dak il-fatt waħdu ma jissuġġerix in-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel matul il-perjodu kkonċernat peress li dik il-konklużjoni setgħet tintlaħaq biss abbażi ta’ tqabbil dettaljat bejn il-prezz attwali tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-UE.

(193)

Fil-fatt, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz huwa definit bħala l-ammont li bih il-prezz reali tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat huwa aktar baxx mill-prezz reali tal-industrija tal-Unjoni. Wara li jkunu saru l-aġġustamenti meħtieġa, id-differenza bejn iż-żewġ prezzijiet hija espressa bħala perċentwal tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni.

(194)

Fl-2018, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel kien għadu stabbilit f’livell aktar baxx meta mqabbel mal-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, minkejja li kemm il-prezzijiet tal-industrija tal-Korea t’Isfel kif ukoll dawk tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul dak il-perjodu, l-istatistika tissuġġerixxi li t-twaqqigħ tal-prezz kien isir ukoll fl-2018.

(195)

Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(196)

Wara d-Divulgazzjoni Finali, LG Chem sostna li qatt ma argumenta li ma seta’ jseħħ l-ebda twaqqigħ tal-prezz fl-2018. Din l-interpretazzjoni tal-pretensjoni ta’ LG Chem allegatament kisret id-dritt ta’ LG Chem għal amministrazzjoni tajba.

(197)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kjarifika ta’ LG Chem li ma kinitx fittxet li tagħmel id-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq. Peress li LG Chem ma indikat l-ebda argument li l-Kummissjoni naqset milli tindirizza, il-Kummissjoni ma qisitx li l-Kummissjoni kienet kisret id-dritt għal amministrazzjoni tajba.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(198)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(199)

Kif imsemmi fil-premessa (41), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(200)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi inklużi fil-kampjun u dawk mhux inklużi fil-kampjun, kontroverifikata mad-data fl-ilment. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(201)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati enfasizzaw xi diskrepanzi fil-makroindikaturi għall-produzzjoni u l-bejgħ bejn l-ilment u d-divulgazzjoni. Wara l-analiżi, il-Kummissjoni aċċettat dawn l-affermazzjonijiet u kkoreġiet iċ-ċifri. Il-Kummissjoni aġġornat iċ-ċifri makroekonomiċi biċ-ċifri ta’ kumpanija waħda. Għal dik ir-raġuni, il-valuri assoluti ntwerew bħala firxiet sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità.

(202)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(203)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

PI

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

[525 000 - 560 000 ]

[530 000 - 565 000 ]

[540 000 - 575 000 ]

[520 000 - 555 000 [

Indiċi

100

102

105

98

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[540 000 - 580 000 ]

[600 000 - 640 000 ]

[650 000 - 690 000 ]

[650 000 - 690 000 ]

Indiċi

100

109

117

117

L-użu tal-kapaċità

[93  %-95  %]

[88  %-90  %]

[84  %-86  %]

[78  %-80  %]

Indiċi

100

94

90

83

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u dawk mhux inklużi fil-kampjun

(204)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’5 punti perċentwali bejn l-2017 u l-2019, imbagħad naqas b’7 punti perċentwali bejn l-2019 u l-PI. Il-volum tal-produzzjoni globali naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(205)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat: minn [540 000 – 580 000] tunnellata fl-2017 telgħet għal [650 000 – 690 000] tunnellata fl-2019 u baqgħet f’dak il-livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għal żieda ġenerali ta’ 17 %. Iż-żieda fil-kapaċità tal-industrija tal-SAPs tal-UE rriżultat minn investiment kbir li sar minn produttur wieħed tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(206)

Kif muri hawn fuq fit-Tabella 4, filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni ddeterjora b’mod sinifikanti: minn użu tal-kapaċità ta’ [93%-95%] fl-2017 niżel għal [78%-80%] fil-PI. Dik ix-xejra rriżultat fi tnaqqis totali ta’ 17 % tal-użu tal-kapaċità tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.2.   Tnaqqis fl-użu tal-kapaċità kkawżat minn żieda fil-kapaċità

(207)

LG Chem ikkummentat dwar it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, b’referenza partikolari għall-proġett ta’ investiment minn produttur wieħed tal-Unjoni li żied il-kapaċità tal-produzzjoni fl-2018. Skont LG Chem, il-kapaċitajiet addizzjonali qatt ma kienu maħsuba biex ifornu s-suq tal-Unjoni, peress li l-kapaċitajiet eżistenti fl-2017 kienu diġà jeċċedu d-domanda fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kapaċità żejda tal-produtturi tal-Unjoni ma setgħetx tiġi kkawżata mill-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel.

(208)

Il-Kummissjoni qablet li t-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li żamm volum ġenerali prodott relattivament stabbli, kien marbut maż-żieda fil-kapaċità mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, għall-kuntrarju tal-istqarrijiet ta’ LG Chem, dawk il-kapaċitajiet addizzjonali ma kinux ogħla mid-domanda fis-suq tal-Unjoni. Fl-2017, il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni kienet tammonta biss għal [86%-88%] tal-konsum tal-Unjoni. Wara ż-żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni, din baqgħet konformi mal-konsum tal-Unjoni b’kapaċità żejda ta’ [1%-2%] biss. Għaldaqstant ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-kapaċitajiet addizzjonali ma kinux maħsuba għas-suq tal-Unjoni.

(209)

Wara t-tieni divulgazzjoni finali addizzjonali LG chem argumentat li ċ-ċifri ma jappoġġawx il-konklużjoni li l-kapaċitajiet addizzjonali tal-industrija tal-Unjoni mibnija matul il-perjodu kkunsidrat kienu mfassla biex iservu s-suq tal-Unjoni.

(210)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żidiet fil-kapaċità jwasslu biss għal kapaċità żejda minima. Peress li l-utenti kif ukoll LG Chem indikaw fl-argumenti tagħhom rigward l-interess tal-Unjoni li mhux il-kapaċità kollha hija mfassla awtomatikament għall-produzzjoni ta’ kull tip ta’ SAP, il-kapaċità żejda minima ta’ [1 % - 2 %] mhijiex indikazzjoni li mhijiex destinata għas-suq tal-Unjoni, iżda pjuttost li toħloq biżżejjed kapaċità għal produzzjoni flessibbli ta’ tipi differenti ta’ SAP biex tlaħħaq mad-domanda għal tipi differenti ta’ SAP. Barra minn hekk, anki wara ż-żieda fil-kapaċità, il-produzzjoni attwali baqgħet ferm taħt il-konsum tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad dan l-argument.

4.5.2.3.   Kapaċità ta’ Sumitomo Seika mhux ikkunsidrata

(211)

Barra minn hekk, LG Chem ddikjarat li s-sitwazzjoni tal-kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni ddikjarata fl-ilment kienet sottovalutata peress li ma qisitx il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni Sumitomo Seika. LG Chem talbet lill-Kummissjoni tiċċara għaliex l-indikaturi tal-kapaċitajiet u tad-dannu tal-produttur tal-Unjoni Sumitomo Seika ġew injorati, peress li setgħu influwenzaw l-istampa tad-dannu murija fl-ilment u setgħu ħolqu distorsjoni fiha.

(212)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpanija inkwistjoni ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Madankollu, għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ LG Chem, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni injorat il-kapaċitajiet u l-indikaturi tad-dannu tal-kumpanija. Iċ-ċifra ta’ 47 000 tunnellata mressqa minn LG Chem intużat ukoll fil-makrodata tal-Kummissjoni għall-kapaċità tal-produzzjoni, u saru stimi għall-indikaturi tad-dannu li kien fadal ta’ dik il-kumpanija.

(213)

Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

4.5.2.4.   Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(214)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

Volum ta’ bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

[350 000 – 380 000 ]

[370 000 – 400 000 ]

[370 000 – 400 000 ]

[320 000 – 350 000 ]

Indiċi

100

104

103

89

Sehem mis-suq

[56 %-58 %]

[58 %-60 %]

[57 %-59 %]

[49 %-51 %]

Indiċi

100

105

103

88

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mhux inklużi fil-kampjun

(215)

Il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni b’mod ġenerali naqas matul il-perjodu kkunsidrat, u rreġistra tnaqqis ta’ 11 % bejn l-2017 u l-PI. Bejn l-2017 u l-2018 il-volum totali tal-bejgħ lejn l-Unjoni żdied b’ 4 %, u mbagħad naqas b’mod stabbli sal-PI. L-aktar tnaqqis sinifikanti ġie rreġistrat bejn l-2019 u l-PI, meta l-volum totali tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas b’14 %.

(216)

Minkejja l-konsum stabbli tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 1, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u, għalhekk, is-sehem mis-suq konsegwentement naqas bi 12 % bejn l-2017 u l-PI. Bl-istess mod għax-xejra tal-volum tal-bejgħ tal-Unjoni, l-aktar tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq ġie rreġistrat bejn l-2019 u l-PI bi tnaqqis ta’ 15 % sena wara sena.

(217)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li l-Kummissjoni ma tistax tanalizza l-evoluzzjoni tal-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni b’mod iżolat mill-bejgħ fis-swieq tal-esportazzjoni. Il-bejgħ ġie dirett mill-ġdid mis-suq tal-Unjoni lejn is-swieq tal-esportazzjoni minflok ma ġie “mitluf”.

(218)

Il-Kummissjoni għandha neċessarjament tanalizza l-iżvilupp fis-suq tal-Unjoni sabiex tiddetermina dannu fis-suq tal-Unjoni. Iż-żieda fl-esportazzjonijiet ġiet analizzata fit-taqsima 5.2.4 biex jiġi ddeterminat jekk din kinitx kawża tal-ħsara mġarrba. Il-Kummissjoni għalhekk irrifjutat l-argument li hija kienet analizzat l-evoluzzjoni b’mod iżolat mingħajr ma qieset l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni.

4.5.2.5.   Tkabbir

(219)

Il-konsum tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 12 %. B’hekk, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq, għall-kuntrarju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, li żdied b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu.

4.5.2.6.   Impjiegi u produttività

(220)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Impjiegi u produttività

 

2017

2018

2019

PI

Għadd ta’ impjegati

[1 000 - 1 150 ]

[1 000 - 1 150 ]

[950 – 1 100 ]

[950 – 1 100 ]

Indiċi

100

98

92

91

Produttività (tunnellati/FTE)

492

510

564

529

Indiċi

100

104

115

108

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u dawk mhux inklużi fil-kampjun

(221)

Il-livell tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 9% tal-forza tax-xogħol, mingħajr ma tqies l-ebda impjieg indirett.

(222)

Ix-xejra tal-produttività segwiet dik tal-volumi tal-produzzjoni tal-Unjoni, li żdiedu sal-2019, u mbagħad naqsu bejn l-2019 u l-PI. Il-produttività żdiedet bi 15 % bejn l-2017 u l-2019, qabel ma naqset wara t-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni. B’hekk il-produttività ġenerali żdiedet b’8 %. Dan għaliex, filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni żdiedu sal-2019 u mbagħad naqsu matul il-PI, l-għadd ta’ impjegati naqas b’mod stabbli u sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, mill-2019 sa tmiem il-PI, il-produzzjoni naqset aktar malajr mill-impjiegi minħabba l-bejgħ aktar baxx, li rriżulta fi tnaqqis korrispondenti fil-produttività (-6 % mill-2019 sal-PI).

(223)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li l-impjiegi naqsu minħabba l-modernizzazzjoni u li dan ma jurix dannu. Minkejja li l-investiment mill-NSE huwa mistenni li jipprovdi 70 impjieg addizzjonali, dawn l-impjiegi addizzjonali x’aktarx ġew ikkumpensati mill-modifika teknika retroattiva mwettqa minn BASF u s-sit tagħha ta’ Antwerp fl-2017 u l-intenzjoni tagħha li ssegwi strateġija ta’ diġitalizzazzjoni tan-negozju SAP tagħha.

(224)

Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-modernizzazzjoni setgħet ikkontribwiet għat-tnaqqis fl-impjiegi, anki fin-nuqqas tat-tnaqqis fl-impjiegi, indikaturi oħra xorta indikaw sinjali ċari ta’ dannu. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ dannu, il-modernizzazzjoni kienet tkun mistennija li twassal għal żieda fil-produttività. Dan ma kienx il-każ. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni.

4.5.2.7.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(225)

Il-marġni tad-dumping ta’ LG Chem kien ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(226)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(227)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ unitarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2017

2018

2019

PI

Prezz medju tal-bejgħ unitarju fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

[1 200 - 1 500 ]

[1 250 - 1 550 ]

[1 250 - 1 550 ]

[1 000 - 1 300 ]

Indiċi

100

104

103

85

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

[1 200 - 1 500 ]

[1 400 - 1 700 ]

[1 400 - 1 700 ]

[1 200 - 1 500 ]

Indiċi

100

121

118

105

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(228)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni l-ewwel żdiedu b’4 % fl-2018. Sussegwentement, dawn naqsu b’1 %, qabel ma komplew jonqsu bi 17 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għaldaqstant, il-prezz medju tal-bejgħ unitarju fl-Unjoni rreġistra tnaqqis ġenerali ta’ 15 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(229)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied b’21 % bejn l-2017 u l-2018. Sussegwentement, dan naqas bi 3 % fl-2019, u kompla jonqos bi 11 % fil-PI. Dik ix-xejra tista’ tiġi spjegata minn żieda f’salt fil-prezzijiet tal-materja prima fl-2018, li sussegwentement naqsu sal-PI.

(230)

Kif muri fit-Tabella 7, il-prezzijiet medji tal-bejgħ unitarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġew aġġustati parzjalment għall-varjazzjonijiet fil-kost tal-produzzjoni, iżda b’rata ħafna aktar kajmana. Għaldaqstant, il-prezzijiet tal-bejgħ baqgħu ferm inqas mill-livell tal-kost unitarju tal-produzzjoni mill-2018 sal-aħħar tal-PI.

(231)

Wara d-Divulgazzjoni Finali, LG Chem argumentat li l-analiżi tal-importazzjonijiet mill-Korea kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ LG Chem, peress li l-firxiet ipprovduti fit-Tabella 7, li juru prezzijiet bejn EUR 1 000 u EUR 1 300/tonne matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”), jiġifieri l-2020, kienu eċċessivi u l-importazzjonijiet mill-Korea setgħu jkunu wkoll ogħla, f’livell komparabbli jew taħt il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(232)

Il-firxiet murija fit-Tabella 7 ma jiksrux id-drittijiet tad-difiża ta’ LG Chem. Billi l-Kummissjoni ddivulgat fil-premessa (171) li l-prezzijiet Koreani baqgħu ferm taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kien ċar għal LG Chem għad-difiża tagħha li l-prezzijiet Koreani għall-2020 la kienu ogħla u lanqas ugwali jew qrib ħafna tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz attwali tal-produttur tal-Unjoni huwa informazzjoni kummerċjali sensittiva u jeħtieġ li jiġi protett. Madankollu, anki firxa idjaq xorta waħda ma tippermettix neċessarjament lil LG Chem tara d-differenza attwali fil-prezz u targumenta kemm hija għolja. Għalhekk, firxa differenti ma kinitx ittejjeb il-kapaċità ta’ LG Chem li tikkummenta. Barra minn hekk, il-firxiet ipprovduti fit-Tabella 7 għall-kost tal-produzzjoni ppermettew lil LG Chem tara li l-prezz Korean kien b’mod ċar taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni.

(233)

LG Chem argumentat ukoll li t-Tabella 7 tinkludi l-prodotti kollha tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, inklużi l-prodotti Bio SAP u SAVIVA, li ma jikkompetux mal-importazzjonijiet Koreani.

(234)

It-Tabella 7 għandha tinkludi l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat. Peress li l-Kummissjoni ċaħdet it-talba ta’ LG Chem biex jiġu esklużi BIO SAP u SAVIVA mill-ambitu tal-prodott (ara l-premessa (73)) dawn il-prodotti huma ġustament inklużi fiċ-ċifri. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(235)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2017

2018

2019

PI

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

[110 000 - 125 000 ]

[110 000 - 125 000 ]

[110 000 - 125 000 ]

[110 000 - 125 000 ]

Indiċi

100

107

103

102

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(236)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’7 % fl-2018 u mbagħad naqsu bi 3,5 % fl-2019 u komplew jonqsu b’1 % fil-PI, għal żieda ġenerali ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.3.3.   Inventarji

(237)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Inventarji

 

2017

2018

2019

PI

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

[50 000 - 60 000 ]

[50 000 - 60 000 ]

[70 000 - 80 000 ]

[75 000 - 85 000 ]

Indiċi

100

92

124

142

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

[20  % -25  %]

[15  % -18  %]

[20  % -25  %]

[20  % -25  %]

Indiċi

100

87

105

121

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(238)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq naqsu bi 8 % fl-2018, qabel ma żdiedu b’mod stabbli u sinifikanti bejn l-2018 u tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, huma żdiedu bi 42 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(239)

Il-konsum totali tal-Unjoni huwa rrappreżentat mill-konsum tas-suq ħieles, u għaldaqstant il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni bata minn kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea. Il-pressjoni kostanti tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel fis-suq tal-Unjoni, flimkien mat-tnaqqis tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, jistgħu jispjegaw parzjalment ix-xejra dejjem tikber għall-istokkijiet tal-għeluq irrappreżentati fit-Tabella 9.

(240)

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu bi 13 % fl-2018, qabel ma żdiedu ’l fuq mil-livelli tal-2017 kemm fl-2019 kif ukoll fil-PI, b’rati ta’ tkabbir rispettivi ta’ 5 % u 21 % meta mqabbla mal-2017.

4.5.3.4.   Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(241)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

PI

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

[-2 % sa -7 %]

[-10  % sa -15  %]

[-5  % sa -10  %]

[-15  % sa -20  %]

Indiċi

(– 100 )

(– 469 )

(– 324 )

(– 756 )

Fluss tal-flus (EUR)

[-5 000 sa -15 000 ]

[5 000 sa 15 000 ]

[10 000 sa 20 000 ]

[5 000 sa 15 000 ]

Indiċi

(– 100 )

126

182

73

Investimenti (EUR)

[15 000 000 - 25 000 000 ]

[300 000 000 - 400 000 000 ]

[5 000 000 - 15 000 000 ]

[1 000 000 - 10 000 000 ]

Indiċi

100

1 749

37

19

Redditu fuq l-investimenti

[-1  % sa -6  %]

[-5  % sa -10  %]

[-5  % sa -10  %]

[-10  % sa -15  %]

Indiċi

(– 100 )

(– 630 )

(– 508 )

(–1 281 )

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(242)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(243)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati nbidel minn telf fl-2017 għal telf sinifikanti kemm fl-2018 kif ukoll fl-2019 u saħansitra aktar telf fil-PI. Minkejja li l-profittabbiltà marret ftit aħjar bejn l-2018 u l-2019, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun raw il-profittabbiltà tagħhom tiddeterjora b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet tnaqqis ta’ aktar minn seba’ darbiet ogħla mil-livelli tal-2017.

