ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 19

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
28ta' Jannar 2022


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2022/111 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/216 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj

1

 

*

Regolament (UE) 2022/112 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/746 fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-applikazzjoni differita tal-kondizzjonijiet għall-apparat intern ( 1 )

3

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/113 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/114 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku SchwabEX-Guard ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/115 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/117 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jemenda għat-328 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

65

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/118 tas-27 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

67

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/119 tas-26 ta’ Jannar 2022 li tħassar id-Deċiżjoni 2004/613/KE marbut mal-kreazzjoni ta’ grupp konsultattiv tal-katina alimentari u tas-saħħa tal-annimali u veġetali

71

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/120 tas-26 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (notifikata bid-dokument C(2022) 367)  ( 1 )

72

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/121 tas-27 ta’ Jannar 2022 li tistabbilixxi regoli interni dwar l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta’ ċerti drittijiet tagħhom fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tat-trattament ta’ talbiet u lmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal

77

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2021 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tat-8 Diċembru 2021 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2022/122]

84

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/1


REGOLAMENT (UE) 2022/111 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Jannar 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/216 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit innotifikaw lill-Membri l-oħra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li l-livelli attwali tagħhom ta’ aċċess għas-suq se jinżammu permezz tat-tqassim tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Il-metodoloġija għal dak it-tqassim, kif ukoll il-volumi tal-UE-27, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji tal-Unjoni li mhumiex parti mill-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji ma jitqassmux.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 (3) fetaħ kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ 1 000 tunnellata, espressa f’piż ta’ prodott, ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalita għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat. Minkejja li ma kinitx parti mill-iskeda tad-WTO tal-Unjoni, dik il-kwota tariffarja ġiet imqassma żbaljatament bir-Regolament (UE) 2019/216, u b’hekk tnaqqas il-volum tagħha bl-applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021. Jenħtieġ li jerġa’ jinkiseb il-volum oriġinali ta’ dik il-kwota tariffarja.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/216 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/216, ir-ringiela li ġejja titħassar:

“Laħam ta’ kwalità għolja tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat

t

 

PAR

094455

71,1  %

711”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Jannar 2022.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2019 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (ĠU L 38, 8.2.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jiftaħ kwota awtonoma għall-importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (ĠU L 170, 29.6.2002, p. 13).


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/3


REGOLAMENT (UE) 2022/112 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Jannar 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/746 fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-applikazzjoni differita tal-kondizzjonijiet għall-apparat intern

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi qafas regolatorju ġdid li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern fir-rigward tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro koperti minn dak ir-Regolament, u juża bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-pazjenti u għall-utenti u jqis l-intrapriżi ż-żgħar u medji li huma attivi f’dan is-settur. Fl-istess waqt, ir-Regolament (UE) 2017/746 jistabbilixxi standards għoljin ta’ kwalità u ta’ sikurezza għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro sabiex jindirizza l-preokkupazzjonijiet komuni dwar is-sikurezza ta’ dawn l-apparati. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2017/746 isaħħaħ b’mod sinifikanti ċerti elementi ewlenin tal-approċċ regolatorju eżistenti fid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), bħalma huma s-sorveljanza tal-korpi notifikati, il-klassifikazzjoni tar-riskju, il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-istudji dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u dwar il-prestazzjoni, il-viġilanza u s-sorveljanza tas-suq, filwaqt li jintroduċi dispożizzjonijiet li jiżguraw it-trasparenza u t-traċċabbiltà fir-rigward tal-apparat mediku dijanjostiku in vitro.

(2)

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, ippreżentaw u jkomplu jippreżentaw sfida bla preċedent għall-Istati Membri u jikkostitwixxu piż enormi fuq l-awtoritajiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tas-saħħa, iċ-ċittadini tal-Unjoni, il-korpi notifikati u l-operaturi ekonomiċi. Il-kriżi tas-saħħa pubblika ħolqot ċirkostanzi straordinarji li jeżiġu riżorsi addizzjonali sostanzjali, kif ukoll id-disponibbiltà akbar ta’ apparati mediċi dijanjostiċi in vitro li huma ta’ importanza kritika, li b’mod raġonevoli ma setgħux jiġu previsti meta ġie adottat ir-Regolament (UE) 2017/746. Dawk iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom impatt sinifikanti fuq oqsma diversi li jkopri dak ir-Regolament, bħalma huma l-ħatra u l-ħidma tal-korpi notifikati u t-tqegħid fis-suq u d-disponibbiltà fis-suq ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro fl-Unjoni.

(3)

L-apparat mediku dijanjostiku in vitro huwa essenzjali għas-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni u t-testijiet tas-SARS-CoV-2, b’mod partikolari, huma vitali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi żgurat li hemm provvista tas-suq mingħajr interruzzjonijiet ta’ tali apparati fl-Unjoni.

(4)

Minħabba l-kobor bla preċedent tal-isfidi attwali, ir-riżorsi addizzjonali meħtieġa mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet tas-saħħa, mill-korpi notifikati, mill-operaturi ekonomiċi u minn partijiet rilevanti oħra sabiex tiġi miġġielda l-pandemija tal-COVID-19 u l-kapaċità limitata attwali tal-korpi notifikati, u b’kont meħud tal-kumplessità tar-Regolament (UE) 2017/746, huwa probabbli ħafna li l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tas-saħħa, il-korpi notifikati, l-operaturi ekonomiċi u partijiet rilevanti oħra mhux se jkunu f’pożizzjoni li jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa u l-applikazzjoni sħiħa ta’ dak ir-Regolament mis-26 ta’ Mejju 2022 kif stabbilit fih.

(5)

Barra minn hekk, il-perjodu tranżizzjonali attwali previst fir-Regolament (UE) 2017/746 rigward il-validità taċ-ċertifikati maħruġa mill-korpi notifikati għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro skont id-Direttiva 98/79/KE se jintemm fl-istess data tal-perjodu tranżizzjonali previst fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) rigward il-validità ta’ ċerti dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-KE u ċertifikati maħruġa mill-korpi notifikati għall-apparat mediku skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE (6) u 93/42/KEE (7), jiġifieri fis-26 ta’ Mejju 2024. Dan ipoġġi pressjoni fuq l-atturi li għandhom x’jaqsmu kemm mal-apparat mediku kif ukoll mal-apparat mediku dijanjostiku in vitro.

(6)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tas-sikurezza tal-pazjenti, kif ukoll biex tingħata ċertezza legali u jiġi evitat it-tfixkil potenzjali fis-suq, huwa meħtieġ li jiġu estiżi l-perjodi tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/746 għall-apparati koperti minn ċertifikat maħruġa mill-korpi notifikati f’konformità mad-Direttiva 98/79/KE. Għall-istess raġunijiet, huwa meħtieġ ukoll li jiġi pprovdut perjodu tranżizzjonali suffiċjenti għall-apparati li jridu jgħaddu minn valutazzjoni tal-konformità li tinvolvi korp notifikat għall-ewwel darba skont ir-Regolament (UE) 2017/746.

(7)

Fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex tiġi estiża l-kapaċità tal-korpi notifikati, jenħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-kapaċità disponibbli limitata ta’ tali korpi u jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Għalhekk, il-perjodi tranżizzjonali għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro li jridu jgħaddu minn valutazzjoni tal-konformità li tinvolvi korp notifikat għall-ewwel darba skont ir-Regolament (UE) 2017/746 jenħtieġ li jkunu tali li jippermettu d-differenzjar bejn apparati b’riskju ogħla u dawk b’riskju aktar baxx. It-tul tal-perijodu tranżizzjonali jenħtieġ li jiddependi fuq il-klassi ta’ riskju tal-apparat ikkonċernat, sabiex il-perjodu jkun iqsar għall-apparati li jagħmlu parti minn klassi ta’ riskju ogħla u itwal għall-apparati li jagħmlu parti minn klassi ta’ riskju aktar baxx.

(8)

Sabiex l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro li tqiegħdu fis-suq b’mod legali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament ikollhom biżżejjed żmien biex ikomplu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, inkluż biex jiġu fornuti lil utenti aħħarin, jew biex jitqiegħdu fis-servizz, id-data ta’ bejgħ tas-27 ta’ Mejju 2025 prevista fir-Regolament (UE) 2017/746 jenħtieġ li tiġi adattata biex tqis il-perjodi tranżizzjonali addizzjonali previsti f’dan ir-Regolament.

(9)

Fid-dawl tar-riżorsi meħtieġa mill-istituzzjonijiet tas-saħħa fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li dawk l-istituzzjonijiet jingħataw żmien addizzjonali biex iħejju biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-manifattura u l-użu ta’ apparati fl-istess istituzzjoni tas-saħħa (“apparati interni”) stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/746. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet tiġi differita. Peress li l-istituzzjonijiet tas-saħħa se jeħtieġu ħarsa ġenerali sħiħa tal-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro bit-tikketta CE disponibbli fis-suq, il-kondizzjoni li tobbliga lill-istituzzjoni tas-saħħa biex tiġġustifika li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-grupp ta’ pazjenti fil-mira ma jistgħux jiġu ssodisfati, jew ma jistgħux jiġu ssodisfati fil-livell xieraq ta’ prestazzjoni, minn apparat ekwivalenti disponibbli fis-suq, jenħtieġ li ma jsirx applikabbli qabel ma jintemmu l-perjodi tranżizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/746 jiġi emendat skont dan.

(11)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu estiżi l-perjodi tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/746, li jiġu introdotti dispożizzjonijiet tranżizzjonali f’dak ir-Regolament u li tiġi differita l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament li għandhom x’jaqsmu mal-apparati interni, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (‘TUE’). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(12)

Dan ir-Regolament qed jiġi adottat fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha. Sabiex jinkiseb l-effett maħsub tal-emendar tar-Regolament (UE) 2017/746 fir-rigward tal-perjodi tranżizzjonali, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-apparati interni, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi pprovduta ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ qabel is-26 ta’ Mejju 2022. Għaldaqstant jitqies li huwa xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni mill-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(13)

Fid-dawl tal-ħtieġa prevalenti li tiġi indirizzata minnufih il-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata mal-pandemija tal-COVID-19, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2017/746 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, id-data “is-27 ta’ Mejju 2024” hija sostitwita bid-data “is-27 ta’ Mejju 2025”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu, id-data “is-27 ta’ Mejju 2024” hija sostitwita bid-data “is-27 ta’ Mejju 2025”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.   B’deroga mill-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, l-apparati msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz sad-dati stabbiliti f’dawk is-subparagrafi, dment li, mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dawk l-apparati jkomplu jikkonformaw mad-Direttiva 98/79/KE u dment li ma jkun hemm l-ebda bidla sinifikanti fid-disinn u fl-iskop maħsub ta’ dawk l-apparati.

L-apparati b’ċertifikat li nħareġ f’konformità mad-Direttiva 98/79/KE u li huwa validu skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz sas-26 ta’ Mejju 2025.

L-apparati li għalihom il-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità skont id-Direttiva 98/79/KE ma kinitx tirrikjedi l-involviment ta’ korp notifikat, li għalihom tkun tfasslet dikjarazzjoni tal-konformità qabel is-26 ta’ Mejju 2022 f’konformità ma’ dik id-Direttiva, u li għalihom il-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament tirrikjedi l-involviment ta’ korp notifikat, jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz sad-dati li ġejjin:

(a)

is-26 ta’ Mejju 2025, għall-apparati tal-klassi D;

(b)

is-26 ta’ Mejju 2026, għall-apparati tal-klassi C;

(c)

is-26 ta’ Mejju 2027, għall-apparati tal-klassi B;

(d)

is-26 ta’ Mejju 2027, għall-apparati tal-klassi A mqiegħda fis-suq f’kundizzjoni sterili.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament marbuta mas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, mas-sorveljanza tas-suq, mal-viġilanza, mar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u tal-apparati għandhom japplikaw għall-apparati msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, minflok ir-rekwiżiti korrispondenti fid-Direttiva 98/79/KE.

Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV u għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkompli jkun responsabbli għas-sorveljanza xierqa fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli kollha marbuta mal-apparati li jkun iċċertifika.

4.   L-apparati li jitqiegħdu fis-suq legalment skont id-Direttiva 98/79/KE qabel is-26 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jsiru disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz sas-26 ta’ Mejju 2025.

L-apparati li jitqiegħdu fis-suq legalment mis-26 ta’ Mejju 2022 skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jibqgħu jsiru disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz sad-dati li ġejjin:

(a)

is-26 ta’ Mejju 2026, għall-apparati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, jew fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3;

(b)

is-26 ta’ Mejju 2027, għall-apparati msemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3;

(c)

is-26 ta’ Mejju 2028, għall-apparati msemmija fil-punti (c) u (d) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3.”;

(2)

fl-Artikolu 112, it-tieni paragrafu, id-data “is-27 ta’ Mejju 2025” hija sostitwita bid-data “is-26 ta’ Mejju 2028”.

(3)

fl-Artikolu 113(3), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(i)

l-Artikolu 5(5), il-punti (b) u (c) u (e) sa (i) għandhom japplikaw mis-26 ta’ Mejju 2024;

(j)

l-Artikolu 5(5), il-punt (d) għandu japplika mis-26 ta’ Mejju 2028.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  Opinjoni tat-8 ta’ Diċembru 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-15 ta’ Diċembru 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2021.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(4)  Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkonċerna apparat mediku (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/113

tas-27 ta’ Jannar 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni, jenħtieġ li l-informazzjoni fl-Anness I għal dak ir-Regolament rigward id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet tiġi emendata għal tliet persuni, u jenħtieġ li l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina tiġi emendata għal seba’ persuni.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


ANNESS

Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-entrati li ġejjin fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

“7.

Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

Data tat-twelid: 17 ta’ Lulju 1992

L-aħħar indirizz magħruf: il-Palazz Presidenzjali, Tuneż, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 09006300

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: bint Leïla TRABELSI

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Leila Trabelsi (Nru 2).

29.

Ghazoua Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Le Bardo

Data tat-twelid: 8 ta’ Marzu 1963

L-aħħar indirizz magħruf: 49 Avenue Habib Bourguiba — Carthage, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 00589758

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: tabiba, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Slim ZARROUK

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Slim Zarrouk (Nru 30).

42.

Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Monastir

Data tat-twelid: 30 ta’ Awwissu 1982

L-aħħar indirizz magħruf: rue Ibn Maja — Khezama est — Sousse, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 08434380

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: bint Hayet BEN ALI, miżżewġa lil Badreddine BENNOUR

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Hayet Ben Ali (Nru 33).”

(ii)

Fl-entrati li ġejjin fit-Taqsima B, “Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina”, taħt l-intestatura “Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”, jiżdiedu s-sentenzi finali li ġejjin:

“25.

Fil-15 ta’ Frar 2021 u fl-10 ta’ Marzu 2021, is-Sur CHIBOUB instema’ minn imħallef inkwirenti fil-kawża 19592/1. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqta’ l-kawża tiegħu mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti.

26.

Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqta’ l-kawża tagħha mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti.

30.

Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-15 ta’ April 2021 fil-kawża 29443 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

31.

Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-1 ta’ Novembru 2018 fil-kawża 27658 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

33.

Sentenza bid-data tal-14 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 40800 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

34.

Sentenza bid-data tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-kawża 28264 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

46.

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Tuneż bid-data tal-21 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 41328/19 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.”


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/114

tas-26 ta’ Jannar 2022

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Marzu 2017, Sumitomo Chemical Agro Europe SAS ippreżentat applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, bl-isem ta’ “SchwabEX-Guard”, tat-tip tal-prodotti 18, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-PP031247-26 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-prodott uniku ta’ referenza relatat “Pesguard® Gel”, irreġistrat fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-HS027052-37.

(2)

Is-sustanzi attivi li fih l-istess prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” huma l-piriprossifen u l-klotijanidin, u dawn huma elenkati fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-Aġenzija ppreżentat opinjoni (3) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali “SchwabEX-Guard” lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013.

(4)

L-opinjoni kkonkludiet li “SchwabEX-Guard” huwa prodott bijoċidali, li huwa eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali uniku u l-prodott bijoċidali ta’ referenza relatat huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-evalwazzjoni tal-prodott bijoċidali uniku ta’ referenza relatat “Pesguard® Gel” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali, l-istess prodott uniku bijoċidali jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

Fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali lill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk hija tal-fehma li jixraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott uniku bijoċidali “SchwabEX-Guard”.

(7)

L-istess prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” fih is-sustanzi mhux attivi cis CTAC u d-diklorometan, li ma kienx possibbli jiġi konkluż jissodisfawx il-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 (5) fil-perjodu li ngħata għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-prodott bijoċidali uniku ta’ referenza relatat. Għalhekk jenħtieġ jitkomplew l-istudji tas-cis CTAC u tad-diklorometan. Jekk jiġi konkluż li s-cis CTAC jew id-diklorometan, jew it-tnejn li huma, jitqiesu li jkollhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, il-Kummissjoni tikkunsidra għandhiex tħassar jew temenda l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal “SchwabEX-Guard” f’konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0025436-0000 lil Sumitomo Chemical Agro Europe SAS biex tqiegħed l-istess prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” fis-suq u għall-użu, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-17 ta’ Frar 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).

(3)  ECHA opinion of 17 December 2020 on the Union authorisation of the same biocidal product “SchwabEX-Guard”, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation/echa.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 tal-4 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 301, 17.11.2017, p. 1).


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

SchwabEX-Guard

Prodott tip 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0025436-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0025436-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem kummerċjali tal-prodott

Isem kummerċjali

SchwabEX-Guard

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Sumitomo Chemical Agro Europe SAS

Indirizz

Parc d’ Affaires de Crécy 10 A, rue de la Voie Lactée, 69370 Saint Didier au Mont d’Or Franza

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0025436-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0025436-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

Is-17 ta’ Frar 2022

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

It-30 ta’ Ġunju 2026

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

L-isem tal-manifattur

McLaughlin Gormley King Company (MGK)

L-indirizz tal-manifattur

8810 10th Avenue North, MN 55427 Minneapolis Istati Uniti

Post ta’ siti ta’ manifattura

McLaughlin Gormley King Company, 4001 Peavey Road, MN 55318 Chaska Istati Uniti

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza/i attiva/i

Sustanza attiva

(E)-1-(2-Kloro-1,3-tijażol-5-ilmetil)-3-metil-2-nitrogwanidina (Klotijanidin)

L-isem tal-manifattur

Sumitomo Chemical Co. Ltd.

L-indirizz tal-manifattur

27-1, Shinkawa 2-chome, Chuo-ku, 104-8260 Tokyo Ġappun

Post ta’ siti ta’ manifattura

Sumitomo Chemical Company LTD, Oita Works, 2200, Tsurusaki, Oita City„ 870-0106 Oita Ġappun


Sustanza attiva

Piriprossifen

L-isem tal-manifattur

Sumitomo Chemical Co. ltd.

L-indirizz tal-manifattur

27-1, Shinkawa 2-chome, Chuo-ku, 104-8260 Tokyo Ġappun

Post ta’ siti ta’ manifattura

Sumitomo Chemical Company LTD, Misawa Works, Aza-Sabishirotaira, Oaza-Misawa, Misawa„ 033-0022 Aomori Ġappun

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

(E)-1-(2-Kloro-1,3-tijażol-5-ilmetil)-3-metil-2-nitrogwanidina (Klotijanidin)

 

Sustanza attiva

210880-92-5

433-460-1

0,526

Piriprossifen

4-phenoxyphenyl (RS)-2-(2- pyridyloxy)propyl ether

Sustanza attiva

95737-68-1

429-800-1

0,515

Aċidu aċetiku

Aċidu etanoiku

Sustanza mhux attiva

64-19-7

200-580-7

0,3

Sorbat tal-potassju

potassju (E,E)-eża-2,4-dijenoat

Sustanza mhux attiva

24634-61-5

246-376-1

0,5

2.2.   Tip ta’ formulazzjoni

RB — Lixka (lest għall-użu)

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda.

Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

JEKK FUQ IL-ĠILDA:Baħbaħ b’ħafna ilma.

Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda:Ikkonsulta tabib.

Ilbes ingwanti protettivi.

Evita r-rilaxx fl-ambjent.

Armi il-kontenitur fi skont ir-regolamenti lokali.

Iġbor it-tixrid.

4.   UŻU/I AWTORIZZAT(I)

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 1

Uża # 1 — Użu Professjonali — Lixka RTU

Tip ta’ Prodott

TP 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Insettiċida

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: Blattella germanica

Isem komuni: Wirdiena Ġermaniża

Stadju tal-iżvilupp: Nymphs

Isem xjentifiku: Blattella germanica

Isem komuni: Wirdiena Ġermaniża

Stadju tal-iżvilupp: Adulti

Isem xjentifiku: Supella longipalpa

Isem komuni: Wirdiena brown-banded

Stadju tal-iżvilupp: Nymphs

Isem xjentifiku: Supella longipalpa

Isem komuni: Wirdiena brown-banded

Stadju tal-iżvilupp: Adulti

Isem xjentifiku: Blatta orientalis

Isem komuni: Wirdiena Orjentali

Stadju tal-iżvilupp: Nymphs

Isem xjentifiku: Blatta orientalis

Isem komuni: Wirdiena Orjentali

Stadju tal-iżvilupp: Adulti

Isem xjentifiku: Periplaneta americana

Isem komuni: Wirdiena Amerikana

Stadju tal-iżvilupp: Nymphs

Isem xjentifiku: Periplaneta americana

Isem komuni: Wirdiena Amerikana

Stadju tal-iżvilupp: Adulti

Qasam tal-użu

Indoor

Fi qsim u xquq, jew f’postijiet moħbija inaċċessibbli għall-bnedmin jew għall-annimali domestiċi: wara r-refriġeraturi, l-armarji u l-ixkafef, taħt it-tagħmir tal-kċina, f’kaxxi tal-kontroll elettriku, fi spazji vojta u kanali u taħt it-tagħmir għall-kmamar tal-banju, eċċ.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni lixka

Deskrizzjoni dettaljata:

Lixka b’ġell insettiċida lesta għall-użu (RTU) għall-kontroll tal-wirdien fl-iġjene pubblika

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: SchwabEX-Guard għandu jiġi applikat bħala numru ta’ tikek b’dijametru ta’ madwar 4 mm (kull tikka tinkludi lixka ta’ madwar 0,032 g).

F’każijiet ta’ infestazzjoni severa, fejn hemm speċi akbar ta’ wirdien (B. orientalis jew P. americana), f’żoni li huma partikolarment maħmuġin jew b’ħafna imbarazz jew fejn sorsi alternattivi ta’ ikel ma jistgħux jiġu eliminati kompletament, għandha tintuża r-rata ogħla ta’ applikazzjoni (eż. 2 tikek minflok tikka 1 għal kull m2 f’każ ta’ infestazzjoni ħafifa).

Dilwizzjoni (%): 0

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Infestazzjoni ħafifa 1 — 2 (0,032–0,064 g) tikek kull m2

Infestazzjoni medja 3 — 6 (0,096–0,192 g) tikek kull m2

Infestazzjoni kbira 6 — 10 (0,192–0,320 g) tikek kull m2

In-numru massimu ta’ applikazzjonijiet annwali hu ta’ 11.

Kategorija/i tal-utenti

Professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Siringa ta’ 30 g Polipropilen (PP)

Għatu ta’ fuq bil-kamin tal-Polietilen ta’ Densità Għolja (HDPE)

4.1.1.   Istruzzjonijiet għall-użu speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.3.   Fejn speċifiku għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

5.   DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu u rrispetta/segwi l-istruzzjonijiet kollha mogħtija.

Tesponix il-qtar tal-lixka għad-dawl tax-xemx jew għas-sħana (eż. radjatur).

Ir-reċipjent tal-plastik mimli minn qabel li fih SchwabEX-Guard huwa maħsub għall-użu bil-planġer ipprovdut jew b’apparat speċifiku għall-applikazzjoni tal-lixka li huwa komuni għall-industrija tal-kontroll tal-pesti. Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-applikatur.

