ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 435

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
6 ta' Diċembru 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013

1

 

*

Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

187

 

*

Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

262

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 435/1


REGOLAMENT (UE) 2021/2115 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2021

li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att tal-Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton mehmuż miegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2017 intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tistipula l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-politika agrikola komuni (“PAK”) wara l-2020. Dawk l-objettivi jinkludu li l-PAK tkun immexxija aktar mir-riżultati u orjentata lejn is-suq, issaħħaħ il-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali u tgħin biex tnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-benefiċjarji.

(2)

Sabiex jiġu indirizzati d-dimensjoni globali u l-implikazzjonijiet tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-koerenza mal-politiki u l-istrumenti esterni tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kummerċ. L-impenn tal-Unjoni għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp jirrikjedi l-kunsiderazzjoni tal-għanijiet u l-prinċipji tal-iżvilupp fit-tfassil tal-politiki.

(3)

Peress li l-PAK jeħtieġ li ttejjeb ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet kif ifiġġu fil-livell internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali, lokali u f’dak tal-azjendi agrikoli, jeħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u li din tagħti riżultati aħjar skont l-objettivi tal-Unjoni, u li l-piż amministrattiv jitnaqqas b’mod sinifikanti. Il-PAK jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni (“il-mudell ta’ implimentazzjoni”). Għalhekk l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta’ politika, bħal pereżempju, l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi tagħha, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ jerfgħu responsabbiltà akbar għal kif jilħqu dawk l-objettivi u kif jiksbu l-miri. Permezz ta’ aktar sussidjarjetà, ikun possibbli li jitqiesu aħjar il-kondizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali u n-natura partikulari tal-attività agrikola, li tirriżulta mill-istruttura soċjali tal-agrikoltura u mid-differenzi strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni agrikoli, u li l-appoġġ jitfassal biex jagħti l-akbar kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni.

(4)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-”Regolament Finanzjarju”) u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(5)

Ir-regoli dwar miżuri li jorbtu l-effettività tal-fondi tal-Unjoni ma’ governanza ekonomika għaqlija, dwar l-iżvilupp territorjali u dwar il-viżibbiltà tal-appoġġ mill-fondi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-koerenza mal-fondi tal-Unjoni kkonċernati fir-rigward ta’ dawn l-aspetti.

(6)

Is-sinerġiji bejn il-FAEŻR u Orizzont Ewropa, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li jħeġġu lill-FAEŻR biex juża bl-aħjar mod ir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari dawk li ġejjin minn proġetti ffinanzjati minn Orizzont Ewropa u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli (EIP), li jwasslu għall-innovazzjonijiet fis-settur tal-biedja u fiż-żoni rurali.

(7)

Minħabba l-importanza li jiġi indirizzat it-telf drammatiku tal-bijodiversità, l-appoġġ skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-ambizzjoni ġenerali li 7,5 % tal-infiq annwali skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % tal-infiq annwali skont il-QFP jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u l-2027.

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà biex jispeċifikaw ċerti definizzjonijiet u kondizzjonijiet fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti komuni, irid jiġi stabbilit qafas fil-livell tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-elementi komuni meħtieġa li jridu jiġu inklużi f’dawk id-definizzjonijiet u kondizzjonijiet (“id-definizzjonijiet qafas”).

(9)

Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-agrikoltura fil-forniment ta’ beni pubbliċi, jeħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni qafas xierqa ta’ “attività agrikola”. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista’ tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u b’mod partikolari li l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà u t-tipi ta’ intervent relatati jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-”Kaxxa l-Ħadra” li jew ma jħalli l-ebda effett, jew iħalli biss effett minimu ta’ distorsjoni tal-kummerċ jew fuq il-produzzjoni, jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta’ “attività agrikola” tipprevedi lit-tnejn, il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u l-manutenzjoni taż-żona agrikola, filwaqt li l-bdiewa ikollhom l-għażla bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ attività. Sabiex jaġġustaw għall-kondizzjonijiet lokali, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu d-definizzjoni reali ta’ “attività agrikola” u l-kondizzjonijiet rilevanti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

(10)

Sabiex jinżammu l-elementi essenzjali fl-Unjoni kollha biex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, iżda mingħajr ma l-Istati Membri jiġu limitati milli jilħqu l-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas ta’ “żona agrikola”. Id-definizzjonijiet qafas relatati ta’ “raba’ li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” jenħtieġ li jingħataw b’mod wiesa’ sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kondizzjonijiet lokali tagħhom.

(11)

Id-definizzjoni qafas ta’ “raba’ li jinħadem” jenħtieġ li tiġi stabbilita b’tali mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta’ produzzjoni u dak jeħtieġ l-inklużjoni ta’ żoni ta’ art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi.

(12)

Id-definizzjoni qafas ta’ “għelejjel permanenti” jenħtieġ li tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll l-imxietel u l-imsajġar b’newba qasira li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri.

(13)

Id-definizzjoni qafas ta’ “bur permanenti” jenħtieġ li tiġi stabbilita b’tali mod li, f’każijiet fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti, ma teskludix speċijiet oħra li jistgħu jintużaw għar-ragħa. Jenħtieġ ukoll li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u tippermettilhom jinkludu speċijiet għajr il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le. Dan jista’ jinkludi speċijiet li minnhom partijiet tal-pjanta, bħal weraq, fjuri, zkuk jew frott, jistgħu jintużaw għar-ragħa direttament jew meta jaqgħu fl-art. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu wkoll jekk jillimitawx l-art fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor ma jkunux predominanti jew assenti f’żoni tar-ragħa, inkluż li jillimitawha għal art li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti.

(14)

Id-definizzjonijiet qafas ta’ “żona agrikola” jenħtieġ li jiżguraw li l-Istati Membri jkopru sistemi tal-agroforestrija, fejn is-siġar jitkabbru f’biċċiet raba’ li fuqhom jitwettqu attivitajiet agrikoli biex jitjieb l-użu sostenibbli tal-art.

(15)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali li l-appoġġ jitħallas għal żona agrikola li tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi u fejn titwettaq attività agrikola, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas ta “ettaru eliġibbli” bl-elementi essenzjali. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kondizzjonijiet biex jiġi determinat jekk l-art hijiex għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Meta titqies il-possibbiltà tal-użu okkażjonali u temporanju tal-art agrikola għal attività li mhijiex strettament agrikola, u fid-dawl tal-potenzjal ta’ ċerti attivitajiet mhux agrikoli li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu kondizzjonijiet xierqa biex jinkludu żoni li jintużaw wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli bħala ettari eliġibbli.

(16)

Minħabba l-ambizzjoni ambjentali għolja tal-PAK, jenħtieġ li ż-żona eliġibbli ma titnaqqasx bl-implimentazzjoni ta’ ċerti regoli ta’ kundizzjonalità u tal-iskemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali (“ekoskemi”) skont pagamenti diretti. Iż-żoni agrikoli jenħtieġ li ma jsirux eliġibbli għall-pagamenti diretti meta fuqhom jitkabbru prodotti mhux agrikoli permezz tal-kultivazzjoni tal-għadajjar skont l-iskemi tal-Unjoni jew nazzjonali li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettiv wieħed jew aktar tal-Unjoni marbut mal-ambjent jew il-klima. Barra minn hekk, iż-żoni agrikoli għandhom jibqgħu eliġibbli għal pagamenti diretti meta jkunu soġġetti għal ċerti rekwiżiti tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni ambjentali, jew imsaġġra skont miżuri ta’ żvilupp rurali, inkluż dawk imsaġġra skont l-iskemi nazzjonali konformi, jew żoni taħt ċerti impenji ta’ serħan l-art.

(17)

B’kont meħud tal-ħtieġa għas-simplifikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jiddeċiedu li l-karatteristiċi tal-pajsaġġ li ma jfixklux b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-attività agrikola fuq biċċa raba’ jibqgħu parti miż-żona eliġibbli. Fil-kalkolu taż-żona eliġibbli ta’ bur permanenti, filwaqt li jnaqqsu ż-żoni okkupati minn bdiewa li mhumiex eliġibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw metodoloġija simplifikata.

(18)

Fir-rigward taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, sabiex tiġi preservata s-saħħa pubblika u biex tiġi żgurata l-koerenza ma’ korpi oħra ta’ leġiżlazzjoni, jenħtieġ li l-użu tal-varjetajiet taż-żerriegħa tal-qanneb b’kontenut ta’ tetraidrokannabinol ta’ inqas minn 0,3 % ikun inkluż fid-definizzjoni ta’ “ettaru eliġibbli”.

(19)

Bil-ħsieb li titjieb il-prestazzjoni tal-PAK, l-appoġġ għall-introjtu jenħtieġ li jkun immirat lejn il-bdiewa attivi. Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas ta’”bidwi attiv” li turi l-elementi essenzjali. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw, abbażi ta’ kondizzjonijiet oġġettivi, liema bdiewa jqisu bħala bdiewa attivi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jagħtu pagamenti diretti lill-bdiewa iżgħar li jikkontribwixxu wkoll għall-vitalità taż-żoni rurali u li jistabbilixxu lista negattiva ta’ attivitajiet mhux agrikoli li meta mqabbla magħhom l-attivitajiet agrikoli huma tipikament marġinali. Jenħtieġ li l-lista negattiva ma tkunx l-uniku mod li bih tiġi ddeterminata d-definizzjoni iżda jenħtieġ li tintuża bħala għodda komplementari biex tgħin l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet mhux agrikoli bħal dawn, mingħajr preġudizzju għall-persuni kkonċernati biex jagħtu prova li jissodisfaw il-kriterji tad-definizzjoni ta’ “bidwi attiv”. Sabiex jiġi żgurat introjtu aħjar, tissaħħaħ in-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali jew biex jintlaħqu objettivi relatati, id-definizzjoni ta’ “bidwi attiv” jenħtieġ li ma tipprekludix l-għoti ta’ appoġġ lil bdiewa pluriattivi jew part-time, li minbarra l-biedja huma involuti wkoll f’attivitajiet mhux agrikoli.

(20)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-interventi tat-tipi għall-pagament dirett u l-interventi tat-tipi għall-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tat-tiġdid ġenerazzjonali, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni ta’ “bidwi żagħżugħ” bl-elementi essenzjali.

(21)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-interventi tat-tipi għall-pagament dirett u l-interventi tat-tipi għall-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tal-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tan-negozju f’żoni rurali, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni ta’ “bidwi ġdid” bl-elementi komuni.

(22)

Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b’mod xieraq l-aktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi previst sett ta’ objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”. Jenħtieġ li sett ta’ objettivi speċifiċi jiġi definit aktar fil-livell tal-Unjoni u jiġi applikat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, waqt li jitqies il-fatt li fl-Istati Membri l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-ekonomija kollha kemm hi. Filwaqt li jżommu bilanċ bejn id-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, f’konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, dawk l-objettivi speċifiċi jenħtieġ li jittraduċu l-objettivi ġenerali tal-PAK fi prijoritajiet aktar konkreti u jqisu l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-klima, l-enerġija u l-ambjent.

(23)

PAK aktar intelliġenti, modernizzata u aktar sostenibbli trid tħaddan ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex isservi lill-multifunzjonalità tas-sistemi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-ikel tal-Unjoni, filwaqt li tinvesti fl-iżvilupp teknoloġiku u fid-diġitalizzazzjoni, kif ukoll ittejjeb l-adozzjoni u l-użu effikaċi ta’ teknoloġiji, speċjalment it-teknoloġiji diġitali, u l-aċċess għal għarfien imparzjali, tajjeb, rilevanti u ġdid u li dan jiġi kondiviż aktar.

(24)

L-Unjoni għandha bżonn trawwem settur agrikolu modern, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat li jgawdi l-benefiċċji ta’ produzzjoni ta’ kwalità għolja u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u li jiżgura sigurtà tal-ikel fit-tul bħala parti minn settur agroalimentari kompetittiv u produttiv waqt li jitħares il-mudell ta’ razzett tal-familja.

(25)

Sabiex jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu madwar l-Unjoni għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel fit-tul, hemm il-bżonn li titjieb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur, b’mod partikolari billi jiġu inkoraġġuti forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu lill-bdiewa u jkunu ta’ benefiċċju għalihom, kif ukoll billi jiġu promossi ktajjen tal-valur iqsar u titjieb it-trasparenza tas-suq.

(26)

L-Unjoni teħtieġ li ttejjeb ir-rispons għad-domandi soċjetali dwar l-ikel u s-saħħa, inkluż għal ikel ta’ kwalità għolja, sikur u nutrittiv prodott b’mod sostenibbli. Sabiex timxi ’l quddiem f’dik id-direzzjoni, hemm bżonn li jiġu promossi prattiki tal-biedja sostenibbli speċifiċi, bħall-biedja organika, il-ġestjoni integrata tal-pesti, l-agroekoloġija, l-agroforestrija jew il-biedja ta’ preċiżjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ ukoll li jiġu stimulati azzjonijiet li jippromwovu livelli ogħla ta’ trattament xieraq tal-annimali u inizjattivi li jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

(27)

Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni ma jwassalx għal sitwazzjoni li fiha jkun hemm 27 politika agrikola nazzjonali differenti, u b’hekk tiġi pperikolata n-natura komuni tal-PAK u tas-suq intern. Madankollu, jenħtieġ li tħalli lill-Istati Membri ċerta flessibbiltà f’qafas regolatorju komuni b’saħħtu. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi tal-Unjoni u jistabbilixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, biex b’hekk jiżgura n-natura komuni tal-PAK. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli biex isarrfu l-qafas regolatorju tal-Unjoni f’arranġamenti ta’ appoġġ applikabbli għall-benefiċjarji bl-użu ta’ livell ogħla ta’ flessibbiltà. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu b’mod konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u jiżguraw li l-qafas legali għall-għoti tal-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarji huwa bbażat fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u huwa konformi mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Jenħtieġ ukoll li jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif approvati mill-Kummissjoni.

(28)

Sabiex jitrawwem settur agrikolu intelliġenti u reżiljenti, il-pagamenti diretti jibqgħu jikkostitwixxu parti essenzjali biex jiġi garantit appoġġ ġust għall-introjtu tal-bdiewa. B’mod simili, l-investimenti fir-ristrutturar, il-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni, id-diversifikazzjoni u l-adozzjoni ta’ prattiki u teknoloġiji ġodda fl-azjendi agrikoli huma neċessarji biex il-bdiewa jmorru aħjar fis-suq.

(29)

Fil-kuntest ta’ PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, l-iskopertura tas-suq, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta’ avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma’ dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta’ volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu, b’mod partikolari fuq il-produtturi primarji. Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola u biex itejbu r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli tagħhom, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskju.

(30)

L-appoġġ u t-titjib tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni marbuta mal-ambjent u l-klima hija prijorità għolja ħafna fil-ġejjieni tal-agrikoltura u l-forestrija tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-PAK taqdi rwol kemm fit-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq l-ambjent u l-klima, inkluż il-bijodiversità, u fiż-żieda tal-provvista ta’ beni pubbliċi ambjentali fuq it-tipi kollha ta’ art agrikola u art forestali (inkluż żoni ta’ valur naturali għoli) u f’żoni rurali b’mod ġenerali. Għalhekk jenħtieġ li l-arkitettura tal-PAK tirrifletti ambizzjoni akbar fir-rigward ta’ dawk l-objettivi. Jenħtieġ li tinkludi elementi li jappoġġaw jew b’xi mod ieħor iwasslu għal firxa wiesgħa ta’ azzjoni biex jintlaħqu l-objettivi fl-agrikultura, il-produzzjoni tal-ikel, il-forestrija u ż-żoni rurali fl-intier tagħhom.

(31)

L-aħjar mod kif tipi ta’ azzjoni differenti jintużaw flimkien biex jiġu indirizzati dawk l-objettivi ser ivarja minn Stat Membru għal ieħor. Flimkien mal-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ż-żieda fis-sekwestru tal-karbonju huma t-tnejn importanti biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija appoġġati permezz tal-PAK jenħtieġ li jikkonċernaw l-enerġija li turi b’mod ċar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà, inkluż fir-rigward tal-gassijiet serra. Fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi naturali, tista’ tkun ta’ għajnuna b’mod partikolari, anqas dipendenza fuq is-sustanzi kimiċi bħall-fertilizzanti artifiċjali u pestiċidi, inkluż għall-protezzjoni tal-bijodiversità, fejn hemm bżonn f’ħafna partijiet tal-Unjoni tat-tnaqqis f’waqtu tad-dipendenza fuq il-pestiċidi u l-azzjoni biex jitwaqqaf u jitreġġa’ lura t-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi.

(32)

Billi ħafna żoni rurali fl-Unjoni jbatu minn problemi strutturali bħal nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xogħol attraenti, nuqqasijiet ta’ ħiliet, nuqqas ta’ investiment fil-konnettività u l-broadband, fl-infrastruttura u fis-servizzi essenzjali diġitali u oħrajn, kif ukoll eżodu taż-żgħażagħ, huwa fundamentali li tissaħħaħ in-nisġa soċjo-ekonomika f’dawk l-oqsma, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0. “Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali”, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tiġdid ġenerazzjonali, billi l-aġenda tal-Kummissjoni dwar l-impjiegi u t-tkabbir tinġieb fiż-żoni rurali, bil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-appoġġ liż-żgħażagħ, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta’ “irħula intelliġenti” fil-kampanja Ewropea, u billi jikkontribwixxu biex tittaffa d-depopolazzjoni.

(33)

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi hija għodda importanti fl-integrazzjoni ta’ dan il-prinċipju fil-PAK. Jenħtieġ għalhekk li l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku taż-żoni rurali titqiegħed taħt il-lenti, b’attenzjoni speċjali lill-biedja, waqt li jiġi appoġġat ir-rwol ewlieni tan-nisa. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jivvalutaw is-sitwazzjoni tan-nisa fil-biedja u jindirizzaw l-isfidi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tkun parti integrali mit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-interventi tal-PAK. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità tagħhom fl-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u fil-ġbir ta’ data diżaggregata skont is-sessi.

(34)

Bil-ħsieb li l-ekonomija rurali tiġi stabbilizzata u diversifikata, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-iżvilupp, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ intrapriżi mhux agrikoli. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, il-ktajjen ta’ valur rurali ġodda bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, il-bijoekonomija emerġenti, l-ekonomija ċirkolari u l-ekoturiżmu jistgħu joffru potenzjal tajjeb għat-tkabbir u għall-impjiegi fiż-żoni rurali waqt li jikkonservaw ir-riżorsi naturali. F’dan il-kuntest, l-istrumenti finanzjarji u l-użu tal-garanzija tal-UE taħt InvestEU, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jistgħu jaqdu rwol kruċjali biex jiġi żgurat aċċess għall-finanzjament u biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-tkabbir tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi. Hemm il-potenzjal għal opportunitajiet ta’ xogħol fiż-żoni rurali għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment, u b’hekk tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom speċjalment fil-qafas tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità.

(35)

Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur u nutrittiv f’kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin li ttejjeb ir-rispons tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, it-trattament xieraq tal-annimali u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni b’karatteristiċi speċifiċi u ta’ valur filwaqt li tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b’mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

(36)

Minħabba l-wisa’ tar-riforma meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi mixtieqa u jiġi indirizzat it-tħassib imqajjem, huwa xieraq li jiġi previst qafas legali ġdid f’Regolament wieħed li jkopri l-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jissostitwixxi l-arranġamenti attwalment stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(37)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li japplikaw għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u l-FAEŻR u mogħti fil-forma ta’ tipi ta’ intervent speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imfassla mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni.

(38)

Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista’ tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, ċerti tipi ta’ intervent previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-”Kaxxa l-Ħadra” li jew ma jħalli l-ebda effett, jew iħalli biss effett minimu ta’ distorsjoni tal-kummerċ jew fuq il-produzzjoni, jew jiġu notifikati bħala appoġġ tal-”Kaxxa Blu” skont programmi li jillimitaw il-produzzjoni u għalhekk ikun eżentat mill-impenji tat-tnaqqis. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għat-tipi ta’ intervent bħal dawn diġà huma konformi mar-rekwiżiti tal-”Kaxxa l-Ħadra” stipulati fl-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura jew ir-rekwiżiti tal-”Kaxxa Blu” stipulati fl-Artikolu 6.5 tiegħu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-interventi ppjanati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għal dawk it-tipi ta’ intervent ikomplu jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. “B’mod partikolari, jenħtieġ li l-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton taħt dan ir-Regolament jibqa’ mfassal biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-”Kaxxa Blu”.

(39)

Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-interventi, inkluż l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu, jikkonformaw mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Dan jinkludi r-rekwiżiti tal-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka fuq iż-żrieragħ żejtnin skont il-GATT (12), kif applikabbli sussegwentement għal bidliet fiż-żona bażi separata tal-Unjoni għaż-żrieragħ żejtnin wara bidliet fil-kompożizzjoni tal-Unjoni.

(40)

L-informazzjoni dwar, u l-valutazzjoni ta’, il-prestazzjoni tal-PAK abbażi tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ser jitqiesu fil-valutazzjonijiet regolari mill-Kummissjoni tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli, stabbiliti abbażi tal-Aġenda għal Żvilupp Sostenibbli 2030.

(41)

Filwaqt li tkompli tibni fuq is-sistema preċedenti ta’ kundizzjonalità implimentata sal-2022, is-sistema tal-kundizzjonalità ġdida torbot il-ħlas sħiħ tal-appoġġ tal-PAK mal-konformità tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra ma’ standards bażiċi rigward l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali. L-istandards bażiċi jinkludu f’forma simplifikata lista ta’ rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni (SMRs) u standards ta’ kondizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba tal-art (standards tal-KAAT). Dawk l-istandards bażiċi jenħtieġ li jqisu aħjar l-isfidi ambjentali u klimatiċi u l-arkitettura ambjentali l-ġdida tal-PAK, u b’hekk jagħtu ambizzjoni ambjentali u klimatika ta’ livell ogħla kif imniżżel fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” u l-QFP għas-snin 2021 sa 2027, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (13).

(42)

Il-kundizzjonalità għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli b’għarfien aħjar min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-ħtieġa li jiġu ssodisfati dawk l-istandards bażiċi. Għandha l-għan ukoll li tagħmel lill-PAK aktar kompatibbli mal-aspettattivi tas-soċjetà permezz tat-titjib tal-konsistenza tal-PAK mal-objettivi dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali. Jenħtieġ li l-kundizzjonalità tifforma parti integrali tal-arkitettura ambjentali tal-PAK, bħala parti mil-linja bażi għal impenji marbuta mal-ambjent u mal-klima aktar ambizzjużi, u jenħtieġ li tkun applikata b’mod komprensiv fl-Unjoni kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116 għal dawk il-bdiewa u benefiċjarji oħra li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(43)

Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, jindirizza l-isfidi marbuta mal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità. Il-qafas jeħtieġ jissaħħaħ sabiex iqis b’mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2022 skont l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-bijodiversità. Huwa rikonoxxut li kull standard tal-KAAT jikkontribwixxi għall-kisba ta’ diversi objettivi. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbilit fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kondizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kondizzjonijiet eżistenti tal-biedja, il-prattiki tal-biedja, id-daqs tal-azjendi agrikoli u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli, l-użu tal-art, u l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu standards nazzjonali oħrajn relatati mal-objettivi prinċipali tal-istandards tal-KAAT sabiex itejbu l-attwazzjoni fil-livell ta’ ambjent u ta’ klima tal-qafas tal-istandards tal-KAAT. Minħabba l-prattiki eżistenti skont is-sistema tal-biedja organika, jenħtieġ li ma jiġi impost l-ebda rekwiżit ieħor fuq il-bdiewa organiċi fir-rigward tan-newba tal-għelejjel. Barra minn hekk, fir-rigward tal-istandards dwar in-newba tal-għelejjel u s-sehem minimu tar-raba’ li jinħadem għall-bijodiversità, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu ċertu eċċezzjonijiet biex jiġi evitat piż eċċessiv fuq l-azjendi agrikoli żgħar jew biex jiġu esklużi xi azjendi agrikoli li diġà jkunu ssodisfaw l-objettiv tal-istandards tal-KAAT minħabba li parti sinifikanti minnhom tkun bur permanenti, tkun raba’ mistrieħ jew tkun b’għelejjel tal-legumi. Jenħtieġ ukoll li tiġi prevista eċċezzjoni għar-rekwiżit tal-bijodiversità tas-sehem minimu ta’ raba’ li jinħadem fil-każ ta’ Stati Membri b’kisja predominanti ta’ foresti.

(44)

L-SMRs jeħtieġ li jkunu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri sabiex isiru operattivi fil-livell tal-azjendi agrikoli u sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-kundizzjonalità fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika, jenħtieġ li l-SMRs jinkludu l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali, kif implimentata fil-livell nazzjonali, li timponi obbligi preċiżi għall-bdiewa individwali u benefiċjarji oħrajn, inkluż l-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (14) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jew id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (16). Sabiex tagħti segwitu lid-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill mehmuża mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) jenħtieġ li jiġu nklużi bħala SMRs fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonalità u l-lista tal-istandards tal-KAAT jenħtieġ li tiġi adatta kif meħtieġ.

(45)

Sabiex jingħata kontribut għall-iżvilupp ta’ agrikoltura soċjalment sostenibbli permezz ta’ sensibilizzazzjoni aħjar, min-naħa tal-benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK, tal-istandards tal-impjiegi u dawk soċjali, jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ġdid li jintegra t-tħassib soċjali.

(46)

Mekkaniżmu bħal dan għandu jorbot il-ħlas sħiħ tal-pagamenti diretti tal-PAK kif ukoll il-pagamenti għal impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni, il-pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona u l-pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji mal-konformità tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra mal-istandards bażiċi li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg għall-ħaddiema tal-azjendi agrikoli u s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari ċerti standards skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (20) u d-Direttivi 2009/104/KE (21) u (UE) 2019/1152 (22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sal-2025, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-fattibbiltà tal-inklużjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u, jekk ikun xieraq, jenħtieġ li tipproponi leġiżlazzjoni għal dak il-għan.

(47)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116 għal bdiewa u benefiċjarji oħra li ma jikkonformawx ma’ dawk l-istandards. Minħabba l-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja, mhuwiex possibbli li jiġu imposti fuq is-sistemi ġudizzjarji rekwiżiti speċifiċi dwar kif isiru d-deċiżjonijiet u l-kundanni għajr dak li hu previst fil-leġiżlazzjoni li fuqha huma bbażati dawk id-deċiżjonijiet u kundanni.

(48)

Meta jiġi stabbilit il-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità soċjali, sabiex jiġi rispettat id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi soċjali u tax-xogħol tagħhom, jenħtieġ li jitqiesu l-oqfsa nazzjonali differenti. Għalhekk, jenħtieġ li jitqiesu l-għażla tal-Istat Membru dwar il-metodi ta’ infurzar, in-negozjati kollettivi u r-rwol tas-sħab soċjali, inkluż, fejn applikabbli, fl-implimentazzjoni tad-direttivi fil-qasam soċjali u tal-impjiegi. Il-mudelli tas-suq tax-xogħol nazzjonali u l-awtonomija tas-sħab soċjali jenħtieġ li jiġu rispettati. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jimponi l-ebda obbligu fuq is-sħab soċjali jew fuq l-Istati Membri rigward l-infurzar jew il-kontrolli f’oqsma li skont il-mudelli tas-suq tax-xogħol nazzjonali huma r-responsabbiltà tas-sħab soċjali.

(49)

Minħabba l-kumplessità tal-istabbiliment ta’ sistemi fil-livell nazzjonali li jirrispettaw l-awtonomija u l-ispeċifiċità tas-sistemi nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jimplimentaw il-kundizzjonalità soċjali f’data aktar tard iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.

(50)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli li jkunu mfassla apposta għad-diversi tipi ta’ produzzjoni bl-iskop li jittejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali, li jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, inkluża d-diġitalizzazzjoni. Jenħtieġ li is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta’ dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw, jew huma neċessarji, għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK, inkluż il-kooperattivi, u li jinsabu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, dwar il-ġestjoni tan-nutrijenti kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Jenħtieġ li jkun hemm disponibbli pariri dwar il-ġestjoni tar-riskji u l-appoġġ għall-innovazzjoni għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti li qed ifiġġu tal-gruppi operazzjonali tal-EIP, filwaqt li jadottaw u jagħmlu użu minn ideat innovattivi fil-livell bażiku. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti u n-networks ta’ konsulenza kollha pubbliċi u privati fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni.

(51)

Sabiex jiġu appoġġati kemm il-prestazzjoni agronomika kif ukoll dik ambjentali tal-azjendi agrikoli, l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tan-nutrijenti, b’enfasi fuq in-nitroġenu u l-fosfat li huma n-nutrijenti li minn perspettiva ambjentali jistgħu joħolqu sfidi partikolari u għalhekk jistħoqqilhom attenzjoni partikolari, jenħtieġ li tiġi pprovduta bl-għajnuna ta’ Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli elettronika apposta li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa individwali. Jenħtieġ li l-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli tagħti appoġġ għad-deċiżjonijiet fl-azjendi agrikoli. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti bejn il-bdiewa u fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-tfassil tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli.

(52)

Sabiex il-bdiewa jiġu infurmati u jingħataw pariri aħjar dwar l-obbligi tagħhom lejn il-ħaddiema tagħhom fir-rigward tad-dimensjoni soċjali tal-PAK, jenħtieġ li s-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli jinfurmaw bil-miktub dwar ir-rekwiżiti li tingħata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/1152 u dwar l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza li huma applikabbli fl-azjendi agrikoli.

(53)

Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar ġusta tal-appoġġ għall-introjtu, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jillimitaw jew inaqqsu l-ammonti tal-pagamenti diretti ’l fuq minn ċertu limitu massimu u l-prodott jenħtieġ li jew jintuża għall-pagamenti diretti diżakkoppjati u bi prijorità għall-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, jew jiġi trasferit lill-FAEŻR. Sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq l-impjieg, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu l-manodopera meta japplikaw il-mekkaniżmu.

(54)

Sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta’ għadd kbir ta’ pagamenti ta’ ammonti żgħar u biex jiġi żgurat kontribut effettiv tal-appoġġ għall-kisba tal-objettivi tal-PAK li għalihom jikkontribwixxu l-pagamenti diretti, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti f’termini ta’ erja minima jew ammont minimu relatat mal-appoġġ biex jirċievu pagamenti diretti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu appoġġ għall-introjtu relatat mal-annimali li jitħallas għal kull annimal, jenħtieġ li dejjem jistabbilixxu livell limitu f’termini ta’ ammont minimu biex jevitaw li jippenalizzaw lill-bdiewa, li huma eliġibbli għal dan l-appoġġ, iżda li l-erja tagħhom tkun taħt il-livell limitu. Minħabba l-istruttura agrikola speċifika ħafna fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, jenħtieġ li l-Greċja tkun tista’ tiddeċiedi jekk għandhiex tapplika xi limitu minimu f’dik iż-żona.

(55)

Meta titqies l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jassenjaw ċertu perċentwal ta’ pagamenti diretti biex jappoġġaw il-kontribuzzjonijiet tal-bdiewa għal għodod bħal dawn.

(56)

Sabiex jiġi garantit livell minimu ta’ appoġġ għall-introjtu agrikolu għall-bdiewa attivi kollha, kif ukoll għall-konformità mal-objettiv li jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola stipulat fl-Artikolu 39(1), punt (b), TFUE, jenħtieġ li jiġi stabbilit pagament diżakkoppjat annwali abbażi tal-erja bħala t-tip ta’ intervent “appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà”. Sabiex dak l-appoġġ jiġi mmirat aħjar, jenħtieġ li jkun possibbli li l-ammonti ta’ pagament jiġu differenzjati, għal kull grupp ta’ territorji, abbażi tal-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi jew agronomiċi, jew li jitnaqqsu b’kont meħud ta’ interventi oħra. Bil-għan li jiġu evitati effetti li jfixklu l-introjtu tal-bdiewa, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jimplimentaw l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà abbażi tal-intitolamenti għall-pagamenti. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-valur tal-intitolamenti għall-pagamenti qabel kwalunkwe konverġenza jkun proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit skont l-iskemi ta’ pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, filwaqt li jitqiesu l-pagamenti għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiksbu aktar konverġenza sabiex ikomplu jimxu progressivament lil hinn mill-valuri storiċi.

(57)

Meta jiġu pprovduti pagamenti diretti diżakkoppjati bbażati fuq is-sistema tal-intitolamenti għal pagament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jamministraw riżerva jew riżervi nazzjonali għal kull grupp ta’ territorji. Riżervi bħal dawn jenħtieġ li jintużaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda. Huma meħtieġa wkoll regoli dwar l-użu u t-trasferimenti tal-intitolamenti għal pagament biex jiġi garantit funzjonament bla xkiel tas-sistema.

(58)

L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni billi jaqdu rwol kruċjali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar bilanċjata tal-appoġġ u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jfasslu intervent speċifiku għall-bdiewa b’azjendi żgħar li jissostitwixxu l-interventi l-oħra ta’ pagamenti diretti. Sabiex dak l-appoġġ jiġi mmirat aħjar, jenħtieġ li tkun tista’ ssir differenzjar tal-pagamenti. Sabiex il-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar ikunu jistgħu jagħżlu s-sistema li hija l-aktar adattata għall-ħtiġijiet tagħhom, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-intervent tkun fakultattiva.

(59)

Minħabba l-bżonn magħruf għall-promozzjoni viżibbli u li tista’ titkejjel ta’ appoġġ aktar bilanċjat għall-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà u jiddedikaw mill-anqas 10 % tal-pakkett ta’ pagamenti diretti għal tali appoġġ. Sabiex jippermettu li dan l-appoġġ komplementari jiġi mmirat aħjar u fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi tal-azjendi agrikoli madwar l-Unjoni huma rikonoxxuti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu ammonti differenti tal-appoġġ komplementari għal firxiet differenti ta’ ettari kif ukoll li jiddifferenzjaw l-appoġġ skont il-livell reġjonali jew skont l-istess gruppi ta’ territorji kif jinsab fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà.

(60)

Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipprevedu distribuzzjoni mmirata tal-pagamenti diretti u li jsaħħu l-appoġġ għall-introjtu għal dawk li l-aktar għandhom bżonnu. Diversi strumenti disponibbli għall-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba ta’ dak l-objettiv, inkluż limiti massimi u digressività, kif ukoll interventi bħall-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà u l-pagament għall-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar. Jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tingħata ħarsa ġenerali tal-isforzi tal-Istati Membri f’dak ir-rigward. Abbażi tal-ħtiġijiet f’termini ta’ distribuzzjoni aktar ġusta tal-pagamenti diretti, inkluż il-ħtiġijiet ibbażati fuq struttura speċifika tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu jew l-applikazzjoni ta’ pagament ridistributtiv obbligatorju u l-perċentwal minimu korrispondenti, jew għal miżuri xierqa oħra, inkluż il-pagament ridistributtiv b’perċentwal aktar baxx.

(61)

Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attività ekonomika ġdida fis-settur agrikolu minn bdiewa żgħażagħ finanzjarjament mhix faċli u tikkostitwixxi element li jenħtieġ li jitqies waqt it-tfassil tal-istrateġija ta’ intervent fl-allokazzjoni u fil-mira tal-pagamenti diretti. Dak l-iżvilupp huwa essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni, u, għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ. Dak it-tip ta’ intervent jenħtieġ li jipprovdi introjtu addizzjonali lill-bdiewa żgħażagħ wara t-twaqqif inizjali tal-azjenda. Abbażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar metodu ta’ kalkolu għall-pagament, jew għal kull ettaru jew bħala somma f’daqqa, u possibbilment limitat għal għadd massimu ta’ ettari. Peress li dan jenħtieġ li jkopri biss il-perijodu inizjali tal-ħajja tan-negozju, pagament bħal dan jenħtieġ li jingħata biss għal perijodu ta’ żmien massimu wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna u ftit wara t-twaqqif inizjali tal-azjenda. Fejn it-tul ta’ żmien tal-pagament imur lil hinn mis-sena 2027, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li ma tinħoloq l-ebda aspettattiva legali tal-benefiċjarji għall-perijodu wara dik is-sena.

(62)

Jenħtieġ li l-PAK tiżgura li l-Istati Membri jtejbu r-riżultati ambjentali billi jirrispettaw il-ħtiġijiet lokali u ċ-ċirkostanzi reali tal-bdiewa. Skont il-pagamenti diretti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu ekoskemi li huma volontarji għall-bdiewa, u li jenħtieġ li jkunu koordinati bis-sħiħ mal-interventi rilevanti l-oħra. Dawn jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-Istati Membri bħala pagament li jingħata jew bħala inċentiv jew remunerazzjoni għall-provvista ta’ beni pubbliċi mill-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima, jew bħala kumpens talli twettqu dawk il-prattiki. Fiż-żewġ każijiet, jenħtieġ li l-għan tagħhom ikun li tissaħħaħ il-prestazzjoni marbuta mal-ambjent u l-klima tal-PAK u konsegwentement jenħtieġ li jkunu maħsuba li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji diġà preskritti mis-sistema ta’ kundizzjonalità.

(63)

Sabiex jiżguraw l-effiċjenza, jenħtieġ li l-ekoskemi, bħala regola ġenerali, ikopru mill-inqas żewġ oqsma ta’ azzjoni għall-klima, l-ambjent, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Għall-istess skop, filwaqt li jenħtieġ li l-kumpens ikun ibbażat fuq l-ispejjeż imġarrba, fuq it-telf ta’ introjtu u fuq l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni li jirriżultaw mill-impenji għall-prattiki agrikoli, waqt li jitqiesu l-miri skont l-ekoskemi, il-pagamenti b’żieda mal-appoġġ bażiku għall-introjtu jeħtieġ li jirriflettu l-livell ta’ ambizzjoni tal-impenji għall-prattiki. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu ekoskemi għal prattiki agrikoli mwettqa minn bdiewa fuq żoni agrikoli, b’mod partikolari attivitajiet agrikoli iżda wkoll ċerti prattiki li jmorru lil hinn mill-attivitajiet agrikoli. Dawk il-prattiki jistgħu jinkludu l-ġestjoni aħjar ta’ mergħat permanenti u ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ, it-tixrib mill-ġdid ta’ torbiera, il-kultivazzjoni tal-għadajjar u l-biedja organika.

(64)

Il-biedja organika, irregolata mir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), hija sistema ta’ biedja li għandha l-potenzjal li tagħti kontribut sostanzjali għall-kisba ta’ diversi objettivi speċifiċi tal-PAK u b’mod partikolari għall-objettivi speċifiċi tagħha marbuta mal-ambjent u mal-klima. Billi l-biedja organika tħalli effetti pożittivi fuq l-ambjent u l-klima, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu b’mod partikolari jqisu l-biedja organika meta jistabbilixxu ekoskemi għall-prattiki agrikoli u, f’dak il-kuntest, jivvalutaw il-livell ta’ appoġġ meħtieġ għar-raba’ ġestit skont skema ta’ biedja organika.

(65)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu ekoskemi bħala “skemi fil-livell tal-bidu” bħala kondizzjoni għall-bdiewa sabiex jieħdu impenji aktar ambizzjużi rigward l-ambjent, il-klima u t-trattament xieraq tal-annimali taħt l-iżvilupp rurali. Biex jiżguraw is-simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistabbilixxu ekoskemi mtejba. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jistabbilixxu ekoskemi għall-appoġġ ta’ prattiki dwar it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

(66)

Sabiex jiġi żgurat livell ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti bejn il-bdiewa, jenħtieġ li tiġi stabbilita allokazzjoni massima għall-appoġġ akkoppjat għall-introjtu taħt il-pagamenti diretti li l-Istati Membri huma permessi jagħtu sabiex itejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà jew il-kwalità f’ċerti setturi u produzzjonijiet li huma partikolarment importanti għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi jew ambjentali u li jiltaqgħu minn ċerti diffikultajiet. Meta jfasslu dawk l-interventi, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-suq intern.

(67)

Peress li huwa magħruf sew li l-produzzjoni tal-għelejjel li fihom l-proteini qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet serji fl-Unjoni, ma hemmx bżonn li dawn id-diffikultajiet jintwerew fil-każ ta’ interventi ta’ appoġġ akkoppjati għall-introjtu mmirati lejn dawk l-għelejjel. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw parti addizzjonali tal-limitu massimu finanzjarju tagħhom disponibbli għall-pagamenti diretti biex jagħtu l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu speċifikament għall-appoġġ tal-produzzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini sabiex jitnaqqas id-defiċit tal-Unjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġaw taħlita ta’ legumi u ħaxix taħt appoġġ akkoppjat għall-introjtu dment li l-legumi jibqgħu predominanti fit-taħlita.

(68)

Skont l-objettivi li jinsabu fil-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton, mehmuż mal-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, huwa meħtieġ li jitkompla “pagament speċifiku għall-għelejjel” għal kull ettaru eliġibbli marbut mal-kultivazzjoni tal-qoton, kif ukoll l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali fir-reġjuni li jipproduċu l-qoton. Madankollu, peress li l-allokazzjoni baġitarja għall-qoton hija fissa u ma tistax tintuża għal skopijiet oħra u billi l-implimentazzjoni ta’ dak il-pagament speċifiku għall-għelejjel jkollu bażi legali fit-Trattati, il-pagament għall-qoton jenħtieġ li ma jkunx parti mill-interventi approvati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u jenħtieġ li ma jkunx soġġett għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni u għar-rieżami tal-prestazzjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi kif ukoll derogi minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/2116 skont dan. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li jsir hekk f’dan ir-Regolament.

(69)

Huma meħtieġa tipi ta’ intervent f’ċerti setturi biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma’ strumenti oħra tal-PAK. F’konformità mal-mudell ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut u l-objettivi għat-tali tipi ta’ intervent f’ċerti setturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern u jiġu evitati kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jiżguraw il-konsistenza ma’ interventi oħra fuq il-livell settorjali. It-tipi wiesgħa ta’ intervent li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, l-inbid, il-prodotti tal-apikultura, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u tal-ħops, kif ukoll għal setturi oħra fost is-setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) u s-setturi li jkopru l-prodotti li jridu jiġu elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, li l-istabbiliment ta’ interventi speċifiċi għalihom huwa meqjus li jħalli effetti ta’ benefiċċju fuq il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK, kollha jew xi wħud minnhom, ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, minħabba d-defiċit tal-Unjoni fuq il-proteini tal-pjanti u l-benefiċċji ambjentali li l-produzzjoni tagħhom iġġib magħha, jenħtieġ li l-legumi jiġu inklużi fost il-prodotti elenkati f’dak l-Anness filwaqt li tiġi rrispettata l-iskeda tad-WTO tal-UE dwar iż-żrieragħ żejtnin, u dawk il-benefiċċji jenħtieġ li jiġu promossi lill-bdiewa permezz, fost l-oħrajn, tas-servizz ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli.

(70)

Il-pakketti finanzjarji nazzjonali jew limitazzjonijiet oħra fil-forma ta’ limiti massimi huma meħtieġa sabiex tinżamm l-ispeċifiċità tal-interventi u tiffaċilita l-ipprogrammar tal-interventi għall-prodotti tal-apikultura, għall-inbid, għaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, għall-ħops u għal setturi oħra li jridu jiġu definiti f’dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex ma tiddgħajjifx il-kisba tal-objettivi tat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-frott u l-ħaxix, jenħtieġ li ma tkun tapplika l-ebda limitazzjoni finanzjarja f’konformità mal-approċċ attwali. Fejn l-Istati Membri jintroduċu appoġġ għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-allokazzjoni finanzjarja korrispondenti titnaqqas mill-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex tibqa’ finanzjarjament newtrali. Meta Stat Membru jagħżel li ma jimplimentax l-interventi speċifiċi għas-settur tal-ħops jew għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, l-allokazzjoni relatati għal dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu disponibbli bħala allokazzjonijiet addizzjonali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti.

(71)

Għall-interventi għall-iżvilupp rurali, il-prinċipji huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi biex l-Istati Membri japplikaw il-kriterji ta’ għażla. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jistipulaw kondizzjonijiet speċifiċi skont il-ħtiġijiet tagħhom. It-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali jinkludu pagamenti għall-impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni li l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu pagamenti lill-bdiewa u lill-ġestjonarji oħra tal-art li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent inkluż il-kwalità u l-kwantità tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-ħamrija, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema inkluż impenji volontarji f’Natura 2000 u appoġġ għad-diversità ġenetika. L-appoġġ skont il-pagamenti għall-impenji ta’ ġestjoni jista’ wkoll jingħata fil-forma ta’ approċċi mmexxija lokalment, integrati jew kooperattivi u interventi bbażati fuq ir-riżultati.

(72)

L-appoġġ għall-impenji ta’ ġestjoni jistgħu b’mod partikolari jinkludu premiums tal-biedja organika għall-konverżjoni ta’ art f’art organika u għall-manutenzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri, abbażi ta’ analiżi fil-fond tagħhom tas-settur organiku u waqt li jqisu l-objettivi li beħsiebhom jiksbu fir-rigward tal-produzzjoni organika, iqisu l-biedja organika għall-impenji ta’ ġestjoni skont il-bżonnijiet territorjali speċifiċi tagħhom, jallokaw l-appoġġ biex iżidu s-sehem tal-art agrikola ġestita skont skema ta’ biedja organika u jiżguraw li l-baġits allokati jaqblu mat-tkabbir mistenni mill-produzzjoni organika. L-appoġġ għall-impenji ta’ ġestjoni jista’ jinkludi wkoll il-pagamenti għal tipi oħra ta’ interventi li jappoġġaw sistemi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-agroekoloġija, l-agrikoltura ta’ konservazzjoni u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-premiums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; it-trattament xieraq tal-annimali; Il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi, b’mod partikolari permezz ta’ metodi ta’ tnissil tradizzjonali. Jenħtieġ li -Istati Membri jitħallew jiżviluppaw skemi oħra taħt dak it-tip ta’ intervent abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom. Jenħtieġ li dak it-tip ta’ pagament ikopri biss l-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-impenji relatati ma’ dak it-tip ta’ intervent jistgħu jittieħdu għal perijodu annwali jew pluriennali prestabbilit u jmorru lil hinn minn seba’ snin fejn dan ikun debitament ġustifikat.

(73)

L-interventi tal-forestrija jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2021 intitolata “L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030” u, fejn xieraq, għat-twessigħ tal-użu tas-sistemi tal-agroforestrija. Jeħtieġ li jkunu bbażati fuq il-programmi nazzjonali u subnazzjonali tal-Istati Membri jew fuq strumenti ekwivalenti, li għandhom jibnu fuq l-impenji li joħorġu mir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) u dawk magħmula mill-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa. L-interventi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq pjanijiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti jew fuq strumenti ekwivalenti li debitament iqisu l-ħżin effettiv tal-karbonju u s-sekwestru mill-atmosfera waqt li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-bijodiversità u jistgħu jinkludu l-iżvilupp taż-żona tal-foresta u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inkluż l-afforestazzjoni tal-art, il-prevenzjoni ta’ nirien u l-ħolqien u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi tal-agroforestrija; il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-adattament; l-investimenti biex jiġu garantiti u msaħħa l-konservazzjoni u reżiljenza tal-foresti, u l-provvista ta’ servizzi dwar il-klima u l-ekosistema tal-foresti; u miżuri u investimenti għall-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli u tal-bijoekonomija.

(74)

Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jagħtu appoġġ lill-bdiewa f’żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona, fosthom żoni muntanjużi u gżejjer. Fir-rigward tal-pagamenti għaż-żoni b’restrizzjonijiet naturali jew b’restrizzjonijiet speċifiċi oħra, l-identifikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jenħtieġ li tibqa’ tapplika.

(75)

Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u ssaħħaħ is-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, jeħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni ta’ Natura 2000, stabbilita bid-Direttiva 92/43/KEE, u d-Direttiva/2000/60/KE. Għalhekk jenħtieġ li jibqa’ jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti ta’ Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma’ rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi waqt li jippermettu biżżejjed flessibbiltà fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK biex tiġi ffaċilitata l-komplementarjetà bejn interventi differenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni ta’ Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

(76)

Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jinkisbu wkoll permezz ta’ appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, kemm fl-azjenda agrikola kif ukoll barra minnha. Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, fost l-oħrajn, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u tal-forestrija għat-tibdil fil-klima, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u tal-foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma. Tista’ tkopri wkoll investimenti fir-restawr ta’ potenzjal agrikolu jew tal-forestrija wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi, inkluż nirien, maltemp, għargħar, pesti u mard. Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kondizzjonijiet ekwivalenti bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta’ suġġetti ta’ investiment jenħtieġ li tkun inkluża f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-fondi disponibbli għall-investimenti bl-aħjar mod billi jallinjaw l-appoġġ għall-investimenti mar-regoli rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali.

(77)

Il-bdiewa żgħażagħ b’mod partikolari għandhom bżonn li jimmodernizzaw l-azjendi agrikoli tagħhom sabiex jagħmluhom vijabbli fit-tul. Madankollu, huma ta’ spiss jesperjenzaw dħul baxx matul l-ewwel snin ta’ negozju. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jiffaċilitaw u jagħtu prijorità lill-interventi ta’ investiment imwettqa minn bdiewa żgħażagħ. Għal dak il-għan, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu rati ogħla ta’ appoġġ u kondizzjonijiet preferenzjali oħra għall-investimenti fl-azjendi tal-bdiewa żgħażagħ. Stat Membru jenħtieġ li jitħalla jżid l-appoġġ għall-investiment mogħti lill-azjendi agrikoli żgħar.

(78)

Meta jipprovdu l-appoġġ għall-investiment, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu kont partikolari tal-objettiv trażversali tal-modernizzazzjoni tal-agrikoltura u taż-żoni rurali billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u tiġi mħeġġa l-adozzjoni tagħhom. L-appoġġ għall-investiment fl-installazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, bħall-investiment f’biedja ta’ preċiżjoni, irħula intelliġenti, negozji rurali u infrastrutturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, jenħtieġ li jiġi inkluż fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK fid-deskrizzjoni tal-kontribut ta’ dawk il-pjanijiet għall-objettiv trasversali.

(79)

Filwaqt li jitqies l-objettiv tal-Unjoni għal status tajjeb għall-korpi tal-ilma u l-bżonn li l-investimenti jkunu konformi ma’ dak l-objettiv, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-appoġġ għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-irrigazzjoni sabiex l-użu tal-ilma fl-agrikoltura ma jipperikolax dak l-objettiv.

(80)

Billi hemm bżonn li tiġi indirizzata d-diskrepanza tal-investiment fis-settur agrikolu tal-Unjoni u sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-gruppi prijoritarji, b’mod partikolari għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda bi profili ta’ riskju ogħla, jenħtieġ li jitħeġġu l-użu tal-garanzija tal-UE taħt InvestEU u taħlita ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji flimkien. Peress li l-użu tal-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri kollha jvarja b’mod konsiderevoli bħala riżultat tad-differenza f’termini tal-aċċess għall-finanzi, l-iżvilupp tas-settur bankarju, il-preżenza ta’ kapital ta’ riskju, il-familjarità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-firxa potenzjali ta’ benefiċjarji, jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistabbilixxu miri xierqa, benefiċjarji u kondizzjonijiet preferenzjali, u regoli ta’ eliġibbiltà oħra possibbli.

(81)

Il-bdiewa żgħażagħ, il-bdiewa ġodda u parteċipanti ġodda oħra għad għandhom quddiemhom ostakli sinifikanti rigward l-aċċess għall-art, prezzijiet għolja jew l-aċċess għall-kreditu. In-negozji tagħhom huma aktar mhedda mill-volatilità tal-prezzijiet kemm għall-inputs kif ukoll għall-prodotti u l-ħtiġijiet tagħhom f’termini ta’ taħriġ fil-ħiliet intraprenditorjali, il-prevenzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju huma għoljin. Għalhekk huwa essenzjali li jitkompla l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ negozji u ta’ azjendi agrikoli ġodda. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jistabbilixxu kondizzjonijiet preferenzjali għal strumenti finanzjarji għal bdiewa żgħażagħ, bdiewa ġodda u parteċipanti ġodda oħra. L-ammont massimu tal-għajnuna għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u negozji ġodda rurali jenħtieġ li jiżdied sa EUR 100 000, li jista’ jiġi aċċessat wkoll permezz ta’ forma ta’ appoġġ bi strument finanzjarju jew flimkien miegħu.

(82)

Billi hemm bżonn li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, l-appoġġ lill-bdiewa biex jimmaniġġaw il-produzzjoni tagħhom u r-riskji għall-introjtu jenħtieġ li jinżamm u jitwessa’ skont il-FAEŻR. B’mod speċifiku, il-premiums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi, inkluż l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu, jenħtieġ li jibqgħu possibbli, iżda l-appoġġ jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll għal għodod oħra ta’ ġestjoni tar-riskju. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tipi kollha ta’ għodda għall-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li jkopri r-riskji tal-produzzjoni jew tal-introjtu, kif ukoll ikunu jistgħu jiġu applikati għas-setturi agrikoli jew iż-żoni territorjali fejn meħtieġ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw simplifikazzjonijiet proċedurali, bħad-dipendenza fuq indiċi għall-kalkolu tal-produzzjoni u tal-introjtu tal-bdiewa, waqt li jiġi żgurat livell ta’ rispons tal-għodod li jkun xieraq għall-prestazzjoni individwali tal-bdiewa u jiġi evitat il-kumpens żejjed għat-telf.

(83)

Jenħtieġ li l-appoġġ jippermetti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn mill-inqas żewġ entitajiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali appoġġ jinkludi l-aspetti kollha ta’ kooperazzjoni bħal din, bħall-istabbiliment ta’ skemi ta’ kwalità u ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għal skemi ta’ kwalità; azzjoni ambjentali u klimatika kollettiva; il-promozzjoni ta’ katina ta’ provvista qasira u swieq lokali; proġetti pilota; il-proġetti tal-grupp operazzjonali fi ħdan il-proġetti ta’ żvilupp lokali tal-EIP, l-irħula intelliġenti, il-klabbs tax-xerrejja u l-assoċjazzjonijiet għall-użu kollettiv tal-makkinarju agrikolu; sħubijiet tal-azjendi agrikoli; pjanijiet tal-ġestjoni tal-foresti; networks u raggruppamenti; biedja soċjali; agrikultura appoġġata mill-komunità; azzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ LEADER; u l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, kif ukoll forom oħra ta’ kooperazzjoni li jitqiesu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-PAK.

(84)

Huwa importanti li tiġi appoġġata t-tħejjija ta’ ċertu tip ta’ kooperazzjoni, b’mod partikolari għall-gruppi operazzjonali tal-EIP, gruppi ta’ LEADER, u l-istrateġiji tal-irħula intelliġenti.

(85)

Il-komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” ssemmi l-iskambju tal-għarfien u l-enfasi fuq l-innovazzjoni bħala objettiv trasversali għall-PAK il-ġdida. Il-PAK jenħtieġ li tkompli tappoġġa il-mudell ta’ innovazzjoni interattiva, li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-atturi biex isir l-aħjar użu ta’ għarfien komplementari bil-ħsieb ta’ tixrid ta’ soluzzjonijiet lesti għall-prattika. Is-servizzi ta’ konsulenza tal-azjendi agrikoli jenħtieġ li jissaħħu fi ħdan l-AKIS. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar kif il-konsulenti, ir-riċerkaturi u n-network nazzjonali tal-PAK ser jaħdmu flimkien. Kull Stat Membru jew reġjun, skont kif xieraq, sabiex tissaħħaħ l-AKIS tiegħu u f’konformità mal-approċċ strateġiku tal-AKIS tiegħu jenħtieġ li jkun jista’ jiffinanzja għadd ta’ azzjonijiet immirati lejn l-iskambju tal-għarfien u l-innovazzjoni, kif ukoll jiffaċilita l-iżvilupp mill-bdiewa ta’ strateġiji fil-livell tal-azjenda agrikola biex iżidu r-reżiljenza tal-azjenda agrikola tagħhom, billi jintużaw it-tipi ta’ intervent żviluppati f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, kull Stat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi strateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u għall-użu ta’ dawk it-teknoloġiji biex juri kif id-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali ser tingħata spinta.

(86)

Jenħtieġ li l-FAEG ikompli jiffinanzja t-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi, filwaqt li l-FAEŻR jenħtieġ li jkompli jiffinanzja t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ li r-regoli għall-ġestjoni finanzjarji tal-PAK jiġu stabbiliti separatament għaż-żewġ fondi u għall-attivitajiet appoġġati minn kull wieħed minnhom, filwaqt li jitqies li l-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid jagħti aktar flessibbiltà u sussidjarjetà biex l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tagħhom. It-tipi ta’ intervent skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

(87)

L-appoġġ għall-pagamenti diretti skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jingħata fil-limitu tal-allokazzjonijiet nazzjonali li jridu jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk l-allokazzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jirriflettu kontinwazzjoni tal-bidliet fejn l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta’ appoġġ għal kull ettaru jiżdiedu b’mod gradwali biex jagħlqu 50 % tad-diskrepanza lejn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Sabiex jitqies il-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-pagamenti u l-użu tal-prodott tiegħu fl-Istat Membru, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi totali kull sena fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jaqbeż l-allokazzjoni nazzjonali.

(88)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-FAEŻR, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta’ kontribuzzjoni unika għall-appoġġ mill-FAEŻR b’rabta man-nefqa pubblika fl-Istati Membri. Sabiex jitqiesu l-importanza partikolari jew in-natura ta’ ċerti tipi ta’ operazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati ta’ kontribuzzjoni speċifiċi b’rabta magħhom. Sabiex jiġu mitigati r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mil-livell ta’ żvilupp, mid-distanza jew l-insularità tagħhom, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta’ kontribuzzjoni xierqa tal-FAEŻR għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi, u għall-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, u għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni.

(89)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni għall-appoġġ mill-FAEŻR. Għal dak il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). L-aħħar klassifikazzjonijiet u data jenħtieġ li jintużaw biex jiġi żgurat appoġġ adegwat, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati reġjuni li waqgħu lura u d-disparitajiet interreġjonali fi Stat Membru.

(90)

Jenħtieġ li l-FAEŻR ma jipprovdix appoġġ għall-investimenti li jagħmlu ħsara lill-ambjent. Għalhekk huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu previsti għadd ta’ regoli ta’ esklużjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jiffinanzjax l-investimenti fl-irrigazzjoni li ma jikkontribwux lejn il-kisba, jew il-preservazzjoni tal-istatus tajjeb tal-korp tal-ilma jew korpi tal-ilma assoċjati, u jenħtieġ li ma jiffinanzjax l-investimenti fl-afforestazzjoni li mhumiex konsistenti mal-objettivi ambjentali u marbuta mal-klima f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

(91)

Għall-fini li jiġi żgurat finanzjament xieraq għal ċerti prijoritajiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji minimi u massimi għal dawn il-prijoritajiet. L-Istati Membri jenħtieġ li b’mod partikolari jirriżervaw mill-inqas ammont li jikkorrispondi għal 3 % tal-pakkett tal-pagamenti diretti annwali tagħhom qabel kwalunkwe trasferiment għal interventi mmirati lejn it-tiġdid ġenerazzjonali. Interventi bħal dawn jistgħu jinkludu appoġġ imtejjeb għall-introjtu u appoġġ għall-istabbiliment. Meta titqies l-importanza tal-appoġġ għall-investiment għall-bdiewa żgħażagħ biex l-azjendi agrikoli tagħhom isiru vijabbli fit-tul u biex is-settur isir aktar attraenti, sehem min-nefqa għall-interventi ta’ investiment b’rata ogħla ta’ appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ jenħtieġ li jgħodd ukoll għall-ammont minimu li għandu jiġi riżervat għall-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettiv speċifiku li jiġu attirati u sostnuti l-bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju sostenibbli fiż-żoni rurali.

(92)

Bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed finanzjament disponibbli skont il-PAK biex jitwettqu l-objettivi marbuta mal-ambjent, il-klima u t-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni, ċertu sehem kemm tal-appoġġ mill-FAEŻR, inkluż l-investimenti, kif ukoll tal-pagamenti diretti jenħtieġ li jkun riżervat għal dawk l-għanijiet. Billi l-iskemi għall-klima, għall-ambjent u għat-trattament xieraq tal-annimali huma introdotti għall-ewwel darba taħt il-pagamenti diretti, jenħtieġ li jingħataw ċerti flessibbiltajiet f’termini ta’ ppjanar u implimentazzjoni, b’mod partikolari fl-ewwel sentejn, biex l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jiksbu esperjenza u jiżguraw implimentazzjoni bla xkiel u b’suċċess, filwaqt li jitqies ukoll il-livell tal-ambizzjonijiet marbuta mal-ambjent u l-klima skont il-FAEŻR. Bil-ħsieb li tiġi rispettata l-ambizzjoni ġenerali marbuta mal-ambjent u l-klima, din il-flessibbiltà jenħtieġ li tingħata qafas u tkun soġġetta għal kumpens f’ċerti limiti.

(93)

L-approċċ LEADER għall-iżvilupp lokali ta prova tal-effettività tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ żoni rurali billi qies b’mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għal żvilupp rurali endoġenu permezz tal-approċċ tiegħu minn isfel għal fuq. Għaldaqstant jenħtieġ li LEADER jitkompla fil-futur u l-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tibqa’ obbligatorja b’allokazzjoni minima skont il-FAEŻR.

(94)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-PAK jenħtieġ li tikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 30 % tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni b’appoġġ għall-objettivi marbuta mal-klima. L-azzjonijiet skont il-PAK huma mistennija li jikkontribwixxu għal 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-PAK għall-kisba tal-objettivi marbuta mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti jenħtieġ li jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u jerġgħu jiġu vvalutati fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(95)

Fejn l-ammonti unitarji ma jkunux ibbażati fuq spejjeż reali jew introjtu mitluf, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-livell xieraq ta’ appoġġ ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. L-ammont unitarju xieraq jista’ jkun firxa ta’ ammonti unitarji xierqa minflok ammont unitarju wieħed uniformi jew medju. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu wkoll, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, ammont unitarju massimu jew minimu ġustifikat għal ċerti interventi mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-livell ta’ pagamenti għall-interventi rilevanti.

(96)

It-trasferiment tar-responsabbiltà lill-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u għall-kisba tal-miri jmur id f’id ma’ żieda fil-flessibbiltà biex jiġi stabbilit il-mod kif jintużaw flimkien it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent f’ċertu setturi u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Dan jenħtieġ li jiġi appoġġat b’ċerta flessibbiltà biex jiġu aġġustati l-allokazzjonijiet nazzjonali rilevanti tal-fondi. Meta l-istima tal-Istati Membri għall-pakkett allokat minn qabel tkun baxxa wisq biex ikun hemm post għall-miżuri kollha maħsuba, ċertu livell ta’ flessibbiltà huwa għalhekk ġustifikat, filwaqt li jiġu evitati fluttwazzjonijiet konsiderevoli fil-livell tal-appoġġ għall-introjtu dirett annwali kontra l-ammonti disponibbli għall-interventi pluriennali skont il-FAEŻR.

(97)

Sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tal-Unjoni u biex jiġi ppreservat suq intern agrikolu li jiffunzjona, kif ukoll biex jinkisbu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiħdux deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament b’mod iżolat iżda fil-qafas ta’ proċess strutturat li jenħtieġ li jimmaterjalizza fi Pjan Strateġiku tal-PAK. Jenħtieġ li r-regoli minn fuq għal isfel tal-Unjoni jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tal-PAK fl-Unjoni kollha, it-tipi ta’ intervent ewlenin, il-qafas ta’ prestazzjoni u l-istruttura ta’ governanza. Distribuzzjoni tal-kompiti bħal din għandha l-għan li tiżgura korrispondenza sħiħa bejn ir-riżorsi finanzjarji investiti u r-riżultati miksuba.

(98)

Sabiex tiġi żgurata natura strateġika ċara ta’ dawn il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u biex jiġu ffaċilitati r-rabtiet ma’ politiki oħra tal-Unjoni, u b’mod partikolari ma’ miri nazzjonali stabbiliti fit-tul li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mill-ftehimiet internazzjonali bħal dawk relatati mat-tibdil fil-klima, mal-foresti, mal-bijodiversità u mal-ilma, huwa xieraq li jenħtieġ li jkun hemm Pjan Strateġiku tal-PAK wieħed għal kull Stat Membru, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u istituzzjonali tiegħu. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’, fejn xieraq, jinkludi interventi reġjonalizzati.

(99)

Fil-proċess ta’ żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li jippermettu l-ilħuq ta’ dawk il-miri, filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż dawk tar-reġjuni ultraperiferiċi. Proċess bħal dan jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f’qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

(100)

Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-miri mill-Istati Membri u li t-tfassil tal-interventi huwa xieraq u li jagħti l-akbar kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-PAK, huwa meħtieġ li l-istrateġija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiġi bbażata fuq analiżi minn qabel tal-kuntesti lokali u valutazzjoni tal-ħtiġijiet b’rabta mal-objettivi tal-PAK. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jistgħu jirriflettu b’mod adegwat il-bidliet fil-kondizzjonijiet, fl-istrutturi (kemm interni kif ukoll esterni) u fis-sitwazzjonijiet tas-suq tal-Istati Membri u li jistgħu, għalhekk, ikunu aġġustati maż-żmien biex jirriflettu dan it-tibdil.

(101)

Jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom l-għan li jiżguraw koerenza msaħħa fost il-bosta għodod tal-PAK, peress li dawn jenħtieġ li jkopru t-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent f’ċertu setturi u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ ukoll li jiżguraw u juru l-allinjament u l-adegwatezza tal-għażliet li jkunu għamlu l-Istati Membri għall-prijoritajiet u l-objettivi tal-Unjoni. F’dik il-perspettiva, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jinkludu ħarsa ġenerali u spjegazzjoni tal-għodod li jiżguraw distribuzzjoni aktar ġusta u appoġġ għall-introjtu b’miri aktar effettiva u effiċjenti. Għalhekk huwa xieraq li jkun fihom strateġija ta’ intervent orjentata lejn ir-riżultati u strutturata fuq l-objettivi speċifiċi tal-PAK, inkluż miri kwantifikati b’rabta ma’ dawk l-objettivi. Sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tagħhom fuq bażi annwali, huwa xieraq li dawk il-miri jkunu bbażati fuq l-indikaturi tar-riżultat.

(102)

Jenħtieġ li din l-istrateġija ta’ intervent tenfasizza l-komplementarjetà kemm bejn l-għodod tal-PAK kif ukoll mal-politiki l-oħra tal-Unjoni. B’mod partikolari, kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jqis il-leġiżlazzjonijiet rilevanti dwar l-ambjent u l-klima, u jenħtieġ li jiġu deskritti l-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw minn dik il-leġiżlazzjoni bħala parti mill-analiżi tas-sitwazzjoni attwali (“analiżi SWOT”). Huwa xieraq li jiġu elenkati l-atti leġiżlattivi li jenħtieġ li jiġu msemmija b’mod speċifiku fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(103)

Minħabba li jenħtieġ li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla li parti mit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tiġi ddelegata fil-livell reġjonali abbażi ta’ qafas nazzjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni fost ir-reġjuni fl-indirizzar ta’ sfidi madwar in-nazzjon kollu, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jipprovdu deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali.

(104)

Peress li jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jippermettu lill-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltà tagħha għall-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni u tipprovdi lill-Istati Membri b’ċertezza legali dwar ċerti elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikun fihom deskrizzjoni speċifika tal-interventi individwali, inkluż il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, l-allokazzjonijiet baġitarji, l-outputs ippjanati u l-kostijiet ta’ unità. Huwa meħtieġ pjan finanzjarju biex jagħti ħarsa ġenerali dwar l-aspetti baġitarji kollha u għal kull intervent, flimkien ma’ pjan tal-miri.

(105)

Sabiex jiġu żgurati l-bidu immedjat u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-eżistenza ta’ kondizzjonijiet ta’ qafas amministrattiv sod. Għalhekk jenħtieġ li kull Pjan Strateġiku tal-PAK jinkludi l-identifikazzjoni tal-istrutturi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż is-sistemi ta’ kontrolli u ta’ penali, u l-istruttura ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar.

(106)

Meta titqies l-importanza tal-objettiv speċifiku li jiġu mmodernizzati l-agrikoltura u ż-żoni rurali, u minħabba n-natura trasversali tiegħu, huwa xieraq li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jinkludu deskrizzjoni dedikata tal-kontribut li dawk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ser jagħti lill-kisba ta’ dak l-objettiv, inkluż il-kontribut tiegħu għat-tranżizzjoni diġitali.

(107)

Fid-dawl tat-tħassib relatat mal-piż amministrattiv taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tkun ukoll soġġetta għal attenzjoni speċifika fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(108)

Minħabba li mhuwiex xieraq li l-Kummissjoni tapprova informazzjoni li tista’ titqies bħala informazzjoni ta’ sfond jew storika jew li tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tingħata bħala Annessi għall-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(109)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Inter istituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (28), il-fondi tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu vvalutati abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-fondi fuq il-post.

(110)

L-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni hija pass kruċjali biex jiġi żgurat li l-politika hija implimentata skont l-objettivi komuni. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri gwida xierqa dwar il-preżentazzjoni ta’ loġiki ta’ intervent koerenti u ambizzjużi.

(111)

Huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà tal-ipprogrammar u r-reviżjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(112)

Jenħtieġ li awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK u jenħtieġ li tkun l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Madankollu, fejn elementi marbuta mal-politika tal-iżvilupp rurali jiġu trattati fuq bażi reġjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkunu jistgħu jiddelegaw parti mill-kompiti tagħhom filwaqt li jżommu r-responsabbiltà għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni filwaqt li jiżguraw il-koerenza u l-konsistenza tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-koordinazzjoni bejn l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) 2021/2116.

(113)

Ir-responsabbiltà għall-monitoraġġ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li tinqasam bejn l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali stabbilit għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-effettività tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Għal dak il-għan, jenħtieġ li r-responsabbiltajiet tiegħu jiġu speċifikati. Fejn il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikun fih elementi li huma stabbiliti mir-reġjuni, jenħtieġ li l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati jkunu jistgħu jistabbilixxu u jiffurmaw kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali. F’dak il-każ, ir-regoli dwar il-koordinazzjoni mal-kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali jenħtieġ li jiġu ċċarati.

(114)

Jenħtieġ li l-FAEŻR, permezz ta’ assistenza teknika u fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jappoġġa l-azzjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Tista’ tingħata wkoll assistenza teknika, fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, biex jitwettqu l-kompiti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Żieda fl-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri hija disponibbli biss għall-Istati Membri li l-allokazzjoni tal-FAEŻR tagħhom mhijiex ogħla minn EUR 1,1 biljun. L-appoġġ tal-FAEŻR għall-assistenza teknika jenħtieġ li jqis iż-żieda fil-bini tal-kapaċità amministrattiva fir-rigward tas-sistemi l-ġodda ta’ governanza u kontroll fl-Istati Membri.

(115)

F’kuntest fejn l-Istati Membri ser ikollhom ħafna aktar flessibbiltà u sussidjarjetà fit-tfassil tal-interventi biex jiksbu objettivi komuni, in-networks huma għodda ewlenija għat-tmexxija u l-orjentazzjoni tal-politika u biex jippromwovu l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-bini tal-kapaċità għall-Istati Membri u atturi oħra. L-ambitu tal-attivitajiet ta’ networking ser jiġi estiż mill-iżvilupp rurali biex jinkludi ż-żewġ pilastri tal-PAK. Network wieħed tal-PAK fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura koordinazzjoni aħjar bejn l-attivitajiet tan-networking fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali u dak reġjonali. In-networks Ewropej u nazzjonali tal-PAK jenħtieġ li jieħdu post in-Network Ewropew attwali għall-Iżvilupp Rurali u n-Network u n-Network EIP-AGRI fil-livell tal-Unjoni, u n-networks rurali nazzjonali, rispettivament. In-network Ewropew tal-PAK jenħtieġ li jikkontribwixxi kemm jista’ jkun għall-attivitajiet tan-networks nazzjonali tal-PAK. In-networks jenħtieġ li jipprovdu pjattaforma għall-promozzjoni ta’ aktar skambju tal-għarfien sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u jinqabdu r-riżultati u l-valur miżjud tal-politika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-politika ta’ Orizzont Ewropa u l-proġetti tagħha b’atturi diversi. Fl-istess perspettiva tat-titjib tal-iskambju tal-għarfien u l-innovazzjoni, l-EIP megħjun min-networks Ewropej u nazzjonali tal-PAK jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ innovazzjoni interattiv skont il-metodoloġija deskritta f’dan ir-Regolament.

(116)

Kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jkun soġġett għal monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni u tal-progress lejn il-miri stabbiliti. Tali qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK jenħtieġ li jiġi stabbilit bl-iskop li jintwera l-progress u jiġu vvalutati l-impatt u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-politika.

(117)

L-orjentazzjoni lejn ir-riżultati li jġib miegħu l-mudell ta’ implimentazzjoni teħtieġ qafas ta’ prestazzjoni b’saħħtu, b’mod partikolari billi l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ġenerali wiesgħa għal politiki oħra ġestiti b’mod konġunt. Politika bbażata fuq il-prestazzjoni timplika valutazzjoni annwali u pluriennali abbażi ta’ outputs magħżula, indikaturi tar-riżultat u tal-impatt, kif definit fil-qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jingħażel sett limitat u mmirat ta’ indikaturi b’mod li jirrifletti kemm jista’ jkun jekk l-intervent appoġġat jikkontribwix għall-kisba tal-objettivi ppjanati. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-indikaturi marbuta mal-objettivi speċifiċi marbuta mal-ambjent u l-klima jkopru interventi li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni rilevanti.

(118)

Bħala parti mill-qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-progress li sar lill-Kummissjoni kull sena. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija l-bażi li fuqha jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi fil-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, bl-użu ta’ sett ewlieni ta’ indikaturi għal dak l-iskop.

(119)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’każ li l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiddevja b’mod sinifikanti mill-miri stabbiliti. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri li jippreżentaw pjanijiet ta’ azzjoni fil-każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti sinifikanti u mhux ġustifikata. Dan jista’ jwassal għal sospensjonijiet u, fl-aħħar, tnaqqis tal-fondi tal-Unjoni jekk ir-riżultati ppjanati ma jinkisbux.

(120)

Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri, waqt li fejn rilevanti jiżguraw l-involviment tar-reġjuni fit-tfassil tal-pjan ta’ valutazzjoni u fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-interventi reġjonali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, ikunu responsabbli għall-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għas-sinteżi fil-livell tal-Unjoni tal-evalwazzjonijiet ex ante tal-Istati Membri u għat-twettiq tal-evalwazzjonijiet interim u ex post fil-livell tal-Unjoni.

(121)

Sabiex tiżgura evalwazzjoni komprensiva u sinifikattiva tal-PAK fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddependi fuq l-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu bbażati primarjament fuq sorsi ta’ data stabbiliti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw biex jiżguraw u jtejbu aktar ir-robustezza tad-data meħtieġa għall-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt.

(122)

Meta tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-konsistenza u l-kontribut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti għall-leġiżlazzjoni u l-impenji ambjentali u tal-klima u, b’mod partikolari, għall-miri tal-Unjoni għall-2030 li jinsabu fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bl-isem “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (“Strateġija mill-Għalqa sal-Platt”) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bl-isem “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (“Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità”).

(123)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa juru, permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, ambizzjoni ġenerali akbar meta mqabbla mal-passat fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-PAK marbuta mal-ambjent u l-klima. Jenħtieġ li ambizzjoni bħal din titqies li tikkonsisti minn firxa ta’ elementi relatati ma’, fost l-oħrajn, l-indikaturi tal-impatt, il-miri li jridu jintlaħqu skont l-indikaturi tar-riżultat, it-tfassil tal-interventi, l-implimentazzjoni maħsuba tas-sistema ta’ kundizzjonalità, u l-ippjanar finanzjarju. Jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jintalbu jispjegaw kif qed juru l-ambizzjoni ġenerali akbar meħtieġa, b’referenza għad-diversi elementi rilevanti. Dik l-ispjegazzjoni jenħtieġ li tinkludi kontributi nazzjonali biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-2030 li jinsabu fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità.

(124)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji rapport fil-qosor dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri biex tivvaluta l-isforz konġunt u l-ambizzjoni kollettiva tal-Istati Membri li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi tal-PAK fil-bidu tal-perijodu ta’ implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-miri tal-Unjoni għall-2030 li jinsabu fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità.

(125)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tivvaluta t-tħaddim mill-Istati Membri tal-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid u l-kontributi magħduda flimkien tal-interventi stipulati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-impenji tal-Unjoni marbuta mal-ambjent u l-klima, partikolarment dawk li jirriżultaw mill-Patt Ekoloġiku Ewropew.

(126)

Jenħtieġ li l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE japplikaw għall-appoġġ tat-tipi ta’ intervent skont dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur agrikolu, dawk id-dispożizzjonijiet tat-TFUE jenħtieġ li ma japplikawx għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali li jikkonċernaw l-operazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u li jitwettqu skont dan ir-Regolament u f’konformità miegħu, jew għal pagamenti magħmula mill-Istati Membri maħsuba biex jipprovdu finanzjament nazzjonali addizzjonali għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali li għalihom jingħata l-appoġġ tal-Unjoni u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE.

(127)

Sabiex jiġi evitat tnaqqis f’daqqa u sostanzjali fl-appoġġ f’ċerti setturi fl-Istati Membri li jkunu taw għajnuna nazzjonali tranżitorja fil-perijodu 2015-2022, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jitħallew jagħtu din l-għajnuna skont ċerti kondizzjonijiet u limitazzjonijiet. Meta titqies in-natura tranżitorja ta’ dik l-għajnuna, huwa xieraq li titkompla l-eliminazzjoni gradwali tagħha billi jitnaqqsu gradwalment, fuq bażi annwali, il-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur għal dik l-għajnuna.

(128)

Id-data personali miġbura għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilit f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata b’mod li huwa kompatibbli ma’ dawk il-finijiet. Jenħtieġ li din ssir anonima meta tiġi pproċessata għall-finijiet ta’ monitoraġġ jew evalwazzjoni, u tkun protetta skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30). Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jiġu infurmati dwar tali pproċessar u dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.

(129)

Huma meħtieġa notifiki mill-Istati Membri biex jiġi applikat dan ir-Regolament, u għall-monitoraġġ, l-analiżi u l-ġestjoni tal-intitolamenti finanzjarji.

(130)

Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Inter istituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(131)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġu ggarantiti kondizzjonijiet ekwivalenti bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti u l-indikaturi komuni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-indikaturi komuni relatati mal-output, ir-riżultat, l-impatt u l-kuntest biex jiġu indirizzati problemi tekniċi mal-implimentazzjoni tagħhom; u regoli fir-rigward tal-proporzjon tal-istandard 1 tal-KAAT.

(132)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi ggarantit funzjonament bla xkiel, koerenti u effiċjenti tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet ta’ qanneb u l-verifika tal-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tagħhom; ir-regoli li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti fil-qafas tal-limiti massimi u digressività; il-miżuri biex jiġi evitat li l-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jbatu minn żbilanċi strutturali tas-suq f’settur, inkluż id-deċiżjoni li t-tali appoġġ jista’ jkompli jitħallas sal-2027 abbażi tal-unitajiet ta’ produzzjoni li għalihom ingħata f’perijodu referenzjarju fil-passat; ir-regoli u l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ art u ta’ varjetajiet għall-finijiet ta’ pagamenti speċifiċi għall-għelejjel tal-qoton u r-regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dak il-pagament u dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u prattiċi agronomiċi relatati magħhom; ir-regoli fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali u regoli li jirregolaw il-konsegwenzi fejn l-organizzazzjoni approvata interprofessjonali ma tissodisfax dawn il-kriterji u l-obbligi tal-produtturi.

(133)

Sabiex jiġi żgurat li tipi ta’ intervent f’ċerti setturi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma’ strumenti oħra tal-PAK u sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti għas-suq intern u tiġi evitata l-kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ ċerti atti delegati tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli għall-funzjonament tajjeb ta’ tipi ta’ intervent f’ċertu setturi, tat-tip ta’ nefqa li trid tiġi koperta u l-ispejjeż partikolari tal-amministrazzjoni u tal-persunal, tal-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, inkluż il-perijodi ta’ referenza u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata u tal-grad tal-organizzazzjoni tal-produtturi f’ċerti reġjuni, u tal-livell massimu tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti interventi mmirati lejn il-prevenzjoni tal-kriżijiet fis-suq u lejn il-ġestjoni tar-riskju f’ċerti setturi; regoli għall-istabbiliment ta’ limitu massimu għan-nefqa fuq it-tħawwil mill-ġdid tas-siġar tal-frott, siġar taż-żebbuġ jew tal-vinji; regoli li skonthom il-produtturi għandhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex jiġi evitat piż amministrattiv addizzjonali u regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi, u regoli għall-forma differenti ta’ appoġġ u l-perijodu minimu ta’ żmien li jistgħu jdumu l-investimenti appoġġati f’ċerti setturi kif ukoll dwar tal-finanzjament imħallat għal xi interventi fis-settur tal-inbid. B’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni għall-interventi fis-settur tal-apikultura, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti addizzjonali dwar l-obbligu ta’ notifika u l-istabbiliment ta’ kontribut minimu tal-Unjoni għan-nefqa biex jiġu implimentati dawk it-tipi ta’ intervent.

(134)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi garantit li l-interventi għall-iżvilupp rurali jiksbu l-objettivi tagħhom, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ ċerti atti jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-appoġġ għall-impenji ta’ ġestjoni rigward riżorsi ġenetiċi u t-trattament xieraq tal-annimali u għall-iskemi ta’ kwalità.

(135)

Sabiex jittieħed kont ta’ tibdil futur fl-allokazzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jew biex jiġu indirizzati l-problemi esperjenzati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċertu atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, li jimmodifikaw il-ponderazzjonijiet applikati għall-appoġġ abbażi tal-kontribuzzjoni ta’ dan għall-kisba tal-objettivi marbuta mat-tibdil tal-klima, u tar-regoli dwar il-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(136)

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ ċerti atti jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri għall-protezzjoni ta’ kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa.

(137)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-Kummissjoni rigward l-iffissar ta’ żoni ta’ referenza għall-appoġġ għaż-żrieragħ żejtnin, ir-regoli għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel tal-qoton u n-notifiki relatati, il-kalkolu tat-tnaqqis meta l-erja eliġibbli tal-qoton taqbeż l-erja bażi, l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-elementi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni u r-reklamar relatati mal-possibbiltajiet offruti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, li jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-network Ewropew tal-PAK, ir-regoli relatati mal-qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, ir-regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, ir-regoli dwar l-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni mill-Kummissjoni u r-regoli dwar il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sorsi potenzjali tad-data, u r-regoli għall-operat ta’ sistema għall-iskambju sigur tad-data ta’ interess komuni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31).

(138)

Minħabba l-fatt li l-indikaturi diġà huma stabbiliti fl-Anness I għall-fini tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni, l-adozzjoni ta’ indikaturi oħra għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tiġi ppreżentata għal skrutinju addizzjonali mill-Istati Membri. Bl-istess mod, l-informazzjoni addizzjonali li l-Istati Membri huma rikjesti jipprovdu lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tkun soġġetta għal opinjoni pożittiva tal-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni ma titħalliex tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex jipprovdu indikaturi u informazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-PAK għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK jekk il-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni ma jsibx maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta tal-Kummissjoni u għalhekk ma jkun jista’ jesprimi l-ebda opinjoni.

(139)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li japprova l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-emendi għalih.

(140)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih meta, f’każijiet debitament ġustifikati relatati mas-soluzzjoni ta’ problemi speċifiċi filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistema tal-pagamenti diretti fil-każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu hekk. Barra minn hekk, sabiex jissolvew il-problemi urġenti f’xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistema ta’ pagamenti diretti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih meta, f’każijiet debitament iġġustifikati, ċirkostanzi eċċezzjonali jaffettwaw l-għoti ta’ appoġġ u jipperikolaw l-implimentazzjoni effettiva tal-pagamenti skont l-iskemi ta’ appoġġ elenkati f’dan ir-Regolament.

(141)

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) u r-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jenħtieġ li jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ħlief fejn uħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom ma jissemmewx b’mod espliċitu.

(142)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba d-differenzi bejn iż-żoni rurali diversi u r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Istati Membri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz tal-garanzija pluriennali ta’ finanzjament mill-Unjoni u permezz ta’ konċentrazzjoni fuq prijoritajiet identifikati b’mod ċar, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(143)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 jitħassru.

(144)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti u bħala kwistjoni ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a)

l-objettivi ġenerali u speċifiċi li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont il-politika agrikola komuni (PAK) kif ukoll l-indikaturi relatati;

(b)

it-tipi ta’ intervent u r-rekwiżiti komuni biex l-Istati Membri jilħqu dawk l-objettivi kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji relatati;

(c)

il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri u li jistabbilixxu l-miri, jispeċifikaw il-kondizzjonijiet tal-interventi u jallokaw ir-riżorsi finanzjarji, f’konformità mal-objettivi speċifiċi u l-ħtiġijiet identifikati;

(d)

il-koordinazzjoni u l-governanza kif ukoll il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-interventi speċifikati fi Pjan Strateġiku tal-PAK imfassal minn Stat Membru u approvat mill-Kummissjoni, li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027 (“il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK”).

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet applikabbli

1.   Ir-Regolament (UE) 2021/2116 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dak ir-Regolament japplikaw għall-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament.

2.   L-Artikolu 19, il-Kapitolu II tat-Titolu III bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 28, l-ewwel subparagrafu, punt (c), u l-Artikoli 46 u 48 tar-Regolament (UE) 2021/1060 japplikaw għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“bidwi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus ġuridiku mogħti lil tali grupp u lill-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tagħhom tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li jeżerċitaw attività agrikola kif determinata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;

(2)

“azjenda” tfisser l-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli u taħt il-ġestjoni ta’ bidwi li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(3)

“intervent” tfisser strument ta’ appoġġ b’sett ta’ kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà speċifikat minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu abbażi tat-tip ta’ intervent previst f’dan ir-Regolament;

(4)

“operazzjoni” tfisser:

(a)

proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta’ proġetti jew azzjonijiet magħżula skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat;

(b)

fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji, in-nefqa pubblika totali eliġibbli mogħtija għal strument finanzjarju u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti pprovdut lir-riċevituri finali minn dak l-istrument finanzjarju;

(5)

“nefqa pubblika” tfisser kwalunkwe kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li s-sors tagħhom huwa l-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, il-baġit tal-Unjoni disponibbli għall-FAEG u l-FAEŻR, il-baġit ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika jew il-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

(6)

“stadji importanti” tfisser il-valuri intermedji stabbiliti minn qabel, iffissati mill-Istati Membri fil-qafas tal-istrateġiji tal-intervent tagħhom imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (b), għal sena finanzjarja speċifika li jridu jintlaħqu f’punt speċifiku ta’ żmien matul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biex jiġi żgurat progress f’waqtu b’rabta mal-indikaturi tar-riżultat;

(7)

“miri” tfisser il-valuri stabbiliti minn qabel, iffissati mill-Istati Membri fil-qafas tal-istrateġiji tal-intervent tagħhom imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (b) li jridu jintlaħqu fi tmiem il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’rabta mal-indikaturi tar-riżultat;

(8)

“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 TFUE;

(9)

“AKIS” tfisser l-organizzazzjoni flimkien mal-fluss tal-għarfien bejn il-persuni, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li jużaw u li jipproduċu l-għarfien għall-qasam tal-agrikoltura u oqsma interrelatati (Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli);

(10)

“il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew” tfisser il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

(11)

“fond mutwu” tfisser skema akkreditata minn Stat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex il-bdiewa affiljati jassiguraw lilhom infushom, li permezz tiegħu jsiru pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa affiljati li jesperjenzaw telf ekonomiku;

(12)

“reġjuni inqas żviluppati” tfisser reġjuni inqas żviluppati skont it-tifsira tal-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(13)

“benefiċjarju” fir-rigward tat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 69 tfisser:

(a)

korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha, persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-bidu tal-operazzjonijiet jew kemm għall-bidu kif ukoll għall-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna mill-Istat, l-intrapriża li tirċievi l-għajnuna;

(c)

fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, il-korp li jimplimenta l-fond tal-azjenda jew, fejn ma jkun hemm l-ebda struttura tal-fondi fl-azjenda, il-korp li jimplimenta l-fond speċifiku jew, fejn l-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 123 (l-”awtorità ta’ ġestjoni”) tamministra l-istrument finanzjarju, l-awtorità ta’ ġestjoni;

(14)

“rata ta’ appoġġ” tfisser ir-rata tan-nefqa pubblika għal operazzjoni; fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji tirreferi għall-ekwivalenti tal-għotja gross tal-appoġġ kif definit fl-Artikolu 2, punt (20), tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (34);

(15)

“LEADER” tfisser żvilupp lokali mmexxi mill-komunità msemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(16)

“korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, inkluż korpi reġjonali jew lokali, korpi għall-iżvilupp reġjonali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali jew reġjonali, jew li jwettaq kompiti f’isem tali awtorità;

(17)

“sena finanzjarja” tfisser sena finanzjarja agrikola f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 4

Definizzjonijiet u kondizzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

1.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jipprevedu d-definizzjonijiet għal “attività agrikola”, “żona agrikola”, “ettaru eliġibbli”, “bidwi attiv”, “bidwi żagħżugħ” u “bidwi ġdid”, kif ukoll il-kondizzjonijiet rilevanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu:

2.   “Attività agrikola” għandha tiġi ddeterminata b’tali mod li tippermetti l-kontribut għall-provvista ta’ beni privati u pubbliċi permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin jew mit-tnejn li huma:

(a)

il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli li tinkludi azzjonijiet bħat-trobbija tal-bhejjem jew il-kultivazzjoni inkluż dik tal-għadajjar, fejn prodotti agrikoli tfisser prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, kif ukoll il-qoton u l-imsajġar b’newba qasira;

(b)

iż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta’ tħejjija li tmur lil hinn mill-użu ta’ metodi u l-makkinarju agrikoli tas-soltu.

