ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 43

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
24 ta' Frar 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/268 tat-23 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u l-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv tal-għalf u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv tal-għalf ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/269 tat-23 ta’ Frar 2022 li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/270 tat-23 ta’ Frar 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1410 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd, l-ispeċijiet minuri tat-tjur tal-bajd, l-ispeċijiet tat-tjur għat-tgħammir u l-għasafar ornamentali (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/271 tat-23 ta’ Frar 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) ( 1 )

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/272 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għas-suidae kollha għajr il-ħnienes miftuma u l-ħnieżer nisa, u l-klieb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Prosol S.p.A.) ( 1 )

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/273 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 bħala addittivi fis-silaġġ għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

17

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/274 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ u f’lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni għal finijiet speċjali ( 1 )

25

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/275 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ( 1 )

29

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/276 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ( 1 )

32

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/277 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W b’tul tal-ħajja ta’ 20000 siegħa jew iktar ( 1 )

35

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/278 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi tal-aloġenuri metalliċi ( 1 )

38

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/279 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika għal finijiet speċjali ( 1 )

41

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/280 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa ( 1 )

44

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/281 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet speċjali ( 1 )

47

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/282 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi mhux lineari b’fosforu bi tliet frekwenzi ( 1 )

51

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/283 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ( 1 )

54

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/284 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fil-lampi fluworexxenti lineari b’żewġ kapep għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ( 1 )

57

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/285 tat-22 ta’ Frar 2022 li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika ta’ Malta, fil-Kumitat tar-Reġjuni

60

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/286 tat-22 ta’ Frar 2022 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

62

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/287 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti għal finijiet oħra ta’ tidwil ġenerali u għal finijiet speċjali oħra ( 1 )

64

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/288 tat-22 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ kenn tar-rescEU u l-modifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċitajiet tat-Timijiet Mediċi ta’ Emerġenza tat-Tip 3 (notifikata bid-dokument C(2022) 963)  ( 1 )

68

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/289 tat-22 ta’ Frar 2022 li tistabbilixxi l-infrastruttura Analiżi u Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi ERIC (AnaEE-ERIC) (notifikata bid-dokument C(2022) 933)  ( 1 )

73

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/290 tat-22 ta’ Frar 2022 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni

79

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2022/291]

84

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni Nru 7/2020 li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim [2022/292]

86

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni Delegata Nru 271/21/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tat-3 ta’ Diċembru 2021 li tistabbilixxi programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu 2022–2026 li għandhom jitwettqu fl-Iżlanda u fin-Norveġja biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE fil-qasam tal-ikel u dak veterinarju [2022/293]

87

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall- Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi ( ĠU L 231, 30.6.2021 )

93

 

*

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2026 tat-13 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/592 dwar ċerti derogi temporanji tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-perjodu ta’ applikazzjoni ( ĠU L 415, 22.11.2021 )

94

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1702 tat-12 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi elementi addizzjonali u regoli dettaljati għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-InvestEU ( ĠU L 339, 24.9.2021 )

95

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/268

tat-23 ta’ Frar 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u l-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv tal-għalf u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv tal-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/898 tal-8 ta’ Ġunju 2016 (2) awtorizza preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u l-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa Novus Europe SA/NV.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/982 tat-11 ta’ Lulju 2018 (3) awtorizza preparazzjoni ta’ aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv tal-għalf.

(4)

Novus Europe NV ippreżentat applikazzjoni f’konformtià mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolamenti (UE) 2016/898 u (UE) 2018/982.

(5)

L-applikant issostni li biddel ismu minn Novus Europe SA/NV għal Novus Europe NV. Mal-applikazzjoni intbagħtet ukoll id-data ġustifikattiva rilevanti.

(6)

Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(7)

Biex l-applikant ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu bl-isem il-ġdid, Novus Europe NV, jeħtieġ jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2016/898 u (UE) 2018/982 jiġu emendati skont dan.

(9)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li qed isiru b’dan ir-Regolament lir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898 u (UE) 2018/982, għalhekk jixraq jiġi stipulat perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/898 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Titolu, il-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe SA/NV” huwa sostitwit bil-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe NV”;

(2)

fl-Anness, it-tieni kolonna, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kliem “Novus Europe SA/NV” huwa sostitwit bil-kliem “Novus Europe NV”.

Artikolu 2

Emendi lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Titolu, il-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe N.A/S.V.” huwa sostitwit bil-kliem “detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe NV”;

(2)

fl-Anness, it-tieni kolonna, “Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni”, il-kliem “Novus Europe N.A./S.V.” jinbidel bil-kliem “Novus Europe NV”.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/898 tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe S.A./N.V.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 11).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/982 tal-11 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u t-tiġieġ imrobbi għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe N.A./S.V.) (ĠU L 176, 12.7.2018, p. 13.)


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/269

tat-23 ta’ Frar 2022

li jaċċetta talba għal trattament ta’ produttur esportatur ġdid fir-rigward tal-miżuri anti-dumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi,

A.   MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Fit-13 ta’ Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina (“oġġetti li jintużaw fuq il-mejda”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (“ir-regolament oriġinali”) (3).

(2)

Fit-12 ta’ Lulju 2019, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni estendiet il-miżuri tar-regolament oriġinali għal ħames snin oħra permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198.

(3)

Fit-28 ta’ Novembru 2019, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2131 (4).

(4)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-kampjunar ġie applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(5)

Il-Kunsill impona rati individwali ta’ dazju antidumping li jvarjaw minn 13,1 % sa 18,3 % dwar importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 17,9 %. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2131. Barra minn hekk, ġiet imposta wkoll rata ta’ dazju mal-pajjiż kollu ta’ 36,1 % fuq il-prodott ikkonċernat minn kumpaniji fir-RPĊ li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness I ta’ dak ir-Regolament billi tagħti lil produttur esportatur ġdid ir-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun jew li ma ngħatawx trattament individwali, jiġifieri r-rata tad-dazju medja ponderata ta’ 17,9 %, meta dak il-produttur esportatur ġdid fir-RPĊ jagħti biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu oriġinali ta’ investigazzjoni”);

(b)

mhux relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-RPĊ li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti minn dan ir-Regolament; kif ukoll

(c)

effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

B.   TALBA GĦAL TRATTAMENT TA’ PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID

(7)

Il-kumpanija Hunan Jewelmoon Ceramics Co., Ltd.. (“Jewelmoon” jew “l-applikant”), ressqet talba lill-Kummissjoni biex tingħata trattament ta’ produttur esportatur ġdid (“NEPT”) u għalhekk tkun soġġetta għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw fir-RPĊ mhux inklużi fil-kampjun, li huwa 17,9 %. L-applikant qal li kien jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198.

(8)

Biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant jissodisfax il-kundizzjonijiet biex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 (“il-kriterji NEPT”), il-Kummissjoni l-ewwel bagħtet kwestjonarju lill-applikant fejn talbet għal evidenza li turi li hu kien qed jissodisfa l-kriterji NEPT.

(9)

Wara l-analiżi tat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni u evidenza ta’ sostenn, li l-applikant ippreżenta.

(10)

Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk l-applikant kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet tan-NEPT. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni analizzat l-evidenza ppreżentata mill-applikant fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, ikkonsultat diversi siti web inkluż is-sit web tal-applikant u Qichacha (5) u kkontroverifikat l-informazzjoni tal-kumpanija mal-informazzjoni ppreżentata f’każijiet preċedenti. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-industrija tal-Unjoni dwar it-talba tal-applikant u stednitu jipprovdi kwalunkwe kumment jekk ikun hemm bżonn. L-industrija tal-Unjoni pprovdiet kummenti dwar it-talba.

C.   ANALIŻI TAT-TALBA

(11)

Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li l-applikant ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant issodisfa din il-kundizzjoni. L-applikant ġie stabbilit fit-8 ta’ Novembru 2010 u beda jimmanifattura l-prodott ikkonċernat fl-2011. L-ewwel liċenzja ta’ esportazzjoni nħarġet fl-4 ta’ Mejju 2011. Il-bejgħ tal-esportazzjoni beda fl-2012, wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. L-applikant ipprovda reġistru tal-bejgħ għall-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, li jindika li kien hemm biss bejgħ domestiku matul dan il-perjodu. Il-volum tal-bejgħ f’dan ir-reġistru tal-bejgħ jaqbel mal-introjtu operattiv indikat fir-rapport tal-introjtu. Intalbet u ġiet ipprovduta informazzjoni dwar il-fatturi matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

(12)

Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li l-applikant ma jkunx relatat ma’ xi esportaturi jew produtturi li huma soġġetti għall-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant ma kellu l-ebda kumpanija relatata li tinnegozja fil-produzzjoni, l-ipproċessar, il-bejgħ jew ix-xiri tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni.

(13)

Fir-rigward tal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, li l-applikant effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant kien esporta lejn l-Unjoni sa minn Lulju 2012 (jiġifieri wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali) u b’mod regolari minn dak iż-żmien ’l hemm. L-applikant issottometta fatturi, listi għall-ippakkjar, poloz tal-kargu u rċevuti tal-ħlas għal żewġ ordnijiet magħmula fl-2017 u fl-2018 minn kumpanija li tinsab fl-UE. Għalhekk, l-applikant jissodisfa din il-kundizzjoni.

(14)

Għaldaqstant, l-applikant jissodisfa t-tliet kundizzjonijiet li biex jingħata n-NEPT, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 u jenħtieġ għalhekk li t-talba tiġi milqugħa. Konsegwentement, l-applikant għandu jkun soġġett għal dazju anti-dumping ta’ 17,9 % għall-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali.

D.   DIVULGAZZJONI

(15)

L-applikant u l-industrija tal-Unjoni kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet skont liema tqies xieraq li tingħata r-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli lill-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali lil Jewelmoon.

(16)

Il-partijiet ingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw kummenti. Ma wasal l-ebda kumment.

(17)

Ir-Regolament huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2019/2131 li jelenka l-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Hunan Jewelmoon Ceramics Co., Ltd.

C764

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 189, 15.7.2019, p. 8.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2131 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 139).

(5)  Qichacha hija bażi ta’ data privata, bi skop ta’ qligħ, li tipprovdi data kummerċjali, informazzjoni ta’ kreditu, u analitika ta’ kumpaniji privati u pubbliċi bbażati fiċ-Ċina, għall-konsumaturi/professjonisti.


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/270

tat-23 ta’ Frar 2022

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1410 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd, l-ispeċijiet minuri tat-tjur tal-bajd, l-ispeċijiet tat-tjur għat-tgħammir u l-għasafar ornamentali (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur tal-bajd, għall-ispeċijiet tat-tjur għat-tgħammir u għall-għasafar ornamentali ġie awtorizzat għal 10 snin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1410 (2).

(2)

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1410, fil-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimali” ddaħħlet identifikazzjoni skorretta tal-ispeċijiet li huwa awtorizzat l-addittiv għalihom, fejn tħallew barra d-dundjani għat-tgħammir.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1410 jiġi kkoreġut kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jiġi ssostitwit l-Anness kollu ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-għalf ikunu jistgħu jaddattaw it-tikketti tal-addittiv u tal-għalf li jkun fih minnu għat-termini kkoreġuti tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti.

(5)

Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati b’rabta mat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1410 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik is-sustanza, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Awwissu 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fih il-preparazzjonijiet u t-taħlitiet lesti minn qabel imsemmijin fil-paragrafu 1 li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Frar 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1410 tas-27 ta’ Awwissu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd, l-ispeċijiet minuri tat-tjur tal-bajd, l-ispeċijiet tat-tjur għat-tgħammir u l-għasafar ornamentali (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 304, 30.8.2021, p. 8).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali

4b1828

Huvepharma NV

Bacillus licheniformis DSM 28710

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Bacillus licheniformis DSM 28710

li jkun fiha minimu ta’:

3,2 × 109 CFU/g ta’ addittiv

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori vijabbli tal-Bacillus licheniformis DSM 28710

Metodu analitiku  (1)

Għall-enumerazzjoni tal-Bacillus licheniformis DSM 28710 fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, u fl-għalf:

Metodu tat-tifrix EN 15784

Għall-identifikazzjoni tal-Bacillus licheniformis DSM 28710:

Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ tal-bajd

Speċijiet minuri tat-tjur tal-bajd

Speċijiet tat-tjur għat-tgħammir

Għasafar ornamentali

-

1,6 × 109

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Jista’ jintuża f’għalf li fih il-koċċidjostati permessi: diklażuril u lażaloċid tas-sodju A.

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta l-esponiment tal-ġilda, l-inalazzjoni jew l-esponiment tal-għajnejn ma jistax jiġi eliminat jew jitnaqqas għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, u bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

19.9.2031


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/271

tat-23 ta’ Frar 2022

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 (2) għal 10 snin.