Injetta l-lixka fi xquq u qsim, fi spazji vojta, jew f’postijiet moħbija inaċċessibbli għall-bnedmin jew għall-annimali domestiċi fejn l-insetti jistgħu jgħixu, jieklu u jnisslu. Żoni bħal dawn ġeneralment ikunu sħan/umdi u mudlama (wara r-refriġeraturi, l-armarji u l-ixkafef, taħt it-tagħmir tal-kċina, f’kaxxi tal-kontroll tal-elettriku, fi spazji vojta u kanali u taħt it-tagħmir għall-kmamar tal-banju, eċċ.). Hu rakkomandat li qabel it-trattament, ikun hemm spezzjoni jew qbid biex tiġi kkonfermata l-infestazzjoni. Kun żgur li kwalunkwe sors alternattiv tal-ikel jitneħħa u t-tqegħid tal-lixka jiġi kkonċentrat bħala tikek individwali f’siti fejn ikun hemm attività ta’ wirdien. Il-prodott għandu jiġi applikat biss f’żoni inaċċessibbli għat-tfal u għall-annimali domestiċi.

Tapplikax SchwabEX-Guard fejn jiġi f’kuntatt mal-ilma jew f’żoni li jitnaddfu b’mod regolari. Tipikament il-wirdien imut ftit sigħat wara għalf wieħed ta’ SchwabEX-Guard. Fil-bini infestat, il-wirdien mejjet normalment jidher fi żmien 24 siegħa mit-trattament.

Neħħi l-għatu miż-żennuna, miss il-parti ta’ fuq tal-wiċċ li jkun se jiġi trattat, u imbotta ’l isfel fuq il-planġer. Erġa’ poġġi l-għatu fuq id-dispensur wara li jitlesta t-trattament.

Il-lixka teħel ma’ uċuħ mhux żejtnija jew mingħajr trab u tibqa’ flessibbli u tattira l-wirdien bit-togħma tagħha sakemm ikunu jistgħu jarawha.

Iż-żoni trattati għandhom jiġu eżaminati viżwalment wara ġimgħa sa ġimagħtejn. Fejn l-ewwel infestazzjoni kienet qawwija, jista’ jkun hemm bżonn tat-tieni applikazzjoni ta’ SchwabEX-Guard jekk l-ewwel trattament ikun ġie kkunsmat u jkun għad hemm wirdien ħaj.

Hija rakkomandata t-tieni spezzjoni viżwali tat-tqegħdin tal-lixka 2-4 ġimgħat wara l-ewwel trattament. Applika mill-ġdid meta l-lixka ma tkunx għadha tidher, skont il-livell ta’ infestazzjoni (ħafifa, medja jew qawwija). Issostitwixxi l-lixka qabel ma tiġi kkunsmata kompletament biex iżżomm il-wirdien milli jerġa’ lura.

Informa lid-detentur tar-reġistrazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv.

It-tixrid u r-residwi li fihom il-prodott jeħtieġ li jitneħħew bħala skart kimiku.

Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li l-ġell jiġi ddepożitat fuq uċuħ esposti. Jekk il-ġell jiġi f’kuntatt ma’ wiċċ espost, neħħi l-ġell b’xugaman tal-karta u naddaf iż-żona b’wipes imxarrbin li jintremew wara l-użu.

Matul iż-żjarat ta’ segwitu, spezzjona t-tqegħid tal-lixka u applika mill-ġdid meta jkun meħtieġ.

Tpoġġix lixka f’postijiet li jinħaslu regolarment, peress li l-lixka titneħħa bil-ħasil. Tużax dan il-prodott fi jew fuq tagħmir elettriku fejn teżisti l-possibbiltà ta’ periklu ta’ xokk. Evita l-kuntatt mat-tessuti u l-ħwejjeġ, peress li l-lixka tista ttebba’.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi waqt il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).

Tapplikax lixka f’żoni fejn ikunu ntużaw insettiċidi ripellanti mingħajr ma tnaddaf sew il-wiċċ b’tixju mxarrba li tintrema wara l-użu. Tapplikax insettiċidi ripellanti wara l-applikazzjoni tal-lixka.

Tapplikax direttament fuq jew qrib l-ikel, l-għalf jew ix-xorb, jew fuq uċuħ jew għodda li x’aktarx jiġu f’kuntatt dirett mal-ikel, l-għalf, ix-xorb u l-annimali.

Tixrid jew fdal li jkun fih il-prodott għandu jitneħħa bħala skart kimiku.

Evita li tqiegħed ġell fuq drappijiet jew twapet billi jista’ jtebba’ xi materjali assorbenti. Sabiex jiġu evitati t-tbajja’, il-lixka esposta għandha titnaddaf immedjatament b’wipes imxarrbin li jintremew wara l-użu.

Il-materjal tat-tindif għandu jintrema bħala skart solidu.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Dan il-prodott bijoċidali fih clothianidin, li huwa perikoluża għan-naħal.

Deskrizzjoni tal-miżuri tal-ewwel għajnuna

Kuntatt mal-ġilda: Neħħi l-ilbies kontaminat minnufih u aħsel il-ġilda b’sapun u ilma. Fittex attenzjoni medika jekk l-irritazzjoni tippersisti wara l-ħasil.

Kuntatt mal-għajnejn: Jekk ikun hemm sintomi; laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkun faċli biex tneħħihom. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.

Inġestjoni: Jekk jinbela’: Jekk ikun hemm sintomi, ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.

Jekk jinġibed man-nifs: mhux applikabbli.

L-iktar sintomi u effetti importanti, kemm akuti kif ukoll imdewmin

L-għajnejn: Jista’ jikkawża irritazzjoni temporanja tal-għajnejn.

Miżuri ta’ emerġenza biex jiġi protett l-ambjent

Evita r-rilaxx tal-prodott fl-ambjent.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Il-kontenituri/l-imballaġġ vojt biss għandu jintbagħat għar-riċiklaġġ.

Dan l-imballaġġ għandu dejjem jintrema skont il-leġiżlazzjoni tar-rimi tal-iskart u kull rekwiżit tal-awtorità lokali reġjonali.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ipproteġi mill-ġlata. Aħżen ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.

Żmien tal-ħżin: Sentejn.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/115

tas-26 ta’ Jannar 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-data, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Wolfgang BURTSCHER

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f’EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f’EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 14 10

Qatgħat bla għadam ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

216,0

25

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/116

tas-27 ta’ Jannar 2022

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (UE) 2015/1963 (2) il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K (“Ace-K”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping attwalment fis-seħħ ivarjaw minn EUR 2,64 għal EUR 4,58 għal kull kg netti fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, u rata tad-dazju ta’ EUR 4,58 għal kull kg nett tapplika għall-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħra kollha.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċiviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fil-31 ta’ Lulju 2020 minn Celanese Sales Germany GmbH (“l-applikant”), l-uniku manifattur fl-Unjoni u b’hekk tirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ Ace-K. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping u r-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni (4).

1.3.   Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(5)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-30 ta’ Ottubru 2020, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ Ace-K li joriġinaw mill-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ bidu”).

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(6)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”) (6).

1.5.   Il-partijiet interessati

(7)

Fin-Notifika ta’ bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikant, lill-produtturi magħrufa tal-Ace-K fil-pajjiż ikkonċernat u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(8)

Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

(9)

Saru seduti ma’ produttur esportatur wieħed Anhui Jinhe Industrial Co. Ltd. (“Anhui Jinhe”) u mal-applikant.

1.6.   Kummenti dwar il-bidu

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mingħand Anhui Jinhe. L-applikant ipprovda wkoll kummenti f’dan ir-rigward.

(11)

Anhui Jinhe talbet divulgazzjoni u sommarju sinifikanti ta’ ċerta data fit-talba. B’mod partikolari, hija argumentat li l-applikant kellu jiżvela fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba, data dwar il-volum totali u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-perjodu kkunsidrat imsemmi fit-talba. Anhui Jinhe sostniet li din id-data ma kinitx kunfidenzjali peress li kienet ġiet żvelata mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li d-data rispettiva ma kienet ibbażata fuq l-ebda data kummerċjalment sensittiva attwali iżda fuq l-istimi tal-applikant u li kwalunkwe referenza għad-drittijiet tal-awtur ma setgħetx tiġi invokata biex tinżamm din id-data. Barra minn hekk, Anhui Jinhe talbet ukoll li l-applikant jipprovdi sommarju sinifikanti tal-indikaturi rilevanti tad-dannu sabiex jipprovdi biżżejjed dettall biex jippermetti fehim raġonevoli tad-data sottomessa b’mod kunfidenzjali. Hija sostniet ukoll li fit-talba din id-data kienet jew kunfidenzjali jew ippreżentata abbażi ta’ firxiet bla sens li naqsu milli juru xi xejra, filwaqt li l-Kummissjoni pprovdiet din id-data f’forma indiċjata fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, Anhui Jinhe talbet lill-applikant jiżvela f’forma indiċjata d-data dwar il-konsum tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-ishma mis-suq, it-twaqqigħ tal-prezz, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà, il-bejgħ għall-esportazzjoni u l-kost tal-materja prima. Anhui Jinhe talbet ukoll lill-applikant jipprovdi sommarju sinifikanti tal-livell attwali ta’ profittabbiltà tiegħu li jindika jekk kienx ogħla minn 5 % fil-perjodu ta’ referenza tar-rieżami kif ukoll data indiċizzata li tibda mill-2011 peress li l-applikant irrefera għal din is-sena bħala s-sena rilevanti għat-tqabbil.

(12)

Fit-tweġiba tiegħu, l-applikant sostna li l-biċċa l-kbira tal-informazzjoni kienet kunfidenzjali min-natura tagħha peress li kienet ibbażata fuq data minn kumpanija waħda biss u argumenta li kienu meħtieġa firxiet ta’ indiċijiet biex tiġi evitata r-rikostruzzjoni tad-data kunfidenzjali sottostanti. B’mod partikolari, l-applikant sostna li l-għoti taċ-ċifri eżatti tal-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina flimkien mal-indiċjar tal-ishma tas-suq jippermetti r-rikostruzzjoni tal-bejgħ tal-uniku produttur tal-Unjoni. Fis-sottomissjoni tiegħu, l-applikant irreveda d-data mhux kunfidenzjali tiegħu u pprovda informazzjoni addizzjonali. F’dan ir-rigward, l-applikant ipprovda firxiet ta’ volum tal-importazzjonijiet totali, informazzjoni addizzjonali dwar ix-xejra tal-konsum, firxiet ta’ indiċjar għall-produzzjoni, ishma tas-suq, indiċjar tal-profittabbiltà, indikaturi oħrajn tad-dannu (bħall-ħażniet, l-impjiegi, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti netti) u tal-evoluzzjoni tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni barra mill-Unjoni. Fir-rigward tal-bqija tad-data mitluba minn Anhui Jinhe, l-applikant sostna li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba kien fiha sommarju sinifikanti biżżejjed u li l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali ma jkunx possibbli mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kunfidenzjali.

(13)

B’reazzjoni għad-data riveduta tal-applikant, Anhui Jinhe sostniet li t-talba xorta ma kienx fiha biżżejjed informazzjoni bħall-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jew mill-Unjoni u d-domanda globali għall-Ace-K. Anhui Jinhe argumentat li d-drittijiet tad-difiża jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġi analizzat is-sinifikat tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba u li ma kinitx fil-pożizzjoni li tifhem jekk kienx hemm xi bażi fattwali għall-allegazzjonijiet tal-applikant.

(14)

L-applikant ma qabilx mal-asserzjonijiet ta’ hawn fuq u argumenta li l-verżjoni l-miftuħa tat-talba pprovdiet bażi fattwali għall-allegazzjonijiet tiegħu u d-data ġiet riveduta fejn ma kienx possibbli li jiġu pprovduti firxiet ta’ xejriet indiċjati mingħajr ma ġiet żvelata informazzjoni kunfidenzjali. B’mod partikolari, l-applikant afferma li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba wriet l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet totali ta’ Ace-K miċ-Ċina u ppermettiet lil Anhui Jinhe tikkummenta dwarha. Fir-rigward tad-data fuq talba, l-applikant afferma li r-regolament li jimponi miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-Ace-K miċ-Ċina (7) ma indikax il-konsum totali tal-Unjoni f’termini assoluti, u għalhekk l-applikant ma kellux għalfejn juri dan lanqas.

(15)

Ta’ min jinnota li peress li l-applikant huwa l-uniku produttur tal-Ace-K fl-Unjoni, kellha tiġi ppreżentata informazzjoni kunfidenzjali fil-firxiet u fl-indiċijiet sabiex ma tiġix żvelata informazzjoni kummerċjali speċifika għall-kumpanija. Il-Kummissjoni qieset li d-data fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba kif ikkumplimentata mill-applikant fis-sottomissjoni tiegħu kienet f’dettall suffiċjenti biex tippermetti fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali. L-applikant ipprovda sommarju sinifikanti b’firxiet li kienu stretti biżżejjed meta mqabbla maċ-ċifri attwali li ppermettew lill-partijiet interessati jivvalutaw il-volum tal-importazzjonijiet u x-xejriet tagħhom. Għalhekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom.

(16)

Anhui Jinhe argumentat li t-talba naqset milli turi l-attraenza tas-suq tal-Unjoni peress li wriet li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni u swieq oħra kienu l-istess. Wieħed jista’ jgħid li dan wera li l-produtturi Ċiniżi kienu indifferenti bejn il-bejgħ lill-Unjoni u lil pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe semmiet l-investigazzjonijiet Bioethanol (8) u Urea (9) fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi esportaturi meta l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu ogħla minn dawk lejn swieq terzi.

(17)

F’dan ir-rigward, l-applikant sostna li t-talba wriet b’mod ċar li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi peress li, fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping, dawn ikunu jistgħu jiksbu volumi ogħla ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni milli fi swieq oħra. L-applikant argumenta wkoll li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi Ċiniżi qabel ma ġew imposti d-dazji anti-dumping.

(18)

Il-Kummissjoni qieset li t-talba indikat li jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx iżidu b’mod sostanzjali l-volumi tal-bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni.

(19)

Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-allegazzjonijiet ta’ bejgħ bi prezz imwaqqa’ tal-applikant kienu manifestament żbaljati minħabba li l-kost tal-produzzjoni tal-applikant użat fil-kalkolu tal-bejgħ bi prezz imwaqqa’ tat-talba kien għoli wisq meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali u ma setax jiġi invokat. Barra minn hekk, Anhui Jinhe argumentat li l-applikant kien żied b’mod konsiderevoli l-livelli tal-prezzijiet tiegħu mill-investigazzjoni oriġinali u li l-miżuri anti-dumping ġabulu profitti eċċessivi, li kienu ferm lil hinn minn dak li ġie rreġistrat fl-investigazzjoni oriġinali. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe semma’ l-investigazzjonijiet Dicyandiamide (10) u Urea (11) fejn il-Kummissjoni ppermettiet li l-miżuri jiskadu fid-dawl tal-profittabbiltà għolja tal-industrija tal-Unjoni. Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ntużaw bis-sħiħ u ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda dejjem tikber tal-Unjoni u rreferiet għall-każ tal-Ferrosiliċju fejn il-Kummissjoni ma komplietx il-miżuri (12). Barra minn hekk, Anhui Jinhe ddikjarat li l-produtturi Ċiniżi xorta kellhom [28-34 %] tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni minkejja l-miżuri projbittivi minħabba li l-utenti dejjem żammew żewġ fornituri jew aktar ta’ Ace-K biex jiżguraw is-sikurezza tal-katina tal-provvista speċjalment wara t-tfixkil riċenti minħabba l-COVID-19. Fl-aħħar nett, Anhui Jinhe saħqet li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkompeti mal-importazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi fejn ma kien hemm l-ebda miżura fis-seħħ u biegħet volumi sinifikanti f’dawn is-swieq. Anhui Jinhe sostniet li dan wera li l-applikant kien kapaċi jikkompeti b’suċċess mal-importazzjonijiet Ċiniżi mingħajr miżuri anti-dumping, u dan jindika n-nuqqas ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu.

(20)

L-applikant ikkontesta l-asserzjonijiet ta’ hawn fuq. Fil-fatt, l-applikant afferma li huwa uża l-marġni ta’ profitt stabbilit mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali fil-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz tat-talba tiegħu. Barra minn hekk, l-applikant argumenta li d-dazji anti-dumping żguraw li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu f’livell mhux dannuż. L-applikant afferma li, li kieku l-miżuri anti-dumping kellhom jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu s-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni għall-istess livell perċentwali bħal fil-bqija tad-dinja. L-applikant issottometta wkoll xenarji dettaljati biex juri kif in-negozju tiegħu jiġi affettwat li kieku d-dazji anti-dumping kellhom jiskadu.

(21)

L-analiżi tal-Kummissjoni kkonfermat li l-ebda wieħed mill-elementi msemmija minn Anhui Jinhe, kemm jekk ikunu fattwalment korretti kif ukoll jekk le, ma kien biżżejjed biex wieħed jikkontesta l-konklużjoni li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza li għandha tendenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu. Dawn l-aspetti kienu ġew stabbiliti abbażi tal-aħjar evidenza disponibbli għall-applikant f’dak iż-żmien, u kienu rappreżentattivi u affidabbli biżżejjed. Barra minn hekk, l-asserzjonijiet imressqa minn Anhui Jinhe u l-konfutazzjonijiet tal-applikant ġew eżaminati fid-dettall matul l-investigazzjoni, u huma indirizzati aktar hawn taħt.

(22)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li t-talba pprovdiet biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu, u b’hekk tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(23)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe ressqet l-argument li l-informazzjoni li tinsab fit-talba jew ma kinitx rilevanti (eż. evidenza ta’ distorsjonijiet li jikkonċernaw l-aċidu sulfamiku rreferiet għal distorsjonijiet allegati tal-urea u l-evidenza ta’ distorsjoni għall-idrossidu tal-potassju msemmija fil-melħ tal-potassju) jew ma kinitx ibbażata fuq sorsi disponibbli pubblikament (eż. id-distorsjoni tal-aċidu aċetiku tiddependi fuq rapport mixtri mill-applikant, li fl-istess ħin mhuwiex konsistenti mar-Rapport tal-Pajjiż taċ-Ċina).

(24)

F’dan ir-rigward, peress li l-aċidu sulfamiku huwa prodott mill-urea u l-idrossidu tal-potassju huwa prodott mill-melħ tal-potassju, kwalunkwe distorsjoni tas-suq li affettwat il-materja prima taffettwa wkoll il-prodott finali. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Anhui, fit-talba l-applikant jirreferi għar-Rapport taċ-Ċina flimkien ma’ sors kunfidenzjali ieħor. Kif indikat mill-applikant kien hemm inkonsistenza fir-Rapport tal-Pajjiż bejn it-test u ċ-ċifri rigward l-użu tal-kapaċità tal-aċidu aċetiku fiċ-Ċina. Madankollu, ma hemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-Rapport taċ-Ċina u s-sors kunfidenzjali, minħabba li l-informazzjoni aġġornata dwar il-kapaċità pprovduta mill-applikant, li ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni, kienet konsistenti maċ-ċifri tal-użu tal-kapaċità fir-Rapport taċ-Ċina. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

1.6.1.   Kampjunar

(25)

Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat u ta’ importaturi mhux relatati fl-Unjoni, il-Kummissjoni ddikjarat fin-Notifika ta’ bidu li hija tista’ tieħu kampjun tal-produtturi u tal-importaturi mhux relatati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.2.   Il-kampjunar tal-produtturi fir-RPĊ

(26)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(27)

Żewġ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tan-numru baxx ta’ risposti, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ kampjunar u għarrfet lill-partijiet interessati kollha permezz ta’ nota għall-fajl. Il-Kummissjoni stiednet lil dawn il-kumpaniji jieħdu sehem fl-investigazzjoni u bagħtitilhom link għall-kwestjonarju.

1.6.3.   Kampjunar tal-importaturi

(28)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ bidu.

(29)

L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(30)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(31)

Il-Kummissjoni bagħtet links għall-kwestjonarju liż-żewġ produtturi esportaturi li rritornaw il-formola tal-kampjunar. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (13) fil-jum tal-bidu.

(32)

Waslu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju mingħand produttur esportatur wieħed u l-uniku produttur tal-Unjoni.

1.8.   Il-verifika

(33)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”) (14), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li kkooperaw. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:

(a)   Produttur tal-Unjoni

Celanese Sales Germany GmbH, Celanese production Germany GmbH u Co. KG Sulzbach, il-Ġermanja u l-Kumpanija Operazzjonali Prinċipali Celanese Europe BV, Amsterdam, in-Netherlands;

(b)   Produttur esportatur fir-RPĊ

Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd, Chuzhou, Anhui.

1.9.   Proċedura sussegwenti

(34)

Fis-27 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping (“żvelar finali”). Il-partijiet kollha ingħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar din id-divulgazzjoni u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

(35)

Waslu kummenti mingħand Anhui Jinhe u mingħand l-applikant.

(36)

Saru seduti ta’ smigħ ma’ Anhui Jinhe u mal-applikant.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott taħt rieżami

(37)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-aċesulfam K (melħ tal-potassju ta’ 6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4(3H)-one 2,2-dioxide; CAS RN 55589-62-3) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 2934 99 90 (kodiċi TARIC 2934999021) (“il-prodott taħt rieżami”). L-aċesulfam tal-potassju huwa komunement magħruf bħala Aċesulfam K jew Ace-K.

(38)

L-Ace-K jintuża bħala sustanza sintetika li tagħti l-ħlewwa f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju f’ikel, f’xorb, u fi prodotti farmaċewtiċi.

2.2.   Prodott simili

(39)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott taħt rieżami;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ; u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(40)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

3.1.   Rimarki preliminari

(41)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ.

(42)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-Ace-K mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014). Skont id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”), l-importazzjonijiet ta’ Ace-K mir-RPĊ ammontaw għal [31–37 %] tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ [65–80 %] sehem mis-suq matul l-investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b’[47-56 %] mill-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali.

(43)

Kif imsemmi fil-premessa (32) wieħed biss mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ issottometta tweġiba għall-kwestjonarju u għalhekk, tqies li kien qed jikkoopera fl-investigazzjoni.

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(44)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(45)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-Ace-K. Produttur esportatur Ċiniż wieħed issottometta l-informazzjoni rilevanti.

(46)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, iressqu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma ngħatat l-ebda tweġiba għall-informazzjoni mitluba mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(47)

Waslu sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mill-produttur esportatur Anhui Jinhe.

(48)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “[il]-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(49)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f’każ li jiġi stabbilit […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’dak il-pajjiż skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem b’mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti”, u “għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”.

(50)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.1.1.   Introduzzjoni

(51)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(52)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw attenzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(53)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (15), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali mill-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(54)

L-applikant ipprovda informazzjoni addizzjonali għas-sejbiet tar-Rapport li jaffettwaw il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-Ace-K. L-applikant ikkummissjona rapport biex jidentifika l-karatteristiċi u d-distorsjonijiet relatati ma’ waħda mill-materji primi ewlenija tal-Ace-K, it-triossidu tal-kubrit, fiż-żewġ provinċji Ċiniżi fejn jiġi prodott, Jiangsu u Anhui. L-evidenza relevanti tinkludi l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Kimika datat l-24 ta’ Ottubru 2016 li jindika objettivi u miri ta’ produzzjoni li jaffettwaw il-livell tal-provvista fis-settur kimiku, inklużi dawk tas-sulfonazzjoni tat-triossidu tal-kubrit u tal-Ace-K u tal-Provinċja ta’ Anhui billi jirreferu għall-Opinions of CPC Anhui Provincial Committee and Anhui Provincial People’s Government on Promoting High-quality Economic Development (Opinjonijiet tal-Kumitat Provinċjali ta’ CPC Anhui u tal-Gvern tal-Poplu Provinċjali ta’ Anhui dwar il-Promozzjoni ta’ Żvilupp Ekonomiku ta’ Kwalità Għolja), maħruġa fl-14 ta’ Marzu 2018. Dan id-dokument ta’ politika jistabbilixxi diversi inizjattivi ta’ politika industrijali għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari fil-provinċja ta’ Anhui, bħall-użu ta’ inċentivi finanzjarji u tnaqqis fit-taxxa jekk il-kumpaniji industrijali u loġistiċi jkunu joperaw f’konformità mal-industriji “inkoraġġiti” fil-Katalogu Ċentrali tal-Aġġustament Strutturali. Barra minn hekk, l-applikant spjega kif State Council Decision on Promulgating the Implementation of the Interim Provisions on the Promotion of Industrial Restructuring (id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni tal-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Interim dwar il-Promozzjoni tar-Ristrutturar Industrijali) tat-2 ta’ Diċembru 2005 tiddefinixxi l-objettivi tal-politika ekonomika u industrijali u tidderieġi lill-gvernijiet provinċjali kollha biex jidentifikaw miżuri speċifiċi biex jiggwidaw l-investimenti. Dan jinkludi politiki ta’ appoġġ li jikkonċernaw l-art, il-kreditu, it-tassazzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Huwa jirrefri għal għodod oħra tal-politika ta’ intervent tal-Istat, bħall-Guidance Catalogue for the Structural Adjustment of Industry (il-Katalgu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija) maħruġ f’Jannar 2013 li jaqsam is-segmenti tal-industrija f’“imħeġġa,”“ristretti,” u “eliminati”. Is-sulfonazzjoni tat-triossidu tal-kubrit taqa’ fil-kategorija “imħeġġa” f’dan il-catalogu.

