ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 67

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
2 ta' Marzu 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/355 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/356 tat-2 ta' Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

103

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/337 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna ( ĠU L 59, 28.2.2022 )

112

 

*

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/336 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna ( ĠU L 58, 28.2.2022 )

113

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/355

tat-2 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jipprevedi, b’mod partikolari, l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’, u jipprojbixxi li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal, persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom b’xi mod ieħor jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja jew li jibbenefikaw minn jew jappoġġaw lir-reġim ta’ Lukashenka jew persuni, entitajiet jew korpi li qed jorganizzaw jew jikkontribwixxu għal attivitajiet mir-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti pprojbiti u t-trasferiment illegali ta’ oġġetti ristretti, inklużi oġġetti perikolużi, fit-territorju ta’ Stat Membru.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Fit-2 ta’ Marzu 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/356 (3) li tespandi l-ambitu tas-sanzjonijiet biex timplimenta l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 wara l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari mhux aċċettabbli u illegali Russa kontra l-Ukrajna, li skont id-dritt internazzjonali tikkwalifika bħala att ta’ aggressjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/356, tintroduċi aktar restrizzjonijiet relatati mal-kummerċ ta’ oġġetti użati għall-produzzjoni jew il-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk, prodotti minerali, prodotti tal-klorur tal-potassju (“potassa”), prodotti tal-injam, prodotti tas-siment, prodotti tal-ħadid u tal-azzar u prodotti tal-lastiku. Tipprojbixxi wkoll l-esportazzjoni lejn il-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija, li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp militari, teknoloġiku, tad-difiża u tas-sigurtà tal-Belarussja, u l-esportazzjonijiet ta’ makkinarju. Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/356 temenda wkoll ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 u l-għoti ta’ finanzjament, kif ukoll assistenza finanzjarja u teknika, fir-rigward ta’ oġġetti pprojbiti.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tal-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna”;

(2)

fl-Artikolu 1, punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   ‘oġġetti u teknoloġija b’użu doppju’ tfisser l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);”

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p.1)"

(3)

fl-Artikolu 1 il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“17.   ‘finanzjament jew assistenza finanzjarja’ tfisser kwalunkwe azzjoni, irrispettivament mill-mezzi partikolari magħżula, li biha l-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati, kondizzjonalment jew inkondizzjonalment, jiżborżaw jew jimpenjaw ruħhom li jiżborżaw fondi jew riżorsi ekonomiċi tagħhom stess, inklużi, iżda mhux limitatament għal, għotjiet, self, garanziji, rahan, bonds, ittri ta’ kreditu, krediti tal-fornitur, krediti tax-xerrej, avvanzi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u t-tipi kollha ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni; il-ħlas, kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ħlas, tal-prezz miftiehem għal oġġett jew servizz, li jsiru skont il-prattika normali tan-negozju, ma jikkostitwux finanzjament jew assistenza finanzjarja.

18.   ‘pajjiż sieħeb’ tfisser dawk il-pajjiż li japplika sett ta’ miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni sostanzjalment ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif elenkati fl-Anness Vb.

19.   ‘apparat ta’ komunikazzjoni għall-konsumatur’ tfisser apparat użat minn individwi privati bħal kompjuters personali u periferali (inklużi hard drives u printers), telefons mobbli, televixins intelliġenti, apparat tal-memorja (USB drives), u software għall-konsumatur għal dawk l-apparati.”

(4)

L-Artikolu 1e jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1e

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 1a, 1c u 1s, għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretti jew indiretti, tal-oġġetti u t-teknoloġija b’użu doppju, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.

2.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li jingħataw għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti jew it-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, b’mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;

(b)

li jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, jew għall-għoti ta’ għajnuna teknika relatata, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra, b’mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja, jew għall-użu fil-Belarussja.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju jew għall-forniment relatat ta’ assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:

(a)

skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq tal-ambjent jew bħala rispons għal diżastri naturali;

(b)

skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

(c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

(d)

aġġornamenti ta’ software;

(e)

l-użu bħala apparat ta’ komunikazzjoni tal-konsumatur;

(f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew

(g)

l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja , u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta’ dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.

Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f’dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.

4.   Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorita’ kompetenti tista’ tawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali prodotti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:

(a)

kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;

(b)

kooperazzjoni intergovernattiva fil-programmi spazjali;

(c)

tħaddim, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

(d)

sigurtà marittima;

(e)

networks tat-telekomunikazzjonijiet ċivili, inkluż il-forniment ta’ servizzi tal-internet;

(f)

użu esklużiv ta’ entitajiet proprjetà, kontroll esklużiv jew konġunt, ta’ persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż sieħeb;

(g)

rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi sħab, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet.

5.   Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorita’ kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew tali assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma dovuti taħt kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratt, sakemm tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta’ Mejju 2022.

6.   Awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtorita’ kompetenti rilevanti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjoni tkun valida fl-Unjoni kollha.

7.   Meta tiddeċiedi dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorita’ kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:

(i)

l-utent finali jista’ jkun utent finali militari jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness V, jew li l-oġġetti jista’ jkollhom użu aħħari militari; jew

(ii)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, huma maħsuba għall-avjazzjoni jew l-industrija spazjali.

8.   L-awtorita’ kompetenta tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni, li tkun tagħt skont il-paragrafi 4 u 5 jekk tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.”;

(5)

L-Artikolu 1f jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1f

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 1a, 1c u 1s, għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, tal-oġġetti u t-teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha, kif elenkat fl-Anness Va kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja, jew għall-użu fil-Belarussja.

2.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li jingħataw għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti jew it-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, b’mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;

(b)

li jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti jew it-teknoloġija, jew għall-għoti ta’ għajnuna teknika relatata, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra, b’mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-forniment relatat ta’ assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:

(a)

skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent jew bħala rispons għal diżastri naturali;

(b)

skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

(c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

(d)

aġġornamenti ta’ software;

(e)

l-użu bħala apparat ta’ komunikazzjoni tal-konsumatur;

(f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew

(g)

l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja , u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta’ dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.

Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f’dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.

4.   Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorita’ kompetenti tista’ tawtorizza il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tiddetermina li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:

(a)

kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;

(b)

kooperazzjoni intergovernattiva fil-programmi spazjali;

(c)

tħaddim, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

(d)

sigurtà marittima;

(e)

networks tat-telekomunikazzjonijiet ċivili, inkluż il-forniment ta’ servizzi tal-internet;

(f)

użu esklużiv ta’ entitajiet proprjetà, kontroll esklużiv jew konġunt ta’ persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż sieħeb; jew

(g)

rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi sħab, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet.

5.   Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorita’ kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew il-forniment ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tiddetermina li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma dovuti taħt kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratt, sakemm tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta’ Mejju 2022.

6.   Awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtorita’ kompetenti rilevanti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjoni tkun valida fl-Unjoni kollha.

7.   Meta jiddeċiedu dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorita’ kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:

(i)

l-utent finali jista’ jkun utent finali militari jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness V jew li l-oġġetti jista’ jkollhom użu aħħari militari; jew

(ii)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, huma maħsuba għall-avjazzjoni jew l-industrija spazjali.

8.   L-awtorita’ kompetenti tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni, li tkun tagħt skont il-paragrafi 4 u 5 jekk tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.”;

(6)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 1fa

1.   Fir-rigward tal-entitajiet identifikati fl-Anness V, u b’deroga mill-Artikolu 1e(1) u (2) tal-Artikolu 1f(1) u 2, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni b’konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorita’ kompetenti tista’ tawtorizza biss il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju u oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness Va jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu:

(a)

meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li probabbilment ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent; jew

(b)

dovuti taħt kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratt, sakemm tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta’ Mejju 2022.

2.   Awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjoni tkun valida fl-Unjoni kollha.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni, li jkunu taw skont il-paragrafu 1 jekk iqisu li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 1fb

1.   In-notifika lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 1e(3) u 2f(3) għandha tiġi ppreżentata b’mezzi elettroniċi, kull meta jkun possibbli, fuq formoli li fihom tal-inqas l-elementi kollha tal-mudelli stabbiliti fl-Anness Vc u fl-ordni prevista fihom.

2.   L-awtorizzazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 1e u 1f għandhom jinħarġu b’mezzi elettroniċi, kull meta jkun possibbli, fuq formoli li fihom tal-inqas l-elementi kollha tal-mudelli stabbiliti fl-Anness Vc u fl-ordni prevista fihom.

Artikolu 1fc

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u ċ-ċaħdiet li jinħarġu skont l-Artikoli 1e, 1f u 1fa mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni. Tali skambju tal-informazzjoni għandu jsir permezz tas-sistema elettronika prevista skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament (UE) 2021/821.

2.   L-informazzjoni riċevuta b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskop li tkun intalbet għalih, inkluż l-iskambji msemmija fil-paragrafu 4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali rispettiva. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kklassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan l-Artikolu ma tiġix degradata jew deklassifikata mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

3.   Qabel ma Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 1e, 1f jew 1fa għal tranżazzjoni li hija essenzjalment identika għal tranżazzjoni li tkun is-soġġett ta’ ċaħda li tkun għadha valida maħruġa minn Stat Membru ieħor jew minn Stati Membri oħra, l-ewwel għandu jikkonsulta lill-Istat Membru jew Stati Membri li jkunu ħarġu ċ-ċaħda. Jekk, wara dawn il-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li jagħti l-awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’dan, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha biex jispjega d-deċiżjoni.

4.   Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha, fejn xieraq u fuq il-bażi ta’ reċiproċita’, tiskambja informazzjoni ma’ pajjiżi sħab, bil-ħsieb li tappoġġa l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni konsistenti ta’ miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni applikati minn pajjiżi sħab.”;

(7)

Artikolu 1g huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Għandu jiġi pprojbit l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1”;

(b)

jitħassar il-paragrafu 3;

(8)

fl-Artikolu 1h, il-kliem “żejt mhux raffinat u prodotti ta’ idrokarburi gassużi” huwa sostitwit bi “prodotti minerali”;

(9)

fl-Artikolu 1h, jitħassar il-paragrafu 3;

(10)

l-Artikolu 1i huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Għandu jiġi pprojbit l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1”;

(b)

jitħassar il-paragrafu 2;

(11)

fl-Artikolu 1k, jitħassar il-paragrafu 4.

(12)

fl-Artikolu 1l, jitħassar il-paragrafu 3;

(13)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 1o

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ prodotti tal-injam kif elenkati fl-Anness X fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw mill-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, dirett jew indirett, ta’ prodotti tal-injam kif elenkati fl-Anness X li jinsabu fil-Belarussja jew li joriġinaw minnha;

(c)

it-trasport ta’ prodotti tal-injam kif elenkati fl-Anness X jekk ikunu oriġinaw fil-Belarussja jew ikunu qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

Artikolu 1p

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ prodotti tas-siment kif elenkati fl-Anness XI fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw mill-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, dirett jew indirett, ta’ prodotti tas-siment kif elenkati fl-Anness XI li jinsabu fil-Belarussja jew li joriġinaw minnha;

(c)

it-trasport ta’ prodotti tas-siment kif elenkati fl-Anness XI jekk ikunu oriġinaw fil-Belarussja jew ikunu qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

Artikolu 1q

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ prodotti tal-ħadid u tal-azzar kif elenkati fl-Anness XII fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw mill-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, dirett jew indirett, ta’ prodotti tal-ħadid u l-azzar kif elenkati fl-Anness XII li jinsabu fil-Belarussja jew li joriġinaw minnha;

(c)

it-trasport ta’ prodotti tal-ħadid u l-azzar kif elenkati fl-Anness XII jekk ikunu oriġinaw fil-Belarussja jew ikunu qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

Artikolu 1r

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ prodotti tal-lastiku kif elenkati fl-Anness XIII fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw mill-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, dirett jew indirett, ta’ prodotti tal-lastiku kif elenkati fl-Anness XIII li jinsabu fil-Belarussja jew li joriġinaw minnha;

(c)

it-trasport ta’ prodotti tal-lastiku kif elenkati fl-Anness XIII jekk ikunu oriġinaw fil-Belarussja jew ikunu qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.

Artikolu 1s

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ makkinarju kif elenkat fl-Anness XIV, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;

(b)

il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-punt (a).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-makkinarju msemmi fil-paragrafu 1 jew għall-forniment relatat ta’ assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:

(a)

skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq tal-ambjent jew bħala rispons għal diżastri naturali;

(b)

skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

(c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

(d)

aġġornamenti ta’ software;

(e)

l-użu bħala apparat ta’ komunikazzjoni tal-konsumatur;

(f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew

(g)

l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja , u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta’ dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.

Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f’dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-esportatur għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta’ kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”;

(14)

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Annessi II u Vc abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri.”;

(15)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jinbidel bl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(16)

L-Anness II għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness Va;

(17)

L-Anness III għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness Vb;

(18)

L-Anness IV għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness Vc;

(19)

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif indikat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(20)

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif indikat fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament;

(21)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif indikat fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament;

(22)

L-Anness VIII għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness X;

(23)

L-Anness IX għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness XI;

(24)

L-Anness X għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness XII;

(25)

L-Anness XI għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness XIII;

(26)

L-Anness XII għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness XIV.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2022

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 67, 2.3.2022.


ANNESS I

L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 765/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS V

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1e(7), 1f(7) U 1fa(1)

Il-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja


ANNESS II

“ANNESS Va

LISTA TA’ OĠĠETTI U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1f(1) AND 1fa(1)

Noti Ġenerali, Akronimi u Abbrevjazzjonijiet, u Definizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 japplikaw għal dan l-Anness, bl-eċċezzjoni tal-“Parti I — Noti Ġenerali, Akronimi u Abbrevjazzjonijiet, u Definizzjonijiet, Noti Ġenerali tal-Anness I, il-punt 2”.

Id-definizzjonijiet tat-termini użati fil-Lista Militari Komuni (CML) tal-Unjoni Ewropea (1) japplikaw għal dan l-Anness.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1m ta’ dan ir-Regolament, oġġetti mhux ikkontrollati li fihom komponent wieħed jew aktar elenkati f’dan l-Anness mhumiex soġġetti għall-kontrolli skont l-Artikolu 1fa ta’ dan ir-Regolament.

Kategorija I - Elettronika

X.A.I.001

Apparati u komponenti elettroniċi.

a.

“Mikroċirkwiti tal-mikroproċessuri”, “mikroċirkwiti tal-mikrokompjuters”, u mikroċirkwiti tal-mikrokontrolluri li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Veloċità tal-prestazzjoni ta’ 5 GigaFLOPS jew aktar u unità loġika aritmetika b’wisa’ ta’ aċċess ta’ 32 bit jew aktar;

2.

Rata tal-frekwenza tal-arloġġ ta’ aktar minn 25 MHz; jew

3.

Aktar minn bus waħda ta’ data jew tal-istruzzjoni jew port wieħed tal-komunikazzjoni serjali li jipprovdu interkonnessjoni esterna diretta bejn “mikroċirkwiti tal-mikroproċessur” paralleli b’rata ta’ trasferiment ta’ 2,5 Mbyte/s;

b.

Ċirkwiti integrati tal-ħżin, kif ġej:

1.

Memorji ta’ qari biss li jistgħu jitħassru bl-elettriku u li jistgħu jitħassru (EEPROMs) b’kapaċità ta’ ħżin:

a.

Li jaqbżu s-16 Mbits kull pakkett għal tipi ta’ memorja flash; jew

b.

Li jaqbżu xi wieħed mil-limiti li ġejjin għat-tipi l-oħra kollha ta’ EEPROM:

1.

Jaqbżu 1 Mbit kull pakkett; jew

2.

Jaqbżu 256 kbit kull pakkett u ħin massimu ta’ aċċess ta’ inqas minn 80 ns;

2.

Memorji statiċi b’aċċess każwali (static random access memories, SRAMs) b’kapaċità ta’ ħżin li:

a.

Jaqbżu 1 Mbit kull pakkett; jew

b.

Jaqbżu l-256 kbit kull pakkett u ħin massimu ta’ aċċess ta’ inqas minn 25 ns;

c.

Konvertituri minn analogu għal diġitali li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Riżoluzzjoni ta’ 8 bit jew aktar, iżda inqas minn 12-il bit, b’rata ta’ output akbar minn 200 Mega Kampjun Kull Sekonda (MSPS);

2.

Riżoluzzjoni ta’ 12-il bit b’rata ta’ output akbar minn 105 Mega Kampjun kull Sekonda (MSPS);

3.

Riżoluzzjoni ta’ aktar minn 12-il bit iżda daqs jew inqas minn 14-il bit b’rata ta’ output akbar minn 10 Mega Kampjuni kull Sekonda (MSPS); jew

4.

Riżoluzzjoni ta’ 14-il bit b’rata ta’ output akbar minn 2,5 Mega Kampjuni kull Sekonda (MSPS);

d.

Apparat loġiku programmabbli fuq il-post li għandu għadd massimu ta’ input/outputs diġitali b’tarf wieħed bejn 200 u 700;

e.

Proċessuri Trasformat Fourier Rapidu (Fast Fourier Transform, FFT) li għandhom ħin ta’ eżekuzzjoni nominali għal FFT ta’ 1 024 punt kumpless ta’ inqas minn 1 ms;

f.

Ċirkwiti integrati apposta li għalihom il-funzjoni mhijiex magħrufa, jew l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir li fih se jintużaw iċ-ċirkwiti integrati mhuwiex magħruf mill-manifattur, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Aktar minn 144 terminal; jew

2.

“Dewmien tal-propagazzjoni bażiku” tipiku ta’ inqas minn 0,4 ns;

g.

“Apparat elettroniku bil-vakwu” bil-mewġ progressiv, b’mewġ bl-impuls jew kontinwu, kif ġej:

1.

Apparati b’kavità akkoppjati, jew derivattivi tagħhom;

2.

Apparati bbażati fuq l-ispirali, gwidi tal-mewġ mitwija, jew ċirkwiti tal-gwidi tal-mewġ serpentini, jew derivati tagħhom, li għandhom xi wieħed dawn li ġejjin:

a.

“Wisa’ tal-banda istantanja” ta’ nofs ottava jew aktar u potenza medja (espressa f’kW) immultiplikata bil-frekwenza (espressa f’GHz) ta’ aktar minn 0,2; jew

b.

“Wisa’ tal-banda istantanja” ta’ nofs ottava jew aktar u potenza medja (espressa f’kW) immultiplikata bil-frekwenza (espressa f’GHz) ta’ aktar minn 0,4;

h.

Gwidi tal-mewġ flessibbli ddisinjati għall-użu fi frekwenzi li jaqbżu l-40 GHz;

i.

Apparat li juża mewġ akustiku tal-wiċċ u mewġ akustiku li jmiss il-wiċċ (mhux profond), li għandu xi wieħed minn dan li ġejjin:

1.

Frekwenza portatriċi ta’ aktar minn 1 GHz; jew

2.

Frekwenza portatriċi ta’ 1 GHz jew inqas; jew

a.

L-“iskartar tal-lobi laterali tal-frekwenza” ta’ aktar minn 55 Db;

b.

Prodott tal-ħin massimu tad-dewmien u tal-wisa’ tal-banda (ħin f’mikrosekondi u wisa’ tal-banda f’MHz) ta’ aktar minn 100; jew

c.