3.   “Żona agrikola” għandha tiġi ddeterminata b’tali mod li tinkludi raba’ li jinħadem, l-għelejjel permanenti u l-bwar permanenti, inkluż meta jiffurmaw sistemi tal-agroforestrija f’dik iż-żona. It-termini “raba’ li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-qafas li ġej:

(a)

“raba’ li jinħadem” għandu jkun art ikkultivata għall-produzzjoni tal-għelejjel jew iż-żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li jinsabu mistrieħa; barra minn hekk, għandu, għaż-żmien kemm idum l-impenn, ikun raba’ kkultivat għall-produzzjoni tal-għelejjel jew żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li tħallew mistrieħa li kienu twarrbu skont l-Artikolu 31 jew l-Artikolu 70 jew l-istandard 8 tal-KAAT elenkat fl-Anness III għal dan ir-Regolament, jew mal-Artikoli 22, 23 jew 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (35), jew mal-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (36), jew mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(b)

“għelejjel permanenti” għandhom ikunu għelejjel li ma jitnewbux ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar, u li jagħtu prodott b’mod ripetut, inkluż l-imxietel u l-imsajġar b’newba qasira;

(c)

“bur permanenti u mergħa permanenti” (flimkien imsejħa “bwar permanenti”) għandhom ikunu art li tkun użata għat-tkabbir tal-ħaxix jew ta’ foraġġ erbaċew ieħor b’mod naturali (li jżarra’) jew ikkultivat (miżrugħa) u li ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-għelejjel tal-azjenda għal ħames snin jew aktar u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, ikunu art li għal ħames snin jew aktar ma tkunx inħartet, jew ma tkunx inħadmet, jew ma tkunx inżergħet mill-ġdid b’tipi differenti ta’ ħaxix jew b’foraġġ erbaċew ieħor. Tista’ tinkludi speċijiet oħra bħal arbuxxelli jew siġar, tajbin għar-ragħa u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxxelli jew siġar li jipproduċu għalf tal-bhejjem, sakemm il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jqisu it-tipi ta’ art li ġejjin bħala bur permanenti:

(i)

art li hija miksija bi kwalunkwe speċi minn dawk imsemmija f’dan il-punt u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti, fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor tradizzjonalment mhumiex predominanti fiż-żoni tar-ragħa jew ma jinstabux fihom;

(ii)

art miksija bi kwalunkwe speċi minn dawk imsemmija f’dan il-punt, fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti fiż-żoni tar-ragħa jew ma jinstabux fihom.

4.   Għall-fini tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, “ettaru eliġibbli” għandu jiġi determinat b’tali mod li jkun ikopri żoni li huma għad-dispożizzjoni tal-bidwi u li jikkonsisti minn:

(a)

kwalunkwe żona agrikola tal-azjenda li, matul is-sena li għaliha qed jintalab appoġġ, tintuża għal attività agrikola jew, meta ż-żona tintuża wkoll għall-attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli; fejn ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ambjentali, ta’ bijodiversità u marbuta mal-klima, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ettari eliġibbli jinkludu wkoll ċerti żoni użati għal attivitajiet agrikoli kull sentejn biss;

(b)

kwalunkwe żona tal-azjenda li hija:

(i)

miksija b’karatteristiċi tal-pajsaġġ soġġetti għall-obbligu li jinżammu skont l-istandard 8 tal-KAAT elenkat fl-Anness III;

(ii)

użata biex jinkiseb is-sehem minimu ta’ raba’ li jinħadem iddedikat għal żoni u elementi mhux produttivi, inkluż raba’ mistrieħ, skont l-istandard 8 tal-KAAT elenkat fl-Anness III; jew

(iii)

għaż-żmien kemm idum l-impenn rilevanti tal-bidwi, stabbilita jew miżmuma bħala riżultat ta’ ekoskema msemmija fl-Artikolu 31.

Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, ‘ettaru eliġibbli’ jista’ jkun fih karatteristiċi oħra tal-pajsaġġ, sakemm dawn ma jkunux predominanti u ma jfixklux b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-attività agrikola minħabba d-daqs taż-żona li jokkupaw fuq il-biċċa raba’. Fl-implimentazzjoni ta’ dak il-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw id-daqs massimu tal-parti mill-biċċa raba’ li tkun miksija b’dawk il-karatteristiċi l-oħra tal-pajsaġġ.

Fir-rigward tal-bwar permanenti b’elementi ineliġibbli mferrxa, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw koeffiċjenti ta’ tnaqqis fissi biex tiġi ddeterminata l-erja meqjusa eliġibbli;

(c)

kwalunkwe żona tal-azjenda li tat dritt għall-pagamenti skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsima 2, ta’ dan ir-Regolament jew skont l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u li mhijiex “ettaru eliġibbli” kif iddeterminat mill-Istati Membri abbażi tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu:

(i)

bħala riżultat tal-applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, 2009/147/KE jew 2000/60/KE għal dik l-erja;

(ii)

bħala riżultat ta’ interventi bbażati fuq l-erja stipulati f’dan ir-Regolament koperti mis-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li tippermetti l-produzzjoni ta’ prodotti mhux elenkati fl-Anness I TFUE skont l-iskemi ta’ kultivazzjoni tal-għadajjar, jew skont skemi nazzjonali għall-bijodiversità jew għat-tnaqqis tal-gassijiet serra li l-kondizzjonijiet tagħhom jikkonformaw ma’ dawk l-interventi bbażati fuq l-erja, dment li dawk l-interventi u l-iskemi nazzjonali jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettiv speċifiku wieħed jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), ta’ dan ir-Regolament;

(iii)

għaż-żmien kemm idum impenn ta’ afforestazzjoni mill-bidwi, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 70 jew l-Artikolu 73 ta’ dan ir-Regolament, jew skont skema nazzjonali li l-kondizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 70 jew l-Artikolu 73 ta’ dan ir-Regolament;

(iv)

għaż-żmien kemm idum impenn mill-bidwi li jirriżulta fis-serħan taż-żona, skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament.

Iż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu ettari eliġibbli biss jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta’ tetraidrokannabinol ta’ mhux aktar minn 0,3 %.

5.   “Bidwi attiv” għandu jiġi ddeterminat b’tali mod li jiġi żgurat li l-appoġġ jingħata biss lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lill-gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, involuti f’minn tal-anqas livell minimu ta’ attività agrikola, filwaqt li bdiewa pluriattivi jew part-time ma jiġux neċessarjament preklużi mill-għoti ta’ appoġġ.

Meta jiddeterminaw min għandu jkun “bidwi attiv”, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, bħal testijiet tal-introjtu, inputs ta’ xogħol fl-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpannija u l-inklużjoni tal-attivitajiet agrikoli tagħhom fir-reġistri nazzjonali jew reġjonali. Tali kriterji jistgħu jiġu introdotti f’forma waħda jew aktar magħżula mill-Istati Membri, inkluż permezz ta’ lista negattiva li tiskwalifika bidwi milli jitqies bħala bidwi attiv. Jekk Stat Membru jikkunsidra bħala “bdiewa attivi” dawk il-bdiewa li ma rċevewx pagamenti diretti li qabżu ċertu ammont għas-sena preċedenti, dan l-ammont m’għandux ikun ogħla minn EUR 5 000.

6.   “Bidwi żagħżugħ” għandu jiġi ddeterminat b’tali mod li jinkludi:

(a)

limitu massimu ta’ età stabbilit bejn 35 u 40 sena;

(b)

il-kondizzjonijiet biex wieħed ikun “il-kap tal-azjenda”;

(c)

it-taħriġ jew il-ħiliet xierqa meħtieġa, kif iddeterminati mill-Istati Membri.

7.   “Bidwi ġdid” għandu jiġi ddeterminat b’tali mod li jirreferi għal bidwi li mhux bidwi żagħżugħ u li huwa “l-kap tal-azjenda” għall-ewwel darba. L-Istati Membri għandhom jinkludu aktar rekwiżiti oġġettivi u nondiskriminatorji rigward it-taħriġ u l-ħiliet xierqa.

8.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb u tal-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb, kif ukoll il-verifika tal-kontenut tagħhom ta’ tetraidrokannabinol imsemmi fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, biex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika.

TITOLU II

OBJETTIVI U INDIKATURI

Artikolu 5

Objettivi ġenerali

F’konformità mal-objettivi tal-PAK li jinsabu fl-Artikolu 39 TFUE, mal-objettiv li jinżamm il-funzjonament tas-suq intern u kondizzjonijiet ekwivalenti bejn il-bdiewa fl-Unjoni u mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR għandu jkollu l-għan li jtejjeb aktar l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin fl-isfera ekonomika, ambjentali u dik soċjali, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli:

(a)

li jitrawwem settur agrikolu intelliġenti, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel fit-tul;

(b)

li jappoġġa u jsaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent, inkluż il-bijodiversità, u l-azzjoni klimatika u li jingħata kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni marbuta mal-ambjent u l-klima, inkluż l-impenji meħuda skont it-Trattat ta’ Pariġi;

(c)

li tissaħħaħ in-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali.

Artikolu 6

Objettivi speċifiċi

1.   Il-kisba tal-objettivi ġenerali għandha tiġi segwita permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

l-appoġġ tal-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-ikel fit-tul u d-diversità agrikola kif ukoll tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni;

(b)

it-tisħiħ tal-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività tal-azjendi agrikoli kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul, inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni;

(c)

it-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur;

(d)

il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, billi fost l-oħrajn jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jissaħħaħ is-sekwestru tal-karbonju, kif ukoll il-promozzjoni tal-enerġija sostenibbli;

(e)

it-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, fosthom bit-tnaqqis tad-dipendenza fuq is-sustanzi kimiċi;

(f)

il-kontribuzzjoni għall-waqfien u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, it-tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u l-preservazzjoni tal-ħabitats u l-pajsaġġi;

(g)

il-bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda jiġu mħajra u jingħataw appoġġ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju f’żoni rurali;

(h)

il-promozzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir, ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-biedja, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija ċirkolari u l-forestrija sostenibbli;

(i)

it-titjib tar-rispons tal-agrikoltura tal-Unjoni għad-domanda soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur u nutrittiv ta’ kwalità għolja prodott b’mod sostenibbli, it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, kif ukoll it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

2.   L-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trażversali tal-modernizzazzjoni tal-oqsma agrikoli u rurali u interkonnessi miegħu billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u billi jitħeġġeġ l-użu tagħhom mill-bdiewa, permezz ta’ aċċess aħjar għar-riċerka, l-innovazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-taħriġ.

3.   Filwaqt li jaħdmu lejn l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex inaqqsu l-piż amministrattiv u jiżguraw is-simplifikazzjoni fl-implementazzjoni tal-PAK.

Artikolu 7

Indikaturi

1.   Il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikoli 5 u fl-Artikolu 6(1) u (2) għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ indikaturi komuni relatati mal-output, mar-riżultat, mal-impatt u mal-kuntest kif stipulat fl-Anness I. Dawk l-indikaturi komuni għandhom jinkludu:

(a)

l-indikaturi tal-output relatati mal-output imwettaq tal-interventi appoġġati;

(b)

indikaturi tar-riżultat relatati mal-objettivi speċifiċi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2), u li jintużaw għall-istabbiliment ta’ stadji importanti kwantifikati u miri fir-rigward ta’ dawk l-objettivi speċifiċi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u għall-valutazzjoni tal-progress lejn dawk il-miri; l-indikaturi tar-riżultat marbuta mal-objettivi marbuta mal-ambjent u l-klima jistgħu jkopru interventi li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni elenkati fl-Anness XIII;

(c)

l-indikaturi tal-impatt relatati mal-objettivi stipulati fl-Artikoli 5 u fl-Artikolu 6(1) u (2) u li jintużaw fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fil-kuntest tal-PAK;

(d)

l-indikaturi tal-kuntest imsemmija fl-Artikolu 115(2) u elenkati fl-Anness I.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jemendaw l-Anness I sabiex tadatta l-indikaturi komuni tal-output, tar-riżultat, tal-impatt u tal-kuntest. Dak l-atti delegati għandhom ikunu limitati strettament biex jiġu indirizzati problemi tekniċi esperjenzati mill-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dawk l-indikaturi.

TITOLU III

REKWIŻITI KOMUNI U TIPI TA’ INTERVENT

KAPITOLU I

REKWIŻITI KOMUNI

Taqsima 1

Prinċipji ġenerali

Artikolu 8

Approċċ strateġiku

L-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi abbażi tat-tipi ta’ intervent stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta’ dan it-Titolu skont il-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti komuni stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 9

Prinċipji ġenerali

L-Istati Membri għandhom ifasslu l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u l-istandards tal-KAAT imsemmija fl-Artikolu 13 f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi u l-istandards tal-KAAT imsemmija fl-Artikolu 13 ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, li jkunu kompatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-għoti tal-appoġġ mill-Unjoni lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 118 u 119 ta’ dan ir-Regolament u l-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2021/2116. Huma għandhom jimplimentaw dawk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif approvati mill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Appoġġ domestiku tad-WTO

L-Istati Membri għandhom ifasslu l-interventi abbażi tat-tipi ta’ intervent elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, inkluż id-definizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4, b’tali mod li jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.

B’mod partikolari, l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ u l-iskemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali għandhom jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-paragrafi fl-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura indikati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għal dawk l-interventi. Għal interventi oħra, il-paragrafi fl-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikultura indikati fl-Anness II għal dan ir-Regolament huma indikattivi u dawk l-interventi jistgħu minflok jikkonformaw ma’ paragrafu differenti tal-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikultura jekk dak ikun speċifikat u spjegat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Artikolu 11

Implimentazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil dwar iż-żrieragħ żejtnin

1.   Meta l-Istati Membri jipprevedu interventi bbażati fuq l-erja, għajr dawk li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, inkluż l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, ta’ dan ir-Regolament, u meta dawk l-interventi jikkonċernaw iż-żrieragħ żejtnin kollha jew xi wħud minnhom imsemmija fl-Anness għall-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar iż-żrieragħ żejtnin skont il-GATT, it-total tal-erja tal-appoġġ abbażi tal-outputs ippjanati inklużi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri kkonċernati ma għandux jaqbeż l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha għall-iskop li tkun żgurata l-konformità mal-impenji internazzjonali tagħha.

2.   Sat-8 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu erja ta’ appoġġ ta’ referenza indikattiva għal kull Stat Membru, ikkalkulata abbażi tas-sehem ta’ kull Stat Membru mill-medja tal-erja ta’ kultivazzjoni fl-Unjoni matul is-snin 2016 sa 2020. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

3.   Kull Stat Membru li għandu l-intenzjoni li jagħti l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jindika l-outputs ippjanati korrispondenti f’termini ta’ ettari fil-proposta tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu msemmi fl-Artikolu 118(1).

Jekk, wara n-notifika tal-outputs ippjanati kollha mill-Istati Membri, l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tinqabeż, il-Kummissjoni għandha tikkalkula, għal kull Stat Membru li jkun innotifika eċċess meta mqabbel mal-erja ta’ referenza koeffiċjent ta’ tnaqqis li jkun proporzjonat mal-eċċess tal-outputs ippjanati tiegħu sabiex l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha tinżamm. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jkun infurmat dwar dak il-koeffiċjent tat-tnaqqis fl-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 118(3). Il-koeffiċjent tat-tnaqqis għal kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 118(6) li permezz tagħha l-Kummissjoni tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-Istati Membri ma għandhomx jemendaw l-erja ta’ appoġġ tagħhom fuq inizjattiva tagħhom stess wara d-data msemmija fl-Artikolu 118(1).

4.   Jekk Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jżid l-outputs ippjanati tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu kif stipulat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu approvat mill-Kummissjoni, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-outputs ippjanati riveduti permezz ta’ talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119 qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.

5.   Fejn xieraq, sabiex jiġi evitat li tinqabeż l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi koeffiċjenti ta’ tnaqqis, jew tirrevedi l-koeffiċjenti tat-tnaqqis eżistenti fejn tali koeffiċjenti kienu stabbiliti skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, għall-Istati Membri kollha li jaqbżu l-erja ta’ appoġġ ta’ referenza tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-koeffiċjenti tat-tnaqqis sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.

Kull Stat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba korrispondenti għall-emendar għall-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu bil-koeffiċjent tat-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata. Il-koeffiċjent tat-tnaqqis għal dak l-Istat Membru għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 119(10) li permezz tagħha l-Kummissjoni tapprova l-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

6.   Fir-rigward taż-żrieragħ żejtnin ikkonċernati mill-Memorandum ta’ Qbil imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, fir-rapporti tal-prestazzjoni annwali imsemmija fl-Artikolu 134, jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-total ta’ ettari li għalihom ikun realment tħallas l-appoġġ.

7.   L-Istati Membri għandhom jeskludu l-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol użata għall-ħlewwiet minn kull intervent ibbażat fuq l-erja msemmi fil-paragrafu 1.

Taqsima 2

Kondizzjonalità

Artikolu 12

Prinċipju u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema ta’ kondizzjonalità, li skontha l-bdiewa u benefiċjarji oħra li jkunu qed jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II jew il-pagamenti annwali skont l-Artikoli 70, 71 u 72 huma soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni u l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, kif elenkati fl-Anness III, fir-rigward tal-oqsma speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-klima u l-ambjent, inkluż l-ilma, il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ekosistemi;

(b)

is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-pjanti;

(c)

it-trattament xieraq tal-annimali.

2.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jinkludu regoli dwar sistema effettiva u proporzjonata ta’ penali amministrattivi. Dawk ir-regoli għandhom jikkonformaw b’mod partikolari mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2116.

3.   L-atti legali msemmija fl-Anness III b’rabta mar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni għandhom japplikaw fil-verżjoni li tkun applikabbli u, fil-każ tad-Direttivi, kif implimentati mill-Istati Membri.

4.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “rekwiżit statutorju ta’ ġestjoni” tfisser kull rekwiżit statutorju individwali ta’ ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni elenkat fl-Anness III f’att legali speċifiku, li jvarja fis-sustanza minn kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-istess att.

Artikolu 13

Obbligi tal-Istati Membri relatati mal-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni agrikoli kollha, inkluż art li ma tkunx għadha tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, jinżammu f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal bdiewa u benefiċjarji oħra għal kull standard tal-KAAT elenkat fl-Anness III f’konformità mal-għan ewlieni ta’ dawk l-istandards kif imsemmi f’dak l-Anness. Fl-istabbiliment tal-istandards tagħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, fejn rilevanti, tal-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati inkluż il-kondizzjoni tal-ħamrija u tal-klima, is-sistemi eżistenti tal-biedja, il-prattiki tal-biedja, id-daqs tal-azjenda agrikola u l-istrutturi tagħha, l-użu tal-art, u l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi.

2.   Fir-rigward tal-objettivi ewlenin stabbiliti fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu standards addizzjonali ma’ dawk stabbiliti f’dak l-Anness rigward dawk l-objettivi ewlenin. Tali standards addizzjonali għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati u għandhom jikkorrispondu mal-ħtiġijiet identifikati.

L-Istati Membri ma għandhomx jistabbilixxu standards minimi għal objettivi ewlenin għajr l-objettivi ewlenin stabbiliti fl-Anness III.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jiżguraw kondizzjonijiet ekwivalenti fir-rigward tal-proporzjon tal-istandard 1 tal-KAAT.

Taqsima 3

Kondizzjonalità soċjali

Artikolu 14

Prinċipju u kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025, il-bdiewa u benefiċjarji oħra li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II jew il-pagamenti annwali skont l-Artikoli 70, 71 u 72 għandhom ikunu soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli jew mal-obbligi tal-impjegatur li jirriżultaw mill-atti legali msemmija fl-Anness IV.

2.   Meta jinkludu sistema ta’ penali amministrattivi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dispożizzjonijiet istituzzjonali tagħhom, jikkonsultaw mas-sħab soċjali nazzjonali rilevanti li jirrappreżentaw lit-tmexxija u lill-ħaddiema fis-settur agrikolu u għandhom jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tagħhom, kif ukoll id-dritt tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi. Dik is-sistema ta’ penali amministrattivi ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tas-sħab soċjali meta jkunu f’konformità mal-oqfsa nazzjonali legali u ta’ negozjar kollettiv, responsabbli għall-implimentazzjoni jew l-infurzar tal-atti legali msemmija fl-Anness IV.

3.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jinkludu regoli dwar sistema effikaċi u proporzjonata ta’ penali amministrattivi. Dawk ir-regoli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu V, tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   L-atti legali msemmija fl-Anness IV li fihom dispożizzjonijiet li għandhom ikunu koperti mis-sistema ta’ penali amministrattivi imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw fil-verżjoni li hija applikabbli, u kif implimentata mill-Istati Membri.

Taqsima 4

Servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli

Artikolu 15

Servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli

1.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema għall-provvista ta’ servizzi biex il-bdiewa u benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK jingħataw pariri dwar il-ġestjoni tal-art u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola (“servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli”). L-Istati Membri jistgħu jkomplu jibnu fuq sistemi eżistenti.

2.   Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali, filwaqt li jqisu l-prattiki eżistenti tal-biedja, u jwasslu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata permezz tar-riċerka u ta’ proġetti tal-innovazzjoni, inkluż fir-rigward tal-provvista ta’ beni pubbliċi.

Permezz tas-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli, għandha tiġi offruta assistenza xierqa matul iċ-ċiklu tal-iżvilupp tal-azjenda agrikola, inkluż dwar l-istabbiliment għall-ewwel darba, il-konverżjoni tal-mudelli tal-produzzjoni lejn id-domanda tal-konsumatur, il-prattiki innovattivi, it-tekniki agrikoli għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, fosthom l-agroforestrija u l-agroekoloġija, it-titjib fit-trattament xieraq tal-annimali, u fejn meħtieġ l-istandards tas-sikurezza u l-appoġġ soċjali.

Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli għandhom jiġu integrati fis-servizzi interrelatati ta’ konsulenti għall-azjendi agrikoli, riċerkaturi, organizzazzjonijiet tal-bdiewa u partijiet ikkonċernati oħra li jiffurmaw l-AKIS.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parir mogħti jkun imparzjali u li l-konsulenti jkunu kwalifikati tajjeb, imħarrġa kif xieraq u ma jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess.

4.   Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli għandhom jiġu adattati għad-diversi tipi ta’ produzzjoni u ta’ azjendi agrikoli u għandhom ikopru mill-inqas dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti, il-kondizzjonijiet u l-impenji ta’ ġestjoni kollha li japplikaw għall-bdiewa u għall-benefiċjarji l-oħra stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż ir-rekwiżiti u l-istandards skont il-kondizzjonalità u l-kondizzjonijiet għall-interventi, kif ukoll informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjanijiet ta’ negozju stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(b)

ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE, l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), id-Direttiva 2009/128/KE, id-Direttiva 2009/147/KE, ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42);

(c)

il-prattiki tal-azjendi agrikoli li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif jinsab fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2017 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew ‘Saħħa Waħda’ kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR)”;

(d)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju;

(e)

l-appoġġ għall-innovazzjoni, b’mod partikolari għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3);

(f)

l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali kif imsemmi fl-Artikolu 114, punt (b);

(g)

il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti, inkluż l-użu sa mhux aktar tard mill-2024, tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti, li hija kwalunkwe applikazzjoni diġitali li tal-inqas tipprovdi:

(i)

bilanċ tan-nutrijenti ewlenin fl-iskala tal-għelieqi;

(ii)

ir-rekwiżiti legali dwar in-nutrijenti;

(iii)

data dwar il-ħamrija, ibbażata fuq informazzjoni u analiżi disponibbli;

(iv)

data mis-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (SIAK) rilevanti għall-ġestjoni tan-nutrijenti;

(h)

il-kondizzjonijiet tal-impjieg, l-obbligi tal-impjegaturi, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-appoġġ soċjali fil-komunitajiet tal-biedja.

KAPITOLU II

TIPI TA’ INTERVENT FIL-FORMA TA’ PAGAMENTI DIRETTI

Taqsima 1

Tipi ta’ intervent, tnaqqis u rekwiżiti minimi

Artikolu 16

Tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti

1.   It-tipi ta’ intervent skont dan il-Kapitolu jistgħu jieħdu l-forma ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati u akkoppjati.

2.   Il-pagamenti diretti diżakkoppjati għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà;

(b)

l-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà;

(c)

l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ;

(d)

l-iskemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali.

3.   Il-pagamenti diretti akkoppjati għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu;

(b)

il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton.

Artikolu 17

Limiti massimi u digressività tal-pagamenti

1.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà li għandu jingħata lil bidwi għal sena kalendarja speċifika. L-Istati Membri li jagħżlu li jintroduċu limiti massimi għandhom inaqqsu b’100 % l-ammont li jaqbeż EUR 100 000.

2.   L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà li għandu jingħata lil bidwi għal sena kalendarja speċifika li jaqbeż EUR 60 000 sa massimu ta’ 85 %.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu segmenti addizzjonali ikbar minn EUR 60 000 u jispeċifikaw il-perċentwali ta’ tnaqqis għal dawk is-segmenti addizzjonali. Huma għandhom jiżguraw li t-tnaqqis għal kull segment ikun daqs jew ogħla mis-segment preċedenti.

3.   Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1 jew 2, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu mill-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà li għandu jingħata lil bidwi f’sena kalendarja speċifika:

(a)

is-salarji kollha marbuta ma’ attività agrikola ddikjarata mill-bidwi, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi;

(b)

l-ispiża ekwivalenti ta’ xogħol regolari u mhux imħallas marbut ma’ attività agrikola pprattikata minn persuni li jaħdmu fl-azjenda agrikola kkonċernata li ma jirċevux salarju, jew li jirċievu inqas rimunerazzjoni mill-ammont normalment imħallas għas-servizzi mogħtija, iżda jiġu ppremjati permezz tar-riżultat ekonomiku tan-negozju agrikolu;

(c)

l-element tal-ispiża ta’ xogħol tal-ispejjeż kontraenti marbuta ma’ attività agrikola ddikjarata mill-bidwi.

Biex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (a), l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispejjeż tas-salarji effettivament imġarrba mill-bidwi. F’każijiet debitament ġustifikati, il-bdiewa jistgħu jitolbu li jużaw spejjeż standard li jridu jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat skont metodu li jrid jiġi speċifikat aktar fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, abbażi tal-medja tas-salarji standard marbuta ma’ attività agrikola fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikata bl-għadd ta’ unitajiet tax-xogħol annwali ddikjarati mill-bidwi kkonċernat.

Sabiex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), l-Istati Membri għandhom jużaw spejjeż standard li jridu jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat skont metodu li jrid jiġi speċifikat aktar fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, abbażi tal-medja tas-salarji standard marbuta ma’ attività agrikola fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikata bl-għadd ta’ unitajiet tax-xogħol ddikjarati mill-bidwi kkonċernat.

4.   Fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 fil-livell tal-membri ta’ dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta’ bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta’ kap ta’ azjenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

5.   L-istima tal-prodott tat-tnaqqis tal-pagamenti għandha tintuża primarjament biex tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, jekk ikun stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rilevanti, u wara għall-finanzjament ta’ interventi oħra li jappartjenu għall-pagamenti diretti diżakkoppjati.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-prodott kollu jew parti minnu biex jiffinanzjaw it-tipi ta’ intervent skont il-FAEŻR kif speċifikat fil-Kapitolu IV permezz ta’ trasferiment. Trasferiment lill-FAEŻR bħal dan għandu jkun parti mit-tabelli finanzjarji tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jista’ jiġi rieżaminat fl-2025 skont l-Artikolu 103. Dan ma għandux ikun soġġett għal-limiti massimi għat-trasferimenti ta’ fondi mill-FAEG għall-FAEŻR stabbiliti skont dak l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu biex jipprovdu regoli dettaljati għad-distribuzzjoni ta’ fondi lil bdiewa.

Artikolu 18

Rekwiżiti minimi

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu erja minima u mhux jagħtu pagamenti diretti lill-bdiewa attivi li l-erja eliġibbli tal-azjenda tagħhom li għaliha qed jintalbu l-pagamenti diretti tkun inqas minn dik l-erja minima.

Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta’ pagamenti diretti li jistgħu jitħallsu lil bidwi.

2.   Fejn Stat Membru jkun iddeċieda li jistabbilixxi erja minima skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandu madankollu jistabbilixxi l-ammont minimu skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, għal dawk il-bdiewa li jkunu jirċievu appoġġ marbut mal-annimali li għandu jitħallas għal kull annimal fil-forma ta’ pagamenti diretti u li jkollhom anqas ettari minn dik l-erja minima.

Meta jistabbilixxu l-erja minima jew l-ammont minimu, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-pagamenti diretti jingħata biss lil bdiewa attivi jekk:

(a)

il-ġestjoni tal-pagamenti korrispondenti ma tikkawżax piż amministrattiv eċċessiv, u

(b)

l-ammonti korrispondenti jagħtu kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) li għalihom jikkontribwixxu l-pagamenti diretti diżakkoppjati.

3.   Il-Greċja tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dan l-Artikolu għall-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.

Artikolu 19

Kontribuzzjoni għall-għodod tal-ġestjoni tar-riskju

B’deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jassenja sa 3 % tal-pagamenti diretti li jridu jitħallsu lil bidwi għall-kontribuzzjoni tal-bidwi għall-għodda tal-ġestjoni tar-riskju.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom japplikawha għall-bdiewa kollha li jirċievu pagamenti diretti f’sena partikolari.

Taqsima 2

Pagamenti diretti diżakkoppjati

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 20

Rekwiżiti ġenerali għall-għoti ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati

L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati lill-bdiewa attivi skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Subtaqsima 2

L-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà

Artikolu 21

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà (“appoġġ bażiku għall-introjtu”) bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ bażiku għall-introjtu fil-forma ta’ pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 23 sa 27, l-appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jingħata għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat minn bidwi attiv.

Artikolu 22

Ammont ta’ appoġġ għal kull ettaru

1.   Sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux li jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi ta’ intitolamenti għal pagament kif imsemmi fl-Artikolu 23, l-appoġġ għandu jitħallas bħala ammont uniformi għal kull ettaru.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għal kull ettaru fost il-gruppi ta’ territorji differenti li jiffaċċjaw kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi jew agronomiċi simili, inkluż il-forom tradizzjonali ta’ agrikoltura kif determinat mill-Istati Membri, bħar-ragħa alpin tradizzjonali fil-miftuħ. F’konformità mal-Artikolu 109(2), punt (d), l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għal kull ettaru jista’ jitnaqqas, b’kont meħud tal-appoġġ skont interventi oħra fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kkonċernat.

Artikolu 23

Intitolamenti għall-pagament

1.   L-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament bażiku kif stabbilit fit-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi ta’ intitolamenti għal pagament skont l-Artikoli 24 sa 27 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta l-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament bażiku kif stabbilit fit-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jiddeċiedu li ma jibqgħux jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi ta’ intitolamenti għal pagament, l-intitolamenti għal pagament allokati skont dak ir-Regolament għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti għas-sena li minnha għandha tapplika d-deċiżjoni.

Artikolu 24

Valur tal-intitolamenti għal pagament u l-konverġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-valur ta’ unità għall-intitolamenti għal pagament qabel il-konverġenza skont dan l-Artikolu billi jaġġustaw il-valur tal-intitolamenti għal pagament b’mod proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena tat-talba 2022 u l-pagament relatat għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previsti fit-Titolu III, Kapitolu III, ta’ dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2022.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-valur tal-intitolamenti għal pagament skont l-Artikolu 22(2).

3.   Kull Stat Membru għandu, sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026, jistabbilixxi l-livell massimu tal-valur tal-intitolamenti għal pagament individwali għall-Istat Membru jew għal kull grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).

4.   Fejn il-valur tal-intitolamenti għal pagament kif iddeterminat skont il-paragrafu 1 ma jkunx uniformi fi Stat Membru jew fi grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura konverġenza tal-valur tal-intitolamenti għal pagament lejn valur ta’ unità uniformi sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jiżgura li, sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026, l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta’ mill-inqas 85 % tal-ammont unitarju medju ppjanat imsemmi fl-Artikolu 102(1) għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu għall-Istat Membru jew għall-grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).

6.   L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw iż-żidiet fil-valur tal-intitolamenti għal pagament meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu billi jużaw kwalunkwe ammont possibbli li jsir disponibbli permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u, fejn meħtieġ, billi jnaqqsu d-differenza bejn il-valur ta’ unità tal-intitolamenti għal pagament determinat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ammont unitarju ppjanat imsemmi fl-Artikolu 102(1), għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-Istat Membru jew għall-grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis lill-intitolamenti għal pagament kollha jew parti minnhom b’valur determinat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jaqbeż l-ammont unitarju ppjanat imsemmi fl-Artikolu 102(1), għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-Istat Membru jew għall-grupp ta’ territorji msemmija fl- Artikolu 22(2).

7.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Mingħajr preġudizzju għall-valur minimu stabbilit skont il-paragrafu 5, it-tali kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta’ tnaqqis massimu li ma jistax ikun aktar baxx minn 30 %.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġġustament tal-valuri tal-intitolamenti għall-pagament skont il-paragrafi 3 sa 7 jibda mis-sena 2023.

Artikolu 25

Attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament

1.   L-Istati Membri li ddeċidew li jagħtu appoġġ abbażi tal-intitolamenti għal pagament għandhom jagħtu appoġġ bażiku għall-introjtu lill-bdiewa attivi li jkollhom intitolamenti għal pagament li jkunu proprjetà tagħhom jew imwellija lilhom hekk kif jiġu attivati dawk l-intitolamenti għal pagament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-fini tal-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament, il-bdiewa attivi jiddikjaraw l-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kwalunkwe intitolament ta’ pagament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament, inkluż fil-każ ta’ wirt proprju jew antiċipat, ikunu attivati biss fl-Istat Membru jew fil-grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2) fejn kienu allokati.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament attivati jagħtu dritt għal pagament abbażi tal-ammont stabbilit hemmhekk.

Artikolu 26

Riżervi għall-intitolamenti għal pagament

1.   Kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi tal-intitolamenti għal pagament għandu jamministra riżerva nazzjonali.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta Stat Membru jiddeċiedi li jiddistingwi l-appoġġ bażiku għall-introjtu skont l-Artikolu 22(2), huwa jista’ jiddeċiedi li jkollu riżerva għal kull grupp ta’ territorji msemmija f’dak l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament mir-riżerva jiġu allokati lill-bdiewa attivi biss.

4.   L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva tagħhom bħala prijorità biex jallokaw l-intitolamenti għal pagament lill-bdiewa li ġejjin:

(a)

bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif stabbilew azjenda għall-ewwel darba;

(b)

bdiewa ġodda.

5.   Stat Membru għandu jalloka intitolamenti għal pagament lil, jew iżid il-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti tal-bdiewa attivi li huma intitolati permezz ta’ deċiżjoni finali tal-qorti jew permezz ta’ att amministrattiv finali tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Huwa għandu jiżgura li dawk il-bdiewa attivi jirċievu l-għadd u l-valur tal-intitolamenti għal pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew l-att f’data li trid tiġi stabbilita minn dak l-Istat Membru.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżerva timtela mill-ġdid minn tnaqqis lineari tal-valur tal-intitolamenti għal pagament kollha meta r-riżerva ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament skont il-paragrafi 4 u 5.

7.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali għall-użu tar-riżerva, inkluż kategoriji addizzjonali ta’ bdiewa li għandhom jingħataw mir-riżerva dment li l-gruppi ta’ prijorità msemmija fil-paragrafi 4 u 5 jkunu ngħataw, u għall-każijiet li jattivaw il-mili mill-ġdid tar-riżerva. Fejn ir-riżerva timtela mill-ġdid permezz ta’ tnaqqis lineari tal-valur tal-intitolamenti għal pagament, tali tnaqqis lineari għandu japplika għall-intitolamenti għal pagament kollha fil-livell nazzjonali jew, fejn l-Istati Membri japplikaw id-deroga prevista fil-paragrafu 2, fil-livell tal-grupp ta’ territorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 22(2).

8.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tal-intitolamenti għal pagament ġodda allokati mir-riżerva għall-valur medju nazzjonali tal-intitolamenti għal pagament fis-sena tal-allokazzjoni jew għall-valur medju tal-intitolamenti għal pagament għal kull grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2) fis-sena ta’ allokazzjoni.

9.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti sal-valur medju nazzjonali fis-sena tal-allokazzjoni jew sal-valur medju għal kull grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).

Artikolu 27

Trasferimenti ta’ intitolamenti għal pagament

1.   Ħlief fil-każ ta’ trasferiment permezz ta’ wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti biss lill-bidwi attiv stabbilit fl-istess Stat Membru.

2.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddistingwu l-appoġġ bażiku għall-introjtu skont l-Artikolu 22(2), l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti biss fi ħdan il-grupp ta’ territorji fejn ġew allokati.

Artikolu 28

Pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira

L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, kif determinat mill-Istati Membri, permezz ta’ somma f’daqqa jew permezz ta’ ammonti kull ettaru li jissostitwixxu l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.

Il-pagament annwali għal kull bidwi ma għandux jaqbeż EUR 1 250.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu somom f’daqqa jew ammonti differenti għal kull ettaru skont il-limiti massimi tal-erja differenti.

Subtaqsima 3

Appoġġ komplementari għall-introjtu

Artikolu 29

Appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà (“appoġġ ridistributtiv għall-introjtu”) bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew mill-Artikolu 98, l-Istati Membri jistgħu jindirizzaw il-ħtieġa għal ridistribuzzjoni tal-appoġġ għall-introjtu bi strumenti u interventi oħra ffinanzjati mill-FAEG li jsegwu l-objettiv ta’ distribuzzjoni aktar ġusta u b’appoġġ għall-introjtu aktar effettiv u effiċjenti fil-miri tiegħu, dment li jkunu jistgħu juru fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li tali ħtieġa hija suffiċjentement indirizzata.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-ridistribuzzjoni tal-pagamenti diretti minn azjendi kbar għal dawk iżgħar jew ta’ daqs medju billi jipprevedu appoġġ ridistributtiv għall-introjtu fil-forma ta’ pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 21.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li jista’ jkun il-livell tal-gruppi ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2), ammont għal kull ettaru jew ammonti differenti għal firxiet differenti ta’ ettari, kif ukoll l-għadd massimu ta’ ettari għal kull bidwi li għalih għandu jitħallas l-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu.

4.   L-ammont għal kull ettaru ppjanat għal sena tat-talba partikolari ma għandux jaqbeż l-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru għal dik is-sena tat-talba.

5.   L-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru huwa definit bħala l-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali għall-pagamenti diretti għal sena tat-talba partikolari stabbiliti fl-Anness V u t-total tal-outputs ippjanati għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba partikolari, espress fl-għadd ta’ ettari.

6.   Fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għadd massimu ta’ ettari msemmija fil-paragrafu 3 fil-livell tal-membri ta’ dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli ma’ dawk ta’ bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta’ kap ta’ azjenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, dment li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Fil-każ ta’ bdiewa li huma parti minn grupp ta’ entitajiet ġuridiċi affiljati, kif iddeterminat mill-Istati Membri, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għadd massimu ta’ ettari msemmija fil-paragrafu 3 fil-livell ta’ dak il-grupp taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati minnhom.

Artikolu 30

Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ iddeterminat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(6) bil-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   Bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jattiraw bdiewa żgħażagħ f’konformità mal-objettiv li jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (g), u biex skont l-Artikolu 95, jiddedikaw għal dan l-objettiv ammont li mill-anqas ikun kif jinsab fl-Anness XII, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ li jistabbilixxu l-azjenda tagħhom għall-ewwel darba u li huma intitolati għal pagament skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 21.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-appoġġ skont dan l-Artikolu lil bdiewa li jkunu rċevew appoġġ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-bqija tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu.

3.   L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ għandu jibqa’ jingħata għal żmien massimu ta’ ħames snin, li jibda mill-ewwel sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, u soġġett għall-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati mill-qafas legali tal-PAK applikabbli għall-perijodu wara l-2027 meta ż-żmien ta’ ħames snin idum aktar mill-2027. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tinħoloq l-ebda aspettattiva legali tal-benefiċjarji għall-perijodu wara l-2027.

Dak l-appoġġ għandu jieħu l-forma jew ta’ pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli jew ta’ pagament ta’ somma f’daqqa għal kull bidwi żagħżugħ.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-appoġġ skont dan l-Artikolu biss għal għadd massimu ta’ ettari għal kull bidwi żagħżugħ.

4.   Fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħal grupp ta’ bdiewa, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għadd massimu ta’ ettari msemmi fil-paragrafu 3 fil-livell tal-membri ta’ dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi:

(a)

li jikkonformaw mad-definizzjoni u l-kondizzjonijiet għal “bidwi żagħżugħ” iddeterminat skont l-Artikolu 4(6); u

(b)

fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi paragunabbli ma’ dawk ta’ bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta’ kap tal-azjenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, dment li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.

Subtaqsima 4

Skemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali

Artikolu 31

Skemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, u jipprevedu appoġġ, għall-iskemi volontarji għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali (“ekoskemi”) bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw, skont dan l-Artikolu, lill-bdiewa jew lill-gruppi ta’ bdiewa attivi li jieħdu impenji li josservaw prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista tal-prattiki ta’ benefiċċju għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-prattiki għandhom jitfasslu biex jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-titjib fit-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, fl-Artikolu 6(1), punt (i).

4.   Kull ekoskema għandha fil-prinċipju tkopri mill-inqas tnejn mill-oqsma ta’ azzjoni li ġejjin għall-klima, l-ambjent, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi:

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-prattiki agrikoli, kif ukoll iż-żamma tal-ħażniet eżistenti tal-karbonju u t-titjib tas-sekwestru tal-karbonju;

(b)

l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż azzjonijiet biex tittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel u d-diversità tal-annimali u tal-pjanti għal reżistenza aqwa għall-mard u t-tibdil fil-klima;

(c)

il-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma u t-tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma;

(d)

il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, ir-restawr tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u tal-ġestjoni tan-nutrijenti u l-bijota tal-ħamrija;

(e)

il-protezzjoni tal-bijodiversità, il-konservazzjoni jew ir-restawr ta’ ħabitats jew speċijiet, inkluż iż-żamma u l-ħolqien ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ jew żoni mhux produttivi;

(f)

azzjonijiet għal użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi, b’mod partikolari pestiċidi li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;

(g)

azzjonijiet biex jitjieb it-trattament xieraq tal-annimali jew biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

5.   Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprevedu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:

(a)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Kapitolu I, Taqsima 2;

(b)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali u mil-liġi tal-Unjoni;

(c)

imorru lil hinn mill-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont l-Artikolu 4(2), punt (b);

(d)

huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 70.

Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, l-appoġġ jista’ jingħata għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.

6.   F’konformità mal-paragrafu 5, l-Istati Membri, għad-deskrizzjoni tal-impenji li jridu jiġu ssodisfati mill-benefiċjarju tal-ekoskemi msemmija f’dan l-Artikolu, jistgħu jibnu fuq ir-rekwiżiti u l-istandards, wieħed jew aktar, stabbiliti skont il-Kapitolu I, Taqsima 2, dment li l-obbligi tal-ekoskemi jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards minimi għall-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti mill-Istati Membri skont il-Kapitolu I, Taqsima 2.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, bdiewa attivi jew gruppi ta’ bdiewa attivi li jipparteċipaw f’ekoskemi stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti u l-istandards rilevanti msemmija fl-Anness III, dment li jissodisfaw l-impenji skont l-ekoskema kkonċernata.

L-Istati Membri li jistabbilixxu ekoskemi skont l-ewwel subparagrafu jistgħu ta’ dan il-paragrafu jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom ma jidduplikawx il-kontrolli fejn l-istess rekwiżiti u standards japplikaw kemm skont dawk l-ekoskemi kif ukoll skont l-obbligi stabbiliti fl-Anness III.

7.   L-appoġġ għal ekoskema partikolari għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għall-ettari eliġibbli kollha koperti mill-impenji. Il-pagamenti għandhom jingħataw jew:

(a)

bħala pagamenti addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif jinsab fis-Subtaqsima 2; jew

(b)

bħala pagamenti li jikkumpensaw lil bdiewa attivi jew gruppi ta’ bdiewa attivi għall-ispejjeż addizzjonali u għall-introjtu mitluf, kollha jew parti minnhom b’riżultat tal-impenji meħuda, li għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 82 u b’kont meħud tal-miri għall-ekoskemi; dawk il-pagamenti jistgħu jkopru ukoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-pagamenti mogħtija skont il-punt (b) tiegħu għal impenji dwar it-trattament xieraq tal-annimali, impenji li jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi u, jekk debitament ġustifikati, impenji għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta’ pagament annwali għall-unitajiet ta’ bhejjem.

8.   L-Istati Membri għandhom juru kif il-prattiki agrikoli mwettqa skont l-ekoskemi jwieġbu għall-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108 u kif dawn jikkontribwixxu għall-arkitettura ambjentali u dik marbuta mal-klima msemmija fl-Artikolu 109(2), punt (a), u għat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Huma għandhom jużaw sistema ta’ klassifikazzjoni jew ta’ punteġġ jew kwalunkwe metodoloġija xierqa oħra biex jiżguraw l-effettività u l-effiċjenza tal-ekoskemi biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Meta jistabbilixxu l-livell ta’ pagamenti għal impenji differenti skont l-ekoskemi skont il-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, punt (a) ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-livell ta’ sostenibbiltà u ambizzjoni ta’ kull ekoskema, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma’ dawk ibbażati fuq l-Artikolu 70.

Taqsima 3

Pagamenti diretti akkoppjati

Subtaqsima 1

Appoġġ akkoppjat għall-introjtu

Artikolu 32

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat għall-introjtu lill-bdiewa attivi bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta’ biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 33 biex jindirizzaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom billi jtejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà jew il-kwalità. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa juru d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fir-rigward tal-għelejjel li fihom il-proteini.

3.   L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għal kull ettaru jew għal kull annimal.

Artikolu 33

Kamp ta’ applikazzjoni

L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jista’ biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew lil tipi speċifiċi ta’ biedja fihom fejn dawn ikunu importanti għal raġunijiet soċjo-ekonomiċi jew ambjentali:

(a)

ċereali;

(b)

żrieragħ żejtnin minbarra żerriegħa tal-ġirasol użata għall-ħlewwiet kif stabbilit fl-Artikolu 11(7);

(c)

għelejjel li fihom il-proteini, inkluż legumi u taħlita ta’ legumi u ħaxix sakemm il-legumi jibqgħu predominanti fit-taħlita,

(d)

kittien;

(e)

qanneb;

(f)

ross;

(g)

ġewż;

(h)

patata tal-lamtu;

(i)

ħalib u prodotti tal-ħalib;

(j)

żrieragħ;

(k)

laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż;

(l)

ċanga u vitella;

(m)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda;

(n)

dud tal-ħarir;

(o)

għalf niexef;

(p)

ħops;

(q)

pitravi zokkrija, kannamiela u għeruq taċ-ċikwejra;

(r)

frott u ħxejjex;

(s)

msajġar b’newba qasira.

Artikolu 34

Eliġibbiltà

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat għall-introjtu fil-forma ta’ pagament għal kull ettaru biss għaż-żoni li jkunu ddeterminaw bħala ettari eliġibbli.

2.   Fejn l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jikkonċerna l-annimali bovini jew in-nagħaġ u l-mogħoż, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bħala kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-appoġġ ir-rekwiżiti li l-annimali jiġu identifikati u rreġistrati skont il-Parti IV, it-Titolu I, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, tar-Regolament (UE) 2016/429. Madankollu, mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà applikabbli oħra, l-annimali bovini jew in-nagħaġ u l-mogħoż għandhom jitqiesu li huma eliġibbli għall-appoġġ sakemm ir-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni jkunu ġew issodisfati sa ċertu data fis-sena tat-talba kkonċernata li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

Artikolu 35

Setgħat delegati fil-każ ta’ żbilanċi strutturali tas-suq f’settur

F’konformità mal-Artikolu 152, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’miżuri li jevitaw it-tbatija għall-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu minn żbilanċi strutturali tas-suq f’settur. Dawk l-atti delegati jistgħu jippermettu lill-Istati Membru jiddeċiedu li l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jista’ jkompli jitħallas sal-2027 abbażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata tali appoġġ f’perijodu ta’ referenza fl-imgħoddi.

Subtaqsima 2

Pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton

Artikolu 36

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja u l-Portugall għandhom jagħtu pagament speċifiku għall-għelejjel tal-qoton lill-bdiewa attivi li jipproduċu l-qoton skont il-kodiċi 5201 00 tan-NM bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima.

Artikolu 37

Regoli ġenerali

1.   Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għandu jingħata għal kull ettaru ta’ żona eliġibbli ta’ qoton. Iż-żona għandha tkun eliġibbli biss jekk tkun tinsab fuq art agrikola awtorizzata mill-Istat Membru għall-produzzjoni tal-qoton, miżrugħa b’varjetajiet awtorizzati mill-Istat Membru u l-qoton effettivament miġbur minnha f’kondizzjonijiet normali ta’ tkabbir.

2.   Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għandu jitħallas għal qoton ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli.

3.   Il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja u l-Portugall għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont kwalunkwe regola u kondizzjoni adottata skont il-paragrafu 5.

4.   Għall-interventi koperti minn din is-Subtaqsima:

(a)

l-eliġibbiltà tan-nefqa mġarrba għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Artikolu 37, punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116;

(b)

għall-finijiet tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116, l-opinjoni li għandha tingħata mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandha tkopri l-punti (a), (b) u (d) tiegħu, kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli u kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u dwar in-notifiki għall-produtturi relatati ma’ din l-awtorizzazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

Artikolu 38

Żoni bażi, rendimenti fissi u ammonti ta’ referenza

1.   Iż-żoni bażi nazzjonali li ġejjin huma stabbiliti:

Bulgarija: 3 342 ha,

Greċja: 250 000 ha,

Spanja: 48 000 ha,

Portugall: 360 ha.

2.   Ir-rendimenti fissi għall-perijodi ta’ referenza li ġejjin huma stabbiliti:

Bulgarija: 1,2 tunnellata/ha,

Greċja: 3,2 tunnellata/ha,

Spanja: 3,5 tunnellata/ha,

Portugall: 2,2 tunnellata/ha.

3.   L-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għal kull ettaru ta’ żona eliġibbli għandu jkun ikkalkulat billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:

Bulgarija: EUR 636,13,

Greċja: EUR 229,37,

Spanja: EUR 354,73,

Portugall: EUR 223,32.

4.   Jekk iż-żona eliġibbli għall-qoton fi Stat Membru partikolari u f’sena partikolari taqbeż iż-żona bażi stabbilita fil-paragrafu 1, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għal dak l-Istat Membru għandu jitnaqqas proporzjonalment mar-rendiment żejjed taż-żona bażi.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton, dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u dwar il-prattiki agronomiċi.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis previst fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

Artikolu 39

Organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati

1.   Għall-fini ta’ din is-Subtaqsima, “organizzazzjoni interprofessjonali approvata” tfisser entità ġuridika magħmula minn bdiewa li jipproduċu l-qoton u mill-inqas ħallieġ wieħed, li jwettqu attivitajiet bħal:

(a)

jgħinu biex ikun ikkoordinat aħjar il-mod ta’ kif il-qoton jitqiegħed fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ studji ta’ riċerka u stħarriġ tas-suq;

(b)

ifasslu forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(c)

jorjentaw il-produzzjoni lejn prodotti li jkunu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq u għad-domanda tal-konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-protezzjoni tal-konsumaturi;

(d)

jaġġornaw il-metodi u l-mezzi biex titjieb il-kwalità tal-prodott;

(e)

jiżviluppaw strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni tal-qoton permezz ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità.

2.   L-Istat Membru tal-istabbiliment tal-ħallieġa għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw kwalunkwe kriterju stabbilit skont il-paragrafu 3.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar:

(a)

il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(b)

l-obbligi għall-produtturi;

(c)

il-konsegwenzi fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tissodisfax il-kriterji msemmija fil-punt (a).

Artikolu 40

Għoti tal-pagament

1.   Il-bdiewa għandhom jingħataw il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għall-ettari li huma eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 38.

2.   Fil-każ ta’ bdiewa li jkunu membri ta’ organizzazzjoni interprofessjonali approvata, il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għall-ettari li huma eliġibbli fl-erja bażi stabbilita fl-Artikolu 38(1) għandu jiżdied b’ammont ta’ EUR 2.

Artikolu 41

Derogi

1.   L-Artikoli 101 u 102 u t-Titolu VII, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu III tiegħu, ma għandhomx japplikaw għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton stabbilit f’din is-Subtaqsima.

2.   Il-pagament speċifiku għall-qoton ma għandu jiġi inkluż fl-ebda waħda mit-taqsimiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikoli 108 sa 114, ħlief fir-rigward tal-Artikolu 112(2), punt (a), relatat mal-pjan finanzjarju.

3.   L-Artikolu 55(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi tar-Regolament (UE) 2021/2116 ma għandhomx japplikaw għall-interventi msemmija f’din is-Subtaqsima.

KAPITOLU III

TIPI TA’ INTERVENT F’ĊERTI SETTURI

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 42

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw it-tipi ta’ intervent:

(a)

fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (i), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

fis-settur tal-prodotti tal-apikultura, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (v),tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (is-”settur tal-apikultura”);

(c)

fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d)

fis-settur tal-ħops, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(e)

fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(f)

fis-setturi l-oħra stipulati fl-Artikolu 1(2), punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u setturi li jkopru prodotti elenkati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 43

Tipi ta’ intervent obbligatorji u fakultattivi

1.   It-tipi ta’ intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 42, punt (a), għandhom ikunu obbligatorji għall-Istati Membri b’organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Meta Stat Membru mingħajr organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex fil-mument tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu jirrikonoxxi organizzazzjoni tal-produtturi f’dak is-settur skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 matul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, dak l-Istat Membru għandu jressaq talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119 sabiex jinkludi interventi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

2.   It-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmija fl-Artikolu 42, punt (b), għandhom ikunu obbligatorji għal kull Stat Membru.

3.   It-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 42, punt (c), għandhom ikunu obbligatorji għall-Istati Membri elenkati fl-Anness VII.

4.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punti (d), (e) u (f).

5.   Il-Ġermanja tista’ timplimenta t-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (f), fis-settur tal-ħops, biss jekk hija tiddeċiedi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha li ma timplimentax it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (d).

6.   Il-Greċja, Franza u l-Italja jistgħu jimplimentaw it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (f) fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, biss jekk dawn jiddeċiedu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li ma jimplimentawx it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (e).

Artikolu 44

Forom ta’ appoġġ

1.   Fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, l-appoġġ jista’ jieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

rimborż ta’ spejjeż eliġibbli realment imġarrba minn benefiċjarju;

(b)

kostijiet ta’ unità;

(c)

somom f’daqqa;

(d)

finanzjament b’rata fissa.

2.   L-ammonti għall-forom ta’ appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:

(i)

data statistika, informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert;

(ii)

data storika vverifikata tal-benefiċjarji; jew

(iii)

l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi normali tal-ispejjeż tal-benefiċjarji;

(b)

abbozzi ta’ baġits stabbiliti skont il-każ u maqbula ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni fil-każ ta’ interventi fis-settur tal-inbid u tal-apikultura jew mill-korp li japprova l-programmi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 50 fil-każ ta’ interventi fis-setturi l-oħra eliġibbli;

(c)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni tal-kostijiet ta’ unità, tas-somom f’daqqa u tar-rati fissi korrispondenti applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ intervent;

(d)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet ta’ unità, somom f’daqqa u rati fissi korrispondenti applikati skont skemi ta’ appoġġ iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip ta’ intervent simili.

Artikolu 45

Setgħat delegati għal rekwiżiti addizzjonali għal tipi ta’ intervent

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali minbarra dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu fir-rigward:

(a)

tal-iżgurar tat-tipi ta’ intervent stabbiliti f’dan il-Kapitolu, b’mod partikolari billi jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern;

(b)

tat-tip ta’ nefqa koperta mill-interventi inklużi f’dan il-Kapitolu, inkluż, b’deroga mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116, l-eliġibbiltà tal-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew ta’ benefiċjarji oħra meta jimplimentaw dawk l-interventi;

(c)

tal-bażi għall-kalkolu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, inkluż il-perijodi ta’ referenza u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, u għall-kalkolu tal-grad tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-fini tal-assistenza finanzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 53;

(d)

tal-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (a), (c), (f), (g), (h) u (i) u għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punti (c), (d) u (l), inkluż ir-rati tal-imballaġġ u tat-trasport għall-prodotti rtirati għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas u għall-ispejjeż tal-ipproċessar qabel ma jitwasslu għal dak il-għan;

(e)

tar-regoli għall-iffissar ta’ limitu massimu għan-nefqa u għall-kejl tal-erja eliġibbli għall-fini tat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punt (d), u fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a);

(f)

tar-regoli li permezz tagħhom il-produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, tar-regoli dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u tar-regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi;

(g)

tal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-użu ta’ forom ta’ appoġġ elenkati fl-Artikolu 44(1).

(h)

tar-regoli dwar ir-rekwiżit ta’ durabbiltà minima għal investimenti produttivi u mhux produttivi appoġġati minn interventi inklużi f’dan il-Kapitolu;

(i)

tar-regoli dwar il-kombinament ta’ finanzjament għal investimenti skont l-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), u għall-promozzjoni skont l-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (k).

Artikolu 46

Objettivi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-settur tal-ħops, is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u fis-setturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f)

L-objettivi fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità, l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni u r-redditi fuq l-investiment, u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c) u (i);

(b)

il-konċentrazzjoni tal-provvista u l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti, inkluż permezz tal-kummerċjalizzazzjoni diretta; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b) u (c);

(c)

it-titjib tal-kompetittività fuq terminu medju u twil, b’mod partikolari permezz tal-modernizzazzjoni; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (c);

(d)

ir-riċerka f’metodi ta’ produzzjoni sostenibbli u l-iżvilupp tagħhom, inkluż ir-reżiljenza għall-pesti, ir-reżistenza għall-mard tal-annimali u l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prattiki innovattivi u t-tekniki ta’ produzzjoni li jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika u jsaħħu l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c) u (i);

(e)

il-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’:

(i)

metodi u tekniki tal-produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent;

(ii)

prattiki ta’ produzzjoni reżiljenti għall-pesti u għall-mard;

(iii)

standards tas-saħħa u trattament xieraq tal-annimali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;

(iv)

it-tnaqqis tal-iskart u l-użu u l-ġestjoni tajbin għall-ambjent tal-prodotti sekondarji, inkluż l-użu mill-ġdid u l-valorizzazzjoni tagħhom;

(v)

il-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, u użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ilma, il-ħamrija u l-arja.

Dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (e), (f) u (i);

(f)

il-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, kif jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (d);

(g)

l-ispinta fil-valur kummerċjali u l-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-iżvilupp ta’ prodotti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti minn skemi tal-kwalità tal-Unjoni jew nazzjonali rikonoxxuti mill-Istati Membri; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku li jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (b);

(h)

il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (b), (c) u (i);

(i)

iż-żieda fil-konsum tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, fil-forma friska jew ipproċessata; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku li jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (i);

(j)

il-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-ġestjoni tar-riskju, immirati biex jevitaw u jindirizzaw disturbi fis- swieq tas-setturi rilevanti; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b) u (c);

(k)

it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-infurzar tal-obbligi tal-impjegaturi kif ukoll tar-rekwiżiti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f’konformità mad-Direttivi 89/391/KEE, 2009/104/KE u (UE) 2019/1152.

Artikolu 47

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-settur tal-ħops, is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u fis- setturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f)

1.   Għal kull objettiv magħżul minn fost dawk imsemmija fl-Artikolu 46, punti (a) sa (i) u (k), l-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom jagħżlu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent li ġejjin fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f):

(a)

Investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, riċerka u metodi ta’ produzzjoni sperimentali u innovattivi u azzjonijiet oħra, f’oqsma bħal:

(i)

Il-konservazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-tisħiħ tal-karbonju fil-ħamrija u l-istruttura tal-ħamrija, u t-tnaqqis tal-kontaminanti;

(ii)

it-titjib tal-użu u l-ġestjoni għaqlija tal-ilma, inkluż l-iffrankar tal-ilma, il-konservazzjoni tal-ilma u d-drenaġġ;

(iii)

il-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u l-promozzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta’ varjetajiet, razez u prattiki ta’ ġestjoni adattati għall-kondizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu;

(iv)

iż-żieda fl-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu ta’ enerġija rinnovabbli;

(v)

l-imballaġġ ekoloġiku biss fil-qasam tar-riċerka u l-produzzjoni sperimentali;

(vi)

il-bijosigurtà, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali;

(vii)

it-tnaqqis fl-emissjonijiet u fl-iskart, it-titjib fl-użu tal-prodotti sekondarji, inkluż l-użu mill-ġdid u l-valorizzazzjoni tagħhom, u l-ġestjoni tal-iskart;

(viii)

it-titjib fir-reżiljenza kontra l-pesti u t-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, inkluż l-implimentazzjoni ta’ tekniki tal-Ġestjoni Integrata tal-Pesti;

(ix)

it-titjib fir-reżiljenza kontra l-mard tal-annimali u t-tnaqqis tal-użu ta’ mediċini veterinarji inkluż l-antibijotiċi;

(x)

il-ħolqien u ż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità;

(xi)

it-titjib tal-kwalità tal-prodotti;

(xii)

it-titjib tar-riżorsi ġenetiċi;

(xiii)

it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-infurzar tal-obbligi tal-impjegaturi kif ukoll tar-rekwiżiti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f’konformità mad-Direttivi 89/391/KEE, 2009/104/KE u (UE) 2019/1152;

(b)

servizzi ta’ konsulenza u assistenza teknika, b’mod partikolari dwar tekniki sostenibbli għall-kontroll ta’ pesti u mard, l-użu sostenibbli ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-kondizzjonijiet tal-impjieg, l-obbligi tal-impjegatur u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(c)

it-taħriġ, inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari dwar tekniki sostenibbli għall-kontroll ta’ pesti u mard, l-użu sostenibbli ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, kif ukoll l-użu ta’ pjattaformi organizzati ta’ negozjar u swieq għan-negozju ta’ prodotti bażiċi fuq il-post u suq tal-futuri;

(d)

il-produzzjoni organika jew integrata;

(e)

azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti;

(f)

il-promozzjoni, il-komunikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni inkluż azzjonijiet u attivitajiet immirati b’mod partikolari lejn is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u l-importanza tad-dieti tajbin għas-saħħa, u lejn id-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq;

(g)

l-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Unjoni u dawk nazzjonali ta’ kwalità;

(h)

l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ traċċabbiltà u ċertifikazzjoni, b’mod partikolari l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodotti mibjugħa lill-konsumaturi finali;

(i)

l-azzjonijiet għall-mitigazzjoni u għall-adattament tat-tibdil fil-klima.

2.   Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (j), fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jagħżlu tip ta’ intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f):

(a)

l-istabbiliment, il-mili u l-mili mill-ġdid tal-fondi mutwi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi kkummerċjalizzati aktar effiċjenti inkluż għall-ħżin kollettiv;

(c)

il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tagħha, inkluż fejn meħtieġ l-ipproċessar kollettiv biex ikun iffaċilitat dan il-ħżin;

(d)

it-tħawwil mill-ġdid ta’ siġar tal-frott jew taż-żebbuġ f’imsaġar fejn dak ikun meħtieġ wara li s-siġar ikollhom jinqalgħu għal raġunijiet ta’ saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

(e)

ripopolazzjoni tal-bhejjem wara qtil obbligatorju għal raġunijiet ta’ saħħa jew minħabba telf li jirrizulta minn diżastri naturali;

(f)

l-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni ħielsa jew għal destinazzjonijiet oħra, inkluż fejn meħtieġ l-ipproċessar biex jitħaffef tali rtirar;

(g)

il-ħsad bikri, li jikkonsisti mit-total tal-ġbir f’żona partikolari ta’ prodotti mhux misjura u mhux kummerċjabbli li ma tkunx saritilhom ħsara qabel il-ħsad bikri, kemm għal raġunijiet klimatiċi, mard jew raġunijiet oħra;

(h)

in-nuqqas ta’ ħsad, li jikkonsisti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ produzzjoni attwali fiż-żona kkonċernata fejn il-prodott ikun żviluppat sew u jkun ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli, eskluż il-qerda ta’ prodotti minħabba avveniment klimatiku jew mard;

(i)

l-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur u fuq l-produzzjoni li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-pesti filwaqt li tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ prevenzjoni tar-riskju;

(j)

l-ikkowċjar lill-organizzazzjonijiet oħra tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament, jew lil produtturi individwali;

(k)

l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi;

(l)

azzjonijiet ta’ komunikazzjoni li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza u jinfurmaw lill-konsumaturi.

Artikolu 48

Ippjanar, rappurtar u approvazzjoni tal-prestazzjoni fil-livell tal-programm operazzjonali

L-Artikolu 7(1), punt (a), l-Artikolu 102, l-Artikolu 111, punti (g) u (h), l-Artikolu 112(3), punt (b), u l-Artikolu 134 għandhom japplikaw għat-tipi ta’ intervent fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), fil-livell tal-programmi operazzjonali, minflok fil-livell ta’ intervent. L-ippjanar, ir-rappurtar u l-approvazzjoni tal-prestazzjoni għal dawk it-tipi ta’ intervent għandhom jitwettqu wkoll fil-livell tal-programmi operazzjonali.

Taqsima 2

Settur tal-frott u l-ħxejjex

Artikolu 49

Objettivi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

L-Istati Membri għandhom isegwu wieħed jew aktar mill-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 46 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fl-Artikolu 42, punt (a). L-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 46, punti (g), (h), (i) u (k), għandhom ikopru l-prodotti kemm jekk f’forma friska kif ukoll jekk ipproċessata, filwaqt li l-objettivi li jinsabu fil-punti l-oħra ta’ dak l-Artikolu għandhom ikopru biss prodotti f’forma friska.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi jikkorrispondu mat-tipi ta’ intervent magħżula skont l-Artikolu 47.

Artikolu 50

Programmi operazzjonali

1.   L-objettivi msemmija fl-Artikolu 46 u l-interventi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex stipulati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom ikunu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew it-tnejn, bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-programmi operazzjonali għandhom idumu minn tal-anqas tliet snin u mhux aktar minn seba’ snin.

3.   Il-programmi operazzjonali għandhom mill-anqas jilħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (b), (e) u (f).

4.   Għal kull objettiv magħżul, il-programmi operazzjonali għandhom jiddeskrivu l-interventi magħżula minn fost dawk stabbiliti mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

5.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jippreżentaw programmi operazzjonali lill-Istati Membri għall-approvazzjoni u, jekk jiġu approvati, għandhom jimplimentawhom.

6.   Il-programmi operazzjonali tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma għandhomx ikopru l-istess interventi bħal dawk tal-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi operazzjonali tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi flimkien mal-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet membri.

Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-interventi skont il-programmi operazzjonali ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu ffinanzjati fl-intier tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(1), punt (b), mill-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet membri ta’ dik l-assoċjazzjoni u li tali finanzjament jinġabar mill-fondi operazzjonali ta’ dawk l-organizzazzjonijiet membri;

(b)

l-interventi u s-sehem finanzjarju korrispondenti tagħhom ikunu identifikati fil-programm operazzjonali ta’ kull organizzazzjoni membru;

(c)

ma jkun hemm ebda duplikazzjoni tal-finanzjament.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull programm operazzjonali:

(a)

mill-inqas 15 % tan-nefqa tkopri l-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (e) u (f);

(b)

il-programm operazzjonali jinkludi tliet azzjonijiet jew aktar marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (e) u (f);

(c)

mill-inqas 2 % tan-nefqa tkopri l-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (d); u

(d)

in-nefqa għall-interventi fit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h), ma taqbiżx terz tan-nefqa totali.

Fejn mill-inqas 80 % tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu soġġetti għal impenji identiċi, wieħed jew aktar, agroambjentali-klimatiċi jew tal-biedja organika previsti fil-Kapitolu IV, kull wieħed minn dawn l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni għall-minimu ta’ tlieta msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b).

8.   Fil-programmi operazzjonali jista’ jkun hemm l-azzjonijiet proposti biex jiżguraw li l-ħaddiema fis-settur igawdu minn kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u sikuri.

Artikolu 51

Fondi operazzjonali

1.   Kull organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex jew l-assoċjazzjoni ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ produtturi tista’ tistabbilixxi fond operazzjonali. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’:

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji minn:

(i)

membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi stess jew it-tnejn; jew

(ii)

l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz tal-membri ta’ dik l-assoċjazzjoni;

(b)

l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, li tista’ tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-assoċjazzjonijiet tagħhom meta dawk l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet jippreżentaw programm operazzjonali.

2.   Il-fondi operazzjonali għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw il-programmi operazzjonali li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri.

Artikolu 52

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni għas-settur tal-frott u l-ħxejjex

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun ugwali għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 51(1), punt (a), attwalment imħallsa u limitata għal 50 % tan-nefqa reali mġarrba.

2.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal:

(a)

4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi;

(b)

4,5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c)

5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali.

Dawk il-limiti jistgħu jiżdiedu b’0,5 punt perċentwali dment li l-ammont li jaqbeż il-perċentwal rilevanti stabbilit fl-ewwel subparagrafu jintuża biss għal interventi wieħed jew aktar li jkunu marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (d), (e), (f), (h), (i) u (j). Fil-każ tal-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluż l-assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, dawk l-interventi jistgħu jiġu implimentati mill-assoċjazzjoni f’isem il-membri tagħha.

3.   Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % f’każ ta’ programm operazzjonali jew parti minn programm operazzjonali jekk mill-anqas tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali jimplimentaw fi żewġ Stati Membri jew f’aktar l-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (b), (e) u (f);

(b)

organizzazzjoni tal-produttur jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, waħda jew aktar, ikunu impenjati f’interventi mħaddma fuq bażi interprofessjonali;

(c)

il-programm operazzjonali jkun ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament (UE) 2018/848;

(d)

l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuta skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 timplimenta programm operazzjonali għall-ewwel darba;

(e)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex fi Stat Membru;

(f)

l-organizzazzjoni tal-produtturi topera f’wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi;

(g)

il-programm operazzjonali jinkludi l-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (d), (e), (f), (i) u (j);

(h)

il-programm operazzjonali jkun implimentat għall-ewwel darba minn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta li tkun ir-riżultat ta’ fużjoni bejn żewġ organizzazzjonijiet rikonoxxuti, jew aktar, tal-produtturi.

4.   Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 80 % għan-nefqa marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (d), jekk dik in-nefqa tkopri mill-inqas 5 % tan-nefqa skont il-programm operazzjonali.

5.   Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 80 % għan-nefqa marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (e) u (f), jekk dik in-nefqa tkopri mill-inqas 20 % tan-nefqa skont il-programm operazzjonali.

6.   Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każijiet li ġejjin:

(a)

l-irtirar mis-suq tal-frott u l-ħxejjex li ma jaqbżux il-5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li jitneħħew permezz ta’:

(i)

distribuzzjoni b’xejn lill-organizzazzjonijiet u lill-fondazzjonijiet tal-karità, approvati f’dan is-sens mill-Istati Membri, għall-użu fl-attivitajiet tagħhom biex jassistu persuni li d-dritt tagħhom għall-assistenza pubblika huwa rikonoxxut fil-liġi nazzjonali, b’mod partikolari peress li ma għandhomx il-mezzi meħtieġa għas-sussistenza;

(ii)

distribuzzjoni b’xejn lill-istituzzjonijiet penali, lill-iskejjel u lill-istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi, lill-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lill-kampijiet tal-btajjel tat-tfal kif ukoll lill-isptarijiet u lid-djar tal-anzjani nnominati mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet imqassmin b’dan il-mod ikunu addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw mit-tali stabbilimenti;

(b)

l-azzjonijiet relatati mal-ikkowċjar ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi oħra rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sakemm dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu minn reġjuni tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 53(2) ta’ dan ir-Regolament, jew ta’ produtturi individwali.

Artikolu 53

Assistenza finanzjarja nazzjonali

1.   Fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ikun taħt il-medja tal-Unjoni b’mod sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 51(1), punt (a) ta’ dan ir-Regolament u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. L-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tkun addizzjonali għall-fond operazzjonali.

2.   Il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun ta’ Stat Membru għandu jitqies li huwa sinifikament taħt il-medja tal-Unjoni fejn il-livell medju ta’ organizzazzjoni kien inqas minn 20 % għal tliet snin konsekuttivi qabel l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali. Il-livell ta’ organizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb fir-reġjun ikkonċernat u kkummerċjalizzat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb f’dak ir-reġjun.

3.   L-Istati Membri li jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont il-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-reġjuni li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dawk ir-reġjuni.

Taqsima 3

Settur tal-apikultura

Artikolu 54

Objettivi fis-settur tal-apikultura

L-Istati Membri għandhom isegwu mill-inqas wieħed mill-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) fis-settur tal-apikultura.

Artikolu 55

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura u assistenza finanzjarja mill-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għal kull objettiv speċifiku magħżul stabbilit fl-Artikolu 6(1) wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent li ġejjin fis-settur tal-apikultura:

(a)

servizzi ta’ konsulenza, assistenza teknika, taħriġ, informazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki, inkluż permezz ta’ networking, għal dawk li jrabbu n-naħal u l-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu n-naħal;

(b)

investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll azzjonijiet oħra, fosthom għal:

(i)

il-ġlieda kontra l-invażuri tal-kaxxi tan-naħal u l-mard fihom, partikolarment il-varroażi;

(ii)

il-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u l-promozzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni adattati għall-kondizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu;

(iii)

ir-ripopolazzjoni tal-kaxxi tan-naħal fl-Unjoni, inkluż it-trobbija tan-naħal;

(iv)

ir-razzjonalizzazzjoni tat-transumanza;

(c)

azzjonijiet li jappoġġaw il-laboratorji għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura, it-telf tan-naħal jew it-tnaqqis fil-produttività, u sustanzi potenzjalment tossiċi għan-naħal;

(d)

azzjonijiet biex jiġi ppreservat jew jiżdied l-għadd eżistenti ta’ kaxxi tan-naħal fl-Unjoni, inkluż it-tnissil tan-naħal;

(e)

il-kooperazzjoni ma’ korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura;

(f)

il-promozzjoni, il-komunikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni inkluż azzjonijiet ta’ monitoraġġ tas-suq u attivitajiet immirati b’mod partikolari lejn is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-kwalità tal-prodotti tal-apikultura;

(g)

azzjonijiet għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti.

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi speċifiċi u t-tipi ta’ intervent. Fi ħdan it-tipi ta’ intervent magħżula, huma għandhom jispeċifikaw l-interventi.

3.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-finanzjament ipprovdut minnhom għat-tipi ta’ intervent magħżula fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-inqas l-istess ammont ta’ finanzjament bħall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li jużaw abbażi tal-Artikolu 88(2) għall-appoġġ tat-tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   L-assistenza finanzjarja totali pprovduta mill-Unjoni u l-Istati Membri ma għandhiex taqbeż in-nefqa mġarrba mill-benefiċjarju.

6.   Meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tat-trobbija tan-naħal.

7.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom.

Artikolu 56

Setgħat delegati addizzjonali għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali għal dawk stabbiliti f’din it-Taqsima rigward:

(a)

l-obbligu tal-Istati Membri li kull sena jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom stabbilit fl-Artikolu 55(7);

(b)

definizzjoni ta’ kaxxa tan-naħal u l-metodi għall-kalkolu tal-għadd ta’ kaxxi tan-naħal;

(c)

il-kontribuzzjoni minima tal-Unjoni għan-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tat-tipi ta’ intervent u l-interventi msemmija fl-Artikolu 55.

Taqsima 4

Settur tal-inbid

Artikolu 57

Objettivi fis-settur tal-inbid

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandu jkollhom objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-inbid:

(a)

it-titjib tas-sostenibbiltà ekonomika u l-kompetittività tal-produtturi tal-inbid tal-Unjoni; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c) u (h);

(b)

il-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għat-titjib fis-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ produzzjoni u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, billi fost l-oħrajn jingħata appoġġ lil dawk li jkabbru d-dwieli għall-inbid biex inaqqsu l-użu tal-mezzi ta’ produzzjoni u jimplimentaw metodi u prattiki ta’ kultivazzjoni li jkunu aktar sostenibbli għall-ambjent; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsab fl-Artikolu 6(1), punti (d) sa (f) u (i);

(c)

it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-infurzar tal-obbligi tal-impjegaturi kif ukoll tar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f’konformità mad-Direttivi 89/391/KEE, 2009/104/KE u (UE) 2019/1152;

(d)

it-titjib tal-prestazzjoni tal-intrapriżi tal-inbid tal-Unjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda tal-kompetittività tagħhom fit-tul fil-produzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli, inkluż l-iffrankar fl-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija globali u l-proċessi sostenibbli; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (a) sa (e), (g) u (h);

(e)

il-kontribut għar-restawr tal-bilanċ tal-provvista u d-domanda fis-suq tal-inbid tal-Unjoni sabiex jiġu evitati l-kriżijiet fis-suq; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a);

(f)

il-kontribut għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi tal-Unjoni meta jġarrbu telf bħala konsegwenza ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta’ pesti; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a);

(g)

iż-żieda tal-kummerċjabbiltà u l-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji innovattivi, u ż-żieda tal-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina ta’ provvista; dak l-objettiv jista’ jinkludi t-trasferiment tal-għarfien u huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c), (e) u (i);

(h)

is-sostenn għall-użu tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid għal skopijiet industrijali u tal-enerġija sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni filwaqt li jitħares l-ambjent; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d) u (e);

(i)

il-kontribut għas-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u dwar l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni għall-inbid; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (b) u (i);

(j)

it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, inkluż il-ftuħ u d-diversifikazzjoni tas-swieq tal-inbid; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (b) u (h);

(k)

il-kontribut għaż-żieda tar-reżiljenza tal-produtturi kontra ċ-ċaqliq ekonomiku; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a).

Artikolu 58

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid

1.   Għal kull objettiv magħżul minn fost dawk stabbiliti fl-Artikolu 57, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent li ġejjin:

(a)

ir-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji, li huwa proċess li jikkonsisti minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

il-konverżjonijiet varjetali, anke permezz ta’ tilqim, biex fost affarijiet oħra titjieb il-kwalità jew is-sostenibbiltà ambjentali, għal raġunijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima jew għal żieda fid-diversità ġenetika;

(ii)

ir-rilokazzjoni ta’ vinji;

(iii)

it-taħwil mill-ġdid ta’ vinji fejn meħtieġ b’segwitu ta’ qlugħ tad-dwieli obbligatorju għal raġunijiet ta’ saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

(iv)

titjib tat-tekniki tal-ġestjoni tal-vinji, b’mod partikolari l-introduzzjoni ta’ sistemi avvanzati ta’ produzzjoni sostenibbli inkluż it-tnaqqis fl-użu ta’ pestiċidi, iżda bl-esklużjoni tas-sostituzzjoni normali ta’ vinji, li jikkonsisti mit-tħawwil mill-ġdid tal-istess varjetà ta’ għenba bl-istess sistema ta’ tkabbir tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom;

(b)

investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli f’sistemi agrikoli ta’ vinikultura, minbarra operazzjonijiet rilevanti għat-tip ta’ intervent previst fil-punt (a), fil-faċilitajiet tal-ipproċessar u fl-infrastruttura għall-fabbriki tal-inbid, kif ukoll fl-istrutturi u l-għodod ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(c)

il-qtugħ bikri, li jfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed tal-għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b’hekk jitnaqqas ir-rendiment taż-żona rilevanti għal żero, u eskluż in-nuqqas ta’ qtugħ, jiġifieri li l-għeneb kummerċjali jitħallew fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali ta’ produzzjoni;

(d)

l-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur kontra telf fl-introjtu li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi assimilati ma’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, ħsara kkawżata mill-annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-pesti;

(e)

investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-innovazzjoni li jikkonsistu fl-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi, inkluż prodotti mill-produzzjoni tal-inbid u prodotti sekondarji tagħha, proċessi u teknoloġiji innovattivi għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid u d-diġitalizzazzjoni ta’ dawk il-proċessi u t-teknoloġiji, kif ukoll investimenti oħra li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista, inkluż għall-iskambju tal-għarfien u l-kontribut għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

(f)

servizzi ta’ konsulenza, b’mod partikolari dwar il-kondizzjonijiet tal-impjieg, l-obbligi tal-impjegaturi u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(g)

id-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid imwettqa skont ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-Parti II, Taqsima D, tal-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(h)

azzjonijiet ta’ informazzjoni dwar l-inbejjed tal-Unjoni mwettqa fl-Istati Membri li jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli tal-inbid jew li jippromwovu l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni li jkopru d-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi;

(i)

azzjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti mill-Istati Membri fis-settur tal-inbid skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandhom l-għan li jtejbu r-reputazzjoni tal-vinji tal-Unjoni billi jippromwovu t-turiżmu tal-inbid fir-reġjuni tal-produzzjoni;

(j)

azzjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti mill-Istati Membri fis-settur tal-inbid skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bil-għan li jittejjeb l-għarfien tas-suq;

(k)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni mwettqa f’pajjiżi terzi, li tikkonsisti f’waħda jew aktar mill-azzjonijiet u l-attivitajiet li ġejjin immirati lejn it-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-inbid, u l-ftuħ, id-diversifikazzjoni jew il-konsolidazzjoni tas-swieq:

(i)

azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi, promozzjoni jew reklamar, b’mod partikolari li jenfasizzaw l-istandards għoljin tal-prodotti tal-Unjoni, b’mod speċjali f’termini ta’ kwalità, sikurezza tal-ikel jew l-ambjent;

(ii)

parteċipazzjoni f’avvenimenti, fieri jew wirjiet ta’ importanza internazzjonali;

(iii)

kampanji ta’ informazzjoni, b’mod partikolari dwar l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni li jkopru d-denominazzjonijiet ta’ oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-produzzjoni organika;

(iv)

studji ta’ swieq ġodda jew eżistenti li huma meħtieġa għall-espansjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli;

(v)

studji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-operazzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni;

(vi)

it-tħejjija ta’ fajls tekniċi, inkluż testijiet u valutazzjonijiet tal-laboratorji, dwar il-prattiki enoloġiċi, ir-regoli fitosanitarji u tal-iġjene, kif ukoll rekwiżiti oħra ta’ pajjiżi terzi għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, biex ikun hemm aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi jew jiġu evitati r-restrizzjonijiet għal dan l-aċċess;

(l)

assistenza temporanja u digressiva biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment ta’ fondi mutwi;

(m)

investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli li għandhom l-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-inbid billi:

(i)

itejbu l-użu u l-ġestjoni tal-ilma;

(ii)

jikkonvertu l-produzzjoni għal waħda organika;

(iii)

jintroduċu tekniki integrati ta’ produzzjoni;

(iv)

jinxtara tagħmir għall-preċiżjoni jew metodi ta’ produzzjoni diġitalizzati;

(v)

jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-ħamrija u t-titjib tas-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija;

(vi)

joħolqu jew iħarsu ħabitats li jiffavorixxu l-bijodiversità jew iż-żamma tal-pajsaġġ, inkluż il-konservazzjoni tal-karatteristiċi storiċi; jew

(vii)

inaqqsu l-produzzjoni tal-iskart u t-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart.

L-ewwel subparagrafu, punt (k), għandu japplika biss għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew għal inbejjed b’indikazzjoni tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid. L-operazzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni mmirati lejn il-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli għandhom ikunu limitati għal tul massimu ta’ tliet snin, li ma jistax jiġi estiż, u għandhom jikkonċernaw biss l-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni li jkopru d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi u tat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid. Fit-tipi ta’ intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-interventi.

L-Istati Membri li għażlu t-tipi ta’ intervent previsti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (k) ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-azzjonijiet u l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-tul ta’ żmien massimu tagħhom.

3.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu V, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jagħtu skeda ta’ implimentazzjoni għat-tipi ta’ intervent magħżula, l-interventi u tabella finanzjarja ġenerali li turi r-riżorsi li jridu jintużaw u l-allokazzjoni prevista tar-riżorsi bejn it-tipi ta’ intervent magħżula u bejn l-interventi skont l-allokazzjoni finanzjarji stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 59

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni għas-settur tal-inbid

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż reali għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, jew il-75 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji fir-reġjuni inqas żviluppati.

Madankollu dik l-assistenza finanzjarja tista’, għal art wieqfa u art imtarrġa f’żoni fejn l-inklinazzjoni tkun akbar minn 40 %, tasal sa 60 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, jew sa 80 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji f’reġjuni inqas żviluppati.

L-assistenza tista’ tieħu biss il-forma ta’ kumpens għall-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-intervent u kontribuzzjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni. Il-kumpens għall-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-intervent jista’ jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

il-permess li dwieli qodma u ġodda jikkoeżistu għal perijodu massimu li ma għandux jaqbeż it-tliet snin;

(b)

kumpens finanzjarju għal perijodu massimu li ma għandux jaqbeż it-tliet snin.

2.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), ma għandhiex taqbeż:

(a)

50 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni anqas żviluppati;

(b)

40 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni għajr ir-reġjuni inqas żviluppati;

(c)

75 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(d)

65 % tal-ispejjeż ta’ investimenti eliġibbli fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni bir-rata massima stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata biss lill-intrapriżi mikro, żgħar u medji skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (43). Madankollu, tista’ tingħata lill-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.

Għall-intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b’anqas minn 750 impjegat jew bi dħul annwali ta’ anqas minn EUR 200 miljun, il-livelli massimi tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitnaqqsu bin-nofs.

L-ebda assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandha tingħata lill-intrapriżi f’diffikultà skont it-tifsira tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata “Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà” (44).

3.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-qtugħ bikri tal-għeneb imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c), ma għandhiex taqbeż il-50 % tas-somma tal-ispejjeż diretti tal-qerda jew tat-tneħħija tal-għenieqed tal-għeneb u t-telf tad-dħul relatat mat-tali qerda jew tneħħija.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punti (i), (j) u (m), ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż diretti jew eliġibbli.

5.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (d), ma għandhiex taqbeż:

(a)

80 % tal-ispiża tal-premiums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra t-telf li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali;

(b)

50 % tal-ispiża tal-premiums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra:

(i)

telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi oħra;

(ii)

telf ikkawżat minn annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet tal-pesti.

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur tista’ tingħata jekk il-pagamenti tal-assigurazzjoni inkwistjoni ma jikkumpensawx lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf tal-introjtu li jkunu ġarrbu, filwaqt li jittieħed kont ta’ kwalunkwe kumpens li l-produtturi jkunu setgħu kisbu minn skemi oħra ta’ appoġġ relatati mar-riskju assigurat. Il-kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom jeħtieġu li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ prevenzjoni tar-riskju.

6.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-innovazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (e), ma għandhiex taqbeż:

(a)

50 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni anqas żviluppati;

(b)

40 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni għajr ir-reġjuni inqas żviluppati;

(c)

80 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(d)

65 % tal-ispejjeż ta’ investimenti eliġibbli fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni bir-rata massima tagħha stabbilita fl-ewwel subparagrafu, għandha tingħata biss lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; madankollu, tista’ tingħata lill-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.

Għall-intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, b’anqas minn 750 impjegat jew bi dħul annwali ta’ anqas minn EUR 200 miljun, il-livelli massimi tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jitnaqqas bin-nofs.

7.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u għall-promozzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punti (h) u (k), ma għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli.

Barra minn hekk, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) jistgħu jagħtu pagamenti nazzjonali sa 30 % tan-nefqa eliġibbli, iżda l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni u l-pagamenti tal-Istati Membri flimkien ma għandhomx jaqbżu 80 % tan-nefqa eliġibbli.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (g), skont ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 60(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

Artikolu 60

Regoli speċifiċi dwar l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għas-settur tal-inbid

1.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur ma tikkawżax distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

2.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi biex jiġi żgurat li l-qtugħ bikri tal-għeneb ma jwassalx għal kumpens ta’ produtturi individwali li jkun aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 59(3).

