ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 40

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
21 ta' Frar 2022

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/235 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

1

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/236 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

3

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/237 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

6

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/238 tal-21 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

8

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/239 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

10

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/240 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

21

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/241 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

23

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/242 tal-21 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

26

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/243 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

28

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/235

tal-21 ta’ Frar 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li jiżdiedu żewġ persuni u żewġ gruppi mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-intestatura “A. Persuni” hija sostitwita b’dan li ġej:

“A.

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3”;

(2)

jiżdiedu l-persuni fiżiċi li ġejjin:

“8.

Osama MAHMOOD (magħruf ukoll bħala Ustadh Usama Mahmood, Ousama Mahmood); nazzjonalità: Pakistani (preżunt).

9.

Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afganistan; nazzjonalità: Afgana.";

(3)

jiżdiedu l-intestatura u l-entrati li ġejjin:

“B.

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3

1.

Al-Qaeda fis-Subkontinent Indjan (AQIS), (magħruf ukoll bħala Al-Qa’ida fis-Subkontinent Indjan, Qaedat al-Jihad fis-Subkontinent Indjan).

2.

Da’esh –Hind Province (Da’esh –Provinċja ta’ Hind) (magħruf ukoll bħala Wilayah of Hind (Wilayah ta’ Hind), Islamic State’s Hind Province (ISHP) (Provinċja ta’ Hind tal-Istat Iżlamiku), IS-Wilayat al-Hind, Da’esh –Wilayat al-Hind).”.

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/236

tal-21 ta’ Frar 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix u tibqa’ tikkundanna l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa, u għalhekk ma tirrikonoxxix l-hekk imsejħa elezzjonijiet li saru fil-peniżola annessa illegalment tal-Krimea.

(3)

Wara l-organizzazzjoni, mill-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa elezzjonijiet għad-Duma tal-Istat fir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol f’Settembru 2021, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu ħames individwi mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għar-rwol tagħhom fit-tqegħid fil-periklu jew fit-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(4)

Għalhekk l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 78, 17.3.2014 p. 6.

ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“204.

Aleksei Yurievich CHERNIAK

(Алексей Юрьевич ЧЕРНЯК)

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 27.8.1973

Post tat-twelid: Alma-Ata, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Każakistan (issa l-Każakistan)

Nazzjonalità: Russa

Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Simferopol”.

Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.2.2022

205.

Leonid Ivanovich BABASHOV

(Леонид Иванович БАБАШОВ)

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 31.1.1966

Post tat-twelid: Petrovka, l-Oblast tal-Krimea, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna; (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Yevpatoria”.

206.

Tatiana Georgievna LOBACH

(Татьяна Георгиевна ЛОБАЧ)

Ġeneru: Mara

Data tat-twelid:8.1.1974

Post tat-twelid: Khmelnytskyi (ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna) (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Eletta mill-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Sevastopol”.

Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.2.2022

207.

Nina Sergeevna FAUSTOVA

(Нина Сергеевна ФАУСТОВА)

Ġeneru: Mara;

Data tat-twelid: 11.7.1983

Post tat-twelid: Kyzyl, ir-Repubblika ta’ Tuva, ir-Repubblika Soċjalista Federattiva Sovjetika tar-Russja (issa l-Federazzjoni Russa)

Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021.

Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

21.2.2022

208.

Aleksandr Evgenevich CHMYHALOV

(Александр Евгеньевич ЧМЫХАЛОВ)

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 13.6.1990;

Viċi Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021.

Membru tal-partit fil-gvern “Russja Magħquda”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

21.2.2022”

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/237

tal-21 ta’ Frar 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, is-Sur Mohammed Makhlouf inżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011 (2).

(2)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, is-Sur Mohammed Makhlouf inżamm fuq il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi.

(3)

Fit-12 ta’ Settembru 2020, is-Sur Mohammed Makhlouf miet. Peress li l-werrieta tiegħu huma kollha membri tal-familja Makhlouf, hemm riskju inerenti li l-assi li ntirtu jintużaw biex jiġu appoġġati l-attivitajiet tar-reġim Sirjan u jidħlu direttament fil-pussess tar-reġim, potenzjalment jikkontribwixxu għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqies dan t’hawn fuq, jenħtieġ li jinżdiedu ħames membri addizzjonali tal-familja Makhlouf mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 li jimplimenta ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 33).

ANNESS

L-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“318.

Hala Tarif ALMAGHOUT

هلا طريف الماغوط

Sess: Mara

Data tat-twelid: 30.6.1980 jew 30.7.1980

Armla ta’ Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

319.

Ghada Adib MHANNA

غاده أديب مهنا

Sess: Mara

Data tat-twelid: 22.5.1948

320.

Shalaa Mohammed MAKHLOUF

مخلوف شهلاء محمد

Sess: Mara

Data tat-twelid: 22.3.1967

Bint Mohammed Makhlouf .Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

321.

