ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 375 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
22.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 375/1 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament tan-NU Nru 129 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur [2021/1806]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 03 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 3 ta’ Jannar 2021
WERREJ
Regolament
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Immarkar |
5. |
Approvazzjoni |
6. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
7. |
Testijiet |
8. |
Rapporti tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni |
9. |
Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni |
10. |
Konformità tal-produzzjoni u testijiet ta’ rutina |
11. |
Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
12. |
Penali għal nonkonformità tal-produzzjoni |
13. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
14. |
Informazzjoni għall-utenti |
15. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
16. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
Annessi
1 |
Komunikazzjoni |
2 |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
3 |
Arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab |
4 |
Test tal-korrużjoni |
5 |
Test tal-brix u tal-mikroslip |
6 |
Deskrizzjoni tat-troli |
Appendiċi 1 |
|
Appendiċi 2 |
Arranġament u użu ta’ ankraġġi fuq it-troli tat-test |
Appendiċi 3 |
Definizzjoni ta’ bieba tal-impatt mill-ġenb |
Appendiċi 4 |
Apparat tal-waqfien għal impatt frontali |
7 |
Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin |
Appendiċi 1 |
Impatt frontali |
Appendiċi 2 |
Impatt minn wara |
Appendiċi 3 |
Impatt laterali |
8 |
Deskrizzjoni tal-manikini |
9 |
Test tal-impatt frontali ma’ ostaklu |
10 |
Proċedura tat-test tal-impatt minn wara |
11 |
Skema tal-approvazzjoni tat-tip (Dijagramma sekwenzjali ISO 9002:2000) |
12 |
Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni |
13 |
Test tal-materjal li jassorbi l-enerġija |
14 |
Metodu għad-definizzjoni tal-erja tal-impatt tar-ras ta’ apparati b’post fejn jisserraħ id-dahar jew bi lqugħ għall-protezzjoni kontra impatti u għal apparati li jħarsu lura għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-ġwienaħ tal-ġenb |
15 |
Deskrizzjoni tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi mqabbda ma’ ċinga |
16 |
Apparat tipiku użat għat-test tar-reżistenza tal-bokkla |
17 |
Determinazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni |
18 |
Dimensjonijiet ġeometriċi tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
19 |
Volumi ta’ valutazzjoni għas-saqajn ta’ appoġġ u għall-qiegħ is-saqajn ta’ appoġġ i-Size |
20 |
Lista minima tad-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni |
21 |
Apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija |
22 |
Fjammabbiltà tal-materjali maħsuba biex jintużaw fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrati |
23 |
Ċinturin tas-sikurezza standard |
24 |
Punti addizzjonali ta’ twaħħil meħtieġa għall-installazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura li tagħmel parti mill-kategorija ‘Għal vetturi speċifiċi’ u ‘Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura’, f’vetturi bil-mutur |
25 |
Apparat biex jitkejjel l-għoli tas-sit ta’ sostenn |
26 |
Test tal-blokka tal-parti t’isfel tat-torso |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal segwenti għal okkupanti tfal abbord vetturi bil-magna:
(a) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Universali Integrali (i-Size); |
(b) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Integrali għal Vetturi Speċifiċi; |
(c) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali (i-Size booster seat); |
(d) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal Vetturi speċifiċi mhux Integrali (Booster seat għal Vetturi Speċifiċi); |
(e) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali Integrali; |
(f) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi Integrali; |
(g) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar (sit ta’ sostenn għat-tfal Universali); |
(h) |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal Vetturi speċifiċi mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar (Sit ta’ sostenn għat-tfal għal vetturi speċifiċi). |
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
2.1. |
“Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba” (ECRS) tfisser apparat li kapaċi jakkomoda okkupanti tfal f’pożizzjoni bilqiegħda jew wiċċhom ’il fuq. Hija ddisinjata b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment għal min jilbisha, fil-każ ta’ ħabta jew ta’ deċellerazzjoni f’daqqa tal-vettura, billi tillimita l-mobbiltà tal-ġisem tat-tfal. |
2.2. |
“Tip ta’ trażżin għat-tfal” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ma tvarjax f’aspetti essenzjali bħalma huma:
|
2.3. |
“Universali Integrali” u “Universali Mhux Integrali” |
2.3.1. |
“i-Size” (Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Universali Integrali) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba primarjament iddisinjata biex tintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura, kif definita u approvata skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 14 jew 145 u 16. |
2.3.2. |
“Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba primarjament imfassla biex titqabbad biss biċ-ċinturin tas-sikurezza tal-adulti f’kull pożizzjoni bilqiegħda universali ta’ vettura, kif definita u approvata skont ir-Regolament tan-NU Nru 16. |
2.3.3. |
“i-Size booster seat” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’post integrat fejn jisserraħ id-dahar u partijiet ta’ twaħħil ISOFIX li jistgħu jitneħħew jekk ikun hemm, primarjament iddisinjata biex tintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura. |
2.3.4. |
“Sit ta’ sostenn għat-tfal Universali” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr dahar primarjament iddisinjata biex tintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size u Universali. Jekk ikunu mwaħħlin, il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX jistgħu jitneħħew. |
2.4. |
“Integrali” u “Mhux integrali” |
2.4.1. |
“Integrali” hija klassi ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li jfisser li t-tfal jiġu mrażżna biss minn komponenti li jinkludu s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba (eż. ċinga tat-trażżin, ilqugħ għall-protezzjoni kontra impatti, eċċ.), u mhux b’mezzi mqabbda direttament mal-vettura (eż. ċinturin tas-sikurezza għall-adulti). |
2.4.2. |
“Mhux Integrali” hija klassi ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li jfisser li t-tfal jinżammu fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’mezzi mqabbda direttament mal-vettura (eż. ċinturin tas-sikurezza għall-adulti). |
2.5. |
“ISOFIX” hija sistema li tipprovdi metodu li permezz tiegħu Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba titqabbad ma’ vettura. Hija bbażata fuq żewġ ankraġġi fil-vettura u żewġ partijiet ta’ twaħħil korrispondenti fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba flimkien ma’ mezz biex tiġi limitata r-rotazzjoni trasversali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. It-tliet ankraġġi kollha fil-vettura għandhom ikunu approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14. jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. |
2.6. |
“ISOFIX Universali Integrali” hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX li titqabbad mal-vettura korrispondenti jew li hija sostnuta minnha, li tinkludi ċinga tal-irbit ta’ fuq jew inkella sieq ta’ appoġġ, biex tiġi limitata r-rotazzjoni trasversali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
2.7. |
“ECRS għal vetturi speċifiċi” |
2.7.1. |
“ISOFIX għal vetturi speċifiċi” hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li taqbad ma’ tipi ta’ vetturi speċifiċi. L-ankraġġi kollha fil-vettura għandhom ikunu approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14 jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Hija wkoll indikazzjoni għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jinkludu d-dashbord bħala żona ta’ kuntatt mal-vettura. |
2.7.2. |
“Booster seat għal vetturi speċifiċi” hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux Integrali, b’post integrat fejn jisserraħ id-dahar, għall-użu f’tipi ta’ vetturi speċifiċi, bl-ankraġġi fil-vettura approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14 jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Din il-kategorija tinkludi “Booster seats integrati”. |
2.7.3. |
“Sistema Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi speċifiċi” hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li titqabbad ma’ tipi ta’ vetturi speċifiċi permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura. Jistgħu jintużaw punti ta’ ankraġġ addizzjonali fil-vettura approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Kull punt ta’ twaħħil meħtieġ biex Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura titqabbad mal-vettura għandu jiġi ċċekkjat skont l-Anness 25. Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jużaw id-dashbord tal-vettura bħala żona ta’ kuntatt huma permessi. |
2.7.4. |
“Sit ta’ appoġġ għat-tfal għal vetturi speċifiċi” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali Mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali, mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar, għall-użu f’tipi ta’ vetturi speċifiċi, b’ankraġġi fil-vetturi li huma approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14 jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Din il-kategorija tinkludi “Booster sits integrati”. |
2.8. |
“Daqs” tindika l-istatura tat-tfal. |
2.8.1. |
“Medda ta’ daqsijiet” hija medda li għaliha ġiet imfassla u approvata s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
2.8.2. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jistgħu jkopru kwalunkwe medda ta’ daqsijiet sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament. |
2.9. |
“Orjentazzjoni” tindika direzzjoni li fiha Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ġiet approvata għall-użu. Għandhom isiru d-distinzjonijiet li ġejjin:
|
2.10. |
“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba maħsuba għal tfal bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabbiltà fiżika jew mentali; b’mod partikolari, dan l-apparat jista’ jippermetti apparati tat-trażżin addizzjonali għal kwalunkwe parti tat-tfal, imma għandu jkollu mill-inqas mezz primarju ta’ trażżin li jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
2.11. |
“Sistema ta’ ankraġġ ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi ISOFIX ppożizzjonati fil-baxx li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145 li, flimkien ma’ apparat antirotazzjoni, hija mfassla biex Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX titqabbad mal-vettura. |
2.11.1. |
“Ankraġġ ISOFIX ippożizzjonat fil-baxx” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b’dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u trażżan Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX mgħammra b’partijiet ta’ twaħħil ISOFIX. |
2.11.2. |
“Parti ta’ twaħħil ISOFIX” tfisser waħda miż-żewġ punti ta’ konnessjoni, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.3. ta’ dan ir-Regolament, li testendi mill-istruttura tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX, u li hija kompatibbli mal-punti ta’ ankraġġ ISOFIX ippożizzjonati fil-baxx. |
2.12. |
“Apparat antirotazzjoni”
Tfisser apparat maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waqt impatt tal-vettura u magħmul minn:
Li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li jkun imqabbad ma’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u ma’ ankraġġi tal-irbit minn fuq ISOFIX jew ma’ wiċċ ta’ kuntatt mal-art tal-vettura li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145. “Apparat antirotazzjoni” għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal “vetturi speċifiċi” jista’ jinkludi ċinga tal-irbit ta’ fuq, sieq ta’ appoġġ, jew kwalunkwe mezz ieħor li jista’ jillimita r-rotazzjoni. |
2.13. |
“Ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser ċinga (jew ekwivalenti) li testendi mill-parti ta’ fuq ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX sal-punt ta’ ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b’regolatur, b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b’konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX. |
2.13.1. |
“Ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser tagħmir li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145, bħal pereżempju żbarra, li jkun f’żona definita u ddisinjat biex jilqa’ l-konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u jittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha għal fuq l-istruttura tal-vettura. |
2.13.2. |
“Konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal ma’ ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX. |
2.13.3. |
“Ganċ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX titqabbad ma’ ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif muri fl-Illustrazzjoni 3 tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew fl-Illustrazzjoni 3 tar-Regolament tan-NU Nru 145. |
2.13.4. |
“Parti ta’ twaħħil taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” hija apparat biex iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX titqabbad mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX. |
2.14. |
“Apparat li jnaqqas it-tensjoni” tfisser sistema li tippermetti r-rilaxx tal-apparat li jaġġusta u li jżomm it-tensjoni fiċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX. |
2.15. |
“Sieq ta’ appoġġ” tfisser apparat antirotazzjoni permanentement imwaħħal ma’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li joħloq passaġġ għat-trasferiment tat-tagħbija mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba lejn l-istruttura tal-vettura. Sieq ta’ appoġġ għandha tkun aġġustabbli fit-tul (direzzjoni Z) u tista’ addizzjonalment tkun aġġustabbli f’direzzjonijiet oħrajn. |
2.15.1. |
“Qiegħ is-sieq ta’ appoġġ” tfisser parti waħda jew diversi partijiet mis-sieq ta’ appoġġ tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba maħsuba (bid-disinn tagħha) biex taqbad mal-wiċċ ta’ kuntatt tal-art tal-vettura u ddisinjata biex tittrażmetti t-tagħbija mis-sieq ta’ appoġġ lejn l-istruttura tal-vettura waqt impatt frontali. |
2.15.2. |
“Wiċċ ta’ kuntatt ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ” tfisser il-wiċċ tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ li jkun fiżikament f’kuntatt mal-wiċċ ta’ kuntatt tal-art tal-vettura u ddisinjat biex iqassam it-tagħbijiet fuq l-istruttura tal-vettura. |
2.15.3. |
“Volum ta’ valutazzjoni ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ” tiddeskrivi volum spazjali li jindika kemm il-firxa kif ukoll il-limitazzjonijiet għall-moviment ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ. Dan jikkorrispondi għall-volum ta’ valutazzjoni ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ għall-vetturi, kif definit fl-Anness 10 tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew fl-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 145. |
2.15.4. |
“Volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ” tfisser volum li jiddefinixxi d-dimensjonijiet massimi ta’ sieq ta’ appoġġ, li jikkorrispondi għall-volum ta’ valutazzjoni tal-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ għall-vetturi, kif definit fl-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16, li jiżgura l-installazzjoni dimensjonali ta’ sieq ta’ appoġġ ta’ ECRS i-Size f’pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura.
|
2.16. |
“Angolu ta’ elevazzjoni tas-CRF” hija l-angolu bejn il-wiċċ tal-qiegħ tal-fixture “ISO/F2 (B) kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17) u l-pjan Z orizzontali tal-vettura kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 14 (Appendiċi 2 tal-Anness 4) jew fir-Regolament tan-NU Nru 145 (Appendiċi 2 tal-Anness 3), meta l-fixture tkun installata fil-vettura kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Appendiċi 2 tal-Anness 17).
|
2.17. |
“Fissaġġ tas-sit tal-vettura” |
2.17.1. |
“Fissaġġ tas-sit tal-vettura ISOFIX” tfisser fissaġġ skont il-klassijiet tad-daqsijiet ISOFIX li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Illustrazzjonijiet minn 1 sa 7 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16, li jintuża minn manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba sabiex jiddetermina d-dimensjonijiet xierqa ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali jew ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX inkluż il-post tal-partijiet ta’ twaħħil tagħha. |
2.17.2. |
“Fissaġġ tal-booster sit i-Size” tfisser fissaġġ, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 17, tal-Appendiċi 5 tar-Regolament tan-NU Nru 16 li jintuża minn manifattur ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba biex jiddetermina d-dimensjonijiet xierqa ta’ i-Size booster seat jew ta’ sit ta’ sostenn Universali u l-kompatibbiltà tiegħu mal-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ vettura u, b’mod partikolari, dawk li ġew ivvalutati mingħajr partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, skont ir-Regolament tan-NU Nru 16 bħala kompatibbli ma’ tali kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
2.18. |
“Siġġu ta’ sikurezza għat-tfal” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkorpora siġġu li fih jitpoġġew it-tfal. |
2.19. |
“Siġġu” tfisser struttura li hija parti kostitwenti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u li hija maħsuba biex takkomoda tfal f’pożizzjoni bilqiegħda. |
2.20. |
“Appoġġ għas-siġġu” tfisser dik il-parti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li permezz tagħha s-siġġu jista’ jittella’ ’l fuq. |
2.21. |
“Ċinturin tal-ECRS” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi taħlita ta’ ċineg b’bokkla ta’ sikurezza, apparati għall-aġġustament u partijiet ta’ twaħħil. |
2.22. |
“Ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq” tfisser il-montatura ta’ ċinturin tal-ECRS li tinkludi ċinturin addominali, trażżin għall-ispalla u ċinga ta’ bejn il-koxox. |
2.23. |
“Ċinturin f’forma ta’ Y” tfisser ċinturin tal-ECRS fejn il-kombinazzjoni taċ-ċineg hija magħmula minn ċinga li għandha titgħadda minn bejn il-koxox tat-tfal u ċinga għal kull spalla. |
2.24. |
“Kerrikot” tfisser sistema tat-trażżin maħsuba biex takkomoda u trażżan lit-tfal meta jkunu mimdudin wiċċhom ’il fuq jew wiċċhom ’l isfel bis-sinsla ta’ daharhom perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Din tkun iddisinjata b’tali mod li, fil-każ ta’ ħabta, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn. |
2.25. |
“Trażżin għall-kerrikots” tfisser apparat li jintuża biex iqabbad kerrikot mal-istruttura tal-vettura. |
2.26. |
“Benniena għat-trabi li tinġarr” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali maħsuba biex takkomoda t-tfal f’pożizzjoni semimimduda li tħares lura. Din tkun iddisinjata b’tali mod li, fil-każ ta’ kolliżjoni frontali, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn. Hija ddisinjata biex tkun tista’ titneħħa mill-vettura bit-tfal ġo fiha, u mingħajr il-ftuħ ta’ ebda ċinga, u biex tinġarr ’il barra mill-vettura. |
2.27. |
“Appoġġ għat-tfal” tfisser dik il-parti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li permezz tagħha t-tfal jistgħu jittellgħu ’l fuq fi ħdan is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba stess. |
2.28. |
“Ilqugħ ta’ protezzjoni kontra impatti” tfisser apparat imwaħħal quddiem it-tfal u maħsub biex iqassam il-forzi tat-trażżin tul il-parti l-kbira tat-tul tat-tfal fil-każ ta’ impatt frontali. |
2.29. |
“Ċinga” tfisser komponent flessibbli ddisinjat biex jittrażmetti l-forzi. |
2.30. |
“Ċinga addominali” tfisser ċinga li, jew fil-forma ta’ ċinturin sħiħ jew fil-forma ta’ komponent ta’ tali ċinturin, tgħaddi tul il-parti ta’ quddiem, u trażżan, b’mod dirett jew le, il-pelvi tat-tfal. |
2.31. |
“Ċinga tal-ispalla” tfisser dik il-parti ta’ ċinturin ECRS li trażżan il-parti ta’ fuq tat-torso tat-tfal. |
2.32. |
“Ċinga ta’ bejn il-koxox” tfisser ċinga (jew ċineg suddiviżi, meta tkun magħmula minn żewġ ċinturini jew aktar) imqabbda mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal u maċ-ċinga addominali u mqiegħda b’tali mod biex tgħaddi bejn il-koxox tat-tfal; din tkun iddisinjata biex ma tħallix lit-tfal jiżżerżqu minn taħt iċ-ċinga addominali waqt l-użu normali u ma tħallix liċ-ċinga addominali tiċċaqlaq minn fuq il-pelvi u titla’ ’l fuq waqt ħabta. |
2.33. |
“Ċinga tat-trażżin għat-tfal” tfisser ċinga li hija parti kostitwenti miċ-ċinturin tal-ECRS (ċinga integrali) u trażżan biss il-ġisem tat-tfal. |
2.34. |
“Bokkla” tfisser apparat b’rilaxx rapidu li jippermetti li t-tfal jinżammu mit-trażżin jew li t-trażżin jinżamm mill-istruttura tal-karozza u li jista’ jinfetaħ malajr. Il-bokkla tista’ tinkorpora l-apparat għall-aġġustament. |
2.35. |
“Buttuna integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla b’tali mod li ma jkunx possibbli li l-bokkla tinfetaħ bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm. |
2.36. |
“Buttuna mhux integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla b’tali mod li jkun possibbli li l-bokkla tinfetaħ bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm. |
2.37. |
“Apparat għall-aġġustament” tfisser apparat li jippermetti li ċ-ċinturin tal-ECRS jew l-aċċessorji tiegħu jiġu aġġustati skont l-istatura fiżika ta’ min jilbsu. L-apparat għall-aġġustament jista’ jew ikun parti mill-bokkla jew ikun ritrattatur jew xi parti oħra miċ-ċinturin tal-ECRS. |
2.38. |
“Aġġustatur rapidu” tfisser apparat għall-aġġustament li jista’ jitħaddem b’id waħda b’moviment sempliċi wieħed. |
2.39. |
“Aġġustatur immuntat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba” tfisser aġġustatur taċ-ċinturin li huwa mmuntat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, minflok ma jkun sostnut direttament miċ-ċinga li huwa ddisinjat biex jaġġusta. |
2.40. |
“Assorbitur tal-enerġija” tfisser apparat li huwa ddisinjat biex jiddissipa l-enerġija indipendentement miċ-ċinga jew flimkien magħha u huwa parti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
2.41. |
“Ritrattatur” tfisser apparat iddisinjat biex jakkomoda parti miċ-ċinga jew iċ-ċinga kollha ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Dan it-terminu jkopri l-apparati li ġejjin: |
2.41.1. |
“Ritrattatur li jillokkja awtomatikament”, ritrattatur li jippermetti li jinħareġ it-tul mixtieq ta’ ċinga u, meta tingħalaq il-bokkla, jaġġusta ċ-ċinga awtomatikament skont l-istatura fiżika ta’ min jilbisha, filwaqt li jimpedixxi liċ-ċinga milli tinħall aktar sakemm ma jkunx hemm intervent volontarju min-naħa ta’ min jilbisha. |
2.41.2. |
“Ritrattatur li jillokkja f’emerġenza”, ritrattatur li f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali ma jillimitax il-libertà ta’ moviment ta’ min ikun liebes iċ-ċinga. Apparat bħal dan għandu apparati li jaġġustaw it-tul taċ-ċinga awtomatikament skont l-istatura fiżika tal-utent, u mekkaniżmu ta’ llokkjar li, f’każ ta’ emerġenza jiġi attivat minn: |
2.41.2.1. |
Deċellerazzjoni tal-vettura, mill-ħruġ taċ-ċinga mir-ritrattatur, jew b’xi mezz awtomatiku ieħor (sensittività unika); |
2.41.2.2. |
Kombinazzjoni ta’ dawn il-mezzi (sensittività multipla). |
2.42. |
“Pożizzjoni inklinata” tfisser pożizzjoni speċjali tas-siġġu li tippermetti li t-tfal jiġu inklinati lura. |
2.43. |
“Pożizzjoni mimduda/fuq id-dahar/fuq iż-żaqq” tfisser pożizzjoni li fiha tal-anqas ir-ras u l-ġisem, għajr għad-dirgħajn u r-riġlejn tat-tfal ikunu fuq wiċċ orizzontali meta jkunu mistrieħa fit-trażżin. |
2.44. |
“Sit tal-vettura” tfisser struttura, li tista’ tkun parti integrali mill-istruttura tal-vettura jew le, kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda persuna adulta waħda. F’dan ir-rigward: |
2.44.1. |
“Grupp ta’ sits tal-vettura” tfisser sit f’forma ta’ bank jew inkella serje ta’ sits li jkunu separati iżda maġenb xulxin (jiġifieri fissi b’tali mod li l-ankraġġi anterjuri ta’ sit ikunu allinjati mal-ankraġġi anterjuri jew posterjuri ta’ sit ieħor jew fuq linja trasversali bejn dawk l-ankraġġi), u kull sit jista’ jakkomoda persuna adulta waħda jew aktar bilqiegħda. |
2.44.2. |
“Sit tal-vettura f’forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda. |
2.44.3. |
“Sits ta’ quddiem tal-vettura” tfisser il-grupp ta’ sits li jinstabu fl-aktar parti ta’ quddiem fil-kompartiment tal-passiġġieri, jiġifieri ma għandhom l-ebda sit ieħor direttament quddiemhom. |
2.44.4. |
“Sits ta’ wara tal-vettura” huma sits fissi, iħarsu ’l quddiem li jinsabu wara grupp ieħor ta’ sits tal-vettura. |
2.45. |
“Tip ta’ sit” tfisser kategorija ta’ sits għall-adulti li ma jvarjawx bejniethom f’aspetti essenzjali bħalma huma l-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit, it-tipi u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta’ aġġustament u ta’ llokkjar tas-sit, u t-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti mas-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura. |
2.46. |
“Sistema għall-aġġustament” tfisser apparat sħiħ li bih is-sit tal-vettura jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati biex jakkomodaw l-istatura fiżika tal-passiġġier adult li jkun bilqiegħda fis-sit; dan l-apparat jista’, b’mod partikolari, jippermetti spostament lonġitudinali, u/jew spostament vertikali, u/jew spostament angolari. |
2.47. |
“Ankraġġ għas-sit tal-vettura” tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha s-sit għall-adult kollu kemm hu jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura. |
2.48. |
“Sistema ta’ spostament” tfisser apparat li jippermetti li s-sit għall-adult jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu spostati b’mod angolari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex jiġi ffaċilitat id-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri kif ukoll it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti. |
2.49. |
“Sistema ta’ llokkjar” tfisser apparat li jiżgura li s-sit għall-adult u l-partijiet jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu. |
2.50. |
“Koljatura tas-sit” tfisser iż-żona qrib l-intersezzjoni bejn l-uċuħ tal-kuxin tas-sit tal-vettura u d-dahar tas-sit. |
2.51. |
“Pożizzjoni tal-ECRS” |
2.51.1. |
“Pożizzjoni ISOFIX” tfisser pożizzjoni kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 14 jew fir-Regolament tan-NU Nru 145. |
2.51.2. |
“Pożizzjoni bilqiegħda i-Size” tfisser pożizzjoni bilqiegħda, iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, li hija maħsuba biex takkomoda kwalunkwe Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size, kif definit f’dan ir-Regolament. |
2.51.3. |
“Pożizzjoni bilqiegħda Universali” tfisser pożizzjoni f’konformità mal-paragrafu 8.2.2.5.2.(b) tar-Regolament tan-NU Nru 16. |
2.52. |
“Test tal-approvazzjoni tat-tip”, tfisser test biex jiġi ddeterminat sa liema punt tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mressqa għall-approvazzjoni hija kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti. |
2.53. |
“Test tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni”, tfisser test biex jiġi ddeterminat jekk il-manifattur huwiex kapaċi jipproduċi Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’konformità mas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mressqa għall-approvazzjoni tat-tip. |
2.54. |
“Ittestjar ta’ rutina” (jew ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni), tfisser l-ittestjar ta’ għadd ta’ sistemi tat-trażżin magħżula minn lott uniku sabiex jiġi vverifikat sa liema punt dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti. |
2.55. |
“Pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla” tfisser apparat maħsub biex, waqt kundizzjonijiet normali ta’ tranżitu, iżomm iċ-ċinga tal-ispalla f’pożizzjoni xierqa fuq it-torso tat-tfal, billi jikkonnettja ċ-ċineg tal-ispalla ma’ xulxin. |
2.56. |
“Apparat tal-qfil” jillokkja u jimpedixxi l-moviment ta’ sezzjoni waħda taċ-ċinga ta’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fir-rigward ta’ xi sezzjoni oħra taċ-ċinga tal-istess ċinturin. Dan l-apparat jista’ jew jaġixxi fuq is-sezzjoni dijagonali jew dik addominali jew inkella jorbot flimkien is-sezzjoni dijagonali u dik addominali taċ-ċinturin għall-adulti. It-terminu jkopri l-klassijiet li ġejjin: |
2.56.1. |
“Apparat tal-Klassi A”, apparat li ma jħallix lit-tfal jiġbdu ċ-ċinturin tar-ritrattatur minn ġol-parti ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin, meta ċ-ċinturin għall-adulti jkun qed jintuża direttament biex irażżan lit-tfal (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali). |
2.56.2. |
“Apparat tal-Klassi B”, jippermetti li tinżamm it-tensjoni applikata fuq il-parti ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, meta ċ-ċinturin għall-adulti jintuża għat-trażżin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali. It-tagħmir huwa maħsub biex ma jħallix liċ-ċinturin jiżloq mir-ritrattatur minn ġol-apparat, li jwassal biex tintreħa t-tensjoni u jpoġġi t-trażżin f’pożizzjoni mhux ottimali. |
2.57. |
“Modulu”, huwa parti minn Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li hija separata mill-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX li żżomm u trażżan lit-tfal. Modulu jista’ jintuża f’kombinazzjoni ma’ bażi waħda jew aktar jekk dan ikun permess f’dan ir-Regolament, bħala Sistema awtonoma Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali biex trażżan lit-tfal f’vettura. |
2.58. |
“Bażi”, hija parti minn Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tifforma interfaċċja bejn il-vettura u l-modulu ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u ma tiġix f’kuntatt dirett mat-tfal. Bażi titqabbad mal-vettura bl-użu ta’ ankraġġi ISOFIX jew permezz ta’ ċinturin tas-sikurezza tal-vettura u apparat antirotazzjoni jekk applikabbli.