(244)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett varjat ħafna matul il-perjodu kkunsidrat, l-aktar minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u l-profittabbiltà negattiva.

(245)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat wara xejra ta’ tnaqqis simili għal dik tal-profittabbiltà. Matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-livell tal-investimenti tagħha b’81 % b’mod ġenerali, b’żieda fl-2018 minħabba investiment kbir li sar minn produttur wieħed tal-Unjoni, kif iddikjarat fil-premessa (205). Madankollu, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital ġiet affettwata mit-telf imġarrab matul il-perjodu kkunsidrat, kif jista’ jidher mit-tnaqqis fl-investimenti.

(246)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li ż-żewġ produtturi fil-kampjun juru xejriet differenti f’termini ta’ profittabbiltà. LG Chem ikkummentat li NSE biss kienet qed tagħmel it-telf fl-2017, filwaqt li BASF kienet għadha profittabbli u l-profittabbiltà ta’ NSE tjiebet matul il-perjodu mill-2018 sal-PI.

(247)

Il-Kummissjoni analizzat l-istampa tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, u mhux fil-livell tal-produtturi individwali. Biex tikseb stampa bbilanċjata, il-Kummissjoni użat kampjun rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk fatti individwali bħal investimenti fixklux l-istampa tad-dannu. Dawn il-fatturi tneħħew mill-analiżi tal-ħsara sal-punt li ma kinux parti mill-andament normali tan-negozju. Fl-aħħar nett, mhux il-kumpaniji kollha li jiffurmaw parti minn kampjun għandhom iġarrbu l-istess xejra għal kull indikatur. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

4.5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(248)

L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’madwar 2 % u l-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni naqas bi 11 %. B’kunsiderazzjoni tal-konsum stabbli fis-suq tal-Unjoni, dan issarraf fi tnaqqis fis-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni minn [56%-58%] fl-2017 għal [49%-51%] fil-PI, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 7 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(249)

L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea żdiedu bi 33 % bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u kellhom żieda konsiderevoli fis-sehem mis-suq, għalkemm il-konsum tas-suq tal-Unjoni baqa’ stabbli. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żiedu s-sehem mis-suq tagħhom b’mod sostanzjali, minn [12%-14%] għal [16%-18%]. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel naqsu b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat u baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod konsistenti. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 14,7 %. Barra minn hekk, u irrispettivament minn kwalunkwe twaqqigħ tal-prezzijiet, il-Kummissjoni, abbażi tax-xejriet fit-Tabelli 2, 3, 5 u 7, innotat ukoll li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping żammew il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni baxxi. Fil-fatt, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tgħolli l-prezzijiet sal-istess livell tal-kostijiet tal-produzzjoni tagħha.

(250)

Il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat u, mill-2018, il-prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni ġew stabbiliti ferm taħt il-kostijiet unitarji korrispondenti tal-produzzjoni. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni marru minn [–2 % - –7 %] fl-2017 għal [–15 % - –20 %] matul il-PI. Barra minn hekk, l-istokks tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’mod ġenerali bi 42 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu jirrappreżentaw 25 % tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(251)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biss uriet xejra pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat. Kif muri fit-Tabella 4, il-kapaċità tal-produzzjoni telgħet minn [540 000 – 580 000] tunnellata fl-2017 għal [650 000 – 690 000] tunnellata fil-PI, għal żieda ġenerali ta’ 17 %. Iż-żieda fil-kapaċità rriżultat minn investiment kbir li sar minn produttur wieħed tal-Unjoni fl-2018, b’kunsiderazzjoni tar-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-2017 li kienet għolja b’mod sinifikanti ([93%-95%]). Madankollu, l-użu tal-kapaċità naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat, u niżel minn [93%-95%] fl-2017 għal [78%-80%] fil-PI.

(252)

Fil-qosor, għalkemm il-konsum fis-suq tal-Unjoni baqa’ stabbli, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm is-sehem mis-suq tagħha. L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea kienu sostanzjali matul il-perjodu kollu kkunsidrat, bi prezzijiet li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni ilha mill-2018 tagħmel bejgħ bi prezzijiet li ma għadhomx ikopru l-kostijiet tagħha u konsegwentement l-industrija naqqset il-livelli tal-bejgħ u l-prezzijiet tagħha.

(253)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

(254)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li l-konklużjoni li l-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat hija parzjali, peress li kien hemm produzzjoni stabbli, żieda fil-kapaċità, direzzjoni mill-ġdid ta’ parti mill-bejgħ lejn is-swieq tal-esportazzjoni, investimenti sinifikanti, l-impjiegi kienu affettwati mill-modernizzazzjoni u l-profittabbiltà sempliċiment tirrifletti l-investimenti massivi li saru fl-2017–2018. Kuntrarjament għall-allegazzjoni ta’ LG Chem, il-Kummissjoni analizzat kull wieħed mill-fatturi u wieġbet għall-argumenti ta’ LG Chem. Il-fatt li l-Kummissjoni ma qablitx mal-argumenti ta’ LG Chem ma kienx jirrendi l-analiżi parzjali. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(255)

Wara t-tieni ADD, LG Chem argumentat li l-indikaturi riveduti kollha wrew xejriet imtejba meta mqabbla mal-indikaturi żvelati inizjalment. B’mod partikolari, iċ-ċifri tal-bejgħ u tal-impjiegi wrew tnaqqis konsiderevolment aktar limitat matul il-perjodu kkunsidrat u ma għadhomx jappoġġaw il-konklużjoni tal-ħsara.

(256)

Il-Kummissjoni wriet hawn fuq li għal kull indikatur, divulgat fit-tieni ADD, li ċ-ċifri jappoġġaw jew tal-inqas ma jikkontradixxux il-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni tal-eżistenza ta’ dannu. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li dawn iċ-ċifri ma jappoġġawx il-konklużjoni tad-dannu.

(257)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, il-Koalizzjoni għal suq SAP Miftuħ u Kompetittiv (15) (“Koalizzjoni H”) argumentat li, minn tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet għal SAP żdiedu. Il-Koalizzjoni H sostniet, u pprovdiet evidenza b’appoġġ, li bħalissa l-prezzijiet SAP huma sostanzjalment ogħla minn dawk irreġistrati fil-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba kostijiet ogħla tat-trasport, u li l-prezzijiet Koreani żdiedu aktar minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni.

(258)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Koalizzjoni H ma kkontestatx l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-prezzijiet SAP matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn il-pretensjonijiet jirreferu għal perjodu wara l-perjodu kkunsidrat u għalhekk ma jikkontribwixxux għall-analiżi ta’ dan il-perjodu. Barra minn hekk, kif iddikjarat il-Koalizzjoni H innifisha, iż-żieda fil-prezz wara l-PI hija kkawżata minn prezzijiet ogħla tat-trasport. Dawn il-prezzijiet tat-trasport huma marbuta mas-sitwazzjoni attwali tal-pandemija tal-COVID-19. Ma jistax jiġi kkonfermat li din hija bidla fit-tul fil-prezzijiet u li b’hekk tista’ tiġi eskluża ħsara ulterjuri fil-futur. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx li dan seta’ jbiddel is-sejbiet tagħha fir-rigward tad-dannu li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u ċaħdet it-talba.

5.   KAWŻALITÀ

(259)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kuntratti spec-in, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-pandemija tal-COVID-19, il-formula tal-prezz fil-kuntratti tal-provvista tal-materja prima, il-formula tal-prezzijiet fil-kuntratti tal-provvista tal-SAPs, il-kostijiet taż-żidiet fil-kapaċità u l-kost għar-R&Ż.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(260)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea żdied (kif muri fit-Tabella 2) bi 33 % mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni u, konsegwentement, is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’33 %, jiġifieri minn [12%-14%] għal [16%-18%]. Dan kien għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, matul l-istess perjodu (kif muri fit-Tabella 5), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 11 % u s-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni naqas bi 12 %. B’mod partikolari, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn [56%-58%] fl-2017 għal [49%-51%] fil-PI.

(261)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping naqsu b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat (kif muri fit-Tabella 3). B’mod parallel, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqsu bi 15 % matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel, dejjem aktar preżenti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, saru bi prezzijiet li b’mod kontinwu kienu aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(262)

Il-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkawżat ukoll tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet kif muri mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess rata bħall-kostijiet. Fil-fatt, kif muri fit-Tabella 7, matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet tal-produzzjoni żdiedu b’5 % filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 15 %. Matul il-perjodu kkunsidrat, dik l-inabbiltà li jiżdiedu l-prezzijiet wasslet biex il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni taqa’ b’mod sinifikanti minn [–2 % - –7 %] għal [–15 % - –20 %], u huwa ċar li dan mhuwiex livell sostenibbli.

(263)

B’mod parallel, l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea żdiedu b’mod sinifikanti fil-volum bi 33 % u s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’33 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %. Fil-fatt, għalkemm il-konsum tas-suq tal-Unjoni baqa’ stabbli bejn l-2017 u l-PI, l-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel komplew jiksbu sehem akbar mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel naqsu b’10 % (Tabella 3), filwaqt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu aktar, bi 15 %, iżda għall-kuntrarju tal-kost tal-produzzjoni, li żdied b’5 %. Għaldaqstant, sal-2018, l-industrija tal-Unjoni diġà kienet qed iġġarrab dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(264)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dan id-dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz.

(265)

Wara d-Divulgazzjoni Finali, LG Chem argumentat li l-allegazzjonijiet ta’ pressjoni fuq il-prezzijiet mhumiex sostnuti mill-fatti, peress li rapporti tal-istampa speċjalizzati reċenti jiddikjaraw li mill-inqas żewġ produtturi tal-Unjoni implimentaw żidiet qawwija fil-prezzijiet għall-SAP.

(266)

Dawn ir-rapporti jirreferu għal perjodu wara l-perjodu kkunsidrat u għalhekk ma kkontribwewx għall-analiżi ta’ dan il-perjodu. Barra minn hekk, tali żidiet fil-prezzijiet jistgħu jkunu marbuta ma’ diversi fatturi fuq terminu qasir, inklużi nuqqasijiet fil-provvista kkawżati min-nuqqas internazzjonali ta’ kontejners, kif enfasizzat mill-Koalizzjoni H. Il-Kummissjoni għalhekk ma qisitx li dan seta’ jbiddel is-sejbiet tagħha fir-rigward tad-dannu li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u ċaħdet din l-affermazzjoni.

(267)

LG Chem sostniet ukoll li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu bdew jonqsu bejn l-2019 u l-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet Koreani żdiedu biss mill-2017 sal-2019, perjodu li fih l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda dannu mil-lat tal-volum. Matul il-PI sar deprezzament fil-bejgħ u fl-ishma mis-suq, meta l-industrija tal-Unjoni ddeċidiet li tiffoka dejjem aktar fuq is-swieq tal-esportazzjoni, u meta l-importazzjonijiet Ġappuniżi żdiedu.

(268)

F’din id-dikjarazzjoni LG Chem tħallat żewġ pretensjonijiet magħmula separatament ukoll. Il-Kummissjoni tindirizza d-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni ddeċidiet li tiffoka fuq is-swieq tal-esportazzjoni fit-taqsima 5.2.4 u d-dikjarazzjoni li ż-żieda fl-importazzjoni Ġappuniża fil-PI setgħet ikkontribwiet għad-dannu fit-taqsima 5.2.3 LG Chem sostniet ukoll li ma hemm l-ebda rabta bejn l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet Koreani u l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni tilfet il-biċċa l-kbira tal-ishma mis-suq fl-2020, is-sena li fiha l-importazzjonijiet mill-Korea kienu wkoll qed jitilfu s-sehem mis-suq.

(269)

Dan l-argument huwa marbut mill-qrib mal-argument ta’ LG Chem li l-importazzjonijiet Ġappuniżi u mhux l-importazzjonijiet Koreani kienu responsabbli għat-telf tal-ishma tas-suq fl-2020 u ġie diskuss u miċħud fil-premessi (299) sa (306).

(270)

LG Chem sostniet ukoll li l-importazzjonijiet mill-Korea qatt ma kellhom impatt fuq l-investimenti, kif muri mill-iżviluppi kontinwi ta’ prodotti ġodda mill-produtturi tal-Unjoni.

(271)

Filwaqt li l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-fatt żdiedu mill-2017 sal-2019, dawn naqsu drastikament fil-PI, minħabba l-pressjoni tal-ipprezzar ikkawżata mill-importazzjonijiet Koreani. LG Chem ma inkludietx il-PI fl-analiżi tagħha ta’ żvilupp kontinwu ta’ prodotti ġodda. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

(272)

Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, LG Chem talbet lill-Kummissjoni tanalizza jekk it-tnaqqis fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kienx ikkawżat minn importazzjonijiet mill-Ġappun, l-allokazzjoni globali ta’ kuntratti spec-in kif ukoll iż-żieda fil-kapaċità tal-investimenti. LG Chem irreferiet għall-ilment, fejn l-ilmentaturi ddikjaraw li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni segwa xejra varjabbli simili għal dik tal-konsum sal-2019 u li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas biss kontra x-xejra tal-konsum tal-Unjoni matul il-PI. LG Chem argumentat li ż-żieda kbira fl-importazzjonijiet mill-Ġappun ikkawżat it-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li ż-żieda żgħira fl-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea kienet ikkawżata minn kuntratti spec-in.

(273)

Il-Kummissjoni analizzat jekk dawk il-fatturi kkontribwewx għad-dannu u sa liema punt.

5.2.1.   Żieda fid-domanda ta’ prodotti spec-in

(274)

LG Chem argumentat li żieda fid-domanda ta’ prodotti spec-in, li ġejjin mill-Korea, ikkawżat iż-żieda fl-esportazzjonijiet mill-Korea.

(275)

Il-prodotti spec-in huma manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll minn dawk tal-Korea t’Isfel. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma sabitx żieda fid-domanda għal prodotti spec-in. Madankollu, hija sabet bidla fil-fornituri fuq bażi globali, fejn maż-żmien aktar ordnijiet għal prodotti spec-in kienu sejrin għand il-produttur Korean.

(276)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-iżvilupp tal-volumi kkuntrattati fornuti mill-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, u minkejja li kien hemm bidliet fil-volumi fost il-fornituri tal-Unjoni, hija sabet li l-bidliet ġenerali fil-provvista tal-volum matul il-perjodu kkunsidrat ma affettwawx ix-xejra tal-indikaturi tad-dannu, u b’mod aktar partikolari, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat.

(277)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-fattur ma kkontribwiex għad-dannu osservat tal-industrija tal-Unjoni.

(278)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li peress li SAP mhuwiex prodott ta’ komodità, in-negozjati mhumiex ibbażati fuq il-prezzijiet, iżda fuq il-kwalità. L-utenti jeħtieġu gradi SAP speċifiċi għal applikazzjonijiet speċifiċi. Il-kuntratti huma għalhekk sempliċement konklużi mal-produtturi li jistgħu jissodisfaw bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tal-klijenti.

(279)

Il-Kummissjoni nnutat li l-produtturi tal-SAP normalment ikunu kapaċi jipproduċu firxa wiesgħa ta’ gradi għal applikazzjonijiet speċifiċi, u li kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll dawk Koreani jipproduċu tali prodotti spec-in. Dan huwa rifless ukoll mill-fatt li ħafna utenti, speċjalment utenti kbar, japplikaw strateġija ta’ diversi sorsi. Dan juri li regolarment ma jkunx hemm biss produttur SAP wieħed bi grad speċifiku li jissodisfa bl-aħjar mod ir-rekwiżit tal-klijenti, iżda diversi. Loġikament, l-utenti, bħala kumpaniji orjentati lejn il-profitt, f’dan il-każ se jibbilanċjaw il-benefiċċji karatteristiċi ta’ ċertu SAP offrut minn diversi fornituri, bl-aktar akkwist kosteffiċjenti. Dan huwa differenti minn sitwazzjoni fejn l-utenti jkunu ristretti milli jagħżlu l-irħas fornitur minħabba kwistjonijiet ta’ kwalità jew tekniċi. Il-Kummissjoni għalhekk irrifjutat l-argument li n-negozjati ma jkunux ibbażati fuq il-prezzijiet, iżda biss fuq il-kwalità.

5.2.2.   Formula tal-prezzijiet fil-kuntratti ta’ provvista tal-materja prima

(280)

Il-Koalizzjoni tal-utenti argumentat li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu minħabba l-formula tal-prezzijiet adottata fil-kuntratti ta’ provvista tagħhom u għaldaqstant l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma tevitax tnaqqis fil-prezzijiet għall-produtturi tal-Unjoni. Huma ssuġġerew li l-prezzijiet tal-SAPs tal-industrija tal-Unjoni jsegwu mekkaniżmu ta’ indiċjar lejn il-prezzijiet tal-materja prima, u għaldaqstant ivarjaw f’konformità mal-fluttwazzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima, irrispettivament mill-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(281)

Barra minn hekk, kemm il-Koalizzjoni tal-utenti kif ukoll LG Chem iddikjaraw li l-mekkaniżmu tal-formula tal-prezzijiet adottat fil-kuntratti ta’ provvista kien biżżejjed għall-fornituri tal-SAPs biex jiksbu livelli suffiċjenti ta’ profittabbiltà, peress li l-movimenti ’l fuq u ’l isfel fil-kostijiet tal-materja prima kienu riflessi awtomatikament fil-prezz finali tal-prodotti tal-SAPs.