Kinda Mohammed MAKHLOUF

كندا محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 25.9.1977

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

322.

Sara Mohammed MAKHLOUF

ساره محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 27.8.1984

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022”

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/8

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/238

tal-21 ta’ Frar 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/243 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (2) iġib fis-seħħ diversi miżuri previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi kontinwa fil-Myanmar/Burma, fil-21 ta’ Frar 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/243, li żiedet 22 persuna u erba’ entitajiet mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK.

(3)

Biex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati tan-nomina ta’ waħda minn dawk l-entitajiet, id-Deċiżjoni (PESK) 2022/243, li tintroduċi fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK deroga ġdida fir-rigward tal-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal dik l-entità. Dik id-deroga tippermetti lill-operaturi tal-Unjoni jwettqu d-dekummissjonar tal-bjar taż-żejt u tal-gass f’konformità mal-istandards internazzjonali u jtemmu l-kuntratti ma’ dik l-entità.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) Nru 401/2013, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 4db

B’deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu għall-entità elenkata fl-entrata 10 fl-Anness IV, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal:

(a)

il-kompiti relatati mad-dekummissjonar tal-bjar taż-żejt u tal-gass f’konformità mal-istandards internazzjonali, bħar-rimi tal-iskart, l-attivitajiet ta’ rimedju tas-sit meħtieġa għas-sikurezza u r-restawr ambjentali, l-għoti ta’ assistenza teknika relatata, u l-ħlas ta’ taxxi u dazji relatati, kif ukoll is-salarji u l-benefiċċji soċjali lill-impjegati; jew

(b)

it-trasferiment qabel il-31 ta’ Lulju 2022 ta’ ishma jew interessi neċessarju għat-terminazzjoni ta’ kuntratti konklużi mal-entità elenkata fl-entrata 10 fl-Anness IV qabel il-21 ta’ Frar 2022.’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/239

tal-21 ta’ Frar 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Mejju 2013 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

Fl-1 ta’ Frar 2022, sena wara l-kolp ta’ stat militari fil-Myanmar/Burma, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-kolp ta’ stat u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), u appella għar-responsabbiltà sħiħa tal-mexxejja responsabbli għall-kolp ta’ stat, kif ukoll tal-awturi ta’ vjolenza u ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe progress rapidu tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, l-Unjoni esprimiet ir-rieda li tadotta aktar miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(3)

Minħabba s-sitwazzjoni gravi li għadha tippersisti fil-Myanmar/Burma, jenħtieġ li 22 persuna u erba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stipulata fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

ANNESS

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4a”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“44.

Aung Naing Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 13 ta' Ottubru 1962;

Post tat-twelid: Kyaukse, Mandalay, Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel;

Indirizz: L 103, Kenyeikthar Lane 6, FMI city, Yangon, Myanmar/Burma;

Nru tal-passaport: DM002656

Karta tal-Identità Nazzjonali: 7/PaKhaNa (Naing) 13345

Aung Naing Oo ilu l-Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin mit-2 ta’ Frar 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin, huwa responsabbli biex jgħin lin-negozji u jiffaċilita l-investimenti fil-Myanmar/Burma u għaldaqstant jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż billi ddikjara li l-media internazzjonali eżaġerat il-kriżi u insista wkoll li l-moviment ta’ diżubbidjenza ċivili qed jasal fi tmiemu. Barra minn hekk, huwa impedixxa lid-diriġenti ta’ kumpanniji barranin tat-telekomunikazzjoni milli jitilqu mill-pajjiż mingħajr permess u fi Frar 2021 keċċa mill-Ministeru lill-impjegati taċ-ċivil li pprotestaw. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

45.

Charlie Than

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1950;

Ġeneru: raġel;

Indirizz: Room No (23), Building No (25), Palm Village Villa, Yankin Yanshin Street, Yangon, Myanmar/Burma

Charlie Than ilu l-Ministru għall-Industrija mit-22 ta’ Mejju 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Industrija, huwa għandu kontroll fuq il-fabbriki tal-Istat u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

46.

Thet Thet Khine

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 19 ta' Awwissu 1967;

Post tat-twelid: Mogok, Myanmar/Burma;

Ġeneru: mara

Indirizz:127A Dhamazadei Road, Kamayut, Yangon, Myanmar/Burma;

Numru tal-passaport: MB132403 (Myanmar/Burma) maħruġ fis-7 ta’ Mejju 2015 u jiskadi fis-6 ta’ Mejju 2020;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 9MAKANAN034200

Thet Thet Khine ilha l-Ministru għall-Assistenza Soċjali, is-Soljev u r-Risistemazzjoni mill-4 ta’ Frar 2021. Hija nħatret mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tagħha, hija appoġġat pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż id-dikjarazzjoni tagħha li l-militar wettaq il-kolp ta’ stat b’reazzjoni għal frodi elettorali. Barra minn hekk, ċaħdet li l-militar wettaq ġenoċidju kontra l-popolazzjoni Rohingya. Għaldaqstant, tappoġġa u hija involuta f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

47.

