ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 432

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
3 ta' Diċembru 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2126 tad-29 ta’ Settembru 2021 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2127 tad-29 ta’ Settembru 2021 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

7

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2128 tal-1 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ ċerti objettivi speċifiċi u prijoritajiet tematiċi għall-assistenza taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2129 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-fruttoborat tal-kalċju bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2130 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 rigward il-listi ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2131 tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar tal-Protokoll 32 dwar modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82, anness mal-Ftehim ŻEE ( 1 )

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2132 tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2133 tat-2 ta’ Diċembru 2021 b’appoġġ għall-programm komprensiv dwar l-appoġġ għall-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) fix-Xlokk tal-Ewropa

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2134 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi tad-Difiża Georgjani

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2135 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2136 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar Miżura ta’ Assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova

63

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2137 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar Miżura ta' Assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Mali flimkien mal-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE fil-Mali

67

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2138 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 b’appoġġ għal politiki, programmi u azzjonijiet li jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi ta’ kalibru żgħir u l-użu ħażin tagħhom, f’konformità mal-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà

72

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2126

tad-29 ta’ Settembru 2021

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/452, il-proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni għandhom jinkludu dawk il-proġetti u programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti ta’ finanzjament mill-Unjoni, jew li huma koperti mid-dritt tal-Unjoni dwar infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew inputs kritiċi li huma essenzjali għas-sigurtà jew għall-ordni pubbliku.

(2)

Il-lista tal-proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/452 hija stabbilita fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kummissjoni identifikat bosta proġetti u programmi oħra li huma eliġibbli għal inklużjoni fil-lista mehmuża mar-Regolament (UE) 2019/452.

(4)

Il-Programm Spazjali (2) għandu l-għan li jiżgura l-kontinwità tal-investiment fl-attivitajiet spazjali tal-Unjoni, jinkoraġġixxi l-progress xjentifiku u tekniku u jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija spazjali tal-Unjoni. Huwa jgħaqqad l-infrastruttura eżistenti u jissalvagwardja l-kontinwità u l-evoluzzjoni tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita tal-UE (Galileo), is-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (European Geostationary Navigation Overlay Service, EGNOS) kif ukoll Copernicus, il-programm bla ħlas u miftuħ tal-Unjoni għall-osservazzjoni tad-dinja. Jimmira li jiżviluppa wkoll komponenti ġodda tas-sigurtà, bħall-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju (Space Situational Awareness, SSA), li jinkludi subkomponent tas-sorveljanza u insegwiment fl-ispazju (Space Surveillance and Tracking) u s-servizz il-ġdid ta’ komunikazzjoni governattiva bis-satellita għall-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Irawwem industrija spazjali b’saħħitha u innovattiva u jimmira li jippreserva l-aċċess awtonomu tal-Unjoni għall-ispazju.

(5)

Orizzont Ewropa (3) huwa l-programm ta’ finanzjament ewlieni tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni u jappoġġa, fost l-oħrajn, l-azzjonijiet kritiċi għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku fl-Unjoni.

(6)

Il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021–2025 (4) jappoġġa attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ nukleari b’enfasi fuq is-sikurezza nukleari, is-sigurtà, l-iskart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil użat, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-enerġija mill-fużjoni. Għandu wkoll l-għan li jtejjeb l-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka.

(7)

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (5) tiffinanzja proġetti ewlenin fl-oqsma diġitali, tat-trasport u tal-enerġija. L-azzjonijiet tagħha jistgħu jipprovdu finanzjament għal infrastruttura kritika, kemm fiżika kif ukoll virtwali, u għal teknoloġiji kritiċi.

(8)

Il-Programm Ewropa Diġitali (6) huwa l-ewwel strument finanzjarju tal-Unjoni li jiffoka fuq it-twassil tat-teknoloġija diġitali għand in-negozji u ċ-ċittadini. Jipprovdi finanzjament għal proġetti f’oqsma li jistgħu jidhru kritiċi għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku fl-Unjoni, bħas-supercomputing, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati.

(9)

Il-Fond Ewropew għad-Difiża (7) huwa maħsub bħala strument li jrawwem il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża tal-Unjoni u b’hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika u tas-sigurtà tal-Unjoni.

(10)

Il-Programm l-UE għas-Saħħa (8) huwa wieħed mir-risposti tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk għandu rwol importanti fl-iżgurar tal-ordni pubbliku permezz tas-saħħa pubblika. Jimmira li jagħmel is-sistemi tas-saħħa aktar reżiljenti biex jindirizzaw it-theddid transfruntier għas-saħħa bħall-COVID-19 u jtejjeb il-kapaċità tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tħejjija aħjar għall-pandemiji; itejjeb id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediċi u prodotti rilevanti għall-kriżijiet fl-Unjoni, billi jiġu promossi l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/452 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021–2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU L 167I, 12.5.2021, p. 81).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38–81).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021–2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)

1.   Programmi Ewropej GNSS (Galileo & EGNOS) (1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).

2.   Copernicus (2)

Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).

3.   Azzjoni preparatorja għat-tħejjija tal-programm il-ġdid tal-UE GOVSATCOM

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(2)(b) tiegħu (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

4.   Programm Spazjali

Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

5.   Orizzont 2020 jinkludi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 tat-TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104) inklużi azzjonijiet relatati ma’ Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali bħall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi u ċ-ċibersigurtà.

6.   Orizzont Ewropa, inklużi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbilita skont l-Artikolu 187 TFUE

Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

7.   Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021–2025

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021–2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU L 167I, 12.5.2021, p. 81).

8.   Networks Trans-Ewropej għat-Trasport (TEN-T)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

9.   Networks Trans-Ewropej għall-Enerġija (TEN-E)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

10.   Networks Trans-Ewropej għat-Telekomunikazzjoni (3)

Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

11.   Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).

12.   Programm Ewropa Diġitali

Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

13.   Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża

Ir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30).

14.   Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(2)(b) tiegħu (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

15.   Fond Ewropew għad-Difiża

Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

16.   Il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 18).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 293, 14.11.2019, p. 113).

17.   Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).

18.   Programm l-UE għas-Saħħa

Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021–2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2127

tad-29 ta’ Settembru 2021

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, pajjiż li jkun identifikat min-Nazzjonijiet Uniti (“NU”) bħala pajjiż l-inqas żviluppat jenħtieġ li jibbenefika mill-preferenzi tariffarji previsti skont l-arranġament speċjali ta’ Kollox Minbarra Armi (“KMA”) għall-pajjiżi l-inqas żviluppati. Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji ta’ KMA hija stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012.

(2)

In-NU tellgħu lil Vanuatu mill-kategorija tal-pajjiżi l-anqas żviluppati fl-4 ta’ Diċembru 2020. Għaldaqstant, Vanuatu ma għadux jikkwalifika għall-istatus ta’ benefiċjarju ta’ KMA skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u jenħtieġ li jitneħħa mill-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, it-tneħħija ta’ Vanuatu mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji ta’ KMA jenħtieġ li tapplika wara perjodu tranżitorju ta’ tliet snin li jibda mid-data li fiha dak ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Għaldaqstant Vanuatu għandu jitneħħa mill-Anness IV b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament (UE) Nru 978/2012

Fit-Tabella tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-kodiċi alfabetiku u l-pajjiż korrispondenti li ġejjin jitħassru mill-kolonni A u B, rispettivament:

“VU

Vanuatu”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2128

tal-1 ta’ Ottubru 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ ċerti objettivi speċifiċi u prijoritajiet tematiċi għall-assistenza taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2021/1529 jistabbilixxu l-prijoritajiet tematiċi għall-assistenza.

(2)

Objettivi speċifiċi u prijoritajiet tematiċi għall-assistenza għandhom jiġu żviluppati aktar permezz ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) 2021/1529.

(3)

Dan ir-Regolament ikopri ċerti objettivi speċifiċi u prijoritajiet tematiċi għall-assistenza msemmija fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6, tar-Regolament (UE) 2021/1529,

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-ipprogrammar u l-finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2021/1529 mingħajr dewmien, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-objettivi speċifiċi u l-prijoritajiet tematiċi għall-assistenza relatati mal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3, il-punti (a) sa (m) u l-punt (r) u fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4, il-punti (a) sa (j) tar-Regolament (UE) 2021/1529, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1.


ANNESS

L-objettivi speċifiċi u l-prijoritajiet tematiċi għall-assistenza, imsemmija fl-Artikolu 3(6) u stabbiliti speċifikament fl-Artikolu 3(3) punti (a) sa (m) u (r), u l-Artikolu 3(4) punti (a) sa (j), tar-Regolament (UE) 2021/1529 (IPA III) stabbiliti minn dan ir-Regolament Delegat, huma dawn li ġejjin:

(1)

L-istabbiliment u l-promozzjoni minn stadju bikri tal-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-istat tad-dritt u jiġu kkonsolidati aktar l-istituzzjonijiet demokratiċi

(a)

L-istabbiliment ta’ sistemi ġudizzjarji indipendenti, responsabbli, imparzjali, professjonali, depolitiċizzati u effiċjenti, inkluż permezz ta’ sistemi ta’ reklutaġġ, evalwazzjoni u promozzjoni trasparenti u bbażati fuq il-mertu u proċeduri dixxiplinari effettivi f’każijiet ta’ għemil ħażin, u li jippromwovu l-kooperazzjoni ġudizzjarja; l-iżgurar tal-aċċess għall-ġustizzja;

(b)

It-tisħiħ tal-libertajiet fundamentali, inkluż il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-midja, il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni u l-protezzjoni tad-data;

(c)

Il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

(d)

Il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(e)

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u l-iskambju ta’ informazzjoni; l-iżvilupp ta’ għodod effettivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin u tal-armi tan-nar illeċiti, l-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, it-traffikar tad-drogi, il-ħasil tal-flus/il-finanzjament tat-terroriżmu; l-appoġġ għall-involviment mal-Unjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.

(2)

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-migrazzjoni fil-livell reġjonali u internazzjonali u biex tkompli tiġi kkonsolidata l-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni

(a)

Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti;

(b)

L-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, u t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-ażil;

(c)

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni tal-fruntieri, u fil-qasam tar-ritorn u r-riintegrazzjoni, u l-isforzi biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari, inkluża l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;

(d)

L-indirizzar tal-ispostament sfurzat.

(3)

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-komunikazzjoni strateġika, inkluża l-komunikazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riformi meħtieġa biex jintlaħqu l-kriterji tas-sħubija fl-UE

(a)

L-appoġġ għal aktar żvilupp ta’ litteriżmu tal-media u media indipendenti u pluralistika;

(b)

Iż-żieda tar-reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà għad-diżinformazzjoni u forom oħra ta’ theddid ibridu, inkluż il-bini tal-kapaċità fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

(4)

It-tisħiħ tal-governanza tajba u r-riforma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi f’konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni pubblika

(a)

It-tisħiħ tal-oqfsa tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku, it-titjib tal-ippjanar strateġiku u l-iżvilupp tal-politika u leġiżlattiv inklużiv u bbażat fuq l-evidenza;

(b)

Titjib fil-professjonalizzazzjoni u depolitiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku billi jiġu inkorporati prinċipji meritokratiċi;

(c)

Il-promozzjoni tat-trasparenza u r-responsabbiltà, inkluż l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni;

(d)

It-titjib tal-kwalità u t-twassil tas-servizzi, inklużi proċeduri amministrattivi adegwati u l-użu ta’ Gvern elettroniku interoperabbli u ċċentrat fuq iċ-ċittadin;

(e)

It-tisħiħ tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u l-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità tajba.

(5)

It-tisħiħ tal-governanza fiskali u ekonomika

(a)

L-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riforma ekonomika (ERP) u l-kooperazzjoni sistematika mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali dwar il-prinċipji fundamentali tal-politika ekonomika u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ekonomiċi;

(b)

It-tisħiħ tal-kapaċità biex tissaħħaħ l-istabbiltà makroekonomika u l-koeżjoni soċjali;

(c)

L-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli u l-progress lejn ekonomija tas-suq li tiffunzjona;

(d)

Progress lejn is-Suq Reġjonali Komuni tal-Balkani tal-Punent.

(6)

It-tisħiħ tal-aspetti kollha ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, l-istabbiltà reġjonali u l-kooperazzjoni reċiproka

(7)

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u s-sħab tagħha biex jipprevjenu l-kunflitt, jibnu l-paċi, jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ qabel u ta’ wara l-kriżi

(a)

Il-promozzjoni ta’ netwerking bejn il-persuni, ir-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-paċi u miżuri għall-bini tal-fiduċja, twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti, inizjattivi li jippromwovu r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja tranżizzjonali, it-tiftix tal-verità, il-kumpens u l-garanziji ta’ nonrikorrenza;

(b)

L-appoġġ għall-bini tal-kapaċità b’appoġġ għall-azzjonijiet tas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD).

(8)

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet, l-indipendenza u l-pluralità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali

(a)

It-tisħiħ tal-kapaċità, l-indipendenza u l-pluralità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-għoti tas-setgħa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livelli reġjonali u lokali, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

(b)

It-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali;

(c)

L-inkoraġġiment tan-netwerking fil-livelli kollha fost l-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni u dawk tal-benefiċjarji, li jippermettilhom jidħlu fi djalogu effettiv mal-atturi pubbliċi u privati.

(9)

Il-promozzjoni tal-allinjament tar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-benefiċjarji ma’ dawk tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat

(10)

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet

(a)

L-istabbiliment ta’ ambjent aktar favorevoli għall-issodisfar tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet;

(b)

L-indirizzar tal-forom kollha ta’ vjolenza sessista, diskriminazzjoni u inugwaljanzi;

(c)

Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni u t-tmexxija ugwali tan-nisa u l-bniet, inkluż fit-tfassil tal-politika u tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

(d)

Il-promozzjoni tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru.

(11)

It-tisħiħ fl-aċċess għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għat-tagħlim tul il-ħajja u l-kwalità tagħhom fil-livelli kollha, u l-offerta ta’ appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi u l-isport.

(a)

Il-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità tat-tfal, għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, titjib fl-għoti tal-ħiliet bażiċi;

(b)

Iż-żieda fil-livelli ta’ kisba edukattiva, l-indirizzar tal-eżodu ta’ mħuħ, it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u t-tisħiħ tat-taħriġ tal-għalliema;

(c)

L-iżvilupp ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali (VET) u l-promozzjoni ta’ sistemi ta’ tagħlim ibbażati fuq ix-xogħol biex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol, inkluż għall-persuni b’diżabbiltà;

(d)

Titjib fil-kwalità u r-relevanza tal-edukazzjoni għolja;

(e)

Inkoraġġiment ta’ attivitajiet relatati mal-alumni;

(f)

It-tisħiħ tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja u l-appoġġ għall-investiment fl-edukazzjoni u fl-infrastruttura tat-taħriġ aċċessibbli b’mod partikolari bil-ħsieb li jitnaqqsu d-disparitajiet territorjali u titrawwem edukazzjoni inklużiva mhux segregata inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġiji diġitali aċċessibbli.

(g)

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fis-setturi kulturali, kreattivi u sportivi.

(12)

It-trawwim ta’ impjiegi ta’ kwalità u l-aċċess għas-suq tax-xogħol.

(a)

L-indirizzar tal-qgħad u l-inattività għolja billi tiġi appoġġata l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol b’mod partikolari dik taż-żgħażagħ, in-nisa, il-persuni qiegħda fit-tul u l-gruppi sottorappreżentati kollha;

(b)

Stimular tal-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u appoġġ għall-infurzar effettiv tar-regoli u l-istandards tax-xogħol;

(c)

L-appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi u ż-żgħażagħ, il-promozzjoni tal-impjegabbiltà u l-produttività, l-adattament tal-ħaddiema u l-intrapriżi għall-bidla, l-istabbiliment ta’ djalogu soċjali sostenibbli u l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-ispettorati tax-xogħol.

(13)

Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar.

(a)

L-immodernizzar tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali biex tiġi pprovduta protezzjoni effettiva, effiċjenti u adegwata matul l-istadji kollha tal-ħajja ta’ persuna;

(b)

Il-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fuq il-familja u l-komunità;

(c)

It-trawwim tal-inklużjoni soċjali, il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs u l-indirizzar tal-inugwaljanzi u l-faqar;

(d)

L-integrazzjoni tal-komunitajiet emarġinati bħar-Rom;

(e)

Il-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni;

(f)

It-titjib fl-aċċess għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, bħall-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, is-settur tal-abitazzjoni, il-kura tas-saħħa, servizzi soċjali essenzjali u kura fit-tul, inkluż permezz tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali.

(14)

Il-ħarsien tal-ambjent u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent

(a)

L-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali, u t-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità;

(b)

Il-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi terrestri u tal-baħar u tar-riżorsi naturali;

(c)

L-investiment fil-kwalità tal-arja, il-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart u l-ġestjoni sostenibbli tas-sustanzi kimiċi;

(d)

Il-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-indirizzar tat-tniġġis;

(e)

L-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomiji ekoloġiċi u ċirkolari, il-kontribut għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, iż-żieda tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, il-promozzjoni tal-governanza u l-informazzjoni dwar l-azzjoni klimatika, u l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija;

(f)

Il-promozzjoni ta’ politiki li jappoġġaw il-bidla lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, sikura u sostenibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, l-effiċjenza enerġetika u t-tisħiħ tar-reżiljenza għad-diżastri kif ukoll il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri.