(282)

Għaldaqstant, it-telf allegat fil-profittabbiltà deskritt fl-ilment ma setax jiġi kkawżat mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni wara t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel, iżda minflok miż-żieda fil-kostijiet tal-istrutturi tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(283)

Il-Kummissjoni analizzat l-effett tal-formula tal-prezzijiet fuq il-profittabbiltà. Huwa standard globali li l-kuntratti ta’ bejgħ tal-SAPs jiġu konklużi għal sena jew diversi snin. F’dawk il-kuntratti, il-prezz tal-SAPs għal xahar speċifiku huwa marbut b’mod regolari mal-prezz tal-materja prima ewlenija fil-kwart preċedenti tas-sena. Dak id-dewmien fl-influwenza tal-prezz tal-materja prima jikkawża marġni ta’ profitt aktar baxx jew ogħla fix-xahar inkwistjoni. Meta l-prezz tal-materja prima fil-kwart preċedenti tas-sena kien aktar baxx milli dak fix-xahar kurrenti, dan jinfluwenza l-marġni b’mod negattiv. Filwaqt li, maż-żmien, l-effetti ġeneralment pożittivi jistgħu jpattu għall-effetti negattivi, il-Kummissjoni sabet effett negattiv ġenerali għall-PI. Madankollu, dak l-effett kien tant żgħir li seta’ jispjega biss parti żgħira ħafna tat-telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-fattur ma setax jikkontribwixxi għad-dannu osservat tal-industrija tal-Unjoni.

(284)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li ma kien hemm l-ebda tnaqqis fil-prezzijiet jew soppressjoni. LG Chem sostniet li l-formuli tal-prezzijiet għall-SAP, li jirriflettu l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima, aktar milli l-importazzjonijiet Koreani, kellhom forza ta’ spjegazzjoni għat-tendenza ‘l isfel fil-prezzijiet u għalhekk kellhom effett depressiv jew soppressiv fuq il-prezzijiet domestiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet iffaċċjata b’elementi oħra għajr l-importazzjonijiet li jistgħu jispjegaw id-depressjoni jew it-trażżin sinifikanti tal-prezzijiet domestiċi. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Koreani u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni segwew l-istess xejriet.

(285)

Il-Kummissjoni qieset il-fatt li l-formuli tal-prezzijiet għall-SAP jirriflettu l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima. Dawn il-formuli jiżguraw li l-profitti tal-produtturi SAP f’kuntratti ta’ bejgħ eżistenti magħmula għal ċertu perjodu, ma jiġux affettwati miż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Kieku l-formuli tal-prezzijiet kienu l-unika forza spjegattiva għat-tendenza ‘l isfel fil-prezzijiet, dan kellu jirriżulta f’marġni ta’ profitt aktar stabbli għall-produtturi Ewropej u jikkawża biss effett minuri fuq il-prezz, kif deskritt fil-premessa (283), minħabba li l-prezzijiet huma marbuta mal-prezzijiet tal-materja prima tat-trimestru preċedenti. Madankollu, dawn il-formuli tal-prezzijiet waħedhom ma jistgħux ikunu responsabbli għax-xejriet tal-prezzijiet f’negozjati mill-ġdid jew kuntratti nnegozjati ġodda, meta mqabbla ma’ kuntratti eqdem eżistenti.

(286)

Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-varjazzjonijiet fl-ipprezzar li seħħew matul il-perjodu kkunsidrat flimkien max-xejriet tal-prezzijiet marbuta mal-prezzijiet tal-materja prima. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu aktar mill-prezzijiet tal-materja prima. Huwa dan it-tnaqqis addizzjonali fil-prezzijiet tal-bejgħ li kkawża d-dannu, peress li dan it-tnaqqis addizzjonali ma kienx newtrali għall-profitt. Il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Koreani u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni segwew xejriet fl-istess direzzjoni, b’rati differenti, ma jikkontradixxix il-fatt li minbarra x-xejra newtrali għall-profitt ikkawżata mill-prezzijiet tal-materja prima, kien hemm xejra sovrastanti. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet l-argument li hija injorat fattur b’forza spjegattiva għat-tnaqqis fil-prezzijiet.

(287)

LG Chem argumentat ukoll li t-tnaqqis fil-prezzijiet domestiċi ma jirriżultax minn tnaqqis fl-element fiss fil-kuntratti ta’ bejgħ SAP, iżda pjuttost fl-element varjabbli li jirrifletti l-bidliet fil-prezz tal-materja prima C3 u NaOH. LG Chem argumentat li l-maġġoranza tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2017 u l-2020 kien ikkawżat mill-prezzijiet C3 u NaOH, li naqsu bi 18 % fl-istess perjodu, filwaqt li l-element tal-prezz fiss, skont il-kalkoli ta’ LG Chem, naqas biss bi 12 % fl-istess perjodu. LG Chem argumentat ukoll li l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kienet korrelatata mal-profittabbiltà fis-swieq tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, li tkun indikazzjoni ulterjuri li l-elementi esterni li jaffettwaw is-swieq globali tal-SAP, jiġifieri l-formula tal-prezzijiet SAP u r-restrizzjonijiet tal-kostijiet, kienu responsabbli.

(288)

Kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni qieset il-fatt li l-bidliet fil-materja prima jinfluwenzaw il-prezz tal-bejgħ. Madankollu, il-formuli tal-prezz jorbtu l-prezz tal-bejgħ eżattament għall-fini li jinżamm livell ta’ profitt stabbli u li l-bidliet fil-materja prima jinżammu newtrali fir-rigward tal-marġni ta’ profitt. Għalhekk, il-bidliet fl-ammont fiss tal-formula tal-prezz fir-rigward ta’ kuntratti ġodda jew negozjati mill-ġdid huma l-element li jaffettwa l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Kieku kienu jseħħu biss il-bidliet ikkawżati mill-prezzijiet tal-materja prima, il-livell ta’ profittabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun aktar stabbli. Dan juri li l-pressjoni tal-ipprezzar tal-importazzjonijiet Koreani fuq in-negozjati tal-element tal-prezz tal-kuntratt hija l-kawżalità għat-tnaqqis fil-profittabbiltà u mhux il-prezzijiet tal-materja prima li qed jinbidlu. Il-fatt li l-pressjoni tal-ipprezzar isseħħ ukoll b’mod parallel fis-swieq tal-esportazzjoni ma jikkontradixxix l-analiżi mwettqa fir-rigward tas-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

5.2.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(289)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2017

2018

2019

PI

Il-Ġappun

Volum (tunnellati)

[85 000 - 95 000 ]

[60 000 - 70 000 ]

[45 000 - 55 000 ]

[105 000 - 115 000 ]

Indiċi

100

72

47

122

Sehem mis-suq

[11  % -15  %]

[8  % -11  %]

[5  % -8  %]

[14  % -18  %]

Indiċi

100

73

54

122

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[1 200 - 1 500 ]

[1 200 - 1 500 ]

[1 200 - 1 500 ]

[1 000 - 1 300 ]

Indiċi

100

101

105

87

It-Turkija

Volum (tunnellati)

43 571

46 929

52 626

54 537

Indiċi

100

108

121

125

Sehem mis-suq

[6 %-8 %]

[6 %-8 %]

[7 %-9 %]

[7 %-9 %]

Indiċi

100

108

121

125

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 140

1 155

1 088

981

Indiċi

100

101

96

86

L-Istati Uniti tal-Amerika

Volum (tunnellati)

40 494

34 952

30 911

30 952

Indiċi

100

87

77

76

Sehem mis-suq

[5 %-7 %]

[4 %-6 %]

[4 %-6 %]

[4 %-6 %]

Indiċi

100

88

75

75

Prezz medju (EUR/tunnellata)

3 646

3 936

4 522

4 431

Indiċi

100

108

124

122

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (tunnellati)

32 587

29 109

29 046

28 594

Indiċi

100

89

89

88

Sehem mis-suq

[4 %-6 %]

[3 %-5 %]

[3 %-5 %]

[3 %-5 %]

Indiċi

100

90

89

88

Prezz medju (EUR/tunnellata)

3 407

3 176

3 070

3 149

Indiċi

100

93

90

92

Sors: Eurostat, ċifri Ġappuniżi aġġustati b’informazzjoni kunfidenzjali tas-suq.

(290)

Filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Ġappun l-ewwel naqsu bi 28 % bejn l-2017 u l-2018 u b’25 % bejn l-2018 u l-2019, huma żdiedu b’mod sostanzjali b’75 % fil-PI. L-importazzjonijiet mill-Ġappun saru minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, Nippon Shokubai Europe, li minbarra l-produzzjoni tagħha stess, tbigħ mill-ġdid l-SAPs manifatturati mill-kumpanija omm tagħha Nippon Shokubai Japan (“Nippon Shokubai”). Sal-2019, Nippon Shokubai segwiet strateġija ta’ tnaqqis tal-importazzjonijiet Ġappuniżi favur il-produzzjoni Ewropea tagħha, li hija riflessa f’volum ta’ produzzjoni u investimenti ogħla, li rriżulta f’żieda sinifikanti fil-kapaċità Ewropea fl-2018. Madankollu, maż-żmien, Nippon Shokubai Europe kienet qed tħabbat wiċċha dejjem aktar ma’ klijenti li kienu qed jitolbu prezzijiet aktar baxxi minħabba l-pressjoni ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel bi prezzijiet baxxi. Għaldaqstant, mill-PI ’l hawn, Nippon Shokubai adattat l-istrateġija tagħha.

(291)

Sabiex tibqa’ kompetittiva mal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel u biex ma titlifx il-volumi tal-bejgħ fl-Ewropa, Nippon Shokubai Europe żiedet il-bejgħ mill-ġdid tagħha tal-SAPs manifatturati fil-Ġappun.

(292)

Filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ġappuniżi u tal-Korea t’Isfel ġeneralment segwew xejra simili ħafna (bħal dawk tal-industrija tal-Unjoni), hemm eċċezzjoni waħda notevoli: Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Korea t’Isfel urew tnaqqis sinifikanti fl-2019, filwaqt li l-prezzijiet Ġappuniżi baqgħu jiżdiedu u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni baqgħu kważi stabbli. Dan ma kienx sostenibbli, u konsegwentement, kemm l-industrija Ġappuniża kif ukoll dik tal-Unjoni kellhom isegwu u jwaqqgħu l-prezzijiet tagħhom b’mod sinifikanti fil-PI.

(293)

L-iżvilupp tal-ishma tas-suq huwa sinifikanti wkoll. Ir-Repubblika tal-Korea żiedet is-sehem mis-suq tagħha b’4 punti perċentwali matul il-perjodu kollu kkunsidrat. B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet Ġappuniżi l-ewwel naqsu b’mod sinifikanti fis-snin 2018 u 2019 u żdiedu biss fil-PI bħala konsegwenza tal-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel, li minħabba fihom il-produzzjoni Ewropea ma baqgħetx profittabbli. Minħabba f’hekk, il-kwantitajiet importati mill-Ġappun matul il-PI kienu ogħla minn dawk importati fil-bidu tal-perjodu tal-investigazzjoni tad-dannu, u s-sehem mis-suq tal-Ġappun żdied b’20% matul il-perjodu kollu tad-dannu.

(294)

Ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-importazzjonijiet Ġappuniżi kienu l-oġġett ta’ dumping. B’konsegwenza ta’ dan, irrispettivament minn jekk l-importazzjonijiet mill-Ġappun setgħux ikkontribwew għad-dannu ta’ produtturi oħra tal-Unjoni jew le, l-effett tal-esportazzjonijiet tal-Korea t’Isfel kien sostanzjalment ogħla matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-prezz aktar baxx u ż-żieda akbar fil-volum matul dak il-perjodu.

(295)

Barra minn hekk, Nippon Shokubai Europe ukoll kompliet iġġarrab telf fil-bejgħ tal-prodotti tal-SAPs fl-Ewropa.

(296)

L-importazzjonijiet mit-Turkija żdiedu b’25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn [6%-8%] għal [7%-9%] f’dak il-perjodu. Il-prezz medju ta’ dawk l-importazzjonijiet segwa l-istess xejra ta’ dawk mir-Repubblika tal-Korea, minkejja li ġie stabbilit f’livell aktar baxx mill-2018 sal-PI. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, huma naqqsu l-prezzijiet tal-Korea t’Isfel u tal-industrija tal-Unjoni bi 3 % u b’14 % rispettivament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-importazzjonijiet tat-Turkija jitqiesu bħala fattur li jikkontribwixxu għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(297)

Madankollu, peress li l-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet dejjem kien jirrappreżenta inqas minn nofs dawk mir-Repubblika tal-Korea, huwa ċar li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea kienu fattur ta’ kawżalità iktar importanti.

(298)

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerka t-tnejn naqsu bi 24 % matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod parallel, il-prezz medju tagħhom żdied bi 22 %. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet Amerikani ma setgħux ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul dan il-perjodu.

(299)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem talbet divulgazzjonijiet addizzjonali dwar il-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-volumi u l-valuri tal-importazzjonijiet mill-Korea u l-Ġappun. Il-Kummissjoni ċċarat fid-divulgazzjoni addizzjonali tat-8 ta’ Frar 2022 li d-data tal-importazzjoni tal-Eurostat ibbażata fuq il-kodiċijiet NM ġiet invokata għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għall-Ġappun, l-informazzjoni tal-Eurostat għall-kodiċi NM 3906 90 90 dwar il-Ġappun ġiet ivverifikata bl-informazzjoni kunfidenzjali fil-fajl tal-każ. Kif spjegat fil-premessa (195) tal-DDĠ, l-importazzjonijiet mill-Ġappun twettqu minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Minħabba l-fatt li ċ-ċifri ġejjin minn produttur wieħed, dawn huma kunfidenzjali. Għall-Korea, il-Kummissjoni pprovdiet ċifri aġġustati kif diskuss fil-premessi (159) sa (163)

(300)

Fir-rigward tal-kumment ta’ LG Chem li l-firxiet previsti għall-importazzjonijiet Ġappuniżi ma jippermettu l-ebda tqabbil xieraq la mal-importazzjonijiet Koreani u lanqas mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni rreferiet għall-fatt li d-data hija kunfidenzjali u firxiet idjaq ma jiżgurawx il-kunfidenzjalità tad-data.

(301)

LG Chem sostniet ukoll li d-dannu kien ikkawżat prinċipalment mill-importazzjonijiet Ġappuniżi. B’appoġġ għall-affermazzjoni tagħha, LG Chem iddikjarat li fl-ogħla livell tagħhom fl-2019, l-importazzjonijiet Koreani ma waqqfux lill-industrija tal-Unjoni milli żżid l-element fiss tal-prezz tagħhom. L-element fiss naqas biss fl-2020, meta l-importazzjonijiet Koreani naqsu iżda l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu aktar biex isegwu t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun.

(302)

L-argument ta’ LG Chem jindika biss paragun iżolat tas-snin 2019 u 2020. Dan, madankollu, jinjora l-fatt li l-kuntratti SAP jiġu nnegozjati regolarment għal mill-inqas sena, iżda wkoll bħala kuntratti pluriennali u n-negozjati dwar il-prezzijiet isiru regolarment fis-sena ta’ qabel il-bidu tal-kuntratt. Dan ifisser li l-prezzijiet għall-kuntratti li bdew fl-2020 ġew innegozjati fl-2019 u kuntratti pluriennali li bdew fl-2019 kienu diġà nnegozjati fl-2018.

(303)

Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Ġappun naqsu bi 28 % fl-2018 u fl-2019 saħansitra b’57 % meta mqabbla mal-2017. Barra minn hekk, fl-2019 il-volum importat mill-Ġappun anki fit-tarf ta’ fuq tal-medda murija fit-Tabella 11 lanqas biss jikkostitwixxi nofs l-importazzjonijiet mill-Korea fl-istess perjodu. Minn tqabbil tal-importazzjonijiet mill-Ġappun muri fil-premessa (113) tal-ilment għall-perjodu minn Lulju 2019 sa Ġunju 2020, [63 000 – 67 000 tunnellata] mal-importazzjonijiet għas-sena 2020 kollha murija fit-Tabella 11, [105 000 – 115 000 tunnellata], huwa viżibbli wkoll li ż-żieda fl-importazzjonijiet Ġappuniżi seħħet l-aktar mit-tieni nofs tal-2020.

(304)

Għalhekk, huwa improbabbli ħafna li ż-żieda fl-importazzjonijiet Ġappuniżi fl-2020 kellha effett fuq in-negozjati tal-prezzijiet għall-bejgħ fl-2020, iżda pjuttost loġika li l-effett addizzjonali tal-importazzjonijiet Ġappuniżi tal-2020, jekk ikun hemm, jimmaterjalizza biss mill-2021 ’il quddiem. Għall-kuntrarju ta’ dan, kif tammetti LG Chem, l-importazzjonijiet Koreani żdiedu sostanzjalment fl-2018 u b’żieda ta’ 38 % laħqu l-quċċata tagħhom fl-2019, is-sentejn li matulhom seħħew il-biċċa l-kbira tan-negozjati dwar il-prezzijiet għall-2020. Il-fatt li l-importazzjonijiet Ġappuniżi żdiedu b’mod sostanzjali biss fit-tieni nofs tal-2020 juri li dawn l-importazzjonijiet huma reazzjoni għall-pressjoni tal-ipprezzar eżerċitata mill-importazzjonijiet Koreani kif enfasizzat fil-premessa (291) hawn fuq. Il-Kummissjoni għalhekk irrifjutat l-argument li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Ġappun li seħħet fl-2020 hija fattur kawżali tat-tnaqqis fil-prezzijiet fl-2020 fis-suq tal-Unjoni.

(305)

LG Chem argumentat ukoll li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun segwew il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun u mhux mill-Korea.

(306)

LG Chem ma wrietx korrelazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni mal-prezzijiet tal-importazzjoni Ġappuniżi. Bejn l-2017 u l-2018, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Korea żdiedu b’perċentwal simili, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ġappuniżi żdiedu biss marġinalment. Bejn l-2018 u l-2019, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun żdiedu b’4 punti perċentwali, filwaqt li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni naqsu, kif ukoll il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Koreani. Huwa biss mill-2019 sal-PI li hemm korrelazzjoni ċara, li tindika li kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll l-importazzjonijiet Ġappuniżi kienu taħt il-pressjoni tal-ipprezzar tal-importazzjonijiet Koreani rekord fl-2019.

(307)

LG Chem argumentat ukoll li NSE ma adattatx l-istrateġija tagħha peress li żammet il-bejgħ stabbli tal-Unjoni fil-PI, minbarra l-importazzjonijiet sinifikanti mill-Ġappun. Barra minn hekk, skont LG Chem, il-fornituri ma jistgħux jinbidlu mil-lum għal għada minħabba proċess twil ta’ on-boarding tal-utenti. NSE implimentat strateġija predatorja fit-tul biex tforni s-suq tal-Unjoni kemm mill-fabbriki Ġappuniżi kif ukoll tal-Unjoni, billi żiedet il-kapaċitajiet fl-Unjoni u l-bejgħ għad-detriment ta’ produtturi oħra tal-Unjoni.