(55)

It-talba semmiet ukoll dokument bit-titolu Sulphur Trioxide’s Export Tax and VAT Refund Withdrawal (It-Taxxa fuq l-Esportazzjoni tat-Triossidu tal-Kubrit u l-Irtirar tar-Rifużjoni tal-VAT) li jidentifika kost tal-VAT relatat mal-esportazzjoni ugwali għal 13 % li jirriżulta f’restrizzjoni fuq l-esportazzjoni.

(56)

Fir-rigward tal-elettriku, il-gass, il-fluss u l-ilma, it-talba spjegat ir-rwol tal-kontrolli tal-ipprezzar fil-provinċji ta’ Jiangsu u Anhui u ġibdet l-attenzjoni għall-interventi statali u provinċjali fis-settur tal-faħam. Id-dokument intitolat Opinions of the State Council on the Reduction of Overcapacity in the Coal Industry and its Development (Opinjonijiet tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tnaqqis tal-Kapaċità Żejda fl-Industrija tal-Faħam u l-Iżvilupp tagħha), maħruġ fit-1 ta’ Frar 2016, ikkonferma l-eżistenza ta’ problemi ta’ kapaċità żejda kif ukoll l-intervent sinifikanti mill-Istat fis-suq f’dan is-settur.

(57)

Fl-aħħar nett, it-talba telenka sussidji speċifiċi għal Nantong Acetic Acid, kumpanija relatata mal-produttur ta’ Ace-K, Nantong Hongxin. Skont tħabbira pubblika minn Nantong Acetic Acid u r-Rapport Annwali ta’ Nantong Acetic Acid tal-2018, Nantong Acetic Acid tgawdi minn rata preferenzjali tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ 15 % (minflok 25 %) taħt il-Preferential Income Tax Program for High- or New-Technology Enterprises (Programm ta’ Taxxa fuq id-Dħul Preferenzjali għal Intrapriża ta’ Teknoloġija Għolja jew Ġdida).

(58)

Barra minn hekk, it-talba rreferiet għal għadd ta’ distorsjonijiet identifikati fir-Rapport dwar materja prima oħra użata għall-produzzjoni tal-Ace-K bħad-diketene, l-aċidu sulfamiku, it-tri-etilamina, l-idrossidu tal-potassju, l-aċidu aċetiku, id-dichloromethane u l-ammonijaka. Tabilħaqq, it-talba pprovdiet evidenza dwar kapaċità żejda fis-settur kimiku li turi li r-rata ta’ użu tal-kapaċità Ċiniża tal-aċidu aċetiku kienet ta’ madwar 69 % fir-raba’ trimestru tal-2019 u kienet prevista mit-talba li tkun ta’ madwar 63 % fl-ewwel trimestru tal-2020, li jiżdied għal madwar 67 % sal-aħħar tal-2020. Minbarra l-kapaċità żejda tal-produzzjoni, l-investiment fil-produzzjoni tal-aċidu aċetiku fiċ-Ċina huwa soġġett għall-kontrolli tal-Catalogue for Guiding Industrial Restructuring (Katalgu għall-Gwida tar-Ristrutturar Industrijali) (kif rivedut fl-2013). Dawn iż-żewġ elementi flimkien jagħmlu s-suq Ċiniż għall-aċidu aċetiku distort, u, għaldaqstant, anki l-produzzjoni downstream tad-diketene.

(59)

Barra minn hekk, it-talba semmiet l-interferenza mill-Istat fl-objettivi u l-miri tal-politika fil-Hebei province Petrochemical 13th FYP (It-13-il FYP dwar il-Petrokimika tal-Provinċja ta’ Hebei). Il-pjan jenfasizza kif l-Istat Ċiniż jikkontrolla l-estrazzjoni għall-kubrit u jistabbilixxi limiti fuq id-dħul fis-suq għall-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku. Bl-impożizzjoni ta’ kontrolli fuq l-estrazzjoni tal-kubrit, u billi jiġi limitat l-investiment fil-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku, il-GTĊ ifixkel mhux biss is-suq għal dawn iż-żewġ prodotti, iżda wkoll is-suq għall-produzzjoni tat-triossidu tal-kubrit.

(60)

It-talba rreferiet ukoll għal tipi oħra ta’ interferenza mill-Istat fis-suq tal-urea bħall-eżistenza ta’ kwoti stretti fuq l-importazzjoni għall-urea u t-taxxi fuq l-esportazzjoni. L-urea hija materja prima upstream użata għall-produzzjoni tal-aċidu sulfamiku flimkien mat-triossidu tal-kubrit u mal-aċidu tal-kubrit. Barra minn hekk, il-GTĊ eżenta l-bejgħ domestiku tal-urea mill-VAT mill-1 ta’ Lulju 2005. Fl-aħħar nett, il-GTĊ intervjena fis-suq permezz tas-Sistema tal-Fertilizzanti tal-Istat, li ilha topera mill-2004. Skont ir-Rapport, il-produtturi tal-urea jibbenefikaw minn rati tal-elettriku preferenzjali u minn rati preferenzjali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija.

(61)

B’referenza għar-Rapport, l-ilment indika li l-melħ tal-potassju jinsab fil-lista ta’ materja prima fit-13th FYP for Mineral Resources (It-13-il FYP għar-Riżorsi Minerali) li tinkludi għadd ta’ dispożizzjonijiet dettaljati fir-rigward ta’ gruppi minerali differenti. Taħt l-intestatura “Fosforu”, ir-Rapport tal-Kummissjoni kkonstata li wieħed mill-objettivi huwa li tiġi stabbilizzata l-provvista f’riżorsi minerali importanti użati fl-agrikoltura bħall-fosforu, il-kubrit u l-potassju, f’konformità mal-istrateġija dwar is-sigurtà tal-ikel. Barra minn hekk, “il-potassa u melħ mhux raffinat tal-potassju naturali” huma msemmija wkoll fir-Rapport fost l-oġġetti soġġetti għal dazji fuq l-esportazzjoni. Aktar interventi mill-istat imsemmija mit-talba jikkonċernaw ukoll l-ammonijaka, materja prima addizzjonali mixtrija għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-aċidu sulfuriku.

(62)

L-applikant indika wkoll li skont ir-Rapport, il-GTĊ innifsu irrikonoxxa li għadu ma ġiex stabbilit mekkaniżmu ta’ kompetizzjoni effettiv għall-bejgħ tal-elettriku. Dan jimplika li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fis-suq Ċiniż għall-provvisti tal-elettriku għall-użu industrijali. It-talba fl-aħħar semmiet oqsma oħra fejn l-intervent mill-Istat jaffettwa l-kostijiet ta’ operatur industrijali fiċ-Ċina bħall-aċċess għad-drittijiet tal-użu tal-art (Rapport, Kapitolu 9), l-aċċess għall-kapital u l-finanzjament (Rapport, Kapitolu 11) u s-suq tax-xogħol (Rapport, Kapitolu 13).

(63)

Kif indikat fil-premessa (46), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentaturi, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(64)

Waslu kummenti f’dan ir-rigward mill-produttur esportatur li kkoopera, Anhui Jinhe, li saħaq li l-argument ipprovdut biex jiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa bla bażi u ma japplikax għall-kumpanija. Anhui Jinhe argumentat li s-sejbiet dwar id-distorsjonijiet li jolqtu d-diketene, fit-triossidu tal-kubrit u fl-aċidu sulfuriku identifikati mir-rapport ikkummissjonat mill-applikant ma humiex rilevanti għal Anhui Jinhe minħabba li Anhui Jinhe tipproduċi dawn l-inputs internament. Il-materja prima upstream rilevanti hija l-aċidu aċetiku glaċjali, l-aċidu sulfamiku u l-idrossidu tal-potassju.

(65)

F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe rreferiet għall-prattika reċenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(a) u (c) tar-Regolament bażiku bħal fl-Eżtrużjonijiet tal-Aluminju (16) skont liema l-produtturi esportaturi huma meħtieġa jissottomettu evidenza dwar prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni sabiex “jistabbilixxu b’mod pożittiv” li l-kostijiet domestiċi tagħhom stess ma humiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Il-kumpanija sostniet li l-prezzijiet domestiċi tal-materja prima rilevanti huma orjentati lejn is-suq u nnegozjati abbażi tal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. B’mod partikolari, il-kumpanija ppreżentat evidenza billi qabblet il-prezzijiet tagħha stess ma’ dawk Torok fuq il-bażi ta’ COMTRADE biex turi li prezzijiet tal-input aktar baxxi tal-aċidu aċetiku glaċjali, l-aċidu sulfamiku, u l-idrossidu tal-potassju meta mqabbla mal-prezzijiet internazzjonali huma dovuti l-aktar għal spejjeż ħafna aktar baxxi tat-trasport fiċ-Ċina peress li l-kumpanija tiddependi esklużivament fuq il-provvista domestika.

(66)

Barra minn hekk, il-kumpanija argumentat li ma toperax taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li ma hemm l-ebda interferenza mill-Istat fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet tal-inputs għall-produzzjoni tal-Ace-K. Il-konfutazzjonijiet għal dawn l-affermazzjonijiet huma diskussi fit-taqsimiet 3.2.1.3 u 3.2.1.4.

(67)

Fil-kummenti tiegħu, il-produttur esportatur kompla jirreferi għall-fatt li l-Artikolu 2(6a) huwa inkonsistenti mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”). Dan għaliex, l-ewwel, l-Artikolu 2.2 tal-ADA jirrikonoxxi tliet xenarji li jippermettu l-istabbiliment tal-valur normali: (i) il-bejgħ ma jsirx fil-perkors normali tal-kummerċ, (ii) ikun hemm sitwazzjoni partikolari tas-suq jew (iii) minħabba l-volum baxx ta’ bejgħ fis-suq domestiku, dan il-bejgħ ma jkunx rappreżentattiv. Anhui Jinhe sostniet li distorsjonijiet sinifikanti ma jissodisfaw l-ebda wieħed mit-tliet kriterji. Hija sostniet ukoll li anki jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti jista’ possibbilment jitqies li jaqa’ taħt it-tieni kriterju ta’ hawn fuq, il-Bord fid-WTO DS529 Awstralja — Miżuri Anti-Dumping fuq Karta Kopjanti A4 ikkonferma li l-fatt li l-prezz domestiku tal-prodott ikkonċernat u l-inputs tiegħu huma affettwati minn distorsjonijiet tal-gvern ma kienx biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li l-paragun xieraq bejn il-bejgħ fis-suq domestiku u l-bejgħ tal-esportazzjoni huwa affettwat “minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq”. Barra minn hekk, Anhui Jinhe ikkummentat li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-valur normali b’mod sistematiku, filwaqt li jenħtieġ li tivverifika fuq bażi ta’ każ b’każ jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.2 tal-ADA jiġux issodisfati.

(68)

Anhui Jinhe sostniet ukoll li l-Artikolu 2.2 tal-ADA jeħtieġ li l-kostruzzjoni tal-valur normali trid jirrifletti “kost fil-pajjiż tal-oriġini”, kif ikkonfermat fil-każijiet tad-WTO DS529 Awstralja – Miżuri Anti-Dumping fuq Karta Kopjanti A4 u tad-WTO DS473 Unjoni Ewropea – Miżuri Anti-Dumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina. Barra minn hekk, Anhui Jinhe argumentat li l-istabbiliment ta’ valur normali jenħtieġ li jkun f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, u qalet ukoll li s-sejbiet fil-każ tad-WTO DS427 Ċina — Miżuri ta’ Anti-Dumping u ta’ Dazji Kompensatorji fuq il-Prodotti tal-Brojlers mill-Istati Uniti kienu jirrikjedu li l-awtoritajiet investigattivi jqisu l-kostijiet irreġistrati tal-produtturi esportaturi sakemm ma jkunux f’konformità mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati jew ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni. L-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa, skont Anhui Jinhe, inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA minħabba li l-kostijiet tal-produttur esportatur ma jiġux ikkunsidrati b’mod sistematiku, irrispettivament minn jekk l-ispejjeż irreġistrati jissodisfawx iż-żewġ kundizzjonijiet ta’ hawn fuq.

(69)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Kif iċċarat espliċitament mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’DS473, il-liġi tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Il-Kummissjoni fakkret li l-każijiet DS529 Awstralja — Miżuri Anti-Dumping fuq il-Karta Kopjanti A4 u DS427 Ċina — Prodotti tal-Brojlers (Artikolu 21.5 - US) ma kinux jikkonċernaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet fattwali sottostanti f’dawk il-każijiet kienu differenti mis-sitwazzjoni sottostanti u l-kriterji li wasslu għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku, li tikkonċerna l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur. Skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta jinstab li hemm distorsjonijiet sinifikanti u li dawn jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet li l-valur normali jinħadem b’referenza għall-kostijiet u għall-prezzijiet mingħajr distorsjoni miksuba f’pajjiż rappreżentattiv jew b’referenza għal parametru referenzjarju internazzjonali. Fi kwalunkwe każ, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(6a), it-tielet sing tar-Regolament bażiku jipprevedi l-possibbiltà li jintużaw kostijiet domestiċi sal-punt li jiġi stabbilit li ma jkunux distorti. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-affermazzjonijiet.

(70)

Barra minnhekk, Anhui Jinhe sostniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.2 tal-ADA. Hija sostniet ukoll li l-Korp tal-Appell f’DS219 KE – Fittings tat-Tubi jew tal-Pajpijiet ikkonferma li l-awtorità investigattiva hija obbligata tuża l-SG&A u l-profitt effettivi tal-produtturi esportaturi, sakemm tali data tkun teżisti. Għalhekk, Anhui Jinhe sostniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kien inkompatibbli mal-Artikolu 2.2.2 tal-ADA.

(71)

Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali jinbena b’referenza għal prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat hawn fuq, l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti wkoll l-użu tal-kostijiet domestiċi jekk jiġi stabbilit b’mod pożittiv li dawn ma humiex distorti. F’dak il-kuntest, il-produtturi esportaturi kellhom il-possibbiltà li jipprovdu evidenza li l-kostijiet tal-SG&A individwali tagħhom u/jew kostijiet oħra tal-input tagħhom kienu effettivament mingħajr distorsjoni. Madankollu, kif muri fit-Taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fl-industrija tal-Ace-K u ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva li l-fatturi ta’ produzzjoni ta’ produtturi esportaturi individwali ma humiex distorti. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(72)

Fl-aħħar nett, Anhui Jinhe sostniet li l-Kummissjoni kienet obbligata, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, twettaq analiżi speċifika għall-kumpaniji u speċifika għall-kostijiet. Għalhekk, kellu jkun hemm analiżi speċifika ta’ Anhui Jinhe ibbażata fuq il-kwestjonarju li ppreżentat.

(73)

Il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali. Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku japplikaw, a priori, għall-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u jirrigwardaw il-kostijiet kollha relatati mal-fatturi ta’ produzzjoni tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi l-użu ta’ kostijiet domestiċi li huma stabbiliti b’mod pożittiv biex ma jiġux affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Madankollu, l-ebda kost domestiku ma ġie stabbilit li ma fihx distorsjoni abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi ma ppreżentawx evidenza akkurata u xierqa dwar il-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni. Fi kwalunkwe każ, il-kalkoli li jikkonċernaw lil Anhui Jinhe jirriflettu d-data sottomessa mill-kumpanija nnifisha, inklużi l-fatturi tal-produzzjoni u l-ammonti kif irrapportati mill-kumpanija fit-tweġiba għall-kwestjonarju, iżda b’kunsiderazzjoni xierqa tal-eżistenza u tal-impatt ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(74)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe tenniet l-argumenti tagħha stabbiliti fil-premessi (67) u (68) hawn fuq dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO. Huma ressqu l-argument li l-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm lura milli tapplika l-metodoloġija tal-Artikolu 2(6a) jew tispjega b’mod preċiż kif din il-metodoloġija tista’ tiġi applikata b’mod konsistenti mal-obbligi mfissra fl-Artikoli 2.2, 2.2.1.1 u 2.2.2 tal-ADA. Fil-fatt, Anhui Jinhe ddikjarat li l-Kummissjoni setgħet tibni mill-ġdid il-valur normali biss jekk tkun preżenti waħda mit-tliet kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.2. Jekk il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq it-tieni (jew it-tielet) kundizzjoni, hija għandha teżamina jekk “paragun xieraq” bejn il-prezz domestiku u dak tal-esportazzjoni huwiex permess jew le.

(75)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument skont liema l-liġi tad-WTO (kif iċċarata fid-DS473) tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, “debitament aġġustata meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat”, Anhui Jinhe ddikjarat li dan it-test legali ma ssemmiex fir-rapport tal-Bord jew tal-Korp tal-Appell. Skont l-interpretazzjoni ta’ Anhui Jinhe, il-Kummissjoni adottat qari preġudikat u limitat tar-Rapport li jsemmi b’mod espliċitu li “[m]eta tibbaża ruħha fuq kwalunkwe informazzjoni barra mill-pajjiż biex tiddetermina l- ‘kost tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini’ skont l-Artikolu 2.2, awtorità investigattiva għandha tiżgura li tali informazzjoni tintuża biex wieħed jasal għall- ‘ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini’, u dan jista’ jirrikjedi li l-awtorità investigattiva tadatta dikl-informazzjoni”.

(76)

Barra minn hekk, Anhui Jinhe argumentat li “distorsjoni sinifikanti” fiha nnifisha ma kinitx waħda mill-kundizzjonijiet biex wieħed jirrikorri għal kostruzzjoni ta’ valur normali. Fl-aħħar nett, dwar il-possibbiltà li jintużaw kostijiet domestiċi sal-punt li dawn ġew stabbiliti biex ma jiġux distorti, skont Anhui Jinhe, il-Kummissjoni setgħet użat il-possibbiltà miftuħa mill-Artikolu 2(6a) biex tuża d-data attwali tal-kumpanija.

(77)

Fir-rigward ta’ Anhui Jinhe dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-ADA u s-sejbiet tad-DSB, dawn kienu diġà indirizzati fil-Premessi (69), inkluża l-ispjegazzjoni li DS473 ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” inkluż fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma jidher fl-ebda regola tal-ADA tad-WTO tal-GATT 1994, il-Kummissjoni fakkret li l-liġi domestika ma għandhiex bżonn tuża l-istess termini eżatti bħall-Ftehimiet koperti sabiex tkun konformi ma’ dawk il-Ftehimiet, u li tqis li l-Artikolu 2(6a) huwa kompletament konformi mar-regoli rilevanti tal-ADA (u, b’mod partikolari, il-possibbiltajiet li jinbena valur normali previst fl-Artikolu 2.2 ADA). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(78)

Barra minn hekk, Anhui Jinhe ddikjarat li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni għaliex ma kkunsidratx l-elementi msemmija fil-premessi (65) u (66) u li jikkostitwixxu “evidenza pożittiva” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) li l-kostijiet tagħha ma kinux distorti. Anhui Jinhe tenniet din id-dikjarazzjoni u żiedet ukoll li l-prezzijiet tagħha ma kinux distorti minħabba l-prattiki ta’ akkwist tagħha (pjattaforma online) u n-nuqqas ta’ intervent tal-gvern minn kwalunkwe awtorità jew aġenzija governattiva li hija kkontrollata mill-gvern taċ-Ċina.

(79)

Kif intqal fil-premessa (65), l-evidenza ppreżentata minn Anhui Jinhe kienet biss tqabbil tal-prezzijiet tax-xiri domestiċi tagħhom stess għal materja prima waħda mal-prezzijiet tal-importazzjoni Torok estratti mill-bażi tad-data COMTRADE u mal-prezzijiet Tajlandiżi estratti mill-bażi tad-data tal-GTA. It-tqabbil wera li l-prezz domestiku kien aktar baxx mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok u Tajlandiżi għaż-żewġ materji primi. Anhui Jinhe sostniet li dan kien minħabba l-ispiża tat-trasport domestiku aktar baxxa tagħha. Anhui Jinhe sostniet ukoll li xtrat aċidu aċetiku glaċjali mingħand l-applikant.

(80)

Il-Kummissjoni tinnota li Anhui Jinhe ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tissostanzja d-dikjarazzjoni tagħha rigward il-kost tat-trasport. Barra minn hekk, tqabbil tal-prezzijiet bħal dan mhuwiex biżżejjed biex juri li l-prezzijiet domestiċi fiċ-Ċina mhumiex distorti. Barra minn hekk, il-fatt li x-xiri fis-suq domestiku sar online, ma jfissirx li dawn il-prezzijiet ma kinux distorti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjarat Anhui Jinhe, Anhui Jinhe ma xtrax aċidu aċetiku glaċjali mingħand l-applikant għall-produzzjoni ta’ Ace-K. Għalhekk, il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

(81)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

3.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

(82)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (17). Konsegwentement, l-istruttura kumplessiva tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda titlob b’mod espliċitu tali interventi. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (18).

(83)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is]-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (19) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(84)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (20). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(85)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet xorta waħda jinkludu miri espliċiti tal-output, li kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.7 ta’ hawn taħt) (21).

(86)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) (22). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (23).

(87)

It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (24). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (25).

(88)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (26).

3.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(89)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(90)

Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (27). Inkambju, l-SOEs igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (28). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-Ace-K huma żviluppati ulterjorment fit-Taqsima 3.2.1.4.

(91)

Speċifikament fis-settur tal-Ace-K, anki jekk il-livell ta’ sjieda tal-Istat huwa relattivament baxx, għad hemm grad sostanzjali ta’ superviżjoni tal-politika mill-GTĊ. Tabilħaqq hemm biss ftit kumpaniji għajr l-applikant b’kapaċità ta’ produzzjoni fuq skala kbira fid-dinja. Fosthom, il-kumpanija li tesporta, Anhui Jinhe bħalissa għandha l-akbar kapaċità ta’ produzzjoni fid-dinja.

(92)

Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-Ace-K, anke l-produtturi bi sjieda privata ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, anki l-intrapriżi privati fis-settur tal-Ace-K huma soġġetti b’mod indirett għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.1.5.

3.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(93)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (29), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (30)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex jipprijoritizzaw il-“patrijottiżmu” u biex jikkonformaw mad-dixxiplina tal-partit (31). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (32). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-Ace-K u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(94)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu “General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era” (“il-Linji Gwida”) (33), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Parti li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nżidu aktar il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (34).

(95)

L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur tal-Ace-K.

(96)

Skont l-informazzjoni miġbura dwar Anhui Jinhe (35), il-President tal-Bord Superviżorju huwa wkoll is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit ta’ Anhui Jinhe li l-objettivi tiegħu huma li jiffoka fuq il-miri tal-produzzjoni u tan-negozju tal-intrapriża u “li jistabbilixxi u jtejjeb il-mekkaniżmu ta’ diskussjoni u l-proċess ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Partit, fir-rigward tal-iżvilupp u l-ippjanar, il-pjanijiet ewlenin ta’ riforma, il-bidliet ewlenin fis-sistema ta’ ġestjoni...”. Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (36). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-Ace-K u f’setturi oħra (bħas-settur finanzjarji u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u mal-kostijiet.

3.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(97)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (37).

(98)

L-industrija tal-Ace-K titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ. B’mod partikolari, f’dawn l-aħħar għaxar snin, filwaqt li d-domanda globali għal Ace-K kienet tibbilanċja l-provvista, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ Anhui Jinhe ġiet estiża gradwalment. Barra minn hekk, minħabba r-restrizzjoni gradwali tal-produzzjoni ta’ sustanzi oħra li jagħtu l-ħlewwa bħas-sakkarina u ċ-ċiklamati, seħħet espansjoni tas-suq tal-Ace-K bis-saħħa ta’ għajnuna mill-gvern u huwa mistenni li jkompli jespandi (38). Dan huwa kkonfermat f’għadd ta’ pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffokati fuq l-Ace-K u l-materja prima ewlenija tiegħu, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali bħal:

13th FYP on Petrochemical and Chemical Industry (39). Il-pjan iqis is-sustanzi kimiċi fini bħala industrija ewlenija li għandha tiġi appoġġata permezz ta’ pjattaforma ta’ innovazzjoni nazzjonali u tal-industrija. B’mod aktar speċifiku, fit-Taqsima III-2, il-pjan jippromwovi t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali billi jikkontrolla l-kapaċità miżjuda ġdida tal-urea, fost l-oħrajn, u jimplimenta proġetti avvanzati ta’ trasformazzjoni u aġġornament teknoloġiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ politika li għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ tiġdid tal-kapaċità ugwali jew imnaqqas.