(15)

Prijoritajiet tematiċi għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji tal-IPA III

(a)

Il-promozzjoni tal-impjiegi, il-mobilità tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali u kulturali bejn il-fruntieri;

(b)

Il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji u l-promozzjoni tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(c)

Il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-titjib tal-infrastrutturi pubbliċi;

(d)

Il-promozzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali;

(e)

L-inkoraġġiment tat-turiżmu, speċjalment it-turiżmu sostenibbli, u l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u naturali;

(f)

L-investiment fiż-żgħażagħ, l-isport, l-edukazzjoni u l-ħiliet;

(g)

Il-promozzjoni tal-governanza lokali u reġjonali u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-ippjanar u amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

(h)

Il-promozzjoni ta’ inizjattivi transkonfinali biex jitrawmu r-rikonċiljazzjoni u l-ġustizzja tranżizzjonali;

(i)

It-tisħiħ tal-kompetittività, l-ambjent tan-negozju u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-kummerċ u l-investiment;

(j)

It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji diġitali.


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2129

tat-2 ta’ Diċembru 2021

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-fruttoborat tal-kalċju bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-kumpanija VDF FutureCeuticals, Inc (“l-applikant”) ressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed il-fruttoborat tal-kalċju fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-fruttoborat tal-kalċju jintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), għall-popolazzjoni adulta, għajr għan-nisa tqal u għan-nisa li qed ireddgħu.

(4)

L-applikant ressaq ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja għal għadd ta’ data mressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni, (4); metodi tal-analiżi (5); ċertifikati tal-analiżijiet (6); rapport tal-istabbiltà (7); valutazzjoni tal-konsum tal-boron dijetetiku (8); studju tossikokinetiku (9); test reversiv fil-batterji (10); assaġġ in vitro tal-mikronukleu mammiferi (11); studju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità fil-firien (12); analiżi tad-daqs tal-partikoli (13); metodu tal-analiżi tad-daqs tal-partikoli (14); analiżi tal-fruttożju (15); analiżi tal-amminoaċidu (16); analiżi tal-mikroorganiżmi (17); stabbiltà fiżjokimika (18); stabbiltà tal-fruttożju fl-ikel ġdid (19); teħid tal-boron djetetiku tal-isfond (20); dissoċjazzjoni tal-boron skont pH li jvarja (21).

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fl-10 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tipprovdi opinjoni xjentifika billi twettaq valutazzjoni tas-sikurezza għall-fruttoborat tal-kalċju bħala ikel ġdid.

(6)

Fil-25 ta’ Mejju 2021, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar “Safety of calcium fructoborate as a novel food pursuant to Regulation (EU) 2015/2283” (22). Din l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet li l-ikel ġdid, il-fruttoborat tal-kalċju, huwa sikur għall-popolazzjoni adulta, għajr għan-nisa tqal u għan-nisa li qed ireddgħu, f’livelli ta’ teħid sa 220 mg/jum (3,14 mg/kg bw kuljum). Għaldaqstant, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-fruttoborat tal-kalċju skont il-kundizzjonijiet tal-użu speċifiċi, jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Peress li ftit hemm data disponibbli dwar is-sikurezza tal-fruttoborat tal-kalċju fil-popolazzjoni ta’ taħt it-18-il sena u minn nisa tqal u li qed ireddgħu, jenħtieġ li jiġi pprovdut tikkettar sabiex il-konsumaturi jintgħarrfu kif xieraq li jenħtieġ li s-supplimenti tal-ikel li fihom il-fruttoborat tal-kalċju ma jiġux kkunsmati minn dawk il-gruppi tal-popolazzjoni.

(9)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset li d-data kollha li għaliha l-applikant talab protezzjoni tad-data, ħlief għall-valutazzjoni tat-teħid tal-boron djetetiku u għat-teħid tal-boron djetetiku tal-isfond, serviet bħala bażi biex tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ikel ġdid. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-fruttoborat tal-kalċju ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapport ta’ dawn l-istudji.

(10)

Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dik id-data u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza għal dik id-data, kif meħtieġ skont l-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

L-applikant iddikjara li, fiż-żmien li ġiet imressqa l-applikazzjoni, kellu d-dritt proprjetarju u esklużiv ta’ referenza għal dik id-data skont il-liġi nazzjonali, u li għalhekk il-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw jew jużaw b’mod legali dik id-data jew jirreferu għal dik id-data.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha li pprovdielha l-applikant u kienet tal-fehma li l-applikant issostanzja biżżejjed l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant, id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni; il-metodi tal-analiżi; iċ-ċertifikati tal-analiżijiet; ir-rapport ta’ stabbiltà; l-istudju tossikokinetiku; it-test reversiv; l-assaġġ in vitro tal-mikronukleu mammiferi; l-istudju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità fil-firien; l-analiżi tad-daqs tal-partikoli; il-metodu tal-analiżi tad-daqs tal-partikoli; l-analiżi tal-fruttożju; l-analiżi tal-amminoaċidu; l-analiżi tal-mikroorganiżmi; l-istabbiltà fiżjokimika; l-istabbiltà tal-fruttożju fl-ikel ġdid; jenħtieġ li d-dissoċjazzjoni tal-boron taħt pH li jvarja u li jinsab fil-fajl tal-applikant u li fuqu l-Awtorità bbażat il-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid u li mingħajrha ma setgħatx tivvaluta l-ikel ġdid, ma tintużax mill-Awtorità għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li matul dak il-perjodu, l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed il-fruttoborat tal-kalċju fis-suq tal-Unjoni.

(13)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-fruttoborat tal-kalċju u tar-referenza għad-data li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lill-applikanti l-oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom abbażi tal-informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa din l-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-fruttoborat tal-kalċju kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat li ġiet stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   Għal perjodu ta’ ħames snin mit-23 ta’ Diċembru 2021, l-applikant inizjali biss,

Kumpanija: VDF FutureCeuticals, Inc.,

Indirizz: 300 West 6th Street Momence, Illinois 60954, l-Istati Uniti,

huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, dment li ma jkunx hemm applikant sussegwenti li jikseb l-awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr ma jirreferi għad-data protetta skont l-Artikolu 2 jew mingħajr ftehim ma’ VDF FutureCeuticals, Inc.

3.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Id-data li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni li abbażi tagħha ġie ivvalutata l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant huma proprjetarji, u li mingħajrhom l-ikel ġdid ma setax jiġi awtorizzat, ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mit-23 ta’ Diċembru 2021 mingħajr il-qbil ta’ VDF FutureCeuticals, Inc.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Section 2.b.1/VDF Calcium Fructoborate - Production Process.pdf.

(5)  Methods of analysis, excluding Thermogravimetric Analysis (TGA) - Annex C - Methods of Analysis - CONF.pdf.

(6)  Annex D — Certificates of Analysis — CONF.pdf.

(7)  Annex E — Stability — CONF.pdf.

(8)  Annex F — Boron Intake Report — CONF.pdf.

(9)  Annex G — Nemzer, 2018 — CONF&PROP.pdf (Unpublished Study report 2018).

(10)  Annex G — Schreib et al., 2015 — CONF&PROP.pdf (Unpublished Study report 2015a).

(11)  Annex G — Donath et al., 2015 — CONF&PROP.pdf (Unpublished Study report 2015b).

(12)  Annex G — Bauter et al 2015 1 CONF&PROP.pdf; Annex G — Bauter et al 2015 2 CONF&PROP.pdf (Unpublished Study report 2015c).

(13)  Calcium Fructoborate — Particle Size COAs.pdf.

(14)  Calcium Fructoborate — Particle Size MOA.pdf.

(15)  Attachment — Response 3 — Fructoborate Analysis.pdf.

(16)  Attachment — Response 5 — Amino Acid Analysis.pdf.

(17)  Attachment — Response 6 — Micro Analysis.pdf.

(18)  Attachment — Response 7 — Physiochem Stability.pdf.

(19)  Attachment_Clarification_Resp_Q8_Fructose_Stability_CONF.pdf.

(20)  Ca Fructoborate_Response EFSA Q9-11_17 Jul 2020.pdf.

(21)  Ca Fructoborate_Response EFSA Q_ADME_06 Apr 2021.pdf.

(22)  EFSA Journal 2021;19(6):6661.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Ikel ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Protezzjoni tad-data

Fruttoborat tal-kalċju

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

1.

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “fruttoborat tal-kalċju”.

2.

It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom il-fruttoborat tal-kalċju għandu jkollu dikjarazzjoni li dawk is-supplimenti tal-ikel jenħtieġ li ma jiġux kkunsmati mill-popolazzjoni ta’ taħt it-18-il sena u minn nisa tqal u li qed ireddgħu.

 

Awtorizzat nhar it-23 ta’ Diċembru 2021. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza xjentifika u data xjentifika proprjetarji protetti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: VDF FutureCeuticals, Inc., 300 West 6th Street Momence, Illinois 60954, l-Istati Uniti.

Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid, il-fruttoborat tal-kalċju, huwa awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni biss minn VDF FutureCeuticals, Inc., sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx l-awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika jew għad-data xjentifika proprjetarji protetti skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bil-qbil ta’ VDF FutureCeuticals, Inc.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: it-23 ta’ Diċembru 2026”

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE għall-popolazzjoni adulta, minbarra s-supplimenti tal-ikel għan-nisa tqal u li qed ireddgħu

220 mg/jum

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjonijiet

Fruttoborat tal-kalċju

Deskrizzjoni/Definizzjoni

L-ikel ġdid huwa l-fruttoborat tal-kalċju, melħ tal-kalċju tetraidrat ta’ ester tal-bis(fruttożju) ta’ aċidu boriku fil-forma ta’ trab, irrappreżentat b’Ca[(C6H10O6)2B]2•4H2O, b’massa molekulari ta’ 846 Da.

L-ikel ġdid huwa prodott permezz ta’ sinteżi kimika li permezz tagħha l-fruttożju jiġi kkombinat mal-aċidu boriku fl-ilma biex jiġi prodott ester tal-bis(fruttożju) tal-aċidu boriku permezz ta’ diversi proċessi ta’ tisħin u ta’ taħlit. Il-karbonat tal-kalċju mbagħad jinżdied biex jipproduċi soluzzjoni li jkun fiha l-melħ tal-kalċju tal-fruttoborat (tetraidrat). Is-soluzzjoni hi krijofilizzata, tinħadem biex tipproduċi l-prodott finali tat-trab, imbagħad tiġi ppakkjata u maħżuna f’kundizzjonijiet rappreżentattivi ta’ ħżin (22 ± 1 °C RH 55–60 %).

Karatteristiċi/Kompożizzjoni

Ndewwa ħielsa: < 5,0 %

Kalċju: 4,5-5 %

Boron: 2,5-2,9 %

Fruttożju: 80-85 %

Irmied: 15-16 %

Metalli tqal:

Arseniku: ≤ 1 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd totali tal-kolonji: ≤ 1 000 CFU/g (a)

Ħmira u moffa: < 100 UJK/g

Koliformi: ≤ 10 UJK/g

Escherichia coli: < 10 UJK/g

Salmonella spp.: Assenza f’25 g

Staphylococci koagulażi-pożittivi: Assenza f’1 g

(a)

UJK: unitajiet li jifformaw kolonji.”.


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2130

tat-2 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 rigward il-listi ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel aġġornat il-bażi tad-data tagħha ta’ pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa (Wells et al.) billi inkludiet l-ispeċi Salvia Rosmarinus bħala ospitant tas-sottospeċijiet Xylella kollha.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li dik l-ispeċi tiġi elenkata fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, bħala pjanta speċifikata suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi pauca, peress li diġà hija elenkata għas-sottospeċijiet multiplex u fastidiosa.

(3)

Barra minn hekk, il-ġeneru Rosmarinus jenħtieġ li jitneħħa mill-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2020/1201, peress li d-denominazzjoni tiegħu m’għadhiex tintuża u ġiet sostitwita mid-denominazzjoni Salvia rosmarinus.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (ĠU L 269, 17.8.2020, p. 2).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċi waħda jew aktar tal-pest speċifikat (“pjanti ospitanti”)

Acacia

Acer

Adenocarpus lainzii

Albizia julibrissin Durazz.

Alnus rhombifolia Nutt.

Amaranthus retroflexus L.

Ambrosia

Ampelopsis arborea (L.) Koehne

Ampelopsis brevipedunculata (Maxim.) Trautv.

Ampelopsis cordata Michx.

Anthyllis hermanniae L.

Artemisia

Asparagus acutifolius L.

Athyrium filix-femina

Baccharis

Brassica

Calicotome spinosa (L.) Link

Calicotome villosa (Poiret) Link

Callicarpa americana L.

Callistemon citrinus (Curtis) Skeels

Calluna vulgaris (L.) Hull

Carya

Catharanthus roseus

Celtis occidentalis L.

Cercis canadensis L.

Cercis occidentalis Torr.

Cercis siliquastrum L.

Chamaecrista fasciculata (Michx.) Greene

Chenopodium album L.

Chionanthus

Chitalpa tashkentensis T. S. Elias & Wisura

Cistus

Citrus

Clematis cirrhosa L.

Coelorachis cylindrica (Michx.) Nash Coffea

Conium maculatum L.

Convolvulus cneorum L.

Coprosma repens A.Rich.

Coronilla

Cyperus eragrostis Lam.

Cytisus

Digitaria

Diospyros kaki L.f.

Diplocyclos palmatus (L.) C.Jeffrey

Dodonaea viscosa (L.) Jacq.

Echium plantagineum

Elaeagnus angustifolia L.

Encelia farinosa A. Gray ex Torr.

Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.

Erigeron

Erodium moschatum (L.) L’Hérit.

Ibridi tal-Erysimum

Euphorbia chamaesyce L.

Euphorbia terracina L.

Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord

Euryops pectinatus (L.) Cass.

Fagus crenata Blume

Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.

Fatsia japonica (Thunb.) Decne. & Planch.

Ficus carica L.

Fortunella

Frangula alnus Mill.

Fraxinus

Genista

Ginkgo biloba L.

Gleditsia triacanthos L.

Grevillea juniperina Br.

Hebe

Helianthus

Helichrysum

Heliotropium europaeum L.

Hemerocallis

Hevea brasiliensis (Willd. ex A.Juss.) Müll.Arg.

Hibiscus

Humulus scandens (Lour.) Merr.

Ilex aquifolium L.

Ilex vomitoria Sol. ex Aiton

Iva annua L.

Jacaranda mimosifolia D. Don

Juglans

Juniperus ashei J. Buchholz

Koelreuteria bipinnata Franch.

Lagerstroemia

Laurus nobilis L.

Lavandula

Lavatera cretica

Ligustrum lucidum L.

Liquidambar styraciflua L.

Lonicera implexa

Lonicera japonica Thunb.

Lupinus aridorum

Lupinus villosus

Magnolia grandiflora L.

Mallotus paniculatus (Lam.) Müll.Arg.

Medicago arborea L.

Medicago sativa L.

Metrosideros

Mimosa

Modiola caroliniana (L.) G. Don

Morus

Myoporum insulare R. Br.

Myrtus communis L.

Nandina domestica Murray

Neptunia lutea (Leavenw.) Benth.

Nerium oleander L.

Olea

Osteospermum ecklonis DC.

Osteospermum fruticosum (L.) Norl.

Parthenocissus quinquefolia (L.) Planch.

Paspalum dilatatum Poir.

Pelargonium

Perovskia abrotanoides

Persea americana Mill.

Phagnalon saxatile (L.) Cass.

Phillyrea angustifolia L.

Phillyrea latifolia L.

Phlomis fruticosa L.

Phoenix

Pinus taeda L.

Pistacia vera L.

Plantago lanceolata L.

Platanus

Pluchea odorata (L.) Cass.

Polygala grandiflora

Polygala myrtifolia L.

Prunus

Psidium

Pteridium aquilinum

Pyrus

Quercus

Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.

Rhamnus

Rhus

Robinia pseudoacacia L.

Rosa

Rubus

Ruta chalepensis

Salvia mellifera Greene

Salvia officinalis

Salvia rosmarinus

Sambucus

Santolina chamaecyparissus L.

Santolina magonica

Sapindus saponaria L.

Sassafras

Setaria magna Griseb.

Solidago fistulosa Mill.

Solidago virgaurea L.

Sorghum halepense (L.) Pers.

Spartium

Stewartia pseudocamellia

Strelitzia reginae Aiton

Streptocarpus

Symphyotrichum divaricatum (Nutt.) G.L.Nesom

Teucrium capitatum L.

Trifolium repens L.

Ulex

Ulmus

Vaccinium

Vinca

Vitis

Westringia fruticosa (Willd.) Druce

Westringia glabra R.Br.

Xanthium strumarium L.


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċijiet speċifiċi tal-pest speċifikat (“pjanti speċifikati”)

Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi fastidiosa

Acer

Ambrosia artemisiifolia L.

Calicotome spinosa (L.) Link

Cercis occidentalis Torr.

Cistus monspeliensis L.

Citrus sinensis (L.) Osbeck

Coffea

Erysimum

Genista lucida L.

Juglans regia L.

Lupinus aridorum

Magnolia grandiflora L.

Medicago sativa L.

Metrosideros

Morus

Nerium oleander L.

Pluchea odorata (L.) Cass.

Polygala myrtifolia L.