Dewmien dispersiv ta’ aktar minn 10 mikrosekondi;

Nota

Teknika: Għall-fini ta’ X.A.I.001.i l-“iskartar tal-lobi laterali tal-frekwenza” huwa l-valur massimu ta’ skartar speċifikat fil-folja tad-data.

j.

“Ċelloli” kif ġej:

1.

“Ċelloli primarji” li għandhom “densità ta’ enerġija” ta’ 550 Wh/kg jew inqas f’293 K (20 °C);

2.

“Ċelloli sekondarji” li għandhom densità ta’ enerġija ta’ 350 Wh/kg jew inqas f’293 K (20 °C);

Nota:

X.A.I.001.j ma jikkontrollax il-batteriji, inklużi l-batteriji b’ċellula waħda.

Nota

Teknika:

1.

Għall-fini ta’ X.A.I.001.j, id-densità tal-enerġija (Wh/kg) hija kkalkulata mill-vultaġġ nominali mmultiplikat bil-kapaċità nominali f’ampere-sigħat (Ah) diviż bil-massa f’kilogrammi. Jekk il-kapaċità nominali ma tkunx iddikjarata, id-densità tal-enerġija tiġi kkalkulata mill-vultaġġ nominali kwadrat imbagħad immultiplikat b’kemm idum l-iskariku f’sigħat diviża bit-tagħbija tal-iskarika f’Ohms u l-massa f’kilogrammi.

2.

Għall-fini ta’ X.A.I.001.j, “ċellula” hija definita bħala apparat elettrokimiku, li għandu elettrodi pożittivi u negattivi, u elettrolit, u huwa sors ta’ enerġija elettrika. Din hija l-element bażiku ta’ batterija.

3.

Għall-fini ta’ X.A.I.001.j.1, “ċellula primarja” hija “ċellula” li mhijiex iddisinjata biex tiġi ċċarġjati minn xi sors ieħor.

4.

Għall-fini ta’ X.A.I.001.j.2, “ċellula sekondarja” hija “ċellula” li hija ddisinjata biex tiġi ċċarġjati minn sors elettriku estern.

k.

Elettrokalamiti “superkonduttivi” jew solenojdi, iddisinnjati apposta sabiex jiġu ċċarġjati jew iddisċarġjati kompletament f’anqas minn minuta, u li għandhom dan kollu li ġej:

Nota:

X.A.I.001.k ma jikkontrollax elettrokalamiti “superkonduttivi” jew solenojdi ddisinjati għal tagħmir mediku b’Immaġini ta’ Reżonanza Manjetika (Magnetic Resonance Imaging, MRI).

1.

Enerġija massima kkonsenjata matul l-iskariku diviża b’kemm idum l-iskariku ta’ aktar minn 500 kJ fil-minuta;

2.

Dijametru intern tal-koljaturi li jġorru l-kurrent ta’ aktar minn 250 mm; u

3.

Previsti għal induzzjoni manjetika ta’ aktar minn 8T jew “densità totali tal-kurrent” fil-koljatura ta’ aktar minn 300 A/mm2;

l.

Ċirkwiti jew sistemi għall-ħażna elettromanjetika tal-enerġija, li fihom komponenti manifatturati minn materjali “superkonduttivi” ddisinjati apposta għal tħaddim f’temperaturi taħt it-“temperatura kritika” ta’ mill-inqas wieħed mill-kostitwenti “superkonduttivi” tagħhom, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Frekwenzi operattivi reżonanti ta’ aktar minn 1 MHz;

2.

Densità ta’ enerġija maħżuna ta’ 1 MJ/m3 jew aktar;

3.

Ħin ta’ skariku ta’ inqas minn 1 ms;

m.

Tiratroni tal-idroġenu/iżotopi tal-idroġenu b’kostruzzjoni ta’ metall taċ-ċeramika u rata għall-ogħla kurrent ta’ 500 A jew aktar;

n.

Ma jintużawx;

o.

Ċelluli solari, assemblaġġi bil-koperturi tal-ħġieġ biċ-ċelluli interkonnessi (cell-interconnect-coverglass, CIC), pannelli solari, u matriċi solari, li huma “kwalifikati għall-ispazju” u mhux ikkontrollati minn 3A001.e.4 (2).

X.A.I.002

“Assemblaġġi elettroniċi”, moduli u tagħmir bi skop ġenerali.

a.

Tagħmir elettroniku għall-ittestjar, minbarra dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;

b.

Reġistraturi tad-data b’tejp manjetiku bl-istrumentazzjoni diġitali li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin;

1.

Rata massima ta’ trasferiment ta’ interfaċċa diġitali li taqbeż is-60 Mbit/s u li tuża tekniki ta’ skennjar elikali;

2.

Rata massima ta’ trasferiment ta’ interfaċċa diġitali li taqbeż il-120 Mbit/s u li tuża tekniki ta’ ras fissa; jew

3.

“Spazju kwalifikat”;

c.

Tagħmir, b’rata massima ta’ trasferiment diġitali tal-interfaċċa ta’ aktar minn 60 Mbit/s, iddisinjat biex jikkonverti rekorder vidjo diġitali bit-tejp manjetiku għall-użu bħala reġistraturi diġitali tad-data tal-istrumentazzjoni;

d.

Oxxilloskopji analogi mhux modulari li għandhom wisa’ tal-banda ta’ 1 GHz jew aktar;

e.

Sistemi modulari analogi ta’ oxxilloskopju li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Mainframe b’wisa’ tal-banda ta’ 1 GHz jew aktar; jew

2.

Moduli plug-in b’wisa’ tal-banda individwali ta’ 4 GHz jew aktar;

f.

Oxxilloskopji tal-kampjunar analogi għall-analiżi ta’ fenomeni rikorrenti b’wisa’ tal-banda effettiva ta’ aktar minn 4 GHz;

g.

Oxxilloskopji diġitali u rekorders tranżitorji, li jużaw tekniki ta’ konverżjoni analogi għal diġitali, li kapaċi jaħżnu tranżjenti billi jieħdu kampjuni sekwenzjali ta’ inputs b’tir wieħed f’intervalli suċċessivi ta’ inqas minn 1 ns (akbar minn 1 Giga Kampjuni fis-sekonda (GSPS)), filwaqt li jiddiġitalizzaw għal riżoluzzjoni ta’ 8 bit jew akbar u jaħżnu 256 kampjun jew aktar.

Nota:

X.A.I.002 jikkontrolla l-komponenti ddisinjati apposta li ġejjin għal oxxilloskopji analogi:

1.

Unitajiet plug-in;

2.

Amplifikaturi esterni;

3.

Preamplifikaturi;

4.

Apparat għat-teħid ta’ kampjuni;

5.

Tubi katodiċi (cathode ray tubes).

X.A.I.003

Tagħmir tal-ipproċessar speċifiku, minbarra dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, kif ġej:

a.

Varjaturi tal-frekwenza li kapaċi jaħdmu fil-medda ta’ frekwenzi minn 300 sa 600 Hz, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;

b.

Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;

c.

Il-magni kollha tar-raġġi X bil-flash, jew komponenti ta’ sistemi tal-potenza bl-impulsi ddisinjati għalihom, inklużi ġeneraturi Marx, networks għat-tiswir tal-impulsi ta’ potenza qawwija, kapaċitatur ta’ vultaġġ għoli, u grilli;

d.

Amplifikaturi tal-implusi, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;

e.

Tagħmir elettroniku għall-ġenerazzjoni tad-dewmien fil-ħin jew għall-kejl tal-intervall tal-ħin, kif ġej:

1.

Ġeneraturi diġitali tad-dewmien tal-ħin b’riżoluzzjoni ta’ 50 nanosekondi jew inqas fuq intervalli ta’ ħin ta’ 1 mikrosekonda jew aktar; jew

2.

Meter tal-intervall tal-ħin multikanali (tlieta jew aktar) jew modulari u tagħmir tal-kronometrija b’riżoluzzjoni ta’ 50 nanosekondi jew inqas fuq intervalli ta’ ħin ta’ 1 mikrosekonda jew aktar;

f.

Strumenti analitiċi tal-kromatografija u tal-ispettrometrija

X.B.001

Tagħmir għall-manifattura ta’ komponenti jew materjali elettroniċi, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih.

a.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-manifattura ta’ tubi tal-elettroni, elementi ottiċi u komponenti ddisinjati apposta għalihom ikkontrollati minn 3A001 (3) jew X.A.I.001;

b.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-manifattura ta’ apparat semikonduttur, ċirkwiti integrati u “assemblaġġi elettroniċi”, kif ġej, u sistemi li jinkorporaw jew li għandhom il-karatteristiċi ta’ tali tagħmir:

Nota:

X.B.I.001.b. jikkontrolla wkoll tagħmir użat jew modifikat għall-użu fil-manifattura ta’ apparat ieħor, bħal apparat tal-immaġni, apparat elettro-ottiku, apparat b’mewġ akustiku.

1.

Tagħmir għall-ipproċessar ta’ materjali għall-manifattura ta’ apparati u komponenti kif speċifikat fl-intestatura ta’ X.B.I.001.b, kif ġej:

Nota:

X.B.I.001 ma jikkontrollax it-tubi kwarzużi tal-fran, liners tal-fran, il-paletti, l-istands (ħlief stands b’qafas iddisinjati apposta), bubblers, kassetti jew griġjoli ddisinjati apposta għat-tagħmir tal-ipproċessar ikkontrollat minn X.B.I.001.b.1.

a.

Tagħmir għall-produzzjoni tas-siliċju polikristallin u materjali kkontrollati bi 3C001 (4);

b.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-purifikazzjoni jew l-ipproċessar ta’ materjali semikondutturi III/V u II/VI rregolati minn 3C001, 3C002, 3C003, 3C004, jew 3C005 (5) għajr għall-pullers tal-kristalli, li għalihom ara X.B.I.001.b.1.c hawn taħt;

c.

Pullers tal-kristall u fran, kif ġej:

Nota:

X.B.I.001.b.1.c ma jikkontrollax il-fran ta’ diffużjoni u ta’ ossidazzjoni.

1.

Tagħmir għall-ittemprar jew ir-rikristalizzazzjoni ħlief fran b’temperatura kostanti li juża rati ogħla ta’ trasferiment ta’ enerġija li jista’ jipproċessa pjastrini b’rata li taqbeż iż-0,005 m2 kull minuta.

2.

Pullers tal-kristall “ikkontrollati bi programm maħżun” li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.

Rikarikabbli mingħajr ma jinbidel il-kontenitur tal-griġjol;

b.

Kapaċi li joperaw taħt pressjoni li taqbeż it-2,5 x 105 Pa; jew

c.

Kapaċi jiġbdu kristalli ta’ dijametru ta’ aktar minn 100 mm;

d.

Tagħmir “ikkontrollati bi programm maħżun” għal tkabbir epitassjal li jkollu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kapaċi li jipproduċi saff tas-siliċju bi ħxuna uniformi ta’ anqas minn ± 2,5 % fuq distanza ta’ 200 mm jew aktar;

2.

Kapaċi jipproduċi saff ta’ kwalunkwe materjal minbarra siliċju b’uniformità ta’ ħxuna tul il-pjastrina ta’ ± 3,5 % jew aħjar; jew

3.

Rotazzjoni ta’ pjastrini individwali waqt l-ipproċessar;

e.

Tagħmir ta’ tkabbar epitassjali b’raġġ molekulari;

f.

Tagħmir ta’ “pulverizzazzjoni” imsaħħaħ manjetikament b’serraturi tat-tagħbija integrali ddisinjati apposta li kapaċi jittrasferixxu pjastrini f’ambjent iżolat b’vakwu;

g.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-impjantazzjoni jonika, diffużjoni ta’ joni mtejba jew fotomsaħħa, li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kapaċità ta’ ffurmar ta’ forom;

2.

Enerġija tar-raġġ (vultaġġ ta’ aċċellerazzjoni) ogħla minn 200 keV;

3.

Ottimizzat biex jaħdem b’enerġija mir-raġġ (vultaġġ ta’ aċċellerazzjoni) ta’ inqas minn 10 keV; jew

4.

Kapaċi għal impjantazzjoni ta’ ossiġnu b’enerġija għolja f’“sottostrat” imsaħħan;

h.

Tagħmir “ikkontrollat bi programm maħżun” għat-tneħħija selettiva (inċiżjoni) permezz ta’ metodi xotti aniżotropiċi (pereż., plażma), kif ġej:

1.

“Tipi ta’ lottijiet” li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Detezzjoni fil-punt finali, ħlief tipi ta’ spettroskopija ta’ emissjoni ottika; jew

b.

Pressjoni operazzjonali (inċiżjoni) tar-reattur ta’ 26,66 Pa jew inqas;

2.

“Tipi bi pjastrina singola” li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Detezzjoni fil-punt finali, ħlief tipi ta’ spettroskopija ta’ emissjoni ottika;

b.

Pressjoni operazzjonali (inċiżjoni) tar-reattur ta’ 26,66 Pa jew inqas; jew

c.

Kassetta għal kassetta u load locks li jimmanipulaw il-pjastrini;

Noti:

1.

“Tipi ta’ lottijiet” tirreferi għal magni li mhumiex “iddisinjati apposta” għall-produzzjoni ta’ pjastrini singoli. Magni bħal dawn jistgħu jipproċessaw żewġ pjastrini jew aktar simultanjament ma’ parametri ta’ proċess komuni, pereż. potenza RF, temperatura, speċijiet ta’ gass etch, rati ta’ fluss.

2.

“Tipi bi pjastrina singola” tirreferi għal magni “iddisinjati apposta” għall-ipproċessar tal-produzzjoni ta’ pjastrini singoli. Dawn il-magni jistgħu jużaw tekniki awtomatiċi għall-immaniġġar tal-pjastrini biex jgħabbu pjastra waħda fit-tagħmir għall-ipproċessar. Id-definizzjoni tinkludi tagħmir li jista’ jgħabbi u jipproċessa diversi pjastrini iżda fejn il-parametri tal-inċiżjoni, pereż. il-potenza RF jew il-punt tat-tmiem, jistgħu jiġu ddeterminati b’mod indipendenti għal kull pjastrina individwali.

i.

Tagħmir ta’ “depożitar kimiku f’fażi ta’ fwar” (CVD), pereż., CVD (PECVD) imtejjeb bil-plażma jew CVD imtejjeb b’fotografija, għall-manifattura ta’ apparat semikonduttur, li għandu waħda minn dawn il-kapaċitajiet li ġejjin, għad-depożizzjoni ta’ ossidi, nitridi, metalli jew polisiliċju:

1.

Apparat ta’ “Depożitar kimiku f’fażi ta’ fwar” li jopera taħt il-105 Pa; jew

2.

Tagħmir PECVD li jopera jew taħt is-60 Pa jew li għandu mmaniġġar awtomatiku tal-pjastrini kassetta għal kassetta u load lock;

Nota:

X.B.I.001.b.1.i ma jikkontrollax sistemi ta’ “depożitar kimiku f’fażi ta’ fwar” (low pressure “chemical vapor deposition”, LPCVD) bi pressjoni baxxa jew tagħmir reattiv ta’ “pulverizzazzjoni”.

j.

Sistemi ta’ raġġi ta’ elettroni ddisinjati apposta jew modifikati għall-manifattura tal-maskri jew l-ipproċessar ta’ apparat semikonduttur li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Deflessjoni elettrostatika tar-raġġ;

2.

Profil ta’ raġġ iffurmat, mhux Gaussjan;

3.

Rata ta’ konverżjoni minn diġitali għal analoga ta’ aktar minn 3 MHz;

4.

Preċiżjoni tal-konverżjoni minn diġitali għal analog li taqbeż it-12 bit; jew

5.

Preċiżjoni tal-kontroll tal-feedback tal-pożizzjoni tal-bersall sar-raġġ ta’ 1 mikrometru jew aktar fin;

Nota:

X.B.I.001.b.1.j ma jikkontrollax is-sistemi ta’ depożizzjoni għar-raġġi tal-elettroni jew il-mikroskopji bl-elettroni ta’ skop ġenerali.

k.

Tagħmir għall-irfinar tal-wiċċ għall-ipproċessar ta’ pjastrini semikondutturi kif ġej:

1.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-ipproċessar fuq wara ta’ pjastrini irqaq minn 100 mikrometru u s-separazzjoni sussegwenti tagħhom; jew

2.

Tagħmir iddisinjat apposta biex tinkiseb il-ħruxija tal-wiċċ attiv ta’ pjastrina pproċessata b’valur ta’ żewġ sigma ta’ 2 mikrometru jew inqas, skont il-qari tal-indikatur totali (total indicator reading, TIR);

Nota:

X.B.I.001.b.1.k ma jikkontrollax tagħmir ta’ rrumblar u illustrar fuq naħa waħda għall-irfinar tal-wiċċ tal-pjastrini.

l.

Tagħmir ta’ interkonnessjoni li jinkludi kmamar b’vakwu singoli jew multipli komuni ddisinjat apposta li jippermetti l-integrazzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir ikkontrollat minn X.B.I.001 f’sistema sħiħa;

Tagħmir

“ikkontrollat minn programm maħżun” li juża “lasers” għat-tiswija jew it-tirqim ta’ “ċirkwiti integrati monolitiċi” b’waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Preċiżjoni tal-pożizzjonament ta’ inqas minn ± 1 mikrometru; jew

2.

Daqs tat-tikka (wisa’ tal-qalba) inqas minn 3 mikrometru.

Nota

Teknika: Għall-fini ta’ X.B.I.001.b.1, “sputtering” huwa proċess ta’ kisi fejn joni ċċarġjati pożittivament jiġu aċċellerati b’kamp elettriku lejn il-wiċċ ta’ bersall (materjal tal-kisi). L-enerġija kinetika tal-joni tal-impatt hija biżżejjed biex tikkawża li l-atomi tal-wiċċ fil-mira jiġu rilaxxati u ddepożitati fuq is-sottostrat. (Nota: Il-pulverizzazzjoni bit-trijodu, il-manjetron jew bi frekwenza tar-radju sabiex tiżdied l-adeżjoni tal-kisja u r-rata ta’ depożizzjoni huma modifiki ordinarji tal-proċess.).

2.

Maskri, sottostrati tal-maskri, tagħmir li jagħmel il-maskri u tagħmir għat-trasferiment tal-immaġini għall-manifattura ta’ apparati u komponenti kif speċifikat fl-intestatura ta’ X.B.I.001, kif ġej:

Nota:

It-terminu maskri jirreferi għal dawk użati fil-litografija b’raġġ ta’ elettroni, fil-litografija bir-raġġi X, u fil-litografija ultravjola, kif ukoll fil-fotolitografija ultravjola u viżibbli tas-soltu.

a.

Maskri lesti, retikoli u disinji għalihom, minbarra:

1.

Maskri jew retikoli lesti għall-produzzjoni ta’ ċirkwiti integrati mhux ikkontrollati minn 3A001 (6); jew

2.

Maskri jew retikoli, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

L-għamla tagħhom tkun ibbażata fuq ġejometriji ta’ 2,5 mikrometru jew aktar; kif ukoll

b.

L-għamla ma tinkludix karatteristiċi speċjali li jbiddlu l-użu maħsub permezz ta’ tagħmir tal-produzzjoni jew “software”;

b.

Sottostrati tal-maskri kif ġej:

1.

“Sottostrati” (pereż. ħġieġ, kwartz, żafir) miksija bil-wiċċ iebes (pereż. kromju, siliċju, molibdenu) għall-preparazzjoni ta’ maskri b’dimensjonijiet li jaqbżu l-125 mm x 125 mm; jew

2.