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin ta’ Hebei dwar l-iżvilupp tal-industrija petrokimika. Il-pjan, f’konformità mal-politika nazzjonali tal-industrija u f’konformità mar-rekwiżiti tal-lista ta’ Hebei ta’ restrizzjonijiet u eliminazzjonijiet tal-industrija, jimplimenta strettament il-kundizzjonijiet tad-dħul fis-settur, jikkontrolla kwalunkwe proġett ġdid ta’ kapaċità tal-produzzjoni fir-rigward tal-aċidu sulfuriku, fost oħrajn.

Il-ftehim iffirmat minn Anhui Jinhe mad-Distrett ta’ Dingyuan (40) (Provinċja ta’ Anhui) bil-ħsieb li jiġi żviluppat il-Ftehim Qafas dwar il-Proġett tal-Park Industrijali tal-Ekonomija Ċirkolari Industrijali ta’ Jinhe tal-24 ta’ Novembru 2017. Il-ftehim, immirat lejn l-iżvilupp ta’ materja prima upstream għal prodotti kimiċi eżistenti, l-espansjoni tal-katina industrijali u l-appoġġ tal-integrazzjoni vertikali tagħha, jistipula li l-kumpanija se tinvesti RMB 2,25 biljun fil-Park Industrijali Kimiku tal-Melħ ta’ Dingyuan biex tibni park industrijali tal-ekonomija ċirkolari u dan implika output annwali ta’ 310 000 tunnellata ta’ diketene (li huwa prodott internament mill-kumpanija għall-produzzjoni tal-Ace-K); produzzjoni annwali ta’ 30 000 tunnellata ta’ sorbat tal-potassju preservattiv tal-ikel b’effiċjenza għolja; u l-użu tal-kubrit bħala materja prima għall-iżvilupp ta’ serje ta’ prodotti kimiċi.

(99)

Il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u ta’ direttivi. Kif spjegat fil-premessa ta’ hawn fuq, l-appoġġ tal-gvern għall-integrazzjoni vertikali tal-katina industrijali fis-settur tal-Ace-K għen lil Anhui Jinhe ssir mexxej dinji mhux ikkontestat fis-settur. Il-kumpanija rċeviet ukoll ammonti kbar ta’ sussidji governattivi li ammontaw għal RMB 41 685 378 fl-2020 u RMB 40 900 000 fl-2019 kif iddikjarat fil-kont finanzjarju tal-kumpanija (li jammonta għal 1,2 % tal-fatturat totali) (41). Ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi l-oħrajn, li ma kkooperawx fuq din l-investigazzjoni u li għadhom jirrappreżentaw parti sostanzjali mis-suq, setgħu bbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju simili. Permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-GTĊ jidderiġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett mill-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur.

(100)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku ta’ appoġġ lill-industriji mħeġġa, inkluż il-produzzjoni tal-urea, tad-diketene u tat-triossidu tal-kubrit fost oħrajn bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(101)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin proprji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (42).

(102)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (43). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (44). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (45).

(103)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-Ace-K huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta ditti insolventi jiġu miżmuma ħajjin u meta d-drittijiet għall-użu tal-art jiġu allokati fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, ibbażati fuq l-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-Ace-K.

(104)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-Ace-K, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

3.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi

(105)

Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (46). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (47). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħra għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (48). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(106)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-Ace-K ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur tal-Ace-K huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-fabbrikazzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

3.2.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(107)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(108)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (49), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (50) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (51). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (52).

(109)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inkluż is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(110)

Pereżempju, il-GTĊ dan l-aħħar iċċara li anki d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni fil-kumpaniji (53). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (54).

(111)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GOC u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (55).

(112)

Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (56). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(113)

It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(114)

It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa mill-aħħar tal-2018 (57). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel.” (58) Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(115)

It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(116)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali.

(117)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-Ace-K se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-produttur esportatur li kkoopera bbenefika minn self preferenzjali fit-tul, fost l-oħrajn, mill-2006 sal-2021 maħruġ mill-uffiċċju tal-Finanzi Distrettwali ta’ Lai’an. Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

3.2.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(118)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.1.2 - 3.2.1.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.2.1.6 - 3.2.1.8 ta’ hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport.

(119)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott l-Ace-K, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs. Skont l-evidenza fil-fajl, il-produttur esportatur kiseb l-inputs tiegħu kollha fir-RPĊ. Meta l-produtturi tal-Ace-K jixtru/jikkuntrattaw il-materja prima upstream biex jipproduċu l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(120)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-Ace K ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw evidenza jew argument li juri l-kuntrarju.

3.2.1.10.   Konklużjoni

(121)

L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.2.1.2. sa 3.2.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-Ace-K (inkluż il-prodott ikkonċernat) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(122)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.3.   Pajjiż rappreżentattiv

3.3.1.   Kummenti ġenerali

(123)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (59);

Il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż (60);

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

(124)

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(125)

Kif spjegat fil-premessi (127) u (128), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(126)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni stqarret ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(127)

Fil-15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-Ace-K. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Malasja u t-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand l-applikant biss. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall fil-premessi (129) sa (147).

(128)

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni infurmat permezz ta’ tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bil-Malasja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija rilevanti Ajinomoto (Malaysia) Berhad. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand l-applikant biss. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (178) sa (192).

3.3.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(129)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni spjegat li l-prodott ikkonċernat ma kienx jidher li ġie prodott fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (123). Ġie prodott biss fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-UE.

(130)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset jekk kienx hemm produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, il-Kummissjoni indikat li se tqis il-produzzjoni ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, aromatizzanti u addittivi tal-ikel, li kienu prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-Ace-K, biex tistabbilixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(131)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Malasja u t-Tajlandja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll kienu kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross.

(132)

L-applikant ikkummenta li fil-kategorija tal-introjtu medju superjuri kien hemm firxa wiesgħa ta’ livelli ta’ żvilupp. Għalhekk kien meħtieġ li tingħata preferenza lill-pajjiżi kandidati “rappreżentattivi” li kienu qrib iċ-Ċina f’termini ta’ ING per capita. Huma indikaw li mit-tliet pajjiżi proposti mill-Kummissjoni, l-Arġentina u l-Malasja kellhom livelli simili ta’ ING, iżda t-Tajlandja kienet sostanzjalment aktar baxxa u jenħtieġ li tiġi eskluża.

(133)

Meta jkun qed jinħadem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tuża pajjiż rappreżentattiv b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur. Ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit ieħor biex jintgħażel il-pajjiż bl-eqreb livell ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż tal-esportazzjoni.

(134)

Il-fatt li pajjiż jista’ jkollu ING per capita eqreb għal dak taċ-Ċina minn ieħor ma huwiex fattur deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.3.3.   Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(135)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat kumpanija waħda fl-Arġentina, kumpanija waħda fil-Malasja u erba’ kumpaniji fit-Tajlandja li għalihom l-informazzjoni finanzjarja għall-prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami kienet faċilment disponibbli fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet (61).

(136)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati, jiġifieri l-Arġentina, il-Malasja u t-Tajlandja, hija investigat ulterjorment id-disponibbiltà ta’ data finanzjarja pubblika.

(137)

Fir-rigward tal-Arġentina, il-Kummissjoni sabet informazzjoni finanzjarja disponibbli faċilment għal produttur wieħed, il-Laboratorios Argentinos Farmesa, ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-Ace-K, fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet iżda ma sabitx rapporti finanzjarji ppubblikati.

(138)

L-applikant ikkummenta li l-proporzjon ta’ profitt mal-bejgħ ta’ 5,3 % għal dan il-produttur tal-Arġentina ma kienx raġonevoli għan-negozju tal-Ace-K.

(139)

Fir-rigward tal-Malasja, il-Kummissjoni sabet rapporti finanzjarji ppubblikati faċilment disponibbli għall-kumpanija tal-Malasja, Ajinomoto (Malaysia) Berhad (“Ajinomoto Malaysia”) imsemmija fl-Ewwel Nota, għas-snin finanzjarji li ntemmu fil-31 ta’ Marzu 2017, 2018, 2019 u 2020 (62) kif ukoll data finanzjarja faċilment disponibbli għal dik il-kumpanija fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet.

(140)

L-applikant ipprovda l-istess rapporti finanzjarji li l-Kummissjoni kienet identifikat. Huwa argumenta wkoll li dawn ir-rapporti annwali wrew ċifri ta’ profittabbiltà differenti għas-settur industrijali (li allegatament kienu aktar xierqa għan-negozju tal-Ace-K) u għas-settur tal-konsumatur u ta diżaggregazzjoni tal-introjtu, tal-kostijiet u tal-ispejjeż, li ppermettiet l-estrazzjoni ta’ ċifri xierqa ta’ SG&A u ta’ profitt. L-applikant argumenta wkoll li ċ-ċifra tal-kost tal-bejgħ fir-rapporti finanzjarji ppubblikati kienet aktar affidabbli miċ-ċifri tal-kost ekwivalenti estratti mill-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet. Barra minn hekk, l-applikant indika li peress li l-profittabbiltà kienet stabbli għas-snin finanzjarji mill-2017 sal-2020, dan ipprovda fiduċja li l-profittabbiltà fis-sena finanzjarja 2020 kienet rappreżentattiva.

(141)

Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni sabet data finanzjarja disponibbli faċilment għal erba’ kumpaniji profittabbli ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali jiġifieri aromatizzanti u addittivi tal-ikel, bħall-Ace-K, fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet.

(142)

L-applikant argumenta li għalkemm il-Kummissjoni kienet sabet data bħal din għal erba’ kumpaniji fit-Tajlandja, tnejn mill-kumpaniji mit-Tajlandja, Shimakiyu Co. Ltd. u Patchara Products Ltd., ma kinux adattati minħabba l-proporzjonijiet baxxi tagħhom tal-profitt għall-bejgħ ta’ 6,1 % u 2,7 % rispettivament.

(143)

Il-Kummissjoni qieset li tabilħaqq, l-informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-Ajinomoto Malaysia tkun l-aktar sors xieraq biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitti għall-kalkolu tal-valur normali. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati li jikkoinċidu mal-perjodu ta’ investigazzjoni b’9 xhur kienu faċilment disponibbli għall-Ajinomoto Malaysia. Barra minn hekk, Ajinomoto Malaysia hija kumpanija kbira u għandha produzzjoni sinifikanti ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-Ace-K.

(144)

Sabiex tiddetermina pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tas-suq skont ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u/jew l-importazzjoni fuq l-Ace-K kif ukoll fuq il-materja prima, jiġifieri dawk li jirrappreżentaw l-aktar elementi importanti tal-kost tal-manifattura użati għall-produzzjoni tal-Ace-K.

(145)

Abbażi tal-bażi tad-data tal-OECD (63) u tal-bażi tad-data tal-Global Trade Alert (64) u b’mod partikolari l-lista ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni/l-importazzjoni ta’ materja prima industrijali, ġew indikati diversi restrizzjonijiet, fl-Ewwel Nota, għall-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Għall-Arġentina, il-Kummissjoni identifikat tariffi tal-importazzjoni fuq l-aċidu aċetiku (291521) mill-Istati Uniti u rekwiżiti ta’ liċenzjar tal-importazzjoni għall-idrossidu tal-potassju (281520) mill-Brażil, mill-Korea u mill-Istati Uniti, il-kubrit (250300) mill-Każakistan, mir-Russja, minn Spanja u mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-karbonat tal-kalċju (251710) mill-Paragwaj u l-aċidu aċetiku (291521) mill-Istati Uniti tal-Amerika. Għat-Tajlandja, il-Kummissjoni identifikat tariffi tal-importazzjoni fuq l-antraċit (270111) mill-Vjetnam u l-karbonat tal-kalċju (251710) mil-Laos. Fl-aħħar nett għall-Malasja, il-Kummissjoni identifikat tariffi tal-importazzjoni fuq l-aċidu sulfamiku (281119) min-Namibja; ir-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-aċidu aċetiku (291521) lejn il-Belġju, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Pakistan, Singapore u t-Tajlandja; u r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-karbonat tal-kalċju (251710) lejn il-Brunei Darussalam, l-Indoneżja u Singapore.

(146)

L-applikant afferma li r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-importazzjoni implimentati fuq erba’ materji primi mill-Arġentina (bħall-idrossidu tal-potassju, il-kubrit, il-karbonat tal-kalċju u l-aċidu aċetiku) enfasizzati mill-Kummissjoni fl-Ewwel Nota, illimitaw is-sorsi tal-provvista u b’hekk żammew il-prezzijiet fis-suq domestiku għoljin. Huma argumentaw ukoll li r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni, kif implimentati mill-Malasja fuq tnejn minn dawn il-materji primi (bħall-aċidu aċetiku u l-karbonat tal-kalċju), jista’ jkollhom l-effett oppost billi jmantnu l-provvista domestika u jżommu l-prezzijiet baxxi fis-suq domestiku. Għalhekk, huma qiesu li l-Malasja tkun għażla aħjar ta’ pajjiż rappreżentattiv mill-Arġentina f’dan ir-rigward.

(147)

Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni applikati mill-Malasja, il-Kummissjoni indikat fl-Ewwel Nota li dawn kienu japplikaw biss għal żewġ materji primi, l-aċidu aċetiku u l-karbonat tal-kalċju. L-impatt tar-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni jkun li l-prezzijiet domestiċi jinżammu baxxi, li x’aktarx ukoll kien se jżomm il-kwantitajiet u/jew il-prezzijiet tal-importazzjoni baxxi sabiex jikkompetu mal-provvisti domestiċi. Bħala tali, il-prezzijiet tal-importazzjoni għal dawn iż-żewġ materji primi x’aktarx li kienu inqas milli suppost jekk jintużaw biex jinħadem il-valur normali (65).

(148)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li hija kellha l-ħsieb li tuża l-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija, Ajinomoto (Malasia) Berhad, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(149)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(150)

Wara t-Tieni Nota, waslu kummenti mingħand l-applikant biss. L-applikant ipprovda kummenti fuq il-bażi li l-Malasja tintgħażel bħala l-pajjiż rappreżentattiv.

3.3.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(151)

Wara li ġie stabbilit li l-Malasja kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.5.   Konklużjoni

(152)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Malasja ssodisfat il-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(153)

Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe ddikjara li l-Malasja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li kien hemm kumpanija waħda biss, Ajinomoto (Malaysia) Berhad, li topera fl-istess kategorija ta’ prodotti ġenerali bħal Ace-K, u d-data finanzjarja ta’ Ajinomoto kienet distorta minħabba li l-kostijiet tagħha kienu dipendenti ħafna fuq ix-xiri minn kumpaniji relatati. Huma argumentaw li l-materja prima aktar baxxa li tirriżulta u spejjeż diretti oħra mġarrba mill-kumpanija spjegaw il-perċentwal għoli ta’ SG&A użat għall-bini tal-valur normali.

(154)

Il-Kummissjoni nnotat li fin-Nota 29 tan-Noti għar-Rapporti Finanzjarji ta’ Ajinomoto (il-Malasja) Berhad għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 (66), dikjarazzjoni mid-diretturi, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati, inkluż ix-xiri, indikat “Id-diretturi huma tal-opinjoni li t-tranżazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq saru fil-kors normali tan-negozju u ġew stabbiliti fuq termini u kundizzjonijiet negozjati li mhumiex materjalment differenti minn dawk miksuba fi tranżazzjonijiet ma’ partijiet mhux relatati”. Barra minn hekk, din id-dikjarazzjoni, inkorporata fin-noti għar-rapporti finanzjarji, ġiet awditjata, bħala parti mill-awditu statutorju, minn awdituri indipendenti, li ddikjaraw (67) li r-rapporti finanzjarji taw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija fil-31 ta’ Marzu 2020. Bħala tali, il-Kummissjoni qieset li setgħet tistabbilixxi l-kostijiet SG & A abbażi tal-proporzjon tal-SG & A tal-Ajinomoto (il-Malasja) Berhad u ċaħdet l-argument imqajjem minn Anhui Jinhe.

(155)

Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-Arġentina kienet pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq minħabba li kienet disponibbli informazzjoni finanzjarja, il-proporzjon tal-profitt meta mqabbel mal-bejgħ ta’ 5.3 % kien raġonevoli u l-argument tal-Kummissjoni li r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-importazzjoni mill-Arġentina kienu sorsi limitati ta’ provvista ma kienx validu peress li t-tariffi tal-importazzjoni kienu applikati biss lejn pajjiż wieħed (l-Istati Uniti) u prodott wieħed.

(156)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Il-Kummissjoni ma ċaħditx li l-Arġentina tkun pajjiż rappreżentattiv minħabba li l-proporzjon tal-profitt meta mqabbel mal-bejgħ ta’ 5.3 % ma kienx raġonevoli, iżda għal raġunijiet oħra. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessa (137), l-ebda dikjarazzjoni finanzjarja dettaljata ma kienet disponibbli għal kwalunkwe kumpanija rilevanti fl-Arġentina, peress li kienet disponibbli għall-Malasja. Barra minn hekk, minbarra t-tariffa tal-importazzjoni msemmija minn Anhui Jinhe, il-Kummissjoni identifikat rekwiżiti għal-liċenzjar tal-importazzjoni għal erba’ materji primi oħra, li jistgħu jillimitaw is-sorsi tal-provvista u b’hekk iżidu l-prezzijiet fis-suq domestiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

3.4.   Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(157)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli faċilment dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(158)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża d-data tal-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA, Institute of Labour Market Information and Analysis) (68) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-manodopera u tal-elettriku ppubblikati mill-kumpanija tal-elettriku Tenaga Nasional Berhad (TNB) fis-sit web tagħha (69) għall-kostijiet tal-elettriku.

(159)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-importanza limitata ta’ xi oġġetti ta’ materja prima individwali fil-kost totali tal-produzzjoni, uħud mill-fatturi tal-produzzjoni tqiesu bħala “oġġetti tal-konsum”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fil-kost totali tal-produzzjoni u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-produzzjoni bl-użu tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(160)

Matul seduta ta’ smigħ, Anhui Jinhe ressqet l-argument li l-Kummissjoni ma kinitx żiedet l-Ewwel Nota mal-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu, kif indikat fit-taqsima 5.3.2. tan-Notifika ta’ bidu.

(161)

Madankollu, dan it-terminu ma jinkludix in-noti tal-fajl. Il-Kummissjoni ħarġet l-Ewwel Nota tagħha fil-15 ta’ Marzu 2021 u t-Tieni Nota tagħha fil-11 ta’ Ġunju 2021 u fiż-żewġ Noti, il-partijiet interessati kellhom 10 ijiem biex jissottomettu kummenti dwar dawk l-aspetti. Anhui Jinhe ma ssottomettiet l-ebda kumment bħala reazzjoni għal xi waħda min-noti.

(162)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe tenniet l-affermazzjonijiet tagħha msemmija fil-premessa (160). Hija ressqet ukoll l-argument li biż-żieda tal-Ewwel Nota fil-fajl tal-investigazzjoni wara 4.5-il xahar mill-bidu tal-investigazzjoni u t-Tieni Nota wara 7.5-il xahar, il-Kummissjoni ma żiditx in-noti fil-fajl “fi żmien qasir” f’konformità mat-taqsima 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu u “fil-pront” skont l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku u għalhekk għandhom jiġu injorati. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li t-talba ma kien fiha l-ebda element rigward id-distorsjonijiet ta’ ċerti inputs speċifiċi użati fil-proċess tal-produzzjoni minn Anhui Jinhe u l-Kummissjoni ma ġietx ipprovduta b’evidenza bħal din fi żmien 37 jum mid-data tal-Avviż dwar il-bidu mill-applikant. Fl-aħħar nett, ġie argumentat li bil-preżentazzjoni tal-Ewwel Nota wara t-37 jum mill-bidu, inkisru d-drittijiet tad-difiża ta’ Anhui Jinhe.

(163)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. L-għan tal-Ewwel Nota u t-Tieni Nota għall-fajl huwa li l-partijiet jiġu infurmati dwar is-sorsi rilevanti li biħsiebha tuża għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. In-Noti ma jinkludux valutazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, partikolarità ta’ dan il-każ kienet il-fatt li kif spjegat fil-premessa ’(129), Ace-K kien immanifatturat biss fl-Unjoni u fir-RPĊ. Għalhekk, il-proċess tal-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kien aktar kumpless mis-soltu peress li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra jekk kienx hemm produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali bħall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 11.2 tar-Regolament bażiku, bħal dik attwali, jeħtieġ li tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu (kif iddikjarat fit-Taqsima 6 tan-Notifika ta’ bidu), meta mqabbla ma’ investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku meta l-miżuri proviżorji għandhom jiġu imposti mhux aktar tard minn 8-il xahar mill-bidu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, Anhui Jinhe kellha biżżejjed żmien biex tikkummenta dwar in-noti. Madankollu, Anhui Jinhe ma għamlet l-ebda kumment għall-Ewwel Nota, li identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Anhui Jinhe lanqas ma pprovdiet kummenti dwar it-Tieni Nota. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjonijiet li kien hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Anhui Jinhe.

(164)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li t-talba ma kien fiha l-ebda element rigward id-distorsjonijiet ta’ ċerti inputs speċifiċi, kif iddikjarat fil-premessa (22), il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza biex tinbeda l-investigazzjoni. L-applikant mhuwiex obbligat jippreżenta evidenza addizzjonali speċifikament rigwar id-distorsjonijiet ta’ ċerti inputs sabiex il-Kummissjoni teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

3.5.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.5.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(165)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul il-kontroverifiki mill-bogħod, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni tal-Ace-K

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità fil-Malasja

Valuri mingħajr distorsjoni f’CNY

Unità ta’ kejl

Materja prima

Karbonju attivat

38021000

17,78

kg

Fosfat tal-ammonju/ fosfat tad-diammonju

31053000

2,87

kg

Antraċit

27011100

0,99

kg

Butyl acetate

29153300

6,99

kg

Trab tal-ġebel tal-karbonat tal-kalċju/CaCO3/xibka 200

25171000

0,72

kg

Aġent għat-tneħħija tar-ragħwa/Silikoni f’forma primarja

39100020

39100090

64,55

kg

Dichloromethane

29031200

4,51

kg

Aċidu aċetiku glaċjali

29152100

6,00

kg

Ossidu tal-kalċju/Trab/xibka 250

25221000

1,07

kg

Idrossidu tal-potassju

28152000

4,14

kg

Aċidu sulfamiku

28111990

18,14

kg

Kubrit/likwidu

25030000

0,77

kg

Triethylamine

29211900

47,51

kg

Enerġija

Elettriku

Mhux applikabbli

0,52

kWh

Manodopera

Kostijiet lavorattivi fis-settur tal-manifattura

Mhux applikabbli

64,10

Siegħa ta’ xogħol

(166)

Il-Kummissjoni inkludiet ukoll valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-metodoloġija biex jiġi stabbilit dan l-ammont hija spjegata kif xieraq fil-premessa (186).

Materja prima u prodotti sekondarji

(167)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (121) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-Malasja miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament 2015/755, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi (aktar minn 75 % tal-volumi totali importati lejn il-Malasja).

(168)

Għal għadd żgħir ta’ fatturi ta’ produzzjoni u prodotti sekondarji, il-kostijiet effettivi mġarrba, jew il-valuri kreditati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(169)

Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi l-valur nett ta’ dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum.

(170)

Fir-rigward tal-istim, kost sinifikanti ġie rrapportat mill-produttur esportatur fil-kategorija tal-oġġetti tal-konsum. Peress li l-istim kien ukoll prodott sekondarju tal-proċess tal-produzzjoni, il-Kummissjoni inkludiet kemm il-kost kif ukoll il-valur tal-introjtu mill-prodott sekondarju għall-istim, fil-prodotti tal-konsum.

(171)

Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti.

(172)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv.