Maung Maung Ohn (magħruf ukoll bħala U Maung Maung Ohn)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Maung Maung Ohn ilu l-Ministru għall-Informazzjoni mill-1 ta’ Awwissu 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021. Qabel huwa kien Ministru għal-Lukandi u t-Turiżmu, meta nħatar fis-7 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa jikkontrolla l-media tal-Istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, Kyemon u l-gazzetti tal-Global New Light of Myanmar u l-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News), u għalhekk jikkontrolla x-xandir u l-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet uffiċjali. Wara l-kolp ta’ stat huwa kompla bil-politiki repressivi u saħħaħhom aktar, b’mod partikolari billi emenda l-Liġi dwar it-Televiżjoni u x-Xandir bir-Radju, impona restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-internet, il-kriminalizzazzjoni tal-ġurnaliżmu u l-priġunerija tal-ġurnalisti. Barra minn hekk, ta struzzjonijiet lill-membri tal-Kunsill tal-Media tal-Myanmar, korp indipendenti, biex jimplimentaw l-objettivi tal-gvern.

Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

48.

Shwe Kyein (magħruf ukoll bħala U Shwe Kyein)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Shwe Kyein ilu membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat mit-30 ta’ Marzu 2021.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar/Burma billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u trasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar 2021, ġie stabbilit l-Kunsill Amministrattiv tal-Istat biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, U Shwe Kyein kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Istat u għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika.

Il-forzi u l-awtoritajiet militari li joperaw taħt il-kontroll tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat wettqu kontinwament ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, spostaw mijiet ta’ eluf ta’ persuni, ħarqu, ittorturaw u qatlu persuni ċivili u ċaħdu l-aċċess ugwali għall-għajnuna umanitarja. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat irrestrinġew il-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni billi bblokkaw l-aċċess għall-internet, u permezz ta’ arresti, detenzjonijiet u kundanni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż biex b’hekk il-forzi militari setgħu jeżerċitaw awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifika, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, il-persuni ċivili, inkluż il-ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, miċħuda mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, U Shwe Kyein huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

21.2.2022

49.

Aung Moe Myint (magħruf ukoll bħala U Aung Moe Myint)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Moe Myint ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Aung Moe Myint kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

50.

Than Tun (magħruf ukoll bħala U Than Tun)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Tun ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Tun kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

51.

Aung Lwin Oo (magħruf ukoll bħala U Aung Lwin OO)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Lwin Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Lwin Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

52.

Aung Saw Win (magħruf ukoll bħala U Aung Saw Win)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Saw Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Saw Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

53.

Than Win

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

54.

Saw Ba Hline (magħruf ukoll bħala U Saw Ba Hline)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Saw Ba Hline ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Saw Ba Hline kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

55.

Soe Oo (magħruf ukoll bħala U Soe OO)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Soe Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Soe Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

56.

Than Soe (magħruf ukoll bħala U Than Soe)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Soe ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Soe kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

57.

Bran Shaung (magħruf ukoll bħala U Bran Shaung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma

Ġeneru: raġel

Bran Shaung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Bran Shaung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

58.

Myint Oo (magħruf ukoll bħala U Myint Oo)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Myint Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

59.

Khin Maung Oo (magħruf ukoll bħala U Khin Maung Oo)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Khin Maung Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Khin Maung Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

60.

Nu Mya Zan (Magħrufa wkoll bħala Daw Nu Mya Zan)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: mara

Nu Mya Zan ġiet innominata bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċettat din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tagħha bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Nu Mya Zan kienet involuta direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

61.

Myint Thein (magħruf ukoll bħala U Myint Thein)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Myint Thein ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Thein kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

62.

Ba Maung (magħruf ukoll bħala Dr Ba Maung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Ba Maung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Ba Maung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

63.

Tayza Kyaw (magħruf ukoll bħala U Tayza Kyaw)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

U Tayza Kyaw huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jokkupa diversi pożizzjonijiet għolja, inkluż bħala Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana u Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 1 (BSO 1).

Qabel il-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja operazzjonijiet militari fl-Istat ta’ Kachin, ikkaratterizzati minn użu eċċessiv ta' forza kontra gruppi ta’ minoranza etnika u vjolenza indiskriminata li wasslu għall-ksur tad-drittijiet taċ-ċivili u l-ispostament furzat tagħhom.