3.   L-ammont tal-assistenza mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (g), għandu jkun stabbilit għal kull % tal-volum u għal kull ettolitru ta’ alkoħol prodott. L-ebda assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandha titħallas għall-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fil-prodotti sekondarji li jkunu ser jiġu ddistillati li jkun aktar minn 10 % relattivament mal-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fl-inbid prodott.

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid titħallas lid-distillaturi li jipproċessaw il-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid ikkonsenjati għall-finijiet tad-distillazzjoni f’alkoħol mhux raffinat li jkollu saħħa alkoħolika ta’ mill-inqas 92 % skont il-volum.

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tinkludi somma f’daqqa biex tikkumpensa għall-ispejjeż tal-ġbir tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid. Dak l-ammont għandu jiġi ttrasferit mid-distillatur għall-produttur f’każijiet fejn dan tal-aħħar jerfa’ l-ispejjeż rilevanti.

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li l-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid li għalih tkun ingħatat assistenza finanzjarja mill-Unjoni jintuża esklużivament għal skopijiet industrijali jew ta’ enerġija li ma jikkawżawx distorsjoni tal-kompetizzjoni.

4.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li mill-anqas 5 % tan-nefqa tkun allokata minn qabel u li mill-anqas azzjoni waħda tiġi adottata biex jintlaħqu l-objettivi favur il-protezzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-titjib tas-sostenibbiltà tas-sistemi u l-proċessi tal-produzzjoni, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, l-iffrankar tal-enerġija u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika globali fis-settur tal-inbid, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 57, punti (b), (d) u (h).

Taqsima 5

Is-settur tal-ħops

Artikolu 61

Objettivi u tipi ta’ intervent fis-settur tal-ħops

1.   Il-Ġermanja għandu jkollha fis-settur tal-ħops objettiv wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46, punti (a) sa (h), (j) u (k).

2.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha, il-Ġermanja għandha tagħżel wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47 biex twettaq l-objettivi magħżula kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fit-tipi ta’ intervent magħżula, il-Ġermanja għandha tispeċifika l-interventi. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha, hija għandha tissostanzja l-għażla tal-objettivi, tat-tipi ta’ intervent u l-interventi biex tissodisfa dawk l-objettivi.

3.   L-interventi speċifikati mill-Ġermanja għandhom jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

4.   Il-programmi operazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(2), (4), (5), (6) u (8).

5.   Il-Ġermanja għandha tiżgura li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni pprovduta lil kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont dan l-Artikolu għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h), ma taqbiżx, bħala medja fuq tliet snin konsekuttivi, terz tat-total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni li jkunu rċevew għall-programm operazzjonali rispettiv tagħhom matul l-istess perijodu.

Artikolu 62

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

1.   Fl-allokazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Artikolu 88(3), il-Ġermanja għandha talloka l-assistenza finanzjarja massima mill-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-assoċjazzjonijiet tagħhom li jimplimentaw il-programmi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 61(3) b’mod proporzjonali għall-għadd ettari kkultivati bil-ħops irrappreżentati minn kull organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   Fl-ammonti massimi allokati lil kull organizzazzjoni tal-produtturi jew għal kull assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi skont il-paragrafu 1, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 61 għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta’ intervent imsemmija f’dak l-Artikolu. Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni li tibbenefika mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni.

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha titħallas lill-fondi operazzjonali stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jimplimentaw il-programmi operazzjonali. Għal dan il-fini, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal 100 %:

(a)

għat-tipi ta’ intervent marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (d), (e), (f) u (h);

(b)

għall-interventi ta’ ħżin kollettiv, servizzi ta’ konsulenza, assistenza teknika, taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki marbuta ma’ objettiv wieħed jew maż-żewġ objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (a) u (j).

Taqsima 6

Is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda

Artikolu 63

Objettivi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda

Il-Greċja, Franza u l-Italja għandu jkollhom fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, objettiv wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46, punti (a) sa (h), (j) u (k).

Artikolu 64

Tipi ta’ intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 63, il-Greċja, Franza u l-Italja għandhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jagħżlu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47. Fi ħdan it-tipi ta’ intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-interventi.

2.   L-interventi speċifikati mill-Greċja, Franza u l-Italja għandhom jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għal dan il-fini, l-Artikolu 50(2), (4), (5), (6) u (8) u l-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(3).

Artikolu 65

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli ma għandhiex taqbeż:

(a)

75 % tan-nefqa reali mġarrba għall-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (a) sa (f), (h) u (k);

(b)

75 % tan-nefqa reali mġarrba għall-investimenti ta’ assi fissi u 50 % għal interventi oħra marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (g);

(c)

50 % tan-nefqa reali mġarrba għall-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (j);

(d)

75 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(1), punti (f) u (h), fejn il-programm operazzjonali huwa implimentat f’mill-anqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi minn mill-anqas żewġ Stati Membri produtturi, jew 50 % meta dik il-kondizzjoni ma tiġix issodisfata.

2.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 30 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata minn kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-2023 u l-2024, 15 % fl-2025 u l-2026 u 10 % mill-2027 ’il quddiem.

3.   Il-Greċja, Franza u l-Italja jistgħu jipprovdu finanzjament komplementari tal-fondi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 51 sa 50 % tal-ispejjeż mhux koperti mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni.

4.   Il-Greċja, Franza u l-Italja għandhom jiżguraw li n-nefqa fuq it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h), ma jaqbiżx terz tan-nefqa totali taħt kull programm operazzjonali kif stabbilit fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Taqsima 7

Setturi oħra

Artikolu 66

Objettivi f’setturi oħra

Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu dawk is-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punt (f), li fihom jimplimentaw it-tipi ta’ intervent stabbiliti fl-Artikolu 47. Għal kull settur li l-Istati Membri jagħżlu, huma għandu jaħdmu biex jiksbu objettiv wieħed, jew aktar, mill-objettivi kif jinsabu fl-Artikolu 46, punti (a) sa (h), (j) u (k). L-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom ta’ setturi u objettivi.

Artikolu 67

Tipi ta’ intervent f’ setturi oħra

1.   Għal kull settur magħżul f’konformità mal-Artikolu 66, l-Istati Membri għandhom jagħżlu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47 biex jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali mfassla minn:

(a)

organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu; jew

(b)

kooperattivi, kif ukoll forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn il-produtturi li jkunu magħmula fuq l-inizjattiva tal-produtturi u kkontrollati minnhom, li ġew identifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bħala gruppi ta’ produtturi, għal perijodu tranżizzjonali sa erba’ snin mill-bidu ta’ programm operazzjonali approvat li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji biex gruppi jiġu identifikati bħala gruppi ta’ produtturi u għandhom jiddeterminaw l-attivitajiet u l-objettivi tal-gruppi ta’ produtturi msemmija fil-paragrafu 1, punt (b), bil-għan li dawk il-gruppi ta’ produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikoli 152 sa 154 jew 161 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-gruppi tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1, punt (b), minbarra l-programm operazzjonali, għandhom ifasslu u jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent bil-għan li fil-perijodu tranżizzjonali msemmi f’dak il-punt, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 152 sa 154 jew 161 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu għar-rikonoxximent bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Il-pjan ta’ rikonoxximent għandu jistabbilixxi l-attivitajiet u l-miri biex jiżgura l-progress lejn il-kisba ta’ rikonoxximent bħal dan.

L-appoġġ mogħti lil grupp tal-produtturi li mhuwiex rikonoxxut bħala organizzazzjoni tal-produtturi sa tmiem il-perijodu tranżizzjonali għandu jkun soġġett għal irkupru.

4.   L-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom ta’ tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw it-tipi ta’ intervent previsti f’din it-Taqsima għall-prodotti elenkati fl-Anness VI għandhom jispeċifikaw, għal kull settur li jagħżlu, il-lista ta’ prodotti koperti minn dak is-settur.

5.   It-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (c) u (f) sa (i), ma għandhomx japplikaw għall-qoton, iż-żerriegħa tal-lift u tal-kolza, iż-żerriegħa tal-ġirasol u l-fażola tas-sojja inklużi fl-Anness VI.

6.   Il-programmi operazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(2), (4), (5), (6) u (8).

7.   L-Istati Membri li jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (f), fis-settur tal-qoton għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’konformità mar-rekwiżiti u bl-użu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 152(1) u fl-Artikoli 153 sa 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-gruppi tal-produtturi tal-qoton u l-federazzjonijiet ta’ tali gruppi tal-produtturi rikonoxxuti mill-Istati Membri f’konformità mal-Protokoll Nru 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-1979 tar-Repubblika Ellenika qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, jitqiesu li huma organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, rispettivament.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nefqa fuq it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h) ma jaqbiżx terz tan-nefqa totali taħt kull programm operazzjonali kif stabbilit fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Artikolu 68

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 67. Il-benefiċjarji għandhom jagħmlu tajjeb għall-parti tan-nefqa li jifdal.

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha titħallas lill-fondi operazzjonali stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament jew mill-gruppi tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 67(1), punt (b) ta’ dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, għandhom japplikaw mutatis mutandis l-Artikolu 51 u l-Artikolu 52(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel ħames snin wara s-sena tar-rikonoxximent.

3.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’:

(a)

kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 67(1), punt (a); jew

(b)

Kull grupp ta’ produtturi msemmi fl- Artikolu 67(1), punt (b).

KAPITOLU IV

TIPI TA’ INTERVENT GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Taqsima 1

Tipi ta’ intervent

Artikolu 69

Tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali

It-tipi ta’ intervent skont dan il-Kapitolu għandhom jikkonsistu f’pagamenti jew f’appoġġ fir-rigward ta’:

(a)

impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni;

(b)

restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra tar-reġjun;

(c)

żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji;

(d)

investimenti, inkluż investimenti fl-irrigazzjoni;

(e)

l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda u l-bidu tan-negozji rurali;

(f)

għodod għall-ġestjoni tar-riskju;

(g)

kooperazzjoni;

(h)

skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni.

Artikolu 70

Impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinkludu impenji agroambjentali klimatiċi fost l-interventi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jistgħu jinkludu fihom impenji oħra ta’ ġestjoni. Il-pagamenti għal dawk l-impenji għandhom jingħataw skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti biss lill-bdiewa jew benefiċjarji oħra li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta’ ġestjoni meqjusa ta’ benefiċċju għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

3.   Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprevedu pagamenti biss għal impenji li:

(a)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Kapitolu I, Taqsima 2;

(b)

imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew għat-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali u mil-liġi tal-Unjoni; dak ir-rekwiżit ma japplikax għal impenji marbuta mas-sistemi tal-agroforestrija u ż-żamma taż-żoni msaġġra;

(c)

imorru lil hinn mill-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont l-Artikolu 4(2);

(d)

huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 31.

Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, l-appoġġ jista’ jingħata għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-pagamenti li għadhom isiru abbażi tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda, b’kont meħud tal-miri stabbiliti. Dawk il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala pagament ta’ darba għal kull unità.

5.   L-Istati Membri jistgħu jippromwovu u jappoġġaw l-iskemi kollettivi u l-iskemi ta’ pagament bbażati fuq ir-riżultati sabiex iħeġġu lill-bdiewa jew lil benefiċjarji oħra jwettqu titjib sinifikanti fil-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar jew b’mod li jista’ jitkejjel.

6.   L-impenji għandhom jittieħdu għal perijodu ta’ minn ħames sa seba’ snin.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jiddeterminaw:

(a)

perijodu itwal għal tipi ta’ impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista l-estensjoni annwali tagħhom wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali, fejn tali perijodu itwal ikun neċessarju jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali jew għat-trattament xieraq tal-annimal;

(b)

perijodu iqsar ta’ mill-anqas sena għal impenji għat-trattament xieraq tal-annimali, għal impenji għall-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi, għall-konverżjoni għall-biedja organika, għal impenji ġodda li jittieħdu eżatt wara l-impenn imwettaq fil-perijodu inizjali jew f’każijiet oħra debitament ġustifikati.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi prevista klawżola ta’ reviżjoni għal operazzjonijiet implimentati skont it-tip ta’ intervent imsemmi f’dan l-Artikolu sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom bħala konsegwenza ta’ emendi għall-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 li l-impenji għandhom imorru lil hinn minnhom jew li tiġi żgurata l-konformità mal-ewwel subparagrafu, punt (d), ta’ dak il-paragrafu. Jekk tali aġġustament ma jiġix aċċettat mill-benefiċjarju, l-impenn għandu jiskadi u ma jkun meħtieġ ebda rimborż tal-pagamenti taħt dan l-Artikolu fir-rigward tal-perijodu li matulu l-impenn kien effettiv.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tiġi prevista klawżola ta’ reviżjoni għal operazzjonijiet implimentati skont it-tip ta’ intervent imsemmija f’dan l-Artikolu li jestendu lil hinn mill-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sabiex jippermettu l-aġġustament tagħhom fil-qafas legali applikabbli fil-perijodu sussegwenti.

8.   Meta l-appoġġ skont dan l-Artikolu jingħata għall-impenji agroambjentali-klimatiċi jew għall-impenji għall-konverżjoni jew għaż-żamma tal-prattiki u l-metodi tal-biedja organika kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/848, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru. Għal impenji oħra, l-Istati Membri jistgħu japplikaw unitajiet oħra minflok ettari. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu bħala somma f’daqqa.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jwettqu operazzjonijiet f’dan it-tip ta’ intervent ikollhom aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jimplimentaw tali operazzjonijiet, u li, sabiex jiġu megħjuna l-bdiewa li jieħdu l-impenn li jibdlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom, taħriġ xieraq ikun disponibbli għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għal għarfien espert.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma’ dawk ibbażati fuq l-Artikolu 31.

Artikolu 71

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2).

2.   Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw lil bdiewa attivi fir-rigward taż-żoni indikati skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

3.   L-Istati Membri jistgħu jwettqu eżerċizzju ta’ rfinar f’konformità mal-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 32(3), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti skont dan l-Artikolu biss sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona kkonċernata.

5.   L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkulati fir-rigward tar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona, b’kuntrast ma’ żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona.

6.   Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona agrikola.

Artikolu 72

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE jew 2000/60/KE bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

2.   Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw lill-bdiewa, lis-sidien tal-foresti u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom kif ukoll lil ġestjonarji oħra tal-art.

3.   Meta jiddeterminaw iż-żoni bi żvantaġġi l-Istati Membri jistgħu jinkludu waħda jew aktar miż-żoni li ġejjin:

(a)

żoni agrikoli u forestali tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(b)

żoni ta’ protezzjoni tan-natura delimitati oħra b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja jew għall-forestrija li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawn iż-żoni ma jaqbżux 5 % taż-żoni deżinjati tan-Natura 2000 koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK;

(c)

żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċir tax-xmara skont id-Direttiva 2000/60/KE.

4.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti skont dan l-Artikolu sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mal-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata, inkluż l-ispejjeż tat-tranżazzjoni.

5.   L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkolati:

(a)

fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti tal-KAAT stabbiliti skont il-Kapitolu I, Taqsima 2, ta’ dan it-Titolu kif ukoll il-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE, b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti, għajr għar-RSĠ 1 elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament, u mill-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Kapitolu I, Taqsima 2, ta’ dan it-Titolu kif ukoll il-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

6.   Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru.

Artikolu 73

Investimenti

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-investimenti bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu lil dawk l-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 6(1) u (2).

Fir-rigward ta’ azjendi li huma akbar minn ċertu daqs, li għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-appoġġ għas-settur tal-forestrija għandu jkun bil-kondizzjoni tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa, adottati fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa li sar f’Helsinki fis-16 u s-17 ta’ Ġunju 1993.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ investimenti u kategoriji ta’ nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

ix-xiri ta’ drittijiet għall-produzzjoni agrikola;

(b)

ix-xiri ta’ intitolamenti għal pagament;

(c)

ix-xiri ta’ art għal ammont li jaqbeż 10 % tan-nefqa eliġibbli totali għall-operazzjoni kkonċernata, bl-eċċezzjoni tax-xiri ta’ art għall-konservazzjoni ambjentali u għall-preservazzjoni ta’ ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju jew art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji; fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, dak il-limitu massimu għandu japplika għan-nefqa pubblika eliġibbli mħallsa lir-riċevitur finali jew, fil-każ tal-garanziji, għall-ammont tas-self sottostanti;

(d)

ix-xiri ta’ annimali, u x-xiri ta’ pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom, għal skop ieħor għajr:

(i)

ir-restawr tal-potenzjal agrikolu jew forestali wara diżastru naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avveniment katastrofiku;

(ii)

il-protezzjoni tal-bhejjem minn predaturi kbar jew bhejjem li jintużaw fil-forestrija minflok ma jintuża makkinarju;

(iii)

it-trobbija ta’ razez fil-periklu kif definit fl-Artikolu 2, punt (24), tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45) skont l-impenji msemmija fl-Artikolu 70; jew

(iv)

il-preservazzjoni ta’ varjetajiet ta’ pjanti taħt theddida ta’ erożjoni ġenetika skont l-impenji msemmija fl-Artikolu 70;

(e)

ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta’ għotjiet mogħtija fil-forma ta’ sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta’ garanzija;

(f)

investimenti f’infrastruttura fuq skala kbira, kif iddeterminat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, li mhix parti mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ħlief għall-broadband u għal azzjonijiet preventivi kontra l-għargħar jew biex jipproteġu l-kosta mmirati biex inaqqsu l-konsegwenzi ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi probabbli;

(g)

l-investimenti fl-afforestazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-objettivi marbuta mal-ambjent u l-klima f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u għar-Riforestazzjoni.

L-ewwel subparagrafu, punti (a), (b), (d) u (f), ma għandhomx japplikaw fejn jiġi provdut appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji.

4.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal rata waħda jew aktar li ma jaqbżux 65 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Ir-rati massimi tal-appoġġ jistgħu jiżdiedu:

(a)

sa 80 % għall-investimenti li ġejjin:

(i)

investimenti marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), u fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i);

(ii)

investimenti minn bdiewa żgħażagħ li jissodisfaw il-kondizzjonijiet previsti mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f’konformità mal-Artikolu 4(6);

(iii)

investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew;

(b)

sa 85 % għall-investimenti ta’ azjendi agrikoli żgħar, kif iddeterminat mill-Istati Membri;

(c)

sa 100 % għall-investimenti li ġejjin:

(i)

l-afforestazzjoni, l-istabbiliment u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi tal-agroforestrija, il-konsolidazzjoni tal-art fil-forestrija u investimenti mhux produttivi marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), inkluż investimenti mhux produttivi mmirati lejn il-protezzjoni tal-bhejjem u l-għelejjel kontra ħsara kkawżata minn annimali selvaġġi;

(ii)

l-investimenti fis-servizzi bażiċi f’żoni rurali u l-infrastruttura fl-agrikoltura u l-forestrija, kif iddeterminat mill-Istati Membri;

(iii)

investimenti fir-restawr ta’ potenzjal agrikolu jew tal-forestrija wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi u investimenti f’azzjonijiet preventivi xierqa, kif ukoll investimenti fiż-żamma tas-saħħa tal-foresti;

(iv)

l-investimenti mhux produttivi appoġġati permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u proġetti tal-gruppi operazzjonali tal-EIP kif imsemmi fl-Artikolu 127(3) ta’ dan ir-Regolament.

5.   Meta l-liġi tal-Unjoni tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ rekwiżiti ġodda fuq il-bdiewa, jista’ jingħata appoġġ biex l-investimenti jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti għal mhux aktar minn 24-il xahar mid-data meta jsiru obbligatorji għall-azjenda.

Artikolu 74

Investimenti fl-irrigazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investimenti fl-irrigazzjoni f’żoni ta’ irrigazzjoni ġodda u eżistenti, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 73 f’dan l-Artikolu.

2.   L-investimenti fl-irrigazzjoni għandhom jiġu appoġġati biss fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun bagħat lill-kummissjoni pjan ta’ ġestjoni tal-baċir ta’ xmara, kif previst fid-Direttiva 2000/60/KE għaż-żona kollha li fiha ser isir l-investiment, kif ukoll għal kwalunkwe żona oħra fejn l-ambjent tagħha jista’ jiġi affettwat mill-investiment. Il-miżuri li jidħlu fis-seħħ skont il-pjan ta’ ġestjoni tal-baċir ta’ xmara skont l-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva u li jkunu ta’ rilevanza għas-settur agrikolu għandhom ikunu speċifikati fil-programm rilevanti ta’ miżuri.

3.   Fil-post għandu jkun hemm arloġġi tal-ilma li jippermettu l-kejl tal-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat jew għandhom jitqiegħdu fil-post bħala parti mill-investiment.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investiment f’titjib għal installazzjoni ta’ irrigazzjoni jew element ta’ infrastruttura ta’ irrigazzjoni eżistenti biss jekk:

(a)

jiġi vvalutat ex ante bħala li joffri ffrankar potenzjali tal-ilma li jirrifletti l-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew l-infrastruttura eżistenti;

(b)

fejn l-investiment jaffettwa korpi tal-ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala inqas minn tajjeb fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara rilevanti għal raġunijiet relatati mal-kwantità tal-ilma, għandu jinkiseb tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma li jikkontribwixxi għall-kisba ta’ status tajjeb ta’ dawk il-korpi tal-ilma, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perċentwali għall-iffrankar potenzjali tal-ilma u għat-tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma bħala kondizzjoni ta’ eliġibbiltà fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 111, punt (d). Dan l-iffrankar tal-ilma għandu jirrifletti l-ħtiġijiet stabbiliti fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE elenkati fl-Anness XIII għal dan ir-Regolament.

Ebda waħda mill-kondizzjonijiet f’dan il-paragrafu ma għandha tapplika għal investiment f’installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika jew għal investiment fil-ħolqien ta’ ġiebja jew għal investiment fl-użu ta’ ilma reklamat li ma jaffettwax massa ta’ ilma ta’ taħt l-art jew ta’ ilma tal-wiċċ.

5.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investimenti fl-użu tal-ilma reklamat bħala provvista alternattiva tal-ilma biss jekk il-forniment u l-użu ta’ tali ilma jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46).

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investiment li jirriżulta f’żieda netta taż-żona ta’ raba’ saqwi li taffettwa korp partikolari ta’ ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ biss jekk:

(a)

l-istatus tal-korp ta’ ilma ma jkunx ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta’ ġestjoni rilevanti tal-baċir ta’ xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma; u

(b)

analiżi tal-impatt ambjentali turi li mhux ser ikun hemm impatt ambjentali negattiv sinifikanti mill-investiment; dik analiżi tal-impatt ambjentali għandha titwettaq jew tkun approvata mill-awtorità kompetenti u tista’ wkoll tirreferi għal gruppi ta’ azjendi.

7.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investiment fil-ħolqien jew l-espansjoni ta’ ġibjun għall-fini ta’ irrigazzjoni biss dment dan ma jwassalx għal impatt ambjentali negattiv sinifikanti.

8.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal rata waħda jew aktar li ma taqbiżx:

(a)

80 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investimenti tal-irrigazzjoni f’azjendi agrikoli li jsiru skont il-paragrafu 4;

(b)

100 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investimenti f’infrastruttura fl-agrikoltura mhux fl-azjendi agrikoli li għandhom jintużaw għall-irrigazzjoni;

(c)

65 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investimenti oħra tal-irrigazzjoni f’azjendi agrikoli.

Artikolu 75

L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda u l-bidu tan-negozji rurali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali, inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda, bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

2.   L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu biex jgħinu:

(a)

l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ li jissodisfaw il-kondizzjonijiet previsti mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f’konformità mal-Artikolu 4(6);

(b)

il-bidu ta’ negozji rurali marbuta mal-agrikoltura jew il-forestrija inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda, jew id-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi agrikoli f’attivitajiet mhux agrikoli;

(c)

il-bidu tan-negozju ta’ attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali relatati mal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-kontenut ta’ pjan tan-negozju li l-benefiċjarji jridu jipprovdu biex jirċievu l-appoġġ skont dan l-Artikolu.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta’ somom f’daqqa jew strumenti finanzjarji jew taħlita tat-tnejn. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 100 000 u jista’ jkun differenzjat skont kriterji oġġettivi.

Artikolu 76

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   Appoġġ taħt dan l-Artikolu jista’ jingħata biex jippromwovu l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa attivi jiġġestixxu r-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu marbuta mal-attività agrikola tagħhom li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħhom u li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

3.   L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom, jagħtu appoġġ għal tipi differenti ta’ strumenti ta’ ġestjoni tar-riskju, inkluż għodod għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu, u b’mod partikolari:

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala premiums għal skemi ta’ assigurazzjoni;

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi mutwi, inkluż għall-ispiża amministrattiva għall-istabbiliment.

4.   Meta jipprovdu l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

(a)

it-tipi u l-kopertura tal-għodod għall-ġestjoni tar-riskju eliġibbli;

(b)

il-metodoloġija għall-kalkolu tat-telf u l-fatturi ta’ attivazzjoni għall-kumpens;

(c)

ir-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi u, fejn rilevanti, għodod eliġibbli oħra għall-ġestjoni tar-riskju.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert it-telf li jmur lil hinn minn limitu ta’ mill-inqas 20 % tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin eskluż l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa. L-għodod tal-ġestjoni tar-riskju tal-produzzjoni settorjali għandhom jikkalkulaw it-telf fil-livell tal-azjenda jew fil-livell tal-attività tal-azjenda fis-settur ikkonċernat.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ fil-forma ta’ finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu taħt l-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 80(3) għall-kumpens tat-telf imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lil bdiewa li ma jipparteċipawx f’għodda għall-ġestjoni tar-riskju.

6.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal rata waħda jew aktar li ma taqbiżx is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed li jirriżulta meta l-interventi skont dan l-Artikolu jingħaqdu ma’ skemi għall-ġestjoni tar-riskju pubbliċi jew privati oħra.

Artikolu 77

Kooperazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex:

(a)

iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3);

(b)

iħejju u jimplimentaw LEADER;

(c)

jippromwovu u jappoġġaw skemi ta’ kwalità rikonoxxuti mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u l-użu tagħhom mill-bdiewa;

(d)

jappoġġaw gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(e)

iħejju u jimplimentaw strateġiji tal-irħula intelliġenti, kif determinat mill-Istati Membri;

(f)

jappoġġaw forom oħra ta’ kooperazzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu biss biex jippromwovu forom ġodda ta’ kooperazzjoni, inkluż dawk eżistenti jekk tinbeda attività ġdida. Dik il-kooperazzjoni għandha tinvolvi mill-anqas żewġ atturi u għandha tikkontribwixxi biex jinkiseb wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

3.   Skont dan l-Artikolu l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż relatati mal-aspetti kollha tal-kooperazzjoni.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-appoġġ bħala ammont globali skont dan l-Artikolu li jkopri l-ispejjeż tal-kooperazzjoni u l-ispejjeż tal-operazzjonijiet implimentati, jew jistgħu jkopru biss l-ispejjeż tal-kooperazzjoni u jużaw il-fondi minn tipi oħra ta’ intervent għall-iżvilupp rurali, jew minn strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni biex ikopru l-ispejjeż tal-operazzjonijiet implimentati.

Fejn l-appoġġ jitħallas bħala ammont globali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjoni implimentata tikkonforma mar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 70 sa 76 u 78.

Fil-każ ta’ LEADER, b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:

(a)

appoġġ għall-ispejjeż kollha eliġibbli għal appoġġ preparatorju skont l-Artikolu 34(1), punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji magħżula skont il-punti (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu għandu jingħata biss bħala ammont globali skont dan l-Artikolu; u

(b)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet implimentati li jikkonsistu f’investimenti jikkonformaw mar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni skont it-tip ta’ intervent għall-investimenti stabbiliti fl-Artikolu 73 ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri ma għandhomx jappoġġaw skont dan l-Artikolu l-kooperazzjoni li tinvolvi biss il-korpi ta’ riċerka.

6.   Fil-każ ta’ kooperazzjoni fil-kuntest tas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari għat-tiġdid ġenerazzjonali fil-livell ta’ azjenda, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ biss lill-bdiewa li jkunu, jew li ser ikunu sa tmiem l-operazzjoni, laħqu l-età tal-pensjoni ddeterminata mill-Istat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu.

7.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal massimu ta’ seba’ snin. Dik il-kondizzjoni ma għandhiex tapplika għal LEADER u f’każijiet debitament ġustifikati għall-azzjonijiet kollettivi marbuta mal-ambjent u l-klima neċessarji biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f).

8.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal:

(a)

azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għal skemi ta’ kwalità għal rata waħda jew aktar li ma taqbiżx 70 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(b)

l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali sa 10 % tal-produzzjoni annwali kummerċjalizzata tal-grupp jew tal-organizzazzjoni b’massimu ta’ EUR 100 000 fis-sena; dak l-appoġġ għandu jkun digressiv u limitat għall-ewwel ħames snin wara r-rikonoxximent.

Artikolu 78

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-iskambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif spjegat aktar fid-dettall fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) filwaqt li jqiegħdu fil-mira speċifikament il-protezzjoni tan-natura, l-ambjent u l-klima, inkluż l-edukazzjoni ambjentali u l-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp tan-negozji u l-komunitajiet rurali.

2.   L-appoġġ skont dan l-Artikolu jista’ jkopri l-ispejjeż ta’ azzjoni rilevanti għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, it-taħriġ u l-konsultazzjoni u forom oħra ta’ skambju ta’ għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni, inkluż permezz tat-tfassil u l-aġġornament ta’ pjanijiet u studji bl-għan tal-iskambju tal-għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni. Tali azzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

3.   L-appoġġ għal servizzi ta’ konsulenza għandu jingħata biss għal servizzi ta’ konsulenza li jikkonformaw mal-Artikolu 15(3).

4.   Għall-istabbiliment ta’ servizzi ta’ konsulenza, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ fil-forma ta’ ammont fiss sa massimu ta’ EUR 200 000. Huma għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata għal żmien limitat.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati taħt dan it-tip ta’ intervent jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-AKIS prevista fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 114, punt (a)(i) u jkunu konsistenti magħha.

Taqsima 2

Elementi li japplikaw għal diversi tipi ta’ intervent

Artikolu 79

Għażla tal-operazzjonijiet

1.   Wara konsultazzjoni mal-kumitat ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 124 (“il-kumitat ta’ monitoraġġ”), l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali fejn rilevanti, jew korpi intermedji deżinjati għandhom jistabbilixxu l-kriterji tal-għażla għall-interventi marbuta mat-tipi ta’ intervent li ġejjin: l-investimenti, l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda u l-bidu ta’ negozji rurali, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni. Dawk il-kriterji tal-għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-immirar tal-appoġġ skont il-fini tal-interventi.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji tal-għażla għall-interventi ta’ investiment li jimmiraw b’mod ċar għal finijiet ambjentali jew li jitwettqu b’rabta mal-attivitajiet ta’ restawr.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, jista’ jiġi stabbilit metodu ta’ għażla differenti f’każijiet debitament ġustifikati wara konsultazzjoni mal-kumitat ta’ monitoraġġ.

2.   Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni jew tal-korpi intermedji deżinjati stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1 għall-operazzjonijiet li jkunu rċevew ċertifikazzjoni tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont Orizzont 2020, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47), taħt Orizzont Ewropa jew taħt il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), bil-kondizzjoni li dak l-operazzjonijiet ikunu konsistenti mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

5.   Operazzjoni sħiħa jew parti minnha tista’ tiġi implimentata barra mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Artikolu 80

Regoli speċifiċi għall-istrumenti finanzjarji

1.   L-appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji msemmi fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jista’ jingħata skont it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikoli 73 sa 78 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn jingħata appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “strument finanzjarju”, “prodott finanzjarju”, “riċevitur finali”, “fond ta’ parteċipazzjoni”, “fond speċifiku”, “effett ta’ ingranaġġ”, “proporzjon multiplikatur”, “kostijiet ta’ ġestjoni” u “tariffi ta’ ġestjoni” kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, Kapitolu II, Taqsima II, ta’ dak ir-Regolament.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw il-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-kapital operatorju, inkluż il-kapital operatorju awtonomu, jista’ jkun nefqa eliġibbli skont l-Artikoli 73, 74, 76, 77 u 78 ta’ dan ir-Regolament, jekk huwa jikkontribwixxi għall-kisba ta’ mill-inqas objettiv speċifiku wieħed rilevanti għall-intervent kkonċernat. L-appoġġ għall-finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu skont kwalunkwe wieħed minn dawk l-Artikoli jista’ jiġi pprovdut mingħajr ma jkun soġġett għar-rekwiżit li r-riċevitur finali jirċievi appoġġ għal nefqa oħra skont l-istess Artikolu.

Għall-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE, l-ammont totali ta’ appoġġ għall-kapital operatorju pprovdut lil riċevitur finali ma għandux jaqbeż għotja grossa ekwivalenti ta’ EUR 200 000 fuq kwalunkwe perijodu ta’ tliet snin fiskali.

4.   B’deroga mill-Artikoli 73, 74, 76, 77 u 78, ir-rati ta’ appoġġ stabbiliti f’dawk l-Artikoli ma għandhomx japplikaw għall-finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu.

5.   In-nefqa eliġibbli ta’ strument finanzjarju għandha tkun l-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mħallsa minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5), jew, fil-każ ta’ garanziji, imwarrab għal kuntratti ta’ garanzija, mill-istrument finanzjarju fil-perijodu ta’ eliġibbiltà. Dak l-ammont għandu jikkorrispondi għal:

(a)

il-pagamenti lir-riċevituri finali fil-każ ta’ self, investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità;

(b)

ir-riżorsi mwarrba għal kuntratti ta’ garanzija, kemm jekk pendenti kif ukoll jekk ikunu diġà mmaturaw, sabiex jiġu onorati sejħiet possibbli ta’ garanzija għat-telf, ikkalkulat abbażi ta’ proporzjon multiplikatur stabbilit għas-self ġdid żburżat sottostanti rispettiv jew investimenti ta’ ekwità fir-riċevituri finali;

(c)

il-pagamenti lir-riċevituri finali jew għall-benefiċċju tagħhom meta l-istrumenti finanzjarji jiġu kkombinati ma’ kontribuzzjonijiet oħra tal-Unjoni f’operazzjoni ta’ strument finanzjarju uniku skont l-Artikolu 58(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(d)

il-pagamenti tat-tariffi ta’ ġestjoni u r-rimborż tal-ispejjeż ta’ ġestjoni mġarrba mill-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju.

Meta strument finanzjarju jiġi implimentat matul perijodi ta’ programmazzjoni konsekuttivi, jista’ jingħata appoġġ lil riċevituri finali jew għall-benefiċċju tagħhom, inkluż spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni, ibbażati fuq ftehimiet li jkunu saru skont il-perijodu ta’ programmazzjoni preċedenti, dment li tali appoġġ ikun konformi mar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-perijodu ta’ programmazzjoni sussegwenti. F’każijiet bħal dawn, l-eliġibbiltà tan-nefqa ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandha tiġi ddeterminata skont ir-regoli tal-perijodu ta’ programmazzjoni kkonċernat.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, punt (b), jekk l-entità li tibbenefika mill-garanziji ma tkunx żborżat l-ammont ippjanat ta’ self ġdid, ta’ investimenti ta’ ekwità jew kważi ekwità lir-riċevituri finali skont il-proporzjon multiplikatur, in-nefqa eliġibbli għandha titnaqqas proporzjonalment. Il-proporzjon multiplikatur jista’ jiġi rivedut meta dan ikun ġustifikat minn bidliet sussegwenti fil-kondizzjonijiet tas-suq. Tali reviżjoni ma għandux ikollha effett retroattiv.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, punt (d), ta’ dan il-paragrafu, it-tariffi ta’ ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Meta l-korpi li jimplimentaw fond ta’ parteċipazzjoni jintgħażlu permezz ta’ għoti dirett ta’ kuntratt skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont tal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista’ jiġi ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu massimu ta’ 5 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli żborżata lir-riċevituri finali f’self jew imwarrba għal kuntratti ta’ garanzija u sa 7 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli lir-riċevituri finali f’investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità.

Meta l-korpi li jimplimentaw fond speċifiku jintgħażlu permezz ta’ għoti dirett ta’ kuntratt skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont tal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista’ jiġi ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu massimu ta’ 7 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli żborżata lir-riċevituri finali f’self jew imwarrba għal kuntratti ta’ garanzija u sa 15 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli lir-riċevituri finali f’investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, punt (d), fejn il-korpi li jimplimentaw fond ta’ parteċipazzjoni jew fondi speċifiċi jintgħażlu permezz ta’ offerta kompetittiva f’konformità mal-liġi applikabbli, l-ammont tal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni għandu jiġi stabbilit fil-ftehim ta’ finanzjament u għandu jirrifletti r-riżultat tal-offerta kompetittiva.

Meta t-tariffi ta’ arranġamenti, jew kwalunkwe parti minnhom, ikunu imposti fuq ir-riċevituri finali, ma għandhomx jiġu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli.

Artikolu 81

L-użu tal-FAEŻR mogħti permezz ta’ InvestEU

1.   L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118 jew fit-talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 119, ammont sa 3 % tal-allokazzjoni totali inizjali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK li għandu jiġi kkontribwit lil InvestEU, u mogħti permezz tal-garanzija tal-UE u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkun fih ġustifikazzjoni għall-użu ta’ InvestEU u l-kontribut tiegħu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) u magħżula skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-ammont ikkontribwit għal InvestEU għandu jiġi implimentat f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/523.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont totali kontribwit għal kull sena. Fil-każ ta’ talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK, dawk l-ammonti għandhom jikkonċernaw biss snin futuri.

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment tal-Istat Membru u għaċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU, mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2021/523. L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull ftehim ta’ kontribuzzjoni jistgħu jsiru mill-Kummissjoni f’pagamenti parzjali annwali matul il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2027.

4.   Meta ftehim ta’ kontribuzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2021/523 għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu allokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ma jkunx ġie konkluż fi żmien erba’ xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova dak il-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 118 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont korrispondenti għandu jiġi riallokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK wara l-approvazzjoni ta’ talba għall-emendar mill-Istat Membru ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament.

Ftehim ta’ kontribuzzjoni għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu allokat f’talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK ippreżentata f’konformità mal-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi konkluż simultanjament mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova dak l-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

5.   Meta ftehim ta’ garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie konkluż fi żmien disa’ xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni, il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jiġi terminat jew jittawwal permezz ta’ ftehim reċiproku.

Meta l-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru f’InvestEU titwaqqaf, l-ammonti kkonċernati mħallsa fil-fond ta’ proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom jiġu rkuprati bħala dħul assenjat intern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju u l-Istat Membru għandu jressaq talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu biex juża l-ammonti rkuprati u l-ammonti allokati għal snin kalendarji futuri f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

It-terminazzjoni jew l-emendar tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandhom jiġu konklużi simultanjament mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emendar rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2026.

6.   Meta ftehim ta’ garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu 10(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie implimentat kif xieraq fil-perijodu maqbul fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, iżda mhux aktar minn erba’ snin mill-firma tal-ftehim ta’ garanzija, il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jiġi emendat. L-Istat Membru jista’ jitlob li l-ammonti kkontribwiti għall-garanzija tal-UE skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u impenjati fil-ftehim ta’ garanzija iżda li ma jkoprux self sottostanti, investimenti ta’ ekwità jew strumenti oħra li jġorru riskju jiġu ttrattati skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

7.   Ir-riżorsi ġġenerati mill-garanzija tal-UE jew li jistgħu jkunu attribwiti għall-ammonti kkontribwiti għaliha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 10(5), punt (a), tar-Regolament (EU) 2021/523 u għandhom jintużaw għall-appoġġ skont l-istess objettiv jew objettivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.

8.   Il-limitu ta’ żmien tad-diżimpenn awtomatiku kif previst fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għall-ammonti li jridu jintużaw mill-ġdid fi Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafi 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jibda fis-sena li fiha jsiru l-impenji baġitarji korrispondenti.

Artikolu 82

Adegwatezza u preċiżjoni tal-kalkolu tal-pagamenti

Meta jsiru pagamenti abbażi tal-ispejjeż addizzjonali u tal-introjtu mitluf skont l-Artikoli 70, 71 u 72, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u jiġu stabbiliti minn qabel abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dak l-għan, korpi li jkunu funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u li jkollhom l-għarfien espert xieraq għandhom iwettqu l-kalkoli jew jikkonfermaw l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.

Artikolu 83

Forom ta’ għotjiet

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 70, 71, 72 u 75, l-għotjiet skont dan il-Kapitoli jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

ir-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli realment imġarrba minn benefiċjarju;

(b)

il-kostijiet ta’ unità;

(c)

is-somom f’daqqa;

(d)

il-finanzjament b’rata fissa.

2.   L-ammonti għall-forom ta’ għotjiet imsemmija fil-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:

(i)

data statistika, informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert;

(ii)

data storika vverifikata tal-benefiċjarji individwali; jew

(iii)

l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi normali tal-ispejjeż tal-benefiċjarji individwali;

(b)

abbozzi ta’ baġits stabbiliti skont il-każ u maqbula ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni;

(c)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni tal-kostijiet ta’ unità, tas-somom f’daqqa u tar-rati fissi korrispondenti applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni;

(d)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet ta’ unità, somom f’daqqa u rati fissi korrispondenti applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-benefiċjarji għotjiet taħt il-kondizzjonijiet li jkunu jistgħu jitħallsu lura kompletament jew parzjalment kif speċifikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ u f’konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ħlasijiet lura mill-benefiċjarju għandhom isiru skont il-kondizzjonijiet miftiehma mill-awtorità ta’ ġestjoni u l-benefiċjarju;

(b)

l-Istati Membri għandhom jużaw mill-ġdid ir-riżorsi mħallsa lura mill-benefiċjarju għall-istess objettiv speċifiku tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sal-31 ta’ Diċembru 2029 jew fil-forma ta’ għotjiet taħt kondizzjonijiet, fil-forma ta’ strument finanzjarju jew f’forma oħra ta’ appoġġ; l-ammonti mħallsa lura u l-informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid tagħhom għandhom jiġu inklużi fl-aħħar rapport annwali tal-prestazzjoni;

(c)

l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-riżorsi jinżammu f’kontijiet separati jew taħt kodiċijiet xierqa ta’ kontabbiltà;

(d)

ir-riżorsi tal-Unjoni mħallsa lura mill-benefiċjarji fi kwalunkwe ħin iżda li ma jintużawx mill-ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2029, għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 84

Setgħat delegati għal rekwiżiti addizzjonali għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali għal dawk stipulati f’dan il-Kapitolu dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali:

(a)

impenji ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 70 li jikkonċernaw ir-riżorsi ġenetiċi u t-trattament xieraq tal-annimali;

(b)

skemi ta’ kwalità msemmija fl-Artikolu 77 fir-rigward tal-ispeċifiċità tal-prodott finali, l-aċċess għall-iskema, il-verifika ta’ speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott, it-trasparenza tal-iskema u t-traċċabbiltà tal-prodotti, kif ukoll ir-rikonoxximent mill-Istati Membri ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 85

Nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR

1.   Il-FAEG għandu jiffinanzja t-tipi ta’ intervent relatati ma’:

(a)

pagamenti diretti stabbiliti fl-Artikolu 16;

(b)

interventi f’ċerti setturi stabbiliti fit-Titolu III, Kapitolu III.

2.   Il-FAEŻR għandu jiffinanzja t-tipi ta’ intervent imsemmija fit-Titolu III, Kapitolu IV, u l-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94.

Artikolu 86

Eliġibbiltà tan-nefqa

1.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli:

(a)

għal kontribuzzjoni mill-FAEG mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena tal-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni;

(b)

għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, iżda mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2023.

2.   In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat tal-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG wara l-approvazzjoni ta’ dik l-emenda mill-Kummissjoni u mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 119(8).

3.   In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat tal-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għall-emendar, jew mid-data ta’ notifika tal-modifika msemmija fl-Artikolu 119(9).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’ jipprevedi li, fil-każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi jew bidla sinifikanti u f’daqqa fil-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tibda mid-data li fiha jkun seħħ l-avveniment.

4.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk din tkun iġġarrbet minn benefiċjarju u tkun tħallset sal-31 ta’ Diċembru 2029. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR biss jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti sal-31 ta’ Diċembru 2029.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-data tal-bidu tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarju. Id-data tal-bidu m’għandhiex tkun qabel l-1 ta’ Jannar 2023.

L-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament jew meta l-implimentazzjoni tagħhom tkun tlestiet kollha qabel ma titressaq l-applikazzjoni għall-appoġġ lill-awtorità ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk ikunux saru l-pagamenti relatati kollha.

Madankollu, l-operazzjonijiet relatati mal-kultivazzjoni bikrija ta’ popolamenti ta’ nebbieta u l-kultivazzjoni ta’ popolamenti għadhom żgħar f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u li jindirizzaw wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), kif definiti mill-Istat Membru, jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ anki jekk ikunu tlestew fiżikament qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ lill-awtorità ta’ ġestjoni.

5.   Kontribuzzjonijiet in natura u spejjeż ta’ deprezzament jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ skont il-FAEŻR, soġġett għal kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 87

Allokazzjonijiet finanzjarji għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammont totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti li jista’ jingħata fi Stat Membru skont it-Titolu III, Kapitolu II, ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-allokazzjoni finanzjarja ta’ dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness V.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammont massimu li jista’ jingħata fi Stat Membru, f’sena kalendarja, skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 2 ta’ dan ir-Regolament u qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, ma għandux jaqbeż l-allokazzjoni finanzjarja ta’ dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness VIII.

Għall-iskop tal-Artikoli 96, 97 u 98, l-allokazzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru stabbilita fl-Anness V wara t-tnaqqis tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VIII u qabel kwalunkwe trasferiment skont l-Artikolu 17 hija stabbilita fl-Anness IX.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jemendaw l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Annessi V u IX biex jitqiesu l-iżviluppi relatati mal-ammont massimu totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inkluż it-trasferimenti msemmija fl-Artikoli 17 u 103, it-trasferimenti tal-allokazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 88(5) u kwalunkwe tnaqqis meħtieġ biex jiġu ffinanzjati t-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fl-Artikolu 88(6).

Madankollu, l-adattament tal-Anness IX ma għandu jqis l-ebda trasferiment f’konformità mal-Artikolu 17.

3.   L-ammont tal-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal kull intervent imsemmi fl-Artikolu 101 għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti stabbiliti fl-Artikolu 16 li jrid jingħata fi Stat Membru fir-rigward ta’ sena kalendarja jista’ jaqbeż l-allokazzjoni ta’ dak l-Istati Membru stabbilita fl-Anness V sal-istima tal-ammont tat-tnaqqis tal-pagamenti inkluża fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 112(3), punt (a), it-tieni subparagrafu.

Artikolu 88

Allokazzjonijiet finanzjarji għal ċerti tipi ta’ intervent f’ċerti setturi

1.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid hija allokata lill-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness VII.

2.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura hija allokata lill-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness X.

3.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-ħops allokata lill-Ġermanja għandha tkun EUR 2 188 000 għal kull sena finanzjarja.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, għal kull sena finanzjarja, hija allokata kif ġej:

(a)

EUR 10 666 000 għall-Greċja;

(b)

EUR 554 000 għal Franza; u

(c)

EUR 34 590 000 għall-Italja.

5.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu l-allokazzjonijiet finanzjarji totali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 fl-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti. Dik id-deċiżjoni ma tistax tiġi riveduta.

L-allokazzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri trasferiti fl-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti ma għandhomx jibqgħu disponibbli għat-tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

6.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 3 % tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness V, fejn rilevanti wara t-tnaqqis tal-allokazzjonijiet għall-qoton stabbiliti fl-Anness VIII, għat-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, Taqsima 7.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu sa 5 %. F’dak il-każ, l-ammont li jikkorrispondi għal dik iż-żieda għandu jitnaqqas mill-massimu stabbilit fl-Artikolu 96(1), (2) jew (5) u ma għandux ikun aktar disponibbli għall-allokazzjoni ta’ interventi ta’ appoġġ akkoppjat għall-introjtu msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1.

L-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwal tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għal pagamenti diretti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu u użati għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra għal sena finanzjarja partikolari għandu jitqies li huwa allokazzjoni tal-Istati Membri għal kull sena finanzjarja għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra.

7.   Fl-2025, l-Istati Membri jistgħu jirrevedu d-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 6 bħala parti minn talba għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom magħmula skont l-Artikolu 119.

8.   L-ammonti stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 6 u 7 għandhom ikunu vinkolanti fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 89

Allokazzjonijiet finanzjarji għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali

1.   L-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun EUR 60 544 439 600 fil-prezzijiet attwali f’konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.

2.   0,25 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddedikati lill-finanzjament tal-attivitajiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2116, inkluż in-Network Ewropew għall-Politika Agrikola Komuni msemmi fl-Artikolu 126(2) ta’ dan ir-Regolament u l-EIP imsemmija fl-Artikolu 127 ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-attivitajiet jistgħu jirrigwardaw perijodi ta’ programmazzjoni preċedenti u perijodi sussegwenti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

3.   Id-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti imsemmija fil-paragrafu 1, wara t-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, tinsab fl-Anness XI.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jemenda l-Anness XI sabiex tirrevedi d-diżaggregazzjoni annwali għal kull Stat Membru biex jitqiesu l-iżviluppi rilevanti, inkluż it-trasferimenti msemmija fl-Artikoli 17 u 103, sabiex tagħmel aġġustamenti tekniċi mingħajr ma jinbidlu l-allokazzjonijiet globali, jew biex titqies kwalunkwe bidla oħra prevista minn att leġiżlattiv wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 90

Kontribuzzjoni mill-FAEŻR

Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 118(6) għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għall-pjan. Il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli bl-esklużjoni tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5).

Artikolu 91

Rati tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR

1.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jistabbilixxu fil-livell reġjonali jew nazzjonali rata ta’ kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-interventi kollha.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, ir-rata massima tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għandha tkun:

(a)

85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni anqas żviluppati;

(b)

80 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew;

(c)

60 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni fi tranżizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(d)

43 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR, jekk ir-rata fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont il-paragrafu 2 hija inqas, għandha tkun:

(a)

65 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għal pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona skont l-Artikolu 71;

(b)

80 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għall-pagamenti skont l-Artikolu 70, għall-pagamenti skont l-Artikolu 72, għall-appoġġ għall-investimenti mhux produttivi msemmija fl-Artikolu 73, għall-appoġġ għall-proġetti tal-gruppi operazzjonali tal-EIP skont l-Artikolu 77(1), punt (a), u għal LEADER skont l-Artikolu 77(1), punt (b);

(c)

100 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament minn fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikoli 17 u 103.

4.   Ir-rata minima tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għandha tkun ta’ 20 % tan-nefqa pubblika eliġibbli.

5.   In-nefqa pubblika eliġibbli msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha teskludi l-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5).

Artikolu 92

Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għal LEADER

1.   Mill-inqas 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI għandha tkun riżervata lil LEADER.

2.   Għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali għajr għal LEADER kif stabbilit fil-pjan finanzjarju skont l-Artikolu 112(2), punt (a), ma għandhiex taqbeż 95 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilita fl-Anness XI. Dak il-limitu massimu finanzjarju, ladarba jiġi approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119 għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 93

Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għal interventi li jindirizzaw objettivi speċifiċi marbuta mal-ambjent u l-klima

1.   Mill-inqas 35 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI għandha tkun riżervata għall-interventi li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward it-trattament xieraq tal-annimali, l-Artikolu 6(1), punt (i).

2.   Għall-fini tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni lejn il-perċentwal mogħti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkludu n-nefqa għall-interventi li ġejjin:

(a)

100 % għall-impenji ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 70;

(b)

50 % għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona msemmija fl-Artikolu 71;

(c)

100 % għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona msemmija fl-Artikolu 72;

(d)

100 % għall-investimenti skont l-Artikoli 73 u 74 marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i).

3.   Għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali għajr għall-interventi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kif stabbilit fil-pjan finanzjarju skont l-Artikolu 112(2), punt (a), ma għandhiex taqbeż 65 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI. Dak il-limitu massimu finanzjarju, ladarba approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119, għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.

4.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għan-nefqa għar-reġjuni ultraperiferiċi.

Artikolu 94

Allokazzjonijiet finanzjarji massimi għal assistenza teknika

1.   Massimu ta’ 4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI jista’ jintuża biex jiffinanzja l-azzjonijiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 125.

Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR tista’ tiżdied sa 6 % għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK meta l-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jkun sa EUR 1,1 biljun.

2.   L-assistenza teknika għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa skont l-Artikolu 125(1), punt (e), tar-Regolament Finanzjarju fil-qafas tal-pagamenti interim skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Dik ir-rata fissa għandha tirrappreżenta l-perċentwal stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-assistenza teknika tan-nefqa totali ddikjarata.

Artikolu 95

Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għall-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ

1.   Għal kull Stat Membru l-ammont minimu stabbilit fl-Anness XII għandu jkun riżervat biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (g). Abbażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti qawwija, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid (“l-analiżi SWOT”) u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati, l-ammont għandu jintuża għat-tipi ta’ intervent li ġejjin, jew għal wieħed minnhom jew għat-tnejn li huma:

(a)

l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ stipulat fl-Artikolu 30;

(b)

l-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 75(2), punt (a).

2.   Minbarra t-tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-ammont minimu msemmi f’dak il-paragrafu għal interventi ta’ investiment għal bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 73, dment li tiġi applikata rata ogħla ta’ appoġġ f’konformità mal-Artikolu 73(4), it-tieni subparagrafu, punt (a)(ii). Meta tintuża dik il-possibbiltà, massimu ta’ 50 % tan-nefqa għall-investimenti msemmija fl-ewwel sentenza għandha tinqata’ mill-ammont minimu li għandu jiġi riżervat.

3.   Għal kull sena kalendarja, in-nefqa totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti minbarra l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ, stabbilita fl-Artikolu 30 ma għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stabbilit fl-Anness V, imnaqqsa mill-parti tal-Anness XII riżervata taħt l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ għas-sena kalendarja rilevanti, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.

4.   Għall-perijodu kollu tal-pjan tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali għajr dik għall-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 75(2), punt (a), ma għandhiex taqbeż il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI, imnaqqsa mill-parti tal-Anness XII riżervata għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 75(2), punt (a), għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.

5.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-possibbiltà prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, is-sehem tan-nefqa għal interventi ta’ investiment għal bdiewa żgħażagħ b’rata ta’ appoġġ ogħla f’konformità mal-Artikolu 73(4), it-tieni subparagrafu, punt (a)(ii), li ma jaqbiżx 50 % kif stabbilit minn dak l-Istat Membru fil-pjan finanzjarju tiegħu f’konformità mal-Artikolu 112(2), punt (a), u approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119, għandu jingħadd għall-istabbiliment tal-limitu massimu finanzjarju msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 96

Allokazzjonijiet finanzjarji massimi għal appoġġ akkoppjat għall-introjtu

1.   L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-intervent tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, għandha tkun limitata għal massimu ta’ 13 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness IX.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li, skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II għal dak ir-Regolament għall-iskop ta’ appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 13 % tal-ammont stabbilit fl-Anness IX għal dan ir-Regolament għall-iskop tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu. Il-perċentwal li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.

3.   Il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi miżjud b’massimu ta’ żewġ punti perċentwali, dment li l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż it-13 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel li fihom il-proteini skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1.

4.   L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistax jinqabeż.

5.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw sa EUR 3 miljuni kull sena għall-finanzjament tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammont massimu li jista’ jingħata fi Stat Membru qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-ammonti ffissati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont dan l-Artikolu.

Artikolu 97

Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għall-ekoskemi

1.   Mill-inqas 25 % tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għandhom ikunu riżervati għal kull sena kalendarja mill-2023 sal-2027 għall-ekoskemi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsima 4.

2.   Meta l-ammont tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR riżervat minn Stat Membru għall-interventi f’konformità mal-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), jaqbeż it-30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR kif stabbilit fl-Anness XI għall-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu s-somma tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. It-tnaqqis totali ma għandux ikun ogħla mill-ammont li bih jinqabeż il-perċentwal imsemmi fl-ewwel sentenza.

3.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 2 ma jistax iwassal għal tnaqqis tal-ammont annwali li għandu jiġi riżervat għall-ekoskemi għall-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafu 1 b’aktar minn 50 %.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont annwali li għandu jiġi riżervat skont il-paragrafu 1 b’mhux aktar minn 75 % jekk l-ammont totali ppjanat għall-interventi skont l-Artikolu 70 matul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jammonta għal aktar minn 150 % tas-somma tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu qabel l-applikazzjoni tal-paragrafu 2.

5.   L-Istati Membri jistgħu, fis-snin kalendarji 2023 u 2024, f’konformità mal-Artikolu 101(3), jużaw ammonti riżervati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għall-ekoskemi biex jiffinanzjaw f’dik is-sena interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, dment li l-possibbiltajiet kollha biex jintużaw il-fondi għall-ekoskemi jkunu ġew eżawriti,

(a)

sa limitu massimu li jikkorrispondi għal 5 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness IX għas-sena kalendarja kkonċernata;

(b)

‘il fuq minn limitu massimu li jikkorrispondi għal 5 % tal-ammonti stabbilit fl-Anness IX għas-sena kalendarja kkonċernata, dment li l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfati.

6.   Meta japplikaw il-paragrafu 5, punt (b), l-Istati Membri għandhom jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 119 sabiex:

(a)

iżidu l-ammonti riżervati skont dan l-Artikolu għall-ekoskemi għas-snin li jifdal tal-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 5, punt (b), ta’ dan l-Artikolu; jew

(b)

iżidu l-ammonti riżervati għall-interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward it-trattament xieraq tal-annimali, l-Artikolu 6(1), punt (i), b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 5, punt (b), ta’ dan l-Artikolu. Ammonti addizzjonali riżervati għal interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74 skont dan il-paragrafu, ma għandhomx jitqiesu jekk Stat Membru juża l-opzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

7.   Jekk Stat Membru, meta japplika l-paragrafu 5, punt (a), juża għall-perijodu totali 2023 sa 2024 ammont li jaqbeż 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024 biex jiffinanzja interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, huwa għandu jikkumpensa għall-ammonti li jaqbżu 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024 u użati għall-finanzjament f’dawk is-snin ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, billi jemenda l-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119 sabiex:

(a)

iżid l-ammonti riżervati skont dan l-Artikolu għall-ekoskemi għas-snin li jifdal tal-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammonti li jaqbżu 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024; jew

(b)

iżid l-ammonti riżervati għall-interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont li jaqbeż 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024. Ammonti addizzjonali riżervati għal interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74 skont dan il-paragrafu ma għandhomx jitqiesu jekk Stat Membru juża l-opzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

8.   L-Istati Membri jistgħu, fis-snin kalendarji 2025 u 2026, f’konformità mal-Artikolu 101(3), jużaw ammont sa limitu li jikkorrispondi għal 2 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness IX għas-sena kalendarja kkonċernata, u riżervati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għall-ekoskemi biex jiffinanzjaw f’dik is-sena interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, dment li l-possibbiltajiet kollha biex jintużaw il-fondi għall-ekoskemi jkunu ġew eżawriti u l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 9 huma ssodisfati.

9.   Meta japplikaw il-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jemendaw il-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 119 sabiex:

(a)

iżidu l-ammonti riżervati skont dan l-Artikolu għall-ekoskemi għas-snin li jifdal tal-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 8; jew

(b)

iżidu l-ammonti riżervati għall-interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, l-Artikolu 6(1), punt (i), b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. Ammonti addizzjonali riżervati għal interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74 skont dan il-paragrafu ma għandhomx jitqiesu jekk Stat Membru juża l-opzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

10.   Għal kull sena kalendarja mis-sena kalendarja 2025, in-nefqa totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti minbarra l-ekoskemi ma għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stipulat fl-Anness V, imnaqqsa b’ammont li jikkorrispondi għal 23 % tal-ammont fl-Anness IX, riżervat għall-ekoskemi skont dan il-paragrafu għas-snin kalendarji 2025 u l-2026, u li tikkorrispondi għal 25 % tal-ammont fl-Anness IX, riżervat għall-ekoskemi skont dan il-paragrafu għas-sena kalendarja 2027, fejn rilevanti kkoreġut mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 4, 6, 7 u 9 ta’ dan l-Artikolu, u kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.

11.   Jekk l-Istati Membri japplikaw il-paragrafi 2, 3, 4, 6, 7 u 9 ta’ dan l-Artikolu għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali minbarra l-ammonti riżervati għall-interventi f’konformità mal-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sakemm dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), ma għandhomx jaqbżu t-total tal-kontribuzzjoni tal-FEAŻR għall-iżvilupp rurali għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI, imnaqqsa mill-ammonti riżervati għall-interventi f’konformità mal-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sakemm dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward it-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 6, 7 u 9 ta’ dan l-Artikolu, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 98

Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għall-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu

1.   Mill-inqas 10 % tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għandhom jiġu riżervati annwalment għall-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 29.

2.   Għal kull sena kalendarja, in-nefqa totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti minbarra l-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu ma għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stabbilit fl-Anness V, imnaqqsa b’ammont li jikkorrispondi għal 10 % tal-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stabbilit fl-Anness IX, fejn rilevanti kkoreġut wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 99

Kontribuzzjoni volontarja mill-allokazzjoni mill-FAEŻR għal azzjonijiet taħt LIFE u Erasmus+

Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ċertu sehem tal-allokazzjoni mill-FAEŻR bħala ingranaġġ għall-appoġġ u biex itejbu l-Proġetti Strateġiċi tan-Natura integrati li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet ta’ bdiewa kif previst skont ir-Regolament (UE) 2021/783 u biex jiffinanzjaw azzjonijiet fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim tranżnazzjonali tal-persuni fil-qasam tal-iżvilupp agrikolu u rurali b’attenzjoni fuq il-bdiewa żgħażagħ, u n-nisa fiż-żoni rurali, skont ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49).

Artikolu 100

It-traċċar tan-nefqa marbuta mal-klima

1.   Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribut tal-politika għall-kisba tal-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu ta’ metodoloġija sempliċi u komuni.

2.   L-istima tal-kontribut lejn il-kisba tal-mira tan-nefqa għandha ssir permezz tal-applikazzjoni ta’ ponderazzjonijiet speċifiċi differenzjati fuq il-bażi ta’ jekk l-appoġġ jagħmilx kontribut sinifikanti jew moderat lejn il-kisba tal-objettivi relatati mat-tibdil fil-klima. Dawk il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu kif ġej:

(a)

40 % għan-nefqa skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu u l-appoġġ komplementari għall-introjtu msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsimiet 2 u 3;

(b)

100 % għan-nefqa skont l-ekoskemi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsima 4;

(c)

100 % għan-nefqa għall-interventi msemmija fl-Artikolu 93(1), għajr dawk imsemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

(d)

40 % għan-nefqa għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona msemmija fl-Artikolu 71.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati wara l-31 ta’ Diċembru 2025 f’konformità mal-Artikolu 152 li jemenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex timmodifika l-ponderazzjonijiet imsemmija fih fejn tali modifika tkun iġġustifikata għal traċċar aktar preċiż tan-nefqa fuq l-objettivi marbuta mal-ambjent u l-klima.

Artikolu 101

Allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi

1.   Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistipulaw allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull intervent u għal kull sena. Din l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għandha tirrappreżenta l-livell mistenni ta’ pagamenti skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-intervent fis-sena finanzjarja rilevanti, minbarra l-pagamenti mistennija abbażi ta’ finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għat-tipi ta’ intervent fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), l-Istati Membri għandhom jistipulaw, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull settur u għal kull sena, li tirrappreżenta l-livell mistenni ta’ pagamenti għall-interventi f’dak is-settur għal kull sena finanzjarja, minbarra pagamenti mistenni abbażi tal-assistenza finanzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 53.

3.   L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi stipulati mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jipprevjenu lil dawk l-Istati Membri milli jużaw fondi minn dawk l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi bħala fondi għal interventi oħra mingħajr ma jemendaw il-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 119, soġġett għall-konformità ma’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikoli 87, 88, 89, 90, 92 sa 98 u 102 tiegħu, u mar-Regolament (UE) 2021/2116, u b’mod partikolari mal-Artikolu 32(6), punt (b), tiegħu, kif ukoll mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti huma użati għal interventi oħra fil-forma ta’ pagamenti diretti;

(b)

l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-interventi għall-iżvilupp rurali huma użati għal interventi oħra għall-iżvilupp rurali;

(c)

l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-interventi fis-settur tal-apikultura u fis-settur tal-inbid jintużaw biss għal interventi oħra fl-istess settur;

(d)

l-allokazzjonijiet finanzjarji għal interventi f’setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f), huma użati għal interventi f’setturi oħra msemmija f’dak il-punt stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u tali użu ma jaffettwax programmi operazzjonali approvati.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, punt (a), l-Istati Membri li ddeċidew li jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi tal-intitolamenti għall-pagament skont l-Artikolu 23 jistgħu jżidu jew inaqqsu b’mod lineari l-ammonti li jridu jitħallsu abbażi tal-valur tal-intitolamenti attivati fis-sena kalendarja, fil-limiti tal-ammonti unitarji minimi u massimi ppjanati stabbiliti għall-interventi skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu skont l-Artikolu 102(2).

Artikolu 102

Ammonti unitarji ppjanati u outputs ippjanati

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammont unitarju wieħed jew iktar għall-kull intervent inkluż fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-ammont unitarju ppjanat jista’ jkun uniformi jew medju, kif iddeterminat mill-Istati Membri. L-”ammont unitarju uniformi ppjanat” huwa l-valur li mistenni jiġi mħallas għal kull output relatat. L-”ammont unitarju medju ppjanat” huwa l-valur medju tal-ammonti unitarji differenti li mistennija jitħallsu għall-outputs relatati.

Għal interventi koperti mis-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, ammonti unitarji uniformi għandhom jiġu stabbiliti, ħlief fejn l-ammonti unitarji uniformi mhumiex possibbli jew xierqa minħabba t-tfassil jew l-ambitu tal-intervent. F’tali każijiet, għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti unitarji medji.

2.   Għal tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi jew it-tnejn li huma għal kull ammont unitarju ppjanat għal kull intervent.

L-”ammont unitarju massimu ppjanat” u l-”ammont unitarju minimu ppjanat” huma l-ammonti unitarji massimi u minimi li huma mistennija jiġu mħallsa għall-outputs relatati.

Meta jiġu stabbiliti l-ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi, jew it-tnejn li huma, l-Istati Membri jistgħu jiġġustifikaw dawk il-valuri bil-flessibbiltà meħtieġa għar-riallokazzjoni biex jiġu evitati fondi mhux użati.

L-ammont unitarju miksub imsemmi fl-Artikolu 134(5), l-ewwel subparagrafu, punt (c), jista’ biss ikun inqas mill-ammont unitarju ppjanat jew l-ammont unitarju minimu ppjanat meta tali ammont jiġi stabbilit, sabiex jiġi evitat eċċess tal-allokazzjonijiet finanzjarji għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 87(1).

3.   Għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali, meta jiġu użati l-ammonti unitarji medji ppjanati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont unitarju medju ppjanat massimu.

L-”ammont unitarju medju ppjanat massimu” huwa l-ammont massimu li medjament huwa mistenni li jitħallas għall-outputs relatati.

4.   Fejn ammonti unitarji differenti huma stabbiliti għal intervent, il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw għal kull ammont unitarju rilevanti ta’ dak l-intervent.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-outputs ippjanati annwali għal kull intervent kwantifikat għal kull ammont unitarju uniformi jew medju ppjanat. Fi ħdan intervent, l-outputs ippjanati annwali jistgħu jiġu pprovduti f’livell aggregat għall-ammonti unitarji kollha jew għal grupp ta’ ammonti unitarji.

Artikolu 103

Flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet mill-FAEŻR

1.   Bħala parti mill-proposta tiegħu għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118(1), Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi:

(a)

sa 25 % tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tiegħu stabbilita fl-Anness V, fejn rilevanti wara tnaqqis tal-allokazzjonijiet għall-qoton stabbiliti fl-Anness VIII għas-snin kalendarji 2023 sal-2026, lill-allokazzjoni tiegħu għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2024 sa 2027; jew

(b)

sa 25 % tal-allokazzjoni għall-FAEŻR tiegħu fis-snin finanzjarji 2024 sal-2027 lill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tiegħu stabbilita fl-Anness V għas-snin kalendarji 2023 sal-2026.

2.   Il-perċentwal ta’ trasferiment mill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru lill-allokazzjoni tiegħu għall-FAEŻR imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a), jista’ jiżdied bi:

(a)

sa 15-il punt perċentwali jekk l-Istat Membru juża ż-żieda korrispondenti għall-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f);

(b)

sa 2 punti perċentwali jekk l-Istat Membru juża ż-żieda korrispondenti skont l-Artikolu 95(1), punt (b).

3.   Il-perċentwal ta’ trasferiment minn allokazzjoni ta’ Stat Membru għall-FAEŻR għall-allokazzjoni tiegħu għal pagamenti diretti msemmija fil-paragrafu 1, punt (b), jista’ jiżdied sa 30 % għall-Istati Membri b’pagamenti diretti għal kull ettaru inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Din il-kondizzjoni hija ssodisfata fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

4.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, li jista’ jvarja skont is-sena kalendarja.

5.   Fl-2025, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 bħala parti minn talba għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 119.

TITOLU V

PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK

KAPITOLU I

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 104

Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont dan ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ mill-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

2.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u istituzzjonali tiegħu.

Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali. L-elementi stabbiliti fil-livell reġjonali għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fit-taqsimiet rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Artikolu 107.

3.   Abbażi tal-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 115(2) u valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija tal-intervent kif imsemmi fl-Artikolu 109 li fiha għandhom jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2). Il-miri għandhom jiġu stabbiliti bl-użu ta’ sett komuni ta’ indikaturi tar-riżultat stabbilit fl-Anness I.

Sabiex jilħqu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-interventi bbażati fuq it-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Titolu III.

4.   Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 105

Iżjed ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi marbuta mal-ambjent u mal-klima

1.   Permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u b’mod partikolari permezz tal-elementi tal-istrateġija tal-interventi msemmija fl-Artikolu 109(2), punt (a), il-mira tal-Istati Membri għandha tkun li jagħtu kontribut ġenerali akbar għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), b’paragun mal-kontribut ġenerali li jkun sar għall-kisba tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 110(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz tal-appoġġ skont il-FAEG u l-FAEŻR fil-perijodu mill-2014 sal-2020.

2.   Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kif biħsiebhom iwettqu l-kontribut globali akbar stabbilit fil-paragrafu 1. Dik l-ispjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti, bħall-elementi msemmija fl-Artikolu 107(1), punti (a) sa (f), u fl-Artikolu 107(2), punt (b), kif ukoll it-titjib mistenni meta mqabbel mal-indikaturi tal-impatt rilevanti stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 106

Rekwiżiti proċedurali

1.   L-Istati Membri għandhom ifasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK abbażi ta’ proċeduri trasparenti, fejn applikabbli f’kollaborazzjoni mar-reġjuni tagħhom, skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom.

2.   Il-korp tal-Istat Membru responsabbli għat-tfassil tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiżgura li:

(a)

fejn applikabbli, l-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali jkunu involuti b’mod effettiv fit-tħejjija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; u

(b)

l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-ambjent u l-klima jkunu involuti b’mod effettiv fit-tħejjija tal-aspetti marbuta mal-ambjent u l-klima tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

3.   Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali. Is-sħubija għandha tinkludi mill-inqas is-sħab li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali u dak lokali, kif ukoll awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż l-awtoritajiet kompetenti għal kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi;

(b)

sħab ekonomiċi u soċjali, inkluż rappreżentanti tas-settur agrikolu;

(c)

korpi rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili u fejn rilevanti l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinvolvu b’mod effettiv lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u għandhom jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż fir-rigward tal-istandards minimi msemmija fl-Artikolu 13, fejn xieraq.

4.   L-Istati Membri, inkluż fejn applikabbli r-reġjuni tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jiżguraw koordinazzjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li jqisu l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ġestjoni kondiviża.

5.   L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandhom jitwettqu skont l-att delegat adottat abbażi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

KAPITOLU II

KONTENUT TAL-PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK

Artikolu 107

Kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

1.   Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jinkludi taqsimiet dwar dan li ġej:

(a)

il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet;

(b)

l-istrateġija tal-interventi;

(c)

l-elementi komuni għal diversi interventi;

(d)

il-pagamenti diretti, l-interventi f’ċerti setturi u interventi għall-iżvilupp rurali speċifikati fl-istrateġija;

(e)

pjanijiet tal-miri u pjanijiet finanzjarji;

(f)

is-sistema ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni;

(g)

l-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK;

(h)

fejn l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, deskrizzjoni qasira dwar l-istruttura nazzjonali u reġjonali tal-Istat Membru, u b’mod partikolari liema elementi huma stabbiliti fil-livell nazzjonali u reġjonali.

2.   Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jinkludi l-Annessi li ġejjin:

(a)

l-Anness I dwar l-evalwazzjoni ex ante u l-valutazzjoni ambjentali strateġika (VAS) imsemmija fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50);

(b)

l-Anness II dwar l-analiżi SWOT;

(c)

l-Anness III dwar il-konsultazzjoni tas-sħab;

(d)

fejn rilevanti, l-Anness IV dwar il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton;

(e)

l-Anness V dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali pprovdut fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(f)

fejn rilevanti, l-Anness VI dwar l-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali.

3.   Ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut tat-taqsimiet u l-annessi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma stabbiliti fl-Artikoli 108 sa 115.

Artikolu 108

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (a), għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

sommarju tal-analiżi SWOT kif imsemmi fl-Artikolu 115(2);

(b)

identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) u (2) abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT; il-ħtiġijiet kollha li jirriżultaw mill-analiżi SWOT għandhom jiġu deskritti, irrispettivament minn jekk humiex ser jiġu indirizzati permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew le;

(c)

għall-objettiv speċifiku ta’ appoġġ għall-introjtu vijabbli u r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a), valutazzjoni tal-ħtiġijiet fir-rigward ta’ distribuzzjoni aktar ġusta u immirar aktar effettiv u effiċjenti tal-pagamenti diretti, fejn rilevanti b’kont meħud tal-istruttura tal-azjendi agrikoli tagħhom, u fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju;

(d)

fejn rilevanti, analiżi tal-ħtiġijiet ta’ żoni ġeografiċi speċifiċi, bħar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll iż-żoni muntanjużi u l-gżejjer;

(e)

prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet, inkluż ġustifikazzjoni tajba tal-għażliet li jkunu saru li jkopru jekk rilevanti r-raġunijiet għaliex ċerti ħtiġijiet identifikati mhumiex indirizzati jew huma indirizzati parzjalment fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tqis il-pjanijiet ambjentali u klimatiċi nazzjonali li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII.

L-Istati Membri għandhom jużaw għall-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet data li hija reċenti u affidabbli u, fejn disponibbli, data diżaggregata skont il-ġeneru.

Artikolu 109

L-istrateġija tal-interventi

1.   L-istrateġija tal-interventi msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (b), għandha tistipula, għal kull objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u indirizzat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK:

(a)

miri u stadji importanti relatati għall-indikaturi tar-riżultat rilevanti użati mill-Istat Membru abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108. Il-valur ta’ dawk il-miri għandu jiġi ġġustifikat abbażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), il-miri għandhom jiġu derivati mill-elementi tal-ispjegazzjoni mogħtija fil-paragrafu 2, punt (a), ta’ dan l-Artikolu;

(b)

l-interventi, fuq il-bażi tat-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Titolu III, li għandhom jitfasslu biex jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika fiż-żona kkonċernata, skont loġika ta’ intervent għaqlija, appoġġata mill-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 139, l-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 115(2) u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108;

(c)

l-elementi li juru kif l-interventi jippermettu l-ksib tal-miri u kif inhuma koerenti u kompatibbli b’mod reċiproku;

(d)

l-elementi li juru li l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji lill-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK hija ġġustifikata u xierqa biex jinkisbu l-miri stabbiliti, u hija konsistenti mal-pjan finanzjarju msemmi fl-Artikolu 112.

2.   L-istrateġija tal-interventi għandha turi l-konsistenza tal-istrateġija u l-komplementarjetà tal-interventi fl-objettivi speċifiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) billi tipprovdi:

(a)

ħarsa ġenerali lejn l-arkitettura ambjentali u klimatika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li tiddeskrivi dan li ġej:

(i)

għal kull standard tal-KAAT elenkat fl-Anness III, il-mod ta’ kif l-istandard tal-Unjoni huwa implimentat, inkluż l-elementi li ġejjin: sommarju tal-prattika fl-azjenda agrikola, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, it-tipi ta’ bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra soġġetti għall-istandard, u fejn neċessarju deskrizzjoni tal-mod kif il-prattika tikkontribwixxi għall-ksib ta’ dak l-objettiv ewlieni tal-istandard tal-KAAT;

(ii)

il-kontribut globali tal-kundizzjonalità għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f);

(iii)

il-komplementarjetà bejn il-kondizzjonijiet bażi rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 31(5) u l-Artikolu 70(3), il-kundizzjonalità u l-interventi differenti, inkluż l-appoġġ għall-biedja organika, li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e), u (f);

(iv)

il-mod kif jinkiseb il-kontribut globali akbar stabbilit fl-Artikolu 105;

(v)

kif l-arkitettura ambjentali u klimatika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK hija maħsuba tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri nazzjonali fit-tul, u tkun konsistenti magħhom, kif jinsabu fl-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII jew li jirriżultaw minnhom;

(b)

fir-rigward tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (g), ħarsa ġenerali lejn l-interventi rilevanti u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-bdiewa żgħażagħ stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħal dawk speċifikati fl-Artikolu 26(4), punt (a), l-Artikoli 30, 73 u 75 u l-Artikolu 77(6). B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Artikolu 95 meta jippreżentaw il-pjan finanzjarju fir-rigward tat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikoli 30, 73 u 75. Il-ħarsa ġenerali għandha tispjega wkoll f’termini ġenerali l-interazzjoni mal-istrumenti nazzjonali bil-ħsieb li tittejjeb il-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali f’dan il-qasam;

(c)

spjegazzjoni dwar kif l-interventi taħt l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu kif imsemmi fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, huma konsistenti mad-Direttiva 2000/60/KE;

(d)

fir-rigward tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a), ħarsa ġenerali lejn kif jiġi indirizzat l-għan ta’ distribuzzjoni aktar ġusta u immirar aktar effettiv u effiċjenti tal-appoġġ għall-introjtu li għandu jingħata lill-bdiewa skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni li tiġġustifika l-użu tad-deroga prevista fl-Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu. Dik il-ħarsa ġenerali għandha, fejn rilevanti, tindirizza wkoll il-konsistenza u l-komplementarjetà tat-territorjalizzazzjoni tal-appoġġ bażiku għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 22(2) b’appoġġ taħt interventi oħra, b’mod partikolari l-pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona msemmija fl-Artikolu 71;

(e)

ħarsa ġenerali lejn l-interventi relatati mas-settur, inkluż l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu msemmi fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, u l-interventi f’ċerti setturi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, li tipprovdi ġustifikazzjoni għall-immirar tas-setturi kkonċernati, il-lista ta’ interventi għal kull settur u l-komplementarjetà tagħhom;

(f)

fejn rilevanti, spjegazzjoni ta’ liema interventi huma maħsuba biex jikkontribwixxu għall-iżgurar ta’ approċċ koerenti u integrat għall-ġestjoni tar-riskju;

(g)

fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali, inkluż id-distribuzzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għal kull intervent u għal kull fond;

(h)

ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv speċifiku tat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (i), inkluż il-kondizzjonijiet bażiċi u l-komplementarjetà bejn il-kundizzjonalità u l-interventi differenti;

(i)

spjegazzjoni ta’ kif l-interventi u l-elementi komuni għal diversi interventi jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali u jnaqqsu l-piż amministrattiv.

3.   Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-istrateġija tal-intervent għandha tiżgura l-koerenza u l-konsistenza ta’ dawk l-elementi mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.

Artikolu 110

Elementi komuni għal diversi interventi

It-taqsima dwar l-elementi komuni għal diversi interventi msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (c), għandha tinkludi:

(a)

id-definizzjonijiet u l-kondizzjonijiet previsti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4, kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 18;

(b)

deskrizzjoni tal-użu tal-”assistenza teknika” msemmija fl-Artikolu 94 u l-Artikolu 125 u deskrizzjoni tan-network nazzjonali tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 126;

(c)

fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), id-definizzjoni ta’ żoni rurali użata fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kif iddeterminata mill-Istati Membri;

(d)

informazzjoni oħra dwar l-implimentazzjoni, b’mod partikolari:

(i)

deskrizzjoni qasira tal-istabbiliment tal-valur tal-intitolamenti għal pagamenti u tal-funzjonament tar-riżerva fejn applikabbli;

(ii)

fejn rilevanti, l-użu tal-istima tal-prodott tat-tnaqqis tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 17;

(iii)

id-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 17(4), l-Artikolu 29(6), u l-Artikolu 30(4) ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 17(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(iv)

fejn rilevanti, id-deċiżjoni u d-deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 19;

(v)

ħarsa ġenerali lejn il-koordinazzjoni, id-demarkazzjoni u l-komplementarjetajiet bejn il-FAEŻR u fondi oħra tal-Unjoni li huma attivi fiż-żoni rurali.

Artikolu 111

Interventi

It-taqsima dwar kull intervent speċifikat fl-istrateġija msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (d), inkluż l-interventi stabbiliti fil-livell reġjonali, għandha tinkludi:

(a)

it-tip ta’ intervent li fuqu huwa bbażat;

(b)

il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali;

(c)

id-disinn speċifiku jew ir-rekwiżiti ta’ dak l-intervent li jiżguraw kontribut effettiv lill-kisba tal-objettiv speċifiku jew lill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2); għall-interventi marbuta mal-ambjent u l-klima, l-artikolazzjoni mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandha turi li l-prattiki huma komplementari u li ma hemmx duplikazzjoni;

(d)

il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà;

(e)

l-indikaturi tar-riżultat kif stabbiliti fl-Anness I li għalihom l-intervent għandu jikkontribwixxi direttament u b’mod sinifikanti.;

(f)

għal kull intervent li huwa bbażat fuq it-tipi ta’ intervent elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, il-mod kif jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura kif speċifikat fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, u għal kull intervent li mhuwiex ibbażat fuq it-tipi ta’ intervent elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jekk jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 6.5 jew l-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u jekk iva, kif;

(g)

indikatur tal-output wieħed u l-outputs ippjanati annwali għall-intervent imsemmija fl-Artikolu 102(5);

(h)

l-ammonti unitarji uniformi jew medji annwali ppjanati msemmija fl-Artikolu 102(1) u, fejn rilevanti, l-ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi msemmija fl-Artikolu 102(2) u (3);

(i)

spjegazzjoni ta’ kif l-ammonti msemmija fil-punt (h) ta’ dan il-paragrafu ġew stabbiliti;

(j)

fejn applikabbli:

(i)

il-forma u r-rata tal-appoġġ;

(ii)

il-metodu biex jiġu kkalkulati l-ammonti unitarji ppjanati tal-appoġġ u ċ-ċertifikazzjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 82;

(k)

l-allokazzjoni finanzjarja annwali għall-intervent imsemmija fl-Artikolu 101(1) jew, fil-każ tas-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), l-allokazzjoni finanzjarja annwali għas-settur rilevanti msemmija fl-Artikolu 101(2), inkluż, fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji;

(l)

indikazzjoni ta’ jekk l-intervent huwiex barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u huwiex soġġett għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-interventi taħt it-tip ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmi fl-Artikolu 55(1), punti (a) u (c) sa (g), interventi taħt it-tip ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 58(1), punti (h) sa (k), u għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-iskemi tal-kwalità skont it-tip ta’ intervent għall-kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 77.

Artikolu 112

Pjanijiet tal-miri u pjanijiet finanzjarji

1.   Il-pjan tal-miri msemmi fl-Artikolu 107(1), punt (e), għandu jikkonsisti f’tabella rikapitulattiva li turi l-miri u l-istadji importanti msemmija fl-Artikolu 109(1), punt (a).

2.   Il-pjan finanzjarju msemmi fl-Artikolu 107(1), punt (e), għandu jinkludi tabella ta’ ħarsa ġenerali li tipprevedi:

(a)

l-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 87(1), għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 88(1), għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmi fl-Artikolu 88(2) u għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 89(3), bi speċifikazzjoni tal-ammonti annwali u ġenerali riservati mill-Istati Membri biex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji minimi stabbiliti fl-Artikoli 92 sa 98;

(b)

it-trasferimenti tal-ammonti msemmija fil-punt (a) bejn it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali skont l-Artikolu 103 u kwalunkwe tnaqqis tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ammonti għat-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, Taqsima 7, skont l-Artikolu 88(6);

(c)

l-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-ħops imsemmija fl-Artikolu 88(3) u għat-tipi ta’ intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda msemmija fl-Artikolu 88(4), u jekk dawk it-tipi ta’ intervent mhumiex implimentati, id-deċiżjoni li jiġu inklużi l-allokazzjonijiet korrispondenti fl-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-pagamenti diretti skont l-Artikolu 88(5);

(d)

fejn rilevanti, it-trasferiment tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru mill-FAEŻR għall-appoġġ skont InvestEU f’konformità mal-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) 2021/783 jew skont ir-Regolament (UE) 2021/817 f’konformità mal-Artikolu 99 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

Fejn rilevanti, l-ammonti ppjanati għar-reġjuni ultraperiferiċi.

3.   Minbarra l-paragrafu 2, pjan finanzjarju dettaljat għandu jipprevedi, għal kull sena finanzjarja u espress bħala tbassir tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti tal-Istat Membru, it-tabelli li ġejjin konsistenti mal-Artikolu 111, punti (g) u (k):

(a)

diżaggregazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti wara t-trasferimenti kif speċifikat fil-paragrafu 2, punti (b) u (c), ibbażata fuq allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal kull tip ta’ intervent u għal kull intervent, filwaqt li jiġu speċifikati għal kull intervent l-outputs ippjanati, l-ammonti unitarji medji jew uniformi ppjanati msemmija fl-Artikolu 102(1) u, fejn rilevanti, l-ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi, jew it-tnejn, imsemmija fl-Artikolu 102(2). Fejn applikabbli, id-diżaggregazzjoni għandu jinkludi l-ammont tar-riżerva tal-intitolamenti għal pagament.

Għandha tiġi speċifikata l-istima tal-prodott totali tat-tnaqqis tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 17.

Filwaqt li jitqies l-użu tal-istima tal-prodott tat-tnaqqis tal-pagamenti msemmi fl-Artikolu 17 u l-Artikolu 87(3), dawk l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, l-outputs ippjanati relatati u l-ammonti unitarji medji jew uniformi ppjanati korrispondenti għandhom jiġu stabbiliti qabel it-tnaqqis tal-pagamenti;

(b)

diżaggregazzjoni tal-allokazzjonijiet għat-tipi ta’ intervent imsemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, għal kull intervent u b’indikazzjoni tal-outputs ippjanati jew fil-każ tas-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f) l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull settur b’indikazzjoni tal-outputs ippjanati espressi bħala għadd ta’ programmi operazzjonali għal kull settur;

(c)

diżaggregazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għall-iżvilupp rurali wara t-trasferimenti lill-pagamenti diretti u minnhom kif speċifikat fil-punt (b), skont it-tip ta’ intervent u skont l-intervent, inkluż it-totali għall-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, filwaqt li tiġi indikata ukoll ir-rata ta’ kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR, diżaggregata għal kull intervent u għall kull tip ta’ reġjun fejn applikabbli. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ fondi mill-pagamenti diretti, għandhom ikunu speċifikati l-intervent(i) jew il-parti mill-intervent iffinanzjat mit-trasferiment. Dik it-tabella għandha tispeċifika wkoll l-outputs ippjanati għal kull intervent u l-ammonti unitarji medji jew uniformi ppjanati msemmija fl-Artikolu 102(1), kif ukoll, fejn rilevanti, l-ammonti unitarji medji massimi ppjanati kif imsemmija fl-Artikolu 102(3). Fejn applikabbli, it-tabella għandha tinkludi wkoll diżaggregazzjoni tal-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji. Għandhom jiġu speċifikati wkoll l-ammonti għall-assistenza teknika.

Artikolu 113

Sistemi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni

It-taqsima dwar is-sistemi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (f), għandha tinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-korpi ta’ governanza kollha msemmija fit-Titolu II, Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/2116 kif ukoll tal-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali;

(b)

l-identifikazzjoni u r-rwol tal-korpi intermedji msemmija fl-Artikolu 123(4) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

informazzjoni dwar is-sistemi ta’ kontroll u l-pieni msemmija fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116, li tinkludi:

(i)

is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll imsemmija fit-Titolu IV, Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(ii)

is-sistema ta’ kontroll u ta’ penali għall-kundizzjonalità msemmija fit-Titolu IV, Kapitoli IV u V, tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(iii)

il-korpi ta’ kontroll kompetenti responsabbli għall-verifiki;

(d)

ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tal-monitoraġġ u tar-rappurtar.