(173)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost attwali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni sabiex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

(174)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li l-Kummissjoni ma ħaditx punt ta’ riferiment preċiż għall-idrossidu tal-potassju. Hija argumentat li l-Kummissjoni użat il-prezz Malasjan għal SA 281520 f’dan ir-rigward u din il-metodoloġija ma kkunsidratx il-fatt li l-idrossidu tal-potassju seta’ jiġi importat f’forma likwida u solida li għandhom prezzijiet differenti.

(175)

Biex jinbena l-punt ta’ riferiment għall-idrossidu tal-potassju, il-Kummissjoni użat il-kodiċi HS ippreżentat minn Anhui Jinhe, li kien l-istess kemm għall-forom likwidi kif ukoll għal dawk solidi. Il-kodiċi tal-prodott b’ 8 ċifri fil-Malasja għal dan il-prodott ma jagħmilx differenza bejn prodotti likwidi u solidi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(176)

Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-premessa bażika li fuqha huwa bbażat il-kunċett ta’ dazji fuq l-importazzjoni kienet li, jekk il-materja prima tinxtara fis-suq domestiku, il-prezz tax-xiri kien soġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), filwaqt li jekk il-materja prima kienet akkwistata fi swieq barranin, il-pajjiżi li esportaw il-materja prima ġeneralment ma kinux jimponu l-VAT. Għalhekk, fl-istadju ta’ l-importazzjoni ġew imposti dazji ta’ importazzjoni biex it-taxxa tkun ugwali b’tali mod li l-prezz domestiku kien komparabbli mal-prezz ta’ l-importazzjoni. Madankollu, jekk kumpanija tixtri materja prima, il-VAT imħallsa hija l-VAT tal-input li ma kinitx parti mill-ispiża tal-produzzjoni peress li kienet tpaċija tal-VAT tal-output. Għalhekk, Anhui Jinhe sostniet li għall-kalkolu tal-valur normali d-dazju tal-importazzjoni ma għandux jiżdied.

(177)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Ir-reġim tal-VAT huwa differenti mid-dazju tal-importazzjoni. Filwaqt li għall-VAT, hemm tpaċija bejn il-VAT tal-input u tal-output anki għall-materja prima importata, dan il-kumpens ma japplikax għad-dazji tal-importazzjoni. Barra minn hekk, l-għan taż-żieda tad-dazji tal-importazzjoni huwa li jinkiseb il-prezz finali tal-importazzjoni fis-suq domestiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

Manodopera

(178)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-istatistika ppubblikata mill-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA) (71) fil-Malasja biex tiddetermina l-pagi fil-Malasja billi tuża l-informazzjoni għall-kost lavorattiv medju għal kull impjegat fis-settur tal-manifattura għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

(179)

Wara t-Tieni Nota, l-applikant ikkummenta li abbażi tal-kost tax-xogħol mhux eżekuttiv stabbilit mill-Kummissjoni għal Ajinomoto (Malaysia) Berhad (RM 38 791 005) u l-fatt li dan kien relatat ma’ 452 persuna, wieħed seta’ jiddeduċi li Ajinomoto (Malaysia) Berhad ħallset lil kull impjegat mhux eżekuttiv, bħala medja, 85 820,81 RM/sena li kien ekwivalenti għal 7 151,73 RM/xahar (11 952,8 CNY/xahar). Huma indikaw li peress li Ajinomoto (Malaysia) Berhad operat fl-istess settur tan-negozju bħall-produtturi tal-Ace-K, ikun raġonevoli li jiġi kkalkolat il-parametru referenzjarju għall-manodopera bl-użu ta’ kostijiet lavorattivi mhux eżekuttivi fis-siegħa mir-rapporti finanzjarji ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad.

(180)

Il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċifri tal-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA) huma relatati mas-sena 2016. Peress li ċ-ċifri lavorattivi mhux eżekuttivi proposti mill-applikant huma relatati mas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 u ġejjin minn kumpanija fl-istess settur tan-negozju bħall-produtturi tal-Ace-K, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li ssir talba mill-applikant biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-manodopera fuq dik il-bażi.

Elettriku

(181)

Il-prezzijiet għall-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Malasja huma ppubblikati mill-kumpanija tal-elettriku Tenaga Nasional Berhad (TNB) fis-sit web tagħha (72). L-aktar rati riċenti ġew ippubblikati fl-1 ta’ Jannar 2014 u kienu għadhom applikabbli fir-RIP. Il-Kummissjoni użat ir-rati tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa tal-konsum “Tariff E2 - Tariffa Industrijali Konsum Massimu/Mhux Konsum Massimu Vultaġġ Medju”, minn TNB biex tistabbilixxi l-kost tal-elettriku għal kull kWh.

(182)

Fir-rigward tal-element ta’ domanda massima, il-produttur esportatur ma pprovdiex dettalji tad-domanda massima għal kull nofs siegħa, li hija element tal-kalkolu. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet dan l-element, b’mod konservattiv, abbażi tad-domanda medja għal kull nofs siegħa għax-xahar bl-ogħla domanda.

(183)

Il-Kummissjoni mbagħad stabbiliet il-konsum mill-produttur esportatur Ċiniż matul il-perjodi massimi u kwieti fis-sistema tat-tariffi tal-Malasja, li jikkorrispondu mal-perjodi massimi u fissi (il-perjodu massimu tal-Malasja) u l-perjodu minimu (il-perjodu kwiet tal-Malasja) fis-sistema tariffarja Ċiniża.

(184)

Imbagħad, il-Kummissjoni applikat il-prezzijiet tal-Malasja għal kull unità kkonsmata matul il-perjodi massimi u kwieti fil-Malasja għall-konsum tal-produttur esportatur Ċiniż f’kWh matul dawk il-perjodi u żiedet it-tariffa massima tad-domanda stabbilita hawn fuq u t-tariffa tal-alimentazzjoni ta’ 1,6 % sabiex tistabbilixxi l-kost tal-elettriku għal kull kWh.

3.5.2.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(185)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq.

(186)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produttur esportatur. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(187)

Biex tistabbilixxi ammont mhux distort u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq id-data finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 għal Ajinomoto (Malaysia) Berhad. Il-Kummissjoni għamlet din id-data disponibbli għall-partijiet interessati fit-Tieni Nota.

(188)

Kif indikat fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat ir-Rapport tal-Introjtu awditjat u n-Noti mar-rapporti finanzjarji għal Ajinomoto (Malaysia) Berhad għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 sabiex tistabbilixxi l-Kost tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-SG&A. Ċerti tipi ta’ kostijiet ġew allokati direttament għall-kost tal-bejgħ (eż. deprezzament tal-impjanti, tal-makkinarju u tat-tagħmir) jew għall-ispejjeż tal-SG&A (eż. is-salarji tad-diretturi) kif xieraq. Spejjeż oħra ġew imqassma mal-kost tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-SG&A abbażi tan-numri ta’ impjegati mhux eżekuttivi (imqassma mal-kost tal-bejgħ) u impjegati oħra (imqassma mal-SG&A). B’din l-analiżi, il-Kummissjoni esprimiet l-ispejjeż tal-SG&A bħala perċentwal tal-Kost tal-bejgħ.

(189)

Wara t-Tieni Nota, l-applikant ikkummenta li d-dħul mill-imgħax ta’ MR 2 894 308 ma għandux jiġi ttrattat bħala kost negattiv tal-SG&A.

(190)

Il-Kummissjoni qablet li peress li Ajinomoto (Malaysia) Berhad kellha assi ta’ flus sinifikanti, li kienu jkunu s-sors ta’ tali introjtu, l-imgħax riċevut jenħtieġ li ma jiġix inkluż biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-SG&A assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni aġġustat il-kostijiet tal-SG&A f’dan ir-rigward.

(191)

L-applikant argumenta wkoll li fl-istabbiliment tal-livell ta’ profittabbiltà, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-profittabbiltà ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad fuq il-bejgħ industrijali tagħha aktar milli fuq il-bejgħ lill-konsumaturi tagħha, peress li kemm l-applikant kif ukoll Anhui Jinhe jbigħu l-Ace-K “minn negozju għal negozju”. Huma indikaw li jkun possibbli li tiġi kkalkolata l-profittabbiltà għas-settur industrijali bl-użu tal-informazzjoni segmentali disponibbli fil-paġna 89 tar-Rapport Annwali 2020.

(192)

Il-Kummissjoni nnotat li ċ-ċifri fir-Rapport Annwali kienu jippermettu d-determinazzjoni ta’ perċentwal ta’ profitt għall-bejgħ industrijali, iżda mhux perċentwal ekwivalenti tal-ispejjeż tal-SG&A għall-bejgħ industrijali. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument u stabbiliet il-profitt u l-SG&A abbażi taċ-ċifri totali tal-kumpanija Ajinomoto (Malasia) Berhad.

(193)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe ressqet l-argument ulterjuri li l-Kummissjoni tat stima għolja żżejjed tal-ispejjeż ta’ SG&A ta’ Ajinomoto, billi allokat it-totalità tal-“ispejjeż l-oħra tal-operat” lil SG&A. Huma ressqu l-argument li partijiet mill-“ispejjeż l-oħra tal-operat” jikkostitwixxu b’neċessità kosti ta’ bejgħ, aktar milli SG&A, peress li pereżempju, l-ebda spiża li ma ġietx ikklassifikata bħala “spiża oħra tal-operat” ma jidher li tinkludi l-ispejjeż għall-enerġija li jmisshom, tal-anqas parzjalment, jitqiesu bħala kosti tal-produzzjoni aktar milli SG&A.

(194)

Il-Kummissjoni tinnota li ma hemm l-ebda indikazzjoni ċara jew tqassim tal-ispejjeż inklużi fil-kategorija fir-rapport annwali ta’ Ajinomoto. Id-divulgazzjoni dettaljata tal-allokazzjoni tal-kostijiet biex jiġu ddeterminati l-ispejjeż SG & A saret bħala parti mit-Tieni Nota u l-partijiet interessati ngħataw 10 jum biex jikkummentaw. Anhui Jinhe ma kkummentatx dwar dan l-aspett f’dak iż-żmien. Madankollu, anki jekk il-Kummissjoni taċċetta dik id-dikjarazzjoni, dan ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni li d-dumping (b’rata għolja) kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

3.5.3.   Il-kalkolu

(195)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(196)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-konsum tal-materja prima, tal-manodopera u tal-enerġija). Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv.

(197)

It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera żdiedu bl-ispejjeż tal-materja prima u tal-oġġetti tal-konsum imsemmija fil-premessi (168) sa (171) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-ispejjeż tal-manifattura li effettivament ġew imġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(198)

Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt kif innotat fil-premessi (188) sa (192). Dawn ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad kif spjegat fil-premessa (187).

(199)

L-ispejjeż SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 32,7 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 22,8 %.

(200)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.6.   Prezz tal-esportazzjoni

(201)

Il-produttur esportatur li kkoopera esporta direttament lil klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

(202)

Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.7.   Paragun

(203)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

(204)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-prezz tal-esportazzjoni għall-ispejjeż tan-nol, tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u dawk anċillari fir-RPĊ, tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni, tal-kostijiet tal-kreditu, tal-imposti bankarji u tal-ispejjeż tal-imballaġġ.

3.8.   Marġni tad-dumping

(205)

Għall-produttur esportatur li kkoopera, Anhui Jinhe, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(206)

Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 67,6 %.

(207)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina mill-istatistika uffiċjali huma konformi mal-prezzijiet ta’ Anhui Jinhe. Minħabba l-marġni ta’ dumping sinifikanti u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn produtturi esportaturi oħra, il-Kummissjoni kkunsidrat li kumpaniji oħra kienu qed jesportaw ukoll bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(208)

Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING

(209)

Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu mħassra. L-elementi addizzjonali li ġejjin ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet probabbli u l-marġnijiet tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

4.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(210)

Il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni relatata mal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva abbażi tal-informazzjoni fit-talba, il-formoli tal-kampjunar sottomessi mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tweġiba għall-kwestjonarju li waslet mill-produttur esportatur li kkoopera, is-sottomissjonijiet li waslu u s-siti web tal-produtturi fiċ-Ċina.

(211)

Fit-talba, l-applikant indika li l-kapaċità eżistenti fir-RPĊ kienet tammonta għal 39 500 tunnellata u l-użu tal-kapaċità bbażat fuq il-bejgħ globali kien inqas minn 50 % (73).

(212)

Anhui Jinhe sostniet li tliet kumpaniji biss, Anhui Jinhe, Vitasweet u Yabang kienu qed jipproduċu Ace-K fir-RPĊ u pprovdiet evidenza biex turi li xi wħud mill-produtturi Ċiniżi indikati fit-talba ma kinux qed jipproduċu Ace-K.

(213)

Il-Kummissjoni aċċettat l-evidenza (74) minn Anhui Jinhe, li kienet tidher li tissuġġerixxi li Shandong MinghuiFood Co., Ltd, Suzhou PeacockFood Additive Co., Ltd u Suzhou Hope Technology Co., Ltd ma kinux għadhom jipproduċu Ace-K. Madankollu, ma kien hemm l-ebda evidenza li tindika li l-kapaċità tagħhom ma kinitx għadha teżisti jew informazzjoni dwar jekk il-kapaċità tagħhom setgħetx terġa’ tiġi stabbilita fuq terminu qasir.

(214)

Fir-rigward tal-kumpanija Hangzhou SanheFood Co., Ltd, fin-nuqqas ta’ evidenza għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li dawn kienu għadhom produttur u kkonkludiet mis-sit web tagħhom (75) li għandhom kapaċità ta’ mill-inqas 5 000 tunnellata u potenzjalment aktar.

(215)

L-applikant ipprovda evidenza li kumpanija msemmija Nantong Hongxin kellha kapaċità ta’ Ace-K taħt kostruzzjoni li tammonta għal 15 000 tunnellata bi tlestija mistennija fl-2021 (76) u li kumpanija msemmija Ningxia Wanxiangyuan kellha pjanijiet li tibni faċilità ta’ produzzjoni ġdida ta’ Ace-K, b’kapaċità ta’ 5 000 tunnellata fis-sena, li għaddiet mill-istadju tal-valutazzjoni ambjentali f’Ottubru 2020 (77). L-applikant irrefera wkoll għal tħabbira fl-2017 minn Anhui Jinhe dwar żieda potenzjali fil-kapaċità tal-produzzjoni iżda ma pprovda l-ebda evidenza li din l-espansjoni seħħet jew dwar il-volum tal-kapaċità tal-produzzjoni kkonċernata.

(216)

Anhui Jinhe ma kkontestatx din l-evidenza.

(217)

Il-Kummissjoni saret taf ukoll bi produttur possibbli ieħor tal-Ace-K fiċ-Ċina msemmi Jiangxi Beiyang, iżda ma setgħetx issib informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni jew il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu.

(218)

Meta titqies l-evidenza kollha disponibbli, il-Kummissjoni qieset li l-kapaċità Ċiniża attwali x’aktarx kienet fil-medda ta’ bejn 32 000 u 40 500 tunnellata u l-kapaċità x’aktarx li tiżdied fuq terminu qasir b’20 000 tunnellata għal bejn 52 000 u 60 500 tunnellata.

(219)

Anhui Jinhe stmat id-domanda globali annwali għall-Ace-K fil-medda ta’ 18 000 sa 20 000 tunnellata u argumentat li b’rata ta’ tkabbir annwali ta’ 2,3 – 4,5 % (li għalihom ġiet ipprovduta evidenza mill-applikant), dan malajr jeżawrixxi kwalunkwe kapaċità ta’ riżerva disponibbli fiċ-Ċina.

(220)

Madankollu, abbażi tal-kapaċità attwali fiċ-Ċina ta’ bejn 32 000 u 40 500 tunnellata, kien ċar li ċ-Ċina waħedha setgħet tissodisfa faċilment id-domanda globali eżistenti u tkun tista’ tissodisfaha għal mill-inqas l-10 snin li ġejjin.

(221)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll is-sitwazzjoni fir-rigward tal-kapaċità ta’ riżerva.

(222)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar it-tliet kumpaniji li Anhui Jinhe sostniet li bħalissa kienu qed jipproduċu kif ukoll għal Hangzhou SanheFood Co. Ltd., il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-erba’ kumpaniji x’aktarx li jkollhom kapaċità ta’ riżerva ta’ madwar 5 200 tunnellata (78). Dan kien bejn wieħed u ieħor id-doppju tal-konsum tal-Unjoni fir-RIP (ara l-premessa (239)).

(223)

Il-kapaċità ta’ riżerva attwali stmata ta’ madwar 5 200 tunnellata, flimkien mal-kapaċità addizzjonali ta’ 20 000 tunnellata li għandha tiġi installata fiċ-Ċina fuq terminu qasir, hija ogħla mill-istima ta’ Anhui Jinhe tad-domanda globali attwali u aktar minn 8 darbiet il-konsum totali tal-Unjoni.

(224)

Għalhekk, se jkun hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ, biex jiżdied il-bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni b’mod massiv f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

4.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(225)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi kienet evidenti minħabba l-preżenza kontinwa u massiva tagħhom anke b’miżuri anti-dumping – li laħqu [31 % sa 37 %] tas-sehem mis-suq tal-Unjoni matul ir-RIP kif imsemmi fil-premessa (242).

(226)

Il-kapaċità żejda Ċiniża tipprovdi inċentiv qawwi għall-esportazzjoni f’dan is-settur orjentat b’mod naturali lejn l-esportazzjoni minħabba li hemm kompetitur barrani wieħed biss (l-applikant). L-esportaturi Ċiniżi diġà użaw il-potenzjal tas-swieq tal-esportazzjoni minbarra l-Unjoni minħabba li diġà jiddominawhom b’sehem mis-suq bħala medja ta’ aktar minn 70 % (79).

(227)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe sostniet li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-Unjoni kienet suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi tal-Ace-K. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe sostniet li l-applikant biegħ parti dejjem akbar tal-produzzjoni tiegħu lil swieq terzi, li ssuġġerixxa li s-suq tal-Unjoni lanqas biss kien attraenti għall-produttur tal-Unjoni. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi lejn l-Unjoni kien l-istess, jew ftit inqas mill-prezz tal-esportazzjoni tagħhom lejn swieq mhux tal-UE. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, Anhui Jinhe kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni kien inqas attraenti għall-produtturi Ċiniżi minn kwalunkwe suq terz ieħor minħabba l-preżenza ta’ kompetitur lokali.

(228)

Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li d-dazji antidumping ma eskludewx lill-produtturi esportaturi Ċiniżi mis-suq tal-Unjoni. L-applikant argumenta wkoll li s-suq tal-Unjoni jista’ jkun inqas attraenti għall-produtturi Ċiniżi minħabba d-dazji antidumping fis-seħħ, iżda jekk dawn id-dazji jitħassru, il-produtturi Ċiniżi jqisu s-suq tal-Unjoni bħala attraenti.

(229)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-produtturi esportaturi Ċiniżi żammew sehem mis-suq importanti ħafna fis-suq tal-Unjoni anki wara l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping kif deskritt fil-premessa (242). Jekk is-suq ma jkunx attraenti, tali penetrazzjoni għolja ma tkunx teżisti. Dan huwa aktar il-każ fejn japplikaw dazji antidumping addizzjonali, peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-iżbark huma ogħla u jagħmlu l-esportazzjonijiet lejn l-UE aktar għaljin. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi tal-prezzijiet, l-esportaturi ma jkomplux ibiegħu kwantitajiet sinifikanti lil suq mhux attraenti. Għalhekk, abbażi tas-sejbiet miġbura fil-qosor fil-premessa (234), il-Kummissjoni tiċħad l-argument ta’ hawn fuq. Jekk id-dazji antidumping jitħallew jiskadu, il-produtturi Ċiniżi jkollhom l-opportunità li jżidu l-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni.

(230)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni ġiet ikkonfermata ulterjorment mill-elementi tal-prezzijiet analizzati fil-premessi (232) sa (233).

4.3.   Il-prezzijiet u l-marġnijiet tad-dumping probabbli f’każ li l-miżuri jiġu mħassra

(231)

Anhui Jinhe argumentat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Ace-K mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, huma argumentaw li ma kien hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-bejgħ tal-Ace-K lil pajjiżi terzi.

(232)

Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell tal-prezzijiet tagħhom lejn l-Unjoni. Dan jindika li d-dumping huwa strateġija strutturali għall-penetrazzjoni tas-swieq ta’ pajjiżi terzi u li għalhekk se jkompli.

(233)

Il-produtturi Ċiniżi jistgħu jkunu jistgħu jbigħu bi prezz ogħla lejn l-Unjoni milli lejn pajjiżi terzi oħra jekk id-dazji eżistenti jitħallew jiskadu, iżda l-provvista eċċessiva sostanzjali fiċ-Ċina x’aktarx li twaqqa’ l-prezzijiet għal livelli taħt il-livelli eżistenti fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-marġnijiet tad-dumping x’aktarx li jkomplu jiżdiedu.

4.4.   Konklużjoni

(234)

Il-Kummissjoni sabet li kien hemm kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ, li x’aktarx kompliet tikber aktar fit-terminu qasir. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet ċara mis-sehem għoli tas-suq li jgawdu l-produtturi Ċiniżi minkejja d-dazji anti-dumping sinifikanti fis-seħħ. Barra minn hekk, il-prezzijiet għas-suq tal-Unjoni kienu attraenti u għalkemm ikun hemm potenzjal għall-produtturi Ċiniżi li jgħollu l-prezzijiet tagħhom mil-livelli attwali, jekk jiskadu l-miżuri, il-kapaċità żejda fiċ-Ċina, flimkien mar-rati moderati antiċipati ta’ tkabbir tas-suq globali, x’aktarx li tkompli tnaqqas il-prezzijiet, fin-nuqqas ta’ miżuri.

(235)

Barra minn hekk, il-livell ta’ dumping li nstab kien sostanzjali.

(236)

Għalhekk, l-analiżi tal-Kummissjoni żvelat id-dumping fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-probabbiltà li l-importazzjonijiet ikomplu, f’volumi sinifikanti, bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jiskadu.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(237)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn produttur wieħed fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan il-produttur jikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(238)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi oħra, kif indikat fl-istatistika dwar l-importazzjoni abbażi tal-bażi tad-data tal-14(6).

(239)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-konsum totali tal-Unjoni

[2 313 -2 800 ]

[2 339 -2 831 ]

[2 549 -3 085 ]

[2 447 -2 962 ]

Indiċi

100

101

110

106

Sors: Data mill-industrija tal-Unjoni u l-bażi tad-data tal-14(6)

(240)

Il-konsum tal-Ace-K żdied b’6 % meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat minħabba żieda fid-domanda għal prodotti mingħajr zokkor fl-Unjoni.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(241)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-bażi tad-data tal-14(6) u tad-data tal-industrija tal-Unjoni.

(242)

L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (tunnellati)

[669 -810 ]

[699 -846 ]

[658 -796 ]

[788 -953 ]

Indiċi

100

104

98

118

Sehem mis-suq (%)

[27 -33 ]

[28 -34 ]

[25 -30 ]

[31 -37 ]

Indiċi

100

103

89

111

Sors: Data mill-industrija tal-Unjoni u l-bażi tad-data tal-14(6)

(243)

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina wera xi fluttwazzjonijiet b’żieda ta’ 4 % fl-2018, segwita minn tnaqqis fl-2019. Matul ir-RIP, il-volum tal-importazzjonijiet żdied b’mod konsiderevoli bi 18 %, meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda mill-2019 ħabtet fl-istess żmien ma’ tnaqqis żgħir fil-konsum fl-Unjoni matul l-istess perjodu.

(244)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina wera żvilupp simili bħall-volum tal-importazzjonijiet, b’żieda ta’ 3 % fl-2018, segwit minn tnaqqis fl-2019. Dan it-tnaqqis jista’ jiġi rkuprat matul ir-RIP b’żieda ta’ 11 % meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni osservat li fir-RIP, minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied għad-detriment tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (257) u (258).

5.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(245)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-bażi tad-data tal-14(6).

(246)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Prezz tal-importazzjonijiet medju mill-pajjiż ikkonċernat

[5 202 -6 297 ]

[5 232 -6 334 ]

[5 827 -7 054 ]

[6 207 -7 513 ]

Indiċi

100

101

112

119

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(247)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ urew b’mod ġenerali żieda qawwija ta’ 19 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu sostanzjalment aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-Unjoni, kif rifless fit-Tabella 8.