Minn Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja l-BSO 1, li mexxa diversi operazzjonijiet militari fuq skala kbira f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ U Than Hlaing, li r-responsabbiltà tiegħu għat-twettiq ta’ vjolenza eċċessiva u ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġiet stabbilita. It-tħejjija u t-tnedija sussegwenti tal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” fir-reġjuni ta’ Sagaing u Magwe, fl-ambitu tal-BSO 1, urew użu partikolarment eċċessiv ta' forza kif ukoll vjolenza abbażi tal-ġeneru. Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma kif ukoll għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

64.

Ni Lin Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung huwa Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Parti mill-ġuriżdizzjoni tal-Kmand tal-Lvant hija l-Istat ta’ Kayah. F’attakk fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. Il-militar tal-Myanmar huwa responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lvant, il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung jikkmanda direttament l-unitajiet fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

65.

Aung Zaw Aye

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye huwa l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

F’attakk militari fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2, il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye jikkmanda l-Kmand tal-Lvant, li jikkmanda direttament l-unitajiet militari attivi fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Logutenent Ġeneral huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022”

(2)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista intitolata “B. Persuni fiżiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“7.

Htoo Group of Companies

Indirizz: 5 Pyay Roas, Hlaing Township, Yangon, Myanmar/Burma;

Tip ta' entità: kumpannija azzjonarja;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: +95 1 500344 / +95 1 500355;

Sit web: https://htoo.com/

Htoo Group of Companies huwa konglomerat privat imwaqqaf u ppresedut minn U Tay Za, li huwa marbut mill-qrib mal-ogħla tmexxija tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). L-attivitajiet tiegħu jinkludu l-kummerċ, is-servizzi bankarji, l-estrazzjoni, it-turiżmu u l-avjazzjoni.

Fl-2017, Htoo Group of Companies ipprovda lit-Tatmadaw b’appoġġ finanzjarju b’rabta mal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” ta’ Rakhine u b’hekk ikkontribwixxa għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya. Barra minn hekk, Htoo Group of Companies aġixxa bħala intermedjarju għall-provvista ta’ tagħmir militari, li ntuża kontra popolazzjonijiet ċivili li pprotestaw kontra l-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar, fil-pajjiż kollu u b’mod partikolari f’żoni b’minoranzi etniċi. Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar biex iwettaq attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, Htoo Group of Companies appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

8.

International Group of Entrepreneurs (IGE) Company Limited

Indirizz: No. 36-G, 37-F, level-20, Office Tower (2), Time City, Corner of Kyun taw Street and Hantharwaddy Road, (7), Quarter, Kamayut Township, Yangon, Myanmar/Burma 110401;

Tip ta' entità: intrapriża privata;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: +95 775 111 112;

Sit web: www.ige.com.mm

International Group of Entrepreneurs (IGE) Company Limited huwa konglomerat privat imwaqqaf u ppresedut minn U Nay Aung, li huwa marbut mill-qrib mal-ogħla tmexxija tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). International Group of Entrepreneurs Company Limited huwa attiv f’industriji infrastrutturali ewlenin bħat-telekomunikazzjoni u l-enerġija, kif ukoll fl-oqsma tal-agrikoltura u l-ospitalità.

Fl-2017, International Group of Entrepreneurs Company Limited ipprovda lit-Tatmadaw b’appoġġ finanzjarju b’rabta mal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” ta’ Rakhine u b’hekk ikkontribwixxa għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya. International Group of Entrepreneurs (IGE) Company Limited ipprovda wkoll lit-Tatmadaw b’appoġġ finanzjarju indirett billi ħa parteċipazzjonijiet finanzjarji f’diversi proġetti u kumpanniji marbuta mat-Tatmadaw u l-konglomerati tagħhom. Għalhekk, huwa jappoġġa lit-Tatmadaw u jibbenefika minnhom.

21.2.2022

9.

No. 1 Mining Enterprise (ME1)

Indirizz: Bu Tar Street, Forest Street, Corner of Yone Gyi Quarter, Monywa, Sagaing Region, Myanmar/Burma;

Tip ta' entità: Intrapriża tal-Istat;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: 09 -071-21168

No. 1 Mining Enterprise (ME 1) hija intrapriża tal-Istat li topera taħt il-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni Ambjentali (MONREC) li taġixxi wkoll bħala r-regolatur għas-settur tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ metalli mhux ferrużi. Bħala tali, l-intrapriża tal-Istat hija mogħnija bir-responsabbiltà li tagħti permessi u tiġbor parti mit-taxxa fuq il-profitti magħmula minn kumpanniji privati li huma jew fil- “kuntratti ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni” jew f’impriża konġunta ma’ ME 1.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta' Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq intrapriżi tal-Istat u qed jibbenefika minnhom, inkluż No. 1 Mining Enterprise. No. 1 Mining Enterprise hija għalhekk ikkontrollata mit-Tatmadaw u tiġġenera d-dħul għalihom, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Barra minn hekk, No. 1 Mining Enterprise ħadet sehem u/jew issorveljat diversi proġetti marbuta mal-vjolenza mit-Tatmadaw kontra popolazzjonijiet ċivili u l-ksur tad-drittijiet l-aktar bażiċi tagħhom, inkluż permezz tal-konfiska tal-art u r-rilokazzjoni furzata. No. 1 Mining Enterprise hija għalhekk responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

10.