(308)

Il-Kummissjoni nnutat li l-importazzjonijiet mill-Ġappun, inklużi l-importazzjonijiet tal-NSE, naqsu b’mod sostanzjali mill-2017 sal-2019 u żdiedu biss fil-PI. Dan juri li sar adattament tal-istrateġija, bil-għan li jissostitwixxi l-bejgħ mill-ġdid tal-importazzjonijiet Ġappuniżi bi produzzjoni lokali fl-UE. Huwa biss b’reazzjoni għall-kompetizzjoni minn importazzjonijiet Koreani bi prezz baxx li l-importazzjonijiet Ġappuniżi żdiedu fi tmiem l-2020. Tali adattamenti jistgħu jsiru aktar malajr bejn is-sussidjarji ta’ grupp multinazzjonali, b’ħin ta’ adattament iqsar meħtieġ min-naħa tal-utent. Dan jallinja wkoll mal-fatt li l-importazzjonijiet mill-Ġappun naqsu filwaqt li żdiedu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(309)

LG Chem sostniet ukoll li l-Kummissjoni x’aktarx issottovalutat is-sehem mis-suq tal-Ġappun billi naqset milli tikkunsidra fornituri Ġappuniżi oħra, bħal Sumitomo Seika.

(310)

Il-Kummissjoni għamlet kontroverifika tad-data tal-Eurostat mad-data disponibbli fil-fajl, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-utenti. Il-fajl ma ta l-ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet minn fornituri Ġappuniżi oħra kienu sottovalutati. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(311)

Fl-aħħar nett, LG Chem sostniet li sa fejn l-importazzjonijiet Torok ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kellha tiżgura li l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet Torok jiġu separati u ma jiġux attribwiti għall-importazzjonijiet Koreani.

(312)

Il-Kummissjoni nnotat fil-premessi (296) u (297) li l-importazzjonijiet Torok la żdiedu b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat, u lanqas ma jistgħu jqabblu f’ċifri assoluti mal-importazzjonijiet Koreani. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet dawk l-argumenti li hija attribwiet l-effetti tal-importazzjonijiet Torok lill-importazzjonijiet Koreani.

5.2.4.   Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(313)

Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, LG Chem talbet lill-Kummissjoni tanalizza jekk l-enfasi intenzjonali tal-industrija tal-Unjoni fuq l-esportazzjonijiet kinitx ikkontribwiet għad-dannu.

(314)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat żviluppa kif ġej:

Tabella 12

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

[90 000 - 105 000 ]

[95 000 - 110 000 ]

[115 000 - 130 000 ]

[135 000 - 150 000 ]

Indiċi

100

102

124

145

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[1 000 - 1 300 ]

[1 200 - 1 500 ]

[1 200 - 1 500 ]

[1 000 - 1 300 ]

Indiċi

100

123

118

98

Sors: il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(315)

Il-prezz medju ta’ dawk l-esportazzjonijiet l-ewwel żdied bi 23 % fl-2018. Dak il-livell imbagħad naqas fl-2019, filwaqt li baqa’ 18 % ogħla mil-livell tal-2017, u aktar ’il quddiem fil-perjodu ta’ investigazzjoni għal livell li kien taħt il-livell tal-2017 (–2 %). Il-prezz medju ta’ dawk l-esportazzjonijiet kien aktar baxx minn dak tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, u baqa’ stabbli. Il-volumi tal-esportazzjonijiet b’mod konsistenti baqgħu taħt il-livelli tal-volumi li l-industrija tal-Unjoni kisbet fis-suq tal-Unjoni, minkejja li b’mod ġenerali żdiedu b’45 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(316)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-esportazzjoni evolvew b’mod aktar konformi mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima matul il-perjodu kkunsidrat, u għaldaqstant il-prezzijiet ma naqsux daqs il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (kif muri fit-Tabella 5). Barra minn hekk, minħabba li żdied il-bejgħ tal-esportazzjoni, dan ma kellux effetti negattivi addizzjonali fuq il-kostijiet fissi għal kull unità manifatturata. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwietx b’mod sinifikanti għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(317)

Minħabba l-kapaċità ta’ produzzjoni żejda tal-produtturi tal-Unjoni mill-2018 ’l hawn, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-produtturi tal-Unjoni kellhom strateġija deliberata biex jirrinunzjaw l-ishma mis-suq fl-UE favur il-bejgħ barra mill-UE. Il-kapaċità żejda kienet tippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jżidu l-bejgħ barra mill-UE mingħajr ma jitilfu l-ishma mis-suq fl-UE.

(318)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat l-argument li enfasi deliberata tal-industrija tal-Unjoni fuq l-esportazzjonijiet ikkontribwiet għad-dannu.

(319)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni ma ntilifx għall-industrija tal-Unjoni, iżda minflok ġie ridirezzjonat mis-suq tal-Unjoni lejn is-swieq tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, LG Chem argumentat li f’investigazzjoni tal-2007 dwar il-pentaerythritol, il-Kummissjoni sostniet li żieda żgħira fil-volumi tal-esportazzjoni bi prezzijiet tal-bejgħ aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kellha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(320)

Il-Kummissjoni osservat li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI kien biss [78 % -80 %]. Dan jikkonferma li l-industrija tal-Unjoni setgħet żiedet il-bejgħ tal-esportazzjonijiet anki mingħajr ma tbigħ inqas fis-suq tal-Unjoni. Kuntrarju għall-investigazzjoni tal-pentaerythritol kif deskritta fil-premessa (316), iż-żieda fil-bejgħ tal-esportazzjoni għalhekk ma kkontribwietx b’mod sinifikanti għad-dannu materjali.

(321)

Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

5.2.5.   Il-pandemija tal-COVID-19

(322)

LG Chem argumentat ukoll li jenħtieġ li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku matul il-pandemija tal-COVID-19 jitqies bħala fattur li potenzjalment seta’ kkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni fil-perjodu bejn nofs l-2019 u l-2020. Hija talbet lill-Kummissjoni tinvestiga sa liema punt dak il-fattur ikkontribwixxa għas-sitwazzjoni tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni.

(323)

L-SAPs jintużaw prinċipalment għal ħtiġijiet iġjeniċi bażiċi, u għaldaqstant ma kinux affettwati b’mod negattiv mill-pandemija tal-COVID-19. Fil-bidu tal-2020, filwaqt li l-biża’ fis-suq wasslet għal żieda fid-domanda għal prodotti iġjeniċi u b’hekk għall-SAPs, hija reġgħet ibbilanċjat ruħha matul is-sena. Lanqas ma kien hemm waqfiet kbar fil-produzzjoni kkawżati mill-pandemija. Ma ġie osservat l-ebda effett negattiv ieħor tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-manifatturi tal-SAPs. Għaldaqstant, il-Kummissjoni irrifjutat l-argument li l-pandemija tal-COVID-19 ikkontribwiet għad-dannu.

5.2.6.   Dannu kkawżat mill-kostijiet taż-żidiet fil-kapaċità

(324)

Il-Koalizzjoni tal-utenti u LG Chem argumentaw ukoll li t-telf fil-profittabbiltà ddikjarat fl-ilment mill-industrija tal-Unjoni jista’ jkun ir-riżultat ta’ spejjeż straordinarji, aktar milli kunsiderazzjonijiet kummerċjali normali. Huma ssuġġerew li l-investimenti f’kapaċitajiet ġodda mill-industrija tal-Unjoni — diġà deskritti fil-premessa (205) — seta’ kellhom rwol f’dak ir-rigward billi naqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni.

(325)

LG Chem żiedet li dawn l-ispejjeż straordinarji setgħu jkunu relatati wkoll ma’ investimenti fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda mill-industrija tal-Unjoni, li — b’mod simili għall-investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni — ikkontribwew għaż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni.

(326)

Il-Kummissjoni nnutat li hija parti mill-kors normali tan-negozju li l-manifatturi tal-SAPs jinvestu f’faċilitajiet tal-produzzjoni ġodda, speċjalment f’sitwazzjoni ta’ utilizzazzjoni qrib il-kapaċità sħiħa tagħhom, li kienet fatt stabbilit fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, iż-żidiet fil-kapaċità ma kinux ta’ dimensjoni mhux raġonevoli, speċjalment meta jitqiesu l-effiċjenzi fil-produzzjoni konnessi ma’ kapaċità ogħla. Minbarra dan, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jeskludu kwalunkwe effett straordinarju minn indebolimenti jew tħassir straordinarju mill-indikaturi tad-dannu.

(327)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat l-argument li l-kost taż-żidiet tal-kapaċità ikkontribwiet għad-dannu.

5.2.7.   Kostijiet sinifikanti fir-R&Ż

(328)

LG Chem iddikjarat li l-produtturi tal-Unjoni ffukaw fuq l-iżviluppi ta’ materjali ġodda, u dan kien jimplika kostijiet sinifikanti fir-R&Ż li inevitabbilment żiedu l-kostijiet b’mod materjali wkoll.

(329)

Hija parti mill-kors normali tan-negozju li l-manifatturi tal-SAPs jinvestu fl-iżvilupp ta’ tipi ta’ SAPs ġodda. Barra minn hekk, LG Chem tinvesti regolarment fl-iżvilupp ta’ tipi ta’ SAPs ġodda u enfasizzat b’mod espliċitu l-importanza ta’ dan l-investiment fil-kuntest ta’ SAPs spec-in. Għaldaqstant, il-fatt li l-proċess tar-R&Ż jiġġenera kostijiet huwa parti normali tan-negozju. Matul il-verifika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun instab li l-ebda kost tar-R&Ż ma kien għoli b’mod mhux raġonevoli.

(330)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat l-argument li l-kostijiet tar-R&Ż ikkontribwew għad-dannu tal-Industrija tal-Unjoni.

5.2.8.   Negozjati dwar il-prezzijiet globali

(331)

Wara d-Divulgazzjoni Finali, LG Chem argumentat li b’għadd żgħir ta’ xerrejja globali, il-prezzijiet huma ddeterminati fil-livell globali, aktar milli abbażi ta’ xejriet individwali fis-suq tal-Unjoni.

(332)

L-ewwel nett, mhux l-utenti kollha tal-SAP joperaw fuq livell globali kif muri minn diversi utenti, li ppreżentaw ruħhom fil-proċedura u li għandhom il-produzzjoni sħiħa tagħhom fl-Unjoni. LG Chem la ddeskriviet fid-dettall u lanqas ma ssostanzjat l-argument tagħha dwar liema sehem tal-bejgħ fl-Unjoni japplika l-prinċipju tan-negozjati dwar il-prezzijiet globali. It-tieni nett, anki f’każijiet fejn il-prezzijiet jiġu nnegozjati fuq livell globali, dawn in-negozjati dwar il-prezzijiet neċessarjament iqisu l-livell tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. L-ebda attur globali ma jħallas prezz globali ogħla, jekk tkun possibbli provvista orħos fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin, jekk fornitur f’kuntratt globali jaqbel li jforni lill-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping u dannużi, allura l-kuntratt globali ma jkunx ġustifikazzjoni għal tali dumping. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(333)

Tqabbil tas-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet ma’ dik tal-industrija tal-Unjoni fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu kkunsidrat juri biċ-ċar żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. B’mod aktar speċifiku, is-sitwazzjoni ddeterjorat b’mod sinifikanti fl-2019 u l-2020. Il-prezzijiet tal-Korea t’Isfel naqsu b’mod sinifikanti fl-2019 filwaqt li l-livelli tal-prezzijiet fl-industrija tal-Unjoni (u fil-Ġappun) baqgħu l-istess. Madankollu, dan kien għad-detriment tal-volum tal-bejgħ tagħhom peress li r-Repubblika tal-Korea espandiet il-bejgħ tagħha b’mod konsiderevoli. B’reazzjoni għal dan, l-industrija tal-Unjoni segwiet ix-xejra tal-prezzijiet stabbilita mir-Repubblika tal-Korea u naqqset il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-2020, iżda kompliet titlef kwantitajiet importanti ta’ bejgħ fis-suq. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Korea ilhom jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni mill-2017 minħabba l-penetrazzjoni enormi fis-suq miksuba għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. F’termini ta’ prezzijiet, iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kontinwament waqqgħet dawk tal-industrija tal-Unjoni u ħolqot pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet u evitat iż-żidiet fil-prezzijiet tas-suq f’konformità maż-żidiet fil-kost tal-materja prima, li kienu meħtieġa għall-industrija tal-Unjoni biex tikseb livelli ta’ profitt raġonevoli.

(334)

Fatturi oħra, bħat-telf fil-volumi tal-bejgħ u bidliet għal SAPs spec-in jew fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-materja prima, ma kkontribwewx għad-dannu osservat tal-industrija tal-Unjoni.

(335)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Ġappun u mit-Turkija, dawn kellhom impatt limitat fuq l-industrija. L-importazzjonijiet mit-Turkija kellhom prezzijiet simili tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel iżda b’volumi ferm aktar baxxi, u għaldaqstant, dawn l-importazzjonijiet ma dgħajfux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu tal-industrija tal-Unjoni. B’mod simili, l-importazzjonijiet mill-Ġappun ma dgħajfux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u żdiedu b’mod sostanzjali biss fil-PI. Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Ġappun żammew livell ta’ prezz ogħla mill-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel. L-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel, bi prezzijiet ħafna aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, huma r-raġuni ewlenija għaliex l-industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ u ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità mal-kost tal-produzzjoni tagħha, li wassal għal telf qawwi fil-profittabbiltà.

(336)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat filwaqt li fatturi oħra, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma dgħajfux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

(337)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Id-dannu huwa ċar fl-evoluzzjoni tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-prezz medju tal-bejgħ unitarju fis-suq tal-Unjoni, il-kost tal-produzzjoni, l-istokks tal-għeluq, il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti, meta jitqies fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Korea t’Isfel (kemm assoluti kif ukoll meta mqabbla ma’ atturi oħra tas-suq).

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(338)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta’ kull wieħed mid-diversi interessi involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni u tal-utenti. Peress li l-prodott jinbiegħ l-aktar lill-klijent b’mod dirett, l-ebda importatur mhux relatat ma pparteċipa fil-proċedura.

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(339)

L-impożizzjoni ta’ miżuri se ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-suq għall-produtturi tal-Unjoni li se jkunu jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-suq u jirkupraw il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq mitlufa. Peress li se titneħħa l-pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet inġusti, l-industrija tal-Unjoni se tkun tista’ żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u tilħaq profittabbiltà sostenibbli.

(340)

In-nuqqas ta’ miżuri jkollu effetti negattivi sinifikanti għall-industrija tal-Unjoni, minħabba li l-importazzjonijiet ikomplu jiżdiedu u jwasslu għal aktar tnaqqis fil-prezzijiet fl-Unjoni. Dan ikollu impatt negattiv fuq il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll fuq is-sehem mis-suq. Dan, imbagħad, jaffettwa b’mod negattiv lill-indikaturi finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni, u b’mod partikolari, is-sitwazzjoni li diġà qed tagħmel telf tkompli taggrava b’konsegwenzi negattivi għall-investimenti u l-impjiegi fl-Unjoni.

(341)

Għaldaqstant, jidher biċ-ċar li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Interess tal-utenti

(342)

Diversi utenti ppreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni, iżda tnejn minnhom biss ipprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. It-tnejn li huma l-aktar ipproduċew prodotti tal-kura tas-saħħa għall-adulti. It-tweġiba taż-żewġ utenti kellha nuqqasijiet sinifikanti, u waħda biss mill-kumpaniji wieġbet it-talba tal-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali sal-iskadenza mogħtija, u t-tweġiba kienet għad kellha n-nuqqasijiet. Minħabba f’hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-impatt tad-dazji anti-dumping għal wieħed mill-utenti. Għat-tieni utent, minkejja r-rispons inkomplet għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni setgħet tistma l-impatt tal-miżuri. Għal dik il-kumpanija, l-SAPs irrappreżentaw [5 % - 15 %] tal-kost tal-produzzjoni tagħha, iżda madwar terz biss ta’ dawn l-SAPs oriġina mill-provvisti tal-Korea t’Isfel. Il-kumpanija wriet ukoll li għal swieq ewlenin importanti, kuntratti pluriennali mas-settur tas-saħħa pubblika u ma’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni jipprevjenu t-trasferiment ta’ kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-kumpanija pprovdiet evidenza għal diversi pajjiżi li naqqsu l-kostijiet fis-settur tas-saħħa, u b’hekk tefgħu pressjoni fuq il-kumpanija biex tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Minkejja dawk l-isfidi, u b’mod partikolari t-tnaqqis fil-kostijiet fis-settur tas-saħħa pubblika li ħalla impatt fuq il-bejgħ tal-utenti, il-kumpanija għamlet profitt tajjeb ta’ [10 % - 20 %]. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li miżuri ta’ 14.7 % fuq [5 % - 15 %] tal-kost tal-produzzjoni tagħha jistgħu jiġu assorbiti jew mill-inqas mgħoddija lill-konsumaturi.

(343)

Erba’ utenti oħra, inkluż Procter & Gamble, FATER u Essity, kif ukoll Koalizzjoni ta’ utenti, li tikkonsisti minn erba’ utenti, ressqu l-argumenti tagħhom waqt is-seduti u s-sottomissjonijiet. L-utenti kollha opponew il-miżuri bil-qawwa.

(344)

Procter & Gamble argumentat li l-aċċess għall-fornituri tal-SAPs kollha, inkluż il-fornituri tal-Korea t’Isfel, kien vitali biex tinżamm strateġija ta’ provvista multipla, biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-provvista speċjalment għal SAPs spec-in, li ma jistax jistgħux jiġu manifatturati mill-produtturi tal-SAPs kollha. Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jipproduċu l-SAPs speċifiċi tal-Ġenerazzjoni 8, li teħtieġ Procter & Gamble, mhijiex biżżejjed biex tipprovdi l-volum meħtieġ. Jekk Procter & Gamble tiġi sfurzata tuża SAPs oħra li ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet tal-Ġenerazzjoni 8, hija tista’ tiskatta kostijiet importanti għall-aġġustament tal-imballaġġ, għat-trasport u jkollha impatt negattiv fuq l-ambjent billi żżid l-ammont ta’ skart. Barra minn hekk, bidla fl-SAPs se tkun teħtieġ proċess ta’ adattament ta’ mill-inqas sitt xhur.

