ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 65
21ta' Jannar 2022


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/83 tas-16 ta’ Jannar 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/84 tad-19 ta’ Jannar 2022 li jemenda għat-327 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/85 tal-20 ta’ Jannar 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-flonikamid f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/86 tas-17 ta’ Jannar 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE ( 1 )

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/87 tas-17 ta’ Jannar 2022 li taħtar erba’ membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

21

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/88 tat-18 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/53/UE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tar-Renju tal-Belġju biex japplika għal perjodu ulterjuri l-miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/83

tas-16 ta’ Jannar 2022

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment imsejsa fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali għad-Direttorat

Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġetti li jikkonsistu minn drapp bil-lastiku innittjat f’għamla ta’ tubu (fibri sintetiċi magħqudin ma’ ħajt tal-gomma), fil-forma ta’ ċrieki b’dijametru ta’ madwar 4,5 cm u wisa’ ta’ madwar 2 cm (meta maħlul).

L-oġġetti huma nnittjati f’għamla ta’ tubu u maqtugħin f’wisa’ (2 cm) definit (ipprogrammat minn qabel).

Minħabba l-ħajt tal-gomma inkluż fid-drapp bil-lastiku, it-truf tal-oġġetti jitremblu u dan jagħti lill-oġġetti l-forma ta’ lastiku tax-xagħar, lest biex jintuża.

Ara l-istampi (*1).

6117 80 10

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-noti 7(b) u 10 tat-Taqsima XI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6117 , 6117 80  u 6117 80 10 .

L-oġġetti huma prodotti fl-istat komplut billi jiġi nnittjat drapp f’għamla ta’ tubu u jinqata’ f’wisa’ definit biex jinkiseb ċirku bil-lastiku, lest biex jintuża (ara nota 7(b) tat-Taqsima XI).

Filwaqt li jitqies il-karattru tessili tagħhom, l-oġġetti għandhom jiġu kkunsidrati bħala aċċessorju ta’ lbies manifatturat bl-istess mod, bħal pereżempju ix-xalel, l-imkatar, il-mantilli, l-ingravajjet u ċ-ċfuf tal-għonq manifatturati. Barra minn hekk, in-nota 10 tat-Taqsima XI tikklassifika prodotti elastiċi li huma magħmulin minn materjali tessili flimkien ma’ ħjut tal-gomma f’dik it-taqsima.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9615 hija eskluża, minħabba li l-oġġetti ta’ din l-intestatura huma normalment magħmulin mill-plastik, mill-ivorju, mill-għadam, mill-qrun, mid-dahar tal-fkieren, mill-metall eċċ. (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 9615 (3) u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-intestatura 9615 ).

Għaldaqstant, l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 6117 80 10 bħala aċċessorju ta’ lbies manifatturat, innittjat jew maħdum bil-ganċ, bil-lastiku jew bil-gomma.

Image 1


(*1)  L-istampi huma purament għall-informazzjoni.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/84

tad-19 ta’ Jannar 2022

li jemenda għat-327 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tliet entrati mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, fl-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, huma mħassra:

(1)

“Al-Haramain Islamic Foundation (alias (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: (a) 64 Poturmahala, Travnik, Bosnja u Herżegovina; (b) Sarajevo, Bosnja u Herżegovina. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 13.3.2002.”

(2)

“Il-Fondazzjoni Iżlamika Al-Haramain (is-Somalja). Indirizz: Is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 13.3.2002.”

(3)

“Al-Haramain Foundation (l-Indoneżja) (alias Yayasan Al-Manahil-Indonesia). Indirizz: Jalan Laut Sulawesi Block DII/4, Kavling Angkatan Laut Duren Sawit, Jakarta Timur 13440, l-Indoneżja (fi żmien l-elenkar). Informazzjoni oħra: (a) Telefon 021-86611265 u 021-86611266; (b) Fax: 021-8620174. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 26.1.2004.”