Sottostrati ddisinjati apposta għal maskri tar-raġġi-X;

c.

Tagħmir, għajr kompjuters għal użu ġenerali, iddisinjat apposta għat-tfassil megħjun mill-kompjuter (computer aided design - CAD) ta’ apparat semikonduttur jew ċirkwiti integrati;

d.

Tagħmir jew magni, kif ġej, għal maskri jew fabbrikazzjoni ta’ reċidimenti:

1.

Kameras fotoottiċi fi stadji u ta’ ripetizzjoni li kapaċi jipproduċu matriċijiet akbar minn 100 mm x 100 mm, jew kapaċi jipproduċu espożizzjoni waħda akbar minn 6 mm x 6 mm fil-pjan tal-immaġni (jiġifieri, fokali), jew kapaċi jipproduċu wisa’ tal-linja ta’ inqas minn 2,5 mikrometru fil-fotoreżistenza fuq is-“sottostrat”;

2.

Tagħmir ta’ fabbrikazzjoni ta’ maskri jew riproduzzjonijiet li jużaw litografija b’raġġ ta’ jone jew “laser” li kapaċi tipproduċi wisa’ tal-linja ta’ inqas minn 2,5 mikrometru;

3.

Tagħmir jew holders għall-alterazzjoni ta’ maskri jew retikoli jew iż-żieda ta’ pellikoli biex jitneħħew id-difetti;

Nota:

X.B.I.001.b.2.d.1 u b.2.d.2 ma jikkontrollawx tagħmir ta’ fabbrikazzjoni ta’ maskri bl-użu ta’ metodi fotoottiċi li jew kien kummerċjalment disponibbli qabel l-1 ta’ Jannar 1980, jew għandu prestazzjoni mhux aħjar minn tagħmir bħal dan.

e.

Tagħmir “ikkontrollat minn programm maħżun” għall-ispezzjoni ta’ maskri, retikoli jew pellikoli bi:

1.

Riżoluzzjoni ta’ 0,25 mikrometru jew aktar fin; u

2.

Preċiżjoni ta’ 0,75 mikrometru jew aktar fin fuq distanza f’koordinat wieħed jew tnejn ta’ 63,5 mm jew aktar;

Nota:

X.B.I.001.b.2.e ma jikkontrollax mikroskopji bl-elettroni tal-iskennjar ta’ skop ġenerali ħlief meta ddisinjati apposta u strumentati għall-ispezzjoni awtomatika tad-disinn.

f.

Tagħmir ta’ allinjament jew esponiment għall-produzzjoni tal-pjastrini bl-użu ta’ metodi fotoottiċi jew bir-raġġi X, pereż. tagħmir litografiku, inkluż kemm tagħmir għat-trasferiment tal-immaġni għall-proġettazzjoni kif ukoll tagħmir fi stadji u ta’ ripetizzjoni (pass dirett fuq wejfer) jew tagħmir fi stadji u tal-iskennjar (scanner), li kapaċi jwettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

Nota:

X.B.I.001.b.2.f ma jikkontrollax it-tagħmir ta’ allinjament u ta’ esponiment għall-kuntatt u għall-prossimità fotoottiċi jew it-tagħmir għat-trasferiment tal-immaġni tal-kuntatt.

1.

Produzzjoni ta’ daqs ta’ disinn ta’ inqas minn 2,5 mikrometru;

2.

Allinjament bi preċiżjoni aktar fina minn ± 0,25 mikrometru (3 sigma);

3.

Kisja minn magna għal magna mhux aħjar minn ± 0,3 mikrometri; jew

4.

Tul ta’ mewġ tas-sors tad-dawl iqsar minn 400 nm;

g.

Tagħmir ta’ raġġ ta’ elettroni, raġġ joniku jew raġġi-X għat-trasferiment ta’ immaġni ta’ proġettazzjoni li kapaċi jipproduċi disinji ta’ inqas minn 2,5 mikrometru;

Nota:

Għal sistemi ffukati b’raġġi diflettivi (sistemi ta’ kitba diretta), ara X.B.I.001.b.1.j.

h.

Tagħmir li juża “lasers” għal kitba diretta fuq pjastrini li kapaċi jipproduċu disinji ta’ inqas minn 2,5 mikrometru.

3.

Tagħmir għall-assemblaġġ ta’ ċirkwiti integrati, kif ġej:

a.

Die bonders “ikkontrollati bi programm maħżun” li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Iddisinjati apposta għal “ċirkwiti integrati ibridi”;

2.

Ċaqlieq X-Y tal-istadju tal-ippożizzjonar li jaqbeż is-37,5 x 37,5 mm; u

3.

Preċiżjoni tat-tqegħid fil-pjan X-Y ta’ finezza akbar minn ± 10 mikrometri;

b.

Tagħmir “ikkontrollat minn programm maħżun” għall-produzzjoni ta’ rabtiet multipli f’operazzjoni waħda (pereż. bonders taċ-ċomb tar-raġġi, chip carrier bonders, tape bonders);

c.

Siġillaturi semiawtomatiċi jew awtomatiċi tal-kappa sħuna, li fihom il-kappa tissaħħan lokalment għal temperatura ogħla mill-korp tal-pakkett, iddisinjati apposta għall-pakketti ta’ mikroċirkwit taċ-ċeramika kkontrollati minn 3A001 (7) u li għandhom fluss daqs jew aktar minn pakkett wieħed fil-minuta.

Nota:

X.B.I.001.b.3 ma jikkontrollax l-ispot welders tat-tip ta’ reżistenza għal skopijiet ġenerali.

4.

Filters għal kmamar nodfa li jistgħu jipprovdu ambjent ta’ arja b’10 partikoli jew anqas ta’ dijametru ta’ 0,3 mikrometru jew iżgħar kull 0,02832 m3 u materjali tal-filter għaliha.

Nota

Teknika: Għall-fini ta’ X.B.I.001, “programm maħżun ikkontrollat” huwa kontroll li juża struzzjonijiet maħżuna f’maħżen elettroniku li proċessur jista’ jeżegwixxi sabiex jidderieġi t-twettiq ta’ funzjonijiet predeterminati. It-tagħmir jista’ jkun “ikkontrollat bi programm maħżun” kemm jekk il-maħżen elettroniku jkun intern kif ukoll jekk ikun estern għat-tagħmir.

X.B.I.002

Tagħmir għall-ispezzjoni jew għall-ittestjar ta’ komponenti u materjali elettroniċi, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih.

a.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-ispezzjoni jew l-ittestjar ta’ tubi ta’ elettroni, elementi ottiċi u komponenti ddisinjati apposta għalihom ikkontrollati minn 3A001 (8) jew X.A.I.001;

b.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-ispezzjoni jew l-ittestjar ta’ apparat semikonduttur, ċirkwiti integrati u “assemblaġġi elettroniċi”, kif ġej, u sistemi li jinkorporaw jew li għandhom il-karatteristiċi ta’ tali tagħmir:

Nota:

X.B.I.002.b. jikkontrolla wkoll tagħmir użat jew modifikat għall-użu fl-ispezzjoni jew l-ittestjar ta’ apparat ieħor, bħal apparat tal-immaġni, apparat elettroottiku, apparat b’mewġ akustiku.

1.

Tagħmir ta’ spezzjoni “kkontrollat minn programm maħżun” għall-individwazzjoni awtomatika ta’ difetti, żbalji jew kontaminanti ta’ dijametru ta’ 0,6 mikrometru jew inqas fi pjastrini pproċessati jew fuqhom, sottostrati, minbarra bordijiet ta’ ċirkwiti jew ċipep stampati, bl-użu ta’ tekniki ottiċi ta’ akkwist tal-immaġni għat-tqabbil tad-disinn;

Nota:

X.B.I.002.b.1 ma jikkontrollax mikroskopji bl-elettroni tal-iskennjar ta’ skop ġenerali ħlief meta ddisinjati apposta u strumentati għall-ispezzjoni awtomatika tad-disinn.

2.

Tagħmir ta’ kejl u analiżi ddisinjat apposta “ikkontrollat bi programm maħżun”, kif ġej:

a.

Iddisinjati apposta għall-kejl tal-kontenut tal-ossiġenu jew il-karbonju f’materjali semikondutturi;

b.

Tagħmir għall-kejl tal-wisa’ tal-linja b’riżoluzzjoni ta’ mikrometru wieħed (1) jew aktar fin;

c.

Strumenti ddisinjati apposta għall-kejl tal-iċċattjar li kapaċi jkejlu devjazzjonijiet miċ-ċatt ta’ 10 mikrometru jew inqas b’riżoluzzjoni ta’ mikrometru wieħed (1) jew aktar.

3.

Tagħmir li jidħol fi pjastrini “ikkontrollati bi programm maħżun” li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.

Preċiżjoni tal-pożizzjonament aktar fin minn 3,5 mikrometru;

b.

Jista’ jittestja tagħmir li jkollu aktar minn 68 terminal; jew

c.

Jista’ jittestja bi frekwenza ta’ aktar minn 1 GHz;

4.

Tagħmir ta’ ttestjar kif ġej:

a.

Tagħmir “ikkontrollat minn programm maħżun” iddisinjat apposta għall-ittestjar ta’ apparat semikonduttur diskret u dadi mhux inkapsulati, li kapaċi jittestja fi frekwenzi ta’ aktar minn 18 GHz;

Nota Teknika:

Apparati semikondutturi diskreti jinkludu fotoċelloli u ċelloli solari.

b.

Tagħmir “ikkontrollat bi programm maħżun” iddisinjat apposta għall-ittestjar ta’ ċirkwiti integrati u “assemblaġġi elettroniċi” tagħhom, li kapaċi jwettqu testijiet funzjonali:

1.

B’“rata tad-disinn” ta’ aktar minn 20 MHz; jew

2.

B’“rata tad-diżinn” ta’ aktar minn 10 MHz iżda mhux aktar minn 20 MHz u kapaċi jittestja pakketti ta’ aktar minn 68 terminali.

Noti:

X.B.I.002.b.4.b ma jikkontrollax tagħmir tal-ittestjar iddisinjat apposta għall-ittestjar:

1.

Memorji;

2.

“Assemblaġġi” jew klassi ta’ “assemblaġġi elettroniċi” għal applikazzjonijiet fid-dar u għad-divertiment;

3.

Komponenti elettroniċi, “assemblaġġi elettroniċi” u ċirkwiti integrati mhux ikkontrollati minn 3A001 (9) jew X.A.I.001 sakemm dan it-tagħmir tal-ittestjar ma jinkorporax faċilitajiet tal-kompjuter bi “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent”.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ X.B.I.002.b.4.b, “rata tad-diżinn” hija definita bħala l-frekwenza massima tal-operazzjoni diġitali ta’ apparat li jittestja. Għalhekk huwa ekwivalenti għall-ogħla rata ta’ data li apparat li jittestja jista’ jipprovdi f’modalità mhux multiplessa. Tissejjaħ ukoll msemmija bħala veloċità tal-ittestjar, frekwenza massima diġitali jew veloċità massima diġitali.

c.

Tagħmir iddisinjat apposta għad-determinazzjoni tal-prestazzjoni ta’ matriċijiet fuq pjan fokali f’tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 1 200 nm, li juża kejl “ikkontrollat minn programm maħżun” jew evalwazzjoni megħjuna mill-kompjuter u li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

L-użu ta’ dijametri ta’ tikek ħfief ta’ inqas minn 0,12 mm;

2.

Iddisinjati sabiex ikejlu l-parametri tal-prestazzjoni fotosensittivi u sabiex jevalwaw ir-rispons tal-frekwenza, il-funzjoni tat-trasferiment tal-modulazzjoni, l-uniformità tar-responsività jew il-ħoss; jew

3.

Iddisinjati għall-evalwazzjoni ta’ arranġamenti li kapaċi joħolqu immaġnijiet b’aktar minn 32 x 32 elementi ta’ linja;

5.

Sistemi ta’ ttestjar ta’ raġġ ta’ elettroni ddisinjati għal tħaddim fi 3 keV jew inqas, jew sistemi ta’ raġġ ta’ “laser”, għal probing nonkuntattiv ta’ apparati semikondutturi motorizzati li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Kapaċità stroboskopika bi travu blanking jew b’tefgħa tad-ditekter;

b.

Spettrometru tal-elettroni għall-kejl tal-vultaġġ b’riżoluzzjoni ta’ inqas minn 0,5 V; jew

c.

Tagħmir tat-testijiet elettriċi għall-analiżi tal-prestazzjoni ta’ ċirkwiti integrati;

Nota:

X.B.I.002.b.5 ma jikkontrollax mikroskopji bl-elettroni tal-iskennjar, ħlief meta ddisinjati apposta u mgħammra għall-kontroll mingħajr kuntatt ta’ apparat semikonduttur enerġizzat.

6.

Sistemi ta’ raġġi joniċi ffukati multifunzjonali “ikkontrollati minn programm maħżun” iddisinjati apposta għall-manifattura, it-tiswija, l-analiżi fiżika tat-tqassim u l-ittestjar ta’ maskri jew apparat semikonduttur u li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.

Preċiżjoni tal-kontroll tal-feedback tal-pożizzjoni tal-bersall sar-raġġ ta’ 1 mikrometru jew aktar fin; jew

b.

Preċiżjoni tal-konverżjoni minn diġitali għal analog li taqbeż it-12 bit;

7.

Sistemi ta’ kejl ta’ partiċelli li jużaw “lasers” iddisinjati għall-kejl tad-daqs u l-konċentrazzjoni ta’ partiċelli fl-arja li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Kapaċi li jkejlu partikoli ta’ daqs ta’ 0,2 mikrometru jew iżgħar b’rata ta’ fluss ta’ 0,02832 m3 kull minuta jew aktar; u

b.

Kapaċi jikkaratterizzaw arja nadifa ta’ Klassi 10 jew aħjar.

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ X.B.I.002, “programm maħżun ikkontrollat” huwa kontroll li juża struzzjonijiet maħżuna f’maħżen elettroniku li proċessur jista’ jeżegwixxi sabiex jidderieġi t-twettiq ta’ funzjonijiet predeterminati. It-tagħmir jista’ jkun “ikkontrollat minn programm maħżun” kemm jekk il-ħażna elettronika tkun interna jew esterna għat-tagħmir.

X.C.I.001

Materjali fotosensittivi pożittivi ddiżinjati għal-litografija tas-semikondutturi aġġustati apposta (ottimizzati) għall-użu f’tul ta’ mewġ ta’ bejn 370 u 193 nm.

X.D.I.001

“Software” iddisinjat apposta għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ apparat elettroniku, jew komponenti kkontrollati minn X.A.I.001, tagħmir elettroniku bi skop ġenerali kkontrollat minn X.A.I.002, jew tagħmir tal-manifattura u tal-ittestjar ikkontrollat minn X.B.I.001 u X.B.I.002; jew “software” iddisinjat apposta għall-“użu” ta’ apparat ikkontrollat minn 3B001.g u 3B001.h (10)

X.E.I.001

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ apparat elettroniku, jew komponenti kkontrollati minn X.A.I.001, tagħmir elettroniku bi skop ġenerali kkontrollat minn X.A.I.002, jew tagħmir tal-manifattura u tal-ittestjar ikkontrollat minn X.B.I.001 jew X.B.I.002, jew materjali kkontrollati minn X.C.I.001.

Kategorija II – Kompjuters

Nota:

Il-Kategorija II ma tikkontrollax oġġetti għall-użu personali tal-persuni fiżiċi.

X.A.II.001

Kompjuters, “assemblaġġi elettroniċi” u tagħmir relatat, mhux ikkontrollati minn 4A001 jew 4A003 (11), u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

Nota:

L-istatus ta’ kontroll tal-“kompjuters diġitali” u t-tagħmir relatat deskritt f’X.A.II.001 huwa ddeterminat mill-istatus ta’ kontroll ta’ tagħmir jew sistemi oħra sakemm:

a.

Il-“kompjuters diġitali” jew tagħmir relatat huma essenzjali għat-tħaddim tat-tagħmir jew is-sistemi l-oħrajn;

b.

Il-“kompjuters diġitali” jew tagħmir relatat mhumiex “element prinċipali” tat-tagħmir jew is-sistemi l-oħrajn;

N.B.1:

L-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir ta’ “proċessar tas-sinjali” jew għat-“titjib tal-immaġni” ddisinjat apposta għal tagħmir ieħor b’funzjonijiet limitati għal dawk meħtieġa għat-tagħmir l-ieħor huwa determinat mill-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir l-ieħor anki jekk jaqbeż il-kriterju tal-“element prinċipali”.

N.B.2:

Għall-istatus ta’ kontroll ta’ “kompjuters diġitali” jew tagħmir relatat għal tagħmir tat-telekomunikazzjoni, ara l-Kategorija 5, Parti 1 (Telekomunikazzjonijiet) (12).

c.

It-“teknoloġija” għall-“kompjuters diġitali” u t-tagħmir relatat hija determinata minn 4E (13).

a.

Kompjuters elettroniċi u tagħmir relatat, u “assemblaġġi elettroniċi” u komponenti ddisinjati apposta għalihom, klassifikati biex jitħaddmu f’temperatura ambjentali ogħla minn 343 K (70 °C);

b.

“Kompjuters diġitali”, inkluż tagħmir ta’ “proċessar tas-sinjali” jew titjib tal-immaġni, li għandhom “L-ogħla Prestazzjoni Aġġustata” (“APP”) ta’ 0,0128 TeraFLOPS Ponderati (WT) jew aktar;

c.

“Assemblaġġi elettroniċi” li huma ddisinjati apposta jew modifikati sabiex itejbu l-prestazzjoni permezz tal-aggregazzjoni ta’ proċessuri, kif ġej:

1.

Iddisinjati sabiex ikunu kapaċi jaggregaw f’konfigurazzjonijiet ta’ 16-il proċessur jew aktar;

2.

Ma jintużawx;

Nota 1:

X.A.II.001.c japplika biss għal “assemblaġġi elettroniċi” u interkonnessjonijiet programmabbli b’“APP” li ma jaqbżux il-limiti f’X.A.II.001.b, meta mibgħuta bħala “assemblaġġi elettroniċi” mhux integrati. Ma japplikax għal “assemblaġġi elettroniċi” limitati min-natura tad-disinn tagħhom għall-użu bħala tagħmir relatat ikkontrollat minn X.A.II.001.k.

Nota 2:

X.A.II.001.c ma jikkontrolla l-ebda “assemblaġġ elettroniku” ddisinjat apposta għal prodott jew familja ta’ prodotti li l-konfigurazzjoni massima tagħhom ma taqbiżx il-limiti ta’ X.A.II.001.b.

d.

Ma jintużawx;

e.

Ma jintużawx;

f.

Tagħmir għall-“ipproċessar tas-sinjali” jew it-“titjib tal-immaġni” li għandhom “L-ogħla Prestazzjoni Aġġustata” (“APP”) ta’ 0,0128 TeraFLOPS Ponderati (WT) jew aktar;

g.

Ma jintużawx;

h.

Ma jintużawx;

i.

Tagħmir li fih “tagħmir terminali ta’ interfaċċa” li jaqbeż il-limiti f’X.A.III.101;

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ X.A.II.001.i, “tagħmir terminali tal-interfaċċa” tfisser tagħmir li fih l-informazzjoni tidħol jew toħroġ mis-sistema tat-telekomunikazzjoni, pereż. telefown, apparat tad-data, kompjuter, eċċ.

j.