Myanma Oil and Gas Enterprise

Indirizz: Ministry of Electricity and Energy, Building No.(6), Nay Pyi Taw, Myanmar/Burma;

Tip ta' entità: Intrapriża tal-Istat;

Post ta' reġistrazzjoni: il-Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: +95-67-3 411 055;

Sit web: http://www.moee.gov.mm/en/ignite/page/40

Myanma Oil and Gas Enterprise (MOGE), intrapriża tal-Istat, hija l-operatur taż-żejt, il-fornitur tas-servizzi u r-regolatur tas-settur taż-żejt u tal-gass. Hija tissorvelja l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, it-trażmissjoni domestika tal-gass, u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-petroleum. L-intrapriża tal-Istat hija mogħnija bir-responsabbiltà li tagħti permessi u tiġbor parti mit-taxxa fuq il-profitti magħmula minn kumpanniji privati li huma jew fil-“kuntratti ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni” jew f’impriża konġunta ma' MOGE.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta’ Frar 2021, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat ħatar ministri ġodda, inkluż ministru għall-Elettriku u l-Enerġija. Il-Ministeru għall-Elettriku u l-Enerġija (MEE) jissorvelja MOGE. Permezz tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq intrapriżi tal-Istati u qed jibbenefika minnhom, inkluż MOGE.

Għaldaqstant MOGE hija kkontrollata mit-Tatmadaw u tiġġenera dħul għalihom, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022”

DEĊIŻJONIJIET

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/21

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/240

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1).

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, żewġ persuni u żewġ gruppi għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).

ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-intestatura “A. Persuni” hija sostitwita b’dan li ġej:

“A.

Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3”;

(2)

jiżdiedu l-persuni li ġejjin:

“8.

Osama MAHMOOD (magħruf ukoll bħala Ustadh Usama Mahmood, Ousama Mahmood); nazzjonalità: Pakistani (preżunt).

9.

Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afganistan; nazzjonalità: Afgana.”;

(3)

jiżdiedu l-intestatura u l-entrati li ġejjin:

“B.

Gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3

1.

Al-Qaeda fis-Subkontinent Indjan (AQIS), (magħruf ukoll bħala Al-Qa’ida fis-Subkontinent Indjan, Qaedat al-Jihad fis-Subkontinent Indjan).

2.

Da’esh –Hind Province (Da’esh –Provinċja ta’ Hind) (magħruf ukoll bħala Wilayah of Hind (Wilayah ta’ Hind), Islamic State’s Hind Province (ISHP) (Provinċja ta’ Hind tal-Istat Iżlamiku), IS-Wilayat al-Hind, Da’esh –Wilayat al-Hind).”.

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/23

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/241

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix u tibqa’ tikkundanna l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u għalhekk ma tirrikonoxxix l-hekk imsejħa elezzjonijiet li saru fil-peniżola annessa illegalment tal-Krimea.

(3)

Wara l-organizzazzjoni, mill-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa elezzjonijiet għad-Duma tal-Istat fir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol f’Settembru 2021, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu ħames individwi mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għar-rwol tagħhom fit-tqegħid fil-periklu jew fit-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(4)

Għalhekk l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“204.

Aleksei Yurievich CHERNIAK

(Алексей Юрьевич ЧЕРНЯК)

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 27.8.1973

Post tat-twelid: Alma-Ata, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Każakistan (issa l-Każakistan)

Nazzjonalità: Russa

Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Simferopol”.

Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.2.2022

205.

Leonid Ivanovich BABASHOV

(Леонид Иванович БАБАШОВ)

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 31.1.1966

Post tat-twelid: Petrovka, l-Oblast tal-Krimea, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna; (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Yevpatoria”.

Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda.

Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.2.2022

206.

Tatiana Georgievna LOBACH

(Татьяна Георгиевна ЛОБАЧ)

Ġeneru: Mara

Data tat-twelid:8.1.1974

Post tat-twelid: Khmelnytskyi (ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna) (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Eletta mill-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Sevastopol”.

Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda.

Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.2.2022

207.

Nina Sergeevna FAUSTOVA

(Нина Сергеевна ФАУСТОВА)

Ġeneru: Mara;

Data tat-twelid: 11.7.1983

Post tat-twelid: Kyzyl, ir-Repubblika ta’ Tuva, ir-Repubblika Soċjalista Federattiva Sovjetika tar-Russja (issa l-Federazzjoni Russa)

Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021.

Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

21.2.2022

208.

Aleksandr Evgenevich CHMYHALOV

(Александр Евгеньевич ЧМЫХАЛОВ)

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 13.6.1990;

Viċi Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021.

Membru tal-partit fil-gvern “Russja Magħquda”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

21.2.2022”

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/26

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/242

tal-21 ta’ Frar 2022

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, is-Sur Mohammed Makhlouf inżdied mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK (2).

(2)

Skont id-Deċiżjoni 2013/255/PESK, is-Sur Mohammed Makhlouf inżamm fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fit-12 ta’ Settembru 2020, is-Sur Mohammed Makhlouf miet. Peress li l-werrieta tiegħu huma kollha membri tal-familja Makhlouf, hemm riskju inerenti li l-assi li ntirtu jintużaw biex jiġu appoġġati l-attivitajiet tar-reġim Sirjan u jidħlu direttament fil-pussess tar-reġim, potenzjalment jikkontribwixxu għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqies dan t’hawn fuq, jenħtieġ li jinżdiedu ħames membri addizzjonali tal-familja Makhlouf mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 74).

ANNESS

L-entrati li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“318.

Hala Tarif ALMAGHOUT

هلا طريف الماغوط

Sess: Mara

Data tat-twelid: 30.6.1980 jew 30.7.1980

Armla ta’ Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

319.

Ghada Adib MHANNA

غاده أديب مهنا

Sess: Mara

Data tat-twelid: 22.5.1948

Armla ta’ Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

320.

Shalaa Mohammed MAKHLOUF

شهلاء محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 22.3.1967

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

321.

Kinda Mohammed MAKHLOUF

كندا محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 25.9.1977

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022

322.

Sara Mohammed MAKHLOUF

ساره محمد مخلوف

Sess: Mara

Data tat-twelid: 27.8.1984

Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.

21.2.2022”

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/28

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/243

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ April 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1).

(2)

Fl-1 ta’ Frar 2022, sena wara l-kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-kolp ta’ stat militari u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), u appella għar-responsabbiltà sħiħa tal-mexxejja responsabbli għall-kolp ta’ stat, kif ukoll tal-awturi ta’ vjolenza u ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe progress rapidu tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, l-Unjoni esprimiet ir-rieda li tadotta aktar miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi li qed tippersisti fil-Myanmar/Burma, jenħtieġ li 22 persuna u erba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK.

(4)

Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati tad-deżinjazzjoni ta’ waħda minn dawk l-entitajiet, jenħtieġ li tiġi introdotta deroga fir-rigward tal-iffriżar tal-fondi u l-projbizzjoni li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal dik l-entità, sabiex l-operaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jwettqu d-dekummissjonar tal-bjar taż-żejt u tal-gass f’konformità mal-istandards internazzjonali u biex itemmu l-kuntratti ma’ dik l-entità.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/184/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 6b

B’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata fl-entrata 10 fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal:

(a)

il-kompiti relatati mad-dekummissjonar tal-bjar taż-żejt u tal-gass f’konformità mal-istandards internazzjonali, bħar-rimi tal-iskart, l-attivitajiet ta’ rimedju tas-sit meħtieġa għas-sikurezza u r-restawr ambjentali, l-għoti ta’ assistenza teknika relatata, u l-ħlas ta’ taxxi u dazji relatati, kif ukoll is-salarji u l-benefiċċji soċjali lill-impjegati; jew

(b)

it-trasferiment qabel il-31 ta’ Lulju 2022 ta’ ishma jew interessi neċessarju għat-terminazzjoni ta’ kuntratti konklużi mal-entità elenkata fl-entrata 10 fl-Anness qabel il-21 ta’ Frar 2022.”;

2.

l-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(1)”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“44.

Aung Naing Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 13 ta' Ottubru 1962;

Post tat-twelid: Kyaukse, Mandalay, Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel;

Indirizz: L 103, Kenyeikthar Lane 6, FMI city, Yangon, Myanmar/Burma;

Nru tal-passaport: DM002656

Karta tal-Identità Nazzjonali: 7/PaKhaNa (Naing) 13345

Aung Naing Oo ilu l-Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin mit-2 ta’ Frar 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Investiment u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin, huwa responsabbli biex jgħin lin-negozji u jiffaċilita l-investimenti fil-Myanmar/Burma u għaldaqstant jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż billi ddikjara li l-media internazzjonali eżaġerat il-kriżi u insista wkoll li l-moviment ta’ diżubbidjenza ċivili qed jasal fi tmiemu. Barra minn hekk, huwa impedixxa lid-diriġenti ta’ kumpanniji barranin tat-telekomunikazzjoni milli jitilqu mill-pajjiż mingħajr permess u fi Frar 2021 keċċa mill-Ministeru lill-impjegati taċ-ċivil li pprotestaw. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

45.

