ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1985
tal-15 ta’ Novembru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u b’mod partikolari jipprevedi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuni, entitajiet u korpi — li jkunu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika jew li l-attivitajiet tagħhom b’xi mod ieħor idgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja b’mod serju jew li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenka jew li jappoġġaw dan ir-reġim — u jipprojbixxi li fondi jew riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ tali persuni, entitajiet u korpi. |
(2) |
Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1990 (3), li tintroduċi kriterju ta’ deżinjazzjoni addizzjonali li jippermetti l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jorganizzaw attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka — li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew it-trasferiment ta' merkanzija projbita u t-trasferiment illegali ta' merkanzija soġġetta għal restrizzjonijiet, inkluż merkanzija perikoluża, fit-territorju tal-Unjoni. |
(3) |
Dik l-emenda trid tiġi riflessa fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 sabiex tippermetti l-implimentazzjoni korretta u uniformi tal-projbizzjoni madwar l-Unjoni. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat b’mod xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“6. L-Anness I għandu jikkonsisti wkoll f’lista:
(a) |
tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (c) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill li jorganizzaw attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka jew jikkontribwixxu għal tali attivitajiet li jiffaċilitaw:
|
(b) |
tal-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (d) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1990 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (Ara l-paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1986
tal-15 ta’ Novembru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u jipprevedi b’mod partikolari l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta', u jipprojbixxi li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal, persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom idgħajfu serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja jew li jibbenefikaw jew jappoġġaw ir-reġim ta’ Lukashenka. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1030 (3), li emenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006, introduċa aktar sanzjonijiet ekonomiċi mmirati, inkluż projbizzjoni fuq l-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarussu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi. |
(3) |
Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1989 (4), li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK u tintroduċi ċerti eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq l-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarusu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi, sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati. |
(4) |
Ċerti miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1l tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bis-segwenti:
“Artikolu 1l
1. Għandu jkun ipprojbit li tiġi pprovduta assigurazzjoni jew riassigurazzjoni:
(i) |
lill-Gvern Belarussu, lill-korpi, lill-korporazzjonijiet jew lill-aġenziji pubbliċi tiegħu; jew |
(ii) |
lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew fuq ordni ta' persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punt (i). |
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà obbligatorja jew ta’ parti terza lil persuni, entitajiet jew korpi Belarussi fejn ir-riskju assigurat jinsab fl-Unjoni jew għall-għoti ta’ assigurazzjoni għal missjonijiet diplomatiċi jew konsulari tal-Belarussja fl-Unjoni.
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2021 jew il-kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1030 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 224 I , 24.6.2021, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1989 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Belarussja (ara paġna 8 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
DEĊIŻJONIJIET
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1987
tad-9 ta’ Novembru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207 u 209 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-22 ta’ April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 81 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Koperazzjoni, stabbilit mill-Ftehim, jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet adatti bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim. |
(3) |
Il-laqgħa tal-Kunsill ta’ Koperazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2018 adottat il-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan għall-perijodu 2018-2020. |
(4) |
Il-Kunsill ta’ Koperazzjoni jenħtieġ li jadotta Rakkomandazzjoni dwar l-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan sal-2024 permezz ta’ proċedura bil-miktub. |
(5) |
Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Koperazzjoni li tikkonċerna l-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-estensjoni tal-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Ażerbajġan sal-2024 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Koperazzjoni (1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) Ara d-dokument ST 11568/1/21 REV 1 fuq http://register.consilium.europa.eu.