Prunus

Psidium

Rhamnus alaternus L.

Rubus rigidus Sm.

Rubus ursinus Cham. & Schldl.

Ruta chalepensis

Salvia rosmarinus

Sambucus

Spartium junceum L.

Streptocarpus

Teucrium capitatum L.

Ulmus americana L.

Vaccinium corymbosum

Vinca

Vitis

Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex

Acacia

Acer griseum (Franch.) Pax

Acer pseudoplatanus L.

Acer rubrum L.

Adenocarpus lainzii

Alnus rhombifolia Nutt.

Ambrosia

Ampelopsis cordata Michx.

Anthyllis hermanniae L.

Artemisia

Asparagus acutifolius L.

Athyrium filix-femina

Baccharis halimifolia L.

Calicotome spinosa (L.) Link

Calicotome villosa (Poir.) Link

Callistemon citrinus (Curtis) Skeels

Calluna vulgaris (L.) Hull

Carya

Celtis occidentalis L.

Cercis canadensis L.

Cercis occidentalis Torr.

Cercis siliquastrum L.

Chionanthus

Cistus

Clematis cirrhosa L.

Convolvulus cneorum L.

Coprosma repens A. Rich.

Coronilla

Cytisus

Dodonaea viscosa (L.) Jacq.

Echium plantagineum

Elaeagnus angustifolia L.

Encelia farinosa Gray ex Torr.

Erigeron

Erodium moschatum

Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord.

Euryops pectinatus (L.) Cass.

Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.

Ficus carica L.

Frangula alnus Mill.

Fraxinus

Genista

Ginkgo biloba L.

Gleditsia triacanthos L.

Grevillea juniperina Br.

Hebe

Helianthus

Helichrysum

Hibiscus syriacus

Ilex aquifolium L.

Iva annua L.

Koelreuteria bipinnata Franch.

Lagerstroemia

Laurus nobilis L.

Lavandula

Lavatera cretica

Liquidambar styraciflua L.

Lonicera

Lupinus aridorum

Lupinus villosus Willd.

Magnolia grandiflora L.

Medicago arborea L.

Medicago sativa L.

Metrosideros

Myrtus communis L.

Nerium oleander

Olea

Osteospermum ecklonis (DC.) Norl.

Pelargonium

Perovskia abrotanoides

Phagnalon saxatile (L.) Cass.

Phillyrea angustifolia L.

Phillyrea latifolia

Phlomis fruticosa L.

Pistacia vera L.

Plantago lanceolata L.

Platanus

Polygala grandiflora

Polygala myrtifolia L.

Prunus

Pteridium aquilinum

Quercus

Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.

Rhamnus

Robinia pseudoacacia L.

Rosa

Rubus

Salvia mellifera Greene

Salvia officinalis

Salvia rosmarinus

Sambucus

Santolina chamaecyparissus L.

Santolina magonica

Sapindus saponaria L.

Solidago virgaurea L.

Spartium

Strelitzia reginae Aiton

Ulex

Ulmus

Vaccinium

Vinca

Westringia fruticosa Guerin.

Xanthium strumarium L.

Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi pauca

Acacia

Amaranthus retroflexus L.

Asparagus acutifolius L.

Catharanthus roseus (L.) G. Don

Chenopodium album L.

Cistus albidus L.

Cistus creticus L.

Citrus

Coffea

Dodonaea viscosa (L.) Jacq.

Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.

Erigeron

Euphorbia chamaesyce L.

Euphorbia terracina L.

Grevillea juniperina Br.

Hebe

Heliotropium europaeum L.

Hibiscus

Laurus nobilis L.

Lavandula

Myoporum insulare Br.

Myrtus communis L.

Nerium oleander L.

Olea europaea L.

Osteospermum fruticosum (L.) Norl.

Pelargonium

Phillyrea latifolia L.

Pistacia vera

Polygala myrtifolia L.

Prunus

Rhamnus alaternus L.

Salvia rosmarinus

Spartium junceum L.

Ulex parviflorus

Vinca minor L.

Westringia fruticosa (Willd.) Druce

Westringia glabra Br.


DEĊIŻJONIJIET

3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2131

tal-25 ta’ Novembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar tal-Protokoll 32 dwar modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82, anness mal-Ftehim ŻEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122 u l-Artikolu 322(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE”) jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 32 dwar modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82, anness mal-Ftehim ŻEE (‘Protokoll 32’).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (3) li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, jalloka dħul assenjat estern addizzjonali għall-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili rregolat bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Huwa xieraq li jiġi ċċarat li, fil-Protokoll 32 li, għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati tal-EFTA, il-bażi għall-kalkolu jenħtieġ li tiżdied b’approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom f’dak il-programm u f’dak il-mekkaniżmu.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Protokoll 32 jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Protokoll 32 dwar il-modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82, anness mal-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (6).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. POČIVALŠEK


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal- COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 23).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

(6)  Ara d-dokument ST 13509/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2132

tad-29 ta’ Novembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (1) (“il-Ftehim”) ġie approvat f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1075 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2020 (3).

(2)

L-Artikolu 11(1) tal-Ftehim jipprevedi li jiġi stabbilit Kumitat Konġunt tal-Partijiet għall-funzjonament effettiv tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ikompli jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu jfassal u jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(4)

Il-Kummissjoni u l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili taċ-Ċina ikkooperaw għat-tfassil ta’ abbozz ta’ regoli ta’ proċedura.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, peress li dawn ser jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (4).

2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KUSTEC


(1)  ĠU L 240, 24.7.2020, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1075 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 240, 24.7.2020, p. 1).

(3)  ĠU L 3, 7.1.2021, p. 3.

(4)  Ara d-dokument ST 13626/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2133

tat-2 ta’ Diċembru 2021

b’appoġġ għall-programm komprensiv dwar l-appoġġ għall-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) fix-Xlokk tal-Ewropa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti (“SALW”) u l-munizzjon tagħhom, intitolata “Aktar Sigurtà fuq l-Armi biex Nipproteġu liċ-Ċittadini” (l-“Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”).

(2)

L-istati fix-Xlokk tal-Ewropa (SEE) ilhom għal aktar minn tliet deċennji jiffaċċjaw riskji u sfidi sinifikanti relatati mal-akkumulazzjoni destabbilizzanti u t-tixrid bla kontroll ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir illeċiti (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) bejn il-fruntieri tagħhom u fit-territorji tagħhom. Dawk ir-riskji għandhom implikazzjonijiet negattivi usa’ għall-Ewropa kollha kemm hi, u lil hinn minnha. L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tiddikjara li minkejja li fi snin reċenti sar progress sinifikanti, speċjalment fix-Xlokk tal-Ewropa, l-iskala tal-akkumulazzjoni ta’ SALW u munizzjon, il-kondizzjonijiet ta’ ħażna inadegwati, il-pussess illeċitu mifrux, u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jkomplu jillimitaw l-effettività ta’ sforzi ta’ kontroll ta’ armi tan-nar u tas-SALW f’partijiet tal-Balkani tal-Punent.

(3)

Fuq livell reġjonali, l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW torbot lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jassistu fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu identifikati, sfrattati u pprojbiti netwerks tat-traffikar u sabiex jiġu pprevenuti armi tan-nar milli jilħqu terroristi u kriminali permezz tas-suq illeċitu, fost l-oħrajn, billi jiġu imblukkati l-finanzjament u t-trasport illeċiti ta’ armi u billi jissaħħaħ ir-rwol tal-pulizija tal-fruntieri u tal-awtoritajiet doganali u tal-portijiet fl-indirizzar ta’ flussi ta’ armi illeċiti permezz ta’ trasport marittimu. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jgħinu lil pajjiżi oħra biex itejbu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet miżmuma mill-istat billi jsaħħu l-oqfsa leġiżlattivi u amministrattivi nazzjonali, u billi jsaħħu l-istituzzjonijiet li jirregolaw il-provvista leġittima u l-ġestjoni tal-ħażniet tas-SALW u l-munizzjon għad-difiża u l-forzi tas-sigurtà.

(4)

F’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW, l-Unjoni ser issaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet reġjonali li jaħdmu fuq il-kontroll tas-SALW, billi tallinja l-attivitajiet tagħha mal-istrateġiji reġjonali u l-pjanijiet ta’ azzjoni.

(5)

Fl-2000, l-Istati li jipparteċipaw fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (“OSKE”) adottaw id-Dokument tal-OSKE dwar is-SALW (1) li permezz tiegħu huma impenjaw ruħhom li jikkumbattu t-traffikar illeċitu tas-SALW fl-aspetti kollha tiegħu. Dak id-Dokument jenfasizza wkoll l-effetti destabbilizzanti li l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW u l-ġestjoni u s-sigurtà mhux adegwati tal-ħażniet tagħhom jista’ jkollhom fuq is-sigurtà nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.

(6)

Barra minn hekk, fl-2003, l-Istati parteċipanti tal-OSKE adottaw id-Dokument tal-OSKE dwar il-Ħażniet ta’ Munizzjon Konvenzjonali (SCA) (2) u b’hekk irrikonoxxew ir-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà li l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ munizzjon konvenzjonali ġġib magħha. Sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji, huma ddeċidew li jistabbilixxu proċedura prattika għall-għoti ta’ għajnuna għall-qerda ta’ ħażniet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali u/jew it-titjib tal-prattiki tal-ġestjoni u s-sigurtà tal-ħażniet.

(7)

Id-dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW u l-SCA jidentifikaw il-qerda bħala l-metodu preferut għar-rimi ta’ SALW u munizzjon konvenzjonali żejda.

(8)

Il-proġett appoġġat minn din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser iqis inizjattivi reġjonali oħra, b’mod partikolari l-Pjan Direzzjonali tal-Balkani tal-Punent (3), il-ħidma tal-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, (UNDP)/iċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) u l-attivitajiet rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea fis-SEE relatati mal-kontroll tal-armi u t-traffikar illeċitu tal-armi.

Il-proġett ser iseħħ f’koordinazzjoni mal-assistenza relatata tal-Unjoni lil ġuriżdizzjonijiet fis-SEE (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2018/101 (4) u (PESK) 2017/915 (5)), il-kooperazzjoni reġjonali mal-Balkani tal-Punent fil-qasam tal-kontroll tas-SALW implimentata mill-UNDP/SEESAC (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 (6), (PESK) 2018/1788 (7) u (PESK) 2016/2356 (8)), u l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi bejn l-UE u s-SEE fil-qasam tat-traffikar tal-armi tan-nar appoġġata mid-DĠ HOME tal-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT).

(9)

L-Unjoni preċedentement appoġġat l-attivitajiet tal-OSKE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK (9) b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ SALW fir-reġjun kopert mill-OSKE. Fl-4 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u fil-Georgia (10). Fit-2 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 (11) b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE.

(10)

Fit-30 ta’ Ġunju 2018, it-tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rieżami tal-Progress li sar fl-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU kontra Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir adottat dokument ta’ eżitu li fih l-Istati ġeddu l-impenn tagħhom għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-devjazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir. L-Istati tennew ir-rieda tagħhom li jaħdmu għal kooperazzjoni internazzjonali u li jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni operazzjonali mtejba, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali rilevanti, kif ukoll awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-kontroll tal-fruntieri u tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni u importazzjoni.

(11)

Ir-riżoluzzjonital-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Settembru 2015 intitolata “Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” ttenni li huwa meħtieġ li jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir għall-kisba ta’ ħafna għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, fosthom dawk relatati mal-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom, it-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bliet sikuri. Għalhekk, fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 16.4 tagħha, l-Istati kollha impenjaw ruħhom li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-flussi illeċiti finanzjarji u tal-armi.

(12)

L-Aġenda għad-Diżarm intitolata “Securing our Common Future” (“Niżguraw il-Ġejjieni Komuni Tagħna”), li ġiet ippreżentata fl-24 ta’ Mejju 2018 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU appellat biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ u l-kummerċ illeċitu f’armi konvenzjonali u biex jingħata appoġġ lill-approċċi għall-armi żgħar fil-livell ta’ pajjiżi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir, l-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li jitnaqqsu r-riskji ta’ traffikar illeċitu u tixrid bla kontroll ta’ SALW fi, lejn jew mill-Ewropa tax-Xlokk li jimminaw is-sikurezza u s-sigurtà billi jimpedixxu l-bini tal-paċi u l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli kif ukoll billi jikkontribwixxu għall-kollass fl-ordni, iħeġġu t-terroriżmu u l-vjolenza kriminali jew iwasslu biex jerġa’ jibda konflitt.

2.   Skont il-paragrafu 1, l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni huma dawn li ġejjin:

(a)

li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Albanija;

(b)

li l-Bożnija-Ħerzegovina tiġi appoġġata fil-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom;

(c)

li jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-kapaċità eżistenti K-9 tal-Pulizija tal-Kosovo (*) u l-kontribut dirett tagħha lejn il-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-użu ħażin u t-traffikar ta’ splussivi fil-Balkani tal-Punent;

(d)

li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni tal-armi u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, permezz ta’ żieda fil-kapaċità ta’ prevenzjoni, detezzjoni, analiżi u investigazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, u organizzazzjonijiet governattivi oħra;

(e)

li jitnaqqas ir-riskju ta’ splużjonijiet mhux ippjanati f’siti ta’ munizzjon u li titnaqqas id-devjazzjoni ta’ SALW/SCA mis-siti ta’ ħżin tal-Ministeru għad-Difiża tal-Montenegro;

(f)

li jitnaqqsu r-riskji ta’ sikurezza u sigurtà relatati mas-SALW fil-pussess illegali, l-abbużi tas-SALW legali, u t-traffikar illeċitu tas-SALW fis-Serbja;

(g)

li l-Istati parteċipanti tal-OSKE jiġu assistiti biex jippjanaw, jimplimentaw u, jekk meħtieġ, isaħħu aħjar l-impenji tagħhom kontra l-proliferazzjoni illeċita ta’ SALW/SCA.

3.   Il-benefiċjarji tal-proġett għandhom ikunu:

(a)

l-awtoritajiet fis-SEE li ingħataw mandat u li huma responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u s-CA, jiġifieri l-kummissjonijiet/bordijiet tas-SALW, il-Ministeri għall-Affarijiet Interni, u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi bħall-pulizija. Awtoritajiet involuti oħra huma l-Ministeri għas-Sigurtà, l-uffiċċji tal-prosekuturi, il-qrati u s-servizzi penitenzjarji fil-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll il-Ministeru għad-Difiża fil-Montenegro. Fis-Serbja, il-proġett jipprevedi wkoll l-involviment ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW (benefiċjarji diretti);

(b)

popolazzjonijiet ta’ ġuriżdizzjonijiet fis-SEE u l-viċinat Ewropew tiegħu li jinsabu f’riskju bl-użu tas-SALW u s-CA illeċiti f’attivitajiet kriminali, terroriżmu u użu ħażin vjolenti (benefiċjarji indiretti);

(c)

awtoritajiet li ngħataw mandat fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jibbenefikaw minn kapaċitajiet imtejba ta’ kontroll tas-SALW u tas-CA fis-SEE permezz, fost l-oħrajn, ta’ skambji aħjar ta’ informazzjoni, kif ukoll miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bħall-identifikazzjoni tar-riskju, l-investigazzjoni u t-traċċar, id-detezzjoni u s-sekwestru tas-SALW u tas-CA illeċiti (benefiċjarji indiretti).

4.   Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 (“il-proġett”) għandha titwettaq mis-Segretarjat tal-OSKE.

3.   Is-Segretarjat tal-OSKE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dak il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-Segretarjat tal-OSKE.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni għandu jkun ta’ EUR 4 208 827.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni xierqa tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament neċessarju mas-Segretarjat tal-OSKE. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li s-Segretarjat tal-OSKE jrid jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti narrattivi regolari mħejjija mis-Segretarjat tal-OSKE. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jkun ġie konkluż ebda ftehim sa dak iż-żmien

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  FSC.DOC/1/00/Rev.1

(2)  FSC.DOC/1/03/Rev.1

(3)  Fl-10 ta’ Lulju 2018, is-Summit tal-Balkani tal-Punent f’Londra adotta l-“Pjan Direzzjonali Reġjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ SALW/armi tan-nar u l-munizzjon tagħhom fil-Balkani tal-Punent sal-2024”.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/101 tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar il-Promozzjoni ta’ Kontrolli Effettivi fuq l-Esportazzjoni tal-Armi (ĠU L 17, 23.1.2018, p. 40).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 tad-9 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa li jnaqqsu t-theddida ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 147).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta’ Novembru 2018 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2356 tad-19 ta’ Diċembru 2016 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 60).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2012 b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fi, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fir-reġjun kopert mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 29).

(10)  ĠU L 204, 5.8.2017, p. 82.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 42).

(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


ANNESS

DOKUMENT TA' PROĠETT

PROGRAMM KOMPRENSIV TAL-OSKE DWAR L-APPOĠĠ GĦALL-ISFORZI GĦALL-PREVENZJONI U L-ĠLIEDA KONTRA T-TRAFFIKAR ILLEĊITU TA' SALW U CA FIX-XLOKK TAL-EWROPA - HR (2021) 138

1.   Sfond

Għal aktar minn tliet deċennji, l-istati fix-Xlokk tal-Ewropa (SEE) ilhom jiffaċċjaw riskji u sfidi sinifikanti relatati mal-akkumulazzjoni destabbilizzanti u t-tixrid bla kontroll ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir illeċiti (SALW) u Munizzjon Konvenzjonali (CA) bejn il-fruntieri tagħhom u fit-territorji kollha tagħhom. Dawn ir-riskji għandhom implikazzjonijiet negattivi usa’ għall-Ewropa kollha kemm hi, u lil hinn minnha.