(2)

Fil-kolonna ta’ taħt l-intestatura “Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1760 iddaħħal numru ta’ identifikazzjoni żbaljat.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1760 jiġi kkoreġut kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li l-Anness kollu ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi sostitwit b’verżjoni kkoreġuta tiegħu.

(4)

Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-għalf ikunu jistgħu jaddattaw it-tikkettar tal-addittiv u tal-għalf li jkun fih minnu għat-termini kkoreġuti tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti.

(5)

Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati b’rabta mat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1760 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dik is-sustanza, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Awwissu 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fih il-preparazzjonijiet u t-taħlitiet lesti minn qabel imsemmijin fil-paragrafu 1 li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Frar 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (ĠU L 397, 26.11.2020, p. 6).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

CFU/l tal-ilma tax-xorb

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali

4b1902

Chr. Hansen A/S

Bacillus subtilis

DSM 25841

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 li fiha minimu ta’ 1,25 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli tal-Bacillus subtilis DSM 25841

Metodu analitiku  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 25841: Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

Għall-enumerazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 25841 fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, u fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-soja - EN 15784

L-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa,

għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes

5 × 108

1,7 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv jista’ jintuża fl-ilma tax-xorb.

3.

Għandha tiġi żgurata dispersjoni omoġenja tal-addittiv meta dan jintuża fl-ilma tax-xorb.

4.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: dan jista’ jkun sensitizzatur respiratorju, jista’ jirrita l-ġilda u jista’ jissensitizza l-għajnejn jew il-ġilda. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq.

16.12.2030


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/272

tat-23 ta’ Frar 2022

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għas-suidae kollha għajr il-ħnienes miftuma u l-ħnieżer nisa, u l-klieb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Prosol S.p.A.)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għas-suidae kollha għajr il-ħnienes miftuma u l-ħnieżer nisa, u l-klieb, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2021 (2) , (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ma għandux effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni hija kkunsidrata bħala irritant potenzjali tal-ġilda u tal-għajnejn u sensitizzatur tal-ġilda u respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-awtorità kkonkludiet ukoll li fil-każ tas-suidae, il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li tkun effikaċi bħala addittiv żootekniku fl-għalf u fil-każ tal-klieb, il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li tkun effikaċi fit-titjib tal-konsistenza fekali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzaturi tal-flora intestinali”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2021;19(7):6698.

(3)  EFSA Journal 2021;19(7):6699.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali

4b1710

Prosol S.p.A.

Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

li jkun fiha minimu ta’:

1 × 109 CFU/g ta’ additiv

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar b’estratt tal-ħmira, bil-glukożju u bil-kloramfenikol (CGYE) (EN 15789)

Identifikazzjoni: il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR)

Is-Suidae kollha ħlief għal skopijiet ta’ riproduzzjoni u ħnienes miftuma

Is-Suidae kollha għal skopijiet ta’ riproduzzjoni għajr ħnieżer nisa

Klieb

-

-

-

3 × 109

6,4 × 109

7 × 1010

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta l-esponiment tal-ġilda, tal-inalazzjoni u tal-għajnejn ma jistax jiġi eliminat jew jitnaqqas għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/273

tat-23 ta’ Frar 2022

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 bħala addittivi fis-silaġġ għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2021 (2) , (3) , (4) , (5) , (6) , (7) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 ma għandhomx effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi, jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-addittivi jitqiesu bħala sensitizzaturi respiratorji, u indikat li ma jistgħux jintlaħqu konklużjoni dwar il-potenzjal li l-addittivi jikkawżaw irritazzjoni fl-għajnejn u fil-ġilda jew dwar il-potenzjal ta’ effett ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-addittivi. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ikkonċernati għandhom il-potenzjal li jtejbu il-preżervazzjoni tan-nutrijenti fis-silaġġ meta jkunu ppreparati ma’ materjal li huwa faċli li jiġi insilat, u ma’ materjal li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023, Pediococcus pentosaceus IMI 507024, Pediococcus pentosaceus IMI 507025, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026, Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 u Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk il-preparazzjonijiet jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, huma tal-kategorija tal-addittivi, “addittivi teknoloġiċi” fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2021;19(7):6700.

(3)  EFSA Journal 2021;19(7):6701.

(4)  EFSA Journal 2021;19(7):6702.

(5)  EFSA Journal 2021;19(7):6703.

(6)  EFSA Journal 2021;19(7):6704.

(7)  EFSA Journal 2021;19(7):6705.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21701

Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus IMI 507023.

-

Metodu analitiku  (1)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (2).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21016

Pediococcus pentosaceus IMI 507024

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507024 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507024.

Metodu analitiku  (3)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

L-enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15786).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (4).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21017

Pediococcus pentosaceus IMI 507025

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507025 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus IMI 507025.

Metodu analitiku  (5)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

L-enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15786).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (6).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21601

Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507026.

Metodu analitiku  (7)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (8).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21602

Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507027.

-

Metodu analitiku  (9)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (10).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21603

Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028 li fiha

minimu ta’ 1 × 10 CFU/g tal-addittiv.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum IMI 507028.

Metodu analitiku  (11)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

L-enumerazzjoni fl-addittivi fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix fuq agar ta’ stafilokokku reżistenti għall-metiċillina (EN 15787).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1×109 CFU/kg ta’ materjal verġni, kemm li hu faċli li jiġi insilat, kif ukoll dak li hu moderatament diffiċli (12).

3.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż bi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

16.3.2032


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(4)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(5)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(6)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(7)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(8)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(9)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(10)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1)

(11)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(12)  Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: >3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li hu moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


DIRETTIVI

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/25


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/274

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ u f’lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni għal finijiet speċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ u f’lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni (CCFL u EEFL) għal finijiet speċjali (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 3(a), 3(b) u 3(c) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

L-eżenzjoni tkopri grupp eteroġenju ta’ lampi b’għamliet, teknoloġiji, applikazzjonijiet u finijiet differenti. Il-merkurju jintuża fit-tubu bi skarika, li huwa essenzjali biex l-enerġija elettrika tiġi kkonvertita f’dawl.

(6)

Fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, li ġiet segwita f’Jannar 2020 b’applikazzjoni għat-tiġdid addizzjonali mill-istess applikanti. F’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tiġi adottata deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati mhix prattikabbli teknikament. Madankollu, dik l-evalwazzjoni enfasizzat li sostituti ħielsa mill-merkurju fil-forma ta’ lampi li jemettu d-dawl (LED) huma disponibbli, u li qed jintużaw bħala sorsi ta’ tidwil f’tagħmir ġdid li jiddaħħal fis-suq. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Għalkemm f’ħafna applikazzjonijiet, is-CCFL u l-EEFL ġew sostitwiti b’sostituti ħielsa mill-merkurju; xi applikazzjonijiet xorta jeħtieġu li dawn il-lampi jiżguraw il-funzjonalità tagħhom u jevitaw ġenerazzjoni prematura ta’ skart elettriku u elettroniku.

(10)

Għalhekk jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni għal perjodu ta’ tliet snin, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE, għal dawk il-lampi biss li jintużaw fit-tagħmir elettriku u elettroniku li ddaħħal fis-suq qabel l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva. F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE, it-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni x’aktarx li ma jkollux impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrati 3, 3(a), 3(b) u 3(c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“3

Il-merkurju f’lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ u f’lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni (CCFL u EEFL) għal finijiet speċjali użati f’EEE mqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Frar 2022 li ma jaqbżux (għal kull lampa):

 

3(a)

Tul qasir (≤ 500 mm): 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

3(b)

Tul medju (>500 mm u ≤1 500 mm): 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

3(c)

Tul twil (> 1 500 mm): 13 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/29


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/275

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra tas-Sodju (gass) ta’ Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 4(c)–I, 4(c)–II u 4(c)–III fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża f’lampi tas-Sodju (gass) ta’ Pressjoni Għolja għall-proprjetajiet tal-kulur tad-dawl u tal-għoti tal-kulur.

(6)

Fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, li ġiet aġġornata b’informazzjoni addizzjonali fl-20 ta’ Jannar 2020. F’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati mhix prattikabbli teknikament. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li l-kontenut ta’ merkurju permess f’dawk l-applikazzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jitnaqqas biex jikkorrispondi mal-bidliet fis-suq għat-tipi speċifiċi ta’ lampi. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Għalhekk jixraq li t-tiġdid tal-eżenzjoni jingħata fir-rigward tal-entrati 4(c)–I, 4(c)–II u 4(c)–III fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE għal perjodu massimu ta’ ħames snin, peress li attwalment ma hemm l-ebda sostitut affidabbli disponibbli, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jkollu impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrati 4(c), 4(c)–I, 4(c)–II u 4(c)–III huma sostitwiti b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“4(c)

Il-merkurju f’lampi oħra tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner):

 

4(c)–I

P ≤ 155 W: 20 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

4(c)–II

155 W < P ≤ 405 W: 25 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

4(c)–III

P > 405 W: 25 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/32


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/276

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III tad-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal tidwil ġenerali (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 1(a), 1(b), 1(c), 1(d) u 1(e) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda sabiex jiġi prodott dawl ultravjola, li mbagħad jiġi kkonvertit f’dawl viżibbli mill-kisi fluworexxenti fuq il-bozza tal-lampa.

(6)

Fid-19 ta’ Diċembru 2014 u fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjonijiet għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, u waħda minnhom ġiet aġġornata b’applikazzjoni mġedda fl-20 ta’ Jannar 2020. F’konformità mat-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li s-sostituti ħielsa mill-merkurju li huma affidabbli biżżejjed għat-tipi ta’ lampi koperti mill-eżenzjoni diġà saru disponibbli b’mod mifrux u li s-sostituzzjoni tal-merkurju f’dawn il-lampi hija prattikabbli xjentifikament u teknikament. Barra minn hekk, dik l-evalwazzjoni kkonkludiet li huwa ċar li l-benefiċċji tas-sostituzzjoni se jikkumpensaw għal kwalunkwe impatt negattiv.

(8)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(9)

Ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/65/UE ma għadhomx issodisfati iktar, l-applikazzjoni għat-tiġdid jenħtieġ li tiġi rrifjutata.

(10)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita data tal-iskadenza għall-eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(6) ta’ dik id-Direttiva. Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-iktar data bikrija possibbli ta’ 12-il xahar mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrevoka l-eżenzjoni minħabba li ma hemm l-ebda ċirkostanza prattika li tiġġustifika żmien itwal ta’ skadenza, b’mod partikolari meta wieħed iqis li ħafna mil-lampi inkwistjoni huma koperti wkoll bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 li jistabbilixxi rekwiżiti minimi tal-effiċjenza enerġetika li għandhom jiġu rrispettati sabiex il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, li se jimplika li dawk il-lampi de facto mhumiex se jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Settembru 2021.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrati 1, 1(a), 1(b), 1(c), 1(d) u 1(e) huma sostitwiti b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“1.

Il-merkurju fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda li ma jaqbżux (għal kull burner):

 

1(a)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W: 2,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(b)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ≥ 30 W u < 50 W: 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(c)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ≥ 50 W u < 150 W: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(d)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 150 W: 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(e)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali, b’għamla strutturali ċirkolari jew kwadra u b’dijametru tat-tubu ta’ ≤ 17 mm: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/35


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/277

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W b’tul tal-ħajja ta’ 20 000 siegħa jew iktar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III tad-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Direttiva Delegata 2014/14/UE (2), il-Kummissjoni tat eżenzjoni għall-użu tal-merkurju, b’kontenut massimu ta’ 3,5 mg, f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W b’tul tal-ħajja ta’ 20 000 siegħa jew iktar (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 1(g) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2017, f’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 2014/14/UE.

(5)

Il-merkurju jintuża fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda sabiex jiġi prodott dawl ultravjola, li mbagħad jiġi kkonvertit f’dawl viżibbli mill-kisi fluworexxenti fuq il-bozza tal-lampa.

(6)

Fit-28 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, u din ġiet aġġornata b’applikazzjoni mġedda fis-17 ta’ Jannar 2020. F’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tiġi adottata deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li s-sostituti ħielsa mill-merkurju li huma affidabbli biżżejjed għat-tipi ta’ lampi koperti mill-eżenzjoni huma disponibbli u li s-sostituzzjoni hija prattikabbli xjentifikament u teknikament. Barra minn hekk, dik l-evalwazzjoni kkonkludiet li huwa ċar li l-benefiċċji tas-sostituzzjoni se jikkumpensaw għal kwalunkwe impatt negattiv. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawn il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

Ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/65/UE ma għadhomx issodisfati iktar, l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġi rrevokata.

