ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
7 ta' Marzu 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/380 tat-28 ta’ Frar 2022 li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Homokháti őszibarack pálinka]

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/380

tat-28 ta’ Frar 2022

li jirreġistra Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [“Homokháti őszibarack pálinka”]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ungerija tal-25 ta’ Mejju 2018 għar-reġistrazzjoni tal-isem “Homokháti őszibarack pálinka” bħala Indikazzjoni Ġeografika.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49(1) ta’ dan ir-Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019.

(3)

Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) f’konformità mal-Artikolu 17(6) ta’ dan ir-Regolament, u f’konformità mal-Artikolu 50(4), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li l-isem “Homokháti őszibarack pálinka” jiġi rreġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Indikazzjoni Ġeografika “Homokháti őszibarack pálinka” hi b’dan irreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787 lill-Indikazzjoni Ġeografika “Homokháti őszibarack pálinka”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(3)  ĠU C 464, 17.11.2021, p. 30.