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1988
tad-9 ta’ Novembru 2021
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Guido WOLF sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Florian HASSLER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für politische Koordinierung und Europa im Staatsministerium Baden-Württemberg (Segretarju tal-Istat għall-Koordinazzjoni Politika u l-Ewropa fil-Ministeru tal-Istat ta’ Baden-Wurttemberg), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Florian HASSLER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für politische Koordinierung und Europa im Staatsministerium Baden-Württemberg (Segretarju tal-Istat għall-Koordinazzjoni Politika u l-Ewropa fil-Ministeru tal-Istat ta’ Baden-Wurttemberg), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1989
tal-15 ta’ Novembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivifid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
(2) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1031 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2012/642/PESK biex tintroduċi għadd ta’ restrizzjonijiet ekonomiċi, inkluż projbizzjoni tal-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarussu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi. |
(3) |
F’dan il-kuntest, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni tal-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarussu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi. |
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex ċerti miżuri jiġu implimentati. |
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2j tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit bis-segwenti:
“Artikolu 2j
1. Għandu jkun ipprojbit li tiġi pprovduta assigurazzjoni jew riassigurazzjoni:
(a) |
lill-Gvern Belarussu, lill-korpi, lill-korporazzjonijiet jew lill-aġenziji pubbliċi tiegħu; jew |
(b) |
lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew fuq ordni ta’ persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punt (a). |
2. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà obbligatorja jew ta’ parti terza lil persuni, entitajiet jew korpi Belarussi fejn ir-riskju assigurat jinsab fl-Unjoni jew għall-għoti ta’ assigurazzjoni għal missjonijiet diplomatiċi jew konsulari tal-Belarussja fl-Unjoni.
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 jew il-kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.’.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1031 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 224 I, 24.6.2021, p. 15).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1990
tal-15 ta’ Novembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
(2) |
Fil-21 u t-22 ta' Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom iddikjara li mhu ser jaċċetta l-ebda tentattiv minn pajjiżi terzi biex jistrumentalizzaw lill-migranti għal finijiet politiċi, ikkundanna l-attakki ibridi kollha fil-fruntieri tal-UE u afferma li ser jirreaġixxi kif xieraq. Huwa ssottolinja li l-UE ser tkompli tiġġieled l-attakk ibridu li għaddej u li tnieda mir-reġim Belarussu, inkluż billi tadotta, b'mod urġenti, aktar miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet legali, skont l-approċċ gradwali tagħha. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li l-kriterji ta' deżinjazzjoni fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li jiġu emendati biex jippermettu l-applikazzjoni ta' miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jorganizzaw jew jikkontribwixxu għal attivitajiet mir-reġim ta' Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew it-trasferiment ta' merkanzija projbita u t-trasferiment illegali ta' merkanzija soġġetta għal restrizzjonijiet, inkluż merkanzija perikoluża, fit-territorju ta' Stat Membru. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni elenkati fl-Anness li:
|
(2) |
L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma l-proprjetà ta', huma miżmuma minn jew huma kkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ffriżati:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1991
tal-15 ta’ Novembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (UNVIM)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Settembru 2018, abbażi ta' talba mill-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNVIM), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1249 (1) dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-UNVIM. |
(2) |
Fit-12 ta' Ottubru 2020, abbażi ta' talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 (2) u ġedded l-azzjoni tal-UE b'appoġġ għall-UNVIM għal perijodu ta' 12-il xahar. |
(3) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2586 (2021) estendiet u adottat il-mandat tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tappoġġa l-Ftehim ta' Hodeidah (UNMHA) sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-belt ta' Hodeidah u l-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Stokkolma konkluż fit-13 ta' Diċembru mill-partijiet fil-kunflitt fil-Jemen, u approvata permezz tal-UNSCR 2451 (2018) u UNSCR 2452 (2019). |
(4) |
