ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 380

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
27 ta' Ottubru 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1880 tas-26 ta’ Ottubru 2021 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1881 tas-26 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal imidacloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1882 tal-25 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond fir-rigward tat-tielet pagament parzjali għall-2021

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( ĠU L 65, 25.2.2021 )

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 380/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1880

tas-26 ta’ Ottubru 2021

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/317 (3) fiha żbalji li jaffettwaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin: fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1), u fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni tal-konsistenza fuq miri ta’ prestazzjoni; fl Artikolu 21(3) fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ żona speċifika ta' imposti fit-terminal ikkonċernata; it-tielet subparagrafu, tal-Artikolu 22(5), is-sentenza introduttorja fir-rigward taż-żoni tal-imposti li għalihom huma stabbiliti l-kostijiet id-determinati; fit-tieni sentenza tal-Artikolu 22(7), fir-rigward tal-obbligu tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jeżaminaw id-dokumenti tal-kontabbilita’ rilevanti; fl-Anness I, Taqsima 1, punt 2.1(c), punt 2.2(a)(iii) u punt 2.2(b)(iv), fir-rigward tal-punti ta’ dħul jew ħruġ li jintużaw għall-kalkolu ta’ indikaturi meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew; fl-Anness I, Taqsima 1, punt 3.1(b) fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “ħin ikkalkulat għat-tlugħ”; fl-Anness I, Taqsima 2, punt 1.2(d) fir-rigward tar-rata ta’ ksur tas-separazzjoni minima fl-ispazju tal-ajru; fl-Anness I, Taqsima 2, punt 2.1(b) u punt 2.2(b)(iii) fir-rigward tad-definizzjoni tal-“parti en route”; fl-Anness II, punt 3.3(e), Anness IV, punt 2.1(d)(iii), Anness VII, Tabella 1, punti 3 u 3.4, Anness VII, punt 2.1(i) u Anness XI, punt 1.2(f) fir-rigward tal-kalkolu tal-kost tal-kapital; fl-Anness IV, punt 1.3 rigward il-valuri referenzjarji; fl-Anness VI, punt 1.2(d) u punt 2.1(d) fir-rigward tal-iskop tat-tendenza tar-rapportaġġ tal-obbligi; fl-Anness VI, punt 2.1(a), it-tieni paragrafu fir-rigward tat-tip ta’ data koperta mill-eċċezzjoni; fl-Anness XIII, punt 1.1(a) fir-rigward tal-valuri ta’ referenza li jinformaw l-valur talpern; kif ukoll fl-Anness XIII, fl-ewwel subparagrafu tal-punt 2.1(a) u fl-ewwel subparagrafu tal-punt 2.1(b) fir-rigward tal-kundizzjoni tal-kalkulazzjoni tal-vantaġġ u l-żvantaġġ finanzjarju.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).


27.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 380/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1881

tas-26 ta’ Ottubru 2021

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal imidacloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRL) għal imidacloprid ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti għal imidacloprid. L-Awtorità rrakkomandat li d-definizzjoni tar-residwu tiġi stabbilita bħala imidacloprid biss. Hija identifikat riskju għall-konsumaturi fir-rigward tal-MRLs għall-iskalora/indivja bil-weraq wesgħin. Għalhekk huwa xieraq li dan l-MRL jitbaxxa għal-limitu speċifiku ta’ determinazzjoni (LOD). L-Awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-ġewż Amerikan, il-banana, it-tadam, il-bżar ħelu, il-brunġiel, il-ħjar, il-ħjar tal-pikles, iz-zukkini u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(3)

L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-frott taċ-ċitru, l-għeneb, il-mirtilli, il-cranberries, il-bamja, il-kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx, il-fażola (bil-miżwed u mingħajru), il-piżelli (bil-miżwed u mingħajru), il-fażola, il-karawett, il-kafena u l-ħops, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità tqiesu l-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs). Fir-rigward tas-CXLs, l-Awtorità kkonkludiet li mhumiex kompatibbli mad-definizzjoni tar-residwu tal-UE u rrakkomandat li s-CXLs eżistenti ma jiġux inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Huwa għalhekk xieraq li dawk l-MRLs jiġu stabbiliti fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(5)

Fir-rigward ta’ prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma teżisti l-ebda tolleranza għall-importazzjoni jew CXL, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-LOD speċifiku jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-bżonn li jiġu addattati ċerti limiti ta’ determinazzjoni. Dawn il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti komoditajiet, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti LODs speċifiċi.