(9)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita data tal-iskadenza għall-eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE. Filwaqt li ammont żgħir tat-tipi ta’ lampi (3) koperti minn din l-eżenzjoni huma soġġetti għall-kriterji tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 (4), li huma applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2021, u għalhekk mhux se jibqgħu jitqiegħdu fis-suq, il-maġġoranza l-kbira tal-lampi koperti mill-eżenzjoni attwali mhumiex affettwati mill-kriterji skont ir-Regolament dwar l-Ekodisinn imsemmi hawn fuq. B’hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita d-data tal-iskadenza massima possibbli ta’ 18-il xahar wara d-deċiżjoni fir-rigward tal-entrata sħiħa tal-eżenzjoni sabiex jiġu evitati kostijiet soċjoekonomiċi għoljin bla bżonn għall-parteċipanti fis-suq b’rabta diretta mas-sostituzzjoni tal-kategorija tal-aħħar.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/14/UE tat-18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal 3,5 mg ta’ merkurju għal kull bozza f’bozoz fluworexxenti kompatti b’kappa waħda għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali < 30 W b’ħajja ta’ 20 000 siegħa jew iktar (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 71).

(3)  Il-lampi CFL b’tagħmir ta’ kontroll integrat (CFLi) huma koperti bl-entrata “Sorsi tad-dawl oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni mhux imsemmija hawn fuq” fit-Tabella 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 mill-1 ta’ Settembru 2021.

(4)  Kif iddikjarat fil-Premessi 9 u 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020, l-ebda rekwiżit speċifiku tal-ekodisinn dwar il-kontenut tal-merkurju ma għandu jiġi stabbilit f’dak ir-Regolament.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 1(g) hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“1(g)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W b’tul tal-ħajja ta’ 20 000  siegħa jew iktar: 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Awwissu 2023”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/38


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/278

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi tal-aloġenuri metalliċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi tal-aloġenuri metalliċi (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 4(e) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża fil-lampi tal-aloġenuri metalliċi biex itejjeb il-kulur, l-effiċjenza, it-tul tal-ħajja, u t-tħaddim stabbli ta’ dawk il-lampi speċifiċi.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”) fil-15 ta’ Jannar 2015, jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. Applikazzjoni għat-tiġdid imġedda ntbagħtet fl-20 ta’ Jannar 2020. F’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dik id-Direttiva, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tiġi adottata deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati mhix prattikabbli teknikament. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Għalhekk jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni għal perjodu massimu ta’ ħames snin, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jkollu impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn tat-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn tal-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 4(e) hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“4(e)

Merkurju fil-lampi tal-aloġenuri metalliċi (MH)

Tiskadi tal-24 ta’ Frar 2027”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/41


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/279

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika għal finijiet speċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika għal finijiet speċjali mhux imsemmija speċifikament (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 4(f) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-funzjoni tal-merkurju fil-lampi tal-gass bi skarika elettrika għal finijiet speċjali hija relatata mal-proċess ta’ ġenerazzjoni tad-dawl għall-konverżjoni tal-elettriku f’dawl.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet diversi applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjonijiet għat-tiġdid”) fil-15 ta’ Jannar 2015, jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. F’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati mill-eżenzjoni mhix prattikabbli teknikament. Madankollu, minħabba l-prospetti ta’ sostituzzjoni li jillimitaw l-eżenzjoni fil-futur, jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni għal perjodu ta’ tliet snin biss. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li huwa possibbli li jiġu definiti iktar l-applikazzjonijiet li jikkwalifikaw għal tiġdid tal-eżenzjoni f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2011/65/UE minħabba l-funzjonalità tagħhom u l-qasam ta’ applikazzjoni, jiġifieri lampi tal-merkurju (gass) taħt pressjoni għolja li jintużaw fil-projetturi, li jintużaw għat-tidwil tal-ortikultura u li jemetti dawl fl-ispettru ultravjola. Għal dawk l-applikazzjonijiet speċifiċi, l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġġedded għal perjodu massimu ta’ ħames snin. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jkollu impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

(1)   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn tat-30 ta' Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn tal-1 ta' Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

(2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 4(f) hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“4(f) –II

Merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika għal finijiet speċjali mhux imsemmija speċifikament f’dan l-Anness

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2025

4(f) –II

Il-merkurju f’lampi tal-merkurju (gass) taħt pressjoni għolja li jintużaw fi projetturi fejn huwa meħtieġ output ta’ ≥ 2000 lumen ANSI

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2027

4(f) –III

Il-merkurju f’lampi tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja li jintużaw għat-tidwil tal-ortikultura

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2027

4(f) –IV

Il-merkurju f’lampi li jemettu dawl fl-ispettru ultravjola

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2027”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/44


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/280

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 4(a) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża fil-lampi bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa biex jiġi prodott dawl ultravjola li jintuża għad-diżinfezzjoni/għall-purifikazzjoni ultravjola tal-ġermi jew tal-batterji mill-ajru, mill-ilma u mis-superfiċi.

(6)

Fid-19 ta’ Diċembru 2014 u fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”), jiġifieri fiż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, u waħda minnhom ġiet aġġornata b’applikazzjoni mġedda fl-20 ta’ Jannar 2020. F’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati jew is-sostituzzjoni tiegħu b’sustanza b’prestazzjoni komparabbli attwalment mhijiex prattikabbli teknikament. Dik l-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li l-kamp ta’ applikazzjoni attwali tal-eżenzjoni jista’ jiġi limitat biex ikopri l-lampi bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa u li jemettu dawl fil-medda ultravjola. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawn il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Għalhekk jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni, b’formulazzjoni reveduta, filwaqt li jiġi stabbilit l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-eżenzjoni, għal perjodu massimu ta’ ħames snin, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. F’konformità mal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE, jenħtieġ li tiġi stabbilita data tal-iskadenza ta’ 12-il xahar għall-eżenzjoni 4(a) attwali. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jkollu impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn tat-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 1 oktober 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 4(a) hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“4(a)

Merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa (għal kull lampa): 15 mg

Tiskadi 24 februari 2023

4(a)–I

Il-merkurju fil-lampi bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa, mhux miksija bil-fosforu, fejn l-applikazzjoni tirrikjedi l-medda prinċipali tal-output spettrali tal-lampi biex tkun fl-ispettru ultravjola: jista’ jintuża sa 15 mg merkurju għal kull lampa

Tiskadi 24 februari 2027”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/47


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/281

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet speċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) imqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet speċjali (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 1(f) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda (CFL) għal finijiet speċjali sabiex jiġi prodott dawl ultravjola, li mbagħad jiġi kkonvertit f’dawl viżibbli mill-kisi fluworexxenti fuq il-bozza tal-lampa.

(6)

Fid-19 ta’ Diċembru 2014 u fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjonijiet għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, u waħda minnhom ġiet aġġornata b’applikazzjoni mġedda fl-20 ta’ Jannar 2020. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati jew is-sostituzzjoni tiegħu b’sustanza b’prestazzjoni komparabbli attwalment mhijiex prattikabbli teknikament. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjonijiet mir-restrizzjoni għal ċerti materjali jew komponenti speċifiċi jenħtieġ li jkunu limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tagħhom, sabiex tinkiseb eliminazzjoni gradwali tas-sustanzi perikolużi fl-EEE, u l-valutazzjoni kkonkludiet ukoll li, minn naħa, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni jenħtieġ li jiddejjaq għal iktar applikazzjonijiet speċifikati u, min-naħa l-oħra, it-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni wiesgħa attwali jista’ jitqassar.

(9)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(10)

Għalhekk jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni għal perjodu massimu ta’ ħames snin, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE, għal lampi CFL għal finijiet speċjali ddisinjati biex jemettu dawl fl-ispettru ultravjola, peress li ma hemm l-ebda alternattiva affidabbli disponibbli attwalment. Għat-tipi kollha l-oħra ta’ lampi CFL li jaqgħu fil-kategorija ta’ lampi CFL għal finijiet speċjali, l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġġedded għal tliet snin, biex l-industrija tkun tista’ tħejji l-informazzjoni dettaljata li tiġġustifika l-kontinwazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għal kategoriji speċifikati ta’ lampi speċjali, skont l-għan tad-Direttiva li l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tagħhom. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jkollu impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 1(f) hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“1

Il-merkurju fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda li ma jaqbżux (għal kull burner):

 

1(f) – I

Għal lampi ddisinjati biex jemettu prinċipalment dawl fl-ispettru ultravjola: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

1(f) – II

Għal finijiet speċjali: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/51


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/282

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi mhux lineari b’fosforu bi tliet frekwenzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi mhux lineari b’fosforu bi tliet frekwenzi b’dijametru tat-tubu ta’ > 17 mm (eż. T9) (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 2(b)(3) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża f’lampi mhux lineari b’fosforu bi tliet frekwenzi sabiex jiġi prodott dawl ultravjola, li mbagħad jiġi kkonvertit f’dawl viżibbli mill-kisi fluworexxenti fuq il-lampa. Il-kompożizzjoni tal-kisi, li fiha l-merkurju, tiddetermina l-kulur tad-dawl u l-apparenza tal-kulur.

(6)

Fid-19 ta’ Diċembru 2014 u fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, u waħda minnhom ġiet aġġornata b’applikazzjoni addizzjonali f’Jannar 2020. F’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati mhix prattikabbli teknikament. Dik l-valutazzjoni kkonkludiet ukoll li l-limitu tal-konċentrazzjoni tal-merkurju fil-kategoriji ta’ lampi koperti minn dik l-eżenzjoni jista’ jitnaqqas minn 15 mg għal 10 mg għal kull lampa. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Għalhekk jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni, b’formulazzjoni reveduta, filwaqt li jiġi stabbilit l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-eżenzjoni, għal perjodu ta’ tliet snin, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE, sabiex tinġabar iktar data relatata mad-disponibbiltà ta’ sostituti għat-tipi ta’ lampi speċifiċi koperti minn dik l-eżenzjoni. F’konformità mal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE, jenħtieġ li tiġi stabbilita data tal-iskadenza ta’ 12-il xahar għall-eżenzjoni 2(b)(3) attwali. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jkollu impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 2(b)(3) hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“2(b)(3)

Lampi mhux lineari b’fosforu bi tliet frekwenzi b’dijametru tat-tubu ta’ > 17 mm (eż. T9): 15 mg

Tiskadi l-24 ta’ Frar 2023; 10 mg jistgħu jintużaw għal kull lampa mill-25 ta’ Frar 2023 sal-24 ta’ Frar 2025”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/54


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/283

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb ta’ Ra > 60 (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 4(b)–I, 4(b)–II u 4(b)–III fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża f’lampi tas-Sodju (gass) ta’ Pressjoni Għolja għall-proprjetajiet tal-kulur tad-dawl u tal-għoti tal-kulur.

(6)

F’Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni għall-applikazzjonijiet fl-entrati 4(b)–I, 4(b)–II u 4(b)–III (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. F’Jannar 2020, l-istess applikant ressaq applikazzjoni għat-tiġdid aġġornata rigward l-entrata 4(b)–I biss. F’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà ta’ sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li s-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati kienu prattikabbli xjentifikament u teknikament fir-rigward ta’ parti tal-entrata 4(b)–I, kif ukoll l-entrati 4(b)–II u 4(b)–III tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. Madankollu, l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġġedded għall-parti tal-entrata 4(b)–I rigward il-lampi b’apparenza tal-kulur għolja iktar minn 80, ugwali għal 105 W jew inqas u li, filwaqt li l-użu tal-merkurju għadu meħtieġ, li tista’ titnaqqas iktar. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

Għalhekk jixraq li tiġġedded parti mill-eżenzjoni 4(b)–I, b’numerazzjoni mill-ġdid bħala l-entrata tal-eżenzjoni 4(b), għal perjodu massimu ta’ ħames snin f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Din l-eżenzjoni mġedda għandu jkollha formulazzjoni reveduta li tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni iktar limitat tal-eżenzjoni. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex jinstab sostitut affidabbli, it-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni x’aktarx li ma jkollux impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(9)

L-eżenzjoni mġedda hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(10)

Peress li l-kundizzjonijiet għat-tiġdid tal-eżenzjoni, stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2011/65/UE, mhumiex issodisfati iktar għall-applikazzjonijiet elenkati fil-kumplament tal-entrata 4(b)–I kif ukoll fl-entrati 4(b)–II u 4(b)–III tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ li tiġi rrevokata. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dati tal-iskadenza għall-eżenzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrati 4(b), 4(b)–I, 4(b)–II u 4(b)–III huma sostitwiti b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“4(b)

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 80: P ≤ 105 W: 16 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

4(b)–I

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60: P ≤ 155 W: 30 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

4(b)–II

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60: 155 W < P ≤ 405 W: 40 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

4(b)–III

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60: P > 405 W: 40 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/57


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/284

tas-16 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fil-lampi fluworexxenti lineari b’żewġ kapep għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III tad-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fil-lampi fluworexxenti lineari b’żewġ kapep għal finijiet ta’ tidwil ġenerali (“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 2(a)(1), 2(a)(2), 2(a)(3), 2(a)(4) u 2(a)(5) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-merkurju jintuża fil-lampi fluworexxenti lineari b’żewġ kapep għal finijiet ta’ tidwil ġenerali sabiex jiġi prodott dawl ultravjola, li mbagħad jiġi kkonvertit f’dawl viżibbli mill-kisi fluworexxenti fuq il-lampa.