(345)

FATER ressqet argumenti simili rigward l-istabbiltà tal-provvista u l-kapaċità insuffiċjenti tal-produzzjoni għall-SAPs tal-Ġenerazzjonijiet 8 u 9, u perjodu ta’ adattament meħtieġ ta’ bejn sitt xhur u disa’ xhur. FATER qieset li l-impatt negattiv tal-kumpanija, fil-każ li kienet meħtieġa tuża tipi ta’ SAPs oħra, iwassal għad-destandardizzazzjoni u jiskatta kostijiet addizzjonali ta’ ammont ta’ EUR b’seba’ ċifri.

(346)

It-tielet utent ressaq argumenti simili rigward l-istabbiltà tal-provvista, il-kostijiet ta’ adattament għall-bidla tal-SAPs u l-impatt ambjentali.

(347)

Il-Koalizzjoni tal-utenti kif ukoll utent ieħor issuġġerew li, fid-dawl tar-riskju li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni jikkunsidra li jbigħ in-negozju tal-SAPs tiegħu, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping issaħħaħ duwopolju u tipperikola l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni.

(348)

Il-produttur esportatur li kkoopera kkummenta wkoll dwar ir-riskju li l-miżuri anti-dumping jistgħu jimminaw il-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(349)

Utent ieħor tal-SAPs, Essity, ressaq pretensjonijiet simili. Essity ddikjarat li mingħajr it-theddida tal-kompetizzjoni, l-industrija tal-Unjoni ftit li xejn ikollha inċentiv biex tiddiversifika l-produzzjoni tagħha u tiżviluppa soluzzjonijiet ġodda biex tissodisfa l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-klijenti; b’hekk, Essity ma jkollhiex daqstant motivazzjoni li tiddiversifika din il-produzzjoni, u tkun imġiegħla tiddependi biss fuq ftit produtturi tal-Unjoni.

(350)

Il-Kummissjoni tqis li l-Koalizzjoni tal-utenti ma pprovdietx biżżejjed evidenza biex tappoġġja l-pretensjonijiet tagħha dwar il-possibbiltà li s-suq tal-Unjoni jsir duwopolju jekk jiġu imposti d-dazji anti-dumping. B’mod partikolari, il-koalizzjoni ma qisitx li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-tnaqqis ikkawżat fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni jistgħu ma jżidux ir-riskju ta’ ħruġ mis-suq ta’ produttur wieħed tal-Unjoni.

(351)

Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni ma wriet l-ebda evidenza ta’ xi prattiki antikompetittivi mwettqa mill-industrija tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, inġabret evidenza speċifika li l-industrija kienet kapaċi u lesta li tipprovdi lil kwalunkwe utent bil-prodott ikkonċernat.

(352)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri se jżidu l-kostijiet tal-produzzjoni tal-utenti u mhumiex fl-interess tal-utenti. Filwaqt li jitqies li l-ammont maħsub ta’ dazji mhux se jkollu effett projbittiv peress li l-SAPs jirrappreżentaw biss [5 % - 15 %] tal-kostijiet ta’ produzzjoni tal-ħrieqi għall-adulti jew għat-trabi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-interess tal-utenti li jkollhom aċċess għall-fornituri kollha tal-SAPs fid-dinja kollha mingħajr dazji mhuwiex superjuri għall-interess tal-industrija tal-Unjoni li tiġi protetta kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(353)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, P&G u Fater ma qablux mad-dikjarazzjoni fil-premessa (351) fir-rigward tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tforni lil kwalunkwe utent tal-prodott ikkonċernat. Huma sostnew li l-Industrija tal-Unjoni ma tistax tipprovdi l-ammonti mitluba ta’ SAP Ġenerazzjoni 8 u 9, peress li hija nieqsa mill-kapaċità ta’ produzzjoni għal dan il-prodott SAP speċifiku.

(354)

Pretensjonijiet simili tressqu mill-Koalizzjoni H fis-sottomissjoni tagħhom wara d-divulgazzjoni. Huwa ma qabilx ukoll mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tforni lil kwalunkwe utent tal-prodott ikkonċernat. Hija argumentat, u pprovdiet evidenza, li l-utenti tal-SAP sistematikament esperjenzaw interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista fis-suq tal-Unjoni u ma kinux kapaċi jiżguraw il-kwalità u l-kwantità ta’ SAP meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom. Il-Koalizzjoni kkonkludiet li, minħabba l-interruzzjonijiet eżistenti fil-katina tal-provvista, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tikkumpensa għat-telf tal-importazzjonijiet SAP kompetittivi minn barra l-UE.

(355)

L-evidenza mressqa minn P&G, Fater u l-Koalizzjoni H biex tissostanzja nuqqas ta’ provvista tikkonċerna l-aktar il-perjodu ta’ wara l-PI, iżda wkoll it-tieni u t-tielet kwart tal-PI. L-evidenza pprovduta fil-PI turi li kien hemm impatt temporanju tal-lockdown tal-COVID fil-perjodu minn Marzu sa Ġunju 2020 fuq wieħed mill-fornituri Ewropej. Madankollu, id-data wriet ukoll li din kienet sitwazzjoni temporanja u eċċezzjonali, peress li l-provvisti reġgħu bdew malajr wara l-lockdown. Barra minn hekk, id-data ma wrietx l-istess diffikultajiet għall-industrija kollha tal-UE. Għall-kuntrarju, id-data tidher li tindika li n-nuqqas ta’ provvista minn produttur wieħed tal-Unjoni ttaffa parzjalment minn żieda fil-provvista minn produtturi oħra tal-Unjoni (flimkien mal-importazzjonijiet minn barra l-UE). Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li ma kienx hemm biżżejjed evidenza matul il-PI biex tikkonkludi li l-industrija tal-UE ma tkunx tista’ tforni lill-utenti kkonċernati f’ċirkostanzi kummerċjali normali.

(356)

L-evidenza kollha li fadal kienet tikkonċerna Il-perjodu ta’ wara l-PI, li kien affettwat minn interruzzjonijiet fil-provvista minn barra l-pajjiż u n-nuqqas globali tat-trasport ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, u b’hekk wassal għal żieda fid-domanda għall-SAP Ewropew. Madankollu, dawn kienu fenomeni temporanji u mhux strutturali li kienu mistennija li jisparixxu hekk kif il-ktajjen tal-provvista kienu qed jaġġustaw għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Tabilħaqq, kif argumentaw diversi utenti, l-adattament għal fornitur ġdid ħafna drabi ma jkunx jista’ jseħħ immedjatament u l-kuntratti ta’ provvista jiġu konklużi regolarment għal perjodu ta’ mill-inqas sena. Din l-istruttura ta’ kuntratti fit-tul tagħti lill-industrija tal-Unjoni xi żmien biex taġġusta, speċjalment meta titqies il-kapaċità ppruvata tagħha li tagħmel investimenti sostanzjali. Barra minn hekk, l-evidenza ta’ sostenn ipprovduta mill-Koalizzjoni H ma indikat l-ebda kwistjoni strutturali ewlenija li taffettwa l-kapaċità jew ir-rieda tal-produtturi Ewropej li jfornu f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Pereżempju, il-posta elettronika relatata ma’ Nippon Shokubai enfasizzat biss kwistjonijiet dwar il-provvista mill-impjant Ġappuniż tagħha, mhux mill-impjant Ewropew. L-evidenza kollha ppreżentata fir-rigward ta’ BASF kienet tikkonċerna biss kwistjoni mhux mistennija u temporanja li taffettwa grad SAP wieħed. Bl-istess mod, l-evidenza li tikkonċerna ż-żewġ produtturi Ewropej l-oħra ma kixfet l-ebda problema strutturali fil-provvista.

(357)

Fir-rigward ta’ P&G, hija ma sostnietx li l-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jipproduċu l-Generation 8 &9 SAP, iżda biss li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni attwalment adattati u ddedikati għal dan is-SAP mhumiex biżżejjed għad-domanda ta’ P&G. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni wriet ir-rieda tagħha li tinvesti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li jindika li l-kapaċità żejda eżistenti tista’ tiġi adattata jew estiża jekk ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet l-affermazzjoni li, hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-evidenza pprovduta minn P&G, Fater u Coalition H.

(358)

P&G u Fater sostnew ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja liema “evidenza speċifika” nġabret biex tikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi u lesta li tforni lil kwalunkwe utent tal-prodott ikkonċernat, kif iddikjarat fil-premessa (351). Pretensjonijiet simili tressqu mill-Koalizzjoni H fis-sottomissjoni tagħhom wara d-divulgazzjoni.

(359)

Il-Kummissjoni tiċċara li l-evidenza speċifika miġbura hija relatata ma’ kapaċitajiet żejda, investimenti għall-adattament għall-ħtiġijiet ta’ klijenti ġodda u l-aċċettazzjoni ta’ klijenti ġodda.

(360)

Wara d-divulgazzjoni finali, LG Chem argumentat li s-sitwazzjoni tal-provvista nbidlet mill-2020, inklużi l-prezzijiet u d-disponibbiltà tal-provvisti SAP fl-Unjoni, b’appoġġ għall-argumenti magħmula minn P & ampG u utenti oħra. Barra minn hekk, LG Chem targumenta li l-prezz SAP qed jiżdied, peress li l-prezzijiet tal-propilen u tas-soda kawstika qed jiżdiedu. Il-Kummissjoni qieset il-fatt li l-utenti pprovdew evidenza li l-pandemija tal-COVID-19 u n-nuqqas ta’ trasport li rriżulta barra mill-pajjiż ikkawżaw nuqqas temporanju fil-provvista tal-PSA u wasslu għal żieda fil-prezzijiet. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li din hija biss bidla temporanja (ara l-premessa ulterjuri (355)). Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezzijiet SAP minħabba żidiet fil-materja prima wkoll x’aktarx li ma ttejjibx il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fit-tul. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-interess tal-Unjoni li timponi miżura biex tiġġieled id-dumping dannuż li kien ġie stabbilit ma kienx affettwat mill-iskarsezzi temporanji fil-provvista.

(361)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, il-Koalizzjoni H ma qablitx mal-metodoloġija tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, ikkummenta li l-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni huma bbażati fuq informazzjoni limitata u mhux preċiża li ġiet deskritta mill-Kummissjoni bħala defiċjenti fil-premessa (342).

(362)

Il-Koalizzjoni H ma qablitx ukoll mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (352), li tgħid li SAP tirrappreżenta [5 % — 15 %] tal-ispiża tal-produzzjoni tal-ħrieqi adulti jew tat-trabi. Hija sostniet, u pprovdiet evidenza, li l-ispiża ta’ SAP kienet tammonta għal [20 - 30 %] tal-ispiża totali tal-produzzjoni.

(363)

Hija sostniet ukoll li l-Kummissjoni bbażat il-konklużjoni tagħha fuq id-data pprovduta minn utent wieħed biss u għalhekk naqset milli tqis l-evidenza pprovduta dwar id-diffikultajiet biex il-piż addizzjonali tad-dazji jgħaddi lill-klijenti tiegħu. B’mod partikolari, ġie spjegat li l-utenti SAP tipikament ma jkunux jistgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijenti tagħhom stess għal varjetà ta’ raġunijiet differenti, bħal kuntratti fit-tul, kompetizzjoni ħarxa minn kompetituri mhux tal-UE u s-sensittività tal-prezzijiet tal-klijenti.

(364)

Fil-valutazzjoni tad-dokumenti kollha pprovduti mill-partijiet interessati kollha, il-Kummissjoni ma bbażatx il-valutazzjoni tagħha fuq informazzjoni limitata u mhux preċiża. Sa fejn il-partijiet interessati kkooperaw, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni pprovduta. Dan kien jinkludi l-perċentwal ta’ SAP fl-ispiża tal-produzzjoni għall-prodotti tal-iġjene tat-trabi u tal-adulti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet tal-Koalizzjoni H.

(365)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Kimberly-Clark argumentat li l-prezzijiet SAP fis-suq tal-Unjoni huma fil-biċċa l-kbira xprunati mill-inflazzjoni tal-kostijiet tal-manifattura, aktar milli mill-importazzjonijiet mill-Korea. Hija sostniet li l-prezzijiet SAP assorbew l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-kostijiet tal-komoditajiet, tad-distribuzzjoni, tax-xogħol u tal-enerġija matul l-2021 u, b’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet SAP żdiedu. Bħala konklużjoni, Kimberly-Clark argumentat li l-miżuri anti-dumping ikomplu jaggravaw ix-xejra ta’ żieda fil-prezzijiet kemm għall-utenti downstream kif ukoll għall-klijenti finali tal-prodotti inkluż l-SAP.

(366)

Bi tweġiba, il-Kummissjoni nnotat li Kimberly-Clark indikat b’mod korrett li l-produtturi SAP tal-Unjoni kienu qed jassorbu ż-żidiet fil-kostijiet tal-manifattura peress li ma kinux kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom kif xieraq. Madankollu, dan wera biss il-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq u l-fatt li l-manifatturi ma kinux f’pożizzjoni li jgħaddu l-ispejjeż tal-manifattura miżjuda lill-klijenti tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(367)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Kimberly-Clark ukoll ma qablitx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-dazji mhux se jkollhom effett projbittiv peress li SAP tirrappreżenta biss [5 % - 15 %] tal-kost tal-produzzjoni tal-ħrieqi adulti jew tat-trabi, kif iddikjarat fil-premessa (352). Hija sostniet li dan il-metodu ta’ kalkolu ma kienx iqis il-fatt li SAP mhumiex prodotti ta’ komodità funġibbli.

(368)

Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni qieset il-fatt li SAP huwa prodott bi proprjetajiet differenti u li l-utenti jagħżlu tip speċifiku ta’ SAP li huwa l-aktar adattat għall-prodott tagħhom. Madankollu, id-differenzi tekniċi waħedhom ma ġġustifikawx iż-żieda ta’ kategoriji addizzjonali tal-PCN. Il-Kummissjoni inizjalment kienet ġabret data aktar dettaljata u waslet għall-konklużjoni li kienet ġustifikata biss distinzjoni tal-użu u skont l-addittivi għall-kontroll tal-irwejjaħ. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(369)

Il-Koalizzjoni H argumentat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta b’mod korrett it-tħassib imressaq minn diversi utenti tal-SAP fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ dazji, li wassal għal konklużjonijiet żbaljati dwar l-interess tal-Unjoni. Huwa sostna li l-Kummissjoni tilfet l-opportunità li tipprovdi gwida lill-utenti dwar kif jippreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom b’mod aktar komplut u utli u ma għamlitx sforz suffiċjenti biex tikkollabora ma’ dawk l-utenti sabiex l-informazzjoni miġbura fl-aħħar mill-aħħar tippermetti valutazzjoni xierqa tal-interess tal-Unjoni. Hija sostniet ukoll li, fost il-membri tal-Koalizzjoni H, tliet utenti SAP biss jidhru li rċevew kwestjonarju mill-Kummissjoni u li l-Kummissjoni użat biss l-informazzjoni pprovduta f’waħda minn żewġ tweġibiet għall-kwestjonarju, filwaqt li injorat l-argumenti mressqa fis-seduti ta’ smigħ u s-sottomissjonijiet ta’ mill-inqas tmien utenti oħra tal-SAP.

(370)

Il-Kummissjoni bagħtet l-avviż ta’ bidu bil-link għall-kwestjonarju tal-utenti rilevanti lill-utenti kollha magħrufa u l-utenti kollha li ppreżentaw ruħhom ġew infurmati dwar il-proċedura. L-informazzjoni kollha pprovduta mill-utenti tqieset fil-valutazzjoni. Il-Kummissjoni avviċinat ukoll lill-utenti kollha li kienu pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju tal-utent biex jivverifikaw id-data tagħhom. Permezz ta’ ittri ta’ defiċjenza, ingħatat gwida dwar id-data meħtieġa. Il-Kummissjoni għalhekk irrifjutat l-argument li hija ma kkunsidratx b’mod suffiċjenti jew ma pprovdietx assistenza lill-utenti f’din il-proċedura.

6.3.   Fatturi oħra

(371)

Diversi utenti indikaw li żieda fil-kost tal-produzzjoni għal prodotti tal-kura tas-saħħa se żżid il-kost għall-konsumaturi ta’ prodotti tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, limitazzjoni għall-aċċess għall-SAPs tal-Ġenerazzjonijiet 8 u 9 tista’ twassal għal prodotti ta’ kwalità aktar baxxa għall-konsumaturi.

(372)

Il-Kummissjoni qieset li l-kostijiet ta’ produzzjoni addizzjonali li jistgħu jirriżultaw mill-miżuri se jżidu l-prezz għall-konsumaturi tal-prodotti tal-kura tas-saħħa. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-livell ta’ din iż-żieda mhijiex se tkun tant għolja li l-interess tal-konsumaturi fl-aċċess għal prodotti tal-kura tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli jkun superjuri għall-interess tal-industrija tal-Unjoni biex tkun protetta mill-importazzjoni li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, il-miżuri ma jkollhomx l-effett li jipprevjenu lill-utenti milli jkomplu jipproduċu prodotti tal-kura tas-saħħa, inkluż l-SAPS tal-Ġenerazzjonijiet 8 u 9.

(373)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni, Fater sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tindirizza t-tħassib tagħha dwar il-possibbiltà li l-miżuri antidumping jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-klijenti li jaċċessaw prodotti tal-kura tas-saħħa bi prezz raġonevoli. Hija tenniet li l-produzzjoni tagħha ta’ apparat mediku tiddependi fuq il-kooperazzjoni mal-esportaturi Koreani u li l-miżuri jkunu jinvolvu xogħol tekniku addizzjonali u tfassil mill-ġdid tal-prodotti tagħha, li jirriżulta f’żieda fil-prezz għall-klijenti finali.

(374)

Il-Kummissjoni indirizzat iż-żieda potenzjali fil-kost għall-konsumaturi tal-prodotti tal-kura tas-saħħa fil-premessa (372) u bbilanċjatha kontra l-interess tal-industrija tal-Unjoni għall-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ Fater.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(375)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ SAPs li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea.

7.   LIVELL TAL-MIŻURI

(376)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(377)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni.

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)

(378)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw minn ftehimiet ambjentali multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u dawk tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”) billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(379)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, biex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li dan il-marġni ta’ profitt ma jkunx aktar baxx minn 6 %.

(380)

Il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf. Peress li dan kien inqas mill-minimu ta’ 6 % meħtieġ mill-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, dak il-marġni ta’ profitt ġie sostitwit b’6 %.