Bażi tista’ takkomoda aktar minn modulu wieħed (il-Modulu A jista’ jiġi sostitwit mill-Modulu B, eċċ.). |
2.59. |
“Integrata” hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li hija parti integrali jew inkorporata bħala parti supplimentarja ta’ vettura. Il-manifattur tal-vettura għandu jkun l-applikant għall-approvazzjoni. |
2.60. |
“Rotta taċ-ċinturin”, tfisser it-trajettorja taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li se jintuża biex jorbot l-ECRS (ECRS integrali) jew biex irażżan lit-tfal (ECRS mhux integrali). Trajettorji għal installazzjonijiet simetriċi tal-ECRS huma meqjusa bħala rotta unika taċ-ċinturin. |
2.61. |
“Trajettorja taċ-ċinturin”, tfisser il-punti definiti fuq l-ECRS minn fejn iċ-ċinga taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti trid tgħaddi biex tkun konformi mar-rotta taċ-ċinturin kif speċifikat mill-manifattur tal-ECRS. |
2.62. |
“Inserzjoni” tfisser parti minn ECRS li tipprovdi sostenn addizzjonali lit-tfal u li hija mezz essenzjali għall-konformità mar-rekwiżiti kollha għall-medda sħiħa jew għal parti mill-medda tal-istaturi ddikjarata. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu u għandha ssegwi l-iskema tal-approvazzjoni tat-tip deskritta fl-Anness 11. |
3.2. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni, relatata ma’ kull tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, għandha tkun akkumpanjata minn: |
3.2.1. |
Deskrizzjoni teknika tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li tispeċifika ċ-ċineg u l-materjali l-oħra użati flimkien mal-imġiba prevista u riproduċibbli ta’ limitaturi tat-tagħbija. Din għandha tkun akkumpanjata minn disinni tal-partijiet li jikkostitwixxu s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u fil-każ ta’ ritrattaturi, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni ta’ dawn ir-ritrattaturi u s-sensuri tagħhom, dikjarazzjoni dwar it-tossiċità (il-paragrafu 6.3.1.1. ta’ dan ir-Regolament) u l-fjammabbiltà (il-paragrafu 6.3.1.2. ta’ dan ir-Regolament), id-disinni għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għal numru tal-approvazzjoni uniku u għas-simbolu/i addizzjonali b’relazzjoni għaċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni; |
3.2.2. |
L-applikant għandu jindika t-tip ta’ applikazzjoni:
|
3.2.3. |
Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ttestjati fuq it-troli tat-test f’karozzerija ta’ vettura skont il-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament jew f’vettura kompluta skont il-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament, l-applikant għandu jippreżenta dokumentazzjoni (disinji u/jew immaġni) dwar il-kombinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-karozza jew il-pożizzjoni bilqiegħda ISOFIX u l-ambjent rilevanti tal-karozza li għalih il-manifattur ikun talab l-approvazzjoni għal vettura speċifika. Din id-dokumentazzjoni trid tindika:
|
3.2.4. |
Il-kampjuni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mitluba mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-test; |
3.2.5. |
Kampjun twil 10 metri għal kull tip ta’ ċinga li tintuża fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba; u |
3.2.6. |
Struzzjonijiet u dettalji tal-ippakkjar f’konformità mal-paragrafu 14. ta’ dan ir-Regolament. |
3.2.7. |
F’każ ta’ applikazzjoni għal vettura speċifika meta t-testijiet isiru f’karozzerija ta’ vettura, għandu jkun hemm karozzerija tal-vettura disponibbli, inklużi s-sits għall-adulti u l-partijiet rilevanti tal-ambjent tal-karozza. |
3.3. |
L-Anness 20 jelenka d-dokumenti minimi meħtieġa biex jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni kif indikat fil-paragrafu 3.2. ta’ hawn fuq u meħtieġa f’partijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. |
3.4. |
Qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ta’ Parti Kontraenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti u ta’ proċeduri sodisfaċenti li jiggarantixxu kontroll effettiv b’tali modi li l-produzzjoni tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, tat-tagħmir jew tal-partijiet tagħhom huma konformi mat-tip approvat. |
4. Immarkar
4.1. |
Il-kampjuni tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, inklużi l-moduli kollha mressqa għall-approvazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.4. u 3.2.5. ta’ hawn fuq għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u indelibbli bl-isem, bl-inizjali jew bil-marka kummerċjali tal-manifattur. |
4.2. |
Fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, inkluż fuq il-moduli kollha, iżda mhux fuq iċ-ċinga/ċineg jew fuq iċ-ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq, għandu jkun hemm marka ċara u indelibbli li tindika s-sena tal-produzzjoni. |
4.3. |
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata b’mod ċar fuq il-prodott:
|
4.4. |
Fuq is-superfiċe intern (inkluż is-superfiċe intern tal-ġwienaħ tal-ġenb biswit ir-ras tat-tfal) bejn wieħed u ieħor fiż-żona fejn it-tfal iserrħu rashom fis-sistema tat-trażżin għat-tfal, it-trażżin li jħares lura għandu jkollu t-tikketta indikata mwaħħla b’mod permanenti.
Id-dimensjonijiet kumplessivi tat-tikketta għandhom ikunu ta’ mill-inqas 120 × 60 mm jew erja ekwivalenti. It-tikketta tista’ tiġi adattata b’tali mod li t-tqassim tagħha jvarja mill-eżempju indikat hawn; madankollu, il-kontenut għandu jissodisfa l-preskrizzjonijiet preċiżi. Barra minn hekk, ma għandu jiġi inkluż l-ebda tip ieħor ta’ informazzjoni fuq it-tikketta sakemm ma titpoġġiex barra minn rettangolu kjarament immarkat li mill-inqas ikollu d-dimensjonijiet kumplessivi kif meħtieġ hawn fuq. B’deroga minn dak imsemmi hawn fuq, fuq it-tikketta jista’ jitpoġġa n-numru tal-part, bar code jew marka ta’ identifikazzjoni simili li ma taqbiżx 8 mm x 35 mm jew b’erja ekwivalenti. Għandu jiġi żgurat ukoll li mhi permessa l-ebda devjazzjoni fil-forma u l-orjentazzjoni tal-pittogrammi preskritti, u b’mod partikolari li għandu jkun ipprojbit kwalunkwe adattament personalizzat tal-immaġini tal-pittogramma preskritta, bl-eċċezzjoni tal-id bis-saba’ werrej ippuntat u l-ktejjeb miftuħ b’ittra ‘i’ fuq il-paġna tal-lemin tiegħu diment li dawn ikunu jintgħarfu b’mod ċar bħala tali. Irregolaritajiet żgħar li jikkonċernaw il-ħxuna tal-linja, l-istampar tat-tikketta u tolleranzi tal-produzzjoni rilevanti oħra jiġu aċċettati. It-tikketta għandha tiġi meħjuta mal-kisi madwar il-perimetru kollu tiegħu u/jew titwaħħal b’mod permanenti mal-kisi fuq il-wiċċ kollu ta’ wara. Kwalunkwe forma oħra ta’ twaħħil li jkun permanenti u li ma hemmx ċans li jitneħħa minn fuq il-prodott jew li jiġi oskurat hija aċċettabbli. Tikketti jperpru huma speċifikament ipprojbiti. F’każ li sezzjonijiet mit-trażżin jew xi aċċessorji fornuti mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jistgħu joskuraw it-tikketta, tkun meħtieġa tikketta addizzjonali. Tikketta ta’ twissija waħda għandha tkun viżibbli b’mod permanenti fis-sitwazzjonijiet kollha meta t-trażżin jitħejja għall-użu fi kwalunkwe konfigurazzjoni.
|
4.5. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li jistgħu jintużaw iħarsu ’l quddiem u jħarsu lura, għandu jkollhom it-tikketta li ġejja permanentement imwaħħla fuq il-parti fejn jitpoġġew it-tfal u għandha tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-vettura:
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li jistgħu jintużaw iħarsu ’l quddiem biss għandu jkollhom it-tikketta li ġejja permanentement imwaħħla fuq il-parti fejn jitpoġġew it-tfal u għandha tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-vettura:
|
4.6. |
Rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza
L-immarkar definit f’dan il-paragrafu għandu jiġi applikat b’mod permanenti u reżistenti u jkun viżibbli fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba installata fil-vettura, kif ukoll meta t-tfal ikunu bilqiegħda fis-Sistema tat-Trażżin. L-immarkar għandu jitqiegħed fuq iż-żewġ naħat tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Is-sit tal-vettura li jidher fuq l-immarkar għandu jħares fl-istess direzzjoni bħas-sit stess tal-vettura. Għandu jkun hemm differenzjazzjoni ċara bejn ir-rotot intiżi għas-sezzjoni addominali u dik dijagonali taċ-ċinturin tas-sikurezza. Indikazzjonijiet bħal kodiċi bil-kulur, kliem, forom, eċċ, għandhom jagħmlu distinzjoni bejn is-sezzjonijiet taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. |
4.6.1. |
L-immarkar li juri r-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandu jitqiegħed fuq kull gwida taċ-ċinturini kif ukoll fuq kull apparat tal-qfil. L-immarkar li juri r-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandu jkun mill-inqas i-istess wisa’ tal-passaġġ għaċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. |
4.6.2. |
F’każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali li se tintuża f’kombinazzjoni ma’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti biex irażżan lit-tfal, ir-rotta korretta taċ-ċinturin tas-sikurezza skont il-paragrafu 6.1.3.4. għandu jkun immarkat b’mod ċar fuq il-prodott. Dan għandu jsir permezz ta’ disinn tal-istallazzjoni fuq tikketta permanentement imwaħħla fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li turi r-rotta korretta fuq il-ġisem tat-tfal. Il-kulur li jintuża għall-immarkar tar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meta l-apparat ikun installat għandu jkun aħdar. Dan l-istess kulur għandu jintuża wkoll għar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza fuq it-tikketti fuq l-apparat li juru l-istallazzjoni. |
4.6.3. |
F’każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali Li tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura li tinżamm f’postha permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, ir-rotot taċ-ċinturin tas-sikurezza skont il-paragrafu 6.1.2.5. għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar fuq il-prodott, u jiġu indikati permezz ta’ disinn permanentement imwaħħal fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-kulur li jintuża għall-immarkar tar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meta l-apparat ikun installat iħares ’il quddiem jew iħares lura għandu jkun aħdar, dan l-istess kulur għandu jintuża wkoll fuq it-tikketti fuq l-apparat li juru l-installazzjoni |
4.7. |
Immarkar għal ECRS integrali inklużi l-partijiet ta’ twaħħil tal-konnessjonijiet ISOFIX.
L-immarkar għandu jkun jinsab fuq il-parti tal-ECRS li tinkludi l-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX. Waħda mit-tikketti ta’ informazzjoni li ġejjin għandha tkun permanentement viżibbli għall-persuna li tkun qed tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’vettura: |
4.7.1. |
ECRS i-Size:
Logo i-Size. Is-simbolu muri hawn taħt għandu jkollu dimensjoni minima ta’ 25 x 25 mm u l-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond. Il-pittogramma għandha tkun kjarament viżibbli permezz ta’ kuluri kuntrastanti jew permezz ta’ riljev adegwat jekk tkun iffurmata jew ibbuzzata ’l barra;
|
4.7.2. |
ECRS ISOFIX għal vetturi speċifiċi
Jekk il-prodott ikun jinkludi partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun permanentement viżibbli għall-persuna li tkun qed tinstalla t-trażżin f’vettura: Il-logo ISO ISOFIX segwit mir-referenza jew referenzi li jidentifikaw il-klassi tad-dimensjonijiet ISOFIX tal-prodott. Bħala minimu, simbolu li jkun magħmul minn ċirku b’dijametru ta’ mill-inqas 13-il mm li jkun fih pittogramma li tikkuntrasta mal-isfond taċ-ċirku. Il-pittogramma għandha tkun kjarament viżibbli permezz ta’ kuluri kuntrastanti jew permezz ta’ riljev adegwat jekk tkun iffurmata jew ibbuzzata ’l barra. ISO/F2, ISO/R3 u ISO/L1 Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għal Vetturi speċifiċi għandu jkollha tikketta permanentement imwaħħla viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza, li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja: ISOFIX għal Vetturi Speċifiċi |
4.7.3. |
Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.1. F’każ li l-ECRS ikun fiha modulu/i, din il-marka għandha tkun permanentement imwaħħla mal-parti tal-ECRS li tinkludi l-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX. |
4.7.4. |
Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.3. F’każ li l-ECRS ikun fiha modulu(i), din il-marka għandha tkun permanentement imwaħħla mal-parti modulari tal-ECRS. |
4.8. |
Immarkar għal ECRS mhux integrali |
4.8.1. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija i-Size
booster seat għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla tal-logo i-Size skont il-paragrafu 4.7.1. li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza:
i-Size booster seat |
4.8.2. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija Booster seats għal vetturi speċifiċi (ħlief dawk inkorporati) għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
Booster seat għal vetturi speċifiċi |
4.8.3. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija sits ta’ sostenn Universali għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
Sit ta’ sostenn Universali |
4.8.4. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi (minbarra dawk inkorporati) għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
Sit ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi |
4.8.5. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija sits ta’ sostenn għandu jkollhom it-tikketta li ġejja (Daqs minimu: 60 x 40 mm) permanentement imwaħħla u li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza. Il-limitu X muri fuq it-tikketta jirrappreżenta l-istatura inferjuri tal-medda ta’ daqsijiet li għaliha hija approvata s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Jekk is-sit ta’ sostenn ikun approvat f’kombinazzjoni ma’ booster seat it-tikketta għandha tkun viżibbli biss meta l-ECRS tintuża bħala sit ta’ sostenn.
|
4.9. |
Ilqugħ għall-protezzjoni minn impatti li ma jkunx permanentement imwaħħal mas-sit għandu jkollu tikketta permanentement imwaħħla biex tindika l-marka u l-mudell tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li għaliha jappartjeni u l-medda tad-daqsijiet. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 40 mm jew b’erja ekwivalenti. |
4.10. |
Kull inserzjoni li tista’ titneħħa, għandu jkollha tikketta permanentement imwaħħla biex tindika l-marka, il-mudell u l-medda tad-daqsijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li għaliha tappartjeni. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 40 mm jew b’erja ekwivalenti |
4.11. |
Booster seat li jista’ jinbidel f’sit ta’ sostenn permezz ta’ dahar li jista’ jitneħħa, għandu jkollu tikketta permanentement imwaħħla fuq id-dahar, biex tindika l-marka u l-mudell tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li għaliha jappartjeni u l-medda ta’ daqsijiet. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 40 mm jew b’erja ekwivalenti. |
4.12. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla biex tinforma lill-utent dwar il-metodu xieraq ta’ trażżin għat-tfal tul il-medda sħiħa tal-istaturi ddikjarata mill-manifattur.
It-tikketta għandha tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’vettura u meta t-tfal ikunu bilqiegħda fit-trażżin. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 60 mm jew b’erja ekwivalenti u għandu jkun fiha pittogramma ta’ kull konfigurazzjoni ta’ trażżin maġenb il-medda tal-istaturi. |
4.13. |
Immarkar għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali.
L-immarkar għandu jkun fuq il-parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi l-punti ta’ kuntatt ewlenin li jġorru t-tagħbija. Waħda mit-tikketti ta’ informazzjoni li ġejjin għandha tkun permanentement viżibbli għall-persuna li tkun qed tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’vettura: |
4.13.1. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura
Universali għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali |
4.13.2. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal vetturi speċifiċi Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura (inklużi sistemi integrati) għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla b’din l-informazzjoni viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal fil-vettura:
Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Għal Vetturi Speċifiċi |
4.13.3. |
Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.1. F’każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jkun fiha modulu(i) dan l-immarkar għandu jkun permanentement imwaħħal mal-parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi l-punti ta’ kuntatt ewlenin li jġorru t-tagħbija. |
4.13.4. |
Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.3. F’każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jkun fiha modulu(i) dan l-immarkar għandu jkun permanentement imwaħħal mal-parti modulari tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
4.14. |
Immarkar addizzjonali
L-informazzjoni li ġejja tista’ tingħata permezz ta’ pittogrammi u/jew kitba. L-immarkar għandu jindika:
|
5. Approvazzjoni
5.1. |
Kull kampjun ippreżentat f’konformità mal-paragrafi 3.2.4. u 3.2.5. ta’ hawn fuq għandu jissodisfa kull aspett tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 7. ta’ dan ir-Regolament qabel ma jkun jista’ jingħata l-approvazzjoni. |
5.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 03, li jikkorrispondu għas-serje 03 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru għar-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kopert minn dan ir-Regolament.
Tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba approvat skont dan ir-Regolament ma għandux ikollu marka tal-approvazzjoni oħra skont ir-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal). |
5.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
5.4. |
Barra mill-marki preskritti fil-paragrafu 4. ta’ hawn fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju adatt fuq kull Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament: |
5.4.1. |
Marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tkun magħmula minn: |
5.4.1.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (1) |
5.4.1.2. |
Numru tal-approvazzjoni, il-kliem “UN Regulation No” segwiti min-numru ta’ dan ir-Regolament, linja dijagonali u s-serje tal-emenda (“UN Regulation No. 129/00”); |
5.4.2. |
Is-simboli addizzjonali li ġejjin: |
5.4.2.1. |
Il-kliem “i-Size universal ISOFIX”, jew “i-Size booster seat”, jew “specific vehicle ISOFIX” jew “specific vehicle booster seat” jew “Universal Belted”, jew “Specific vehicle Belted”, skont il-kategorija tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba; |
5.4.2.2. |
Il-medda ta’ daqsijiet li għaliha ġiet iddisinjata s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba; |
5.4.2.3. |
F’każ li l-ECRS tkun mgħammra b’modulu, il-medda tad-daqsijiet ma tkunx fuq il-marka tal-approvazzjoni iżda fuq il-marka tal-modulu. |
5.4.2.4. |
Is-simbolu “S” fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali”. |
5.4.3. |
Marka ta’ modulu internazzjonali kif definit fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament li tikkonsisti minn: |
5.4.3.1. |
Il-kliem “R129” segwit minn sing u l-istess numru tal-approvazzjoni bħall-parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi l-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX jew il-punti ta’ kuntatt ewlenin li jġorru t-tagħbija; |
5.4.3.2. |
Il-kliem Modulu “name of the Module”, skont l-isem tal-modulu tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba; |
5.4.3.3. |
Il-medda tad-daqsijiet inkluż il-piż massimu li għalih ġie ddisinjat il-Modulu tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba; |
5.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq ma tistax tiġi sostitwita b’Identifikatur Uniku (UI) kif imsemmi fl-Iskeda 5 tal-Ftehim tal-1958. |
5.6. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni. |
5.7. |
Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u jkunu miktuba b’mod li ma jistax jitħassar, u jistgħu jitwaħħlu kemm permezz ta’ tikketta jew permezz ta’ mmarkar dirett. It-tikketta jew l-immarkar għandu jkun reżistenti għall-użu. |
5.8. |
It-tabelli msemmija fil-paragrafu 5.6. ta’ hawn fuq jistgħu jinħarġu mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni jew, soġġett għall-awtorizzazzjoni ta’ dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, mill-manifattur. |
6. Speċifikazzjonijiet ġenerali
6.1. |
Pożizzjonament u twaħħil fil-vettura |
6.1.1. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-kategorija i-Size huma primarjament iddisinjati għall-użu f’pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, meta s-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jiġu installati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.
L-istruzzjonijiet ta’ ECRS integrali i-Size li tħares ’il quddiem li tuża ċinga tal-irbit ta’ fuq bħala l-apparat antirotazzjoni jistgħu jiddikjaraw li l-ECRS tista’ tintuża fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ISOFIX. L-istruzzjonijiet ta’ ECRS integrali i-Size oħrajn jistgħu jiddikjaraw li l-ECRS tista’ tintuża f’pożizzjonijiet bilqiegħda ISOFIX li huma speċifikati f’lista fejn tista’ tiġi installata f’karozza. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-kategorija ta’ i-Size booster seat huma primarjament iddisinjati biex jintużaw fil-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size kollha. L-istruzzjonijiet ta’ i-Size booster seat jistgħu jiddikjaraw li jista’ jintuża fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda Universali sakemm dan ma jkunx f’kunflitt mal-intern tal-karozza. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits ta’ sostenn Universali” huma primarjament iddisinjati biex jintużaw fil-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size u Universali kollha. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija ISOFIX għal vetturi speċifiċi huma għall-użu fil-pożizzjonijiet ISOFIX kollha kif ukoll fil-bagoll, jekk it-trażżin jiġi installat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija booster seat għal vetturi speċifiċi jew tal-kategorija sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi għandhom jintużaw skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
6.1.2. |
Skont il-kategorija li għaliha tappartjeni, ara t-Tabella 1, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali għandha titqabbad sew mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit tal-vettura: |
6.1.2.1. |
Għall-kategorija i-Size, dan għandu jsir permezz ta’ żewġ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX flimkien ma’ apparat antirotazzjoni kemm għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu ’l quddiem kif ukoll dawk li jħarsu lura; |
6.1.2.2. |
Għall-kategorija “ISOFIX għal vetturi speċifiċi”: dan għandu jsir permezz tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX iddisinjati mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, imqabbda mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX kif iddisinjat mill-manifattur tal-vettura.
Tabella 1 Konfigurazzjonijiet possibbli għall-approvazzjoni tat-tip għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba
|
6.1.2.3. |
Għall-kategorija “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali”, din għandha tkun permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti biss. |
6.1.2.4. |
Għall-kategorija “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi”, din għandha tkun primarjament permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. |
6.1.2.5. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali tal-kategoriji li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għandu jkollhom rotta waħda biss għaċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u punt ta’ kuntatt li jġorr it-tagħbija ewlieni, bejn is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fuq kull naħa tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Dan il-punt ma għandux ikun inqas minn 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fuq il-bank tat-test dinamiku installata f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.5.2.3. ta’ dan ir-Regolament, mingħajr manikin. Dan għandu japplika għall-konfigurazzjonijiet kollha ta’ regolazzjoni u tar-rotot taċ-ċinturin tas-sikurezza. |
6.1.2.6. |
Iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meħtieġ biex jorbot Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura fuq il-bank tat-test dinamiku huwa definit fl-Anness 23 ta’ dan ir-Regolament. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tintrabat sew mal-bank tat-test permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza standard xieraq deskritt fl-Anness 23 bl-użu ta’ tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin ta’ 50N ± 5N. Il-manikin ma għandux jiġi installat jekk it-trażżin ma jkunx iddisinjat b’tali mod li l-installazzjoni tal-manikin iżżid it-tul taċ-ċinturin użat. Bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni installata kif iddikjarat mill-manifattur tal-ECRS, ma għandux ikun hemm tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin, apparti minn dik li tkun ġejja mir-ritrattatur standard (4 ± 3 N), meta dan ikun installat. Meta jintuża ċ-ċinturin bir-ritrattatur, din il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfata u għandu jkun għad fadal mill-inqas 150 mm taċ-ċinturin fuq ir-rukkell.
Mekkaniżmu tal-ikklampjar użat skont il-paragrafu 7.1.3.5.2.3. ma għandux jinfluwenza r-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza. |
6.1.2.7. |
Fil-każ ta’ tfal taħt il-15-il xahar għandha tintuża biss Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lejn il-ġenb jew li tħares lura.
Dan ifisser:
Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura tista’ tintuża għal tfal ta’ kull età. |
6.1.2.8 |
Benniena għall-ġarr tat-trabi għandha tkun iddisinjata biex takkomoda tfal bi statura ta’ mhux aktar minn 87 cm. |
6.1.3. |
Skont il-kategorija kif definita mit-Tabella 2, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali u t-tfal għandhom ikunu marbuta f’pożizzjoni bilqiegħda tal-vettura: |
6.1.3.1. |
Għall-kategoriji ta’ i-Size booster seat u ta’ sits ta’ sostenn Universali , permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u possibbilment b’partijiet ta’ twaħħil ISOFIX opzjonali, jekk il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX ikunu jistgħu jitneħħew (ara d-Dettall B tal-Illustrazzjoni 1 tal-Appendiċi 5 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16). |
6.1.3.2. |
Għall-kategoriji ta’ booster seat għal vetturi speċifiċi u ta’ sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi, permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u possibbilment b’partijiet ta’ twaħħil iddisinjati mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, imqabbda mal-ankraġġi kif ifformulat mill-manifattur tal-vettura. Mas-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX għandhom jintużaw biss partijiet ta’ twaħħil ISOFIX.