Il-UNVIM talab aktar appoġġ mill-Unjoni għal sena, li jikkonsisti fl-estensjoni sat-28 ta' Frar 2022 tal-perijodu li matulu tista' tintuża l-kontribuzzjoni mogħtija skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465, u kontribuzzjoni addizzjonali għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-30 ta' Settembru 2022. |
(5) |
Sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, il-UNVIM ġie skjerat f'postijiet f'pajjiżi ġirien tal-Jemen, b'mod partikolari l-Djibouti u l-Arabja Sawdija. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Unjoni ġġedded għal sena u tadotta l-appoġġ tagħha lill-UNVIM għall-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(3) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. L-ammonti ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 2 059 838 għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2020 sat-28 ta' Frar 2022, u ta’ EUR 2 200 000 għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-30 ta' Settembru 2022. Il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid dan l-ammont ta’ referenza sal-1 ta’ Marzu 2022 abbażi, fost l-oħrajn, tar-rata ta’ assorbiment u ta’ valutazzjoni tal-ħtiġiet mill-Kummissjoni."; |
(3) |
Fl-Artikolu 5, l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: "Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Settembru 2022."; |
(4) |
L-Anness huwa mħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2021.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1249 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 14).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1465 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 13).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1992
tal-15 ta’ Novembru 2021
dwar l-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-ġugarelli li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/48/KE u fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi, fil-Parti I tal-Anness II tagħha, rekwiżiti speċifiċi dwar il-proprjetajiet fiżiċi u mekkaniċi (inklużi dispożizzjonijiet immirati biex jiżguraw li l-ġugarelli jiġu maħduma b’tali mod li jevitaw li jikkawżaw ħruq, smit jew tip ta’ korriment fiżiku ieħor) u fil-Parti II tal-Anness II tagħha, rekwiżiti speċifiċi sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-ġugarelli fir-rigward ta’ perikli ta’ fjammabbiltà. Id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi wkoll, fil-Parti III tal-Anness II tagħha, rekwiżiti speċifiċi sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem minħabba l-esponiment għas-sustanzi jew għat-taħlitiet kimiċi li l-ġugarelli jkunu magħmula minnhom jew li jkun fihom. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(2) jistipula r-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali, l-Artikolu 11(2) jistipula r-rekwiżiti għat-twissijiet dwar il-ġugarelli, u l-Anness V tad-Direttiva 2009/48/KE jistipula twissijiet għall-ġugarelli, fosthom twissija speċifika għal ġugarelli kimiċi. |
(3) |
Bl-ittra M/445 (3) tad-9 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ressqet talba quddiem il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE. |
(4) |
Abbażi tat-talba M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN 71-2:2011+A1:2014 “Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 2: Fjammabbiltà”, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/867 (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 71-2:2020. |
(5) |
L-istandard armonizzat EN 71-2:2020 huwa aktar ċar u preċiż mill-predeċessur tiegħu EN 71-2:2011+A1:2014. Dan jinkludi: aktar definizzjonijiet, u b’hekk jiddeskrivi aħjar għal liema ġugarelli japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard; formulazzjoni aktar ċara u preċiża; speċifikazzjonijiet ġodda għal kostumi tal-logħob li fihom mili sfuż; speċifikazzjonijiet addizzjonali għall-ħasil jew it-tindif (jew le) tal-kostumi tal-logħob qabel l-ittestjar; speċifikazzjonijiet dwar l-ittestjar ta’ partijiet iżgħar ta’ ġugarelli billi jingħaqdu, kif ukoll dwar l-ittestjar ta’ mili, tappezzerija u tiżjin; eżempji illustrattivi ta’ ġugarelli li jaħbu (bħal maskri tal-wiċċ jew elmi) u kostumi tal-logħob u indikazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu ttestjati; dijagrammi sekwenzjali li juru kif jinkisbu kampjuni tat-test minn kostumi tal-logħob. |
(6) |
Abbażi tat-talba M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009, is-CEN irreveda wkoll l-istandard armonizzat EN 71-3:2019 “Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 3: Migrazzjoni ta’ ċerti elementi”, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/867. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 71-3:2019+A1:2021. |
(7) |
L-istandard armonizzat EN 71-3:2019+A1:2021 jaġġorna l-lista tiegħu ta’ valuri ta’ limitu legali, meħuda mid-Direttiva 2009/48/KE, għall-elementi fil-ġugarelli. L-aġġornament jikkonċerna l-aluminju, li kellhom jiġu applikati valuri ta’ limitu msaħħa mill-20 ta’ Mejju 2021 (5). Jikkonċerna wkoll il-kromju-VI, li l-valur ta’ limitu preċedenti kien imħassar. Il-formula matematika li tikkalkula l-migrazzjoni tal-kromju-VI ta’ kampjun ta’ ġugarell ġiet adattata għall-proċedura tat-test. Il-bidliet l-oħra huma kollha editorjali. |
(8) |