(381)

Ma tressqet l-ebda pretensjoni li l-livell ta’ investimenti, ta’ riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u ta’ innovazzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(382)

Bl-istess mod, ma tressqet l-ebda pretensjoni dwar il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti u li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2), f’konformità tal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(383)

Abbażi ta’ hekk, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira ta’ 6 % għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u mbagħad żiedet l-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku skont it-tip.

(384)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja ponderata tal-prezz tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi inkluż fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat skont it-tip, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-medja ponderata tal-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dak it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwali tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

(385)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-“kumpaniji l-oħra kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għall-kumpanija li kkooperat.

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv

Marġni tad-dannu definittiv

LG Chem Ltd.

13,4  %

34,4  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,8  %

101,2  %

(386)

Wara d-Divulgazzjoni Finali, LG Chem argumentat li d-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu hija affettwata mill-istess żball bħall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, u l-kunsiderazzjonijiet tagħhom li saru għat-twaqqigħ tal-prezz japplikaw mutatis mutandis. Barra minn hekk, il-marġni tad-dannu għandu jiġi aġġustat mill-impatt tal-fatturi l-oħra mressqa minn LG Chem.

(387)

Il-Kummissjoni rreferiet għall-argumenti tagħha fil-premessi (184) sa (188) kif ukoll il-konfutazzjoni tagħha tal-argumenti ta’ LG Chem dwar l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, il-formula tal-prezz SAP u l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni, stabbiliti fit-taqsimiet rispettivi tal-analiżi tal-kawżalità. Għalhekk, dawk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu.

(388)

Fis-sottomissjoni tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentaturi u Evonik argumentaw li l-profitt fil-mira ta’ 6 % ma kienx jirrifletti l-profitt li jinkiseb mill-produtturi tal-UE fin-nuqqas ta’ prattiki kummerċjali inġusti. B’mod partikolari, huma sostnew li l-Kummissjoni ma kkunsidratx l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni li ppermettitilha tiddefinixxi tali profitt f’livell ogħla. Għalhekk, huma talbu lill-Kummissjoni żżid il-marġni ta’ profitt għall-medja tal-profitti fil-mira li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun setgħu jiksbu b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri [14 % — 19 %].

(389)

Barra minn hekk, l-ilmentaturi u Evonik ma qablux mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (382) u argumentaw li t-talbiet skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku saru fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni u għall-kwestjonarju makro. Huma talbu lill-Kummissjoni biex tqis l-ispejjeż futuri fil-kalkolu tal-prezz fil-mira u pprovdew żieda medja ponderata fl-ispiża annwali għal kull tunnellata ta’ SAP prodotta, li tirriżulta mill-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE. L-ilmentatur u Evonik għalhekk talbu lill-Kummissjoni biex iżżid il-prezz fil-mira tal-produtturi tal-Unjoni b’EUR [30–45] għal kull tunnellata ta’ SAP.

(390)

Il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonferma l-profitt fil-mira propost mill-ilmentaturi u Evonik li għandu jinkiseb b’mod raġonevoli meta mqabbel mad-data disponibbli fil-fajl. Il-Kummissjoni qieset il-profitti miksuba matul il-perjodu kkunsidrat, inklużi l-aġġustamenti li għandhom isiru biex jintlaħqu ċ-ċirkostanzi normali tal-kompetizzjoni. Il-profitti kkalkulati b’dan il-mod ma kinux jammontaw għaċ-ċifri ddikjarati mill-industrija tal-Unjoni, anki fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, meta kien hemm inqas pressjoni mill-importazzjonijiet Koreani.

(391)

Il-Kummissjoni ma qablitx ukoll mad-dikjarazzjonijiet li saru dwar l-ispejjeż futuri tal-kwoti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tabilħaqq qieset il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE, skont l-informazzjoni vverifikata pprovduta mill-kumpaniji fil-kampjun. Dan irriżulta f’żieda fil-prezz fil-mira ta’ [16–18] EUR għal kull tunnellata ta’ SAP. Għaldaqstant, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

8.   MIŻURI DEFINITTIVI

(392)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea.

(393)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-rati ta’ dazji anti-dumping definittivi, espressi bil-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bħala dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Marġni tad-dumping

Marġni tad-dannu

Dazju anti-dumping definittiv

LG Chem Ltd.

13,4  %

34,4  %

13,4  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,8  %

101,2  %

18,8  %

(394)

Ir-rata ta’ dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikata f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din irriflettiet is-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward tal-produttur esportatur wieħed li kkoopera. Dik ir-rata ta’ dazju hija applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li joriġina mill-pajjiż kkonċernat u li huwa magħmul mill-entità legali msemmija. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunux soġġetti għar-rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(395)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju anti-dumping individwali tagħha jekk tbiddel l-isem tal-entità soġġetta għal dak id-dazju. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermettilha turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla tal-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(396)

Jekk l-esportazzjonijiet minn kwalunkwe kumpanija li tibbenefika minn rata ta’ dazju individwali aktar baxx jiżdiedu fil-volum b’mod sinifikanti wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Fost oħrajn, dik l-investigazzjoni tista’ teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati ta’ dazju/i individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(397)

Biex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(398)

Fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni finali, l-industrija tal-Unjoni argumentat li ma hemm l-ebda produzzjoni ta’ SAP fit-Turkija u għalhekk kwalunkwe volum ta’ SAP importat mit-Turkija jista’ jkun biss ta’ oriġini oħra. Huma talbu li tiġi inkluża klawżola speċjali ta’ monitoraġġ fir-Regolament finali biex jiġi minimizzat kwalunkwe riskju ta’ ċirkomvenzjoni potenzjali mit-Turkija.

(399)

Il-Kummissjoni tiċċara li klawżoli speċjali ta’ monitoraġġ normalment japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti tal-partijiet u, bħal dejjem, se tkun viġilanti biex taġixxi f’konformità mal-prattika ta’ monitoraġġ tagħha dwar il-miżuri fis-seħħ.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(400)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), meta jkollu jiġi rimborsat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li jrid jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(401)

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni, u l-maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tiegħu opponew l-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni mbagħad ippreżentat mill-ġdid l-abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kumitat tal-Appell skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(402)

F’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti (superabsorbent polymers, “SAPs”), li jikkonsistu fi granuli irregolari, tondi jew agglomerati, fil-forma ta’ trab, b’dehra bajda u li ma jdubux fl-ilma, li jirriżultaw mill-polimerizzazzjoni ta’ molekuli monomeriċi b’aġenti ta’ retikolazzjoni biex jiffurmaw networks ta’ polimeri retikolati, b’kapaċità kbira li jassorbu u jżommu l-ilma u likwidi milwiema, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3906 90 90 (kodiċi TARIC 3906909017),

2.   Ir-rati tad-dazji anti-dumping definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju anti-dumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

LG Chem Ltd.

13,4  %

C766

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,8  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpanija msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert b’din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ polimeri superassorbenti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU C 58, 18.2.2021, p. 73).

(3)  Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni trattat l-identità tal-membri tal-Koalizzjoni b’mod kunfidenzjali. Il-Kummissjoni rċeviet evidenza li d-divulgazzjoni tal-identitajiet tagħhom ikollha konsegwenzi negattivi sinifikanti fuq il-membri tal-Koalizzjoni minħabba t-theddida ta’ ritaljazzjonijiet kummerċjali.

(4)  Biex jikkalkola l-prezz tal-esportazzjoni tal-SAPs mir-Repubblika tal-Korea matul il-PI, l-ilmentatur kien jiddependi fuq is-Servizz għall-Istatistika dwar il-Kummerċ (Trade Statistics Service, TRASS) tal-Korea. TRASS ippermetta li l-esportazzjonijiet tal-SAPS lejn l-Unjoni Ewropea jiġu identifikati fost il-prodotti ddikjarati għall-esportazzjonijiet skont il-kodiċi tal-komodità 3906 90 90 abbażi ta’ talba speċifika.

(5)  “Kwalunkwe informazzjoni li hija ta’ xorta kunfidenzjali, (pereżempju, minħabba li r-rivelazzjoni tagħha tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal xi kompetitur jew kien ikollha effett kuntrarju sinifikanti fuq persuna li tforni l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha l-persuna li tforni l-informazzjoni ikun akkwista l-informazzjoni) jew li hija mogħtija fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet għall-investigazzjoni għandha, jekk tiġi murija raġuni tajba, tiġi ttrattata bħala tali mill-awtoritajiet. Informazzjoni bħal din m’għandhiex tkun żvelata bla permess speċifiku tal-parti li jissottomettiha.”

(6)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_history.cfm?id=2516&init=2516

(7)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(8)  Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni trattat l-identità tal-Kumpanija B b’mod kunfidenzjali. Il-Kummissjoni rċeviet evidenza li d-divulgazzjoni tal-identità tagħha jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-Kumpanija B minħabba t-theddida ta’ ritaljazzjonijiet kummerċjali.

(9)  Iċ-ċifra eżatta mhijiex provduta peress li din hija data speċifika għall-kumpanija.

(10)  Il-Premessa (352) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336, tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1).

(11)  Kodiċi NM 3906 90 90

(12)  Sentenza tal-10 ta’ April 2019, Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni, T-301/16, EU: T: 234, para. 184.

(13)  Is-sentenza tat-2 ta’ April 2020, Hansol Paper vs Il-Kummissjoni, T-383/17, EU:T:2020:139, paragrafi. indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet, paragrafi 196-203.

(14)  Is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2021, PAO Severstal vs Il-Kummissjoni, T-753/16, EU:T:2021:612, paragrafi 272.

(15)  Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni trattat l-identità tal-membri tal-Koalizzjoni H b’mod kunfidenzjali. Il-Kummissjoni rċeviet evidenza li d-divulgazzjoni tal-identitajiet tagħhom ikollha konsegwenzi negattivi sinifikanti fuq il-membri tal-Koalizzjoni H minħabba t-theddida ta’ ritaljazzjoni kummerċjali.

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


DEĊIŻJONIJIET

6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/76


DEĊIŻJONI (UE) 2022/548 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Marzu 2022

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza — EGF/2021/007 FR/Selecta

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssenjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-objettivi tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) huma li juri solidarjetà u li jippromwovi impjiegi deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u għal dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet fil-każ ta’ avvenimenti kbar ta’ ristrutturar u billi jgħinhom isibu xogħol deċenti u sostenibbli mill-aktar fis possibbli.

(2)

Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 186 000 000 (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(3)

Fit-12 ta’ Ottubru 2021, Franza ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji fi ħdan Selecta fi Franza. Din l-applikazzjoni ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2021/691. Hija tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/691.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-FEG jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 4 074 296 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata minn Franza.

(5)

Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 4 074 296 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-24 ta’ Marzu 2022.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.

(2)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/78


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/549

tas-17 ta’ Marzu 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/939 (1) u daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Awwissu 2017.

(2)

Skont id-Deċiżjoni MC-1/1 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura, adottata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni fl-ewwel laqgħa tagħha, il-Partijiet għall-Konvenzjoni (il-“Partijiet”) jenħtieġ li jagħmlu kull sforz biex jilħqu qbil b’konsensus dwar il-materji sostantivi kollha.

(3)

Skont l-Artikoli 4(8) u 5(10) tal-Konvenzjoni, jenħtieġ li l-Konferenza tal-Partijiet, sas-16 ta’ Awwissu 2022, tirrevedi l-Annessi A u B tal-Konvenzjoni, u tista' tikkunsidra emendi għal dawk l-Annessi, filwaqt li tqis proposti mressqa mill-Partijiet taħt l-Artikoli 4(7) u 5(9) tal-Konvenzjoni, informazzjoni li s-Segretarjat tal-Konvenzjoni jagħmel disponibbli skont l-Artikoli 4(4) u 5(4) tal-Konvenzjoni, u d-disponibbiltà għall-Partijiet ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli mingħajr merkurju, filwaqt li jitqiesu r-riskji u l-benefiċċji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem.

(4)

Fit-30 ta’ April 2021, l-Unjoni ppreżentat proposta lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni biex jiġu emendati l-Annessi A u B tal-Konvenzjoni f’konformità mal-Artikoli 4(7) u 5(9) ta’ dik il-Konvenzjoni (2). Il-proposta tal-Unjoni biex jiġi emendat l-Anness A tal-Konvenzjoni għandha l-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal aktar prodotti miżjudin bil-merkurju b’dati ta’ eliminazzjoni jew miżuri li jirregolaw il-merkurju assoċjati. Il-proposta tal-Unjoni biex jiġi emendat l-Anness B tal-Konvenzjoni għandha l-għan li tintroduċi data ta' eliminazzjoni għall-produzzjoni ta' poliuretan li juża katalist li fih il-merkurju.

(5)

Ġew ippreżentati wkoll proposti għall-emendar tal-Anness A tal-Konvenzjoni mir-Reġjun tal-Afrika u b’mod konġunt mill-Kanada u l-Iżvizzera skont l-Artikolu 4(7) tal-Konvenzjoni.

(6)

Il-Konferenza tal-Partijiet jenħtieġ li tikkunsidra, fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tagħha, is-sottomissjonijiet biss dwar l-emendi proposti għall-Annessi A u B tal-Konvenzjoni magħmula mill-Partijiet skont l-Artikoli 4(7) u 5(9) tal-Konvenzjoni.

(7)

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-emendi għall-Annessi A u B tal-Konvenzjoni sa fejn dawn ikunu konsistenti mas-sottomissjoni tal-Unjoni jew mal-acquis tal-Unjoni.

(8)

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa wkoll l-emendi għall-Anness A tal-Konvenzjoni fir-rigward ta' prodotti miżjudin bil-merkurju sa fejn dawn jikkonċernaw l-eliminazzjoni ta' prodotti miżjudin bil-merkurju li la huma regolati mil-liġi tal-Unjoni u lanqas immanifatturati fl-Unjoni. Sa fejn dawn huma msemmija fis-sottomissjoni mir-Reġjun tal-Afrika, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa wkoll emendi għall-Anness A tal-Konvenzjoni sa fejn dawn ikopru l-lampi fluworexxenti kompatti , il-lampi fluworexxenti lineari tal-fosfru bi tliet strixxi , il-lampi fluworexxenti b'katodu kiesaħ u l-lampi fluworexxenti b'elettrodi esterni użati f’tagħmir elettriku u elettroniku li għalih it-talbiet għat-tiġdid tal-eżenzjonijiet fuq l-użu tal-merkurju ġew irrifjutati, f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(9)

Fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet, li ser issir mill-21 sal-25 ta’ Marzu 2022, il-Partijiet ser jikkunsidraw l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni biex jiġu emendati l-Annessi A u B tal-Konvenzjoni.

(10)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet, peress li d-Deċiżjoni proposta, jekk tiġi adottata, ser ikollha effetti legali, minħabba li l-Partijiet ser ikollhom jieħdu miżuri biex jimplimentawha fil-livelli nazzjonali jew reġjonali, jew it-tnejn li huma,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għandha tkun li tiġi appoġġata l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni biex jiġu emendati l-Annessi A u B tagħha, li:

tkun konsistenti mal-proposta tal-Unjoni ppreżentata lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni fit-30 ta’ April 2021 skont l-Artikolu 4(7) u l-Artikolu 5(9), tal-Konvenzjoni; jew

tkun konsistenti mal-acquis tal-Unjoni; jew

tikkonċerna l-eliminazzjoni ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju, li la huma regolati mil-liġi tal-Unjoni u lanqas manifatturati fl-Unjoni; jew

tikkonċerna l-kategoriji ta’ lampi li fihom il-merkurju msemmijin mir-Reġjun tal-Afrika fis-sottomissjoni tiegħu magħmula skont l-Artikolu 4(7), tal-Konvenzjoni, u li għalihom it-talbiet għat-tiġdid tal-eżenzjonijiet fuq l-użu tal-merkurju ġew irrifjutati, f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE.

Artikolu 2

L-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 jista’ jintlaħaq qbil dwaru, fid-dawl ta’ żviluppi fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet, mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. POMPILI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/939 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/727 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-preżentazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ proposti għall-emendar tal-Annessi A u B tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fir-rigward ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju u proċessi ta’ manifattura li fihom jintużaw il-merkurju jew il-komposti tal-merkurju (ĠU L 155, 5.5.2021, p. 23).

(3)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).


6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/80


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/550

tas-17 ta’ Marzu 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li tistabbilixxi l-limiti għall-iskart tal-merkurju, f’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dik il-Konvenzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/939 (1) u daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Awwissu 2017.

(2)

Skont id-Deċiżjoni MC-1/1 dwar ir-Regoli ta’ Proċeduri adottata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni (“il-Konferenza tal-Partijiet”) fl-ewwel laqgħa tagħha, il-Partijiet jenħtieġ li jagħmlu kull sforz biex jilħqu ftehim b’kunsens dwar il-materji kollha ta’ sustanza.

(3)

Il-Konferenza tal-Partijiet, matul it-tielet laqgħa tagħha tal-25–29 ta’ Novembru 2019, adottat id-Deċiżjoni MC-3/5 li tistabbilixxi limiti għall-iskart li jikkonsisti minn jew li fih il-merkurju jew komposti tal-merkurju, kif imsemmija fl-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni, u li teħtieġ li l-grupp ta’ esperti tekniċi, stabbilit mill-Konferenza tal-Partijiet fit-tieni laqgħa tagħha tad-19–23 ta’ Novembru 2018, jiżviluppa limiti għall-iskart ikkontaminat bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju (“skart ikkontaminat bil-merkurju”), inkluż għaż-żwiel mill-estrazzjoni minerarja għajr l-estrazzjoni primarja tal-merkurju.

(4)

Il-Konferenza tal-Partijiet, waqt it-tieni segment tar-raba’ laqgħa tagħha tal-21–25 ta’ Marzu 2022, hija mistennija tadotta Deċiżjoni (“id-Deċiżjoni proposta”) dwar limiti għall-iskart ikkontaminat bil-merkurju, kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni, li bħala riżultat, jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni għal tali skart. L-iskart ikkontaminat bil-merkurju li jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni, jenħtieġ li jkun soġġett għall-immaniġjar ambjentalment korrett skont l-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Konferenza tal-Partijiet, billi d-Deċiżjoni proposta, jekk tiġi approvata, se jkollha effetti legali peress li l-Partijiet għall-Konvenzjoni se jkollhom jieħdu miżuri biex jimplimentawha fil-livelli nazzjonali jew reġjonali, jew it-tnejn li huma.