Tagħmir iddisinjat apposta sabiex jipprovdi interkonnessjoni esterna ta’ “kompjuters diġitali” jew tagħmir assoċjat li jippermetti komunikazzjonijiet b’rati ta’ data li jaqbżu t-80 Mbyte/s.

Nota:

X.A.II.001.j ma jikkontrollax tagħmir ta’ interkonnessjoni interna (pereż., backplanes, buses) tagħmir ta’ interkonnessjoni passiva, “kontrolluri tal-aċċess għan-network” jew “kontrolluri tal-kanali ta’ komunikazzjoni”.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ X.A.II.001.j il-“kontrolluri tal-kanal ta’ komunikazzjoni” huma l-interfaċċa fiżika li tikkontrolla l-fluss tal-informazzjoni diġitali sinkronika jew asinkronika. Huwa assemblaġġ li jista’ jkun integrat f’kompjuter jew f’tagħmir tat-telekomunikazzjoni biex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.

k.

“Kompjuters ibridi” u “assemblaġġi elettroniċi” u komponenti ddisinjati apposta għalihom li fihom konvertituri minn analogi għal diġitali li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

32 kanal jew iktar; u

2.

Riżoluzzjoni ta’ 14-il bit (plus sign bit) jew iktar b’rata ta’ konverżjoni ta’ 200 000 Hz jew iktar.

X.D.II.001

“Programm” ta’ prova u “software” ta’ validazzjoni , “software” li jippermetti l-ġenerazzjoni awtomatika ta’ “kodiċijiet tas-sors”, u “software” tas-sistema operattiva li huma ddisinjati apposta għal tagħmir ta’ “pproċessar f’ħin reali”.

a.

“Programm” ta’ prova u “software” ta’ validazzjoni li jużaw tekniki matematiċi u analitiċi u ddisinjat jew modifikat għal “programmi” b’aktar minn 500 000 struzzjonijiet tal-“kodiċi tas-sors”;

b.

“Software” li jippermetti l-ġenerazzjoni awtomatika ta’ “kodiċijiet tas-sors” minn data miksuba online minn sensuri esterni deskritti fir-Regolament (UE) 2021/821; jew

c.

“Software” tas-sistema operattiva ddisinjat apposta għal tagħmir ta’ “pproċessar f’ħin reali” li jiggarantixxi “ħin ta’ latenza ta’ interruzzjoni globali” ta’ inqas minn 20 mikrosekonda.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ X.D.II.001, “Ħin ta’ latenza għall-interruzzjonijiet globali” huwa l-ħin meħud mis-sistema tal-kompjuter biex tirrikonoxxi interruzzjoni minħabba s-sitwazzjoni, tħaddem l-interruzzjoni u twettaq bidla tal-kuntest għal kompitu alternattiv residenti fil-memorja waqt li tistenna fl-interruzzjoni.

X.D.II.002

“Software” ħlief dak ikkontrollat f’4D001 (14) iddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollat minn 4A101 (15), X.A.II.001.

X.E.II.001

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollat minn X.A.II.001, jew “software” kkontrollat minn X.D.II.001 jew X.D.II.002.

X.E.II.001

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir iddisinjat għall-“ipproċessar ta’ flussi multipli ta’ data”.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ X.E.II.001, “l-ipproċessar ta’ multiflussi tad-data” huwa “mikroprogramm” jew it-teknika tal-arkitettura tat-tagħmir li tippermetti l-ipproċessar simultanju ta’ żewġ sekwenzi tad-data jew iktar taħt il-kontroll ta’ wieħed mis-sekwenzi tal-istruzzjonijiet jew iktar b’dawn il-mezzi:

1.

Arkitetturi b’Data Multipla b’Istruzzjoni Waħda (Single Instruction Multiple Data, SIMD) bħalma huma l-proċessuri vetturi jew bil-matriċi;

2.

Arkitetturi Multipli b’Data Multipla b’Istruzzjoni Waħda (Multiple Single Instruction Multiple Data, MSIMD);

3.

Arkitetturi b’Data Multipla b’Istruzzjonijiet Multipli (Multiple Instruction Multiple Data, MIMD), li jinkludu dawk li huma akkopjati, akkopjati mill-qrib jew akkopjati b’mod mhux fiss;

4.

Arranġamenti strutturati tal-elementi tal-ipproċessar li jinkludu l-arranġamenti sistoliċi.

Kategorija III Parti 1 – Telekomunikazzjonijiet

Nota:

Il-Kategorija III, il-Parti 1 ma tikkontrollax oġġetti għall-użu personali tal-persuni fiżiċi.

X.A.III.101

Tagħmir tat-telekomunikazzjoni.

a.

Kwalunkwe tip ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni, mhux ikkontrollat minn 5A001.a (16), iddisinjat speċikament biex jaħdem barra mill-firxa ta’ temperaturi minn 219 K (-54 °C) sa 397 K (124 °C).

b.

Tagħmir u sistemi għat-trasmissjoni tat-telekomunikazzjoni, u komponenti u aċċessorji ddisinjati b’mod speċjali għalihom, li jkollhom kwalunkwe mill-karatteristiċi, funzjonijiet jew kwalitajiet li ġejjin:

Nota:

Tagħmir ta’ trażmissjoni tat-telekomunikazzjoni.

a.

Ikkategorizzati kif ġej, jew b’dawn il-kombinazzjonijiet:

1.

Tagħmir tar-radju (pereż. trażmettituri, riċevituri u riċetrażmettituri);

2.

Tagħmir terminali tal-linja;

3.

Tagħmir ta’ amplifikazzjoni intermedja;

4.

Tagħmir ripetitur

5.

Tagħmir ta’ riġenerazzjoni;

6.

Kodifikaturi tat-traduzzjoni (tat-transkowdjar);

7.

Tagħmir multiplex (inkluż il-mutiplex statistiku);

8.

Modulaturi/demodulaturi (modems);

9.

Tagħmir Transmultiplex (ara CCITT Rec. G701);

10.

Tagħmir ta’ interkonnessjoni diġitali “ikkontrollat minn programm maħżun”;

11.

“Gateways” u pontijiet;

12.

“Unitajiet ta’ aċċess għall-media”; u

b.

Iddisinjati għall-użu f’komunikazzjoni b’kanal wieħed jew b’diversi kanali permezz ta’ xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1.

Wajer (linja);

2.

Cable koassjali;

3.

Cable tal-fibra ottika;

4.

Radjazzjoni elettromanjetika; jew

5.

Propagazzjoni ta’ mewġ akustiku taħt wiċċ l-ilma.

1.

L-użu ta’ tekniki diġitali, inkluż l-ipproċessar diġitali ta’ sinjali analogi, u ddisinjati biex joperaw b’“rata ta’ trasferiment diġitali” fl-ogħla livell multiplex li jaqbeż il-45 Mbit/s jew ir-“rata ta’ trasferiment diġitali totali” li taqbeż id-90 Mbit/s;

Nota:

X.A.III.101.b.1 ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat apposta sabiex jiġi integrat u operat fi kwalunkwe sistema satellitari għall-użu ċivili.

2.

Modems li jużaw il-“wisa’ tal-banda ta’ kanal vokali wieħed” b’“rata ta’ sinjalar tad-data” ta’ aktar minn 9 600 bit fis-sekonda;

3.

Li jkunu tagħmir ta’ interkonnessjoni diġitali “ikkontrollat minn programm maħżun” b’“rata ta’ trasferiment diġitali” ta’ aktar minn 8,5 Mbit/s għal kull port.

4.

Li jkun tagħmir li fih xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.

“Kontrolluri tal-aċċess għan-network” u l-mezzi komuni relatat tagħhom li għandhom “rata ta’ trasferiment diġitali” ta’ aktar minn 33 Mbit/s; jew

b.

“Kontrolluri tal-kanali ta’ komunikazzjoni” b’output diġitali li jkollu “rata ta’ sinjalar tad-data” ta’ aktar minn 64 000 bit/s għal kull kanal;

Nota:

Meta xi tagħmir mhux ikkontrollat ikun fih “kontrollur tal-aċċess għan-network”, dan ma jista’ jkollu l-ebda tip ta’ interfaċċa tat-telekomunikazzjoni, ħlief dawk deskritti f’X.A.III.101.b.4, iżda mhux ikkontrollati minnu.

5.

Li jużaw “laser” u li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.

Tul ta’ mewġa tat-trażmissjoni li taqbeż l-1 000 nm; jew

b.

Li jużaw tekniki analogi u li għandhom wisa’ tal-banda ta’ aktar minn 45 MHz;

c.

Li jużaw tekniki ta’ trażmissjoni ottika koerenti jew ta’ detezzjoni ottika koerenti (imsejħin ukoll tekniki ottiċi eterodini jew omodini);

d.

Li jużaw tekniki ta’ multiplexing bid-diviżjoni ta’ tul il-mewġa; jew

e.

Li jwettqu “amplifikazzjoni ottika”;

6.

Tagħmir tar-radju li jopera fi frekwenzi ta’ input jew ta’ output li jaqbżu:

a.

Il-31 GHz għal applikazzjonijiet ta’ stazzjon terrestri tal-komunikazzjoni bis-satelliti; jew

b.

Is-26,5 GHz għal applikazzjonijiet oħra;

Nota:

X.A.III.101.b.6 ma jikkontrollax it-tagħmir għall-użu ċivili meta jikkonforma ma’ banda allokata tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (International Telecommunications Union, ITU) bejn is-26,5 GHz u l-31 GHz.

7.

Li jkunu tagħmir tar-radju li fih xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.

Tekniki tal-Modulazzjoni tal-Amplitudni fi kwadratura (Quadrature-amplitude-modulation,QAM) aktar mil-livell 4 jekk ir-“rata ta’ trasferiment diġitali totali” taqbeż it-8,5 Mbit/s;

b.

Tekniki tal-QAM ogħla mil-livell 16 jekk ir-“rata ta’ trasferiment diġitali totali” tkun daqs jew inqas minn 8,5 Mbit/s;

c.

Tekniki ta’ modulazzjoni diġitali oħrajn u li għandhom “effiċjenza spettrali” ta’ aktar minn 3 bit/s/Hz; jew

d.

Li joperaw fil-banda minn 1,5 MHz sa 87,5 MHz u jinkorporaw tekniki adattivi li jipprovdu s-soppressjoni ta’ sinjal ta’ interferenza ta’ aktar minn 15-il dB.

Noti:

 

1.

X.A.III.101.b.7 ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat apposta sabiex jiġi integrat u operat fi kwalunkwe sistema satellitari għall-użu ċivili.

2.

X.A.III.101.b.7 ma jikkontrollax it-tagħmir b’relay tar-radju għat-tħaddim f’banda allokata tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (International Telecommunications Union, ITU):

a.

Li jkollhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1.

Mhux aktar minn 960 MHz; jew

2.

B’“rata ta’ trasferiment diġitali totali” ta’ mhux aktar minn 8,5 Mbit/s; u

b.

Li jkollhom “effiċjenza spettrali” ta’ mhux aktar minn 4 bit/s/Hz.

c.

Tagħmir għall-iswiċċjar “ikkontrollat minn programm maħżun” u sistemi ta’ sinjalar relatati, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi, funzjonijiet jew elementi li ġejjin, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

Nota:

Multiplexers statistiċi b’input diġitali u output diġitali li jipprovdu swiċċjar huma ttrattati bħala swiċċjar “ikkontrollat minn programm maħżun”.

1.

Tagħmir jew sistemi tal-“iswiċċjar tad-data (tal-messaġġi)” iddisinjati għal “operazzjoni bil-modalità tal-pakketti”, assemblaġġi elettroniċi u komponenti tagħhom, ħlief dawk speċifikati fil-Lista Militari Komuni (CML) jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

2.

Ma jintużawx;

3.

L-għażla ta’ rotot jew l-iswiċċjar ta’ pakketti tad-“datagramma”;

Nota:

X.A.III.101.c.3 ma tikkontrollax networks ristretti li jużaw biss il-“kontrolluri tal-aċċess għan-network” jew għall-“kontrolluri tal-aċċess għan-network” infushom.

4.

Mhux użati;

5.

Prijorità f’diversi livelli u prelazzjoni għall-iswiċċjar taċ-ċirkwit;

Nota:

X.A.III.101.c.5 ma jikkontrollax il-prelazzjoni ta’ telefonata b’livell wieħed

6.

Iddisinjati għat-trasferiment awtomatiku ta’ telefonati bir-radju ċellulari lejn swiċċijiet ċellulari oħra jew għal konnessjoni awtomatika ma’ bażi ta’ data ċentralizzata tal-abbonati komuni għal aktar minn swiċċ wieħed;

7.

Li jkollhom tagħmir ta’ interkonnessjoni diġitali “ikkontrollat minn programm maħżun” b’“rata ta’ trasferiment diġitali” ta’ aktar minn 8,5 Mbit/s għal kull port.

8.

“Sinjalar b’kanali komuni” li jaħdem f’modalità ta’ tħaddim mhux assoċjata jew kważi assoċjata;

9.

“L-għażla ta’ rotot adattivi dinamiċi”;

10.

Billi jseħħ swiċċjar tal-pakketti, l-iswiċċijiet taċ-ċirkwit u r-rotot b’portijiet jew b’linji li jaqbżu xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.

Ir-“Rata ta’ sinjalar tad-data” ta’ 64 000 bit/s għal kull kanal għal “kontrollur tal-kanal ta’ komunikazzjoni”; jew

Nota:

X.A.III.101.c.10.a ma jikkontrollax links komposti multiplex magħmula biss minn kanali ta’ komunikazzjoni mhux ikkontrollati individwalment minn X.A.III.101.b.1.

b.

“Rata ta’ trasferiment diġitali” ta’ 33 Mbit/s għall-“kontrollur tal-aċċess għan-network” u l-media komuni relatata;

Nota:

X.A.III.101.c.10 ma jikkontrollax l-iswiċċjar tal-pakketti jew ir-rotot b’portijiet jew linji li ma jaqbżux il-limiti f’X.A.III.101.c.10.

11.

“Swiċċjar ottiku”;

12.

Li juża t-tekniki tal-“modalità ta’ trasferiment asinkronika” (“ATM”).

d.

Fibri ottiċi u cables tal-fibra ottika b’tul ta’ aktar minn 50 m iddisinjati għall-operat b’modalità waħda;

e.

Il-kontroll ċentralizzat tan-network li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Jirċievi data min-nodi; u

2.

Jipproċessa din id-data sabiex jipprovdi l-kontroll tat-traffiku li ma jirrikjedix id-deċiżjoni tal-operatur, u b’hekk isseħħ l-“għażla ta’ rotot adattivi dinamiċi”;

Nota 1:

X.A.III.101.e ma jinkludix każi ta’ deċiżjonijiet ta’ għażla ta’ rotot meħuda fuq informazzjoni predefinita.

Nota 2:

X.A.III.101.e ma jipprekludix il-kontroll tat-traffiku bħala funzjoni tal-kundizzjonijiet tat-traffiku statistiku prevedibbli.

f.

Antenni b’arranġament f’fażijiet, li joperaw ‘il fuq minn 10,5 GHz, li fihom elementi attivi u “komponenti” distribwiti, u ddisinjati biex jippermettu kontroll elettroniku tal-iffurmar u l-ippuntar tar-raġġi, ħlief għas-sistemi ta’ nżul bi strumenti li jissodisfaw l-istandards tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organization, ICAO) (sistemi tal-illendjar bl-użu ta’ microwaves (microwave landing systems, MLS)).

g.

Tagħmir ta’ komunikazzjoni mobbli ħlief dawk speċifikati fil-Lista Militari Komuni (CML) jew fir-Regolament (UE) 2021/821, assemblaġġi elettroniċi u komponenti tagħhom; jew

h.

tagħmir ta’ komunikazzjoni b’relay tar-radju ddisinjat għall-użu fi frekwenzi daqs jew aktar minn 19,7-il GHz u L-komponenti għalih, ħlief dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ X.A.III.101:

1)

“Modalità ta’ trasferiment asinkronika” (asynchronous transfer mode - “ATM”) modalità ta’ trasferiment li fiha l-informazzjoni tkun organizzata f’ċelloli; hija asinkrona fis-sens li r-rikorrenza taċ-ċelloli tiddependi fuq ir-rata ta’ bits meħtieġa jew istantanja.

2)

Il-“wisa’ tal-banda ta’ kanal vokali wieħed” hija tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data mfassal biex jopera f’kanal vokali wieħed ta’ 3 100 Hz, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tas-CCITT G.151.

3)

Il-“kontrollur tal-kanal ta’ komunikazzjoni” huwa l-interfaċċa fiżika li tikkontrolla l-fluss tal-informazzjoni diġitali sinkronika jew asinkronika. Huwa assemblaġġ li jista’ jkun integrat f’kompjuter jew f’tagħmir tat-telekomunikazzjoni biex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.

4)

Id-“datagramma” hija entità awtonoma u indipendenti tad-data li ġġorr biżżejjed informazzjoni biex tgħaddi mis-sors lejn it-tagħmir terminali tad-data fid-destinazzjoni mingħajr dipendenza fuq skambji aktar bikrija bejn dan is-sors u t-tagħmir terminali tad-data fid-destinazzjoni u n-network tat-trasport.

5)

L-“għażla rapida” hija faċilità applikabbli għas-sejħiet virtwali li tippermetti li t-tagħmir terminali tad-data jespandi l-possibbiltà li jittrażmetti d-data f’konfigurazzjoni telefonika u jikklerja “pakketti” lil hinn mill-kapaċitajiet bażiċi ta’ telefonata virtwali.

6)

Il-“gateway” hija l-funzjoni li titwettaq minn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ tagħmir u “software”, biex il-konvenzjonijiet għar-rappreżentazzjoni, l-ipproċessar jew il-komunikazzjoni tal-informazzjoni użati f’sistema jiġu kkonvertiti għall-konvenzjonijiet korrispondenti, iżda differenti, użati f’sistema oħra.

7)

In-“Network Diġitali bis-Servizzi Integrati” (Integrated Services Digital Network, ISDN) huwa network diġitali unifikat minn tarf sa tarf, li fih id-data li toriġina minn kull tip ta’ komunikazzjoni (pereż. vuċi, test, data, stampi fissi u mobbli) tiġi trażmessa minn port wieħed (terminal) fl-iskambju (il-qlib) fuq linja ta’ aċċess waħda lejn abbonat u mill-abbonat.

8)

Il-“pakkett” huwa grupp ta’ ċifri binarji li jinkludi sinjali ta’ kontroll tad-data u tat-telefonati li jinqaleb bħala unità komposta. Id-data, is-sinjali ta’ kontroll tat-telefonati, u l-informazzjoni possibbli dwar il-kontroll tal-iżbalji huma organizzati f’format speċifiku.

9)

“Sinjalar b’kanali komuni” tfisser it-trażmissjoni ta’ informazzjoni ta’ kontroll (sinjalar) permezz ta’ kanal separat minn dak użat għall-messaġġi. Il-kanal tas-sinjalar normalment ikun jikkontrolla kanali tal-messaġġi multipi.

10)

Ir-“Rata ta’ data tas-sinjalar” tfisser ir-rata, kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-ITU 53-36, fil-kunsiderazzjoni li, fil-każ ta’ modulazzjoni mhux binarja, il-baud u l-bit fis-sekonda mhumiex ugwali. Għandhom jiġu inklużi bits għall-funzjonijiet ta’ kodifikar, verifika u sinkronizzazzjoni.