Tabella 2 Konfigurazzjonijiet possibbli ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali għall-approvazzjoni tat-tip
|
6.1.3.3. |
Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali, l-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata għal statura ta’ inqas minn 100 cm. Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali ma għandhomx jiġu ddikjarati li jistgħu jintużaw minn tfal bi statura ta’ inqas minn 100 cm.
ECRS mhux integrali ma għandhomx jiġu approvati jekk il-limitu ta’ fuq tal-istatura tal-utent ikun inqas minn 105 cm. Il-booster seats għandhom jiżguraw il-protezzjoni laterali tat-tfal kif deskritt fil-paragrafu 7.1.3.1.3. sa statura ta’ 135 cm. L-ECRS għandha takkomoda medda ta’ staturi tat-tfal mingħajr ebda interruzzjoni. Nota: Pereżempju, booster seat ma għandux jakkomoda tfal ta’ bejn 100 cm u 130 cm u mbagħad tfal ta’ bejn 140 cm u 150 cm b’“interruzzjoni”. |
6.1.3.4. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategoriji ta’ booster seat u ta’ sits ta’ sostenn għandu jkollhom punt ta’ kuntatt ewlieni li jġorr it-tagħbija, bejn is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. Dan il-punt ma għandux ikun inqas minn 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fuq il-bank tat-test dinamiku installata f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.5.2.2. ta’ dan ir-Regolament, mingħajr manikin. Dan għandu japplika għall-konfigurazzjonijiet kollha ta’ regolazzjoni u ta’ rotot taċ-ċinturin tas-sikurezza. |
6.1.3.5. |
Iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meħtieġ biex jorbot sew Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura fuq il-bank tat-test dinamiku huwa definit fl-Anness 22 ta’ dan ir-Regolament. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tintrabat sew mal-bank tat-test permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza standard xieraq deskritt fl-Anness 24 bl-użu ta’ tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin ta’ 50N ± 5N. Il-manikin ma għandux jiġi installat jekk it-trażżin ma jkunx iddisinjat b’tali mod li l-installazzjoni tal-manikin iżżid l-ammont ta’ ċinturin użat. Bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni installata, ma għandux ikun hemm tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin, apparti minn dik li tkun ġejja mir-ritrattatur standard (4 ± 3 N), meta dan ikun installat. Meta jintuża ċ-ċinturin bir-ritrattatur, din il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfata u għandu jkun għad fadal mill-inqas 150 mm taċ-ċinturin fuq ir-rukkell.
Mekkaniżmu tal-ikklampjar użat skont il-paragrafu 7.1.3.5.2.2. ma għandu jkollu l-ebda influwenza fuq ir-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza. |
6.1.3.6. |
Fil-każ ta’ sits ta’ sostenn, l-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata għal statura ta’ inqas minn 125 cm. Is-sits ta’ sostenn ma għandhomx jiġu ddikjarati li jistgħu jintużaw minn tfal bi statura ta’ inqas minn 125 cm.
Is-sits ta’ sostenn għandhom jiżguraw li l-parti ta’ fuq tar-ras tat-tfal tkun fuq jew ’il fuq minn pjan orizzontali ta’ 770 mm vertikalment mill-assi Cr meta jkunu bilqiegħda fuq il-bank tat-test deskritt fl-Anness 6. Il-proċedura biex jiġi vverifikat jekk sit ta’ sostenn jissodisfax dan ir-rekwiżit hija deskritta kif ġej (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt):
|
6.2. |
Konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
6.2.1. |
Il-konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun tali, li: |
6.2.1.1. |
It-trażżin għat-tfal għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni speċifikata għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;
L-inserzjonijiet għandhom jiffurmaw biss saff wieħed fuq il-wiċċ tas-sit. Dan ma jipprekludix l-użu ta’ inserzjonijiet addizzjonali għall-“kumdità”, sakemm ma jkunux meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-regolament; Għal “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” il-mezz primarju ta’ trażżin għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr ma jintuża apparat ta’ trażżin ieħor li jista’ jkun preżenti. |
6.2.1.2. |
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun tali li t-tfal jistgħu jinqaflu u jinħallu faċilment mit-trażżin. Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li fiha t-tfal jiġu mrażżna permezz ta’ ċinga integrali jew ta’ ċinturin f’forma ta’ Y mingħajr ritrattatur, kull trażżin tal-ispalla u kull ċinga addominali għandha tkun tista’ tiċċaqlaq relattivament għaċ-ċineg l-oħra waqt il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.1.4. ta’ hawn taħt; f’dawn il-każijiet l-assemblaġġ tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jista’ jkun iddisinjat b’żewġ partijiet ta’ kollegament jew aktar.
Għat-Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali huwa rikonoxxut li l-apparati addizzjonali tat-trażżin jnaqqsu l-veloċità li biha t-tfal ikunu jistgħu jinqaflu u jinħallu mit-trażżin. Madankollu, l-apparat addizzjonali għandu jkun iddisinjat biex jiġi rilaxxat malajr kemm jista’ jkun; |
6.2.1.3. |
Jekk ikun possibbli li tinbidel l-inklinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, din il-bidla fl-inklinazzjoni ma għandhiex teħtieġ riaġġustament manwali ta’ xi parti oħra tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Biex tinbidel l-inklinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba hemm bżonn ta’ intervent manwali apposta.
Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard li jintuża biex tiġi installata Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li tintrabat biċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura ma għandu jinħall minn ebda gwida jew apparat tal-illokkjar użat għat-test imwettaq; |
6.2.1.4. |
Biex jiġi evitat li t-tfal jiżolqu minn taħt iċ-ċinturin addominali kemm minħabba ħabta jew minħabba rrekwitezza, it-trażżin integrali kollu li jħares ’il quddiem li jkun mgħammar b’sistema ta’ ċinturin integrali għandu jkollu ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jkunu mgħammra bi lqugħ minflok ċinga integrali għandhom jiżguraw li l-ilqugħ jestendi tul il-wisa’ kollu tal-ġisem tat-tfal u jkun ippożizzjonat ’l isfel mill-pelvi. |
6.2.1.5. |
L-apparat tat-trażżin kollu li juża ċinga addominali għandu jiggwida ċ-ċinga addominali pożittivament biex jiġi żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-ċinga addominali jiġu trażmessi minn ġol-pelvi. L-assemblaġġ ma għandux jissoġġetta lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta’ bejn il-koxox, eċċ.) għal forzi eċċessivi.
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali, il-parti addominali taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandha tiġi ggwidata pożittivament fuq iż-żewġ naħat biex jiġi żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-ċinturin għall-adulti ta’ fuq il-ħoġor jiġu trażmessi minn ġol-pelvi. Il-gwida pożittiva tat-tagħbijiet fuq il-pelvi għandha tibda mill-mument li fih it-tfal jitqiegħdu fit-trażżin; iċ-ċinturin addominali għandu jgħaddi minn fuq il-parti ta’ fuq tal-koxxa, kemm kemm imiss it-tinja mal-pelvi. L-angoli α u β bejn il-linja tanġenti fejn iċ-ċinturin imiss mal-koxox u l-linja orizzontali għandhom ikunu akbar minn 10°.
Il-parti taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li tgħaddi minn fuq l-ispalla għandha tiġi ggwidata pożittivament biex jiġi żgurat li t-torso u l-għonq tat-tfal ma jkunux jistgħu jinħallu. |
6.2.1.6. |
Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard li jintuża għall-installazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali ma għandu jinħall mill-ebda gwida jew apparat tal-illokkjar użat għat-test imwettaq; madankollu, fil-każ tal-parti taċ-ċinturin tas-sikurezza standard ta’ fuq l-ispalla dan għandu jiġi vvalutat sakemm ir-ras tal-manikin tilħaq l-isporġiment orizzontali massimu tagħha. |
6.2.1.7. |
Iċ-ċineg kollha tat-trażżin għandhom jitpoġġew b’tali mod li ma jikkawżawx skumdità għall-utent jew jispiċċaw f’pożizzjoni perikoluża waqt l-użu normali. Iċ-ċinturini f’forma ta’ Y mhumiex permessi fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu ’l quddiem u jistgħu jintużaw biss fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ddedikati li jħarsu lura u/jew li jħarsu lejn il-ġenb (kerrikots). Jenħtieġ li d-distanza bejn iċ-ċineg ta’ fuq l-ispalla maġenb l-għonq tkun tal-inqas daqs il-wisa’ tal-għonq tal-manikin relattiv. |
6.2.1.8. |
Biċ-ċinga ta’ bejn il-koxox mqabbda u fl-aktar pożizzjoni twila tagħha jekk din tkun aġġustabbli, ma għandux ikun possibbli li ċ-ċinga addominali tiġi aġġustata b’mod li din tispiċċa ’l fuq mill-pelvi kemm fl-iċken kif ukoll fl-akbar manikin fil-medda ta’ daqsijiet koperta mill-approvazzjoni. Għat-trażżin kollu li jħares ’il quddiem ma għandux ikun possibbli ċ-ċinga addominali tiġi aġġustata b’mod li din tispiċċa ’l fuq mill-pelvi kemm fl-iċken kif ukoll fl-akbar manikin fil-medda ta’ daqsijiet koperta mill-approvazzjoni.
Ilqugħ kontra l-impatt għandu jkun aġġustabbli sabiex jiġi f’kuntatt mal-pelvi u mal-addome tal-iżgħar u tal-akbar manikin fil-medda ta’ daqsijiet koperta mill-approvazzjoni, mingħajr ma jkun hemm ebda spazju bejn l-ilqugħ kontra l-impatt u l-manikin. |
6.2.1.9. |
Waqt it-test dinamiku, kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3., iċ-ċinturin addominali ma għandux jgħaddi kompletament lil hinn mill-istruttura pelvika tal-manikin matul il-perjodu ta’ qabel l-isporġiment orizzontali massimu tar-ras. Waqt il-valutazzjoni hemm bżonn li jintużaw filmati bil-vidjo b’veloċità kbira. |
6.2.1.10. |
Wara l-kundizzjonament skont il-paragrafu 7.2.6 għandu tal-inqas isir it-test dinamiku li jkun ipproduċa l-aktar riżultati sfavorevoli għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jsir. |
6.2.2. |
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun iddisinjata u installata b’tali mod li: |
6.2.2.1. |
Ma għandu jkun hemm l-ebda parti li tisporġi ’l barra jew truf ippuntati li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kisi tas-sits tal-vettura jew lill-ħwejjeġ tal-okkupant; |
6.2.2.2. |
Jiġi żgurat li l-partijiet riġidi tagħha, f’kull punt fejn jiġu f’kuntatt maċ-ċineg, ma jkollomx truf ippuntati li jistgħu jgħawru ċ-ċineg. |
6.2.3. |
Ma għandux ikun possibbli li wieħed ineħħi jew jaqla’ mingħajr l-użu ta’ għodda speċifika, kwalunkwe komponent mhux iddisinjat biex ikun jista’ jitneħħa jew jinqala’ minn postu għall-fini ta’ manutenzjoni jew għal tibdil fil-konfigurazzjoni. Kwalunkwe komponent li huwa ddisinjat biex jitneħħa jew jinqala’ minn postu għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ mmuntar ħażin u użu skorrett, għalhekk il-proċessi ta’ mmuntar u ta’ żarmar għandhom jiġu spjegati fid-dettall fil-gwidi għall-utenti tat-trażżin. Kwalunkwe ċinturin integrali jew ilqugħ mill-impatt tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali għandu jkun jista’ jiġi rregolat fil-pożizzjonijiet kollha tiegħu mingħajr ma jiġi żarmat. |
6.2.4. |
It-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” jista’ jkollu apparati ta’ trażżin addizzjonali; dan għandu jiġi ddisinjat biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ mmuntar ħżin, u għandu jiġi ddisinjat b’mod li l-mezz ta’ rilaxx u l-mod kif jitħaddem ikun immedjatament evidenti għal kull min ikun qed iwettaq salvataġġ f’każ ta’ emerġenza. |
6.2.5. |
Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tista’ tkun iddisinjata biex tintuża fi kwalunkwe medda ta’ daqsijiet speċifikata mill-manifattur sakemm tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
6.2.6. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jinkorporaw elementi li jintefħu għandhom ikunu ddisinjat b’tali mod li l-kundizzjonijiet tal-użu (il-pressjoni, it-temperatura, l-umdità) ma jkollhom l-ebda effett fuq il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
6.3. |
Speċifikazzjonijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
6.3.1 |
Materjal |
6.3.1.1. |
Il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jiddikjara bil-miktub li t-tossiċità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistemi tat-trażżin u li huma aċċessibbli għat-tfal imrażżna hija konformi mar-rekwiżiti tal-ittestjar tal-EN 71-3:2019, għal materjal tal-Kategorija III kif definit fil-paragrafu 4.2. it-Tabella 2 u skont il-metodu tal-ittestjar tal-paragrafu 7.2., b’mod partikolari l-paragrafu 7.2.2., it-Tabella 3, il-Kategorija III metodu ta’ kampjunar. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. Dan il-paragrafu ma japplikax għal ECRS mhux integrali b’medda tal-istaturi ta’ 100 cm jew aktar. |
6.3.1.2. |
Il-fjammabbiltà tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mressqa għall-approvazzjoni għandha tiġi vvalutata permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
Il-Metodu 1 huwa applikabbli biss għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrati u l-Metodu 2 huwa applikabbli biss għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrati għal vetturi speċifiċi. Metodu 1 Il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jiddikjara bil-miktub li l-fjammabbiltà tal-materjali użati għall-manifattura tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba hija konformi mal-metodu tat-taqsima 5.4 tal-EN 71-2:2011+A1:2014 b’rata massima tat-tifrix tal-fjamma ta’ 30 mm/s. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. Meta d-drappijiet ikunu mmuntati flimkien, dawn għandhom jiġu ttestjati bħala materjal kompożit. “Materjal kompożit” tfisser materjal magħmul minn diversi saffi ta’ materjali simili jew differenti bis-superfiċji tagħhom imwaħħla sew flimkien permezz ta’ simentar, kolla, kisi, iwweldjar, eċċ. F’dan il-każ, il-materjal għandu jiġi ttestjat bħala materjal kompożit. Meta materjali differenti jitwaħħlu flimkien b’mod intermittenti, dawn il-materjali ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala materjali kompożiti u għalhekk għandhom jiġu ttestjati separatament. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. Metodu 2 L-applikant għandu jiddikjara bil-miktub li meta l-materjali jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 22 ta’ dan ir-Regolament, il-materjali użati la għandhom jinħarqu, u lanqas jittrażmettu xi front tal-fjamma fuq is-superfiċe, b’rata ta’ aktar minn 100 mm fil-minuta. Kull materjal użat f’sistema tat-trażżin għat-tfal imtejba għandu jkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Madankollu, ir-rekwiżit dwar it-trażmissjoni ta’ front tal-fjamma ma għandux japplika għal superfiċe li jirriżulta mill-qtugħ ta’ kampjun tat-test għal skopijiet ta’ ttestjar skont l-Anness 22. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati kemm fil-pożizzjoni “waqt l-użu” kif ukoll fil-pożizzjoni “stivata” tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrata. Jekk materjal jieqaf jinħaraq f’inqas minn minuta mill-bidu tal-kronometraġġ, u ma jkunx inħaraq aktar minn 51 mm mill-punt meta nbeda l-kronometraġġ, dan għandu jiġi kkunsidrat li jissodisfa r-rekwiżit tar-rata tal-ħruq speċifikat hawn fuq. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. |
6.3.2. |
Karatteristiċi ġenerali
Il-manifattur għandu jiddikjara l-istatura massima u minima tat-tfal li jistgħu jużaw kull konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-medda tal-istaturi għandha tiġi vverifikata billi jitkejlu l-karatteristiċi ġeometriċi interni skont il-paragrafu 6.3.2.1., filwaqt li d-dimensjonijiet esterni jiġu aġġustati biex jaqgħu fi ħdan l-envelopp tad-daqs applikabbli skont il-paragrafu 6.3.2.2. |
6.3.2.1. |
Karatteristiċi ġeometriċi interni
Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li d-dimensjonijiet interni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 18. Id-dimensjonijiet minimi għall-wisa’ tal-ispalla, il-wisa’ tal-ġenbejn u l-għoli bilqiegħda għandhom jiġu ssodisfati simultanjament għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali għandha tissodisfa wkoll id-dimensjonijiet minimi u massimi tal-għoli tal-ispalla, għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li jkollhom ilqugħ għall-protezzjoni kontra l-impatt għandhom ikunu jistgħu jiġu aġġustati wkoll biex jissodisfaw:
Għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali għandha tissodisfa wkoll id-dimensjonijiet massimi tal-għoli tal-ispalla, għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur. Anke l-booster seats għandhom jissodisfaw id-dimensjonijiet massimi tal-għoli tal-ispalla, għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur. Is-sits ta’ sostenn għandhom jissodisfaw id-dimensjonijiet minimi tal-wisa’ tal-ġenbejn għall-akbar statura tal-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur. Ma hemm l-ebda dimensjoni interna oħra applikabbli għas-sits ta’ sostenn sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.3.6. |
6.3.2.2. |
Dimensjonijiet esterni
Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li d-dimensjonijiet esterni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.3.2.2.1., 6.3.2.2.2. u 6.3.2.2.3. skont kif applikabbli. |
6.3.2.2.1. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-Klassi Integrali
Id-dimensjonijiet esterni massimi għall-wisa’, l-għoli u l-fond tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u jekk imwaħħla, il-postijiet tas-sistema tal-ankraġġi ISOFIX, li magħhom jitwaħħlu l-partijiet ta’ twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti mill-Fissaġġ tas-Sit tal-Vettura ISOFIX kif definit fil-paragrafu 2.17.1. ta’ dan ir-Regolament.
Waqt li tkun qed issir din il-valutazzjoni, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali għandha tiġi aġġustata għall-akbar daqs tal-medda tal-istaturi ddikjarata tagħha (dimensjonijiet tal-għoli, tal-fond u tal-wisa’ kif definit fl-Anness 18). Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun tista’ tiġi aġġustata biex il-wiċċ tas-sit ikun jista’ jiġi inklinat f’pożizzjonijiet differenti, il-valutazzjoni tal-immuntar għandha ssir f’mill-inqas pożizzjoni waħda. Jekk pożizzjonijiet oħra ta’ inklinazzjoni jkunu barra mil-limiti tal-envelopp ta’ daqsijiet applikabbli, il-manwal għall-utent għandu jindika li t-trażżin għat-tfal jista’ ma jiffittjax fil-vetturi approvati kollha meta jintuża f’waħda minn dawn il-pożizzjonijiet. |
6.3.2.2.2. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-Klassi Mhux Integrali
Id-dimensjonijiet esterni massimi għall-wisa’, l-għoli u l-fond tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-postijiet tas-sistema tal-ankraġġi ISOFIX jekk ikun hemm, li magħhom jitwaħħlu l-partijiet ta’ twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti mill-fissaġġ tal-i-Size booster seat kif definit fil-paragrafu 2.17.2. ta’ dan ir-Regolament.
Meta tkun qed issir din il-valutazzjoni, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali għandha tiġi aġġustata biex takkomoda tfal bi statura ta’ 135 cm (dimensjonijiet tal-għoli, tal-fond u tal-wisa’ kif definit fl-Anness 18) jew għall-akbar daqs tal-medda tal-staturi ddikjarata tagħha jekk il-limitu massimu jkun ta’ inqas minn 135 cm. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun kapaċi tiġi aġġustata għal pożizzjonijiet differenti ta’ inklinazzjoni tal-wiċċ tas-sit, il-valutazzjoni tal-immuntar għandha ssir f’mill-inqas pożizzjoni waħda. Jekk pożizzjonijiet oħra ta’ inklinazzjoni jkunu barra mil-limiti tal-envelopp ta’ daqsijiet applikabbli, il-manwal għall-utent għandu jindika li t-trażżin għat-tfal jista’ ma jiffittjax fil-vetturi approvati kollha meta jintuża f’waħda minn dawn il-pożizzjonijiet. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali jkollha medda tal-istaturi ddikjarata ta’ aktar minn 135 cm, u jekk ikun meħtieġ li t-trażżin għat-tfal jiġi aġġustat lil hinn mil-limiti tal-envelopp tad-daqs applikabbli għal dawn l-aġġustamenti (dimensjonijiet tal-għoli, tal-fond u tal-wisa’), il-manwal għall-utent għandu jindika li t-trażżin għat-tfal jista’ ma jiffittjax fil-vetturi approvati kollha meta jintuża f’waħda minn dawn il-pożizzjonijiet. F’każijiet bħal dawn, Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba xorta għandha tiġi kkategorizzata bħala i-Size booster seat għall-medda sħiħa tal-istaturi ddikjarata, inklużi staturi ’l fuq minn 135 cm, sakemm din taqa’ fl-envelop ta’ daqsijiet applikabbli meta tiġi aġġustata għal tfal bi statura ta’ 135 cm. Jekk l-istatura massima tat-tfal li tiffittja fl-envelopp tkun inqas minn 135 cm, is-booster seat għandu jiġi kkategorizzat bħala għal vetturi speċifiċi għall-istaturi inklużi fil-medda ddikjarata li ma għadhiex taqa’ fl-envelopp. |
6.3.2.2.3. |
Sits ta’ Sostenn
Id-dimensjonijiet esterni massimi għall-wisa’, l-għoli u l-fond tas-Sistema msaħħa tat-Trażżin għat-tfal u l-postijiet tas-sistema tal-ankraġġi ISOFIX jekk ikun hemm, li magħhom jitwaħħlu l-partijiet ta’ twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti mill-fixture tal-booster i-Size kif definit fil-paragrafu 2.17.2. ta’ dan ir-Regolament.
|
6.3.2.3. |
Massa
Il-massa ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX integrali (inkluż ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size) ikkombinata mal-massa tal-akbar tifel/tifla maħsuba biex jużaw is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma għandhiex taqbeż it-33 kg. Dan il-limitu tal-massa huwa applikabbli wkoll għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba “ISOFIX għal vetturi speċifiċi”. |
6.3.3. |
Partijiet ta’ twaħħil ISOFIX |
6.3.3.1. |
Tip
Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX jistgħu jkunu skont l-eżempji murija fl-Illustrazzjoni 3 (a), jew skont disinji xierqa oħra li huma parti minn mekkaniżmu riġidu li jista’ jiġi aġġustat, li n-natura tagħhom hija ddeterminata mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX. Didiskalija:
|
6.3.3.2. |
Dimensjonijiet
Id-dimensjonijiet tal-porzjon tal-parti ta’ twaħħil tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX li taqbad mas-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX ma għandhomx jaqbżu d-dimensjonijiet massimi mogħtija mil-limiti indikati fl-Illustrazzjoni 3(b).
Dimensjonijiet f’mm |
6.3.3.3. |
Indikazzjoni ta’ qfil parzjali
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandha tinkorpora mezzi li permezz tagħhom ikun hemm indikazzjoni ċara li ż-żewġ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX qabdu sew mal-ankraġġi korrispondenti t’isfel ISOFIX. Il-mezzi ta’ indikazzjoni jistgħu jkunu akustiċi, tattili jew viżivi jew kombinazzjoni ta’ tnejn minn dawn jew aktar. F’każ ta’ indikazzjoni viżwali, din għandha tkun tispikka f’kull kundizzjoni ta’ tidwil normali. |
6.3.4. |
Speċifikazzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX |
6.3.4.1. |
Konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq
Il-konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq għandu jkun ganċ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif muri fl-Illustrazzjoni 3 (c), jew apparat simili li jaqa’ fil-limiti indikati fl-Illustrazzjoni 3 (c). |
6.3.4.2. |
Karatteristiċi taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX
Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandha tkun sostnuta minn ċinturin tas-sikurezza (jew l-ekwivalenti tiegħu), li t-tensjoni tiegħu tkun tista’ tiġi aġġustata u mnaqqsa. |
6.3.4.2.1. |
Tul taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX
It-tul taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandu jkun mill-inqas 2 000 mm. |
6.3.4.2.2. |
Indikatur ta’ nuqqas ta’ reħa
Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX jew is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandha tkun mgħammra b’apparat li jindika li tneħħiet ir-reħa kollha miċ-ċinga. L-apparat jista’ jkun parti minn apparat li jaġġusta u li jnaqqas it-tensjoni. |
6.3.4.2.3. |
Dimensjonijiet
Id-dimensjonijiet tal-konnettur tal-ganċijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX huma murija fl-Illustrazzjoni 3 (c).