(248)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produttur uniku tal-Unjoni imposti fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

(b)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produttur Ċiniż uniku li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF), inkluż id-dazju antidumping, b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(249)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Matul ir-RIP, ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produttur tal-Unjoni. Dan wera marġni medju pponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ aktar minn 10 %. Meta d-dazji antidumping ma jiġux ikkunsidrati, il-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz laħaq aktar minn 45 %.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

(250)

L-importazzjonijiet ta’ Ace-K minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 1 sa 4 % biss matul il-perjodu kkunsidrat. Billi lßAce-K huwa prodott biss fiċ-Ċina u fl-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li dawn l-importazzjonijiet kienu kklassifikati ħażin bħala Ace-K jew li l-oriġini tagħhom kienet ħażina. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ma qisitx aktar dawn l-importazzjonijiet fl-analiżi tad-dannu tagħha.

5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(251)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.5.1.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(252)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Il-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

[4 271 – 5 171 ]

[4 833 – 5 850 ]

[4 860 – 5 883 ]

[4 873 – 5 899 ]

Indiċi

100

113

114

114

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[5 700 – 6 900 ]

[5 700 – 6 900 ]

[5 700 – 6 900 ]

[5 700 – 6 900 ]

Indiċi

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità

[71 - 86 ]

[81 - 97 ]

[81 - 98 ]

[81 - 98 ]

Indiċi

100

113

114

114

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(253)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda tista’ tkun relatata l-ewwel maż-żieda ġenerali fid-domanda għall-Ace-K u t-tieni, mal-effett tad-dazji antidumping li ppermettew lill-industrija tirkupra u żżid il-volum tal-produzzjoni tagħha.

(254)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni nżammet fl-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm id-dazji antidumping ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra, l-evalwazzjoni tas-suq ma ġġustifikat l-ebda estensjoni tal-kapaċità.

(255)

L-użu tal-kapaċità żdied f’konformità mal-volum ta’ produzzjoni annwali deskritt fil-premessa (253) u żdied b’14 % minħabba d-dazji antidumping u ż-żieda ġenerali fid-domanda għall-Ace-K.

5.5.1.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(256)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

[1 614 –1 953 ]

[1 565 –1 894 ]

[1 786 –2 162 ]

[1 623 –1 964 ]

Indiċi

100

97

111

101

Sehem mis-suq (%)

[66 -80 ]

[64 -77 ]

[67 -81 ]

[63 -76 ]

Indiċi

100

96

100

95

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(257)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni varja. Il-volum tal-bejgħ naqas fl-2018 bi 3 %, segwit minn żieda qawwija ta’ 11 % fl-2019 meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Matul ir-RIP, il-volum tal-bejgħ reġa’ lura għal-livell inizjali fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(258)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u naqas b’5 % matul ir-RIP.

5.5.1.3.   Impjiegi u produttività

(259)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

L-impjieg u l-produttività fl-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Numru ta’ impjegati

[73 - 89 ]

[76 - 93 ]

[76 - 92 ]

[76 - 92 ]

Indiċi

100

113

114

114

Produttività (tunnellati/FTE)

[55 - 67 ]

[60 - 73 ]

[61 - 74 ]

[61 - 74 ]

Indiċi

100

108

110

110

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(260)

Mill-2017 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-persunal tagħha b’14 %, f’konformità maż-żieda fil-produzzjoni.

(261)

Fl-istess ħin, il-produttività żdiedet b’10 % matul l-istess perjodu.

5.5.1.4.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(262)

Il-marġni tad-dumping għall-produttur esportatur li kkoopera kif iddikjarat fil-premessa (206) kien ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis, u l-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kif deskritti fil-premessi (243) u (244) kienu għadhom sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

(263)

Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tirkupra minn prattiki ta’ dumping tal-passat.

5.5.1.5.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(264)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produttur uniku tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

[9 840 –11 911 ]

[9 833 –11 903 ]

[10 941 –13 245 ]

[13 279 –16 075 ]

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

100

100

111

135

Spiża tal-unità ta' produzzjoni (EUR/tunnellata) — Indiċi

100

97

101

101

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(265)

Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdied b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat wara l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping.

(266)

Il-kost tal-produzzjoni baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat.

5.5.1.6.   Kostijiet lavorattivi

(267)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

[88 709 –107 384 ]

[91 459 –110 714 ]

[96 239 –116 500 ]

[98 783 –119 579 ]

Indiċi

100

103

108

111

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(268)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.1.7.   Inventarji

(269)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produttur uniku tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

L-inventarji

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

[696 - 842 ]

[979 – 1 186 ]

[1 150 –1 392 ]

[1 226 –1 484 ]

Indiċi

100

103

108

111

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(270)

Il-prezzijiet żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.1.8.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(271)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (Indiċi)

100

116

137

193

Il-fluss tal-flus (EUR)

[12 183 444 – 14 748 380 ]

[10 422 105 – 12 616 232 ]

[15 616 733 – 18 904 467 ]

[21 987 559 - 26 616 519 ]

Indiċi

100

86

128

180

Investimenti (EUR)

[1 360 987 –1 647 510 ]

[1 187 387 –1 437 363 ]

[1 236 940 –1 497 348 ]

[1 182 289 –1 431 192 ]

Indiċi

100

87

91

87

Redditu fuq l-investimenti

[92 - 111 ]

[92 - 111 ]

[131 - 159 ]

[206 - 250 ]

Indiċi

100

100

142

224

Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

(272)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produttur tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal mill-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà wriet żieda qawwija ta’ 93 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Id-dazji antidumping ippermettew lill-produttur tal-Unjoni jirritorna għal livell għoli ta’ profittabbiltà.

(273)

L-investigazzjoni wriet li r-RIP kien ikkaratterizzat minn ċirkostanzi eċċezzjonali, li kienu marbuta mat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19. B’mod partikolari, klijenti kbar tal-ikel u tal-farmaċewtika xtraw volumi ogħla ta’ Ace-K mill-industrija tal-Unjoni matul l-ewwel nofs tal-2020 sabiex jiżguraw provvisti ta’ dan l-ingredjent. Barra minn hekk, il-manutenzjoni annwali tal-industrija tal-Unjoni li tinvolvi perjodu fejn il-produzzjoni titwaqqaf, ġiet posposta fl-2020 meta mqabbla mat-twaqqit tas-soltu tagħha fis-sena, u dan wassal għal żieda fil-produzzjoni fir-RIP. Dawn l-iżviluppi eċċezzjonali tas-suq iġġeneraw żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-2019 u żieda fil-profitt tal-industrija tal-Unjoni fir-RIP. L-investigazzjoni sabet li bl-eliminazzjoni ta’ tali impatti ta’ darba, il-profitt tal-industrija tal-Unjoni jkun fl-istess ordni ta’ kobor bħall-profittabbiltà miksuba qabel ma seħħew iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fl-2019.

(274)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żdiedet b’mod simili għall-profittabbiltà bi 80 %, u dan jirrifletti mill-ġdid l-effett pożittiv tad-dazji antidumping u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fir-RIP deskritti fil-premessa (273).

(275)

Il-livell ta’ investiment naqas bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif deskritt fil-premessa (272), id-dazji antidumping ippermettew ritorn għal attivitajiet kummerċjali b’saħħithom iżda ma kinux jiġġustifikaw il-ħtieġa għal investimenti f’kapaċitajiet ta’ produzzjoni addizzjonali.

(276)

Ir-redditu fuq l-investimenti naqas b’124 % matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.1.9.   Konklużjoni dwar id-dannu

(277)

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu, bħall-produzzjoni, l-impjiegi, l-użu tal-kapaċità, il-produttività il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv. Filwaqt li x-xejra tal-indikaturi finanzjarji bħal-livell tal-investiment u r-redditu fuq l-investimenti hija negattiva, il-livelli assoluti tagħhom għadhom sodisfaċenti u ma jurux sinjali ta’ dannu materjali.

(278)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dannu preċedenti u ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

6.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(279)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (278) li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li kieku l-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jitħallew jiskadu.

(280)

Il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, il-livelli tal-prezz probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri antidumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni inkluż il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz fin-nuqqas ta’ miżuri antidumping.

(281)

Kif stabbilit fil-premessi (210) - (223) hawn fuq, hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-UE malajr f’każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu.

(282)

Din il-kapaċità żejda sinifikanti u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni deskritti fil-premessi (225) sa (229) x’aktarx li jiġġeneraw esportazzjonijiet addizzjonali enormi lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li jistgħu faċilment ikopru l-konsum sħiħ tal-Unjoni.

(283)

Fis-suq dinji barra mill-Unjoni, fejn ma hemm fis-seħħ l-ebda miżura ta’ difiża tal-kummerċ, il-produtturi Ċiniżi għandhom sehem dominanti mis-suq (bħala medja aktar minn 70 %).

(284)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa probabbli li s-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi jilħaq mill-inqas is-sehem mis-suq dinji tagħhom.

(285)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li ma kien hemm l-ebda pożizzjoni dominanti taċ-Ċina fi swieq terzi peress li l-allegat sehem mis-suq ta’ 70 % tal-produtturi Ċiniżi fi swieq terzi kien jikkorrispondi għas-sehem tagħhom fil-kapaċità totali tal-produzzjoni fid-dinja, u għalhekk dan is-sehem mis-suq irrifletta tqassim ibbilanċjat sew tas-suq dinji bejn il-produtturi li jikkompetu.

(286)

Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li l-argument ta’ Anhui Jinhe kien ibbażat fuq tqabbil tal-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali mal-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-applikant u li dan l-argument kien invalidu minħabba li kien hemm kapaċità żejda sinifikanti fiċ-Ċina.

(287)

L-argument ta’ Anhui Jinhe jirrifletti l-approċċ gradwali taċ-Ċina għall-politika industrijali: tinbena kapaċità żejda massiva, ibbażata fuq distorsjonijiet immexxija mill-Istat; parti kbira minn dik il-kapaċità żejda tiġi esportata globalment; it-tkissir tal-kompetituri fl-UE (u bnadi oħra), mhux fuq il-bażi ta’ kompetittività ġenwina, iżda fuq il-bażi ta’ kummerċ inġust; Il-kumpaniji Ċiniżi jiksbu pożizzjonijiet enormi, anke dominanti madwar id-dinja. Imbagħad jingħad li dan huwa “ripartizzjoni normali”. Madankollu s-swieq ma għandhomx ikunu xprunati mid-daqs tal-kompetituri, iżda pjuttost mill-kapaċità tagħhom li jikkompetu fuq bażi ġusta b’kundizzjonijiet ekwi. Din l-argumentazzjoni tipprovdi narrattiva Ċiniża dwar ir-raġunijiet għall-preżenza globali massiva taċ-Ċina. Iżda jibqa’ l-fatt li preżenza massiva bħal din għandha impatt materjali fuq il-kompetizzjoni, u twassal għas-sejbiet tal-Kummissjoni li fin-nuqqas ta’ miżuri antidumping, is-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni x’aktarx li jiżdied b’mod sinifikanti u li dan ikun jinvolvi telf importanti tas-sehem mis-suq għall-produttur tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(288)

Mingħajr id-dazji antidumping, il-prezzijiet doganali kklirjati tal-Ace-K Ċiniż ivarjaw minn madwar 6,2 sa 6,75 EUR/kg. Meta jitqabblu dawn il-prezzijiet mal-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, nett min-nol u mill-ħażna matul ir-RIP u l-prezz medju tal-bejgħ ex-works tagħha fl-Unjoni għal Ace-K tal-grad tal-ikel waqt ir-RIP lill-utenti u lin-negozjanti, l-analiżi wriet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jkunu inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’aktar minn 45 %.

(289)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, f’xenarju fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkollhom fl-UE l-istess penetrazzjoni bħal fi swieq dinjija oħra (medja ta’ madwar 70 %) (80), it-telf fil-bejgħ u ż-żieda li tirriżulta fil-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni jkunu jinvolvu telf finanzjarju sinifikanti meta jitqiesu l-livelli probabbli tal-prezzijiet, filwaqt li l-profittabbiltà ssir negattiva. Għalhekk, id-dannu jsir materjali fi żmien qasir u jipperikola s-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni.

(290)

Dan ix-xenarju probabbli huwa appoġġat mill-evidenza pprovduta mill-applikant dwar ir-Renju Unit fejn seħħ telf sinifikanti ta’ bejgħ u ta’ sehem mis-suq wara Brexit u t-tneħħija li rriżultat ta’ miżuri antidumping fuq l-Ace-K. Tabilħaqq, fin-nuqqas ta’ miżuri, sitwazzjoni simili x’aktarx li tiżviluppa fis-suq tal-Unjoni.

(291)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li l-applikant ma sofriex telf sinifikanti ta’ bejgħ u sehem mis-suq fir-Renju Unit wara t-tneħħija tad-dazji antidumping minħabba l-Brexit. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl miftuħ rigward il-bejgħ tar-Renju Unit tal-applikant u żieda fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn ir-Renju Unit.

(292)

Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li Anhui Jinhe kellu aċċess għall-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża u li l-applikant kien ipprovda wkoll tali data dwar l-esportazzjoni matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti enfasizzat li t-telf tal-attività tagħha seħħ diġà qabel it-tneħħija tad-dazji antidumping fir-Renju Unit.

(293)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-applikant l-ewwel issottometta t-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju b’data li tinkludi lir-Renju Unit fil-bejgħ tal-UE u mbagħad verżjoni ġdida b’data li teskludi r-Renju Unit. Il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali taż-żewġ tweġibiet għall-kwestjonarju jinsabu fil-fajl miftuħ. Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-istatistika tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami miċ-Ċina lejn ir-Renju Unit. Bi tweġiba għas-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, żdiedet nota fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni f’dan ir-rigward. Kemm it-tweġibiet għall-kwestjonarju kif ukoll l-istatistika kkonfermaw is-sejbiet dwar it-telf tas-sehem mis-suq tal-applikant diġà b’antiċipazzjoni tat-tneħħija tad-dazji antidumping minħabba l-Brexit. Għalhekk, l-allegazzjoni ta’ Anhui Jinhe ta’ hawn fuq hija infondata.

(294)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-industrija tal-Unjoni bbenefikat mill-impożizzjoni ta’ dazji u rkuprat mis-sitwazzjoni dannuża tagħha wara li ġew imposti l-miżuri. Madankollu, fin-nuqqas ta’ miżuri, iż-żieda enormi mistennija fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi malajr twassal għad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni li tirriżulta f’dannu materjali.

(295)

Għalhekk, ġie konkluż li wisq probabbli n-nuqqas ta’ miżuri wisq probabbli jwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet dannużi u li aktarx iwassal għal rikorrenza ta’ dannu materjali.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(296)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

(297)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(298)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(299)

Kif iddikjarat fil-premessa (278), l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping fil-passat u l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta ma jkunux soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(300)

Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tiddeterjora malajr kif spjegat fil-premessi (279) sa (294).

(301)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(302)

Kif iddikjarat fil-premessa (29), l-ebda importatur mhux relatat ma kkoopera matul l-investigazzjoni.

(303)

L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda impatt negattiv sinifikanti tal-miżuri fis-seħħ fuq l-importaturi.

(304)

L-investigazzjoni preċedenti kkonkludiet li l-importaturi jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri iżda sa punt limitat ħafna. L-Ace-K hu parti żgħira biss tan-negozju għall-importaturi, li għandhom portafoll usa’ ta’ prodotti.

(305)

Għalhekk, mill-informazzjoni disponibbli, jidher ċar li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi jkollha impatt limitat ħafna, jekk xejn, u dan l-impatt jingħeleb b’mod ċar mill-benefiċċji li l-miżuri jistgħu jġibu lill-industrija tal-Unjoni.

7.3.   Interess tal-utenti

(306)

L-Ace-K jintuża prinċipalment bħala sostitut taz-zokkor fis-settur tal-ikel u x-xorb, pereżempju fis-soft drinks jew fil-prodotti tal-ħalib. Sa ċertu punt, l-Ace-K jintuża fis-settur tal-farmaċewtika.

(307)

L-ebda utent ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(308)

L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda impatt negattiv sinifikanti tal-miżuri fis-seħħ. L-investigazzjoni preċedenti kontra r-RPĊ żvelat li f’termini ta’ kostijiet, l-impatt tal-Ace-K fi prodotti lesti huwa minimu. Madankollu, din żvelat ukoll li l-użu tal-Ace-K huwa essenzjali għal prodotti li diġà huma fis-suq. Prodotti ġodda jistgħu jiġu żviluppati b’sustanzi li jagħtu l-ħlewwa alternattivi iżda bidla fil-formulazzjoni ta’ prodotti stabbiliti hija riskjuża u għalja. Għalhekk, l-aċċess tal-utenti għal sorsi alternattivi ta’ Ace-K kien meqjus importanti ħafna.

(309)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiġu estiżi, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-utenti x’aktarx ma jkunx sinifikanti.

7.4.   Fatturi oħrajn

7.4.1.   Sigurtà tal-provvista

(310)

Il-produttur tal-Unjoni saħaq li s-sigurtà tal-provvista tal-Ace-K kruċjali għall-produtturi tal-ikel u tax-xorb u li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li ssir dipendenti fuq provvisti ta’ prodotti ta’ pajjiż wieħed biss. Il-produttur ikkunsidra wkoll li ladarba produttur ta’ prodott tax-xorb jew tal-ikel ikun għażel li juża l-Ace-K bħala l-ħlewwa b’livell baxx ta’ kaloriji tiegħu, dan ma jistax jaqleb għal ħlewwa oħra mingħajr ma jbiddel it-togħma b’mod materjali u jaffettwa l-perċezzjoni tal-prodott tal-konsumaturi.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(311)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ Ace-K li joriġinaw mir-RPĊ.

(312)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma kinitx fl-interess tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe sostniet li l-applikant kellu kapaċità ta’ produzzjoni limitata u rata għolja ta’ użu tal-kapaċità u għalhekk ma kienx kapaċi jforni s-suq kollu mingħajr diżimpenn mis-swieq tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li l-utenti tal-Ace-K kienu jiddependu fuq sorsi alternattivi ta’ provvista u għalhekk ma kellhomx għażla ħlief li jħallsu d-dazji antidumping u jgħadduhom lill-konsumaturi, li għollew il-prezzijiet tal-ikel. Fl-aħħar nett, Anhui Jinhe sostniet li l-istrateġija ta’ provvista multipla tal-utenti tkun fi kwalunkwe każ protezzjoni suffiċjenti għall-applikant, peress li tipprevjeni l-importazzjonijiet Ċiniżi milli jaħtfu ishma sostanzjali mis-suq mill-produttur tal-Unjoni.

(313)

Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li kellu biżżejjed kapaċità ta’ produzzjoni biex iforni s-suq kollu tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjonijiet attwali tiegħu lejn pajjiżi terzi. L-applikant argumenta wkoll li minħabba l-livelli ta’ dożaġġ żgħar ħafna tal-Ace-K użat fix-xorb u fl-ikel, l-effett tad-dazji antidumping fuq il-kost tal-prodotti lesti kien negliġibbli. Barra minn hekk, l-applikant iddikjara li għall-kuntrarju tal-allegazzjoni ta’ Anhui Jinhe, l-istrateġija ta’ akkwist doppju tal-utenti tal-Ace-K ma waqqfitx l-importazzjonijiet Ċiniżi milli jaħtfu ishma tas-suq sostanzjali għad-detriment tal-produttur tal-Unjoni fil-perjodu ta’ qabel l-investigazzjoni oriġinali.

(314)

Fir-rigward ta’ dawn l-argumenti, il-Kummissjoni tfakkar li l-ebda importatur, utent jew organizzazzjoni tal-konsumatur ma kkoopera fir-rieżami ta’ skadenza attwali. Fil-fatt, l-investigazzjoni stabbiliet li kien hemm kapaċità ta’ produzzjoni suffiċjenti ta’ Ace-K fl-UE biex tkopri l-konsum kif jidher fil-premessi (239) u (252) b’żieda mal-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina kif deskritt fil-premessi (210) sa (223) u għalhekk ma kienx hemm riskju ta’ provvista insuffiċjenti tal-prodott soġġett għar-reviżjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li f’termini ta’ kostijiet, l-impatt tal-Ace-K fil-prodotti lesti kien minimu kif deskritt fil-premessa (308). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tal-FTT.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(315)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri antidumping dwar l-Ace-K mir-RPĊ jenħtieġ li jinżammu.

(316)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (81), meta ammont ikun irid jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(317)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat kif stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K (melħ tal-potassju ta’ 6-metil-1,2,3- ossatijazina-4(3H)-one 2,2-dijossidu; CAS RN 55589-62-3) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2934 99 90 (kodiċi TARIC 2934999021).

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Dazju antidumping - euro għal kull kg nett

Kodiċi addizzjonali TARIC

Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd

4,58

C046

Suzhou Hope Technology Co., Ltd

4,47

C047

Anhui Vitasweet Food Ingredient Co., Ltd

2,64

C048

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

4,58

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha trid tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu/isimha u bil-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-aċesulfam K mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert b’din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk fattura bħal din ma tiġix ippreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1963 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 287, 31.10.2015, p. 1).

(3)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 46, 11.2.2020, p. 8.).

(4)  Minħabba l-fatt li hemm produttur wieħed biss tal-Ace-K fl-Unjoni, xi data f’dan ir-Regolament qed tiġi ppreżentata f’meded jew f’forma ta’ indiċi biex tiġi ppreżervata l-kunfidenzjalità tad-data tal-produttur tal-Unjoni.

(5)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċesulfam K (Ace-K) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 366, 30.10.2020, p. 13).

(6)  Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit irtira mill-Unjoni. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu b’mod konġunt fuq perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni, li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-Unjoni u għalhekk iċ-ċifri, is-sejbiet u l-konklużjonijiet f’dan ir-Regolament jittrattaw lir-Renju Unit bħala pajjiż terz.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/787 tad-19 ta’ Mejju 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif ukoll ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jinsab f’ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 15).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/765 tal-14 ta’ Mejju 2019 li jirrevoka d-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u li jtemm il-proċedimenti fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 126, 15.5.2019, p. 4), premessa (89).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 240/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jirrevoka d-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 33), premessa (76).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 135/2014 tal-11 ta’ Frar 2014 li jirrevoka d-dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ diċjandjammidu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 43, 13.2.2014, p. 1), premessa (70).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 240/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jirrevoka d-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 33), premessa (102).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2001 li ttemm il-proċedura antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw fil-Brażil, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-Każakistan, fir-Russja, fl-Ukrajna u fil-Venezwela (ĠU L 84, 23.3.2001, p. 36).

(13)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2491

(14)  Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(15)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport”).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/546 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 109, 30.3.2021, p. 1).

(17)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 6-7.

(18)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 10.

(19)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(20)  Rapport – Kapitolu 2, p. 20-21.

(21)  Ir-Rapport – Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(22)  Rapport – Kapitolu 6, p. 120-121.

(23)  Rapport – Kapitolu 6, p. 122 -135.

(24)  Rapport – Kapitolu 7, p. 167-168.

(25)  Rapport – Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(26)  Rapport – Kapitolu 2, p. 15-16, Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Rapport – Kapitolu 5, p. 108-9.

(27)  Rapport – Kapitolu 3, p. 22-24 u Kapitolu 5, p. 97-108.

(28)  Rapport – Kapitolu 5, p. 104-9.

(29)  Rapport – Kapitolu 5, p. 100-1.

(30)  Rapport – Kapitolu 2, p. 26.

(31)  Rapport – Kapitolu 2, p. 31-2.

(32)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(33)  Disponibbli fuq www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2021)

(34)  Financial Times (2020) “Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise”, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j

(35)  Is-sit web ta’ Anhui Jinhe Industrial (jinheshiye.com).

(36)  Rapport – Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(37)  Rapport – Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(38)  Zhongtai securities’ analysis of Anhui Jinhe Industrial, February 2020 (dfcfw.com).

(39)  It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-iżvilupp tal-industrija petrokimika u kimika 2016-2020, muri fuq is-sit web tal-NDRC.

(40)  Tħabbira li Anhui Jinhe Industrial iffirmat ftehim qafas mal-Kontea ta’ Dingyuan dwar proġett ta’ park industrijali tal-ekonomija ċirkolari - 24 ta’ NOV 2017 kif maħruġa fuq is-sit web tal-informazzjoni finanzjarja cninfo.com.cn

(41)  Ir-rapport annwali ta’ Anhui Jinhe Industrial tal-2020 (dfcfw.com).

(42)  Rapport – Kapitolu 6, p. 138-149.

(43)  Rapport – Kapitolu 9, p. 216.