11)

“L-għażla ta’ rotot adattivi dinamiċi” tfisser għażla ta’ rotot awtomatika ta’ traffiku abbażi ta’ ssensjar u analiżi ta’ kundizzjonijiet tan-network attwali.

12)

“Unitajiet ta’ aċċess għall-media” tfisser tagħmir li jkun fih interfaċċ tal-komunikazzjoni waħda jew aktar (“kontrollur tal-aċċess għan-network”, “kontrollur tal-kanal ta’ komunikazzjoni”, bus tal-modem jew kompjuter) għall-konnessjoni ta’ tagħmir terminali ma’ network.

13)

L-“effiċjenza spettrali” hija r-“rata ta’ trasferiment diġitali” [bits/s] / wisa tal-banda tal-ispettru 6 dB f’Hz.

14)

“ikkontrollat minn programm maħżun” huwa kontroll li juża struzzjonijiet f’ħażna elettronika li proċessur ikun jista’ jeżegwixxi sabiex jidderieġi l-prestazzjoni ta’ funzjonijiet predeterminati. Nota: It-tagħmir jista’ jkun “ikkontrollat minn programm maħżun” kemm jekk il-ħażna elettronika tkun interna jew esterna għat-tagħmir.

X.B.III.101

Tagħmir għall-ittestjar tat-telekomunikazzjoni, ħlief dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

X.C.III.101

Preforom ta’ ħġieġ jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor ottimizzat għall-manifattura ta’ fibri ottiċi kkontrollati minn X.A.III.101.

X.D.III.101

“Software”“iddisinjat apposta” jew immodifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollat minn X.A.III.101 u X.B.III.101, u software għall-għażla ta’ rotot adattivi dinamiċi, deskritt kif ġej:

a.

“Software”, għajr f’forma eżegwibbli b’magni, “iddisinjat apposta” għall-“għażla ta’ rotot adattivi dinamiċi”.

b.

Ma jintużawx;

X.E.III.101

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollat minn X.A.III.101 jew X.B.III.101, jew “software” kkontrollat minn X.D.III.101, u “teknoloġiji” oħrajn kif ġej:

a.

“Teknoloġiji” speċifiċi kif ġej:

1.

“Teknoloġija” għall-ipproċessar u l-applikazzjoni ta’ kisjiet għal fibra ottika ddisinjati apposta sabiex jagħmluha adattata għall-użu taħt wiċċ l-ilma;

2.

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir li juża tekniki tal-“Ġerarkija Diġitali Sinkronika” (“SDH”) jew tan-“Network Ottiku Sinkroniku” (“SONET”).

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ X.E.III.101:

1)

Il-“ġerarkija diġitali sinkronika” (Synchronous digital hierarchy, SDH) hija ġerarkija diġitali li tipprovdi mezz għall-ġestjoni, għall-multiplexing, u l-aċċess għal diversi forom ta’ traffiku diġitali bl-użu ta’ format ta’ trażmissjoni sinkronika fuq tipi differenti ta’ media. Il-format huwa bbażat fuq il-Modulu Sinkroniku tat-Trasport (Synchronous Transport Module, STM) li huwa definit mir-Rakkomandazzjoni tas-CCITT G.703, G.707, G.708, G.709 u oħrajn li għad iridu jiġu ppubblikati. Ir-rata tal-ewwel livell tal-“SDH” hija ta’ 155,52 Mbits/s.

2)

In-“network ottiku sinkroniku” (Synchronous optical network, SONET) huwa network li jipprovdi mezz għall-ġestjoni, għall-multiplexing, u l-aċċess għal diversi forom ta’ traffiku diġitali bl-użu ta’ format ta’ trażmissjoni sinkronika fuq il-fibra ottika. Il-format huwa l-verżjoni tal-Amerika ta’ Fuq tal-“SDH” u juża wkoll il-Modulu Sinkroniku tat-Trasport (STM). Madankollu, juża s-Sinjal Sinkroniku tat-Trasport (STS) bħala l-modulu bażiku tat-trasport b’rata tal-ewwel livell ta’ 51,81 Mbits/s. L-istandards tas-SONET qed jiġu integrati f’dawk tal-“SDH”.

Kategorija III Parti 2 - Sigurtà tal-Informazzjoni

Nota:

Il-Kategorija III, il-Parti 2 ma tikkontrollax oġġetti għall-użu personali tal-persuni fiżiċi.

X.A.III.201

Tagħmir kif ġej:

a.

Ma jintużawx;

b.

Ma jintużawx;

c.

Oġġetti kklassifikati taħt il-kriptaġġ tas-suq tal-massa skont in-Nota Kriptografika – in-Nota 3 tal-Kategorija 5, il-Parti 2 (17).

X.D.III.201

“Software” tas-“Sigurtà tal-Informazzjoni” kif ġej:

Nota:

Din l-entrata ma tikkontrollax “software” ddisinjat jew immodifikat biex jipproteġi kontra ħsara malizzjuża fil-kompjuter, pereż. viruses, fejn l-użu tal-“kriptografija” huwa limitat għall-awtentikazzjoni, il-firma diġitali u/jew id-dekriptaġġ tad-data jew tal-fajls.

a.

Ma jintużawx;

b.

Ma jintużawx;

c.

Is-“Software” kklassifikat bħala kriptaġġ tas-suq tal-massa skont in-Nota Kriptografika – in-Nota 3 tal-Kategorija 5, il-Parti 2 (18).

X.E.III.201

“Teknoloġija” għas-“Sigurtà tal-Informazzjoni” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, kif ġej:

a.

Ma jintużawx;

b.

“Teknoloġija”, ħlief dik speċifikata fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821 għall-“użu” ta’ oġġetti tas-suq tal-massa kkontrollati minn X.A.III.201.c jew “software” tas-suq tal-massa kkontrollat minn X.D.III.201.c.

Kategorija IV — Sensuri u Lasers

X.A.IV.001

Tagħmir akustiku marittimu jew terrestri, li kapaċi jindividwa jew jillokalizza oġġetti jew karatteristiċi ta’ taħt l-ilma jew jagħti l-pożizzjoni ta’ bastimenti tal-wiċċ jew ta’ vetturi ta’ taħt l-ilma; u komponenti ddisinjati apposta, ħlief dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

X.A.IV.002

Sensuri ottiċi kif ġej:

a.

Tubi li jintensifikaw l-immaġni u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1.

Tubi li jintensifikaw l-immaġni li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Rispons massimu fil-medda tal-frekwenza ta’ iktar minn 400 nm, iżda ta’ mhux iktar minn 1 050 nm;

b.

Plakka b’mikrokanali għall-amplifikazzjoni tal-immaġni tal-elettroni bl-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta’ inqas minn 25 mikrometru; u

c.

Li jkollhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1.

Fotokatodu S-20, S-25 jew fotokatodu multialkali; jew

2.

GaAs jew fotokatodu GaInAs;

2.

Pjanċi b’mikrokanali ddisinjati apposta li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

15 000 tubi vojta jew aktar għal kull pjanċa; u

b.

L-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta’ inqas minn 25 mikrometru.

b.

Tagħmir għall-immaġni ta’ viżjoni diretta li jaħdem fl-ispettru viżibbli jew infraaħmar, li jinkorpora tubi li jintensifikaw l-immaġni li jkollhom il-karatteristiċi elenkati f’X.A.IV.002.a.1.

X.A.IV.003

Kameras kif ġej:

a.

Kameras li jissodisfaw il-kriterji tan-Nota 3 sa 6A003.b.4 (19).

b.

Ma jintużawx;

X.A.IV.004

Ottiku kif ġej:

a.

Filtri ottiċi:

1.

Għal tul ta’ mewġ itwal minn 250 nm, magħmul minn kisjiet ottiċi b’diversi saffi u li għandhom xi wieħed mill-karattteristiċi li ġejjin:

a.

Wisa’ tal-banda ugwali għal 1 nm jew inqas ta’ wisa’ totali b’semintensità (Full Width Half Intensity, FWHI) u l-ogħla trażmissjoni ta’ 90 % jew aktar; jew

b.

Wisa’ tal-banda ugwali għal 0,1 nm jew inqas ta’ FWHI, u l-ogħla trażmissjoni ta’ 50 % jew aktar;

Nota:

X.A.IV.004 ma jikkontrollax filtri ottiċi bi spazji fissi tal-arja jew filtri tat-tip Lyot.

2.

Għal tul ta’ mewġ itwal minn 250 nm, u li jkollu dan kollu li ġej:

a.

Regolabbli fuq medda spettrali ta’ 500 nm jew aktar;

b.

Banda passanti ottika istantanja ta’ 1,25 nm jew inqas;

c.

Tul tal-mewġa riaġġustabbli fi żmien 0,1 ms u għall-preċiżjoni ta’ 1 nm jew aħjar fil-medda spettrali regolabbli; u

d.

Trażmissjoni massima waħda ta’ 91 % jew aktar;

3.

Swiċċijiet tal-opaċità ottika (filtri) b’kamp viżiv ta’ 30° jew usa’ u ħin ta’ rispons ta’ 1 ns jew inqas;

b.

Cable tal-“fibra tal-fluworur”, jew tal-fibri ottiċi għalih, li għandu attenwazzjoni ta’ inqas minn 4 dB/km fil-medda tal-frekwenza ta’ iktar minn 1 000 nm iżda mhux iktar minn 3 000 nm.

Nota Teknika: Għall-fini ta’ X.A.IV.004b “filtri tal-fluworur” huma fibri manifatturai minn komposti tal-fluworur mhux maħduma.

X.A.IV.005

“Lasers” kif ġej:

a.

“Lasers” tad-diossidu tal-karbonju (CO2) li għandhom xi karatteristika milli ġejjin:

1.

Potenza tal-output ta’ CW li taqbeż l-10 kW;

2.

Output ta’ impulsi b’ “durata tal-impuls” ta’ aktar minn 10 μs; u

a.

Potenza tal-output medja li taqbeż l-10W; jew

b.

“Potenza massima” tal-impulsi ta’ aktar minn 100 kW; jew

3.

Output ta’ impulsi b’ “durata tal-impuls” daqs jew inqas minn 10 μs; u

a.

Enerġija tal-impuls ta’ aktar minn 5 J għal kull impuls u l-“potenza massima” ta’ iktar minn 2,5 kW; jew

b.

Potenza tal-output medja li taqbeż il-2,5 kW;

c.

Lasers semikondutturi, kif ġej:

1.

“Lasers” semikondutturi individwali, b’modalità trasversali waħda li għandhom:

a.

Potenza tal-output medja li taqbeż l-100 mW; jew

b.

Tul ta’ mewġa li taqbeż l-1 050 nm;

2.

“Lasers” semikondutturi individwali, b’multimodalitajiet trasversali, jew arranġamenti ta’ “lasers” semikondutturi individwali li għandhom tul ta’ mewġa ta’ aktar minn 1 050 nm;

c.

“Lasers” tar-rubini li għandhom output enerġetiku ta’ aktar minn 20 J għal kull impuls;

d.

“Lasers bl-impulsi” mhux “regolabbli” li għandhom it-tul tal-mewġa tal-output li jaqbeż id-975 nm iżda mhux aktar minn 1 150 nm, u li jkollom xi karatteristika milli ġejjin:

1.

“Durata tal-impuls” ta’ 1 ns jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 1 μs, u li jkollom xi karatteristika milli ġejjin:

a.

Output b’modalità trasversali waħda u li jkollu xi karatteristika milli ġejjin:

1.

“Effiċjenza fil-plakka tad-dawl” ta’ aktar minn 12 % u “potenza tal-output medja” ta’ aktar minn minn 10 W u li kapaċi taħdem bi frekwenza ta’ repetizzjoni tal-impulsi ta’ aktar minn 1 kHz; jew

2.

Potenza tal-output medja li taqbeż l-20 W; jew

b.

Output b’multimodalitajiet trasversali u li jkollu xi karatteristika milli ġejjin:

1.

“Effiċjenza fil-plakka tad-dawl” ta’ iktar minn 18 % u “potenza tal-output medja” ta’ iktar minn 30 W;

2.

“Potenza massima” ta’ aktar minn 200 MW; jew

3.

Potenza tal-output medja li taqbeż l-50 W; jew

2.

“Durata tal-impuls” ta’ aktar minn 1 μs, u li jkollu xi karatteristika milli ġejjin:

a.

Output b’modalità trasversali waħda u li jkollu xi karatteristika milli ġejjin:

1.

“Effiċjenza fil-plakka tad-dawl” ta’ aktar minn 12 % u “potenza tal-output medja” ta’ aktar minn minn 10 W u li kapaċi taħdem bi frekwenza ta’ repetizzjoni tal-impulsi ta’ aktar minn 1 kHz; jew

2.

Potenza tal-output medja li taqbeż l-20 W; jew

b.

Output b’multimodalitajiet trasversali u li jkollu xi karatteristika milli ġejjin:

1.

“Effiċjenza fil-plakka tad-dawl” ta’ iktar minn 18 % u “potenza tal-output medja” ta’ iktar minn 30 W; jew

2.

“Potenza tal-output medja” li taqbeż il-500 W;

e.

“Lasers” b’mewġa kontinwa (continuous wave, CW) mhux “regolabbli”, li għandhom it-tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 975 nm li iżda ma taqbiżx l1 150 nm, u li jkollhom xi karatteristika milli ġejjin:

1.

Output b’modalità trasversali waħda u li jkollu xi karatteristika milli ġejjin:

a.

“Effiċjenza fil-plakka tad-dawl” ta’ aktar minn 12 % u “potenza tal-output medja” ta’ aktar minn minn 10 W u li kapaċi taħdem bi frekwenza ta’ repetizzjoni tal-impulsi ta’ aktar minn 1 kHz; jew

b.

“Potenza tal-output medja” li taqbeż l-50 W; jew

2.

Output b’multimodalitajiet trasversali u li jkollu xi karatteristika milli ġejjin:

a.

“Effiċjenza fil-plakka tad-dawl” ta’ iktar minn 18 % u “potenza tal-output medja” ta’ iktar minn 30 W; jew

b.

“Potenza tal-output medja” li taqbeż il-500 W;

Nota:

X.A.IV.005.e.2.b ma jikkontrollax il-“lasers” industrijali b’multimodalitajiet trasversali b’potenza tal-output ta’ 2 kW jew inqas, u b’massa totali ta’ akbar minn 1 200 kg. Għall-finijiet ta’ din in-nota, il-massa totali tinkludi l-“komponenti” kollha meħtieġa biex jitħaddem il-“laser”, pereż., il-“laser”, il-provvista tal-enerġija, l-iskambjatur tas-sħana, iżda teskludi l-ottika esterna għall-kondizzjonament tar-raġġ u/jew sabiex dan jitwassal.

f.

“Lasers” mhux “regolabbli” li għandhom it-tul tal-mewġa ta’ aktar minn 1 400 nm, li iżda ma taqbiżx l1 555 nm, u li jkollom xi karatteristika milli ġejjin:

1.

Output enerġetiku ta’ aktar minn 100 mJ għal kull impuls u “potenza massima” tal-impulsi ta’ iktar minn 1 W; jew

2.

Potenza tal-output medja jew ta’ CW ta’ aktar minn 1 W;

g.

“Lasers” tal-elettroni liberi.

Nota

Teknika: Għall-fini ta’ X.A.IV.005“Effiċjenza fil-plakka tad-dawl” hija definita bħala l-proporzjon tal-potenza tal-output tal-”laser” (jew “potenza medja tal-output”) mal-potenza elettrika totali fl-input meħtieġa biex jiġi operat “laser”, inkluż il-provvista tal-potenza/il-kundizzjonar u l-kundizzjonar termiku/skambjatur tas-sħana.

X.A.IV006

“Manjetometri”, sensuri elettromanjetiċi “Superkondutturi”, u l-komponenti “ddisinjati apposta” għalihom, kif ġej:

a.

“Manjetometri”, ħlief dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, li jkollhom “sensittività” anqas (aħjar) minn 1,0 nT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz

Nota

Teknika: Għall-finijiet ta’ X.A.IV.006.a, “sensittività” (jew il-livell tal-potenza akustika) hija l-għerq tal-medja kwadratika tal-istorbju fl-isfond limitat b’apparat, li huwa l-aktar sinjal baxx li jista’ jitkejjel.

b.

Sensuri elettromanjetiċi “superkonduttivi”, “komponenti” mmanifatturati minn materjali “superkonduttivi”:

1.

Iddisinjati biex joperaw f’temperaturi taħt it-“temperatura kritika” ta’ mill-inqas wieħed mill-kostitwenti “superkonduttivi” tagħhom (inkluż apparat bl-effett Josephson jew apparat “superkonduttiv” b’interferenza kwantistika (“superconductive” quantum interference devices, SQUIDS));

2.

Iddisinjati biex jaqbdu l-varjazzjonijiet tal-kamp elettromanjetiku fi frekwenzi ta’ 1 KHz jew inqas; u

3.

Li jkollhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.

Jinkorporaw SQUIDS b’film irqiq b’daqs minimu tal-element ta’ inqas minn 2 μm u biċ-ċirkwiti assoċjati ta’ akkoppjament tal-input u tal-output;

b.

Iddisinjati sabiex jaħdmu b’rata ta’ varjazzjoni tal-kamp manjetiku ta’ aktar minn 1 x 106 kwanta tal-fluss manjetiku kull sekonda;

c.

Iddisinjati sabiex jaħdmu fil-kamp manjetiku fl-ambjent tad-dinja mingħajr protezzjoni manjetika; jew

d.

Li għandhom koeffiċent tat-temperatura ta’ inqas (iżgħar) minn 0,1 kwantum tal-fluss manjetiku/K.

X.A.IV.007

Miters tal-gravità (gravimeters) għall-użu fuq l-art, ħlief dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, kif ġej:

a.

Li għandhom preċiżjoni statika ta’ inqas (aħjar) minn 100 μGal; jew

b.

Li jkunu tat-tip tal-element kwarzuż (Worden).

X.A.IV.008

Sistemi tar-radar, tagħmir u komponenti maġġuri, ħlief dawk speċifikati fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, u komponenti tagħhom iddisinjati apposta, kif ġej:

a.

Tagħmir tar-radar tal-ajru, ħlief dawk speċifikati fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, u komponenti tiegħu ddisinjat apposta.

b.

Radar bil-“laser” ikkwalifikat għall-użu spazjali jew tagħmir għad-Detezzjoni u l-Kejl tad-Distanza bid-Dawl (Light Detection and Ranging, LIDAR), iddisinjat apposta għall-istħarriġ jew għall-osservazzjoni meteoroloġika.

c.

Sistemi għal viżjoni mtejba b’immaġni tar-radar b’mewġa millimetrika “ddisinjati apposta” għal inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors u li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Joperaw bi frekwenza ta’ 94 GHz;

2.

Potenza tal-output medja ta’ inqas minn 20 mW;

3.

Wisa’ tar-raġġ tar-radar ta’ 1 grad; u

4.

Medda operattiva daqs jew aktar minn 1 500 m.

X.A.IV.009

Tagħmir tal-ipproċessar speċifiku, kif ġej:

a.

Tagħmir għad-detezzjoni sismika mhux ikkontrollat minn X.A.IV.009.c.

b.

Kameras tat-TV reżistenti għar-radjazzjoni, ħlief dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

c.