Is-SEE jibqa’ sors ta’ tħassib u sfida importanti fl-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, l-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom ("l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW"). L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tiddikjara li minkejja li fi snin reċenti sar progress sinifikanti, speċjalment fix-Xlokk tal-Ewropa, l-iskala tal-akkumulazzjoni ta' SALW u munizzjon, il-kundizzjonijiet ta' ħażna inadegwati, il-pussess illeċitu mifrux u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jkomplu jillimitaw l-effettività ta' sforzi ta' kontroll ta' armi tan-nar/SALW f'partijiet tal-Balkani tal-Punent.

B’hekk, bir-referenza għall-Balkani tal-Punent l-istrateġija tal-UE dwar is-SALW tistabbilixxi s-sett komprensiv ta’ azzjonijiet bħal [...] "għat-tnaqqis ta' ħażniet żejda ta' SALW u munizzjon, għat-tnaqqis tal-pussess illeċitu, għall-ġlieda kontra d-devjazzjoni u t-traffikar tal-armi, għat-titjib tal-kontrolli fil-fruntieri, għat-tisħiħ tal-immarkar, iż-żamma ta' rekords u r-rintraċċar ta' SALW kif ukoll kapaċitajiet ta' rimi, għaż-żieda tas-sensibilizzazzjoni, u għall-appoġġ ta' kapaċitajiet ta' infurzar tal-liġi, [...], u żżomm l-appoġġ għal sistemi ta' kontroll nazzjonali u tqis inizjattivi reġjonali rilevanti għall-ġlieda kontra s-SALW illeċiti u l-munizzjon tagħhom bħall-inizjattiva tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta' SALW/armi tan-nar u l-munizzjon tagħhom fil-Balkani tal-Punent sal-2024; inizjattiva li kienet appoġġata minn Franza u l-Ġermanja."

Il-legat tal-konflitti passati fir-reġjun, il-fallimenti fl-implimentazzjoni f’waqtha u dovuta tad-demobilizzazzjoni, id-diżarm, u r-reintegrazzjoni, kif ukoll sistemi ta’ kontroll ċentralizzati tas-SALW u l-Ħażniet ta' Munizzjon Konvenzjonali implimentati ħażin manifestati:

fil-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali u l-proliferazzjoni fi u bejn il-fruntieri tas-SEE;

fid-devjazzjoni illegali tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali;

fl-użu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti/imdaħħlin b’kuntrabandu f’attivitajiet terroristiċi, kriminali u reati vjolenti fir-reġjun u lil hinn minnu;

fit-telf u s-serq tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali minn siti u ħabi uffiċjali ta’ ħżin (u, b’hekk, il-proliferazzjoni illeċita tagħhom);

f'responsabbiltà u trasparenza baxxi fil-prevenzjoni, il-ġestjoni, l-infurzar, u l-kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali.

L-Istati parteċipanti (pS) tal-OSKE qablu li jikkooperaw biex jindirizzaw dawn il-problemi u biex jagħmlu dan b’mod komprensiv. B’mod speċifiku, l-Istati parteċipanti impenjaw ruħhom li jiġġieldu t-traffikar illeċitu u t-tixrid bla kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW (FSC.DOC/1/00/Rev.1) u l-Ħażniet tal-Munizzjon Konvenzjonali (FSC.DOC/1/03/Rev.1).

Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u t-tħassib, l-istati tas-SEE indirizzaw talbiet għal assistenza uffiċjali lill-OSKE fil-qasam tal-kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fl-2019 (1). Dawn ġew mill-Ministeru għall-Intern tal-Albanija, il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, il-Ministeru għad-Difiża tal-Montenegro, u l-Ministeru għall-Affarijiet Interni tas-Serbja.

2.   Objettiv ġenerali

Biex jitnaqqsu r-riskji ta’ traffikar illeċitu u tixrid mhux ikkontrollat tas-SALW fi/lejn/minn SEE li jimminaw is-sikurezza u s-sigurtà billi jimpedixxu l-bini sostenibbli tal-paċi u l-iżvilupp soċjoekonomiku kif ukoll billi jikkontribwixxu għal kollass fl-ordni, iħeġġu t-terroriżmu u l-vjolenza kriminali jew li jwasslu biex jerġa’ jibda konflitt.

3.   Deskrizzjoni tal-Azzjoni

L-azzjoni hija bbażata fuq proċessi sistematiċi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet implimentati fil-perijodu 2019 – 2021. Dawn il-proċessi vverifikaw it-talbiet għall-assistenza u kkonfermaw il-ħtiġijiet għall-appoġġ tal-OSKE, jiġifieri fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet b’mandat fi:

il-ġestjoni tal-informazzjoni u l-iskambji dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW;

il-kapaċitajiet tal-klieb (K-9) fil-kxif u l-qbid tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti;

is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni b’appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali;

l-oqfsa regolatorji u operazzjonali tad-diżattivazzjoni tas-SALW;

il-ġestjoni u sigurtà tal-ħażniet tas-SALW.

L-azzjoni - il-programm komprensiv tal-OSKE dwar l-isforzi ta’ appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fix-Xlokk tal-Ewropa - li tikkonsisti f’seba’ proġetti tal-OSKE, twieġeb għall-ħtiġiet ta’ hawn fuq b’mod komprensiv ukoll permezz tat-tisħiħ tad-dinamika transkonfinali / reġjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali b’mod aktar effiċjenti, effettiv u b’impatt akbar. Il-proġetti ġew żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib fost l-awtoritajiet/istituzzjonijiet b’mandat, iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni ta' Kunflitti tal-OSKE u l-operazzjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE.

Il-programm komprensiv tal-OSKE permezz tal-proġetti tagħha jappoġġa l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW b’mod partikolari l-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali relatati mal-Balkani tal-Punent.

Il-proġetti għandhom ukoll l-għan li jimmitigaw u jipprevjenu l-effetti negattivi fuq l-iżvilupp sostenibbli mill-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-munizzjon tagħhom u b’hekk isaħħu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU bħal:

Għan 05. Tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tingħata setgħa lin-nisa u lill-bniet kollha (eż. mira 5.2); u

Għan 16. Jiġu promossi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli, jingħata aċċess għall-ġustizzja lil kulħadd u jinbnew istituzzjonijiet effettivi, responsabbli u inklużivi fil-livelli kollha (eż. miri 16.1, 16.4 & 16.a).

Barra minn hekk, il-proposti ġew armonizzati bil-"Pjan Direzzjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom fil-Balkani tal-Punent sal-2024" (2) kif ukoll ikkoordinati mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jappoġġaw il-Pjan Direzzjonali, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-proposti huma wkoll komplementari għal, u b’hekk jappoġġaw lill-awtoritajiet tas-SEE biex jikkonformaw mal-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar illeċiti, is-SALW u l-munizzjon tagħhom (2018) b’mod partikolari azzjonijiet fil-Balkani tal-Punent.

3.1.   Proġett 1: Assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali tar-Repubblika tal-Albanija biex jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni u l-użu ħażin tas-SALW

3.1.1.   Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Albanija.

3.1.2.   Deskrizzjoni

L-impatt tal-proliferazzjoni mhux ikkontrollata u l-pussess tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi jkomplu jikkostitwixxu theddida kbira għas-sigurtà pubblika, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fl-Albanija. SALW ikkontrollati ħażin u illegali jsostnu elementi kriminali u kriminalità organizzata, billi jippermettu l-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà. Dawn l-aspetti kollha għandhom effetti detrimentali fuq is-sigurtà u l-miżuri għall-bini tal-fiduċja fil-pajjiż u fir-reġjun. L-Albanija talbet assistenza f’Ottubru 2019 fil-Forum tal-OSKE għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà.

L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

a)

fil-qafas leġiżlattiv u regolatorju għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, u l-implimentazzjoni xierqa tiegħu bit-titjib tal-infrastruttura, it-tagħmir u l-elementi tat-taħriġ;

b)

fis-servizzi tal-klieb (K9) tal-pulizija tal-Istat Albaniż fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi;

c)

fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-perikli tal-użu ħażin u l-proliferazzjoni tas-SALW.

Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a) sa c).

Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Albanija, huma bosta awtoritajiet nazzjonali bil-mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW b’mod partikolari l-Kummissjoni Nazzjonali tas-SALW, il-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika tal-Albanija (MoI) u l-Pulizija tal-Istat fl-Albanija (ASP).

3.1.3.   Riżultati mistennija

Riżultat 1: Il-qafas leġiżlattiv tar-Repubblika tal-Albanija dwar kwistjonijiet tas-SALW u diżattivazzjoni huma msaħħa.

Indikaturi:

L-eżistenza ta’ qafas normattiv għall-kontroll tas-SALW f’konformità mal-istandards internazzjonali

L-eżistenza ta’ faċilitajiet u prattika dwar id-diżattivazzjoni tas-SALW li joperaw f’konformità mal-impenji tal-OSKE u l-istandards internazzjonali

L-għadd ta’ taħriġ u l-għadd ta’ persuni mħarrġa biex jiddiżattivaw jew jissorveljaw il-proċess ta’ diżattivazzjoni

Riżultat 2: Il-kapaċitajiet tal-Pulizija Albaniża fid-detezzjoni ta’ armi u splussivi huma msaħħa.

Indikaturi:

L-eżistenza ta’ qafas normattiv li javvanza l-kapaċità K9 f’konformità mal-istandards internazzjonali

L-eżistenza ta’ faċilitajiet u infrastruttura K9 f’konformità mal-istandards internazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE

L-għadd ta’ taħriġ u l-għadd ta’ persuni mħarrġa

Riżultat 3: Tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-perikli u s-SALW u kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW.

Indikaturi:

L-għadd ta’ dokumenti ta’ gwida jew ta' regolament dwar is-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-pubbliku fis-seħħ (jiġifieri Strateġija ta’ Komunikazzjoni dwar is-SALW)

L-għadd ta’ kampanji aġġornati ta’ sensibilizzazzjoni u ta' involviment tal-pubbliku dwar l-importanza tas-SALW, il-munizzjon u l-kontroll tal-isplussivi u dwar ir-riskji relatati mal-pussess illegali u l-użu ħażin tagħhom f’konformità mal-Istrateġija ta’ Komunikazzjoni adottata dwar is-SALW

Perċentwal ta’ udjenza fil-mira (diżaggregata skont is-sess) li huma konxji tar-riskji ta’ użu ħażin tas-SALW

3.1.4.   Attivitajiet

3.1.4.1   Attività relatata mat-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv tar-Repubblika tal-Albanija dwar kwistjonijiet tas-SALW u d-diżattivazzjoni.

L-attività ser tinkludi:

Appoġġ għall-iżvilupp ta’ ordinanza dwar id-diżattivazzjoni u pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha

Appoġġ għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza xierqa tad-diżattivazzjoni tas-SALW

Appoġġ għall-iżvilupp ta’ Manwal ta’ Taħriġ dwar id-diżattivazzjoni tas-SALW, u l-għoti ta’ taħriġ nazzjonali u internazzjonali għall-prattikanti lokali

3.1.4.2   Attività relatata mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Pulizija Albaniża fid-detezzjoni ta’ armi u splussivi illeċiti.

L-attività ser tinkludi:

Żvilupp tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW, kif ukoll il-Pjan Regolatorju K9 għall-modernizzazzjoni ta’ din il-kapaċità

Programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

Assistenza fit-tagħmir u titjib fl-infrastruttura tal-unità K9

Implimentazzjoni ta’ titjib fl-infrastruttura għall-postijiet fejn jinżammu l-klieb, il-faċilitajiet tal-uffiċċju u l-perimetru K9 kif ukoll l-akkwist u t-trasferiment ta’ tagħmir għall-unitajiet K9 biex tiżdied il-kapaċità ta’ detezzjoni

Forniment ta’ pjattaforma għall-promozzjoni tal-użu tal-kapaċitajiet tal-K9 permezz tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet fil-livell nazzjonali u reġjonali

3.1.4.3   Attività relatata maż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-perikli tas-SALW u kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW

L-attività ser tinkludi:

Appoġġ għat-tfassil ta’ Strateġija kkoordinata ta’ Sensibilizzazzjoni u Komunikazzjoni

Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sensibilizzazzjoni u Komunikazzjoni

3.2.   Proġett 2: L-indirizzar tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza tal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom fil-Bożnija-Ħerzegovina

3.2.1.   Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li l-Bożnija-Ħerzegovina (BiH) tiġi appoġġata fil-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom.

3.2.2.   Deskrizzjoni

Il-proġett jindirizza ħtiġijiet ta’ prijorità għolja speċifikati fit-talba għall-assistenza tal-Ministeru għas-Sigurtà (2019) u għandu l-għan li jappoġġa lill-BiH fil-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi – u b’hekk jikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà fil-pajjiż u r-reġjun b'mod aktar wiesa'.

L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

a)

fl-infrastruttura tal-ħażna tas-SALW u l-munizzjon tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi (LEA), inkluż is-sigurtà fiżika u l-proċeduri u l-prattiki tal-ġestjoni tal-ħażniet;

b)

fis-sensibilizzazzjoni istituzzjonali u involviment dwar il-kontroll tas-SALW b’appoġġ għall-Bord ta’ Koordinazzjoni tal-Kontroll tas-SALW (CCB) inkluż approċċ metodoloġiku u sett ta’ għodod ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

c)

fil-kapaċitajiet tal-klieb tal-LEA għad-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi, inkluż l-ippjanar, l-oqfsa leġiżlattivi u operazzjonali, it-tagħmir u l-infrastruttura tagħhom kif ukoll elementi ta’ taħriġ;

d)

fl-aċċessibbiltà għal u l-komparabbiltà tad-data relatata mas-SALW meħtieġa għat-tfassil effettiv tal-politika u r-rispons operazzjonali;

e)

fid-diżattivazzjoni tas-SALW, inkluż oqfsa leġiżlattivi u regolatorji, taħriġ, tagħmir u elementi tal-infrastruttura.

Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti c) u d).

Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-BiH, huma bosta awtoritajiet nazzjonali bil-mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW, jiġifieri aġenziji tal-infurzar tal-liġi (LEAs) inkluż ministeri għall-intern (MoIs) tal-entità u kantonali/aġenziji tal-pulizija, SALW CCB, Ministeru għas-Sigurtà (MoS) tal-BiH, kif ukoll uffiċċji tal-prosekuturi, qrati u servizzi penitenzjarji.

3.2.3.   Riżultati mistennija

Riżultat 1: Il-kapaċitajiet ta’ infurzar tal-liġi K9 għad-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi huma msaħħa.

Indikaturi:

Ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju żviluppat dwar l-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv, infrastrutturali u operazzjonali meħtieġ għall-unitajiet K9

Perċentwal ta’ trainees li juru l-ħiliet meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva tas-SOPs

Għadd ta’ unitajiet/siti K9 imtejba f'konformità mal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-OSKE

Riżultat 2: Tiġi żviluppata bażi ta’ data integrata tal-każijiet interistituzzjonali dwar is-SALW u l-munizzjon u sistema ta’ traċċar.

Indikaturi:

Il-grad ta’ interoperabbiltà/kompatibbiltà tal-metodoloġiji tal-ġbir tad-data

L-eżistenza ta’ sistema tal-IT interistituzzjonali funzjonali li tippermetti l-ġbir u l-analiżi integrati ta’ data minn każijiet relatati mas-SALW u l-munizzjon

3.2.4.   Attivitajiet

3.2.4.1.   Attività relatata mal-kapaċitajiet ta’ infurzar tal-liġi K9 għad-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi.

L-attività ser tinkludi:

Appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma u laqgħat ta’ koordinazzjoni biex jiġi żviluppat Pjan Regolatorju għall-bini tal-kapaċità tal-K9

Appoġġ għall-iżvilupp ta’ oqfsa leġiżlattivi u operazzjonali meħtieġa għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

Titjib tal-infrastruttura K9 u forniment tat-tagħmir meħtieġ

Organizzazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

Stabbiliment ta’ pjattaforma għall-promozzjoni tal-użu tal-kapaċitajiet tal-K9 permezz tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet fil-livell nazzjonali u reġjonali

3.2.4.2.   Attività relatata mal-iżvilupp ta’ bażi ta’ data integrata tal-każijiet interistituzzjonali dwar is-SALW u l-munizzjon u sistema ta’ traċċar.

L-attività ser tinkludi:

Appoġġ għal valutazzjoni tal-mudelli legali u statistiċi rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura fl-istabbiliment ta’ rekord interistituzzjonali integrat tas-SALW u l-munizzjon

Appoġġ għall-istabbiliment tas-sistema ta’ rekord tas-SALW tal-BiH

Organizzazzjoni ta’ taħriġ għall-ġudikatura u l-utenti tal-infurzar tal-liġi tas-sistema ta’ traċċar tas-SALW

3.3.   Proġett 3: Appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità K-9 tal-pulizija tal-Kosovo (*) biex tidentifika u tikkonfiska s-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi

3.3.1.   Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-kapaċità eżistenti K-9 tal-Pulizija tal-Kosovo u l-kontribut dirett tagħha lejn il-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-użu ħażin u t-traffikar ta’ splussivi fil-Balkani tal-Punent.