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/85

tal-20 ta’ Jannar 2022

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-flonikamid f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għall-flonikamid ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva flonikamid fuq il-frott taċ-ċitru, iċ-ċirasa, l-għanbaqar, il-frawli, it-tut, il-lampun, il-“frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor”, “ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi”, it-tadam, il-brunġiel, il-qargħa bagħli, il-kurkubiti bil-qoxra li ma tittikilx, il-“ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata”, il-bus u l-ħemes, is-segala, il-qamħ u l-ħops, l-applikazzjonijiet tressqu f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifika tal-MRLs eżistenti.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (2). L-Awtorità bagħtet dawk l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u qegħdithom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(5)

Fir-rigward tal-frott taċ-ċitru, taċ-ċirasa, tal-għanbaqar, tat-tadam, tal-brunġiel, tal-qargħa bagħli, tal-kurkubiti bil-qoxra li ma tittikilx, tas-segala, tal-qamħ u tal-ħops, l-applikanti ressqu informazzjoni li qabel ma kinitx disponibbli matul ir-rieżami mwettaq f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dik l-informazzjoni tikkonċerna l-metodi analitiċi, il-provi tar-residwi, l-istabbiltà tal-ħżin u l-istudji tal-idroliżi.

(6)

L-Awtorità kkonkludiet li, għall-prodotti kollha elenkati fil-premessa 2, kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha rigward id-data u li l-modifiki lill-MRLs mitlubin mill-applikanti kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp Ewropew speċifiku tal-konsumaturi. Hija kkunsidrat l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-flonikamid. La l-esponiment tul il-ħajja għal dik is-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom dik is-sustanza, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma wera li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza.

(7)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki rispettivi tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for flonicamid in strawberries and other berries. EFSA Journal 2019;17(7):5745.

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for flonicamid in various crops. EFSA Journal 2018;16(9):5410.

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for flonicamid in various root crops. EFSA Journal 2018;16(9):5414.

Reasoned Opinion on the evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for flonicamid. EFSA Journal 2020;18(5):6117.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għall-flonikamid hija sostitwita b’dan li ġej:

Residwi u livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Flonikamid (is-somma ta’ flonikamid, TFNA u TFNG espressa bħala flonikamid) (R)

1

2

3

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,15

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,06  (*1)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

0,3

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,3

0140020

Ċiras (ħelu)

0,4

0140030

Ħawħ

0,4

0140040

Għanbaqar

0,3

0140990

Oħrajn (2)

0,03  (*1)

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,03  (*1)

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

0,7

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

1

0153020

Tut salvaġġ

0,03  (*1)

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

1

0153990

Oħrajn (2)

0,03  (*1)

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

0,8

0154020

Cranberries

0,8

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

0,8

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

0,8

0154050

Warda skoċċiża

0,7

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

0,7

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,7

0154080

Frott tas-sebuqa

0,7

0154990

Oħrajn (2)

0,7

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

0,03  (*1)

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

0211000

(a)

patata

0,09

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,03  (*1)

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

0,3

0213020

Zunnarija

0,3

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

0,3

0213040

Għeruq tal-mustarda

0,3

0213050

Artiċokks

0,3

0213060

Zunnarija bajda

0,3

0213070

Tursin ta' Hamburg

0,3

0213080

Ravanell

0,6

0213090

Leħjet il-bodbod

0,3

0213100

Swedes

0,3

0213110

Lift

0,3

0213990

Oħrajn (2)

0,3

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,03  (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,5

0231020

Bżar ħelu

0,3

0231030

Brunġiel

0,5

0231040

Bamja

0,03  (*1)

0231990

Oħrajn (2)

0,03  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

0,5

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

0,4

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,03  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,03  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

0,03  (*1)

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

0,6

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

0,5

0242990

Oħrajn (2)

0,03  (*1)

0243000

(c)

brassika bil-weraq

0,03  (*1)

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

0,03  (*1)

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,07

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,03  (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,03  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,03  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,03  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

6

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

1,5

0260020

Fażola (bla mżiewed)

0,03  (*1)

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

1,5

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

0,7

0260050

Għads

0,03  (*1)

0260990

Oħrajn (2)

0,03  (*1)

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,03  (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,03  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,03  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,8

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,06  (*1)

0401020

Karawett

0,06  (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,06  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,06  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,06  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,06  (*1)

0401070

Fażola tas-sojja

0,06  (*1)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,06  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,2