Sistemi ta’ detezzjoni tal-intrużjoni sismika li jidentifikaw, jikklassifikaw u jiddeterminaw l-effett fuq is-sors ta’ sinjal individwat.

X.B.IV.001

Tagħmir, inklużi għodod, forom, ġiggs jew gauges, u “partijiet”, “komponenti” u “aċċessorji” oħrajn “iddisinjati apposta” għalihom, u “iddisinjati apposta” jew immodifikati għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a.

Għall-manifattura jew l-ispezzjoni ta’:

1.

Kalamiti wiggler ta’ “laser” tal-elettroni liberi;

2.

Fotoinjetturi ta’ “laser” tal-elettroni liberi;

b.

Għall-aġġustament, għat-tolleranzi meħtieġa, tal-kamp manjetiku lonġitudinali ta’ “lasers” tal-elettroni liberi.

X.C.IV.001

Fibri ta’ sensuri ottiċi li huma modifikati strutturalment biex ikollhom “tul ta’ resonanza” ta’ inqas minn 500 mm (birifranġenza għolja) jew materjali ta’ sensuri ottiċi mhux deskritti f’6C002.b (20) u li għandhom kontenut ta’ żingu daqs jew aktar minn 6 % bil-“frazzjoni molari”.

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ X.C.IV.001:

1)

Il-“Frazzjoni molari” hija definita bħala l-proporzjon tal-moli ta’ ZnTe u t-total tal-moli ta’ CdTe u ZnTe preżenti fil-kristall.

2)

It-“tul ta’ resonanza” huwa d-distanza li minnha jridu jgħaddu żewġ sinjali polarizzati ortogonalment, inizjalment f’fażi, sabiex tinkiseb differenza fil-fażi ta’ 2 Pi radian(s).

X.C.IV.002

Materjal ottiku, kif ġej:

a.

Materjali ta’ assorbiment ottiku baxx, kif ġej:

1.

Komposti ta’ fluworur mhux maħduma li fihom ingredjenti b’purità ta’ 99,999 % jew aħjar; jew

Nota:

X.C.IV.002.a.1 jikkontrolla l-fluworuri taż-żirkonju jew tal-aluminju u l-varjanti.

2.

Ħġieġ tal-fluworur mhux maħdum magħmul minn komposti kkontrollati minn 6C004.e.1 (21);

b.

“Preforom tal-fibra ottika” magħmulin minn komposti tal-fluworur mhux maħduma li fihom ingredjenti b’purità ta’ 99,999 % jew aħjar, “iddisinjati apposta” għall-manifattura tal-“fibri tal-fluworur” ikkontrollati minn X.A.IV.004.b.

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ X.C.IV.002:

1)

Il-“fibri tal-fluworur” huma fibri manifatturati minn komposti tal-fluworur mhux maħduma.

2)

Il-“preforom tal-fibra ottika” huma vireg, ingotti, jew vireg tal-ħġieġ, tal-plastik jew ta’ materjali oħra li ġew ipproċessati b’mod speċjali għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ fibri ottiċi. Il-karatteristiċi tal-preforma jiddeterminaw il-parametri bażiċi tal-fibri ottiċi estratti li jirriżultaw.

X.D.IV.001

“Software”, ħlief dak speċifikat fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, iddisinjat apposta għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, jew l-“użu” ta’ prodotti kkontrollati minn 6A002, 6A003 (22), X.A.IV.001, X.A.IV.006, X.A.IV.007, jew X.A.IV.008.

X.D.IV.002

“Software”“iddisinjat apposta” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir ikkontrollat minn X.A.IV.002, X.A.IV.004, jew X.A.IV.005.

X.D.IV.003

“Software” ieħor, kif ġej:

a.

“Programmi” ta’ applikazzjoni li jagħmlu parti minn “software” tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (Air Traffic Control, ATC) fuq kompjuters ta’ skop ġenerali li jinsabu fiċ-ċentri tal-ATC, u li kapaċi awtomatikament jgħaddu d-data marbuta mal-mira tar-radar primarju (jekk ma tkunx korrelatata mad-data tar-radar ta’ sorveljanza sekondarju (secondary surveillance radar, SSR)) miċ-ċentru tal-ATC ospitanti għal ċentru ieħor tal-ATC.

b.

“Software”“iddisinjat apposta” għas-sistemi ta’ detezzjoni ta’ intrużjoni sismika f’X.A.IV.009.c.

c.

“Kodiċi tas-Sors”“iddisinjat apposta” għal sistemi ta’ detezzjoni ta’ intrużjoni sismika f’X.A.IV.009.c.

X.E.IV.001

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, jew l-“użu” ta’ tagħmir kkontrollat minn X.A.IV.001, X.A.IV.006, X.A.IV.007, X.A.IV.008 jew X.A.IV.009.c.

X.E.IV.002

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir, materjali jew “software” kkontrollati minn X.A.IV.002, X.A.IV.004, jew X.A.IV.005, X.B.IV.001, X.C.IV.001, X.C.IV.002, jew X.D.IV.003.

X.E.IV.003

“Teknoloġija” oħra, kif ġej:

a.

Teknoloġiji tal-fabbrikazzjoni ottika għal produzzjoni f’serje ta’ “komponenti” ottiċi b’rata ta’ aktar minn 10 m2 ta’ erja tas-superfiċje fis-sena fuq kwalunkwe fus wieħed u li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Erja ta’ aktar minn 1 m2; u

2.

Il-forma tas-superfiċje ta’ aktar minn λ/10 (rms) fil-tul tal-mewġa stabbilita;

b.

It-“Teknoloġija” għall-filtri ottiċi b’wisa’ tal-banda ta’ 10 nm jew inqas, b’kamp viżiv (field of view, FOV) ta’ aktar minn 40° u riżoluzzjoni ogħla minn 0,75 pari ta’ linji għal kull milliradjan;

c.

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ kameras ikkontrollati minn X.A.IV.003;

d.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ “manjetometri” fluxgate mhux triassjali jew ta’ “manjetometri” mhux triassjali, li għandhom xi karatteristika milli ġejjin:

1.

“Sensittività” ta’ inqas (aħjar) minn 0,05 nT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenzi ta’ inqas minn 1 Hz; jew

2.

“Sensittività” ta’ inqas (aħjar) minn 1 x 10-3 nT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenzi ta’ 1 Hz jew aktar.

e.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ apparat għall-konverżjoni axxendenti tad-dawl infraaħmar li għandu dan kollu li ġej:

1.

Rispons fil-medda tal-frekwenza ta’ iktar minn 700 nm, iżda ta’ mhux iktar minn 1 500 nm; u

2.

Kombinazzjoni ta’ fotodetettur tal-infraaħmar, dijodu li jemetti d-dawl (light emitting diode, OLED), u nanokristall biex id-dawl infraaħmar jiġi kkonvertit f’dawl viżibbli.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ X.E.IV.003, “sensittività” (jew il-livell tal-potenza akustika) hija l-għerq tal-medja kwadratika tal-istorbju fl-isfond limitat b’apparat, li huwa l-aktar sinjal baxx li jista’ jitkejjel.

Kategorija V – Navigazzjoni u Avjonika

X.A.V.001

Tagħmir ta’ komunikazzjoni fl-ajru, is-sistemi kollha ta’ navigazzjoni inerzjali tal-inġenji tal-ajru, u tagħmir avjoniku ieħor, inklużi “komponenti”, ħlief dawk speċifikati fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

Nota 1:

X.A.V.001. ma tikkontrollax il-headphones jew il-mikrofoni.

Nota 2:

X.A.V.001. ma tikkontrollax prodotti għall-użu personali ta’ persuni naturali.

X.B.V.001

Tagħmir ieħor iddisinjat apposta għall-ittestjar, l-ispezzjoni, jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir tan-navigazzjoni u tal-avjonika.

X.D.V.001

“Software”, ħlief dak speċifikat fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, jew l-“użu” ta’ tagħmir avjoniku għan-navigazzjoni, il-komunikazzjoni fl-ajru u tagħmir ieħor.

X.E.V.001

“Technoloġija”, ħlief dak speċifikat fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, jew l-“użu” ta’ tagħmir avjoniku għan-navigazzjoni, il-komunikazzjoni fl-ajru u tagħmir ieħor.

Kategorija VI – Materjal marittimu

X.A.VI.001

Bastimenti, sistemi jew tagħmir marittimu, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, u komponenti u aċċessorji kif ġej:

a.

Sistemi ta’ viżjoni ta’ taħt l-ilma, kif ġej:

1.

Sistemi tat-televiżjoni (inklużi kameras, dwal, tagħmir ta’ monitoraġġ u ta’ trażmissjoni tas-sinjali) li għandhom riżoluzzjoni b’limitu meta mkejla fl-arja ta’ aktar minn 500 linja u “ddisinjati apposta” jew immodifikati għall-operazzjonijiet mill-bogħod b’vettura sommerġibbli; jew

2.

Kameras tat-televixin ta’ taħt wiċċ l-ilma, li jkollhom riżoluzzjoni b’limitu meta mkejla fl-arja, ta’ aktar minn 700 linja;

Nota Teknika:

Ir-riżoluzzjoni b’limitu fit-televixins hija miżura ta’ riżoluzzjoni orizzontali, normalment espressa f’termini ta’ numru massimu ta’ linji għall-għoli ta’ kull stampa, indikati fuq test chart, billi jintuża l-Istandard IEEE 208/1960 jew kwalunkwe standard ieħor ekwivalenti.

b.

Kameras tar-ritratti “iddisinjati apposta” jew immodifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma, li jieħdu film b’format ta’ 35 mm jew aktar, u li l-awtoffukar jew l-iffukar mill-bogħod tagħhom huma “iddisinjati apposta” għall-użu taħt wiċċ l-ilma;

c.

Sistemi tad-dawl stroboskopiku, “iddisinjati apposta” jew immodifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma, li kapaċi jitfgħu enerġija tad-dawl ta’ aktar minn 300 J ma’ kull flash;

d.

Tagħmir ieħor ta’ kamera għal taħt l-ilma, ħlief dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

e.

Ma jintużawx;

f.

Vetturi (tal-wiċċ jew ta’ taħt il-baħar), inklużi dgħajjes li jintnefħu, u komponenti ddisinjati apposta għalihom. ħlief dawk speċifikati fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;

Nota:

X.A.VI.001.f ma tikkontrollax vetturi fuq soġġorn temporanju, użati għat-trasport privat jew it-trasport ta’ passiġġieri jew prodotti minn jew minn ġewwa t-territorju doganali tal-Unjoni.

g.

Magni tal-baħar (kemm abbord kif outboard) u magni ta’ taħt il-baħar u komponenti ddisinjati apposta għalihom. ħlief dawk speċifikati fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;

h.

Tagħmir tan-nifs għal taħt il-baħar, komplut fih innifsu (tagħmir tal-iscuba) u aċċessorji għalih, ħlief dawk speċifikati fil-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821;

i.

Ġakketti tas-salvataġġ, cartridges li jintnefħu, boxxli għall-għadis u kompjuters għall-għadis;

Nota:

X.A.VI.001.i. ma tikkontrollax prodotti għall-użu personali ta’ persuni naturali.

j.

Dawl ta’ taħt wiċċ l-ilma u tagħmir ta’ propulsjoni;

Nota:

X.A.VI.001.j ma jikkontrollax oġġetti għall-użu personali tal-persuni fiżiċi.

k.

Kompressuri tal-arja u sistema ta’ filtrazzjoni ddisinjati apposta għall-mili ta’ ċilindri tal-arja;

X.D.VI.001

“Software” iddisinjat apposta jew immodifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollat permezz ta’ X.A.VI.001.

X.D.VI.002

“Software” iddisinjat apposta għat-tħaddim ta’ vetturi sommerġibbli bla ekwipaġġ użati fl-industrija taż-żejt u tal-gass.

X.E.VI.001

It-“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollati permezz ta’ X.A.VI.001.

Kategorija VII — Ajruspazju u Propulsjoni

X.A.VII.001

Magni diesel, u tratturi u komponenti ddisinjati apposta għalihom, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

a.

Magni diesel, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, għal trakkijiet, tratturi, u applikazzjonijiet awtomotivi, li għandhom output ta’ potenza globali ta’ 298kW jew aktar.

b.

Tratturi bir-roti mhux maħsubin għall-awtostrada b’kapaċità tal-ġarr ta’ 9 t jew aktar; u komponenti u aċċessorji ewlenin għalihom, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

c.

Tratturi tat-triq għal semitrejlers, b’fus fuq wara wieħed jew b’żewġ fusien previsti għal 9 t għal kull fus jew aktar u komponenti ewlenin iddisinjati apposta.

Nota:

X.A.VII.001.b u X.A.VII.001.c ma jikkontrollawx il-vetturi li jkunu qegħdin jinżammu temporanjament, li jintużaw għat-trasport privat jew għat-trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni jew ġewwa fih.

X.A.VII.002

Magni b’turbini tal-gass u komponenti minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

a.

Ma jintużawx;

b.

Ma jintużawx;

c.

Magni b’turbini tal-gass ajrunawtiċi u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

Nota:

X.A.VII.002.c ma jikkontrollax il-magni ajrunawtiċi b’turbini tal-gass li huma maħsubin għall-użu f’“inġenji tal-ajru” ċivili u li ilhom jintużaw bona fide f’“inġenji tal-ajru” ċivili għal aktar minn tmien snin. Jekk ilhom jintużaw bona fide f’“inġenji tal-ajru” ċivili għal aktar minn tmien snin, ara l-ANNESS XI.

d.

Ma jintużawx;

e.

Komponenti ta’ tagħmir taħt pressjoni għan-nifs tal-inġenji tal-ajru ddisinjati apposta għalihom, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

X.B.VII.001

Tagħmir għall-ittestjar tal-vibrazzjoni u komponenti ddisinjati apposta, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

Nota:

X.B.VII.001. jikkontrolla biss it-tagħmir għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni”. Ma jikkontrollax is-sistemi ta’ monitoraġġ għall-kundizzjoni.

X.B.VII.002

“Tagħmir” iddisinjat apposta, għodod jew ġiggs għall-manifattura jew il-kejl tal-pali tat-turbini tal-gass, il-paletti jew il-karenaturi tat-tarf ikkastjati , kif ġej:

a.

Tagħmir awtomatizzat li juża metodi mhux mekkaniċi għall-kejl tal-għoli tal-profil tal-ajrufojl;

b.

Għodod, ġiggs jew tagħmir tal-kejl għal proċessi ta’ titqib bil-“laser”, b’ġett tal-ilma jew b’ECM/EDM ikkontrollati permezz ta’ 9E003.c (23);

c.

Tagħmir għal-lixxivjazzjoni tal-partijiet ċentrali taċ-ċeramika;

d.

Tagħmir jew għodod għall-manifattura tal-partijiet ċentrali taċ-ċeramika;

e.

Tagħmir għall-preparazzjoni tad-disinn tax-xama’ għall-qoxra taċ-ċeramika;

f.

Tagħmir tan-nar għall-ħruq tal-qoxra taċ-ċeramika.

X.D.VII.001

“Software”, minbarra dak speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir ikkontrollat minn X.A.VII.001 jew X.B.VII.001.

X.D.VII.002

“Software”, għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir ikkontrollat permezz ta’ X.A.VII.002, jew X.B.VII.002.

X.E.VII.001

“Teknoloġija”, minbarra dik speċifikata fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollat minn X.A.VII.001 jew X.B.VII.001.

X.E.VII.002

“Teknoloġija”, għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir ikkontrollati permezz ta’ X.A.VII.002 jew X.B.VII.002.

X.E.VII.003

“Teknoloġija” oħra, mhux deskritta f’9E003 (24), kif ġej:

a.

Sistemi għall-kontroll tad-distanza tal-ponot tal-pali li jużaw “teknoloġija” attiva ta’ kumpens fil-kejsing li tkun limitata għal bażi tad-data tad-disinn u l-iżvilupp; jew

b.

Berings bil-gass għall-assemblaġġi tar-rotors tal-magni bit-turbini.


(1)  Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 85, 13.3.2020, p.1).

(2)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(3)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(4)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(5)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(6)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(7)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(8)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(9)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(10)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(11)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(12)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(13)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(14)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(15)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(16)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(17)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(18)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(19)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(20)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(21)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(22)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(23)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.

(24)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821.


ANNESS III

“ANNESS Vb

LISTA TA’ PAJJIŻI SĦAB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1e(4), 1f(4) U 1fc(4)

[…]


ANNESS IV

“ANNEX Vc

A.   Mudell għal formoli ta’ notifika ta’ esportazzjoni, ta’ applikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni

(msemmija fl-Artikolu 1fb ta’ dan ir-Regolament)

L-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni hija valida fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea sad-data ta’ skadenza tagħha.

L-UNJONI EWROPEA

AWTORIZZAZZJONI TA’ ESPORTAZZJONI / NOTIFIKA (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006)

Jekk tkun qed tinnotifika skont l-Artikolu 1e(3) jew 1f(3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, indika liema punt(i) japplika/japplikaw:

☐ (a)

il-finijiet umanitarji, l-emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ sitwazzjoni li x’aktarx ikollha impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent, jew bħala reazzjoni għad-diżastri naturali;

☐ (b)

l-għanijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

☐ (c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

☐ (d)

l-aġġornamenti tas-software;

☐ (e)

l-użu bħala apparat ta’ komunikazzjoni għall-konsumaturi;

☐ (f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi, u għal entitajiet fil-Belarussja ħlief għall-gvern tagħhom u l-impriżi tagħhom kkontrollati direttament jew indirettament minn dan il-gvern;

☐ (g)

għall-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja , u limitat għal oġġetti personali, l-oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li jkunu proprjetà tal-individwi u mhux maħsubin għall-bejgħ.

Għall-awtorizzazzjonijiet, indika jekk intalbux skont l-Artikolu 1e(4), 1e(5), 1f(4), 1f(5) jew 1fa(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

Jekk tkun qed tawtorizza skont l-Artikolu 1e(4) jew 1f(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, indika liema punt(i) japplika/japplikaw:

☐ (a)

maħsubin għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;

☐ (b)

maħsubin għall-industrija spazjali, inkluża l-kooperazzjoni fil-qasam akkademiku u l-kooperazzjoni intergovernattiva fil-programmi spazjali;

☐ (c)

maħsubin għall-operat, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll għall-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

☐ (d)

maħsubin għas-sigurtà marittima;

☐ (e)

maħsubin għal networks tat-telekomunikazzjoni ċivili, inkluż il-forniment tas-servizzi tal-internet;

☐ (f)

maħsubin għall-użu esklussiv ta’ entitajiet li huma proprjetà ta’ persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż sieħeb, jew li huma kkontrollati b’mod uniku jew b’mod konġunt minnhom;

☐ (g)

għar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab, inklużi d-delegazzjonijiet, l-ambaxxati u l-missjonijiet.

Għall-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 1fa(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, indika liema punt japplika:

☐ (a)

il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ sitwazzjoni li x’aktarx ikollha impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent;

☐ (b)

il-kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew il-kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratt, dment li l-awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta’ Mejju 2022.

1

1.

Esportatur

2.

In-numru ta’ identifikazzjoni

3.

Data ta’ skadenza (jekk applikabbli)

 

4.

Dettalji tal-punt ta’ kuntatt

5.

Destinatarju tal-konsenja

6.

Awtorità emittenti

7.