3.3.2.   Deskrizzjoni

Il-proġett ġie żviluppat f’kuntest tal-Istrateġija tal-Kosovo dwar il-Kontroll tas-SALW li takkumpanja l-Pjan ta’ Azzjoni. Dan għandu l-għan li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità eżistenti K-9 tal-Pulizija tal-Kosovo u l-kontribut dirett tagħha lejn il-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-użu ħażin u t-traffikar ta’ splussivi fil-Balkani tal-Punent.

Il-proġett ser ikollu l-għan li jindirizza nuqqasijiet fil-kapaċitajiet ivverifikati fis-servizzi K9 fil-prevenzjoni, it-trażżin u l-investigazzjoni tal-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW, inkluż il-qafas regolatorju, l-użu operazzjonali tat-timijiet K9, in-nuqqas ta’ riżorsi umani, infrastrutturali u tat-trasport.

Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Kosovo, huma l-pulizija tal-Kosovo.

3.3.3.   Riżultati mistennija

Riżultat 1: Il-qafas regolatorju u ta’ taħriġ, kif ukoll l-infrastruttura u t-tagħmir tal-unità K-9 lejn prevenzjoni, soppressjoni u investigazzjoni aktar effiċjenti u effettivi tas-SALW, il-munizzjon, u użu ħażin u traffikar ta’ splussivi huwa msaħħaħ

Indikaturi:

L-eżistenza ta’ qafas regolatorju u ta’ taħriġ tal-unità K-9

Eżistenza ta’ infrastruttura u tagħmir imtejba tal-unità K9

3.3.4.   Attivitajiet

3.3.4.1.   Attività relatata mat-titjib tal-qafas regolatorju u ta’ taħriġ, kif ukoll l-infrastruttura u t-tagħmir tal-unità K-9 lejn prevenzjoni, soppressjoni u investigazzjoni aktar effiċjenti u effettivi tas-SALW, il-munizzjon, u użu ħażin u traffikar ta’ splussivi.

L-attività ser tinkludi:

Stabbiliment u attivitajiet tal-Grupp ta’ Ħidma għat-titjib tal-kapaċità K-9

Twettiq ta’ żjarat ta’ studju ma’ kontropartijiet li għandhom sistema avvanzata għall-użu ta’ klieb ta' kxif għas-SALW, munizzjon u splussivi

Għoti ta' appoġġ lid-Diviżjoni tat-Taħriġ tal-benefiċjarju fl-abbozzar tal-Pjan ta’ Taħriġ, li tiġi żviluppata metodoloġija ta’ taħriġ li ser tkun integrata bis-sħiħ fl-Unitajiet tal-K9 għat-taħriġ u l-operazzjonijiet tal-K9, u li jinbena ċirku ta’ esperti tat-taħriġ

Appoġġ għall-forniment tal-infrastruttura neċessarja u t-tagħmir meħtieġ għat-taħriġ, għall-prestazzjoni tattika u operazzjonali tal-Unità K-9

Għoti ta’ taħriġ speċjalizzat u avvanzat għall-uffiċjali tal-klieb

3.4.   Proġett 4: Assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq biex jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni ta' armi u l-użu ħażin tas-SALW

3.4.1.   Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni tal-armi u l-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, permezz ta’ żieda fil-kapaċità ta’ prevenzjoni, detezzjoni, analiżi u investigazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u organizzazzjonijiet Governattivi oħra.

3.4.2.   Deskrizzjoni

Il-proġett ġie żviluppat biex iwieġeb għat-talba ta’ assistenza mill-Gvern tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq (2019) biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-SALW u biex jinbnew il-kapaċitajiet tal-Unità K9 tad-dipartiment tal-Pulizija fid-detezzjoni ta’ armi u splussivi.

L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

a)

fil-kapaċità operazzjonali K9 tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fid-detezzjoni tal-proliferazzjoni illeċita tas-SALW;

b)

fil-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni intra- u, interistituzzjonali u transkonfinali fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW;

c)

fl-analiżi tal-kwistjonijiet ta’ kontroll tas-SALW fil-livelli strateġiċi u operazzjonali;

d)

fl-involviment pubbliku kkoordinat u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-użu ħażin tas-SALW fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, inkluż l-isforzi li qed isiru mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-SALW.

Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a), b) u c).

Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, huma bosta awtoritajiet nazzjonali bil-mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW, jiġifieri l-kummissjoni nazzjonali tas-SALW (3), il-Ministeru għall-Affarijiet Interni (MoIA) u l-Pulizija.

3.4.3.   Riżultati mistennija

Riżultat 1: Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ kooperazzjoni regolatorja, operazzjonali u bejn l-aġenziji tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq (MoIA) u tal-Kummissjoni dwar is-SALW biex tiġi miġġielda/indirizzata l-proliferazzjoni tas-SALW.

Indikaturi:

L-eżistenza ta’ qafas regolatorju dwar il-K9

L-għadd ta’ servizzi reġjonali K9 stabbiliti u b’kapaċità funzjonali

L-iskambju ta’ informazzjoni f’ħin reali jinsab fis-seħħ fi ħdan il-pulizija u maċ-Ċentri ta' Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana u l-pajjiżi tas-SEE

Il-perċentwal ta’ udjenza fil-mira (diżaggregata skont is-sess) li huma konxji tar-riskji tal-proliferazzjoni tas-SALW u l-użu ħażin tagħhom

L-għadd ta’ nisa u rġiel li ntlaħqu minn avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni

3.4.4.   Attivitajiet

3.4.4.1.   Appoġġ għaż-żieda fil-kapaċità ta’ detezzjoni tas-SALW illeċiti tal-MoIA permezz tal-iskjerament effiċjenti tal-assi K9

L-attività ser tinkludi:

Assistenza fit-tagħmir u titjib fl-infrastruttura tal-unitajiet tas-servizz K9 fil-livell ċentrali u reġjonali, inkluż ħżin imtejjeb tas-SALW u infrastruttura tal-IT f’mhux aktar minn ħames (5) siti (armeriji), kollokati b'unitajiet K-9 tal-Ministeru għall-Intern tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

Żvilupp ta’ SOP u l-aġġornament ta’ regolamenti għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

Programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP għall-użu tal-kapaċità K9 fid-detezzjoni tas-SALW

Forniment ta’ pjattaforma għall-promozzjoni tal-użu tal-kapaċitajiet tal-K9 permezz tal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet fil-livell nazzjonali u reġjonali

3.4.4.2.   Appoġġ għall-pilotaġġ tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni f’ħin reali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW

L-attività ser tinkludi:

Assistenza fit-tagħmir, infrastruttura fiżika u aġġornamenti tal-ICT tas-sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni f’ħames (5) Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana (PCCC) magħżula

Żvilupp ta’ SOP dwar l-iskambju ta’ informazzjoni f’ħin reali relatat ma’ inċidenti tas-SALW

Programm ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tas-SOP dwar inċidenti tas-SALW relatati ma’ skambju ta’ informazzjoni f’ħin reali

Programm ta’ skambju tal-persunal (traineeship)

Organizzazzjoni tal-konferenza taċ-Ċentru ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana

3.4.4.3.   Appoġġ għall-avvanz tal-kapaċitajiet operazzjonali u analitiċi tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-SALW fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW

L-attività ser tinkludi:

Organizzazzjoni ta’ workshop ta’ kooperazzjoni bejn l-aġenziji dwar ir-reġim ta’ kontroll tas-SALW

Żvilupp ta’ Manwal ta’ Orjentazzjoni għall-membri tal-Kummissjoni

Analiżi tal-istat tal-kontroll tas-SALW, inkluż l-elaborazzjoni tas-SOP dwar il-ġbir ta’ data, it-traċċar u r-rappurtar ta’ informazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta’ Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet biex tiġi ffaċilitata l-analiżi dwar is-SALW

3.5.   Proġett 5: Mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà relatati mas-SALW/SCA fil-Montenegro

3.5.1.   Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqas ir-riskju ta’ splużjonijiet mhux ippjanati f’siti ta’ munizzjon u d-devjazzjoni ta’ SALW/SCA mis-siti ta’ ħżin tal-Ministeru għad-Difiża tal-Montenegro.

3.5.2.   Deskrizzjoni

Il-Montenegro qed jiffaċċa r-riskji ta’ splużjonijiet mhux ippjanati f’siti ta’ munizzjon, traffikar illeċitu u tixrid mhux ikkontrollat tas-SALW/SCA. Dan ġie kkonfermat matul diversi żjarat ta’ esperti tal-OSKE f’dawn l-aħħar snin. Il-Ministeru għad-Difiża (MoD) tal-Montenegro indirizza dawk il-kwistjonijiet fid-Dokument ta' Riferiment tiegħu li jipprovdi l-istat aħħari mixtieq. Ir-rimi trasparenti ta’ Armi u Mezzi Esplożivi surplus u l-iżvilupp ta’ sistema sostenibbli ta’ Ġestjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja għall-armi, mezzi u splussivi (WEO) fi ħdan l-MoD tal-Montenegro. Il-Montenegro talab assistenza fl-2019 fil-FSC tal-OSKE.

L-OSKE vverifikat nuqqasijiet fil-kapaċitajiet:

a)

fl-iżgurar ta’ approċċ ta’ ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja għas-SALW u l-munizzjon konvenzjonali, inkluż taħriġ kontinwu u trasferiment tal-għarfien, qafas ta’ sorveljanza tal-munizzjon u koordinazzjoni u kooperazzjoni interistituzzjonali;

b)

b) fit-trasport sikur ta’ munizzjon konvenzjonali f’konformità mal-istandards internazzjonali.

Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a) u b).

Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Montenegro, huma l-Ministeru għad-Difiża u l-Forzi Armati tal-Montenegro.

3.5.3.   Riżultati mistennija

Riżultat 1: Jissaħħu l-kapaċitajiet strateġiċi, ta' taħriġ u ta' koordinazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża u korpi governattivi kompetenti oħra fil-qasam tal-ġestjoni tas-SALW/SCA

Indikaturi:

L-għadd ta' persunal tal-MoD fl-istituzzjonijiet edukattivi/ta' taħriġ rilevanti u fl-unitajiet operazzjonali b'kapaċitajiet avvanzati fl-appoġġ għall-ġestjoni u t-trattament tas-SALW/SCA;

L-għadd ta' attivitajiet tas-SALW/SCA kkoordinati mill-Montenegro permezz ta' korpi maħtura;

L-eżistenza ta' korp ta' kontroll ad interim

Riżultat 2: Jittejbu l-kapaċitajiet għat-trasport tas-SALW/SCA b'mod sikur u sigur skont it-trattat tal-ADR.

Indikaturi:

L-għadd ta' persunal benefiċjarju tal-proġett b'aktar kompetenza fit-trasport tas-SALW/SCA

L-eżistenza ta' sistema ta' trasport tas-SALW/SCA inkorporata fil-qafas organizzattiv

Analiżi tar-rekwiżiti tal-konformità mal-ADR b'rakkomandazzjonijiet ippreżentati lill-MoD tal-Montenegro

3.5.4.   Attivitajiet

3.5.4.1   Attività relatata mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet strateġiċi, ta' taħriġ u ta' koordinazzjoni tal-Ministeru għad-Difiża u korpi governattivi oħra responsabbli u ekwi fil-qasam tal-ġestjoni tas-SALW/SCA.

L-attività ser tinkludi:

Trasferiment ta' għarfien dwar prattika tajba internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tas-SALW/SCA

Konsulenza u Koordinazzjoni għall-Programm tal-MoD tal-Montenegro f'oqsma speċifiċi ta' ġestjoni sostenibbli taċ-ċiklu tal-ħajja tas-SALW/SCA

Konsulenza Teknika dwar il-mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll tal-ġestjoni tas-SALW/SCA

3.5.4.2   Attività relatata mal-programm ta' taħriġ u tagħmir fl-istabbiliment tal-kapaċitajiet tat-trasport tas-SALW/SCA fil-Montenegro, f'konformità mat-trattat tal-ADR (Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bit-triq).

L-attività ser tinkludi:

Ġenerazzjoni ta' analiżi tar-rekwiżiti b'mod konġunt mal-MoD tal-Montenegro sabiex ikun hemm konformità sħiħa mat-trattat tal-ADR

Akkwist ta' żewġ trakkijiet konformi mal-ADR, inkluż kuntratt ta' taħriġ ta' familjarizzazzjoni, manutenzjoni u spare parts

3.6.   Proġett 6: Indirizzar tar-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà relatati mal-pussess illeċitu, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW fis-Serbja

3.6.1.   Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li jitnaqqsu r-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà relatati mas-SALW fil-pussess illegali, l-abbużi tas-SALW legali u t-traffikar illeċitu tas-SALW.

3.6.2.   Deskrizzjoni

Il-proġett ġie żviluppat biex iwieġeb għat-talba ta' assistenza mill-Ministeru għall-Intern (MoI) tas-Serbja (2019) biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-proliferazzjoni mhux ikkontrollata u l-pussess illeċitu tas-SALW li joħolqu theddida kbira għas-sigurtà u s-sikurezza fis-Serbja. Dawn l-isfidi jikkontribwixxu għat-tixrid tal-kriminalità u l-kriminalità organizzata serja, billi jaġixxu bħala l-faċilitaturi ta' vjolenza, imġiba perikoluża u terroriżmu. Għandhom ukoll effett negattiv simili fuq il-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja fil-pajjiż u bħala theddida fil-kuntest tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

L-OSKE vverifikat il-ħtiġijiet fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW:

a)

tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-pulizija biex isiru kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar il-kontroll u l-ġbir tas-SALW, biex b'hekk isir kontribut biex jitnaqqas l-ammont ta' armi li jkunu f'pussess illegali, jixxekkel l-użu ħażin tas-SALW, filwaqt li tiżdied is-sikurezza taċ-ċittadini tas-Serbja;

b)

tisħiħ tal-kapaċità K9 tal-Ministeru għall-Intern fid-detezzjoni ta' armi u splussivi, billi i) jiġi stabbilit il-qafas legali meħtieġ, ii) jiġu vvalutati u żviluppati l-kapaċitajiet, u iii) jiġi akkwistat tagħmir speċjali u tinbena infrastruttura,

c)

emendi għal-Liġi dwar l-Armi u l-Munizzjon, u l-Ġabra ta' Regoli dwar id-Diżattivazzjoni tal-Armi, billi a) jiġu vvalutati l-kapaċitajiet u l-possibbiltajiet tekniċi; u b) tingħata assistenza teknika fit-tfassil tal-ġabra ta' regoli.

Il-finanzjament tal-Kunsill tal-UE ser jintuża biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet taħt il-punti a) sa c).

Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tas-Serbja, huma l-kunsill tas-SALW, il-Ministeru għall-Intern, il-Pulizija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fi kwistjonijiet ta' kontroll tas-SALW.

3.6.3.   Riżultati mistennija

Riżultat 1: Jiġu stabbiliti sħubija bejn il-Ministeru għall-Intern (MoI) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mekkaniżmu għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għall-prevenzjoni tal-użu ħażin tas-SALW.

Indikaturi:

L-għadd ta' inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali u lokali dwar il-perikli tal-proliferazzjoni tas-SALW

L-eżistenza u l-użu ta' mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn diversi aġenziji

L-għadd ta' avviżi soċjali pubbliċi mxandra fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju nazzjonali u lokali

L-għadd ta' individwi żgħażagħ minn bliet fil-mira li huma infurmati dwar il-perikli tas-SALW permezz ta' seminars u materjal informattiv

Riżultat 2: Il-qafas legali dwar id-diżattivazzjoni jittejjeb u jiġi armonizzat mal-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki

Indikaturi:

L-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki huma kondiviżi mal-Grupp ta' Ħidma

L-eżistenza ta' abbozzi ta' regolamenti li jinkorporaw l-inputs u r-rakkomandazzjonijiet

L-abbozzi ta' regolamenti jiġu kkonsultati mas-OSĊ

Riżultat 3: Il-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi jissaħħu f'konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem.

Indikaturi:

L-eżistenza ta' pjan ta' ħidma għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI

L-għadd ta' laqgħat dwar il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-interoperabbiltà tal-Unitajiet tal-Pulizija K9 u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra tal-infurzar tal-liġi fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi

L-eżistenza ta' metodoloġija ta' taħriġ u kurrikuli mtejba tal-K9 skont l-istandards internazzjonali

L-għadd ta' għalliema tat-taħriġ u uffiċjali tal-K9 imħarrġa skont l-istandards internazzjonali

3.6.4.   Attivitajiet

3.6.4.1.   Attività relatata mal-istabbiliment ta' sħubija bejn l-MoI u l-OSĊ u mekkaniżmu għas-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu ħażin tas-SALW.