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,06  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,06  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,06  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,06  (*1)

0401140

Qannebusa

0,06  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,06  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,06  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,06  (*1)

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

0,4

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,03  (*1)

0500030

Qamħirrum

0,03  (*1)

0500040

Millieġ komuni

0,03  (*1)

0500050

Ħafur

0,4

0500060

Ross

0,03  (*1)

0500070

Segala

2

0500080

Sorgu

0,03  (*1)

0500090

Qamħ

2

0500990

Oħrajn (2)

0,03  (*1)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,1  (*1)

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

3

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,1  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,1  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,1  (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,1  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,1  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,1  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,1  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,1  (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,1  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,03  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

0,15

1011020

Xaħam

0,05

1011030

Fwied

0,2

1011040

Kliewi

0,2

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,2

1011990

Oħrajn (2)

0,03

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,15

1012020

Xaħam

0,05

1012030

Fwied

0,2

1012040

Kliewi

0,2

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,2

1012990

Oħrajn (2)

0,04

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,15

1013020

Xaħam

0,05

1013030

Fwied

0,2

1013040

Kliewi

0,2

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,2

1013990

Oħrajn (2)

0,04

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,15

1014020

Xaħam

0,05

1014030

Fwied

0,2

1014040

Kliewi

0,2

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,2

1014990

Oħrajn (2)

0,04

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,15

1015020

Xaħam

0,05

1015030

Fwied

0,2

1015040

Kliewi

0,2

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,2

1015990

Oħrajn (2)

0,04

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

0,1

1016020

Xaħam

0,05

1016030

Fwied

0,1

1016040

Kliewi

0,1

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

1016990

Oħrajn (2)

0,03

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,15

1017020

Xaħam

0,05

1017030

Fwied

0,2

1017040

Kliewi

0,2

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,2

1017990

Oħrajn (2)

0,04

1020000

Ħalib

0,15

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,15

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,02  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,02  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,02  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Flonikamid (is-somma ta’ flonikamid, TFNA u TFNG espressa bħala flonikamid) (R)

(R) = Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi:

Flonikamid — il-kodiċi 1000000 , minbarra l-kodiċi 1040000 : Is-somma tal-flonikamid u tat-TFNA-AM, espressa bħala flonikamid


(*1)  Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika

(1)  Il-lista sħiħa ta’ prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs tinsab fl-Anness I.


DEĊIŻJONIJIET

21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/86

tas-17 ta’ Jannar 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikoli 62 u 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE stabbilit mill-Ftehim ŻEE (“il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE”) jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE, li fih dispożizzjonijiet dwar ir-regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni.

(3)

Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/109/UE (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (5).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DENORMANDIE


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).

(4)  Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/109/UE tal-10 ta’ Ottubru 2014 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi librerija ta’ twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq prodotti tat-tabakk (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 22).

(5)  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14303-2021-INIT/mt/pd


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/87

tas-17 ta’ Jannar 2022

li taħtar erba’ membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Matteo Luigi BIANCHI u t-tmiem tal-mandati nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sa Arianna Maria CENSI, is-Sur Virginio MEROLA u s-Sa Virginia RAGGI saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Taljan ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali ġdid bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Matteo Luigi BIANCHI, Consigliere del Comune di Varese (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Varese), is-Sa Arianna Maria CENSI, Assessore del Comune di Milano (Membru tal-Eżekuttiv Lokali ta’ Milan) u s-Sa Virginia RAGGI, Consigliere del Comune di Roma (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Ruma).

(5)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Dario NARDELLA, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali sal-25 ta’ Mejju 2024, Sindaco del Comune di Firenze (Sindku ta’ Firenze), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sa dik id-data.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni:

Is-Sur Matteo Luigi BIANCHI, Consigliere del Comune di Varese (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Varese), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

Is-Sa Arianna Maria CENSI, Assessore del Comune di Milano (Membru tal-Eżekuttiv Lokali ta’ Milan), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

Is-Sur Dario NARDELLA, Sindaco del Comune di Firenze (Sindku ta’ Firenze) sal-25 ta’ Mejju 2024,