(6)

Fid-19 ta’ Diċembru 2014 u fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjonijiet għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, u waħda minnhom ġiet aġġornata b’applikazzjoni mġedda fl-20 ta’ Jannar 2020. F’konformità mat-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li s-sostituti ħielsa mill-merkurju li huma affidabbli biżżejjed għat-tipi ta’ lampi koperti mill-eżenzjoni saru disponibbli u li s-sostituzzjoni tal-merkurju f’dawn il-lampi hija prattikabbli xjentifikament u teknikament. Barra minn hekk, dik l-evalwazzjoni kkonkludiet li huwa ċar li l-benefiċċji tas-sostituzzjoni jikkumpensaw għal kwalunkwe impatt negattiv.

(8)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(9)

Ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/65/UE ma għadhomx issodisfati iktar, l-applikazzjoni għat-tiġdid jenħtieġ li tiġi rrifjutata. Id-dati tal-iskadenza għall-eżenzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(6) ta’ dik id-Direttiva.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrati 2(a), 2(a)(1), 2(a)(2), 2(a)(3), 2(a)(4) u 2(a)(5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“2(a)

Il-merkurju f’lampi fluworexxenti lineari b’żewġ kapep għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull lampa):

 

2(a)(1)

Fosforu li jiffluworixxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u b’dijametru tat-tubu ta’ < 9 mm (eż. T2): 4 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

2(a)(2)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu ≥ 9 mm u ≤ 17 mm (eż. T5): 3 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Awwissu 2023

2(a)(3)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 17 mm u ≤ 28 mm (eż. T8): 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Awwissu 2023

2(a)(4)

Fosforu li jiffluworixxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u b’dijametru tat-tubu ta’ > 28 mm (eż. T12): 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

2(a)(5)

Fosforu li jiffluworixxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja twil (≥ 25 000 h): 5 mg.

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023”


DEĊIŻJONIJIET

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/285

tat-22 ta’ Frar 2022

li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika ta’ Malta, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Malti,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Joseph CORDINA u s-Sur Paul FARRUGIA saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni kien ilu vakanti mis-26 ta’ Jannar 2020.

(5)

Il-Gvern Malti ppropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Paul FARRUGIA, Reġjun Port – President, u s-Sur Mark GRECH, Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar – Kunsillier Lokali.

(6)

Il-Gvern Malti ppropona wkoll lis-Sur Stephen SULTANA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Kunsill Lokali Santa Venera – Sindku, bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, fir-rigward tas-siġġu vakanti msemmi hawn fuq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Paul FARRUGIA, Reġjun Port – President (bidla fil-mandat),

Is-Sur Mark GRECH, Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar – Kunsillier Lokali,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Stephen SULTANA, Kunsill Lokali Santa Venera – Sindku.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/62


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/286

tat-22 ta’ Frar 2022

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Michael SCHNEIDER, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Sven SCHULZE, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Minister für Wirtschaft, Tourismus, Landwirtschaft und Forsten des Landes Sachsen-Anhalt (Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, it-Turiżmu, l-Agrikoltura u l-Forestrija tal-Istat Federali tas-Sassonja-Anhalt), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Sven SCHULZE, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Minister für Wirtschaft, Tourismus, Landwirtschaft und Forsten des Landes Sachsen-Anhalt (Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, it-Turiżmu, l-Agrikoltura u l-Forestrija tal-Istat Federali tas-Sassonja-Anhalt), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/64


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/287

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti għal finijiet oħra ta’ tidwil ġenerali u għal finijiet speċjali oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/571/UE (2), il-Kummissjoni tat, fost affarijiet oħra, eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti lineari oħra għal finijiet oħra ta’ tidwil ġenerali u għal finijiet speċjali oħra (eż. lampi tal-induzzjoni)(“l-eżenzjoni”), li issa hija elenkata bħala l-eżenzjoni 2(b)(4) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2016, f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

L-eżenzjoni tkopri grupp mhux omoġenju ta’ lampi b’għamliet, teknoloġiji, applikazzjonijiet u finijiet differenti. Il-merkurju jintuża fit-tubu bi skarika, li huwa essenzjali biex l-enerġija elettrika tiġi kkonvertita f’dawl.

(6)

Fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni (“l-applikazzjoni għat-tiġdid”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, li ġiet aġġornata fl-20 ta’ Jannar 2020 b’applikazzjoni għat-tiġdid addizzjonali. F’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dik id-Direttiva, l-eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(7)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, ikkonkludiet li attwalment is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-merkurju fl-applikazzjonijiet ikkonċernati mhix prattikabbli teknikament. Dik l-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

(8)

L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu.

(9)

Għalhekk jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni meta jitqies l-għan ġenerali li l-eżenzjonijiet mir-restrizzjoni għal ċerti materjali jew komponenti speċifiċi jenħtieġ li jkunu limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tagħhom, sabiex tinkiseb eliminazzjoni gradwali tas-sustanzi perikolużi fl-EEE.

(10)

Sabiex tkun tista’ ssir rivalutazzjoni f’waqtha tad-disponibbiltà ta’ lampi ta’ sostituzzjoni ħielsa mill-merkurju għall-varjetà wiesgħa ta’ tipi ta’ lampi koperti minn din l-eżenzjoni, jixraq li jingħata t-tiġdid tal-eżenzjoni għal perjodu limitat ta’ tliet snin. Madankollu, għal kategoriji ta’ lampi speċifiċi, b’mod partikolari l-lampi li jemettu dawl fl-ispettru mhux viżibbli (is-subentrata 2(b)(4)–II ġdida tal-Anness III) u l-lampi ta’ emerġenza (is-subentrata 2(b)(4)–III ġdida tal-Anness III), hemm informazzjoni suffiċjenti li s-sostituzzjoni mhijiex prattikabbli teknikament fis-snin li ġejjin u għal dawk il-kategoriji ta’ lampi, perjodu ta’ validità ta’ ħames snin għandu jkun ġġustifikat, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi kontinwi biex tinstab sostituzzjoni affidabbli, x’aktarx li t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni mhux se jkollu impatti avversi fuq l-innovazzjoni.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2022 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 2(b)(4) hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni u dati tal-applikabbiltà

“2(b)(4)–I

Lampi għal finijiet oħra ta’ tidwil ġenerali u għal finijiet speċjali oħra (eż. lampi tal-induzzjoni): 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

2(b)(4)–II

Lampi li jemettu prinċipalment dawl fl-ispettru ultravjola: 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

2(b)(4)–III

Lampi ta’ emerġenza: 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/68


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/288

tat-22 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ kenn tar-rescEU u l-modifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċitajiet tat-Timijiet Mediċi ta’ Emerġenza tat-Tip 3

(notifikata bid-dokument C(2022) 963)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1)(g) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tistabbilixxi l-qafas legali tar-rescEU. Ir-rescEU hija riżerva ta’ kapaċitajiet fil-livell tal-Unjoni li għandha l-għan li tipprovdi assistenza f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza partikolari fejn il-kapaċitajiet eżistenti ġenerali fil-livell nazzjonali u dawk impenjati mill-Istati Membri għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili ma jkunux jistgħu jiżguraw rispons effettiv għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ddeterminati billi jitqiesu r-riskji identifikati u dawk emerġenti, il-kapaċitajiet ġenerali u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni. Hemm erba’ oqsma li fuqhom jenħtieġ li r-rescEU tiffoka b’mod partikolari, jiġifieri t-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (chemical, biological, radiological and nuclear, “CBRN”), ir-rispons mediku ta’ emerġenza, kif ukoll it-trasport u l-loġistika.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 (2) tistabbilixxi l-kompożizzjoni inizjali tar-rescEU f’termini ta’ kapaċitajiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità tagħha. S’issa, ir-riżerva tar-rescEU tikkonsisti f’kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru, timijiet mediċi ta’ emerġenza, il-ħażna ta’ tagħmir mediku jew tagħmir protettiv personali (“kapaċitajiet ta’ ħażna medika”), jew it-tnejn li huma, kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRN u kapaċitajiet ta’ ħażna CBRN.

(4)

Analiżi tar-riskji identifikati u emerġenti kif ukoll tal-kapaċitajiet u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni tiżvela l-ħtieġa għal kapaċitajiet ta’ kenn temporanju.

(5)

Il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni kwalitattivi u kwantitattivi fil-kapaċitajiet ta’ kenn ġiet identifikata f’diversi operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-Mekkaniżmu tal-Unjoni”) matul dawn l-aħħar snin, u kienet riflessa fl-“Evaluation Study of Definitions, Gaps and Cost of Response Capacities for the Union Civil Protection Mechanism” (3) (Studju ta’ Evalwazzjoni ta’ Definizzjonijiet, Lakuni u l-Kost ta’ Kapaċitajiet ta’ Rispons għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili) tal-2019. Barra minn hekk, l-esperjenza operazzjonali mit-terremoti li laqtu lill-Kroazja f’Marzu 2020 u f’Diċembru 2020 ikkonfermat il-lakuna għal kapaċitajiet ta’ kenn minkejja operazzjonijiet ta’ rispons fil-pront fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni li fihom ipparteċipaw diversi Stati Membri.

(6)

L-għan ewlieni tal-kapaċità ta’ kenn temporanju tar-rescEU, meta tiġi skjerata matul operazzjoni ta’ rispons fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, huwa li tipprovdi kenn temporanju lill-popolazzjonijiet affettwati, li jinkludi spazju għall-akkomodazzjoni, għall-iġjene u s-sanità, għas-servizzi mediċi bażiċi u għal-laqgħat soċjali.

(7)

Jenħtieġ li l-kapaċità ta’ kenn temporanju tar-rescEU tikkonsisti f’riżerva fiżika ta’ assi ta’ kwalità għolja għal rispons rapidu jew riżerva virtwali ta’ assi modifikabbli li jistgħu jiġu skjerati f’fażi sussegwenti meta meħtieġa għal operazzjonijiet ta’ rispons fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, jew it-tnejn li huma.

(8)

Skont l-Artikolu 12(4) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċitajiet ta’ rispons li jiffurmaw parti mir-rescEU għandhom jiġu definiti f’konsultazzjoni mal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-istandards minimi għal kapaċitajiet ta’ kenn temporanju jkunu bbażati fuq l-istandards ta’ kenn fil-kapitlu “Shelter and Settlement” (Kenn u Insedjament) tal-iSphere Handbook (Il-Manwal Sphere) (4).

(9)

Jenħtieġ li l-kapaċitajiet ta’ kenn temporanju jiġu stabbiliti biex jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, f’konformità mal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3d tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri.

(10)

Sabiex tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-iżvilupp ta’ dawn il-kapaċitajiet ta’ kenn temporanju, f’konformità mal-Artikolu 21(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jenħtieġ li l-kostijiet eliġibbli jiġu stabbiliti billi jitqiesu l-kategoriji stipulati fl-Anness Ia ta’ din id-Deċiżjoni.

(11)

L-inizjattiva tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) reċentement irrevediet l-istandards (5) għall-kapaċitajiet tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tat-tip 3 (Kura Inpatient b’Riferiment). Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ kwalità għal dan it-tip ta’ Tim Mediku ta’ Emerġenza tar-rescEU jiġu mmodifikati kif xieraq.

(12)

Ir-riflessjonijiet fuq it-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 komplew juru l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà u modularità tal-kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tar-rescEU. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rescEU jinkludi kapaċitajiet tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tat-tip 2 (Kura Inpatient Kirurġika ta’ Emerġenza) ikkomplementati minn servizzi ta’ kura speċjalizzata, f’konformità mal-istandards tal-inizjattiva tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO.