(44)  Rapport – Kapitolu 9, p. 213-215.

(45)  Rapport – Kapitolu 9, p. 209-211.

(46)  Rapport – Kapitolu 13, p. 332-337.

(47)  Rapport – Kapitolu 13, p. 336.

(48)  Rapport – Kapitolu 13, p. 337-341.

(49)  Rapport – Kapitolu 6, p. 114-117.

(50)  Rapport – Kapitolu 6, p. 119.

(51)  Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.

(52)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(53)  Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni (CBIRC) tat-28 ta’ Awwissu 2020: Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020-2022). http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2021). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat aktar l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”

(54)  Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(55)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

(56)  Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(57)  Ara OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi, p. 29.

https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en

(58)  Ara: http://www.xinhuanet.com/fortune/2020-04/20/c_1125877816.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(59)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(60)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.

(61)  https://globalfinancials.com/index-admin.html

(62)  https://www.ajinomoto.com.my/investors/annual-reports

(63)  http://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials

(64)  https://www.globaltradealert.org/data_extraction

(65)  Minħabba li fir-rieżami tal-iskadenza, id-dazji anti-dumping ma jiġux riveduti, l-użu ta’ dawn iż-żewġ materji primi biex jinħadem il-valur normali fil-prinċipju ma jaffettwax is-sejbiet ġenerali ta’ dan ir-rieżami. Fil-fatt, f’dan il-każ partikolari, kwalunkwe impatt ikun ta’ vantaġġ għall-produtturi esportaturi peress li l-valur normali maħdum, u l-marġni tad-dumping li jirriżulta, ikun potenzjalment ogħla fin-nuqqas ta’ tali rekwiżiti ta’ liċenzjar.

(66)  Ajinomoto (Malaysia) Berhad Dikjarazzjonijiet Finanzjarji għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020, p. 84.

(67)  Ajinomoto (Malaysia) Berhad Dikjarazzjonijiet Finanzjarji għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020, p. 45.

(68)  https://www.ilmia.gov.my/index.php/my/labour-cost

(69)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1

https://www.tnb.com.my/assets/files/Tariff_Rate_Final_01.Jan.2014.pdf

(70)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(71)  https://www.ilmia.gov.my/index.php/my/labour-cost

(72)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1

https://www.tnb.com.my/assets/files/Tariff_Rate_Final_01.Jan.2014.pdf

(73)  Verżjoni miftuħa tat-Talba, p. 41.

(74)  Ċertifikat maħruġ mill-Assoċjazzjoni taċ-Ċina dwar l-Addittivi tal-Ikel u l-Ingredjenti fit-2 ta’ Marzu 2021, ipprovdut minn Anhui Jinhe fis-Slajd 16 tas-Sottomissjoni Miftuħa tagħhom datata l-4 ta’ Marzu 2021 u Tħabbira tal-Qorti tal-Poplu li tikkonferma l-falliment ta’ Hope, ipprovduta minn Anhui Jinhe fis-Slajd 17 tas-Sottomissjoni Miftuħa tagħhom datata l-4 ta’ Marzu 2021.

(75)  http://www.hzsanhe.com/default2.asp

(76)  http://www.cninfo.com.cn/new/disclosure/detail?plate=sse&orgId=9900023704&stockCode=603968&announcementId=1209844300&announcementTime=2021-04-27%2018:00, p. 30.

(77)  Is-sottomissjoni miftuħa tal-applikant datata t-8 ta’ Ġunju 2021 Anness I.

(78)  Dan jinkludi l-aħjar stimi tal-kapaċità ta’ riżerva potenzjali għal żewġ kumpaniji abbażi ta’ informazzjoni f’sottomissjoni riċevuta u/jew f’formola ta’ kampjunar riċevuta minn produttur esportatur Ċiniż.

(79)  Talba għal verżjoni mhux kunfidenzjali, paġna 41.

(80)  Ara l-premessa (255).

(81)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/65


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/117

tas-27 ta’ Jannar 2022

li jemenda għat-328 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entrata waħda mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

“Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (kitba oriġinali:

Image 1
) (alias ta’ kwalità tajba: (a) Khalil Yarraya; Ben Narvan Abdel Aziz (Data tat-twelid: 15.8.1970; post tat-twelid: Sereka, eks-Jugoslavja); (c) Abdel Aziz Ben Narvan (Data tat-twelid: 15.8.1970; post tat-twelid: Sereka, eks-Jugoslavja); ) (alias ta’ kwalità tajba: (a) Amro; (b) Omar; (c) Amrou; (d) Amr). Data tat-twelid: 8.2.1969; Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995 f’Ġenova, l-Italja, li skada fil-25.7.2000). Indirizz: Nuoro, l-Italja. Informazzjoni oħra: (a) Iddeportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-24.2.2015. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.6.2003.”


DEĊIŻJONIJIET

28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/67


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/118

tas-27 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta’ Jannar 2023 għal tnejn u erbgħin persuna u sal-31 ta’ Lulju 2022 għal persuna waħda. Barra minn hekk, fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jiġu emendati d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għal tliet persuni, u jenħtieġ li l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina tiġi emendata għal seba’ persuni.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2023.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-miżuri fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrata Numru 45 fl-Anness sal-31 ta’ Lulju 2022.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa emendat kif ġej:

(i)

L-entrati li ġejjin fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

“7.

Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

Data tat-twelid: 17 ta’ Lulju 1992

L-aħħar indirizz magħruf: il-Palazz Presidenzjali, Tuneż, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 09006300

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: bint Leïla TRABELSI

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Leila Trabelsi (Nru 2).

29.

Ghazoua Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Le Bardo

Data tat-twelid: 8 ta’ Marzu 1963

L-aħħar indirizz magħruf: 49 Avenue Habib Bourguiba — Carthage, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 00589758

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: tabiba, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Slim ZARROUK

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Slim Zarrouk (Nru 30).

42.

Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA

Nazzjonalità: Tuneżina

Post tat-twelid: Monastir

Data tat-twelid: 30 ta’ Awwissu 1982

L-aħħar indirizz magħruf: rue Ibn Maja — Khezama est — Sousse, it-Tuneżija

Nru tal-ID: 08434380

Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

Sess: mara

Informazzjoni oħra: bint Hayet BEN ALI, miżżewġa lil Badreddine BENNOUR

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Hayet Ben Ali (Nru 33).”

(ii)

Fl-entrati li ġejjin fit-Taqsima B, “Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina”, taħt l-intestatura “Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”, jiżdiedu s-sentenzi finali li ġejjin:

“25.

Fil-15 ta’ Frar 2021 u fl-10 ta’ Marzu 2021, is-Sur CHIBOUB instema’ minn imħallef inkwirenti fil-kawża 19592/1. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqtal-kawża tiegħu mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti.

26.

Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqtal-kawża tagħha mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti.

30.

Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-15 ta’ April 2021 fil-kawża 29443 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

31.

Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-1 ta’ Novembru 2018 fil-kawża 27658 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

33.

Sentenza bid-data tal-14 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 40800 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

34.

Sentenza bid-data tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-kawża 28264 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

46

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Tuneż bid-data tal-21 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 41328/19 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.”


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/119

tas-26 ta’ Jannar 2022

li tħassar id-Deċiżjoni 2004/613/KE marbut mal-kreazzjoni ta’ grupp konsultattiv tal-katina alimentari u tas-saħħa tal-annimali u veġetali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE (1) stabbiliet il-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u veġetali Dan il-grupp ġie kkonsultat mill-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma tagħha dwar is-sigurtà tal-ikel u l-għalf, dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-ikel u l-għalf, dwar in-nutrizzjoni tal-bniedem b’rabta mal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, u dwar kull miżura li kellha tieħu jew tipproponi l-Kummissjoni fl-oqsma ta’ politika li ssemmew hawn fuq.

(2)

Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u li tiffavorixxi l-ambjent (2).

(3)

Fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, se jsiru konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati li għandhom għarfien espert fl-oqsma tas-saħħa, tan-nutrizzjoni, tal-kummerċjalizzazzjoni, tal-ambjent, tal-klima, tal-agrikoltura sostenibbli, tal-agronomija, tas-sajd, tal-akkwakultura u tax-xjenzi soċjali, kif ukoll fl-oqsma tat-trasformazzjoni diġitali u tal-finanzi b’rabta mas-sistemi tal-ikel.

(4)

B’hekk, il-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” huma aktar wesgħin mill-għarfien espert tal-grupp kif previst attwalment fid-Deċiżjoni 2004/613/KE. Għalhekk, biex tiġi żgurata aktar parteċipazzjoni tal-esperti f’dawk l-oqsma ta’ politika, jeħtieġ li jitwaqqaf grupp ġdid informali ta’ esperti b’aktar membri u kompiti.

(5)

Għaldaqstant, jeħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni 2004/613/KE.

(6)

Billi l-mandat tal-membri tal-grupp konsultattiv attwali jiskadi fil-14 ta’ Lulju 2022, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun tapplika mill-jum ta’ wara,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/613/KE titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-15 ta’ Lulju 2022.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE tas-6 ta’ Awwissu 2004 marbut mal-kreazzjoni ta’ grupp konsultattiv tal-katina alimentari u tas-saħħa tal-annimali u veġetali (ĠU L 275, 25.8.2004, p. 17).

(2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM(2020) 381 final).


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/72


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/120

tas-26 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata bid-dokument C(2022) 367)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (1), u partikolarment Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 1999/2/KE tipprevedi li oġġett tal-ikel ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti ma jistax jiġi importat minn pajjiż terz sakemm ma jkunx ġie ttrattat f’faċilità ta’ tneħħija ta’ radjazzjoni approvata mill-Unjoni Ewropea.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE (2) stabbiliet lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni.

(3)

Fil-31 ta’ Awwissu 2021, ir-Renju Unit ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni “Synergy Health” li tinsab fi Swindon, ir-Renju Unit.

(4)

Ir-Renju Unit ipprovda evidenza adegwata li s-sorveljanza uffiċjali ta’ dik il-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni tiggarantixxi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/2/KE.

(5)

Jenħtieġ li l-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni “Synergy Health” tiġi inkluża fil-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2002/840/KE tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40).


ANNESS

ANNESS

Lista ta’ faċilitajiet f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni approvati mill-Unjoni

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 01-2002

HEPRO Cape (Pty) Ltd

6 Ferrule Avenue

Montague Gardens

Milnerton 7441

Western Cape

Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Tel. (27-21) 551 24 40

Fax (27-21) 551 17 66

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 02-2002

GAMMASTER South Africa (Pty) Ltd

PO Box 3219

5 Waterpas Street

Isando Extension 3

Kempton Park 1620

Johannesburg

Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Tel. (27-11) 974 88 51

Fax (27-11) 974 89 86

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 03-2002

GAMWAVE (Pty) Ltd

PO Box 26406

Isipingo Beach

Durban 4115

Kwazulu-Natal

Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Tel. (27-31) 902 88 90

Faks (27-31) 912 17 04

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 05-2004

GAMMA-PAK AS

Yünsa Yolu N: 4 OSB

Cerkezköy/TEKIRDAG

TR-59500

It-Turkija

Tel. (90-282) 726 57 90

Faks (90-282) 726 51 78

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 06-2004

STUDER AGG WERK HARD

Hogenweidstrasse 2

Däniken

CH-4658

L-Iżvizzera

Tel. (41-062) 288 90 60

Faks (41-062) 288 90 70

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 07-2006

THAI IRRADIATION CENTER

Thailand Institute of Nuclear Technology (Organizzazzjoni Pubblika)

37 Moo 3, TECHNOPOLIS

Klong 5, Klong Luang

Pathumthani 12120

It-Tajlandja

Tel. (662) 577 4167 to 71

Faks (662) 577 1945

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 08-2006

Synergy Health (Thailand) Ltd

700/465 Amata Nakorn Industrial

Moo 7, Tambon Donhuaroh

Amphur Muang

Chonburi 20000

It-Tajlandja

Tel. (66) (0) 38 458431 sa 3 u (66) (0) 38 450092 sa 3

Faks (66) (0) 38 458435 u (66) (0) 38 717146

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 09-2010

Board of Radiation and Isotope Technology

Department of Atomic Energy

BRIT/BARC Vashi Complex

Sector 20, Vashi

Navi Mumbai — 400 705 (Maharashtra)

L-Indja

Tel. +91 2227840000/+91 2227887000

Faks +91 2227840005

Posta elettronika: chief@britatom.gov.in cebrit@vsnl.net

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 10-2010

Board of Radiation and Isotope Technology

ISOMED

Bhabha Atomic Research Centre

South Site Gate, Refinery Road

Next to TATA Power Station, Trombay

Mumbai — 400 085 (Maharashtra)

L-Indja

Tel. +91 2225595684/+91 2225594751

Faks +91 2225505338

Posta elettronika: chief@britatom.gov.in cebrit@vsnl.net

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 11-2010

Microtrol Sterilisation Services Pvt. Ltd

Plot No 14 Bommasandra- Jigani Link Road Industrial Area

KIADB, Off Hosur Road

Hennagarra Post

Bengalooru — 562 106 (Karnataka)

L-Indja

Tel. +91 8110653932/+91 8110414030

Faks +91 8110414031

Posta elettronika: vikram@microtrol-india.com

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 12-2021

Synergy Health

Moray Road

Elgin Industrial Estate

Swindon

SN2 8XS

Ir-Renju Unit

Tel. + 44 (0) 1793-601004

Posta elettronika: ast_info@steris.com


28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/77


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/121

tas-27 ta’ Jannar 2022

li tistabbilixxi regoli interni dwar l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta’ ċerti drittijiet tagħhom fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tat-trattament ta’ talbiet u lmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 249(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), jirrikjedu li l-Kummissjoni twieġeb għal ċerti talbiet u lmenti. Dawk il-kompiti jitwettqu prinċipalment mill-Unità “Appelli u Monitoraġġ tal-Każijiet” tad-Direttorat Ġenerali responsabbli għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà (“DĠ HR”), li tistabbilixxi l-fatti rilevanti u tevalwahom minn perspettiva legali sabiex tassisti lill-Awtorità tal-Ħatra jew lill-Awtorità responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti ta’ Impjieg (“l-Awtorità”) fit-teħid ta’ deċiżjoni.

(2)

L-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal jobbliga lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 u 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, li tistabbilixxi proċedura għat-trattament tal-ilmenti mressqa mill-uffiċjali dwar il-mod kif jiġu ttrattati wara jew bħala konsegwenza li jkunu rrapportaw irregolarità serja skont l-Artikoli 22a u 22b tar-Regolamenti tal-Persunal (2).

(3)

L-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal jirrikjedi li l-Kummissjoni tassisti lill-uffiċjali fi proċedimenti kontra persuni li jwettqu theddid, atti jew kliem ta’ insult jew malafama, jew attakki fuq persuna jew proprjetà li għalihom huma jew membru tal-familja tagħhom huma soġġetti minħabba l-pożizzjoni jew id-dmirijiet tagħhom.

(4)

L-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal jippermetti lil kull persuna li għaliha japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal li titlob lill-Awtorità tieħu deċiżjoni dwarha, jew tressaq ilment kontra deċiżjoni li taffettwaha b’mod negattiv.

(5)

Fil-kuntest ta’ dawk l-attivitajiet, is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni jiġbru u jipproċessaw l-informazzjoni rilevanti. Dik l-informazzjoni tinkludi data personali, b’mod partikolari data dwar l-identifikazzjoni, data ta’ kuntatt u dwar l-imġiba. Is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni jittrażmettu data personali lil servizzi oħra tal-Kummissjoni fuq bażi ta’ “tagħrif skont il-bżonn”.

(6)

Id-data personali hija maħżuna f’ambjent elettroniku u sigur biex ma jkunx hemm aċċess illegali jew trasferiment ta’ data lil persuni li m’għandhomx bżonn li jkunu jafu. Wara li jintemm l-ipproċessar, id-data tinżamm f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Kummissjoni (3).

(7)

Waqt li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni hija marbuta li tirrispetta d-drittijiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali rikonoxxuti mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 16(1) tat-Trattat, kif ukoll id-drittijiet previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni hija meħtieġa tikkonforma ma’ regoli stretti ta’ kunfidenzjalità u segretezza professjonali.

(8)

F’ċerti ċirkostanzi, huwa meħtieġ li jiġu rikonċiljati d-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 mal-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u li tiġi żgurata l-effettività tar-rispons tal-Kummissjoni għal allegazzjonijiet ta’ fastidju u mġiba jew attakki oħra mhux xierqa, kif ukoll b’rispett sħiħ għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ suġġetti tad-data oħrajn. F’dan is-sens, l-Artikolu 25(1), il-punti (b), (c), (g) u (h) tar-Regolament (UE) 2018/1725 jagħti l-possibbiltà lill-Kummissjoni li tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 17, 19, 20 u 35, kif ukoll il-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 4(1) il-punt (a), sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 17, 19 u 20 ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Dan jista’, b’mod partikolari, ikun il-każ fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali lill-persuna li fir-rigward tagħha tkun tressqet talba jew ilment “il-persuna kkonċernata”), b’mod partikolari meta l-proċedura toriġina minn talba għal assistenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal li tallega fastidju. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrestrinġi l-għoti ta’ tali informazzjoni lill-persuna kkonċernata sabiex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ min jagħmel it-talba, ta’ min jagħmel l-ilment jew tax-xhud skont l-Artikolu 25(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħmel dan, b’mod partikolari biex tipproteġi lil dawk il-persuni kontra ritaljazzjoni possibbli mill-persuni kkonċernati li kontrihom saru allegazzjonijiet in bona fede, li madankollu ma wasslux għal miżuri mill-amministrazzjoni. F’xi sitwazzjonijiet jista’ jkun meħtieġ li jiġi ristrett l-għoti ta’ tali informazzjoni biex jiġi evitat li jseħħ fastidju jew imġiba jew attakki mhux xierqa oħra fil-Kummissjoni (b’mod partikolari fl-entità organizzattiva fejn il-persuna kkonċernata taħdem flimkien ma’ min jagħmel it-talba, l-ilmentatur u jew ix-xhud).

(10)

Jista’ jkun meħtieġ ukoll li jiġu ristretti drittijiet oħra tal-persuna kkonċernata meta l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet jiżvela informazzjoni dwar min jagħmel it-talba, l-ilmentatur jew xhud li jkun talab li l-identità tiegħu ma tiġix żvelata. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrestrinġi d-dritt ta’ aċċess għad-dikjarazzjoni relatata mal-persuna kkonċernata jew mad-drittijiet l-oħra tagħha sabiex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ min jagħmel it-talba, tal-ilmentatur jew tax-xhud għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 9. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħmel dan skont l-Artikolu 25(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(11)

Jista’ jkun meħtieġ ukoll li jiġu ristretti d-drittijiet tal-persuna kkonċernata sabiex tiġi salvagwardjata funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew funzjoni regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali f’każ fejn ikun involut objettiv importanti ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni, jiġifieri li tiġi żgurata l-effettività tar-rispons tal-Kummissjoni għal allegazzjonijiet ta’ fastidju u ta’ kwalunkwe mġiba jew attakk mhux xierqa oħra. Il-ġlieda kontra l-fastidju u kwalunkwe mġiba jew attakk ieħor mhux xieraq tikkostitwixxi objettiv importanti ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni, inkluż tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha d-dmir li tassisti lill-persunal tagħha skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal. Sabiex il-membri tal-persunal ma jiġux skoraġġuti milli jirrapportaw każijiet perċepiti ta’ fastidju u mġiba jew attakki oħra mhux xierqa u milli jitolbu assistenza f’dan il-kuntest, li huwa fl-interess pubbliku tal-Unjoni, għandu jiġi żgurat li l-persuni kkonċernati ma jiksbux għarfien tat-talba għal assistenza li tikkonċernahom. Dan jista’ jkun partikolarment pertinenti f’każijiet fejn l-Awtorità ssib li ma seħħ l-ebda fastidju skont it-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal. F’tali sitwazzjoni, l-interess pubbliku tal-Unjoni jeżiġi li l-persuna kkonċernata ma tkunx taf bit-talba għal assistenza sabiex jiġi ppreżervat ir-rikors mill-membri tal-persunal għall-proċedura prevista fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u sabiex jiġu evitati kunflitti ġodda. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrestrinġi d-drittijiet tal-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 25(1), il-punti (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(12)

Jista’ jkun meħtieġ ukoll li jiġu ristretti d-drittijiet tal-persuna kkonċernata sabiex jiġu salvagwardjati l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, li dawk li jagħmlu t-talba, l-ilmentaturi jew ix-xhieda jirrapportaw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-persuna kkonċernata. Pereżempju, dawk li jagħmlu talba, l-ilmentaturi u x-xhieda jistgħu jirrapportaw imġiba mhux xierqa u fastidju psikoloġiku u sesswali. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrestrinġi d-drittijiet tal-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 25(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(13)

Ir-Regolamenti tal-Persunal jeżiġu li l-Kummissjoni tiżgura li t-talbiet u l-ilmenti skont dawk ir-Regolamenti jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. Sabiex tiġi żgurata dik il-kunfidenzjalità, filwaqt li jiġu rispettati l-istandards tal-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jeħtieġ li jiġu adottati regoli interni li skonthom il-Kummissjoni tista’ tirrestrinġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data f’konformità mal-Artikolu 25(1), il-punti (b), (c), (g) u (h) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(14)

Ir-regoli interni għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar imwettqa mill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha rigward it-trattament ta’ talbiet u lmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

(15)

Sabiex tikkonforma mal-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-individwi kollha bl-attivitajiet tagħha li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u bid-drittijiet tagħhom b’mod trasparenti u koerenti permezz ta’ avviż ta’ protezzjoni tad-data ppubblikat fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma individwalment, b’mezzi xierqa, lis-suġġetti tad-data involuti f’talba jew ilment, jiġifieri, dawk li jagħmlu t-talba u l-ilmentaturi, il-persuni kkonċernati u x-xhieda.

(16)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza r-restrizzjonijiet kollha b’mod trasparenti u tirreġistra kull applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fis-sistema ta’ reġistrazzjoni korrispondenti.

(17)

Fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, li jipprevedi li fejn id-data personali ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data, is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat fi żmien xahar, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fi żmien xahar, tfassal rekord li jiddeskrivi r-raġunijiet għal kwalunkwe restrizzjoni applikata. Dak ir-rekord jenħtieġ li jinkludi valutazzjoni każ b’każ tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni.

(18)

Skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kontrolluri jistgħu jiddiferixxu, iħallu barra jew jiċħdu l-għoti ta’ informazzjoni relatata mar-raġunijiet prinċipali għall-applikazzjoni ta’ restrizzjoni għas-suġġett tad-data jekk l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni. Dan huwa partikolarment il-każ fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikoli 16 u 35 ta’ dak ir-Regolament.

(19)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi b’mod regolari r-restrizzjonijiet imposti sabiex tiżgura li d-drittijiet tas-suġġett tad-data li jiġi infurmat skont l-Artikoli 16 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jiġu ristretti biss sakemm tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa għar-raġunijiet elenkati fil-premessa 8.

(20)

L-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet għandha tiġi rieżaminata meta tingħata tweġiba għat-talbiet imressqa skont l-Artikoli 22c u 24 u l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-ilmenti mressqa skont l-Artikolu 22c l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, jew meta jingħalqu tali talbiet u lmenti, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Wara dan, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-ħtieġa li żżomm xi restrizzjoni fuq bażi annwali.

(21)

F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li tinżamm l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, b’mod partikolari restrizzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, sakemm id-data personali inkwistjoni ma tibqax tinżamm mill-Kummissjoni. F’każ bħal dan, is-suġġett tad-data ma għandux jiġi infurmat dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħu. Tali sitwazzjoni tista’, b’mod partikolari, isseħħ meta jkun hemm riskju għoli li l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali lill-persuna kkonċernata jippreġudika d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. Dan jista’ jkun il-każ fejn l-Awtorità tirrifjuta talba għall-assistenza magħmula in bona fede għal allegata mġiba mhux xierqa mill-persuna kkonċernata, u fejn il-persuna kkonċernata u min jagħmel it-talba jaħdmu flimkien fl-istess entità organizzattiva. F’sitwazzjoni bħal din, min jagħmel it-talba jirriskja li jkun soġġett għal ritaljazzjoni u l-atmosfera tax-xogħol tal-entità organizzazzjonali tista’ tkun affettwata. F’każ bħal dan, id-data personali tal-persuna kkonċernata għandha tinżamm biss sakemm id-data tkun rilevanti għat-trattament tat-talba u/jew tal-ilment u sakemm din tal-aħħar tista’ tkun is-suġġett ta’ litigazzjoni.