Artikolu 114

Modernizzazzjoni

It-taqsima dwar l-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (g), għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tal-agrikoltura u ż-żoni rurali u tal-PAK, u għandha tinkludi b’mod partikolari:

(a)

ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK ser jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv trażversali stabbiliti fl-Artikolu 6(2), b’mod partikolari permezz ta’:

(i)

deskrizzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-AKIS;

(ii)

deskrizzjoni ta’ kif is-servizzi ta’ konsulenza kif imsemmija fl-Artikolu 15, ir-riċerka u n-network tal-PAK nazzjonali msemmija fl-Artikolu 126 ser jikkooperaw biex jipprovdu konsulenza, flussi ta’ għarfien u servizzi ta’ innovazzjoni u kif l-azzjoni appoġġati taħt interventi skont l-Artikolu 78 jew interventi oħra rilevanti huma integrati fl-AKIS;

(b)

deskrizzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u għall-użu ta’ dawk it-teknoloġiji għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Artikolu 115

Annessi

1.   L-Anness I għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (a), għandu jinkludi sommarju tar-riżultati ewlenin tal-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 139 u l-istima ambjentali strateġika msemmija fid-Direttiva 2001/42/KE u kif dawn ġew indirizzati jew ġustifikazzjoni ta’ għaliex ma tqisux, u link għar-rapport sħiħ tal-evalwazzjoni ex ante u għar-rapport tal-istima ambjentali strateġika.

2.   L-Anness II għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (b), għandu jinkludi analiżi SWOT tas-sitwazzjoni attwali taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-analiżi SWOT għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni attwali taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u għandha tinkludi, għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) u (2), deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni attwali taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, fuq il-bażi ta’ indikaturi komuni tal-kuntest u informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva aġġornata oħra bħal pereżempju studji, rapporti ta’ evalwazzjoni tal-imgħoddi, analiżi settorjali u tagħlimiet meħuda minn esperjenzi preċedenti.

Fejn rilevanti, l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi tal-aspetti territorjali, filwaqt li tenfasizza dawk it-territorji speċifikament fil-mira ta’ interventi, u analiżi tal-aspetti settorjali, b’mod partikolari għal dawk is-setturi li huma soġġetti għal interventi speċifiċi jew programmi.

Barra minn hekk, dik id-deskrizzjoni għandha, b’mod partikolari, tenfasizza fir-rigward ta’ kull objettiv ġenerali u speċifiku stabbilit fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) u (2):

(a)

il-punti qawwija identifikati fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(b)

id-dgħufijiet identifikati fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(c)

l-opportunitajiet identifikati fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(d)

it-theddid identifikat fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), l-analiżi SWOT għandha tirreferi għall-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII.

Għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (g), l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi qasira tal-aċċess għall-art, il-mobbiltà tal-art u r-ristrutturar tal-art, l-aċċess għal finanzjament u krediti u aċċess għall-għarfien u għall-pariri.

Għall-objettiv trażversali stabbilit fl-Artikolu 6(2), l-analiżi SWOT għandha tipprovdi wkoll informazzjoni rilevanti dwar il-funzjonament tal-AKIS u l-istrutturi relatati.

3.   L-Anness III għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (c), għandu jinkludi l-eżiti tal-konsultazzjoni tas-sħab, u b’mod partikolari tal-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali u lokali, u deskrizzjoni qasira ta’ kif twettqet il-konsultazzjoni.

4.   L-Anness IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (d), għandu jipprovdi deskrizzjoni qasira tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-komplementarjetà tiegħu mal-interventi l-oħra tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

5.   L-Anness V tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (e), għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni qasira tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-interventi fl-iżvilupp rurali stabbiliti fit-Titolu III, Kapitolu IV, li huwa pprovdut fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-ammonti għal kull intervent u l-indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament;

(b)

spjegazzjoni tal-komplementarjetà mal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(c)

indikazzjoni ta’ jekk il-finanzjament nazzjonali addizzjonali huwiex barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u huwiex soġġett għal valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; u

(d)

l-assistenza finanzjarja nazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 53.

6.   L-Anness VI tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (f), għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali:

(a)

il-pakkett finanzjarju annwali speċifiku għas-settur għal kull settur li għalih tingħata għajnuna nazzjonali tranżizzjonali;

(b)

fejn rilevanti, ir-rata unitarja massima ta’ appoġġ għal kull sena tal-perijodu;

(c)

fejn rilevanti, informazzjoni fir-rigward tal-perijodu referenzjarju modifikata f’konformità mal-Artikolu 147(2), it-tieni subparagrafu;

(d)

deskrizzjoni qasira tal-komplementarjetà tal-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali mal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Artikolu 116

Setgħat delegati għall-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 sal-31 ta’ Diċembru 2023 li jemendaw dan il-Kapitolu fir-rigward tal-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-Annessi għalih. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu strettament limitati biex jiġu indirizzati problemi mġarrba mill-Istati Membri.

Artikolu 117

Setgħat ta’ implimentazzjoni għall-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fl-Artikoli 108 sa 115 fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

KAPITOLU III

APPROVAZZJONI U EMENDA TAL-PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK

Artikolu 118

Approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

1.   Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, bil-kontenut imsemmi fl-Artikolu 107, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2022.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan Strateġiku tal-PAK propost fir-rigward tal-kompletezza tiegħu, il-konsistenza u l-koerenza tiegħu mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu u mar-Regolament (UE) 2021/2116, il-kontribut effettiv tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-impatt tiegħu fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u fuq il-livell ta’ piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta’ interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.

3.   Skont ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tindirizza osservazzjonijiet lill-Istati Membri fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-pjan propost.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK propost sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet ippreżentata u l-Pjan ikun kompatibbli mal-Artikolu 9 u mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2021/2116 kif ukoll l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dawn. L-approvazzjoni għandha tkun ibbażata esklużivament fuq atti li huma legalment vinkolanti għall-Istati Membri.

5.   L-approvazzjoni ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandha ssir sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.

L-approvazzjoni ma għandhiex tkopri l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 113, punt (c), u fl-Annessi I sa IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 107(2), punti (a) sa (d).

F’każijiet debitament ġustifikati, Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 112 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f’emenda tal-pjan skont l-Artikolu 119 fi skeda ta’ żmien li ma taqbiżx tliet xhur mid-data tal-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

6.   Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ Kumitat imsemmija fl-Artikolu 153.

7.   Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

Artikolu 119

Emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

1.   L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b’mod partikolari juru l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2). Għandhom ikunu akkumpanjati mill-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-emenda ma’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu kif ukoll mar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-kontribut effettiv tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar mitlub ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK propost dment l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet ippreżentata u l-pjan emendat ikun kompatibbli mal-Artikolu 9 u mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dawn.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-preżentazzjoni tat-talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.

6.   L-approvazzjoni ta’ talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.

7.   Talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tiġi ppreżentata darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli previsti f’dan ir-Regolament li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 122. Barra minn hekk, tul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jistgħu jiġu ppreżentati tliet talbiet ulterjuri għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal talbiet għal emendi biex jiġu ppreżentati l-elementi neqsin f’konformità mal-Artikolu 118(5).

Talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7), l-Artikolu 103(5) jew l-Artikolu 120 ma għandhiex tgħodd għal-limitazzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

8.   Emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatat mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) jew l-Artikolu 103(1) fir-rigward tal-FAEG għandu tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja wara s-sena tal-approvazzjoni tat-talba għall-emendar mill-Kummissjoni u wara l-emendar korrispondenti tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 87(2).

Emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatat mal-Artikolu 103(1) fir-rigward tal-FAEG għandha tidħol wara l-approvazzjoni tat-talba għall-emendar mill-Kummissjoni u wara l-emendar korrispondenti tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 89(4).

Talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-FAEG, għajr l-emendi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tidħol fis-seħħ minn data li tiġi ddeterminata mill-Istat Membru li tkun aktar tard mid-data tal-approvazzjoni tat-talba għal dak l-emendar mill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data jew dati differenti tad-dħul fis-seħħ għal elementi differenti tal-emenda. Meta jistabbilixxu din id-data, l-Istati Membri għandhom iqisu l-limiti ta’ żmien għall-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu u l-ħtieġa tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra li jkollhom biżżejjed żmien biex iqisu l-emenda. Id-data ppjanata għandha tiġi indikata mill-Istat Membru flimkien mat-talba biex jiġi emendat il-Pjan Strateġiku tal-PAK u għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

9.   B’deroga mill-paragrafi 2 sa 8, 10 u 11 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħmlu u japplikaw modifiki għall-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li jirrigwardaw l-interventi skont it-Titolu III, Kapitolu IV, inkluż il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà ta’ tali interventi, li ma jwasslux għal bidliet fil-miri msemmija fl-Artikolu 109(1), punt (a). Huma għandhom jinnotifikaw tali modifiki lill-Kummissjoni saż-żmien li jibdew japplikawhom u jinkluduhom fit-talba li jmiss għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

10.   Kull emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ kumitat imsemmija fl-Artikolu 153.

11.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86, l-emendi għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

12.   Il-korrezzjonijiet ta’ natura klerikali jew ta’ żbalji ovvji jew ta’ natura purament editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-politika u l-intervent ma għandhomx jitqiesu bħala talba għall-emendar skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’tali korrezzjonijiet.

Artikolu 120

Rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

Meta ssir emenda għal kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII, kull Stat Membru għandu jivvaluta jekk il-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu jenħtieġx li jiġi emendat skont dan, b’mod partikolari l-ispjegazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(2), punt (a)(v), u l-elementi ulterjuri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija f’dik l-ispjegazzjoni. Kull Stat Membru għandu, fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tal-emenda fil-każ ta’ Direttiva elenkata fl-Anness XIII jew fi żmien sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni tal-emenda fil-każ ta’ Regolament elenkat fl-Anness XIII, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tiegħu bi spjegazzjoni ta’ akkumpanjament u, jekk ikun meħtieġ, jippreżenta talba biex jemenda l-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119(2).

Artikolu 121

Kalkolu tal-limiti taż-żmien għal azzjonijiet tal-Kummissjoni

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, meta jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għal azzjoni tal-Kummissjoni, dak il-limitu ta’ żmien għandu jibda meta l-informazzjoni kollha li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa tiegħu tkun ġiet ippreżentata.

Dan il-limitu ta’ żmien m’għandux jinkludi:

(a)

il-perijodu li jibda mid-data wara d-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha jew talba għal dokumenti riveduti lill-Istat Membru u jintemm fid-data li fiha l-Istat Membru jwieġeb lill-Kummissjoni;

(b)

għall-emendi relatati mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) u l-Artikolu 103(5), il-perijodu għall-adozzjoni tal-att delegat għall-emendar tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 87(2).

Artikolu 122

Setgħat delegati dwar l-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li, f’konformità mal-Artikolu 152, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan il-Kapitolu rigward:

(a)

il-proċeduri u l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(b)

id-determinazzjoni ta’ każijiet ulterjuri li għalihom ma jgħoddx l-għadd massimu ta’ emendi msemmi fl-Artikolu 119(7).

TITOLU VI

KOORDINAZZJONI U GOVERNANZA

Artikolu 123

Awtorità ta’ ġestjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali għall-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha.

L-Istati Membri jistgħu, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom, jiddeżinjaw awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali biex ikunu responsabbli għal uħud mill-kompiti, jew għall-kompiti kollha imsemmija fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll rilevanti tkun ġiet stabbilita b’tali mod li tiżgura allokazzjoni u separazzjoni ċari tal-funzjonijiet bejn l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u, fejn rilevanti, awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali u korpi oħra. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw li s-sistema taħdem b’mod effettiv tul il-perijodu kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

2.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli li tiġġestixxi u timplimenta l-Pjan Strateġiku tal-PAK b’mod effiċjenti, effettiv u korrett. B’mod partikolari għandha tiżgura li:

(a)

ikun hemm sistema ta’ informazzjoni elettronika kif imsemmija fl-Artikolu 130;

(b)

il-bdiewa, benefiċjarji oħra u korpi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-interventi:

(i)

jiġu mgħarrfa dwar l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-għajnuna mogħtija, u jżommu sistema ta’ kontabbiltà separata jew kodiċi ta’ kontabbiltà xieraq għat-tranżazzjonijiet kollha marbuta ma’ operazzjoni, fejn rilevanti;

(ii)

ikunu konxji mir-rekwiżiti fir-rigward tal-provvista tad-data lill-awtorità ta’ ġestjoni u r-reġistrazzjoni tal-outputs u r-riżultati;

(c)

il-bdiewa u benefiċjarji oħra kkonċernati jiġu pprovduti, fejn xieraq permezz tal-użu ta’ mezzi elettroniċi, b’informazzjoni ċara u preċiża dwar ir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u l-istandards minimi tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 2, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti relatati mal-kundizzjonalità soċjali stabbiliti skont it-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 3, li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-azjenda agrikola;

(d)

l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 139 tikkonforma mas-sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ u li tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

(e)

il-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 140(4) huwa fis-seħħ u li l-evalwazzjonijiet ex post imsemmija f’dak l-Artikolu twettqu fil-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jiġi żgurat li dawn l-evalwazzjonijiet jikkonformaw mas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni u li huma ppreżentati lill-kumitat ta’ monitoraġġ u lill-Kummissjoni;

(f)

il-kumitat ta’ monitoraġġ jiġi provdut bl-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fid-dawl tal-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tiegħu;

(g)

jitfassal ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, inkluż it-tabelli ta’ monitoraġġ aggregati, u, wara li r-rapport ikun ġie ppreżentat lill-kumitat ta’ monitoraġġ għall-opinjoni, jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(h)

jittieħdu azzjonijiet ta’ segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali;

(i)

l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari dwar il-proċeduri operati u kwalunkwe kontroll imwettaq b’rabta mal-interventi magħżula għall-finanzjament, qabel ma jkunu awtorizzati l-pagamenti;

(j)

il-benefiċjarji tal-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR, għajr l-interventi relatati maż-żona u mal-annimali, jirrikonoxxu l-appoġġ finanzjarju riċevut, inkluż bl-użu xieraq tal-emblema tal-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5;

(k)

isir reklamar għall-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż permezz tan-network nazzjonali tal-PAK, billi jiġu infurmati:

(i)

benefiċjarji potenzjali, organizzazzjonijiet professjonali, sħab ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati, inkluż organizzazzjonijiet ambjentali, bil-possibbiltajiet offruti mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u r-regoli biex jinkiseb aċċess għall-finanzjament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; u

(ii)

bdiewa, benefiċjarji oħra u l-pubbliku ġenerali dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-agrikoltura u għall-iżvilupp rurali permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Għal appoġġ iffinanzjat mill-FAEG, kif xieraq, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità ta’ ġestjoni tuża l-għodda u l-istrutturi ta’ viżibilità u komunikazzjoni użati mill-FAEŻR.

3.   Fejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, huma responsabbli għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa bejn dawk l-awtoritajiet bil-ħsieb li jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

4.   L-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali jew, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali tista’ tiddelega kompiti lil korpi intermedji. F’dak il-każ, l-awtorità ta’ ġestjoni li tiddelega għandha żżomm responsabbiltà sħiħa għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti u tiżgura li jkun hemm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet xierqa biex il-korp intermedju jkun jista’ jikseb id-data u l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kompiti.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-informazzjoni, il-pubbliċità u r-rekwiżiti tal-viżibbiltà msemmija fil-paragrafu 2, punti (j) u (k). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

Artikolu 124

Kumitat ta’ monitoraġġ

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat nazzjonali biex iwettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fi żmien tliet xhur mid-data ta’ notifika lill-Istat Membru bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK.

Kull kumitat ta’ monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni ma’ kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali meta jiġu stabbiliti skont il-paragrafu 5, dwar il-prevenzjoni tal-konflitti ta’ interess u dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza.

Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena u għandu jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lejn il-kisba tal-miri tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jippubblika r-regoli ta’ proċedura u l-opinjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ.

2.   Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi intermedjarji rilevanti u tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 106(3).

Kull membru tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkollu vot.

L-Istat Membru għandu jippubblika l-lista tal-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ online.

Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ b’funzjoni konsultattiva.

3.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina b’mod partikolari:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u fil-kisba tal-istadji importanti u tal-miri;

(b)

kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet, inkluż il-progress lejn is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji finali;

(c)

l-elementi tal-valutazzjoni ex ante elenkati fl-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u d-dokument ta’ strateġija msemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament;

(d)

il-progress li jkun sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, is-sinteżi tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu mogħti lis-sejbiet;

(e)

informazzjoni rilevanti relatata mal-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ipprovduta min-network nazzjonali tal-PAK;

(f)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà;

(g)

il-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra, fejn rilevanti.

4.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar:

(a)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet;

(b)

ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni;

(c)

il-pjan ta’ evalwazzjoni u l-emendi tiegħu;

(d)

kwalunkwe proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

5.   Fejn l-elementi huma stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistabbilixxi kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-elementi reġjonali u jipprovdu lill-kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali b’informazzjoni f’dan ir-rigward. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għal dawk il-kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali, fir-rigward tal-elementi stabbiliti fil-livell reġjonali.

Artikolu 125

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta’ Stati Membri

1.   Fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru, il-FAEŻR jista’ jappoġġa azzjonijiet li huma meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ b’rabta mal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-istabbiliment u l-operat tan-networks nazzjonali tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 126(1). L-azzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jikkonċernaw perijodi ta’ programmazzjoni preċedenti u perijodi sussegwenti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

2.   L-azzjonijiet tal-awtorità tal-Fond Ewlieni skont Artikolu 31(4), (5) u (6) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jistgħu jiġu appoġġati wkoll dment li LEADER jinvolvi appoġġ mill-FAEŻR.

3.   L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta’ Stati Membri ma għandhiex tiffinanzja lill-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 126

Networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi network nazzjonali għall-politika agrikola komuni (“network nazzjonali tal-PAK”) għan-networking tal-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet, tal-konsulenti, tar-riċerkaturi u atturi oħra tal-innovazzjoni, u atturi oħra fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell nazzjonali l-aktar tard 12-il xahar wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni. In-networks nazzjonali tal-PAK għandhom jibnu fuq l-esperjenza u l-prattiki eżistenti tan-networking fl-Istati Membri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Network Ewropew għall-politika agrikola komuni (“network Ewropew tal-PAK”) għan-networking tan-networks, l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell tal-Unjoni.

3.   In-networking permezz tan-networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK għandu jkollu l-objettivi li ġejjin:

(a)

iżid l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u, fejn rilevanti, fit-tfassil tagħhom;

(b)

jakkumpanja l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fit-tranżizzjoni għal mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni;

(c)

jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(d)

jikkontribwixxi għall-informazzjoni tal-benefiċjarji pubbliċi u potenzjali dwar il-PAK u l-opportunitajiet ta’ finanzjament;

(e)

irawwem l-innovazzjoni fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u jappoġġa t-tagħlim bejn il-pari u l-inklużjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha, u l-interazzjoni bejniethom, fil-proċess tal-iskambju tal-għarfien u tal-bini tal-għarfien;

(f)

jikkontribwixxi għall-kapaċità u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

(g)

jikkontribwixxu għat-tixrid tar-riżultati tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

L-objettiv fl-ewwel subparagrafu, punt (d), għandu jiġi indirizzat b’mod partikolari permezz tan-networks nazzjonali tal-PAK.

4.   Il-kompiti tan-networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tal-informazzjoni dwar azzjonijiet u prattiki tajbin implimentati jew appoġġati skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif ukoll analiżi dwar żviluppi fl-agrikoltura u l-oqsma rurali rilevanti għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2);

(b)

il-kontribut għall-bini tal-kapaċità għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u ta’ atturi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, inkluż fir-rigward tal-proċessi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

(c)

il-ħolqien ta’ pjattaformi, fora u avvenimenti biex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ esperjenza bejn il-partijiet ikkonċernati u t-tagħlim bejn il-pari, inkluż fejn rilevanti l-iskambji man-networks f’pajjiżi terzi;

(d)

il-ġbir tal-informazzjoni u l-iffaċilitar tat-tixrid tagħha kif ukoll in-networking tal-istrutturi u tal-proġetti ffinanzjati, bħall-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3) ta’ dan ir-Regolament u l-istrutturi u l-proġetti ekwivalenti;

(e)

l-appoġġ għal proġetti ta’ kooperazzjoni bejn il-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3) ta’ dan ir-Regolament, il-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew strutturi simili għall-iżvilupp lokali, inkluż kooperazzjoni tranżnazzjonali;

(f)

il-ħolqien ta’ rabtiet ma’ strateġiji jew networks oħra ffinanzjati mill-Unjoni;

(g)

il-kontribut għall-iżvilupp ulterjuri tal-PAK u t-tħejjija ta’ kwalunkwe perijodu sussegwenti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(h)

fil-każ tan-networks nazzjonali tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-network Ewropew tal-PAK u l-kontribut għalihom;

(i)

fil-każ tan-network Ewropew tal-PAK, il-kooperazzjoni mal-attivitajiet tan-networks nazzjonali tal-PAK u l-kontribuzzjoni għalihom.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-network Ewropew tal-PAK. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

Artikolu 127

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli

1.   L-għan tal-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli (EIP) għandu jkun li jistimola l-innovazzjoni u jtejjeb l-iskambju tal-għarfien.

L-EIP għandha tappoġġa lill-AKIS, billi tikkollega l-politiki u l-istrumenti biex tħaffef l-innovazzjoni.

2.   L-EIP għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).

Hija għandha b’mod partikolari:

(a)

toħloq valur miżjud billi torbot aħjar ir-riċerka u l-prattiki tal-biedja u billi tinkoraġġixxi l-użu aktar mifrux tal-miżuri ta’ innovazzjoni disponibbli;

(b)

tikkollega l-atturi u l-proġetti ta’ innovazzjoni;

(c)

tippromwovi t-traspożizzjoni aktar mgħaġġla u aktar mifruxa ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika, inkluż l-iskambji bejn il-bdiewa; u

(d)

tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta’ riċerka tal-prattika tal-biedja.

3.   Il-gruppi operazzjonali tal-EIP, appoġġati bit-tip ta’ intervent ta’ kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 77, għandhom jiffurmaw parti mill-EIP. Kull grupp operazzjonali tal-EIP għandu jfassal pjan għal proġett innovattiv li għandu jiġi żviluppat jew implimentat. Il-proġett innovattiv għandu jkun ibbażat fuq il-mudell ta’ innovazzjoni interattiva li, bħala prinċipji ewlenin, għandha:

(a)

l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-bdiewa jew tal-forestiera filwaqt li jiġu indirizzati l-interazzjonijiet fil-katina tal-provvista kollha fejn ikun utli;

(b)

it-tlaqqigħ ta’ sħab b’għarfien komplementari bħal bdiewa, konsulenti, riċerkaturi, intrapriżi jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, magħmul biex ikun l-aħjar mod biex jinkisbu l-objettivi tal-proġett; u

(c)

it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-ħolqien b’mod konġunt tul il-proġett kollu.

Il-gruppi operazzjonali tal-EIP jistgħu jaġixxu fil-livell tranżnazzjonali, inkluż fil-livell transkonfinali. L-innovazzjoni prevista tista’ tkun ibbażata fuq prattiki ġodda, iżda wkoll dawk tradizzjonali f’kuntest ġeografiku jew ambjentali ġdid.

Il-gruppi operazzjonali tal-EIP għandhom iqassmu sommarju tal-pjanijiet tagħhom u tar-riżultati tal-proġetti tagħhom, b’mod partikolari permezz tan-networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK.

TITOLU VII

MONITORAĠĠ, RAPPURTAR U EVALWAZZJONI

KAPITOLU I

QAFAS TA’ PRESTAZZJONI

Artikolu 128

Stabbiliment tal-qafas ta’ prestazzjoni

1.   Għandu jiġi stabbilit qafas ta’ prestazzjoni taħt ir-responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-qafas ta’ prestazzjoni għandu jippermetti rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK waqt l-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Il-qafas ta’ prestazzjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

sett ta’ indikaturi komuni tal-output, tar-riżultat, tal-impatt u tal-kuntest imsemmi fl-Artikolu 7 li ser jintuża bħala l-bażi għar-rappurtar tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tal-prestazzjoni annwali;

(b)

il-miri u l-istadji importanti annwali stabbiliti b’rabta mal-objettiv speċifiku rilevanti bl-użu tal-indikaturi rilevanti tar-riżultat;

(c)

il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-data;

(d)

ir-rappurtar regolari dwar l-attivitajiet ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni;

(e)

l-evalwazzjonijiet ex ante, interim u ex post u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni l-oħra kollha marbuta mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Artikolu 129

Objettivi tal-qafas ta’ prestazzjoni

L-objettivi tal-qafas ta’ prestazzjoni għandhom ikunu:

(a)

il-valutazzjoni tal-impatt, tal-effettività, tal-effiċjenza, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-Unjoni tal-PAK;

(b)

il-monitoraġġ tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(c)

il-valutazzjoni tal-impatt, tal-effettività, tal-effiċjenza, tar-rilevanza u tal-koerenza tal-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(d)

l-appoġġ tal-proċess ta’ tagħlim komuni relatat mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Artikolu 130

Sistema Elettronika ta’ Informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ informazzjoni elettronika sigura, jew jużaw waħda eżistenti, li fiha għandhom jirreġistraw u jżommu l-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li hija meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, b’mod partikolari għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi u l-miri stabbiliti, inkluż informazzjoni dwar kull benefiċjarju u operazzjoni.

Artikolu 131

Għoti ta’ informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-appoġġ bl-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-awtorità ta’ ġestjoni, jew korpi oħra delegati biex iwettqu funzjonijiet f’isimha, għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sorsi ta’ data komprensiva, f’waqtha u affidabbli biex ikun jista’ jsir segwitu effettiv tal-progress tal-politika lejn l-objettivi bl-użu tal-indikaturi tal-output, tar-riżultat u tal-impatt.

Artikolu 132

Proċeduri ta’ monitoraġġ

L-awtorità ta’ ġestjoni u l-kumitat ta’ monitoraġġ għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK abbażi tal-indikaturi tal-output u tar-riżultat.

Artikolu 133

Setgħat ta’ implimentazzjoni għall-qafas ta’ prestazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontenut tal-qafas ta’ prestazzjoni. Atti bħal dawn għandhom jinkludu indikaturi oħra minbarra dawk tal-Anness I li huma meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni xierqa tal-politika, il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi kif jinsabu fl-Anness I u barra minnu, u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-garanzija tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tad-data miġbura mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

KAPITOLU II

RAPPORTI ANNWALI DWAR IL-PRESTAZZJONI

Artikolu 134

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

1.   F’konformità mal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport annwali dwar il-prestazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fis-sena finanzjarja preċedenti.

2.   L-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni, li għandu jiġi pprovdut f’konformità mal-Artikolu 9(3) u l-Artiklu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116, għandu jinkludi sommarju tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni.

3.   Sabiex ikun ammissibbli, ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha mitluba fil-paragrafi 4, 5, 7, 8, 9 u 10, u fejn rilevanti, il-paragrafu 6. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ approvazzjoni annwali previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mill-preżentazzjoni tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni jekk mhux ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala ammissibbli.

4.   Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom jagħtu l-informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva prinċipali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’referenza għad-data finanzjarja u għall-indikaturi tal-output u tar-riżultat, inkluż fil-livell reġjonali fejn rilevanti.

5.   L-informazzjoni kwantitattiva msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi:

(a)

l-outputs realizzati;

(b)

in-nefqa ddikjarata fil-kontijiet annwali u rilevanti għall-outputs imsemmija fil-punt (a), qabel l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe piena jew tnaqqis ieħor, u għall-FAEŻR, titqies ir-riallokazzjoni ta’ fondi kkanċellati jew irkuprati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(c)

il-proporzjon bejn in-nefqa msemmija fil-punt (b) u l-outputs rilevanti msemmija fil-punt (a) (“ammont unitarju realizzat”);

(d)

ir-riżultati u d-distanza għall-istadji importanti korrispondenti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 109(1), punt (a).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c), għandha tiġi diżaggregata f’kull ammont unitarju kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 111, punt (h), għall-fini tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni. Għall-indikaturi tal-output li huma mmarkati fl-Anness I kif użati biss għall-monitoraġġ, għandha tiġi inkluża biss l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (a), ta’ dan il-paragrafu.

6.   Għal intervent mhux kopert mis-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri jistgħu, minbarra l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jiddeċiedu li f’kull rapport annwali dwar il-prestazzjoni jipprovdu:

(a)

jew l-ammonti unitarji medji għall-operazzjonijiet magħżula fis-sena finanzjarja preċedenti u l-għadd relatat ta’ outputs u nefqa; jew

(b)

il-proporzjon bejn in-nefqa pubblika totali bl-esklużjoni tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5), impenjat għal operazzjonijiet li għalihom saru pagamenti fis-sena finanzjarja preċedenti u l-outputs realizzati kif ukoll l-għadd relatat ta’ outputs u nefqa.

Dik l-informazzjoni għandha tintuża mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikoli 40 u 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għal kull waħda mis-snin meta jsiru l-pagamenti għall-operazzjonijiet relatati.

7.   L-informazzjoni kwalitattiva msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi:

(a)

sintesi tal-istat ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fir-rigward tas-sena finanzjarja preċedenti;

(b)

kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti, fejn xieraq, bl-għoti tar-raġunijiet u, fejn rilevanti, b’deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu.

8.   Għall-finijiet tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fl-informazzjoni kwalitattiva msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jinkludu wkoll:

(a)

ġustifikazzjoni ta’ kwalunkwe eċċess bejn l-ammont unitarju realizzat meta mqabbel mal-ammont unitarju ppjanat korrispondenti jew, fejn applikabbli, l-ammont unitarju massimu ppjanat imsemmi fl-Artikolu 102 ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu minn waħda mill-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, ġustifikazzjoni ta’ kwalunkwe eċċess tal-ammont unitarju realizzat meta mqabbel jew mal-ammont unitarju medju korrispondenti għall-operazzjonijiet magħżula jew mal-proporzjon bejn in-nefqa pubblika totali, bl-esklużjoni tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5), impenjat għal operazzjonijiet li għalihom ikunu saru pagamenti fis-sena finanzjarja preċedenti u l-outputs relatati realizzati, skont l-għażla tal-Istat Membru.

9.   Il-ġustifikazzjoni għandha tkun inkluża għall-fini tal-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 fejn l-eċċess imsemmi fil-paragrafu 8, punt (a), ta’ dan l-Artikolu, ikun ogħla minn 50 %.

Alternattivament, meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-possibbiltà prevista fil-paragrafu 6, il-ġustifikazzjoni għandha tkun inkluża biss meta l-eċċess imsemmi fil-paragrafu 8, punt (b), ikun ogħla minn 50 %.

10.   Għall-istrumenti finanzjarji, minbarra d-data li trid tiġi provduta skont il-paragrafu 4 għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar:

(a)

in-nefqa eliġibbli għal kull tip ta’ prodott finanzjarju;

(b)

l-ammont tal-ispejjeż u tat-tariffi ta’ ġestjoni ddikjarati bħala nefqa eliġibbli;

(c)

l-ammont, għal kull tip ta’ prodott finanzjarju, ta’ riżorsi privati u pubbliċi mmobilizzati flimkien mal-FAEŻR;

(d)

l-imgħax u qligħ ieħor iġġenerati permezz tal-appoġġ mill-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u r-riżorsi mogħtija lura li huma attribwiti għall-appoġġ mill-FAEŻR skont l-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament;

(e)

il-valur totali ta’ self, investimenti ta’ ekwità jew kważi-ekwità f’riċevituri finali li kienu garantiti b’nefqa pubblika eliġibbli minbarra finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5) ta’ dan ir-Regolament u li fil-fatt ġew żborżati lir-riċevituri finali.

Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għall-istrumenti finanzjarji, l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu għandha tiġi pprovduta fil-livell tar-riċevituri finali.

11.   Għall-fini tal-eżami biennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135, ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5), punti (a) u (d). Dak il-finanzjament għandu jitqies għall-eżami biennali tal-prestazzjoni.

12.   Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll sommarju tal-kontenut tagħhom għaċ-ċittadini, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

13.   Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ approvazzjoni annwali previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti ta’ prestazzjoni annwali ammissibbli fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tagħhom. Meta l-Kummissjoni ma tagħmilx osservazzjonijiet qabel jagħlaq dak iż-żmien, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati. L-Artikolu 121 ta’ dan ir-Regolament dwar il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni għandu japplika mutatis mutandis.

14.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

Artikolu 135

Eżami biennali tal-prestazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq eżami biennali tal-prestazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni.

2.   Meta il-valur irrappurtat ta’ indikatur tar-riżultat wieħed jew aktar skont l-Artikolu 134, li ntużaw mill-Istat Membru kkonċernat għall-eżami tal-prestazzjoni fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Anness I jiżvela nuqqas ta’ aktar minn 35 % mill-istadju importanti rispetti għas-sena finanzjarja 2024 u 25 % għas-sena finanzjarja 2026, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta ġustifikazzjoni għal din id-devjazzjoni. Wara l-valutazzjoni ta’ dik il-ġustifikazzjoni, il-Kummissjoni tista’, fejn meħtieġ, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżenta pjan ta’ azzjoni skont l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, b’deskrizzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju intenzjonati u ż-żmien li dawn mistennija jieħdu.

3.   Fl-2026, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti dwar il-prestazzjoni għas-sena finanzjarja 2025. Meta l-valur ta’ indikatur tar-riżultat wieħed jew aktar irrappurtat skont l-Artikolu 134 li jkun intuża mill-Istat Membru kkonċernat għall-analiżi tal-prestazzjoni fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Anness I jiżvela nuqqas ta’ aktar minn 35 % mill-istadju importanti kkonċernat għas-sena finanzjarja 2025, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat għal azzjonijiet ta’ rimedju.

Artikolu 136

Laqgħat annwali ta’ rieżami

1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jorganizzaw laqgħa ta’ rieżami mal-Kummissjoni. Il-laqgħa ta’ rieżami għandha tkun ippreseduta b’mod konġunt jew mill-Kummissjoni u għandha ssir mhux qabel xahrejn wara l-preżentazzjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

2.   Il-laqgħa ta’ rieżami għandu jkollha l-għan li teżamina l-prestazzjoni ta’ kull pjan, inkluż il-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri stabbiliti u informazzjoni disponibbli dwar impatti rilevanti, kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni u l-azzjonijiet fl-imgħoddi u futuri li jridu jittieħdu biex jindirizzawhom.

KAPITOLU III

RAPPURTAR GĦALL-PAGAMENT SPEĊIFIKU GĦALL-GĦELEJJEL GĦALL-QOTON U L-GĦAJNUNA NAZZJONALI TRANŻIZZJONALI

Artikolu 137

Rappurtar annwali

Sal-15 ta’ Frar 2025 u l-15 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti sal-2030, l-Istati Membri li jagħtu l-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton stabbilit fit-Titoli III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 2, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar l-implimentazzjoni ta’ dak il-pagament fis-sena finanzjarja preċedenti:

(a)

l-għadd ta’ benefiċjarji:

(b)

l-ammont ta’ pagament għal kull ettaru; u

(c)

l-għadd ta’ ettari mħallsa li għalih ingħata l-pagament.

Artikolu 138

Rapportar annwali dwar l-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali

Sal-15 ta’ Frar 2025 u l-15 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti sal-2030, l-Istati Membri li jagħtu l-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali stipulata fl-Artikolu 147 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar l-implimentazzjoni ta’ dik l-għajnuna fis-sena finanzjarja preċedenti għal kull settur rilevanti:

(a)

l-għadd ta’ benefiċjarji;

(b)

l-ammont totali ta’ għajnuna nazzjonali tranżizzjonali mogħtija; u

(c)

l-għadd ta’ ettari, ta’ annimali jew ta’ unitajiet oħra li għalihom ingħatat dik l-għajnuna.

KAPITOLU IV

EVALWAZZJONI TAL-PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK

Artikolu 139

Evalwazzjoni ex ante

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.

2.   L-evalwazzjoni ex ante għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli għat-tħejjija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

3.   L-evalwazzjoni ex ante għandha tivvaluta:

(a)

il-kontribut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lill-kisba tal-objettivi speċifiċi kif jinsabu fl-Artikolu 6(1) u (2), filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali u l-potenzjal għall-iżvilupp kif ukoll it-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-PAK f’perijodi ta’ programmazzjoni preċedenti;

(b)

il-koerenza interna tal-Pjan Strateġiku tal-PAK propost u r-relazzjoni tiegħu ma’ strumenti rilevanti oħra;

(c)

il-konsistenza tal-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji ma’ dawk l-objettivi speċifiċi kif jinsabu fl-Artikolu 6(1) u (2) li huma indirizzati mill-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(d)

kif l-outputs mistennija ser jikkontribwixxu għar-riżultati;

(e)

jekk il-valuri fil-mira kwantifikati għar-riżultati u l-istadji importanti humiex xierqa u realistiċi, filwaqt li jitqies l-appoġġ previst mill-FAEG u mill-FAEŻR;

(f)

miżuri ppjanati biex inaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u benefiċjarji oħra;

(g)

fejn rilevanti, ir-raġunament għall-użu tal-istrumenti finanzjarji ffinanzjati mill-FAEŻR.

4.   L-evalwazzjoni ex ante tista’ tinkorpora fiha r-rekwiżiti għall-istima ambjentali strateġika stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE filwaqt li tqis il-ħtiġijiet għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Artikolu 140

Evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni u ex post

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom matul l-implimentazzjoni u ex post biex itejbu l-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-kisba tal-objettivi ġenerali tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 5 u dawk l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) li huma indirizzati mill-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat. L-impatt globali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiġi vvalutat biss permezz tal-evalwazzjoni ex post.

2.   L-Istati Membri għandhom jafdaw l-evalwazzjonijiet lil esperti funzjonalment indipendenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm fis-seħħ proċeduri biex tiġi prodotta u miġbura d-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

4.   L-Istati Membri għandhom ifasslu pjan ta’ evalwazzjoni li jagħti indikazzjonijiet dwar l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni maħsuba matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-pjan ta’ evalwazzjoni lill-kumitat ta’ monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

6.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli għat-tlestija ta’ evalwazzjoni komprensiva ex post tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sal-31 ta’ Diċembru 2031.

7.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-evalwazzjonijiet kollha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

KAPITOLU V

VALUTAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Artikolu 141

Valutazzjoni tal-prestazzjoni u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ evalwazzjoni pluriennali tal-PAK li għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tagħha. Dak il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkopri wkoll il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport sommarju tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2023. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-isforz konġunt u l-ambizzjoni kollettiva tal-Istati Membri biex jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2), b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e), (f) u (i).

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tivvaluta l-operat tal-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid mill-Istati Membri u l-konsistenza u l-kontribuzzjoni flimkien tal-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri għall-kisba tal-impenji ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri sabiex tiffaċilita t-twettiq ta’ dawk l-impenji.

4.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-FAEG u l-FAEŻR sal-31 ta’ Diċembru 2026, filwaqt li tqis l-indikaturi li jinsabu fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-informazzjoni rilevanti kollha li tkun diġà disponibbli skont l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju.

5.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex-post biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-FAEG u tal-FAEŻR.

6.   Abbażi tal-evidenza pprovduta fl-evalwazzjonijiet tal-PAK, inkluż l-evalwazzjonijiet dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, kif ukoll sorsi rilevanti ta’ informazzjoni oħra, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni interim, inkluż l-ewwel riżultati dwar il-prestazzjoni tal-PAK, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2027. It-tieni rapport li jinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-PAK għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Diċembru 2031.

Artikolu 142

Rappurtar ibbażat fuq sett ewlieni ta’ indikaturi

F’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar skont l-Artikolu 41(3), punt (h)(iii), tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu mkejla permezz tas-sett ewlieni ta’ indikaturi li jinsab fl-Anness XIV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 143

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni disponibbli meħtieġa biex tippermettilha twettaq il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 141.

2.   Id-data meħtieġa għall-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt għandha tiġi primarjament minn sorsi ta’ data stabbiliti, bħan-Network tad-Data tal-Kontabbiltà Agrikola u l-Eurostat. Meta d-data għal dawk l-indikaturi ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompluta, il-lakuni għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest tal-Programm Ewropew tal-Istatistika stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51), in-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 (52), jew permezz ta’ ftehimiet formali ma’ fornituri oħra ta’ data bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

3.   Id-data mir-reġistri amministrattivi, bħas-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-biċċiet raba’ msemmija fl-Artikolu 68 ta’ dak ir-Regolament, u r-reġistri tal-vinji u tal-annimali, għandhom jintużaw ukoll għal finijiet ta’ statistika, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-istatistika fl-Istati Membri u mal-Eurostat.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux meħtieġ, kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ data u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta’ data potenzjali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOMPETIZZJONI

Artikolu 144

Regoli li japplikaw għall-intrapriżi

Meta jingħata appoġġ skont it-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għal forom ta’ kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, dan għandu jingħata biss lil dawk il-forom ta’ kooperazzjoni li jikkonformaw mar-regoli ta’ kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 210 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 145

Għajnuna mill-Istat

1.   Għajr għal meta jkun previst mod ieħor f’dan it-Titolu, l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE għandhom japplikaw għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.

2.   L-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE m’għandhomx japplikaw għall-appoġġ mogħti mill-Istati Membri bis-saħħa u b’osservanza ta’ dan ir-Regolament, jew għal finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 146 ta’ dan ir-Regolament, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE.

Artikolu 146

Finanzjament nazzjonali addizzjonali

L-appoġġ mogħti mill-Istati Membri fir-rigward tal-operazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE li huwa maħsub biex jipprovdi finanzjament addizzjonali għall-interventi fl-żvilupp rurali stipulati fit-Titolu III, Kapitolu IV, ta’ dan ir-Regolament li għalihom jingħata l-appoġġ tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jista’ jsir biss jekk jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u jkun inkluż fl-Anness V tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK approvati mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu appoġġ għal interventi fis-setturi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, ta’ dan ir-Regolament ħlief fejn dan ikun previst b’mod espliċitu f’dak il-Kapitolu.

Artikolu 147

Għajnuna nazzjonali tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri li jkunu taw għajnuna nazzjonali tranżizzjonali fil-perijodu 2015-2022 skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna nazzjonali tranżizzjonali lill-bdiewa.

2.   Il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna nazzjonali tranżizzjonali għandhom ikunu identiċi għal dawk imsemmija fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna nazzjonali tranżizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu relatati ma’ perijodu ta’ referenza, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimmodifikaw il-perijodu ta’ referenza sa mhux aktar tard mis-sena 2018.

3.   L-ammont totali tal-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali li jista’ jingħata għal kull settur għandu jkun limitat għall-perċentwal li ġej tal-livell ta’ pagamenti f’kull wieħed mill-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur awtorizzat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (53) fl-2013:

50 % fl-2023,

45 % fl-2024,

40 % fl-2025,

35 % fl-2026,

30 % fl-2027.

Għal Ċipru, il-perċentwal għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur kif jinsabu fl-Anness XVIIa għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 148

Miżuri għal riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi

1.   Sabiex jiġu riżolti problemi speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza. Tali atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament iżda sal-punt u għal żmien strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

2.   Għal raġunijiet ta’ urġenza imperattivi u debitament ġustifikati, u sabiex jiġu riżolti tali problemi speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1 filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 153(3).

3.   Il-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 jew 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar. Jekk wara dan il-perijodu l-problemi speċifiċi msemmija f’dawk il-paragrafi jippersistu, il-Kummissjoni, sabiex tistabbilixxi soluzzjoni permanenti, tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva xierqa.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 fi żmien jumejn ta’ xogħol mill-adozzjoni tagħha.

Artikolu 149

Applikazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew

1.   It-Titolu III, Kapitolu II, ma japplikax għar-reġjuni ultraperiferiċi.

2.   Għall-pagamenti diretti mogħtija fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, japplikaw l-Artikolu 3, punti (1) u (2), l-Artikolu 4(2), (3) u (5), l-Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, Titolu III, Kapitolu I, Taqsimiet 2 u 3, u t-Titolu IX ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 4(2), (3) u (5) u t-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 2, japplikaw mingħajr ebda obbligu relatat mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

KAPITOLU II

SISTEMA TA’ INFORMAZZJONI U PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Artikolu 150

Skambju ta’ informazzjoni u dokumenti

1.   Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-iskambju sigur ta’ data ta’ interess komuni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sistema elettronika sigura xierqa li tirreġistra, iżżomm u tamministra informazzjoni ewlenija u tirrapporta dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-operazzjoni tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).

Artikolu 151

L-ipproċessar u protezzjoni tad-data personali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 98, 99 u 100 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru d-data personali bil-għan li jwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom ta’ ġestjoni, kontroll, monitoraġġ u evalwazzjoni skont dan ir-Regolament, u b’mod partikolari, dawk stabbiliti fit-Titoli VI u VII, u ma għandhomx jipproċessaw dik id-data b’mod li hija inkompatibbli ma’ dan l-iskop.

2.   Meta d-data personali tiġi pproċessata għall-finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni skont it-Titolu VII bl-użu tas-sistema elettronika sigura msemmija fl-Artikolu 150, din għandha tkun anonima.

3.   Data personali, inkluż meta din hija pproċessata minn fornituri ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli imsemmija fl-Artikolu 15, għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. B’mod partikolari, tali data ma għandiex tinħażen f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal żmien itwal milli meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret jew li għalihom tiġi pproċessata aktar, b’kont meħud tal-perijodi ta’ żamma minimi stabbiliti fil-liġi applikabbli nazzjonali u fil-liġi tal-Unjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tista’ tiġi pproċessata minn korpi nazzjonali u tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 1 u li f’dan ir-rigward huma jgawdu mid-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data previsti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.

KAPITOLU III

ATTI DELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 152

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(8), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikoli 45, 56 u 84, l-Artikolu 87(2), l-Artikolu 89(4), l-Artikolu 100(3) u l-Artikoli 116, 122 u 158 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mis-7 ta’ Diċembru 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(8), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikoli 45, 56 u 84, l-Artikolu 87(2), l-Artikolu 89(4), l-Artikolu 100(3) u l-Artikoli 116, 122 u 158 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(8), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikoli 45, 56 u 84, l-Artikolu 87(2), l-Artikolu 89(4), l-Artikolu 100(3) u l-Artikoli 116, 122 u 158 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 153

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat imsejjaħ “Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni”. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fil-każ ta’ atti msemmija fl-Artikolu 133 u l-Artikolu 143(4) ta’ dan ir-Regolament, meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 154

Tħassir

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu, soġġett għar-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54), dan għandu jkompli japplika għall-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Dan għandu, taħt l-istess kondizzjonijiet, japplika għan-nefqa mġarrba mill-benefiċjarju u jitħallas mill-aġenzija tal-pagamenti fi ħdan il-qafas ta’ dawk il-programmi għall-iżvilupp rurali sal-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Anness III għalih għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tad-deżinjazzjoni taż-żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra. Ir-referenzi għall-programmi ta’ żvilupp rurali għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

Sakemm jiġu stabbiliti in-networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 126 ta’ dan ir-Regolament, in-network Ewropew għall-iżvilupp rurali, in-network tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni u n-networks rurali nazzjonali msemmija fl-Artikoli 52, 53 u 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistgħu jwettqu, flimkien mal-attivitajiet imsemmija f’dawk l-Artikoli, l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 126 u 127 ta’ dan ir-Regolament.

Meta n-networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 126 ta’ dan ir-Regolament jiġu stabbiliti, dawn jistgħu jwettqu sal-31 ta’ Diċembru 2025, flimkien mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 126 u 127 ta’ dan ir-Regolament, il-kompiti msemmija fl-Artikolu 52(3), l-Artikolu 53(3) u l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali skont dak ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2023.

3.   Ir-referenzi magħmulin f’dan ir-Regolament għar-Regolamenti (KE) Nru 73/2009 u (UE) Nru 1307/2013 għandhom jinftiehmu bħala li qed isiru għal dawk ir-Regolamenti hekk kif kienu fis-seħħ qabel ir-revoka tagħhom.

Artikolu 155

Eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nefqa marbuta mal-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

1.   In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew fl-Artikolu 39 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li qed jirċievu appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistgħu jibqgħu eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa tkun prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rilevanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u tikkonforma mar-Regolament (UE) 2021/2116;

(b)

tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-intervent stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità ma’ dan ir-Regolament biex tkopri dawk il-miżuri;

(c)

is-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tapplika għall-impenji legali meħuda skont miżuri li jikkorrispondu għat-tipi ta’ intervent bbażati fuq iż-żona u l-annimal elenkati fit-Titolu III, Kapitoli II u IV, ta’ dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar; u

(d)

il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) isiru matul il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

2.   In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tista’ tibqa’ eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa hija notifikata lill-Kummissjoni bħala informazzjoni addizzjonali fil-parti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK dedikata lill-istrateġija tal-intervent, imsemmija fl-Artikolu 109, u billi tiġi indikata n-nefqa fil-pjan finanzjarju tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 112(2);

(b)

hija konformi mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li jkompli japplika għal tali nefqa f’konformità mal-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2116; u

(c)

tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 91(2), punt (d), ta’ dan ir-Regolament.

3.   In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri pluriennali msemmija fl-Artikoli 22, 28, 29, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tista’ tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa tkun prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rilevanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u tikkonforma mar-Regolament (UE) 2021/2116;

(b)

tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-intervent stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità ma’ dan ir-Regolament biex tkopri dawk il-miżuri msemmija;

(c)

is-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tapplika għall-impenji legali meħuda skont miżuri li jikkorrispondu għat-tipi ta’ intervent bbażati fuq iż-żona u l-annimal elenkati fit-Titolu III, Kapitoli II u IV, ta’ dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar; u

(d)

il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu jsiru matul il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   In-nefqa relatata ma’ impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 14 sa 18, l-Artikolu 19(1), punti (a) u (b), u l-Artikoli 20, 23 sa 27, 35, 38, 39 u 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/2220 wara l-31 ta’ Diċembru 2025 tista’ tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa tkun prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rilevanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 73(3), l-ewwel subparagrafu, punt (f), tiegħu, u tikkonforma mar-Regolament (UE) 2021/2116;

(b)

tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-intervent stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità ma’ dan ir-Regolament biex tkopri dawk il-miżuri msemmija.

5.   In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri pluriennali msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tista’ tkun eliġibbli għal appoġġ mill-FAEG fil-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa hija prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rilevanti f’konformità mal-Artikolu 31(7), l-ewwel subparagrafu, punt (b), ta’ dan ir-Regolament u tikkonforma mar-Regolament (UE) 2021/2116;

(b)

is-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tapplika għall-impenji legali meħuda skont miżuri li jikkorrispondu għall-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar;

(c)

il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu jsiru matul il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 156

Tranżizzjoni għall-allokazzjonijiet finanzjarji għal tipi ta’ intervent f’ċerti setturi

Mid-data li minnha Pjan Strateġiku tal-PAK għandu effetti legali f’konformità mal-Artikolu 118(7) ta’ dan ir-Regolament, it-total tal-pagamenti li jsiru f’sena finanzjarja f’kull waħda mill-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 29 sa 31 u l-Artikoli 39 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f’kull wieħed mit-tipi ta’ intervent għal ċerti setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (b) sa (e), ta’ dan ir-Regolament ma għandux jaqbeż l-allokazzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 88 ta’ dan ir-Regolament għal kull sena finanzjarja għal kull wieħed minn dawk it-tipi ta’ intervent.

Artikolu 157

Eliġibbiltà tan-nefqa għal żvilupp lokali ffinanzjat minn diversi fondi u mmexxi mill-komunità

B’deroga mill-Artikoli 86(1) u 118(7) ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa mġarrba skont l-Artikolu 31(2), punt (c), u l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 flimkien mal-Artikolu 77(1), punt (b), u l-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK dment li l-appoġġ jitħallas mill-aġenzija tal-pagamenti mill-1 ta’ Jannar 2023. Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandu japplika fir-rigward ta’ tali nefqa mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Artikolu 158

Miżuri tranżizzjonali

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’miżuri li jipproteġu kwalunkwe dritt miksub u kwalunkwe aspettattiva leġittima tal-benefiċjarji sal-limitu meħtieġ għat-tranżizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli tranżizzjonali għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li skont huma l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1308/2013 jista’ jiġi integrat fl-appoġġ previst skont dan ir-Regolament, inkluż għal assistenza teknika u għall-evalwazzjonijiet ex post.

Artikolu 159

Rieżami tal-Anness XIII

Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista fl-Anness XIII abbażi tal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u l-klima eżistenti f’dak iż-żmien u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi biex iżżid atti leġiżlattivi addizzjonali ma’ dik il-lista.

Artikolu 160

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  ĠU C 41, 1.2.2019, p. 1.

(2)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 214.

(3)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 173.

(4)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2021(għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021.

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsll tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ara l-paġna 187 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(12)  ĠU L 147, 18.6.1993, p. 26.

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(15)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Id-Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(18)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(19)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).

(21)  Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5)

(22)  Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(26)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(29)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(32)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(33)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(34)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).

(35)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

(36)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(38)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(39)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(40)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(41)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

(42)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(43)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(44)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(45)  Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).

(46)  Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).

(47)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(48)  Ir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 53).

(49)  Ir-Regolament (UE) Nru 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1).

(50)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

(51)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(52)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27).

(53)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(54)  Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).


ANNESS I

INDIKATURI TAL-IMPATT, TAR-RIŻULTAT, TAL-OUTPUT U TAL-KUNTEST SKONT L-ARTIKOLU 7

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika (pluriennali) - IMPATT

Objettivi u l-indikaturi tal-impatt korrispondenti (1)

Analiżi tal-prestazzjoni - RIŻULTAT (2)

Abbażi biss tal-interventi appoġġati mill-PAK


Objettiv trażversali tal-UE

Indikaturi tal-impatt

 

Indikaturi tar-riżultat

L-immodernizzar taż-żoni agrikoli u rurali billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u billi jitħeġġeġ l-użu tagħhom mill-bdiewa, permezz ta’ aċċess imtejjeb għar-riċerka, l-innovazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-taħriġ

I.1

Kondiviżjoni tal-għarfien u l-innovazzjoni: Sehem mill-baġit tal-PAK għall-kondiviżjoni tal-għarfien u l-innovazzjoni

 

R.1 PR

Titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u l-innovazzjoni: Għadd ta’ persuni li jibbenefikaw minn konsulenza, taħriġ, skambju ta’ għarfien jew li jipparteċipaw fi gruppi operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) appoġġati mill-PAK sabiex isaħħu l-prestazzjoni sostenibbli ekonomika, soċjali, ambjentali, marbuta mal-klima u tal-effiċjenza tar-riżorsi

R.2

Rabta bejn il-konsulenza u s-sistemi tal-għarfien: Għadd ta’ konsulenti li jirċievu appoġġ li għandu jiġi integrat fi ħdan is-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AAKIS)

R.3

Diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Sehem ta’ azjendi agrikoli li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola diġitali permezz tal-PAK


Objettivi speċifiċi tal-UE

Indikaturi tal-impatt

 

Indikaturi tar-riżultat

Jingħata appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-ikel u d-diversità agrikola fit-tul kif ukoll sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni

I.2

Tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu: Evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu meta mqabbel mal-ekonomija ġenerali

I.3

Tnaqqis tal-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli: Evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu

I.4

Appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli: Evoluzzjoni tal-livell tal-introjtu agrikolu skont it-tip ta’ biedja (meta mqabbel mal-medja fl-agrikoltura)

I.5

Kontribut għall-bilanċ territorjali: Evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali (imqabbel mal-medja)

 

R.4

Rabta tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba: Sehem tal-erja agrikola użata (EAU) koperta mill-appoġġ għall-introjtu u soġġetta għall-kondizzjonalità

R.5

Ġestjoni tar-riskju: Sehem tal-azjendi agrikoli b’għodod għall-ġestjoni tar-riskji appoġġati mill-PAK

R.6PR

Ridistribuzzjoni lil azjendi agrikoli iżgħar: Perċentwal ta’ pagamenti diretti addizzjonali għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (meta mqabbla mal-medja)

R.7 PR

Tisħiħ tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli f’żoni bi ħtiġijiet speċifiċi: Perċentwal tal-appoġġ addizzjonali għal kull ettaru f’żoni bi ħtiġijiet akbar (imqabbel mal-medja)

It-tisħiħ tal-orjentazzjoni lejn is-suq u żieda fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul, inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni

I.6

Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli: Produttività totali tal-fatturi fl-agrikoltura

I.7

Sfruttament tal-potenzjal tal-kummerċ agroalimentari: Importazzjoni u esportazzjoni agroalimentari

 

R.8

Mira lejn azjendi agrikoli f’setturi speċifiċi:

 

Sehem ta’ azjendi agrikoli li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għall-introjtu biex jittejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà jew il-kwalità

R.9PR

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Sehem tal-azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex itejbu l-effiċjenza fir-riżorsi

It-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur

I.8

Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari: Valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari

 

R.10 PR

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Sehem tal-azjendi agrikoli li jipparteċipaw fi Gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità appoġġati mill-PAK

R.11

Konċentrazzjoni tal-provvista: Sehem tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata minn Organizzazzjonijiet tal-produtturi jew gruppi ta’ produtturi bi programmi operazzjonali f’ċerti setturi

Jingħata kontribut għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jissaħħaħ is-sekwestru tal-karbonju, kif ukoll għall-promozzjoni tal-enerġija sostenibbli

I.9

Titjib tar-reżiljenza tal-agrikoltura għat-tibdil fil-klima: Indikatur tal-progress tar-reżiljenza tas-settur agrikolu

I.10

Kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura

I.11

Titjib tas-sekwestru tal-karbonju: Karbonju organiku fil-ħamrija f’art agrikola

I.12

Żieda tal-enerġija sostenibbli fl-agrikoltura: Produzzjoni sostenibbli ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

 

R.12

Adattament għat-tibdil fil-klima: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati għat-titjib tal-adattament għat-tibdil fil-klima

R.13PR

Tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-bhejjem: Sehem ta’ unitajiet ta’ bhejjem (LU) taħt l-impenji appoġġati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u/jew l-ammonijaka, inkluż il-ġestjoni tad-demel

R.14PR

Ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt l-impenji appoġġati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet jew biex jinżammu jew jittejbu l-ħżin tal-karbonju (inkluż bwar permanenti, għelejjel permanenti b’kopertura veġetali permanenti, art agrikola f’art mistagħdra u torbiera)

R.15

Enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura, il-forestrija u minn sorsi rinnovabbli oħra: Investimenti appoġġati fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż dik b’bażi bijoloġika (f’MW)

R.16

Investimenti marbuta mal-klima: Is-sehem tal-azjendi agrikoli li jibbenefikaw mill-appoġġ ta’ investiment tal-PAK li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew ta’ bijomaterjali

R.17PR

Art forestali: Erja appoġġata għall-afforestazzjoni, l-agroforestrija u r-restawr, inkluż diżaggregazzjonijiet

R.18

Appoġġ għall-investiment għas-settur tal-foresti: Investiment totali biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-settur tal-forestrija

It-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, inkluż billi titnaqqas id-dipendenza fuq is-sustanzi kimiċi

I.13

Tnaqqis tal-erożjoni tal-ħamrija: Perċentwal ta’ art agrikola b’erożjoni moderata u gravi tal-ħamrija

I.14

Titjib tal-kwalità tal-arja: Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-agrikoltura

I.15

Titjib tal-kwalità tal-ilma: Bilanċ gross tan-nutrijenti fuq l-art agrikola

I.16

Tnaqqis tat-telf tan-nutrijenti mal-ilma: Nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art - Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art b’konċentrazzjoni ta’ nitrati ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva 91/676/KEE

I.17

Tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma: Indiċi Aġġornat tal-Konsum tal-Ilma (WEI+)

I.18

Użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi: Riskji, użu u impatti tal-pestiċidi

 

R.19PR

Titjib u protezzjoni tal-ħamrija: Sehem ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati li huma ta’ benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija biex tittejjeb il-kwalità tal-ħamrija u l-bijota (bħat-tnaqqis tal-ħdim tar-raba’, il-kopertura tal-ħamrija b’għelejjel, in-newba tal-għelejjel inkluż b’għelejjel tal-legumi)

R.20PR

Titjib tal-kwalità tal-arja: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) b’impenji appoġġati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka

R.21PR

Protezzjoni tal-kwalità tal-ilma: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati għall-kwalità tal-korpi tal-ilma

R.22PR

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati relatati mal-ġestjoni mtejba tal-ħamrija

R.23PR

Użu sostenibbli tal-ilma: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati għat-titjib tal-bilanċ tal-ilma

R.24PR

Użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji speċifiċi appoġġati li jwasslu għal użu sostenibbli tal-pestiċidi sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-pestiċidi bħat-telf tal-pestiċidi mal-ilma.

R.25

Prestazzjoni ambjentali fis-settur tal-bhejjem: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem (LU) b’impenji appoġġati biex tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali

R.26

Investimenti relatati mar-riżorsi naturali: Sehem ta’ azjendi agrikoli li jibbenefikaw mill-appoġġ ta’ investiment produttiv u mhux produttiv tal-PAK relatat mal-ħarsien tar-riżorsi naturali

R.27

Prestazzjoni marbuta mal-ambjent jew mal-klima permezz ta’ investiment f’żoni rurali: Għadd ta’ operazzjonijiet li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali u l-kisba tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-għanijiet ta’ adattament f’żoni rurali

R.28

Prestazzjoni marbuta mal-ambjent jew mal-klima permezz tal-għarfien u l-innovazzjoni: Għadd ta’ persuni li jibbenefikaw minn pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew li jipparteċipaw fi gruppi operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) appoġġati mill-PAK relatati mal-prestazzjoni marbuta mal-ambjent jew mal-klima

Jingħata kontribut għall-waqfien u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, it-tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u l-preservazzjoni tal-ħabitats u l-pajsaġġi

I.19

Żieda fil-popolazzjonijiet tal-għasafar f’żoni agrikoli: Indiċi tal-Għasafar f’Żoni agrikoli

I.20

Titjib tal-protezzjoni tal-bijodiversità: Perċentwal ta’ speċijiet u ħabitats ta’ interess Komunitarju relatati mal-agrikoltura b’xejriet stabbli jew li qed jiżdiedu, b’diżaggregazzjoni tal-perċentwal għall-ispeċijiet ta’ pollinaturi selvaġġi (3)

I.21

Titjib fil-provvediment tas-servizzi tal-ekosistema: Sehem tal-art agrikola koperta b’karatteristiċi tal-pajsaġġ

I.22

Żieda tal-agrobijodiversità fis-sistema tal-biedja: Diversità tal-għelejjel

 

R.29PR

Żvilupp tal-agrikoltura organika: Sehem ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) appoġġata mill-PAK għall-biedja organika, bi qsim bejn il-manutenzjoni u l-konverżjoni

R.30PR

Appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti: Sehem tal-art forestali b’impenji għall-appoġġ għall-ħarsien tal-foresti u l-ġestjoni tas-servizzi tal-ekosistema

R.31PR

Preservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt l-impenji appoġġati li jappoġġaw il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità inkluż prattiki tal-biedja b’valur naturali għoli

R.32

Investimenti relatati mal-bijodiversità: Sehem tal-azjendi agrikoli li jibbenefikaw mill-appoġġ ta’ investiment tal-PAK li jikkontribwixxi għall-bijodiversità

R.33

Titjib tal-ġestjoni ta’ Natura 2000: Sehem mit-total taż-żona Natura 2000 taħt impenji appoġġati

R.34PR

Preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: Sehem ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati għall-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż ringieli ta’ sġajriet u siġar

R.35

Preservazzjoni tal-kaxxi tan-naħal: Sehem ta’ kaxxi tan-naħal appoġġati mill-PAK

Jiġu attirati u jingħata appoġġ lil bdiewa żgħażagħ u bdiewa oħra ġodda u faċilitazzjoni tal-iżvilupp tan-negozju f’żoni rurali

I.23

Jiġu attirati l-bdiewa żgħażagħ: Evoluzzjoni tal-għadd ta’ managers ġodda tal-azjendi agrikoli u l-għadd ta’ managers żgħażagħ ġodda ta’ azjendi agrikoli, inkluż diżaggregazzjoni skont il-ġeneru

 

R.36PR

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta’ bdiewa żgħażagħ li jibbenefikaw minn stabbiliment b’appoġġ mill-PAK, inkluż diżaggregazzjoni skont il-ġeneru

Il-promozzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-biedja, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali f’żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli

I.24

Kontribut għall-impjiegi fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tar-rata tal-impjiegi fiż-żoni rurali, inkluż diżaggregazzjoni skont il-ġeneru

I.25

Kontribut għat-tkabbir f’żoni rurali: Evoluzzjoni tal-prodott domestiku gross (PDG) per capita fiż-żoni rurali

I.26

PAK iktar ġusta: Distribuzzjoni tal-appoġġ mill-PAK

I.27

Promozzjoni tal-inklużjoni rurali: Evoluzzjoni tal-indiċi tal-faqar fiż-żoni rurali

 

R.37

Tkabbir u impjiegi f’żoni rurali: Impjiegi ġodda appoġġati fi proġetti tal-PAK

R.38

Kopertura ta’ LEADER: Sehem tal-popolazzjoni rurali koperta mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali

R.39

Żvilupp tal-ekonomija rurali: Għadd ta’ negozji rurali inkluż negozji fis-settur tal-bijoekonomija żviluppati permezz tal-appoġġ mill-PAK

R.40

Tranżizzjoni intelliġenti tal-ekonomija rurali: Għadd ta’ strateġiji tal-irħula intelliġenti appoġġati

R.41PR

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta’ appoġġ tal-PAK

R.42

Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali: Għadd ta’ persuni koperti minn proġetti appoġġati ta’ inklużjoni soċjali

It-titjib tar-rispons tal-agrikoltura tal-UE għad-domanda tas-soċjetà għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur u nutrittiv prodott b’mod sostenibbli, it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, kif ukoll it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi

I.28

Limitazzjoni tal-użu tal-antimikrobiċi f’annimali tal-irziezet: Bejgħ/użu tal-antimikrobiċi għall-annimali għall-konsum

I.29

Risposta għad-domanda tal-konsumaturi għal ikel ta’ kwalità: Valur tal-produzzjoni skont l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u ta’ produzzjoni organika

 

R.43PR

Limitazzjoni tal-użu tal-antimikrobiċi: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem (LU) ikkonċernati minn azzjonijiet appoġġati biex jiġi limitat l-użu tal-antimikrobiċi (prevenzjoni/tnaqqis)

R.44PR

Titjib tat-trattament xieraq tal-annimali: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem (LU) kopert minn azzjonijiet appoġġati għat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali

Approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali – OUTPUT

Tipi ta’ intervent u l-indikaturi tal-output tagħhom (4)

Tipi ta’ intervent

Indikaturi tal-output (5)

Kooperazzjoni (Artikolu 77)

O.1

Għadd ta’ proġetti tal-grupp operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (SEI)

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni (Artikolu 78)

O.2

Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet ta’ konsulenza biex jipprovdu appoġġ għall-innovazzjoni għat-tħejjija jew l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-grupp operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP)

Indikatur orizzontali

O.3MO

Għadd ta’ benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK

Appoġġ bażiku għall-introjtu (Artikolu 21)

O.4

Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw minn appoġġ bażiku għall-introjtu

Pagament għal bdiewa żgħar (Artikolu 28)

O.5

Għadd ta’ benefiċjarji jew ettari li jibbenefikaw minn pagamenti għal bdiewa żgħar

Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ (Artikolu 30)

O.6

Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw minn appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

Appoġġ ridistributtiv għall-introjtu (Artikolu 29)

O.7

Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw minn appoġġ ridistributtiv għall-introjtu

Ekoskemi (Artikolu 31)

O.8

Għadd ta’ ettari jew ta’ unitajiet ta’ bhejjem li jibbenefikaw minn ekoskemi

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju (Artikolu 76)

O.9

Għadd ta’ unitajiet koperti minn għodod appoġġati għall-ġestjoni tar-riskju tal-PAK

Appoġġ akkoppjat għall-introjtu (Artikolu 32)

O.10

Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għall-introjtu

O.11

Għadd ta’ bhejjem li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għall-introjtu

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona (Artikolu 71)

O.12

Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw minn appoġġ għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona, inkluż diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ erja

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Artikolu 72)

O.13

Għadd ta’ ettari li jibbenefikaw minn appoġġ skont Natura 2000 jew id-Direttiva 2000/60/KE

Impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni(Artikolu 70)

O.14

Għadd ta’ ettari (eskluż il-forestrija) jew l-għadd ta’ unitajiet oħra koperti minn impenji ambjentali jew marbuta mal-klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji

O.15

Għadd ta’ ettari (forestrija) koperti minn impenji ambjentali jew marbuta mal-klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji

O.16

Għadd ta’ ettari jew għadd ta’ unitajiet oħra skont l-impenji ta’ manutenzjoni għall-afforestazzjoni u l-agroforestrija

O.17

Għadd ta’ ettari jew l-għadd ta’ unitajiet oħra li jibbenefikaw minn appoġġ għall-biedja organika

 

O.18

Għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem (LU) li jibbenefikaw minn appoġġ għat-trattament xieraq tal-annimali, għas-saħħa jew għat-titjib tal-miżuri ta’ bijosigurtà

O.19

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet li jappoġġaw ir-riżorsi ġenetiċi

Investimenti (Artikoli 73 u 74)

O.20

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment produttiv fl-azjendi agrikoli

O.21

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment mhux produttivi fl-azjendi agrikoli

O.22

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment fl-infrastruttura

O.23

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment mhux produttiv mhux fl-azjendi agrikoli

O.24

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati b’investiment produttiv mhux fl-azjendi agrikoli

Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, u bdiewa ġodda u bidu ta’ negozji rurali (Artikolu 75)

O.25

Għadd ta’ bdiewa żgħażagħ li jirċievu appoġġ għall-istabbiliment

O.26

Għadd ta’ bdiewa ġodda li jirċievu appoġġ għall-istabbiliment (minbarra bdiewa żgħażagħ irrappurtati taħt O.25)

O.27

Għadd ta’ negozji rurali li jirċievu appoġġ għal negozji ġodda

Kooperazzjoni (Artikolu 77)

O.28

Għadd ta’ gruppi tal-produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati

O.29

Għadd ta’ benefiċjarji li jirċievu appoġġ biex jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità uffiċjali

O.30

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet appoġġati għal tiġdid ġenerazzjonali (minbarra l-appoġġ għall-istabbiliment)

O.31

Għadd ta’ strateġiji lokali appoġġati ta’ żvilupp (LEADER) jew azzjonijiet preparatorji

O.32

Għadd ta’ operazzjonijiet jew unitajiet oħra ta’ kooperazzjoni appoġġati (minbarra l-EIP irrappurtati taħt O.1)

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni (Artikolu 78)

O.33

Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet appoġġati ta’ taħriġ, konsulenza u sensibilizzazzjoni

Indikatur orizzontali

O.34MO

Għadd ta’ ettari li jaqgħu taħt il-prattiki ambjentali (indikaturi sommarji dwar l-erja fiżika koperta mill-kondizzjonalità, ekoskemi, impenji fil-qasam tal-ġestjoni ambjentali u klimatika fl-agrikoltura u l-forestrija)

Tipi ta’ intervent f’ċerti setturi (Artikolu 47)

O.35

Għadd ta’ programmi operazzjonali appoġġati

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid (Artikolu 58)

O.36

Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet appoġġati fis-settur tal-inbid

Tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura (Artikolu 55)

O.37

Għadd ta’ azzjonijiet jew unitajiet għall-preservazzjoni jew t-titjib tat-trobbija tan-naħal

INDIKATURI TAL-KUNTEST

 

Numru tal-Indikatur

Indikatur tal-kuntest

Popolazzjoni

C.01

Popolazzjoni totali

C.02

Densità tal-popolazzjoni

C.03

Struttura tal-età tal-popolazzjoni

Żona totali

C.04

Żona totali

C.05

Kopertura tal-art

Suq tax-xogħol

C.06

Rata tal-impjiegi f’żoni rurali

C.07

Rata tal-qgħad f’żoni rurali

C.08

Impjiegi (skont is-settur, skont it-tip ta’ reġjun, skont l-attività ekonomika)

Ekonomija

C.09

PDG per capita

C.10

Rata tal-faqar

C.11

Valur gross miżjud skont is-settur, skont it-tip ta’ reġjun, fl-agrikoltura u għall-produtturi primarji

Azjendi agrikoli u bdiewa

C.12

Azjendi agrikoli

C.13

Forza tax-xogħol fl-azjendi agrikoli

C.14

Struttura tal-età tal-managers tal-azjendi agrikoli

C.15

Taħriġ fl-agrikoltura tal-managers tal-azjendi agrikoli

C.16

Managers ta’ azjendi agrikoli ġodda u managers żgħażagħ ġodda ta’ azjendi agrikoli

Art agrikola

C.17

Erja agrikola utilizzata

C.18

Raba’ saqwi

C.19

Biedja fiż-żoni tan-Natura 2000

C.20

Żoni b’restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona

C.21

Art agrikola koperta b’karatteristiċi tal-pajsaġġ

C.22

Diversità tal-għelejjel

Bhejjem

C.23

Unitajiet ta’ bhejjem

C.24

Densità tal-bhejjem

Introjtu agrikolu u introjtu tal-azjendi agrikoli

C.25

Introjtu minn fattur agrikolu

C.26

Tqabbil tal-introjtu agrikolu mal-kost tax-xogħol mhux agrikolu

C.27

Introjtu skont it-tip ta’ biedja, skont ir-reġjun, skont id-daqs tal-azjenda agrikola, f’żoni b’restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona

C.28

Formazzjoni grossa tal-kapital fiss fl-agrikoltura

Produttività agrikola

C.29

Produttività totali tal-fatturi fl-agrikoltura

C.30

Produttività tax-xogħol fl-agrikoltura, il-forestrija u l-industrija tal-ikel

Kummerċ agrikolu

C.31

Importazzjonijiet u esportazzjonijiet agrikoli

Attivitajiet bi qligħ oħra

C.32

Infrastruttura turistika

Prattiki tal-biedja

C.33

Żona agrikola li taqa’ taħt il-biedja organika

C.34

Intensità tal-biedja

C.35

Valur tal-produzzjoni skont l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u tal-produzzjoni organika

Bijodiversità

C.36

Indiċi tal-Għasafar f’Żoni agrikoli

C.37

Perċentwali ta’ speċijiet u ħabitats ta’ interess Komunitarju marbuta mal-agrikoltura b’xejriet stabbli jew pożittivi

Ilma

C.38

Użu tal-ilma fl-agrikoltura

C.39

Kwalità tal-ilma

Bilanċ gross tan-nutrijenti - nitroġenu

Bilanċ gross tan-nutrijenti - fosfru

Nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art

Ħamrija

C.40

Karbonju organiku fil-ħamrija f’art agrikola

C.41

Erożjoni tal-ħamrija mill-ilma

Enerġija

C.42

Produzzjoni sostenibbli ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

C.43

Użu tal-enerġija fl-agrikoltura, il-forestrija u l-industrija tal-ikel

Klima

C.44

Emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra mill-agrikoltura

C.45

Indikatur tal-progress tar-reżiljenza tas-settur agrikolu

C.46

Telf agrikolu dirett attribwit għal diżastri

Arja

C.47

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-agrikoltura

Saħħa

C.48

Bejgħ/użu tal-antimikrobiċi għall-annimali għall-konsum

C.49

Riskji, użu u impatti tal-pestiċidi


(1)  Il-parti l-kbira tal-indikaturi tal-impatt diġà huma miġbura b’mezzi oħra (l-istatistika Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, eċċ.) u jintużaw fil-qafas ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew tal-Għanijiet Sostenibbli għall-Iżvilupp. Il-frekwenza tal-ġbir tad-data mhijiex dejjem annwali u jista’ jkun hemm dewmien ta’ sentejn jew tlieta.

(2)  Indikaturi tar-riżultat. Data notifikata kull sena mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri li stabbilew fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-indikaturi tar-riżultat li huma obbligatorji għall-analiżi tal-prestazzjoni meta jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 109(1), punt (a), huma mmarkati b’PR. Għall-analiżi tal-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe indikatur tar-riżultat rilevanti ieħor stipulat f’dan l-Anness flimkien ma’ dawk immarkati b’PR.

(3)  Il-valutazzjoni tax-xejriet għall-pollinaturi għandha titwettaq bl-użu ta’ miżuri rilevanti tal-Unjoni għall-indikaturi tal-pollinaturi, b’mod partikolari permezz ta’ indikatur tal-pollinaturi u miżuri oħra adottati permezz tal-qafas ta’ governanza tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-20 ta’ Mejju 2020) abbażi tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2018).

(4)  Data notifikata kull sena għan-nefqa ddikjarata tagħhom.

(5)  L-indikaturi tal-output użati biss għall-monitoraġġ huma mmarkati b’MO.


ANNESS II

APPOĠĠ DOMESTIKU TAD-WTO SKONT L-ARTIKOLU 10

Tip ta’ intervent

Referenza f’dan ir-Regolament

Paragrafu tal-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura (“Kaxxa l-Ħadra”)

Appoġġ bażiku għall-introjtu

Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsima 2

5

(jekk l-implimentazzjoni ma tkunx ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

6

(jekk l-implimentazzjoni tkun ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

Appoġġ ridistributtiv għall-introjtu

Artikolu 29

5

(jekk l-implimentazzjoni tal-appoġġ bażiku għall-introjtu korrispondenti ma tkunx ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

6

(jekk l-implimentazzjoni tal-appoġġ bażiku għall-introjtu korrispondenti tkun ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

Artikolu 30

5

(jekk l-implimentazzjoni tal-appoġġ bażiku għall-introjtu korrispondenti ma tkunx ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

6

(jekk l-implimentazzjoni tal-appoġġ bażiku għall-introjtu korrispondenti tkun ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

Skemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali (ekosistemi)

Artikolu 31(7), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

5

(jekk l-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-introjtu bażiku relatata ma tkunx ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

6

(jekk l-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-introjtu bażiku relatata tkun ibbażata fuq intitolamenti għal pagament)

Skemi għall-klima, l-ambjent i t-trattament xieraq tal-annimali (ekosistemi)

Artikolu 31(7), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

12

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, riċerka u metodi ta’ produzzjoni sperimentali u innovattivi u azzjonijiet oħra, f’oqsma bħal:

Artikolu 47(1), punt (a)

2, 11 jew 12

Il-konservazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-tisħiħ tal-karbonju fil-ħamrija u l-istruttura tal-ħamrija, u t-tnaqqis tal-kontaminanti

Artikolu 47(1), punt (a)(i)

12

it-titjib tal-użu u l-ġestjoni korretta tal-ilma, inkluż l-iffrankar tal-ilma, il-konservazzjoni tal-ilma u d-drenaġġ

Artikolu 47(1), punt (a)(ii)

12

il-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi u l-promozzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta’ varjetajiet, razez u prattiki ta’ ġestjoni adattati għall-kondizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu

Artikolu 47(1), punt (a)(iii)

12

iż-żieda fl-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu ta’ enerġija rinnovabbli

Artikolu 47(1), punt (a)(iv)

11 jew 12

l-imballaġġ ekoloġiku, biss fil-qasam tar-riċerka u l-produzzjoni sperimentali

Artikolu 47(1), punt (a)(v)

2

il-bijosigurtà, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali

Artikolu 47(1), punt (a)(vi)

12

it-tnaqqis fl-emissjonijiet u fl-iskart, it-titjib fl-użu tal-prodotti sekondarji, inkluż l-użu mill-ġdid u l-valorizzazzjoni tagħhom, u l-ġestjoni tal-iskart

Artikolu 47(1), punt (a)(vii)

11 jew 12

it-titjib tar-reżiljenza kontra l-pesti u t-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, inkluż l-implimentazzjoni ta’ tekniki tal-Ġestjoni Integrata tal-Pesti

Artikolu 47(1), punt (a)(viii)

2, 11 jew 12

it-titjib tar-reżiljenza kontra l-mard tal-annimali u t-tnaqqis tal-użu ta’ mediċini veterinarji, inkluż l-antibijotiċi

Artikolu 47(1), punt (a)(ix)

2

il-ħolqien u ż-żamma tal-ħabitats favorevoli għall-bijodiversità

Artikolu 47(1), punt (a)(x)

12

it-titjib tal-kwalità tal-arja

Artikolu 47(1), punt (a)(xi)

2

it-titjib tar-riżorsi ġenetiċi

Artikolu 47(1), punt (a)(xii)

2

it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-iżgurar tal-konformità mal-obbligi tal-impjegaturi kif ukoll mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f’konformità mad-Direttivi 89/391/KEE, 2009/104/KE u (UE) 2019/1152

Artikolu 47(1), punt (a)(xiii)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – servizzi ta’ konsulenza u assistenza teknika

Artikolu 47(1), punt (b)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki

Artikolu 47(1), punt (c)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – produzzjoni organika jew integrata

Artikolu 47(1), punt (d)

12

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u l-ħżin

Artikolu 47(1), punt (e)

11, 12 jew 2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 47(1), punt (f)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – skemi ta’ kwalità

Artikolu 47(1), punt (g)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – traċċabbiltà u sistemi ta’ ċertifikazzjoni

Artikolu 47(1), punt (h)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih

Artikolu 47(1), punt (i)

11, 2 jew 12

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – fondi mutwi

Artikolu 47(2), punt (a)

7 jew 2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli

Artikolu 47(2), punt (b)

11 jew 2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – tħawwil mill-ġdid tas-siġar tal-frott jew taż-żebbuġ

Artikolu 47(2), punt (d)

8

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – ripopolazzjoni tal-bhejjem għal raġunijiet ta’ saħħa jew minħabba telf li jirriżulta minn diżastri naturali

Artikolu 47(2), punt (e)

8

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – coaching

Artikolu 47(2), punt (j)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – implimentazzjoni u ġestjoni tar-rekwiżiti sanitarji ta’ pajjiżi terzi

Artikolu 47(2), punt (k)

2

Frott u ħxejjex, ħops, żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f) – azzjonijiet ta’ komunikazzjoni

Artikolu 47(2), punt (l)

2

Apikultura – servizzi ta’ konsulenza, assistenza teknika, taħriġ, informazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki

Artikolu 55(1), punt (a)

2

Apikultura – investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll azzjonijiet oħra, inkluż għall-ġlieda kontra l-organiżmi invażivi tal-kaxxi tan-naħal u l-mard

Artikolu 55(1), punt (b)(i)

11 jew 12 jew 2

Apikultura – investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll azzjonijiet oħra inkluż, għall-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata minn kondizzjonijiet klimatiċi avversi, l-iżvilupp u l-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni

Artikolu 55(1), punt (b)(ii)

11 jew 12 jew 2

Apikultura – appoġġ għal-laboratorji

Artikolu 55(1), punt (c)

2

Apikultura – programmi ta’ riċerka

Artikolu 55(1), punt (e)

2

Apikultura – promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 55(1), punt (f)

2

Apikultura – titjib tal-kwalità tal-prodotti

Artikolu 55(1), punt (g)

2

Inbid – ristrutturar u konverżjoni

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

8, 11 jew 12

Inbid – investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

11

Inbid – investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-innovazzjoni

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (e)

11

Inbid – servizzi ta’ konsulenza

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (f)

2

Inbid – azzjonijiet ta’ informazzjoni

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (h)

2

Inbid – promozzjoni tat-turiżmu tal-inbid

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (i)

2

Inbid – titjib fl-għarfien tas-suq

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (j)

2

Inbid – promozzjoni u komunikazzjoni

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (k)

2

Inbid – spejjeż amministrattivi ta’ fondi mutwi

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (l)

2

Inbid – investimenti biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà

Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (m)

11 jew 12 jew 2

Impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni

Artikolu 70

12

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona

Artikolu 71

13

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

Artikolu 72

12

Investimenti

Artikolu 73

11 jew 8

Investimenti fl-irrigazzjoni

Artikolu 74

11

Kooperazzjoni

Artikolu 77

2

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni

Artikolu 78

2


ANNESS III

REGOLI DWAR IL-KUNDIZZJONALITÀ SKONT L-ARTIKOLU 12

RSĠ: Rekwiżit statutorju ta’ ġestjoni

KAAT: Standard għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-artijiet

Żoni

Kwistjoni ewlenija

Rekwiżiti u standards

Objettiv ewlieni tal-istandard

Klima u ambjent

Tibdil fil-klima

(il-mitigazzjoni tiegħu u l-adattament għalih)

KAAT 1

Preservazzjoni ta’ bwar permanenti abbażi ta’ proporzjon ta’ bwar permanenti mqabbla ma’ żona agrikola fil-livell nazzjonali, reġjonali, subreġjonali, grupp ta’ azjenda jew livell ta’ azjendi meta mqabbel mas-sena ta’ referenza 2018

Tnaqqis massimu ta’ 5 % meta mqabbel mas-sena ta’ referenza

Miżura ta’ salvagwardja ġenerali kontra l-konverżjoni għal użi agrikoli oħra biex tiġi ppreservata l-ħażna ta’ karbonju

KAAT 2

Protezzjoni tal-art mistagħdra u tat-torbiera (1)

Protezzjoni tal-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju

KAAT 3

Projbizzjoni tal-ħruq tal-qasbija fir-raba’ tal-ħrit, ħlief għal raġunijiet fitosanitarji

Preservazzjoni tal-materja organika fil-ħamrija

 

Ilma

RSĠ 1

Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1):

l-Artikolu 11(3), punt (e) u punt (h), fir-rigward tar-rekwiżiti obbligatorji għall-kontroll tas-sorsi diffużi tat-tniġġis bil-fosfati

 

 

 

RSĠ 2

Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1):

l-Artikoli 4 u 5

 

KAAT 4

Stabbiliment ta’ strixxi ta’ lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma (2)

Protezzjoni tal-mogħdijiet tax-xmajjar mit-tniġġis u mit-tnixxijiet

 

Ħamrija

(protezzjoni u kwalità)

KAAT 5

Ġestjoni tal-ħdim tar-raba’, li jnaqqas ir-riskju tad-degradazzjoni u l-erożjoni tal-ħamrija, inkluż il-konsiderazzjoni tal-pendil.

Ġestjoni minima ta’ art li tirrifletti kondizzjonijiet speċifiċi għas-siti biex tiġi limitata l-erożjoni

KAAT 6

Kopertura minima ta’ ħamrija biex tiġi evitata ħamrija għerja f’perijodi li huma l-aktar sensittivi (3)

Protezzjoni tal-ħamrija f’perijodi li huma l-aktar sensittivi

KAAT 7

Newba tal-għelejjel f’raba’ li jinħadem, ħlief għal għelejjel li jikbru taħt l-ilma (4)

Preservazzjoni tal-potenzjal tal-ħamrija

 

Bijodiversità u pajsaġġ

(protezzjoni u kwalità)

RSĠ 3

Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7):

Artikolu 3(1), Artikolu 3(2), punt (b), Artikolu 4(1), (2) u (4)

 

RSĠ 4

Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7):

Artikolu 6(1) u (2)

 

 

 

KAAT 8

Is-sehem minimu miż-żona agrikola ddedikata għal żoni jew karatteristiċi mhux produttivi (5)

Sehem minimu ta’ mill-inqas 4 % ta’ raba’ li jinħadem fil-livell tal-azjenda agrikola ddedikata għal żoni u karatteristiċi mhux produttivi, inkluż l-art mistrieħa.

Fejn bidwi jimpenja ruħu li jiddedika mill-inqas 7 % tar-raba’ li jinħadem tiegħu għal żoni jew karatteristiċi mhux produttivi, inkluż art mistrieħa, taħt ekoskema mtejba skont l-Artikolu 31(6), is-sehem li għandu jiġi attribwit għall-konformità ma’ dan l-istandard tal-KAAT għandu jkun limitat għal 3 %.

Sehem minimu ta’ mill-inqas 7 % tar-raba’ li jinħadem fil-livell tal-azjenda agrikola jekk dan jinkludi wkoll għelejjel intermedji jew għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu, ikkultivati mingħajr l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li minnhom 3 % għandhom ikunu art mistrieħa jew karatteristiċi mhux produttivi. L-Istati Membri għandhom jużaw il-fattur ta’ ponderazzjoni ta’ 0,3 għall-għelejjel tat-titwiq.

Żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġi

Projbizzjoni fuq il-qtugħ tas-sisien tal-isġajriet u tas-siġar waqt l-istaġun tat-tgħammir u tat-trobbija tal-frieħ tal-għasafar

Bħala opzjoni, miżuri biex jiġu evitati speċijiet ta’ pjanti invażivi

Preservazzjoni tal-karatteristiċi u tal-erja mhux produttivi biex titjieb il-bijodiversità fl-azjenda agrikola

 

 

KAAT 9

Projbizzjoni fuq il-konverżjoni jew il-ħrit tal-bwar permanenti ddeżinjati bħala bur permanenti ambjentalment sensittivi f’siti ta’ Natura 2000

Protezzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet

Saħħa pubblika u saħħa tal-pjanti

Sigurtà tal-ikel

RSĠ 5

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1):

l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1) (6) u l-Artikoli 18, 19 u 20

 

 

 

RSĠ 6

Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali u tirostatika u ta’ beta-agonisti, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3):

l-Artikolu 3, punti (a), (b), (d) u (e), u l-Artikoli 4, 5 u 7

 

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

RSĠ 7

Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1):

l-Artikolu 55, l-ewwel u t-tieni sentenza

 

 

 

RSĠ 8

Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71):

 

 

 

 

l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 8(1) sa (5) L-Artikolu 12 fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-pestiċidi fiż-żoni protetti definiti abbażi tad-Direttiva 2000/60/KE u l-leġiżlazzjoni ta’ Natura 2000

L-Artikolu 13(1) u (3) dwar l-immaniġġar u l-ħżin tal-pestiċidi u r-rimi tal-fdalijiet

 

Trattament xieraq tal-annimali

Trattament xieraq tal-annimali

RSĠ 9

Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7):

Artikoli 3 u 4

 

RSĠ 10

Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5):

Artikoli 3 u 4

 

RSĠ 11

Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23):

Artikolu 4

 


(1)  Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din il-KAAT ser tkun applikabbli biss mis-sena tat-talba 2024 jew 2025. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom juru li d-dewmien huwa meħtieġ għall-istabbiliment tas-sistema ta’ ġestjoni skont ippjanar dettaljat.

L-Istati Membri, meta jistabbilixxu l-istandard tal-KAAT 2, għandhom jiżguraw li fuq l-art ikkonċernata tista’ tinżamm attività agrikola xierqa biex l-art tiġi kkwalifikata bħala żona agrikola.

(2)  L-istrixxi ta’ lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma taħt dan l-istandard tal-KAAT għandhom, bħala regola ġenerali u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jirrispettaw wisa’ minima ta’ 3 metri mingħajr l-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti.

F’żoni li jkollhom kwantità sinifikanti ta’ fosos fejn joskula l-ilma u fosos tal-irrigazzjoni l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw, jekk ikun debitament ġustifikat għal dawk iż-żoni, il-wisa’ minima skont iċ-ċirkostanzi lokali speċifiċi.

(3)  F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jadattaw fir-reġjuni kkonċernati l-istandards minimi biex iqisu l-perijodu qasir ta’ veġetazzjoni li jirriżulta mit-tul u s-severità tal-perijodu tax-xitwa.

(4)  In-newba għandha tikkonsisti minn bidla fl-għalla mill-inqas darba fis-sena fil-livell tar-roqgħa art (ħlief fil-każ ta’ għelejjel pluriennali, ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor, u art mistrieħa), inkluż l-għelejjel sekondarji ġestiti b’mod xieraq.

Abbażi tad-diversità tal-metodi tal-biedja u tal-kondizzjonijiet agroklimatiċi l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw fir-reġjuni kkonċernati prattiki oħra ta’ newba mtejba tal-għelejjel b’għelejjel tal-legumi jew b’diversifikazzjoni tal-għelejjel li għandhom l-għan li jtejbu u jippreservaw il-potenzjal tal-ħamrija f’konformità mal-objettivi ta’ dan l-istandard tal-KAAT.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu skont dan l-istandard l-azjendi:

(a)

fejn aktar minn 75 % tar-raba’ li jinħadem jintuża għall-produzzjoni ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, tkun art mistrieħa, jiġi użat għall-kultivazzjoni ta’ għelejjel tal-legumi, jew ikun soġġett għal taħlita ta’ dawk l-użijiet;

(b)

fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta’ wċuh tar-raba’ taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta’ kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta’ dawk l-użijiet; jew

(c)

b’daqs ta’ raba’ li jinħadem sa 10 ettari.

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu limitu massimu ta’ żona koperta minn għalla waħda biex jipprevjenu monokulturi kbar.

Il-bdiewa ċċertifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan l-istandard tal-KAAT.

(5)  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu taħt dan l-inċiż l-azjendi:

(a)

fejn aktar minn 75 % tar-raba’ li jinħadem jintuża għall-produzzjoni ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, tkun art mistrieħa, jiġi użat għall-kultivazzjoni ta’ għelejjel tal-legumi, jew ikun soġġett għal taħlita ta’ dawk l-użijiet;

(b)

fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta’ wċuh tar-raba’ taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta’ kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta’ dawk l-użijiet; jew

(c)

b’daqs ta’ raba’ li jinħadem sa 10 ettari.

L-Istati Membri li għandhom aktar minn 50 % tal-erja tas-superfiċje tal-art totali koperta minn foresti jistgħu jeżentaw mill-obbligu taħt dan l-inċiż l-azjendi li jinsabu f’żoni deżinjati minn dawk l-Istati Membri bħala żoni li jiffaċċaw restrizzjonijiet naturali f’konformità mal-Artikolu 32(1), punt (a) jew (b), tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dment li aktar minn 50 % tal-erja tas-superfiċje tal-art tal-unità msemmija fit-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu hija koperta minn foresta u li l-proporzjon ta’ art forestali ma’ art agrikola hija aktar minn 3:1. Iż-żona koperta minn foresta u l-proporzjon ta’ art forestali għal art agrikola għandhom jiġu vvalutati fuq livell ta’ żona ekwivalenti għal-livell LAU2 jew fil-livell ta’ unità oħra delineata b’mod ċar li tkopri żona agrikola kontigwa ċara u unika li għandha kondizzjonijiet agrikoli simili.

(6)  Kif implimentat b’mod partikolari minn:

l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 u l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 37/2010,

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004: l-Artikolu 4(1) u l-Anness I il-parti A (II 4 (g, h, j), 5 (f, h), 6; III 8 (a, b, d, e), 9 (a, c)),

ir-Regolament (KE) Nru 853/2004: l-Artikolu 3(1), l-Anness III it-Taqsima IX il-Kapitolu 1 (I-1 b, c, d, e; I-2 a (i, ii, iii), b (i, ii), c; I-3; I-4; I-5; II-A 1, 2, 3, 4; II-B 1 (a, d), 2, 4 (a, b)), l-Anness III it-Taqsima X il-Kapitolu 1(1),

ir-Regolament (KE) Nru 183/2005: l-Artikolu 5(1), (5) u (6), l-Anness I, il-parti A (I-4 e, g; II-2 a, b, e), u l-Anness III (taħt l-intestatura “TMIGĦ”, il-punt 1. intitolat “Ħażna”, l-ewwel u l-aħħar sentenza, u l-punt 2 intitolat “Distribuzzjoni”, it-tielet sentenza), u

ir-Regolament (KE) Nru 396/2005: l-Artikolu 18.


ANNESS IV

REGOLI DWAR IL-KUNDIZZJONALITÀ SKONT L-ARTIKOLU 14

Żoni

Leġiżlazzjoni applikabbli

Dispożizzjonijiet rilevanti

Rekwiżiti

Impjieg

Kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli

Direttiva 2019/1152

Artikolu 3

Il-kondizzjonijiet tal-impjieg għandhom jiġu pprovduti bil-miktub (“kuntratt ta’ impjieg”)

Artikolu 4

L-iżgurar li l-impjieg agrikolu jkun soġġett għal kuntratt ta’ impjieg

Artikolu 5

Il-kuntratt ta’ impjieg għandu jiġi pprovdut fl-ewwel sebat ijiem tax-xogħol

Artikolu 6

Bidliet fir-relazzjoni tal-impjieg li għandhom jiġu pprovduti f’forma dokumentarja

Artikolu 8

Perijodu ta’ prova

Artikolu 10

Kondizzjonijiet rigward il-prevedibbiltà minima tax-xogħol

Artikolu 13

Taħriġ obbligatorju

Saħħa u sikurezza

Miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema

Direttiva 89/391/KEE

Artikolu 5

Dispożizzjoni ġenerali li tistabbilixxi d-dmir tal-impjegatur li jiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema

Artikolu 6

Obbligu ġenerali fuq l-impjegatur biex jieħu l-miżuri meħtieġa għas-sikurezza u l-protezzjoni tas-saħħa, inkluż il-prevenzjoni tar-riskji u l-għoti ta’ informazzjoni u taħriġ

Artikolu 7

Servizzi ta’ protezzjoni u ta’ prevenzjoni: ħaddiem jew ħaddiema li għandhom ikunu deżinjati għal attivitajiet ta’ saħħa u s-sikurezza jew servizz estern kompetenti li għandu jitqabbad

Artikolu 8

L-impjegatur għandu jieħu miżuri għall-ewwel għajnuna, it-tifi tan-nar u l-evakwazzjoni tal-ħaddiema

Artikolu 9

Obbligi fuq l-impjegaturi rigward il-valutazzjoni tar-riskji, il-miżuri protettivi u t-tagħmir, ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Artikolu 10

L-għoti ta’ informazzjoni lill-ħaddiema dwar ir-riskji għas-sikurezza u s-saħħa u miżuri protettivi u preventivi

Artikolu 11

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema f’diskussjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Artikolu 12

L-impjegatur għandu jiżgura li l-ħaddiema jirċievu taħriġ adegwat dwar is-sigurtà u s-saħħa

 

Rekwiżiti minimi għas-sigurtà u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema

Direttiva 2009/104/KE

Artikolu 3

Obbligi ġenerali biex jiġi żgurat li t-tagħmir tax-xogħol ikun adattat għax-xogħol li għandu jitwettaq mill-ħaddiema mingħajr indeboliment tas-sikurezza jew tas-saħħa

Artikolu 4

Regoli dwar it-tagħmir tax-xogħol: iridu jikkonformaw mad-Direttiva u r-rekwiżiti minimi stabbiliti u għandhom jinżammu b’mod adegwat

Artikolu 5

Spezzjoni tat-tagħmir tax-xogħol – tagħmir li għandu jiġi spezzjonat wara ħlas bin-nifs u spezzjonijiet perjodiċi minn persuni kompetenti

Artikolu 6

Tagħmir tax-xogħol li jinvolvi riskji speċifiċi li għandhom ikunu ristretti għal persuni inkarigati li jużawh u t-tiswijiet, modifiki u manutenzjoni kollha għandhom jitwettqu minn ħaddiema deżinjati

Artikolu 7

Ergonomija u s-saħħa fuq ix-xogħol

Artikolu 8

Il-ħaddiema għandhom jirċievu informazzjoni adegwata, u fejn xieraq, struzzjonijiet bil-miktub dwar l-użu tat-tagħmir tax-xogħol

Artikolu 9

Il-ħaddiema għandhom jirċievu taħriġ adegwat


ANNESS V

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 87(1), L-EWWEL SUBPARAGRAFU

(prezzijiet kurrenti, f’EUR)

Sena kalendarja

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta’ wara

Belġju

494 925 924

494 925 924

494 925 924

494 925 924

494 925 924

Bulgarija

808 442 754

817 072 343

825 701 932

834 331 520

834 331 520

Ċekja

854 947 297

854 947 297

854 947 297

854 947 297

854 947 297

Danimarka

862 367 277

862 367 277

862 367 277

862 367 277

862 367 277

Ġermanja

4 915 695 459

4 915 695 459

4 915 695 459

4 915 695 459

4 915 695 459

Estonja

196 436 567

199 297 294

202 158 021

205 018 748

205 018 748

Irlanda

1 186 281 996

1 186 281 996

1 186 281 996

1 186 281 996

1 186 281 996

Greċja

2 075 656 043

2 075 656 043

2 075 656 043

2 075 656 043

2 075 656 043

Spanja

4 874 879 750

4 882 179 366

4 889 478 982

4 896 778 599

4 896 778 599

Franza

7 285 000 537

7 285 000 537

7 285 000 537

7 285 000 537

7 285 000 537

Kroazja

374 770 237

374 770 237

374 770 237

374 770 237

374 770 237

Italja

3 628 529 155

3 628 529 155

3 628 529 155

3 628 529 155

3 628 529 155

Ċipru

47 647 540

47 647 540

47 647 540

47 647 540

47 647 540

Latvja

349 226 285

354 312 105

359 397 925

364 483 744

364 483 744

Litwanja

587 064 372

595 613 853

604 163 335

612 712 816

612 712 816

Lussemburgu

32 747 827

32 747 827

32 747 827

32 747 827

32 747 827

Ungerija

1 243 185 165

1 243 185 165

1 243 185 165

1 243 185 165

1 243 185 165

Malta

4 594 021

4 594 021

4 594 021

4 594 021

4 594 021

Netherlands

717 382 327

717 382 327

717 382 327

717 382 327

717 382 327

Awstrija

677 581 846

677 581 846

677 581 846

677 581 846

677 581 846

Polonja

3 092 416 671

3 123 600 494

3 154 784 317

3 185 968 140

3 185 968 140

Portugall

613 619 128

622 403 166

631 187 204

639 971 242

639 971 242

Rumanija

1 946 921 018

1 974 479 078

2 002 037 137

2 029 595 196

2 029 595 196

Slovenja

131 530 052

131 530 052

131 530 052

131 530 052

131 530 052

Slovakkja

400 894 402

405 754 516

410 614 629

415 474 743

415 474 743

Finlandja

519 350 246

521 168 786

522 987 325

524 805 865

524 805 865

Żvezja

686 131 966

686 360 116

686 588 267

686 816 417

686 816 417


ANNESS VI

LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 42, PUNT (F)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0101

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tal-irkib ħajjin:

 

– Żwiemel

0101 21 00

– – Annimali ta’ razza pura għar-razza (1):

0101 29

– – Oħrajn:

0101 29 10

– – – Għall-qatla

0101 29 90

– – – Oħrajn

0101 30 00

– Ħmir

0101 90 00

– Oħrajn

ex 0103

Majjali ħajjin:

0103 10 00

– Annimali ta’ razza pura għar-razza (2)

ex 0106

Annimali ħajjin oħra:

0106 14 10

– Fniek domestiċi

ex 0106 19 00

– – Oħrajn: renni u ċriev

0106 33 00

– – Ngħam; emu (Dromaius novaehollandiae)

0106 39 10

– – – Ħamiem

0106 39 80

– – – Għasafar oħra

ex 0205 00

Laħam taż-żwiemel, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex 0208

Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew iffriżat:

ex 0208 10 10

– – Laħam tal-fniek domestiċi

ex 0208 90 10

– – Laħam tal-ħamiem domestiku

ex 0208 90 30

– – Laħam tas-selvaġġina, minbarra fniek jew liebri

ex 0208 90 60

– – Laħam tar-renni

ex 0407

Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

0407 19 90

– Fertilizzat, minbarra tat-tjur

0407 29 90

– Bajd frisk ieħor, minbarra tat-tjur

0407 90 90

– Bajd ieħor, minbarra tat-tjur

0701

Patata, friska jew imkessħa

ex 0713

Veġetali leguminużi mnixxfin, imqaxxrin, kemm jekk mingħajr qoxra ta’ ġewwa jew maqsumin kif ukoll jekk le:

ex 0713 10

– Piżelli (Pisum sativum):

0713 10 90

– – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 20 00

– Ċiċri (garbanzos):

 

– – Minbarra għaż-żrigħ

 

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.):

ex 0713 31 00

– – Fażola tal-ispeċi Vigna mungo (L) Hepper jew Vigna radiata (L) Wilczek:

 

– – – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 32 00

– – Fażola żgħira ħamra (Adzuki) (Phaseolus jew Vigna angularis):

 

– – – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 33

– – Fażola kidnija, inkluż fażola mill-bajda (Phaseolus vulgaris):

0713 33 90

– – – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 34 00

– – Fażola Bambara (Vigna subterranea jew Voandzeia subterranea):

 

– – – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 35 00

– – Fażola tal-għajn (Vigna unguiculata):

 

– – – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 39 00

– – Oħrajn:

 

– – – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 40 00

– Għads:

 

– – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 50 00

Ful (Vicia faba var. major) u ful ta’ varjetà raffa (Vicia faba var. equina u Vicia faba var. minor):

 

– – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 60 00

– Piżelli (Cajanus cajan):

 

– – Minbarra għaż-żrigħ

ex 0713 90 00

– Oħrajn:

 

– – Minbarra għaż-żrigħ

1201 90 00

Sojja, imkissra jew le, minbarra ż-żerriegħa

1202 41 00

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, fil-qoxra, minbarra ż-żerriegħa

1202 42 00

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, imqaxxar, kemm jekk imkisser jew le, minbarra ż-żerriegħa

1203 00 00

Kopra

1204 00 90

Żerriegħa tal-kittien, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1205 10 90

Lift jew żerriegħa tal-kolza b’livell ta’ aċtu eruċiku baxx, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1205 90 00

Lift jew żerriegħa tal-kolza oħra, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1206 00 91

Żerriegħa tal-ġirasol, imqaxxra; f’qoxra rrigata griż bl-abjad, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1206 00 99

Żerriegħa oħra tal-ġirasol, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1207 29 00

Żerriegħa tal-qoton, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1207 40 90

Żerriegħa tal-ġulġlien, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1207 50 90

Żerriegħa tal-mustarda, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1207 60 00

– Żerriegħa tal-għosfor (Carthamus tinctorius)

1207 91 90

Żerriegħa tal-peprin, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

1207 99 91

Żerriegħa tal-qannebusa, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

ex 1207 99 96

Żrieragħ u frott ieħor żejtnin, imkissra jew le, minbarra għaż-żrigħ

ex 1209 29 50

– – – Żerriegħa tal-lupina, minbarra għaż-żrigħ

ex 1211

Pjanti u partijiet tagħhom (inkluż żerriegħa u frott), ta’ kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, fungiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab eskluż il-prodotti elenkati fil-Kodiċi NM ex 1211 90 86 fil-Parti IX;

1212 94 00

Għeruq taċ-ċikwejra

ex 1214

Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le:

ex 1214 10 00

– Pasta u gerbub tax-xnien (alfalfa):

 

– – – Minbarra xnien imnixxef artifiċjalment bis-sħana jew xnien imnixxef jew mitħun b’xi mod ieħor

ex 1214 90

– Oħrajn:

1214 90 10

– – Mangoldi, swedes u għeruq oħrajn għall-għalf

ex 1214 90 90

– – – Oħrajn, minbarra:

 

– – – Sainfoin, silla, lupini, ġulbiena u prodotti simili għall-għalf imnixxfa bis-sħana artifiċjalment, minbarra ħuxlief u kaboċċi għall-magħlef u prodotti li fihom il-ħuxlief

 

– – – Sainfoin, silla, lupini, ġulbiena, trew, ċikkarda sewda u għantqux, imnixxfa b’mod ieħor u mitħuna

ex 2206

Xorb ieħor iffermentat (bħala eżempju, sidru, perry, mead); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

ex 2206 00 31 sa ex 2206 00 89

– Xorb iffermentat għajr il-piquette

5201

Qoton, mhux mimxut jew imqardex


(1)  Entrata taħt din is-subintestatura hija soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni (ara r-Regolament (UE) 2016/1012 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin), ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1012.


ANNESS VII

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI (GĦAL KULL SENA FINANZJARJA) GĦAT-TIPI TA’ INTERVENT FIS-SETTUR TAL-INBID KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 88(1)

 

EUR (fi prezzijiet attwali)

Bulgarija

25 721 000

Ċekja

4 954 000

Ġermanja

37 381 000

Greċja

23 030 000

Spanja

202 147 000

Franza

269 628 000

Kroazja

10 410 000

Italja

323 883 000

Ċipru

4 465 000

Litwanja

43 000

Ungerija

27 970 000

Awstrija

13 155 000

Portugall

62 670 000

Rumanija

45 844 000

Slovenja

4 849 000

Slovakkja

4 887 000


ANNESS VIII

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-QOTON IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 87(1), IT-TIENI SUBPARAGRAFU

(prezzijiet kurrenti, f’EUR)

Sena kalendarja

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta’ wara

Bulgarija

2 557 820

2 557 820

2 557 820

2 557 820

2 557 820

Greċja

183 996 000

183 996 000

183 996 000

183 996 000

183 996 000

Spanja

59 690 640

59 690 640

59 690 640

59 690 640

59 690 640

Portugall

177 589

177 589

177 589

177 589

177 589


ANNESS IX

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI MINGĦAJR QOTON U QABEL IT-TRASFERIMENT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 87(1), IT-TIELET SUBPARAGRAFU

(prezzijiet kurrenti, f’EUR)

Sena kalendarja

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta’ wara

Belġju

494 925 924

494 925 924

494 925 924

494 925 924

494 925 924

Bulgarija

805 884 934

814 514 523

823 144 112

831 773 700

831 773 700

Ċekja

854 947 297

854 947 297

854 947 297

854 947 297

854 947 297

Danimarka

862 367 277

862 367 277

862 367 277

862 367 277

862 367 277

Ġermanja

4 915 695 459

4 915 695 459

4 915 695 459

4 915 695 459

4 915 695 459

Estonja

196 436 567

199 297 294

202 158 021

205 018 748

205 018 748

Irlanda

1 186 281 996

1 186 281 996

1 186 281 996

1 186 281 996

1 186 281 996

Greċja

1 891 660 043

1 891 660 043

1 891 660 043

1 891 660 043

1 891 660 043

Spanja

4 815 189 110

4 822 488 726

4 829 788 342

4 837 087 959

4 837 087 959

Franza

7 285 000 537

7 285 000 537

7 285 000 537

7 285 000 537

7 285 000 537

Kroazja

374 770 237

374 770 237

374 770 237

374 770 237

374 770 237

Italja

3 628 529 155

3 628 529 155

3 628 529 155

3 628 529 155

3 628 529 155

Ċipru

47 647 540

47 647 540

47 647 540

47 647 540

47 647 540

Latvja

349 226 285

354 312 105

359 397 925

364 483 744

364 483 744

Litwanja

587 064 372

595 613 853

604 163 335

612 712 816

612 712 816

Lussemburgu

32 747 827

32 747 827

32 747 827

32 747 827

32 747 827

Ungerija

1 243 185 165

1 243 185 165

1 243 185 165

1 243 185 165

1 243 185 165

Malta

4 594 021

4 594 021

4 594 021

4 594 021

4 594 021

Netherlands

717 382 327

717 382 327

717 382 327

717 382 327

717 382 327

Awstrija

677 581 846

677 581 846

677 581 846

677 581 846

677 581 846

Polonja

3 092 416 671

3 123 600 494

3 154 784 317

3 185 968 140

3 185 968 140

Portugall

613 441 539

622 225 577

631 009 615

639 793 653

639 793 653

Rumanija

1 946 921 018

1 974 479 078

2 002 037 137

2 029 595 196

2 029 595 196

Slovenja

131 530 052

131 530 052

131 530 052

131 530 052

131 530 052

Slovakkja

400 894 402

405 754 516

410 614 629

415 474 743

415 474 743

Finlandja

519 350 246

521 168 786

522 987 325

524 805 865

524 805 865

Żvezja

686 131 966

686 360 116

686 588 267

686 816 417

686 816 417


ANNESS X

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI (GĦAL KULL SENA FINANZJARJA) GĦAT-TIPI TA’ INTERVENT FIS-SETTUR TAL-APIKULTURA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 88(2)

 

EUR (fi prezzijiet attwali)

Belġju

422 967

Bulgarija

2 063 885

Ċekja

2 121 528

Danimarka

295 539

Ġermanja

2 790 875

Estonja

140 473

Irlanda

61 640

Greċja

6 162 645

Spanja

9 559 944

Franza

6 419 062

Kroazja

1 913 290

Italja

5 166 537

Ċipru

169 653

Latvja

328 804

Litwanja

549 828

Lussemburgu

30 621

Ungerija

4 271 227

Malta

14 137

Netherlands

295 172

Awstrija

1 477 188

Polonja

5 024 968

Portugall

2 204 232

Rumanija

6 081 630

Slovenja

649 455

Slovakkja

999 973

Finlandja

196 182

Żvezja

588 545


ANNESS XI

DIŻAGGREGAZZJONI TAL-APPOĠĠ MILL-UNJONI GĦAT-TIPI TA’ INTERVENT GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2023 sal-2027) IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 89(3)

(prezzijiet attwali, f’EUR)

Sena

2023

2024

2025

2026

2027

Total 2023-2027

Belġju

82 800 894

82 800 894

82 800 894

82 800 894

82 800 894

414 004 470

Bulgarija

282 162 644

282 162 644

282 162 644

282 162 644

282 162 644

1 410 813 220

Ċekja

259 187 708

259 187 708

259 187 708

259 187 708

259 187 708

1 295 938 540

Danimarka

75 934 060

75 934 060

75 934 060

75 934 060

75 934 060

379 670 300

Ġermanja

1 092 359 738

1 092 359 738

1 092 359 738

1 092 359 738

1 092 359 738

5 461 798 690

Estonja

88 016 648

88 016 648

88 016 648

88 016 648

88 016 648

440 083 240

Irlanda

311 640 628

311 640 628

311 640 628

311 640 628

311 640 628

1 558 203 140

Greċja

556 953 600

556 953 600

556 953 600

556 953 600

556 953 600

2 784 768 000

Spanja

1 080 382 825

1 080 382 825

1 080 382 825

1 080 382 825

1 080 382 825

5 401 914 125

Franza

1 459 440 070

1 459 440 070

1 459 440 070

1 459 440 070

1 459 440 070

7 297 200 350

Kroazja

297 307 401

297 307 401

297 307 401

297 307 401

297 307 401

1 486 537 005

Italja

1 349 921 375

1 349 921 375

1 349 921 375

1 349 921 375

1 349 921 375

6 749 606 875

Ċipru

23 770 514

23 770 514

23 770 514

23 770 514

23 770 514

118 852 570

Latvja

117 495 173

117 495 173

117 495 173

117 495 173

117 495 173

587 475 865

Litwanja

195 495 162

195 495 162

195 495 162

195 495 162

195 495 162

977 475 810

Lussemburgu

12 310 644

12 310 644

12 310 644

12 310 644

12 310 644

61 553 220

Ungerija

416 869 149

416 869 149

416 869 149

416 869 149

416 869 149

2 084 345 745

Malta

19 984 497

19 984 497

19 984 497

19 984 497

19 984 497

99 922 485

Netherlands

73 268 369

73 268 369

73 268 369

73 268 369

73 268 369

366 341 845

Awstrija

520 024 752

520 024 752

520 024 752

520 024 752

520 024 752

2 600 123 760

Polonja

1 320 001 539

1 320 001 539

1 320 001 539

1 320 001 539

1 320 001 539

6 600 007 695

Portugall

540 550 620

540 550 620

540 550 620

540 550 620

540 550 620

2 702 753 100

Rumanija

967 049 892

967 049 892

967 049 892

967 049 892

967 049 892

4 835 249 460

Slovenja

110 170 192

110 170 192

110 170 192

110 170 192

110 170 192

550 850 960

Slovakkja

259 077 909

259 077 909

259 077 909

259 077 909

259 077 909

1 295 389 545

Finlandja

354 549 956

354 549 956

354 549 956

354 549 956

354 549 956

1 772 749 780

Żvezja

211 889 741

211 889 741

211 889 741

211 889 741

211 889 741

1 059 448 705

Total tal-EU-27

12 078 615 700

12 078 615 700

12 078 615 700

12 078 615 700

12 078 615 700

60 393 078 500

Assistenza teknika (0,25 %)

30 272 220

30 272 220

30 272 220

30 272 220

30 272 220

151 361 100

Total

12 108 887 920

12 108 887 920

12 108 887 920

12 108 887 920

12 108 887 920

60 544 439 600


ANNESS XII

AMMONTI MINIMI RIŻERVATI GĦALL-OBJETTIV SPEĊIFIKU MSEMMI FL-ARTIKOLU 6(1), PUNT (g)

(prezzijiet kurrenti, f’EUR)

Sena kalendarja

2023

2024

2025

2026

2027 u s-snin ta’ wara

Belġju

14 847 778

14 847 778

14 847 778

14 847 778

14 847 778

Bulgarija

24 176 548

24 435 436

24 694 323

24 953 211

24 953 211

Ċekja

25 648 419

25 648 419

25 648 419

25 648 419

25 648 419

Danimarka

25 871 018

25 871 018

25 871 018

25 871 018

25 871 018

Ġermanja

147 470 864

147 470 864

147 470 864

147 470 864

147 470 864

Estonja

5 893 097

5 978 919

6 064 741

6 150 562

6 150 562

Irlanda

35 588 460

35 588 460

35 588 460

35 588 460

35 588 460

Greċja

56 749 801

56 749 801

56 749 801

56 749 801

56 749 801

Spanja

144 455 673

144 674 662

144 893 650

145 112 639

145 112 639

Franza

218 550 016

218 550 016

218 550 016

218 550 016

218 550 016

Kroazja

11 243 107

11 243 107

11 243 107

11 243 107

11 243 107

Italja

108 855 875

108 855 875

108 855 875

108 855 875

108 855 875

Ċipru

1 429 426

1 429 426

1 429 426

1 429 426

1 429 426

Latvja

10 476 789

10 629 363

10 781 938

10 934 512

10 934 512

Litwanja

17 611 931

17 868 416

18 124 900

18 381 384

18 381 384

Lussemburgu

982 435

982 435

982 435

982 435

982 435

Ungerija

37 295 555

37 295 555

37 295 555

37 295 555

37 295 555

Malta

137 821

137 821

137 821

137 821

137 821

Netherlands

21 521 470

21 521 470

21 521 470

21 521 470

21 521 470

Awstrija

20 327 455

20 327 455

20 327 455

20 327 455

20 327 455

Polonja

92 772 500

93 708 015

94 643 530

95 579 044

95 579 044

Portugall

18 403 246

18 666 767

18 930 288

19 193 810

19 193 810

Rumanija

58 407 631

59 234 372

60 061 114

60 887 856

60 887 856

Slovenja

3 945 902

3 945 902

3 945 902

3 945 902

3 945 902

Slovakkja

12 026 832

12 172 635

12 318 439

12 464 242

12 464 242

Finlandja

15 580 507

15 635 064

15 689 620

15 744 176

15 744 176

Żvezja

20 583 959

20 590 803

20 597 648

20 604 493

20 604 493


ANNESS XIII

ATTI LEĠIŻLATTIVI TAL-UNJONI DWAR L-AMBJENT U L-KLIMA LI L-PJANIJIET STRATEĠIĊI TAL-PAK TAL-ISTATI MEMBRI JENĦTIEĠ LI JIKKONTRIBWIXXU GĦALIHOM, U JKUNU KONSISTENTI MAGĦHOM, GĦALL-OBJETTIVI TAGĦHOM SKONT L-ARTIKOLI 108, 109 U 115

Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi;

Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa;

Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma;

Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli;

Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa;

Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE;

Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE;

Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013;

Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE;

Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi.


ANNESS XIV

RAPPURTAR IBBAŻAT FUQ SETT EWLIENI TA’ INDIKATURI SKONT L-ARTIKOLU 142

Indikaturi għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Objettiv

Sett ewlieni ta’ indikaturi

L-għoti ta’ appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-ikel u d-diversità agrikola fit-tul kif ukoll sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni

O.3

Għadd ta’ benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK

C.25

Introjtu minn fattur agrikolu

R.6

Ridistribuzzjoni lill-azjendi agrikoli iżgħar: Perċentwal ta’ pagamenti diretti addizzjonali għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (meta mqabbla mal-medja)

It-tisħiħ tal-orjentazzjoni lejn is-suq u żieda fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul, inkluż aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni

R.9

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Sehem tal-azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex itejbu l-effiċjenza tar-riżorsi

It-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur

R.10

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Sehem tal-azjendi agrikoli li jipparteċipaw fi gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità appoġġati mill-PAK

L-għoti ta’ kontribut għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jissaħħaħ is-sekwestru tal-karbonju, kif ukoll il-promozzjoni tal-enerġija sostenibbli

I.10

Kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura

R.14

Ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt l-impenji appoġġati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet jew biex jinżammu jew jittejbu l-ħżin tal-karbonju (inkluż bur permanenti, għelejjel permanenti b’kopertura veġetali permanenti, art agrikola f’art mistagħdra u torbiera)

R.17

Art afforestata: Żona appoġġata għall-afforestazzjoni, l-agroforestrija u r-restawr, inkluż id-diżaggregazzjonijiet

It-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, inkluż billi titnaqqas id-dipendenza mis-sustanzi kimiċi

O.34

Għadd ta’ ettari li jaqgħu taħt il-prattiki ambjentali (indikatur ta’ sommarju dwar iż-żona fiżika koperta mill-kondizzjonalità, ekoskemi, impenji fil-qasam tal-ġestjoni ambjentali u klimatika fl-agrikoltura u l-forestrija)

I.15

Titjib tal-kwalità tal-ilma: Bilanċ gross tan-nutrijenti fuq l-art agrikola

I.16

Tnaqqis tat-telf tan-nutrijenti mal-ilma: Nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art - il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art b’konċentrazzjoni ta’ nitrati ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva 91/676/KEE

I.18

Użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi: Riskji, użu u impatti tal-pestiċidi

R.19

Titjib u protezzjoni tal-ħamrija: Sehem ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati li huma ta’ benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija biex tittejjeb il-kwalità tal-ħamrija u l-bijota (bħat-tnaqqis tal-ħdim tar-raba’, il-kopertura tal-ħamrija b’għelejjel, in-newba tal-għelejjel inkluż b’għelejjel tal-legumi)

R.20

Titjib tal-kwalità tal-arja: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) b’impenji appoġġati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka

R.21

Protezzjoni tal-kwalità tal-ilma: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati għall-kwalità tal-korpi tal-ilma

R.22

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati relatati mal-ġestjoni mtejba tal-ħamrija

R.24

Użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi: Sehem tal-erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji speċifiċi appoġġati li jwasslu għal użu sostenibbli tal-pestiċidi sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-pestiċidi bħat-telf tal-pestiċidi mal-ilma

L-għoti ta’ kontribut għall-waqfien u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u preservazzjoni tal-ħabitats u l-pajsaġġi

C.33

Żona agrikola li taqa’ taħt il-biedja organika

I.21

Titjib fil-provvediment tas-servizzi tal-ekosistema: Sehem tal-art agrikola koperta b’karatteristiċi tal-pajsaġġ

R.29

Żvilupp tal-agrikoltura organika: Sehem ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) appoġġata mill-PAK għall-biedja organika, bi qsim bejn il-manutenzjoni u l-konverżjoni

R.34

Preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: Sehem ta’ erja agrikola utilizzata (EAU) taħt impenji appoġġati għall-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż ringieli ta’ sġajriet u siġar

Jiġu attirati u l-għoti ta’ appoġġ lil bdiewa żgħażagħ u bdiewa oħra u faċilitazzjoni tal-iżvilupp tan-negozju sostenibbli f’żoni rurali

R.36

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta’ bdiewa żgħażagħ li jibbenefikaw minn stabbiliment b’appoġġ mill-PAK, inkluż diżaggregazzjoni skont il-ġeneru

Il-promozzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-biedja, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali f’żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija ċirkolari u l-forestrija sostenibbli

R.37

It-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni rurali: Impjiegi ġodda appoġġati fi proġetti tal-PAK

R.38

Kopertura ta’ LEADER: Sehem tal-popolazzjoni rurali koperta mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali

R.41

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta’ appoġġ tal-PAK

It-titjib tar-rispons tal-agrikoltura tal-Unjoni għad-domanda soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel ta’ kwalità għolja, sikur u nutrittiv prodott b’mod sostenibbli, it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, kif ukoll it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi

I.28

Limitazzjoni tal-użu tal-antimikrobiċi f’annimali tal-irziezet: Bejgħ/użu tal-antimikrobiċi għall-annimali għall-konsum

R.43

Limitazzjoni tal-użu tal-antimikrobiċi: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem (LU) ikkonċernati minn azzjonijiet appoġġati biex jiġi limitat l-użu tal-antimikrobiċi (prevenzjoni/tnaqqis)

R.44

Titjib fit-trattament xieraq tal-annimali: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem (LU) kopert minn azzjonijiet appoġġati għat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali

L-immodernizzar taż-żoni agrikoli u rurali billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u billi jitħeġġeġ l-użu tagħhom mill-bdiewa, permezz ta’ aċċess imtejjeb għar-riċerka, l-innovazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-taħriġ

R.1

Titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u l-innovazzjoni: Għadd ta’ persuni li jibbenefikaw minn konsulenza, taħriġ, skambju ta’ għarfien jew li jipparteċipaw fi gruppi operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) appoġġati mill-PAK sabiex isaħħu l-prestazzjoni sostenibbli ekonomika, soċjali, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi


6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 435/187


REGOLAMENT (UE) 2021/2116 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 322(1), il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2017 intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tikkonkludi li jenħtieġ li l-politika agrikola komuni (“il-PAK”) tibqa’ żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b’rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-PAK tqis l-objettivi tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, inkluż l-obbligi tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(3)

Jenħtieġ li l-mudell attwali tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta’ intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu obbligati jagħtu rendikont biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f’hekk, hemm bżonn li jiġu żgurati iktar sussidjarjetà u flessibbiltà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B’hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista’ jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni. Sabiex ikomplu jiżguraw approċċ komuni u kondizzjonijiet ekwivalenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu u jistabbilixxu wkoll il-qafas ta’ konformità u ta’ kontroll li japplika għall-benefiċjarji, inkluż konformità mal-istandards għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni.

(4)

Il-PAK tinkludi diversi interventi u miżuri li ħafna minnhom huma koperti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jissemmew fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Xi oħrajn għadhom isegwu l-loġika tradizzjonali tal-konformità. Huwa importanti li jkun hemm finanzjament għall-interventi u għall-miżuri kollha biex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-PAK. Kemm dawk l-interventi kif ukoll dawk il-miżuri għandhom ċerti elementi li huma l-istess, u għalhekk jenħtieġ li l-finanzjament tagħhom jiġi indirizzat bl-istess sett ta’ dispożizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu jippermettu trattament differenti meta jkun hemm bżonn. Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jirregola żewġ fondi agrikoli Ewropej, li huma l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“l-FAEG”) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“l-FAEŻR”). Jenħtieġ li dawk iż-żewġ fondi jinżammu f’dan ir-Regolament. Minħabba l-ambitu tar-riforma tal-PAK attwali, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiġi sostitwit.

(5)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)(“ir-Regolament Finanzjarju”), b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki tal-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-klawżola ta’ forza maġġuri, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi, fejn xieraq, eżenzjonijiet mir-regoli tal-PAK f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’ċirkostanzi eċċezzjonali kif ukoll lista mhux eżawrjenti ta’ każijiet ta’ forza maġġuri li jista’ jkun hemm u ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jridu jirrikonoxxu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jiddeċiedu każ b’każ u abbażi tal-provi rilevanti jekk ikunx hemm forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

(7)

Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi, eżenzjonijiet mir-regoli tal-PAK f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ avveniment meteoroloġiku sever li jaffettwa b’mod gravi l-impriża tal-benefiċċjarju f’livell li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali sever.

(8)

Jenħtieġ li n-nefqa tal-PAK, inkluż dik għall-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK skont it-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115, tiġi ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni (‘il-baġit tal-Unjoni’), jew direttament permezz tal-FAEG u l-FAEŻR, jew fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Jenħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta’ nefqa li jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta’ dawk iż-żewġ Fondi.

(9)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE u sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża previst fl-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu fis-seħħ is-sistemi ta’ governanza li hemm bżonn. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament għall-ħatra tal-korpi ta’ governanza, jiġifieri l-awtorità kompetenti, l-aġenzija tal-pagamenti, il-korp ta’ koordinazzjoni u l-korp taċ-ċertifikazzjoni.

(10)

Jeħtieġ li jiġu previsti l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u għall-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u għall-istabbiliment tal-proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni, id-dokumenti annwali ta’ approvazzjoni, sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali, u rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta’ korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta’ verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari b’rabta mal-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, għall-validazzjoni u għall-pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f’każijiet meta jkun hemm bżonn li tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta’ awtoritajiet u korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta’ kull Stat Membru. Fejn il-qafas kostituzzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi reġjuni, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jkollu l-possibbiltà li jakkredita aġenziji tal-pagamenti reġjonali, taħt ċerti kondizzjonijiet.

(11)

Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta’ koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-FAEG u l-FAEŻR, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta’ diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li dak il-korp ta’ koordinazzjoni jieħu wkoll azzjonijiet biex isolvi n-nuqqasijiet ta’ natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u jenħtieġ li jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar kwalunkwe segwitu, u jenħtieġ li jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni, filwaqt li jqis kwalunkwe limitazzjoni jew restrizzjoni minħabba d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali fis-seħħ.

(12)

Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit kruċjali biex ikun żgurat b’mod kisbu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġi stipulat b’mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista’ tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) 2021/2115 ikollha output korrispondenti u tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u mas-sistemi ta’ governanza.

(13)

Sabiex ikun hemm ħarsa ġenerali tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni pubbliċi u privati u biex ikun hemm informazzjoni aġġornata dwar dawkli jkunu attivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni mingħand l-Istati Membri u żżomm reġistru aġġornat ta’ dawk il-korpi. Sabiex il-Parlament Ewropew ikollu informazzjoni preċiża u aġġornata wkoll, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tibgħatlu kull sena l-lista tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni maħtura.

(14)

Fil-kuntest tal-ħarsien tad-dixxiplina baġitarja, jeħtieġ jiġi ddefinit il-limitu massimu annwali għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG billi jitqiesu l-ammonti massimi stabbiliti għall-FAEG fil-qafas finanzjarju pluriennali previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (8).

(15)

Id-dixxiplina baġitarja teżiġi wkoll li l-limitu massimu annwali għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jitħares f’kull ċirkostanza u f’kull stadju tal-proċedura tal-baġit u tal-implimentazzjoni tal-baġit. Konsegwentement, jeħtieġ li l-limitu massimu nazzjonali għall-pagamenti diretti għal kull Stat Membru stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/2115 jitqies bħala l-limitu massimu finanzjarju għat-tali pagamenti diretti għall-Istat Membru kkonċernat u li r-rimborż ta’ dawk il-pagamenti ma jaqbiżx dak il-limitu massimu finanzjarju.

(16)

Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta’ appoġġ dirett jiġi aġġustat. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f’każ ta’ żviluppi tas-suq jew kriżijietli jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2), il-punt (d), tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja ta’ wara, skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament Finanzjarju (‘sena baġitarja’). Sabiex tiġi ssimplifikata b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta’ riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li ser tiġi stabbilita fis-sena 2022 li ma jkunx intuża. Għal dak il-għan, hemm bżonn ta’ deroga mill-Artikolu 12(2), il-punt (d), tar-Regolament Finanzjarju li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin baġitarji ta’ wara sas-sena 2027. Barra minn hekk, għas-sena baġitarja 2022, hemm bżonn ta’ deroga minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem is-sena baġitarja 2022 jiġi riportat għas-sena baġitarja 2023 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura stabbilita skont ir-Regolament mingħajr ma jerġa’ jiddaħħal kompletament fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, sabiex jiġu massimizzati l-ammonti li għandhom jiġu rrimborżati lill-bdiewa fis-sena baġitarja 2023, jenħtieġ li l-ewwel jintużaw id-disponibbiltajiet l-oħra kollha taħt is-sublimitu tal-FAEG għas-sena baġitarja 2023 stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 sabiex fis-sena baġitarja 2023 tiġi stabbilita r-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura.

(17)

Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, sabiex il-proċeduri jiġu ssimplifikati kemm jista’ jkun u sabiex tiġi limitata l-kumplessità tal-formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, jenħtieġ li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja agrikola (‘sena finanzjarja’) ta’ qabel b’rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.

(18)

Il-miżuri li jittieħdu biex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FAEG u l-FAEŻR f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tal-limiti massimi finanzjarji ma jaffettwawx is-setgħat tal-awtorità baġitarja maħtura mit-TFUE. Għalhekk jenħtieġ li dawk il-miżuri jissejsu fuq il-pakketti finanzjarji stabbiliti skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (9).

(19)

Id-dixxiplina baġitarja teżiġi wkoll eżami kontinwu tal-qagħda tal-baġit fuq perijodu medju taż-żmien. Jekk ikun hemm bżonn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi l-miżuri x-xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mal-limiti massimi previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża bis-sħiħ is-setgħat tagħha ta’ ġestjoni f’kull żmien biex tiżgura l-konformità mal-limitu massimu annwali u, jekk ikun hemm bżonn, tipproponi l-miżuri x-xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew lill-Kunsill biss, kif ikun xieraq, biex tiġi rrimedjata l-qagħda tal-baġit. Jekk, fi tmiem sena baġitarja, ma jkunx jista’ jkun hemm konformità mal-limitu massimu annwali minħabba r-rimborżi li jkunu talbu għalihom l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tieħu miżuri li jippermettu li l-ammonti disponibbli jitqassmu b’mod provviżorju fost l-Istati Membri b’mod proporzjonat mat-talbiet tagħhom għar-rimborżi li jkunu għadhom ma tħallsux, kif ukoll miżuri li jiżguraw il-konformità mal-limitu massimu stabbilit għas-sena kkonċernata. Jenħtieġ li l-pagamenti għal dik is-sena jiġu ddebitati għas-sena baġitarja ta’ wara u li jiġu stabbiliti b’mod definittiv l-ammont totali ta’ finanzjament mill-Unjoni għal kull Stat Membru, kif ukoll kwalunkwe kumpens li jrid jitwettaq fir-rigward ta’ Stati Membri, sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mal-ammont stabbilit.

(20)

Hija u timplimenta l-baġit, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħaddem sistema ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ ta’ kull xahar għan-nefqa agrikola sabiex, jekk ikun hemm riskju li l-limitu massimu annwali jinqabeż, hija tkun tista’ tieħu l-miżuri x-xierqa mill-aktar fis possibbli skont is-setgħat ta’ ġestjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha u tipproponi miżuri oħrajn jekk il-miżuri ta’ qabel ikunu jidhru li ma jkunux biżżejjed. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibgħat rapport perjodiku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tqabbel l-evoluzzjoni tan-nefqa li tkun saret sa dak iż-żmien mal-profili u li fih tivvaluta l-implimentazzjoni li tista’ tkun prevista għall-bqija tas-sena baġitarja.

(21)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-FAEG, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tiġi koperta n-nefqa li jkunu għamlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati lill-Istati Membri fil-forma ta’ rimborżi għar-riżervar tan-nefqa li jkunu għamlu dawk l-aġenziji. Sakemm ikunu saru t-tali rimborżi, fil-forma ta’ pagamenti ta’ kull xahar, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmobilizzaw ir-riżorsi finanzjarji skont il-ħtiġijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom. Jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-kostijiet amministrattivi u tal-persunal tal-Istati Membri u l-benefiċjarji involuti fl-implimentazzjoni tal-PAK iridu jitħallsu minn dawk l-Istati Membri u l-l-benefiċjarji.

(22)

Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b’mod partikolari, tkun tista’ tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola u timmonitorja r-riżorsi agrikoli fuq perijodu medju taż-żmien u fit-tul, inkluż dawk relatati mal-ambjent u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-progress lejn il-miri rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data satellitari u t-titjib ta’ din id-data.

(23)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex timmonitorja s-swieq, b’kont meħud tal-għanijiet u l-impenji tal-Unjoni, inkluż il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, biex b’hekk tikkontribwixxi għat-trasparenza tas-swieq.

(24)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni finanzjarja tal-FAEŻR, jenħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet dwar l-impenji baġitarji, dwar l-iskadenzi għall-pagamenti, dwar id-diżimpenn u dwar l-interruzzjonijiet. L-interventi għall-iżvilupp rurali jenħtieġ li jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni abbażi ta’ impenji li jsiru bħala pagamenti akkont annwali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-fondi tal-Unjoni previsti malli jiġu approvati l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għalhekk hemm bżonn ta’ sistema ta’ prefinanzjament ristretta kif xieraq biex ikun żgurat fluss kostanti ta’ fondi sabiex il-pagamenti lill-benefiċjarji tal-interventi jsiru f’waqthom.

(25)

Minbarra l-prefinanzjament, jeħtieġ li ssir distinzjoni wkoll bejn il-pagamenti interim u l-pagament tal-bilanċi min-naħa tal-Kummissjoni lill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati li jirregolaw dawk il-pagamenti. Jenħtieġ li r-regola tad-diżimpenn awtomatiku tgħin sabiex l-interventi jsiru iktar malajr u biex tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja tajba. Ir-regoli li jirregolaw l-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri li jkollhom interventi reġjonali kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/2115 ukoll jipprovdu għodda għall-Istati Membri biex jiżguraw l-eżekuzzjoni u ġestjoni finanzjarja tajba.

(26)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-għajnuna mill-Unjoni titħallas fil-ħin lill-benefiċjarji sabiex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jużawha b’mod effiċjenti. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jikkonformaw mal-iskadenzi għall-pagamenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, jistgħu joħolqu diffikultajiet kbar għall-benefiċjarji u jipperikolaw l-ibbaġitjar annwali tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li n-nefqa li ssir mingħajr ma jitħarsu l-iskadenzi għall-pagamenti tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni. Madanakollu, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tipprevedi eċċezzjonijiet għal dik ir-regola ġenerali fir-rigward tal-FAEG u l-FAEŻR.

(27)

Meta teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha marbutin mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE). Barra minn hekk, jeħtieġ li l-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-FAEG u l-FAEŻR ikunu konformi ma’ dak il-prinċipju tal-proporzjonalità u jqisu l-għan ġenerali tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-korpi involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi.

(28)

Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok, għat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115, u mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton stipulati f’dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli.

(29)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet tal-pagamenti interim jew tal-pagamenti ta’ kull xahar biex jiġi appoġġat il-kontroll tal-legalità u tar-regolarità. Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li dawk l-għodod jintużaw biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni. Jenħtieġ li tiġi ċċarata wkoll id-differenza bejn it-tnaqqis u s-sospensjonijiet.

(30)

Jenħtieġ li tiġi ssimplifikata l-proċedura biex jitnaqqsu l-pagamenti mill-FAEG fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u li din il-proċedura tiġi allinjata mal-proċedura użata għall-pagamenti mill-FAEŻR f’dan il-kuntest.

(31)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali, rapport annwali dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, is-sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u d-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena. Meta ma jintbagħtux dawk id-dokumenti u b’hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista’ tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta’ kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.

(32)

Jenħtieġ li tiġi introdotta forma ġdida ta’ sospensjoni tal-pagamenti għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b’mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b’mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet ġustifikati kif dovut għal dik is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ li, minbarra li tnaqqas in-nefqa għas-sena finanzjarja N-1, tissospendi wkoll in-nefqa futura marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b’mod mhux normali. Jenħtieġ li t-tali sospensjonijiet jiġu kkonfermati fid-deċiżjoni annwali dwar l-approvazzjoni tal-prestazzjoni.

(33)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ wkoll tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f’każijiet ta’ dewmien fil-progress lejn il-miri stipulati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Stat Membru li l-Istat Membru ma jkunx jista’ jagħti raġunijiet debitament ġustifikati, jew f’każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta’ rimedju skont pjan ta’ azzjoni li jrid jiġi stabbilit b’konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress flimkien ma’ indikazzjoni taż-żmien meta jrid jinkiseb il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta’ azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni jew fejn dan ma jkunx ġie modifikat skont it-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni jew abbażi tan-notifika volontarja li tkun saret matul is-sena baġitarja mill-Istat Membru dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni u tal-azzjoni korrettiva meħuda biex jitranġa n-nuqqas, ikun sar progress sodisfaċenti biex jintlaħqu l-miri.

(34)

Minħabba t-tranżizzjoni meħtieġa għal mudell tal-prestazzjoni orjentat lejn ir-riżultati, it-talba għal pjan ta’ azzjoni mill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2025, ma għandhiex twassal għal sospensjoni tal-pagamenti qabel ir-rieżami tal-prestazzjoni għas-sena finanzjarja 2026.

(35)

Kif kien il-każ fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi l-pagamenti fejn ikun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta’ governanza, fosthom nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u rappurtar mhux affidabbli. Madankollu, jeħtieġ li jiġu riveduti l-kondizzjonijiet għas-sospensjoni tal-pagamenti sabiex il-mekkaniżmu jsir aktar effiċjenti. Jenħtieġ li l-konsegwenzi finanzjarji tat-tali sospensjonijiet jiġu deċiżi permezz ta’ proċedura ad hoc tal-konformità.

(36)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jagħmlu l-pagamenti sħaħ tal-PAK previsti mid-dritt tal-Unjoni lill-benefiċjarji.

(37)

Sabiex ċertu tip ta’ dħul marbut mal-PAK ikun jista’ jerġa’ jintuża għall-għanijiet tal-PAK, jenħtieġ li dan jiġi kkwalifikat bħala dħul assenjat. Jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tas-somom li tinsab fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu armonizzati u jingħaqdu mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar id-dħul assenjat.

(38)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fih lista tal-miżuri ta’ informazzjoni marbutin mal-PAK u l-għanijiet tagħhom u jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti li jikkorrispondu magħhom. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-għanijiet u mat-tipi ta’ miżuri ta’ informazzjoni li jridu jiġu ffinanzjati jiġu ttrasferiti għal dan ir-Regolament.

(39)

Fil-biċċa l-kbira tiegħu, il-finanzjament tal-miżuri u tal-interventi fil-kuntest tal-PAK huwa soġġett għall-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq verifiki fuq kif l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma responsabbli biex jagħmlu l-pagamenti qed jamministraw il-fondi. Huwa xieraq li tiġi ddefinita n-natura tal-verifiki li l-Kummissjoni trid twettaq, li jiġu speċifikati t-termini tar-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u li jiġu ċċarati l-obbligi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri.

(40)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha li tivverifika li jkun hemm sistemi ta’ ġestjoni u ta’ spezzjoni tan-nefqa tal-Unjoni fl-Istati Membri u li dawn is-sistemi jkunu qed jaħdmu tajjeb, jenħtieġ li jiġi previst li jitwettqu verifiki minn persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jaġixxu f’isimha, irrispettivament mill-ispezzjonijiet li jwettqu l-Istati Membri nfushom, u li dawn il-persuni jkunu jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Istati Membri f’ħidmiethom.

(41)

Jeħtieġ li t-teknoloġija tal-informazzjoni tintuża b’mod kemm jista’ jkun estensiv sabiex tinħoloq l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni. Hija u twettaq il-verifiki, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ u immedjat għall-informazzjoni dwar in-nefqa rreġistrata b’mod elettroniku u f’forma stampata.

(42)

Sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju b’rabta mad-dipendenza reċiproka fuq l-awditi, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ xogħol doppju fl-awditi li jsiru minn diversi istituzzjonijiet, u biex jiġu minimizzati l-kost tal-kontrolli u l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-approċċ ta’ awditu uniku u li tiġi prevista l-possibbiltà li x-xogħol ta’ korpi affidabbli taċ-ċertifikazzjoni jservi ta’ garanzija għall-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq il-prinċipji tal-awditu uniku u tal-proporzjonalità b’rabta mal-livell ta’ riskju għall-baġit tal-Unjoni.

(43)

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approċċ ta’ awditu uniku, fejn ġeneralment ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jservi ta’ garanzija għall-Kummissjoni, b’kont meħud tal-awtovalutazzjoni tar-riskju tal-ħtieġa għal verifiki li hija trid twettaq fl-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq verifiki meta tkun infurmat lill-Istat Membru kkonċernat li ma tistax isserraħ fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk,, sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 317 TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq verifiki fejn jista’ jkun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza, li ma jkunux ġew segwiti minn dak l-Istat Membru.

(44)

Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kull sena, fil-kuntest tal-approvazzjoni finanzjarja annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mad-dritt tal-Unjoni.

(45)

F’konformità mal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tan-nefqa b’rabta mal-outputs irrappurtati. Sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm outputs irrappurtati li jikkorrispondu man-nefqa ddikjarata u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw dik id-devjazzjoni, jenħtieġ li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu ta’ tnaqqis tal-pagamenti.

(46)

Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li timplimenta l-baġit tal-Unjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 317 TFUE. B’hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk in-nefqa li jkunu għamlu l-Istati Membri tkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni jew le. Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-opportunità li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jagħmlu l-pagamenti u li huma jkunu jistgħu jużaw il-proċedura ta’ konċiljazzjoni meta ma jkunx hemm ftehim bejnhom u l-Kummissjoni. Sabiex l-Istati Membri jingħataw assigurazzjonijiet legali u finanzjarji dwar in-nefqa li tkun saret fl-imgħoddi, jenħtieġ li jiġi stabbilit perijodu ta’ limitazzjoni għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi x’għandhom ikunu l-konsegwenzi finanzjarji għan-nuqqas ta’ konformità.

(47)

L-Istati Membri huma obbligati, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jimplementaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom,, kif approvati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 118 u 119 ta’ dak ir-Regolament. Peress li dak l-obbligu jikkostitwixxi rekwiżit bażiku tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, meta tidentifika nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Stat Membru, li tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni, in-nefqa f’riskju li tkun affettwata minn tali nuqqasijiet.

(48)

Sabiex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ sistemi sabiex jiżguraw li li l-interventi ffinanzjati mill- FAEG u FAEŻR jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li dawk is-sistemi jinkludu t-twettiq ta’ verifiki fuq il-benefiċjarji billi tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u kondizzjonijiet oħra, kif ukoll l-obbligi stipulati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u r-regoli applikabbli tal-Unjoni.

(49)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 2988/95 (11), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (12) u (UE) 2017/1939 (13), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi.

B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) għandu s-setgħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(50)

Sabiex l-OLAF ikun jista’ jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta’ irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jkunu ġew identifikati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-FAEG u l-FAEŻR jiġu eżaminati b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan.

(51)

F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li l-Istati Membri, fuq it-talba tal-Kummissjoni, jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta’ dawk l-eżamijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-ilmenti li jitressqu direttament lilha jingħataw segwitu adegwat, skont is-setgħa diskrezzjonali li l-Kummissjoni tgawdi meta tiddeċiedi liema każijiet għandha ssegwi (15).

(52)

Sabiex tassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar tal-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom għodda ta’ estrazzjoni ta’ data għall-valutazzjoni r-riskji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta, sas-sena 2025, rapport li jivvaluta l-użu tal-għodda unika ta’ estrazzjoni ta’ data u l-interoperabbiltà tagħha b’rabta mal-użu ġeneralizzat tagħha mill-Istati Membri, flimkien ma’ proposti xierqa, jekk ikun meħtieġ.

(53)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE għandhom x’jaqsmu wkoll mal-ħarsien tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati b’rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-Unjoni.

(54)

Huwa xieraq li jiġi żgurat li ċ-ċaħda jew l-irkupru tal-pagamenti minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jkunu jirriflettu l-gravità tat-tali nuqqas ta’ konformità u jkunu jħarsu l-prinċipju tal-proporzjonalità, kif espress, pereżempju, fil-linji gwida rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni għall-korrezzjonijiet finanzjarji tan-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tali regoli. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li t-tali nuqqas ta’ konformità jaffettwa l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata.

(55)

Diversi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni agrikola jeżiġu li tiġi ddepożitata garanzija sabiex jiġi żgurat il-pagament ta’ somma dovuta f’każ li ma jitħarisx obbligu. Sabiex jissaħħaħ il-qafas għall-garanziji, jenħtieġ li tapplika regola waħda orizzontali għal dawk id-dispożizzjonijiet kollha.

(56)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jħaddmu sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (is-”sistema integrata”) għal ċerti interventi previsti fir-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-miżuri msemmijin fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Sabiex jitjiebu l-effettività u l-monitoraġġ tal-appoġġ tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati jużaw is-sistema integrata għal interventi oħrajn tal-Unjoni.

(57)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali fil-livell tal-Unjoni.

(58)

Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u bbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta’ kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-Galileo u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista’ tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika, inkluż l-impatt tal-PAK, il-prestazzjoni ambjentali u l-progress lejn il-miri tal-Unjoni, u biex ikun jista’ jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta’ Copernicus u mis-servizzi ta’ dan il-programm. Għal dak il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta’ monitoraġġ tal-erja.

(59)

Bħala parti mis-sistemi ta’ governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni tkun affidabbli u tkun tista’ tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta’ sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jindirizzaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni.

(60)

Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni intitolati “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, il-”Patt Ekoloġiku Ewropew”, l-”Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt – għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” u l-”Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 - Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” stabbilew bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. B’hekk, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta’ Identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art u data oħra tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għall-finijiet ambjentali u klimatiċi tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ korpi li jiffurmaw parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

(61)

L-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali tal-impriżi li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti jista’ jkun mezz effettiv ħafna ta’ sorveljanza tat-tranżazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG. Dak l-iskrutinju jissupplimenta verifiki oħrajn li l-Istati Membri jkunu diġà wettqu. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet nazzjonali marbutin mal-iskrutinju jitħallew imorru lil hinn dak li huwa meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni

(62)

Id-dokumenti li jenħtieġ li jintużaw bħala l-bażi għal dan l-iskrutinju jenħtieġ li jingħażlu b’tali mod li jkun jista’ jsir skrutinju sħiħ. Jenħtieġ li l-impriżi li jkun ser isirilhom skrutinju jintgħażlu abbażi tan-natura tat-tranżazzjonijiet li jkunu saru taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li t-tqassim tal-impriżi li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti għal kull settur jintgħażel skont l-importanza finanzjarja tagħhom fis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG.

(63)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit il-mandat tal-uffiċjali li jkollhom ir-responsabbiltà jwettqu l-iskrutinju u li jiġu ddefiniti l-obbligi tal-impriżi li jqiegħdu d-dokumenti kummerċjali għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-uffiċjali għal perijodu speċifikat, kif ukoll li jagħtu kull informazzjoni li dawn l-uffiċjali jistgħu jitolbuhom. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li f’ċerti każijiet jiġu sekwestrati d-dokumenti kummerċjali.

(64)

Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta’ dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f’pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti.

(65)

Filwaqt li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jadottaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom stess, jeħtieġ li dawk il-programmi jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha ta’ superviżjoni u ta’ koordinazzjoni, biex b’hekk jiġi żgurat li l-programmi jiġu adottati abbażi ta’ kriterji xierqa u li l-iskrutinju jkun jiffoka fuq is-setturi jew l-impriżi b’riskju għoli ta’ frodi. Huwa essenzjali għal kull Stat Membru li jaħtar korp jew korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali u għall-koordinazzjoni ta’ dak l-iskrutinju. Jenħtieġ li dawk il-korpi li jinħatru jkunu indipendenti mid-dipartimenti li jwettqu l-iskrutinju qabel il-pagament. Jenħtieġ li l-informazzjoni li tinġabar matul dak l-iskrutinju titħares mis-segretezza professjonali.

(66)

Il-kondizzjonalità hija element importanti tal-PAK li tiżgura li l-pagamenti jippromwovu livell għoli ta’ sostenibbiltà u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-bdiewa fl-Istati Membri u fl-Unjoni, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi soċjali, ambjentali u klimatiċi tal-PAK, iżda wkoll b’rabta mas-saħħa pubblika u t-trattament xieraq tal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta’ kondizzjonalità. Sabiex ikunu żgurati dawn il-kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kundizzjonalità, u dwar kontrolli u penali marbutin man-nuqqas ta’ konformità fil-livell tal-Unjoni.

(67)

Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri jinfurzaw il-kondizzjonalità b’mod armonizzat, jeħtieġ li tiġi prevista rata minima ta’ kontroll fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li l-organizzazzjoni tal-korpi kompetenti ta’ kontroll u tal-kontrolli jenħtieġ li titħalla f’idejn l-Istati Membri.

(68)

Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont id-dritt tal-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati l-proporzjonalità, l-effettività u l-effett dissważiv tal-penali, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli għall-applikazzjoni u għall-kalkolu ta’ dawn il-penali. B’kont meħud tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (‘Qorti tal-Ġustizzja’)fil-Kawża C-361/19 (18), biex tiġi żgurata r-rabta bejn l-imġiba tal-bidwi u l-penali, jenħtieġ li jiġi stabbilit li, bħala regola ġenerali, il-penali jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, fejn in-natura tas-sejba ma tagħmilhiex possibbli li tiġi stabbilita s-sena li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità, sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema tal-penali, jeħtieġ li jiġi stabbilit li, għal dawn il-każijiet, il- penali jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun instab in-nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li tali rati minimi jiġu applikati mill-Istati Membri skont il-gravità, l-estremità, it-tul ta’ żmien jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità li jkun instab.. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu li tiġi applikata l-ebda penali fejn in-nuqqas ta’ konformità ma jkollu ebda konsegwenza jew ikollu konsegwenzi insinifikanti għall-kisba tal-objettiv tal-istandard jew ir-rekwiżit ikkonċernat, u jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ sensibilizzazzjoni biex jiżguraw li l-benefiċjarji jkunu infurmati dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità misjuba u l-azzjonijiet possibbli ta’ rimedju li għandhom jittieħdu..

(69)

Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità soċjali jkun ibbażat fuq il-proċeduri ta’ infurzar li jitwettqu mill-awtoritajiet tal-infurzar kompetenti jew mill-korpi responsabbli mill-kontrolli fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg u mill-istandards tax-xogħol applikabbli. Tali proċeduri ta’ infurzar jistgħu jieħdu diversi forom skont is-sistema nazzjonali. Jenħtieġ li l-eżitu tal-kontrolli u tal-proċedura ta’ infurzar jintbagħat lill-aġenziji tal-pagamenti flimkien ma’ valutazzjoni kklassifikata tal-gravità tal-ksur tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

(70)

Meta l-mekkaniżmu tal-kondizzjonalità soċjali jiġi applikat fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fil-ftehimiet rispettivi bejn l-aġenziji tal-pagamenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli, jenħtieġ li tingħata attenzjoni kbira biex tiġi rispettata l-awtonomija ta’ dawk l-awtoritajiet jew il-korpi u l-mod speċifiku li bih il-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli jiġu implimentati u infurzati f’kull Stat Membru. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jibqa’ indipendenti mill-mudell soċjali partikolari ta’ kull Stat Membru u ma jaffettwax il-funzjonament tiegħu, u jenħtieġ li ma jaffettwa bl-ebda mod l-indipendenza tal-ġudikatura. Għal dak il-għan, jenħtieġ li, minn naħa waħda, tiġi żgurata separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għal-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi dwar l-impjiegi u dik soċjali u l-istandards tax-xogħol applikabbli u, min-naħa l-oħra, l-aġenziji tal-pagamenti agrikoli, fejn ir-rwol ta’ dawn tal-aħħar ikun l-eżekuzzjoni tal-pagamenti u l-applikazzjoni tal-penali. Jenħtieġ li jiġu rispettati bis-sħiħ l-awtonomija tas-sħab soċjali kif ukoll id-dritt tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi. Jenħtieġ li l-awtonomija tagħhom tiġi rispettata wkoll fejn is-sħab soċjali jkollhom ir-responsabbiltà li jwettqu kontrolli fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol.

(71)

Sabiex ikun żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw b’mod armonjuż bejniethom b’rabta mal-finanzjament tan-nefqa tal-PAK u, b’mod partikolari, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-ġestjoni finanzjarja tal-Istati Membri u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati, jeħtieġ li l-Istati Membri jżommu ċerta informazzjoni u jibagħtuha lill-Kummissjoni.

(72)

Għall-finijiet tal-ġbir tad-data li trid tintbagħat lill-Kummissjoni, u sabiex il-Kummissjoni jkun jista’ jkollha aċċess sħiħ u immedjat għad-data dwar in-nefqa kemm b’mod elettroniku u kemm f’forma stampata, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli adattati dwar il-preżentazzjoni u t-trażmissjoni tad-data, fosthom regoli dwar il-limiti taż-żmien.

(73)

Minħabba li l-applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll u tal-approvazzjoni tal-konformità tista’ taffettwa d-data personali jew informazzjoni kummerċjali sensittiva, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu f’dak il-kuntest.

(74)

Fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni u tal-imparzjalità tat-trattament kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-benefiċjarji, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu tal-euro.

(75)

Ir-rata tal-kambju tal-euro fil-munita nazzjonali tista’ tvarja fil-perijodu li matulu titwettaq operazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-rata li tapplika għall-ammonti kkonċernati tiġi stabbilita billi jitqies l-avveniment li permezz tiegħu jkun inkiseb l-għan ekonomiku tal-operazzjoni. Jenħtieġ li r-rata tal-kambju applikata tkun dik tad-data li fiha jseħħ dan l-avveniment. Jeħtieġ li dak l-avveniment operattiv jiġi speċifikat jew li titneħħa l-applikazzjoni tiegħu, filwaqt li jitħarsu ċerti kriterji, b’mod partikolari dawk marbutin mal-ħeffa li biha jgħaddi ċ-ċaqliq tal-muniti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċjali biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet monetarji eċċezzjonali li jinqalgħu jew fl-Unjoni jew fis-suq dinji u li jkunu jeħtieġu azzjoni immedjata biex ikun żgurat li l-arranġamenti stabbiliti skont il-PAK jaħdmu b’mod effettiv.

(76)

Jenħtieġ li l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro jkollhom l-għażla li jagħmlu l-pagamenti għan-nefqa li tkun ġejja mil-leġiżlazzjoni dwar il-PAK f’euro minflok fil-munita nazzjonali. Hemm bżonn ta’ regoli speċifiċi biex ikun żgurat li din l-għażla ma twassalx għal xi vantaġġ mhux iġġustifikat għall-partijiet li jkunu qed jagħmlu jew li jkunu qed jirċievu l-pagamenti.

(77)

Għall-ġbir tad-data personali min-naħa tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni sabiex iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom ta’ ġestjoni, ta’ kontroll, ta’ awditjar, ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplika d-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu tat-tali data, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 (19) u (UE) 2018/1725 (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(78)

Il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR tipprovdi mezz kif jissaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-użu ta’ dawk il-fondi u hija meħtieġa sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan jinkiseb parzjalment mill-effett preventiv u dissważiv tat-tali pubblikazzjoni, parzjalment billi l-benefiċjarji individwali jiġu skoraġġuti milli jaġixxu b’mod irregolari u parzjalment ukoll billi tissaħħaħ ir-responsabbiltà personali tal-bdiewa għall-użu tal-fondi pubbliċi li jirċievu. Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti hija konsistenti mal-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u wkoll mal-approċċ kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju.

(79)

F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġi rrikonoxxut kif xieraq ir-rwol li taqdi s-soċjetà ċivili, fost l-oħrajn permezz tal-mezzi tax-xandir u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-kontribut tagħhom għat-tisħiħ tal-qafas ta’ kontroll tal-amministrazzjonijiet kontra l-frodi u kontra kull użu ħażin tal-fondi pubbliċi.

(80)

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jistabbilixxi regoli li jipprevedu t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej u fil-komunikazzjoni tal-programmi skont dawk il-fondi. Sabiex tkun żgurata l-koerenza, jenħtieġ li jiġi previst li dawk ir-regoli japplikaw ukoll għall-benefiċjarji tal-interventi tal-FAEG u tal-FAEŻR, meta dan ikun rilevanti.

(81)

Jekk irid jintlaħaq l-għan li jkun hemm kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-FAEG u l-FAEŻR trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ċerta informazzjoni dwar il-benefiċjarji. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi data dwar l-identità tal-benefiċjarju, l-ammont li jkun ingħata, il-fond li minnu jkun ingħata, kif ukoll l-għan u l-objettiv speċifiku tal-operazzjoni kkonċernata. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi ppubblikata b’tali mod li toħloq l-inqas interferenza possibbli mad-dritt tal-benefiċjarji li titħares il-ħajja privata tagħhom u li titħares id-data personali tagħhom. Dawk iż-żewġ drittijiet huma rikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(82)

Meta titqies il-ħtieġa li jkun hemm aktar trasparenza fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-fondi għall-PAK mill-FAEG u tal-FAEŻR, inkluż fir-rigward tas-sjieda marbuta mal-benefiċjarji tal-PAK, jenħtieġ li l-lista tal-benefiċjarji tal-fondi tal-PAK, ippubblikata ex-post mill-Istat Membru, tippermetti wkoll l-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ impriżi. Din tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-monitoraġġ tal-istrutturi ta’ sjieda u tiffaċilita l-investigazzjoni ta’ użu ħażin potenzjali tal-fondi tal-Unjoni, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni.

(83)

Il-pubblikazzjoni ta’ dettalji dwar l-operazzjoni li tintitola lill-bidwi jirċievi l-għajnuna u dwar l-għan u l-objettiv speċifiku tal-għajnuna tipprovdi informazzjoni konkreta lill-pubbliku dwar l-attività ssussidjata u dwar l-għan li għalih tkun ingħatat l-għajnuna. L-għoti tat-tali sorveljanza lill-pubbliku jkollu effett preventiv u dissważiv u jgħin biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(84)

Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f’dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b’rabta mal-użu tal-fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b’hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta’ dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jużgura li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta’ “beni pubbliċi” permezz tal-biedja, u b’hekk isostni l-leġittimità tal-għajnuna nazzjonali u mill-Unjoni għas-settur agrikolu.

(85)

Għaldaqstant, il-fatt li tiġi prevista l-pubblikazzjoni ġenerali tal-informazzjoni rilevanti ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’soċjetà demokratika fid-dawl tal-ħtieġa li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll tal-għan ġenerali tas-sorveljanza pubblika tal-użu tal-flus mill-FAEG u l-FAEŻR.

(86)

Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR jiġu infurmati dwar il-pubblikazzjoni tad-data tagħhom qabel ma sseħħ dik il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li huma jiġu infurmati wkoll li dik id-data tista’ tiġi pproċessata mill-korpi tal-awditjar u tal-investigazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-benefiċjarji jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u dwar il-proċeduri li japplikaw biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet.

(87)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (22). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(88)

Bil-għan li jiġu żgurati t-tħaddim tajjeb tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni, il-finanzjament mill-FAEG tan-nefqa marbuta mal-intervent pubbliku u l-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni għall-FAEG, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tikkonċerna l-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u l-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni, mal-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-intervent pubbliku, mar-regoli dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tad-dixxiplina finanzjarja fl-Istati Membri jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri wkoll ir-regoli għall-kalkolu tad-dixxiplina finanzjarja li l-Istati Membri jridu japplikaw għall-bdiewa. Sabiex jiġi żgurat l-immaniġġjar xieraq tal-infiq b’intervent pubbliku, dik id-delega ta’ setgħa jenħtieġ li tkopri wkoll it-tipi ta’ miżuri li jridu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni fil-kuntest tal-intervent pubbliku u mal-kondizzjonijiet għar-rimborż, mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u mal-metodi tal-kalkolu abbażi tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu osservaw fir-realtà, jew ta’ rati fissi stabbiliti mill-Kummissjoni, jew ta’ ammonti b’rata fissa jew b’rata mhux fissa previsti fil-leġiżlazzjoni agrikola f’setturi speċifiċi, mal-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet b’rabta mal-intervent pubbliku, il-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ telf jew ta’ deterjorament fil-prodotti fil-kuntest tal-intervent pubbliku, u l-istabbiliment tal-ammonti li jridu jiġu ffinanzjati.

(89)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel in-nefqa, li tkun saret qabel l-ewwel data possibbli għall-pagamenti jew wara l-aħħar data possibbli għalihom, eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, filwaqt li tillimita l-impatt finanzjarju ta’ dan, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri wkoll id-derogi min-nuqqas ta’ eliġibbiltà tal-pagamenti li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu għamlu lill-benefiċjarji qabel l-ewwel data possibbli għall-pagamenti jew wara l-aħħar data possibbli għalihom. Barra minn hekk, sabiex ikun hemm regoli u kundizzjonijiet ċari għall-Istati Membri, jenħtieġ li dik d-delega ta’ setgħa tkun tkopri r-rata ta’ sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjonijiet annwali, kif ukoll ir-rata ta’ sospensjoni tal-pagamenti u t-tul ta’ żmien ta’ tali sospensjoni u l-kondizzjoni għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta’ dawk l-ammonti f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni. Jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri wkoll l-interventi jew il-miżuri li għalihom l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-pagamenti bil-quddiem, bil-għan li tiġi żgurata kontinwità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-atti ta’ implimentazzjoni u dawk delegati rilevanti, filwaqt li jiġu rispettati l-limiti finanzjarji tal-Artikolu 11(2), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju. Sabiex jitqies id-dħul miġbur mill-aġenziji tal-pagamenti għall-baġit tal-Unjoni meta jagħmlu l-pagamenti abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ppreżentati mill-Istati Membri, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri wkoll il-kondizzjonijiet li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta’ nefqa u ċertu tip ta’ dħul fil-kuntest tal-FAEG u l-FAEŻR. Barra minn hekk, u sabiex tkun tista’ ssir id-distribuzzjoni ekwa tal-approprjazzjonijiet disponibbli bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri l-metodi li japplikaw għall-impenji u għall-pagament tal-ammonti f’każ li l-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena baġitarja jew f’każ li l-ammont totali tal-impenji skedati jkun jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Finanzjarju.

(90)

Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet marbutin mal-verifiki fuq il-post u mal-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri l-obbligi speċifiċi li l-Istati Membri jridu jħarsu b’rabta mal-verifiki u mal-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni, mal-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet tal-Istati Membri u mal-kriterji u mal-metodoloġija biex jiġi applikat it-tnaqqis b’rabta mal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni kif ukoll mal-kriterji u mal-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità.

(91)

Meta l-ġestjoni t-tajba tas-sistema tkun titlob dan, sabiex ikun żgurat li l-verifiki jitwettqu b’mod korrett u effiċjenti u li l-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà jiġu vverifikati b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju u li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ ukoll li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri r-regoli dwar ir-rekwiżiti addizzjonali b’rabta mal-proċeduri doganali, u b’mod partikolari ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) Sabiex jiġi żgurat trattament mhux diskriminatorju, ekwità u r-rispett tal-proporzjonalità meta meta tiġi ddepożitata garanzija, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri r-regoli dwar il-garanziji li jispeċifikaw il-parti responsabbli f’każ li ma jitħarisx xi obbligu, li jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ tneħħi r-rekwiżit li tiġi ddepożitata garanzija, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-garanzija li trid tiġi ddepożitata u għall-garanti, il-kundizzjonijiet biex tiġi ddepożitata dik il-garanzija u biex din tiġi rrilaxxata, il-kundizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-garanzija li tkun ġiet iddepożitata b’rabta mal-pagamenti bil-quddiem, u l-istabbiliment tal-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi li għalihom tkun ġiet iddepożitata garanzija.

(92)

Barra minn hekk, b’rabta mas-sistema integrata, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri r-regoli dwar il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u r-regoli tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, is-sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji u s-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti.

(93)

Barra minn hekk, sabiex ikun hemm reazzjoni għall-bidliet fil-leġiżlazzjoni agrikola li tikkonċerna setturi speċifiċi u biex tkun żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontrolli ex-post, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri l-istabbiliment ta’ lista ta’ interventi li huma esklużi mill-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-Istati Membri u l-effettività, il-proporzjonalità u l-effett dissważiv tas-sistemi ta’ penali skont il-kundizzjonalità u l-kundizzjonalità soċjali, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkun tkopri regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ tali penali.

(94)

Barra minn dan, sabiex jiġi speċifikat l-avveniment operattiv jew biex dan jiġi stabbilit għal raġunijiet speċifiċi għall-organizzazzjoni tas-swieq jew għall-ammont inkwistjoni u biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ rati tal-kambju differenti mill-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro f’kontijiet tad-dħul riċevut jew tal-għajnuna li titħallas lill-benefiċjarji f’munita differenti mill-euro, minn naħa waħda, u fl-istabbiliment tad-dikjarazzjoni tan-nefqa li titħejja mill-aġenzija tal-pagamenti, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri r-regoli dwar l-avveniment operattiv u dwar ir-rata tal-kambju li l-Istati Membri li ma jużawx l-euro jridu jużaw, dwar ir-rata tal-kambju applikabbli meta jitħejjew id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa mill-aġenzija tal-pagamenti u meta l-operazzjonijiet tal-ħżin pubbliku jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti. Sabiex jiġi evitat li prattiki monetarji eċċezzjonali li jikkonċernaw munita nazzjonali jipperikolaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri derogi mir-regoli dwar l-użu tal-euro stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(95)

Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dik id-delega ta’ setgħa tkopri l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji.

(96)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24).

(97)

Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ikollhom x’jaqsmu mar-regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ, għall-irtirar u għar-reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni, kif ukoll għas-superviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti; dwar l-arranġamenti u l-proċeduri għall-verifiki li jsiru b’rabta mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti, kif ukoll l-istruttura u l-format tagħha; dwar il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni u n-notifika tal-informazzjoni lill-Kummissjoni mingħand dak il-korp ta’ koordinazzjoni, dwar il-funzjonament tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, flimkien mad-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.

(98)

Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll: il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ, u l-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar.

(99)

Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll, fil-kuntest tal-proċedura tad-dixxiplina finanzjarja, l-istabbiliment tar-rata ta’ aġġustament għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u l-adattament tagħha, kif ukoll l-ammonti ta’ approprjazzjonijiet mhux impenjati riportati skont l-Artikolu 12(2), il-punt (d) tar-Regolament Finanzjarju sabiex jiġu ffinanzjati dawk l-interventi; u fil-kuntest tal-proċedura tad-dixxiplina baġitarja, l-istabbiliment provviżorju tal-ammont tal-pagamenti u t-tqassim provviżorju tal-baġit disponibbli fost l-Istati Membri u l-istabbiliment tal-ammont totali tal-finanzjament tal-Unjoni diżaggregat skont l-Istati Membri.

(100)

Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll l-iffissar tal-ammonti għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent pubbliku, ir-regoli dwar il-finanzjament tal-akkwist, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-data satellitari meħtieġa għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u tal-azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu permezz tal-applikazzjonijiet ta’ telerilevament li jintużaw għall-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli, il-proċedura biex il-Kummissjoni takkwista dik id-data satellitari u l-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli, il-qafas li jirregola l-akkwist, it-titjib u l-użu tad-data satellitari u tad-data meteoroloġika, u l-iskadenzi applikabbli.

(101)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll l-istabbiliment tal-perijodi li matulhom l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jridu jistabbilixxu u jibagħtu lill-Kummissjoni d-dikjarazzjonijiet interim tan-nefqa marbuta mal-interventi għall-iżvilupp rurali kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura u arranġamenti prattiċi oħrajn għall-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmu tal-iskadenzi għall-pagamenti; is-sospensjoni, kif ukoll it-tneħħija tas-sospensjoni, u t-tnaqqis tal-pagamenti interim jew tal-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri kif ukoll l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jkopru wkoll regoli ulterjuri dwar iż-żamma ta’ kontijiet separati min-naħa tal-aġenziji tal-pagamenti u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-informazzjoni li trid tiddaħħal fil-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti; ir-regoli li jkun hemm bżonn u li jistgħu jiġu ġġustifikati meta jkun hemm emerġenza sabiex jiġu solvuti problemi speċifiċi b’rabta mal-perijodi tal-pagamenti, mal-pagament tal-pagamenti bil-quddiem; ir-regoli dwar il-finanzjament u l-kontabbiltà tal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku u ta’ nefqa oħra ffinanzjata mill-FAEG u l-FAEŻR, u t-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ diżimpenn awtomatiku.

(102)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru il-kondizzjonijiet li bihom iridu jinżammu d-dokumenti u l-informazzjoni marbutin mal-pagamenti li jkunu saru, il-proċeduri marbutin mal-obbligi ta’ kooperazzjoni li l-Istati Membri jridu jħarsu f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki li trid twettaq il-Kummissjoni u mal-aċċess għall-informazzjoni; l-approvazzjoni finanzjarja annwali, fosthom ir-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, fosthom ir-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, u l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-proċeduri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu, il-proċedura tal-konformità, fosthom ir-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta’ konċiljazzjoni; regoli dwar it-tpaċija possibbli tal-ammonti li jirriżultaw mill-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u l-esklużjoni tal-ammonti li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni mill-finanzjament tal-Unjoni u l-forom tan-notifiki u tal-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b’rabta mal-irkupri minħabba nuqqasijiet ta’ konformità.

(103)

Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll ir-regoli li jkollhom l-għan li jiġu applikati bl-istess mod l-obbligi tal-Istati Membri b’rabta mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u r-regoli meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-verifiki fl-Unjoni.

(104)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru: il-forma tal-garanziji li jridu jiġu ddepożitati u l-proċedura biex dawn jiġu ddepożitati, biex dawn jiġu aċċettati u biex jinbidlu l-garanziji oriġinali; il-proċeduri biex jiġu rrilaxxati l-garanziji u n-notifika li l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jridu jagħmlu fil-kuntest tal-garanziji.

(105)

Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll: ir-regoli dwar il-forma u l-kontenut tar-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, u dwar l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, ir-regoli dwar l-azzjonijiet ta’ rimedju li l-Istati Membri jridu jimplimentaw b’rabta man-nuqqasijiet żvelati f’dawk is-sistemi, kif ukoll il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, inkluż l-introduzzjoni progressiva tagħha, kif ukoll ir-regoli dwar dawn is-sistemi.

(106)

Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll ir-regoli neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali. Jenħtieġ li dawn ikopru wkoll ir-regoli marbutin mal-komunikazzjoni tal-informazzjoni min-naħa tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u l-miżuri biex tiġi ssalvagwardjata l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jekk prattiki monetarji eċċezzjonali marbutin mal-munita nazzjonali x’aktarx ikunu ser jheddu din l-applikazzjoni.

(107)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru r-regoli dwar il-forma u l-iskeda taż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR, l-applikazzjoni uniformi tal-obbligu li l-benefiċjarji jiġu infurmati li d-data li tikkonċernhom ser tiġi ppubblikata, u l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-kuntest tal-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-FAEG u l-FAEŻR.

(108)

Għall-adozzjoni ta’ ċerti atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ atti ta’ implimentazzjoni li jinvolvu l-kalkolu tal-ammonti mill-Kummissjoni, il-proċedura konsultattiva tippermetti lill-Kummissjoni tkun responsabbli għalkollox għall-ġestjoni tal-baġit u għandha l-għan li żżid l-effiċjenza, il-prevedibbiltà u l-ħeffa meta jkunu qed jitħarsu l-limiti taż-żmien u l-proċeduri baġitarji. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ atti ta’ implimentazzjoni marbutin mal-pagamenti li jsiru lill-Istati Membri u mat-tħaddim tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet u tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, il-proċedura konsultattiva tippermetti lill-Kummissjoni tkun responsabbli għalkollox għall-ġestjoni tal-baġit u għall-verifika tal-kontijiet annwali tal-aġenziji nazzjonali tal-pagamenti bil-għan li taċċetta t-tali kontijiet jew, fil-każ ta’ nefqa li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni, li teskludi t-tali nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni. Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni l-oħrajn jenħtieġ li tintuża l-proċedura ta’ eżami.

(109)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni mingħajr ma jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 dwar l-istabbiliment tal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG, l-istabbiliment tal-pagamenti ta’ kull xahar li jenħtieġ li tagħmel abbażi tad-dikjarazzjoni tan-nefqa li jibagħtulha l-Istati Membri u l-istabbiliment tal-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari fil-kuntest tal-proċedura tal-pagamenti ta’ kull xahar.

(110)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jitħassar.

(111)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-rabtiet bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti l-oħrajn tal-PAK u minħabba l-limiti fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-garanzija pluriennali ta’ finanzjament mill-Unjoni u billi l-attenzjoni titpoġġa fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

(112)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri previsti u bħala kwistjoni ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (PAK) u b’mod partikolari, dwar:

(a)

il-finanzjament tan-nefqa skont il-PAK;

(b)

is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li l-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ;

(c)

il-proċeduri tal-approvazzjoni u tal-konformità.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“irregolarità” tfisser irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;

(b)

“sistemi ta’ governanza” tfisser il-korpi ta’ governanza msemmijin fit-Titolu II, il-Kapitolu II, ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, fosthom l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-implementazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2115, tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif approvati mill-Kummissjoni u s-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 134 ta’ dak ir-Regolament;

(c)

“rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni” tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2115, f’dan ir-Regolament, fir-Regolament Finanzjarju u fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(d)

“nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza” tfisser l-eżistenza ta’ dgħufija sistemika, b’kont meħud tar-rikorrenza, il-gravità u l-effett kompromettenti tagħha fuq id-dikjarazzjoni tan-nefqa korretta, ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni, jew ir-rispett tad-dritt tal-Unjoni;

(e)

“indikatur tal-output” tfisser indikatur tal-output kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(f)

“indikatur tar-riżultati” tfisser indikatur tar-riżultati kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(g)

“pjan ta’ azzjoni” tfisser, għall-finijiet tal-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-Regolament, pjan stabbilit minn Stat Membru, fuq talba tal-Kummissjoni u f’konsultazzjoni magħha, fil-każ li jiġu identifikati nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza ta’ dak l-Istat Membru jew fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li jkun fih l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa u l-perijodu ta’ żmien rilevanti għall-implimentazzjoni tiegħu, f’konformità mal-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet f’każijiet ta’ forza maġġuri u f’ċirkostanzi eċċezzjonali

1.   Għall-finijiet tal-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, “forza maġġuri” u “ċirkostanzi eċċezzjonali” jistgħu, b’mod partikolari, jiġu rrikonoxxuti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

diżastru naturali kbir jew avveniment meteoroloġiku kbir li jolqot serjament lill-azjenda;;

(b)

il-qerda aċċidentali tal-bini li fih jinżammu l-bhejjem fl-azjenda;

(c)

marda epiżootika, it-tifqigħa ta’ marda tal-pjanti jew il-preżenza ta’ pest tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom;

(d)

l-esproprjazzjoni tal-azjenda kollha jew ta’ parti kbira minnha jekk dik l-esproprjazzjoni ma setgħetx tiġi antiċipata fid-data meta tkun saret l-applikazzjoni;

(e)

il-mewt tal-benefiċjarju;

(f)

inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju.