(13)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 tiġi emendata kif xieraq.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 33(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)   ‘Tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3 (Kura Inpatient b’Riferiment)’ tfisser tim ta’ emerġenza skjerabbli ta’ persunal mediku u persunal ewlieni ieħor imħarreġ u mgħammar biex jittratta pazjenti affettwati minn diżastru u li jipprovdi kura inpatient kirurġika b’riferiment, inkluż kapaċità ta’ kura intensiva.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“(3)   ‘Riżerva ta’ kenn virtwali’ tfisser arranġament wieħed jew aktar arranġamenti ma’ fornituri magħżula li għandhom jiġu attivati fuq talba biex jipprovdu ċerti kwantitajiet ta’ assi speċifiċi f’perjodu ta’ żmien predefinit.”;

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-ħames inċiż huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“—

kapaċitajiet fil-qasam ta’ inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari.”

(ii)

jiżdied is-sitt inċiż li ġej:

“—

kapaċitajiet ta’ kenn.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 2 (Kura Inpatient Kirurġika ta’ Emerġenza) jew tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3 (Kura Inpatient b’Riferiment), jew it-tnejn li huma;”

(ii)

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

kapaċitajiet ta’ ħażna kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (chemical, biological, radiological, and nuclear, CBRN);”

(iii)

jiżdied il-punt (i) li ġej:

“(i)

kapaċitajiet ta’ kenn temporanju.”

(3)

L-Artikolu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3a

Il-kostijiet eliġibbli tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru tar-rescEU, tal-kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 2 u tat-tip 3, tal-ħażna medika, tad-dekontaminazzjoni CBRN, tal-kapaċitajiet ta’ ħażna CBRN u tal-kapaċitajiet ta’ kenn temporanju

Il-kategoriji tal-kostijiet kollha msemmija fl-Anness Ia tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost eliġibbli totali tal-kapaċitajiet tar-rescEU.”

(4)

fl-Artikolu 3e, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Il-kapaċitajiet tar-rescEU msemmija fl-Artikolu 2(2)(c) sa (i) għandhom jiġu stabbiliti bl-għan li jimmaniġġjaw riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.

4.   Meta l-kapaċitajiet ta’ rescEU msemmija fl-Artikolu 2(2)(c) sa (i) jiġu skjerati skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 23(4b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.”;

(5)

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Janez LENARČIČ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta’ April 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 41).

(3)  https://ec.europa.eu/echo/system/files/2020-01/capacities_study_final_report_public.pdf

(4)  Ara “Sphere Handbook: Humanitarian Charter and Minimum Standards in Humanitarian Response” (Il-Manwal Sphere: Karta Umanitarja u Standards Minimi fir-Rispons Umanitarju), ir-raba’ edizzjoni, Ġinevra, l-Iżvizzera, 2018.

(5)  Ara “Classification and minimum standards for emergency medical teams” (Klassifikazzjoni u standards minimi għat-timijiet mediċi ta’ emerġenza), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2021.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.

Kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 2 (Kura Inpatient Kirurġika ta’ Emerġenza) jew tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3 (Kura Inpatient b’Riferiment), jew it-tnejn li huma

Kompiti

Il-forniment tat-tip 2 (Kura Inpatient Kirurġika ta’ Emerġenza) jew tat-tip 3 (Kura Inpatient b’Riferiment), jew tat-tnejn li huma, kif deskritt mill-inizjattiva globali tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO.

Il-forniment ta’ funzjonijiet speċjalizzati ta’ kura jew ta’ appoġġ, inkluż, jekk meħtieġ, permezz ta’ timijiet ta’ kura speċjalizzati kif deskritt mill-inizjattiva globali tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ trattament minimu f’konformità mal-istandards tal-inizjattiva globali tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO, fejn disponibbli.

Servizzi ta’ binhar u ta’ billejl (li jkunu disponibbli mingħajr waqfien, jekk meħtieġ).

Elementi prinċipali

F’konformità mal-istandards tal-inizjattiva globali tat-Tim mediku ta’ emerġenza tad-WHO, fejn disponibbli.

Awtosuffiċjenza

Jenħtieġ li t-tim jiżgura l-awtosuffiċjenza matul il-ħin kollu tal-iskjerament f’konformità mal-istandards tal-inizjattiva globali tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO. Japplika l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 48-72 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, u kapaċità li jsir operazzjonali fuq il-post skont l-inizjattiva globali tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO.

Kapaċità li jkun operazzjonali f’konformità mal-istandards tal-inizjattiva globali tat-Tim Mediku ta’ Emerġenza tad-WHO.”

(2)

Tiżdied it-Taqsima 9 li ġejja:

“9.

Kapaċitajiet ta’ kenn temporanju

Kompiti

Il-forniment ta’ kenn temporanju lill-popolazzjonijiet affettwati, inkluż spazju għall-akkomodazzjoni, għall-iġjene u s-sanità, għas-servizzi mediċi bażiċi u għal-laqgħat soċjali.

Il-forniment ta’ persunal għall-immaniġġjar, il-mobilizzazzjoni, l-immontar, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ unitajiet ta’ kenn meta meħtieġ. Meta jsir trasferiment, it-taħriġ tal-persunal rilevanti (lokali u/jew internazzjonali) qabel it-tluq mill-kapaċità ta’ kenn.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ kenn (1) magħmula minn assi li kapaċi jagħtu kenn lil tal-inqas 5 000 persuna meta jiġu skjerati simultanjament.

Il-kapaċità għandha tkun magħmula minn riżerva fiżika jew riżerva virtwali ta’ unitajiet ta’ kenn, jew mit-tnejn li huma.

Elementi prinċipali

Unitajiet ta’ kenn bit-tisħin (għall-kundizzjonijiet tax-xitwa), sistemi xierqa ta’ arjazzjoni (għall-kundizzjonijiet tas-sajf), u materjal bażiku, bħal sodod b’basket tal-irqad u/jew kutri.

Faċilitajiet ta’ sanità u ta’ iġjene.

Infermerija għal servizzi mediċi bażiċi.

Faċilitajiet b’diversi skopijiet għall-preparazzjoni u l-konsum tal-ikel, id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb, laqgħat soċjali.

Ġeneraturi tal-enerġija u tagħmir tad-dawl.

Settijiet bażiċi tal-iġjene.

Faċilitajiet xierqa ta’ ħażna fl-Unjoni (2), loġistika u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal-ħażna ta’ riżerva.

Arranġamenti xierqa li jiżguraw it-trasport u l-konsenja adegwati tal-unitajiet.

Persunal imħarreġ kif xieraq u assi għall-immaniġġjar, il-mobilizzazzjoni, l-immontar, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ assi fiżiċi fiż-żona affettwata.

Awtosuffiċjenza

Il-kapaċità hija li tiġi żgurata l-awtosuffiċjenza matul l-ewwel 96 siegħa ta’ skjerament.

Japplika l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE.

Skjerament

Disponibbiltà għat-tluq tar-riżerva fiżika sa mhux aktar minn 24 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Id-durata tal-missjoni u, jekk applikabbli, il-bidu tal-proċess ta’ trasferiment għandhom jiġu definiti bi qbil mal-pajjiż affettwat.


(1)  Il-kapaċità ta’ kenn għandha tikkonforma mal-istandards minimi ta’ kenn tal-kapitolu “Shelter and Settlement” (Kenn u Insedjament) tal-“[i]Sphere Handbook: Humanitarian Charter and Minimum Standards in Humanitarian Response” (Il-Manwal Sphere: Karta Umanitarja u Standards Minimi fir-Rispons Umanitarju). Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet tal-persuni vulnerabbli.

(2)  Għall-finijiet tal-loġistika tal-faċilitajiet tal-ħażna, “fl-Unjoni” tinkludi t-territorji tal-Istati Membri u tal-Istati Parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili.”


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/73


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/289

tat-22 ta’ Frar 2022

li tistabbilixxi l-infrastruttura Analiżi u Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi ERIC (AnaEE-ERIC)

(notifikata bid-dokument C(2022) 933)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bit-Taljan, bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, Franza, l-Italja, il-Finlandja u ċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudji Agronomiċi Mediterranji Avvanzati ppreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit l-ERIC Analiżi u Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi(AnaEE-ERIC) (“l-applikazzjoni”). Il-Belġju ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jipparteċipa fl-AnaEE-ERIC inizjalment bħala osservatur.

(2)

L-applikanti qablu li Franza tkun l-Istat Membru ospitanti tal-AnaEE- ERIC.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2).

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. Matul il-valutazzjoni l-Kummissjoni kisbet il-fehmiet ta’ esperti indipendenti fil-qasam tal-Analiżi u l-Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Permezz ta’ dan qed tiġi stabbilita l-infrastruttura Analiżi u Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi ERIC (AnaEE-ERIC).

2.   L-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-AnaEE-ERIC huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Mariya GABRIEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta’ Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85)


ANNESS

ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-AnaEE-ERIC

Artikolu 1

Isem

Għandu jiġi stabbilit Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) imsejjaħ “Analiżi u Esperimentazzjoni fuq l-Ekosistemi ERIC” (AnaEE-ERIC). Dan il-Konsorzju għandu jikkostitwixxi Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 723/2009.

Artikolu 2

Sede statutorja

L-AnaEE-ERIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f’Gif-sur-Yvette, Franza.

Artikolu 3

Kompitu u attivitajiet

1.   Il-kompitu prinċipali tal-AnaEE-ERIC għandu jkun li jistabbilixxi u jopera Infrastruttura ta’ Riċerka distribwita ddedikata għall-Analiżi tal-Ekosistemi u l-Esperimentazzjoni fuqhom. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi l-għodda, is-servizzi u l-għarfien meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi globali ambjentali u klimatiċi kumplessi li qed jiffaċċjaw is-soċjetajiet tal-bniedem.

2.   L-AnaEE-ERIC għandu jopera permezz tal-Hub Ċentrali (CH), maċ-Ċentru tal-Interfaċċa u s-Sinteżi (ISC), maċ-Ċentru tat-Teknoloġija (TC) u maċ-Ċentru għall-Immudellar tad-Data (DMC).

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-AnaEE-ERIC għandu:

a.

jikkoordina l-aċċess għall-Pjattaformi Nazzjonali sperimentali, analitiċi u ta’ mmudellar u jorganizza l-kollaborazzjoni mal-faċilitajiet Ewropej;

b.

jiffaċilita l-programmi u l-proġetti ta’ riċerka Ewropej;

c.

jiżviluppa t-teknoloġija, jarmonizza l-metodi, jibni sħubijiet industrijali u jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien;

d.

jikkontribwixxi għall-iskambju tal-għarfien u/jew tal-kompetenzi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) u jżid l-użu tal-potenzjal intellettwali fl-Ewropa kollha;

e.

jiżviluppa l-aċċess, il-kondiviżjoni u l-immudellar tad-data;

f.

jorganizza t-taħriġ;

g.

jimplimenta strateġija ta’ komunikazzjoni;

h.

kwalunkwe azzjoni relatata oħra meħtieġa biex jilħaq l-għanijiet tiegħu.

4.   L-AnaEE-ERIC għandu jwettaq il-kompitu prinċipali tiegħu fuq bażi mhux ekonomika. L-AnaEE-ERIC jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati dment li jkunu relatati mill-qrib mal-kompiti prinċipali stabbiliti fl-Artikolu 3(3) hawn fuq u ma jipperikolawx il-kisba tagħhom.

Artikolu 4

Durata u proċedura għall-istralċ

1.   L-AnaEE-ERIC għandu jiġi stabbilit għal perjodu inizjali ta’ 10 snin. L-Assemblea tal-Membri tista’ tiddeċiedi li testendi d-durata b’perjodi suċċessivi ta’ 10 snin.

2.   L-istralċ tal-AnaEE-ERIC għandu jiġi deċiż mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 18(10) tal-Istatuti.

3.   Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem minn meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ stralċ tal-AnaEE-ERIC, l-AnaEE-ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni.

4.   L-assi li jibqgħu wara l-ħlas tad-djun tal-AnaEE-ERIC għandhom jitqassmu bejn il-Membri prorata skont il-kontribuzzjoni annwali akkumulata tagħhom lill-AnaEE-ERIC kif speċifikat fl-Artikolu 17 tal-Istatuti.

5.   Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 jiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ stralċ, l-AnaEE-ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

6.   L-AnaEE-ERIC ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq fis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Reġim ta’ responsabbiltà

1.   L-AnaEE-ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.

2.   Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri għad-djun tal-AnaEE-ERIC, tkun xi tkun in-natura tagħhom, għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom lill-AnaEE-ERIC fir-rigward tal-aħħar sena sħiħa ta’ operazzjonijiet.

3.   L-AnaEE-ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 6

Politika ta’ aċċess għall-utenti

1.   L-aċċess għall-faċilitajiet u s-servizzi tal-AnaEE-ERIC ipprovduti mill-Hub Ċentrali jew miċ-Ċentri tas-Servizzi tal-AnaEE-ERIC għandu jiġi pprovdut abbażi ta’ prinċipji ta’ aċċess miftuħ. L-AnaEE-ERIC għandu jimplimenta regoli dwar l-aċċess għall-infrastruttura, b’politika ta’ tariffi li tipprovdi inċentivi lill-Membri tiegħu.