(22)

Jenħtieġ li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea jwettaq rieżami indipendenti tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-deċiżjoni.

(23)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta’ Settembru 2021,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni biex tinforma lis-suġġetti tad-data dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 meta tittratta talbiet u lmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

Hija tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li bihom il-Kummissjoni tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 14 sa 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, f’konformità mal-Artikolu 25(1), il-punti (b), (c), (g) u (h) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni għall-finijiet tat-trattament ta’ talbiet u lmenti skont l-Artikoli 22c u 24 u l-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.   Il-kategoriji ta’ data personali koperti minn din id-Deċiżjoni jinkludu data dwar l-identifikazzjoni, il-kuntatt u l-imġiba kif ukoll kategoriji speċjali ta’ data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 2

Eċċezzjonijiet u restrizzjonijiet applikabbli

1.   Meta l-Kummissjoni teżerċita d-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tqis jekk tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament.

2.   Soġġett għall-Artikoli 3 sa 7, fejn l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward ta’ data personali pproċessata mill-Kummissjoni jimmina r-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 25(1), il-punti (b), (c), (g) jew (h) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni ta’:

(a)

l-Artikoli 14 sa 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725; kif ukoll

(b)

Il-prinċipju tat-trasparenza stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/1725 sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 17, 19 u 20 ta’ dak ir-Regolament, sabiex jiġu salvagwardjati l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, li r-rikjedenti, l-ilmentaturi jew ix-xhieda jirrappurtaw lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-persuna kkonċernata b’allegazzjonijiet ta’ fastidju jew imġiba jew attakki oħra mhux xierqa.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ deċiżjonijiet oħra tal-Kummissjoni li jistabbilixxu regoli interni dwar l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta’ ċerti drittijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

4.   Kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun neċessarja u proporzjonata, meta jitqiesu r-riskji għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

5.   Qabel ma jiġu applikati r-restrizzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni “każ b’każ” tan-neċessità u l-proporzjonalità tagħhom. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu limitati għal dak li hu strettament meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv tagħhom.

Artikolu 3

L-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data

1.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lis-suġġetti tad-data kollha dwar l-attivitajiet tagħha li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali tagħhom għall-fini li jiġu ttrattati t-talbiet u l-ilmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma individwalment, b’mezzi xierqa, lir-rikjedenti u lill-ilmentaturi, lill-persuni kkonċernati, kif ukoll lix-xhieda mitluba biex jipprovdu informazzjoni fir-rigward ta’ tali talbiet jew ilmenti, dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

3.   Fejn il-Kummissjoni tirrestrinġi f’konformità mal-Artikolu 2, b’mod sħiħ jew parzjali, l-għoti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-persuni kkonċernati, li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata għall-fini tat-trattament ta’ talbiet u lmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal, hija għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 6.

Artikolu 4

Dritt ta’ aċċess mis-suġġetti tad-data, dritt ta’ tħassir u dritt ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar

1.   Meta l-Kummissjoni tirrestrinġi, b’mod sħiħ jew parzjali, id-dritt tal-aċċess tas-suġġetti tad-data għad-data personali, id-dritt għat-tħassir jew id-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar kif imsemmi fl-Artikoli 17, 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725 rispettivament, hija għandha tgħarraf lis-suġġett tad-data kkonċernat b’dan li ġej fit-tweġiba tagħha għat-talba għall-aċċess, għat-tħassir jew għar-restrizzjoni tal-ipproċessar:

(a)

bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet ewlenin għaliha;

(b)

bil-possibbiltà li jibgħat ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitlob rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud sakemm ikun qed jikkanċella l-fini tar-restrizzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tniżżel ir-raġunijiet għal tali restrizzjoni skont l-Artikolu 6.

4.   Meta d-dritt ta’ aċċess ikun totalment jew parzjalment ristrett, is-suġġett tad-data għandu jeżerċita d-dritt ta’ aċċess tiegħu permezz tal-intermedjarju tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont l-Artikolu 25(6), (7) u (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 5

Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali tas-suġġetti tad-data

Meta l-Kummissjoni tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta’ ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu nota tar-raġunijiet għar-restrizzjoni u tirrekordja u tirreġistra dawn ir-raġunijiet skont l-Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rekord lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fil-ħin tan-notifika tal-ksur tad-data personali.

Artikolu 6

Dokumentazzjoni u reġistrazzjoni tar-restrizzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu nota tar-raġunijiet għal kull restrizzjoni applikata skont din id-Deċiżjoni, fosthom valutazzjoni tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità tar-restrizzjoni, filwaqt li tqis l-elementi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Ir-rekord għandu jiddikjara kif l-eżerċizzju tad-dritt mis-suġġett tad-data rilevanti jimmina waħda jew aktar mir-raġunijiet applikabbli elenkati fl-Artikolu 25(1), il-punti (b), (c), (g) u (h) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.   Ir-rekord u, meta applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u ġuridiċi sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Għandhom ikunu disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

Artikolu 7

Tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet

1.   Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandhom ikomplu japplikaw sakemm jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.   Fejn ir-raġunijiet għal restrizzjoni msemmija fl-Artikolu 3, 4 jew 5 ma jibqgħux japplikaw, il-Kummissjoni għandha tneħħi r-restrizzjoni.

3.   Hija għandha tipprovdi wkoll ir-raġunijiet prinċipali għall-applikazzjoni ta’ dik ir-restrizzjoni lis-suġġett tad-data u tinfurmah dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 meta twieġeb għal talbiet ippreżentati skont l-Artikoli 22c u 24 u l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, u għal ilmenti, ippreżentati skont l-Artikolu 22c u l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, jew, meta tali talbiet jew ilmenti jingħalqu, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Wara dan, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni fuq bażi annwali. Ir-rieżami għandha tinkludi valutazzjoni tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità tar-restrizzjoni, filwaqt li tqis l-elementi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 8

Salvagwardji u perjodi ta’ ħażna

1.   Il-Kummissjoni, rispettivament l-Unità tal-Appelli u l-Monitoraġġ tal-Każijiet tad-DĠ HR għandha timplimenta salvagwardji biex tipprevjeni l-abbuż u l-aċċess illegali għal jew it-trasferiment ta’ data personali li fir-rigward tagħha japplikaw jew jistgħu jiġu applikati restrizzjonijiet. Dawn is-salvagwardji għandhom jinkludu miżuri tekniċi u organizzattivi bħal:

(a)

definizzjoni ċara tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet, id-drittijiet ta’ aċċess u l-passi proċedurali;

(b)

ambjent elettroniku sigur li jipprevjeni l-aċċess jew it-trasferiment illegali jew aċċidentali ta’ data elettronika lil persuni mhux awtorizzati;

(c)

ħażna u pproċessar siguri tad-dokumenti stampati limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ipproċessar;

(d)

monitoraġġ dovut tar-restrizzjonijiet u rieżami perjodiku tal-applikazzjoni tagħhom. Ir-rieżamijiet imsemmija fil-punt (d) għandhom isiru mill-inqas kull sitt xhur.

2.   Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jibqgħux japplikaw.

3.   Id-data personali għandha tinżamm skont ir-regoli ta’ żamma applikabbli tal-Kummissjoni, li għandhom jiġu definiti fir-rekords miżmuma taħt l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fi tmiem il-perjodu ta’ żamma, id-data personali għandha titħassar, tiġi anonimizzata jew trasferita fl-arkivji skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 9

Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni

1.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed kull meta d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jiġu ristretti skont din id-Deċiżjoni. Meta jitlob dan, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun ipprovdut b’aċċess għar-rekord u għal kwalunkwe dokumenti li fihom elementi fattwali u legali sottostanti.

2.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jitlob rieżami tar-restrizzjoni. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddokumenta l-involviment tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f’kull każ fejn jiġu ristretti d-drittijiet u l-obbligi msemmijin fl-Artikolu 2(2).

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  Avviż Amministrattiv Nru 79-2013 tad-19 ta’ Diċembru 2013“Aġġornament tal-arranġamenti għas-sottomissjoni ta’ talbiet u lmenti (l-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal) u talbiet għal assistenza (l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal)”.

(3)  Iż-żamma tal-fajls fil-Kummissjoni hija rregolata mil-Lista Komuni ta’ Żamma fil-Livell tal-Kummissjoni, dokument regolatorju fil-forma ta’ skeda ta’ ritenzjoni li tistabbilixxi l-perjodi ta’ żamma għat-tipi differenti ta’ fajls tal-Kummissjoni (SEC(2019)900). Il-perjodi ta’ żamma għal data personali huma indikati fl-avviż ta’ privatezza dwar it-trattament ta’ talbiet u lmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/84


DEĊIŻJONI Nru 2/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tat-8 Diċembru 2021

li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2022/122]

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, mill-1 ta’ Frar 2022.

Artikolu 2

1.   L-emendi għal kwalunkwe att imsemmi fl-Anness tal-Ftehim, adottati mill-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-pandemija tal-COVID 19 wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u limitati għall-emendar tad-dħul fis-seħħ jew id-data tal-applikazzjoni tal-att jew l-applikazzjoni sħiħa jew parzjali tiegħu, jew limitati għat-tħassir sħiħ jew parzjali tiegħu, għandhom jiġu kkomunikati lill-Konfederazzjoni Żvizzera f’konformità mal-Artikolu 23(3) tal-Ftehim u għandhom jitqiesu inklużi fl-Anness tal-Ftehim hekk kif jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr il-ħtieġa ta’ deċiżjoni ulterjuri mill-Kumitat Konġunt biex jirrevedi l-Anness. L-informazzjoni li jkun fiha referenza sħiħa għall-emendi rilevanti, wara l-adozzjoni tagħhom, flimkien ma’ referenza għal din id-deċiżjoni, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. L-emendi għandhom japplikaw fl-Iżvizzera mill-istess data li japplikaw fl-Unjoni Ewropea.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-atti adottati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Filip CORNELIS

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Christian HEGNER


ANNESS

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea;

Kull fejn l-atti speċifikati f’dan l-Anness fihom referenzi għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita bl-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma’ din tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-fini tal-Ftehim, jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta’ rabta mal-Iżvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru bil-liċenzja u li jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra tal-avjazzjoni ċivili

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità, (Riformulazzjoni), ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1,

ir-Regolament (UE) 2020/696, ĠU L 165, 27.5.2020, p. 1,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2114, ĠU L 426, 17.12.2020, p. 1; ir-Regolament (UE) 2020/2114 huwa totalment applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.12.2020,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2115, ĠU L 426, 17.12.2020, p. 4; ir-Regolament (UE) 2020/2115 huwa totalment applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.12.2020.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79 tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57.

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.

Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007, ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9.

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010, ĠU L 87, 7.4.2010, p. 19,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1118, ĠU L 243, 29.7.2020, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, (l-Artikoli 1-12) kif emendat b'dan:

ir-Regolament (KE) Nru 793/2004, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 50,

ir-Regolament (UE) 2020/459, ĠU L 99, 31.3.2020, p. 1,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1477, ĠU L 338, 15.10.2020, p. 4,

ir-Regolament (UE) 2021/250, ĠU L 58, 19.2.2021, p. 1; il-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, kif emendati mill-paragrafu (6) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/250, huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-20.2.2021.

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità, ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25).

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 35, 4.2.2009, p. 47.

2.   Regoli tal-kompetizzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Sal-estent fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-inserzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-Ftehim.)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:

(1)

Fir-rigward ta’ konċentrazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u li tista’ tiġi rieżaminata skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ minn tal-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta’ sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet li ma taqbilx mat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu.

Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikoli 9(2) u (6), u fl-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera skont l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) mingħajr dewmien.

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6), u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1, (l-Artikoli 1-24), kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008, ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013, ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (Verżjoni kkodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 148, 11.6.2009, p. 1.

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, kif emendat b’dan li ġej:

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1087, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 1.

L-Aġenzija għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fl-Iżvizzera wkoll.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 2(6) u (7), l-Artikolu 41(6), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 67(2) u (3), l-Artikolu 70(4), l-Artikolu 71(2), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 84(1), l-Artikolu 85(9), l-Artikolu 104(3)(i), l-Artikolu 105(1) u l-Artikolu 106(1) u (6) fl-Iżvizzera wkoll.

Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u msemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139 ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jitqies bħala trasferiment lill-awtorità EASA biex taġixxi f’isem l-Iżvizzera fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali għal finijiet oħra għajr li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1(a), il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Unjoni”;

(ii)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Kull meta l-Unjoni tinnegozja ma’pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim diment li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi ta’ ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta’ dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Iżvizzera offerta ta’ ftehim simili mal-pajjiż terz inkwistjoni. L-Iżvizzera għandha, min-naħa tagħha, tagħmel ħilitha biex tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jikkorrispondu għal dawk ta’ mal-Unjoni”.

(b)

Fl-Artikolu 95 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 96 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit bħala l-Anness A ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 102 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa għalkollox fil-Bord Amministrattiv u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għajr id-dritt li tivvota”.

(e)

Fl-Artikolu 120 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“13.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

S (0,2/100) + S [1 - (a+b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija mhux koperta mit-tariffi u mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1(c) u (d)

a

=

l-għadd ta’ Stati Assoċjati

b

=

l-għadd ta' Stati Membri tal-UE

c

=

il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 122 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-kontroll finanzjarju mill-Unjoni fl-Iżvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta’ dan l-Anness.”

(g)

L-Anness I tar-Regolament għandu jiġi estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c - [HB-JES] – it-tip Gulfstream G-V

 

A/c - [HB-ZDF] – it-tip MD900.

(h)

Fl-Artikolu 132(1), ir-referenza għar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinftiehem, fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

(i)

L-Artikolu 140(6) ma japplikax għall-Iżvizzera.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 25,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014, ĠU L 74, 14.3.2014, p. 33,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445, ĠU L 74, 18.3.2015, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539, ĠU L 91, 7.4.2016, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065, ĠU L 192, 30.7.2018, p. 21,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119, ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/27, ĠU L 8, 10.1.2019, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430, ĠU L 75, 19.3.2019, p. 66,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1747, ĠU L 268, 22.10.2019, p. 23,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 82,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2193, ĠU L 434, 23.12.2020, p. 13,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1310, ĠU L 284, 9.8.2021, p. 15.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4, (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat b'dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1,

ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008, ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1.

F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni tar-regoli dettaljati adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar il-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjiriet u tal-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ fir-rigward tat-taxi tal-ajru, is-servizzi mediċi ta’ emerġenza u l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi bdot wieħed bl-ajruplani.

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (UE) Nru 376/2014, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18,

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 20.

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, kif emendat l-aħħar b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/883, ĠU L 194, 2.6.2021, p. 22.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583, ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 187, 17.7.2012, p. 29.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013, ĠU L 4, 9.1.2013, p. 36,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 12,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039, ĠU L 167, 1.7.2015, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5, ĠU L 3, 6.1.2016, p. 3,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/897, ĠU L 144, 3.6.2019, p. 1,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570, ĠU L 132, 27.4.2020, p. 1,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/699, ĠU L 145, 28.4.2021, p. 1,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1088, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 3.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013, ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 27,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014, ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014, ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140, ĠU L 24, 30.1.2015, p. 5,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329, ĠU L 206, 1.8.2015, p. 21,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338, ĠU L 330, 16.12.2015, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199, ĠU L 198, 23.7.2016, p. 13,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363, ĠU L 55, 2.3.2017, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/394, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 1,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042, ĠU L 188, 25.7.2018, p. 3 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4.2 il-ġdid tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, kif previst fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2018/1042, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/745, ĠU L 176, 5.6.2020, p. 11,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1975, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 53,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1387, ĠU L 229, 5.9.2019, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1176, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 10,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2036, ĠU L 416, 11.12.2020, p. 24; il-paragrafi 4 sa 6 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2036 huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-31.12.2020,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1062, ĠU L 229, 29.6.2021, p. 3.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar metodi ta’ operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/161, ĠU L 27, 1.2.2017, p. 99,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/401, ĠU L 72, 15.3.2018, p. 17,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1234, ĠU L 282, 31.8.2020, p. 1,

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2148, ĠU L 428, 18.12.2020, p. 10.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2153 tas-16 ta’ Diċembru 2019 dwar it-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 319/2014, ĠU L 327, 17.12.2019, p. 36.

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158, ĠU L 192, 16.7.2016, p. 21.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088, ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536, ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334, ĠU L 50, 28.2.2017, p. 13,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1142, ĠU L 207, 16.8.2018, p. 2,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/270, ĠU L 56, 27.2.2020, p. 20,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/685, ĠU L 143, 27.4.2021, p. 6,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/700, ĠU L 145, 28.4.2021, p. 20; il-punti (1), tal-Artikolu 1, u l-punti (5), (6) u (8) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/700 huma applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.05.2021.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/133, ĠU L 25, 29.1.2019, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/97, ĠU L 31, 29.1.2021, p. 208; l-artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/97 huwa applikabbli fl-Iżvizzera mis-26.02.2021, ħlief għall-punt (1) tal-Anness I, li huwa applikabbli fl-Iżvizzera mis-16.02.2021.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2357 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta’ konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma’ liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta’ dawn iċ-ċertifikati (notifikata bid-dokument C(2016) 8645), ĠU L 348, 21.12.2016, p. 72.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/357, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 34.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta’ gliders kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji għal ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/358, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 57.

Ir-Regolament (UE) 2019/494 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 85 I, 27.3.2019, p. 11.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1128 tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 177, 2.7.2019, p. 112.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2034 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 416, 11.12.2020, p. 1.

4.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011, ĠU L 193, 23.7.2011, p. 19,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011, ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013, ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096, ĠU L 326, 1.12.2016, p. 7.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472, ĠU L 85, 1.4.2016, p. 28.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426, ĠU L 334, 22.12.2015, p. 5,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815, ĠU L 122, 13.5.2017, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/55, ĠU L 10, 13.1.2018, p. 5,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/103, ĠU L 21, 24.1.2019, p. 13, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/413, ĠU L 73, 15.3.2019, p. 98,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583, ĠU L 246, 26.9.2019, p. 15, kif emendata b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43.

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111, ĠU L 21, 27.1.2020, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/255, ĠU L 58, 19.2.2021, p. 23; il-punti 15, 18 sa 19 u 32 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2021/255 huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-11.03.2021.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 tas-16 ta’ Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (mhux ippubblikata fil-ĠU), kif emendata b'dan:

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030,

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4857,

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 132, kif emendata b'dan:

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4241,

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 0996.

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kliem “fil-livell Komunitarju, bl-involviment tal-Iżvizzera”.

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u msemmija f’dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

B’rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u għandha tinforma lill-fornitur tas-servizz dwarha, sa fejn jikkonċernah legalment.”

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ Interoperabilità) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26, kif emendat b'dan:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiżi, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Iżvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 jitħassar b’effett mill-11 ta’ Settembru 2018. Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6, 6a u 7 ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi III u IV tiegħu għandhom jibqgħu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament 2018/1139 u sa fejn dawk l-atti jkopru s-suġġett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013, ĠU L 127, 9.5.2013, p. 23,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120, ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139, ĠU L 25, 30.1.2018, p. 4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009, ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008, ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011, ĠU L 77, 23.3.2011, p. 23.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338, ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310, ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1170, ĠU L 183, 9.7.2019, p. 6,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208, ĠU L 43, 17.2.2020, p. 72.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattament li ġej:

“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fil-parti A tal-Anness I.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6, kif emendat:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9.

Ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 huwa mħassar b'effett mis-27.01.2022.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006, ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2159, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 45.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2010)5134 tad-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (mhux ippubblikata fil-ĠU).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbiliment u l-modifikazzjoni ta’ blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali, ĠU L 51, 25.2.2011, p. 2.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 4130 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar in-nomina ta’ Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (mhux disponibbli bil-Malti u mhux ippubblikata fil-ĠU).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 għandu jinqara bl-adattament li ġej:

“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 7,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386, ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340, ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185, ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14, kif emendat b'dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013, ĠU L 190, 11.7.2013, p. 37,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 47.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1, kif emendat b’dan:

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116, ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Anness għar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1.2.1.r): “s) Zürich Kloten”

(b)

il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.1.r): “s) Zürich Kloten”

(c)

il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.2.r): “s) Zürich Kloten”

(d)

il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 2.2.3.bb): “cc) Geneva; dd) Zürich Kloten”.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/709 tas-6 ta’ Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-maniġer tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew (notifikata bid-dokument C(2019) 3228), ĠU L 120, 8.5.2019, p. 27.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2167 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tapprova l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020-2029, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 89.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 312, 3.12.2019, p. 95.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7.

6.   Ambjent u storbju

Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (l-Artikoli 1-12 u 14-18), ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.

(L-emendi għall-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi, ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27.

(l-Artikoli 1-8).

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1.

7.   Protezzjoni tal-konsumatur

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59 (l-Artikoli 1-10).

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29 (l-Artikoli 1-11), kif emendata b'dan:

id-Direttiva 2011/83/UE, ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tal-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom fl-eventwalità ta’ inċidenti, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, (l-Artikoli 1-8), kif emendat b'dan:

ir-Regolament (KE) Nru 889/2002, ĠU L 140, 30.5.2002, p. 2.

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.

(l-Artikoli 1-18).

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

8.   Mixxellanji

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(Artikolu 14(1)(b) u Artikolu 14(2).

9.   Annessi:

A

:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B

:

Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA


(1)  ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.


ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

(2)   

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f’konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhu neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,

QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżura ġuridika jew amministrattiva ta’ restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta’ dan it-tip. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, sabiex ikollhom effett ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.

Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tal-ħlasijiet dovuti li jammontaw sempliċement għal imposti għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b’dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament jekk hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, għajr b’kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u għat-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

Il-laissez passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-membri u għall-impjegati ta’ dawn l-istituzzjonijiet, jistgħu jinħarġu mill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawn il-laissez passer għandhom jinħarġu għall-uffiċjali u għal impjegati oħra bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew restrizzjoni oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew jew minnu.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u l-kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

(a)

mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali anzjani li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċediment legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti mixħuta minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali.

L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew u minnu.

L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta’ reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn il-post tal-laqgħa u minnu, igawdu mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet abitwali.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta’ kull Stat Membru u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom:

(a)

soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin;

(c)

fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b’mod abitwali lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż ikkonċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, malli jtemmu dmirijiethom f’dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat;

(e)

id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta’ amministrazzjoni fis-suq domestiku f’dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom iħallsu taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, b’konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li, sempliċement minħabba l-qadi ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar diment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-estent fejn dan tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f’impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq il-persuni msemmija f’dan l-Artikolu u fil-kura tagħhom.

Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandha tkun eżentata mid-dazji tal-mewt f’dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.

Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħra tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra inklużi f’tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta’ tali immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B’mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhomx jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa b’konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f’konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.


Appendiċi tal-ANNESS A

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-IŻVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

1.   

Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera

Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi jridu jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.

2.   

Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT)

L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma jridux ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Iżvizzera. Fil-każ ta’ oġġetti u ta’ servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, b’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta’ rifużjoni. Eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkollu total ta’ minn tal-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluż it-taxxa).

Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan l-iskop lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn neċessarji.

3.   

Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.

L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 ta’ hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.

L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7.)


ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f’din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.

Artikolu 2

Verifiki

1.   B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fis-26 ta’ Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u mal-istrumenti l-oħra msemmija f’din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu li awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew awditi oħra jitwettqu fi kwalunkwe mument fl-istabbiliment tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

4.   L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi jrid jiġi informat minn qabel dwar l-awditi li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhux se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ tali awditi.

Artikolu 3

Verifiki fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi u ma’ awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħra maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi, li għandhom jiġu nnotifikati minn qabel biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jkunu jixtiequ li jsir hekk, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.

4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu b’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-Kummissjoni kif ikunu jeħtieġu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirhom fit-twettiq ta’ verifika jew ta’ spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma’ irregolarità li tkun innutat matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Komunità għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li nnutaw marbut ma’ irregolarità marbuta mal-konklużjoni u mal-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedi li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal finijiet oħra għajr biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (4).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni għajr Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.

L-ordni ta’ infurzar trid tinħareġ, mingħajr xi kontroll ieħor għajr verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li trid tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ f’konformità mar-regoli Żvizzeri ta’ proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola tal-arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.