2.   Fejn diżastru naturali kbir jew avveniment meteoroloġiku kbir kif imsemmi fil- paragrafu 1, il-punt (a), jolqot serjament żona ddeterminata sew, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jqis dik iż-żona kollha bħala milquta serjament minn dak id-diżastru jew l-avveniment.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-FONDI AGRIKOLI

KAPITOLU I

Fondi agrikoli

Artikolu 4

Fondi li jiffinanzjaw in-nefqa agrikola

Id-diversi interventi u miżuri fil-kuntest tal-PAK għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-baġit tal-Unjoni) permezz tal-Fondi li ġejjin:

(a)

il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“FAEG”);

(b)

il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”).

Artikolu 5

Infiq tal-FAEG

1.   Il-FAEG għandu jiġi implimentat jew skont ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 2, jew skont ġestjoni diretta f’konformità mal-paragrafu 3.

2.   Il-FAEG għandu jiffinanzja n-nefqa li ġejja skont ġestjoni kondiviża:

(a)

il-miżuri li jirregolaw jew li jappoġġaw lis-swieq agrikoli, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(b)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi f’ċerti setturi kif imsemmi fit-Titolu III, il-Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(d)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern tal-Unjoni u f’pajjiżi terzi li jieħdu l-Istati Membri u li jintgħażlu mill-Kummissjoni;

(e)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u għall-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013.

3.   Il-FAEG għandu jiffinanzja n-nefqa li ġejja skont ġestjoni diretta:

(a)

il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli jew direttament min-naħa tal-Kummissjoni jew permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(b)

il-miżuri li jittieħdu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura;

(c)

l-istabbiliment u ż-żamma tas-sistemi ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità agrikola;

(d)

is-sistemi ta’ stħarriġ agrikolu, inkluż l-istħarriġ dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli.

Artikolu 6

Infiq tal-FAEŻR

Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat skont ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall- iżvilupp rurali msemmija fit- Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif speċifikat fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 125 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Infiq ieħor, inkluż l-assistenza teknika

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha, il- FAEG u FAEŻR jistgħu jiffinanzjaw b’mod dirett l-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ amministrazzjoni u ta’ appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Dawn għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

(a)

il-miżuri meħtieġa għall-analiżi, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-PAK, fosthom il-valutazzjoni tiegħu, il-prestazzjoni ambjentali u l-progress lejn il-miri tal-Unjoni, kif ukoll miżuri marbutin mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll u mal-assistenza teknika u amministrattiva;

(b)

l-akkwist, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-data satellitari meħtieġa għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja skont l-Artikolu 24;

(c)

l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu permezz tal-applikazzjonijiet ta’ telerilevament li jintużaw għall-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli skont l-Artikolu 25;

(d)

il-miżuri meħtieġa biex jinżammu u jiġu żviluppati metodi u mezzi tekniċi għall-informazzjoni, l-interkonnessjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-ġestjoni finanzjarja tal-fondi li jintużaw biex tiġi ffinanzjata l-PAK;

(e)

l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-PAK f’konformità mal-Artikolu 46;

(f)

l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-FAEG u FAEŻR, inkluż it-titjib tal-metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fil-kuntest tal-PAK u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

(g)

meta dan ikun rilevanti, il-kontribuzzjoni għall-aġenziji eżekuttivi stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (27) u jwettqu kompiti marbutin mal-PAK;

(h)

il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenzi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell tal-Unjoni, u li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, inkluż in-networking tal-partijiet ikkonċernati;

(i)

in-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluż is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-PAK;

(j)

il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp, ir-reġistrazzjoni u l-ħarsien tal-logos fil-qafas tal-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u biex jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali marbutin magħhom, kif ukoll l-iżviluppi meħtieġa fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT).

KAPITOLU II

Korpi ta’ governanza

Artikolu 8

Awtorità kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli:

(a)

għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(2);

(b)

għall-ħatra tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 u għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tiegħu;

(c)

għall-ħatra u għall-irtirar tal-ħatra ta’ korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12, filwaqt li jiżgura li jkun hemm dejjem maħtur korp taċ-ċertifikazzjoni;

(d)

għat-twettiq tal-kompiti li huma assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu.

2.   Abbażi ta’ eżami tal-kondizzjonijiet minimi li l-Kummissjoni għandha tadotta skont l-Artikolu 11(1),il-punt (a), l-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara reviżjoni, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti u dwar il-ħatra u l-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni talkorp ta’ koordinazzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, tiddeċiedi dwar il-ħatra, u l-irtirar tal-ħatra, tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li tiżgura li jkun hemm dejjem maħtur korp taċ-ċertifikazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-akkreditazzjonijiet u l-irtirar tal-akkreditazzjonijiet kollha tal-aġenzija tal-pagamenti u dwar il-ħatra u l-akkreditazzjoni u l-irtirar ta’ akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni, kif ukoll dwar il-ħatra u l-irtirar tal-ħatra, tal-korp taċ-ċertifikazzjoni..

Artikolu 9

Aġenziji tal-pagamenti

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri u, jekk ikun applikabbli, tar-reġjuni tagħhom li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

Ħlief għat-twettiq tal-pagamenti, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jiddelegaw it-twettiq tal-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti, lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta’ kontroll intern li jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dak il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta’ kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1), il-punt (a).

Kull Stat Membru, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tiegħu, għandu jillimita l-għadd ta’ aġenziji tal-pagamenti akkreditati tiegħu:

(a)

għal aġenzija tal-pagamenti waħda fil-livell nazzjonali jew, meta jkun japplika, għal aġenzija waħda għal kull reġjun; u

(b)

għal aġenzija tal-pagamenti waħda għall-ġestjoni tan-nefqa kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR, fejn l-aġenziji tal-pagamenti jeżistu biss fuq livell nazzjonali.

Meta l-aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw ukoll aġenzija tal-pagamenti fil-livell nazzjonali għall-iskemi tal-għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu amministrati fil-livell nazzjonali, jew jgħaddu l-ġestjoni ta’ dawk l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.

B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-aġenziji tal-pagamenti li jkunu ġew akkreditati qabel il-15 ta’ Ottubru 2020, dment li l-awtorità kompetenti permezz tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), tikkonferma li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet minimi ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il0-paragrafu.

L-aġenziji tal-pagamenti li jkun ilhom tal-inqas tliet snin ma jamministraw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR għandha titneħħielhom l-akkreditazzjoni tagħhom.

L-Istati Membri ma għandhom jakkreditaw l-ebda aġenzija addizzjonali ġdida tal-pagamenti wara s-7 ta’ Diċembru 2021, ħlief għall-każijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu, il-punt (a), fejn, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, jistgħu jkunu meħtieġa aġenziji tal-pagamenti reġjonali addizzjonali.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja agrikola (‘sena finanzjarja’) ikkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:

(a)

il-kontijiet annwali dwar in-nefqa li tkun iġġarrbet fit-twettiq tal-kompiti fdati lil dik l-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, kif previst fl-Artikolu 63(5), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li juri li n-nefqa tkun saret skont l-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli mwettqa, analiżi tan-natura u l-livell tal-iżbalji u d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi ta’ governanza, kif ukoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata, kif previst fl-Artikolu 63(5), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju;

(d)

id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju, dwar:

(i)

il-fatt li l-informazzjoni tkun ġiet ippreżentata kif suppost u tkun kompluta u preċiża, kif previst fl-Artikolu 63(6), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju,

(ii)

il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza li jkunu ddaħħlu fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-awtorità kompetenti kif imsemmija fl-Artikolu 8, il-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 u l-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, li jiżguraw li n-nefqa tkun saret skont l-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, kif previst fl-Artikolu 63(6), il-punti (b) u (c), tar-Regolament Finanzjarju.

B’mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ testendi l-iskadenza tal-15 ta’ Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-1 ta’ Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jikkomunika dan, kif previst fl-Artikolu 63(7), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju.

4.   Meta aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tkunx tissodisfa xi wieħed mill-kondizzjonijiet minimi ta’ akkreditazzjoni li jissemmew fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, jew iktar, jew ma jkunx għadha tissodisfahom, l-Istat Membru kkonċernat, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jirtira l-akkreditazzjoni ta’ dik l-aġenzija tal-pagamenti sakemm l-aġenzija tal-pagamenti ma tagħmilx it-tibdiliet meħtieġa f’perijodu li għandha tistabbilih l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skont kemm tkun gravi l-problema.

5.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jamministraw u jiżguraw il-kontroll tal-operazzjonijiet marbutin mal-intervent pubbliku li jkunu responsabbli għalihom u għandhom iżommu r-responsabbiltà ġenerali f’dak il-qasam.

Meta jingħata appoġġ permezz ta’ strument finanzjarju implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, l-aġenzija tal-pagamenti għandha sserraħ fuq rapport ta’ kontroll, li jappoġġa l-applikazzjonijiet għall-pagamenti li jkunu ntbagħtu. Dawk l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu r-rapport ta’ kontroll lill-Istati Membri.

6.   Għall-finijiet tal-Artikolu 33, għan-nefqa tal-FAEŻR, għandu jiġi pprovdut rapport addizzjonali dwar il-prestazzjoni, sat-30 ta’ Ġunju 2030, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 10(3)4, li jkopri l-perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Artikolu 10

Korpi ta’ koordinazzjoni

1.   Meta jkun hemm iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti akkreditata fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta’ koordinazzjoni, u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:

(a)

li jiġbor l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;

(b)

li jipprovdi lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

li jieħu jew jikkoordina azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta’ natura komuni u li jinforma lill-Kummissjoni dwar kull segwitu;

(d)

li jippromwovi u, fejn possibbli, jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni.

2.   Fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni ta’ natura finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jiġi soġġett għal akkreditazzjoni speċifika mill-Istat Membru.

3.   Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’dan l-Artikolu, għandu jkun kopert mill-ambitu tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) u għandu jintbagħat lill-Kummissjoni flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tkun tkopri l-kumpilazzjoni tar-rapport kollu.

Artikolu 11

Setgħat tal-Kummissjoni relatati mal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ koordinazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 biex tiżgura t-tħaddim tajjeb tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ koordinazzjoni previsti fl-Artikoli 9 u 10, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar:

(a)

il-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, u għall-ħatra u l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni msemmijin fl-Artikolu 10;

(b)

l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll ir-regoli dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet tal-ġestjoni u l-kontroll tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar:

(a)

il-proċeduri għall-ħruġ, l-irtirar u r-reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u għall-ħatra u l-ħruġ, l-irtirar u r-reviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni, kif ukoll il-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;

(b)

l-arranġamenti u l-proċeduri għall-verifiki li jsiru b’rabta mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) kif ukoll l-istruttura u l-format tagħha;

(c)

il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni u l-għoti tal-informazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 12

Korpi taċ-ċertifikazzjoni

1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp tal-awditjar pubbliku jew privat li l-Istat Membru jaħtar għal perijodu ta’ mill-inqas tliet snin, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. Meta dan ikun korp tal-awditjar privat, u meta l-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tkun tapplika tkun teħtieġ dan, l-Istat Membru għandu jagħżlu permezz ta’ proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti.

Stat Membru li jaħtar aktar minn korp ta’ ċertifikazzjoni wieħed jista’ jaħtar ukoll korp ta’ ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 63(7), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu joħroġ opinjoni, imħejjija f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li għandha tistabbilixxi:

(a)

jekk il-kontijiet jagħtux stampa ċara u ġusta jew le;

(b)

jekk is-sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri li jkunu ddaħħlu fis-seħħ ikunux qed jaħdmu tajjeb jew le, b’mod partikolari:

(i)

il-korpi ta’ governanza msemmijin fl-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(ii)

ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni;

(iii)

is-sistema tar-rappurtar li tkun iddaħħlet fis-seħħ għall-finijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

jekk ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-indikaturi tal-outputs għall-finijiet tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54ta’ dan ir-Regolament u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juru li tħares l-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ikunux korretti jew le;

(d)

jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 u fir-Regolament (UE) 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni tkunx legali u regolari jew le.

F’dik l-opinjoni, għandu jiġi ddikjarat ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d). L-eżami għandu jkopri wkoll l-analiżi tan-natura u l-livell tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ governanza permezz tal-awditi u l-kontrolli, kif ukoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata mill-aġenzija tal-pagamenti, kif imsemmi fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c).

Meta jingħata appoġġ permezz ta’ strument finanzjarju li huwa implimentat mill-BEI jew minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jserraħ fuq ir-rapport annwali tal-awditjar li l-awdituri esterni ta’ dawk l-istituzzjonijiet ikunu ħejjew. Dawk l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lill-Istati Membri r-rapport annwali tal-awditjar.

3.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ, kif ukoll għarfien tal-PAK. Huwa għandu jaħdem b’mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta’ koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità kompetenti li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija tal-pagamenti u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-funzjonament tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, inkluż il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u r-regoli dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.

L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu wkoll dan li ġej:

(a)

il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, inkluż valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ;

(b)

il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 13

Skambju tal-aħjar prattiki

Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħidma tal-korpi ta’ governanza skont dan il-Kapitolu.

TITIOLU III

ĠESTJONI FINANZJARJA TAL-FAEG U FAEŻR

KAPITOLU I

FAEG

Taqsima 1

Dixxiplina baġitarja

Artikolu 14

Limitu massimu tal-baġit

1.   Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.

2.   Fejn id-dritt tal-Unjoni jipprevedi somom li jkollhom jitnaqqsu mill-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1 jew jiżdiedu magħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG abbażi tad-data msemmija fid-dritt tal-Unjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 103.

Artikolu 15

Konformità mal-limitu massimu

1.   Meta d-dritt tal-Unjoni jipprevedi limitu massimu finanzjarju f’euro għan-nefqa agrikola ta’ Stat Membru, it-tali nefqa għandha tiġi rrimborżata sa dak il-limitu massimu u għandha tiġi aġġustata kif meħtieġ f’każ li japplikaw l-Artikoli 39 sa 42.

2.   L-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2021/2115, ikkoreġuti bl-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, huma l-limiti massimi finanzjarji f’euro għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Riżerva għall-agrikoltura

1.   Fil-bidu ta’ kull sena għandha tiġi stabbilita riżerva għall-agrikoltura tal-Unjoni (“ir-riżerva”) fl-FAEG li tkun maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u biex tagħti rispons fil-pront f’każ ta’ kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola.

L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni. Il-fondi tar-riżerva għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-miżuri li ġejjin, fis-sena jew fis-snin finanzjarji li għalihom ikun hemm bżonn jingħata appoġġ addizzjonali:

(a)

miżuri biex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli skont l-Artikoli 8 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

miżuri eċċezzjonali skont l-Artikoli 219, 220 u 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   L-ammont tar-riżerva għandu jkun ta’ EUR 450 miljun fi prezzijiet kurrenti fil-bidu ta’ kull sena tal-perijodu 2023-2027, dment li ma jiġix stabbilit ammont ogħla fil-baġit tal-Unjoni. Meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tas-suq jew il-prospetti fis-sena attwali jew fis-sena ta’ wara, il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammont tar-riżerva matul is-sena filwaqt li tqis l-approprjazzjonijiet disponibbli taħt is-sublimitu tal-FAEG.

Jekk dawk l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jkunux biżżejjed, tista’ tintuża d-dixxiplina finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, bħala miżura aħħarija, biex ir-riżerva tiġi ffinanzjata sal-ammont inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

B’deroga mill-Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għandhom jiġu riportati biex jiffinanzjaw ir-riżerva fis-snin baġitarji ta’ wara sas-sena 2027.

Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 12(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur tal-agrikoltura stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem is-sena 2022 għandu jiġi riportat għall-2023 mingħajr ma jerġa’ jiddaħħal kompletament fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni sa fejn ikun meħtieġ tal-finanzjament tar-riżerva stabbilit b’dan l-Artikolu wara li jitqiesu l-approprjazzjonijiet disponibbli taħt is-sublimitu tal-FAEG. Kwalunkwe approprjazzjoni tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur tal-agrikoltura li tibqa’ disponibbli wara l-finanzjament tar-riżerva stabbilita b’dan l-Artikolu għandha tiġi riportata fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dixxiplina finanzjarja

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta’ aġġustament għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-pagamenti diretti skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (e), ta’ dan ir-Regolament (“ir-rata ta’ aġġustament”) fejn il-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu korrispondenti għal sena baġitarja partikolari jkunu juru li jkunu ser jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

Ir-rata ta’ aġġustament għandha tapplika għall-pagamenti li jingħataw lill-bdiewa għall-interventi u l-miżuri speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li huma ta’ aktar minn EUR 2 000 għas-sena kalendarja korrispondenti. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu japplika mutatis mutandis.

Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja li għaliha tkun ser tapplika r-rata ta’ aġġustament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rata ta’ aġġustament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

2.   Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li għaliha tkun tapplika r-rata ta’ aġġustament, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jadattaw ir-rata ta’ aġġustament stabbilita skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ informazzjoni ġdida. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

3.   Meta tkun ġiet applikata d-dixxiplina finanzjarja, l-approprjazzjonijiet riportati f’konformità mal-Artikolu 12(2), il-punt (d), tar-Regolament Finanzjarju għandhom jintużaw biex tiġi ffinanzjata n-nefqa skont l-Artikolu 5(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament sal-punt li jkun hemm bżonn biex jiġi evitat li terġa’ tiġi applikata d-dixxiplina finanzjarja.

Meta jkun għad hemm disponibbli approprjazzjonijiet li għandhom jiġu riportati kif imsemmi f’konformità mal-ewwel subparagrafu u l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati li jkun disponibbli għar-rimborż jirrappreżenta mill-inqas 0,2 % tal-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, għal kull Stat Membru, l-ammonti tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati li għandhom jiġu rrimborżati lill-benefiċjarji aħħarin. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jirrimborżaw l-ammonti li l-Kummissjoni tistabbilixxi f’konformità mal-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, lill-benefiċjarji aħħarin skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell limitu minimu ta’ ammonti ta’ rimborż għal kull benefiċjarju aħħari. Dak ir-rimborż għandu japplika biss għall-benefiċjarji aħħarin f’dawk l-Istati Membri li fihom kienet tapplika d-dixxiplina finanzjarja fis-sena finanzjarja ta’ qabel.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102, li huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tad-dixxiplina finanzjarja fl-Istati Membri, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli għall-kalkolu tad-dixxiplina finanzjarja li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-bdiewa.

Artikolu 18

Proċedura tad-dixxiplina baġitarja

1.   Meta, huwa u jitħejja l-abbozz tal-baġit għas-sena baġitarja N, ikun jidher li hemm ir-riskju li jinqabeż l-ammont imsemmi fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament għas-sena baġitarja N, il-Kummissjoni għandha tipproponi, il-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma’ dak l-ammont. Dawk il-miżuri jridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(3) TFUE jew mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(2) TFUE.

2.   Jekk, fi kwalunkwe ħin, il-Kummissjoni tqis li jkun hemm ir-riskju li jinqabeż l-ammont imsemmi fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u li hija ma tistax tieħu l-miżuri xierqa biex tirranġa din is-sitwazzjoni, hija għandha tipproponi miżuri oħrajn biex tiżgura l-konformità ma’ dak l-ammont. Dawk il-miżuri jridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(3) TFUE jew mill-mill-Kunsill meta l-bażi legali tal-miżura rilevanti tkun l-Artikolu 43(2) TFUE.

3.   Meta, fi tmiem is-sena baġitarja N, it-talbiet għar-rimborż min-naħa tal-Istati Membri jkunu jaqbżu l-ammont imsemmi fl-Artikolu 14, jew x’aktarx ikunu ser jaqbżuh, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tqis it-talbiet li jkunu bagħtu l-Istati Membri fuq bażi pro rata skont il-baġit disponibbli u għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu b’mod provviżorju l-ammont tal-pagamenti għax-xahar ikkonċernat;

(b)

tistabbilixxi, fit-28 ta’ Frar tas-sena baġitarja N+1 jew qabel, il-qagħda tal-Istati Membri kollha b’rabta mal-finanzjament tal-Unjoni għas-sena baġitarja N;

(c)

tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammont totali ta’ finanzjament mill-Unjoni għal kull Stat Membru, abbażi ta’ rata unika ta’ finanzjament mill-Unjoni u skont l-ammont li kien disponibbli għall-pagamenti ta’ kull xahar;

(d)

tagħti kull kumpens li jrid jingħata lill-Istati Membri sa mhux aktar tard minn meta jsiru l-pagamenti ta’ kull xahar għax-xahar ta’ Marzu tas-sena baġitarja N + 1.

L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c), ta’ dan il-paragrafu, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Artikolu 19

Sistema ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ

Sabiex ikun żgurat li l-limitu massimu tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 14 ma jinqabiżx, il-Kummissjoni għandha timplimenta sistema ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ ta’ kull xahar għan-nefqa tal-FAEG.

Għal dak il-għan, fil-bidu ta’ kull sena baġitarja, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-profili tan-nefqa ta’ kull xahar abbażi tan-nefqa medja ta’ kull xahar matul it-tliet snin ta’ qabel, fejn dan ikun xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport perjodikament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun fih analiżi tal-iżvilupp tan-nefqa li tkun saret meta mqabbla mal-profili u li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni prevista għas-sena baġitarja kurrenti.

Taqsima 2

Finanzjament tan-nefqa

Artikolu 20

Pagamenti ta’ kull xahar

1.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex tiġi ffinanzjata n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-forma ta’ pagamenti ta’ kull xahar, abbażi tan-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu matul perijodu ta’ referenza.

2.   Sakemm il-Kummissjoni titrasferixxi l-pagamenti ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex issir in-nefqa skont il-ħtiġijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom.

Artikolu 21

Proċedura tal-pagamenti ta’ kull xahar

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53, 54 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar għan-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu matul ix-xahar ta’ referenza.

2.   Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru fit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih issir in-nefqa jew qabel dak il-jum, filwaqt li jitqiesu t-tnaqqis jew is-sospensjonijiet li jsiru skont l-Artikoli 39 sa 42 u kull korrezzjoni oħra. In-nefqa li l-Istati Membri jagħmlu bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru għandha titqies bħala nefqa li tkun saret fix-xahar ta’ Ottubru. In-nefqa li tkun saret bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru għandha titqies bħala nefqa li tkun saret fix-xahar ta’ Novembru.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta’ kull xahar li hija tagħmel abbażi ta’ dikjarazzjoni tan-nefqa min-naħa tal-Istati Membri u abbażi tal-informazzjoni mogħtija f’konformità mal-Artikolu 90(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 103.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru f’konformità mal-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 103.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru minnufih meta dan jaqbeż il-limiti massimi finanzjarji.

Artikolu 22

Spejjeż amministrattivi u tal-persunal

In-nefqa li jagħmlu l-Istati Membri u l-benefiċjarji tal-għajnuna mill-FAEG b’rabta mal-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal ma għandhiex titħallas mill- FAEG.

Artikolu 23

Nefqa marbuta mal-intervent pubbliku

1.   Meta, fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, ma tkunx stabbilita somma għal kull unità b’rabta ma’ intervent pubbliku, il-FAEG għandu jiffinanzja l-miżura kkonċernata abbażi ta’ ammonti standard uniformi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ fondi li joriġinaw fl-Istati Membri u li jintużaw għax-xiri tal-prodotti, għall-operazzjonijiet materjali li jiġu mill-ħżin u, fejn ikun xieraq, għall-ipproċessar tal-prodotti li jkunu eliġibbli għall-intervent pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar:

(a)

it-tip ta’ miżuri li huma eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni u l-kondizzjonijiet għar-rimborż;

(b)

il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-metodi tal-kalkolu abbażi tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu osservaw fir-realtà, abbażi ta’ rati fissi stabbiliti mill-Kummissjoni, jew abbażi ta’ ammonti b’rata fissa jew b’rata mhux fissa previsti fil-leġiżlazzjoni agrikola f’setturi speċifiċi.

(c)

il-valwazzjoni tal-operazzjonijiet b’rabta mal-intervent pubbliku, il-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ telf jew ta’ deterjorament fil-prodotti fil-kuntest tal-intervent pubbliku, u l-istabbiliment tal-ammonti li jridu jiġu ffinanzjati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Artikolu 24

Akkwist tad-data satellitari

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqblu fuq il-lista tad-data satellitari li hija meħtieġa għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c), skont l-ispeċifikazzjoni mħejjija minn kull Stat Membru.

F’konformità mal-Artikolu 7, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data satellitari lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk l-awtoritajiet jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.

Il-Kummissjoni għandha tibqa’ sid id-data satellitari.

Il-Kummissjoni tista’ tqabbad lil korpi speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta’ ħidma b’rabta mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c).

Artikolu 25

Monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli

1.   L-azzjonijiet iffinanzjati skont l-Artikolu 7, il-punt (c), għandu jkollhom l-għan li jagħtu lill-Kummissjoni l-mezzi biex:

(a)

tamministra s-swieq agrikoli tal-Unjoni f’kuntest globali;

(b)

tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tal-art agrikola u tat-tibdil fl-użu tal-art agrikola, inkluż tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-ħamrija, tal-għelejjel, tal-pajsaġġi agrikolu tal-art agrikola sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b’mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura, u sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistemi agrikoli u l-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti;

(c)

taqsam l-aċċess għall-istimi msemmija fil-punt (b) f’kuntest internazzjonali, bħal fil-kuntest tal-inizjattivi kkoordinati minn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-ħolqien ta’ inventarji tal-gassijiet b’effett ta’ serra fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, jew fil-kuntest ta’ aġenziji internazzjonali oħrajn;

(d)

tikkontribwixxi għal miżuri speċifiċi li jżidu t-trasparenza fis-swieq dinjin, b’kont meħud tal-għanijiet u l-impenji tal-Unjoni;

(e)

tiżgura segwitu teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika.

2.   Skont l-Artikolu 7, il-punt (c), il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin ma’:

(a)

il-ġbir jew max-xiri tad-data meħtieġa biex tiġi implimentata u mmonitorjata l-PAK, inkluż id-data satellitari, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika;

(b)

il-ħolqien ta’ infrastruttura tad-data spazjali u ta’ sit web;

(c)

it-twettiq ta’ studji speċifiċi dwar il-kondizzjonijiet klimatiċi;

(d)

it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tal-art agrikola; u

(e)

l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi.

Meta jkun meħtieġ, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, mal-laboratorji u l-korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat.

Artikolu 26

Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 24 u 25

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a)

ir-regoli marbutin mal-finanzjament skont l-Artikolu 7, il-punti (b) u (c);

(b)

il-proċedura li biha l-miżuri msemmijin fl-Artikoli 24 u 25 iridu jitwettqu biex jintlaħqu l-għanijiet assenjati;

(c)

il-qafas li jirregola l-akkwist, it-titjib u l-użu tad-data satellitari u tad-data meteoroloġika, u l-iskadenzi applikabbli.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

KAPITOLU II

FAEŻR

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-FAEŻR

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-pagamenti kollha

1.   Il-pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 6 ma għandhomx jaqbżu l-impenji baġitarji.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(1), dawk il-pagamenti għandhom jiġu assenjati lill-impenn baġitarju li jkun infetaħ l-ewwel.

2.   Għandu japplika l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Taqsima 2

Finanzjament tal-FAEŻR fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

Artikolu 28

Kontribuzzjoni finanzjarja tal-FAEŻR

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FAEŻR għan-nefqa li ssir fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandha tiġi stabbilita għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK fil-limiti massimi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni għall-appoġġ li l-FAEŻR jagħti lill-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Artikolu 29

Impenji tal-baġit

1.   Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju u, ladarba l-Istat Membru kkonċernat jiġi mgħarraf biha, impenn legali skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. Dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandha tispeċifika l-kontribuzzjoni għal kull sena.

2.   L-impenji baġitarji tal-Unjoni għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom isiru bħala pagamenti akkont annwali bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2027. B’deroga mill-Artikolu 111(2) tar-Regolament Finanzjarju, għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK, l-impenji baġitarji għall-ewwel pagament parzjali għandhom isiru wara li l-Kummissjoni tapprova dak il-Pjan Strateġiku tal-PAK u tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat dwaru. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-impenji baġitarji għall-pagamenti parzjali sussegwenti qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħlief meta jkun japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju.

Taqsima 3

Kontribuzzjoni finanzjarja għall-interventi għall-iżvilupp rurali

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-pagamenti għall-interventi għall-iżvilupp rurali

1.   L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex tiġi ffinanzjata n-nefqa msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-forma ta’ prefinanzjament, ta’ pagamenti interim u ta’ pagament tal-bilanċ, kif deskritt f’din it-Taqsima.

2.   It-total tal-prefinanzjament u tal-pagamenti interim meħudin flimkien ma għandux jaqbeż il-95 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK.

Meta jintlaħaq il-limitu massimu ta’ 95 %, l-Istati Membri għandhom ikomplu jibagħtu t-talbiet għall-pagamenti lill-Kummissjoni.

Artikolu 31

Arranġamenti għall-prefinanzjament

1.   Wara d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha li tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas lill-Istat Membru ammont inizjali ta’ prefinanzjament għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Dan l-ammont inizjali ta’ prefinanzjament għandu jitħallas f’pagamenti parzjali kif ġej:

(a)

fl-2023: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(b)

fl-2024: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(c)

fl-2025: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR għad-durata kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Jekk Pjan Strateġiku tal-PAK jiġi approvat fl-2024 jew wara, il-pagamenti parzjali mis-snin ta’ qabel għandhom jitħallsu mingħajr dewmien wara tali approvazzjoni.

2.   L-ammont kollu mħallas bħala prefinanzjament għandu jiġi rrimborżat lill-Kummissjoni jekk ma tkun saret l-ebda nefqa u jekk ma tintbagħat l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa għall-Pjan Strateġiku tal-PAK fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ewwel pagament parzjali tal-ammont ta’ prefinanzjament. Dak il-prefinanzjament għandu jitpaċa mal-ewwel nefqa ddikjarata għall-Pjan Strateġiku tal-PAK.

3.   Ma għandu jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta’ prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn il-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 103tar-Regolament (UE) 2021/2115.

4.   L-imgħax li jiġi ġġenerat mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

5.   L-ammont kollu tal-prefinanzjament għandu jiġi approvat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 53 qabel ma jingħalaq il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Artikolu 32

Pagamenti interim

1.   Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/2115. għan-nefqa pubblika li ssir għal kull tip ta’ intervent, bl-esklużjoni tal-pagamenti li jsiru mill-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5) ta’ dak ir-Regolament.

Il-pagamenti interim għandhom jinkludu wkoll l-ammonti msemmijin fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.   Skont id-disponibbiltà tar-riżorsi u filwaqt li tqis it-tnaqqis jew is-sospensjonijiet li jsiru skont l-Artikoli 39 sa 42, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti interim sabiex tirrimborża n-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu huma u jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

3.   Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tinkludi l-ammonti totali li l-awtorità ta’ ġestjoni tkun ħallset lill-benefiċjarji aħħarin jew, fil-każ tal-garanziji, l-ammonti li hija tkun warrbet għall-kuntratti tal-garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 80(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

4.   Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati skont l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni tan-nefqa li tinkludi n-nefqa marbuta mal-istrumenti finanzjarji għandha titressaq f’konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa għandu jkun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista’ jkun sa 30 % tal-ammont kollu tan-nefqa pubblika eliġibbli li tkun ġiet impenjata għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti;

(b)

l-ammont inkluż fid-dikjarazzjonijiet sussegwenti tan-nefqa li jitressqu matul il-perijodu tal-eliġibbiltà definit fl-Artikolu 86(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jinkludi n-nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 80(5) ta’ dak ir-Regolament.

5.   Ammonti mħallsa f’konformità mal-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma avvanzi għall-finijiet tal-Artikolu 37(2). L-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa, imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni fil-kontijiet tagħha l-iktar tard meta jiġu approvati l-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK.

6.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim meta jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta tintbagħat dikjarazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni li tkun iffirmata mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, f’konformità mal-Artikolu 90(1), il-punt (c);

(b)

meta ma tkunx inqabżet il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull tip ta’ intervent għall-perijodu kollu kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat;

(c)

meta lill-Kummissjoni jintbagħtulha d-dokumenti li għandhom jitressqu, f’konformità mal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 12(2);

7.   Jekk ma jintlaħaqx xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, jew lill-korp ta’ koordinazzjoni, jekk ikun inħatar wieħed, b’dan. Jekk ma jintlaħaqx xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a) jew il-punt (c), id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha titqies li mhijiex ammissibbli.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53, 54 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim fi żmien 45 jum minn meta tiġi rreġistrata dikjarazzjoni tan-nefqa li tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

9.   L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom jistabbilixxu dikjarazzjonijiet interim tan-nefqa marbutin mal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u jibagħtuhom lill-Kummissjoni, jew direttament jew inkella permezz tal- korp ta’ koordinazzjoni, jekk ikun inħatar wieħed, fil-perijodi taż-żmien li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawk il-. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu għamlu matul kull wieħed mill-perijodi kkonċernati. Dawn għandhom ikopru wkoll l-ammonti msemmijin fl-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Madankollu, jekk in-nefqa msemmija fl-Artikolu 86(3) ta’ dak ir-Regolament ma tkunx tista’ tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fil-perijodu kkonċernat, minħabba li l-Kummissjoni tkun għad trid tapprova emenda għall-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 119(10) ta’ dak ir-Regolament, dik in-nefqa tista’ tiġi ddikjarata fil-perijodi ta’ wara.

Id-dikjarazzjonijiet interim tan-nefqa għan-nefqa li tkun saret mis-16 ta’ Ottubru ’l quddiem għandhom jiddaħħlu fil-baġit tas-sena ta’ wara.

10.   Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega jkun jeħtieġ iktar verifiki minħabba li l-informazzjoni pprovduta ma tkunx kompluta jew ma tkunx ċara jew minħabba li jkun hemm nuqqas ta’ qbil, differenzi fl-interpretazzjoni jew inkonsistenzi oħrajn marbutin ma’ dikjarazzjoni tan-nefqa għal perijodu ta’ referenza, li jkunu ġejjin b’mod partikolari min-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 u skont l-atti tal-Kummissjoni adottati skont dak ir-Regolament, fuq talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali fi żmien perijodu li jkun stabbilit f’dik it-talba skont kemm tkun gravi l-problema.

Jista’ jiġi interrott il-limitu taż-żmien għall-pagamenti interim stabbilit fil-paragrafu 8 għall-ammont kollu li għalih issir it-talba għall-pagament, jew għal parti minnu, għal perijodu massimu ta’ sitt xhur li jibda mid-data meta tintbagħat it-talba għall-informazzjoni u li jintemm meta tintbagħat l-informazzjoni meħtieġa li tkun titqies li hija sodisfaċenti. L-Istat Membru jista’ jaqbel li jestendi l-perijodu ta’ interruzzjoni b’perijodu ulterjuri ta’ tliet xhur.

Meta l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jwieġeb għat-talba għal informazzjoni addizzjonali fil-perijodu taż-żmien stabbilit f’dik it-talba jew meta t-tweġiba tiegħu titqies li mhijiex sodisfaċenti jew tkun tindika li ma tħarsux ir-regoli applikabbli jew li l-fondi tal-Unjoni ntużaw ħażin, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti jew tnaqqashom skont l-Artikoli 39 sa 42.

Artikolu 33

Pagament tal-bilanċ u għeluq tal-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

1.   Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta’ interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 86(4) tar-Regolament (UE) Nru2021/2115 u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa.

2.   Il-bilanċ għandu jitħallas sa mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data meta l-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni u d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ammissibbli u jkun ġie approvat l-aħħar sett ta’ kontijiet annwali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(5), l-ammonti li jkun għadhom impenjati wara li jkun tħallas il-bilanċ għandhom jiġu diżimpenjati mill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur.

3.   Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b’mod awtomatiku f’konformità mal-Artikolu 34.

Artikolu34

Diżimpenn awtomatiku għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b’mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun irċeviet ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32(6), il-punti (a) u (c), b’rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.

2.   Dik il-parti tal-impenji baġitarji li tkun għadha miftuħa fl-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 86(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 li dwarha ma tkun saret l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa fi żmien sitt xhur minn dik id-data għandha tiġi diżimpenjata b’mod awtomatiku.

3.   F’każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perijodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-operazzjonijiet ikkonċernati, għall-perijodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta’ Jannar tas-sena N + 3.

4.   Dan li ġej ma għandux jitqies fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku:

(a)

dik il-parti tal-impenji tal-baġit li dwarha tkun saret dikjarazzjoni ta’ nfiq iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 2;

(b)

dik il-parti tal-impenji baġitarji li aġenzija tal-pagamenti ma setgħetx tiżborża għal raġunijiet ta’ forza maġġuri li jkun laqat b’mod serju l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; l-awtoritajiet nazzjonali li jsostnu li kien hemm każ ta’ forza maġġuri għandhom juru l-konsegwenzi diretti li dan kellu fuq l-implimentazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali kollha jew ta’ parti minnhom fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu marbutin mal-ammonti ddikjarati sal-aħħar tas-sena ta’ qabel.

5.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri fil-ħin jekk ikun hemm ir-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku. Hija għandha tgħarrafhom dwar l-ammont involut kif indikat mill-informazzjoni fil-pussess tagħha. L-Istati Membri għandu jkollhom xahrejn mid-data li fiha jirċievu dik l-informazzjoni biex jaqblu mal-ammont ikkonċernat jew biex jibagħtu l-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-diżimpenn awtomatiku sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-iskadenza tal-aħħar limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3.

6.   F’każ ta’ diżimpenn awtomatiku, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat għas-sena kkonċernata għandha titnaqqas bl-ammont li jkun ġie diżimpenjat b’mod awtomatiku. L-Istat Membru kkonċernat għandu jħejji pjan ta’ finanzjament rivedut li fih iqassam it-tnaqqis tal-għajnuna bejn it-tipi ta’ interventi differenti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Jekk ma jagħmilx dan, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull tip ta’ intervent fuq bażi pro rata.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 35

Sena finanzjarja agrikola

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul marbutin mal-intervent pubbliku stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), is-sena finanzjarja għandha tkopri n-nefqa li tkun saret u d-dħul li jkun hemm li l-aġenziji tal-pagamenti jdaħħlu fil-kontijiet tal-baġit tal- FAEG u FAEŻR għas-sena finanzjarja “N” li tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena “N – 1” u li tintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena “N”.

Artikolu 36

Ebda finanzjament doppju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR ma tiġi ffinanzjata bl-ebda mod ieħor mill-baġit tal-Unjoni.

Fil-kuntest tal-FAEŻR, operazzjoni partikolari tista’ tirċievi forom differenti ta’ appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u mill-fondi l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew minn strumenti oħra tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta’ appoġġ, meħud f’daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta’ intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115. F’tali każijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jiddikjaraw l-istess nefqa lill-Kummissjoni għal appoġġ:

(a)

minn fond ieħor imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew minn strument ieħor tal-Unjoni; jew

(b)

mill-istess Pjan Strateġiku tal-PAK.

L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal fid-dikjarazzjoni tan-nefqa jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

Artikolu 37

Eliġibbiltà tan-nefqa li tkun saret mill-aġenziji tal-pagamenti

1.   In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista’ tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati u jekk:

(a)

tkun saret f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni; jew

(b)

għat-tipi ta’ interventi msemmijin fir-Regolament (UE) 2021/2115;

(i)

tkun taqbel ma’ output irrappurtat li jkun jikkorrispondi magħha, u

(ii)

tkun saret f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli, li ma jkoprux il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK.

2.   Il-paragrafu 1, il-punt (b)(i), ma għandux japplika għall-pagamenti bil-quddiem li jsiru lill-benefiċjarji għat-tipi ta’ interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) 2021/2115.

Artikolu 38

Konformità mal-iskadenzi għall-pagamenti

1.   Meta d-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi l-iskadenzi għall-pagamenti, kull pagament li tagħmel aġenzija tal-pagamenti lil benefiċjarju qabel l-ewwel data possibbli għall-pagamenti jew wara l-aħħar data possibbli għall-pagamenti ma għandux ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar iċ-ċirkustanzi u l-kundizzjonijiet li fihom il-pagamenti li jissemmew fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitqiesu eliġibbli, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Artikolu 39

Tnaqqis tal-pagamenti interim u tal-pagamenti ta’ kull xahar

1.   Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew mill-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 90, il-Kummissjoni tistabbilixxi li nqabżu l-limiti massimi finanzjarji stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, hija għandha tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.

2.   Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 90, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 38, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat b’dan u tagħtih iċ-ċans li jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perijodu li ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f’dak il-perijodu jew meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li t-tweġiba mogħtija hija manifestament insuffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.

3.   It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar il-proċedura u dwar arranġamenti prattiċi oħrajn għall-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 38. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 40

Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjoni annwali

1.   Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 12(2) sal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 9(3), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza kkonċernata.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandhom jitqiesu li mhumiex ammissibbli skont il-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu.

2.   Meta, fil-qafas tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta’ iktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista’ jiġġustifika dan kif xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti għall-interventi li jkun sarilhom it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 54(2) u l-ammont li jrid jiġi sospiż ma għandux jaqbeż il-perċentwal li jikkorrispondi mat-tnaqqis li jkun sar f’konformità mal-Artikolu 54(2). L-ammonti sospiżi għandhom ikunu rimborżati mill-Kummissjoni lill-Istati Membri jew imnaqqsa b’mod permanenti sa mhux aktar tard permezz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 b’rabta mas-sena li fir-rigward tagħha kienu sospiżi l-pagamenti. Madankollu, jekk l-Istati Membri juru li ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa, il-Kummissjoni tista’ tneħħi s-sospensjoni aktar kmieni f’att ta’ implimentazzjoni separat.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar ir-rata ta’ sospensjoni tal-pagamenti.

4.   L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan u għandha tagħti l-opportunità lill-Istat Membru li jibgħat il-kummenti tiegħu f’perijodu li ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum.

5.   L-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32 għandhom iqisu l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 41

Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni

1.   Fejn, f’konformità mal-Artikolu 135(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jippreżenta pjan ta’ azzjoni, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi tali pjan ta’ azzjoni f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi l-azzjonijiet ta’ rimedju maħsuba u indikaturi ċari tal-progress flimkien mal-perijodu ta’ żmien li matulu jrid jinkiseb il-progress. Dak il-perijodu ta’ żmien jista’ jestendi lil hinn minn sena finanzjarja waħda.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jwieġeb fi żmien xahrejn mit-talba tal-Kummissjoni għal pjan ta’ azzjoni.

Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub dwar l-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni ppreżentat u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mal-pjan ta’ azzjoni, kif aċċettat mill-Kummissjoni, u jikkonforma mal-perijodu ta’ żmien mistenni għall-eżekuzzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-proċedura biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta’ azzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

2.   Jekk l-Istat Membru jonqos milli jippreżenta jew jimplementa l-pjan ta’ azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk ikun ċar li dak il-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jew jekk ma ġiex modifikat skont it-talba bil-miktub tal-Kummissjoni kif imsemmi f’dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-talba għal pjan ta’ azzjoni mill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2025 ma għandhiex twassal għal sospensjoni tal-pagamenti qabel ir-rieżami tal-prestazzjoni għas-sena finanzjarja 2026, kif previst fl-Artikolu 135(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Is-sospensjoni tal-pagamenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi applikata f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità fuq in-nefqa rilevanti marbuta mal-interventi, li kellhom jiġu koperti minn dak il-pjan ta’ azzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta, abbażi tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew abbażi tan-notifika volontarja li tkun saret matul is-sena finanzjarja mill-Istat Membru kkonċernat dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni u tal-azzjoni korrettiva meħuda biex jitranġa n-nuqqas, ikun sar progress sodisfaċenti lejn l-ilħiq tal-miri.

Jekk is-sitwazzjoni ma titranġax sa tmiem it-12-il xahar wara s-sospensjoni tal-pagamenti, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jnaqqas b’mod definittiv l-ammont sospiż għall-Istat Membru kkonċernat.

L-atti ta’ implimentazzjoni previsti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Qabel ma tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun biħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb fi żmien perijodu li ma għandux ikun inqas minn 30 jum.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimenta dan ir-Regolament b’regoli dwar ir-rata u t-tul ta’ żmien tas-sospensjoni tal-pagamenti u l-kondizzjonijiet għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta’ dawk l-ammonti f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni.

Artikolu 42

Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta ma’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ governanza

1.   F’każ ta’ nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżenta pjan ta’ azzjoni li jinkludi l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa u indikaturi ċari tal-progress. Dak il-pjan ta’ azzjoni għandu jiġi stabbilit b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jwieġeb fi żmien xahrejn mit-talba tal-Kummissjoni sabiex tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ pjan ta’ azzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-proċedura biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta’ azzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

2.   Jekk l-Istat Membru jonqos milli jippreżenta jew jimplementa l-pjan ta’ azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk ikun ċar li dak il-pjan ta’ azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni jew jekk ma jkunx ġie implimentat f’konformità mat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni kif imsemmi f’dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 32.

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perijodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u li ma għandux ikun ta’ iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kondizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jtawlu dak il-perijodu għal perijodi oħrajn li b’kollox ma jkunux aktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 55.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Qabel ma tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hija jkun biħsiebha tagħmel dan u għandha titolbu jwieġeb fi żmien perijodu li ma għandux ikun inqas minn 30 jum.

4.   L-atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 32 għandhom iqisu l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 43

Żamma ta’ kontijiet separati

1.   Kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet separati għall-approprjazzjonijiet li jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni għall- FAEG u FAEŻR.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-obbligu stabbilit f’dan l-Artikolu u l-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-informazzjoni li trid tiddaħħal fil-kontijiet miżmuma mill-aġenziji tal-pagamenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 44

Ħlas lill-benefiċjarji

1.   Ħlief meta jkun previst b’mod espliċitu ieħor fid-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagamenti marbutin mal-finanzjament previst f’dan ir-Regolament għandhom jitħallsu għalkollox lill-benefiċjarji.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagamenti li jsiru fil-kuntest tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 65(2) isiru mhux qabel l-1 ta’ Diċembru u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

qabel l-1 ta’ Diċembru, iżda mhux qabel is-16 ta’ Ottubru, jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 50 % għal interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

(b)

qabel l-1 ta’ Diċembru jagħmlu pagamenti bil-quddiem sa 75 % għall-appoġġ mogħti fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 65(2).

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 73 u 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102 li jemendaw dan l-Artikolu billi jżidu regoli li jippermettu li l-Istati Membri jħallsu pagamenti bil-quddiem fir-rigward tal-interventi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2021/2115 u fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw jew jappoġġaw is-swieq agrikoli kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 biex ikun żgurat il-ħlas koerenti u nondiskriminatorju tal-pagamenti bil-quddiem.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għall-ħlas tal-pagamenti bil-quddiem, biex ikun żgurat il-ħlas koerenti u nondiskriminatorju tal-pagamenti bil-quddiem.

6.   Fuq it-talba ta’ Stat Membru, fil-każ ta’ emerġenza, u fil-limiti tal-Artikolu 11(2), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, iżda biss sal-punt u għall-perijodu li huma strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 45

Assenjament ta’ dħul

1.   Dan li ġej għandu jitqies bħala dħul assenjat skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

fir-rigward tan-nefqa kemm fil-kuntest tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR, is-somom skont l-Artikoli 38, 54 u 55 ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li japplika f’konformità mal-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament u, fir-rigward tan-nefqa fil-kuntest tal-FAEG, is-somom skont l-Artikoli 53 u 56 ta’ dan ir-Regolament li jridu jitħallsu fil-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax fuqhom;

(b)

fir-rigward tan-nefqa fil-kuntest tal-FAEG, l-ammonti li jikkorrispondu mal-penali applikati f’konformità mal-Artikolu 12 u 14 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

kull titolu, depożitu jew garanzija pprovduti skont id-dritt tal-Unjoni adottata fil-qafas tal-PAK, minbarra l-interventi għall-iżvilupp rurali, li l-jedd għalihom sussegwentement ikun intilef; madankollu, l-Istati Membri għandhom iżommu l-garanziji li l-jedd għalihom ikun intilef u li jkunu ġew iddepożitati meta nħarġu l-liċenzji tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni jew skont proċedura ta’ sejħa għall-offerti biss sabiex ikun żgurat li l-offerenti jagħmlu offerti ġenwini;

(d)

is-somom li jkunu tnaqqsu b’mod definittiv f’konformità mal-Artikolu 41(2).

2.   Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fil-baġit tal-Unjoni u, f’każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew il-FAEŻR.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għad-dħul assenjat imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Fir-rigward tal-FAEG, l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika mutatis mutandis għaż-żamma tal-kontijiet tad-dħul assenjat imsemmi f’dan ir-Regolament.

Artikolu 46

Miżuri ta’ informazzjoni

1.   L-għoti ta’ informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7, il-punt (e), għandu jkollu l-għan, b’mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha, inkluż l-interazzjoni tagħha mal-klima, l-ambjent u l-benessri tal-annimali. Dan isir bil-għan li jinforma liċ-ċittadini dwar l-isfidi ffaċċjati fl-agrikoltura u l-ikel, li jinforma lill-bdiewa u lill-konsumaturi, li jerġa’ jrawwem il-fiduċja tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta’ kampanji tal-informazzjoni, li jinforma lil partijiet oħrajn attivi f’żoni rurali u li jippromwovi mudell ta’ Unjoni aktar sostenibbli tal-agrikoltura, kif ukoll biex jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.

Hija għandha tipprovdi informazzjoni koerenti, ibbażata fuq l-evidenza, oġġettiva u komprensiva, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, u tiddeskrivi l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni ppjanati fil-pjan strateġiku pluriennali tal-Kummissjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.

2.   Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu minn:

(a)

programmi ta’ ħidma annwali jew miżuri speċifiċi oħrajn ippreżentati minn partijiet terzi;

(b)

attivitajiet implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

Dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa skont il-liġi jew dawk il-miżuri li diġà jkunu qed jiġu ffinanzjati fil-kuntest ta’ azzjoni oħra tal-Unjoni għandhom jiġu esklużi.

Meta timplimenta l-attivitajiet imsemmi f l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-Kummissjoni tista’ tkun assistita minn esperti esterni.

Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu marbutin mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

3.   Darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħa għall-proposti li tkun tħares il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

4.   Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 103(1) għandu jiġi mgħarraf bil-miżuri previsti u meħudin skont dan l-Artikolu.

5.   Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 47

Setgħat oħra tal-Kummissjoni relatati ma’ dan il-Kapitolu

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament bil-kondizzjonijiet li skonthom għandhom jiġu kkumpensati ċerta tip ta’ nefqa u ċertu tip ta’ dħul fil-kuntest tal- FAEG u FAEŻR.

Jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena baġitarja jew jekk l-ammont totali tal-impenji ppjanati jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 ta’ dan ir-Regolament li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-metodu applikabbli għall-impenji u l-pagament tal-ammonti.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

il-finanzjament u l-kontabilità tal-miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku, u ta’ nfiq ieħor ffinanzjat mill- FAEG u FAEŻR;

(b)

it-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ diżimpenn awtomatiku.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

KAPITOLU IV

Approvazzjoni tal-kontijiet

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 48

Approċċ ta’ awditu uniku

F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament għandu jservi ta’ garanzija għall-Kummissjoni, dment li ma tkunx għarrfet lill-Istati Membri kkonċernati li ma tistax isserraħ fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għal sena finanzjarja partikolari, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi f’dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil dak l-Istat Membru bir-raġunijiet għaliex ma tistax tiddependi fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 49

Verifiki mill-Kummissjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 TFUE jew għal kwalunkwe verifika organizzata skont l-Artikolu 322 TFUE jew abbażi tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 jew l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ torganizza verifiki fl-Istati Membri sabiex tivverifika, b’mod partikolari jekk:

(a)

il-prattiki amministrattivi jikkonformawx mar-regoli tal-Unjoni;

(b)

in-nefqa li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) 2021/2115 għandhiex output korrispondenti, kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni;

(c)

in-nefqa li tikkorrispondi mal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013, u (UE) Nru 1144/2014 tkunx saret u ġietx ivverifikata skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni;

(d)

ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jsirx skont l-Artikolu 12 u għall-finijiet tat-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu;

(e)

aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u jekk l-Istat Membru japplikax l-Artikolu 9(4) korrettament;

(f)

l-Istat Membru kkonċernat jimplimentax il-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(g)

il-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 42 humiex implimentati korrettament.

Il-persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu l-verifiki f’isimha jew l-aġenti tal-Kummissjoni li jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat li jkunu ngħatawlhom, għandu jkollhom aċċess għall-kotba u għad-dokumenti l-oħrajn kollha li jkollhom x’jaqsmu man-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR, inkluż id-dokumenti u l-metadata li tħejjew fuq medium elettroniku jew li jkunu waslu u ġew irreġistrati fuq it-tali medium.

Is-setgħat għat-twettiq tal-verifiki ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għall-aġenti li jinħatru b’mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f’isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost l-oħrajn, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru abbażi tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b’dan il-mod.

2.   Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ser issir il-verifika biżżejjed minn qabel dwar il-fatt li tkun ser issir verifika, filwaqt li tqis l-impatt amministrattiv fuq l-aġenziji tal-pagamenti meta tkun qed torganizza l-verifiki. F’dawn il-verifiki jistgħu jieħdu sehem aġenti mill-Istat Membru kkonċernat.

Fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-korpi kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki jew inkjesti addizzjonali dwar l-operazzjonijiet li dan ir-Regolament ikopri. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni li l-Kummissjoni tkun awtorizzat biex jaġixxu f’isimha jistgħu jieħdu sehem fit-tali verifiki.

Sabiex ittejjeb il-verifiki, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ titlob l-għajnuna tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew għal ċerti inkjesti.

Artikolu 50

Aċċess għall-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il- FAEG u FAEŻR jitħaddmu bla xkiel u għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha biex jiffaċilitaw il-verifiki li l-Kummissjoni tqis li huma xierqa b’rabta mal-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni.

2.   Meta l-Kummissjoni titlobhom jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtulha l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottaw biex jimplimentaw l-atti legali tal-Unjoni marbutin mal-PAK u li jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FAEG jew il-FAEŻR.

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95u każijiet oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, dwar il-każijiet ta’ frodi ssuspettata li jkunu nnutaw, u dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b’rabta ma’ dawk l-irregolaritajiet u ma’ dawk il-każijiet ta’ frodi. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor u tippubblika dik l-informazzjoni kull sena u għandha tibgħatha lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 51

Aċċess għad-dokumenti

1.   L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom iżommu d-dokumenti ta’ sostenn marbutin mal-pagamenti li jkunu saru u d-dokumenti marbutin mat-twettiq tal-verifiki li jkunu meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni, u għandhom iqiegħdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni relatata għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

Dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni jistgħu jinżammu f’forma elettronika taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.

Meta dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni jinżammu minn awtorità li taġixxi fuq delega minn aġenzija tal-pagamenti, u li tkun responsabbli biex tawtorizza n-nefqa, dik l-awtorità għandha tibgħat rapporti lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata dwar l-għadd ta’ verifiki li tkun għamlet, dwar il-kontenut tagħhom u dwar il-miżuri li tkun ħadet abbażi tar-riżultati tagħhom.

2.   Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kundizzjonijiet li skonthom id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinżammu, inkluż il-forma tagħhom u t-tul ta’ żmien li matulu jridu jinżammu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 52

Setgħat tal-Kummissjoni relatati ma’ verifiki u dokumenti u informazzjoni obbligu ta’ kooperazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li huma meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-verifiki u l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni mniżżla f’dan il-Kapitolu, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’obbligi speċifiċi li l-Istati Membri jridu jħarsu skont dan il-Kapitolu u b’regoli dwar il-kriterji biex jiġu stabbiliti il-każijiet ta’ irregolarità skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u każijiet oħra ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiku tal-PAK li jridu jiġu rrappurtati u d-data li għandha tiġi pprovduta f’dan il-kuntest.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċeduri marbutin mal-obbligi ta’ kooperazzjoni li l-Istati Membri jridu jħarsu biex jiġu implimentati l-Artikoli 49 u 50. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Taqsima 2

Approvazzjoni

Artikolu 53

Approvazzjoni finanzjarja annwali

1.   Qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara s-sena baġitarja kkonċernata u abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (d), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati b’rabta man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikoli 54 u 55.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1, inkluż ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 54

Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni

1.   Meta n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u li tikkorrispondi għall-interventi msemmijin fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma jkollhiex output li jikkorrispondi għaliha, kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni qabel il-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara sena baġitarja kkonċernata, li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jitnaqqsu abbażi tad-differenza bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi għall-output rilevanti rrappurtat f’konformità mal-Pjan Strateġiku tal-PAK, filwaqt li tqis il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-Istat Membru fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 134(8) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2115.

3.   Qabel ma tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħti l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat li jibgħat il-kummenti tiegħu u jiġġustifika kull differenza li jkun hemm sa data li, meta d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(2) ikunu ntbagħtu sal-iskadenza, ma għandhiex tkun inqas minn 30 jum.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-metodoloġija u l-kriterji biex jiġi applikat it-tnaqqis.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 55

Proċedura ta’ konformità

1.   Meta l-Kummissjoni ssib li n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni. Dawkl-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).

Madankollu, għat-tipi ta’ interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) 2021/2115, l-esklużjonijiet mill-finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss f’każ li jkun hemm nuqqasijiet serji fil-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fir-regoli nazzjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tas-serjetà tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu. F’dak il-kuntest, hija għandha tqis kif xieraq in-natura ta’ dawk in-nuqqasijiet u tal-ħsara finanzjarja li l-Unjoni ġġarrab.

3.   Qabel ma jiġi adottat l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, is-sejbiet tal-Kummissjoni u l-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar dawk is-sejbiet għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub bejn iż-żewġ partijiet, u wara dan huma għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li trid tittieħed. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità juri li n-nuqqas ta’ konformità huwa inqas gravi milli jidher li hu mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob li tinfetaħ proċedura bil-għan li, fi żmien erba’ xhur, tiġi rrikonċiljata l-pożizzjoni ta’ kull parti. Il-proċedura għandha titwettaq minn korp ta’ konċiljazzjoni. Għandu jintbagħat rapport dwar l-eżitu ta’ dik il-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi li tirrifjuta l-finanzjament u, jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet, għandha tiġġustifika dan.

4.   Il-finanzjament ma għandux jiġi rrifjutat:

(a)

għan-nefqa indikata fl-Artikolu 5(2) li tkun saret iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(b)

għan-nefqa għall-interventi pluriennali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6, li għaliha l-aħħar obbligu tal-benefiċjarju jkun seħħ iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(c)

għan-nefqa għall-interventi għall-iżvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6, minbarra dawk li jissemmew fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, li għalihom l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet il-pagament jew l-aħħar pagament, skont il-każ, iktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każ ta’:

(a)

għajnuniet li Stat Membru jkun ta u li dwarhom il-Kummissjoni tkun bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE;

(b)

ksur li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru kkonċernat dwaru permezz ta’ opinjoni motivata f’konformità mal-Artikolu 258 TFUE;

(c)

ksur mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont it-Titolu IV, il-Kapitolu III, ta’ dan ir-Regolament, dment li l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-miktub bis-sejbiet tagħha fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu fuq in-nefqa kkonċernata.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, dwar l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u dwar it-twaqqif tal-korp ta’ konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta’ ħidma tiegħu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Taqsima 3

Irkupri minħabba nuqqas ta’ konformità

Artikolu 56

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEG

1.   Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-imgħax fuqhom għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.

2.   L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jagħtu struzzjonijiet lill-aġenzija tal-pagamenti, bħala l-korp responsabbli għall-irkupru tad-dejn, biex tnaqqas kwalunkwe dejn pendenti dovut minn benefiċjarju minn pagamenti futuri lil dak il-benefiċjarju.

3.   Meta l-baġit tal-Unjoni jiġi kkreditat kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jżomm 20 % mill-ammont korrispondenti bħala spejjeż ta’ rkupru b’rata fissa, ħlief f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jkunu jistgħu jiġu attribwiti lill-awtoritajiet amministrattivi tiegħu stess jew lil korpi uffiċjali oħra.

Artikolu 57

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEŻR

1.   Meta jiġu nnutati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità tal-benefiċjarji, u fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji, wkoll permezz ta’ fondi speċifiċi taħt fondi ta’ parteċipazzjoni jew riċevituri finali, mal-kondizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw b’mod parzjali jew, meta ġustifikat, għalkollox il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta’ konformità li jkunu nstabu u s-serjetà tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal operazzjonijiet oħrajn tal-iżvilupp rurali fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew irkuprati fl-intier tagħhom biss għal operazzjoni tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u ma jistgħux jirriallokawhom għal operazzjonijiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

L-Istati Membri għandhom inaqqsu kwalunkwe somma mħallsa bla bżonn bħala riżultat ta’ irregolarità pendenti minn benefiċjarju, konformità ma’ dan l-Artikolu, minn kwalunkwe pagament futur lill-benefiċjarju mill-aġenzija tal-pagamenti.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, għall-interventi għall-iżvilupp rurali li jirċievu għajnuna mill-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060, kontribuzzjoni li tiġi kkanċellata minħabba nuqqas ta’ konformità individwali tista’ terġa’ tintuża fl-istess strument finanzjarju kif ġej:

(a)

meta n-nuqqas ta’ konformità li jkun wassal biex tiġi kkanċellata l-kontribuzzjoni jiġi nnutat fil-livell tal-benefiċjarju aħħari kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2021/1060, biss għall-benefiċjarji aħħarin l-oħrajn tal-istess strument finanzjarju;

(b)

meta n-nuqqas ta’ konformità li jkun wassal biex tiġi kkanċellata l-kontribuzzjoni jiġi identifikat fil-livell tal-fond speċifiku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (21), tar-Regolament (UE) 2021/1060 f’fond ta’ ażjenda kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (20), ta’ dak ir-Regolament, biss għal fondi speċifiċi oħrajn.

Artikolu 58

Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mat-tpaċija possibbli tal-ammonti u l-forom tan-notifiki

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar it-tpaċija possibbli tal-ammonti li jirriżultaw mill-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u l-forom tan-notifiki u tal-komunikazzjonijiet li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b’rabta mal-obbligi stabbiliti f’din it-Taqsima. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

TITOLU IV

SISTEMI TA’ KONTROLL U PENALI

KAPITOLU I

Regoli ġenerali

Artikolu 59

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Fil-qafas tal-PAK, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw is-sistemi ta’ governanza applikabbli, jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha u jieħdu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jiżguraw li jitħarsu b’mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni inkluż l-applikazzjoni effettiva tal-kriterji tal-eliġibbiltà tan-nefqa stabbiliti fl-Artikolu 37. Dawk l-atti u l-miżuri għandhom ikunu marbutin, b’mod partikolari:

(a)

mal-verifika tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG u FAEŻR, inkluż fil-livell tal-benefiċjarji u kif stabbilit fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

(b)

mal-iżgurar ta’ prevenzjoni effettiva tal-frodi, speċjalment f’oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, li ser sservi ta’ deterrent, filwaqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;

(c)

mal-prevenzjoni, is-sejba u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi;

(d)

mal-impożizzjoni ta’ penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm, it-tali dispożizzjonijiet, f’konformità mal-liġi nazzjonali, u mat-tnedija ta’ proċedimenti legali għal dan il-għan, skont il-ħtieġa;

(e)

mal-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax, u mat-tnedija ta’ proċedimenti legali għal dak il-għan kif meħtieġ, inkluż għal irregolaritajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni.

Biex tassisti lill-Istati Membri f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għodda ta’ estrazzjoni ta’ data biex tivvaluta r-riskji ppreżentati minn proġetti, benefiċjarji, kuntratturi u kuntratti filwaqt li tiżgura piż amministrattiv minimu u protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dik l-għodda ta’ estrazzjoni ta’ data tista’ tintuża wkoll sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli kif imsemmi fl-Artikolu 62. Sal-2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jivvaluta l-użu tal-għodda unika għall-estrazzjoni ta’ data u l-interoperabbiltà tagħha bil-ħsieb li tiġi użata b’mod ġeneralizzat mill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ rappurtaġġ u tad-data dwar l-indikaturi.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-FAEG u FAEŻR jipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tagħhom, inkluż, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tal-grupp li fih jipparteċipaw, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu prekawzjonijiet xierqa li jiżguraw li l-penali li jiġu imposti kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), ikunu proporzjonati u jkunu mqassmin skont il-gravità, l-estremità, il-permanenza jew l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta’ konformità li jkun instab.

L-arranġamenti li jistabbilixxu l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, li ma jiġu imposti l-ebda penali fejn:

(a)

in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba każ ta’ forza maġġuri jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali f’konformità mal-Artikolu 3;

(b)

in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew ta’ awtorità oħra, u meta l-persuna kkonċernata mill-penali amministrattiva ma setgħetx tinduna b’dan l-iżball b’mod raġonevoli;

(c)

il-persuna kkonċernata tkun tista’ turi, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li hija mhijiex ħatja għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fejn l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b’xi mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja.

Meta n-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jkun ġej minħabba każ ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali f’konformità mal-Artikolu 3, il-benefiċjarju ma għandux jitlef id-dritt tiegħu li jirċievi l-għajnuna.

6.   L-Istati Membri jistgħu fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom jinkludu l-possibbiltà li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas jiġu kkoreġuti wara s-sottomissjoni tagħhom mingħajr effett fuq id-dritt li wieħed jirċievi l-għajnuna, sakemm l-elementi jew l-omissjonijiet li għandhom jiġu kkoreġuti jkunu saru in bona fede kif rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, u jeħtieġu li l-korrezzjoni ssir jew qabel ma l-applikant jiġi infurmat li ntgħażel għal verifika fuq il-post jew qabel ma l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni.

7.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti biex jiżguraw li l-ilmenti dwar il- FAEG u FAEŻR jiġu analizzati b’mod effettiv u, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom janalizzaw l-ilmenti li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni u li jkunu jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ dawk l-analiżi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ilmenti mressqa direttament magħha jiġu segwiti b’mod adegwat. Meta l-Kummissjoni tibgħat ilment lil Stat Membru u l-Istat Membru jonqos milli jagħmel segwitu ta’ dan sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa bil-ħsieb li tiżgura li l-Istat Membru jirrispetta l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu.

8.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri u l-azzjonijiet li jkunu ħadu skont il-paragrafi 1 u 2.

Kull kondizzjoni li l-Istati Membri jistabbilixxu biex jissupplimentaw il-kondizzjonijiet stabbiliti bir-regoli tal-Unjoni biex wieħed jirċievi l-appoġġ iffinanzjat mill-FAEG jew mill-FAEŻR għandha tkun tista’ tiġi vverifikata.

9.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli meħtieġa biex dan l-Artikolu jiġi applikat b’mod uniformi b’rabta ma’:

(a)

il-proċeduri, l-iskadenzi, l-iskambju tal-informazzjoni, ir-rekwiżiti għall-għodda tal-estrazzjoni ta’ data u l-informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji b’rabta mal-obbligi kif stipulat fil-paragrafi 1, 2 u 4;

(b)

in-notifika u l-komunikazzjoni li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni b’rabta mal-obbligi stipulati fil-paragrafi 5 u 7.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 60

Regoli dwar il-verifiki li għandhom jitwettqu

1.   Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li l-Istati Membri jistabbilixxu f’konformità mal-Artikolu 59(2) għandhom jinkludu verifiki sistematiċi li jkollhom fil-mira, inter alia, l-oqsma fejn hemm l-ogħla riskju ta’ żbalji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm livell ta’ verifiki meħtieġ għal ġestjoni effettiva tar-riskji għall-interess finanzjarju tal-Unjoni. L-awtorità rilevanti għandha tieħu l-kampjun ta’ kontroll tagħha mill-popolazzjoni kollha ta’ applikanti li jinkludi, fejn xieraq, parti aleatorja u parti bbażata fuq ir-riskju.

2.   Il-verifiki tal-ħidmiet li jirċievu għajnuna mill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom jitwettqu biss fil-livell tal-fond ta’ parteċipazzjoni u fondi speċifiċi, u, fil-kuntest ta’ fondi ta’ garanzija, fil-livell tal-korpi li jkunu qed jagħtu s-self ġdid sottostanti.

Il-verifiki ma għandhomx jitwettqu fil-livell tal-BEI jew fil-livell ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 102 li huma meħtieġa biex tiżgura li l-verifiki jitwettqu b’mod korrett u effiċjenti u li l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jiġu vverifikati b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interess finanzjarju tal-Unjoni, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli, fil-każ fejn il-ġestjoni korretta tas-sistema tkun teħtieġ hekk, dwar rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ proċeduri doganali, u b’mod partikolari għal dawk stipulati fir-Regolament (UE) Nru 952/2013.

4.   Fir-rigward tal-miżuri msemmijin fil-leġiżlazzjoni agrikola, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli li huma meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari:

(a)

fil-każ tal-qanneb, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta’ kontroll u l-metodi biex jiġu stabbiliti l-livelli ta’ tetraidrokannabinol;

(b)

fil-każ tal-qoton, kif imsemmi fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115, sistema għall-verifiki tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(c)

fil-każ tal-inbid, kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, regoli dwar il-kejl tal-erja, dwar il-verifiki u dwar ir-regoli li jirregolaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-verifiki;

(d)

it-testijiet u l-metodi li jridu jiġu applikati sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tal-prodotti għall-intervent pubbliku u għall-ħżin privat, u l-użu tal-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti kemm għall-intervent pubbliku kif ukoll għall-ħżin privat;

(e)

regoli oħrajn dwar il-verifiki li l-Istati Membri għandhom iwettqu b’rabta mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Artikolu 61

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku

Meta n-nuqqas ta’ konformità tkun marbuta mar-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata tiġi stabbilita abbażi tas-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjoni jintlaqtu biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata.

Artikolu 62

Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri effettivi u proporzjonati biex jevitaw li jkun hemm ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u biex jiżguraw, b’mod partikolari, li l-ebda vantaġġ previst fil-leġiżlazzjoni agrikola ma jingħata lil persuna fiżika jew ġuridika li dwarha jkun ġie stabbilit li l-kondizzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu t-tali vantaġġi jkunu nħolqu b’mod artifiċjali, għall-kuntrarju tal-għanijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 63

Kompatibbiltà tal-interventi għall-finijiet tal-verifiki fis-settur tal-inbid

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-interventi fis-settur tal-inbid kif imsemmi fit-Titolu III, il-Kapitolu III, it-Taqsima 4, tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontroll li jiġu applikati għal dawk l-interventi jkunu kompatibbli mas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu fir-rigward:

(a)

is-sistemi għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’;

(b)

il-verifiki.

Artikolu 64

Garanziji

1.   Fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tipprevedi dan, l-Istati Membri għandhom jitolbu li tiġi ddepożitata garanzija li tiżgura li titħallas somma flus lil awtorità kompetenti jew li jintilef il-jedd għal dik is-somma flus jekk ma jiġix issodisfat obbligu partikolari skont dik il-leġiżlazzjoni.

2.   Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-jedd għall-garanzija għandu jintilef għalkollox jew b’mod parzjali meta xi obbligu partikolari ma jitwettaqx jew jitwettaq biss b’mod parzjali.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jiżguraw trattament mhux diskriminatorju, ekwità u r-rispett tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija u li:

(a)

jispeċifikaw il-parti responsabbli fil-każ li obbligu ma jiġix irrispettat;

(b)

jistipulaw is-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għar-rekwiżit ta’ garanzija;

(c)

jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li japplikaw għall-garanzija li trid tiġi ddepożitata u għall-garanti u l-kondizzjonijiet biex tiġi ddepożitata u rilaxxata dik il-garanzija;

(d)

jistabbilixxu l-kondizzjonijiet speċifiċi relatati mal-garanzija ddepożitata b’rabta mal-pagamenti bil-quddiem;

(e)

jistabbilixxu l-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi li għalihom tkun ġiet iddepożitata garanzija, kif previst fil-paragrafu 1, inkluż it-telf tal-jedd għall-garanziji u r-rata ta’ tnaqqis li trid tiġi applikata meta jiġu rrilaxxati l-garanziji għar-rifużjonijiet, liċenzji, offerti, offerti ta’ prezzijiet jew applikazzjonijiet speċifiċi, kif ukoll fejn obbligu kopert minn dik il-garanzija ma jkunx ġie ssodisfat għalkollox jew b’mod parzjali, b’kont meħud tan-natura tal-obbligu, il-kwantità li għaliha l-obbligu jkun inkiser, il-perijodu ta’ żmien li bih tkun inqabżet l-iskadenza biex jiġi ssodisfat l-obbligu u ż-żmien sa meta tingħata l-evidenza li dak l-obbligu jkun ġie ssodisfat.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

il-forma tal-garanzija li trid tiġi ddepożitata u l-proċedura biex din tiġi ddepożitata, biex din tiġi aċċettata u biex tinbidel il-garanzija oriġinali;

(b)

il-proċeduri biex tiġi rrilaxxata garanzija;

(c)

in-notifiki li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jridu jagħmlu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

KAPITOLU II

Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll

Artikolu 65

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet relatati ma’ dan il-Kapitolu

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jħaddem sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (is-”sistema integrata”).

2.   Is-sistema integrata għandha tapplika għall-interventi bbażati fuq l-erja u għall-interventi bbażati fuq l-annimali mniżżlin fit-Titolu III, il-Kapitoli II u IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-miżuri msemmijin fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

3.   Sa fejn meħtieġ, is-sistema integrata għandha tintuża wkoll għall-immaniġġar u l-kontroll tal-kondizzjonalità u l-interventi fis-settur tal-inbid kif stabbilit fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115.

4.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin::

(a)

“applikazzjoni ġeospazjali” tfisser formola ta’ applikazzjoni elettronika li tinkludi applikazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika ibbażata fuq sistema ta’ informazzjoni ġeografika li tippermetti lill-benefiċjarji jiddikjaraw, mil-lat spazjali, il-bċejjeċ tar-raba’ agrikola tal-azjenda kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2021/2115 u ż-żoni mhux agrikoli li għalihom qed jitolbu pagament;

(b)

“sistema ta’ monitoraġġ tal-erja” tfisser proċedura ta’ osservazzjoni, traċċar u valutazzjoni regolari u b’mod sistematiku tal-attivitajiet agrikoli u tal-metodi użati fiż-żoni agrikoli permezz tad-data satellitari Sentinels ta’ Copernicus jew ta’ data oħra li tkun tal-inqas ta’ valur ekwivalenti għaliha;

(c)

“sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali” tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal- annimali terrestri miżmuma stabbilita fil-Parti IV, it-Titolu I, il-Kapitolu 2, it-Taqsima I, tar-Regolament (KE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31);

(d)

“biċċa raba’” tfisser unità, definita mill-Istati Membri, ta’ żona agrikola kif iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 4(3)tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(e)

“sistema ta’ informazzjoni ġeografika” tfisser sistema tal-kompjuter li kapaċi tiġbor, taħżen, tanalizza u turi informazzjoni referenzjata ġeografikament;

(f)

“sistema awtomatika ta’ talbiet” tfisser sistema għall-applikazzjoni għal interventi bbażati fuq l-erja jew dawk ibbażati fuq l-annimali, li fiha d-data meħtieġa mill-amministrazzjoni dwar tal-anqas l-erjas jew l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna jkunu disponibbli fil-bażijiet ta’ data kompjuterizzati uffiċjali amministrati mill-Istat Membru u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju fejn meħtieġ.

Artikolu 66

Elementi tas-sistema integrata

1.   Is-sistema integrata għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)

sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’;

(b)

sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u, fejn applikabbli, sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali;

(c)

sistema ta’ monitoraġġ tal-erja;

(d)

sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 65(2);

(e)

sistema ta’ kontroll u penali;

(f)

fejn applikabbli, sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti;

(g)

fejn applikabbli, sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali.

2.   Is-sistema integrata għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti għar-rappurtar dwar l-indikaturi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

3.   Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta’ bażijiet ta’ data elettroniċi u ta’ sistemi ta’ informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn il-bażijiet ta’ data elettroniċi u s-sistemi ta’ informazzjoni ġeografika u li tiġi integrata d-data ta’ ġo fihom. Fejn rilevanti, is-sistema ta’ informazzjoni ġeografika għandha tippermetti dan l-iskambju u l-integrazzjoni ta’ data dwar bċejjeċ tar-raba’ f’żoni protetti delimitati u żoni deżinjati li ġew stabbiliti f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2021/2115, bħal żoni tan-Natura 2000 jew żoni vulnerabbli għan-nitrati skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (k), tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (32), kif ukoll il-karatteristiċi tal-pajsaġġ taħt il-kondizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin definiti f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew koperti mill-interventi elenkati fit-Titolu III, il-Kapitoli II u IV ta’ dak ir-Regolament.

4.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni tista’ titlob l-għajnuna ta’ korpi jew ta’ persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b’mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu u jħaddmu sewwa s-sistema integrata u, fejn mitlub minn Stat Membru ieħor, għandhom jgħinu lil xulxin b’mod reċiproku għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 67

Żamma u kondiviżjoni tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jżommu d-data u d-dokumentazzjoni kollha b’rabta mal-outputs annwali rrappurtati fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 53, u mal-progress irrappurtat fl-ilħiq tal-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu marbuta mas-sena kalendarja attwali jew mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali u mal-għaxar snin kalendarji jew ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-konsultazzjoni permezz tal-bażijiet ta’ data diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Data li tintuża għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja tista’ tinħażen bħala data mhux ipproċessata fuq server estern għall-awtoritajiet kompetenti. Dik id-data għandha tinżamm fuq server għal mill-inqas tliet snin.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li saru membri tal-Unjoni fis-sena 2013 jew wara għandhom ikunu obbligati biss li jiżguraw li d-data tkun disponibbli għal konsultazzjoni sa mis-sena tal-adeżjoni tagħhom.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jiżguraw biss li d-data u d-dokumentazzjoni marbutin mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c), tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mid-data tal-implimentazzjoni ta’ dik is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja.

2.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 fil-livell reġjonali, dejjem jekk dawk ir-rekwiżiti u l-proċeduri amministrattivi għar-reġistrazzjoni tad-data u għall-aċċess għaliha jkunu mfasslin b’tali mod li jkunu uniformi fit-territorju kollu tal-Istat Membru u jkunu jippermettu li d-data tiġi aggregata fuq livell nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settijiet tad-data li jinġabru permezz tas-sistema integrata li jkunu rilevanti għall-finijiet tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jew biex jiġu mmonitorjati l-politiki tal-Unjoni, jinqasmu mingħajr ħlas bejn l-awtoritajiet pubbliċi tagħhom u jkunu disponibbli għall-pubbliku f’livell nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħtu wkoll aċċess għal dawk is-settijiet tad-data lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settijiet tad-data li jinġabru permezz tas-sistema integrata, li jkunu rilevanti biex tinħoloq l-istatistika Ewropea f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) jinqasmu mingħajr ħlas mal-Kummissjoni (Eurostat), mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u, fejn meħtieġ, ma’ awtoritajiet nazzjonali oħrajn li jkunu responsabbli għall-ħolqien tal-istatistika Ewropea.

5.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għas-settijiet tad-data msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 meta t-tali aċċess ikollu effett negattiv fuq il-kunfidenzjalità tad-data personali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistemi tagħhom b’tali mod li jiżguraw li benefiċjarji u l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għad-data rilevanti kollha relatata magħhom rigward l-art li jużaw jew li għandhom il-ħsieb jużaw, sabiex ikunilhom possibbli jippreżentaw applikazzjonijiet preċiżi.

Artikolu 68

Sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’

1.   Is-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ għandha tkun sistema ta’ informazzjoni ġeografika li l-Istati Membri jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari abbażi ta’ ortoimmaġni mill-ajru jew mill-ispazju, bi standard uniformi li jiżgura livell ta’ preċiżjoni li jkun tal-inqas ekwivalenti għal dak tal-kartografija bi skala ta’ 1:5 000.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’:

(a)

tidentifika b’mod uniku kull biċċa raba’ u kull unità tal-art li jkun fiha żoni mhux agrikoli li l-Istati Membri jqisu li huma eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna għall-interventi msemmijin fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

ikun fiha valuri aġġornati dwar iż-żoni li l-Istati Membri jqisu li huma eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna għall-interventi msemmijin fl-Artikolu 65(2);

(c)

tippermetti li jiġu lokalizzati korrettament il-bċejjeċ tar-raba’ u ż-żoni mhux agrikoli li għalihom qed jintalab il-pagament;

3.   Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’ f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistema, l-Istati Membri għandhom jadottaw l-azzjonijiet ix-xierqa ta’ rimedju jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandhom jintalbu mill-Kummissjoni jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42.

Sal-15 ta’ Frar ta’ wara s-sena kalendarja kkonċernata, lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtulha rapport ta’ valutazzjoni u, fejn ikun xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 69

Sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali

1.   Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 65(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-formola ta’ applikazzjoni ġeospazjali li l-awtorità kompetenti tipprovdi.

2.   Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-annimali msemmijin fl-Artikolu 65(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jimlew minn qabel l-applikazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu bl-informazzjoni mis-sistemi msemmijin fl-Artikolu 66(1), il-punt (g), u fl-Artikoli 68, 70, 71 u 73 jew minn kull database pubblika rilevanti oħra.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema awtomatika ta’ talbiet u jiddeċiedu liema mill-applikazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkopri.

5.   Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża sistema awtomatika ta’ talbiet, huwa għandu jistabbilixxi sistema li tippermetti lill-amministrazzjoni tagħmel il-pagamenti lill-benefiċjarji abbażi tal-informazzjoni eżistenti fil-bażijiet ta’ data kompjuterizzati uffiċjali. Fejn ikun hemm bidla, dik l-informazzjoni eżistenti għandha tiġi ssupplimentata b’informazzjoni addizzjonali, fejn meħtieġ, biex tiġi koperta dik il-bidla. L-informazzjoni eżistenti u l-informazzjoni addizzjonali disponibbli permezz tas-sistema awtomatika ta’ talbiet għandhom jiġu kkonfermati mill-benefiċjarju.

6.   Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistema, l-Istati Membri għandhom jadottaw l-azzjonijiet ix-xierqa ta’ rimedju jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandhom jintalbu mill-Kummissjoni jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42.

Sal-15 ta’ Frar ta’ wara s-sena kalendarja kkonċernata, lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtulha rapport ta’ valutazzjoni u, fejn ikun xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 70

Sistema ta’ monitoraġġ tal-erja

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, li għandha tkun operattiva mill-1 ta’ Jannar 2023. Jekk il-varar sħiħ tas-sistema minn dik id-data ma jkunx fattibbli minħabba limitazzjonijiet tekniċi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu u jibdew it-tħaddim ta’ tali sistema gradwalment, billi jipprovdu informazzjoni għal għadd limitat ta’ interventi biss. Madankollu, sal-1 ta’ Jannar 2024, sistema ta’ monitoraġġ tal-erja fl-Istati Membri kollha għandha tkun kompletament operattiva.

2.   Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja f’konformità ma il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistema, l-Istati Membri għandhom jadottaw l-azzjonijiet ix-xierqa ta’ rimedju, jew fin-nuqqas ta’ dan, għandhom jintalbu mill-Kummissjoni jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni skont l-Artikolu 42.

Sal-15 ta’ Frar ta’ wara s-sena kalendarja kkonċernata, lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtulha rapport ta’ valutazzjoni u, fejn ikun xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 71

Sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji

Is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità ta’ kull benefiċjarju tal-interventi u tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 65(2) għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet kollha li jibgħat l-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali.

Artikolu 72

Sistema ta’ kontroll u penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ kontroll u penali msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (e). L-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew il-korpi delegati minnhom, kull sena għandhom iwettqu verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna u t-talbiet għall-pagament biex jivverifikaw il-legalità u r-regolarità f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (a). Dawk il-verifiki għandhom jiġu ssupplimentati minn verifiki fuq il-post, li jistgħu jitwettqu mill-bogħod bl-użu tat-teknoloġija.

Artikolu 73

Sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti

Is-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti għandha tippermetti li l-intitolamenti jiġu vverifikati mal-applikazzjonijiet u mas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’.

Artikolu 74

Setgħat delegati tal-Kummissjoni relatati mas-sistema integrata

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sistema integrata prevista f’dan il-Kapitolu tiġi implimentata b’mod effiċjenti, koerenti u nondiskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jissupplimentaw dan ir-Regolament bi:

(a)

regoli dwar il-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70;

(b)

regoli dwar is-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, is-sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji u s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti msemmijin fl-Artikoli 68, 71 u 73.

Artikolu 75

Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 68, 69 u 70

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’, u l-arranġamenti biex dawn li ġejjin jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

(i)

ir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja;

(ii)

l-azzjonijiet ta’ rimedju msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70;

(b)

karatteristiċi bażiċi ta’, u regoli dwar, is-sistema ta’ applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 69 u s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmijin fl-Artikolu70, inkluż il-parametri taż-żieda gradwali tal-għadd ta’ interventi taħt is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

KAPITOLU III

Skrutinju tat-tranżazzjonijiet

Artikolu 76

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet relatati ma’ dan il-Kapitolu

1.   Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali ta’ dawk l-entitajiet li jirċievu jew li jagħmlu pagamenti li jkunu marbutin, b’mod dirett jew indirett, mas-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG, jew tar-rappreżentanti ta’ dawk l-entitajiet (“impriżi”), biex jiġi stabbilit jekk it-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG ikunux fil-fatt twettqu u jkunux saru b’mod korrett jew le.

2.   Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-interventi koperti mis-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu u mit-Titolu III, il-Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’lista ta’ interventi li, minħabba l-mod kif inhuma mfassla u r-rekwiżiti ta’ kontroll tagħhom, mhumiex adatti għal kontrolli ex-post addizzjonali permezz ta’ skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali u, għalhekk, m’għandhomx ikunu soġġetti għal tali skrutinju skont dan il-Kapitolu.

3.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“dokument kummerċjali” tfisser il-kotba kollha, ir-reġistri kollha, il-kupuni kollha u d-dokumenti kollha ta’ sostenn, il-kontijiet kollha, ir-reġistri kollha tal-produzzjoni u tal-kwalità, il-korrispondenza kollha marbuta mal-attività kummerċjali tal-impriża u d-data kummerċjali kollha, tkun f’liema forma tkun, inkluża d-data maħżuna b’mod elettroniku, sakemm dawk id-dokumenti u din id-data jkunu marbutin, b’mod dirett jew indirett, mat-tranżazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

“parti terza” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li jkollha x’taqsam, b’mod dirett jew indirett, mat-tranżazzjonijiet imwettqin fil-kuntest tas-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG.

Artikolu 77

Skrutinju min-naħa tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu skrutinju sistematiku tad-dokumenti kummerċjali tal-impriżi filwaqt li jqisu n-natura tat-tranżazzjonijiet li jrid isirilhom skrutinju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għażla tal-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli tal-effettività tal-miżuri biex jiġu evitati l-irregolaritajiet u biex dawn jiġu jinqabdu. Fil-proċess tal-għażla għandhom jitqiesu, fost l-oħrajn, l-importanza finanzjarja tal-impriżi f’dik is-sistema u fatturi tar-riskju oħrajn.

2.   Fejn ikun xieraq, l-iskrutinju previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi estiż għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi li magħhom ikunu assoċjati l-impriżi u għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 78.

3.   Il-korp jew korpi li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu indipendenti mid-dipartimenti jew mill-fergħat tad-dipartimenti li jkunu responsabbli għall-pagamenti u għall-verifiki li jitwettqu qabel il-pagament.

4.   L-impriżi li kellhom irċevuti jew pagamenti li, b’kollox, kienu jammontaw għal inqas minn EUR 40 000 għandu jsirilhom skrutinju f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għal raġunijiet speċifiċi biss li l-Istati Membri għandhom jindikaw fil-pjan ta’ kontroll annwali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 80(1).

5.   L-iskrutinju li jitwettaq skont dan il-Kapitolu ma għandux jippreġudika l-verifiki li jitwettqu skont l-Artikoli 49 u 50.