L-attività ser tinkludi:

Laqgħa tal-esperti dwar il-bini ta' sħubiji mal-media elettronika u stampata, u l-identifikazzjoni ta' mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-użu ħażin tas-SALW

Stabbiliment ta' Pjattaforma tal-Media Soċjali u l-appoġġ għal kampanji tal-media dwar il-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tas-SALW u s-sjieda responsabbli ta' armi tan-nar

Twettiq ta' attivitajiet ta' promozzjoni fil-livell nazzjonali u komunitarju

3.6.4.2.   Attivitajiet relatati mal-qafas legali dwar id-diżattivazzjoni jittejbu u jiġu armonizzati mal-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki

L-attività ser tinkludi:

Għoti ta' pariri esperti u appoġġ loġistiku għal-laqgħat tal-grupp ta' ħidma dwar id-diżattivazzjoni

Valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali dwar id-diżattivazzjoni u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tagħha

Workshop dwar l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-qafas normattiv dwar id-diżattivazzjoni

Programm ta' taħriġ u tagħmir għad-diżattivazzjoni tas-SALW

3.6.4.3.   Attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI fid-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi f'konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem

L-attività ser tinkludi:

Għoti ta' pariri esperti u appoġġ għal-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-K9

Żvilupp ta' pjan ta' ħidma għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-unitajiet K9 tal-MoI

Kostruzzjoni, akkwist u konsenja ta' tagħmir u servizzi għall-unitajiet K9

Tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-użu u l-istazzjonament tal-unitajiet K9 fil-prevenzjoni u l-investigazzjoni tat-traffikar tas-SALW, il-munizzjon u l-isplussivi permezz ta' appoġġ konsultattiv, programm ta' skambju u żvilupp tal-metodoloġija tat-taħriġ

Organizzazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ speċjalizzati għall-klieb tas-servizz u l-uffiċjali tal-klieb dwar l-istazzjonament u d-detezzjoni tas-SALW, il-munizzjon, u l-isplussivi

Twettiq ta' Workshop ta' Konsultazzjoni Reġjonali dwar prattiki tajbin fl-istazzjonament u l-parteċipazzjoni f'azzjonijiet tal-pulizija

3.7.   Proġett 7: Tisħiħ tal-azzjoni tal-OSKE kontra l-proliferazzjoni illeċita tas-SALW u l-SCA - Fażi 2 (4)

3.7.1.   Objettiv

L-objettiv tal-proġett huwa li tingħata assistenza lill-Istati parteċipanti tal-OSKE biex ikunu jistgħu jippjanaw aħjar, jimplimentaw u, jekk meħtieġ, isaħħu l-impenji tagħhom kontra l-proliferazzjoni illeċita tas-SALW/SCA.

3.7.2.   Deskrizzjoni

Il-proġett ġie żviluppat fl-isfond tal-kompiti mogħtija mill-Kunsill Ministerjali tal-OSKE lill-Forum għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà (MC.DEC/10/17), f'konformità mal-mandat tiegħu, b'mod partikolari biex:

jitkomplew jissaħħu l-isforzi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri u l-impenji eżistenti stipulati fid-Dokument tal-OSKE dwar is-SALW, id-Dokument tal-OSKE dwar l-SCA, u d-deċiżjonijiet relatati tal-KSF;

jittieħdu passi ulterjuri biex jittejbu l-effiċjenza u l-eżitu tal-proġetti tas-SALW u l-SCA biex jiġi żgurat il-valur massimu possibbli fl-indirizzar tal-isfidi assoċjati mas-SALW u l-SCA skont il-mekkaniżmi ta' assistenza tal-OSKE kif deskritt fid-Dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW u l-SCA u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-KSF;

jiġu esplorati modi għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni tas-SALW u l-SCA lejn swieq illeċiti;

jiġu esplorati modi kif jiġu kkomplementati l-miżuri eżistenti tal-OSKE mmirati lejn l-indirizzar tat-traffikar illeċitu tas-SALW;

jitkomplew jingħataw kontribuzzjonijiet ekstrabaġitarji fuq bażi volontarja biex jiġu appoġġati proġetti ta' assistenza tal-KSF dwar is-SALW u l-KSA;

jiġu esplorati possibbiltajiet biex jingħata, fejn adatt, parir espert volontarju fi proġetti ta' assistenza tal-OSKE dwar is-SALW u l-SCA minn Stati parteċipanti li jkollhom għarfien speċifiku.

Minkejja li l-istabbiliment tal-proġett iwassal għal involviment usa' mal-Istati parteċipanti kollha fir-rigward tas-SEE, huwa għandu l-għan li jappoġġa l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-operazzjonijiet tal-Istati parteċipanti u l-operazzjonijiet fuq il-post (FOs) tal-OSKE fir-reġjun b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika u appoġġ programmatiku konsultattiv fir-rigward tas-SALW/SCA. L-Istati parteċipanti u l-operazzjonijiet fuq il-post fis-SEE ser jibbenefikaw ukoll mis-sistema tal-IT tal-proġett biex jiġu appoġġati l-monitoraġġ, il-ħarsa ġenerali, u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' assistenza prattika tas-SALW/SCA.

Barra minn hekk, il-proġett ser jipprovdi koordinazzjoni u appoġġ għall-ġestjoni tal-proġetti lil sitt (6) operazzjonijiet fuq il-post tal-OSKE fl-implimentazzjoni tal-programm komprensiv tal-OSKE dwar l-isforzi għall-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fis-SEE.

Il-benefiċjarji tal-proġett, minbarra l-popolazzjoni tal-Istati parteċipanti fis-SEE, huma awtoritajiet governattivi b'mandat fil-qasam tal-kontroll tas-SALW (bħall-kummissjoni dwar is-SALW, il-Ministeru għall-Intern, il-Pulizija, il-Ministeru għad-Difiża) u l-Operazzjonijiet fuq il-Post tal-OSKE.

3.7.3.   Riżultati mistennija

Riżultat 1: Jitmexxew 'il quddiem il-qafas normattiv tas-SALW/SCA tal-OSKE u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika korrispondenti.

Indikaturi:

L-eżistenza ta' linja bażi u mekkaniżmu għal verifika kontinwa tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti fil-qasam tas-SALW/SCA

L-eżistenza ta' pjattaforma tal-IT ibbażata fuq il-web li jkun fiha informazzjoni f'ħin reali relatata mal-portafoll tal-proġetti ta' assistenza tas-SALW/SCA tal-OSKE

3.7.4.   Attivitajiet

3.7.4.1.   Valutazzjoni tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-Istati parteċipanti tal-OSKE, is-Segretarjat tal-OSKE u l-operazzjonijiet fuq il-post b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika tas-SALW/SCA fis-SEE

L-attività ser tinkludi:

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-istati tal-OSKE li jitolbu assistenza prattika b'rabta mas-SALW/CSA u li appoġġ għall-proċess ta' ħarsa ġenerali

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-istati tal-OSKE li jipprovdu donazzjonijiet / riżorsi b'rabta mas-SALW/SCA u appoġġ għall-proċess ta' ħarsa ġenerali

Konsulenza strateġika u appoġġ programmatiku għall-Istati parteċipanti tal-OSKE u l-operazzjonijiet fuq il-post tal-OSKE permezz tal-mekkaniżmu tat-tagħlimiet meħuda mill-proġetti ta' assistenza prattika

Koordinazzjoni ġenerali u appoġġ għall-ġestjoni għal proġetti u attivitajiet ta' kontroll tas-SALW/SCA fis-SEE

3.7.4.2.   Żvilupp, ittestjar u tnedija tas-sistema tal-IT maħsuba biex jiġu appoġġati l-monitoraġġ, il-ħarsa ġenerali, u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza prattika tas-SALW/SCA

L-attività ser tinkludi:

Applikazzjoni web żviluppata, moderna u aċċessibbli biex tiġi integrata l-informazzjoni dwar il-proġetti kollha ta' assistenza tal-OSKE minn sorsi multipli, inkluż data teknika, finanzjarja, ġeografika u tematika kif ukoll dokumenti ta' sostenn. Din l-informazzjoni ser tippermetti lid-donaturi u lill-Istati parteċipanti fis-SEE biex jippjanaw aħjar, jimplimentaw u jsaħħu l-impenji politiċi u finanzjarji tagħhom kontra l-proliferazzjoni illeċita tas-SALW u l-SCA

4.   Ġestjoni tal-proġetti u appoġġ amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-azzjoni

Persunal dedikat tal-proġett fl-Unità ta' Appoġġ (SU) tal-Forum għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà (FSC)/Ċentru għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti (CPC) tas-Segretarjat tal-OSKE u f'sitt (6) missjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE ser jimmaniġġja l-implimentazzjoni tal-azzjoni u l-attivitajiet tal-proġetti relatati tagħha kif stipulat fit-Taqsima 3. L-Unità ta' Appoġġ tal-FSC/CPC ser tiżgura koordinazzjoni mal-missjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE u tipprovdilhom appoġġ konsultattiv b'rabta mas-suġġett permezz tal-Proġett 7; dan jinkludi monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programm.

L-SU tal-FSC/CPC u l-missjonijiet fuq il-post permezz tal-persunal dedikat tagħhom tal-proġett — organizzati f'timijiet ta' implimentazzjoni tal-proġetti — ser jappoġġaw aktar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-komunità internazzjonali fil-livelli reġjonali u dak tal-ġuriżdizzjoni, fost l-oħrajn, fil-qafas tal-Pjan Direzzjonali għall-Kontroll tas-SALW fil-Balkani tal-Punent.

Il-persunal dedikat tal-proġett ser iwettaq il-kompiti li ġejjin:

il-ġestjoni ta’ proġetti tul il-passi kollha taċ-ċiklu tal-proġett,

it-twettiq ta’ sorveljanza finanzjarja ta’ kuljum tal-proġetti,

l-għoti ta’ għarfien espert tekniku u legali, l-appoġġ għall-akkwisti ta’ proġetti,

l-involviment ta’ organizzazzjonijiet u programmi internazzjonali oħra u l-koordinazzjoni magħhom,

it-twettiq ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità tar-riżultati tanġibbli tal-proġetti approvati,

l-appoġġ lill-ġuriżdizzjonijiet fis-SEE fl-iżvilupp ta' miżuri ġodda biex jissaħħu l-kapaċitajiet u l-isforzi kollettivi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali.

5.   Ġeneru

Il-perspettivi tal-integrazzjoni tal-ġeneri ġew integrati fl-istadji kollha tat-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-premessa prinċipali applikata kienet li l-użu, l-użu ħażin, u l-effetti tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali jaffettwaw lin-nisa u l-irġiel, u lis-subien u l-bniet b'mod differenti. L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ġiet adattata għall-kuntesti speċifiċi u t-tip ta' assistenza prevista fil-proġetti kif ukoll kienet ibbażata fuq analiżi tas-sitwazzjoni li tqis il-perspettivi tal-ġeneru.

L-għodda "indikatur tal-ġeneru" tal-OSKE ġiet applikata fit-tfassil tal-proġetti, iżda wkoll biex jinżamm rendikont tal-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri matul iċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-proġett. Il-maġġoranza l-kbira tal-proġetti proposti għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv sinifikanti jew jintegraw għalkollox il-perspettiva tal-ġeneri.

6.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji diretti tal-azzjoni ser ikunu l-awtoritajiet fis-SEE b'mandat u responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali. L-awtoritajiet immirati primarjament huma: Il-kummissjoni/bord dwar is-SALW, il-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi bħall-pulizija. Awtoritajiet involuti oħra huma l-Ministeru għas-Sigurtà, l-uffiċċji tal-prosekuturi, il-qrati u s-servizzi penitenzjarji fil-Bożnija-Ħerzegovina kif ukoll il-Ministeru għad-Difiża fil-Montenegro. Filwaqt li fis-Serbja, il-proġett jipprevedi l-involviment ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jittrattaw kwistjonijiet ta' kontroll tas-SALW.

Il-benefiċjarji indiretti tal-azzjoni huma l-popolazzjonijiet ta' ġuriżdizzjonijiet fis-SEE u l-viċinat Ewropew tiegħu li huma f'riskju minħabba l-użu tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti f'attivitajiet kriminali, terroriżmu u użu ħażin vjolenti.

L-UE u l-awtoritajiet b'mandat tal-Istati Membri tagħha wkoll ser ikunu benefiċjarji indiretti tal-proġetti peress li ser jibbenefikaw minn kapaċitajiet imtejba ta' kontroll tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fis-SEE permezz ta', fost l-oħrajn, skambji aħjar ta' informazzjoni kif ukoll miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bħall-identifikazzjoni tar-riskju, l-investigazzjoni u t-traċċar, id-detezzjoni u s-sekwestru tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali illeċiti.

7.   Viżibbiltà tal-Unjoni

L-OSKE għandha tieħu l-miżuri adatti kollha biex tirreklama l-fatt li l-azzjoni tkun ġiet iffinanzjata mill-Unjoni. Tali miżuri ser jitwettqu f’konformità mal-Manwal tal-Kummissjoni ta’ Komunikazzjoni u Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod, l-OSKE ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni permezz ta’ branding u pubbliċità adatti, li jenfasizzaw ir-rwol tal-Unjoni, jiżguraw it-trasparenza tal-azzjonijiet tagħha u s-sensibilizzazzjoni tar-raġunijiet għad-Deċiżjoni kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għad-Deċiżjoni u r-riżultati ta’ dan l-appoġġ. Il-materjal prodott bil-proġett ser juri b’mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-linji gwida tal-Unjoni għall-użu u r-riproduzzjoni preċiżi tal-bandiera.

Minħabba li l-attivitajiet ippjanati jvarjaw ħafna fl-ambitu u l-karattru, ser tintuża firxa ta' għodod promozzjonali, inkluż: media tradizzjonali; siti web; media soċjali; u materjal informattiv u promozzjonali inkluż infografiċi, fuljetti, bullettini, stqarrijiet għall-istampa u oħrajn kif adattat. Pubblikazzjonijiet, avvenimenti pubbliċi, kampanji, tagħmir u xogħlijiet ta' kostruzzjoni akkwistati taħt kull proġett ser jiġu mmarkati kif xieraq. Biex jiġi amplifikat aktar l-impatt permezz tas-sensibilizzazzjoni fost diversi ġuriżdizzjonijiet u popolazzjonijiet, il-komunità internazzjonali u l-media lokali u internazzjonali, kull wieħed mill-gruppi fil-mira tal-proġett ser jiġi indirizzat permezz tal-lingwa adatta.

Il-viżibbiltà tal-Unjoni ser tiġi implimentata fil-livell tal-ġuriżdizzjonijiet permezz tal-involviment tal-missjonijiet fuq il-post tal-OSKE kif ukoll fl-OSKE kollha kemm hi permezz tas-Segretarjat.

8.   Durata

Abbażi tal-esperjenza fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2017/1424 u (PESK) 2019/2009, u b'kont meħud tal-ambitu wiesa' tal-azzjoni, l-għadd ta' benefiċjarji u l-għadd u l-kumplessità tal-attivitajiet ippjanati, il-perijodu ta' żmien għall-implimentazzjoni huwa 36 xahar.

9.   Entità tal-implimentazzjoni teknika

L-implimentazzjoni teknika ta' dan il-programm hija fdata lill-SU tal-FSC/CPC tas-Segretarjat tal-OSKE u sitt (6) missjonijiet fuq il-post tal-OSKE fis-SEE fejn tal-ewwel għandhom ukoll ir-rwol ta' koordinazzjoni. Fejn applikabbli, ser jingħata appoġġ konsultattiv mid-Dipartiment tat-Theddid Tranżnazzjonali (TNTD) fi ħdan is-Segretarjat tal-OSKE. L-Unità ta' Appoġġ għall-Programmar u l-Evalwazzjoni tas-CPC tas-Segretartjat tal-OSKE għandha r-rwol ta' osservatur fil-Kumitat ta' Tmexxija.

10.   Kumitat ta' Tmexxija

Il-Kumitat ta' Tmexxija għal din l-azzjoni ser ikun magħmul minn rappreżentanti tar-Rappreżentant Għoli, mid-Delegazzjonijiet tal-UE fil-ġuriżdizzjonijiet u mill-entitajiet ta' implimentazzjoni msemmija fil-kapitolu 4 ta' dan l-Anness.

L-entità ta' implimentazzjoni, u għalhekk megħjuna mill-Kumitat ta' Tmexxija, ser tiżgura li l-implimentazzjoni tal-proġett isseħħ f'koordinazzjoni mal-assistenza relatata l-oħra tal-UE lil ġuriżdizzjonijiet fis-SEE, bħall-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (BAFA) (appoġġat bid-Deċiżjonjiet tal-Kunsill (PESK) 2018/101 (5) u (PESK) 2017/915 (6)), il-kooperazzjoni reġjonali mal-Balkani tal-Punent fil-qasam tal-kontroll tas-SALW implimentata bil-UNDP/SEESAC (appoġġata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/2011 (7), (PESK) 2018/1788 (8) u (PESK) 2016/2356 (9)), u l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi bejn l-UE u s-SEE fil-qasam tat-traffikar tal-armi tan-nar (appoġġata mid-DĠ HOME tal-Kummissjoni, l-Europol, u l-EMPACT fir-rigward tal-armi tan-nar).

Il-Kumitat ta' Tmexxija ser jistieden fuq bażi regolari rappreżentanti minn sħab tal-ġuriżdizzjonijiet fis-SEE. Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista' jistieden ukoll rappreżentanti ta' entitajiet involuti fi proġetti fis-SEE li għandhom objettiv simili jew relatat. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni regolarment, mill-anqas darba kull sitt xhur, inkluż bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

11.   Rappurtar

Ir-rappurtar, kemm narrattiv kif ukoll finanzjarju, għandu jkopri l-azzjoni kollha deskritta fil-ftehim speċifiku għall-kontribut rilevanti u l-baġit mehmuż tiegħu, irrispettivament minn jekk din l-azzjoni hijiex kompletament iffinanzjata jew kofinanzjata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-OSKE ser tintegra r-rappurtar lill-KE/UE permezz tal-SU tal-FSC/CPC, jiġifieri t-tim ta' implimentazzjoni tal-proġett fi ħdan il-Proġett 7.