(6)

L-Unjoni kkontribwiet b’mod sinifikanti għall-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet dwar l-iskart tal-Konvenzjoni u għall-ħidma intersessjonali tal-esperti mnedija bid-Deċiżjoni MC-3/5 u dan wassal għad-Deċiżjoni proposta.

(7)

L-acquis tal-Unjoni teħtieġ diġà li l-iskart tal-merkurju kollu msemmi fl-Artikolu 11(2) tal-Konvenzjoni, inkluż l-iskart ikkontaminat bil-merkurju, jiġi mmaniġġjat mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, irrispettivament mill-kontenut tal-merkurju tagħhom.

(8)

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet biss jekk tkun konsistenti mal-acquis tal-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li tistabbilixxi l-limiti għall-iskart ikkontaminat bil-merkurju li tkun konsistenti mal-acquis tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. POMPILI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/939 tal-11 ta’ Mejju 2017 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4).


6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/82


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/551

tal-4 ta’ April 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/85 dwar l-ekwivalenza għar-rekwiżiti tal-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti tal-Amerika għal kontropartijiet ċentrali li huma awtorizzati u ssorveljati mill-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/85 (2) tiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”) għall-kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) li huma ssorveljati mill-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti (Securities and Exchange Commission, “SEC”) u li jridu jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-aġenziji tal-ikklerjar koperti u soġġetti għall-qafas imsaħħaħ stabbilit fir-Regola 17Ad-22 (e) tas-SEC (“CCPs ikkwalifikati bħala aġenziji tal-ikklerjar koperti”), iridu jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li fih ir-regoli u l-proċeduri interni ta’ tali CCPs jinkludu miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni tar-riskju li jiżguraw li l-marġnijiet inizjali jiġu kkalkulati u miġbura abbażi tal-parametri stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(2)

Madankollu, meta adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/85, il-Kummissjoni ma vvalutatx jekk is-CCPs li kkwalifikaw bħala aġenziji tal-ikklerjar koperti kellhomx jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward ta’ titoli abbażi ta’ ipoteki maħruġa jew iggarantiti mill-aġenziji sponsorjati mill-gvern: il-Federal National Mortgage Association (“Fannie Mae”), il-Federal Home Loan Mortgage Corporation (“Freddie Mac”) jew il-Government National Mortgage Association(“Ginnie Mae”) li huma nnegozjati fuq bażi li għad trid tiġi stabbilita (To-Be-Announced basis, “TBAs”). It-TBAs ma jeżistux fl-Unjoni. Dawn huma essenzjalment prodotti ta’ konsenja forward jew imdewma, u skont ir-regoli u l-interpretazzjoni tal-Commodity Futures Trading Commission u l-SEC, it-TBAs huma esklużi mid-definizzjoni ta’ “swap” u “swap ibbażat fuq titoli” (3). Barra minn hekk, il-kummerċ ta’ TBAs iseħħ kemm fuq bażi purament bilaterali kif ukoll, sa ċertu punt pero mhux daqstant, fuq pjattaformi ta’ sensara bejn in-negozjanti. Sabiex l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fl-Istati Uniti tal-Amerika rigward l-ikklerjar ċentrali tat-TBAs jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li l-eżitu sostantiv ta’ dawn l-arranġamenti legali u superviżorji jkun ekwivalenti fir-rigward tal-objettivi regolatorji li dawn l-arranġamenti legali u superviżorji jiksbu. L-għan tal-valutazzjoni tal-ekwivalenza huwa għalhekk li jiġi vverifikat jekk l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Istati Uniti tal-Amerika jiżgurawx li s-CCPs li jikklerjaw it-TBAs jesponux lill-membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta’ riskju mil-livell ta’ riskju li dawn il-membri tal-ikklirjar u ċ-ċentri ta’ negozji jkunu esposti għalih mis-CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, konsegwentement, jekk joħolqux livelli inaċċettabbli ta’ riskju sistemiku fl-Unjoni.

(3)

Ir-regoli primarji applikabbli għas-CCPs ikkwalifikati bħala aġenziji tal-ikklerjar koperti huma stabbiliti fit-Taqsimiet 3a(23) u 17 A tas-Securities Exchange Act tal-1934 (“l-Exchange Act”), it-Titoli VII u VIII tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act tal-2010 (“l-Att Dodd-Frank”) u fir-regolamenti adottati mis-SEC taħtu, u b’mod partikolari r-Regola 17Ad-22 (“regoli primarji”). Madankollu, dawn ir-regoli primarji ma jipprevedux perjodu minimu ta’ likwidazzjoni għall-kalkolu u l-ġbir tal-marġni inizjali. Għat-TBAs, il-marġnijiet jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ tlett ijiem. Dan il-perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ tlett ijiem iqis il-likwidità għolja tas-suq tat-TBA, li huwa t-tieni l-akbar suq ta’ introjtu fiss fl-Istati Uniti tal-Amerika, u huwa bbażat fuq mudell ta’ marġinazzjoni elaborat biex jiżgura li l-marġnijiet ikopru skoperturi potenzjali li s-CCP tistma li jistgħu jseħħu sal-iħħeġġjar jew il-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ parteċipant inadempjenti. Il-mudell tal-marġni juża perjodu retrospettiv li jqis l-aħħar 10 snin u, fejn rilevanti, perjodi tas-suq taħt stress lil hinn minn dawk l-10 snin sabiex jiġi żgurat li l-perjodi ta’ stress fis-suq dejjem jitqiesu. Ir-regoli u l-proċeduri għall-kalkolu tal-marġnijiet għat-TBAs isegwu approċċ li huwa simili għar-regoli stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-eżitu ta’ dawn ir-regoli u l-proċeduri u l-adegwatezza tagħhom biex jimmitigaw ir-riskji li l-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu esposti għalihom, dawn ir-regoli u l-proċeduri jistgħu jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif elaborat fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 (4). Din id-dispożizzjoni tirrikjedi li CCP tikkunsidra perjodu minimu ta’ likwidazzjoni ta’ jumejn (2) għall-kuntratti tad-derivati mhux OTC u perjodu minimu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest (5) ijiem għall-kuntratti tad-derivati OTC, b’marġni li tipikament jinġabar fuq bażi netta.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 28(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 153/2013 jirrikjedi li CCP tapplika mill-inqas waħda mit-tliet miżuri li jillimitaw il-proċikliċità biex tiżgura li l-marġnijiet inizjali ma jaqgħux wisq baxxi fi żminijiet ekonomiċi stabbli u ma jiżdidux f’daqqa fi żminijiet ta’ stress. Miżuri bħal dawn iwasslu marġnijiet stabbli u konservattivi. Ir-regoli primarji ma fihom l-ebda rekwiżit speċifiku għat-TBAs. Madankollu, is-CCPs li jikklerjaw it-TBAs għandhom fis-seħħ regoli u proċeduri interni b’effetti antiproċikliċi. Għalhekk, ir-regoli u l-proċeduri interni tas-CCPs jagħtu riżultati sostantivi ekwivalenti għall-effetti tar-regoli tal-Unjoni dwar l-antiproċikliċità għat-TBAs.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Istati Uniti tal-Amerika relatati mat-TBAs u applikabbli għas-CCPs ikkwalifikati bħala aġenziji tal-ikklerjar koperti, jitqiesu ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni, dment li r-regoli u l-proċeduri interni vinkolanti ta’ CCP li tikklerja t-TBAs u li tapplika għar-rikonoxximent, tissodisfa ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju. B’mod partikolari, is-CCP jenħtieġ li tikkalkola u tiġbor il-marġnijiet inizjali fuq il-bażi ta’ perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ tlett ijiem fir-rigward tat-TBAs, fuq bażi netta. Barra minn hekk, jenħtieġ li s-CCP tapplika miżuri mfassla biex jillimitaw il-proċikliċità li huma ekwivalenti fl-għoti ta’ marġini stabbli u konservattivi għal kwalunkwe waħda mit-tliet miżuri stabbiliti fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 153/2013 fir-rigward tat-TBAs.

(6)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tas-SEC għat-TBAs u li japplikaw għas-CCPs ikkwalifikati bħala aġenziji tal-ikklerjar koperti u li jinkludu r-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli primarji u fir-regoli u l-proċeduri interni vinkolanti tas-CCPs ikkwalifikati bħala aġenziji tal-ikklerjar koperti, iridu jitqiesu bħala rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif elaborat fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 153/2013, sal-punt li dawn l-arranġamenti jissodisfaw ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju.

(7)

Sabiex ikunu eliġibbli għar-rikonoxximent mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), jenħtieġ li s-CCPs li jikklerjaw it-TBAs jikkonformaw mar-regoli applikabbli għas-CCPs kwalifikati bħala aġenziji tal-ikklerjar koperti u ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li jissodisfaw ċerti standards tal-ġestjoni tar-riskju. Jenħtieġ li l-ESMA tivverifika, f’konformità mal-Artikolu 25(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li dawn l-istandards tal-ġestjoni tar-riskju jkunu parti mir-regoli u l-proċeduri interni ta’ kwalunkwe CCP li tikklerja t-TBAs u li tkun issorveljata mis-SEC u tkun qed tapplika għal rikonoxximent fl-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ESMA tivverifika li s-CCP tapplika perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ tlett ijiem fir-rigward tat-TBAs, fuq bażi netta, u li s-CCP tapplika miżuri mfassla biex jillimitaw il-proċikliċità li huma ekwivalenti fl-għoti ta’ marġnijiet stabbli u konservattivi għal kwalunkwe waħda mit-tliet miżuri stabbiliti fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 153/2013.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/85 tiġi emendata skont dan.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-ESMA tkun tista’ tibda l-proċedura ta’ rikonoxximent għas-CCPs li jikklerjaw it-TBAs mingħajr dewmien, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/85 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fil-każ ta’ titoli abbażi ta’ ipoteki nnegozjati fuq bażi li għad trid tiġi stabbilita, perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ tlett ijiem ikkalkulat fuq bażi netta;”;

(2)

jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

fil-każ ta’ kuntratti kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c), miżuri mfassla biex jillimitaw il-proċikliċità ekwivalenti għal mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

miżuri li japplikaw buffer tal-marġni ugwali minn tal-inqas għal 25 % tal-marġnijiet ikkalkolati li l-kontroparti ċentrali tippermetti li jiġu temporanjament eżawriti f’perjodi li fihom ir-rekwiżiti tal-marġni kkalkolati jkunu qegħdin jiżdiedu b’mod sinifikanti;

(ii)

miżuri li jassenjaw piż ta’ minn tal-inqas 25 % għall-osservazzjonijiet ta’ stress fil-perjodu retrospettiv;

(iii)

miżuri li jiżguraw li r-rekwiżiti tal-marġni ma jkunux inqas minn dawk li jiġu kkalkolati bl-użu tal-volatilità stmata tul perjodu retrospettiv storiku ta’ 10 snin.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/85 tas-27 ta’ Jannar 2021 dwar l-ekwivalenza għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti tal-Amerika għal kontropartijiet ċentrali li huma awtorizzati u ssorveljati mill-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 27).

(3)  U.S Federal Register, Vol. 77 No. 156, tat-13 ta’ Awwissu 2012, Part II Commodity Futures Trading Commission 17 CFR Part 1, Securities and Exchange Commission, 17 CFR Parts 230, 240 and 241 Further Definition of “Swap,”“Security-Based Swap,” and “Security-Based Swap Agreement”; Mixed Swaps; Security-Based Swap Agreement Recordkeeping; Final Rule.

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41).


6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/85


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/552

tal-4 ta’ April 2022

li tiddetermina li l-boroż tat-titoli nazzjonali tal-Istati Uniti tal-Amerika rreġistrati mas-Securities and Exchange Commission jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Mid-definizzjoni ta’ “derivati OTC” u “kuntratt tad-derivati OTC” stabbilita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirriżulta li l-istrumenti finanzjarji għajr id-derivati OTC huma kuntratti tad-derivati li l-eżekuzzjoni tagħhom isseħħ jew f’suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew f’suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. B’konsegwenza ta’ dan, għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li l-kuntratti tad-derivati eżegwiti f’suq ta’ pajjiż terz meqjus ekwivalenti għal suq regolat jiġu kklassifikati bħala strumenti finanzjarji għajr id-derivati OTC.

(2)

Skont l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, suq ta’ pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għal suq regolat meta dak is-suq jikkonforma ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE u dment li dak is-suq ikun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa. Għalhekk jenħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-boroż nazzjonali (“NSEs”) li huma stabbiliti fl-Istati Uniti tal-Amerika u li huma ssorveljati mis-SEC jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti.

(3)

Din il-valutazzjoni tal-ekwivalenza hija limitata għall-NSEs elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk tkopri l-istrumenti derivati li huma nnegozjati f’dawn il-boroż u kklerjati mis-CCPs rikonoxxuti mill-ESMA.

(4)

It-Taqsima 3(a)(1) tas-Securities Exchange Act tal-1934 (l-“Exchange Act”) tiddefinixxi borża bħala kull organizzazzjoni, assoċjazzjoni, jew grupp ta’ persuni li jikkostitwixxi, iżomm jew jipprovdi suq jew faċilitajiet li jlaqqgħu flimkien xerrejja u bejjiegħa ta’ titoli jew li b’xi mod ieħor iwettqu, fir-rigward ta’ titoli, il-funzjonijiet komunament imwettqa minn borża. It-terminu borża huwa definit ulterjorment skont ir-Regola 3b-16 tas-SEC bħala organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni li jiġbor flimkien l-ordnijiet għal titoli ta’ diversi xerrejja u bejjiegħa u juża metodi stabbiliti u mhux diskrezzjonali, jew billi jipprovdi faċilità tan-negozjar jew inkella billi jistabbilixxi regoli, li taħthom dawn l-ordnijiet għandhom jinteraġixxu ma’ xulxin u x-xerrejja u l-bejjiegħa li jagħmlu tali ordnijiet jaqblu mat-termini tan-negozjar. Għaldaqstant, hija meħtieġa borża biex titħaddem sistema multilaterali f’konformità ma’ regoli mhux diskrezzjonali.

(5)

Skont it-Taqsima 19(a)(1) tal-Exchange Act, borża trid tiġi rreġistrata mas-SEC bħala NSE qabel ma tkun tista’ tibda topera. Is-SEC twettaq ir-reġistrazzjoni jekk issib li r-rekwiżiti applikabbli fir-rigward tal-applikant ikunu ssodisfati. Is-SEC ikollha tiċħad ir-reġistrazzjoni jekk dawn ir-rekwiżiti ma jkunux issodisfati. L-Exchange Act jirrikjedi wkoll li borża jkollha fis-seħħ arranġamenti biex jiġu indirizzati t-tipi kollha ta’ mġiba u attività li applikant jixtieq jinvolvi ruħu fihom. Skont l-Exchange Act, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni inizjali hija kundizzjoni għat-tkomplija tar-reġistrazzjoni għall-NSEs. L-NSEs irreġistrati huma għalhekk meħtieġa jżommu r-regoli, l-politiki u l-proċeduri konsistenti mal-obbligi statutorji tagħhom, u li jkollhom il-kapaċità li jwettqu l-obbligi tagħhom fuq bażi kontinwa.

(6)

L-Exchange Act jispeċifika wkoll li l-NSEs iridu jipprovdu lill-membri tagħhom b’aċċess imparzjali għas-swieq u s-servizzi tagħhom. Il-kriterji ta’ aċċess iridu jkunu trasparenti u ma għandhomx jiġu applikati b’mod inġustament diskriminatorju. L-NSEs irreġistrati jeħtieġ li jkollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar sabiex dawn it-titoli jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli. Kemm il-borża tal-opzjonijiet kif ukoll il-borża tal-ekwitajiet għandhom standards ta’ kwotazzjoni li huma soġġetti għas-sorveljanza tas-SEC skont it-Taqsima 19 u r-Regola 19b-4 tal-Exchange Act. Ir-regoli tas-SEC u l-istandards ta’ kwotazzjoni jirrikjedu li l-emittenti tat-titoli sottostanti għall-opzjonijiet ikkwotati jiżvelaw fil-ħin informazzjoni li tkun materjali għall-investituri jew li x’aktarx ikollha effett sinifikattiv fuq il-prezz tat-titoli. L-NSEs huma pprojbiti milli jikkwotaw xi titolu ta’ emittent li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-kumitat tal-awditjar stabbiliti fir-regoli tas-SEC. NSE ma tistax tirreġistra titoli sottostanti għall-opzjonijiet ikkwotati li għalihom l-informazzjoni dwar it-titoli u l-emittent tagħhom ma tkunx disponibbli pubblikament. Ir-Regola 9b-1 tas-SEC teħtieġ ukoll li s-swieq tal-opzjonijiet iħejju dokument ta’ żvelar dwar l-opzjonijiet b’ċerta informazzjoni speċifika dwar il-karatteristiċi u r-riskji tal-opzjonijiet innegozjati fil-borża. Is-sensara negozjanti jridu jipprovdu lill-klijenti b’dan id-dokument ta’ żvelar dwar l-opzjonijiet, u dan id-dokument irid jiġi ppreżentat lis-SEC qabel ma jiġi fornut lill-klijenti. Barra minn hekk, l-Options Clearing Corporation (“OCC”) hija l-emittent tal-opzjonijiet ikkwotati fil-borża. L-OCC hija rreġistrata mas-SEC bħala korporazzjoni tal-ikklerjar u organizzazzjoni awtoregolatorja. L-OCC trid tikkonforma mat-Taqsima 17 A tal-Exchange Act, li jirrikjedi, fost l-oħrajn, li r-regoli tal-OCC b’mod ġenerali, jridu jitfasslu biex jipproteġu lill-investituri u l-interess pubbliku. Ir-regoli tal-OCC huma soġġetti għas-sorveljanza tas-SEC skont it-Taqsima 19 tal-Exchange Act u r-Regola 19b-4 tas-SEC. Barra minn hekk, il-bidliet li OCC tkun biħsiebha tagħmel fir-regoli, fl-operazzjonijiet, jew fil-proċeduri tagħha li jistgħu jaffettwaw materjalment in-natura jew il-livell ta’ riskju ppreżentat mill-OCC huma soġġetti wkoll għal sorveljanza tas-SEC skont it-Taqsima 806(e) tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act tal-2010 u r-Regola 19b-4 tas-SEC. Ir-Regola 17Ad-22(c) tas-SEC tirrikjedi li l-OCC tiżvela pubblikament il-finanzi tagħha annwali awditjati. Barra minn hekk, ir-Regola 17Ad-22(e)(23) tas-SEC tirrikjedi li OCC tinforza l-politiki u l-proċeduri li jipprevedu, fost l-oħrajn, il-pubblikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri materjali rilevanti kollha, inklużi l-aspetti ewlenin tar-regoli u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-inadempjenza tagħha, ta’ data bażika dwar il-volum u l-valuri tat-tranżazzjonijiet, u ta’ deskrizzjoni komprensiva tar-regoli, tal-politiki u tal-proċeduri materjali tagħha rigward il-qafas legali, ta’ governanza, ta’ ġestjoni tar-riskju u operattiv tagħha. In-negozjar korrett ta’ titoli f’NSE huwa żgurat mis-setgħat tas-SEC li tissospendi n-negozjar u toħroġ ordnijiet ta’ emerġenza taħt ċerti ċirkostanzi u li tipproteġi l-interess pubbliku u l-investituri. Il-qafas regolatorju tal-Istati Uniti jinkludi wkoll rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar għall-għoti ta’ informazzjoni f’waqtha lill-parteċipanti fis-suq.