Artikolu 78

Kontroverifiki

1.   L-eżattezza tad-data primarja taħt skrutinju għandha tiġi vverifikata b’għadd ta’ kontroverifiki li jkunu adattati għall-grad tar-riskju ppreżentat – inkluż, fejn meħtieġ, id-dokumenti kummerċjali ta’ partijiet terzi, inklużi l-kontroverifiki li ġejjin:

(a)

it-tqabbil mad-dokumenti kummerċjali tal-fornituri, tal-klijenti, tat-trasportaturi u ta’ partijiet terzi oħrajn;

(b)

il-verifiki fiżiċi tal-kwantità tal-istokkijiet u tan-natura tagħhom, fejn dan ikun xieraq;

(c)

it-tqabbil mar-reġistri tal-flussi finanzjarji li jwasslu għat-tranżazzjonijiet imwettqin fil-kuntest tas-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG jew li huma konsegwenza tagħhom;

(d)

verifiki b’rabta maż-żamma tal-kotba jew mar-reġistri tal-movimenti finanzjarji li juru, meta jsir l-iskrutinju, li d-dokumenti li l-aġenzija tal-pagamenti żżomm bħala ġustifikazzjoni għall-pagament tal-għajnuna lill-benefiċjarju huma preċiżi.

2.   Meta l-impriżi jkunu obbligati jżommu reġistri tal-kotba partikolari tal-istokkijiet f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, f’każijiet xierqa, l-iskrutinju ta’ dawk ir-reġistri għandu jinkludi tqabbil mad-dokumenti kummerċjali u, fejn dan ikun xieraq, mal-kwantitajiet attwali fl-istokk.

3.   Meta jintgħażlu t-tranżazzjonijiet li jridu jiġu vverifikati, għandu jitqies għalkollox il-grad tar-riskju ppreżentat.

4.   Il-persuni responsabbli għall-impriża, jew parti terza, għandhom jiżguraw li d-dokumenti kummerċjali kollha u l-informazzjoni addizzjonali kollha jingħataw lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni li huma awtorizzati jwettqu l-iskrutinju f’isimhom. Id-data maħżuna b’mod elettroniku għandha tingħata fuq mezz adattat ta’ appoġġ ta’ data.

5.   L-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew il-persuni awtorizzati li jwettquh f’isimhom jistgħu jesiġu li jingħataw estratti jew kopji tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1.

Artikolu 79

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fuq talba biex iwettqu l-iskrutinju previst f’dan il-Kapitolu fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta impriża jew parti terza tkun stabbilita fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih sar jew wasal il-pagament tal-ammont inkwistjoni jew li fih kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament;

(b)

meta impriża jew parti terza tkun stabbilita fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikunu jinsabu d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrutinju.

Artikolu 80

Ippjanar u rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta’ kontroll biex, matul il-perijodu ta’ skrutinju li jkun imiss, jitwettaq l-iskrutinju skont l-Artikolu 77.

2.   Kull sena, qabel il-15 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

il-pjan ta’ kontroll tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 u l-għadd ta’ impriżi li jkun ser isirilhom skrutinju u kif inhuma mqassmin skont is-settur abbażi tal-ammonti marbutin magħhom;

(b)

rapport dettaljat dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għall-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, inkluż ir-riżultati ta’ kwalunkwe skrutinju li twettaq skont l-Artikolu 79.

3.   Il-pjanijiet ta’ kontroll u l-emendi tagħhom imfassla mill-Istati Membri u mibgħuta lill-Kummissjoni għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri jekk, fi żmien tmien ġimgħat, il-Kummissjoni ma tkunx għarrfet lill-Istati Membri bil-kummenti tagħha.

Artikolu 81

Aċċess għall-informazzjoni u skrutinju min-naħa tal-Kummissjoni

1.   F’konformità mal-liġijiet nazzjonali rilevanti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha li jitħejjew għal skrutinju organizzat skont dan il-Kapitolu jew wara dak l-iskrutinju, u għad-data miżmuma, inkluża dik maħżuna fis-sistemi tal-ipproċessar tad-data. Dik id-data għandha tingħata fuq mezz adattat ta’ appoġġ ta’ data, meta jintalab dan.

2.   L-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 77 għandu jitwettaq mill-uffiċjali tal-Istati Membri. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dak l-iskrutinju iżda ma jistgħux jeżerċitaw is-setgħat ta’ skrutinju mogħtija lill-uffiċjali tal-Istati Membri. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u għall-istess dokumenti li jkollhom aċċess għalihom l-uffiċjali tal-Istati Membri.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96, (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (UE) 2017/1939, meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri kriminali jirriżervaw ċerti atti għall-uffiċjali li jinħatru b’mod speċifiku għal dan il-għan mil-liġi nazzjonali, la l-uffiċjali tal-Kummissjoni u lanqas l-uffiċjali tal-Istat Membru rikjedenti, ma għandhom jieħdu sehem f’dawk l-atti. Fi kwalunkwe każ, huma ma għandhomx jieħdu sehem, b’mod partikolari, fiż-żjajjar fid-djar jew fl-interrogatorji formali tal-persuni li jsiru fil-kuntest tad-dritt penali tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinkiseb b’dan il-mod.

Artikolu 82

Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli li huma meħtieġa biex dan il-Kapitolu jiġi applikat b’mod uniformi u, b’mod partikolari, ir-regoli dwar dan li ġej:

(a)

it-twettiq tal-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 77 f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-impriżi, ir-rata u l-iskeda ta’ żmien għall-iskrutinju;

(b)

it-twettiq tal-assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 79;

(c)

il-kontenut tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu 80(2), il-punt (b), u kull notifika oħra meħtieġa skont dan il-Kapitolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

KAPITOLU IV

Is-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità

Artikolu 83

Sistema ta’ kontroll tal-kondizzjonalità

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jivverifikaw li l-kategoriji ta’ benefiċjarji li ġejjin jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115:

(a)

il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont it-Titolu III, il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti annwali f’konformità mal-Artikoli 70, 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 jew mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

2.   L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 28 tar-Regolament 2021/2115 jistgħu jistabbilixxu sistema ta’ kontroll simplifikata:

(a)

għall-benefiċjarji li jirċievu pagamenti skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew

(b)

għall-bdiewa żgħar kif definiti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115. li ma japplikawx għal tali pagamenti.

Fejn Stat Membru ma japplikax l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115, huwa jista’ jistabbilixxi sistema simplifikata ta’ kontroll għall-bdiewa b’azjenda ta’ daqs massimu li ma jaqbiżx il-ħames ettari ta’ żona agrikola ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 69(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta’ kontroll u l-istrutturi amministrattivi eżistenti tagħhom biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-kondizzjonalità.

Dawk is-sistemi għandhom ikunu kompatibbli mas-sistemi ta’ kontroll imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom janalizzaw is-sistemi ta’ kontroll imsemmijin paragrafi 1 u 2 fid-dawl tar-riżultati miksuba.

5.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“rekwiżit” tfisser kull rekwiżit individwali statutorju ta’ ġestjoni skont id-dritt tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2115 f’att legali speċifiku, li jvarja fis-sustanza tiegħu minn kull rekwiżit ieħor tal-istess att legali;

(b)

“att legali” tfisser kull direttiva u kull Regolament individwali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

“okkorrenza mill-ġdid ta’ nuqqas ta’ konformità” tfisser nuqqas ta’ konformità mal-istess rekwiżit jew standard aktar minn darba f’perijodu konsekuttiv ta’ tliet snin kalendarji, dment li l-benefiċjarju jkun ġie infurmat b’ nuqqas ta’ konformità preċedenti u, fejn rilevanti, ikun kellu ċ-ċans li jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedja dak in-nuqqas ta’ konformità preċedenti.

6.   Sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta’ kontroll tagħhom stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jinkludu verifiki fuq il-post biex jivverifikaw li l-benefiċjarji jħarsu l-obbligi msemmijin fit-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

jistgħu jiddeċiedu, skont ir-rekwiżiti, l-istandards, l-atti legali jew l-oqsma ta’ kondizzjonalità inkwistjoni, li jużaw il-verifiki, inkluż il-verifiki amministrattivi, li jitwettqu skont is-sistemi ta’ kontroll applikabbli għar-rekwiżit, l-istandard, l-att legali jew il-qasam ta’ kondizzjonalità rispettivi, dment li dawk il-verifiki jkunu effettivi tal-inqas daqs il-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a);

(c)

jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jew teknoloġiji oħra rilevanti li jgħinuhom iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq;

(d)

għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post msemmijin fil-punt (a) li għandhom jitwettqu ta’ kull sena abbażi ta’ analiżi tar-riskju li:

(i)

tqis, u tapplika il-fatturi ta’ ponderazzjoni għal, l-istruttura tal-azjenda agrikola, ir-riskju inerenti ta’ nuqqas ta’ konformità u, fejn applikabbli, il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji fis-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/2115,

(ii)

tinkludi komponent aleatorju, u

(iii)

tipprovdi l-kampjun ta’ kontroll biex ikopri mill-inqas 1 % tal-benefiċjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(e)

fir-rigward tal-obbligi ta’ kondizzjonalità b’rabta mad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (35), għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni ta’ livell ta’ kampjunar speċifiku tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tar-rata minima stabbilit fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

(f)

jistgħu jiddeċiedu li, meta jkunu qed jużaw is-sistema ta’ kontroll simplifikata msemmija fil-paragrafu 2, jeskludu mill-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu il-verifika tal-konformità mal-obbligi msemmijin f’dak il-punt, meta jista’ jintwera li l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-benefiċjarji kkonċernati ma setgħux ikollhom konsegwenzi sinifikanti għall-kisba tal-objettivi tal-atti u l-istandards legali kkonċernati.

Artikolu 84

Sistema ta’ penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għall-benefiċjarji msemmijin fl-Artikolu 83(1) ta’ dan ir-Regolament li, fi kwalunkwe ħin matul is-sena kalendarja kkonċernata, ma jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ir-riżultat ta’ att jew ommissjoni li jkunu jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-benefiċjarju kkonċernat; u meta tkun issodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju;

(b)

in-nuqqas ta’ konformità jikkonċerna l-azjenda kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew żoni oħra ġestiti mill-benefiċjarju li jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru.

Madankollu, fil-każ taż-żoni tal-foresti, il-penali amministrattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw meta ma jintalab l-ebda appoġġ għaż-żona kkonċernata skont l-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.   Fis-sistema ta’ penali amministrattivi tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f’każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art agrikola, jew ta’ azjenda agrikola, jew parti minnha, matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati; dawk ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għal nuqqasijiet ta’ konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji;

(b)

jistgħu jiddeċiedu, minkejja l-paragrafu 1, li ma japplikawx penali amministrattivi għal benefiċjarju għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta’ EUR 100 jew inqas; madanakollu, il-benefiċjarju għandu jkun infurmat bis-sejbien ta’ nuqqas ta’ konformità u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta’ rimedju għall-futur;

(c)

għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva jekk:

(i)

in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba każ ta’ forza maġġuri jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali f’konformità ma-Artikolu 3;

(ii)

in-nuqqas ta’ konformità jkun ġej minħabba ordni minn awtorità pubblika

Għall-finijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), “trasferiment” tfisser kull tip ta’ tranżazzjoni li permezz tagħha l-art agrikola jew l-azjenda agrikola, jew parti minnha, ma tibqax għad-dispożizzjoni taċ-ċedent.

3.   L-applikazzjoni ta’ penali amministrattiva ma għandhiex taffettwa l-legalità u r-regolarità tan-nefqa li għaliha tkun tapplika.

Artikolu 85

Applikazzjoni u kalkolu tal-penali amministrattivi

1.   Il-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 84 għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 83(1) li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li l-benefiċjarju jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun ser jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont ta’ nuqqas ta’ konformità. It-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, fejn ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata s-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità, it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja tas-sejba ta’nuqqas ta’ konformità.

Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta’ żmien jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità li jkun instab. Il-penali amministrattivi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Il-penali amministrattivi għandhom ikunu bbażati fuq il-kontrolli mwettqa f’konformità mal-Artikolu 83(6).

2.   Bħala regola ġenerali t-tnaqqis għandu jkun ta’ 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1.

3.   Fejn in-nuqqas ta’ konformità ma jkollu ebda konsegwenza jew konsegwenzi insinifikanti għall-kisba tal-objettiv tal-istandard jew ir-rekwiżit ikkonċernat, m’għandha tiġi applikata ebda penali amministrattiva.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ sensibilizzazzjoni biex jiżguraw li l-benefiċjarji jkunu infurmati dwar in-nuqqas ta’ konformità misjuba u l-azzjonijiet possibbli ta’ rimedju li għandhom jittieħdu. Dak il-mekkaniżmu għandu jinkludi wkoll is-servizzi konsultattivi speċifiċi għall-azjendi agrikoli msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li l-parteċipazzjoni fihom tista’ ssir obbligatorja għall-benefiċjarji kkonċernati.

4.   Fejn Stat Membru juża s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 66(1), il-punt (c), biex isib każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jista’ jiddeċiedi li japplika perċentwal ta’ tnaqqis aktar baxx minn dak previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Fejn i n-nuqqas ta’ konformità jkollu konsegwenzi gravi għall-kisba tal-objettiv tal-istandard jew ir-rekwiżit ikkonċernat jew jikkostitwixxi riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, għandu jiġi applikat perċentwal ta’ tnaqqis ogħla minn dak previst fil-paragrafu 2.

6.   Fejn l-istess nuqqas ta’ konformità jippersisti jew jerġa’ jseħħ darba fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, bħala regola ġenerali, il-perċentwal ta’ tnaqqis għandu jkun ta’ 10 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1. Okkorrenzi oħra tal-istess nuqqas ta’ konformità mingħajr raġuni ġustifikata mill-benefiċjarju għandhom jitqiesu li huma każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali, il-perċentwal ta’ tnaqqis għandu jkun ta’ mill-inqas 15 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1.

7.   Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet ekwi għall-Istati Membri u li l-penali amministrattivi skont dan il-Kapitolu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ dawk il-penali.

Artikolu 86

Ammonti li jirriżultaw mill-penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità

L-Istati Membri jistgħu jżommu 25 % tal-ammonti li jirriżultaw mit-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 85.

KAPITOLU V

Is-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità soċjali

Artikolu 87

Sistema ta’ kontroll tal-kondizzjonalità soċjali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi fuq il-benefiċjarji msemmijin fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li ma jikkonformawx mar-regoli dwar il-kondizzjonalità soċjali elenkati fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mis-sistemi ta’ kontroll u ta’ infurzar applikabbli tagħhom fil-qasam tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 jew fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, iħarsu l-obbligi msemmijin fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-istandards tax-xogħol applikabbli minn naħa l-waħda, u l-aġenziji tal-pagamenti min-naħa l-oħra, fejn ir-rwol tal-aġenziji tal-pagamenti jkun l-eżekuzzjoni tal-pagamenti u l-applikazzjoni tal-penali skont il-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità soċjali.

Artikolu 88

Sistema ta’ penali amministrattivi b’rabta mal-kondizzjonalità soċjali

1.   Skont is-sistema msemmija fl-Artikolu 87(1), l-ewwel subparagrafu, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tiġi nnotifikata tal-inqas darba fis-sena b’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fejn ikunu ttieħdu deċiżjonijiet infurzabbli f’dak ir-rigward mill-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 87(2). Dik in-notifika għandha tinkludi valutazzjoni u gradazzjoni tas-severità, il-firxa, il-permanenza jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernata. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn kwalunkwe sistema nazzjonali applikabbli ta’ gradazzjoni tas-sanzjonijiet tax-xogħol sabiex iwettqu tali valutazzjoni. In-notifika lill-aġenzija tal-pagamenti għandha tirrispetta l-organizzazzjoni, il-kompiti u l-proċeduri interni tal-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 87(2).

L-aġenzija tal-pagamenti għandha tiġi nnotifikata biss meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ir-riżultat ta’ att jew ta’ ommissjoni attribwibbli direttament lill-benefiċjarju kkonċernat; u meta tkun issodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju;

(b)

in-nuqqas ta’ konformità jikkonċerna l-azjenda kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew żoni oħra ġestiti mill-benefiċjarju li jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru.

2.   Fis-sistemi ta’ penali amministrattivi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 87 (1), l-Istati Membri:

(a)

jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx penali amministrattiva għal benefiċjarju għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-penali jkun ta’ EUR 100 jew inqas; madanakollu, l-benefiċjarju għandu jkun infurmat bis-sejbien ta’ nuqqas ta’ konformità u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta’ rimedju għall-futur;

(b)

għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva jekk:

(i)

in-nuqqas ta’ konformità jkun ġej minħabba każ ta’ forza maġġuri;

(ii)

in-nuqqas ta’ konformità jkun ġej minħabba ordni minn awtorità pubblika.

3.   L-applikazzjoni ta’ penali amministrattiva ma għandhiex taffettwa l-legalità u r-regolarità tan-nefqa li għaliha tkun tapplika.

Artikolu 89

Applikazzjoni u kalkolu tal-penali amministrattivi

1.   Il-penali amministrattivi għandhom jiġu applikati permezz tat-tnaqqis jew l-esklużjoni tal-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 83(1) mogħtija jew li jkunu ser jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li l-benefiċjarju jkun bagħat jew li ser jibgħat matul is-sena kalendarja tas-sejba ta’ nuqqas ta’ konformità. It-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, fejn ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata s-sena kalendarja li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ konformità, it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-pagamenti li jkunu ngħataw jew li jkunu ser jingħataw fis-sena kalendarja tas-sejba tan-nuqqas ta’ konformità.

Għall-kalkolu ta’ dak it-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom jitqiesu s-severità, il-firxa, il-permanenza jew l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta’ konformità ddeterminat, f’konformità mal-valutazzjoni tal-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 87(2). Il-penali amministrattivi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 85(2), (5) u (6) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali amministrattivi.

2.   Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri u li l-penali amministrattivi skont dan il-Kapitolu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ dawk il-penali.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

KAPITOLU I

Trażmissjoni ta’ informazzjoni

Artikolu 90

Komunikazzjoni tal-informazzjoni

1.   Minbarra l-obbligi ta’ komunikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti li ġejjin:

(a)

għall-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u għall-korpi ta’ koordinazzjoni maħtura u akkreditati:

(i)

id-dokument tal-akkreditazzjoni tagħhom u, fejn rilevanti, id-dokument tal-ħatra tagħhom,

(ii)

il-funzjoni tagħhom (aġenzija tal-pagamenti akkreditata jew korp ta’ koordinazzjoni maħtur u akkreditat),

(iii)

l-irtirar tal-akkreditazzjoni tagħhom meta dan ikun rilevanti;

(b)

għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni:

(i)

isimhom,

(ii)

l-indirizz tagħhom;

(c)

għall-miżuri marbutin mal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG u FAEŻR:

(i)

id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, li jservu wkoll bħala talbiet għall-pagamenti, iffirmati mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata jew mill-korp ta’ koordinazzjoni maħtur u akkreditat u li jkollhom magħhom l-informazzjoni meħtieġa;

(ii)

b’rabta mal-FAEG, l-istimi tal-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom u aġġornament tal-istimi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li jkunu ser jintbagħtu matul is-sena u l-istimi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara b’rabta mal-FAEŻR;

(iii)

id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u l-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’mod regolari bl-applikazzjoni tas-sistema integrata msemmija fit-Titolu IV, il-Kapitolu II. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji tal-fehmiet dwar dan is-suġġett mal-Istati Membri.

Artikolu 91

Kunfidenzjalità

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun intbagħtet jew li tkun inkisbet waqt il-miżuri ta’ spezzjoni u tal-approvazzjoni tal-kontijiet implimentati skont dan ir-Regolament.

Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal dik l-informazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali marbutin mal-proċedimenti legali, l-informazzjoni li tinġabar waqt skrutinju kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitolu III, għandha tkun protetta bis-segretezza professjonali. Din ma għandha tingħata lill-ebda persuna minbarra dawk li, minħabba dmirijiethom fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ikollhom bżonn ikunu jafu biha għall-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 92

Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

il-forma u l-kontenut, l-intervalli taż-żmien, l-iskadenzi u l-arranġamenti biex dawn li ġejjin jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

(i)

id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u l-istimi tan-nefqa u l-aġġornamenti tagħhom, inkluż id-dħul assenjat,

(ii)

id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u l-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti,

(iii)

ir-rapporti dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet,

(iv)

l-ismijiet u d-dettalji tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati, tal-korpi ta’ koordinazzjoni maħtura u akkreditati u tal-korpi maħtura ta’ ċertifikazzjoni,

(v)

l-arranġamenti biex titqies in-nefqa ffinanzjata mill-FAEG u FAEŻR u biex din titħallas,

(vi)

in-notifiki dwar l-aġġustamenti finanzjarji li l-Istati Membri jagħmlu b’rabta mal-interventi għall-iżvilupp rurali,

(vii)

l-informazzjoni dwar il-miżuri li jittieħdu skont l-Artikolu 59;

(b)

l-arranġamenti li jirregolaw l-iskambji tal-informazzjoni u tad-dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni, inkluż it-tip ta’ data li dawn is-sistemi għandhom jipproċessaw u l-format u l-kontenut tagħha, kif ukoll ir-regoli korrispondenti dwar il-ħżin tad-data;

(c)

in-notifiki li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni, id-dokumenti, l-istatistika u r-rapporti, kif ukoll l-iskadenzi u l-metodi għal tali notifika.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

KAPITOLU II

Użu tal-euro

Artikolu 93

Prinċipji ġenerali

1.   L-ammonti mogħtija fid-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li japprovaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-ammonti tal-impenji u tal-pagamenti min-naħa tal-Kummissjoni u l-ammonti tan-nefqa kkonfermati jew iċċertifikati u l-ammonti fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Istati Membri għandhom jingħataw f’euro u għandhom jitħallsu f’dik il-munita.

2.   Il-prezzijiet u l-ammonti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni agrikola għandhom jingħataw f’euro.

Dawk il-prezzijiet u l-ammonti għandhom jingħataw f’euro u jinġabru f’dik il-munita fl-Istati Membri li jkunu adottaw l-euro u fil-munita nazzjonali fl-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro.

Artikolu 94

Rata tal-kambju u avveniment operattiv

1.   Il-prezzijiet u l-ammonti msemmijin fl-Artikolu 93(2) għandhom jiġu kkonvertiti fl-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita nazzjonali tagħhom, permezz ta’ rata tal-kambju.

2.   L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun dan li ġej:

(a)

fil-każ tal-ammonti li jinġabru jew li jingħataw waqt il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, it-tlestija tal-formalitajiet doganali tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni;

(b)

fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-avveniment li permezz tiegħu jinkiseb l-għan ekonomiku tal-operazzjoni.

3.   Meta jsir pagament dirett previst fir-Regolament (UE) 2021/2115 lil benefiċjarju f’munita li ma tkunx l-euro, l-Istati Membri għandhom jaqilbu l-ammont tal-għajnuna mogħti f’euro fil-munita nazzjonali abbażi tar-rata tal-kambju l-iktar reċenti li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikun stabbilixxa qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, f’każijiet debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaqilbu l-ammont abbażi tar-rata medja tar-rati tal-kambju li l-BĊ E ikun stabbilixxa fix-xahar ta’ qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna. L-Istati Membri li jagħżlu dik l-għażla għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw dik ir-rata medja qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.

4.   Rigward il-FAEG, huma u jħejju d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom, l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom jużaw l-istess rata tal-kambju li jkunu użaw biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji jew biex jirċievu d-dħul, f’konformità ma dan il-Kapitolu.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar l-avvenimenti operattivi u r-rata tal-kambju li għandha tintuża. L-avveniment operattiv speċifiku għandu jiġi stabbilit billi jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-applikabbiltà fir-realtà u malajr kemm jista’ jkun tal-aġġustamenti fir-rata tal-kambju;

(b)

kemm ikunu simili l-avvenimenti operattivi għal operazzjonijiet simili li jitwettqu fil-kuntest tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c)

il-koerenza tal-avvenimenti operattivi għad-diversi prezzijiet u għad-diversi ammonti marbutin mal-organizzazzjoni tas-suq;

(d)

kemm ikunu prattiċi u effettivi l-verifiki fuq l-applikazzjoni ta’ rati tal-kambju adattati.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar ir-rata tal-kambju applikabbli meta jitħejjew id-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq u meta jiġu rreġistrati operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.

Artikolu 95

Miżuri ta’ salvagwardja u derogi

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissalvagwardjaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jekk prattiki monetarji eċċezzjonali li jikkonċernaw il-munita nazzjonali x’aktarx ikunu ser jheddu din l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mir-regoli eżistenti biss għall-perijodu ta’ żmien li jkun strettament meħtieġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfin minnufih bil-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu.

2.   Meta prattiki monetarji eċċezzjonali marbutin ma’ munita nazzjonali x’aktarx ikunu ser jheddu l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’derogi minn dan il-Kapitolu fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta Stat Membru juża tekniki mhux normali tal-kambju bħal diversi rati tal-kambju jew juża ftehimiet ta’ tpartit;

(b)

meta Stati Membri jkollhom muniti li ma jkunux ikkwotati fis-swieq uffiċjali tal-muniti barranin jew meta x-xejra fit-tali muniti x’aktarx tkun ser toħloq distorsjoni fil-kummerċ.

Artikolu 96

Użu tal-euro minn Stati Membri li ma adottawx l-euro

1.   Jekk Stat Membru li ma jkunx adotta l-euro jiddeċiedi li jħallas in-nefqa li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola f’euro minflok il-munita nazzjonali tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-użu tal-euro ma joħloqx vantaġġ sistematiku meta mqabbel mal-użu tal-munita nazzjonali.

2.   L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri ppjanati msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ. Dawk il-miżuri ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun għarrfet lil dak l-Istat Membru bil-qbil tagħha dwar dan.

KAPITOLU III

Rappurtar

Artikolu 97

Rapport finanzjarju annwali

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena wara s-sena baġitarja, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finanzjarju dwar l-amministrazzjoni tal-FAEG u l-FAEŻR matul is-sena baġitarja preċedenti.

KAPITOLU IV

Trasparenza

Artikolu 98

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-benefiċjarji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ex-post annwali tal-benefiċjarji tal- FAEG u FAEŻR għall-finijiet tal-Artikolu 49(3)- u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u f’konformità mal- paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, inkluż, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar il-gruppi li fihom jipparteċipaw il-benefiċjarji, f’konformità mal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament, kif mogħtija lilhom minn dawk il-benefiċjarji f’konformità mal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Artikolu 49(3), il-punti (a), (b), (d), sa (j), u (l) u l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw fir-rigward tal-benefiċjarji tal-FAEŻR u tal-FAEG, fejn rilevanti. L-applikazzjoni tal-Artikolu 49(3), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament għandha tkun limitata għall-fini tal-operazzjoni. L-Artikolu 49(3), il-punt (k), ta’ dak ir-Regolament għandu japplika għall-FAEŻR.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin::

(a)

“operazzjoni” tfisser miżura, settur jew tip ta’ intervent;

(b)

“kost totali tal-operazzjoni” tfisser l-ammonti ta’ pagament li jikkorrispondu għal kull miżura, settur jew tip ta’ interventi ffinanzjati mill-FAEG jew mill-FAEŻR li kull benefiċjarju jirċievi fis-sena finanzjarja kkonċernata; fir-rigward tal-pagamenti li jikkorrispondu għat-tipi ta’ interventi ffinanzjati mill-FAEŻR, l-ammonti li għandhom jiġu ppubblikati jikkorrispondu għall-finanzjament pubbliku totali, inkluż kemm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif ukoll dik nazzjonali;

(c)

“indikatur tal-post jew ġeolokalizzazzjoni għall-operazzjoni” tfisser il-muniċipalità fejn ikun residenti jew irreġistrat il-benefiċjarju u, meta dan ikun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti minnu li tidentifika l-muniċipalità.

4.   Kull Stat Membru għandu jagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(3)- u(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 disponibbli fuq sit web uniku. Tali informazzjoni għandha tibqa’ disponibbli għal sentejn mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni tagħha.

L-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(3), il-punt (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060 jekk l-ammont tal-għajnuna li benefiċjarju jirċievi f’sena jkun ta’ EUR 1 250 jew inqas.

Artikolu 99

Għoti ta’ informazzjoni lill-benefiċjarji dwar il-pubblikazzjoni ta’ data li tikkonċernahom

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-benefiċjarji li d-data dwarhom ser tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 98 u li tali data tista’ tiġi pproċessata mill-korpi tal-awditjar u tal-investigazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679, f’dak li għandu x’jaqsam mad-data personali, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-benefiċjarji bid-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament u bil-proċeduri applikabbli biex jeżerċitaw dawk id-drittijiet.

Artikolu 100

Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mat-trasparenza

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar:

(a)

il-forma tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikoli 98 u 99, inkluż il-mod kif din tiġi ppreżentata skont il-miżura, is-settur, jew it-tip ta’ intervent, u l-iskeda taż-żmien tat-tali pubblikazzjoni;

(b)

l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 99;

(c)

il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).

KAPITOLU V

Protezzjoni tad-data personali

Artikolu 101

Ipproċessar u protezzjoni tad-data personali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 98, 99 u 100, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru d-data personali sabiex iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom ta’ ġestjoni, ta’ kontroll, ta’ awditjar, ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni skont dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, dawk stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu II, fit-Titolu III, il-Kapitoli III u IV, fit-Titolu IV u t-Titolu V, il-Kapitolu III, u għall-finijiet tal-istatistika, u ma għandhomx jipproċessaw dik id-data b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk l-għanijiet.

2.   Meta d-data personali tiġi pproċessata għall-finijiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll għall-finijiet tal-istatistika, din għandha ssir anonima.

3.   Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. B’mod partikolari, it-tali data ma għandhiex tinħażen f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal iktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret dik id-data jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata ulterjorment, filwaqt li jitqiesu l-perijodi minimi taż-żamma stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lis-suġġetti tad-data li l-korpi nazzjonali u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jipproċessaw id-data personali tagħhom f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li, f’dan ir-rigward, huma jgawdu mid-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data previsti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.

TITOLU VI

ATTI DELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 102

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64 (3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95 (2) u l-Artikolu 105 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mis-7 ta’ Diċembru 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2) u, l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(4), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 103

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli”. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għall-finijiet tal-Artikoli 11, 12, 17, 18, 23, 26, 32, 39 sa 44, 47, 51 sa 55,, 58, 59, 60, 64, 75, 82, 92, 95 u 100, f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet marbutin mal-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, interventi f’ċerti setturi, interventi għall-iżvilupp rurali u l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, mill-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/2115 u mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 104

Revoka

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa mħassar.

Madankollu:

(a)

L-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw:

(i)

fir-rigward tan-nefqa li tkun iġġarrbet u l-pagamenti li jkunu saru għall-skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tas-sena kalendarja 2022 u qabel;

(ii)

għall-miżuri implimentati skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013, u (UE) Nru 1144/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(iii)

għall-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) fir-rigward tan-nefqa li tkun iġġarrbet u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2022 u sa tmiem dawk l-iskemi ta’ għajnuna; u

(iv)

fir-rigward tal-FAEŻR b’rabta man-nefqa li tkun iġġarrbet mill-benefiċjarji u mal-pagamenti li jkunu saru mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(b)

l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jibqa’ japplika għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għal skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’programmi għall-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u għal miżuri oħrajn tal-PAK stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu I, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li jkunu ġew implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023;

(c)

l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqa’ japplika għad-dħul iddikjarat fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 (37);

(d)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jkompli japplika fir-rigward tan-nefqa relatata mal-impenji legali msemmija fl-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Minkejja dan, l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għan-nefqa nnotifikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 li għal dan il-għan għandu jitqies li huwa tip ta’ intervent.

2.   Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament, għar-Regolament (UE) 2021/2115 u għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 105

Miżuri tranżitorji

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 102 li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-arranġamenti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif imsemmi fl-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament, għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’derogi mir-regoli previsti f’dan ir-Regolament u b’żidiet magħhom.

Artikolu 106

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu, l-Artikolu 16 għandu japplika għan-nefqa li ssir mis-16 ta’ Ottubru 2022 ’il quddiem fil-każ tal-FAEG.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  ĠU C 41, 1.2.2019, p.1.

(2)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 214.

(3)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 173.

(4)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-politika agrikola komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r- Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(9)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(15)  Ara b’mod partikolari: is-sentenza tas-6 ta’ Diċembru 1989 fil-Kawża C-329/88, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Ellenika ECLI:EU:C:1989:618; is-sentenza tal-Qorti tal-1 ta’ Ġunju 1994 fil-Kawża C-317/92, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, ECLI:EU:C:1994:212; is-sentenza tal-Qorti (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża C-562/07, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v ir-Renju ta’ Spanja ECLI:EU:C:2009:614; is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Kamra) tal-14 ta’ Settembru 1995 fil-Kawża T-571/93, Lefebvre frères et sœurs, GIE Fructifruit, Association des Mûrisseurs Indépendants and Star fruits Cie v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ECLI:EU:T:1995:163; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża C-531/06, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v Ir-Repubblika Taljana, ECLI:EU:C:2009:315.

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(18)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Jannar 2021, De Ruiter vof v Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit, C-361/19ECLI:EU:C:2021:71.

(19)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)

(21)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(22)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(25)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(27)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(30)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(31)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”), (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(32)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(33)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(35)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

(36)  Regolament (UE)2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(37)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36).


ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Dan ir-Regolament

Regolament (UE) 2021/2115

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikoli 2 u 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7(1), (2) u (3)

Artikolu 9

Artikolu 7(4) u (5)

Artikolu 10

Artikolu 7(6)

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10

Artikolu 37, il-punt (a)

Artikolu 11

Artikolu 44(1)

Artikolu 12

Artikolu 15(1), (2) u (4)

Artikolu 13(1)

Artikolu 15(3)

Artikolu 13(2) u (3)

Artikolu14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 14

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 23

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25

Artikolu 23

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 15

Artikolu 25

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 17

Artikolu 27

Artikolu 18

Artikolu 28

Artikolu 19

Artikolu 29

-

Artikolu 30

Artikolu 36

Artikolu 31

Artikolu 27

Artikolu 32

Artikolu 28

Artikolu 33

Artikolu 29

Artikolu 34

Artikolu 30

Artikolu 35

Artikolu 31

Artikolu 36

Artikolu 32

Artikolu 37

Artikolu 33

Artikolu 38

Artikolu 34

Artikolu 39

Artikolu 35

Artikolu 40

Artikolu 38

Artikolu 41

Artikolu 39

Artikolu 42

-

Artikolu 43

Artikolu 45

Artikolu 44

Artikolu 43(1)

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 46

Artikolu 43(2) u Artikolu 47

Artikolu 47

Artikolu 49

Artikolu 48

Artikolu 50

Artikolu 49

Artikolu 51(1) u (2)

Artikolu 50

Artikolu 51 (3) u Artikolu 52

Artikolu 51

Artikolu 53

Artikolu 52

Artikolu 55

Artikolu 53

-

Artikolu 54

-

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 57

Artikolu 58

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikolu 59

-

Artikolu 60

Artikolu 62

Artikolu 61

Artikolu 63

Artikolu 62

Artikolu 60

Artikolu 63(1), l-ewwel subparagrafu, u (2) sa(5)

-

Artikolu 63(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 61

Artikolu 64

-

Artikolu 65

-

Artikolu 66

Artikolu 64

Artikolu 67

Artikolu 65

Artikolu 68

Artikolu 66

Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu,

Artikolu 67(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 69(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 69(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 67(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 69(2)

Artikolu 67(2)

Artikolu 70

Artikolu 68

Artikolu 71

Artikolu 73

Artikolu 72

Artikolu 69

Artikolu 73

Artikolu 71

Artikolu 74(1)

Artikolu 72

Artikolu 74(2), (3) u 4

Artikolu 75

Artikolu 44(2), (3) u (5)

Artikolu 76

Artikolu 74

Artikolu 77

-

Artikolu 78

Artikolu 75

Artikolu 79

Artikolu 76

Artikolu 80

Artikolu 77(1), (2) u (5)

Artikolu 81

Artikolu 78(1), (2) u (3)

Artikolu 82(1) u (2)

Artikolu 78(4) u (5)

Artikolu 82(3) u (4)

Artikolu 83(1)

Artikolu 79

Artikolu 83(2) u(3)

Artikolu 84(1), (2), (3) u (4)

Artikolu 80

Artikolu 84 (5)

Artikolu 84(6)

Artikolu 77(4)

Artikolu 85(1), (3) u (4)

Artikolu 85(2)

Artikolu 77(3)

Artikolu 86(1)

Artikolu 80(2), il-punt (b)

Artikolu 86(2)

Artikolu 87

Artikolu 81

Artikolu 88

Artikolu 82

Artikolu 89

Artikolu 90a

Artikolu 90

Artikolu 116a

Artikolu 91

Artikolu 12

Artikolu 92

Artikolu12

Artikolu 93

Artikolu 12

Artikolu 94

Artikolu 14

Artikolu 95

Artikolu 96

Artikolu 83

Artikolu 97

Artikolu 84

Artikolu 98

-

Artikolu 99

Artikolu 85

Artikolu 100

Artikolu 86

Artikolu 101(1)

-

Artikolu 101(2)

Artikolu 85(7)

Artikolu 102

Artikolu 90

Artikolu 103

Artikolu 91

Artikolu 104

Artikolu 92

Artikolu 105

Artikolu 93

Artikolu 106

Artikolu 94

Artikolu 107

Artikolu 95

Artikolu 108

Artikolu 96

Artikolu 109

Artikolu 97

Artikolu 110

Artikolu 128

Artikolu 111

Artikolu 98(1) (2) u(3)

Artikolu 112

Artikolu 98(4)

Artikolu 113

Artikolu 99

Artikolu 114

Artikolu 100

Artikolu 115

Artikolu 102

Artikolu 116

Artikolu 103

Artikolu 117

Artikolu 101

Artikolu 118

-

Artikolu 119

Artikolu 104

Artikolu 119a

Artikolu 120

Artikolu 105

Artikolu 121

Artikolu 106

Anness I

Anness II

Anness III

Anness III

Anness


6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 435/262


REGOLAMENT (UE) 2021/2117 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 118, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (3),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2017 intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” stabbiliet l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-politika agrikola komuni (PAK) futura wara l-2020. Dawk l-objettivi jinkludu, li l-PAK tkun iktar immexxija mir-riżultati, tingħata spinta lill-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, u tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Peress li l-PAK jenħtieġ li ttejjeb ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet hekk kif jimmanifestaw ruħhom fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-azjendi agrikoli, huwa meħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u jitjieb il-ksib tagħha tal-objettivi tal-Unjoni u li jitnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv. Il-PAK jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prestazzjoni. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħalma huma l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi tagħha, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jġorru responsabbiltà akbar dwar kif huma jilħqu l-għanijiet u jiksbu l-miri. Is-sussidjarjetà msaħħa tagħmilha possibbli li jitqiesu aħjar il-kondizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali u n-natura partikolari tal-attività agrikola, li tirriżulta mill-istruttura soċjali tal-agrikoltura u mid-disparitajiet strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni agrikoli, filwaqt li jitfassal l-appoġġ biex il-kontribut lejn il-kisba tal-objettivi tal-Unjoni jiġi massimizzat.

(3)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-”Regolament Finanzjarju”) u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-PAK, l-interventi kollha tal-PAK futura jenħtieġ li jkunu parti minn pjan strateġiku li jkun jinkludi tipi ta’ intervent f’ċerti setturi li ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(5)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi ċerti definizzjonijiet dwar setturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li d-definizzjonijiet rigward is-settur taz-zokkor stipulati fil-Parti II tat-Taqsima B ta’ dak l-Anness jitħassru għaliex ma għadhomx applikabbli. Sabiex taġġorna d-definizzjonijiet li jikkonċernaw setturi oħra msemmija f’dak l-Anness fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid jew żviluppi tas-suq ġodda, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi ta’ dawk id-definizzjonijiet, iżda mhux is-setgħa li żżid definizzjonijiet ġodda. Konsegwentement, l-għoti tas-setgħa individwali ddelegata lill-Kummissjoni fil-Parti II, Taqsima A, punt 4 ta’ dak l-Anness għall-emendar tad-definizzjoni tal-ġulepp tal-inulina jenħtieġ jitħassar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(6)

Jenħtieġ li l-Parti I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tiġi ssimplifikata. Id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet li ma fadlilhomx skop u dawk skaduti li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jitħassru.

(7)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jenħtieġ li jiġu estiżi ċerti perijodi ta’ intervent pubbliku. Fejn il-ftuħ tal- intervent pubbliku huwa awtomatiku, il-perijodu tal-intervent pubbliku jenħtieġ li jiġi estiż b’xahar. Fejn il-ftuħ tal-intervent pubbliku jiddependi fuq l-iżviluppi tas-suq, il-perijodu ta’ intervent pubbliku jenħtieġ li jkun matul is-sena kollha.

(8)

Għall-finijiet ta’ aktar trasparenza, u fil-kuntest tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi prevista l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar il-volum u l-prezz dwar ix-xiri sfurzat u l-bejgħ ta’ prodotti li jinxtraw taħt intervent pubbliku.

(9)

L-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa wera li huwa għodda effettiva għall-istabbilizzazzjoni tas-suq. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba u sabiex jiġi żgurat standard tal-għajxien ġust u jiġi stabbilizzat is-suq taż-żejt taż-żebbuġa u s-settur taż-żebbuġ tal-ikel, huwa xieraq li tiġi estiża l-lista ta’ prodotti li huma eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin privat biex tkopri wkoll iż-żebbuġ tal-ikel.

(10)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni, il-limiti dwar l-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista tal-frott u l-ħaxix u tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fl-istabbilimenti edukattivi, stipulati fl-Artikolu 23a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li jiġu aġġornati. Huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, li jiġi previst li l-limiti mnaqqsa japplikaw b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021.

(11)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi tal-għajnuna stipulati fil-Parti II, Titolu I, Kapitolu II, Taqsimiet 2 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jitħassru, minħabba li t-tipi kollha ta’ intervent fis-setturi kkonċernati huma stipulati fir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(12)

Il-politika tal-Unjoni dwar l-inbid, bl-iskema tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti tagħha li ppermettiet għal tkabbir ordnat ta’ tħawwil tad-dwieli mill-2016, ikkontribwiet biex tiżdied il-kompetittività tas-settur tal-inbid tal-Unjoni u biex titħeġġeġ produzzjoni ta’ kwalità għolja. Filwaqt li s-settur tal-inbid kiseb bilanċ bejn il-provvista tal-produzzjoni, il-kwalità, id-domanda tal-konsumatur u l-esportazzjonijiet fis-suq globali, dak il-bilanċ għadu m’ilux fit-tul jew għadu mhux stabbli biżżejjed, b’mod partikolari meta s-settur tal-inbid jaffaċċja disturbi serji fis-suq. Barra minn hekk, hemm tendenza lejn tnaqqis kontinwu fil-konsum tal-inbid fl-Unjoni minħabba bidliet fid-drawwiet tal-konsumatur u fl-istil tal-ħajja. B’konsegwenza ta’ dan, fuq tul ta’ żmien il-liberalizzazzjoni tat-tħawwil ta’ dwieli ġodda tirriskja li thedded il-bilanċ miksub s’issa bejn il-kapaċità tal-provvista tas-settur, standard ġust tal-għajxien għall-produtturi u prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi. Dan jirriskja jipperikola l-iżviluppi pożittivi miksuba permezz tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni ta’ dawn l-aħħar deċennji.

(13)

L-iskema eżistenti ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli hija wkoll meqjusa essenzjali biex tiġi żgurata d-diversità tal-inbejjed u twieġeb għall-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid tal-Unjoni. Is-settur tal-inbid tal-Unjoni għandu karatteristiċi speċifiċi, inkluż iċ-ċiklu twil ta’ vinji, minħabba l-fatt li l-produzzjoni sseħħ biss diversi snin wara t-tħawwil iżda mbagħad tkompli għal diversi deċennji, u minħabba l-potenzjal għal varjazzjonijiet konsiderevoli fil-produzzjoni minn ħsad għall-ieħor. Għall-kuntrarju ta’ ħafna pajjiżi terzi li jipproduċu l-inbid, is-settur tal-inbid tal-Unjoni huwa kkaratterizzat ukoll minn għadd kbir ħafna ta’ azjendi agrikoli żgħar immexxija mill-familji, li jirriżultaw f’firxa varjata ta’ nbejjed. Għalhekk, sabiex tiġi ggarantita l-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti tagħhom u biex tittejjeb il-kompetittività tas-settur tal-inbid tal-Unjoni fis-suq globali, l-operaturi fis-settur u l-produtturi jenħtieġu prevedibbiltà fit-tul, minħabba l-investiment sinifikanti li jenħtieġ għat-tħawwil ta’ vinja.

(14)

Sabiex jiġu żgurati l-kisbiet tas-settur tal-inbid tal-Unjoni s’issa u biex jinkiseb bilanċ kwantitattiv u kwalitattiv li jdum fit-tul fis-settur permezz tat-tkabbir ordnat kontinwu tat-tħawwil ta’ dwieli lil hinn mill-2030, jenħtieġ li l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli tiġi estiża sal-2045, jiġifieri għal perijodu ekwivalenti għall-perijodu inizjali fis-seħħ mill-2016, iżda b’żewġ reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu li għandhom jitwettqu fl-2028 u l-2040, sabiex tiġi evalwata l-iskema u, jekk ikun meħtieġ, jiġu ppreżentati proposti bbażati fuq ir-riżultati ta’ dawk ir-reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu biex tittejjeb il-kompetittività tas-settur tal-inbid.

(15)

Jekk il-produtturi jitħallew jittardjaw it-tħawwil mill-ġdid tal-vinji, dan jista’ jkollu impatt ambjentali pożittiv billi jtejjeb il-kondizzjonijiet sanitarji tal-ħamrija b’inqas inputs kimiċi. Għaldaqstant, sabiex jingħata kontribut għal ġestjoni aħjar tal-ħamrija fil-vitikultura, huwa xieraq li tkun permessa l-estensjoni tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid minn tliet snin għal sitt snin fejn it-tħawwil mill-ġdid iseħħ fuq l-istess roqgħa art.

(16)

Minħabba l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fis-settur tal-inbid tal-Unjoni, ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) ippreveda għall-estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2021 tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil għal tħawwil ġdid jew għal tħawwil mill-ġdid li kienu jiskadu fl-2020. Minħabba l-effetti mtawla tal-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, il-produtturi li għandhom awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil għal tħawwil ġdid jew għal tħawwil mill-ġdid li kienu jiskadu fl-2020 jew 2021 fil-biċċa l-kbira għadhom mhux qed jitħallew jagħmlu użu minn dawk l-awtorizzazzjonijiet fl-aħħar sena tal-validità tagħhom. Sabiex jiġi evitat it-telf ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet u sabiex jitnaqqas ir-riskju tad-deterjorament tal-kondizzjonijiet li fihom ikun meħtieġ li jsir it-tħawwil, huwa xieraq li tkun possibbli estensjoni ulterjuri tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil għal tħawwil ġdid jew għal tħawwil mill-ġdid li jiskadu fl-2020 u estensjoni għal dawk li jiskadu fl-2021. Jenħtieġ għalhekk li l-awtorizzazzjonijiet kollha għat-tħawwil għal tħawwil ġdid jew għal tħawwil mill-ġdid li kienu jiskadu fl-2020 jew fl-2021 jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(17)

Barra minn hekk, meta jitqiesu l-bidliet fil-perspettivi tas-suq, jenħtieġ li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil li jiskadu fl-2020 u fl-2021 ikunu jistgħu ma jużawx l-awtorizzazzjonijiet tagħhom, mingħajr ma jkunu soġġetti għal penali amministrattivi. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni, il-produtturi li, f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/2220, iddikjaraw lill-awtorità kompetenti sat-28 ta’ Frar 2021 li ma kellhomx l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tagħhom mingħajr ma kienu jafu dwar il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet tagħhom għat-tieni sena, jenħtieġ li jitħallew jirtiraw id-dikjarazzjonijiet tagħhom permezz ta’ komunikazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti sat-28 ta’ Frar 2022 u jużaw l-awtorizzazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(18)

Minħabba d-disturb fis-suq ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-inċertezza ekonomika li kkawżat fir-rigward tal-użu ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil għal tħawwil ġdid jew għal tħawwil mill-ġdid li jiskadu fis-snin 2020 u 2021,, jenħtieġ li japplikaw b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021.

(19)

Fid-dawl tat-tnaqqis f’diversi Stati Membri fiż-żona effettivament imħawwla bid-dwieli fis-snin 2014-2017, u bil-ħsieb tat-telf potenzjali fil-produzzjoni sussegwenti, meta jkunu qed jistabbilixxu ż-żona għal awtorizzazzjonijiet ġodda għat-tħawwil imsemmijin fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu bejn il-bażi eżistenti u perċentwal taż-żona totali effettivament imħawwla bid-dwieli fit-territorju tagħhom fil-31 ta’ Lulju 2015 b’żieda ta’ żona li tikkorrispondi mad-drittijiet għat-tħawwil skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (10) li kienu disponibbli għall-konverżjoni f’awtorizzazzjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat fl-1 ta’ Jannar 2016.

(20)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri li jillimitaw il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew għal żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jirrikjedu li tali awtorizzazzjonijiet jintużaw f’dawk ir-reġjuni.

(21)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri, għall-fini tal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli, jistgħu japplikaw kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ prijorità oġġettivi u nondiskriminatorji fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-Istati Membri turi l-ħtieġa li jiġu riveduti wħud mill-kriterji ta’ prijorità biex tkun tista’ tingħata preferenza lill-vinji li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli u azjendi li ż-żieda fil-kosteffiċjenza, kompetittività jew preżenza fis-swieq tagħhom kienet ġiet ippruvata.

(22)

Sabiex jiġi żgurat li ma jingħata l-ebda vantaġġ lil persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tagħha jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kisba ta’ tali vantaġġi nħolqu artifiċjalment, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jadottaw miżuri biex jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli dwar il-mekkaniżmu ta’ salvagwardja għat-tħawwil ġdid u l-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ prijorità għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ġdid.

(23)

L-aħħar skadenza għall-preżentazzjoni tat-talbiet għal konverżjoni tad-drittijiet ta’ tħawwil f’awtorizzazzjonijiet tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022. F’xi każijiet, ċirkostanzi bħall-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 seta’ kellhom l-effett li jillimitaw il-konverżjoni tad-drittijiet ta’ tħawwil f’awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil. Għal dik ir-raġuni, u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreservaw il-kapaċità tal-produzzjoni li tikkorrispondi għal tali drittijiet ta’ tħawwil, huwa xieraq li, mill-1 ta’ Jannar 2023, id-drittijiet ta’ tħawwil li kienu eliġibbli għal konverżjoni f’awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil fil-31 ta’ Diċembru 2022 iżda li għadhom ma kinux ikkonvertiti f’awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati, li jistgħu jagħtuhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025 bħala awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli ġodda, mingħajr ma jingħaddu dawk l-awtorizzazzjonijiet għall-finijiet tal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(24)

F’xi Stati Membri, hemm vinji tradizzjonali mħawla b’varjetajiet li ma humiex permessi għal finijiet ta’ produzzjoni tal-inbid, li l-produzzjoni tagħhom, inkluż il-produzzjoni għall-finijiet ta’ produzzjoni ta’ xorb tal-għeneb iffermentat għajr l-inbid, mhijiex maħsuba għas-suq tal-inbid. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li tali vinji mhumiex soġġetti għall-obbligi tal-qlugħ u li l-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli stabbilita f’dan ir-Regolament ma tapplikax għat-tħawwil u t-tħawwil mill-ġdid ta’ tali varjetajiet għal finijiet oħra għajr il-produzzjoni tal-inbid.

(25)

L-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-ftehimiet internazzjonali konklużi f’konformità mat-TFUE, ir-regoli tal-Unjoni dwar id-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, it-tikkettar, id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għal ċerti prodotti fis-settur tal-inbid, kif ukoll il-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni, għandhom japplikaw għall-prodotti importati fl-Unjoni. Għalhekk, fl-interess tal-konsistenza, huwa xieraq li jiġi previst li r-regoli dwar iċ-ċertifikati ta’ konformità u r-rapporti ta’ analiżi għall-importazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu applikati wkoll fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi f’konformità mat-TFUE.

(26)

Fil-qafas tar-riforma tal-PAK, id-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar mis-suq ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-regoli dwar it-tikkettar jenħtieġ li jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fid-dawl tad-domanda tal-konsumatur li qed tiżdied għal kontrolli fuq il-prodotti, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li prodotti li m’għandhomx tikketta konformi ma’ dan ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq jew, jekk tali prodotti diġà jkunu tqiegħdu fis-suq, li huma jiġu rtirati mis-suq. L-irtirar jinkludi l-possibbiltà li jiġi kkoreġut it-tikkettar tal-prodotti mingħajr ma jitneħħew definittivament mis-suq.

(27)

Minħabba t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) bir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli u l-penali marbuta mar-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni, mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali jenħtieġ li jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(28)

Sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jużaw varjetajiet tad-dwieli li huma iktar adattati għall-kondizzjonijiet klimatiċi li dejjem jinbidlu u li għandhom reżistenza ikbar għall-mard, jenħtieġ ikun hemm dispożizzjonijiet li jippermettu l-użu tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti magħmula miż-żewġ varjetajiet ta’ dwieli li jappartjenu għall-ispeċi Vitis vinifera u mill-varjetajiet ta’ dwieli li ġejjin minn inkroċjar bejn Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis.

(29)

Id-definizzjonijiet ta’ ‘denominazzjoni ta’ oriġini’ u ‘indikazzjoni ġeografika’ fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jiġu allinjati mad-definizzjonijiet fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (“il-Ftehim TRIPS”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (13), b’mod partikolari mal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim TRIPS, jiġifieri li l-indikazzjonijiet ġeografiċi jidentifikaw prodott bħala prodott li joriġina f’post, reġjun jew f’pajjiż speċifiku. Fl-interess taċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi stipulat b’mod espliċitu li d-definizzjoni riveduta ta’ denominazzjoni ta’ oriġini tinkludi ismijiet użati tradizzjonalment. B’riżultat ta’ dan, il-lista tar-rekwiżiti għal isem użat tradizzjonalment biex jikkostitwixxi denominazzjoni ta’ oriġini fis-settur tal-inbid stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhux ser tibqa’ valida u jenħtieġ li titħassar. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, tali kjarifika jenħtieġ li tiġi introdotta wkoll fid-definizzjoni tal-“indikazzjoni ġeografika” għas-settur tal-inbid stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fid-definizzjonijiet tad-“denominazzjoni ta’ oriġini” u tal-“indikazzjonijiet ġeografiċi” għas-settur tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(30)

L-ambjent ġeografiku, bil-fatturi naturali u umani tiegħu, huwa element kruċjali li jaffettwa l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott tad-dwieli, il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li jibbenefikaw minn denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew minn indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1151/2012. B’mod partikolari, fejn huma kkonċernati prodotti friski li jgħaddu minn ftit ipproċessar jew li ma jgħaddu minn ebda pproċessar, jistgħu jkunu prevalenti fatturi naturali fid-determinazzjoni tal-kwalità u tal-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat, filwaqt li l-kontribut tal-fatturi umani għall-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott jista’ jkun inqas speċifiku. Għalhekk, il-fatturi umani li jenħtieġ li jitqiesu fid-deskrizzjoni tar-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi ta’ prodott u ambjent ġeografiku partikolari li għandha tiġi inkluża fl-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti skont l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ li ma tkunx limitata għal metodi speċifiċi ta’ produzzjoni jew ipproċessar li jagħtu kwalità speċifika lill-prodott ikkonċernat, iżda tista’ tinkludi fatturi bħall-ġestjoni tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, il-prattiki ta’ kultivazzjoni, u kwalunkwe attività umana oħra li tikkontribwixxi għaż-żamma tal-fatturi naturali essenzjali li jiddeterminaw b’mod predominanti l-ambjent ġeografiku u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat.

(31)

Biex tiżgura l-koerenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-oġġezzjoni ppreżentati skont il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi mgħarrfa fi żmien xieraq u b’mod regolari meta jitnedew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jew korpi oħra li jikkonċernaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni mibgħuta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Għall-istess raġuni, fejn Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni deċiżjoni nazzjonali li fuqha hija bbażata l-applikazzjoni għall-protezzjoni li x’aktarx tiġi invalidata fi tmiem proċedura ġudizzjarju nazzjonali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun eżentata mill-obbligu li twettaq il-proċedura ta’ skrutinju stipulata fl-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni sal-iskadenza preskritta, u mill-obbligu li l-applikant jiġi infurmat bir-raġunijiet għad-dewmien. Sabiex l-applikant jiġi protett minn azzjonijiet legali vessatorji u biex jiġi ppreservat id-dritt fundamentali tal-applikant li jiżgura l-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika fi żmien raġonevoli, l-eżenzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal każijiet li fihom l-applikazzjoni għall-protezzjoni tkun ġiet invalidata fil-livell nazzjonali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali jew li fihom l-Istati Membri jqisu li l-azzjoni biex tiġi kkontestata l-validità tal-applikazzjoni hija ibbażata fuq raġunijiet validi.

(32)

Ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li tiġi ssimplifikata u titħaffef bis-separazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali mill-valutazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti mar-rekwiżiti stipulati fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-regoli tat-tikkettar.

(33)

Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura ta’ reġistrazzjoni. L-Istati Membri għandhom l-għarfien, l-għarfien espert u l-aċċess għal data li jpoġġuhom fl-aħjar pożizzjoni biex jivverifikaw jekk l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hijiex korretta u vera. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni, li għandu jiġi rreġistrat f’dokument uniku li jiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ikun affidabbli u preċiż. B’kont meħud tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, il-Kummissjoni jenħtieġ li sussegwentement teżamina l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball manifest, sabiex tiżgura, b’mod partikolari, li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa, li jkunu ħielsa minn żbalji sostantivi ovvji, li r-raġunament ippreżentat jappoġġa l-applikazzjoni, u li jittieħed kont tal-liġi tal-Unjoni u l-interessi tal-partijiet ikkonċernati barra mill-Istat Membru tal-applikazzjoni u barra mill-Unjoni.

(34)

Fis-settur tal-inbid, il-perijodu li matulu tista’ ssir oġġezzjoni jenħtieġ li jiġi estiż għal tliet xhur biex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha jkollhom biżżejjed żmien biex janalizzaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni u l-possibbiltà li jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni. Biex jiġi żgurat li tiġi applikata l-istess proċedura għall-oġġezzjonijiet skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1151/2012 u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jibagħtu l-oġġezzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni b’mod ikkoordinat u effiċjenti, l-oġġezzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jenħtieġ li jitressqu permezz tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih ikunu residenti jew stabbiliti. Biex tiġi ssimplifikata l-proċedura ta’ oġġezzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tirrifjuta d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni inammissibbli fl-att ta’ implimentazzjoni li jagħti l-protezzjoni dwar id-denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika kkonċernata.

(35)

Sabiex tiżdied l-effiċjenza proċedurali u jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-għoti tal-protezzjoni għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ tali protezzjoni fis-settur tal-inbid mingħajr rikors għall-proċedura ta’ eżami, f’ċirkostanzi fejn ma tintbagħat ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ammissibbli għall-applikazzjoni għall-protezzjoni. Għal każijiet meta tkun intbagħtet dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ammissibbli, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni jew għall-għoti tal-protezzjoni jew biex tirrifjuta l-applikazzjoni għall-protezzjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami.

(36)

Ir-relazzjoni bejn it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tad-dwieli jenħtieġ li tiġi ċċarata fir-rigward tal-kriterji għar-rifjut, l-invalidazzjoni u l-koeżistenza. Jenħtieġ li kjarifika bħal din ma taffettwax id-drittijiet miksuba minn detenturi ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi fil-livell nazzjonali jew li jeżistu bis-saħħa ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istati Membri għall-perijodu qabel l-istabbiliment tas-sistema ta’ protezzjoni tal-Unjoni għall-prodotti tad-dwieli.

(37)

Ir-regoli li jikkonċernaw il-proċeduri nazzjonali, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, il-klassifikazzjoni tal-emendi f’emendi tal-Unjoni u emendi standard, inkluż ir-regoli ewlenin għall-adozzjoni ta’ tali emendi, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni temporanji attwalment stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (15)huma element importanti tal-iskema għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid. Għal raġunijiet ta’ konsistenza mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u l-faċilità tal-applikazzjoni, dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu integrati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(38)

Rigward il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jittieħed kont debitu tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ inkluż l-Artikolu V tiegħu dwar il-libertà ta’ tranżitu, li kien approvat bid-Deċiżjoni 94/800/KE. F’dak il-qafas legali, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika u biex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni b’mod aktar effettiv, jenħtieġ li l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tapplika wkoll fir-rigward ta’ oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera u li jitqiegħdu taħt proċeduri doganali speċjali bħal proċeduri għat-tranżitu, ħżin, użu speċifiku jew ipproċessar. Għalhekk, il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri oġġetti li jkunu fi tranżitu madwar it-territorju doganali tal-Unjoni u l-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għad-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri oġġetti li jinbiegħu fuq l-internet jew b’mezzi oħra ta’ kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid jenħtieġ li jkunu protetti wkoll minn kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett meta jirreferu għal prodotti użati bħala ingredjenti. Id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jenħtieġ li jiġu protetti wkoll kontra l-użu ħażin, l-imitazzjoni u l-evokazzjoni fejn jirreferu għal prodotti użati bħala ingredjenti.

(39)

Jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi kkanċellata l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika f’ċirkostanzi fejn hija ma tibqax tintuża jew meta l-applikant imsemmi fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jkunx jixtieq aktar li tinżamm dik il-protezzjoni.

(40)

Fid-dawl tad-domanda dejjem akbar tal-konsumaturi għal prodotti innovattivi tad-dwieli li għandhom inqas qawwa alkoħolika reali mill-qawwa alkoħolika minima reali stabbilita għall-prodotti tad-dwieli fl-Anness VII, il-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li dawn il-prodotti innovattivi tad-dwieli jiġu prodotti fl-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li skont dawn ċerti prodotti tad-dwieli jistgħu jiġu dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati u li jiġu stabbiliti l-proċessi għad-dealkoħolizzazzjoni li huma awtorizzati. Jenħtieġ li dawk il-kondizzjonijiet iqisu r-Riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), OIV-ECO 432-2012 Beverage Obtained By Dealcoholisation of Wine (Xarba Miksuba mid-Dealkoħolizzazzjoni tal-Inbid), OIV-ECO 433-2012 Beverage Obtained by Partial Dealcoholisation of Wine (Xarba Miksuba mid-Dealkoħolizzazzjoni Parzjali tal-Inbid) u OIV-ECO 523-2016 Wine by An Alcohol Content Modified by Dealcoholisation (Inbid b’Kontenut ta’ Alkoħol Modifikat bid-Dealkoħolizzazzjoni) u OIV-OENO 394A-2012 Dealcoholisation Of Wines (Dealkoħolizzazzjoni tal-Inbejjed).

(41)

Dawk il-prodotti innovattivi tad-dwieli qatt ma ġew kummerċjalizzati fl-Unjoni bħala inbid. Għal din ir-raġuni, ikunu meħtieġa aktar riċerka u esperimentazzjoni biex tittejjeb il-kwalità ta’ dawk il-prodotti u, b’mod partikolari, biex jiġi żgurat li t-tneħħija totali tal-kontenut tal-alkoħol tippermetti ż-żamma tal-karatteristiċi li jiddifferenzjaw l-inbejjed ta’ kwalità li huma protetti minn indikazzjoni ġeografika jew minn denominazzjoni ta’ oriġini. Għalhekk, għalkemm jenħtieġ li kemm id-dealkoħolizzazzjoni parzjali kif ukoll totali tiġi awtorizzata għall-inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni ta’ oriġini, id-dealkoħolizzazzjoni parzjali biss jenħtieġ li tiġi awtorizzata għall-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta jew denominazzjoni ta’ oriġini protetta. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trasparenza kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi tal-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni ta’ oriġini, huwa xieraq li jiġi stabbilit li, fejn l-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni ta’ oriġini jistgħu jiġu parzjalment dealkoħolizzati, jenħtieġ li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tagħhom ikun fiha deskrizzjoni tal-inbid parzjalment dealkoħolizzat u, fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi li għandhom jintużaw biex isir l-inbid jew l-inbejjed parzjalment dealkoħolizzat kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom.

(42)

Sabiex jiġi pprovdut livell ogħla ta’ informazzjoni lill-konsumaturi, jenħtieġ li d-dettalji obbligatorji skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jinkludu dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u lista ta’ ingredjenti. Madanakollu, jenħtieġ li l-produtturi jkollhom l-għażla li jillimitaw il-kontenuti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu għall-valur enerġetiku biss u li jagħmlu d-dikjarazzjoni sħiħa dwar in-nutrizzjoni u l-lista tal-ingredjenti disponibbli b’mezzi elettroniċi, sakemm jevitaw kwalunkwe ġbir jew traċċar tad-data tal-utent u ma jipprovdux informazzjoni li jkollha l-għan ta’ kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, l-għażla li ma jipprovdux dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni sħiħa fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu jenħtieġ li ma taffettwax ir-rekwiżit eżistenti li t-tikketta telenka s-sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi. Fl-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tas-supplimentar tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi jiġu stipulati regoli għall-indikazzjoni u d-denominazzjoni tal-ingredjenti. Jenħtieġ li l-kummerċjalizzazzjoni tal-istokkijiet eżistenti ta’nbid tkun tista’ tkompli wara d-dati tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda ta’ tikkettar sakemm jiġu eżawriti dawn l-istokkijiet. L-operaturi jenħtieġ li jingħataw żmien suffiċjenti sabiex jaġġustaw ir-rekwiżiti l-ġodda għall-ittikkettar qabel ma jibdew japplikaw.

(43)

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar in-natura tal-prodotti tal-inbid dealkoħolizzati u li r-regoli li jirregolaw it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti fis-settur tal-inbid japplikaw ukoll għall-prodotti tad-dwieli dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, sabiex jinżamm il-livell attwali ta’ informazzjoni dwar id-durabbiltà minima meħtieġa għal xorb li fih inqas minn 10 % skont il-volum ta’ alkoħol skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), huwa xieraq li l-prodotti li jkunu għaddew minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ inqas minn 10 % jinkludu, bħala dettalji obbligatorji, indikazzjoni tad-data ta’ durabbiltà minima.

(44)

Barra minn hekk, l-Anness I, il-Parti XII, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jelenka l-prodotti koperti mis-settur tal-inbid, attwalment ikopri l-inbejjed parzjalment dealkoħolizzati b’kontenut ta’ alkoħol skont il-volum ta’ aktar minn 0,5 %. Sabiex jiġi żgurat li l-inbejjed dealkoħolizzati kollha, inkluż dawk b’kontenut ta’ alkoħol skont il-volum ta’ 0,5 % jew inqas, ikunu koperti fis-settur tal-inbid, huwa xieraq li jiġi emendat l-Anness I, il-Parti XII, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 billi tiżdied entrata ġdida.

(45)

Fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet dwar l-użu tat-tappijiet fis-settur tal-inbid sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti mill-użu qarrieqi ta’ ċerti tappijiet assoċjati ma’ ċertu xorb u minn materjali perikolużi ta’ tappijiet li jistgħu jikkontaminaw ix-xorb, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(46)

Regoli u rekwiżiti relatati mas-sistemi tal-kwoti taz-zokkor skadew fl-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016/2017. L-Artikolu 124 u l-Artikoli 127 sa 144 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issa huma skaduti u jenħtieġ li jitħassru.

(47)

Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) tistabbilixxi eċċezzjoni mill-iskadenza massima għall-pagament għall-bejgħ tal-għeneb u tal-most fis-settur tal-inbid. Sabiex jingħata kontribut għall-istabbiltà tal-katina ta’ provvista tal-inbid u biex il-produtturi agrikoli jingħataw is-sigurtà tar-relazzjonijiet ta’ bejgħ fit-tul, jenħtieġ li l-bejgħ ta’ nbid bl-ingrossa jiġi ttrattat bl-istess mod. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst li, b’deroga mill-iskadenzi massimi applikabbli għall-pagamenti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/633, jekk issir talba minn organizzazzjoni interprofessjonali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-iskadenzi massimi applikabbli għall-pagamenti ma japplikawx għall-bejgħ ta’ nbid bl-ingrossa, dment li t-termini speċifiċi tal-iskadenza tal-pagament jiġu inklużi f’kuntratti standard li ġew estiżi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel il-31 ta’ Ottubru 2021 u li l-ftehimiet ta’ forniment bejn il-fornituri tal-inbid bl-ingrossa u x-xerrejja diretti tagħhom ikunu pluriennali jew isiru pluriennali.

(48)

Meta l-konsenja ta’ prodotti agrikoli minn produttur lil proċessur jew distributur tkun koperta minn kuntratt jew offerta bil-miktub skont l-Artikoli 148 u 168 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u l-prezz pagabbli għall-konsenja jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stipulati fil-kuntratt, dawk il-fatturi, li jistgħu jinkludu indikaturi oġġettivi, indiċijiet u metodi ta’ kalkolu, jenħtieġ li jkunu jinftiehmu faċilment mill-partijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw indikaturi fakultattivi li jistgħu jintużaw mill-partijiet għall-kuntratti, abbażi ta’ informazzjoni u studji tas-suq oġġettivi disponibbli.

(49)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni, l-ammont totali tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni naqas. Sabiex ma jiġux imminati s-setgħat li jitwettqu negozjati kuntrattwali mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, jenħtieġ li jiżdied il-limitu kwantitattiv applikabbli, għall-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjar, espress bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, li tiġi prevista l-applikazzjoni tal-limitu kwantitattiv miżjud b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021.

(50)

Biex jgħinu fil-kisba tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jsegwu għanijiet speċifiċi relatati mal-ġestjoni u l-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji, il-flussi residwi u l-iskart, b’mod partikolari biex jipproteġu l-ambjent u jagħtu spinta liċ-ċirkolarità, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-produtturi li jsegwu għanijiet relatati mal-ġestjoni ta’ fondi mutwi għal kwalunkwe settur. Huwa għalhekk xieraq li tiġi estiża l-lista eżistenti tal-objettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi stipulata fl-Artikolu 152 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Sabiex tiżdied it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jenħtieġ li l-istatuti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jippermettu wkoll lill-membri produtturi jiskrutinizzaw b’mod demokratiku l-kontijiet u l-baġits tal-organizzazzjoni. Barra minn hekk, għall-faċilità ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali li qed jidħlu fihom l-organizzazzjoni tal-produtturi, huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-istatuti ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jistgħu jippermettu li l-membri produtturi jkunu f’kuntatt dirett max-xerrejja, sakemm tali kuntatt dirett ma jipperikolax il-funzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi li jikkonċentraw il-provvista u li jqiegħdu prodottifis-suq u sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi jibqa’ jkollha diskrezzjoni esklussiva fuq l-elementi essenzjali ta’ bejgħ li jsir mill-organizzazzjoni tal-produtturi.

(51)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-evoluzzjoni tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib minn tmiem is-sistema tal-kwoti, ma għadux xieraq li jinżammu regoli speċifiċi relatati mal-objettivi u l-arranġamenti ta’ rikonoxximent provduti fir-rigward tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(52)

L-esperjenza f’setturi differenti turi li l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali f’livelli ġeografiċi differenti mingħajr ma jimminaw ir-rwol u l-għanijiet ta’ tali organizzazzjonijiet. Għalhekk, huwa pertinenti li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu r-rikonoxximent ta’ tali organizzazzjonijiet interprofessjonali f’livell ġeografiku wieħed jew aktar. L-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom isegwu għan speċifiku filwaqt li jqisu l-interessi tal-membri tagħhom u tal-konsumaturi. Fid-dawl tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni, huwa xieraq li l-lista ta’ objettivi stipulata fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tiġi estiża biex tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni meħtieġa u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa sabiex jiġu żviluppati prodotti aktar adatti għall-azzjoni dwar il-klima u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali, il-kontribut għall-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji u għat-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart, u l-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali, inkluż bl-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ fondi jew bil-kontribuzzjoni għal tali fondi bil-ħsieb li jitħallas kumpens finanzjarju lill-bdiewa għall-ispejjeż u t-telf ekonomiku li jirriżulta mill-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri. Sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-organizzazzjonijiet f’ċertu stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel jikkonċentraw aktar qawwa, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikonoxxu biss l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jistinkaw għal rappreżentanza bbilanċjata tal-organizzazzjonijiet fi stadji diversi tal-katina tal-provvista tal-ikel li jikkostitwixxu l-organizzazzjoni interprofessjonali.

(53)

Id-definizzjoni ta’ “żona ekonomika” stabbilita fl-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-fini tal-estensjoni tar-regoli u l-kontribuzzjonijiet obbligatorji jenħtieġ li tiġi kkomplementata biex tadatta dak ir-Regolament għall-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni ta’ prodotti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta rikonoxxuti skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex jitrawmu prattiki sostenibbli, jenħtieġ li jkun possibbli li jsiru ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali relatati mas-saħħa tal-pjanti, mas-saħħa tal-annimali, mas-sikurezza tal-ikel u mar-riskji ambjentali vinkolanti fir-rigward ta’ persuni li mhumiex membri. Madankollu, minħabba l-importanza tal-bijodiversità fil-materjal taż-żrieragħ użat fil-biedja organika, jenħtieġ li r-regoli relatati mal-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ma jkunux vinkolanti b’estensjoni fir-rigward ta’ persuni li mhumiex membri li jipprattikaw il-biedja organika.

(54)

Fid-dawl tal-importanza tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-produzzjoni agrikola fl-Unjoni, u fid-dawl tas-suċċess tal-introduzzjoni ta’ regoli ta’ ġestjoni tal-provvista għall-ġobnijiet u għall-prieżet nexfin immellħa skont indikazzjonijiet ġeografiċi fl-iżgurar tal-valur miżjud u ż-żamma tar-reputazzjoni ta’ dawk il-prodotti u fl-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tagħhom, il-possibbiltà li jiġu applikati regoli tal-ġestjoni tal-provvista jenħtieġ li tiġi estiża għall-prodotti agrikoli b’denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Għaċ-ċarezza u l-konsistenza, huwa xieraq li r-regoli eżistenti dwar ir-regolamentazzjoni tal-provvista jiġu integrati f’dispożizzjoni waħda li tkopri l-prodotti agrikoli kollha. Jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jkunu awtorizzati japplikaw dawk ir-regoli biex jirregolaw il-provvista ta’ prodotti agrikoli taħt indikazzjonijiet ġeografiċi fuq talba ta’ organizzazzjoni interprofessjonali, organizzazzjoni tal-produtturi, jew grupp ta’ produtturi jew operaturi, dment li mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi ta’ dak il-prodott jew ir-rappreżentanti tagħhom, jaqblu, u, fejn applikabbli, il-produtturi agrikoli tal-materja prima kkonċernata jkunu ġew ikkonsultati, u, fil-każ tal-ġobon, għal raġunijiet ta’ kontinwità, ikunu taw il-kunsens tagħhom. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu soġġetti għal kondizzjonijiet stretti, b’mod partikolari bil-għan li jiġi evitat li ssir ħsara lill-kummerċ tal-prodotti fi swieq oħra u biex jitħarsu d-drittijiet tal-minoranzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw minnufih u jinnotifikaw b’mod immedjat ir-regoli adottati lill-Kummissjoni, jiżguraw li jsiru spezzjonijiet b’mod regolari u jħassru r-regoli f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jħassar tali regoli jekk il-Kummissjoni tqis li r-regoli ma jkunux konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ ħieles jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Fid-dawl tas-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, u minħabba n-natura speċjali ta’ dawk l-atti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(55)

Il-klawżoli tal-kondiviżjoni tal-valuri fil-katina tal-provvista tal-ikel huma ta’ interess mhux biss fi ftehimiet bejn il-produtturi u l-ewwel xerrejja iżda wkoll fejn huma jistgħu jgħinu lill-bdiewa biex jipparteċipaw fl-iżviluppi tal-prezzijiet fl-istadji aktar downstream tal-katina. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għall-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jaqblu dwar tali klawżoli ma’ atturi li huma downstream mill-ewwel xerrejja.

(56)

Il-valur kummerċjali speċjali tal-inbejjed koperti minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew minn indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) ġej mill-appartenenza tagħhom għal segment primjum tas-suq minħabba r-reputazzjoni tagħhom għall-kwalità li ġejja mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tagħhom. Tali nbejjed għandhom it-tendenza li jiksbu prezzijiet ogħla fis-suq peress li l-konsumaturi jagħtu valur lill-karatteristiċi li huma ggarantiti permezz tad-denominazzjoni ta’ oriġini u l-indikazzjoni ġeografika. Sabiex jiġi evitat li dawk il-kredenzjali ta’ kwalità jiġu sottovalutati b’azzjoni ta’ prezz detrimentali, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jirrappreżentaw lill-operaturi li jibbenefikaw minn dawk il-kredenzjali ta’ kwalità, jenħtieġ li jkunu jistgħu joħorġu gwida dwar il-prezz li tikkonċerna l-bejgħ tal-għeneb rilevanti permezz ta’deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE. Madankollu, jenħtieġ li tali gwida tibqa’ mhux obbligatorja, sabiex jiġi evitat li l-kompetizzjoni fil-prezzijiet intra-DOP/IĠP tiġi eliminata għal kollox.

(57)

L-Artikolu 5 tal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Agrikoltura jinkludi l-metodi ta’ kalkolu li jistgħu jintużaw biex jiġi ffissat il-volum tal-iskattar għall-klawżola ta’ salvagwardja speċjali fis-setturi rilevanti. Sabiex jitqiesu l-metodi ta’ kalkolu kollha possibbli biex jiġi stabbilit il-volum tal-iskattar għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, inkluż fejn ma jitqiesx il-konsum domestiku, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 biex jirrifletti l-metodu ta’ kalkolu stabbilit fl-Artikolu 5(4) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.

(58)

Jenħtieġ li l-Artikoli 192 u 193 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jitħassru, peress li dawn il-miżuri ma għadhomx meħtieġa fid-dawl tat-tmiem tar-regolamentazzjoni tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor. Sabiex jiġi żgurat li s-suq tal-Unjoni jkun fornut b’mod adegwat bl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ delega u ta’ implimentazzjoni biex tissospendi d-dazji ta’ importazzjoni għaz-zokkor tal-kannamieli u l-melassa tal-pitravi.

(59)

Id-Deċiżjoni Ministerjali tad-19 ta’ Diċembru 2015 dwar il-Kompetizzjoni tal-Esportazzjoni tal-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Nairobi tistabbilixxi regoli dwar il-miżuri ta’ kompetizzjoni tal-esportazzjoni. Fir-rigward tas-sussidji għall-esportazzjoni, il-membri tad-WTO huma meħtieġa li jeliminaw id-drittijiet ta’ sussidju fuq l-esportazzjoni tagħhom mid-data ta’ dik id-Deċiżjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni stipulati fl-Artikoli 196 sa 204 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jitħassru. Fir-rigward tal-krediti tal-esportazzjoni, il-garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni u l-programmi tal-assigurazzjoni, tal-intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola u tal-għajnuna internazzjonali tal-ikel, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni. Billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma membri tad-WTO, tali miżuri nazzjonali jenħtieġ li jkunu konformi wkoll mar-regoli stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta’ Diċembru 2015, bħala kwistjoni ta’ liġi tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali.

(60)

Is-suq intern jiddependi fuq l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri kollha. Dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib kontinwa bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni fin-network Ewropew ta’ awtoritajiet tal-kompetizzjoni, fejn jistgħu jiġu diskussi kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u fejn jistgħu jiġu kkoordinati l-azzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (19).

(61)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali, kif ukoll għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u ta’ tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi, jenħtieġ li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali ma jkunux jeħtieġu deċiżjoni minn qabel tal-Kummissjoni li tiddikjara li ma humiex soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, sakemm dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, fuq talba tal-applikant, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti opinjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ tali ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma mal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Minkejja opinjoni mill-Kummissjoni li tiddikjara li tali ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma huma kompatibbli ma’ dak l-Artikolu, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm il-possibbiltà li tiddikjara fi kwalunkwe ħin wara li tagħti tali opinjoni li l-Artikolu 101(1) TFUE ser japplika fil-futur għall-ftehimiet, għad-deċiżjonijiet jew għall-prattiki miftiehma inkwistjoni, jekk tiskopri li l-kondizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

(62)

Ċerti inizjattivi vertikali u orizzontali li jikkonċernaw il-prodotti agrikoli u tal-ikel, li għandhom l-għan li japplikaw rekwiżiti li huma b’mod aktar strett mir-rekwiżiti obbligatorji, jista’ jkollhom effetti pożittivi fuq l-objettivi tas-sostenibbiltà. Il-konklużjoni ta’ tali ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma bejn il-produtturi u l-operaturi f’livelli differenti tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċ tista’ wkoll issaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi fil-katina ta’ provvista u żżid is-setgħa tan-negozjar tagħhom. Għalhekk, taħt ċirkostanzi speċifiċi, tali inizjattivi jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv ta’ din id-deroga ġdida, u fl-interess li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jenħtieġ li tali inizjattivi ma jkunux jirrikjedu deċiżjoni minn qabel tal-Kummissjoni li tiddikjara li ma humiex soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE. Peress li din hija deroga ġdida, huwa xieraq li jiġi previst li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipproduċi linji gwida għall-operaturi dwar l-applikazzjoni tad-deroga fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Wara dik id-data, jenħtieġ li l-produtturi jkunu jistgħu wkoll jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-deroga għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma tagħhom. Jenħtieġ li f’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tkun tista’ sussegwentement tirrevedi l-kontenut tal-opinjoni tagħha. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jiddeċiedu li ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma trid tiġi modifikata, imwaqqfa jew ma sseħħx kompletament, jekk iqisu li dan huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni, u f’dak il-każ jenħtieġ li huma jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-azzjonijiet tagħhom.

(63)

L-Artikolu 214a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jippermetti lill-Finlandja tagħti, taħt ċerti kundizzjonijiet, għajnuna nazzjonali fin-Nofsinhar tal-Finlandja sal-2022, soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. L-għoti ta’ dik l-għajnuna nazzjonali jenħtieġ li jibqa’ jitħalla għall-perjodu 2023-2027. Sabiex jiġi żgurat li din l-għajnuna tista’ tkompli tingħata matul il-perjodu tranżitorju tal-2021 sal-2022, l-arranġamenti l-ġodda fir-rigward tagħha jenħtieġ li japplikaw biss mill-1 ta’ Jannar 2023.

(64)

Ir-restrizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ miżuri maħsuba biex jikkumbattu t-tixrid ta’ pesti tal-pjanti jistgħu jikkawżaw diffikultajiet fis-suq fi Stat Membru wieħed jew aktar. B’mod partikolari fid-dawl taż-żieda fl-okkorrenza ta’ pesti tal-pjanti, huwa għalhekk xieraq li jiġu permessi miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ biex jitqiesu r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ bħala riżultat ta’ pesti tal-pjanti u li tiġi estiża l-lista ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom jistgħu jiġu adottati miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

(65)

L-osservatorji tas-suq u l-gruppi ta’ ħidma eżistenti tal-Unjoni għas-swieq agrikoli wrew li kienu ta’ benefiċċju biex jinfurmaw l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-iżviluppi tas-suq. Għal dak il-għan, u sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tas-swieq agrikoli u tal-ikel fil-livell tal-Unjoni u biex jingħata kontribut għall-istabbiltà tas-swieq agrikoli, jenħtieġ li dawk l-istrumenti jissaħħu. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas legali formali uniku għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ osservatorji tas-suq tal-Unjoni fi kwalunkwe settur agrikolu u li jiġu stabbiliti l-obbligi ta’ notifika u rappurtar rilevanti għal dawk l-osservatorji.

(66)

Abbażi tad-data statistika u l-informazzjoni miġbura għall-monitoraġġ tas-swieq agrikoli, l-osservatorji tas-swieq agrikoli tal-Unjoni jenħtieġ li jidentifikaw theddid ta’ disturb fis-suq fir-rapporti tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti agrikoli, it-theddid ta’ disturb fis-suq u l-miżuri possibbli li għandhom jittieħdu, permezz ta’ parteċipazzjoni regolari fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura.

(67)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-rwol tal-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligi eżistenti tagħha li tikkoopera u li tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jiġi stabbilit b’mod espliċitu fl-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(68)

L-obbligi ta’ rappurtar obsoleti tal-Kummissjoni fir-rigward tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-iskejjel jenħtieġ li jitħassru. L-obbligi ta’ rappurtar dwar is-settur tal-apikultura jenħtieġ li jiġu integrati fir-Regolament (UE) 2021/2115. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ta’ rappurtar u skadenzi ġodda dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għas-settur agrikolu, dwar l-istabbiliment ta’ osservatorji tas-suq tal-Unjoni u dwar l-użu ta’ miżuri eċċezzjonali. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tirrapporta dwar is-sitwazzjoni tad-deskrizzjonijiet kummerċjali u l-klassifikazzjoni tal-karkassi fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(69)

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu stabbiliti fil-Parti V, Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jitħassru, minħabba li hemm dispożizzjonijiet aġġornati dwar ir-riżerva agrikola stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2116.

(70)

Fid-dawl tad-deroga eżistenti mid-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw għall-vitella b’denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata qabel id-29 ta’ Ġunju 2007, għal raġunijiet ta’ konsistenza u sabiex jipprovdu informazzjoni mhux ambigwa lill-konsumaturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jippermettu lill-gruppi responsabbli għad-denominazzjonijiet tal-oriġini jew għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti rreġistrati qabel l-istess data li jidderogaw mill-klassifikazzjoni obbligatorja tal-karkassi għall-vitella.

(71)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-valutazzjoni tal-konflitti bejn isem applikat għar-reġistrazzjoni bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u l-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ annimali prodott fl-Unjoni sabiex jintlaħaq bilanċ aktar ġust bejn l-interessi involuti.

(72)

Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-użu obbligatorju tas-simboli tal-Unjoni relatati jenħtieġ li jiġi estiż għall-materjali ta’ reklamar.

(73)

Derogi speċifiċi li jippermettu l-użu tal-isem irreġistrat flimkien ma’ ismijiet oħra ta’ speċjalità tradizzjonali garantita jenħtieġ li jkunu previsti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffissa perijodi ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ denominazzjonijiet li jinkludu ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, f’konformità mal-kondizzjonijiet għal tali perijodi ta’ tranżizzjoni li diġà jeżistu għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(74)

Il-proċeduri relatati mar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ li jiġu ssimplifikati biex ikun żgurat li ismijiet ġodda jkunu jistgħu jiġu rreġistrati f’perijodi iqsar taż-żmien. Jenħtieġ li l-proċedura ta’ oppożizzjoni tiġi ssimplifikata. Id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li tistabbilixxi r-raġunijiet kollha għall-oppożizzjoni u dettalji ta’ dawk ir-raġunijiet. Dan jenħtieġ li ma jżommx lill-awtorità jew lill-persuna li tkun ressqet l-applikazzjoni ta’ oppożizzjoni avversarju milli jżidu u jiżviluppaw aktar dettalji matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(75)

Il-proċedura għall-approvazzjoni tal-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ li tiġi ssimplifikata billi tiġi introdotta distinzjoni bejn l-emendi tal-Unjoni u l-emendi standard. F’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli mill-approvazzjoni tal-emendi standard u l-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm ir-responsabbiltà li tapprova l-emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed żmien sabiex ikun hemm tranżizzjoni mingħajr xkiel mir-regoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 rigward l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti għar-regoli l-ġodda stipulati f’dan ir-Regolament.

(76)

Fid-dawl tad-domanda dejjem tiżdied mill-konsumaturi tal-Unjoni tax-xama’ tan-naħal, l-użu dejjem jikber tagħha fis-settur tal-ikel, u r-rabta mill-qrib tagħha mal-prodotti agrikoli u mal-ekonomija rurali, il-lista ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri dak il-prodott.

(77)

Fid-dawl tan-numru limitat ta’ reġistrazzjonijiet ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) il-qafas legali għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġi ssimplifikat. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat u xarbiet alkoħoliċi oħra, bl-eċċezzjonijiet tax-xorb spirituż u l-prodotti tad-dwieli elenkati fl-Anness VII, Parti II, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li jkollhom l-istess reġim u proċeduri legali bħal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel oħra. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jenħtieġ li jiġi estiż biex ikopri dawk il-prodotti. Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 jenħtieġ li jiġi emendat biex jieħu kont ta’ din il-bidla fir-rigward tat-titolu, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet tiegħu u fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar it-tikkettar ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat. Jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-ismijiet protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 251/2014.

(78)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Istati Membri jistgħu jippermettu li prodotti tal-inbid aromatizzat prodotti għall-esportazzjoni jinkludu fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu denominazzjonijiet tal-bejgħ meħtieġa minn pajjiżi terzi, inkluż f’lingwi oħra għajr il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, sakemm fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu jidhru wkoll id-denominazzjonijiet tal-bejgħ xierqa stipulati fl-Anness II.

(79)

Jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta d-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti tal-inbid aromatizzat stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 sabiex tadattahom biex tqis progress tekniku, żviluppi xjentifiċi u tas-suq, is-saħħa tal-konsumatur jew il-ħtiġijiet tal-konsumaturi għall-informazzjoni.