(1)  Fir-rigward tal-Kosovo*, minħabba kunsiderazzjonijiet tal-istatus, ir-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-proċedura formali tal-OSKE ma japplikawx bħala tali għal proġetti potenzjali hemmhekk. Għalhekk, taħt il-gwida tal-Missjoni tal-OSKE fil-Kosovo (OMIK) ser jiġu implimentati diversi proġetti b’appoġġ għat-talbiet ta’ assistenza mill-awtoritajiet/istituzzjonijiet lokali. (*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

(2)  Il-Pjan Direzzjonali ġie żviluppat abbażi tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Viċi Ministri għall-Intern u Viċi Ministri għall-Affarijiet Barranin fix-Xlokk tal-Ewropa, u l-elementi tal-Pjan Direzzjonali, it-tnejn adottati fil-Laqgħa ta’ Podgorica fl-1 ta’ Frar 2018. Dan ġie adottat uffiċjalment fis-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f’Londra fl-10 ta’ Lulju 2018.

(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(3)  L-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fil-kummissjoni nazzjonali tas-SALW: Il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Ministeru għall-Kummerċ u l-Politika Soċjali, il-Ministeru għad-Difiża, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza, il-Ministeru għall-Finanzi, id-Dwana, il-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Forestrija & Ekonomija tal-Ilma.

(4)  Elementi tal-proġett li jappoġġaw l-isforzi b'rabta mas-SALW/SCA fis-SEE.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/101 dwar il-Promozzjoni ta' Kontrolli Effettivi fuq l-Esportazzjoni tal-Armi (ĠU L 17, 23.01.2018, p. 40).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 dwar attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.05.2017, p. 38).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 tad-9 ta' Diċembru 2019 b'appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa li jnaqqsu t-theddida ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 147).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi fil-Balkani tal-Punent (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2356 tad-19 ta' Diċembru 2016 b'appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta' SALW u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 60).


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2134

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi tad-Difiża Georgjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1), u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1), ġiet stabbilita Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), punt (c), tat-Trattat. B'mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2), il-punt (b)(i), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF tista' tiffinanzja azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet militari u ta' difiża.

(2)

Il-qafas tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea stabbilixxa l-objettivi li jikkonsistu fit-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża, fl-investiment fir-reżiljenza tal-istati u s-soċjetajiet lejn il-Lvant tal-Unjoni, fl-iżvilupp ta' approċċ integrat għall-konflitti u l-kriżijiet, fil-promozzjoni u fl-appoġġ ta' ordnijiet reġjonali ta' kooperazzjoni, u fit-tisħiħ ta’ governanza globali bbażata fuq id-dritt internazzjonali, inkluż il-konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali .

(3)

L-Unjoni hija impenjata għal relazzjoni mill-qrib b’appoġġ għal Georgia b’saħħitha, indipendenti u prospera, ibbażata fuq il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni , bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (2), inkluż ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, u għal promozzjoni għal assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika filwaqt li tappoġġa bis-sħiħ l-integrità territorjali tal-Georgia fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-UE u l-Georgia, l-Unjoni u l-Georgia għandhom ikomplu jintensifikaw id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom u jippromwovu konverġenza gradwali fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà, inkluż il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, u għandhom jindirizzaw b’mod partikolari kwistjonijiet ta’ prevenzjoni tal-kunflitti, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet, l-istabbiltà reġjonali, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi u l-kontroll tal-esportazzjonijiet.

(4)

L-Unjoni tirrikonoxxi l-kontribut importanti tal-Georgia għall-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni, inkluż il-kontribut kontinwu tal-Georgia għall-operazzjonijiet u l-missjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet immexxija mill-PSDK fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u r-Repubblika tal-Mali.

(5)

Fl-ittra tiegħu tat-28 ta’ Ottubru 2021 indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Georgia talab lill-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 59(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, biex tipprovdi tagħmir mediku u tal-inġinerija, kif ukoll assi ta’ mobbiltà tat-tip ċivili.

(6)

Il-miżura ta’assistenza għandha tiġi implimentata b’kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq iffinanzjat taħt l-EPF.

(7)

Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jissodisfa d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi, u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Twaqqif, objettivi, kamp ta' applikazzjoni u durata

1.   Hija b'dan stabbilita miżura ta’ assistenza li tibbenefika minnha l-Georgia (il-"benefiċjarju"), li tiġi ffinanzjata mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) (il-"Miżura ta’ Assistenza").

2.   L-objettiv tal-Miżura ta’ Assistenza huwa li tikkontribwixxi għall-politika tal-Unjoni lejn il-Georgia billi tappoġġa l-kapaċitajiet tal-Forzi tad-Difiża Georgjani biex itejbu s-sigurtà u r-reżiljenza nazzjonali billi tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-unitajiet militari mediċi, tal-unitajiet tal-inġinerija u tal-unitajiet tal-loġistika tal-Forzi tal-Art tal-Georgia, u b'hekk tiġi protetta b'mod aħjar il-popolazzjoni ċivili, kif ukoll biex issaħħaħ il-kapaċita' tal-Georgia sabiex tikkontribwixxi għall-missjonijiet u operazzjonijiet militari tal-PSDK.

3.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-Miżura ta’ Assistenza għandha tiffinanzja l-forniment ta’ tagħmir li mhux maħsub li jillibera forza letali, provvisti u servizzi li ġejjin lill-unitajiet tal-Forzi tad-Difiża Georgjani msemmija f'dak il-paragrafu:

(a)

tagħmir mediku għal Rwol 2 faċilitajiet ta’ trattament mediku

(b)

tagħmir tal-inġinerija għal skwadri tal-inġinerija u platoons

(c)

assi ta’ mobbiltà tal-art tat-tip ċivili (trakkijiet pick-up)

4.   Id-durata tal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn l-amministratur għal miżuri ta’ assistenza li jaġixxi bħala uffiċċjal ta’ awtorizzazzjoni u l-entità msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 32(2), il-punt (a), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta' Assistenza għandu jkun ta' massimu ta' EUR 12 750 000. F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta' assistenza jista' jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, sa EUR 11 475 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2021 li tikkorrispondi għal din il-miżura ta’ assistenza.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq iffinanzjat taħt l-EPF.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità ta' dan tal-aħħar mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti b’din id-Deċiżjoni, bħala kondizzjoni għall-għoti ta' appoġġ taħt il-Miżura ta' Assistenza.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

konformità tal-unitajiet tal-Forzi tal-Art Georgjani mgħammra mill-Miżura ta' Assistenza mad-dritt internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

(b)

użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta' Assistenza għall-iskopijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;

(c)

manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta' Assistenza biex tiġi żgurata l-użabilità tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(d)

li l-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta' Assistenza mhux ser jintilfu, u lanqas ma jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet għajr dawk identifikati fl-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ taħt il-Miżura ta’ Assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq iffinanzjat taħt l-EPF, b’mod konsistenti mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza taħt l-EPF.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mill-Aġenzija Ċentrali għall-Ġestjoni tal-Proġetti (CPMA) tal-Litwanja.

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li r-rispett tal-obbligi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 3 mill-benefiċjarju jiġi mmonitorjat. Dak il-monitoraġġ għandu jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji tal-ksur tal-obbligi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 3, u għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' tali ksur, inkluż ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali minn unitajiet tal-Forzi tal-Art Georgjani appoġġati mill-Miżura ta' Assistenza.

2.   Il-kontroll ta' wara t-trasportazzjoni ta' tagħmir u provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

verifika tal-kunsinna, fejn iċ-ċertifikati tal-kunsinna għandhom jiġu ffirmati mill-Forzi tad-Difiża Georgjani mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

rappurtar dwar l-attivitajiet, fejn il-benefiċjarju għandu jirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet imwettqa bit-tagħmir, il-provvisti u s-servizzi pprovduti skont il-Miżura ta’ Assistenza sakemm tali rapputar ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS);

(c)

kontrolli fuq il-post fejn il-benefiċjarju għandu jagħti lir-Rappreżentant Għoli aċċess biex iwettaq kontroll fuq il-post wara li ssir talba.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni, permezz tal-ewwel valutazzjoni strutturata tal-Miżura ta’ Assistenza, sitt xhur wara l-ewwel kunsinna ta' tagħmir. Dan jista’ jinvolvi żjarat fuq il-post biex jiġu verifikati t-tagħmir, il-provvisti u s-servizzi ikkonsenjati taħt il-Miżura ta’ Assistenza, jew kwalunkwe forma effettiva oħra ta' informazzjoni pprovduta indipendentement. Għandha ssir evalwazzjoni finali mat-tlestija tal-kunsinna ta’ tagħmir, provvisti u servizzi taħt il-Miżura ta’ Assistenza sabiex jiġi vvalutat jekk l-Miżura ta' Assistenza kkontribwixxietx sabiex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati.

Artikolu 6

Rappurtar

Matul il-perijodu ta' implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti ta' kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-Miżura ta' Assistenza f'konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq skont l-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

Il-KPS jista' jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-Miżura ta' Assistenza skont l-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Il-KPS jista’ jirrakkomanda wkoll li l-Kunsill itemm il-Miżura ta’ Assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/59


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2135

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati Ukreni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 (1), ġiet stabbilita Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni skont il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2), punt (b)(i), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF tista’ tiffinanzja azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali b’rabta ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża.

(2)

L-intensifikazzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni u l-promozzjoni ta’ konverġenza gradwali fil-qasam tal-politika estera u tas-sigurtà, inkluż il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), hija waħda mill-objettivi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (2).

(3)

L-importanza ta’ aktar kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-PSDK u l-importanza ta’ aktar konverġenza tal-Ukrajna mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), inkluż permezz tal-esplorazzjoni tal-possibilitajiet għal iktar appoġġ għar-reżiljenza tal-Ukrajna, kien wieħed mill-eżiti tas-Summit UE-Ukrajna 2021.

(4)

Fl-ittra tagħhom tat-28 ta’ Ottubru 2021 indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna u l-Ministru għad-Difiża tal-Ukrajna talbu lill-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 59(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, biex tappoġġa l-unitajiet mediċi militari, l-unitajiet tal-inġinerija (tneħħija tal-mini), l-unitajiet tal-mobilità u l-loġistika, u l-unitajiet taċ-ċiberdifiża tal-Forzi Armati Ukreni.

(5)

Din il-miżura ta’assistenza għandha tiġi implimentata skont il-prinċipji u r-rekwiżiti mogħtija fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq iffinanzjat fl-ambitu tal-EPF u f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (3).

(6)

Il-Kunsill itenni d-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi, u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u tul ta’ żmien

1.   Hija b’dan stabbilita miżura ta’ assistenza li tibbenifika minnha r-Repubblika tal-Ukrajna (il-“benefiċjarju”), li tiġi ffinanzjata fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) (il-“Miżura ta’ Assistenza”).

2.   L-objettiv tal-Miżura ta’ Assistenza huwa li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Forzi Armati Ukreni, l-inkluż l-abbiltà tagħhom li jipprovdu s-servizzi rispettivi tagħhom lill-popolazzjoni ċivili, inkluż persuni li jappartjenu għall-minoranzi nazzjonali, f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ emerġenza, kif ukoll biex issaħħaħ l-kapaċita’ tal-Ukrajna sabiex tikkontribwixxi għall-missjonijiet u operazzjonijiet militari tal-PSDK.

3.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-Miżura ta’ Assistenza għandha tiffinanzja l-kunsinna ta’ tagħmir li mhux maħsub li jillibera forza letali lill-Forzi Armati Ukreni biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Forzi Armati Ukreni fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-unitajiet mediċi militari (inkluż sptarijiet fuq il-post);

(b)

l-unitajiet tal-inġinerija (inkluż tneħħija tal-mini);

(c)

l-unitajiet tal-mobilità u l-loġistika, u

(d)

l-unitajiet taċ-ċiberdifiża.

4.   It-tul ta’ żmien tal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ewwel ftehim bejn l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza li jaġixxi bħala uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni u entità msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 32(2), punt (a), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ massimu ta’ EUR 31 000 000. F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 27 900 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2021 li tikkorrispondi għal din il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq iffinanzjat fl-ambitu l-EPF.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tal-benefiċjarju mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ fl-ambitu tal-Miżura ta’ Assistenza.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

konformità tal-unitajiet tal-Forzi Armati Ukreni appoġġati fl-ambitu tal-Miżura ta’ Assistenza mad-dritt internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

(b)

użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti fl-ambitu tal-Miżura ta’ Assistenza għall-iskopijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;

(c)

manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti fl-ambitu tal-Miżura ta’ Assistenza biex jiġi żgurat li tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom ikunu jistgħu jintużaw u jkunu disponibbli għall-użu;

(d)

li fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom l-assi kollha pprovduti fl-ambitu tal-Miżura ta’ Assistenza la jintilfu u lanqas jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet għajr dawk identifikati fl-arranġamenti.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ fl-ambitu tal-Miżura ta’ Assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-Regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq fl-ambitu tal-EPF, b’mod konsistenti mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza fl-ambitu tal-EPF.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq minn:

(a)

l-Aġenzija Ċentrali Litwana għall-Ġestjoni tal-Proġetti (CPMA) fir-rigward tal-Artikolu 1(3), punti (a), (b), u (c); u

(b)

l-Akkademja Estonjana tal-Gvern Elettroniku (eGA) fir-rigward tal-Artikolu 1(3), punt (d).

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li r-rispett tal-obbligi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 3 mill-benefiċjarju jiġi mmonitorjat. Dan il-monitoraġġ għandu jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji ta’ ksur tal-obbligi stabbiliti skont l-Artikolu 3, u għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ tali ksur, inkluż ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali minn unitajiet tal-Forzi Armati Ukreni appoġġati fl-ambitu tal-Miżura ta’ Assistenza.

2.   Il-kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u l-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

verifika tal-kunsinna, fejn iċ-ċertifikati tal-kunsinna għandhom jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

rappurtar dwar l-inventarju, fejn il-benefiċjarju għandu jirrapporta kull sena dwar l-inventarju tal-oġġetti deżinjati sakemm tali rappurtar ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS).

(c)

kontroll fuq il-post, fejn il-benefiċjarju għandu jippermetti aċċess lir-Rappreżentant Għoli wara talba biex issir verifika fuq il-post.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni, permezz tal-ewwel valutazzjoni strutturata tal-Miżura ta’ Assistenza, sitt xhur wara l-ewwel kunsinna ta’ tagħmir. Dan jista’ jinvolvi żjarat fuq il-post biex jiġu verifikati t-tagħmir, il-provvisti u s-servizzi ikkonsenjati taħt il-Miżura ta’ Assistenza, jew kwalunkwe forma effettiva oħra ta’ informazzjoni pprovduta indipendentement. Għandha ssir evalwazzjoni finali mat-tlestija tal-kunsinna ta’ tagħmir, provvisti u servizzi taħt il-Miżura ta’ Assistenza sabiex jiġi vvalutat jekk l-Miżura ta’ Assistenza kkontribwixxietx sabiex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati.

Artikolu 6

Rapporti

Matul il-perijodu tal-implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS b’rapporti ta’ kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza, f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq skont l-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

Il-KPS jista’ jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza skont l-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Il-KPS jista’ jirrakkomanda wkoll lill-Kunsill itemm il-Miżura ta’ Assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2136

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar Miżura ta’ Assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1), ġiet stabbilita Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni biex jinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2), punt (b)(i) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF tista’ tiffinanzja azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża.

(2)

L-Unjoni tappoġġa bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, bi status speċjali għat-Transnistrija. L-Unjoni hija impenjata għal soluzzjoni komprensiva, paċifika u sostenibbli tal-konflitt Transnistrijan fil-qafas tal-format 5 + 2.

(3)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (2), għandu l-għan li japprofondixxi d-djalogu u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà, inkluż il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), u jindirizza, fost l-oħrajn, il-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-konflitti, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-istabbiltà reġjonali.

(4)

Il-Komunikazzjoni Konġunta ta’ Marzu 2020, “Il-politika tas-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-2020: It-Tisħiħ tar-Reżiljenza – Sħubija tal-Lvant li tikseb riżultati għal kulħadd” u d-Dokument ta’ Ħidma Konġunt tal-Persunal ta’ Lulju 2021, “Irkupru, reżiljenza u riforma: prijoritajiet tas-Sħubija tal-Lvant wara l-2020”, jenfasizzaw it-tisħiħ tar-reżiljenza għar-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant matul is-snin li ġejjin.

(5)

Il-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova għandhom rwol importanti fl-iżgurar tas-sigurtà u l-istabbiltà fil-pajjiż. Is-sitwazzjoni tas-sigurtà teħtieġ it-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari li jistgħu jintużaw ukoll waqt ir-rispons għall-kriżijiet biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tal-popolazzjoni ċivili.

(6)

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova huwa impenjat sabiex jimplimenta riformi, inkluż fis-settur tas-sigurtà u d-difiża, b’infiq finanzjarju u materjali sinifikanti. Biex tappoġġa dawn l-isforzi, l-Unjoni tfittex li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari identifikati tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova.