2.   L-AnaEE-ERIC għandu jipprovdi informazzjoni permezz tal-portal web tiegħu dwar il-gradjenti klimatiċi u bijoġeografiċi, u ħiliet u tekniki komplementari tal-pjattaformi tal-AnaEE-ERIC, sabiex jgħin lix-xjenzjati fl-istadju tal-elaborazzjoni tal-proġetti u jiffaċilita l-inkubazzjoni ta’ proġetti li jużaw diversi pjattaformi fost il-membri tiegħu.

3.   Il-Hub Ċentrali tal-AnaEE-ERIC għandu jagħti aċċess għall-faċilitajiet u s-servizzi tal-AnaEE-ERIC ipprovduti miċ-Ċentri tas-Servizzi jew il-Pjattaformi Nazzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni tal-kwalità xjentifika tal-użu propost, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni xjentifika indipendenti minn kumitat espert maħtur mill-Assemblea tal-Membri u l-fattibbiltà teknika vvalutata mill-AnaEE-ERIC. Il-kwistjonijiet etiċi possibbli involuti fi proposta jiġu ttrattati mill-Kumitat Konsultattiv Indipendenti tal-Etika (ara l-Artikolu 25 tal-Istatuti).

4.   Fil-każ li l-aċċess għar-riċerka għall-faċilitajiet u s-servizzi tal-AnaEE-ERIC ikollu jiġi ristrett għal raġunijiet ta’ kapaċità, għandha ssir għażla skont il-proċedura stabbilita fir-Regoli dwar l-Operat tal-Istatuti, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tal-għażla bbażati fuq l-eċċellenza xjentifika u l-fattibbiltà teknika u finanzjarja tal-proposti.

5.   L-AnaEE-ERIC għandu jagħmel disponibbli l-metadata ta’ kull proġett fil-bidu, kemm għall-konfigurazzjonijiet sperimentali fil-Pjattaformi Nazzjonali u għad-data prodotta miċ-ċentri tas-servizzi.

6.   Id-data għandha tkun disponibbli skont il-politika ta’ aċċess miftuħ tal-AnaEE-ERIC. L-aċċess se jkun irregolat skont ir-Regoli dwar l-Operat tal-Istatuti, li b’mod ġenerali jkollhom perjodu komuni ta’ konċessjoni, li warajh id-data għandha ssir disponibbli għall-pubbliku. Il-Politika ta’ Aċċess għandha tqis il-qafas ġuridiku Ewropew (1) għall-Protezzjoni tad-Data relatat mal-kondiviżjoni ta’ data personali tal-utenti fost il-membri.

Artikolu 7

Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika

L-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC għandhom jiġu evalwati kull ħames snin minn kumitat xjentifiku indipendenti ad hoc. L-Assemblea tal-Membri għandha tagħti bidu għal evalwazzjoni bħal din u, jekk ikun xieraq, tagħti direzzjonijiet speċifiċi. Ir-Regoli dwar l-Operat tal-Istatuti jiddefinixxu l-prinċipji u l-proċeduri ta’ din l-evalwazzjoni.

Artikolu 8

Politika tad-Disseminazzjoni

1.   L-AnaEE-ERIC għandu jkun faċilitatur tar-riċerka, u bħala regola ġenerali, għandu jħeġġeġ l-aktar aċċess liberu possibbli għad-data ta’ riċerka.

2.   L-AnaEE-ERIC għandu jitlob lill-utenti biex jagħmlu r-riżultati tar-riċerka tagħhom disponibbli għall-pubbliku, u jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli permezz tal-AnaEE-ERIC.

3.   L-AnaEE-ERIC għandu juża diversi mezzi biex jilħaq l-udjenzi fil-mira, inkluż portal web, bullettin, workshops, preżenza f’konferenzi, artikli f’rivisti u fil-gazzetti ta’ kuljum, networks soċjali, eċċ.

Artikolu 9

Politika dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali

1.   Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali maħluqa, miksuba, żviluppati jew li ġejjin mill-AnaEE-ERIC waqt l-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu l-proprjetà ta’ AnaEE-ERIC.

2.   Soġġett għat-termini ta’ kwalunkwe kuntratt bejn l-AnaEE-ERIC u l-Membri jew l-Osservaturi, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kollha maħluqa, miksuba, żviluppati jew li ġejjin minn Membru jew Osservatur għandhom ikunu proprjetà ta’ dak il-Membru jew Osservatur.

Artikolu 10

Politika tal-Impjiegi

1.   Il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-AnaEE-ERIC għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet tal-pajjiż li fih huwa impjegat il-persunal jew mil-liġijiet tal-pajjiż fejn jitwettqu l-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC.

2.   Il-proċeduri tal-għażla għall-pożizzjonijiet tal-persunal tal-AnaEE-ERIC għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u jirrispettaw l-opportunitajiet ugwali. Ir-reklutaġġ u l-impjieg ma għandhomx ikunu diskriminatorji.

3.   Ir-reklutaġġ jitwettaq permezz ta’ pubblikazzjoni internazzjonali ta’ sejħa.

Artikolu 11

Politika tal-akkwist

1.   L-AnaEE-ERIC għandu jittratta l-kandidati tal-akkwisti u l-offerenti b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunux ibbażati fl-Unjoni Ewropea jew le. Il-politika dwar l-akkwist tal-AnaEE-ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni. Regoli dettaljati u kriterji dwar il-proċeduri tal-akkwist għandhom jiġu stabbiliti fir-Regoli tal-Operat tal-Istatuti.

2.   L-akkwist minn Membri u minn Osservaturi li jikkonċerna l-attivitajiet tal-AnaEE-ERIC għandu jsir b’tali mod li tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-ħtiġijiet, lir-rekwiżiti tekniċi u lill-ispeċifikazzjonijiet tal-AnaEE-ERIC maħruġa mill-korpi rilevanti.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/79


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/290

tat-22 ta’ Frar 2022

li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b)(e) u l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 292 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (1).

(2)

Fit-2 ta’ Frar 2021, il-Kunsill emenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE (2) u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni sabiex jaġġorna l-kriterji użati biex jiġi vvalutat jekk vjaġġar mhux essenzjali minn pajjiżi terzi huwiex sikur u jekk dan jenħtieġx li jkun permess.

(3)

L-istess emenda introduċiet mekkaniżmi biex trażżan it-tixrid tal-varjanti ta’ tħassib tal-virus SARS-CoV-2 fl-UE (3).

(4)

Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill emenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 (4) biex iqis il-varar u l-effetti pożittivi tal-kampanji ta’ tilqim biex jillimitaw it-tixrid tal-virus, kif ukoll biex ikompli jillimita l-importazzjoni u t-tixrid fl-UE tal-varjanti ta’ interess u ta’ tħassib emerġenti.

(5)

Fl-14 ta’ Ġunju 2021, il-Parlament u l-Kunsill adottaw ir-Regolamenti (UE) 2021/953 (5) u (UE) 2021/954 (6) dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE wera li huwa għodda fundamentali biex in-nies jerġgħu jitħallew jivvjaġġaw fl-UE.

(6)

Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (UE) 2021/953, il-Kummissjoni adottat diversi atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn ċertu pajjiż terz għandhom jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Għalhekk, iċ-ċertifikati tat-tilqim, tal-irkupru u tal-ittestjar koperti minn tali atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jiġu awtentikati b’mod sigur u affidabbli. Għalhekk, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, u b’mod partikolari d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan, ukoll iffaċilitaw il-ftuħ mill-ġdid sikur tal-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi lejn l-UE. (7)

(7)

L-approċċ attwali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 jenħtieġ li jiġi aġġornat biex iqis l-istabbiliment taċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kif ukoll iqis l-evoluzzjoni tal-pandemija, inkluż il-feġġ tal-varjant ta’ tħassib Omicron, iż-żieda fit-teħid tat-tilqima u t-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar madwar id-dinja.

(8)

Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu u fid-dawl tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, appella għal aktar koordinazzjoni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu ġewwa l-UE u l-ivvjaġġar lejha, u għal reviżjoni taż-żewġ Rakkomandazzjonijiet, inkluż ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912.

(9)

Jenħtieġ li l-perijodu standard ta’ aċċettazzjoni għaċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa minn pajjiżi terzi wara t-tlestija ta’ sensiela ta’ tilqim primarju jkun ta’ 270 jum. Sabiex jiġi żgurat approċċ koordinat, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jaċċettawx ċertifikati tat-tilqim maħruġa wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju jekk ikunu għaddew aktar minn 270 jum minn meta tingħata d-doża indikata fihom. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim li jindikaw li tkun ittieħdet doża addizzjonali wara t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim.

(10)

Biex jiġi ffaċilitat aktar l-ivvjaġġar sikur lejn l-UE, jenħtieġ li l-livell limitu għar-rata kumulattiva fuq 14-il jum tan-notifiki tal-każijiet ta’ COVID-19 jiżdied minn 75 għal 100 għal kull 100 000 abitant. Fl-istess ħin, kif ukoll biex jitqies it-titjib fil-kapaċitajiet ta’ ttestjar kważi sentejn wara li feġġ il-virus għall-ewwel darba, jenħtieġ ukoll li r-rata minima ta’ ttestjar meħtieġa fil-ġimgħa tiżdied minn 300 test għal 600 test għal kull 100 000 abitant. Jenħtieġ li dan ikompli jżid l-affidabbiltà tad-data użata biex tiddetermina sa liema punt jenħtieġ li jkun possibbli vjaġġar mhux essenzjali minn pajjiż terz partikolari.

(11)

Sabiex jippermettu vjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni u jżidu l-prevedibbiltà għall-vjaġġaturi minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Istati Membri mhux biss jaċċettaw il-vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), iżda wkoll dawk li jkunu lestew il-proċedura ta’ tqegħid fuq il-lista għall-użu ta’ emerġenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

(12)

Barra minn hekk, bħala alternattiva għat-tilqim, jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu vjaġġar mhux essenzjali lill-persuni li jkunu rkupraw mill-COVID-19 fi żmien 180 jum qabel ma jivvjaġġaw lejn l-UE u li jkollhom ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew wieħed meqjus ekwivalenti għalih.

(13)

Fl-istess ħin, biex jitnaqqas aktar ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-virus SARS-CoV-2, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll prova valida ta’ test negattiv ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (real-time polymerase chain reaction, RT-PCR) qabel it-tluq tal-vjaġġatur, meta dan jew (i) ikun irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun lesta l-proċess ta’ Tqegħid fuq il-Lista għall-Użu ta’ Emerġenza tad-WHO iżda li ma jidhirx fil-lista ta’ vaċċini awtorizzati fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew (ii) ikun irkupra mill-COVID-19 fi żmien 180 jum qabel ma jivvjaġġa lejn l-UE.

(13a)

Minħabba l-fatt li jista’ ma jkunx possibbli li jiġu vverifikati l-awtentiċità, l-integrità u l-validità taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa minn pajjiżi terzi li ma jużawx il-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew ċertifikat tat-tilqim li jkun ġie rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll prova valida ta’ test negattiv tal-RT-PCR qabel it-tluq meta l-vjaġġatur ikun imlaqqam kompletament b’vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 iżda ma jkollux Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew wieħed li jkun ġie rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih.

(14)

Jenħtieġ li t-tfal li jkollhom aktar minn 6 snin u inqas minn 18-il sena ikunu jistgħu jivvjaġġaw bil-kundizzjoni li jipproduċu test negattiv tal-RT-PCR qabel it-tluq. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu ttestjar addizzjonali wara li jaslu, kwarantina jew awtoiżolament. Meta tfal ta’ aktar minn sitt snin u taħt l-età ta’ 18-il sena jkollhom fil-pussess tagħhom prova valida tal-vaċċin kontra l-COVID-19 maħruġa abbażi ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 awtorizzat fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jenħtieġ li ma jkun meħtieġ l-ebda test. Tfal taħt l-età ta’ sitt snin li jivvjaġġaw ma’ adult jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali.

(14a)

L-Istati Membri jistgħu jippermettu vjaġġar mhux essenzjali lil persuni li għalihom il-vaċċin aċċettat kontra l-COVID-19 huwa medikament kontraindikat dment li dawn il-persuni jkunu ppreżentaw id-dokumentazzjoni meħtieġa u jkunu ttestjaw negattivi għal test tal-RT-PCR qabel it-tluq.