Aġent / Rappreżentant (jekk differenti mill-esportatur)

8.

Pajjiż tal-konsenja

Kodiċi (1)

9.

Utent finali (jekk differenti mid-destinatarju tal-konsenja)

10.

Stat Membru tal-lok preżenti jew futur tal-oġġetti

Kodiċi (1)

11.

Stat Membru tad-dħul intenzjonat fil-proċedura ta’ esportazzjoni doganali

Kodiċi (1)

1

12.

Pajjiż tad-destinazzjoni finali

Kodiċi (1)

Ikkonferma li l-utent aħħari mhuwiex militari

Iva/Le

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti (2)

14.

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi  (1)

15.

Kodiċi tas-Sistema Armonizzata jew tan-Nomenklatura Magħquda (jekk applikabbli bi tmien (8) ċifri; numru CAS jekk disponibbli)

16.

Nru tal-lista tal-kontroll (għal oġġetti elenkati)

17.

Valuta u valur

18.

Kwantità tal-oġġetti

19.

Użu finali

Ikkonferma li l-utent aħħari mhuwiex militari

Iva/Le

20.

Data tal-kuntratt (jekk applikabbli)

21.

Proċedura ta’ esportazzjoni doganali

22.

Informazzjoni addizzjonali:

Disponibbli għall-informazzjoni li tkun diġà ġiet stampata

Għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri

 

Għandha tiġi kkompletata mill-awtorità emittenti

Firma

Awtorità emittenti

Timbru

 

 

Data

 


L-UNJONI EWROPEA

(Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006)

1 Bis

1.

Esportatur

2.

In-numru ta’ identifikazzjoni

 

 

 

 

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti

14.

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi1

15.

Kodiċi tal-Kommodità (jekk applikabbli bi tmien (8) ċifri; numru CAS jekk disponibbli)

16.

Nru tal-lista tal-kontroll (għal oġġetti elenkati)

17.

Valuta u valur

18.

Kwantità tal-oġġetti

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti

14.

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi1

15.

Kodiċi tal-Kommodità (jekk applikabbli bi tmien (8) ċifri; numru CAS jekk disponibbli)

16.

Nru tal-lista tal-kontroll (għal oġġetti elenkati)

 

17.

Valuta u valur

18.

Kwantità tal-oġġetti

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti

14.

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi1

15.

Kodiċi tal-kommodità

16.

Nru tal-lista tal-kontroll

17.

Valuta u valur

18.

Kwantità tal-oġġetti

 

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti

14.

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi1

15.

Kodiċi tal-kommodità

16.

Nru tal-lista tal-kontroll

17.

Valuta u valur

18.

Kwantità tal-oġġetti

 

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti

14.

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi1

15.

Kodiċi tal-kommodità

16.

Nru tal-lista tal-kontroll

17.

Valuta u valur

18.

Kwantità tal-oġġetti

 

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti

14.

Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi1

15.

Kodiċi tal-kommodità

16.

Nru tal-lista tal-kontroll

17.

Valuta u valur

18.

Kwantità tal-oġġetti

Nota: Fil-parti 1 tal-kolonna 24, ikteb il-kwantità li għadha disponibbli u fil-parti 2 tal-kolonna 24, ikteb il-kwantità mnaqqsa f’din l-okkażjoni.

23.

Kwantità / valur nett (piż / unità oħra netti b’indikazzjoni tal-unità)

26.

Dokument doganali (Tip u numru) jew estratt (Nru) u data tat-tnaqqis

27.

Stat Membru, isem u firma, timbru tat-tnaqqis

24.

F’numri

25.

Fi kliem il-kwantità tal-oġġetti / valur imnaqqas

1.

 

 

 

2.

1.

 

 

 

2.

1.

 

 

 

2.

1.

 

 

 

2.

1.

 

 

 

2.

1.

 

 

 

2.

B.   Mudell għal formoli ta’ servizzi ta’ senserija / notifika dwar assistenza teknika, ta’ applikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni

(msemmija fl-Artikolu 1fb ta’ dan ir-Regolament)

L-UNJONI EWROPEA

PROVVISTA TA’ ASSISTENZA TEKNIKA (Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006)

Jekk tkun qed tinnotifika skont l-Artikolu 1e(3) jew 1f(3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, indika liema punt(i) japplika/japplikaw:

☐ (a)

il-finijiet umanitarji, l-emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ sitwazzjoni li x’aktarx ikollha impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent, jew bħala reazzjoni għad-diżastri naturali;

☐ (b)

l-għanijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

☐ (c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

☐ (d)

l-aġġornamenti tas-software;

☐ (e)

l-użu bħala apparat ta’ komunikazzjoni għall-konsumaturi;

☐ (f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi, u għal entitajiet fil-Belarussja ħlief għall-gvern tagħhom u l-impriżi tagħhom kkontrollati direttament jew indirettament minn dan il-gvern;

☐ (g)

għall-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja , u limitat għal oġġetti personali, l-oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li jkunu proprjetà tal-individwi u mhux maħsubin għall-bejgħ.

Għall-awtorizzazzjonijiet, indika jekk intalbux skont l-Artikolu 1e(4), 1e(5), 1f(4), 1f(5) jew 1fa(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

Jekk tkun qed tawtorizza skont l-Artikolu 1e(4) jew 1f(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, indika liema punt(i) japplika/japplikaw:

☐ (a)

maħsubin għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;

☐ (b)

maħsubin għall-industrija spazjali, inkluża l-kooperazzjoni fil-qasam akkademiku u l-kooperazzjoni intergovernattiva fil-programmi spazjali;

☐ (c)

maħsubin għall-operat, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll għall-kooperazzjoni nukleari ċivili, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

☐ (d)

maħsubin għas-sigurtà marittima;

☐ (e)

maħsubin għal networks tat-telekomunikazzjoni ċivili, inkluż il-forniment tas-servizzi tal-internet;

☐ (f)

maħsubin għall-użu esklussiv ta’ entitajiet li huma proprjetà ta’ persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż sieħeb, jew li huma kkontrollati b’mod uniku jew b’mod konġunt minnhom;

☐ (g)

għar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab, inklużi d-delegazzjonijiet, l-ambaxxati u l-missjonijiet.

Għall-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 1fa(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, indika liema punt japplika:

☐ (a)

il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ sitwazzjoni li x’aktarx ikollha impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent;

☐ (b)

il-kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew il-kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratt, dment li l-awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta’ Mejju 2022.

1

1.

Sensar/ Fornitur ta’ assistenza teknika/ Applikant

2.

In-numru ta’ identifikazzjoni

3.

Data ta’ skadenza (jekk applikabbli)

 

4.

Dettalji tal-punt ta’ kuntatt

5.

Esportatur f’pajjiż terz tal-oriġini (jekk applikabbli)

6.

Awtorità emittenti

7.

Destinatarju tal-konsenja

8.

Stat Membru fejn huwa residenti jew stabbilit is-sensar / il-fornitur ta’ assistenza teknika

Kodiċi (1)

9.

Pajjiż tal-oriġini / Pajjiż ta’ fejn jinsabu l-oġġetti soġġetti għal servizzi ta’ senserija

Kodiċi (1)

10.

Utent finali fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni (jekk differenti mid-destinatarju tal-konsenja)

11.

Pajjiż tad-destinazzjoni

Kodiċi (1)

12.

Terzi persuni involuti, pereż. aġenti (jekk applikabbli)

 

1

Ikkonferma li l-utent aħħari mhuwiex militari

Iva/Le

13.

Deskrizzjoni tal-oġġetti / assistenza teknika.

14.

Sistema Armonizzata jew Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (jekk applikabbli)

15.

Nru tal-lista ta’ kontroll (jekk applikabbli)

16.

Valuta u valur

17.

Kwantità tal-oġġetti (jekk applikabbli)

18.

Użu finali

Ikkonferma li l-utent aħħari mhuwiex militari

Iva/Le

19.

Informazzjoni addizzjonali:

Disponibbli għall-informazzjoni li tkun diġà ġiet stampata

Għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri

 

Għandha tiġi kkompletata mill-awtorità emittenti

Firma

Awtorità emittenti

Timbru

 

 

Data

 


(1)  Ara r-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1).

(2)  Jekk ikun meħtieġ, din id-deskrizzjoni tista’ tingħata f’hemża waħda jew aktar ma’ din il-formola (1bis). F’dak il-każ, indika f’din il-kaxxa l-għadd eżatt ta’ dokumenti mehmuża. Id-deskrizzjoni jenħtieġ li tkun preċiża kemm jista’ jkun u, meta rilevanti, tintegra n-numri CAS jew referenzi oħrajn, b’mod partikolari għal oġġetti kimiċi.

(1)  Ara r-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1).


ANNESS V

L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 765/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VI

LISTA TA’ OĠĠETTI UŻATI GĦALL-PRODUZZJONI JEW IL-MANIFATTURA TA’ PRODOTTI TAT-TABAKK IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1g

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Filtri

ex 4823 90

Karti għas-sigaretti

4813

Togħmiet għat-tabakk

ex 3302 90

Makkinarju li jipprepara jew jaħdem it-tabakk

8478

Skieken oħrajn u xfafar li jaqtgħu, għal magni jew għal tagħmir mekkaniku

8208 90 00


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


ANNESS VI

L-Anness VII tar-Regolament 765/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VII

LISTA TA’ PRODOTTI MINERALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1h

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam f’temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi

2707

Żjut tal-petroleum u ż-żjut miksubin mill-minerali bituminużi (għajr dawk grezz); preparati li fihom > = 70 % bħala toqol ta’ żjut tal-petroleum jew ta’ żjut miksuba minn minerali bituminużi, dawn iż-żjut li huma l-kostitwenti bażiċi tal-preparati, mhux speċifikati x’imkien ieħor; żjut ta’ skart magħmulin l-aktar mill-petroleum jew minerali bituminużiżjut ta’ skart magħmulin l-aktar mill-petroleum jew minerali bituminużi

2710

Gassijiet tal-petroleum u idrokarburi gassużi oħrajn;

2711

Jelly tal-petroleum, xama’ bajda, xama’ tal-petroleum mikrokristallina, slack wax, ożoċerit, xama’ tal-linjite, xama’ tal-peat, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b’sinteżi jew bi proċessi oħrajn, kemm jekk ikkuluriti u kemm jekk le

2712

Kokk tal-petroleum, bitum tal-petroleum u residwi oħrajn taż-żjut tal-petroleum jew taż-żjut miksubin mill-minerali bituminużi, mhux speċifikati x’imkien ieħor

2713

Mastiċi bituminużi, cut-backs u taħlitiet oħrajn bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta’ żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali

2715


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


ANNESS VII

L-Anness VIII tar-Regolament 765/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VIII

LISTA TA’ PRODOTTI TAL-KLORUR TAL-POTASSJU (“POTASSA”) IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1i

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Klorur tal-potassju

3104 20

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju

3105 20 10

3105 20 90

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosforu u potassju

3105 60 00

Fertilizzanti oħrajn li fihom il-klorur tal-potassju

ex 3105 90 20

ex 3105 90 80


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


ANNESS VIII

“ANNESS X

LISTA TA’ PRODOTTI TAL-INJAM IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1o

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam

44


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


ANNESS IX

“ANNESS XI

LISTA TA’ PRODOTTI TAS-SIMENT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1p

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Siment, inklużi gagazza tas-siment, ikkuluriti jew le

2523

Oġġetti tas-siment, tal-konkrit jew tal-ġebla artifiċjali, rafforzati jew le

6810


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


ANNESS X

“ANNESS XII

LISTA TA’ PRODOTTI TAL-ĦADID U L-AZZAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1q

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Ħadid u azzar

72

Oġġetti tal-ħadid u l-azzar

73


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


ANNESS XI

“ANNESS XIII

LISTA TA’ PRODOTTI TAL-LASTIKU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1r

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Tajers pnewmatiċi ġodda oħrajn, tal-lastiku

4011


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


ANNESS XII

“ANNESS XIV

LISTA TA’ MAKKINARJU MSEMMI FL-ARTIKOLU 1s

Isem l-oġġett

Kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

Reatturi nukleari, elementi tal-fjuwil (skartoċċi), mhux irradjati, għar-reatturi nukleari makkinarju u apparat għal separazzjoni isotopika:

8401

Bojlers li jiġġeneraw stim jew fwar ieħor (għajr bojlers tal-misħun tat- tisħin ċentrali li jistgħu jipproduċu ukoll stim ta’ pressjoni baxxa); bojlers tal-ilma superimsaħħan:

8402

Impjant awżiljaarju għall-użu ma’ bojlers tat-titlu Nru 8402 jew 8403 (per eżempju, ekonomizzaturi, heaters speċjali, magni li jneġġu l-faħam, li jirkupraw il-gass); kundizzjonaturi għall-fwar jew unitajiet tas-saħħiet tal-fwar oħrajn

8404

Ġeneraturi ta’ gass produttur (producer gas) jew gass tal-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le; ġeneraturi tal-gass tal-aċitilena u ġeneraturi simili ta’ gassijiet bi proċess tal-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le

8405

Turbini ta’ stim u turbini oħra tal-fwar:

8406

Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b’kombustjoni interna

8407

Magni bil-pistuni b’kombustjoni interna u li jitqabbdu permezz ta’ kompressjoni (magni bid-diżil jew semidiżil):

8408

Partijiet addattati biex jintużaw esklużivament jew prinċipalment għall-magni tal-intestaturi 8407 jew 8408

8409

Turbini idrawliċi, roti tal-ilma, u regolaturi għalihom

8410

Magni u muturi oħrajn

8412

Pompi għal likwidi, mgħammrin b’apparat għall-kejl jew le; elevaturi tal-likwidi:

8413

Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament

8415

Berners tal-ifran għal karburant likwidu, għal karburant solidu mfarrak jew għal gass; apparat mekkaniku li jnajjar il-bajli, inklużi l-gradilji tagħhom, skargaturi mekkaniċi ta’ rmied u apparat simili

8416

Pompi tas-sħana ħlief magni tal-arja kundizzjonata tal-intestatura 8415

Ex84 18

Magni tal-ikkalendar, magni oħrajn ta’ trembil, minbarra għal metall jew ħgieġ u ċilindri għalihom

8420

Magni ċentrifugi, inklużi magni ċentrifugi li jnixxfu; makkinarju u tagħmir li jiffiltraw jew isaffu, likwidi jew gassijiet

8421

Makkinarju għal tindif jew tnixxif ta’ fliexken jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal mili, għeluq, issiġillar jew twaħħil ta’ tikketti ma’ fliexken, bottijiet, kaxex, boroż jew kontenituri oħrajn; makkinarju għall-ikkapsular tal-fliexken, vażetti, tubi u kontenituri simili (inkluż makkinarju għall-heat shrink wrapping); makkinarju li jitfa’ l-gass fix-xorb

Ex84 22

Makkinarju għal użin (ħlief imwieżen b’sensittività ta’ 5 ċg jew aħjar), inklużi magni li jgħoddu jew jivverifikaw regolati bl-użin; wżien ta’ kull tip għal magni ta’ użin

8423

Tagħmir mekkaniku (tal-idejn jew le) għal xħit, tixrid jew traxxix ta’ likwidi jew trabijiet; Fire extinguishers, kemm jekk jew mhux iċċarġjati: apparat għat-traxxix u tagħmir simili;magni tal-istim jew tat-tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) u magni simili li jixħtu l-ġettijiet

8424

Sett ta’ taljoli u paranki ħlief paranki ta’ gaġeġ (skip-hoists); winċijiet u kapstani; ġakkijiet

8425

Deriks ta’ vapuri; krejnijiet, inkluż krejnijiet bil-kejbil; oqfsa tal-irfigħ mobbli, straddle carriers u trakkijiet tax-xogħol mgħammrin bi krejn

8426

Vetturi bil-frieket quddiem; trakkijiet oħrajn tax-xogħol mgħammrin b’apparat għal irfigħ jew immaniġġar:

8427

Makkinarju ieħor għall-irfigħ, għall-ispustjar, għat-tagħbija u għall-ħatt (eż. liftijiet, escalators, conveyors, teleferiki)

8428

Bulldozers, angledozers, graders, magni tal-invellar, barraxi, mechanical shovels, skavaturi, shovel loaders, magni għat-tbattim u rombli tat-triq awtopropulsivi

8429

Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, livellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir tal-art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni li jwaħħlu l-puntali fl-art u magni li jneħħuhom; imħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ (snowblowers)

8430

Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-makkinarju ta’ intestaturi 8425 sa 8430

8431

Makkinarju biex jagħmel polpa minn materjal ċellulożiku fibruż jew makkinarju li jagħmel jew jorqom karta jew kartun

8439

Makkinarju għall-illegar tal-kotba, inklużi magni tal-ħjata tal-kotba

8440

Makkinarju ieħor biex issir il-polpa tal-karta, karta jew kartun, inklużi magni ta’ qtugħ ta’ kull għamla

8441

Makkinarju, apparat u tagħmir (ħlief l-għodod tal-magni ta’ intestaturi 8456 sa 8465 ), biex jiffurmaw tipi jew jikkomponu tipi, biex iħejju jew jagħmlu blokok, pjanċi, ċilindri tal-istampar jew komponenti oħrajn tal-istampar; pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għal finijiet ta’ stampar (eż. inċanati, ivvinati jew illostrati)

8442

Makkinarju għall-istampar użat biex jistampa permezz ta’ pjanċi, ċilindri u komponenti oħra tal-istampar tal-intestatura 8442 ; stampaturi oħrajn, magni għall-ikkuppjar u l-faks, ikkumbinati jew le; parts u aċċessorji tagħhom

8443

Magni biex jinħarġu, jinġibdu, jingħataw nisġa jew jinqatgħu materjali tessili magħmulin mill-bniedem:

8444 00

Magni li jippreparaw il-fibri tessili; magni tal-għażil, magni li jirduppjaw jew magni li jobormu u makkinarju ieħor għal produzzjoni ta’ raden tessili; magni għal irrumblar jew tkebbib (inkluż tkebbib fuq it-tagħma) u magni biex jippreparaw raden tessili għal użu fuq il-magni tal-intestatura 8446 jew 8447

8445

Magni tan-niting, magni għat-tiġnit bit-tpannit u magni biex jaħdmu r-raden iggimmjat, tull, bizzilla, rakkmu, tberfil, malji jew xibka u magni tat-trapuntar

8447

Makkinarju awżiljarju għal użu ma’ magni tal-intestaturi 8444 , 8445 , 8446 jew 8447 (pereżempju, apparat għan-newl dobbies u jacquards, twaqqif ta’ moviment awtomatiku, mekkaniżmi biex jibdlu l-mekkuk); partijiet u aċċessorji tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta’ din l-intestatura jew tal-intestaturi 8444 , 8445 , 8446 jew 8447 (pereżempju, mgħażel u flajers tal-imgħażel, strixxi bil-wajer ippuntat għal magni tat-tqardix (card clothing), mxat, bżieżel tal-ħruġ, mkiekek, nirien tan-newl u gwarniċi ta’ nirien, labar tal-kalzetti)

8448

Makkinarju għall-maniattura jew irfinar ta’ feltru jew mhux minsuġin bil-biċċa jew f’forom, inkluż makkinarju biex isiru kpiepel tal-feltru; blokki biex isiru l-kpiepel