(7)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(10)

Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li qed jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

(11)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(12)

L-approvazzjoni tal-imidacloprid skadiet fil-1 ta’ Diċembru 2020 (3). Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja li seta’ ngħata mill-Istati Membri se jiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2022. Rieżami ulterjuri tal-livelli massimi ta’ residwu huwa previst wara dik id-data.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fir-rigward tas-sustanza attiva imidacloprid fil-prodotti kollha u fuq il-prodotti kollha għajr l-indivja bil-weraq wesgħin, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament, għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel is-16 ta’ Mejju 2022.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta’ Mejju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for imidacloprid according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2019;17(1):5570.

(3)  ĠU L 370, 6.11.2020, p. 18.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, tiżdied il-kolonna li ġejja għal imidacloprid:

"Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Imidacloprid

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,9 (+)

0110010

Grejpfrut

(+)

0110020

Larinġ

(+)

0110030

Lumi

(+)

0110040

Xkomp

(+)

0110050

Mandolin

(+)

0110990

Oħrajn (2)

(+)

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01  (*1)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

0,01  (*1)

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

0,01  (*1)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,7 (+)

0151010

Għeneb tal-mejda

(+)

0151020

Għeneb għall-inbid

(+)

0152000

(b)

frawli

0,01  (*1)

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,01  (*1)

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

5 (+)

0154020

Cranberries

5 (+)

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

0,01  (*1)

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

0,01  (*1)

0154050

Warda skoċċiża

0,01  (*1)

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

0,01  (*1)

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,01  (*1)

0154080

Frott tas-sebuqa

0,01  (*1)

0154990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

0,01  (*1)

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01  (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,3

0231020

Bżar ħelu

0,9

0231030

Brunġiel

0,3

0231040

Bamja

0,5 (+)

0231990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

0,5

0232020

Ħjar tal-pikles

0,4

0232030

Zukkini

0,4

0232990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

0,15 (+)

0233010

Bettieħ

(+)

0233020

Qara’ aħmar

(+)

0233030

Dulliegħ

(+)

0233990

Oħrajn (2)

(+)

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01  (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01  (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,05  (*1)

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

5 (+)

0260020

Fażola (bla mżiewed)

2 (+)

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

5 (+)

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

2 (+)

0260050

Għads

0,01  (*1)

0260990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01  (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

 

0300010

Fażola

2 (+)

0300020

Għads

0,01  (*1)

0300030

Piżelli

0,01  (*1)

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

0,01  (*1)

0300990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,01  (*1)

0401020

Karawett

0,5 (+)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,01  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,01  (*1)

0401070

Fażola tas-sojja

0,01  (*1)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,01  (*1)

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,01  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01  (*1)

0401140

Qannebusa

0,01  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,01  (*1)

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

0,05  (*1)

0620000

Kafeni

1 (+)

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

0,05  (*1)

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,05  (*1)

0650000

Ħarrub

0,05  (*1)

0700000

ĦOPS

15 (+)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

(+)

0840990

Oħrajn (2)

0,05  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

0,01  (*1)

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn (2)

 

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn (2)

 

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

0,01  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Imidacloprid

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi u dwar il-metodi analitiċi u/jew konfermatorji bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sas-27 ta' Ottubru 2022, jew jekk dik l-informazzjoni ma tkunx ġiet sottomessa sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0620000 Kafeni

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni li kienet nieqsa dwar il-provi tar-residwi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sas-27 ta' Ottubru 2022, jew jekk dik l-informazzjoni ma tkunx ġiet sottomessa sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0110000 Frott taċ-ċitru

0110010 Grapefruit

0110020 Larinġ

0110030 Lumi

0110040 Xkomp

0110050 Mandolin

0110990 Oħrajn (2)

0151000 (a)għeneb

0151010 Għeneb tal-mejda

0151020 Għeneb għall-inbid

0154010 Mirtilli

0154020 Cranberries

0231040 Bamja

0233000 (c)kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

0233010 Bettieħ

0233020 Qara’ aħmar

0233030 Dulliegħ

0233990 Oħrajn (2)

0260010 Fażola (bl-imżiewed)

0260020 Fażola (bla mżiewed)

0260030 Piżelli (bl-imżiewed)

0260040 Piżelli (bla mżiewed)

0300010 Fażola

0401020 Karawett

0700000 ĦOPS

Il-livell massimu ta’ reside applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi (kodiċi 0213040), filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040 Għerq tal-mustarda (11)"

(2)

fil-Parti A tal-Anness III titħassar il-kolonna għal imidacloprid.