(7)

Fl-ittra tiegħu tal-11 ta’ Ottubru 2021 indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Moldova talab, f’konformità mal-Artikolu 59(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, appoġġ għall-Forzi Armati permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-Servizz Mediku Militari u tal-Battaljun tal-Inġiniera.

(8)

Din il-miżura ta’ assistenza għandha tiġi implimentata b’kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa iffinanzjati taħt l-EPF u f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (3).

(9)

Il-Kunsill itenni d-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi, u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Twaqqif, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u durata

1.   Hija b’dan stabbilita miżura ta’ assistenza li tibbenefika minnha r-Repubblika tal-Moldova (il-“benefiċjarju”), li għandha tiġi ffinanzjata mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) (il-“Miżura ta’ Assistenza”)..

2.   L-objettiv tal-Miżura ta’ Assistenza huwa li jiżdiedu l-kapaċitajiet tas-Servizz Mediku Militari u tal-Battaljun tal-Inġiniera tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova (‘Forzi Armati’), inkluż il-kapaċità tagħhom li jipprovdu s-servizzi rispettivi tagħhom lill-popolazzjoni ċivili f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ emerġenza kif ukoll biex issaħħaħ l-kapaċita’ tal-Moldova sabiex tikkontribwixxi għall-missjonijiet u operazzjonijiet militari tal-PSDK.

3.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 2, il-Miżura ta’ Assistenza għandha tiffinanzja l-forniment ta’ tagħmir li mhux maħsub li jillibera forza letali u provvisti li ġejjin lill-unitajiet tal-Forzi Armati msemmija f’dak il-paragrafu:

(a)

Tagħmir mediku għas-Servizz Mediku Militari; u

(b)

Tagħmir għan-newtralizzazzjoni ta’ mezzi esplożivi għall-Battaljun tal-Inġiniera.

4.   Id-durata tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim bejn l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza li jaġixxi bħala uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni u l-entità msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 32(2), punt (a), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ massimu ta’ EUR 7 000 000. F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 6 300 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2021 li tikkorrispondi għal din il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-Regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjata taħt l-EPF.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tal-benefiċjarju mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ taħt il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

konformità tal-unitajiet tal-Forzi Armati appoġġati taħt il-Miżura ta’ Assistenza mad-dritt internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

(b)

użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza għall-iskopijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;

(c)

manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza biex tiġi żgurata l-użabilità tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(d)

li l-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta’ Assistenza mhux ser jintilfu, jew jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet oħra għajr dawk identifikati f’dawk l-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ taħt il-Miżura ta’ Assistenza f’każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-Regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt l-EPF, konsistenti mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta’ assistenza taħt l-EPF.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mill-Aġenzija Ċentrali Litwana għall-Ġestjoni tal-Proġetti (CPMA).

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li r-rispett tal-obbligi stabbiliti skont l-Artikolu 3 mill-benefiċjarju jiġi mmonitorjat. Dan il-monitoraġġ għandu jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji tal-ksur tal-obbligi stabbiliti skont l-Artikolu 3, u għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ tali ksur, inkluż ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-unitajiet tal-Forzi Armati appoġġati taħt il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   Il-kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u l-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

verifika tal-konsenja, fejn iċ-ċertifikati tal-konsenja għandhom jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

rappurtar dwar l-attivitajiet, fejn il-benefiċjarju għandu jirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet li jinvolvu tagħmir deżinjat ipprovdut taħt il-Miżura ta’ Assistenza sakemm tali rappurtar ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS);

(c)

kontroll fuq il-post fejn il-benefiċjarju għandu jagħti lir-Rappreżentant Għoli l-aċċess biex iwettaq kontroll fuq il-post fuq talba ta’ dan tal-aħħar.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni, permezz tal-ewwel valutazzjoni strutturata tal-Miżura ta’ Assistenza, sitt xhur wara l-ewwel kunsinna ta’ tagħmir. Dan jista’ jinvolvi żjarat fuq il-post biex jiġu verifikati t-tagħmir, il-provvisti u s-servizzi mogħtija skont il-Miżura ta’ Assistenza, jew kwalunkwe forma effettiva oħra ta’ informazzjoni pprovduta indipendentement. Għandha ssir evalwazzjoni finali mat-tlestija tal-kunsinna ta’ tagħmir, provvisti u servizzi taħt il-Miżura ta’ Assistenza sabiex jiġi vvalutat jekk l-Miżura ta’ Assistenza kkontribwixxietx sabiex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati.

Artikolu 6

Rappurtar

Matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti ta’ kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq skont l-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

Il-KPS jista’ jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza skont l-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Il-KPS jista’ jirrakkomanda wkoll li l-Kunsill itemm il-Miżura ta’ Assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  ĠU L 260 30.8.2014, p. 4.

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/67


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2137

tat-2 ta’ Diċembru 2021

dwar Miżura ta' Assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Mali flimkien mal-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 (1), ġiet stabbilita Faċilità Ewropea għall-Paċi (FEP) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni skont il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), punt (c), tat-Trattat. B'mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2), punt (b)(i), tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, il-FEP tista' tiffinanzja azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet militari u ta' difiża.

(2)

Il-kriżi attwali fil-Mali u fir-reġjun tas-Saħel hija multidimensjonali, b'riskju serju li tinfirex lejn il-pajjiżi ġirien, u speċifikament lejn il-Golf tal-Guinea. Dan l-aħħar, il-komunità internazzjonali, inkluż l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri, investew sforzi konsiderevoli biex jappoġġaw lir-Repubblika tal-Mali fil-ġlieda tagħha kontra t-terroriżmu. Il-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUTM Mali) tkompli tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-forzi armati tal-Mali, bħala parti mill-Approċċ Integrat tal-UE għall-kriżi fil-Mali.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu 2391 (2017) kif ukoll fir-Riżoluzzjonijiet 2480 (2019) u 2584 (2021) fir-rigward tal-Mali, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti afferma l-impenn qawwi tiegħu għas-sovranità, l-indipendenza, l-unità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi fil-Grupp ta' Ħamsa tas-Saħel (G5 tas-Saħel), jiġifieri tal-Burkina Faso, taċ-Chad, tal-Mali, tal-Mauritania u tan-Niġer, faħħar il-kontribut tal-imsieħba bilaterali u multilaterali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, b'mod partikolari r-rwol tal-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTM Mali, EUCAP Sahel Mali u EUCAP Sahel Niger) fit-taħriġ u l-pariri strateġiċi li jagħtu lill-forzi tas-sigurtà nazzjonali fir-reġjun tas-Saħel, laqa' l-isforzi tal-Forzi Franċiżi b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel, u appella għal koordinazzjoni, skambju ta' informazzjoni u, fejn applikabbli, appoġġ adegwati bejn il-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni f'Mali, il-Forzi Armati Maljani, il-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel, il-Forzi Franċiżi u l-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Mali.

(4)

Fl-ittra tiegħu tal-4 ta' Novembru 2021 indirizzata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli"), il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Mali talab lill-Unjoni biex tkompli u ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-forzi armati tal-Mali fi tliet oqsma ewlenin, flimkien mal-EUTM Mali.

(5)

Din il-miżura ta' assistenza għandha tiġi implimentata b'kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, u b'mod partikolari l-konformità mal-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (2), u f'konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt il-FEP.

(6)

L-implimentazzjoni ser tkun soġġetta wkoll għall-valutazzjoni regolari tal-iżviluppi politiċi fil-Mali, f'konformità mal-qafas metodoloġiku integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni u l-kontrolli meħtieġa għal miżuri ta' assistenza taħt il-FEP. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni, b'mod partikolari, ma tmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(7)

Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment, objettivi, kamp ta' applikazzjoni u durata

1.   Miżura ta' Assistenza li għandha tiġi ffinanzjata mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (FEP) (il-"Miżura ta' Assistenza"), hija b’dan stabbilita, għall-benefiċċju tar-Repubblika tal-Mali (il-"benefiċjarju").

2.   L-objettiv tal-Miżura ta' Assistenza huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet ġenerali tal-forzi armati tal-Mali bil-għan li jkunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet militari mmirati li jiksbu lura l-integrità territorjali tal-Mali u jnaqqsu t-theddid li ġej mill-gruppi terroristiċi. Dan għandu jibbenefika lill-popolazzjoni, u jikkontribwixxi għal preżenza msaħħa tas-servizzi tal-Istat f'żoni remoti u għal protezzjoni aħjar tal-popolazzjoni ċivili.

3.   Biex jinkisbu l-objettivi stipulati fil-paragrafu 2, il-Miżura ta' Assistenza għandha l-għan li tkompli tipprofessjonalizza l-unitajiet appoġġati tal-forzi armati tal-Mali permezz ta' taħriġ u tagħmir rilevanti u adegwati pprovduti permezz ta' tliet proġetti:

(a)

l-appoġġ għall-Akkademja tal-Uffiċjali Mhux Ikkummissjonati f'Banankoro;

(b)

ir-rinnovazzjoni tal-infrastruttura tat-taħriġ f'Sévaré-Mopti; u

(c)

l-għoti ta’ tagħmir mhux maħsub għall-użu ta’ forza letali lil tliet kumpaniji tat-23 Riġment tat-Tieni Reġjun militari tal-Mali, skont il-ħtiġijiet tal-Unité légère de reconnaissance et d'intervention (ULRI).

4.   Il-Miżura ta' Assistenza għandha ddum 30 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn l-Amministratur għall-Miżuri ta' Assistenza u l-entità msemmija fl-Artikolu 4(3) ta’ din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-Artikolu 32(2), punt (a) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta' Assistenza għandu jkun ta' massimu ta' EUR 24 000 000. F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-Amministratur għall-Miżuri ta’ Assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sa EUR 21 600 000. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-Amministratur għall-Miżuri ta’ Assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fil-limiti approvati mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġit emendatorju tal-2021 li tikkorrispondi għal din il-Miżura ta’ Assistenza.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjata taħt il-FEP.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità ta' dan tal-aħħar mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti b'din id-Deċiżjoni, bħala kondizzjoni għall-għoti ta' appoġġ taħt il-Miżura ta' Assistenza.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

il-konformità mad-dritt internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, kif ukoll l-impenn tal-gvern tal-Mali li jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-impunità, b'mod partikolari fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u li jieħu l-passi meħtieġa biex isaħħaħ id-dover ta' rendikont tal-unitajiet li jibbenefikaw mill-Miżura ta' Assistenza;

(b)

l-użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta' Assistenza, għall-iskopijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti, minn unitajiet u persunal imħarrġin taħt is-superviżjoni ta' EUTM jew akkumpanjati minn forzi internazzjonali li huma msieħba tal-UE u li ma ġewx irrappurtati li wettqu abbużi jew vjolenza;

(c)

li l-assi kollha pprovduti taħt din il-Miżura ta' Assistenza ser jintużaw biss mill-forzi Maljani u, fil-każ ta' xi forma ta' kollaborazzjoni, esklużivament ma' atturi statali li huma forzi armati ta' msieħba tal-UE, b'mod partikolari l-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel u l-forzi armati tal-G5 tas-Saħel;

(d)

il-manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti fl-ambitu tal-Miżura ta' Assistenza biex jiġi żgurat li tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom ikunu jistgħu jintużaw u jkunu disponibbli għall-użu;

(e)

li l-assi kollha pprovduti taħt il-Miżura ta' Assistenza mhux ser jintilfu, jew jiġu ttrasferiti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom lil persuni jew entitajiet għajr dawk identifikati fl-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ taħt il-Miżura ta' Assistenza f'każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

4.   Fil-każ ta' ksur tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jew fid-dispożizzjonijiet u l-obbligi stabbiliti f'dak l-Artikolu, ir-Rappreżentant Għoli għandu, b'reazzjoni, jieħu l-passi xierqa fil-kuntest tal-approċċ integrat, sal-punt li jista' anke jitlob li l-assi rilevanti pprovduti taħt il-Miżura ta' Assistenza jintraddu lura.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, u mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa taħt il-FEP, b'mod konsistenti mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta' assistenza taħt il-FEP.

2.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jawtorizza l-għoti tal-assistenza biss wara l-aċċettazzjoni mill-benefiċjarju tad-diversi kuntratti, arranġamenti, rekwiżiti, obbligi u kondizzjonijiet imsemmija jew stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

3.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq minn Expertise France.

4.   Skont l-Artikolu 61(4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-Amministratur għall-Miżuri ta' Assistenza għandu jikkonkludi l-kuntratti meħtieġa mal-atturi inkarigati mill-implimentazzjoni.

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura monitoraġġ tal-konformità mill-benefiċjarju tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3. Dak il-monitoraġġ għandu jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji ta' ksur ta’ dawk l-obbligi, u għandu jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' tali ksur, inkluż ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, li jkun jinvolvi l-użu tat-tagħmir ipprovdut bil-Miżura ta' Assistenza. F’każijiet bħal dawn, ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lura lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u jipproponi miżuri proporzjonati.

2.   Il-kontroll ta' wara t-trasportazzjoni tat-tagħmir u l-provvisti għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

verifika tal-kunsinna, fejn iċ-ċertifikati tal-kunsinna għandhom jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

rappurtar dwar l-inventarju, li permezz tiegħu l-benefiċjarju għandu jirrapporta kull sena dwar l-inventarju u l-kundizzjoni tal-oġġetti deżinjati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom jew sakemm tali rappurtar ma jitqiesx neċessarju mill-KPS;

(c)

kontrolli fuq il-post, fejn il-benefiċjarju għandu jippermetti aċċess lir-Rappreżentant Għoli wara talba biex isiru verifiki fuq il-post.

3.   B’kont meħud tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2), ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni, fil-forma tal-ewwel valutazzjoni tal-Miżura ta' Assistenza, fi tliet partijiet, sitt xhur wara l-kunsinna tat-tagħmir lit-tliet kumpanniji tat-23 Riġment, sitt xhur wara t-tmiem tal-ewwel klassi li tiggradwa tal-Akkademja tal-Uffiċjali Mhux Ikkummissjonati, u sitt xhur wara t-tlestija tal-bini tal-faċilità tat-taħriġ f'Sévaré-Mopti. Dik l-evalwazzjoni ser tinvolvi żjajjar fuq il-post biex jiġu vverifikati t-tagħmir u l-provvisti li jkunu waslu taħt il-Miżura ta' Assistenza, jew kwalunkwe forma effettiva oħra ta' informazzjoni pprovduta b'mod indipendenti.

Għandha ssir evalwazzjoni finali fi tmiem il-perijodu ta' implimentazzjoni tal-Miżura ta' Assistenza biex jiġi vvalutat jekk il-Miżura ta’ Assistenza kkontribwietx għall-kisba tal-objettivi ddikjarati.

Artikolu 6

Rappurtar

Fil-bidu u matul il-perijodu ta' implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapporti ta’ kull sitt xhur li għandhom jinkludu informazzjoni aġġornata dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-Miżura ta' Assistenza, f'konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, kif ukoll fuq talba u fil-każ ta’ ksur sostanzjali rrappurtat tal-arranġament jew fil-każ ta’ kwalunkwe żvilupp politiku jew ta’ sigurtà rilevanti. L-Amministratur għall-Miżuri ta' Assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa f'konformità mal-Artikolu 38 ta' dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-subkuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jivvaluta l-informazzjoni dwar ksur possibbli jew ksur tal-impenji u l-obbligi taħt l-arranġament bejn il-benefiċjarju u r-Rappreżentant Għoli, li jwasslu għal eżami mir-Rappreżentant Għoli tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni possibbli fi kwalunkwe ħin tal-Miżura ta' Assistenza.

2.   F'konformità mal-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, fuq talba ta' Stat Membru jew tar-Rappreżentant Għoli, il-KPS jista' jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-Miżura ta' Assistenza fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-benefiċjarju jkun qed jikser l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari dawk taħt id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, jew jekk il-benefiċjarju ma josservax l-obbligi jew l-impenji tiegħu skont l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 3;

(b)

jekk il-kuntratt ma' attur responsabbli mill-implimentazzjoni jkun ġie sospiż jew mitmum wara ksur tal-obbligi tiegħu skont il-kuntratt;

(c)

jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż jew fiż-żona inkwistjoni ma tibqax tippermetti li l-miżura tiġi implimentata filwaqt li jiġu żgurati garanziji suffiċjenti;

(d)

jekk it-twettiq tal-Miżura ta' Assistenza ma jibqax jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi ddikjarati tagħha, jew ma jibqax fl-interess tal-Unjoni.

3.   F'każijiet urġenti u eċċezzjonali, ir-Rappreżentant Għoli jista' b'mod provviżorju jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni ta' Miżura ta' Assistenza sakemm tittieħed deċiżjoni mill-KPS.

4.   Il-KPS jista' wkoll jirrakkomanda li l-Kunsill itemm il-Miżura ta' Assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta' Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


3.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 432/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2138

tat-2 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 b’appoġġ għal politiki, programmi u azzjonijiet li jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi ta’ kalibru żgħir u l-użu ħażin tagħhom, f’konformità mal-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm talab estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 b’seba’ xhur, sal-31 ta’ Ottubru 2022, fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett skont id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 sal-31 ta’ Ottubru 2022 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/2011 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2011 tas-17 ta’ Diċembru 2018 b’appoġġ għal politiki, programmi u azzjonijiet li jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi ta’ kalibru żgħir u l-użu ħażin tagħhom, f’konformità mal-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 38).