8449 00 00

Makkinarju għal preparazzjoni, ikkonzar jew xogħol ta’ ġlud (hides, skins u leathers) jew biex jintgħamel jew jissewwa xedd tas-saqajn jew oġġetti oħrajn ta’ ġlud, ħlief magni tal-ħjata

8453

Reċipjenti ta’ raffinar (converters), kuċċaruni, forom ta’ ingotti u magni tal-forom għat-tidwib, ta’ tip użat fil-metallurġija jew f’funderiji tal-metall

8454

Preses li jirrumblaw il-metall jew rombli tagħhom

8455

Ċentri tal-magni, unitajiet tal-kostruzzjoni tal-magni (bi stazzjon wieħed) u magni għat-trasferiment b’ħafna stazzjonijet, biex jinħadem il-metall

8457

Tornijiet (inklużi ċentri ta’ inturnar) għat-tneħħija ta’ metall

8458

Parts u aċċessorji tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-magni tat-titoli minn 8456 sa 8465 , inklużi oġġetti li jżommu xogħol jew għodda, irjus ta’ forom (dieheads) jinfetħu waħedhom, irjus li jifirdu u żidiet oħrajn speċjali għal għodod ta’ magni; oġġetti li jżommu l-għodda għal kull tip ta’ għodda biex taħdem fl-idejn

8466

Għodod biex jaħdmu fl-idejn, pnewmatiċi, idrawliċi jew b’mutur elettriku jew mhux-elettriku fihom stess

8467

Makkinarju u apparat għall-issaldjar, ibbrejżjar jew iwweldjar, kemm jekk jista’ jaqta’ kif le, ħlief dawk ta’ titlu 8515 ; magni u tagħmir li jaħdmu bil-gass biex jittempraw il-wiċċ:

8468

Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b’sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta’ data f’għamla kkowdjata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

8471

Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inklużi trab u pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni għall-iffurmar ta’ forom tal-funderija tar-ramel

8474

Makkinarju għall-assemblaġġ ta’ lampi tal-elettriku jew elettroniċi, tubi jew valvi jew bozoz tal-flaxx, f’enveloppi tal-ħġieġ; magni għall-manifattura jew ħidma bis-sħana ta’ ħġieġ jew oġġetti tal-ħġieġ

8475

Makkinarju għal xogħol tal-lastiku jew plastiks jew għall-manifattura ta’ prodotti minn dawn il-materjali, mhux speċifikat jew inkluż band’oħra f’dan il-kapitolu

8477

Magni u apparat mekkaniku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitolu

8479

Kaxxex forom għal funderija ta’ metall; bażijiet ta’ forom; disinni ta’ forom; forom għall-metall (ħlief forom ta’ lingotti), karburi ta’ metall, ħġieġ, materjali minerali, lastiku jew plastiks

8480

Viti, cocks, valvi u tagħmir simili għal pajpijiet, qxur ta’ kaldaruni, tankijiet, btieti jew bħalhom, inklużi valvi biex inaqqsu l-pressa u valvi ikkontrollati b’mod termostatiku

8481

Bolberings jew berings bir-rombli

8482

Xaftijiet tat-trażmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet; housings tal-bearings u shaft bearings lixxi; gerijiet u settijiet ta’ gerijiet; ball screws jew roller screws; gearboxes u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque convertors; flywheels u tarjoli, inklużi blokki ta’ tarjoli; klaċċijiet u shaft couplings (inklużi ġonot universali)

8483

Gaskits u ġonot simili ta’ folji ta’ metall flimkien ma’ materjal ieħor jew ta’ żewġ saffi jew aktar ta’ metall; settijiet jew assortimenti ta’ gaskits u ġonot simili, mhux l-istess fil-kompożizzjoni, ippreżentati f’boroż, envelops jew pakki simili; siġilli mekkaniċi

8484

Muturi u ġeneraturi elettriċi (ħlief settijiet ta’ ġenerazzjoni)

8501

Settijiet ta’ ġenerazzjoni u trasformaturi (converters) rotatorji tal-elettriku

8502

Partijiet li huma esklużivament jew prinċipalment maħsuba għall-muturi u l-magni li jiġġeneraw l-elettriku, settijiet ta’ ġenerazzjoni jew converters rotatorji tal-elettriku mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

8503

Trasformaturi elettriċi, converters tal-elettriku statiċi (p.eż. rettifikaturi), apparati ta’ induzzjoni u ta’ awtoinduzzjoni, u l-partijiet tagħhom

8504

Elettrokalamiti (ħlief għal użu mediku); kalamiti permanenti u oġġetti maħsuba biex isiru kalamiti permanenti wara manjetizzazzjoni; ċokks, klampijiet u mezzi manjetiċi jew elettromanjetiċi simili li jeħlu; couplings, klaċċijiet, kaxex tal-brejkijiet u brejkijiet elettromanjetiċi; irjus ta’ rfigħ elettromanjetiċi; il-partijiet tagħhom

8505

Akkumulaturi tal-elettriku, inklużi s-separaturi tagħhom, anke ta’ forma kwadra jew rettangolari, u l-partijiet tagħhom (ħlief dawk li ma jintużawx u ħlief dawk tal-gomma iebsa jew il-materjali tessili)

8507

Tagħmir tal-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta’ tip użat għal magni b’kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni (pereżempju, manjeti għat-tqabbid, dinamos bil-manjete, koljaturi tat-tqabbid, sparking plugs u xemgħat inkandexxenti, muturi għall-istartjar); ġeneraturi (pereżempju, dinamos, alternaturi) u cut-outs ta’ tip użat flimkien ma’ dawn il-magni; parts tagħhom

8511

Fran tal-elettriku industrijali jew tal-laboratorju (inklużi dawk li jaħdmu b’induzzjoni jew telf dielettriku); tagħmir ieħor industrijali jew tal-laboratorju għat-trattament bis-sħana ta’ materjali b’induzzjoni jew telf dielettriku; parts tagħhom

8514

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat ta’ titli 8525 sa 8528

8529

Bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn li fihom diversi apparati tan-Nru 8535 jew 8536 , għal kontroll elettriku jew għad-distribuzzjoni tal-elettriku, inklużi dawk li fihom strumenti jew apparat tal-Kapitolu 90, kif ukoll armarji ta’ kontroll diġitali (ħlief apparat ta’ switching telefoniku jew telegrafiku bil-wajers jew videofoni)

8537

Partijietli huma esklussivament jew prinċipalment maħsuba għal apparati tan-Nru 8535 , 8536 jew 8537 , mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra

8538

Bozoz tal-elettriku ta’ filament jew skarg, inklużi unitajiet ta’ bozoz raġġ-issiġillat u lampi ultravjola u infraħomor; bozoz b’arka; parts tagħhom

8539

Wajers, kajbils iżolati, inkluż kejbils koassjali, b’użu elettriku u kondutturi iżolati oħrajn għall-elettriku, anke żmaltati jew anodizzati mgħammrin b’konnekters jew le; kejbils ta’ fibri ottiċi, magħmula minn fibri miksija individwalment, sew jekk immuntati ma’ kondutturi elettriċi u sew jekk le jew iffittjati b’konnetturi

8544

Elettrodi tal-karbonju, brushes tal-karbonju, karbonji tal-bozoz, karbonji tal-batteriji u oġġetti oħrajn ta’ grafita jew karbonju ieħor, b’metall jew mingħajru, ta’ tip użat għal għanijiet elettriċi

8545

Tagħmir li jiżola għal magni, għodod jew tagħmir elettriku, li huwa tagħmir kompletament ta’ materjal iżolatur ħlief xi komponenti minuri ta’ metall (pereżempju, sokits bil-kamin) imdaħħlin waqt id-dħul fil-forma sempliċiment għal għanijiet ta’ immuntar, ħlief iżolaturi tal-intestatura 8546 ; tubi u ġonot ta’ kondjuwit tal-elettriku għalihom, ta’ metall ta’ valur baxx miksi b’materjal iżolatur

8547

Skart u fdal ta’ ċelluli primarji, batteriji primarji u akkumulaturi elettriċi; ċelluli primarji maħruqin, batteriji primarji u akkumulaturi tal-elettriku li jkunu spiċċaw; partijiet ta’ elettriku ta’ magni jew apparat, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra fil-Kapitolu 85

8548

Prodotti kunfidenzjali tal-Kapitolu 85; merkanzija tal-Kapitolu 85 trasportati bil-posta jew pakketti postali (extra)/kodiċi rikostitwit għad-diffużjoni statistika

 


(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2021:385:FULL&from=EN


DEĊIŻJONIJIET

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/103


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/356

tat-2 ta' Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja.

(2)

Fl-24 ta' Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk fuq l-Ukrajna, inkluż mit-territorju tal-Belarussja. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Permezz tal-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser b'mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa wkoll l-involviment tal-Belarussja f'dik l-aggressjoni kontra l-Ukrajna u appellalha biex toqgħod lura minn tali azzjoni u biex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha. Huwa appella għat-tħejjija u l-adozzjoni urġenti ta' pakkett ta' sanzjonijiet individwali u ekonomiċi ulterjuri li jkopri wkoll lill-Belarussja.

(4)

Bil-ħsieb tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b'rispons għall-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa xieraq li jiġi emendat it-titlu tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u biex jiġu introdotti miżuri restrittivi oħra.

(5)

B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġu introdotti restrizzjonijiet oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti użati għall-produzzjoni jew il-manifattura ta' prodotti tat-tabakk, fjuwils minerali, sustanzi bituminużi u prodotti tal-idrokarbur gassuż, prodotti tal-klorur tal-potassju ("potash"), prodotti tal-injam, prodotti tas-siment, prodotti tal-ħadid u tal-azzar u prodotti tal-gomma. Huwa xieraq ukoll li jiġu imposti aktar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju u fuq l-għoti ta' servizzi relatati, kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta' ċerti oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp militari, teknoloġiku, tad-difiża u tas-sigurtà tal-Belarussja, flimkien ma' restrizzjonijiet fuq l-għoti ta' servizzi relatati.

(6)

Tenħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna";

(2)

L-Artikolu 2c huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2c

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2b ta’ din id-Deċiżjoni, il-bejgħ dirett jew indirett, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija kollha b'użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja minn nazzjonali tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew li jużaw bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom għandu jiġi pprojbit, irrispettivament minn jekk tali oġġetti jew teknoloġija joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le.

2.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta’ għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti jew it-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;

(b)

l-għoti ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti jew it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:

(a)

skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali;

(b)

skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

(c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

(d)

aġġornamenti ta' software;

(e)

l-użu bħala apparat ta' komunikazzjoni tal-konsumatur;

(f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew

(g)

l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja, u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta' dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.

Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu, u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.

4.   Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:

(a)

il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;

(b)

il-kooperazzjoni intergovernattiva fi programmi spazjali;

(c)

it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni nukleari ċivili, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

(d)

is-sigurtà marittima;

(e)

networks tat-telekomunikazzjonijiet ċivili, inkluż il-forniment ta' servizzi tal-internet;

(f)

l-użu esklużiv ta' entitajiet li huma proprjetà ta’, jew ikkontrollati esklużivament jew konġuntament, minn persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż sieħeb;

(g)

ir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u ta' pajjiżi sħab, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet.

5.   Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew tali assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu dovuti b'konformità ma' kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratt, dment li tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta' Mejju 2022.

6.   L-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti rilevanti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha.

7.   Meta tkun qed tiddeċiedi dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:

(i)

l-utent aħħari jista' jkun utent aħħari militari jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II, jew li l-oġġetti jista' jkollhom użu aħħari militari; jew

(ii)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata tkun intenzjonata għall-avjazzjoni jew l-industrija spazjali.

8.   L-awtorità kompetenti tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni li hija tkun tat skont il-paragrafi 4 u 5 jekk hija tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Deċiżjoni.

9.   Il-pajjiżi sħab kif imsemmija fil-punti 4(f) u (g) ta’ dan l-Artikolu u fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 2d(4), u li japplikaw miżuri ta' kontroll tal-esportazzjoni sostanzjalment ekwivalenti, huma elenkati fl-Anness IV.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021. p. 1).";"

(3)

L-Artikolu 2d huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2d

1.   Għandu jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, tal-oġġetti u t-teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.

2.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta’ għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti jew it-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawk l-oġġetti u t-teknoloġija, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;

(b)

l-għoti ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti jew it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, b'mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżiku jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:

(a)

skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali;

(b)

skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

(c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

(d)

aġġornamenti ta' software;

(e)

l-użu bħala apparat ta' komunikazzjoni tal-konsumatur;

(f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew

(g)

l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja, u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta' dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.

Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tiddetermina li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata huma maħsuba għal:

(a)

il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-gvern tal-Belarussja fi kwistjonijiet purament ċivili;

(b)

il-kooperazzjoni intergovernattiva fi programmi spazjali;

(c)

it-tħaddim, il-manutenzjoni, it-trattament mill-ġdid tal-fjuwil u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni nukleari ċivili, b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

(d)

is-sigurtà marittima;

(e)

networks tat-telekomunikazzjonijiet ċivili, inkluż il-forniment ta' servizzi tal-internet;

(f)

l-użu esklużiv ta' entitajiet proprjetà, kontroll esklużiv jew konġunt ta' persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż sieħeb;

(g)

ir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u ta' pajjiżi sħab, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet.

5.   Permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu dovuti taħt kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratt, dment li tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta' Mejju 2022.

6.   L-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti rilevanti skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha.

7.   Meta tkun qed tiddeċiedi dwar talba għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk ikollha raġunijiet validi biex temmen li:

(i)

l-utent aħħari jista' jkun utent aħħari militari jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness II, jew li l-oġġetti jista' jkollhom użu aħħari militari; jew

(ii)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja, relatata tkun intenzjonata għall-avjazzjoni jew l-industrija spazjali.

8.   L-awtorità kompetenti tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tkun tat skont il-paragrafi 4 u 5 jekk hija tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Deċiżjoni.

9.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.";

(4)

l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 2d:

"Artikolu 2da

1.   Fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness II, permezz ta' deroga mill-Artikolu 2c(1) u (2) u mill-Artikolu 2d(1) u (2), u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2021/821, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza biss il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju u l-oġġetti u teknoloġija imsemmijin fl-Artikolu 2d, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew finanzjarja relatata, wara li tkun iddeterminat li tali oġġetti jew teknoloġija jew l-assistenza teknika jew finanzjarja relatata jkunu:

(a)

meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li probabbilment ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent; jew

(b)

dovuti skont kuntratti konklużi qabel it-3 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratt, dment li tali awtorizzazzjoni tintalab qabel l-1 ta' Mejju 2022.

2.   L-awtorizzazzjonijiet meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/821, li għandhom japplikaw mutatis mutandis. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tkun tat skont il-paragrafu 1 jekk hija tqis li tali annullament, sospensjoni, modifika jew revoka hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Deċiżjoni.";

(5)

l-Artikolu 2e huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

"1a.   Għandu jiġi pprojbit l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1.";

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar;

(6)

l-Artikolu 2f huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 jitħassar;

(b)

il-paragrafu 6 jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 5;

(c)

fil-paragrafi 1, 4, u 5, il-kliem "prodotti petrolifiċi u idrokarburi gassużi" huma sostitwiti b’ "fjuwils minerali, sustanzi bituminużi u idrokarburi gassużi";

(7)

l-Artikolu 2g huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

"1a.   Għandu jiġi pprojbit l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1.";

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar;

(8)

fl-Artikolu 2i, il-paragrafu 4 jitħassar;

(9)

fl-Artikolu 2j, il-paragrafu 3 jitħassar;

(10)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 2o

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta' prodotti tal-injam fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw fil-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, dirett jew indirett, ta' prodotti tal-injam msemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;

(c)

it-trasport ta' prodotti tal-injam msemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 2p

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

l-importazzjoni, diretta jew indiretta, ta' prodotti tas-siment fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw fil-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, diretta jew indirett, ta' prodotti tas-siment msemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;

(c)

it-trasport ta' prodotti tas-siment msemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 2q

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

l-importazzjoni, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw fil-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar imsemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;

(c)

it-trasportazzjoni ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar imsemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 2r

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

l-importazzjoni, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-lastiku fl-Unjoni jekk dawn:

(i)

joriġinaw fil-Belarussja; jew

(ii)

ġew esportati mill-Belarussja;

(b)

ix-xiri, direttament jew indirettament, ta' prodotti tal-lastiku msemmija fil-punt (a), li jinsabu fil-Belarussja jew oriġinaw minn hemm;

(c)

it-trasportazzjoni ta' prodotti tal-lastiku msemmija fil-punt (a) jekk dawn oriġinaw fil-Belarussja jew qed jiġu esportati mill-Belarussja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 2s

1.   Għandhom jiġu pprojbiti:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' ċertu makkinarju kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja;

(b)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-makkinarju msemmi fil-paragrafu 1, jew għall-għoti relatat ta' assistenza teknika u finanzjarja, għal użu mhux militari u għal utent aħħari mhux militari, maħsuba għal:

(a)

skopijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew fuq l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali;

(b)

skopijiet mediċi jew farmaċewtiċi;

(c)

l-użu temporanju mill-media tal-aħbarijiet;

(d)

aġġornamenti ta' software;

(e)

l-użu bħala apparat ta' komunikazzjoni tal-konsumatur;

(f)

l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Belarussja għajr għall-gvern u għall-impriżi tiegħu li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn dak il-gvern; jew

(g)

l-użu personali tal-persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja, u limitat għal oġġetti personali, oġġetti tad-dar, vetturi jew għodod tal-kummerċ li huma proprjetà ta' dawk l-individwi u mhux maħsuba għall-bejgħ.

Bl-eċċezzjoni tal-punti (f) u (g), fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu l-esportatur għandu jiddikjara li l-oġġetti qed jiġu esportati skont l-eċċezzjoni rilevanti stabbilita f'dan il-paragrafu u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa għandu r-residenza jew huwa stabbilit dwar l-ewwel użu tal-eċċezzjoni rilevanti fi żmien 30 jum minn dik l-ewwel esportazzjoni.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sal-4 ta’ Ġunju 2022 ta' kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Marzu 2022, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

4.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li jkunu koperti minn dan l-Artikolu.";

(11)

l-Annessi għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

(1)

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

"ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2d

Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja

";

(2)

jinżdied l-Anness li ġej:

"ANNESS IV

LISTA TA' PAJJIŻI SĦAB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2C(9)".

 


Rettifika

2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/112


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/337 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 59 tat-28 ta' Frar 2022 )

Fil-paġna 6, l-entrata 675, taħt l-intestatura “Informazzjoni għall-Identifikazzjoni”,

minflok:

“Data tat-twelid: 21.4.1964

Post tat-twelid: Lviv, Russian Federation

Sess: Raġel”,

aqra:

“Data tat-twelid: 21.4.1964

Post tat-twelid: Lviv, SSR tal-Ukrajna, (issa l-Ukrajna)

Sess: Raġel”.


2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/113


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/336 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58 tat-28 ta' Frar 2022 )

Fil-paġna 7, l-entrata 675, taħt l-intestatura “Informazzjoni għall-identifikazzjoni”,

minflok:

“Data tat-twelid: 21.4.1964

Post tat-twelid: Lviv, Russian Federation

Sess: Raġel”,

aqra:

“Data tat-twelid: 21.4.1964

Post tat-twelid: Lviv, SSR tal-Ukrajna, (issa l-Ukrajna)

Sess: Raġel”.