Charlie Than

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1950;

Ġeneru: raġel;

Indirizz: Room No (23), Building No (25), Palm Village Villa, Yankin Yanshin Street, Yangon, Myanmar/Burma

Charlie Than ilu l-Ministru għall-Industrija mit-22 ta’ Mejju 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tiegħu, huwa appoġġa pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Industrija, huwa għandu kontroll fuq il-fabbriki tal-Istat u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet finanzjarji tar-reġim militari. Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

46.

Thet Thet Khine

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 19 ta' Awwissu 1967;

Post tat-twelid: Mogok, Myanmar/Burma;

Ġeneru: mara

Indirizz: 127A Dhamazadei Road, Kamayut, Yangon, Myanmar/Burma;

Numru tal-passaport: MB132403 (Myanmar/Burma) maħruġ fis-7 ta’ Mejju 2015 u jiskadi fis-6 ta’ Mejju 2020;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 9MAKANAN034200

Thet Thet Khine ilha l-Ministru għall-Assistenza Soċjali, is-Soljev u r-Risistemazzjoni mill-4 ta’ Frar 2021. Hija nħatret mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tagħha, hija appoġġat pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż id-dikjarazzjoni tagħha li l-militar wettaq il-kolp ta’ stat b’reazzjoni għal frodi elettorali. Barra minn hekk, ċaħdet li l-militar wettaq ġenoċidju kontra l-popolazzjoni Rohingya. Għaldaqstant, tappoġġa u hija involuta f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

47.

Maung Maung Ohn (magħruf ukoll bħala U Maung Maung Ohn)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Maung Maung Ohn ilu l-Ministru għall-Informazzjoni mill-1 ta’ Awwissu 2021. Huwa nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021. Qabel huwa kien Ministru għal-Lukandi u t-Turiżmu, meta nħatar fis-7 ta’ Frar 2021.

Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa jikkontrolla l-media tal-Istat (MWD, MRTV, Myanmar Alin, Kyemon u l-gazzetti tal-Global New Light of Myanmar u l-Myanmar News Agency (MNA) u Myanmar Digital News), u għalhekk jikkontrolla x-xandir u l-pubblikazzjoni tal-aħbarijiet uffiċjali. Wara l-kolp ta’ stat huwa kompla bil-politiki repressivi u saħħaħhom aktar, b’mod partikolari billi emenda l-Liġi dwar it-Televiżjoni u x-Xandir bir-Radju, impona restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-internet, il-kriminalizzazzjoni tal-ġurnaliżmu u l-priġunerija tal-ġurnalisti. Barra minn hekk, ta struzzjonijiet lill-membri tal-Kunsill tal-Media tal-Myanmar, korp indipendenti, biex jimplimentaw l-objettivi tal-gvern.

Għaldaqstant, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

48.

Shwe Kyein (magħruf ukoll bħala U Shwe Kyein)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Shwe Kyein ilu membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat mit-30 ta’ Marzu 2021.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar/Burma billi warrbu r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u trasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar 2021, ġie stabbilit l-Kunsill Amministrattiv tal-Istat biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, U Shwe Kyein kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Istat u għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika.

Il-forzi u l-awtoritajiet militari li joperaw taħt il-kontroll tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat wettqu kontinwament ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, spostaw mijiet ta’ eluf ta’ persuni, ħarqu, ittorturaw u qatlu persuni ċivili u ċaħdu l-aċċess ugwali għall-għajnuna umanitarja. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat irrestrinġew il-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni billi bblokkaw l-aċċess għall-internet, u permezz ta’ arresti, detenzjonijiet u kundanni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat impona l-liġi marzjali f'partijiet tal-pajjiż biex b’hekk il-forzi militari setgħu jeżerċitaw awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifika, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, il-persuni ċivili, inkluż il-ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu pproċessati mill-qrati militari, miċħuda mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta' appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b'mod sinifikanti f'żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat, U Shwe Kyein huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

21.2.2022

49.

Aung Moe Myint (magħruf ukoll bħala U Aung Moe Myint)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Moe Myint ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, Aung Moe Myint kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

50.

Than Tun (magħruf ukoll bħala U Than Tun)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Tun ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Tun kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

51.

Aung Lwin Oo (magħruf ukoll bħala U Aung Lwin OO)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Lwin Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-23 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Lwin Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

52.

Aung Saw Win (magħruf ukoll bħala U Aung Saw Win)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Aung Saw Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Aung Saw Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

53.

Than Win

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Win ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali fir-rigward tal-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Win kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

54.

Saw Ba Hline (magħruf ukoll bħala U Saw Ba Hline)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Saw Ba Hline ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Saw Ba Hline kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

55.