Dimensjonijiet f’millimetri |
6.3.5. |
Rekwiżiti tas-sieq ta’ appoġġ u tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size mgħammra b’saqajn ta’ appoġġ għandhom jikkonformaw fil-pożizzjonijiet kollha tal-użu (eż. fil-każ ta’ partijiet ta’ twaħħil b’tul aġġustabbli, il-bażi, eċċ. l-iqsar u l-itwal pożizzjoni) mad-dispożizzjonijiet ġeometriċi definiti f’dan il-paragrafu u fis-subparagrafi tiegħu. Il-konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafi 6.3.5.1. u 6.3.5.2. ta’ hawn taħt tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ simulazzjoni fiżika jew bil-kompjuter. Ir-rekwiżiti ġeometriċi fil-paragrafi 6.3.5.1. sa 6.3.5.4. ta’ hawn taħt huma referenzjati għal sistema ta’ koordinati, li l-oriġini tagħhom tinsab fiċ-ċentru ta’ bejn iż-żewġ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX u fuq il-linja tan-nofs tas-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX korrispondenti. L-orjentazzjoni tal-assi tas-sistema tal-koordinati hija referenzjata għall-fissaġġ(i) tat-trażżin għat-tfal:
Biex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ din it-taqsima, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi installata f’konformità mal-manwal għall-utent tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-pożizzjoni tal-ħżin tas-sieq ta’ appoġġ hija eskluża minn dawn ir-rekwiżiti.
|
6.3.5.1. |
Rekwiżiti ġeometriċi tas-sieq ta’ appoġġ u tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ
Is-sieq ta’ appoġġ, inkluż il-parti tagħha li titwaħħal mas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ għandhom ikunu kompletament fi ħdan il-volum tal-valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ (ara wkoll l-Illustrazzjonijiet 1 u 2 tal-Anness 19 ta’ dan ir-Regolament), definit kif ġej:
Is-sieq ta’ appoġġ tista’ tisporġi ’l barra mill-volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ, diment li din tibqa’ fi ħdan il-volum tas-CRF rilevanti. |
6.3.5.2. |
Rekwiżiti għall-aġġustibilità tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ
Is-sieq ta’ appoġġ għandha tkun aġġustabbli sabiex jiġi żgurat li l-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ ikun jista’ jiġi ppożizzjonat fi kwalunkwe punt tul il-medda tal-għoli tal-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ kif speċifikat hawn taħt (ara wkoll l-Illustrazzjonijiet 3 u 4 tal-Anness 19 ta’ dan ir-Regolament). Meta jkun hemm gradi ta’ aġġustament inkrementali, id-distanza bejn żewġ pożizzjonijiet imblukkati ma għandhiex taqbeż l-20 mm. Il-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ huwa definit kif ġej:
Għandu jkun permissibbli li s-sieq ta’ appoġġ tkun aġġustabbli lil hinn mil-limiti tal-għoli fid-direzzjoni Z' (kif indikat mid-didaskalija 6 fl-Illustrazzjoni 3 tal-Anness 19), sakemm l-ebda parti ma tisporġi lil hinn mill-pjani limitanti fid-direzzjonijiet X' u Y'. |
6.3.5.3. |
Dimensjonijiet tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ
Id-dimensjonijiet tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
6.3.5.4. |
Ġigg tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ
Għandu jintuża ġigg biex jiġi vverifikat li l-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-paragrafu 6.3.5.2. ta’ hawn fuq (ara l-Illustrazzjoni 3(e)). Bħala alternattiva, simulazzjoni bil-kompjuter għandha wkoll titqies sodisfaċenti. Il-ġigg huwa definit bħala s-CRF ISOFIX li tikkorrispondi għall-klassi tad-daqs tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-ġigg jiġi mwessa’ permezz ta’ żewġ ankraġġi inferjuri ISOFIX b’dijametru ta’ 6 mm. Il-kaxxa bl-istrixxi li tinsab quddiem il-ġigg tiġi ppożizzjonata u d-daqs tagħha jiddependi skont kif previst fil-paragrafu 6.3.5.2. ta’ hawn fuq. L-ECRS għandu jkollha l-partijiet ta’ twaħħil tagħha mqabbdin meta tkun qed issir il-valutazzjoni.
|
6.4. |
Kontroll tal-immarkar |
6.4.1. |
Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4. ta’ dan ir-Regolament. |
6.5. |
Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu |
6.5.1. |
Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 14. ta’ dan ir-Regolament. |
6.6. |
Dispożizzjonijiet applikabbli għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba armata |
6.6.1. |
Reżistenza għall-korrużjoni |
6.6.1.1. |
Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kompluta, jew il-partijiet tagħha li huma suxxettibbli għall-korrużjoni, għandhom jiġu soġġetti għat-test tal-korrużjoni speċifikat fil-paragrafu 7.1.1. ta’ hawn taħt. |
6.6.1.2. |
Wara t-test tal-korrużjoni kif preskritt fil-paragrafi 7.1.1.1. u 7.1.1.2., ta’ hawn taħt ma għandu jkun hemm l-ebda sinjal ta’ deterjorament li jista’ jtellef il-funzjonament tajjeb tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, jew xi korrużjoni sinifikanti viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat. |
6.6.2. |
Assorbiment tal-enerġija |
6.6.2.1. |
Għall-apparati kollha b’partijiet fejn jisserraħ id-dahar, iż-żoni definiti fl-Anness 14 ta’ dan ir-Regolament, meta jiġu ttestjati skont l-Anness 13, għandu jkollhom aċċellerazzjoni massima ta’ inqas minn 60 g. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għaż-żoni tal-ilqugħ kontra l-impatt fiż-żona fejn tista’ tintlaqat ir-ras kif definit fl-Anness 14. |
6.6.2.2. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’headrests permanenti, aġġustabbli, li jitwaħħlu b’mod mekkaniku, fejn l-għoli taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti jew taċ-ċinga integrali jkun ikkontrollat direttament mill-headrest aġġustabbli, ma hemmx bżonn li jkun hemm assorbiment tal-enerġija fiż-żoni kif definit fl-Anness 18, fejn ir-ras tal-manikin ma tagħmilx kuntatt magħhom, jiġifieri wara l-headrest. |
6.6.3. |
Qlib ta’ taħt fuq |
6.6.3.1. |
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi ttestjata kif preskritt fil-paragrafu 7.1.2. ta’ dan ir-Regolament; fl-ebda punt waqt it-test intier il-manikin ma għandu jintefa’ ’l barra kompletament mill-apparat. Barra minn hekk meta l-bank tat-test ikun fil-pożizzjoni ta’ taħt fuq, meta titneħħa t-tagħbija applikata, ir-ras tal-manikin ma għandhiex tiċċaqlaq b’aktar minn 300 mm mill-pożizzjoni oriġinali tagħha f’direzzjoni vertikali relattivament għall-bank tat-test. |
6.6.4. |
Test dinamiku |
6.6.4.1. |
Ġenerali: It-test dinamiku għandu jsir fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li qatt ma ġew sottoposti għal tagħbija u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi soġġetta għat-testijiet dinamiċi, f’konformità mat-Tabella 3, skont il-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn taħt:
Tabella 3 Applikazzjoni ta’ kriterji differenti skont il-modalità tat-test
|
6.6.4.1.1. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija i -Size għandhom jiġu ttestjati fuq il-bank tat-test preskritt fl-Anness 6, u skont il-paragrafu 7.1.3.1. ta’ hawn taħt. |
6.6.4.1.2. |
Il-kompatibbiltà tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategoriji “għal vetturi speċifiċi” għandha tiġi vvalutata għal kull mudell ta’ vettura li għalih hija maħsuba s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jnaqqas l-għadd ta’ arranġamenti ta’ vetturi ttestjati jekk ma jkunx hemm varjanza kbira bejniethom fl-aspetti elenkati fil-paragrafu 6.6.4.1.2.3. ta’ dan ir-Regolament. Din is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi ttestjata b’mod dinamiku b’wieħed mill-modi li ġejjin: |
6.6.4.1.2.1. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont il-paragrafu 2.7. u li huma konformi mal-paragrafu 6.3. ta’ dan ir-Regolament u li jaqgħu f’mill-inqas f’envelop definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17, tar-Regolament tan-NU Nru 16, fuq il-bank tat-test preskritt fl-Anness 6 u f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.1. ta’ dan ir-Regolament jew f’karozzerija ta’ vettura f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament. |
6.6.4.1.2.2. |
Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li huma konformi mal-paragrafu 6.3. ta’ dan ir-Regolament (pereżempju ECRS li ma jużawx apparat antirotazzjoni jew li jużaw punti ta’ ankraġġ addizzjonali) jew li ma jaqgħu fl-ebda envelop definit fl-Appendiċi 2 jew fl-Appendiċi 5 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16, fuq it-troli tat-test f’karozzerija ta’ vettura f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. jew f’vettura kompluta f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament. |
6.6.4.1.2.3. |
Għandhom jintużaw biżżejjed partijiet mill-karozzerija tal-vettura biex ikunu rappreżentattivi tal-istruttura tal-vettura u tas-superfiċji tal-impatt. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun intiża biex tintuża fuq is-sit ta’ wara, dawn il-partijiet għandhom jinkludu d-dahar tas-sit ta’ quddiem, is-sit ta’ wara, il-pjanċa tal-qiegħ, il-pilastri B u C u s-saqaf. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun intiża biex tintuża fuq is-sit ta’ quddiem, il-partijiet għandhom jinkludu d-dashboard, il-pilastri A, il-windskrin, kwalunkwe liver jew pum installat fl-art jew fuq konsol, is-sit ta’ quddiem, il-pjanċa tal-qiegħ u s-saqaf. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jippermetti li jiġu esklużi ċerti oġġetti jekk jinstab li dawn huma superfluwi. L-ittestjar għandu jsir kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament, ħlief għall-impatt laterali. |
6.6.4.1.3. |
It-test dinamiku għandu jsir fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal li qatt ma jkunu ġew sottoposti għal tagħbija. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategoriji ‘i-Size booster seat’ u ‘sit ta’ sostenn Universali’ għandhom jiġu ttestjati fuq il-bank tat-test deskritt fl-Anness 6, u f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.1. ta’ hawn taħt. |
6.6.4.1.4. |
Jekk Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba “ISOFIX għal vetturi speċifiċi” tiġi installata fl-erja wara l-aħħar fila ta’ sits posterjuri għall-adulti li jħarsu ’l quddiem (pereżempju, fil-bagoll), għandu jsir test wieħed bl-akbar manikin(i), kif permess fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, fuq vettura kompluta kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament. It-testijiet l-oħra, inkluż dak tal-konformità tal-produzzjoni, jistgħu jsiru kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament, fuq talba tal-manifattur. |
6.6.4.1.5. |
Fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” kull test dinamiku speċifikat minn dan ir-Regolament għall-medda ta’ daqsijiet speċifikata mill-manifattur għandu jsir darbtejn: l-ewwel wieħed, billi jintuża l-mezz ta’ trażżin ewlieni u t-tieni wieħed billi jintuża l-apparati ta’ trażżin kollha. F’dawn it-testijiet, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.1.5. u 6.2.1.6. ta’ dan ir-Regolament. |
6.6.4.1.6. |
Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tuża apparat antirotazzjoni u/jew pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla, it-test dinamiku għandu jsir kif ġej: |
6.6.4.1.6.1. |
Bl-użu tal-apparat antirotazzjoni u tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla fl-użu, u |
6.6.4.1.6.1.1. |
Mingħajr l-użu tal-apparat antirotazzjoni, sakemm ma jkunx hemm:
biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-apparat antirotazzjoni. |
6.6.4.1.6.1.2. |
Mingħajr l-użu tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla, sakemm ma jkunx hemm:
biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla. |
6.6.4.1.7. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali li jużaw partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, it-test dinamiku għandu jsir kif ġej: |
6.6.4.1.7.1. |
Bl-użu tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, u |
6.6.4.1.7.2. |
Mingħajr l-użu tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX. |
6.6.4.1.8. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali u konvertibbli li jkunu mgħammra b’mezz għat-trażżin għat-tfal li jkun intiż għal orjentazzjoni waħda biss, it-test dinamiku għandu jsir kif ġej: |
6.6.4.1.8.1. |
Bil-mezz ta’ trażżin użat fl-orjentazzjoni intiża; u |
6.6.4.1.8.2. |
Bil-mezz ta’ trażżin użat fl-orjentazzjoni mhux intiża, sakemm ma jiġix ipprovdut mekkaniżmu biex jipprevjeni tali użu skorrett. |
6.6.4.2. |
Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li taffettwa t-trażżin tal-okkupant ma għandha tinkiser, la parzjalment u lanqas kompletament, u l-ebda bokkla, sistema ta’ llokkjar jew sistema ta’ spostament ma għandha tiġi rilaxxata jew tinfetaħ. L-unika eċċezzjoni hija fejn fid-deskrizzjoni teknika tal-manifattur tali partijiet jew sistemi jiġu identifikati bħala dawk b’funzjoni ta’ limitatur tat-tagħbija, kif definit fil-paragrafu 3.2.1. ta’ dan ir-Regolament, u jkunu konformi mal-kriterji li ġejjin: |
6.6.4.2.1. |
Jiffunzjonaw kif previst mill-manifattur. |
6.6.4.2.2. |
Ma jikkompromettux il-kapaċità tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tipproteġi lill-okkupant. |
6.6.4.3. |
Kriterji għall-manikin f’każ ta’ impatt minn quddiem u minn wara. |
6.6.4.3.1. |
Kriterji ta’ valutazzjoni tal-korriment f’każ ta’ impatt minn quddiem u minn wara bħal fit-Tabella 4.
Tabella 4
|
6.6.4.4. |
Spostament tar-ras tal-manikin f’każ ta’ impatt minn quddiem u minn wara |
6.6.4.4.1. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jappartjenu għall-kategoriji universali: |
6.6.4.4.1.1. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu ’l quddiem
Sit ta’ sostenn mhux integrali: L-ebda parti mir-ras tal-manikin ma għandha tisporġi lil hinn mill-pjani BA u DA kif definit fl-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt. Dan għandu jiġi vvalutat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf jiċċaqlaq għalkollox, skont liema jseħħ l-ewwel. Meta l-ittestjar isir bl-użu ta’ manikin Q10, japplikaw dawn li ġejjin:
|
6.6.4.4.1.1.1. |
Meta test isir f’konformità mal-paragrafu 6.6.4.1.6.2. jew il-paragrafu 6.6.4.1.8.2. ta’ hawn fuq, għandha tkun applikabbli tolleranza ta’ +10 fil-mija għall-valur tad-distanza tal-isporġiment tar-ras bejn il-punt Cr u l-pjan AB
Dimensjonijiet f’mm |
6.6.4.4.1.2. |
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u kerrikots li jħarsu lura: |
6.6.4.4.1.2.1. |
Sporġiment tar-ras: l-ebda parti mir-ras tal-manikin ma għandha tisporġi lil hinn mill-pjani FD, FG u DE, kif muri fl-Illustrazzjoni 5 ta’ hawn taħt. Dan għandu jiġi vvalutat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf jiċċaqlaq għalkollox, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.
Ħlief meta t-test isir bl-użu ta’ manikin Q6 jew Q3 fejn il-valur b’relazzjoni għall-pjan FD huwa ta’ 840 mm. Fil-każ li jkun hemm kuntatt bejn tali Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm u l-kriterji kollha tal-valutazzjoni tal-korriment u tal-ispostament tar-ras tal-manikin ikunu ssodisfati, għandu jsir test dinamiku ieħor (tal-impatt frontali) bl-aktar manikin tqil previst għat-tali medda ta’ indikazzjoni tad-daqs u mingħajr l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm; ir-rekwiżiti għal dan it-test huma li jiġu ssodisfati l-kriterji kollha minbarra dak tal-ispostament ’il quddiem. Meta test isir skont il-paragrafu 6.6.4.1.6.1.1. jew il-paragrafu 6.6.4.1.6.1.2. jew il-paragrafu 6.6.4.1.8.2. ta’ hawn fuq, għandhom jiġu kkunsidrati biss ir-riżultati tat-tieni test mingħajr l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm.
|
6.6.4.4.2. |
Meta Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jappartjenu għall-kategorija “għal vetturi speċifiċi” jiġu ttestjati f’vettura kompluta jew f’karozzerija ta’ vettura, il-kriterji ta’ valutazzjoni li għandhom jintużaw huma l-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (HPC) u l-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras ta’ 3 ms. Meta ma jkun hemm l-Ebda Kuntatt tar-Ras, dawn il-kriterji għandhom jiġu ssodisfati mingħajr kejl, u jiġu rreġistrati biss bħala “l-ebda kuntatt tar-ras”. Wara test fejn tkun intużat vettura kompluta, għandu jkun possibbli li l-manikin armat kollu hemm hu jitneħħa mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr l-użu ta’ ingranaġġ mekkaniku, jew l-użu ta’ għodda fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew tal-istruttura tal-vettura. |
6.6.4.4.3 |
Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li żżomm lit-tfal fil-pożizzjoni tagħhom ma għandha tieqaf tiffunzjona. Dan jinkludi l-bokkli, is-sistemi ta’ llokkjar u s-sistemi ta’ inklinament, ħlief fejn dawn ikunu ġew identifikat bħala apparat limitanti tat-tagħbija. Kwalunkwe apparat limitanti tat-tagħbija għandu jiġi identifikat fid-deskrizzjonijiet tekniċi tal-manifattur kif definit fil-paragrafu 3.2.1. ta’ dan ir-Regolament. |
6.6.4.5. |
Kriterji għall-manikin f’każ ta’ impatt laterali ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares ’il quddiem, lura u b’mod laterali. |
6.6.4.5.1. |
Kriterju ewlieni għall-valutazzjoni tal-korriment — Trażżin tar-ras
Matul il-fażi tat-tagħbija tal-ittestjar tal-impatt laterali, sa 80 ms, il-protezzjoni tal-ġnub għandha dejjem tiġi ppożizzjonata fil-livell taċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin b’mod perpendikolari għad-direzzjoni tal-intrużjoni mill-bieba. It-trażżin tar-ras jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:
|
6.6.4.5.2. |
Kriterji ta’ valutazzjoni addizzjonali tal-korriment f’każ ta’ impatt laterali
Tabella 5
|
6.6.5. |
Reżistenza għat-temperatura |
6.6.5.1. |
L-assemblaġġi tal-bokkla, ir-ritrattaturi, l-aġġustaturi u l-apparati tal-qfil li hemm il-probabbiltà li jiġu affettwati mit-temperatura, għandhom jiġu sottoposti għat-test tat-temperatura speċifikat fil-paragrafu 7.2.7. ta’ hawn taħt. Dan ir-rekwiżit huwa applikabbli għal kwalunkwe komponent simili fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, irrispettivament mill-mezz ta’ trażżin. |
6.6.5.2. |
Wara t-test tat-temperatura kif preskritt fil-paragrafu 7.2.7.1. ta’ hawn taħt, ma għandu jkun l-ebda hemm sinjal ta’ deterjorament li jista’ jtellef mill-funzjonament tajjeb tat-trażżin għat-tfal viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat. Imbagħad jenħtieġ li jsiru t-testijiet dinamiċi. |
6.7. |
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-komponenti individwali tat-trażżin
Dan il-paragrafu huwa applikabbli għal kwalunkwe komponent simili fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, irrispettivament mill-mezz ta’ trażżin. |
6.7.1. |
Bokkla |
6.7.1.1. |
Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tkun prekluża kwalunkwe possibbiltà ta’ manipulazzjoni skorretta. Dan ifisser, fost oħrajn, li ma għandux ikun possibbli li l-bokkla titħalla f’pożizzjoni parzjalment magħluqa; ma għandux ikun possibbli li bi żball partijiet mill-bokkla jiġu skambjati meta l-bokkla tkun qed tinqafel; il-bokkla għandha tinqafel biss meta l-partijiet kollha jkunu mdaħħlin f’posthom. Kull fejn il-bokkla tiġi f’kuntatt mat-tfal, din ma għandhiex tkun idjaq mill-wisa’ minima taċ-ċinga kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.4.1.1. ta’ hawn taħt. Dan il-paragrafu mhuwiex applikabbli għall-assemblaġġi ta’ ċinturini diġà approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 16 jew xi standard ekwivalenti fis-seħħ. Fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija biss il-bokkla fuq il-mezz primarju tat-trażżin li teħtieġ tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.7.1.2. sa 6.7.1.8. biż-żewġ paragrafi msemmija inklużi. |
6.7.1.2. |
Il-bokkla, anki meta ma tkunx taħt tensjoni, għandha tibqa’ magħluqa tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha. Għandha tkun faċli biex tinfetaħ u biex tinqabad bl-idejn. Għandu jkun possibbli li din tinfetaħ bl-għafis ta’ buttuna jew ta’xi apparat simili.
Meta tkun fil-pożizzjoni miftuħa u meta tiġi projettata fuq pjan perpendikolari għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna, is-superfiċe li fuqu tiġi applikata din il-pressjoni għandu jkollu:
|
6.7.1.3. |
L-erja tar-rilaxx tal-bokkla għandha tkun ta’ kulur aħmar. L-ebda parti oħra tal-bokkla ma għandu jkollha dan il-kulur. |
6.7.1.4. |
Għandu jkun possibbli li t-tfal jiġu rilaxxati mit-trażżin b’azzjoni unika fuq bokkla unika. Tista’ ssir azzjoni unika oħra għar-rilaxx tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla, jekk ikun hemm. F’każijiet bħal dawn, għandu jkun possibbli li l-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla jiġi rilaxxat kemm qabel kif ukoll wara r-rilaxx tal-bokkla, jew fl-istess ħin. Huwa permess lit-tfal jitneħħew flimkien mal-apparati bħal benniena għat-trabi li tinġarr/kerrikot/trażżin għall-kerrikot jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun tista’ tiġi rilaxxata billi jintużaw mhux aktar minn żewġ buttuni għar-rilaxx tal-bokkla. |
6.7.1.4.1. |
Pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla
Jekk jiġi pprovdut pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla, dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jipprevjeni l-użu skorrett. Ma għandux ikun possibbli li l-apparat jintuża b’mod li jwassal għall-brim taċ-ċineg tal-ispalla. Għandu jkun possibbli li l-apparat jinqafel b’azzjoni waħda biss. Il-forza meħtieġa għall-qfil tal-apparat ma għandhiex taqbeż il-15 N. |
6.7.1.4.2. |
Il-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla għandu jkun faċli jinfetaħ u jinqabad bl-idejn. Għandu jkun possibbli li dan jinfetaħ f’azzjoni sempliċi waħda, iżda għandu jkun diffiċli għall-okkupanti tfal li jimmanipulaw il-mekkaniżmu tar-rilaxx. Il-forza meħtieġa għar-rilaxx tal-apparat ma għandhiex taqbeż il-15 N. |
6.7.1.4.3. |
Il-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla ma għandux jaqbeż għoli ta’ 60 mm. |
6.7.1.5. |
Bil-bokkla miftuħa, t-tfal għandhom ikunu jistgħu jitneħħew indipendentement mis-“siġġu“, mis-“sit ta’ appoġġ” jew mill-“ilqugħ kontra l-impatt”, jekk dawn ikunu installati, u jekk l-apparat jinkludi ċinga ta’ bejn il-koxox, din iċ-ċinga għandha tiġi rilaxxata bl-użu tal-istess bokkla. |
6.7.1.6. |
Il-bokkla għandha tkun kapaċi tiflaħ għall-kundizzjonijiet li taħthom isir it-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 7.2.7. ta’ hawn taħt u għal użu ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn taħt, għandha tiġi sottoposta għal test li jinkludi 5 000 ± 5 ċikli ta’ ftuħ u ta’ għeluq taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu. |
6.7.1.7. |
Il-bokkla għandha tiġi soġġetta għat-testijiet tal-ftuħ li ġejjin: |
6.7.1.7.1. |
Test taħt tagħbija |
6.7.1.7.1.1. |
Għal dan it-test għandha tintuża Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tkun diġà ġiet sottoposta għat-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn taħt. |
6.7.1.7.1.2. |
Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test preskritt fil-paragrafu 7.2.1.1. ta’ hawn taħt ma għandhiex taqbeż it-80 N. |
6.7.1.7.2. |
Test mingħajr tagħbija |
6.7.1.7.2.1. |
Għal dan it-test għandha tintuża bokkla li ma tkunx ġiet sottoposta għal tagħbija preċedenti. Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla meta ma tkunx taħt tagħbija għandha tkun fil-medda ta’ bejn 40-80 N fit-testijiet preskritti fil-paragrafu 7.2.1.2. ta’ hawn taħt |
6.7.1.8. |
Reżistenza |
6.7.1.8.1. |
Waqt it-test f’konformità mal-paragrafu 7.2.1.3.2. ta’ hawn taħt l-ebda parti mill-bokkla, miċ-ċineg maġenbha jew mill-aġġustaturi ma għandha tinkiser jew tinqala’ minn postha. |
6.7.1.8.2. |
Skont il-limitu tal-massa ddikjarat mill-manifattur, il-bokkla għandha tiflaħ: |
6.7.1.8.2.1. |
4 kN, jekk il-limitu tal-massa jkun ta’ 13 kg jew inqas; |
6.7.1.8.2.2. |
10 kN, jekk il-limitu tal-massa jkun ta’ aktar minn 13 kg. |
6.7.1.8.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx it-test tar-reżistenza tal-bokkla jekk diġà jkollha informazzjoni li tirrendi dan it-test superfluwu. |
6.7.2. |
Apparat għall-aġġustament |
6.7.2.1. |
Il-medda tal-aġġustament għandha tkun biżżejjed biex tippermetti l-aġġustament korrett tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal kull daqs li għalih l-apparat huwa maħsub u biex tippermetti l-installazzjoni sodisfaċenti fil-vetturi kompatibbli i-Size kollha. |
6.7.2.2. |
L-apparati għall-aġġustament kollha għandhom ikun tat-tip “aġġustatur rapidu”. |
6.7.2.3. |
L-apparati tat-tip “aġġustatur rapidu” għandhom ikunu faċli li jintlaħqu meta s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun installata kif suppost u bit-tfal jew il-manikin fuqha. |
6.7.2.4. |
Apparat tat-tip “aġġustatur rapidu” għandu jkun jista’ jiġi faċilment aġġustat skont l-istatura fiżika tat-tfal. B’mod partikolari, f’test li jsir f’konformità mal-paragrafu 7.2.2.1. ta’ hawn taħt, il-forza meħtieġa għat-tħaddim ta’ apparat għall-aġġustament manwali ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 50 N. |
6.7.2.5. |
Kif preskritt mir-rekwiżiti għat-twettiq ta’ test tat-temperatura fil-paragrafu 7.2.7.1. u fil-paragrafu 7.2.3. ta’ hawn taħt għandhom jiġu ttestjati żewġ kampjuni ta’ apparati għall-aġġustament tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
6.7.2.5.1. |
Iċ-ċinga ma għandhiex tinreħa b’aktar minn 25 mm għal apparat għall-aġġustament wieħed jew b’aktar minn 40 mm għall-apparati għall-aġġustament kollha. |
6.7.2.6. |
L-apparat ma għandux jinkiser jew jinqala’ minn postu meta jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 7.2.2.1. ta’ hawn taħt. |
6.7.2.7. |
Aġġustatur li jkun armat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal għandu jkun kapaċi jiflaħ għal użu ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. għandu jiġi sottopost għal test li jinkludi 5 000 ± 5 ċikli kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.6.1.