(15)

Fid-dawl taż-żieda fit-teħid tat-tilqima madwar id-dinja, huwa adegwat li jibda jitqies li l-approċċ ibridu attwali bbażat fuq il-pajjiż/fuq il-persuna gradwalment isir approċċ ibbażat purament fuq il-persuna u t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tkun ibbażata biss fuq l-istatus tat-tilqim jew fuq il-funzjoni/il-ħtieġa li jissodisfaw il-vjaġġaturi. Madankollu, bħalissa għad hemm pajjiżi terzi b’aċċess limitat għall-vaċċini jew b’rata tat-tilqim baxxa. Għalhekk, sabiex jingħata żmien lill-pajjiżi terzi jżidu r-rati tat-tilqim tagħhom inkluż l-għoti ta’ dożi booster biex tiġi żgurata l-validità taċ-ċertifikati tat-tilqim u fuq valutazzjoni ġenerali minn qabel tas-sitwazzjoni tat-tilqim f’pajjiżi terzi abbażi ta’ data pprovduta, fost l-oħrajn, mid-Delegazzjonijiet tal-UE, sat-30 ta’ April 2022, jenħtieġ li r-Rakkomandazzjoni tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jitħassar l-Anness I b’kont meħud taż-żieda fit-teħid tat-tilqima madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill, u tista’ tippreżentalu, kif xieraq, proposta biex jitħassar l-Anness I.

(16)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jenħtieġ li d-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi jekk hijiex ser timplimentaha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni.

(17)

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fihom, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (9); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(18)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10), koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (11).

(19)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (12) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (13).

(20)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din ir-Rakkomandazzjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (14), moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/350/UE (15).

(21)

L-istatus legali ta’ din ir-Rakkomandazzjoni kif imfakkar fil-premessi 15 sa 19 huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li l-Istati Membri kollha, fl-interess tal-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, jiddeċiedu dwar it-tneħħija tar-restrizzjoni fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE b’mod ikkoordinat,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 hija emendata kif ġej:

(1)

Mill-1 ta’ Marzu 2022, fil-punt 2, it-tieni paragrafu, iċ-ċifra “75” tinbidel f’“100” u ċ-ċifra “300” tinbidel f’“600”;

(2)

Mill-1 ta’ Marzu 2022, fil-punt 6a, l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-punt 6 (a) u (b), meta l-Istati Membri jaċċettaw prova tat-tilqim sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar biex jillimitaw it-tixrid tal-COVID-19, jenħtieġ li fil-prinċipju, l-Istati Membri jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE fir-rigward ta’ tali vjaġġaturi li jkunu rċevew l-aħħar doża rakkomandata ta’ wieħed mill-vaċċini kontra l-COVID-19 awtorizzati fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (*1) mhux aktar tard minn 14-il jum qabel ma jidħlu fiż-żona UE+, dment li jkunu għaddew inqas minn 270 jum minn meta tkun ingħatat id-doża indikata fiċ-ċertifikat tat-tilqim għat-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju, jew tkun ingħatat doża addizzjonali wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju.

Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE fir-rigward ta’ tali vjaġġaturi li jkunu rċevew l-aħħar doża rakkomandata ta’ wieħed mill-vaċċini tal-COVID-19 li jkunu lestew il-proċess ta’ Tqegħid fuq il-Lista għall-Użu ta’ Emerġenza tad-WHO mhux aktar tard minn 14-il jum qabel ma jidħlu fiż-żona UE+, dment li jkunu għaddew inqas minn 270 jum minn meta tkun ngħatat id-doża indikata fiċ-ċertifikat tat-tilqim għat-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju, jew tkun ngħatat doża addizzjonali wara t-tlestija tas-sensiela ta’ tilqim primarju.

Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jneħħu r-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE fir-rigward ta’ tali vjaġġaturi li jkunu rkupraw mill-COVID-19 fi żmien 180 jum qabel ma jivvjaġġaw lejn l-UE.

Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-vjaġġaturi li jixtiequ jagħmlu vjaġġ mhux essenzjali lejn Stat Membru jkollhom fil-pussess tagħhom jew:

(a)

prova valida tal-vaċċin kontra l-COVID-19 maħruġa abbażi ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 awtorizzat fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew,

(b)

prova valida tal-vaċċin kontra l-COVID-19 maħruġa abbażi ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun lesta l-proċess ta’ Tqegħid fuq il-Lista għall-Użu ta’ Emerġenza tad-WHO iżda li ma jidhirx fil-lista ta’ vaċċini awtorizzati fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew,

(c)

prova valida ta’ rkupru.

Għall-vjaġġaturi li jaqgħu taħt il-punti b) u c) hawn fuq, l-Istat Membru jista’ jirrikjedi wkoll prova valida ta’ test negattiv ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (RT-PCR) li jsir mhux qabel 72 siegħa qabel it-tluq. Għall-vjaġġaturi li jaqgħu taħt il-punt b) l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri tas-saħħa addizzjonali bħall-iżolament, il-kwarantina jew li jirċievu vaċċin awtorizzat fl-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

Minbarra ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw tali provi tat-tilqim kontra l-COVID-19 jew tal-irkupru minnu jekk dawn jikkorrispondu għal ċertifikati li jkunu tqiesu ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament.

Fejn ma jkun ġie adottat l-ebda att bħal dan li jikkonċerna ċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiż terz, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw, f’konformità mal-liġi nazzjonali, prova tal-ittestjar u tat-tilqim maħruġa mill-pajjiż terz, filwaqt li titqies il-ħtieġa tkun tista’ ssir verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikat, u jekk ikunx fih id-data rilevanti kollha kif previst fir-Regolament (UE) 2021/953.

F’każ bħal dan, jistgħu jirrikjedu prova valida ta’ test negattiv tal-RT-PCR qabel it-tluq għal vjaġġaturi mlaqqma kompletament b’vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill iżda li ma jkollhomx Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew wieħed li jkun ġie rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih.

Sakemm ma jkunux koperti mid-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, tfal bejn sitt snin u 18-il sena jenħtieġ ukoll li jitħallew jagħmlu vjaġġ mhux essenzjali lejn Stat Membru jekk ikollhom prova valida ta’ test negattiv ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (RT-PCR) li jkun sar mhux qabel 72 siegħa qabel it-tluq. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu ttestjar addizzjonali wara l-wasla, kif ukoll kwarantina jew awtoiżolament. Tfal taħt l-età ta’ sitt snin li jivvjaġġaw ma’ adult jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali.”

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1)."

(3)

Jiddaħħal il-punt (12) ġdid:

“12.

Sat-30 ta’ April 2022, ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ tiġi riveduta mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jitħassar l-Anness I b’kont meħud taż-żieda fit-teħid tat-tilqim madwar id-dinja.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill, u tista’ tippreżentalu, kif xieraq, proposta biex jitħassar l-Anness I.”

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 tat-30 ta’ Ġunju 2020 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU LI 208, 1.7.2020, p. 1).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/132 tat-2 ta’ Frar 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU L 41, 4.2.2021, p. 1).

(3)  Iż-“żona UE+” tinkludi l-Istati Membri kollha ta’ Schengen (inkluż il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija), kif ukoll l-erba’ Stati Assoċjati ma’ Schengen. Din tinkludi wkoll l-Irlanda jekk tiddeċiedi li tallinja.

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/816 tal-20 ta’ Mejju 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU L 182, 21.5.2021, p. 1).

(5)  Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1).

(6)  Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

(7)  Il-lista aġġornata ta’ deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza hija ppubblikata fuq din il-paġna web:

https://ec.europa.eu/info/publications/commission-implementing-decisions-eu-equivalence-covid-19-certificates-issued-non-eu-countries_mt

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(13)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(14)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(15)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/84


DEĊIŻJONI Nru 1/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2022/291]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(5)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt (d) tal-Artikolu 164(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (“il-Kumitat Konġunt”) li jadotta deċiżjonijiet li jemendaw lil dak il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kinux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw it-tali deċiżjonijiet, li għandu jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tiġi emendata billi jiżdiedu ħames deċiżjonijiet u żewġ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li ma kinux elenkati qabel fiha u billi jiġu sostitwiti żewġ deċiżjonijiet.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Rakkomandazzjoni Nru A1 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-ħruġ tal-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tiżdied taħt “Leġiżlazzjoni applikabbli (serje A)”;

(2)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. E6 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar id-determinazzjoni ta’ meta messaġġ elettroniku jitqies li legalment wasal fis-sistema tal-Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (Electronic Exchange of Social Security Information, EESSI) (3)tiżdied taħt “Skambju Elettroniku tad-Data (serje E)”;

(3)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. H9 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 (4) tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;

(4)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. H10 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (5) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet Orizzontali (serje H);

(5)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. H11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 (6) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;

(6)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Rakkomandazzjoni Nru. H2 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar l-inklużjoni ta’ karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni f’Dokumenti Portabbli maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru u li turi l-pożizzjoni ta’ persuna għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;

(7)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni S11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (8) għandha tiżdied taħt “Mard (serje S)”;

(8)

Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jitneħħew l-atti li ġejjin u jiġu sostitwiti:

(a)

Id-Deċiżjoni Nru. H8 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-metodi ta’ operazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (9), li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru. H10 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (10);

(b)

Id-Deċiżjoni Nru. S9 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (11), li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru. S11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (12).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

Maroš ŠEFČOVIČ

Elizabeth TRUSS


(1)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(2)  ĠU C 183, 29.5.2018, p. 5.

(3)  ĠU C 355, 4.10.2018, p. 5.

(4)  ĠU C 259, 7.8.2020, p. 9.

(5)  ĠU C 89, 16.3.2021, p. 6.

(6)  ĠU C 170, 6.5.2021, p. 4.

(7)  ĠU C 147, 29.4.2019, p. 6.

(8)  ĠU C 236, 18.6.2021, p. 4.

(9)  ĠU C 263, 20.7.2016, p. 3.

(10)  ĠU C 89, 16.3.2021, p. 6.

(11)  ĠU C 279, 27.9.2013, p. 8.

(12)  ĠU C 236, 18.6.2021, p. 4.


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/86


DEĊIŻJONI Nru 2/2022 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni Nru 7/2020 li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim [2022/292]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 171(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 171(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), il-Kumitat Konġunt stabbilixxa, sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit skont dan il-Ftehim, lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ordinarji ta’ bord ta’ arbitraġġ. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li l-lista tkun konformi mar-rekwiżiti fi kwalunkwe mument.

(2)

Skont l-Artikolu 171(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ xi Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit.

(3)

Waħda mill-persuni fuq il-lista li proposta mill-Unjoni nħatret bħala membru bħala istituzzjoni tal-Unjoni u għalhekk ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti biex tkun arbitru skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(4)

Għaldaqstant hemm bżonn li dik il-persuna fuq il-lista ta’ persuni stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 7/2020 tal-Kumitat Konġunt (2) tiġi sostitwita,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ 25 persuna lesti u kapaċi jservu bħala arbitri skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ kif stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 7/2020 tal-Kumitat Konġunt hija emendata kif ġej:

Is-Sinjura Tamara ĆAPETA hija sostitwita mis-Sur Ezio PERILLO.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

Maroš ŠEFČOVIČ

Elizabeth TRUSS


(1)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(2)  ĠU L 443, 30.12.2020, p. 22.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/87


DEĊIŻJONI DELEGATA Nru 271/21/COL TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

tat-3 ta’ Diċembru 2021

li tistabbilixxi programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu 2022–2026 li għandhom jitwettqu fl-Iżlanda u fin-Norveġja biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE fil-qasam tal-ikel u dak veterinarju [2022/293]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari l-Protokoll 1 tiegħu;

Wara li kkunsidrat l-att imsemmi fil-Punt 11b fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u l-Punt 31q tal-Kapitolu II tal-Anness I u l-Punt 164 tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE, ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1) (“ir-Regolament (UE) 2017/625”), u b’mod partikolari l-Artikolu 118(1) tiegħu,

kif emendat u kif adattat għall-Ftehim ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu u l-adattamenti settorjali msemmija fl-Annessi I u II tiegħu,

Billi:

Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġislazzjoni taż-ŻEE fil-qasam tal-ikel u veterinarju tinsab f’idejn l-Istati taż-ŻEE, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jimmonitorjaw u jivverifikaw, billi jorganizzaw kontrolli uffiċjali, li r-rekwiżiti rilevanti taż-ŻEE jkunu rispettati u infurzati b’mod effettiv.

Mill-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 isegwi li l-esperti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) għandhom iwettqu kontrolli, inklużi awditi, fl-Iżlanda u fin-Norveġja biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE. Dawn il-kontrolli tal-Awtorità għandhom jitwettqu fl-oqsma tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-produzzjoni organika u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti li jħaddmuhom.