(7)

Meta NSE tirreġistra ma’ SEC, issir Organizzazzjoni ta’ Awtoregolamentazzjoni (Self-Regulatory Organisation, “SRO”). L-awtoregolamentazzjoni tal-intermedjarji tas-suq permezz ta’ sistema ta’ SROs hija waħda mill-elementi ewlenin tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti. L-SROs huma primarjament responsabbli għall-istabbiliment tar-regoli li skonthom il-membri tagħhom iwettqu l-kummerċ u għall-monitoraġġ tal-modi kif il-membri tagħhom iwettqu l-kummerċ. Fil-kapaċità tagħhom bħala SROs, l-NSEs jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità tal-membri tagħhom u tal-persuni assoċjati mal-membri tagħhom, mal-Exchange Act, mar-regoli u r-regolamenti tiegħu u mar-regoli proprji tagħhom. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-membri mar-regoli tal-NSE, l-NSEs huma meħtieġa jindirizzaw kull ksur potenzjali tar-regoli tas-suq jew tal-liġijiet federali tat-titoli mill-membri tagħhom. Huma wkoll meħtieġa jinfurmaw lis-SEC dwar ksur sinifikanti.

(8)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għall-NSEs awtorizzati fl-Istati Uniti tal-Amerika li huma stabbiliti fil-qafas legali għat-tħaddim tal-NSEs jagħtu għalhekk riżultati sostanzjalment ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE fl-oqsma li ġejjin: il-proċess tal-awtorizzazzjoni, ir-rekwiżiti tad-definizzjonijiet, l-aċċess għall-borża rikonoxxuta, ir-rekwiżiti organizzazzjonali, l-ammissjoni ta’ strumenti finanzjarji għan-negozjar, is-suspensjoni u t-tneħħija ta’ strumenti min-negozjar, il-monitoraġġ tal-konformità u l-aċċess għall-arranġamenti tal-ikklirjar u tas-saldu.

(9)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li r-rekwiżiti legalment vinkolanti għall-NSEs stabbiliti fl-Istati Uniti tal-Amerika huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE.

(10)

Fir-rigward ta’ superviżjoni effikaċi, is-Securities Act tal-1933 u l-Exchange Act jikkostitwixxu l-atti prinċipali tal-leġiżlazzjoni primarja li tistabbilixxi reġim ġuridikament eżegwibbli għan-negozjar ta’ titoli fl-Istati Uniti tal-Amerika. L-Exchange Act jagħti lis-SEC awtorità wiesgħa fuq l-aspetti kollha tal-industrija tat-titoli, inkluża s-setgħa li tirreġistra, tirregola u timmonitorja s-sensara-negozjanti, l-aġenti tat-trasferiment u l-aġenziji tal-ikklerjar, kif ukoll l-SROs tal-Istati Uniti tal-Amerika li jinkludu l-boroż ta’ titoli nazzjonali.

(11)

L-Exchange Act jidentifika u jipprojbixxi wkoll ċerti tipi ta’ kondotta fis-swieq u jipprovdi lis-SEC b’setgħat dixxiplinarji fuq entitajiet regolati u persuni assoċjati magħhom. Barra minn hekk, l-Exchange Act jagħti setgħa wkoll lis-SEC li tirrikjedi rappurtar perjodiku ta’ informazzjoni minn kumpaniji b’titoli nnegozjati pubblikament. L-awtoregolamentazzjoni tal-intermedjarji tas-suq permezz ta’ sistema ta’ SROs hija waħda mill-elementi ewlenin tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti. Skont il-qafas regolatorju tal-Istati Uniti, l-SROs, bħala regolaturi, huma primarjament responsabbli għall-istabbiliment u l-monitoraġġ tar-regoli li skonthom il-membri tagħhom iwettqu n-negozju.

(12)

L-Exchange Act jirrikjedi li l-NSE kollha rreġistrati jinfurzaw il-konformità mill-membri tagħhom u mill-persuni assoċjati mal-membri tagħhom mal-Exchange Act, mar-regoli u r-regolamenti tiegħu u mar-regoli proprji tagħhom. Bħala parti mis-superviżjoni kontinwa tal-NSE, is-SEC tevalwa l-kapaċità ta’ kull borża li tistħarreġ il-membri tagħha u l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-NSE għandha tindirizza kull ksur potenzjali tar-regoli tas-suq jew tal-liġijiet federali tat-titoli mill-membri tagħha u tirraporta tali ksur potenzjali lis-SEC.

(13)

Bħala parti mid-dmirijiet tagħha biex tinforza l-konfomità mill-membri tagħha, kull NSE hija responsabbli għall-investigazzjoni u d-dixxiplinar ta’ kull ksur tal-Exchange Act, u tar-regoli u r-regolamenti adottati skontu. Is-SEC tista’ tinvestiga u tħarrek ukoll, għad-diskrezzjoni tagħha, kull ksur tal-Exchange Act u r-regoli u r-regolamenti adottati skontu. Ir-regoli tal-SRO wkoll soġġetti għal rieżami tas-SEC. Skont it-Taqsima 19 (h) tal-Exchange Act, is-SEC tista’ timponi sanzjonijiet fuq l-SROs li jkunu naqsu, mingħajr ġustifikazzjoni jew skuża raġonevoli, milli jinfurzaw il-konformità ma’ xi regola tal-SRO minn membru jew persuna assoċjata ma’ membru.

(14)

Skont it-Taqsima 21 tal-Exchange Act, is-SEC tista’ tinvestiga l-ksur tar-regoli tal-SRO u timponi sanzjonijiet kontra l-membri tal-SRO li jiksru dawn ir-regoli. Bħala parti mis-superviżjoni kontinwa tagħha tal-SROs, is-SEC tevalwa l-abbiltà ta’ kull NSE li tissorvelja l-membri tagħha u l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-NSE huma meħtieġa jinfurmaw lis-SEC b’kull bidla fir-regoli.

(15)

Fir-rigward tal-infurzar effettiv, is-SEC għandha awtorità wiesgħa biex tinvestiga ksur attwali jew potenzjali tal-liġijiet federali tat-titoli tal-Istati Uniti, inkluż l-Exchange Act u r-regoli adottati skontu. Is-SEC tista’ takkwista rekords minn entitajiet regolati skont is-setgħat superviżorji tagħha. Barra minn hekk, skont l-awtorità ta’ taħrika tagħha, is-SEC tista’ tobbliga l-produzzjoni ta’ dokumenti jew testimonji minn kwalunkwe persuna jew entità fi kwalunkwe post fl-Istati Uniti. Is-SEC għandha l-awtorità li tieħu azzjonijiet ta’ infurzar billi tagħti bidu għal azzjonijiet ċivili fi qrati federali distrettwali jew billi tibda proċedimenti amministrattivi quddiem imħallef tal-liġi amministrattiva tas-SEC għal ksur tal-liġijiet federali ta’ titoli fl-Istati Uniti, inkluż abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. F’azzjonijiet ċivili, is-SEC tista’ tfittex restituzzjoni ta’ profitti illegali, imgħax ta’ qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja, sanzjonijiet ta’ flus ċivili, inġunzjonijiet, kif ukoll rimedju anċillari ieħor, inkluża r-restituzzjoni tal-benefiċċji min-naħa tal-konvenut.

(16)

F’azzjonijiet amministrattivi, sanzjonijiet jistgħu jinkludu ċensuri, limitazzjonijiet fuq l-attivitajiet, pieni ċivili flimkien ma’ restituzzjoni ta’ profitti illegali jew sanzjonijiet kontra individwi, jew revoka fuq ir-reġistrazzjoni ta’ entità. Is-SEC għandha s-setgħa li tieħu azzjoni ta’ infurzar kontra SRO għal nuqqas ta’ aġir jew għal nuqqas mit-twettiq xieraq tal-funzjonijiet meħtieġa. Barra minn hekk, is-SEC hija awtorizzata tikkoordina l-azzjonijiet ta’ infurzar tagħha mal-kontropartijiet domestiċi u internazzjonali fi kwalunkwe punt matul inkjesta jew investigazzjoni, inkluż ir-riferiment ta’ kwistjoni lid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti għall-prosekuzzjoni kriminali jew lil korpi kriminali jew regolatorji oħra għal azzjoni. Barra minn hekk, is-SEC għandha l-awtorità li taqsam informazzjoni mhux pubblika fil-pussess tagħha ma’ kontropartijiet domestiċi u internazzjonali.

(17)

Il-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti jiżgura wkoll it-trasparenza tas-suq u l-integrità billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Dan il-qafas legali u superviżorju jipprojbixxi l-imġiba li tista’ tirriżulta f’distorsjoni tal-funzjonament tas-swieq, inklużi l-manipulazzjoni tas-suq u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa. Dan il-qafas legali u superviżorju jawtorizza wkoll lis-SEC tieħu azzjonijiet ta’ infurzar kontra tali imġiba.

(18)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-NSEs huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fl-Istati Uniti fuq bażi kontinwa.

(19)

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma għalhekk meqjusa ssodisfati fir-rigward tal-NSEs awtorizzati u ssorveljati mis-SEC fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(20)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rekwiżiti legalment vinkolanti marbuta mal-NSEs applikabbli fl-Istati Uniti tal-Amerika fil-waqt tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ESMA, se tkompli timmonitorja fuq bażi regolari l-arranġamenti superviżorji u ta’ infurzar għall-NSEs u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-Deċiżjoni.

(21)

Ir-rieżami regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għal NSEs fl-Istati Uniti tal-Amerika huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin, meta żviluppi rilevanti jirrikjedu li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b’din id-Deċiżjoni. Tali rivalutazzjoni tista’ twassal għar-revoka ta’ din id-Deċiżjoni.

(22)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-boroż tat-titoli nazzjonali tal-Istati Uniti tal-Amerika li huma rreġistrati mas-Securities and Exchange Commission u li huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE u huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


ANNESS

Boroż nazzjonali tat-titoli rreġistrati mas-Securities and Exchange Commission tal-Istati Uniti u li huma kkunsidrati ekwivalenti għas-swieq regolati:

(a)

BOX Exchange LLC,

(b)

Cboe BZX Exchange, Inc.,

(c)

Cboe C2 Exchange, Inc.,

(d)

Cboe EDGX Exchange, Inc.,

(e)

Cboe Exchange, Inc.,

(f)

Miami International Securities Exchange, LLC,

(g)

MIAX Emerald, LLC,

(h)

MIAX PEARL, LLC,

(i)

Nasdaq GEMX, LLC,

(j)

Nasdaq ISE, LLC,

(k)

Nasdaq BX, Inc.,

(l)

Nasdaq MRX, LLC,

(m)

Nasdaq PHLX, LLC,

(n)

Nasdaq Options Market, LLC,

(o)

NYSE American Options, LLC, u

(p)

NYSE Arca, Inc.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

6.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/90


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/553

tal-5 ta’ April 2022

dwar il-monitoraġġ tal-preżenza tat-tossini tal-Alternaria fl-ikel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2011, il-Bord tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM) adotta opinjoni xjentifika dwar ir-riskji li l-preżenza tal-Alternaria fl-ikel toħloq għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika (1).

(2)

Aktar reċentement l-EFSA ppubblikat ukoll rapport xjentifiku dwar il-valutazzjoni ta’ esponiment djetetiku tat-tossini tal-Alternaria fil-popolazzjoni Ewropea (2). Hija kkonkludiet li l-esponiment kroniku stmat għad-dieta tat-tossini tal-Alternaria alternarjol, tal-alternarjol monometiletere u tal-aċidu tenważoniku jaqbżu l-limitu rilevanti ta’ tħassib tossikoloġiku, li jindika ħtieġa għal data addizzjonali dwar it-tossiċità speċifika għall-kompost.

(3)

L-EFSA rrakkomandat li għandha tinġabar aktar data dwar l-okkorrenza tal-preżenza tat-tossini tal-Alternaria fil-prodotti tal-ikel rilevanti (frott u prodotti mill-frott, tadam u prodotti bbażati fuq it-tadam, u ikel abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar, fost l-oħrajn). L-EFSA rrakkomandat ukoll li jintużaw metodi analitiċi aktar sensittivi sabiex titnaqqas l-inċertezza dwar l-esponiment għal diversi tossini tal-Alternaria minħabba l-proporzjon għoli tad-data rrapportata bħala “taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ)” fis-sett tad-data disponibbli bħalissa peress li l-metodi analitiċi użati mhux dejjem kienu sensittivi biżżejjed.

(4)

Prattiki agrikoli tajbin, kundizzjonijiet tajba ta’ ħżin u ta’ trasport u prattiki tajba ta’ manifattura jistgħu jnaqqsu jew jipprevjenu l-preżenza tat-tossini tal-Alternaria fl-ikel. Madankollu, għandha tinġabar aktar informazzjoni dwar il-fatturi li jwasslu għal livelli relattivament għoljin tat-tossini tal-Alternaria f’ċerti prodotti tal-ikel sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-miżuri li jridu jittieħdu biex tiġi evitata jew imnaqqsa l-preżenza ta’ dawn it-tossini tal-Alternaria f’dawn il-prodotti tal-ikel.

(5)

Sabiex tingħata orjentazzjoni dwar meta jkun xieraq li jiġu identifikati l-fatturi li jwasslu għal livelli relattivament għoljin jew saħansitra livelli sinifikanti tat-tossini tal-Alternaria fil-prodotti tal-ikel, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti valuri indikattivi għall-ikel abbażi tad-data disponibbli fil-bażi tad-data tal-EFSA. Livelli indikattivi ġew stabbiliti biss għall-prodotti tal-ikel li għalihom hemm biżżejjed data ta’ okkorrenza disponibbli.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi rakkomandat il-monitoraġġ tat-tossini tal-Alternaria fl-ikel u l-identifikazzjoni tal-fatturi li jirriżultaw fil-livelli għoljin tagħhom f’ċertu ikel.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi ta’ negozju tal-ikel, għandhom jimmonitorjaw it-tossini tal-Alternaria alternarjol, tal-alternarjol monometiletere u tal-aċidu tenważoniku fl-ikel, b’mod partikolari fil-prodotti tat-tadam ipproċessat, it-trab tal-paprika, il-ġunġlien, iż-żerriegħa tal-ġirasol, iż-żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, il-ġewż tas-siġar, it-tin imqadded u l-ikel abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar. Jekk ikun possibbli, għandhom jiġu analizzati wkoll it-tossini l-oħra tal-Alternaria u r-riżultati għandhom jiġu rrappurtati lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi, l-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri rilevanti ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (3). Għall-prodotti tat-tadam ipproċessat, il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni għandha titwettaq f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-Parti H (prodotti likwidi) jew fil-Parti I (prodotti solidi) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006. Meta l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni applikata mill-operatur tan-negozju tal-ikel tiddevja mill-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 401/2006, din għandha tibqa’ rappreżentattiva tal-lott.

(3)

Għad-determinazzjoni tal-alternarjol u tal-alternarjol monometiletere, l-LOQ ma għandux ikun ogħla minn 2 μg/kg f’ikel abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar u ogħla minn 4 μg/kg f’ikel ieħor, u għad-determinazzjoni tal-aċidu tenważoniku, l-LOQ ma għandux ikun ogħla minn 20 μg/kg fl-ikel kollu.

(4)

L-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi tan-negozju tal-ikel, għandhom iwettqu investigazzjonijiet biex jidentifikaw il-fatturi li jirriżultaw f’dawn il-livelli ’l fuq mil-livelli indikattivi u dwar l-effetti tal-ipproċessar fuq il-livell ta’ dawn it-tossini tal-Alternaria, previsti fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(5)

L-Istati Membri u l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jipprovdu lill-EFSA, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, id-data għas-sena ta’ qabel għall-kompilazzjoni f’bażi tad-data waħda f’konformità mar-rekwiżiti tal-Gwida tal-EFSA dwar id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) għall-Ikel u l-Għalf u r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ rappurtar tal-EFSA (4).

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Bord tal-EFSA dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM); Scientific Opinion on the risks for animal and public health related to the presence of Alternaria toxins in feed and food. EFSA Journal 2011;9(10):2407. [97 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2407. Disponibbli: www.efsa.europa.eu/efsajournal

(2)  EFSA, Arcella D, Eskola M and Gómez Ruiz JA, 2016. Scientific report on the dietary exposure assessment to Alternaria toxins in the European population. EFSA Journal 2016;14(12):4654, 32 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4654.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

(4)  https://www.efsa.europa.eu/en/call/call-continuous-collection-chemical-contaminants-occurrence-data-0


ANNESS

Il-livell indikattiv għall-alternarjol, għall-alternarjol monometiletere u għall-aċidu tenważoniku f’ċertu ikel, abbażi tad-data disponibbli fil-bażi tad-data tal-EFSA, apparti dan għandhom jitwettqu investigazzjonijiet, dwar il-fatturi li jwasslu għall-preżenza tat-tossini tal-Alternaria jew fuq l-effett tal-ipproċessar tal-ikel. Il-livelli indikattivi mhumiex il-livelli tas-sikurezza alimentari.

Ikel

Alternarjol (AOH)

(μg/kg)

Alternarjol monometiletere (AME)

(μg/kg)

Aċidu tenważoniku (TeA)

(μg/kg)

Prodotti tat-tadam ipproċessat

10

5

500

Trab tal-paprika

-

-

10 000

Ġulġlien

30

30

100

Żerriegħa tal-ġirasol

30

30

1 000

Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol

10

10

100

Ġewż tas-siġar

-

-

100

Tin imqadded

-

-

1 000

Ikel abbażi ta’ ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar

2

2

500