Aġġustatur li jkun armat direttament fuq ċinga għandu jkun kapaċi jiflaħ għal tħaddim ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. għandu jiġi sottopost għal test li jinkludi 5 000 ± 5 ċikli li japplika l-prinċipji tat-test speċifikat fil-paragrafu 7.2.3. Dan it-test għandu jiġi definit mis-Servizz Tekniku f’konsultazzjoni mal-manifattur. |
6.7.3. |
Ritrattaturi |
6.7.3.1. |
Ritrattaturi li jillokkjaw awtomatikament |
6.7.3.1.1. |
Iċ-ċinga mgħammra b’ritrattatur li jillokkja awtomatikament ma għandiex tinħall b’aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet tal-illokkjar tar-ritrattatur. Jekk l-utent jagħmel moviment lura, iċ-ċinga għandha jew tibqa’ fil-pożizzjoni inizjali tagħha jew tirritorna awtomatikament f’dik il-pożizzjoni meta l-utent jagħmel moviment sussegwenti ’l quddiem. |
6.7.3.1.2. |
Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn ċinga addominali, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-ritrattatur kif preskritt fil-paragrafu 7.2.4.1. ta’ hawn taħt. Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn trażżin tas-sider, il-forza ta’ ritrazzjoni ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 2 N jew ta’ aktar minn 7 N, imkejla bl-istess mod. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza ta’ ritrazzjoni għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix liċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak l-apparat ma għandux ikun attivat meta jittieħed dan il-kejl. |
6.7.3.1.3. |
Iċ-ċinga għandha ripetutament tinġibed mir-ritrattatur u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 7.2.4.2. ta’ hawn taħt, sakemm jitlestew 5 000 ċiklu. Ir-ritrattatur għandu mbagħad jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 7.2.7.1. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.1.1. ta’ hawn taħt u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5. ta’ hawn taħt. Imbagħad għandu jerġa’ jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor ta’ estrazzjoni u ritrazzjoni. Wara t-testijiet ta’ hawn fuq ir-ritrattatur għandu jkompli jaħdem sew u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.7.3.1.1. u 6.7.3.1.2. ta’ hawn fuq. |
6.7.3.2. |
Ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza |
6.7.3.2.1. |
Meta jiġi ttestjat kif previst fil-paragrafu 7.2.4.3., ritrattatur li jillokkja f’emerġenza għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ hawn taħt: |
6.7.3.2.1.1. |
Għandu jkun illokkja meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq 0,45 g; |
6.7.3.2.1.2. |
Ma għandux jillokkja meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga tkun ta’ inqas minn 0,8 g kif imkejla fl-assi tal-estrazzjoni taċ-ċinga; |
6.7.3.2.1.3. |
Ma għandux jillokkja meta l-apparat ta’ detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b’mhux aktar minn 12° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu; |
6.7.3.2.1.4. |
Għandu jillokkja meta l-apparat ta’ detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b’aktar minn 27° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu. |
6.7.3.2.2. |
Meta t-tħaddim tar-ritrattatur ikun jiddependi minn sinjal jew minn sors ta’ enerġija esterni, id-disinn għandu jiżgura li r-ritrattatur jillokkja awtomatikament jekk dak is-sinjal jew sors ta’ enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġi interrott. |
6.7.3.2.3. |
Ritrattatur li jillokkja f’emerġenza li jkollu sensittività multipla għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq. Barra minn hekk, jekk wieħed mill-fatturi ta’ sensittività jkun relatat mal-estrazzjoni taċ-ċinga, ir-ritrattatur għandu jkun illokkja meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga tilħaq 1,5 g kif imkejla fl-assi tal-estrazzjoni taċ-ċinga. |
6.7.3.2.4. |
Fit-testijiet imsemmija fil-paragrafi 6.7.3.2.1.1. u 6.7.3.2.3. ta’ hawn fuq, l-ammont ta’ ċinga estratta qabel ma r-ritrattatur jillokkja ma għandux ikun ta’ aktar minn 50 mm, li jibda jitkejjel mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.3.1. ta’ hawn taħt. Fit-test imsemmi fil-paragrafu 6.7.3.2.1.2. ta’ hawn fuq, ir-ritrattatur ma għandux jillokkja waqt il-50 mm ta’ estrazzjoni taċ-ċinga liema tul jibda jitkejjel mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.3.1. ta’ hawn taħt. |
6.7.3.2.5. |
Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn ċinga addominali, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-ritrattatur kif preskritt fil-paragrafu 7.2.4.1. ta’ hawn taħt. Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn trażżin tas-sider, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 2 N jew ta’ aktar minn 7 N, imkejla bl-istess mod. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza ta’ ritrazzjoni għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix liċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak l-apparat ma għandux ikun attivat meta jittieħed dan il-kejl. |
6.7.3.2.6. |
Iċ-ċinga għandha tinġibed b’mod ripetut mir-ritrattatur u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 7.2.4.2. ta’ dan ir-Regolament, sakemm jitlestew 40 000 ċiklu. Ir-ritrattatur imbagħad għandu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 7.2.7. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.1.1. u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5. |
6.7.4. |
Ċineg |
6.7.4.1. |
Wisa’ |
6.7.4.1.1. |
Il-wisa’ minima taċ-ċineg tat-trażżin għat-tfal li jiġu f’kuntatt mal-manikin għandha tkun ta’ 25 mm. Dawn id-dimensjonijiet għandhom jitkejlu waqt it-test tar-reżistenza taċ-ċinga preskritt fil-paragrafu 7.2.5.1. ta’ hawn taħt, mingħajr ma titwaqqaf il-magna u b’tagħbija ta’ 75 fil-mija tat-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga. |
6.7.4.2. |
Reżistenza wara kundizzjonament f’temperatura ambjentali |
6.7.4.2.1. |
It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata kif preskritt fil-paragrafu 7.2.5.2.1. ta’ hawn taħt, fuq żewġ kampjuni ta’ ċineg ikkundizzjonati kif preskritt fil-paragrafu 7.2.5.1.2. |
6.7.4.2.2. |
Id-differenza bejn it-tagħbijiet fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga taż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 10 fil-mija tal-akbar tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga mit-tnejn imkejla. |
6.7.4.3. |
Reżistenza wara kundizzjonament speċjali |
6.7.4.3.1. |
Fuq żewġ ċineg ikkundizzjonati kif preskritt f’waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.5.2. ta’ hawn taħt (ħlief għall-paragrafu 7.2.5.2.1. ta’ hawn taħt), it-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 75 fil-mija tal-medja tat-tagħbijiet determinati fit-test imsemmi fil-paragrafu 7.2.5.1. ta’ hawn taħt. |
6.7.4.3.2. |
Barra minn hekk, it-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 3.6 kN għat-trażżin ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size. |
6.7.4.3.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx test wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat, jew jekk l-informazzjoni diġà disponibbli, tirrendi dawn it-testijiet superfluwi. |
6.7.4.3.4. |
Il-proċedura tal-kundizzjonament kontra l-brix tat-tip 1 definit fil-paragrafu 7.2.5.2.6. ta’ hawn taħt għandha ssir biss meta r-riżultat tat-test tal-mikroslip definit fil-paragrafu 7.2.3. ta’ hawn taħt ikun ta’ aktar minn 50 fil-mija tal-limitu preskritt fil-paragrafu 6.7.2.5.1. ta’ hawn fuq. |
6.7.4.4. |
Ma għandux ikun possibbli li ċ-ċinga sħiħa tinġibed minn xi aġġustatur, bokkla jew punt ta’ ankraġġ. |
6.7.5. |
Speċifikazzjonijiet tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX |
6.7.5.1. |
Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX u l-indikaturi ta’ għeluq għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal operazzjonijiet ripetuti u, qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu sottoposti għal test li jikkonsisti f’2 000 ±5 ċikli ta’ ftuħ u ta’ għeluq taħt kundizzjonijiet ta’ użu normali. |
6.7.5.2. |
Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX għandu jkollhom mekkaniżmu ta’ llokkjar konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-punti (a) jew (b) li ġejjin:
|
6.7.6. |
Apparat tal-qfil |
6.7.6.1. |
L-apparat tal-qfil għandu jkun permanentement imwaħħal mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
6.7.6.2. |
L-apparat tal-qfil ma għandux inaqqas id-durabbiltà taċ-ċinturin għall-adulti u għandu jiġi sottopost għall-kundizzjonijiet tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 7.2.7.1. |
6.7.6.3. |
L-apparat tal-qfil ma għandux jipprevjeni r-rilaxx rapidu tat-tfal. |
6.7.6.4. |
Apparat tal-Klassi A
Iċ-ċinturin ma għandux jintreħa b’aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 7.2.9.1. ta’ hawn taħt. |
6.7.6.5. |
Apparat tal-Klassi B
Iċ-ċinturin ma għandux jintreħa b’aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 7.2.9.2. ta’ hawn taħt. |
6.8. |
Klassifikazzjoni |
6.8.1. |
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jistgħu jkopru kwalunkwe medda ta’ daqsijiet sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti għall-medda sħiħa. |
7. Testijiet
7.1. |
Testijiet li għalihom tiġi sottoposta Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba armata |
7.1.1. |
Korrużjoni |
7.1.1.1. |
Il-partijiet tal-metall tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu ppożizzjonati f’kompartiment tat-test kif preskritt fl-Anness 4. Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkorpora ritrattatur, it-tul taċ-ċinga għandu jinħall kollu għajr għal 100 ± 3 mm. Għajr għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, pereżempju għall-kontroll tas-soluzzjoni tal-melħ u biex din timtela’ mill-ġdid, it-test tal-esponiment għandu jipproċedi mingħajr waqfien għal perjodu ta’ 50 ± 0,5 siegħa. |
7.1.1.2. |
Meta jitlesta t-test tal-esponiment, il-partijiet tal-metall tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jinħaslu bil-mod, jew jiġu mgħaddsa f’ilma ġieri nadif b’temperatura ta’ mhux aktar minn 38 °C biex jitneħħa kwalunkwe depożitu ta’ melħ li seta’ fforma u mbagħad jitħallew jinxfu f’temperatura ambjentali ta’ bejn 18 °C u 25 °C għal 24 ± 1 siegħa qabel l-ispezzjoni f’konformità mal-paragrafu 6.6.1.2. ta’ hawn fuq. |
7.1.2. |
Qlib ta’ taħt fuq |
7.1.2.1. |
Il-manikin għandu jkun mgħammar b’wieħed mill-apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija kif jixraq, u kif deskritt fl-Anness 21 ta’ dan ir-Regolament. Poġġi l-manikin fit-trażżin installat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u filwaqt li jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bir-reħa standard kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. ta’ hawn taħt, applikata għas-sistemi kollha bl-istess mod. |
7.1.2.2. |
It-trażżin għandu jintrabat mas-sit tat-test jew mas-sit tal-vettura. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba sħiħa għandha tiddawwar fuq assi orizzontali li jinsab fil-pjan medjan lonġitudinali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’angolu ta’ 540°± 5° b’veloċità ta’ 2-5 grad/sekonda u titwaqqaf f’din il-pożizzjoni. Għall-finijiet ta’ dan it-test, l-apparati li huma previsti biex jintużaw f’karrozzi speċifiċi jistgħu jitqabbdu mal-bank tat-test deskritt fl-Anness 6. |
7.1.2.3. |
F’din il-pożizzjoni statika invertita, għandha tiġi applikata vertikalment ’l isfel massa ekwivalenti għal 4 darbiet dik tal-manikin, b’tolleranza ta’ -0/+5 fil-mija b’referenza għall-mases nominali tal-manikini kif indikat fl-Anness 8, fi pjan perpendikulari mal-assi tar-rotazzjoni flimkien mal-manikin bl-użu tal-apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija deskritt fl-Anness 21. It-tagħbija għandha tiġi applikata b’mod ikkontrollat u gradwali b’rata li ma taqbiżx l-aċċellerazzjoni gravitazzjonali jew 400 mm/min. Żomm it-tagħbija massima preskritta għal tul ta’ 30 -0/+5 sekonda. |
7.1.2.4. |
Neħħi t-tagħbija b’rata ta’ mhux aktar minn 400 mm/min u kejjel l-ispostament residwu. |
7.1.2.5. |
Dawwar is-sit kollu għal 180° biex tirritorna fil-pożizzjoni tal-bidu. |
7.1.2.6. |
Dan iċ-ċiklu tat-test għandu jerġa’ jitwettaq b’rotazzjoni fid-direzzjoni l-opposta. Bl-assi tar-rotazzjoni fil-pjan orizzontali u f’angolu ta’ 90° ma’ dak taż-żewġ testijiet preċedenti, il-proċedura għandha terġa’ tiġi ripetuta fiż-żewġ direzzjonijiet tar-rotazzjoni. |
7.1.2.7. |
It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw kemm l-iżgħar kif ukoll l-akbar manikini xierqa għall-medda ta’ daqsijiet li għaliha huwa intiż l-apparat tat-trażżin. Mhu permess l-ebda aġġustament tal-manikin jew tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waqt iċ-ċiklu tat-test sħiħ. |
7.1.3. |
Ittestjar dinamiku għal impatt minn quddiem, minn wara u laterali:
|
7.1.3.1. |
Testijiet fuq it-troli u fuq il-bank tat-test |
7.1.3.1.1. |
Testijiet tal-impatt frontali. |
7.1.3.1.1.1. |
It-troli u l-bank tat-test li jintużaw fit-test dinamiku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. |
7.1.3.1.1.2. |
It-troli għandu jibqa’ orizzontali l-ħin kollu waqt id-deċellerazzjoni jew l-aċċellerazzjoni. |
7.1.3.1.1.3. |
Il-bank tat-test għandu jiddawwar f’angolu ta’ 180° meta t-test ikun qed isir f’konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt minn wara. |
7.1.3.1.1.4. |
Waqt test ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura maħsuba biex tintuża fuq is-sit ta’ quddiem, id-dashboard tal-vettura għandu jiġi rappreżentat permezz ta’ żbarra riġida mwaħħla mat-troli b’tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
7.1.3.1.1.5. |
Apparat tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni
L-applikant jista’ jagħżel li juża wieħed minn dawn iż-żewġ apparati: |
7.1.3.1.1.5.1. |
Id-deċellerazzjoni tat-troli għandha tinkiseb billi jintuża l-apparat preskritt fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe apparat ieħor li jipproduċi riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkun kapaċi jilħaq il-prestazzjoni speċifikata fil-paragrafu 7.1.3.4. u speċifikata hawn taħt:
|
7.1.3.1.1.5.2. |
Apparat għat-test tal-aċċellerazzjoni
Kundizzjonijiet għat-test dinamiku:
|
7.1.3.1.1.6. |
Għandu jsir dan il-kejl: |
7.1.3.1.1.6.1. |
Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien); |
7.1.3.1.1.6.2. |
Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni reġistrata tal-islitta; |
7.1.3.1.1.6.3. |
L-ispostament tar-ras tal-manikin fid-direzzjoni vertikali u orizzontali għat-testijiet bil-manikini Q kollha meħtieġa għall-indikazzjoni i-Size mogħtija għal mill-inqas l-ewwel 300 ms; |
7.1.3.1.1.6.4. |
Il-parametri meħtieġa biex issir il-valutazzjoni tal-korriment skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq għal mill-inqas l-ewwel 300 ms; |
7.1.3.1.1.6.5. |
L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli għal mill-inqas l-ewwel 300 ms. |
7.1.3.1.1.7. |
Wara l-impatt, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi spezzjonata viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur. |
7.1.3.1.2. |
Impatt minn wara |
7.1.3.1.2.1. |
Il-bank tat-test għandu jiddawwar 180° meta jkun qed jiġi ttestjat għall-konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt minn wara. |
7.1.3.1.2.2. |
Meta trażżin għat-tfal li jħares lura intiż biex jintuża fis-sit ta’ quddiem ikun qed jiġi ttestjat, id-dashboard tal-vettura għandu jiġi rappreżentat permezz ta’ żbarra riġida mwaħħla mat-troli b’tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fit-trażżin għat-tfal. |
7.1.3.1.2.3. |
Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2 tal-Anness 7.
Il-kundizzjonijiet tal-aċċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2 tal-Anness 7. |
7.1.3.1.2.4. |
Il-kejl li jrid isir għandu jkun simili għal dak elenkat fil-paragrafi 7.1.3.1.1.4. sa 7.1.3.1.1.5. ta’ hawn fuq. |
7.1.3.1.3. |
Impatt laterali |
7.1.3.1.3.1. |
Il-bank tat-test għandu jiddawwar 90° meta t-test ikun qed isir f’konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt laterali. |
7.1.3.1.3.2 |
Jenħtieġ li l-ankraġġi ISOFIX inferjuri jkunu jistgħu jiċċaqilqu fid-direzzjoni Y biex ma ssirx ħsara lill-partijiet ta’ twaħħil u lit-tagħmir tat-test. L-ankraġġi ISOFIX għandhom jiġu mmuntati fuq sistema li tiżżerżaq li tippermetti moviment ta’ 200 mm -0 mm +50 mm. Meta mkejla b’dinamometru b’rata ta’ 600-1 200 mm/min ippożizzjonat fuq pjan parallel mal-wiċċ li jiżżerżaq u allinjat mal-assi ċentrali tal-wiċċ li jiżżerżaq, il-forza meħtieġa biex iċċaqlaq is-sistema li tiżżerżaq (iż-żewġ ankraġġi flimkien) tul il-medda kollha tagħha, ma għandhiex taqbeż 100N. Din il-verifika għandha ssir kull 50 test jew kull 6 xhur skont liema jiġi l-ewwel.
|
7.1.3.1.3.3. |
It-tagħbija tal-impatt laterali fuq l-ECRS għandha tiġi ġġenerata minn pannell ta’ bieba kif definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-wiċċ tal-pannell għandu jkun kopert bil-padding kif speċifikat fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6. |
7.1.3.1.3.4. |
It-tagħmir tat-test għandu jirriproduċi veloċità relattiva bejn il-pannell tal-bieba u l-bank tat-test f’konformità mal-Appendiċi 3 tal-Anness 7. Il-fond massimu tal-intrużjoni tal-pannell tal-bieba huwa definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-veloċità relattiva bejn il-pannell tal-bieba u l-bank tat-test ma għandhiex tiġi affettwata minn kuntatt mal-ECRS u għandha tibqa’ fil-kuritur definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 7. F’test fejn il-bieba tkun wieqfa fil-ħin t0, il-bieba għandha tkun fissa u l-veloċità fuq l-art tal-manikin f’t0 għandha tkun bejn 6,375 m/s u 7,25 m/s. F’test fejn il-bieba tkun miexja f’t0, il-veloċità fuq l-art tal-bieba għandha tibqa’ fi ħdan il-kuritur definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 7, għall-inqas sakemm tilħaq il-punt massimu ta’ intrużjoni tagħha, u l-manikin, f’t0, għandu jkun wieqaf. |
7.1.3.1.3.5. |
Fil-ħin t0 definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 7, il-manikin għandu jkun fil-pożizzjoni inizjali tiegħu kif definit fil-paragrafu 7.1.3.5.2.1. ta’ hawn taħt. |
7.1.3.2. |
Test fuq it-troli u fuq il-karozzerija tal-vettura |
7.1.3.2.1. |
Għal testijiet tal-impatt frontali |
7.1.3.2.1.1. |
Il-metodu użat biex jimblokka l-vettura waqt it-test ma għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi tas-sits tal-vettura, iċ-ċinturini tas-sikurezza għall-adulti u kwalunkwe ankraġġ addizzjonali meħtieġ biex iqabbad it-trażżin għat-tfal jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura. L-ebda parti mill-vettura li, bil-preżenza tagħha, tista’ tillimita l-moviment tal-manikin, ma għandha tnaqqas it-tagħbija imposta fuq it-trażżin għat-tfal waqt it-test. Il-partijiet eliminati tal-istruttura jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta’ reżistenza ekwivalenti, sakemm dawn ma jfixklux il-moviment tal-manikin. |
7.1.3.2.1.2. |
Apparat tas-sigurtà għandu jiġi meqjus bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq iż-żona li testendi tul il-wisa’ kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura tkun imblukkata jew fissa minn quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ tas-sistema tat-trażżin. Fuq in-naħa ta’ wara l-istruttura għandha tintrabat sew f’distanza suffiċjenti wara l-ankraġġ biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 7.1.3.2.1.1. ta’ hawn fuq jiġu ssodisfati. |
7.1.3.2.1.3. |
Is-sit tal-vettura u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu installati u jitqiegħdu f’pożizzjoni magħżula mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni li toffri l-kundizzjonijiet ta’ reżistenza l-aktar sfavorevoli li huma kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura u tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu deskritti fir-rapport. Id-dahar tas-sit tal-vettura, jekk l-inklinazzjoni tiegħu tkun tista’ tiġi rregolata, għandu jiġi llokkjat kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ ebda speċifikazzjoni, f’angolu effettiv li l-aktar iqarreb il-25°. |
7.1.3.2.1.4. |
Sakemm l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u dwar l-użu ma jitolbux mod ieħor, is-sit ta’ quddiem għandu jitqiegħed fl-aktar pożizzjoni avvanzata li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża fuq is-sit ta’ quddiem, u fl-aktar pożizzjoni lura li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża fuq is-sits ta’ wara. |
7.1.3.2.1.5. |
Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.3.4. ta’ hawn taħt. Il-bank tat-test ikun is-sit tal-vettura nnifisha. |
7.1.3.2.1.6. |
Għandu jsir dan il-kejl: |
7.1.3.2.1.6.1. |
Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien); |
7.1.3.2.1.6.2. |
Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni reġistrata tal-islitta; |
7.1.3.2.1.6.3. |
Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin mal-intern tal-karozzerija tal-vettura; |
7.1.3.2.1.6.4. |
Il-parametri meħtieġa biex issir il-valutazzjoni tal-korriment skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq għal mill-inqas l-ewwel 300 ms; |
7.1.3.2.1.6.5. |
L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli u tal-karozzerija tal-vettura għal mill-inqas l-ewwel 300 ms. |
7.1.3.2.1.7. |
Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara. |
7.1.3.2.2. |
Għal testijiet tal-impatt minn wara |
7.1.3.2.2.1. |
Il-karozzerija tal-vettura għandha u tiddawwar 180° fuq it-troli tat-test. |
7.1.3.2.2.2. |
Għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-impatt frontali (il-paragrafi 7.1.3.2.1.1. sa 7.1.3.2.1.5. ta’ hawn fuq). |
7.1.3.3. |
Test b’vettura kompluta |
7.1.3.3.1. |
Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.3.4. ta’ hawn taħt. |
7.1.3.3.2. |
Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt frontali għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament. |
7.1.3.3.3. |
Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt minn wara għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament. |
7.1.3.3.4. |
Għandu jsir dan il-kejl: |
7.1.3.3.4.1. |
Il-veloċità tal-vettura/impattur immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien); |
7.1.3.3.4.2. |
Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin mal-intern tal-vettura; |
7.1.3.3.4.3. |
Il-parametri meħtieġa biex issir il-valutazzjoni tal-korriment abbażi tal-kriterji kif imsemmi fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq għal mill-inqas l-ewwel 300 ms. |
7.1.3.3.5. |
Is-sits ta’ quddiem, jekk l-inklinazzjoni tad-dahar tagħhom tkun tista’ tiġi rregolata, għandhom jiġu llokkjati kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ ebda speċifikazzjoni, f’angolu effettiv li l-aktar iqarreb il-25°. |
7.1.3.3.6. |
Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur. |
7.1.3.4. |
Il-kundizzjonijiet għat-test dinamiku huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 6:
Tabella 6
Didaskalija: Impuls tat-Test Nru 1 – Kif preskritt fl-Anness 7 / l-Appendiċi 1 – Impatt frontali. Impuls tat-Test Nru 2 – Kif preskritt fl-Anness 7 / l-Appendiċi 2 – Impatt minn wara. Kurva tal-kuritur tal-veloċità tat-test Nru 3 – Kif preskritt fl-Anness 7 / l-Appendiċi 3 – Impatt laterali TBD: għandu jiġi ddefinit MA: mhux applikabbli |
7.1.3.5. |
Manikini użati għat-testijiet dinamiċi |
7.1.3.5.1. |
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi ttestjata bl-użu tal-manikini preskritti fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament. |
7.1.3.5.2. |
Installazzjoni għal impatti frontali , minn wara u mill-ġenb. |
7.1.3.5.2.1. |
Installazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-tfal Imtejba Universali Integrali (i-Size), jew ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Integrali għal Vetturi Speċifiċi fuq il-bank tat-test.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX mingħajr manikin għandha titqabbad mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX. It-tqabbid tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX mal-ankraġġi ISOFIX ta’ isfel għandu jkun permess sabiex is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr manikin tinġibed lejn dawk l-ankraġġi. Għandha tiġi applikata forza addizzjonali ta’ 135 ± 15N fuq pjan parallel mal-wiċċ tal-kuxin tas-sit tat-test. Il-forza għandha tiġi applikata tul il-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u f’għoli ta’ mhux aktar minn 100 mm ’il fuq mill-kuxin. Jekk preżenti, iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq għandha tiġi aġġustata sabiex tikseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 ± 5N. Alternattivament, u jekk preżenti, is-sieq ta’ appoġġ għandha tiġi aġġustata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi allinjata mal-linja taċ-ċentru tal-bank tat-test. Il-manikin għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u maqtugħ mid-dahar tas-sit tas-siġġu permezz ta’ spazjatur flessibbli. L-ispazjatur għandu jkun oħxon 2,5 cm u wiesgħa 6 cm. It-tul tiegħu għandu jkun daqs l-għoli tal-ispalla nieqes l-għoli tal-koxxa, kemm fil-pożizzjoni bilqiegħda kif ukoll relattiv għad-daqs tal-manikin li jkun qed jiġi ttestjat. L-għoli riżultanti tal-ispazjatur huwa elenkat fit-tabella ta’ hawn taħt għal manikini ta’ daqsijiet differenti. Jenħtieġ li l-bord ikun kemm jista’ jkun simili għall-kurvatura tas-siġġu u jenħtieġ li t-tarf t’isfel tiegħu jkun fl-istess għoli tal-ġog tal-ġenbejn tal-manikin. Tabella 7
Aġġusta ċ-ċinturin tal-ECRS f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma b’tensjoni ta’ 250 ± 25 N aktar mill-forza tal-aġġustatur, b’angolu ta’ deflessjoni taċ-ċinga fl-aġġustatur ta’ 45 ± 5°, jew alternattivament bl-angolu rakkomandat mill-manifattur. Imbagħad, l-ispazjatur għandu jitneħħa u l-manikin jiġi mbuttat lejn id-dahar tas-sit. Qassam il-parti merħija b’mod uniformi tul iċ-ċinga integrali. Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jiġi ssettjat biex ikun fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi inferjuri taċ-ċinturin tal-ECRS, madankollu għandu jitqies ukoll dak indikat fil-paragrafu 7.1.3.2.1.3. ta’ hawn fuq. |
7.1.3.5.2.2. |
Installazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali fuq il-bank tat-test.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali mingħajr manikin għandha titqiegħed fuq il-bank tat-test. Jekk preżenti u ttestjati, it-tqabbid tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX mal-ankraġġi ISOFIX inferjuri għandu jkun permess sabiex is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr manikin tinġibed lejn dawn l-ankraġġi. Għandha tiġi applikata forza addizzjonali ta’ 135 ± 15 N fuq pjan parallel mal-wiċċ tal-kuxin tas-sit tat-test. Il-forza għandha tiġi applikata tul il-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u f’għoli ta’ mhux aktar minn 100 mm ’il fuq mill-kuxin tas-sit tal-bank tat-test. Il-manikin għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.