Mill-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jirriżulta li l-Awtorità għandha tistabbilixxi programm ta’ kontroll għall-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-esperti tagħha fl-Iżlanda u fin-Norveġja kif previst fl-Artikolu 116(1) ta’ dak ir-regolament.

Dan il-programm pluriennali ta’ kontrolli huwa stabbilit għal ċerti oqsma ta’ prijorità għall-perjodu 2022-2026. Il-kriterji użati għall-prijoritizzazzjoni jinkludu fost l-oħrajn riskji identifikati u suġġetti emerġenti (pereżempju mard tal-annimali jew kriżijiet tal-ikel jew tal-għalf), ir-rilevanza ta’ settur fl-Iżlanda u fin-Norveġja, il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-qasam rilevanti u informazzjoni minn sorsi rilevanti, inklużi l-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-programm ta’ kontroll tagħha. (2)

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu 2022-2026 li għandu jitwettaq mill-esperti tal-Awtorità fl-Iżlanda u fin-Norveġja kif previst fl-Artikolu 116(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda u lin-Norveġja.

3.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-iffirmar tagħha.

4.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi taħt id-Deċiżjoni Delegata Nru 130/20/COL,

Högni S. KRISTJÁNSSON

Membru Responsabbli tal-Kulleġġ

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarju bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi

Placeholder for electronic signature. Please do not delete.


(1)  Inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1550 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 li għandhom jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 9).


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu 2022–2026 li għandhom jitwettqu minn esperti tal-Awtorità fl-Iżlanda u fin-Norveġja f’oqsma koperti mir-Regolament (UE) 2017/625.

Il-programm pluriennali ta’ kontrolli jkopri l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 kif ukoll oqsma oħra previsti f’dak ir-Regolament, bħall-frodi u l-kontrolli tal-importazzjoni.

L-Awtorità identifikat ċerti oqsma ta’ prijorità fl-oqsma tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati, il-produzzjoni organika, il-kontrolli tal-frodi u tal-importazzjoni, u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti.

Il-kontrolli tal-Awtorità għandhom ikopru oqsma ta’ prijorità identifikati fl-Iżlanda u fin-Norveġja. Il-kwistjonijiet speċifiċi koperti minn kontrolli individwali għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjoni f’kull wieħed mill-Istati u għall-Islanda, ikunu soġġetti għal eċċezzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tas-saħħa u l-benessri tal-annimali.

L-esperti tal-Awtorità għandhom iwettqu l-kontrolli, li jinkludu verifiki fuq il-post, awditi, u analiżijiet ibbażati fuq id-dokumentazzjoni, skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kontrolli mill-Awtorità jsiru biex jinkiseb livell għoli ta’ kopertura f’oqsma identifikati bħala prijorità mill-Awtorità u li jeħtieġu skrutinju dwar il-livell ta’ implimentazzjoni u l-effettività tas-sistemi ta’ kontrolli uffiċjali u tal-miżuri ta’ infurzar.

Il-Parti A tal-Anness telenka l-oqsma rilevanti ta’ kontrolli flimkien mal-objettivi għall-kontrolli tal-Awtorità għall-perjodu 2022-2026. Fil-Parti B tal-Anness jiġu identifikati l-oqsma ta’ prijorità taħt kull qasam ta’ kontroll.

Parti A – Oqsma ta’ kontrolli u għanijiet tal-kontrolli tal-Awtorità

1.   L-ikel u s-sikurezza tal-ikel

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel li tirregola l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li joriġina mill-annimali u li ma joriġinax mill-annimali (li jkopri wkoll it-traċċabbiltà u t-tikkettar, is-sikurezza mikrobijoloġika u ż-żoonożi li tinġarr mill-ikel), ir-residwi u l-kontaminanti, l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi u l-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa, il-materjali u l-oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

2.   L-għalf u s-sikurezza tal-għalf

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola s-sikurezza tal-għalf (inklużi l-iġjene tal-għalf, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, il-kontaminanti, it-traċċabbiltà u t-tikkettar tal-għalf), l-għalf medikat, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-għalf u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

3.   Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuqhom.

4.   Is-saħħa tal-annimali

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola s-saħħa tal-annimali, b’enfasi fuq il-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali, programmi biex jinkiseb status ħieles mill-mard u ż-żamma ta’ tali status, il-kontroll ta’ mard attiv ewlieni tal-annimali u t-tħejjija biex jiġu indirizzati tifqigħat multipli ta’ mard epiżootiku, u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

5.   Il-benessri tal-annimali

Li tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE li tirregola t-trattament xieraq tal-annimali għall-produzzjoni fl-irziezet, matul it-trasport u waqt it-tbiċċir, id-depopolazzjoni u l-qtil b’emerġenza, u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

6.   Il-produzzjoni organika

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola l-produzzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuqhom.

7.   Dħul fiż-ŻEE ta’ oġġetti u annimali minn pajjiżi terzi

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli taż-ŻEE li tirregola l-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Iżlanda u fin-Norveġja minn pajjiżi terzi, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u r-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi taż-ŻEE applikabbli għall-annimali u l-oġġetti rilevanti. Se jkun hemm enfasi speċjali fuq ir-regoli stabbiliti bir-Regolament (UE) 2017/625 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni relatati.

8.   Aspetti ġenerali u orizzontali

Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE applikabbli li tirregola l-identifikazzjoni u s-segwitu ta’ prattiki frodulenti jew qarrieqa f’oqsma koperti mir-Regolament (UE) 2017/625 u l-kontrolli uffiċjali fuqhom. Biex jiġi vverifikat li l-Iżlanda u n-Norveġja jieħdu miżuri ta’ segwitu xierqa biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas speċifiku jew sistemiku identifikat permezz tal-kontrolli tal-Awtorità. Biex jiġu vverifikati l-arranġamenti fis-seħħ għall-verifika tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali.

Parti B – Oqsma ta’ prijorità

 

Qasam ta’ prijorità

2022 - 2026

L-ikel u s-sikurezza tal-ikel

Ikel li joriġina mill-annimali

Is-sikurezza tal-laħam tal-mammiferi u tal-għasafar u tal-prodotti tagħhom, tal-ħalib u tal-prodotti tiegħu, tal-prodotti tas-sajd u l-iġjene tal-produzzjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin

Ikel li ma joriġinax mill-annimali

Is-sikurezza tal-frott u tal-ħaxix, tal-ħxejjex aromatiċi, tal-ħwawar u tan-nebbieta, inklużi kontaminanti

 

Residwi u kontaminanti

Residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji, pestiċidi u kontaminanti ambjentali

Informazzjoni għall-konsumaturi dwar l-ikel u l-użu ta’ indikazzjonijiet nutrizzjonali u dwar is-saħħa

Informazzjoni għall-konsumaturi dwar l-ikel u l-użu ta’ indikazzjonijiet nutrizzjonali u dwar is-saħħa

 

Il-materjali u l-oġġetti f’kuntatt mal-ikel

 

Il-materjali u l-oġġetti f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel

L-għalf u s-sikurezza tal-għalf

Is-sikurezza ġenerali tal-għalf

Is-sikurezza tal-għalf fl-istadji kollha, inklużi l-produzzjoni primarja, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, l-iġjene tal-għalf, it-traċċabbiltà, it-tikkettar u l-kontaminanti

Għalf medikat

 

Produzzjoni, distribuzzjoni u użu ta’ għalf medikat

Il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-għalf

 

It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf, inkluż it-tikkettar u l-informazzjoni lill-utenti, l-imballaġġ u l-preżentazzjoni

Prodotti sekondarji tal-annimali

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

Is-saħħa tal-annimali

Is-saħħa ta’ annimali akkwatiċi

Ġestjoni tas-saħħa tal-annimali inklużi programmi biex jinkiseb stat ħieles mill-mard u ż-żamma ta’ tali stat, u mard epiżootiku attiv (eż. influwenza avjarja)

Is-saħħa ta’ annimali terrestri

Tħejjija u prevenzjoni

Ippjanar ta’ kontinġenza

Benessri tal-Annimali

Fir-razzett

Majjali, tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tas-simna, ruminanti żgħar u bhejjem tal-ifrat

It-trasport

Waqt il-qtil

 

Tbiċċir, qtil b’emerġenza u qtil għall-fini ta’ depopolazzjoni

Il-produzzjoni organika

Il-produzzjoni organika

Il-produzzjoni organika

Dħul fiż-ŻEE ta’ oġġetti u annimali minn pajjiżi terzi

Il-konformità tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Konformità ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ċentri ta’ spezzjoni deżinjati mill-ġdid u ġodda

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti

Kontrolli uffiċjali fuq annimali ħajjin u prodotti li ma joriġinawx mill-annimali u li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi

Aspetti ġenerali u orizzontali

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet settorjali u rieżami ġenerali

Frodi

Arranġamenti fis-seħħ għall-ġlieda kontra prattiki frawdolenti jew qarrieqa

Verifika tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali

Arranġamenti fis-seħħ għall-verifika tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali


Rettifika

24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/93


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall- Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 231 tal-30 ta' Ġunju 2021 )

Fil-paġna 699, l-Anness XXVI, il-punt 7 u 7(a),

minflok:

“7.

Il-pakkett finanzjarju għandu jinkiseb billi tiġi mmultiplikata l-intensità medja tal-għajnuna per capita u kull sena ta' EUR 62,9 bil-popolazzjoni eliġibbli. L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru eliġibbli għal dan il-pakkett finanzjarju teoretiku tikkorrispondi għal perċentwal ibbażat fuq il-popolazzjoni tiegħu, iż-żona tal-wiċċ u l-prosperità nazzjonali, u għandu jinkiseb bl-applikazzjoni tal-passi li ġejjin:

(a)

kalkolu tal-medja aritmetika tal-popolazzjoni ta' dak l-Istat Membru u taż-żona tal-wiċċ kondiviża bit-total tal-popolazzjoni u taż-żona tal-wiċċ tal-Istati Membri kollha eliġibbli. Jekk, madankollu, is-sehem ta' Stat Membru tat-total tal-popolazzjoni teċċedi s-sehem tiegħu taż-żona tal-wiċċ b'fattur ta' ħamsa jew aktar, li jirrifletti densità estremament għolja ta' popolazzjoni, hu biss is-sehem tat-total tal-popolazzjoni li għandu jiġi użat għal dan il-pass;”,

aqra:

“7.

Il-pakkett finanzjarju għandu jinkiseb billi tiġi mmultiplikata l-intensità medja tal-għajnuna per capita u kull sena ta' EUR 62,9 bil-popolazzjoni eliġibbli. L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru eliġibbli għal dan il-pakkett finanzjarju teoretiku tikkorrispondi għal perċentwal ibbażat fuq il-popolazzjoni, l-erja u l-prosperità nazzjonali tiegħu, u għandu jinkiseb bl-applikazzjoni tal-passi li ġejjin:

(a)

kalkolu tal-medja aritmetika tal-popolazzjoni ta' dak l-Istat Membru u tal-erja kondiviża bit-total tal-popolazzjoni u tal-erja tal-Istati Membri kollha eliġibbli. Jekk, madankollu, is-sehem ta' Stat Membru tat-total tal-popolazzjoni teċċedi s-sehem tiegħu tal-erja b'fattur ta' ħamsa jew aktar, li jirrifletti densità estremament għolja ta' popolazzjoni, hu biss is-sehem tat-total tal-popolazzjoni li għandu jiġi użat għal dan il-pass;”.


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/94


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2026 tat-13 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/592 dwar ċerti derogi temporanji tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-perjodu ta’ applikazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 415 tat-22 ta’ Novembru 2021 )

F’paġna 2, fl-Artikolu 1(2),

minflok:

“fl-Artikolu 10, id-data ‘15 ta’ Ottubru 2021’ hija sostitwita bid-data ‘15 ta’ Ottubru 2022’”,

aqra:

“L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 10

Applikazzjoni taż-żieda temporanja fil-kontribuzzjoni tal-Unjoni

L-Artikoli 5a, 6, 7(2) u 9 għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet magħżula mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2022.’”.


24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/95


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1702 tat-12 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi elementi addizzjonali u regoli dettaljati għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-InvestEU

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 339 tal-24 ta’ Settembru 2021 )

F’paġna 24, fit-Tabella 3, Finanzjament Intermedju, l-Indikatur 2: Impjiegi, il-firxa “Tajjeb ħafna”,

minflok:

“—

għall-garanziji: bejn 100 u 175”,

aqra:

“—

għall-garanziji: bejn 101 u 300”; u

minflok:

“—

għall-ekwità: bejn 10 u 15”,

aqra:

“—

għall-ekwità: bejn 11 u 15”.