Abbażi tat-talba M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009, is-CEN irreveda aktar l-istandard armonizzat EN 71-4:2013 “Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta’ kimika u attivitajiet relatati”, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/867. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 71-4:2020. |
(9) |
L-istandard armonizzat EN 71–4:2020 huwa aktar ċar minn ta’ qablu, EN 71–4:2013, minħabba għadd ta’ bidliet editorjali. Ma’ dan, il-pittogrammi u l-kliem bħala sinjal tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) intużaw ħafna aktar u kienu b’mod aktar konsistenti. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet għall-kontenituri reżistenti għat-tfal issa jiddependu fuq standard internazzjonali stabbilit, meħud mis-CEN. Il-protezzjoni tal-għajnejn issa hija meħtieġa għal ċerti settijiet tal-esperimenti. Fl-aħħar, ġew inklużi aktar spjegazzjonijiet dwar ir-raġunament tal-ispeċifikazzjonijiet. |
(10) |
Abbażi tat-talba M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN 71-13:2014 “Sigurtà ta’ ġugarelli - Parti 13: Logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq ix-xamm, logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq it-togħma, kits kosmetiċi u kits tat-togħma”, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/867]. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 71-13:2021. |
(11) |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard armonizzat EN 71–13:2021 huma marbuta b’mod aktar ċar mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/48/KE. B’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ twissijiet u indikazzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness V, Parti B, tad-Direttiva 2009/48/KE ġew estiżi u jirrelataw b’mod aktar ċar ma’ logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq ix-xamm, logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq it-togħma, kits kosmetiċi u kits tat-togħma li jinkludu ċerti fwejjaħ allerġeniċi. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet għall-għeluq ta’ kontenituri li huma reżistenti għat-tfal fil-logħob u fil-kittijiet ikkonċernati issa huma bbażati fuq standard internazzjonali, imsejjaħ EN ISO 8317:2015 Imballaġġ reżistenti għat-tfal – Rekwiżiti u proċeduri ta’ ttestjar għall-pakketti li jistgħu jerġgħu jingħalqu. Il-metodu ta’ ttestjar fl-EN ISO 8317:2015 jissostitwixxi l-metodu ta’ ttestjar ta’ qablu, stabbilit f’EN 71–13:2014. Fl-aħħar, ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ġew aġġornati, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel. |
(12) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN 71-2:2020, EN 71-3:2019+A1:2021, EN 71-4:2020 u EN 71-13:2021 abbozzati mis-CEN jikkonformawx mat-talba M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009. Dawn l-erba’ standards armonizzati jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru, u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2009/48/KE. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(13) |
L-istandards armonizzati EN 71-2:2020, EN 71-3:2019+A1:2021, EN 71-4:2020 u EN 71-13:2021 jissostitwixxu l-istandards armonizzati EN 71-2:2011+A1:2014, EN 71-3:2019, EN 71-4:2013 u EN 71-13:2014, rispettivament. Għalhekk huwa meħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi tal-ġugarelli jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-ispeċifikazzjonijiet riveduti fl-istandards armonizzati EN 71-2:2020, EN 71-3:2019+A1:2021, EN 71-4:2020 u EN 71-13:2021, jenħtieġ li l-irtirar tar-referenza tal-istandards armonizzati EN 71-2:2011+A1:2014, EN 71-3:2019, EN 71-4:2013 u EN 71-13:2014, jiġi ddifferit. |
(14) |
Fl-interessi taċ-ċarezza, tar-razzjonalità u tas-simplifikazzjoni, jenħtieġ li lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru tiġi ppubblikata f’att uniku. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE huma ppubblikati attwalment bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/867 u 2019/1728 (7). Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/867 tiġi sostitwita b’deċiżjoni ġdida. |
(15) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/867 hija mħassra.
Madankollu, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/867 għandu jkompli japplika għar-referenzi tal-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE, elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, sad-dati stabbiliti f’dak l-Anness.
Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1728 għandu jkompli japplika għar-referenzi tal-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE, elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, sad-dati stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli. ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.
(3) M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009 dwar mandat ta’ standardizzazzjoni indirizzat lis-CEN u lis-CENELEC fil-qafas tad-Direttiva 2009/48/KE li tirrevedi d-Direttiva 88/378/KEE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/867 tat-28 ta’ Mejju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 190, 31.5.2021, p. 96).
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1922 tat-18 ta’ Novembru 2019 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-aluminju (ĠU L 298, 19.11.2019, p. 5).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1728 tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 263, 16.10.2019, p. 32).