Iffittja ċ-ċellula ta’ tagħbija 1 lejn in-naħa ta’ barra kif muri fl-Illustrazzjoni 6. Installa s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni t-tajba. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’apparat tal-qfil li jaġixxi fuq iċ-ċinturin dijagonali, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 f’pożizzjoni konvenjenti wara s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bejn l-apparat tal-qfil u l-bokkla kif muri hawn fuq. Jekk is-sistema ma tkunx mgħammra b’apparat tal-qfil jew jekk l-apparat tal-qfil ikun installat mal-bokkla, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija f’pożizzjoni konvenjenti bejn it-taljola u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Aġġusta l-parti addominali taċ-ċinturin ta’ referenza biex tikseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fiċ-ċellula ta’ tagħbija 1. Agħmel marka bil-ġibs fuq iċ-ċinturin fejn jgħaddi minn ġol-bokkla ssimulata. Filwaqt li żżomm iċ-ċinturin f’din il-pożizzjoni, aġġusta ċ-ċinturin dijagonali biex tikseb tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fuq iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 billi tillokkja ċ-ċinturin bil-locker taċ-ċinturin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew inkella billi tiġbed iċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar taċ-ċinturin u r-ritrattatur standard. Jekk it-tensjoni fiċ-ċellula tat-tagħbija 2 tinkiseb bil-ġbid taċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar u r-ritrattatur, issa l-mekkaniżmu tal-ikklampjar għandu jiġi llokkjat. Oħroġ iċ-ċinturin kollu mir-rukkell tar-ritrattatur u kebbeb iċ-ċinturin żejjed billi żżomm tensjoni ta’ 4 ± 3 N fiċ-ċinturin bejn ir-ritrattatur u t-taljola. Ir-rukkell għandu jiġi llokkjat qabel isir it-test dinamiku. Wettaq it-test dinamiku tal-ħbit. |
7.1.3.5.2.3. |
Installazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali tal-kategorija sits “Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali” jew sits “Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi” fuq il-bank tat-test.
Is-Sistema tat-Trażżin tat Sistema li tintrabat b’Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura mingħajr manikin għandha titqiegħed fuq il-bank tat-test. Iffittja ċ-ċellula ta’ tagħbija 1 lejn in-naħa ta’ barra kif muri fl-Illustrazzjoni 1. Installa s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni t-tajba. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’apparat tal-qfil li jaġixxi fuq iċ-ċinturin dijagonali, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 f’pożizzjoni konvenjenti wara s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bejn l-apparat tal-qfil u l-bokkla kif muri hawn fuq. Jekk is-sistema ma tkunx mgħammra b’apparat tal-qfil jew jekk l-apparat tal-qfil ikun installat mal-bokkla, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija f’pożizzjoni konvenjenti bejn it-taljola u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Aġġusta l-parti addominali taċ-ċinturin ta’ referenza biex tikseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fiċ-ċellula ta’ tagħbija 1. Agħmel marka bil-ġibs fuq iċ-ċinturin fejn jgħaddi minn ġol-bokkla ssimulata. Filwaqt li żżomm iċ-ċinturin f’din il-pożizzjoni, aġġusta ċ-ċinturin dijagonali biex tikseb tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fuq iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 billi tillokkja ċ-ċinturin bil-locker taċ-ċinturin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew inkella billi tiġbed iċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar taċ-ċinturin u r-ritrattatur standard. Jekk it-tensjoni fiċ-ċellula tat-tagħbija 2 tinkiseb bil-ġbid taċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar u r-ritrattatur, issa l-mekkaniżmu tal-ikklampjar għandu jiġi llokkjat. Oħroġ iċ-ċinturin kollu mir-rukkell tar-ritrattatur u kebbeb iċ-ċinturin żejjed billi żżomm tensjoni ta’ 4 ± 3 N fiċ-ċinturin bejn ir-ritrattatur u t-taljola. Ir-rukkell għandu jiġi llokkjat qabel isir it-test dinamiku. Il-manikin għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u maqtugħ mid-dahar tas-sit tas-siġġu permezz ta’ spazjatur flessibbli. L-ispazjatur għandu jkun oħxon 2.5 cm u wiesgħa 6 cm. It-tul tiegħu għandu jkun daqs l-għoli tal-ispalla nieqes l-għoli tal-koxxa, kemm fil-pożizzjoni bilqiegħda kif ukoll relattiv għad-daqs tal-manikin li jkun qed jiġi ttestjat. L-għoli riżultanti tal-ispazjatur huwa elenkat fit-tabella ta’ hawn taħt għal manikini ta’ daqsijiet differenti. Jenħtieġ li l-bord ikun kemm jista’ jkun simili għall-kurvatura tas-sit u jenħtieġ li t-tarf t’isfel tiegħu jkun fl-istess għoli tal-ġog tal-ġenbejn tal-manikin. Tabella 7
Aġġusta ċ-ċinturin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma għal tensjoni ta’ 250 ± 25 N aktar mill-forza meħtieġa biex tingħeleb il-frizzjoni bejn iċ-ċinturin u l-aġġustatur, b’angolu ta’ deflessjoni taċ-ċinga fl-aġġustatur ta’ 45 ± 5°, jew alternattivament bl-angolu rakkomandat mill-manifattur. Imbagħad, l-ispazjatur għandu jitneħħa u l-manikin jiġi mbuttat lejn id-dahar tas-sit. Qassam il-parti merħija b’mod uniformi tul iċ-ċinga integrali. Fil-każ ta’ benniena għat-trabi li tinġarr, il-manikin għandu jiġi mrażżan fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba qabel ma tiġi installata fuq il-bank tat-test. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha tal-paragrafu għandhom jiġu ssodisfati kif deskritt hawn fuq. |
7.1.3.5.2.4. |
Wara l-installazzjoni
Wara l-installazzjoni, il-pożizzjoni tal-manikin għandha tiġi aġġustata sabiex: Il-linja taċ-ċentru tal-manikin u l-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jkunu eżattament allinjati mal-linja taċ-ċentru tal-bank tat-test. Id-dirgħajn tal-manikin għandhom jiġu ppożizzjonati b’mod simetriku. Il-minkbejn għandhom jiġu ppożizzjonati b’tali mod li l-partijiet ta’ fuq tad-dirgħajn ikunu kważi allinjati mal-isternu. L-idejn għandhom jiġu ppożizzjonati fuq il-koxox. Is-saqajn għandhom jiġu ppożizzjonati b’mod parallel għal xulxin jew tal-inqas b’mod simetriku. Għall-impatti laterali, għandhom jittieħdu miżuri pożittivi biex tiġi żgurata li l-istabbiltà tal-manikin tinżamm sa t0 u din għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ analiżi bil-vidjo. Kwalunkwe mezz li jintuża biex jiġi stabilizzat il-manikin qabel t0 ma għandux jinfluwenza l-kinematika tal-manikin wara t0. Minħabba li l-fowm tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test jikkompressa wara l-installazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, it-test dinamiku għandu jsir mhux aktar minn 10 minuti wara l-installazzjoni. Biex il-kuxin tas-sit tal-bank tat-test ikun jista’ jerġa’ jikseb il-forma tiegħu, il-perjodu minimu bejn żewġ testijiet li jużaw l-istess kuxin tas-sit tal-bank tat-test għandu jkun ta’ 20 minuta. Eżempju ta’ allinjament tad-dirgħajn:
|
7.1.3.6. |
Indikazzjoni tad-daqs
It-testijiet dinamiċi għandhom jitwettqu bl-akbar manikin u bl-iżgħar manikin kif definit fit-tabelli li ġejjin skont il-medda ta’ daqsijiet indikata mill-manifattur għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Tabella 8 Kriterji għall-għażla tal-manikin skont il-medda
Fejn is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba teħtieġ modifika sostanzjali għal daqsijiet differenti (eż. Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba konvertibbli) jew jekk il-medda ta’ daqsijiet tkopri aktar minn tlett meded ta’ daqsijiet, minbarra l-manikini definiti hawn fuq għandhom jiġu ttestjati manikini intermedjarji rilevanti. |
7.1.3.6.1. |
Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun maħsuba għal żewġt itfal jew aktar, għandu jsir test wieħed fejn il-postijiet bilqiegħda kollha jkunu okkupati mill-itqal manikini. Għandu jsir test ieħor bl-eħfef u bl-itqal manikini speċifikati hawn fuq. It-testijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-bank tat-test kif muri fl-Illustrazzjoni 3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-laboratorju li jwettaq it-testijiet jista’, jekk iqis opportun, iżid test ieħor bi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ manikini jew pożizzjonijiet ta’ sits vojta. |
7.1.3.6.2. |
Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tuża ċinga tal-irbit ta’ fuq, għandu jsir test wieħed bl-iżgħar manikin biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq fl-iqsar tul tagħha (il-punt ta’ ankraġġ G1). It-tieni test għandu jsir bl-itqal manikin biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq fl-itwal daqs tagħha (il-punt ta’ ankraġġ G2). Aġġusta ċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq biex tinkiseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 ± 5 N. Għall-impatt laterali, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandha tiġi ttestjata biss biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq fl-iżgħar daqs tagħha. |
7.1.3.6.3. |
Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tuża sieq ta’ appoġġ bħala apparat antirotazzjoni, it-testijiet dinamiċi msemmija hawn taħt għandhom isiru kif ġej:
|
7.1.3.6.4. |
It-test speċifikat fil-paragrafu 6.6.4.1.6.2. ta’ hawn fuq għandu jsir biss bl-ikbar manikin li għalih huwa ddisinjat it-trażżin għat-tfal. |
7.1.3.6.5. |
It-test speċifikat fi 6.6.4.1.8. ta’ hawn fuq għandu jsir biss: |
7.1.3.6.5.1. |
Bl-iżgħar manikin li għalih huwa ddiżinjat it-Trażżin għat-Tfal Imtejjeb, jekk il-mezz ta’ trażżin huwa lqugħ għall-protezzjoni kontra impatti. |
7.1.3.6.5.2. |
Bl-akbar manikin li għalih huwa ddisinjat it-Trażżin għat-Tfal Imtejjeb, jekk il-mezz ta’ trażżin huwa ċinga integrali. |
7.1.3.7. |
Trażżin tas-sits ta’ sostenn
Poġġi biċċa drapp tal-qoton fuq is-superfiċe tas-sit tal-bank tat-test. Ippożizzjona s-sit ta’ sostenn fuq il-bank tat-test, poġġi l-blokka tal-parti t’isfel tat-torso kif deskritt fl-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 26, fuq is-superfiċe tas-sit, iffittja u applika ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti bi tliet ankraġġi u t-tensjoni kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.5.2.2. B’biċċa ċinga wiesa’ 25 mm jew simili, marbuta madwar il-booster, applika tagħbija ta’ 250 ± 5 N fid-direzzjoni tal-vleġġa A (ara l-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 26), f’linja mas-superfiċe tas-sit tal-bank tat-test. Is-sit ta’ sostenn ma għandux jinġibed kompletament miċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti bi tliet ankraġġi u għandu jibqa’ taħt il-blokka tal-ġisem matul it-test. |
7.2. |
Testijiet tal-komponenti individwali |
7.2.1. |
Bokkla |
7.2.1.1. |
Test tal-ftuħ taħt tagħbija |
7.2.1.1.1. |
Għal dan it-test għandha tintuża Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tkun diġà ġiet sottoposta għat-test dinamiku speċifikat fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn fuq. |
7.2.1.1.2. |
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha titneħħa minn fuq il-bank tat-test jew minn fuq il-vettura mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Għandha tiġi applikata tensjoni ta’ 200 ± 2 N fuq il-bokkla. Jekk il-bokkla tkun imwaħħla ma’ parti riġida, il-forza għandha tiġi applikata billi jiġi riprodott l-angolu li jinħoloq bejn il-bokkla u dik il-parti riġida waqt it-test dinamiku. |
7.2.1.1.3. |
F’veloċità ta’ 400 ± 20 mm/min għandha tiġi applikata tagħbija fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna għar-rilaxx tal-bokkla tul assi fiss parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tas-superfiċe tal-bokkla li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni biex din tiġi rilaxxata. Il-bokkla għandha tkun marbuta sew ma’ appoġġ riġidu waqt l-applikazzjoni tal-forza tal-ftuħ. |
7.2.1.1.4. |
Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha tiġi applikata permezz ta’ dinamometru jew apparat simili bil-mod u fid-direzzjoni ta’ użu normali. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall ippolixxjat, b’raġġ ta’ 2,5 ± 0,1 mm. |
7.2.1.1.5. |
Il-forza għall-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel u għandha tiġi nnotata kwalunkwe ħsara. |
7.2.1.2. |
Test tal-ftuħ mingħajr tagħbija |
7.2.1.2.1. |
Matura ta’ bokkla li preċedentement ma kinitx sottoposta għal tagħbija għandha tintrama u jitqiegħed taħt kundizzjoni ta’ “ebda tagħbija”. |
7.2.1.2.2. |
Il-metodu tal-kejl tal-forza għall-ftuħ tal-bokkla għandu jkun kif preskritt fil-paragrafi 7.2.1.1.3. u 7.2.1.1.4. ta’ hawn fuq. |
7.2.1.2.3. |
Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel. |
7.2.1.3. |
Test tar-reżistenza |
7.2.1.3.1. |
Għat-test tar-reżistenza għandhom jintużaw żewġ kampjuni. Fit-test jiġu inklużi l-aġġustaturi kollha, għajr dawk immuntati direttament fuq Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
7.2.1.3.2. |
L-Anness 16 juri apparat tipiku għal test tar-reżistenza tal-bokkla. Il-bokkla titqiegħed fuq il-pjanċa tonda ta’ fuq (A) fl-abbon. Iċ-ċineg kollha ta’ ħdejha għandhom tul ta’ mill-inqas 250 mm u jiġu rranġati mdendlin ’l isfel mill-pjanċa ta’ fuq rispettivament għall-pożizzjoni tagħhom mal-bokkla. It-truf liberi taċ-ċineg imbagħad jiġu mdawra madwar il-pjanċa tonda inferjuri (B) sakemm joħorġu mill-apertura interna tal-pjanċa. Bejn A u B, iċ-ċineg kollha għandhom ikunu vertikali. Il-pjanċa tonda ta’ mblukkar (C) imbagħad tiġi kklampjata ħafif mal-wiċċ inferjuri ta’ (B), b’tali mod li xorta tippermetti ċertu moviment taċ-ċinga bejniethom. Permezz ta’ forza żgħira fil-magna tat-tensjoni, iċ-ċineg jiġu stirati u jinġibdu bejn (B) u (C) sakemm iċ-ċineg kollha jitgħabbew skont l-arranġament rispettiv tagħhom. Il-bokkla ma għandhiex tmiss il-pjanċa (A) jew xi parti minn (A) matul din l-operazzjoni u waqt it-test innifsu. Imbagħad (B) u (C) jiġu kklampjati sew flimkien u l-forza tensili tiżdied b’veloċità trasversali ta’ 100 ± 20 mm/min, sakemm jintlaħqu l-valuri meħtieġa. |
7.2.2. |
Apparat għall-aġġustament |
7.2.2.1. |
Faċilità ta’ aġġustament |
7.2.2.1.1. |
Meta jiġi ttestjat apparat għall-aġġustament manwali, iċ-ċinga għandha tinġibed bil-mod minn ġol-apparat għall-aġġustament, b’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet normali ta’ użu, b’rata ta’ 100 ± 20 mm/min u l-forza massima għandha titkejjel sal-eqreb valur sħiħ ta’ N wara l-ewwel 25 ± 5 mm ta’ moviment taċ-ċinga. |
7.2.2.1.2. |
It-test għandu jitwettaq fiż-żewġ direzzjonijiet li fihom timxi ċ-ċinga minn ġol-apparat, u qabel ma jsir il-kejl, iċ-ċinga għandha tkun ġiet sottoposta għal 10 ċikli sħaħ. |
7.2.3. |
Test tal-mikroslip (ara l-Illustrazzjoni 3 tal-Anness 5) |
7.2.3.1. |
Il-komponenti jew l-apparati li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-mikroslip għandhom jinżammu għal mill-inqas 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 20 ± 5 C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija. It-test għandu jsir f’temperatura ta’ bejn 15 °C u 30 °C. |
7.2.3.2. |
It-tarf liberu taċ-ċinga għandu jiġi rranġat fl-istess pożizzjoni bħal meta l-apparat ikun qed jintuża fil-vettura, mingħajr ma jkun imwaħħal ma’ ebda parti oħra. |
7.2.3.3. |
L-apparat għall-aġġustament għandu jitqiegħed fuq parti vertikali taċ-ċinga li tarf minnha tkun mgħobbija b’50 ± 0,5 N (iggwidata b’tali mod li t-tagħbija ma tkunx tista’ titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx). It-tarf liberu taċ-ċinga mill-apparat għall-aġġustament għandu jitwaħħal vertikalment ’il fuq jew ’l isfel kif ikun fil-vettura. It-tarf l-ieħor għandu jgħaddi minn fuq romblu diflettur bl-assi orizzontali tiegħu parallel għall-pjan tal-parti taċ-ċinga li ssostni t-tagħbija, u l-parti li tgħaddi minn fuq ir-romblu għandha tkun orizzontali. |
7.2.3.4. |
L-apparat li jkun qed jiġi ttestjat għandu jiġi rranġat b’tali mod li ċ-ċentru tiegħu, fl-ogħla pożizzjoni li fiha jista’ jittella’, ikun 300 ± 5 mm minn mejda tal-appoġġ, u t-tagħbija ta’ 50 N għandha tkun 100 ± 5 mm minn dik il-mejda tal-appoġġ. |
7.2.3.5. |
Imbagħad għandhom isiru 20 ± 2 ċikli ta’ qabel it-test u 1 000 ± 5 ċikli addizzjonali bi frekwenza ta’ 30 ± 10 ċikli fil-minuta, b’amplitudni totali ta’ 300 ± 20 mm jew kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.5.2.6.2. ta’ hawn fuq. It-tagħbija ta’ 50 N għandha tiġi applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għal spostament ta’ 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu. Il-mikroslip għandu jitkejjel mill-pożizzjoni fl-aħħar tal-20 ċiklu ta’ qabel it-test. |
7.2.4. |
Ritrattatur |
7.2.4.1. |
Forza ta’ ritrazzjoni |
7.2.4.1.1. |
Il-forzi ta’ ritrazzjoni għandhom jitkejlu biċ-ċinturin tal-ECRS imqabbad ma’ manikin bħal fit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn fuq. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt ta’ kuntatt mal-manikin (iżda bla ma tmissu) waqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura b’rata ta’ madwar 0,6 m/min. |
7.2.4.2. |
Reżistenza tal-mekkaniżmu tar-ritrattatur |
7.2.4.2.1. |
Iċ-ċinga għandha tinġibed u titħalla tinġibed lura għall-għadd meħtieġ ta’ ċikli b’rata ta’ mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta. Fil-każ ta’ ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza, kull ħames ċiklu għandu jiġi introdott skoss li jġiegħel lir-ritrattatur jillokkja. L-istess ammont ta’ skossi jsiru f’ħames punti ta’ estrazzjoni differenti, li jikkorrispondu għal 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga li jkun għad fadal fuq ir-ritrattatur. Madankollu, meta t-tul taċ-ċinga jaqbeż id-900 mm il-perċentwal ta’ hawn fuq għandu jirreferi għall-aħħar 900 mm taċ-ċinga li tista’ tiġi tinġibed mir-ritrattatur. |
7.2.4.3. |
Illokkjar ta’ ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza |
7.2.4.3.1. |
Ir-ritrattatur għandu jiġi ttestjat darba għall-illokkjar, meta t-tul taċ-ċinga jkun ġie maħlul kollu għajr nieqes 300 ± 3 mm. |
7.2.4.3.2. |
Fil-każ ta’ ritrattaturi li jiġu attivati mill-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha sseħħ fid-direzzjoni normali tagħha daqslikieku r-ritrattatur kien installat f’vettura. |
7.2.4.3.3. |
Meta r-ritrattaturi jkunu qed jiġu ttestjati għas-sensittività tagħhom għall-aċċellerazzjonijiet tal-vettura, it-testijiet għandhom isiru fuq it-tul tal-estrazzjoni ta’ hawn fuq, fiż-żewġ direzzjonijiet, tul żewġ assi perpendikolari għal xulxin li jkunu orizzontali jekk ir-ritrattaturi jkunu se jiġu installati f’vettura kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Meta din il-pożizzjoni ma tiġix speċifikata, l-awtorità tal-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jagħżel waħda minn dawn id-direzzjonijiet tat-test li tirrapreżenta l-aktar kundizzjonijiet sfavorevoli fir-rigward tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu tal-illokkjar. |
7.2.4.3.4. |
Id-disinn tal-apparat użat għandu jkun tali li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata b’rata ta’ żieda medja ta’ aċċellerazzjoni ta’ mill-inqas 25 g/s. (6) |
7.2.4.3.5. |
Għall-ittestjar tal-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.7.3.2.1.3. u 6.7.3.2.1.4. ta’ hawn fuq ir-ritrattatur għandu jiġi mmuntat fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi inklinata f’veloċità ta’ mhux aktar minn 2° kull sekonda sakemm ir-ritrattatur jillokkja. It-test għandu jiġi ripetut b’inklinazzjoni fid-direzzjonijiet l-oħra sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti huma ssodisfati. |
7.2.4.4. |
Test tal-korrużjoni |
7.2.4.4.1. |
It-testijiet tal-korrużjoni għandhom isiru skont il-paragrafu 7.1.1. ta’ hawn fuq. |
7.2.4.5. |
Test tar-reżistenza għat-trab |
7.2.4.5.1. |
Ir-ritrattatur għandu jiġi ppożizzjonat f’kompartiment tat-test kif deskritt fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. Għandu jiġi mmuntat f’orjentazzjoni simili għal kif ikun armat fil-vettura. Il-kompartiment tat-test għandu jkun fih it-trab kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.5.2. ta’ hawn taħt. Tul ta’ 500 mm ta’ ċinga għandu jinġibed mir-ritrattatur u għandu jinżamm ’il barra, ħlief li għandu jiġi sottopost għal 10 ċikli kompluti ta’ ritrazzjoni u ta’ estrazzjoni fi żmien minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab. Għal perjodu ta’ ħames sigħat, it-trab għandu jiġi aġitat kull 20 minuta għal ħames sekondi permezz ta’ arja kompressata ħielsa miż-żejt u mill-umdità bi pressjoni mkejla ta’ 5,5 ± 0,5 bar li tidħol minn fetħa b’dijametru ta’ 1,5 ± 0,1 mm. |
7.2.4.5.2. |
It-trab li jintuża fit-test deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5.1. ta’ hawn fuq għandu jkun magħmul minn madwar 1 kg ta’ kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli għandha tkun kif ġej:
|
7.2.5. |
Test statiku taċ-ċineg |
7.2.5.1. |
Test tar-reżistenza taċ-ċineg |
7.2.5.1.1. |
Kull test għandu jsir fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċineg, ikkundizzjonati kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.4. ta’ dan ir-Regolament |
7.2.5.1.2. |
Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja r-reżistenza għat-tensjoni. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jiġi evitat li ċ-ċinga titqatta’ meta tkun fihom jew qrib tagħhom. Il-veloċità tal-ispostament għandha tkun ta’ 100 ± 20 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta’ 200 mm ± 40 mm. |
7.2.5.1.2.1. |
It-tensjoni għandha tiżdied sakemm iċ-ċinga tinqata’ u t-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi nnotata. |
7.2.5.1.3. |
Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinqata’ f’xi waħda mill-klamps jew f’distanza ta’ inqas minn 10 mm minn xi waħda minnhom, it-test ma jkunx validu u għandu jsir test ġdid fuq kampjun ieħor. |
7.2.5.2. |
Il-kampjuni taċ-ċineg, kif imsemmija fil-paragrafu 3.2.3. ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkundizzjonati kif ġej: |
7.2.5.2.1. |
Kundizzjonament ambjentali |
7.2.5.2.1.1. |
Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 24 ± 1 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. Jekk it-test ma jsirx immedjatament wara l-kundizzjonament, il-kampjun għandu jitqiegħed f’kontenitur magħluq ermetikament sakemm jibda t-test. It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-atmosfera tal-kundizzjonament jew mill-kontenitur. |
7.2.5.2.2. |
Kundizzjonament fid-dawl |
7.2.5.2.2.1. |
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO/105-B02(1978). Iċ-ċinga għandha tiġi esposta għad-dawl għat-tul ta’ ħin meħtieġ biex tinkiseb dekolorazzjoni taż-Żebgħa Blu Standard Nru 7 għal kuntrast ugwali għall-Grad 4 fuq l-iskala tal-griż. |
7.2.5.2.2.2. |
Wara l-esponiment, iċ-ċinga għandha tinżamm għal mill-inqas 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-installazzjoni tal-kundizzjonament. |
7.2.5.2.3. |
Kundizzjonament fil-kesħa |
7.2.5.2.3.1. |
Iċ-ċinga għandha tinżamm għal mill-inqas 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. |
7.2.5.2.3.2. |
Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal 90 ± 5 minuta fuq wiċċ ċatt f’kompartiment b’temperatura baxxa fejn it-temperatura tal-arja tkun ta’ -30 ± 5C. Imbagħad għandha tintlewa u t-tinja għandha titgħabba b’piż ta’ 2 ± 0,2 kg li qabel ikun ġie mkessaħ għal -30 ± 5C. Meta ċ-ċinga tkun inżammet taħt tagħbija għal 30 ± 5 minuta fl-istess kompartiment b’temperatura baxxa, il-piż għandu jitneħħa u t-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha titkejjel fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kompartiment b’temperatura baxxa. |
7.2.5.2.4. |
Kundizzjonament fis-sħana |
7.2.5.2.4.1. |
Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 180 ± 10 minuta f’atmosfera ta’ kompartiment tat-tisħin b’temperatura ta’ 60 C± 5°C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija. |
7.2.5.2.4.2. |
It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kompartiment tat-tisħin. |
7.2.5.2.5. |
Esponiment għall-ilma |
7.2.5.2.5.1. |
Iċ-ċinga għandha tinżamm mgħaddsa kompletament għal 180 ± 10 minuta f’ilma distillat, b’temperatura ta’ 20 ± 5°C, li miegħu tkun żdiedet traċċa ta’ aġent umidifikanti. Jista’ jintuża kwalunkwe aġent umidifikanti adatt għall-fibra li tkun qed tiġi ttestjata. |
7.2.5.2.5.2. |
It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien 10 minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-ilma. |
7.2.5.2.6. |
Kundizzjonament għall-brix |
7.2.5.2.6.1. |