Soe Oo (magħruf ukoll bħala U Soe OO)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Soe Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fid-9 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi kontra 16-il persuna dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Soe Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

56.

Than Soe (magħruf ukoll bħala U Than Soe)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Than Soe ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Than Soe kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

57.

Bran Shaung (magħruf ukoll bħala U Bran Shaung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma

Ġeneru: raġel

Bran Shaung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Bran Shaung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

58.

Myint Oo (magħruf ukoll bħala U Myint Oo)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Myint Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

59.

Khin Maung Oo (magħruf ukoll bħala U Khin Maung Oo)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Khin Maung Oo ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Khin Maung Oo kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

60.

Nu Mya Zan (Magħrufa wkoll bħala Daw Nu Mya Zan)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: mara

Nu Mya Zan ġiet innominata bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċettat din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tagħha bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Nu Mya Zan kienet involuta direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

61.

Myint Thein (magħruf ukoll bħala U Myint Thein)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Myint Thein ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Myint Thein kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

62.

Ba Maung (magħruf ukoll bħala Dr Ba Maung)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Ba Maung ġie nnominat bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tiegħu bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni kontra eks membri tal-UEC, Ba Maung kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

21.2.2022

63.

Tayza Kyaw (magħruf ukoll bħala U Tayza Kyaw)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

U Tayza Kyaw huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jokkupa diversi pożizzjonijiet għolja, inkluż bħala Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana u Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 1 (BSO 1).

Qabel il-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja operazzjonijiet militari fl-Istat ta’ Kachin, ikkaratterizzati minn użu eċċessiv ta' forza kontra gruppi ta’ minoranza etnika u vjolenza indiskriminata li wasslu għall-ksur tad-drittijiet taċ-ċivili u l-ispostament furzat tagħhom.

Minn Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja l-BSO 1, li mexxa diversi operazzjonijiet militari fuq skala kbira f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ U Than Hlaing, li r-responsabbiltà tiegħu għat-twettiq ta’ vjolenza eċċessiva u ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġiet stabbilita. It-tħejjija u t-tnedija sussegwenti tal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” fir-reġjuni ta’ Sagaing u Magwe, fl-ambitu tal-BSO 1, urew użu partikolarment eċċessiv ta' forza kif ukoll vjolenza abbażi tal-ġeneru. Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma kif ukoll għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

64.

Ni Lin Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung huwa Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Parti mill-ġuriżdizzjoni tal-Kmand tal-Lvant hija l-Istat ta’ Kayah. F’attakk fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. Il-militar tal-Myanmar huwa responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lvant, il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung jikkmanda direttament l-unitajiet fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Brigadier Ġeneral Ni Lin Aung huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

65.

Aung Zaw Aye

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye huwa l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

F’attakk militari fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 2, il-Logutenent Ġeneral Aung Zaw Aye jikkmanda l-Kmand tal-Lvant, li jikkmanda direttament l-unitajiet militari attivi fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru. Il-Logutenent Ġeneral huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022”

(2)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista intitolata “B. Persuni fiżiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“7.

Htoo Group of Companies

Indirizz: 5 Pyay Roas, Hlaing Township, Yangon, Myanmar/Burma;

Tip ta' entità: kumpannija azzjonarja;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: +95 1 500344 / +95 1 500355;

Sit web: https://htoo.com/

Htoo Group of Companies huwa konglomerat privat imwaqqaf u ppresedut minn U Tay Za, li huwa marbut mill-qrib mal-ogħla tmexxija tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). L-attivitajiet tiegħu jinkludu l-kummerċ, is-servizzi bankarji, l-estrazzjoni, it-turiżmu u l-avjazzjoni.

Fl-2017, Htoo Group of Companies ipprovda lit-Tatmadaw b’appoġġ finanzjarju b’rabta mal-“operazzjonijiet ta’ tneħħija” ta’ Rakhine u b’hekk ikkontribwixxa għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2017 kontra l-popolazzjoni Rohingya. Barra minn hekk, Htoo Group of Companies aġixxa bħala intermedjarju għall-provvista ta’ tagħmir militari, li ntuża kontra popolazzjonijiet ċivili li pprotestaw kontra l-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar, fil-pajjiż kollu u b’mod partikolari f’żoni b’minoranzi etniċi. Billi kkontribwixxa għall-kapaċitajiet tal-militar biex iwettaq attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, Htoo Group of Companies appoġġa lit-Tatmadaw u kien involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

8.

International Group of Entrepreneurs (IGE) Company Limited

Indirizz: No. 36-G, 37-F, level-20, Office Tower (2), Time City, Corner of Kyun taw Street and Hantharwaddy Road, (7), Quarter, Kamayut Township, Yangon, Myanmar/Burma 110401;

Tip ta' entità: intrapriża privata;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar/Burma;

Numru tat-telefon: +95775111112;