ANNESS I
Nru |
Referenza tal-istandard |
||
1. |
EN 71-1:2014+A1:2018 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 1: Kwalitajiet mekkaniċi u fiżiċi |
||
2. |
EN 71-2:2020 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 2: Fjammabilità |
||
3. |
EN 71-3:2019+A1:2021 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 3: Migrazzjoni ta’ ċerti elementi |
||
4. |
EN 71-4:2020 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta’ kimika u attivitajiet relatati |
||
5. |
EN 71-5:2015 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 5: Ġugarelli ta’ natura kimika (settijiet) minbarra settijiet għal esperimenti |
||
6. |
EN 71-7:2014+A3:2020 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 7: Żebgħat li jitpinġew bis-swaba’ — Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||
7. |
EN 71-8:2018 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 8: Ġugarelli għal attivitajiet fid-dar |
||
8. |
EN 71-12:2016 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 12: Sustanzi N-nitrosamini u N-nitrosazjabbli Nota ta’ informazzjoni: Il-valuri limitu fil-punt a) tat-Tabella 2 tal-klawżola 4.2 tal-istandard “EN 71-12:2016 sigurtà tal-ġugarelli — Parti 12: Sustanzi N-nitrosamini u N-nitrosazjabbli” huma iktar baxxi mill-valuri limitu li għandu jkun hemm konformità magħhom u li huma stabbiliti fil-punt 8 tal-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE. B’mod partikolari dawk il-valuri huma kif ġej: |
||
Sustanza |
Standard EN 71-12:2016 |
Direttiva 2009/48/KE |
|
N-nitrosamini |
0,01 mg/kg |
0,05 mg/kg |
|
N-nitrosazjabbli |
0,1 mg/kg |
1 mg/kg. |
|
9. |
EN 71-13:2021 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 13: Logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq ix-xamm, logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq it-togħma, kits kosmetiċi u kits tat-togħma |
||
10. |
EN 71-14:2018 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 14: Trampolini għal użu domestiku |
||
11. |
EN IEC 62115:2020 Ġugarelli elettriċi — Sikurezza EN IEC 62115:2020/A11:2020 |
ANNESS II
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
1. |
EN 71-2:2011+A1:2014 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 2: Fjammabilità |
il-15 ta’ Mejju 2022 |
2. |
EN 71-3:2019 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 3: Migrazzjoni ta’ ċerti elementi |
il-15 ta’ Mejju 2022 |
3. |
EN 71-4:2013 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta’ kimika u attivitajiet relatati |
il-15 ta’ Mejju 2022 |
4. |
EN 71-13:2014 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 13: Logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq ix-xamm, logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq it-togħma, kits kosmetiċi u kits tat-togħma |
il-15 ta’ Mejju 2022 |
ANNESS III
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
1. |
EN 71-7:2014+A2:2018 Sigurtà tal-ġugarelli - Parti 7: Żebgħat li jitpinġew bis-swaba’ — Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar Nota: Għall-preservattiv awtorizzat klimbażolu (l-entrata 22 fit-Tabella B.1 tal-Anness B tal-istandard) il-preżunzjoni ta’ konformità tapplika sa konċentrazzjoni massima permessa ta’ 0,2 % (mhux: 0,5 %). Dan huwa bbażat fuq l-“ADDENDUM tal-Opinjoni dwar il-Klimbażolu (P64) ref. SCCS/1506/13” tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) li ġie adottat wara l-pubblikazzjoni tal-istandard mis-CEN. https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_212.pdf |
it-28 ta’ Novembru 2021 |
2. |
EN 71-12:2013 Sigurtà tal-ġugarelli — Parti 12: Sustanzi N-nitrosamini u N-nitrosazjabbli |
it-28 ta’ Novembru 2021 |
3. |
EN 62115:2005 Ġugarelli elettriċi — Sikurezza (IEC 62115:2003 (Modifikat) + A1:2004) EN 62115:2005/A2:2011 (IEC 62115:2003/A2:2010 (Modifikat) EN 62115:2005/A2:2011/AC:2011 EN 62115:2005/A11:2012 EN 62115:2005/A11:2012/AC:2013 EN 62115:2005/A12:2015 |
il-21 ta’ Frar 2022 |
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/20 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1993
tal-15 ta’ Novembru 2021
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn New Zealand maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19. Għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stabbilita f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim u tat-testijiet maħruġa minn New Zealand liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim u tat-testijiet maħruġa minn New Zealand liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Fit-2 ta’ Settembru 2021, New Zealand pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim u tat-testijiet skont is-sistema intitolata “My Covid Record”. New Zealand infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, New Zealand infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn New Zealand f’konformità mas-sistema “My Covid Record” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(4) |
New Zealand infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim u tat-testijiet maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. |
(5) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2021, wara talba minn New Zealand, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim u tat-testijiet huma maħruġa minn New Zealand f’konformità mas-sistema, “My Covid Record”, li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953, u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim u tat-testijiet maħruġa minn New Zealand f’konformità mas-sistema “My Covid Record” fihom id-data meħtieġa. |
(6) |
Minbarra dan, New Zealand infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn bħalissa jinkludu Pfizer/BioNTech COMIRNATY u Pfizer New Zealand Limited (NZBN: 9429040634296). |
(7) |
New Zealand infurmat ukoll lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku u għat-testijiet rapidi tal-antiġeni. |