Il-komponenti jew l-apparati li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-brix għandhom jinżammu għal mill-inqas 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5°C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-temperatura ambjentali waqt it-test għandha tkun bejn 15 °C u 30 °C. |
7.2.5.2.6.2. |
It-tabella ta’ hawn taħt tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għal kull test:
Tabella 9
Meta ċ-ċinga ma tkunx twila biżżejjed biex it-test isir fuq aktar minn 300 mm ta’ spostament, it-test jista’ jsir fuq tul iqsar basta ma jkunx inqas minn 100 mm. |
7.2.5.2.6.3. |
Kundizzjonijiet tat-test partikolari |
7.2.5.2.6.3.1. |
Proċedura tat-Tip 1: għal każijiet fejn iċ-ċinga tiżloq minn ġol-apparat għall-aġġustament rapidu. Applika tagħbija ta’ 10 N, u jekk ikun meħtieġ it-tagħbija tista’ tiżdied b’10 N kull darba sabiex tippermetti żerżiq korrett, iżda din ma tistax taqbeż is-60 N. Din it-tagħbija għandha tiġi applikata vertikalment u b’mod permanenti fuq iċ-ċineg. Il-parti orizzontali taċ-ċinga għandha tgħaddi minn ġol-aġġustatur rapidu li fuqu tkun installata u għandha tkun imwaħħla mal-apparat, b’tali mod li ċ-ċinturin ikun jista’ jimxi ’l quddiem u lura. L-apparat għall-aġġustament rapidu għandu jitqiegħed b’tali mod li l-parti orizzontali taċ-ċinturin tibqa’ stirata (ara l-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 5). Attiva l-aġġustatur rapidu filwaqt li tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni biex tillaxka ċ-ċinga integrali u ddiżattivah filwaqt li tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni biex tissikka ċ-ċinga integrali. |
7.2.5.2.6.3.2. |
Proċedura tat-Tip 2: għal każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni meta tgħaddi minn parti riġida. Waqt it-test, iċ-ċinturin għandu jgħaddi mill-parti riġida apposta għalih u l-konfigurazzjoni tat-test għandha tissimula l-angoli f’installazzjoni reali (fi tliet dimensjonijiet); għal eżempji, ara l-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 5. It-tagħbija ta’ 10 N għandha tiġi applikata b’mod permanenti. F’każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni aktar minn darba meta tgħaddi minn ġo parti riġida, it-tagħbija ta’ 10 N tista’ tiżdied f’intervalli ta’ 10 N sabiex tippermetti żerżiq korrett u jinkiseb il-moviment preskritt ta’ 300 mm ta’ ċinga minn ġo dik il-parti riġida. |
7.2.6. |
Testijiet ta’ kundizzjonament għall-aġġustaturi |
7.2.6.1. |
Test tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal
Installa l-akbar manikin li għalih it-trażżin huwa maħsub, bħallikieku għat-test dinamiku, bir-reħa standard kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. ta’ hawn fuq. Immarka linja ta’ referenza fuq iċ-ċinturin fejn it-tarf liberu taċ-ċinturin jidħol fl-aġġustatur. Neħħi l-manikin u poġġi t-trażżin fit-tagħmir tal-kundizzjonament kif muri fl-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 15. Iċ-ċinturin għandu jitgħadda mill-aġġustatur għal distanza totali ta’ mhux inqas minn 150 mm. Dan il-moviment għandu jkun tali li tal-inqas 100 mm taċ-ċinturin fuq in-naħa tal-linja tar-referenza lejn it-tarf liberu taċ-ċinturin u l-bqija tad-distanza tal-moviment (madwar 50 mm) fuq in-naħa taċ-ċinga integrali tal-linja ta’ referenza jgħaddu mill-aġġustatur. Jekk it-tul taċ-ċinturin mil-linja ta’ referenza sat-tarf liberu taċ-ċinturin ma jkunx biżżejjed għall-moviment deskritt hawn fuq, il-150 mm ta’ moviment minn ġol-aġġustatur għandu jkun mill-pożizzjoni taċ-ċinga integrali estiża kollha. Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta’ 10 ± 1 ċiklu/minuta, b’veloċità fil-punt “B” ta’ 150 ± 10 mm/sek. |
7.2.6.2. |
Test tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi mqabbda ma’ ċinga (u mhux armati direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba)
Installa l-akbar manikin li għalih it-trażżin huwa maħsub, bħallikieku għat-test dinamiku, bir-reħa standard kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. ta’ hawn fuq. Immarka linja ta’ referenza fuq iċ-ċinga fejn it-tarf liberu taċ-ċinga jidħol fl-aġġustatur. Neħħi l-manikin u poġġi t-trażżin fit-tagħmir tal-kundizzjonament kif muri fl-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 15. Iċ-ċinga għandha titgħadda minn ġol-aġġustatur għal distanza totali ta’ mhux inqas minn 150 mm. Dan il-moviment għandu jippermetti li mill-inqas 100 mm taċ-ċinga fuq in-naħa tal-linja ta’ referenza lejn it-tarf liberu taċ-ċinga. Jekk it-tul taċ-ċinga mil-linja ta’ referenza sat-tarf liberu taċ-ċinga ma jkunx biżżejjed għall-moviment deskritt hawn fuq, il-150 mm ta’ moviment minn ġol-aġġustatur għandu jkun mill-pożizzjoni taċ-ċinga estiża kollha. Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta’ 10 ± 1 ċiklu/minuta, b’veloċità fil-punt “B” ta’ 150 ± 1 mm/s. Dan il-proċess għandu jsir għal kull aġġustatur li huwa parti mis-sistema li żżomm it-tfal fit-trażżin. |
7.2.7. |
Test tat-temperatura |
7.2.7.1. |
Il-komponenti speċifikati fil-paragrafu 6.6.5.1. għandhom jiġu esposti għal ambjent fuq superfiċe tal-ilma fi spazju magħluq, fejn l-ambjent ikollu temperatura ta’ mhux inqas minn 80 °C, għal perjodu kontinwu ta’ mhux inqas minn 24 siegħa u mbagħad jiġu mkessħa f’ambjent b’temperatura li ma taqbiżx it-23 °C. Il-perjodu tat-tkessiħ għandu jiġi segwit immedjatament minn tliet ċikli konsekuttivi ta’ 24 siegħa, b’kull ċiklu jinkludi dawn is-sekwenzi konsekuttivi li ġejjin:
|
7.2.8. |
Jekk is-sit komplut, jew il-komponent li jkun fih il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX (bħal pereżempju bażi ISOFIX) ikollu buttuna tar-rilaxx, jiġi mqabbad sew mal-bank tat-test b’tali mod li l-konnetturi ISOFIX ikunu allinjati kif indikat fl-Illustrazzjoni 3(a). Mal-konnetturi ISOFIX għandha tiġi mwaħħla żbarra b’dijametru ta’ 6 mm u b’tul ta’ 350 mm. Forza ta’ 50 ± 1 N għandha tiġi applikata fuq l-estremitajiet tal-iżbarra. |
7.2.8.1. |
Fuq il-buttuna tar-rilaxx jew fuq il-pum għandha tiġi applikata forza tal-ftuħ tul assi fiss parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna/pum; iċ-ċentru ġeometriku jikkorrispondi għal dik il-parti tas-superfiċe tal-parti ta’ twaħħil ISOFIX li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni tar-rilaxx. |
7.2.8.2. |
Il-forza tal-ftuħ fuq il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX għandha tiġi applikata permezz ta’ dinamometru jew apparat simili bil-mod u fid-direzzjoni normali kif indikat fil-manwal għall-utenti tal-manifatturi. It-tarf ta’ kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall illustrat b’raġġ ta’ 2,5 ± 0,1 mm fil-każ ta’ buttuna tar-rilaxx jew ganċ tal-metall illustrat b’raġġ ta’ 25 mm. |
7.2.8.3. |
Jekk id-disinn tat-trażżin għat-tfal ma jippermettix l-applikazzjoni tal-proċedura deskritta fil-paragrafi 7.2.8.1. u 7.2.8.2. ta’ hawn fuq, jista’ jiġi applikat metodu alternattiv bi qbil mas-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-test. |
7.2.8.4. |
Il-forza tal-ftuħ fuq il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX li għandha titkejjel għandha tkun dik meħtieġa biex jinfetaħ l-ewwel konnettur. |
7.2.8.5. |
It-test għandu jsir fuq sit ġdid, u jiġi ripetut fuq sit li jkun ġie soġġett għall-proċedura ta’ ċikli speċifikata fil-paragrafu 6.7.5.1. ta’ hawn fuq.
|
7.2.9. |
Apparat tal-qfil |
7.2.9.1. |
Apparati tal-Klassi A
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-akbar manikin li għalih hija intiża s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu ppożizzjonati kif indikat fl-Illustrazzjoni 8 ta’ hawn taħt. Iċ-ċinturin li jintuża għandu jkun kif speċifikat fl-Anness 23 ta’ dan ir-Regolament. L-apparat tal-qfil għandu jkun magħluq sew u għandha ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fit-tagħmir tal-imblukkar. Il-gejġ tal-forza għandu jitwaħħal maċ-ċinturin permezz ta’ anell f’forma ta’ D (D ring), u għandha tiġi applikata forza d-doppju (± 5 fil-mija) tal-massa tal-itqal manikin tal-medda ta’ daqsijiet għal mill-inqas sekonda. Il-pożizzjoni inferjuri għandha tintuża għall-apparati tal-qfil fil-pożizzjoni A u l-pożizzjoni superjuri għall-apparati tal-qfil fil-pożizzjoni B. Il-forza għandha tiġi applikata għal disa’ darbiet oħra. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki. Waqt dan it-test, ir-ritrattatur ma għandux ikun illokkjat.
|
7.2.9.2. |
Apparati tal-Klassi B.
It-trażżin għat-tfal għandu jkun marbut sew, u ċ-ċinturin kif speċifikat fl-Anness 23 ta’ dan ir-Regolament, għandu jgħaddi mit-tagħmir tal-qfil u mill-qafas billi jiġi segwit il-perkors deskritt fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Iċ-ċinturin għandu jgħaddi mit-tagħmir tal-ittestjar kif deskritt fl-Illustrazzjoni 5 ta’ hawn taħt u jkun imqabbad ma’ massa ta’ 5,25 ± 0,05 kg. It-tul liberu taċ-ċinturin bejn il-massa u l-punt fejn iċ-ċinturin joħroġ mill-qafas għandu jkun ta’ 650 ± 40 mm. L-apparat tal-qfil għandu jkun magħluq sew u għandha ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil. Il-massa għandha tiġi mgħollija u tiġi rilaxxata sabiex taqa’ liberament fuq distanza ta’ 25 ± 1 mm. Din l-operazzjoni għandha tiġi ripetuta 100 darba ± 2 bi frekwenza ta’ 60 ± 2 ċiklu fil-minuta, biex jiġu ssimulati l-iskossi subiti mit-trażżin għat-tfal f’karozza. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki. L-apparat tal-qfil għandu jkopri l-wisa’ kollha taċ-ċinturin meta jkun fil-pożizzjoni biex jintuża u bil-manikin Q3 installat. Dan it-test għandu jitwettaq bl-istess angoli taċ-ċinturin bħal dawk li jinħolqu waqt l-użu normali. It-tarf liberu tal-parti taċ-ċinturin addominali għandu jkun fiss. It-test għandu jitwettaq bis-sistema tat-trażżin għat-tfal imqabbda sew mal-bank tat-test użat fit-test tal-qlib ta’ taħt fuq jew fit-test dinamiku. Iċ-ċinga tat-tagħbija tista’ tkun imqabbda mal-bokkla simulata. |
7.3. |
Ċertifikazzjoni tal-kuxin tal-bank tat-test |
7.3.1. |
Il-kuxin tal-bank tat-test għandu jkun iċċertifikat meta jkun għadu ġdid sabiex jiġu stabbiliti l-valuri inizjali tad-deċellerazzjoni tal-impatt massima, u sussegwentement wara kull 50 test dinamiku jew tal-inqas kull xahar, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. |
7.3.2. |
Il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma’ dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-istandard ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-data bi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) ta’ 60.
Bl-użu tal-apparat tat-test definit fl-Anness 14 ta’ dan ir-Regolament, wettaq tliet testijiet fuq il-bażi tal-bank imħejji kif deskritt fl-Anness 6, bil-fowm miksi bid-drapp, f’distanza ta’ 150 ± 5 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-kuxin fuq il-linja taċ-ċentru u f’distanza ta’ 150 ± 5 mm f’kull direzzjoni mil-linja taċ-ċentru. Qiegħed il-kuxin tal-bank fuq superfiċe ċatt u riġidu. Qiegħed l-apparat f’pożizzjoni vertikali ’l fuq mill-punt tat-test, f’għoli ta’ 500 ± 5 mm u ħallih jaqa’ liberament sabiex jaħbat mas-superfiċe tas-sit. Irreġistra l-kurva tad-deċellerazzjoni. |
7.3.3. |
Il-valuri massimi inizjali reġistrati għad-deċellerazzjoni tal-impatt għandhom ikunu ta’ 24 ± 4 g u l-valuri massimi sussegwenti reġistrati ma għandhomx jiddevjaw b’aktar minn 15 fil-mija mill-valuri inizjali. |
7.4. |
Reġistrazzjoni tal-imġiba dinamika |
7.4.1. |
Sabiex tiġi ddeterminata l-imġiba tal-manikin u l-ispostamenti tiegħu, it-testijiet dinamiċi kollha għandhom jiġu rreġistrati fis-segwenti kundizzjonijiet: |
7.4.1.1. |
Kundizzjonijiet tal-iffilmjar u tar-reġistrazzjoni:
|
7.4.1.2. |
Stima tal-inċertezza:
|
7.5. |
Il-proċeduri tal-kejl għandhom jikkorrispondu għal dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-ISO 6487. Il-klassi tal-frekwenza tal-kanal għandha tkun:
Tabella 10
Jenħtieġ li r-rata tal-kampjunar tkun mill-inqas 10 darbiet il-klassi tal-frekwenza tal-kanal (jiġifieri, f’installazzjonijiet bi klassi tal-frekwenza tal-kanal ta’ 1 000, dan jikkorrispondi għal rata minima ta’ kampjunar ta’ 10 000 kampjun fis-sekonda għal kull kanal). |
8. Rapporti tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni
8.1. |
Ir-rapport tat-test għandu jinkludi r-riżultati tat-testijiet u tal-kejl kollha inkluża d-data tat-test li ġejja:
|
8.2. |
F’każ li d-dispożizzjonijiet relatati mal-ankraġġi, li jinsabu fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament ma jkunux ġew rispettati, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi l-mod kif ġie installat it-trażżin għat-tfal u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti. |
8.3. |
Meta t-trażżin għat-tfal jiġi ttestjat f’vettura jew fi struttura ta’ vettura, ir-rapport tat-test għandu jispeċifika kif twaħħlet l-istruttura tal-vettura mat-troli, il-pożizzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u tas-sit tal-vettura u l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura. |
8.4. |
Ir-rapporti tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni għandhom jirreġistraw il-verifika tal-immarkar u tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-użu. |
9. Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni
9.1. |
Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-produzzjoni tal-manifattur hija sodisfaċenti, is-Servizz Tekniku, li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jwettaq testijiet sabiex jikkwalifika l-produzzjoni f’konformità mal-paragrafu 9.2. ta’ hawn taħt. |
9.2. |
Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba
Il-produzzjoni ta’ kull tip approvat ġdid ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun soġġetta għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni. Jistgħu jiġu preskritti kwalifiki addizzjonali tal-produzzjoni skont il-paragrafu 11.4. Għal dan il-għan, mill-ewwel lott tal-produzzjoni jittieħed kampjun aleatorju ta’ 5 Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. L-ewwel lott tal-produzzjoni jitqies bħala l-produzzjoni tal-ewwel lott li jkun fih minimu ta’ 50 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba sa massimu ta’ 5 000 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. |
9.2.1. |
Testijiet dinamiċi tal-impatt frontali u minn wara |
9.2.1.1. |
Ħames Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu sottoposti għat-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn fuq. Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jagħżel il-kundizzjonijiet li jkunu pproduċew l-akbar devjazzjoni orizzontali tar-ras matul it-testijiet dinamiċi tal-approvazzjoni tat-tip, bl-esklużjoni tal-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 6.6.4.1.6.1.1., 6.6.4.1.6.1.2. u fil-paragrafu 6.6.4.1.8.2. ta’ hawn fuq. Il-ħames Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom kollha jiġu ttestjati taħt l-istess kundizzjonijiet. |
9.2.1.2. |
Għal kull test deskritt fil-paragrafu 9.2.1.1. ta’ hawn fuq, għandhom jitkejlu l-kriterji tal-korriment deskritti fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq; u
. |
9.2.1.3. |
Id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: |
9.2.1.3.1. |
L-ebda valur ma għandu jaqbeż 1,05 L, u
X + S ma għandux jaqbeż L Fejn:
|
9.2.1.3.2. |
Ir-riżultati tal-kriterji tal-korriment għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq u, barra minn hekk, il-kundizzjoni X + S tal-paragrafu 9.2.1.3.1. ta’ hawn fuq għandha tiġi applikata għar-riżultati tal-kriterji tal-korriment limitata għal 3 ms (kif definit fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq) u tiġi rreġistrata biss għall-fini ta’ informazzjoni. |
9.2.2. |
Testijiet dinamiċi għall-impatt laterali
Il-monitoraġġ tal-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras fuq il-kampjuni tal-produzzjoni jiddefinixxi l-kriterji ta’ aċċettazzjoni waqt impatt laterali għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni kif definit fil-paragrafu 9. (dan għandu jiġi rieżaminat qabel tiġi ffinalizzata l-fażi 3). |
9.2.3. |
Kontroll tal-immarkar |
9.2.3.1. |
Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament. |
9.2.3.2. |
Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u tal-istruzzjonijiet dwar l-użu. |
9.2.3.3. |
Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet dwar l-użu jkunu konformi mal-paragrafu 14 ta’ dan ir-Regolament. |
10. Konformità tal-produzzjoni u testijiet ta’ rutina
Il-proċeduri biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
10.1. |
Kull Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b’mod konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 7. ta’ hawn fuq. |
10.2. |
Għandhom ikunu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni indikati fl-Anness 12 ta’ dan ir-Regolament.
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni u l-valutazzjonijiet kollha għandhom isegwu d-dispożizzjonijiet regolatorji applikati fiż-żmien tal-approvazzjoni jew, jekk applikabbli, fiż-żmien tal-estensjonijiet tagħhom. |
10.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darbtejn fis-sena. |
11. Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba
11.1. |
Kull modifika ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ jew: |
11.1.1. |
Tqis li l-modifiki li saru mhumiex probabbli li se jkollhom effett avvers notevoli u li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba xorta għadha tissodisfa r-rekwiżiti; jew |
11.1.2. |
Titlob rapport tat-test ġdid mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet. |
11.2. |
Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispjega l-modifiki, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3. aktar il’ fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
11.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil din l-estensjoni u għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
11.4. |
Jekk ikun hemm bżonn ta’ rapport tat-test ieħor, ir-riżultat tal-ispostament orizzontali tar-ras jiġi mqabbel mal-agħar każ minn fost ir-riżultati kollha reġistrati qabel:
|
12. Penali għal nonkonformità tal-produzzjoni
12.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jkollha d-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4. ta’ dan ir-Regolament ma tgħaddix mill-kontrolli aleatorji deskritti fil-paragrafu 9. ta’ hawn fuq jew ma tkunx konformi mat-tip approvat. |
12.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
13. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
13.1. |
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-manifattura ta’ tip speċifiku ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tgħarraf lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
14. Informazzjoni għall-utenti
14.1. |
Kull Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun akkumpanjata minn struzzjonijiet fil-lingwa tal-pajjiż fejn jinbiegħ l-apparat, bil-kontenut li ġej: |
14.2. |
L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni għandhom jinkludu l-punti li ġejjin: |
14.2.1. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “i-Size”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:
|
14.2.2. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “i-Size booster seat”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:
|
14.2.3. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:
|
14.2.4. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:
|
14.2.5. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “Għal Vetturi Speċifiċi”, l-informazzjoni dwar il-vetturi li fihom jistgħu jiġu installati, tal-anqas f’verżjoni fiżika, għandha tkun kjarament viżibbli fil-punt tal-bejgħ mingħajr il-bżonn li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba titneħħa mill-imballaġġ tagħha; |
14.2.6 |
Fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ, il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jipprovdi informazzjoni, f’verżjoni fiżika jew diġitali, dwar l-indirizz fejn il-konsumatur jista’ jikteb biex jikseb informazzjoni addizzjonali dwar l-installazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’karozzi speċifiċi; |
14.2.7. |
Il-metodu tal-installazzjoni għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna; |
14.2.8. |
L-utent għandu jiġi avżat li l-elementi riġidi u l-partijiet tal-plastik ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jitqiegħdu u jiġu installati b’tali mod li ma jkunx possibbli li dawn jinqabdu minn xi sit li jista’ jiċċaqlaq jew f’xi bieba tal-vettura, waqt l-użu ta’ kuljum tal-vettura; |
14.2.9. |
Jenħtieġ li l-utent jiġi avżat biex juża l-kerrikots f’pożizzjoni perpendikolari għall-assi lonġitudinali tal-vettura; |
14.2.10. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu lura, il-konsumatur għandu jiġi avżat biex ma jużahomx f’pożizzjonijiet bilqiegħda li quddiemhom ikun hemm airbag attiv installat. Din l-informazzjoni għandha tkun kjarament viżibbli fil-punt tal-bejgħ mingħajr il-bżonn li jitneħħa l-imballaġġ; |
14.2.11. |
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali”, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fil-punt tal-bejgħ mingħajr il-ħtieġa li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba titneħħa mill-imballaġġ tagħha:
|
14.3. |
L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu l-punti li ġejjin: |
14.3.1. |
Il-“Medda ta’ daqsijiet” u fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali l-massa massima tal-okkupant li għaliha huwa intiż l-apparat: |
14.3.2. |
Il-metodu tal-użu għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna. Fil-każ ta’ sits li jistgħu jintużaw kemm iħarsu ’l quddiem kif ukoll iħarsu lura, għandha tingħata twissija ċara biex is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tinżamm tħares lura sakemm l-età tat-tfal ma taqbiżx limitu ddikjarat, jew sakemm ma jinqabiżx xi kriterju dimensjonali ieħor; |
14.3.3. |
Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li jħarsu ’l quddiem, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li jistgħu jintużaw kemm iħarsu ’l quddiem kif ukoll iħarsu lura, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:
|
14.3.4. |
Għandu jkun hemm spjegazzjoni ċara tal-mod kif taħdem il-bokkla u kif jaħdmu l-aġġarati għall-aġġustament; |
14.3.5. |
Għandu jiġi rakkomandat li jenħtieġ li ċ-ċineg li jorbtu t-trażżin mal-vettura jkunu ssikkati, li jenħtieġ li s-saqajn ta’ appoġġ ikunu jmissu mal-art tal-vettura, li jenħtieġ li ċ-ċineg jew l-ilqugħ mill-impatt li jrażżnu lit-tfal jiġu aġġustati skont il-ġisem tat-tifel/tifla, u li jenħtieġ li ċ-ċineg ma jinbarmux; |
14.3.6. |
Għandha tiġi enfasizzata l-importanza li ċ-ċinga addominali tintlibes ’l isfel fil-baxx, sabiex il-pelvi jkun marbut sew; |
14.3.7. |
Għandu jiġi rakkomandat li jenħtieġ li l-apparat jinbidel meta jkun ġie soġġett għal stress vjolenti waqt aċċident; |
14.3.8. |
Għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar it-tindif; |
14.3.9. |
Għandha tingħata twissija ġenerali lill-utent dwar il-periklu li jsiru modifiki jew żidiet għall-apparat mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u l-periklu jekk ma jiġux segwiti sew l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni pprovduti mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal; |
14.3.10. |
Meta s-siġġu ma jkunx mgħammar b’kisi tad-drapp, għandu jiġi rakkomandat li jenħtieġ li s-siġġu jinżamm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx, inkella jista’ jkun jaħraq wisq għall-ġilda tat-tfal; |
14.3.11. |
Għandu jiġi rakkomandat li t-tfal ma jitħallewx fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tagħhom mingħajr sorveljanza; |
14.3.12. |
Għandu jiġi rakkomandat li kwalunkwe bagalja jew oġġett ieħor li jista’ jikkawża korriment fil-każ ta’ kolliżjoni għandu jkun marbut sew. |
14.3.13. |
Għandu jiġi rakkomandat li: |
14.3.13.1. |
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma tintużax mingħajr l-inforra; |
14.3.13.2. |
Jenħtieġ li l-inforra tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma tiġix sostitwita b’xi nforra oħra ħlief dik rakkomandata mill-manifattur, għax l-inforra hija parti integrali mill-prestazzjoni tat-trażżin. |
14.3.14. |
Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet biex l-istruzzjonijiet ikunu jistgħu jinżammu fuq it-trażżin għat-tfal matul il-perjodu li dan idum jintuża jew fil-manwal tal-vettura fil-każ ta’ trażżin integrat. |
14.3.15. |
Fil-każ ta’ “Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size”, l-utent għandu jiġi riferut ukoll għall-manwal tal-manifattur tal-vettura. |
15. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tal-Awtoritajiet għall-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjonijiet u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.