Is-Sa Virginia RAGGI, Consigliere del Comune di Roma (Membru tal-Assemblea Lokali ta’ Ruma), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DENORMANDIE


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/23


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/88

tat-18 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/53/UE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tar-Renju tal-Belġju biex japplika għal perjodu ulterjuri l-miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/53/UE (2) ir-Renju tal-Belġju ġie awtorizzat jintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE biex jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil persuni taxxabbli li jkollhom fatturat annwali ta’ mhux aktar minn EUR 25 000 sal-31 ta’ Diċembru 2015 (“il-miżura speċjali”). Dik l-awtorizzazzjoni ġiet estiża inizjalment bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2348 (3) sal-31 ta’ Diċembru 2018 u sussegwentement bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2077 (4) sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(2)

Permezz tal-ittra tal-5 ta’ Mejju 2021, il-Belġju ppreżenta talba lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali sal-31 ta’ Diċembru 2024, id-data sa meta l-Istati Membri jeħtieġ jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 (5) li tistabbilixxi regoli tal-VAT aktar sempliċi għall-impriżi ż-żgħar. Dik id-Direttiva tippermetti wkoll lill-Istati Membri jeżentaw lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom fi Stat Membru ma jaqbiżx il-livell limitu ta’ EUR 85 000.

(3)

Skont l-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba li għamel il-Belġju lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Ġunju 2021. Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Belġju li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista’ tqis it-talba.

(4)

Il-miżura speċjali hija konformi mad-Direttiva (UE) 2020/285, li għandha l-għan li tnaqqas il-kostijiet tal-konformità mal-VAT għall-impriżi ż-żgħar, tnaqqas id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni, u tnaqqas l-impatt negattiv tat-tranżizzjoni mill-eżenzjoni għat-tassazzjoni (l-effett ta’ limitu). Tfittex ukoll li tiffaċilita l-konformità mill-impriżi ż-żgħar kif ukoll il-monitoraġġ mill-awtoritajiet tat-taxxa. Il-livell limitu ta’ EUR 25 000 huwa konsistenti mal-livell limitu l-ġdid għall-eżenzjoni kif stabbilit bid-Direttiva (UE) 2020/285.

(5)

Il-miżura speċjali se tibqa’ fakultattiva għall-persuni taxxabbli. Il-persuni taxxabbli xorta jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT skont l-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE.

(6)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Belġju, il-miżura speċjali se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa li l-Belġju jiġbor fl-istadju tal-konsum finali.

(7)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/769 (6), mhu ser isir l-ebda kalkolu ta’ kumpens mill-Belġju fir-rigward tad-dikjarazzjoni tar-riżorsi proprji tal-VAT għas-sena finanzjarja 2021 ’il quddiem.

(8)

Minħabba l-impatt pożittiv tal-miżura speċjali fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-obbligi relatati mal-VAT billi tnaqqas il-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità kemm għall-impriżi żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet tat-taxxa, u n-nuqqas ta’ xi impatt kbir fuq id-dħul totali ġġenerat mill-VAT, jenħtieġ li l-Belġju jiġi awtorizzat ikompli japplika l-miżura speċjali għal perjodu ulterjuri.

(9)

Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-miżura speċjali tkun limitata fiż-żmien. Jenħtieġ li l-limitu ta’ żmien ikun biżżejjed biex tkun tista’ tiġi evalwata l-effettività u l-adegwatezza tal-livell limitu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2020/285, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva, u għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2025. Għalhekk, jixraq li l-Belġju jiġi awtorizzat japplika l-miżura speċjali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

(10)

Sabiex jiġu evitati effetti ta’ tfixkil, il-Belġju jenħtieġ li jitħalla japplika l-miżura speċjali mingħajr interruzzjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni mitluba tingħata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, sabiex tiġi garantita l-kontinwità tal-arranġamenti preċedenti skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/53/UE.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/53/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/53/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2024.”

Artikolu 2

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/53/UE tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 22, 25.1.2013, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2348 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/53/UE li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 51).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2077 tal-20 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/53/UE li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 331, 28.12.2018, p. 222).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (ĠU L 62, 2.3.2020, p. 13).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/769 tat-30 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 165, 11.5.2021, p. 9).