(8) |
Barra minn hekk, New Zealand infurmat lill-Kummissjoni li ma toħroġx ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. |
(9) |
Minbarra dan, New Zealand infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi f’New Zealand jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim jew ir-riżultat tat-test tad-detentur u mhux se tinżamm wara. |
(10) |
L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn New Zealand f’konformità mas-sistema “My Covid Record” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 u għalhekk huma ssodisfati. |
(11) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn New Zealand f’konformità mas-sistema “My Covid Record” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) u fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li New Zealand tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
(14) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li New Zealand tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2021/953. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim u tat-testijiet maħruġa minn New Zealand f’konformità mas-sistema “My Covid Record” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
New Zealand għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/23 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1994
tal-15 ta’ Novembru 2021
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19. Għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Fl-14 ta’ Settembru 2021, ir-Repubblika tal-Moldova pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “COVID-19 Vaccination Record (SIA RVC-19)”. Ir-Repubblika tal-Moldova infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika, li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Moldova infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Record (SIA RVC-19)” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(4) |
Ir-Repubblika tal-Moldova infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. |
(5) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2021, wara talba mir-Repubblika tal-Moldova, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova huma f’konformità ma’ sistema, il-“COVID-19 Vaccination Record (SIA RVC-19)” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Record (SIA RVC-19)” fihom id-data meħtieġa. |
(6) |
Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Moldova infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn bħalissa jinkludu Соmirnаtу, Vaxzevria, COVID-19 Vaccine Janssen, Spikevax, BBIBP-CorV, CoronaVac u Sputnik V. |
(7) |
Ir-Repubblika tal-Moldova infurmat ukoll lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku u għat-testijiet rapidi tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 (4). |
(8) |
Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Moldova infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. Dawk iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv. |
(9) |
Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Moldova infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Moldova jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara. |
(10) |
Għalhekk, l-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Record (SIA RVC-19)” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 u għalhekk huma ssodisfati. |
(11) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Record (SIA RVC-19)” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tal-Moldova tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
(14) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li r-Repubblika tal-Moldova tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2021/953, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Moldova f’konformità mas-sistema “COVID-19 Vaccination Record (SIA RVC-19)” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
Ir-Repubblika tal-Moldova għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1995
tal-15 ta’ Novembru 2021
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Georgia maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19. Għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Georgia liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, tali sejbiet ta’ ekwivalenza jenħtieġ li japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Georgia liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Fl-20 ta’ Awwissu 2021, il-Georgia pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “Georgia e-health App”. Il-Georgia infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, il-Georgia infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Georgia f’konformità mas-sistema “Georgia e-health App” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(4) |
Il-Georgia infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. |
(5) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2021, wara talba mill-Georgia, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Georgia huma f’konformità ma’ sistema, il-“Georgia e-health App”, li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Georgia f’konformità mas-sistema “Georgia e-health App”, fihom id-data meħtieġa. |
(6) |
Minbarra dan, il-Georgia infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-tilqim interoperabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn bħalissa jinkludu Comirnaty, Vaxzevria, CoronaVac u l-COVID-19 Vaccine (Vero Cell), Inactivated minn Sinopharm (Beijing Institute of Biological Products). |
(7) |
Il-Georgia infurmat ukoll lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet ta’ amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku, iżda mhux għal testijiet rapidi tal-antiġeni. |
(8) |
Barra minn hekk, il-Georgia infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. Dawn iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv. |