(*1)  Tindika l-limitu tal-kwantifikazzjoni analitika l-aktar baxx

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I.


DEĊIŻJONIJIET

27.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 380/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1882

tal-25 ta’ Ottubru 2021

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond fir-rigward tat-tielet pagament parzjali għall-2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021.

(2)

Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall- Kummissjoni u għall- BEI.

(4)

Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, madankollu, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti taħt il-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, m’għandux jerġa’ jintuża.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 (4) tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ għall-2021 għal EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni Ewropea, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.

(6)

Sabiex il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, bħala t-tielet pagament parzjali għall-2021, f’konformità mal-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1

(2)  ĠU L 307, 3.12.2018. p. 1.

(3)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13).


ANNESS

STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Skema tal-11ax-il FEŻ %

It-tielet t pagament parzjali tal-2021 (f’EUR)

Total

BEI il-11-il FEŻ

Il-Kummissjoni il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

3 249 270,00

29 243 430,00

32 492 700,00

IL-BULGARIJA

0,21853

218 530,00

1 966 770,00

2 185 300,00

IĊ-ĊEKJA

0,79745

797 450,00

7 177 050,00

7 974 500,00

ID-DANIMARKA

1,98045

1 980 450,00

17 824 050,00

19 804 500,00

IL-ĠERMANJA

20,57980

20 579 800,00

185 218 200,00

205 798 000,00

L-ESTONJA

0,08635

86 350,00

777 150,00

863 500,00

L-IRLANDA

0,94006

940 060,00

8 460 540,00

9 400 600,00

IL-GREĊJA

1,50735

1 507 350,00

13 566 150,00

15 073 500,00

SPANJA

7,93248

7 932 480,00

71 392 320,00

79 324 800,00

FRANZA

17,81269

17 812 690,00

160 314 210,00

178 126 900,00

IL-KROAZJA

0,22518

225 180,00

2 026 620,00

2 251 800,00

L-ITALJA

12,53009

12 530 090,00

112 770 810,00

125 300 900,00

ĊIPRU

0,11162

111 620,00

1 004 580,00

1 116 200,00

IL-LATVJA

0,11612

116 120,00

1 045 080,00

1 161 200,00

IL-LITWANJA

0,18077

180 770,00

1 626 930,00

1 807 700,00

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

255 090,00

2 295 810,00

2 550 900,00

L-UNGERIJA

0,61456

614 560,00

5 531 040,00

6 145 600,00

MALTA

0,03801

38 010,00

342 090,00

380 100,00

IN-NETHERLANDS

4,77678

4 776 780,00

42 991 020,00

47 767 800,00

L-AWSTRIJA

2,39757

2 397 570,00

21 578 130,00

23 975 700,00

IL-POLONJA

2,00734

2 007 340,00

18 066 060,00

20 073 400,00

IL-PORTUGALL

1,19679

1 196 790,00

10 771 110,00

11 967 900,00

IR-RUMANIJA

0,71815

718 150,00

6 463 350,00

7 181 500,00

IS-SLOVENJA

0,22452

224 520,00

2 020 680,00

2 245 200,00

IS-SLOVAKKJA

0,37616

376 160,00

3 385 440,00

3 761 600,00

IL-FINLANDJA

1,50909

1 509 090,00

13 581 810,00

15 090 900,00

L-IŻVEZJA

2,93911

2 939 110,00

26 451 990,00

29 391 100,00

IR-RENJU UNIT

14,67862

14 678 620,00

132 107 580,00

146 786 200,00

TOTAL UE-27 U R-RENJU UNIT

100,00

100 000 000,00

900 000 000,00

1 000 000 000,00


Rettifika

27.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 380/23


Rettifika għar-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 65 tal-25 ta’ Frar 2021 )

Din ir-rettifika għandha titqies nulla u bla effett.