(80)

Sabiex jiġi pprovdut livell ogħla ta’ informazzjoni lill-konsumaturi, jenħtieġ li t-tikkettar obbligatorju tal-prodotti tal-inbid aromatizzat b’dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u lista ta’ ingredjenti jiżdiedu mar-Regolament (UE) Nru 251/2014. Madankollu, jenħtieġ li l-produtturi jkollhom l-għażla li jillimitaw il-kontenuti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu għall-valur enerġetiku biss u li jagħmlu d-dikjarazzjoni sħiħa dwar in-nutrizzjoni u l-lista tal-ingredjenti disponibbli b’mezzi elettroniċi, sakemm jevitaw kwalunkwe ġbir jew traċċar tad-data tal-utent u ma jipprovdux informazzjoni li jkollha l-għan ta’ kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, l-għażla li ma tiġix ipprovduta dikjarazzjoni sħiħa dwar in-nutrizzjoni fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu jenħtieġ li ma taffettwax ir-rekwiżit eżistenti li t-tikketta telenka sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi. Jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 billi jiġu stipulati regoli dettaljati għall-indikazzjoni u d-denominazzjoni tal-ingredjenti għall-prodotti tal-inbid aromatizzat. Jenħtieġ li l-kummerċjalizzazzjoni tal-istokkijiet eżistenti tal-prodotti tal-inbid aromatizzat tkun tista’ tkompli wara d-dati tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda ta’ tikkettar sakemm jiġu eżawriti dawn l-istokkijiet. L-operaturi jenħtieġ li jingħataw żmien suffiċjenti sabiex jaġġustaw ir-rekwiżiti l-ġodda għall-ittikkettar qabel ma jibdew japplikaw.

(81)

Huwa xieraq li tiġi permessa ż-żieda ta’ kwantità limitata ta’ xorb spirituż biex tagħti togħma lill-inbejjed aromatizzati fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji stipulati fl-Anness II, punt A, għar-Regolament (UE) Nru 251/2014. Peress li l-progress tekniku llum jippermetti l-produzzjoni ta’ vermut mingħajr iż-żieda ta’ alkoħol, jenħtieġ li ma jibqax rekwiżit li jinżdied l-alkoħol mal-vermut. Minħabba d-domanda tal-konsumatur, huwa xieraq li titħalla l-kombinazzjoni ta’ nbid aħmar u abjad biex jiġi prodott il-Glühwein. Sabiex titqies xarba aromatizzata bbażata fuq l-inbid li teżisti fis-suq Pollakk, huwa xieraq li tinħoloq il-kategorija l-ġdida “wino ziołowe”, li tistipula fil-liġi tal-Unjoni r-rekwiżiti tradizzjonali għall-produzzjoni tagħha.

(82)

Minħabba d-daqs żgħir, id-distanza u s-sitwazzjoni speċifika dwar is-sigurtà tal-ikel tagħha, is-swieq lokali f’Réunion huma partikolarment vulnerabbli għall-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet. L-organizzazzjonijiet interprofessjonali jlaqqgħu flimkien produtturi u operaturi oħra ta’ stadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel u jistgħu jaqdu rwol fl-appoġġ taż-żamma u d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni lokali. Fil-kuntest speċifiku tas-sigurtà tal-ikel f’Réunion, huwa xieraq li jiġi pprovdut, b’deroga mill-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li fejn jiġu estiżi r-regoli ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta għall-operaturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni interprofessjonali, Franza tista’ tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, li l-operaturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni interprofessjonali jridu jħallsu kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-attivitajiet koperti mir-regoli estiżi li huma fl-interess ekonomiku ġenerali tal-operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom huma mwettqa biss f’Réunion fir-rigward ta’ prodotti li huma destinati għas-suq lokali.

(83)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 251/2014 u (UE) Nru 228/2013 jiġu emendati skont dan.

(84)

Jenħtieġ li jiddaħħlu arranġamenti tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li ġew ippreżentati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għan-nefqa mġarrba qabel l-1 ta’ Jannar 2023 taħt l-iskemi ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-ikel, il-frott u l-ħaxix, l-inbid, l-apikultura u l-ħops, għall-programmi operazzjonali ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti jew tal-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-frott u tal-ħaxix u għall-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid stabbiliti fl-Artikoli 29 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(85)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas legali l-ġdid stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/2115, l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 marbuta ma’ dak il-qafas legali l-ġdid jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023.

(86)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-miżuri previsti u bħala kwistjoni ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni (PAK)

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u d-dispożizzjonijiet adottati b’segwitu għalih għandhom japplikaw fir-rigward tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (OJ L 435, 6.12.2021, p. 187).”;"

(2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jitħassar;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2116 u r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) japplikaw għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra jekk ikun previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 227, li jemendaw id-definizzjonijiet li jirrigwardaw is-setturi stabbiliti fl-Anness II sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu aġġornati d-definizzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq mingħajr ma jżidu definizzjonijiet ġodda.

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).”;"

(3)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Rati ta’ konverżjoni għar-ross

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw ir-rati tal-konverżjoni għar-ross f’diversi stadji tal-ipproċessar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(4)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Snin ta’ kummerċjalizzazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti s-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni li ġejjin:

(a)

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u tal-banana;

(b)

mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara għas-settur tal-għalf niexef u għas-settur tad-dud tal-ħarir;

(c)

mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara għal:

(i)

is-settur taċ-ċereali;

(ii)

is-settur taż-żrieragħ;

(iii)

is-settur tal-kittien u l-qanneb;

(iv)

is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(d)

mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara għas-settur tal-inbid;

(e)

mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara għas-settur tar-ross u fir-rigward taż-żebbuġ tal-ikel;

(f)

mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara għas-settur taz-zokkor u fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa.”;

(5)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Perijodi ta’ intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli għal:

(a)

qamħ komuni, mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju;

(b)

qamħ durum, xgħir u qamħirrun, tul is-sena kollha;

(c)

ross bil-ħliefa, tul is-sena kollha;

(d)

laħam taċ-ċanga u vitella, tul is-sena kollha;

(e)

butir u trab tal-ħalib xkumat, mill-1 ta’ Frar sat-30 ta’ Settembru.”;

(6)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jippermettu l-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti mixtrija taħt intervent pubbliku nxtraw, jew inbiegħu matul is-sena preċedenti. Dawk id-dettalji għandhom jinkludu l-volumi rilevanti u l-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ.”;

(7)

fl-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu, punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;”;

(8)

Il-Parti II, Titolu I, Kapitolu II, hija emendata kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

KAPITOLU II

Għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħxejjex u ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib fl-istabbilimenti edukattivi”;

(b)

l-intestatura “Taqsima 1” u t-titlu tagħha jitħassru;

(c)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 11 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“11.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament abbażi ta’ kriterji oġġettivi li għandhom jinkludu kriterju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u dawk ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà u d-disponibbiltà ta’ prodotti lokali jew reġjonali, filwaqt li jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu b’mod partikolari xiri lokali jew reġjonali, prodotti organiċi, ktajjen tal-provvista qosra jew benefiċċji ambjentali, inkluż l-ippakkjar sostenibbli u, jekk xieraq, prodotti rikonoxxuti taħt l-iskemi ta’ kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li, fl-istrateġiji tagħhom, jagħtu prijorità lil konsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà u ta’ kummerċ ġust.”;

(d)

l-Artikolu 23a huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-għajnuna taħt l-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) ma għandhiex taqbeż il-EUR 220 804 135 għal kull sena skolastika. F’dak il-limitu globali, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)

għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel: EUR 130 608 466 għal kull sena skolastika;

(b)

għall-ħalib għall-iskejjel: EUR 90 195 669 għal kull sena skolastika.”;

(ii)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, titħassar l-aħħar sentenza;

(iii)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Mingħajr ma jinqabeż il-limitu globali ta’ EUR 220 804 135 stipulat fil-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru jista’ jittrasferixxi darba kull sena skolastika sa 20 % ta’ allokazzjoni indikattiva waħda jew l-oħra tiegħu.”;

(e)

It-taqsimiet 2 sa 6, li jinkludu l-Artikoli 29 sa 60, jitħassru;

(9)

L-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 61

Tul ta’ żmien

L-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta’ dwieli stabbilita f’dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2045, b’żewġ reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu li għandhom isiru mill-Kummissjoni fl-2028 u fl-2040 biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema u tagħmel proposti, jekk ikun adatt.”;

(10)

L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li meta tħawwil mill-ġdid iseħħ fl-istess roqgħa art jew irqajja’ art li fuqhom ikun sar il-qlugħ tad-dwieli, l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 66(1) ikunu validi għal sitt snin mid-data li fiha jkunu ngħataw. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jidentifikaw b’mod ċar ir-roqgħa jew l-irqajja’ li fuqhom ser isir il-qlugħ tad-dwieli u t-tħawwil mill-ġdid.”;

(ii)

it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-validità tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija f’konformità mal-Artikolu 64 u l-Artikolu 66(1), li tiskadi fis-snin 2020 u 2021, hija estiża sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Il-produtturi li jkollhom awtorizzazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 64 u l-Artikolu 66(1) ta’ dan ir-Regolament, li jiskadu fl-2020 u l-2021, ma għandhomx, b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ikunu soġġetti għall-penali amministrattiva msemmija fl-Artikolu 89(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dment li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti sat-28 ta’ Frar 2022 li ma għandhomx l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tagħhom u ma jixtiqux jibbenefikaw mill-estensjoni tal-validità tagħhom kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta produtturi li jkollhom awtorizzazzjonijiet, li l-validità tagħhom kienet ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2021, ikunu ddikjaraw lill-awtorità kompetenti sat-28 ta’ Frar 2021 li ma għandhomx l-intenzjoni li jagħmlu użu minn dawk l-awtorizzazzjonijiet, huma jkunu jistgħu jirtiraw id-dikjarazzjonijiet tagħhom permezz ta’ komunikazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti sat-28 ta’ Frar 2022 u jużaw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom fil-perijodu estiż ta’ validità previst fit-tielet subparagrafu.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għat-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid ta’ żoni maħsuba għal finijiet sperimentali, għall-istabbiliment ta’ kollezzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ dwieli maħsuba għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi jew għal mixtliet għat-tilqim, għal żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-vitikultur jew għal żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid bħala riżultat ta’ xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali.”;

(11)

L-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena l-awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ġdid li jikkorrispondi ma’:

(a)

jew 1 % taż-żona totali attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta’ Lulju tas-sena preċedenti; jew

(b)

1 % ta’ żona li tinkludi ż-żona attwalment imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta’ Lulju 2015, u ż-żona koperta mid-drittijiet għat-tħawwil mogħtijin lill-produtturi fit-territorju tagħhom f’konformità mal-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li kienu disponibbli għall-konverżjoni f’awtorizzazzjonijiet fl-1 ta’ Jannar 2016, kif imsemmi fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri li jillimitaw il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew għal żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta f’konformità mal-ewwel subparagrafu, punt (b), jistgħu jirrikjedu li tali awtorizzazzjonijiet jintużaw f’dawk ir-reġjuni.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta’ żvalutar ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta partikolari jew indikazzjoni ġeografika protetta;”;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

ir-rieda li jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-prodotti inkwistjoni filwaqt li tiġi ppreservata l-kwalità ta’ dawk il-prodotti.”;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura regolatorja meħtieġa biex iwaqqfu lill-operaturi milli jevitaw il-miżuri restrittivi meħuda skont il-paragrafi 2 u 3.”;

(12)

L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu, għall-fini ta’ dan l-Artikolu, japplikaw wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ eliġibbiltà objettivi u nondiskriminatorji li ġejjin f’livell nazzjonali jew reġjonali:”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 f’sena partikolari teċċedi ż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet skont distribuzzjoni pro-rata ta’ ettari lill-applikanti kollha abbażi taż-żona li għaliha huma jkunu talbu l-awtorizzazzjoni. Tali għoti jista’ jistabbilixxi żona minima u/jew massima skont l-applikant u jsir ukoll parzjalment jew kompletament skont wieħed jew aktar mill-kriterji prijoritarji oġġettivi u nondiskriminatorji li ġejjin, li jistgħu japplikaw f’livell nazzjonali jew reġjonali.”;

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent jew għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tad-dwieli;”;

(iii)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-produzzjoni ta’ azjendi tas-settur tat-tkabbir tal-inbid li juru aktar kosteffiċjenza jew kompetittività jew preżenza fis-swieq;”;

(iv)

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(h)

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas taż-żieda tad-daqs tal-ażjendi żgħar u ta’ daqs medju tad-dwieli;’;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2b.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura regolatorja meħtieġa biex iwaqqfu lill-operaturi milli jevitaw il-kriterji restrittivi li dawn japplikaw skont il-paragrafi 1, 2 u 2a.”;

(13)

fl-Artikolu 65, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta japplika l-Artikolu 63(2), Stat Membru għandu jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati minn organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti li joperaw fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikoli 152, 156 u 157, minn gruppi ta’ produtturi interessati msemmija fl-Artikolu 95, jew minn tipi oħra ta’ organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, sakemm dawk ir-rakkomandazzjonijiet jkunu preċeduti minn qbil bejn il-partijiet rappreżentattivi rilevanti fiż-żona ġeografika ta’ referenza.”;

(14)

l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Mill-1 ta’ Jannar 2023, żona ekwivalenti għaż-żona koperta mid-drittijiet għat-tħawwil li kienu eliġibbli għal konverżjoni f’awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil fil-31 ta’ Diċembru 2022 iżda li għadhom ma ġewx ikkonvertiti f’awtorizzazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, għandha tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati, li jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 64 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Iż-żoni koperti mill-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2a ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 63.”;

(15)

fl-Artikolu 81, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Iż-żoni mħawla għal skopijiet oħra għajr il-produzzjoni tal-inbid b’varjetajiet ta’ dwieli li, fil-każ ta’ Stati Membri għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3, mhumiex ikklassifikati jew li, fil-każ ta’ Stati Membri msemmija fil-paragrafu 3, ma jikkonformawx mal-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, ma għandhomx ikunu soġġetti għal obbligu ta’ qlugħ tad-dwieli.

It-tħawwil u t-tħawwil mill-ġdid tal-varjetajiet ta’ dwieli msemmija fl-ewwel subparagrafu għal finijiet oħra minbarra l-produzzjoni tal-inbid ma għandhomx ikunu soġġetti għall-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli stabbilita fil-Parti II, Titolu I, Kapitolu III.”;

(16)

L-Artikolu 86 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 86

Riżervar, emendar u kanċellazzjoni tat-termini riżervati fakultattivi

Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi, inkluż fir-rigward tal-metodi ta’ produzzjoni u s-sostenibbiltà fil-katina ta’ provvista, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, is-sitwazzjoni tas-suq u l-iżviluppi fl-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227, li:

(a)

jirriżervaw terminu riżervat fakultattiv addizzjonali, filwaqt li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-użu tiegħu;

(b)

jemendaw il-kondizzjonijiet tal-użu ta’ terminu riżervat fakultattiv; jew

(c)

iħassru terminu riżervat fakultattiv.”;

(17)

L-Artikolu 90 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għajr li ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ denominazzjoni ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar ta’ nbid stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, u d-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti importati fl-Unjoni u li jkunu jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2009 61, 2009 69, 2204 u, fejn applikabbli, ex 2202 99 19 (inbid dealkoħolizzat ieħor b’qawwa alkoħolika skont il-volum li ma taqbiżx iż-0,5 %)”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Għajr jekk ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet internazzjonali konklużi f’skont it-TFUE, l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’:

(18)

fil-Parti II, Titolu II, Kapitolu I, Taqsima 1, tiżdied is-subtaqsima li ġejja:

“Subtaqsima 4a

Kontrolli u penali

Artikolu 90a

Kontrolli u penali marbuta ma’ regoli tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li prodotti msemmija fl-Artikolu 119(1) li ma jkollhomx tikketta konformi ma’ dan ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq jew, jekk diġà tqiegħdu fis-suq, jiġu rtirati mis-suq.

2.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 189(1), punti (a) u (b), għandhom ikunu soġġetti għal verifiki biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu jkunux qegħdin jiġu rrispettati.

3.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli, ibbażati fuq analiżi tar-riskju, sabiex jivverifikaw jekk il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) jikkonformawx mar-regoli stipulati f’din it-Taqsima u, għandhom japplikaw penali amministrattivi kif xieraq.

4.   Mingħajr preġudizzju għal atti dwar is-settur tal-inbid li ġew adottati skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/2116, fil-każ ta’ ksur ta’ regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali amministrattivi proporzjonati, effettivi u dissważivi f’konformità mat-Titolu IV, tal-Kapitolu I ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw tali penali jekk in-nuqqas ta’ konformità hija minuri.

5.   Għall-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni u għall-protezzjoni tal-identità, il-provenjenza u l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 227, li jissupplimentaw dan ir-Regolament, li jikkonċernaw:

(a)

l-istabbiliment jew iż-żamma ta’ bank tad-data analitiku tad-data isotopika li tgħin biex titkixxef il-frodi, li għandha tinbena abbażi ta’ kampjuni miġbura mill-Istati Membri;

(b)

ir-regoli dwar il-korpi ta’ kontroll u l-assistenza reċiproka bejniethom;

(c)

ir-regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri kollha meħtieġa għal:

(a)

il-proċeduri relatati mal-banek tad-data rispettivi tal-Istati Membri u mal-bank tad-data analitiku tad-data isotopika msemmija fil-paragrafu 5, punt (a);

(b)

il-proċeduri relatati mal-kooperazzjoni u l-assistenza bejn l-awtoritajiet u l-korpi tal-kontroll;

(c)

fir-rigward tal-obbligu msemmi fil-paragrafu 3, ir-regoli għat-twettiq tal-verifiki dwar il-konformità mal-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni, ir-regoli li jirregolaw l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-verifiki, kif ukoll regoli dwar il-kontenut u l-frekwenza tal-verifiki u l-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw dawk il-verifiki.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(19)

Fl-Artikolu 92(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, ir-regoli stabbiliti f’din it-taqsima ma japplikawx għall-prodotti msemmija fl-Anness VII, Parti II, punti (1), (4), (5), (6), (8) u (9), meta tali prodotti jkunu għaddew minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni totali f’konformità mal-Anness VIII, Parti I, Taqsima E.”;

(20)

l-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

‘denominazzjoni ta’ oriġini’ tfisser isem, inkluż isem użat tradizzjonalment, li jidentifika prodott kif imsemmi fl-Artikolu 92(1):

(i)

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u dawk umani;

(ii)

li joriġina f’post, f’reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż speċifiku;

(iii)

li huwa prodott minn għeneb li joriġina esklużivament minn dik iż-żona ġeografika;

(iv)

li l-produzzjoni tiegħu ssir f’dik iż-żona ġeografika; u

(v)

huwa magħmul minn varjetajiet ta’ dwieli tal-ispeċi Vitis vinifera jew minn speċijiet li jirriżultaw minn tilqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis.

(b)

‘indikazzjoni ġeografika’ tfisser isem, inkluż isem użat tradizzjonalment, li jidentifika prodott imsemmi fl-Artikolu 92(1):

(i)

li l-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra speċifiċi huma attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu;

(ii)

li joriġina f’post, f’reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż speċifiku;

(iii)

li tal-anqas 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tiegħu jiġi esklużivament minn dik iż-żona ġeografika;

(iv)

li l-produzzjoni tiegħu ssir f’dik iż-żona ġeografika; u

(v)

li huwa magħmul minn varjetajiet ta’ dwieli tal-ispeċi Vitis vinifera jew minn speċijiet li jirriżultaw minn tilqim bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis.;”

(b)

il-paragrafu 2 jitħassar;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-produzzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1, punti (a)(iv) u (b)(iv), tinkludi l-operazzjonijiet kollha involuti, mill-qtugħ tal-għeneb sat-tmiem tal-proċessi tal-produzzjoni tal-inbid, ħlief għall-ħsad tal-għeneb li mhux ġej miż-żona ġeografika ikkonċernata msemmija fil-paragrafu 1, punt (b)(iii), u ħlief għal kwalunkwe proċess ta’ wara l-produzzjoni.”;

(21)

L-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ismijiet bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu:”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

id-dettalji li juru r-rabta msemmija fl-Artikolu 93(1), punt (a)(i), jew, punt (b)(i), skont il-każ:

(i)

fir-rigward ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta, ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 93(1), punt (a)(i); id-dettalji dwar il-fatturi umani ta’ dak l-ambjent ġeografiku jistgħu, fejn rilevanti, ikunu limitati għal deskrizzjoni tal-ħamrija, materjal tal-pjanti u l-ġestjoni tal-pajsaġġ, prattiki ta’ kultivazzjoni jew kwalunkwe kontribut uman ieħor rilevanti għaż-żamma tal-fatturi naturali tal-ambjent ġeografiku msemmi f’dak il-punt;

(ii)

fir-rigward ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, ir-rabta bejn kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott, u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 93(1), punt (b)(i);”;

(ii)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“L-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jkun fiha deskrizzjoni tal-kontribut tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għall-iżvilupp sostenibbli.

Fejn l-inbid jew l-inbejjed jistgħu jiġu parzjalment dealkoħolizzati, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandu jkun fiha wkoll deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed parzjalment dealkoħolizzati f’konformità mat-tieni subparagrafu, punt (b), mutatis mutandis, u, fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed parzjalment dealkoħolizzati, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom.”;

(22)

L-Artikolu 96 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Jekk l-Istat Membru li qiegħed jivvaluta l-applikazzjoni jqis li r-rekwiżiti jkunu ġew sodisfatti, huwa għandu jwettaq proċedura nazzjonali li tiżgura pubblikazzjoni adegwata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-anqas fuq l-Internet u jgħaddi l-applikazzjoni lill-Kummissjoni.

Meta jressaq applikazzjoni għall-protezzjoni quddiem il-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jinkludi dikjarazzjoni li huwa jqis li l-applikazzjoni ppreżentata mill-applikant tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-protezzjoni skont din it-Taqsima u d-dispożizzjonijiet adottati skontha u li huwa jiċċertifika li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1), punt (d), jikkostitwixxi sommarju leali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe oġġezzjoni ammissibbli mressqa skont il-proċedura nazzjonali.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk jinbeda kwalunkwe proċediment quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor dwar applikazzjoni għall-protezzjoni li l-Istat Membru jkun bagħat lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 5, u jekk l-applikazzjoni tkun ġiet invalidata fil-livell nazzjonali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali.”;

(23)

fl-Artikolu 97, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni li tirċievi f’konformità mal-Artikolu 96(5). Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni meħtieġa u li ma jkunx fihom żbalji evidenti, b’kont meħud tal-eżitu tal-proċedura nazzjonali preliminari mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-iskrutinju għandu jiffoka b’mod partikolari fuq id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1), punt (d).

L-iskrutinju mill-Kummissjoni jenħtieġ li ma jeċċedix perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ meta tkun waslet l-applikazzjoni mill-Istat Membru. Meta jinqabeż dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikanti dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, bil-miktub.

3.   Il-Kummissjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tikkonforma mal-iskadenza biex twettaq l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, u li tinforma lill-applikant bir-raġunijiet għad-dewmien meta tirċievi komunikazzjoni minn Stat Membru, dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 96(5), li jew:

(a)

jinforma lill-Kummissjoni li l-applikazzjoni ġiet invalidata fil-livell nazzjonali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali; jew

(b)

jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 2 minħabba li jkunu tniedu proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali biex tiġi kkontestata l-validità tal-applikazzjoni u l-Istat Membru jqis li dawk il-proċedimenti huma bbażati fuq raġunijiet validi.

L-eżenzjoni għandu jkollha effett sakemm il-Kummissjoni tiġi infurmata mill-Istat Membru li l-applikazzjoni oriġinali ġiet stabbilita mill-ġdid jew li l-Istat Membru jirtira t-talba tiegħu għal sospensjoni.

4.   Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93, 100 u 101 ikunu ġew issodisfati, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-pubblikazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1), punt (d), u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott magħmula waqt il-proċedura nazzjonali preliminari. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

Fejn, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93, 100 u 101 ma jkunux ġew issodisfati, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(24)

L-Artikoli 98 u 99 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 98

Proċedura ta’ oġġezzjoni

1.   Fi żmien tliet xhur mid-data ta’ pubblikazzjoni tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1), punt (d), f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew stabbilita f’pajjiż terz u li jkollha interess leġittimu, tista’ tippreżenta dikjarazzjoni motivata ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni kontra l-protezzjoni proposta.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun bagħat l-applikazzjoni għall-protezzjoni u li jkollha interess leġittimu, tista’ tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni permezz tal-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun residenti jew stabbilita skont skadenza meta jkun permess li tiġi preżentata dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-ewwel subparagrafu.

2.   Jekk il-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjoni hija ammissibbli, għandha tistieden lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-oġġezzjoni, kif ukoll lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, biex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa għal perijodu raġonevoli li ma għandux jaqbeż tliet xhur. L-istedina għandha tinħareġ fi żmien perijodu ta’ ħames xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni li magħha tirrelata d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni motivata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-istedina għandha tkun akkumpanjata minn kopja tad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni motivata. Fi kwalunkwe waqt matul dawn it-tliet xhur, il-Kummissjoni tista’ testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’massimu ta’ tliet xhur fuq talba tal-awtorità jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-applikazzjoni.

3.   L-awtorità jew persuna li ressqet l-oġġezzjoni u l-awtorità jew persuna li ressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien żejjed. Dawn għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni neċessarja biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għall-protezzjoni tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati skont dawn.

4.   Jekk l-awtorità jew persuna li ressqet l-oġġezzjoni u l-awtorità jew persuna li ressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni jilħqu ftehim, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz jew inkella l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu tkun tressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet kif ukoll dwar il-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq dak il-ftehim, inkluż l-opinjonijiet tal-partijiet. Jekk id-dettalji ppubblikati skont l-Artikolu 97(4) ikunu ġew emendati sostanzjalment, il-Kummissjoni għandha tirrepeti l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 97(2) wara li tkun twettqet proċedura nazzjonali li tiżgura l-pubblikazzjoni adegwata ta’ dawk id-dettalji emendati. Fejn, wara l-ftehim, ma jkun hemm l-ebda emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew fejn l-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma jkunux sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 99(1) li tagħti protezzjoni lid-denominazzjoni ta’ oriġini jew lill-indikazzjoni ġeografika, minkejja li tkun irċeviet dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ammissibbli.

5.   Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz jew inkella l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu tkun tressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa, kif ukoll dwar l-informazzjoni u d-dokumenti relatati kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 99(2) li jew tagħti protezzjoni jew tirrifjuta l-applikazzjoni.

Artikolu 99

Deċiżjoni dwar il-protezzjoni

1.   Meta l-Kummissjoni ma tkunx irċeviet dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 98, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu l-protezzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

2.   Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ammissibbli, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu l-protezzjoni jew li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

3.   Il-protezzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-produtturi li jikkonformaw ma’ regoli oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk relatati mat-tqegħid tal-prodotti fis-suq u mal-ittikkettar tal-prodotti tal-ikel.”;

(25)

L-Artikolu 102 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 102

Relazzjoni ma’ trademarks

1.   Fejn denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun irreġistrata skont dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 103(2) u li tkun relatata ma’ prodott li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness VII, Parti II, għandha tiġi rifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark ġiet ippreżentata wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni.

It-trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(2) ta’ dan ir-Regolament, trademark li l-użu tagħha jmur kontra l-Artikolu 103(2) ta’ dan ir-Regolament, li tkun saret applikazzjoni għaliha, li tkun irreġistrata jew stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hija prevista fil-leġiżlazzjoni kkonċernata, bona fide fit-territorju tal-Unjoni, qabel id-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni, tista’ tkompli tintuża u tiġġedded, minkejja r-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, sakemm ma jkun hemm ebda raġuni għall-invalidità jew ir-revoka tat-trademark skont id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) jew skont ir-Regolament (UE) 2017/1001 (*4).

F’każijiet bħal dawn, l-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għandu jkun permess kif ukoll l-użu tat-trademarks rilevanti.

(*3)  Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).’;"

(26)

l-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta’ dak l-isem protett, inkluż l-użu għal prodotti li jintużaw bħala ingredjenti:

(i)

minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

(ii)

sa fejn dan l-użu jisfrutta, idgħajjef jew inaqqas r-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(b)

kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew tas-servizz tkun indikata jew jekk l-isem protett ikun ġie tradott, traskritt jew traslitterat jew ikun akkumpanjat minn espressjoni bħal ‘stil’, ‘tip’, ‘metodu’, ‘kif prodott fi’, ‘imitazzjoni’, ‘togħma’, ‘bħal’ jew espressjonijiet simili, inkluż fejn dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti;”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tapplika wkoll fir-rigward ta’:

(a)

oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa t-territorju doganali tal-Unjoni; u

(b)

oġġetti li jinbiegħu permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, bħall-kummerċ elettroniku.

Għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa dak it-territorju, il-grupp ta’ produtturi jew kwalunkwe operatur li jkun intitolat juża d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun intitolat iżomm lil kull parti terza milli tintroduċi, waqt il-proċess tan-negozju, oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma dawn ikunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju, meta tali oġġetti, inkluż l-ippakkjar, ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi u jkollhom id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta mingħajr awtorizzazzjoni.”;

(27)

L-Artikolu 105 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 105

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

1.   Applikant li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 jista’ japplika għal approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f’tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi emendata d-demarkazzjoni taż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 94(2), it-tieni subparagrafu, punt (d). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jiddikjaraw l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom.

2.   L-emendi għal speċifikazzjoni ta’ prodott għandhom jiġu kklassifikati f’żewġ kategoriji f’dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom: l-emendi tal-Unjoni, li jeħtieġu proċedura ta’ oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni u l-emendi standard li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-pajjiż terz.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘emenda tal-Unjoni’ tfisser emenda għal speċifikazzjoni ta’ prodott li:

(a)

tkun tinkludi bidla fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta;

(b)

tkun tikkonsisti minn bidla, tħassir jew żieda ta’ kategorija tal-prodotti tad-dielja msemmija fl-Anness VII, Parti II;

(c)

tirriskja li tħassar ir-rabta msemmija fl-Artikolu 93(1), punt (a)(i), għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, jew ir-rabta msemmija fl-Artikolu 93(1), punt (b)(i), għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; jew

(d)

tkun tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

‘Emenda standard’ tfisser kwalunkwe emenda għal speċifikazzjonijiet tal-prodotti li ma hijiex emenda tal-Unjoni.

‘Emenda temporanja’ tfisser emenda standard li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji u fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tkun marbuta ma’ diżastri naturali jew kondizzjonijiet ta’ temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Emendi tal-Unjoni għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-proċedura għal approvazzjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99, mutatis mutandis.

Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni mressqa minn pajjiżi terzi jew minn produtturi f’pajjiżi terzi għandhom jinkludu provi li l-emenda mitluba tikkonforma mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-seħħ f’dak il-pajjiż terzi.

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emendi tal-Unjoni għandhom jirrelataw esklużivament mal-emendi tal-Unjoni. Jekk applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni tkun tirrelata wkoll mal-emendi standard, il-partijiet relatati mal-emendi standard għandhom jitqiesu daqslikieku ma kinux ġew ippreżentati, u l-proċedura għall-emendi tal-Unjoni għandha tapplika biss għall-partiijet relatati ma’ dik l-emenda tal-Unjoni.

L-iskrutinju ta’ tali applikazzjonijiet għandu jiffoka fuq l-emendi tal-Unjoni proposti.

4.   Emendi standard għandhom jiġu approvati u ppubblikati mill-Istati Membri li fit-territorju tiegħu tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat u jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, emendi għandhom jiġu approvati skont il-liġi applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat.”;

(28)

L-Artikolu 106 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 106

Kanċellazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkanċellaw il-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika f’ċirkostanza waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

meta l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti ma tkunx għadha garantita;

(b)

meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq bid-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba’ snin konsekuttivi;

(c)

meta applikant li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 95 jiddikjara li hu ma għadux jixtieq iżomm il-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).”;

(29)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 106a

Tikkettar u preżentazzjoni temporanji

Wara li applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun intbagħtet lill-Kummissjoni, il-produtturi jistgħu jindikaw fit-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodott li ġiet ippreżentata applikazzjoni u jużaw logos u indikazzjonijiet nazzjonali, skont il-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Simboli tal-Unjoni li jindikaw id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni ‘denominazzjoni ta’ oriġini protetta’ jew ‘indikazzjoni ġeografika protetta’, jistgħu jidhru fuq it-tikkettar biss wara li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni li tikkonferixxi l-protezzjoni fuq dik id-denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Meta applikazzjoni tiġi rrifjutata, kwalunkwe prodott tad-dwieli ttikkettat f’konformità mal-ewwel paragrafu jista’ jiġi kkummerċjalizzat sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.”;

(30)

l-Artikolu 111 jitħassar;

(31)

fil-Parti II, Titolu II, Kapitolu I, Taqsima 2, tiżdied is-Subtaqsima li ġejja:

“Subtaqsima 4

Verifiki relatati mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini, mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u mat-termini tradizzjonali

Artikolu 116a

Kontrolli

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu l-użu illegali tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u tat-termini tradizzjonali protetti msemmija f’dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-verifiki fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’din it-Taqsima. Għal dak il-għan, l-Artikolu 4(2) u (4) u l-Artikolu 5(1), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) għandhom japplikaw.

3.   Fi ħdan l-Unjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew korp delegat wieħed jew aktar fis-sens tal-Artikolu 3, punt (5), tar-Regolament (UE) 2017/625 li topera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti f’konformità mal-kriterji stabbiliti fit-Titolu II, Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament, għandha tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott kull sena, kemm matul il-produzzjoni tal-inbid kif ukoll matul jew wara l-ipproċessar.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)

il-komunikazzjoni li għandha ssir mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;

(b)

ir-regoli li jirregolaw l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, inkluż meta ż-żona ġeografika tkun f’pajjiż terz;

(c)

l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu illegali tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u tat-termini tradizzjonali protetti;

(d)

il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).”;"

(32)

l-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli f’konformità mal-Anness VII, Parti II. Għall-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli ddefiniti taħt l-Anness VII, Parti II, il-punti (1) u l-punti (4) sa (9), fejn tali prodotti jkunu għaddew minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni f’konformità mal-Anness VIII, Parti I, Taqsima E, id-denominazzjoni tal-kategorija għandha tkun akkumpanjata minn:

(i)

it-terminu “dealkoħolizzat” jekk il- qawwa alkoħolika reali tal-prodott ma tkunx aktar minn 0,5 % skont il-volum; jew

(ii)

it-terminu ‘parzjalment dealkoħolizzat’ jekk il- qawwa alkoħolika reali tal-prodott tkun ’il fuq minn 0,5 % skont il-volum u tkun inqas mill-qawwa alkoħolika reali minima tal-kategorija qabel id-dealkoħolizzazzjoni.”;

(ii)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(h)

id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni skont l-Artikolu 9(1), punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

(i)

il-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 9(1), punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

(j)

fil-każ ta’ prodotti tad-dwieli li jkunu għaddew minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni f’konformità mal-Anness VIII, Parti I, Taqsima E, u li jkollhom qawwa alkoħolika reali skont il-volum ta’ inqas minn 10 %, id-data ta’ durabbiltà minima skont l-Artikolu 9(1), punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   B’deroga mill-paragrafu 1, punt (a), għall-prodotti tad-dwieli għajr dawk li jkunu għaddew minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni f’konformità mal-Anness VIII, Parti I, Taqsima E, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista’ titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta.”;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 1, punt (h), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu tista’ tkun limitata għall-valur enerġetiku, li jista’ jiġi espress bl-użu tas-simbolu ‘E’ għall-enerġija. F’tali każijiet, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni sħiħa għandha tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi identifikati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. Dik id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni ma għandhiex tintwera ma’ informazzjoni oħra maħsuba għal skopijiet ta’ bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni u l-ebda data dwar l-utent ma għandha tinġabar jew tiġi traċċata.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, punt (i), il-lista ta’ ingredjenti tista’ tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi identifikati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. F’tali -każijiet, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-ebda data tal-utent ma għandha tinġabar jew tiġi ttraċċata;

(b)

il-lista ta’ ingredjenti ma għandhiex tintwera ma’ informazzjoni oħra maħsuba għal skopijiet ta’ bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni; u

(c)

l-indikazzjoni tad-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 għandha tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu.

L-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (c), ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi l-kelma “fih” segwita bl-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.”;

(33)

Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

jitħassar il-punt (ii);

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(vi)

regoli għall-indikazzjoni u d-denominazzjoni tal-ingredjenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 119(1), punt (i).”;

(b)

fil-punt (c), jiżdied il-punt li ġej:

“(iii)

termini li jirreferu għal azjenda u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.”;

(c)

fil-punt (d), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-kondizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti forom ta’ fliexken u tal-għotjien, u lista ta’ ċerti forom speċifiċi ta’ fliexken;”;

(34)

Il-Parti II, Titolu II, Kapitolu II, Taqsima 1, hija emendata kif ġej:

(a)

L-Artikolu 124 jitħassar;

(b)

l-intestatura “Subtaqsima 1” u t-titlu tagħha jitħassru;

(c)

fl-Artikolu 125, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Ftehimiet f’dan in-negozju għandhom jikkonformaw mat-termini tax-xiri stabbiliti fl-Anness X.”;

(d)

is-Subtaqsimiet 2 u 3, li jinkludu l-Artikoli 127 sa 144, jitħassru;

(35)

fl-Artikolu 145(3), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri li fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom jipprevedu r-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji f’konformità mal-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandhom, abbażi tar-reġistru tal-vinji, jippreżentaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena inventarju aġġornat tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom.”;

(36)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 147a

Dewmien fil-pagamenti għall-bejgħ ta’ nbid bl-ingrossa

B’deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/633, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157 ta’ dan ir-Regolament li topera fis-settur tal-inbid, jipprevedu li l-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/633 ma tapplikax għall-pagamenti magħmula skont il-ftehimiet ta’ provvista bejn il-produtturi jew ir-rivendituri tal-inbid u x-xerrejja diretti tagħhom għat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ li jikkonċernaw l-inbid bl-ingrossa, dment li:

(a)

it-termini speċifiċi li jippermettu biex isiru pagamenti wara 60 jum huma inklużi f’kuntratti standard għal tranżazzjonijiet ta’ bejgħ li jikkonċernaw inbid bl-ingrossa li saru vinkolanti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 164 ta’ dan ir-Regolament qabel it-30 ta’ Ottubru 2021 u din l-estensjoni tal-kuntratti standard tiġġedded mill-Istat Membru minn dik id-data mingħajr ebda tibdil sinifikanti fit-termini ta’ pagament li jkunu ta’ żvantaġġ tal-fornituri ta’ nbid bl-ingrossa; u

(b)

il-ftehimiet ta’ provvista bejn il-fornituri ta’ nbid bl-ingrossa u x-xerrejja diretti tagħhom ikunu pluriennali jew isiru pluriennali.”;

(37)

fl-Artikolu 148(2), il-punt (c)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

ikun statiku u stipulat fil-kuntratt, jew

jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stipulati fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi oġġettivi, li jistgħu jkunu bbażati fuq prezzijiet rilevanti, spejjeż ta’ produzzjoni u spejjeż tas-suq, kif ukoll indiċijiet u metodi ta’ kalkolu tal-prezz finali, li huma faċilment aċċessibbli u komprensibbli u li jirriflettu l-bidliet fil-kondizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkonsenjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkonsenjat; dawk l-indikaturi jistgħu jkunu bbażati fuq prezzijiet, produzzjoni u spejjeż tas-suq rilevanti; għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw indikaturi, f’konformità mal-kriterji oġġettivi bbażati fuq studji mwettqa dwar il-produzzjoni u l-katina tal-provvista tal-ikel; il-partijiet għall-kuntratti huma liberi li jirreferu għal dawn l-indikaturi jew kwalunkwe indikatur ieħor li huma jqisu rilevanti,”;

(38)

fl-Artikolu 149(2), il-punt (c)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert b’tali negozjati ma jaqbiżx l-4 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni,”;

(39)

L-Artikolu 150 jitħassar;

(40)

L-Artikolu 151 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkonsenjat lilhom kull xahar u l-prezz medju mħallas. Għandha ssir distinzjoni bejn ħalib organiku u dak mhux organiku.”;

(b)

it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ ħalib mhux ipproċessat u l-prezzijiet medji msemmija fl-ewwel subparagrafu.”;

(41)

l-Artikolu 152(1), punt (c), huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (vii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(vii)

l-immaniġġjar u l-valorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji, ta’ flussi residwi u ta’ skart, b’mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, tiġi ppreservata jew stimulata l-bijodiversità, u tissaħħaħ iċ-ċirkolarità;”;

(b)

il-punt (x) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(x)

il-ġestjoni ta’ fondi mutwi;”;

(42)

L-Artikolu 153 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha kif ukoll il-kontijiet u l-baġits tagħha;”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-istatuti ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li l-membri produtturi jkunu f’kuntatt dirett max-xerrejja, sakemm tali kuntatt dirett ma jipperikolax il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid tal-prodotti fis-suq mill-organizzazzjoni tal-produtturi. Il-konċentrazzjoni tal-provvista għandha titqies li tkun ġiet żgurata jekk l-elementi essenzjali tal-bejgħ bħall-prezz, il-kwalità u l-volum jiġu nnegozjati u ddeterminati mill-organizzazzjoni tal-produtturi.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-paragrafi 1, 2 u 2a ma għandhomx japplikaw għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.”;

(43)

fl-Artikolu 154(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

ikollha numru minimu ta’ membri u/jew tkopri volum jew valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjali, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fil-qasam li topera fih; tali dispożizzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu r-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma ddedikati għal produzzjoni fuq skala żgħira;”;

(44)

l-Artikolu 157 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-livelli nazzjonali u reġjonali u fil-livell taż-żoni ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 164(2) f’settur speċifiku elenkat fl-Artikolu 1(2) li:”

(b)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (vii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(vii)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, razzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali;”;

(ii)

il-punt (xiv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(xiv)

il-kontribut għall-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ inizjattivi għall-valorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji u t-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart;”;

(iii)

il-punt (xvi) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(xvi)

il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jipprevjenu, jikkontrollaw u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali, inkluż bl-istabbiliment u l-immaniġġjar ta’ fondi mutwi jew bil-kontribuzzjoni għal dawn il-fondi bil-għan li jitħallas kumpens finanzjarju lill-bdiewa għall-ispejjeż u t-telf ekonomiku li jirriżulta mill-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri;”;

(c)

il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1a.   L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lill-organizzazzjoni interprofessjonali li topera f’bosta setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) sakemm l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal kull settur li għalih hija tfittex rikonoxximent.”;

(d)

il-paragrafu 3 jitħassar.

(45)

L-Artikolu 158 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ca)

jistinkaw għal rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-organizzazzjonijiet fl-istadji tal-katina tal-provvista, imsemmija fl-Artikolu 157(1), punt (a), li jikkostitwixxu l-organizzazzjoni interprofessjonali;”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi kollha li jkunu jeżistu qabel l-1 ta’ Jannar 2014, kemm jekk kinux rikonoxxuti fuq talba jew stabbiliti bil-liġi, minkejja li ma jissodisfawx il-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 157(1), punt (b).”;

(46)

L-Artikolu 163 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib dment li tali organizzazzjonijiet:

(a)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157;

(b)

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(c)

jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 157(1), punt (a);

(d)

ma jkunux huma stess involuti fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċ ta’ prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu ġew rikonoxxuti qabel it-2 ta’ April 2012 abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikolu 157(1).”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti;”;

(47)

L-Artikolu 164 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima “distrett ekonomiku” tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni maġenb jew qrib xulxin fejn il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu omoġeni, jew, għal prodotti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni, iż-żona ġeografika speċifikata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (l), (m) u (n) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(l)

l-użu ta’ żerriegħa ċertifikata ħlief meta użata għall-produzzjoni organika skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/848, u l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott;

(m)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ riskji fitosanitarji, tas-saħħa tal-annimali, tas-sikurezza tal-ikel jew ambjentali;

(n)

il-ġestjoni u l-valorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji.”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawk ir-regoli ma għandhom jikkawżaw l-ebda ħsara lil operaturi oħra, u lanqas ma għandhom jipprevjenu d-dħul ta’ operaturi ġodda, fl-Istat Membru konċernat jew l-Unjoni u ma għandu jkollhom l-ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 210(4) jew ikunu b’xi mod ieħor inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali fis-seħħ.”;

(48)

L-Artikolu 165 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 165

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk mhux membri

Fejn regoli ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, ta’ assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 164 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista’ jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, li operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż imġarrba direttament biex ikunu segwiti l-attivitajiet inkwistjoni. Kwalunkwe organizzazzjoni li tirċievi kontribuzzjonijiet minn dawk li mhumiex membri skont dan l-Artikolu, jekk mitluba minn membru jew mhux membru li jikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni, għandha tagħmel disponibbli dawk il-partijiet tal-baġit annwali tagħha li għandhom x’jaqsmu mat-twettiq tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 164(4).”;

(49)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 166a

Regolamentazzjoni tal-provvista ta’ prodotti agrikoli b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 167 u 167a ta’ dan ir-Regolament, fuq it-talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(1) jew 161(1) ta’ dan ir-Regolament, organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157(1) ta’ dan ir-Regolament, grupp ta’ operaturi kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jew grupp ta’ produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 95(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta’ żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta’ prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jew skont l-Artikolu 93(1), punti (a) u (b) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta’ ftehim minn qabel li għandu jiġi konkluż bejn mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-prodott kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew tar-rappreżentanti tagħhom, li jammonta għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dak il-prodott fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 7(1), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jew fl-Artikolu 93(1), punti (a)(iii) u (b)(iv) ta’ dan ir-Regolament għall-inbid. Fejn il-produzzjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tinvolvi pproċessar u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jew fl-Artikolu 94(2) ta’ dan ir-Regolament tirrestrinġi l-akkwist tal-materja prima għal żona ġeografika speċifika, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu, għall-finijiet tar-regoli li għandhom jiġu stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

li l-produtturi ta’ dik il-materja prima fiż-żona ġeografika speċifika jiġu kkonsultati qabel il-konklużjoni tal-ftehim imsemmi f’dan il-paragrafu; jew

(b)

li mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-materja prima jew tar-rappreżentanti tagħhom, li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni tal-materja prima użata fl-ipproċessar fiż-żona ġeografika speċifika, ikunu wkoll partijiet għall-ftehim imsemmi f’dan il-paragrafu.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għall-produzzjoni tal-ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta’ ftehim minn qabel bejn mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew tar-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni ta’ dak il-ġobon u, fejn rilevanti, mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi ta’ dak il-ġobon jew tar-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 7(1), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fir-rigward tal-ġobon li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona ġeografika ta’ oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat, kif stipulat fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ġobon, għandha tkun l-istess bħaż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 7(1), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 relatat ma’ dak il-ġobon.

4.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u, fejn applikabbli, il-materja prima u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta’ dak il-prodott għad-domanda;

(b)

għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat u, fejn applikabbli, fuq il-materja prima, ikkonċernata;

(c)

jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin, iżda jistgħu jiġġeddu wara dak il-perijodu wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(d)

ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta’ prodotti differenti minn dawk ikkonċernati minn dawk ir-regoli;

(e)

ma għandhomx ikunu jirrigwardaw kwalunkwe tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat;

(f)

ma għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(g)

ma għandhomx irendu bħala mhux disponibbli proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li b’mod ieħor kien ikun disponibbli;

(h)

ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il- produtturi żgħar jiġu affettwati b’mod negattiv;

(i)

għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità tal-prodott ikkonċernat jew għall-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat.

(j)

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 149 u l-Artikolu 152(1a).

5.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

6.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4. Fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jsibu li dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, l-Istati Membri għandhom jirrevokaw r-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta’ tali regoli.

8.   Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma jiġu applikati l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 229(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament.”;

(50)

fl-Artikolu 168(4), il-punt (c)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

ikun statiku u stipulat fil-kuntratt, u/jew

ikun kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi, indiċijiet u metodi ta’ kalkolu tal-prezz finali oġġettivi, li huma faċilment aċċessibbli u komprensibbli u li jirriflettu l-bidliet fil-kondizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli ikkonsenjati; dawk l-indikaturi jistgħu jkunu bbażati fuq prezzijiet, produzzjoni u spejjeż tas-suq rilevanti; għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw indikaturi, f’konformità mal-kriterji oġġettivi bbażati fuq studji mwettqa dwar il-produzzjoni u l-katina tal-provvista tal-ikel; il-partijiet għall-kuntratti huma liberi li jirreferu għal dawn l-indikaturi jew kwalunkwe indikatur ieħor li huma jqisu rilevanti.”;

(51)

L-Artikolu 172 jitħassar.

(52)

L-Artikolu 172a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 172a

Kondiviżjoni tal-valur

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe klawżola speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-valur fis-settur taz-zokkor, il-bdiewa, inkluż assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jistgħu jaqblu mal-operaturi downstream dwar klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inkluż bonuses u telf tas-suq, li jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom.

Artikolu 172b

Gwida tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali għall-bejgħ tal-għeneb għall-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

B’deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta’ dan ir-Regolament li joperaw fis-settur tal-inbid jistgħu jipprovdu indikaturi ta’ gwida mhux obbligatorji tal-prezzijiet li jikkonċernaw il-bejgħ tal-għeneb għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, sakemm tali gwida ma teliminax il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni.”;

(53)

fl-Artikolu 182(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-volum indikattiv għandu jkun ugwali għal jew 125 %, 110 % jew 105 %, skont jekk l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq, definiti bħala importazzjonijiet espressi bħala perċentwali tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin preċedenti, humiex inqas minn jew ugwali għal 10 %, akbar minn 10 % iżda inqas minn jew ugwali għal 30 %, jew akbar minn 30 %, rispettivament.

Fejn ma jitqiesx il-konsum domestiku, il-volum indikattiv għandu jkun ugwali għal 125 %.”;

(54)

jitħassru l-Artikoli 192 u 193;

(55)

fil-Kapitolu IV, jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 193a

Sospensjoni tad-dazji ta’ importazzjoni għall-melassa

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 227 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għas-sospensjoni totali jew parzjali tad-dazji ta’ importazzjoni għall-melassa li taqa’ taħt il-Kodiċi tan-NM 1703.

2.   B’applikazzjoni tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tissospendi totalment jew parzjalment id-dazji ta’ importazzjoni għall-melassa li taqa’ taħt il-Kodiċi tan-NM 1703, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).”;

(56)

fil-Parti III, il-Kapitolu VI, li fih l-Artikoli 196 sa 204, jitħassar;

(57)

fl-Artikolu 206, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ħlief fejn previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, u f’konformità mal-Artikolu 42 TFUE, l-Artikoli 101 sa 106 TFUE u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħhom għandhom, soġġett għall-Artikoli 207 sa 210a ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 TFUE li huma relatati mal-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom.”;

(58)

L-Artikolu 208 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 208

Pożizzjoni dominanti

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, ‘pożizzjoni dominanti’ tfisser pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tkun tgawdi impriża li jippermettilha tipprevjeni li jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti billi tagħtiha s-setgħa li taġixxi sostanzjalment b’mod indipendenti mill-kompetituri tagħha, mill-fornituri tagħha jew mill-klijenti u finalment mill-konsumaturi tagħha.”;

(59)

L-Artikolu 210 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta’ dan ir-Regolament li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi elenkati fl-Artikolu 157(1), punt (c), ta’ dan ir-Regolament jew, fir-rigward tas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk, l-objettivi elenkati fl-Artikolu 162 ta’ dan ir-Regolament, u li mhumiex inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jissodisfaw il-kondizzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jiġu pprojbiti, u ebda deċiżjoni minn qabel rigward dan ma hi rikjesta.

2.   Organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti jistgħu jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-organizzazzjoni interprofessjonali li tagħmel it-talba l-opinjoni tagħha fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi talba kompluta.

Jekk il-Kummissjoni ssib fi kwalunkwe mument wara li toħroġ opinjoni li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għadhomx issodisfati, hija għandha tiddikjara li l-Artikolu 101(1) TFUE għandu japplika fil-futur għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma inkwistjoni u tinforma lill-organizzazzjoni interprofessjonali b’dan.

Il-Kummissjoni tista’ tibdel il-kontenut ta’ opinjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, b’mod partikolari jekk l-organizzazzjoni interprofessjonali li tagħmel it-talba tkun ipprovdiet informazzjoni impreċiża jew tkun għamlet użu skorrett tal-opinjoni.”;

(b)

il-paragrafi 3, 5 u 6 jitħassru;

(60)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 210a

Inizjattivi vertikali u orizzontali għas-sostenibbiltà

1.   L-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli li huma relatati mal-produzzjoni ta’ jew mal-kummerċ fi prodotti agrikoli u li għandhom l-għan li japplikaw standard ta’ sostenibbiltà ogħla minn dak mitlub mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, dment li dawk il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma jimponu biss restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni li huma indispensabbli għall-kisba ta’ dak l-istandard.

2.   Paragrafu 1 japplika għall--ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli li jagħmlu parti minnhom diversi produtturi jew li jagħmlu parti minnhom produttur wieħed jew aktar u operatur wieħed jew aktar f’livelli differenti tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċ, fil-katina tal-provvista tal-ikel, inkluż id-distribuzzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘standard ta’ sostenibbiltà’ tfisser standard li għandu l-għan li jikkontribwixxi għal wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:

(a)

objettivi ambjentali, inkluż il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-pajsaġġi, l-ilma u l-ħamrija, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi;

(b)

il-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli b’modi li jnaqqsu l-użu tal-pestiċidi u jimmaniġġjaw ir-riskji li jirriżultaw minn tali użu,, jew li jnaqqsu l-periklu tar-reżistenza antimikrobika fil-produzzjoni agrikola; u

(c)

is-saħħa tal-annimali u trattament xieraq tal-annimali.

4.   Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jissodisfaw il-kondizzjonijiet msemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu pprojbiti, u l-ebda deċiżjoni preċedenti rigward dan ma hi rikjesta.

5.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida għall-operaturi dwar il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu sat-8 ta’ Diċembru 2023.

6.   Mit-8 ta’ Diċembru 2023, il-produtturi kif imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-applikant l-opinjoni tagħha fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi talba kompluta.

Jekk il-Kummissjoni ssib fi kwalunkwe mument wara li toħroġ opinjoni li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 3 u 7 ta’ dan l-Artikolu ma għadhomx issodisfati, hija għandha tiddikjara li l-Artikolu 101(1) TFUE għandu japplika fil-futur għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma inkwistjoni u tinforma lill-produtturi kif xieraq.

Il-Kummissjoni tista’ tibdel il-kontenut ta’ opinjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, b’mod partikolari jekk l-applikant ikun ipprovda informazzjoni impreċiża jew ikun għamel użu skorrett tal-opinjoni.

7.   L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tista’ tiddeċiedi f’każijiet individwali li, fil-futur, wieħed jew aktar mill-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 jridu jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jseħħux għalkollox, jekk tqis li tali deċiżjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat li tiġi eskluża l-kompetizzjoni jew jekk tqis li l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 TFUE huma mhedda.

Għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma jiġu applikati l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 229(2) u (3).

Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li tirriżulta bla dewmien wara li jkunu ġew adottati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.”;

(61)

l-Artikolu 212 jitħassar;

(62)

l-Artikolu 214a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 214a

Pagamenti nazzjonali għal ċerti setturi fil-Finlandja

Soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għall-perijodu 2023-2027, il-Finlandja tista’ tkompli tagħti l-għajnuna nazzjonali li kienet tat fl-2022 lill-produtturi abbażi ta’ dan l-Artikolu, sakemm:

(a)

l-ammont totali tal-għajnuna għall-introjtu jkun digressiv tul il-perijodu kollu u fl-2027 ma jaqbiżx is-67 % tal-ammont mogħti fl-2022; u

(b)

qabel kwalunkwe rikors għal din il-possibbiltà, ikun sar użu sħiħ mill-iskemi ta’ appoġġ taħt il-PAK għas-setturi kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-awtorizzazzjoni tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta’ dan ir-Regolament.”;

(63)

fl-Artikolu 218(2), ir-ringiela għar-Renju Unit titħassar;

(64)

l-Artikolu 219(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta’ tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni jew esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħrajn li jfixklu jew jheddu li jfixklu b’mod sinifikanti s-suq ikkonċernat, fejn dik is-sitwazzjoni, jew l-effetti tagħha fuq is-suq, x’aktarx ser tkompli jew issir agħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 227 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li jiġi rrispettat kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet internazzjonali konklużi f’konformità mat-TFUE u sakemm kwalunkwe miżura oħra disponibbli taħt dan ir-Regolament tidher li tkun insuffiċjenti jew mhux adatta.”;

(b)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tali miżuri, sa fejn u għall-perijodu neċessarju sabiex jindirizzaw it-tfixkil fis-suq jew theddid ta’ tfixkil, jistgħu jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, jaġġustaw jew jissospendu dazji fuq l-importazzjoni kompletament jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi kif meħtieġ, jew jieħdu l-forma ta’ skema temporanja ta’ tnaqqis volontarju tal-produzzjoni, b’mod partikolari f’każijiet ta’ provvista żejda.”;

(65)

il-Parti V, Kapitolu I, Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Miżuri ta’ appoġġ għas-suq relatati ma’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u ma’ telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti”;

(b)

L-Artikolu 220 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Miżuri dwar mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u t-telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti”;

(ii)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ miżuri biex jikkumbattu t-tixrid ta’ mard f’annimali jew il-firxa ta’ pesti tal-pjanti; u”;

(iii)

fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(-a)

frott u ħxejjex;”;

(iv)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (a) jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa miżuri sanitarji, veterinarji jew fitosanitarji malajr biex jeqred il-marda jew biex jissorvelja, jikkontrolla u jeqred jew irażżan il-pesta, u biss sa fejn u sakemm ikun strettament meħtieġ biex jappoġġa s-suq konċernat.”;

(66)

fil-Parti V, jiddaħħal il-Kapitolu u l-Artikoli li ġejjin:

“Kapitolu Ia

Trasparenza tas-swieq

Artikolu 222a

Osservatorji tas-swieq tal-Unjoni

1.   Sabiex tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista tal-ikel, biex jiġu infurmati l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi, biex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-iżviluppi tas-suq u t-theddid ta’ tfixkil fis-suq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi osservatorji tas-suq tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi għal liema setturi agrikoli minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) għandhom jiġu stabbiliti l-osservatorji tas-suq tal-Unjoni.

3.   L-osservatorji tas-suq tal-Unjoni għandhom jagħmlu disponibbli d-data statistika u l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-iżviluppi tas-suq u t-theddid ta’ tfixkil fis-suq, b’mod partikolari:

(a)

il-produzzjoni, il-provvista u l-ħażniet;

(b)

il-prezzijiet, l-ispejjeż u, sa fejn ikun possibbli, il-marġini ta’ profitt fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel;

(c)

it-tbassir dwar l-iżviluppi tas-suq, fuq żmien qasir u medju;

(d)

l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli, b’mod partikolari l-issodisfar tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli fl-Unjoni.

L-osservatorji tas-suq tal-Unjoni għandhom jipproduċu rapporti li jkun fihom l-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u jipprovduha lill-Kummissjoni.

Artikolu 222b

Rappurtar mill-Kummissjoni dwar l-iżviluppi tas-suq

1.   Fir-rapporti tagħhom, l-osservatorji tas-suq tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 222a għandhom jidentifikaw theddid ta’ tfixkil fis-suq relatat ma’ żidiet jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni jew esterni jew ma’ avvenimenti jew ċirkostanzi oħra li jkollhom effetti simili.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-prodotti agrikoli, il-kawżi ta’ tfixkil fis-suq u l-miżuri possibbli li għandhom jittieħdu b’rispons għal dak it-tfixkil fis-suq, b’mod partikolari il-miżuri previsti fil-Parti II, Titolu I, Kapitolu I, u fl-Artikoli 219, 220, 221 u 222, kif ukoll ir-raġuni għal dawk il-miżuri.”;

(67)

fl-Artikolu 223(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-informazzjoni miksuba tista’ tkun trażmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni u nazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, jew issir disponibbli għalihom, u tista’ ssir pubblika, soġġetta għall-protezzjoni ta’ data personali u tal-interess leġittimu ta’ impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, inkluż il-prezzijiet.

Il-Kummissjoni għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), biex tgħinhom iwettqu l-kompiti tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014.”;

(68)

l-Artikolu 225 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) jitħassar;

(b)

il-punti (b) u (c) jitħassru;

(c)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

sal-31 ta’ Diċembru 2025, u kull seba’ snin wara, dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għas-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha;”;

(d)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(da)

sal-31 ta’ Diċembru 2023 dwar l-osservatorji tas-suq tal-Unjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 222a;

(db)

sal-31 ta’ Diċembru 2023, u kull tliet snin wara, dwar l-użu tal-miżuri ta’ kriżi adottati b’mod partikolari skont l-Artikoli 219 sa 222;

(dc)

sal-31 ta’ Diċembru 2024 dwar l-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex tiġi żgurata trasparenza aħjar tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 223;

(dd)

sat-30 ta’ Ġunju 2024 dwar id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u l-klassifikazzjoni tal-karkassi fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż;”;

(69)

fil-Parti V, il-Kapitolu III li fih l-Artikolu 226 jitħassar.

(70)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti I(a), jitħassru l-ewwel u t-tieni ringiela (kodiċijiet NM 0709 99 60 u 0712 90 19);

(b)

fil-Parti I(d), l-entrata fl-ewwel ringiela (kodiċi NM 0714) hija sostitwita b’dan li ġej:

“ex 0714 - Manjoka, ararut, salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew le jew f’forma ta’ gerbub, minbarra l-patata ħelwa tas-subintestatura 0714 20 u l-artiċokks ta’ Ġerusalem tas-subintestatura ex 0714 90 90; lbieba tas-sagu”;

(c)

il-Parti IX hija emendata kif ġej:

(i)

id-deskrizzjoni fil-ħames ringiela (kodiċi NM 0706) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Karrotti, nevew, pitravi tal-insalata, salsafja, krafes ħoxnin, ravanell abjad u għeruq tal-ikel simili (22), friski jew imkessħa

(22)  Dan jinkludi r-rutabaga.”;"

(ii)

id-deskrizzjoni fit-tmien ringiela (kodiċi NM ex 0709) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ħxejjex oħra, friski jew imkessħin, esklużi ħxejjex tas-subintestaturi 0709 60 91, 0709 60 95, ex 0709 60 99 tal-ġeneru Pimenta, 0709 92 10 u 0709 92 90”;

(iii)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

“0714 20 patata ħelwa

ex 0714 90 90 artiċokks ta’ Ġerusalem”;

(d)

fil-Parti X, jitħassru l-esklużjonijiet għall-qamħirrum ħelu;

(e)

fil-Parti XII, tiżdied l-entrata li ġejja:

“(e)

ex 2202 99 19: - - - Inbid ieħor dealkoħolizzat b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ mhux aktar minn 0,5 % vol.”;

(f)

fil-Parti XXIV, Taqsima 1, l-entrata “0709 60 99” hija sostitwita b’dan li ġej:

“ex 0709 60 99: - - - Oħrajn, tal-ġeneru Pimenta”;

(71)

fl-Anness II, il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

fit-Taqsima A, punt 4, titħassar it-tieni sentenza;

(b)

It-Taqsima B titħassar;

(72)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IL-KWALITÀ STANDARD TAR-ROSS U TAZ-ZOKKOR KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1a TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1370/2013 (*6)

(*6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12);”;"

(b)

fil-Parti B, titħassar it-Taqsima I;

(73)

jitħassar l-Anness VI;

(74)

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti I hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt II, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fuq talba ta’ grupp imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Istat Membru rilevanti jista’ jiddeċiedi li l-kondizzjonijiet imsemmija f’dan il-punt ma japplikawx għal-laħam ta’ annimali bovini b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 irreġistrat qabel id-29 ta’ Ġunju 2007.”;

(ii)

fil-punt III.1(A), ir-ringiela għar-Renju Unit titħassar;

(iii)

fil-punt III.1(B), ir-ringiela għar-Renju Unit titħassar;

(b)

il-Parti II hija emendata kif ġej:

(i)

tiżdied il-formulazzjoni introduttorja li ġejja:

“Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti (1) sa (17). Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli stabbiliti fil-punt (1) u fil-punti (4) sa (9) jistgħu jgħaddu minn trattament ta’ dealkoħolizzazzjoni totali jew parzjali f’konformità mal-Anness VIII, Parti I, Taqsima E, wara li jkunu laħqu għalkollox il-karatteristiċi rispettivi tagħhom kif deskritti f’dawk il-punti.”;

(ii)

fil-punt 3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

b’qawwa alkoħolika attwali ta’ mhux anqas minn 15 % skont il-volum u ta’ mhux aktar minn 22 % skont il-volum. Eċċezzjonalment, u għal inbejjed ta’ maturazzjoni fit-tul, dawk il-limiti jistgħu jvarjaw f’ċerti nbejjed likuri b’denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika li jkunu jidhru fil-lista stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 75(2), bil-kondizzjoni li:

l-inbejjed li jiddaħħlu fil-proċess ta’ maturazzjoni jissodisfaw id-definizzjoni ta’ nbejjed likuri; u

l-qawwa alkoħolika attwali tal-inbid immaturat ma għandhiex tkun anqas minn 14 % skont il-volum;”;

(c)

l-Appendiċi I huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fil-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja u l-Iżvezja: iż-żoni tal-vitikultura ta’ dawn l-Istati Membri;”

(ii)

fil-punt 2(g), il-kelma “żona” hija sostitwita b’“reġjun tal-vitikultura”;

(iii)

il-punt 4(f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

“fir-Rumanija, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fir-reġjuni ta’ vitikultura li ġejjin: Dealurile Munteniei și Olteniei mal-vinji Dealurile Buzăului, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun tal-inbid fin-Nofsinhar, inkluż reġjuni bir-ramel u reġjuni favorevoli oħra;”;

(iv)

il-punt 4(g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

fil-Kroazja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fis-subreġjuni li ġejjin: Hrvatska Istra, Hrvatsko primorje u Dalmatinska zagora;”;

(v)

fil-punt 6, jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

fil-Kroazja, iż-żoni mħawlin bid-dwieli fis-subreġjuni li ġejjin: Sjeverna Dalmacija u Srednja i Južna Dalmacija.”;

(75)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti I hija emendata kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tisħiħ, aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni f’ċerti żoni ta’ vitikultura u dealkoħolizzazzjoni”;

(ii)

fit-Taqsima B, il-punt 7(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

“jgħollu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-prodotti msemmija fil-punt 6 għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta għal livell li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri.”;

(iii)

it-Taqsima C hija sostitwita b’dan li ġej:

‘C.   Aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni

1.

Għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb iffermentat parzjalment, inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni u nbid jistgħu jkunu soġġetti għal aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni.

2.

L-aċidifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 1 tista’ ssir biss sa limitu ta’ 4 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 53,3 milliekwivalenti kull litru.

3.

Id-deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed tista’ ssir biss sa limitu ta’ 1 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew ta’ 13,3 milliekwivalenti kull litru.

4.

Il-most tal-għeneb maħsub għal konċentrazzjoni jista’ jkun deaċidifikat parzjalment.

5.

L-aċidifikazzjoni u t-tisħiħ, ħlief permezz ta’ deroga li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 75(2), u l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-istess prodott għandhom ikunu proċessi esklużivi b’mod reċiproku.”;

(iv)

fit-Taqsima D, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni ta’ nbejjed għandha ssir biss fiż-żona ta’ vitikultura fejn l-għeneb użat biex isir l-inbid inkwistjoni kien inqata’.”;

(v)

tiżdied it-Taqsima li ġejja:

“E.   Proċessi tad-dealkoħolizzazzjoni

Kull proċess tad-dealkoħolizzazzjoni elenkat iktar ’l isfel, kemm jekk użat kull wieħed waħdu jew flimkien ma’ proċessi tad-dealkoħolizzazzjoni elenkati oħra, għandu jiġi awtorizzat biex inaqqas parti mill-kontenut tal-etanol jew il-kontenut kważi kollu tiegħu fil-prodotti tad-dwieli msemmija fl-Anness VII, Parti II, punt 1 u punti 4 sa 9:

(a)

evaporazzjoni parzjali bil-vakwu;

(b)

tekniki bil-membrani;

(c)

distillazzjoni.

Il-proċessi tad-dealkoħolizzazzjoni użati ma għandhomx jirriżultaw f’difetti organolettiċi tal-prodott tad-dwieli. L-eliminazzjoni tal-etanol fil-prodotti fid-dwieli ma għandhiex issir flimkien ma’ żieda tal-kontenut taz-zokkor fil-most tal-għeneb.”;

(b)

fil-Parti II, Taqsima B, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Il-punti 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal prodotti maħsuba għall-produzzjoni, fl-Irlanda u fil-Polonja, ta’ prodotti li huma inklużi fil-kodiċi NM 2206 00 li għalihom l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ isem kompost, inkluż id-denominazzjoni ta’ bejgħ ‘inbid’.”;

(76)

fl-Anness X, punt II, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.

Il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għal pitravi taz-zokkor ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli li jkollha kontenut ta’ zokkor ta’ 16 % fil-punt ta’ riċeviment.

Il-prezz għandu jiġi aġġustat b’żiedet jew tnaqqis fil-prezz, maqbul bejn il-partijiet minn qabel, sabiex jippermettu għal devjazzjonijiet mill-kwalità msemmija fl-ewwel subparagrafu.”;

(77)

fl-Anness X, punt XI, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Ftehimiet fil-kummerċ kif deskritti fl-Anness II, Parti II, Taqsima A, punt 6 għandu jkun fihom mekkaniżmi ta’ konċiljazzjoni jew ta’ medjazzjoni u klawżoli dwar l-arbitraġġ.”;

(78)

jitħassru l-Annessi XI, XII u XIII.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

attributi li jżidu l-valur li jirriżultaw mill-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew mill-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom, jew mill-kontribut possibbli tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal spirti jew prodotti tad-dwieli kif definiti fl-Anness VII, Parti II, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni għall-ħall tal-inbid.

3.   Ir-reġistrazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 52 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-produtturi li jikkonformaw ma’ regoli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk marbuta mat-tqegħid tal-prodotti fis-suq u t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel.”;

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “denominazzjoni ta’ oriġini” huwa isem, li jista’ jkun isem użat tradizzjonalment, li jidentifika prodott:

(a)

li joriġina f’post, f’reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż speċifiku;

(b)

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari, bil-fatturi naturali inerenti tiegħu u dawk umani; u

(c)

li l-fażijiet ta’ produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita.

2.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “indikazzjoni ġeografika” huwa isem, li jinkludi isem użat tradizzjonalment, li jidentifika prodott:

(a)

li joriġina f’post, f’reġjun jew f’pajjiż speċifiku;

(b)

li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikolari tiegħu tista’ essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u

(c)

li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.”;

(4)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn dan ikun f’konflitt ma’ isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ annimal u x’aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott jew joħloq konfużjoni bejn prodotti bid-denominazzjoni reġistrata u l-varjetà jew razza inkwistjoni.

Il-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-użu attwali tal-ismijiet f’konflitt, inkluż l-użu tal-isem tal-varjetà ta’ pjanta jew razza tal-annimali ’l barra miż-żona tal-oriġini tiegħu u l-użu tal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta protetta minn dritt ta’ proprjetà intellettwali ieħor.”;

(5)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat b’dan li ġej:

(a)

il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:

(i)

fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); id-dettalji dwar il-fatturi umani ta’ dak l-ambjent ġeografiku jistgħu, fejn rilevanti, ikunu limitati għal deskrizzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-pajsaġġ, prattiki ta’ kultivazzjoni jew kwalunkwe kontribut uman ieħor rilevanti għall-manteniment tal-fatturi naturali tal-ambjent ġeografiku msemmi f’dak il-paragrafu;

(ii)

fir-rigward ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, ir-rabta bejn kwalità determinata, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2);”

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jkun fiha deskrizzjoni tal-kontribut tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għall-iżvilupp sostenibbli.”;

(6)

fl-Artikolu 10(1), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(1) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f’dak il-paragrafu u jekk hija:”;

(7)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta u fil-materjali ta’ riklamar. Ir-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 għall-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għandhom japplikaw għall-isem irreġistrat tal-prodott. L-indikazzjonijiet “denominazzjoni ta’ oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti ‘DOP’ jew ‘IĠP’ jistgħu jidhru fuq it-tikkettar.”;

(8)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta’ isem irreġistrat fir-rigward ta’ prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta, idgħajjef jew inaqqas ir-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż f’każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti;”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal:

(a)

oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa t-territorju doganali tal-Unjoni; u

(b)

oġġetti li jinbiegħu permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, bħall-kummerċ elettroniku.

Għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa dak it-territorju, il-grupp jew kwalunkwe operatur li jkun intitolat juża d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun intitolat iżomm lil kull parti terza milli tintroduċi, fl-ambitu ta’ operazzjonijiet kummerċjali, oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma dawn ikunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju, meta tali oġġetti, inkluż l-ippakkjar, ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi u jkollhom id-denominazzjoni protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta mingħajr awtorizzazzjoni.”;

(9)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ħlief fejn titressaq dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 49(3).”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perijodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal massimu ta’ 15-il sena f’każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li:”;

(10)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16a

Indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti għal prodotti tal-inbid aromatizzat

L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma speċifikazzjonijiet għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

(*7)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).”;"

(11)

fl-Artikolu 21(1), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 51(1) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien u jekk hija:”;

(12)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jidher fuq it-tikkettar u l-materjali ta’ reklamar. Ir-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 għall-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għandhom japplikaw għall-isem irreġistrat tal-prodott. L-indikazzjoni ‘speċjalità tradizzjonali garantita’ jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti ‘STG’ tista’ tidher fuq it-tikkettar.

Is-simbolu ma għandux ikun obbligatorju fuq it-tikkettar ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jiġu prodotti barra l-Unjoni.”;

(13)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ismijiet irreġistrati għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, inkluż rigward prodotti li jintużaw bħala ingredjenti, jew minn kull prattika oħra li tista’ tqarraq lill-konsumatur.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal oġġetti li jinbiegħu permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, bħall-kummerċ elettroniku.”;

(14)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 24a

Perijodi ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perijodu ta’ tranżizzjoni sa ħames snin biex jippermettu prodotti, li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 24(1), biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkummerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li dak l-isem kien użat fis-suq tal-Unjoni b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 50(2), punt (b).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ħlief fejn titressaq dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 49(3).”;

(15)

fl-Artikolu 49, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk jinbeda kwalunkwe proċediment quddiem qorti nazzjonali jew korp nazzjonali ieħor, dwar applikazzjoni mressqa quddiem il-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 4, u jekk l-applikazzjoni tkun ġiet invalidata fil-livell nazzjonali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali.”;

(16)

L-Artikolu 50 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 50

Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li hi tirċievi f’konformità mal-Artikolu 49(4) u (5). Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni meħtieġa u li ma fihomx żbalji evidenti, b’kont meħud tal-eżitu tal-proċedura ta’ skrutinju u ta’ oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat.

L-iskrutinju mill-Kummissjoni jenħtieġ li ma jeċċedix perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ meta tkun waslet l-applikazzjoni mill-Istat Membru. Meta jinqabeż dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant dwar ir-raġunijiet tad-dewmien bil-miktub.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tippubblika l-lista ta’ ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

2.   Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 jkunu ssodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, jew li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (2) ġew issodisfati fir-rigward tal-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, hija għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)

għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stipulata fit-Titolu II, id-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b)

għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stipulata fit-Titolu III, l-ispeċifikazzjoni.”;

3.   Il-Kummissjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tikkonforma mal-iskadenza biex twettaq l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 u li tinforma lill-applikant bir-raġunijiet għad-dewmien meta tirċievi komunikazzjoni minn Stat Membru dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 49(4) li jew:

(a)

tinforma lill-Kummissjoni li l-applikazzjoni ġiet invalidata fil-livell nazzjonali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali; jew

(b)

titlob lill-Kummissjoni tissospendi l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 minħabba li jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali biex tiġi kkontestata l-validità tal-applikazzjoni u l-Istat Membru jqis li dawk il-proċedimenti huma bbażati fuq raġunijiet validi.

L-eżenzjoni għandu jkollha effett sakemm il-Kummissjoni tiġi infurmata mill-Istat Membru li l-applikazzjoni oriġinali ġiet stabbilita mill-ġdid jew li l-Istat Membru jirtira t-talba tiegħu għal sospensjoni.”;

(17)

l-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew tkun stabbilita f’pajjiż terz u li jkollha interess leġittimu, tista’ tippreżenta dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, u li jkollha interess leġittimu, tista’ tressaq dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun residenti jew stabbilita f’limiti ta’ żmien li jippermetti li titressaq oppożizzjoni skont l-ewwel subparagrafu.”;

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ammissibbiltà tad-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni abbażi tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 fir-rigward tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u abbażi tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 fir-rigward tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

3.   Jekk il-Kummissjoni tqis li d-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni tkun ammissibbli hija għandha, fi żmien ħames xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tistieden lill-awtorità jew lill-persuna li tkun ressqet id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u lill-awtorità jew il-korp li ressqu l-applikazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa ma’ xulxin għal perijodu raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur.

L-awtorità jew persuna li ressqu d-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ressqu l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet xierqa mingħajr dewmien żejjed. Dawn għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni.

Fi kwalunkwe żmien matul dan il-perijodu ta’ konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tal-applikant, testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’massimu ta’ tliet xhur.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u dokumenti oħra li jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.”;

(18)

fl-Artikolu 52, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju mwettaq skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1), il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6, fir-rigward tal-iskemi ta’ kwalità stabbiliti fit-Titolu II, jew fl-Artikolu 18, fir-rigward tal-iskemi ta’ kwalità stabbiliti fit-Titolu III, ma jkunux ssodisfati, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

2.   Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli skont l-Artikolu 51, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2), li jirreġistraw l-isem.”;

(19)

L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 53

Emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodott”

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-emendi għal speċifikazzjoni ta’ prodott għandhom jiġu kklassifikati f’żewġ kategoriji fir-rigward tal-importanza tagħhom: L-emendi tal-Unjoni, li jeħtieġu proċedura ta’ oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni, u l-emendi standard li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-pajjiż terz.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘emenda tal-Unjoni’ tfisser emenda għal speċifikazzjoni tal-prodott li:

(a)

tinkludi tibdil fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta, jew fl-użu ta’ dak l-isem;

(b)

hemm ir-riskju li r-rabta msemmija fl-Artikolu 5(1), punt (b), għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, jew ir-rabta imsemmija fl-Artikolu 5(2) punt (b), għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jiġu invalidati;

(c)

tikkonċerna speċjalità tradizzjonali garantita; jew

(d)

tinvolvi restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

“Emenda standard” tfisser kwalunkwe emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li mhijiex emenda tal-Unjoni.

‘Emenda temporanja’ tfisser emenda standard li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew emenda temporanja meħtieġa minħabba diżastru naturali jew kondizzjonijiet tat-temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.

L-emendi tal-Unjoni għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-proċedura ta’ approvazzjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52, mutatis mutandis.

L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta. Fejn xieraq, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistieden lill-applikant biex jimmodifika elementi oħra tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott.

L-emendi standard għandhom jiġu approvati u ppubblikati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat u jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Il-pajjiżi terzi għandhom japprovaw l-emendi standard f’konformità mal-liġi applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv fir-rigward tal-emendi tal-Unjoni u l-emendi standard għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, inkluż fejn emenda ma tinvolvi l-ebda tibdil fid-dokument uniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta’ applikazzjoni għal emenda.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri għal, il-forma ta’ u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emendi għal emendi tal-Unjoni, u dwar il-proċeduri għal u l-forma ta’ emendi standard u l-komunikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).”;

(20)

fl-Anness I, Punt I, jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“-

inbejjed aromatizzati kif definiti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014,

-

xarbiet alkoħoliċi oħrajn, ħlief għal spirti u prodotti tad-dwieli kif definiti fl-Anness VII, Parti II, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013,

-

xama’ tan-naħal.”;

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 251/2014

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat.”;

(3)

fl-Artikolu 2, il-punt 3 jitħassar;

(4)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu ssupplimentati jew sostitwiti b’indikazzjoni ġeografika ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   Fil-każ ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat prodotti fl-Unjoni li huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li l-leġiżlazzjoni tagħhom tirrikjedi denominazzjonijiet tal-bejgħ differenti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jakkumpanjaw id-denominazzjonijiet tal-bejgħ stipulati fl-Anness II. Dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ addizzjonali jistgħu jidhru wkoll b’lingwi oħra apparti l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 33 biex tissupplimenta l-Anness II sabiex tqis il-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, is-saħħa tal-konsumatur jew il-ħtiġijiet tal-konsumatur għall-informazzjoni.”;

(5)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u lista tal-ingredjenti

1.   It-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat ikkummerċjalizzati fl-Unjoni għandu jkun fih id-dettalji obbligatorji li ġejjin:

(a)

id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni skont l-Artikolu 9(1), punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011; u

(b)

il-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 9(1), punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.”

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, punt (a), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu tista’ tkun limitata għall-valur enerġetiku, li jista’ jiġi espress bl-użu tas-simbolu ‘E’ għall-enerġija. F’tali każijiet, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni sħiħa għandha tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi identifikati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. Dik id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni ma għandhiex tintwera ma’ informazzjoni oħra maħsuba għal skopijiet ta’ bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni u l-ebda data dwar l-utent ma għandha tinġabar jew tiġi traċċata.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, punt (b), il-lista ta’ ingredjenti tista’ tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi identifikati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. F’tali każijiet, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-ebda data tal-utent ma għandha tinġabar jew tiġi traċċata;

(b)

il-lista ta’ ingredjenti ma għandhiex tintwera ma’ informazzjoni oħra maħsuba għal skopijiet ta’ bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni; u

(c)

l-indikazzjoni tad-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1), punt (c), tar-Regolament(UE) Nru 1169/2011 għandha tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu.

L-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (c), ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi l-kelma “fih” segwita bl-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 33 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar ir-regoli għall-indikazzjoni u d-denominazzjoni tal-ingredjenti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, punt (b) ta’ dan l-Artikolu.”;

(6)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-isem tal-indikazzjoni ġeografika ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jidher fuq it-tikketta fil-lingwa jew fil-lingwi li fihom huwa rreġistrat, anki meta l-indikazzjoni ġeografika tissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ f’konformità mal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn l-isem ta’ indikazzjoni ġeografika ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun miktub b’alfabett mhux Latin, dan jista’ jidher ukoll f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Unjoni.”;

(7)

l-Artikolu 9 jitħassar;

(8)

Il-Kapitolu III, li jinkludi l-Artikoli 10 sa 30, jitħassar.

(9)

L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-7 ta’ Diċembru 2021. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artiklu 6a(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-8 ta’ Diċembru 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2), Artikolu 5(7), Artikolu 6a(4), Artikolu 28, Artikolu 32(2) u Artikolu 36(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikat f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2), Artikolu 5(7), Artikolu 6a(4), Artikolu 28, Artikolu 32(2) u Artikolu 36(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(10)

fl-Anness I, punt (1)(a), jiżdied il-punt li ġej:

“(iv)

spirti fi kwantità li ma taqbiżx il-1 % tal-volum totali.”;

(11)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, punt (3), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“-

li miegħu seta’ ġie miżjud l-alkoħol; u”

(b)

il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt (8), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“-

li jinkiseb esklużivament minn inbid aħmar jew abjad jew mit-tnejn,”;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(14)

Wino ziołowe

Xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat:

(a)

li jinkiseb mill-inbid u li fih il-prodotti tad-dwieli jirrappreżentaw mill-inqas 85 % tal-volum totali,

(b)

li jkun ingħata t-togħma esklużivament bi preparazzjonijiet aromatizzanti miksuba minn ħxejjex aromatiċi jew ħwawar jew it-tnejn,

(c)

li ma jkunx ingħata kulur,

(d)

li għandu qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum ta’ mhux inqas minn 7 %”.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 228/2013

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 22a

Ftehimiet interprofessjonali f’Réunion

1.   Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 101(1) tat-Trattat u minkejja l-Artikolu 164(4), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (n), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 topera esklużivament f’Réunion u titqies li tirrappreżenta l-produzzjoni ta’, il-kummerċ fi jew l-ipproċessar ta’ prodott speċifiku wieħed, Franza tista’, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni, testendi għal operaturi oħra li mhumiex membri ta’ dik l-organizzazzjoni interprofessjonali regoli mmirati biex jappoġġaw iż-żamma u d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni lokali sabiex tiżdied is-sigurtà tal-ikel f’Réunion, dment li dawk ir-regoli japplikaw biss għal dawk l-operaturi li l-attivitajiet tagħhom huma mwettqa biss f’Réunion fir-rigward ta’ prodotti li huma destinati għas-suq lokali. Minkejja l-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, organizzazzjoni interprofessjonali għandha titqies bħala li hija rappreżentant skont dan l-Artikolu fejn tirrappreżenta mill-inqas 70 % tal-volum tal-produzzjoni, tal-kummerċ jew tal-ipproċessar tal-prodott jew prodotti kkonċernati.

2.   B’deroga mill-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn ir-regoli ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta li topera esklużivament f’Réunion jiġu estiżi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali tal-operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom huma mwettqa biss f’Réunion fir-rigward ta’ prodotti li huma destinati għas-suq lokali, Franza tista’ tiddeċiedi, wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti, li l-operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda joperaw f’dak is-suq lokali għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha jew parti minnhom li jitħallsu mill-membri tagħha, sa fejn tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru l-ispejjeż li huma mġarrba direttament b’riżultat tat-twettiq tal-attivitajiet konċernati.

3.   Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehim li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġi estiż f’konformità ma’ dan l-Artikolu.”.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Ir-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 għandhom ikomplu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendar u t-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 u għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, u t-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 qabel is-7 ta’ Diċembru 2021.

2.   Ir-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 għandhom jibqgħu japplikaw għal applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendar ta’ speċifikazzjoni ta’ prodott ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi jew ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 qabel it-8 ta’ Ġunju 2022.

3.   Ir-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 għandhom ikomplu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendar u t-talbiet għall-kanċellazzjoni tal-ismijiet ta’ nbejjed aromatizzati bħala indikazzjoni ġeografika li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 qabel is-7 ta’ Diċembru 2021. Madankollu, id-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 kif emendat bl-Artikolu 2, punt (18), ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Artikoli 29 sa 38 u 55 sa 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għal operazzjonijiet implimentati qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskemi ta’ għajnuna msemmija f’dawk l-Artikoli.

5.   L-Artikoli 58 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula qabel l-1 ta’ Jannar 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija f’dawk l-Artikoli.

6.   Organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li jkollhom programm operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jkun ġie approvat minn Stat Membru għal tul ta’ żmien lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2022 għandhom, sal-15 ta’ Settembru 2022, jissottomettu talba lil dak l-Istat Membru sabiex il-programm operazzjonali tagħhom:

(a)

jiġi modifikat biex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2021/2115; jew

(b)

jiġi sostitwit bi programm operazzjonali ġdid approvat skont ir-Regolament (UE) 2021/2115; jew

(c)

ikompli jopera sa tmiemu taħt il-kondizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Meta tali organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma jressqux talbiet bħal dawn sal-15 ta’ Settembru 2022, il-programm operazzjonali tagħhom li huma approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022.

7.   Il-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw sal-15 ta’ Ottubru 2023. L-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward ta’:

(a)

in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għal operazzjonijiet implimentati skont dak ir-Regolament qabel is-16 ta’ Ottubru 2023 fi ħdan l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 39 sa 52 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għal operazzjonijiet implimentati skont l-Artikoli 46 u 50 ta’ dak ir-Regolament qabel is-16 ta’ Ottubru 2025, dment li sal-15 ta’ Ottubru 2023 tali operazzjonijiet jkunu ġew parzjalment implimentati u n-nefqa mġarrba tammonta għal mill-anqas 30 % tan-nefqa totali ppjanata u li tali operazzjonijiet jkunu ġew implimentati bis-sħiħ sal-15 ta’ Ottubru 2025.

8.   L-inbid li jissodisfa r-rekwiżiti tat-tikkettar tal-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u prodotti tal-inbid aromatizzat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikkettar tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 applikabbli fiż-żewġ każijiet qabel it-8 ta’ Diċembru 2023 u li ġew prodotti u ttikkettati qabel dik id-data jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm l-istokkijiet jiġu eżawriti.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punti (8)(d)(i), (8)(d)(iii), (10)(a)(ii) u (38), għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021.

L-Artikolu 2, punt (19)(b), għandu japplika mit-8 ta’ Ġunju 2022.

L-Artikolu 1, punti (1), (2)(b), (8)(a), (8)(b), (8)(e), (18), (31), (35), (62), (68)(a), (69) u (73), għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023.

L-Artikolu 1, punti (32)(a)(ii) u (32)(c), u l-Artikolu 3, punt (5), għandhom japplikaw mit-8 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 214.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 173.

(3)  ĠU C 41, 1.2.2019, p. 1.

(4)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021.

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016. p. 1.

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ara l-paġna 187 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304 22.11.2011, p. 18).

(18)  Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 59).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).