(9) |
Minbarra dan, il-Georgia infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fil-Georgia jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara. |
(10) |
L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Georgia f’konformità mas-sistema “Georgia e-health App” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 u għalhekk huma ssodisfati. |
(11) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mill-Georgia f’konformità mas-sistema “Georgia e-health App” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li l-Georgia tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
(14) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li l-Georgia tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2021/953, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Georgia f’konformità mas-sistema “Georgia e-health App” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
Il-Georgia għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/29 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1996
tal-15 ta’ Novembru 2021
li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE”) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19. Għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/953 jippermetti l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawk iċ-ċertifikati COVID-19 jinħarġu f’konformità ma’ standards li jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dak ir-Regolament. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, imma li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li għandhom id-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, kwalunkwe sejba ta’ ekwivalenza stipulata f’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. B’mod simili, abbażi tar-Regolament (UE) 2021/954, jenħtieġ li tali sejbiet ta’ ekwivalenza japplikaw ukoll għaċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Fis-27 ta’ Settembru 2021, ir-Repubblika tas-Serbja pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan skont is-sistema intitolata “Digital Green Certificate”. Ir-Repubblika tas-Serbja infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis li ċ-ċertifikati COVID-19 tagħha qed jinħarġu f’konformità ma’ standard u sistema teknoloġika, li huma interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tas-Serbja infurmat lill-Kummissjoni li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tal-Serbja f’konformità mas-sistema “Digital Green Certificate” fihom id-data stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(4) |
Ir-Repubblika tas-Serbja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li hija taċċetta ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-ŻEE f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. |
(5) |
Fit-3 ta’ Novembru 2021, wara talba mir-Repubblika tas-Serbja, il-Kummissjoni wettqet testijiet tekniċi li wrew li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja huma f’konformità ma’ sistema, id-“Digital Green Certificate” li hija interoperabbli mal-qafas ta’ fiduċja stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat ukoll li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja f’konformità mas-sistema “Digital Green Certificate” fihom id-data meħtieġa. |
(6) |
Minbarra dan, ir-Repubblika tas-Serbja infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tat-tilqim għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Dawn il-vaċċini bħalissa jinkludu Comirnaty, Vaxzevria, BBIBP-CorV u Sputnik V. |
(7) |
Ir-Repubblika tas-Serbja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati tat-testijiet interoperabbli għat-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku u għat-testijiet rapidi tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata tat-testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 (4). |
(8) |
Barra minn hekk, ir-Repubblika tas-Serbja infurmat lill-Kummissjoni li qed toħroġ ċertifikati interoperabbli tal-fejqan. Dawk iċ-ċertifikati huma validi għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel test pożittiv. |
(9) |
Minbarra dan, ir-Repubblika tas-Serbja infurmat lill-Kummissjoni li meta l-verifikaturi fis-Serbja jivverifikaw iċ-ċertifikati, id-data personali inkluża fihom tiġi pproċessata biss biex jiġu vverifikati u kkonfermati t-tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istatus tal-fejqan tad-detentur u mhux se tinżamm wara. |
(10) |
L-elementi meħtieġa biex jiġi stabbilit li ċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja f’konformità mas-sistema “Digital Green Certificate” għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 u għalhekk huma ssodisfati. |
(11) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja f’konformità mas-sistema “Digital Green Certificate” jenħtieġ li jiġu aċċettati bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2021/953. |
(12) |
Sabiex din id-Deċiżjoni tkun operattiva, jenħtieġ li r-Repubblika tas-Serbja tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953. |
(13) |
Sabiex tipproteġi l-interessi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew tħassarha, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2021/953 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. |
(14) |
Sabiex ir-Repubblika tas-Serbja tiġi konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2021/953, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-ċertifikati COVID-19 tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa mir-Repubblika tas-Serbja f’konformità mas-sistema “Digital Green Certificate” għandhom, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 2
Ir-Repubblika tas-Serbja għandha tkun konnessa mal-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta’ testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).