16. Dispożizzjonijiet tranżitorji
16.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tal-KEE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
16.2. |
Mill-1 ta’ Settembru 2018, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tiġi mressqa għall-approvazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
16.3. |
Sal-1 ta’ Settembru 2018, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip lil Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-verżjoni oriġinali tiegħu. |
16.4. |
Sal-1 ta’ Settembru 2020, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet skont il-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament. |
16.5. |
Mid-data tad-dħul fis-seħħ uffiċjali tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02. |
16.6. |
Sal-1 ta’ Settembru 2020, l-approvazzjonijiet tat-tip għas-serje ta’ emendi preċedenti tar-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom. |
16.7. |
Sal-1 ta’ Settembru 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament. |
16.8. |
Mid-data tad-dħul fis-seħħ uffiċjali tas-serje ta’ emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. |
16.9. |
Mill-1 ta’ Settembru 2020, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU għas-serje ta’ emendi preċedenti, li jkunu nħarġu għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Settembru 2020. |
16.10. |
Mill-1 ta’ Settembru 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li jkunu nħarġu għas-serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament. |
16.11. |
Minkejja l-paragrafi 16.9. u 16.10., il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU għandhom ikomplu jaċċettaw, u jagħtu estensjonijiet, għal approvazzjonijiet tat-tip tan-NU maħruġa skont is-serje ta’ emendi preċedenti għar-Regolament tan-NU, għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li mhumiex affettwati mill-bidliet introdotti bis-serje ta’ emendi 03. |
16.12. |
Sal-1 ta’ Settembru 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet lis-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament tan-NU. |
(1) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, l-Anness 3 –www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) Bażi tad-Data ta’ Referenza Antropometrika Franza, Volum III: Riżultati Statistiċi għal Tfal bejn 0 u 17-il sena, Tagħmir u Aċċessorji għat-Tfal. IFTH, Cholet, Franza, paġna 525
(3) Fissaġġ tat-trażżin għat-tfal (CRF) kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza)
(*1) HPC: ara l-Anness 17.
(*2) Tiġi rieżaminata fi żmien 3 snin wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ dan ir-Regolament.
(*3) Cum 3ms tfisser valur kumulattiv ta’ 3ms.
(*4) Pressjoni addominali: għall-valutazzjoni tal-korriment japplika l-ogħla valur irreġistrat (jiġifieri, meta s-sensuri tal-lemin jirreġistraw 1,3 bar u s-sensur tax-xellug jirreġistra 1,0 bar, għall-valutazzjoni tal-korriment għandu jintuża l-valur ta 1,3 bar irreġistrat)
(*5) Tiġi rieżaminata fi żmien 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(*6) Cum 3ms tfisser valur kumulattiv ta’ 3ms
(4) Fil-każ ta’ i-Size booster seats fil-limitu ta’ fuq tal-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm u 135 cm ma hemmx bżonn li jitwettaq test tal-impatt laterali bl-użu tal-manikin Q10.
(5) L-ECRS ma għandhiex tiġi approvata biss abbażi tar-riżultati tat-test tal-manikin Q3 f’konfigurazzjoni mhux integrali
(6) g = 9,81 m/s2.
ANNESS 1
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm)
(1) |
maħruġa minn: |
Isem tal-amministrazzjoni: |
… |
||
… |
||
… |
Li tikkonċerna: (2) |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni miċħuda Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ apparati ta’ trażżin għal okkupanti tfal ta’ vetturi bil-magna, skont ir-Regolament tan-NU Nru 129.
Nru tal-approvazzjoni . … |
Nru tal-Estensjoni … |
1.1.
Trażżin għat-tfal li jħares ’il quddiem/trażżin għat-tfal li jħares lura/trażżin għat-tfal li jħares lejn il-ġenb
1.2.
Integrali/mhux integrali;2
1.3.
Tip ta’ ċinturin:2
|
(Għall-adulti) ċinturin bi tliet ankraġġi |
|
(Għall-adulti) ċinturin addominali |
|
Ritrattatur/ċinturin ta’ tip speċjali2 |
1.4.
Karatteristiċi oħra: l-assemblaġġ tas-siġġu/l-ilqugħ mill-impatt2 …
2.
Isem jew marka kummerċjali …
3.
Id-deżinjazzjoni tal-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba …
4.
Isem il-manifattur …
5.
Jekk applikabbli, l-isem tar-rappreżentant tiegħu …
6.
Indirizz …
7.
Imressaq għall-approvazzjoni fi …
8.
Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni …
9.
Tip ta’ apparat: deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni2
10.
Id-data tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz …
11.
In-numru tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz …
12.
Approvazzjoni mogħtija/estiża/rifjutata/irtirata2 għall-medda ta’ daqsijiet x sa x i-Size għal vetturi speċifiċi jew għall-użu bħala “trażżin għal bżonnijiet speċjali”, il-pożizzjoni fil-vettura
13.
Il-pożizzjoni u n-natura tal-immarkar …
14.
Post …
15.
Data …
16.
Firma …
17.
Id-dokumenti segwenti, li jġorru fuqhom in-numru tal-approvazzjoni li jidher hawn fuq, huma annessi ma’ din il-komunikazzjoni:
(a) |
Disinji, dijagrammi u pjanti tat-trażżin għat-tfal, inkluż kwalunkwe ritrattatur, assemblaġġ tas-siġġu, ilqugħ mill-impatt installati; |
(b) |
Disinji, dijagrammi u pjanti tal-istruttura tal-vettura u tal-istruttura tas-sit, kif ukoll tas-sistema ta’ aġġustament u l-partijiet ta’ twaħħil, inkluż kwalunkwe assorbitur tal-enerġija installat; |
(c) |
Ritratti tat-trażżin għat-tfal u/jew tal-istruttura tal-vettura u tal-istruttura tas-sit ; |
(d) |
Struzzjonijiet dwar l-installazzjoni u dwar l-użu; |
(e) |
Lista ta’ mudelli ta’ vetturi li għalihom huwa intiż it-trażżin. |
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni f’dan ir-Regolament).
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
ANNESS 2
1. Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq tista’ tiġi installata fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda i-Size u fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda Universali, u tintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm–150 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura imma jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm u 150 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi” li jintużaw abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema l-approvazzjoni tkun ingħatat.
Fil-każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’modulu, il-medda ta’ daqsijiet u l-limitu tal-massa għandhom ikunu indikati fuq il-marka tal-modulu.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura imma jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm u 70 cm u b’limitu ta’ massa ta’ 24 kg; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “ISOFIX għal Vetturi speċifiċi” użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 02. Barra minn hekk l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq tista’ tiġi installata fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ta’ i-Size booster seat u tintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 100 cm u 125 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura imma jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm u 150 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “booster seat għal vetturi speċifiċi” użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni.
F’każ li l-ECRS tkun mgħammra b’modulu, il-medda tad-daqsijiet ma tkunx fuq il-marka tal-approvazzjoni iżda fuq il-marka tal-modulu.
Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet, pereżempju Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li hija approvata bħala i-Size booster seat minn 100 cm–125 cm u minn 125 cm–150 cm bħala Booster seat għal Vetturi speċifiċi, il-marka tal-approvazzjoni għandha tiġi kkombinata kif muri hawn taħt.
Kombinazzjonijiet jistgħu jsiru biss għal dawk permessi mill-paragrafu 3.2.2.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li jista jiġi installat f’kull pożizzjoni bilqiegħda universali tal-vettura u li jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm u 70 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament tan-NU jrid jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura u jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm u 70 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament tan-NU jrid jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.
F’każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’modulu, il-firxa tad-daqs u l-limitu tal-massa ma jkunux fuq il-marka tal-approvazzjoni iżda fuq il-marka tal-modulu.
2. Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni f’kombinazzjoni ma’ marka tal-modulu
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat, inkluż il-modulu/moduli, li jista’ jiġi installat) fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ta’ vetturi kompatibbli i-Size. Hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk l-isem tar-Regolament tan-NU għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat, inkluż il-modulu/moduli, li ma jistax jiġi installat f’kull vettura. Hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għal Vetturi speċifiċi użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk l-isem tar-Regolament tan-NU għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.
2.1. |
Arranġamenti tal-marka tal-modulu f’kombinazzjoni ma’ marka tal-approvazzjoni |
2.1.1. |
Jekk modulu jiġi approvat għall-użu b’aktar minn bażi waħda, il-bażi individwali u l-kombinazzjonijiet tal-moduli għandhom jiġu indikati fuq il-modulu f’marki separati fuq il-modulu, b’kull marka ġġorr il-meded ta’ daqsijiet applikabbli tagħhom.
|
Modulu li jġorr marka tal-approvazzjoni għall-modalità tal-użu awtonomu u marka fuq il-modulu għall-użu tiegħu fuq tliet bażijiet differenti, għandu jkollu l-arranġament segwenti tal-marki tal-approvazzjoni u tal-modulu:
Il-modulu li jġorr il-marki ta’ hawn fuq jista’ jintuża bħala Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm; huwa approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032348.
Il-modulu jista’ jintuża wkoll bħala modulu f’kombinazzjoni mal-bażi ta’ “l-isem tad-ditta u l-mudell A”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm u limitu ta’ massa ta’ 12 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032439.
Il-modulu jista’ jintuża wkoll bħala modulu f’kombinazzjoni mal-bażi ta’ “isem tad-ditta u l-mudell B”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm u limitu ta’ massa ta’ 12 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032440.
Il-modulu jista’ jintuża wkoll bħala modulu f’kombinazzjoni mal-bażi ta’ “l-isem tad-ditta u l-mudell C”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm u limitu ta’ massa ta’ 12 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032441.
In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.
2.1.2. |
Meta modulu jkun jista’ jiġi installat f’orjentazzjonijiet differenti, il-modulu għandu jkollu marki separati, b’kull marka tindika l-medda ta’ daqsijiet applikabbli għalih.
|
Il-modulu li jġorr il-marki ta’ hawn fuq jista’ jintuża f’modalità li tħares lura mal-bażi ta’ “l-isem tal-marka u l-mudell A”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 60 cm u 105 cm u b’limitu ta’ massa ta’ 18 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032441.
Il-modulu li jġorr il-marki ta’ hawn fuq jista’ jintuża wkoll f’modalità li tħares ’il quddiem mal-bażi ta’ “l-isem tal-marka u l-mudell A”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 85 cm u 105 cm u b’limitu ta’ massa ta’ 18 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032441.
In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.
2.2. |
Eżempji tas-simboli li għandhom jintużaw fuq il-marka tal-modulu huma mogħtija fl-illustrazzjonijiet ta’ hawn taħt. Fuq il-marka tal-modulu għandu jintuża wieħed mis-simboli jew l-ekwivalenti skont kif magħżul mill-manifattur tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.
|
ANNESS 3
Arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab
Id-dimensjonijiet kollha huma f’mm
ANNESS 4
Test tal-korrużjoni
1.
Apparat tat-test
1.1.
L-apparat għandu jkun magħmul minn kompartiment ta’ nebulizzazzjoni, minn kontenitur b’soluzzjoni tal-melħ, provvista ta’ arja kkompressata adegwatament ikkundizzjonata, żennuna atomizzanti waħda jew aktar, appoġġi għall-kampjuni, mezz għat-tisħin tal-kompartiment, u l-mezzi neċessarji ta’ kontroll. Id-daqs u l-istruttura dettaljata tal-apparat huma fakultattivi, diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-test.
1.2.
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumula mas-saqaf jew mal-għatu tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test.
1.3.
Il-qtar tas-soluzzjoni li jaqgħu mill-kampjuni tat-test ma għandhomx jintefgħu lura fil-kontenitur biex jerġgħu jiġu nebulizzati.
1.4.
L-apparat ma għandux ikun mibni minn materjali li jaffettwaw il-korrożività tar-raxx.
2.
Pożizzjoni tal-kampjuni tat-test fil-kompartiment tan-nebulizzazzjoni
2.1.
Apparti r-ritrattaturi, il-kampjuni għandhom ikunu sostnuti jew sospiżi f’pożizzjoni angolata bejn 15° u 30° mil-linja vertikali u preferibbilment parallela għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx ġol-kompartiment, abbażi tal-wiċċ dominanti li jkun qed jiġi ttestjat.
2.2.
Ir-ritrattaturi għandhom jiġu sostnuti jew sospiżi b’tali mod li l-assi tar-rukkell li fuqu titkebbeb iċ-ċinga jkunu perpendikolari għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx ġol-kompartiment. Anke l-fetħa taċ-ċinga fir-ritrattatur għandha tkun qed tħares f’din id-direzzjoni prinċipali.
2.3.
Kull kampjun għandu jiġi ppożizzjonat b’tali mod li r-raxx ikun jista’ jaqa’ liberament fuq il-kampjuni kollha.
2.4.
Kull kampjun għandu jiġi ppożizzjonat b’tali mod li jiġi evitat li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun ieħor tqattar fuq kampjun ieħor.
3.
Soluzzjoni tal-melħ
3.1.
Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata bid-dissoluzzjoni ta’ 5 ± 1 partijiet bil-massa ta’ klorur tas-sodju f’95 parti ta’ ilma distillat. Il-melħ għandu jkun klorur tas-sodju sostanzjalment ħieles min-nikil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta’ jodju tas-sodju u mhux aktar minn 0,3 fil-mija ta’ impuritajiet totali meta jkun fl-istat xott.
3.2.
Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f’temperatura ta’ 35 °C, is-soluzzjoni li tinġabar tkun fil-medda ta’ pH ta’ bejn 6,5 u 7,2.
4.
Arja kkompressata
4.1.
Il-provvista ta’ arja kkompressata lejn iż-żennuna jew lejn iż-żennuni għall-atomizzazzjoni tas-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-impuritajiet, u għandha tinżamm taħt pressjoni ta’ bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.
5.
Kundizzjonijiet fil-kompartiment tan-nebulizzazzjoni
5.1.
Iż-żona tal-esponiment tal-kompartiment tan-nebulizzazzjoni għandha tinżamm f’temperatura ta’ 35 ± 5 °C. Fiż-żona tal-esponiment għandhom jitqiegħdu mill-inqas żewġ reċipjenti nodfa biex jiġbru r-raxx, sabiex jiġi evitat li jinġabar it-taqtir tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn xi sorsi oħra. Dawn ir-reċipjenti għandhom jitqiegħdu viċin il-kampjuni tat-test, wieħed kemm jista’ jkun viċin ta’ żennuna waħda u wieħed kemm jista’ jkun ’il bogħod miż-żennuni kollha. Ir-raxx għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta’ erja ta’ ġbir orizzontali, f’kull reċipjent jinġabru minn 1,0 sa 2,0 ml ta’ soluzzjoni fis-siegħa, meta mkejla fuq medja ta’ mill-inqas 16-il siegħa.
5.2.
Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu orjentati jew irregolati, biex l-isprej ma jiġix direttament fuq il-kampjuni tat-test.
ANNESS 5
Test tal-brix u tal-mikroslip
Eżempju 2
Fejn α u β jissimulaw l-angoli bħal fl-installazzjoni reali (fi tliet dimensjonijiet)
It-tagħbija ta’ 50 N fuq l-apparat tal-ittestjar għandha tiġi ggwidata vertikalment b’tali mod li t-tagħbija ma tkunx tista’ titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx.
L-apparat ta’ twaħħil għandu jiġi mqabbad mat-tagħbija ta’ 50 N bl-istess mod bħal fil-vettura.
ANNESS 6
Deskrizzjoni tat-troli
1.
Troli
1.1.
Għal testijiet fuq sistemi tat-trażżin għat-tfal, it-troli, li fuqu jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa ta’ aktar minn 380 kg. Għal testijiet fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “ISOFIX għal vetturi speċifiċi”, it-troli bl-istruttura tal-vettura mqabbda miegħu għandu jkollu massa ta’ aktar minn 800 kg.
2.
Skrin tal-ikkalibrar
2.1.
L-iskrin tal-ikkalibrar għandu jitqabbad sew mat-troli u fuqu għandha tiġi mmarkata linja viżibbli li tindika l-limitu tal-moviment li, permezz ta’ dokumentazzjoni fotografika, tippermetti li tiġi ddeterminata l-konformità mal-kriterji tal-moviment ’il quddiem.
3.
Bank tat-test
3.1.
Il-bank tat-test għandu jkun mibni kif ġej:
3.1.1.
Dahar riġidu, fiss, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;
3.1.2.
Sit riġidu, magħmul minn pjanċa riġida tal-metall, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;
3.1.3.
Biex tiġi aċċessata s-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX, għandhom isiru fetħiet fuq in-naħa ta’ wara tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test, kif preskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;
3.1.4.
Il-wisa’ tal-bank tat-test għandha tkun ta’ 800 mm;
3.1.5.
Id-dahar u s-sit għandhom ikunu miksija b’fowm tal-poliuretan, li l-karatteristiċi tiegħu huma mogħtija fit-Tabella 1. Id-dimensjonijiet tal-kuxin huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;Tabella 1
|
Standard |
Valur |
Unità |
Densità |
EN ISO 845 |
68-74 |
kg/m3 |
Reżistenza għall-kompressjoni |
EN ISO 3386/1 (kompressjoni ta’ 40 %) |
13 |
kPa |
Deflessjoni tat-Tagħbija tal-Indentazzjoni (ILD) |
EN ISO 2439B (kompressjoni ta’ 40 %) |
480 (+/- 15 %) |
N |
Reżistenza għat-tensjoni |
EN ISO 1798 |
≥ 150 |
kPa |
Elongazzjoni sal-qtugħ |
EN ISO 1798 |
≥ 120 |
% |
Deformazzjoni permanenti |
EN ISO 1856 (22 siegħa/50 %/70 °C) |
≤ 3 |
% |
3.1.6.
Il-fowm tal-poliuretan għandu jkun miksi bi drapp li jħares mix-xemx, magħmul minn fibra tal-poliakrilat, li l-karatteristiċi tagħha huma mogħtija fit-Tabella 2.Tabella 2
Massa speċifika (g/m2) …290 |
Reżistenza fil-waqt tar-rottura skont DIN 53587 fuq kampjun tat-test wiesa’ 50 mm: |
Mit-tul (kg): …120 |
Mill-wisa’ (kg): …80 |
3.1.7.
Għata tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test u tal-kuxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test
3.1.7.1.
Il-kuxin tas-sit tal-bank tat-test huwa magħmul minn blokka kwadra tal-fowm (800 × 575 × 135 mm) b’tali mod (ara l-Illustrazzjoni 1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness) li l-forma tiegħu tixbah lil dik tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju kif speċifikat fl-Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness.
3.1.7.2.
Sitt toqbiet jittaqbu bit-trapan fil-pjanċa tal-qiegħ sabiex din tkun tista’ titwaħħal mat-troli bil-boltijiet. It-toqob jiġu ddrilljati tul l-itwal naħa tal-pjanċa, tlieta fuq kull naħa, u l-pożizzjoni tagħhom tiddependi fuq l-istruttura tat-troli. Fit-toqob jiddaħħlu sitt boltijiet. Huwa rakkomandat li l-boltijiet jiġu inkollati fuq il-pjanċa permezz ta’ adeżiv xieraq. Wara dan, il-boltijiet jintrabtu bl-iskorfini.
3.1.7.3.
Il-materjal tal-għata (1 250 × 1 200 mm, ara l-Illustrazzjoni 3 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness) jinqata’ mill-wisa’ biex tiġi evitata l-possibbiltà li l-materjal jitrikkeb wara l-kisi. Jenħtieġ li jkun hemm spazju ta’ madwar 100 mm bejn it-truf tal-materjal tal-għata. Għalhekk il-materjal għandu jinqata’ b’daqs ta’ madwar 1 200 mm.
3.1.7.4.
Fuq il-materjal tal-għata għandhom isiru żewġ linji min-naħa għall-oħra tal-wisa’. Dawn jiġu mmarkati 375 mm mil-linja tan-nofs tal-materjal tal-għata (ara l-Illustrazzjoni 3 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness).
3.1.7.5.
Il-kuxin tas-sit tal-bank tat-test jitqiegħed ta’ taħt fuq, fuq il-materjal tal-għata bil-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju fuqu.
3.1.7.6.
Il-materjal tal-għata jiġi mġebbed miż-żewġ naħat sakemm il-linji mmarkati fuqu jaqblu mat-truf tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju. Kull fejn hemm bolt, isiru inċiżjonijiet żgħar u l-materjal tal-għata jinġibed fuq il-boltijiet.
3.1.7.7.
Jenħtieġ li jsiru inċiżjonijiet fuq il-materjal tal-kisi u fil-fowm li jikkorrispondu max-xquq fil-pjanċa tal-qiegħ.
3.1.7.8.
L-għata tiġi nkollata mal-pjanċa tal-aluminju permezz ta’ kolla flessibbli. L-iskorfini jridu jitneħħew qabel ma tiġi applikata l-kolla.
3.1.7.9.
Il-flaps laterali jintlewew fuq il-pjanċa u anke dawn jiġu inkollati.
3.1.7.10.
Il-flaps fix-xquq jintlewew ’il ġewwa u jitwaħħlu b’tejp b’saħħtu.
3.1.7.11.
Il-kolla flessibbli għandha titħalla tinxef għal mill-inqas 12-il siegħa.
3.1.7.12.
Il-kuxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test jinkesa eżattament bl-istess mod bħall-kuxin tas-sit tal-bank tat-test, biss il-linji fuq il-materjal tal-għata (1 250 × 850 mm) jiġu mmarkati 333 mm ’il bogħod mil-linja tan-nofs tal-materjal.
3.1.8.
Il-linja Cr tikkoinċidi mal-linja tal-intersezzjoni bejn il-pjan superjuri tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test u l-pjan anterjuri tal-kuxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test.
3.2.
Test ta’ apparat li jħares lura
3.2.1.
Fuq it-troli għandu jitwaħħal qafas speċjali li jsostni s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kif muri fl-Illustrazzjoni 1.
3.2.2.
Tubu tal-azzar għandu jitwaħħal sew mat-troli b’tali mod li tagħbija ta’ 5 000 ± 50 N applikata orizzontalment fuq iċ-ċentru tat-tubu ma tikkawżax moviment ta’ aktar minn 2 mm.
3.2.3.
Id-dimensjonijiet tat-tubu għandhom ikunu: 500 × 100 × 90 mm.
Dimensjonijiet f’mm
3.3.
Pjanċa tal-qiegħ tat-troli
3.3.1.
Il-pjanċa tal-qiegħ tat-troli għandha tkun magħmula minn pjanċa ċatta tal-metall ta’ ħxuna u ta’ materjal uniformi, ara l-Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.
3.3.1.1.
Il-pjanċa tal-qiegħ għandha tiġi titqabbad sew mat-troli. L-għoli tal-pjanċa tal-qiegħ fir-rigward tal-punt tal-projezzjoni tal-assi Cr, id-dimensjoni (1) fl-Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness għandu jiġi aġġustat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.3.6.3. ta’ dan ir-Regolament.
3.3.1.2.
Jenħtieġ li l-pjanċa tal-qiegħ tkun iddisinjata b’tali mod li l-ebusija tal-wiċċ ma tkunx inqas minn 120 HB, skont l-istandard EN ISO 6506-1:1999.
3.3.1.3.
Il-pjanċa tal-qiegħ għandha tkun kapaċi tiflaħ għal tagħbija vertikali kkonċentrata ta’ 5 kN mingħajr ma tikkawża moviment vertikali ta’ aktar minn 2 mm fir-rigward tal-assi Cr u mingħajr ma tikkawża deformazzjoni permanenti.
3.3.1.4.
Il-ħruxija tas-superfiċe tal-pjanċa tal-qiegħ ma għandhiex tkun ta’ aktar minn Ra 6,3 skont l-istandard ISO 4287:1997.
3.3.1.5.
Il-pjanċa tal-qiegħ għandha tkun iddisinjata b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti wara test dinamiku ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, skont dan ir-Regolament.
4.
Apparat tal-waqfien
4.1.
L-apparat jikkonsisti minn żewġ assorbituri identiċi mmuntati b’mod parallel.
4.2.
Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża assorbitur addizzjonali kull darba li l-massa nominali tiżdied b’200 kg. Kull assorbitur għandu jinkludi:
4.2.1.
Kejsing estern magħmul minn tubu tal-azzar;
4.2.2.
Tubu tal-poliuretan li jassorbi l-enerġija;
4.2.3.
Pum tal-azzar illustrat f’għamla ta’ żebbuġa li jippenetra ġol-assorbitur; u
4.2.4.
Xaft u pjanċa tal-impatt.
4.3.
Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta’ dan l-assorbitur huma murija fid-dijagramma riprodotta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness.
4.4.
Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti huma mogħtija fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4 ta’ dan l-anness.
4.5.
L-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm għal mill-inqas 12-il siegħa f’temperatura ta’ bejn 15 °C u 25 °C qabel ma jintuża għat-testijiet tal-ikkalibrar deskritti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament. Għal kull tip ta’ test, l-apparat tal-waqfien għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness 7. Għat-testijiet dinamiċi ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, l-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm għal mill-inqas 12-il siegħa fl-istess temperatura ± 2 °C tat-test tal-ikkalibrar. Jista’ jiġi aċċettat kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti.Tabella 3
Karatteristiċi tal-materjal assorbenti “A” (2)
(Metodu ASTM 2000 (1980) sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor) |
|
Ebusija Shore A: |
88 ± 2 f’temperatura ta’ 20 °C ± 5 °C |
Reżistenza fil-waqt tar-rottura: |
Ro ≥ 300 kg/cm2 |
Elongazzjoni minima: |
Ao ≥ 400 % |
Modulu f’elongazzjoni ta’ 100 %: |
≥ 70 kg/cm2 |
Modulu f’elongazzjoni ta’ 300 %: |
≥ 130 kg/cm2 |
Fraġilità f’temperatura baxxa (Metodu D 736 tal-ASTM): |
5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C |
Deformazzjoni permanenti (Metodu B): |
22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C ≤ 45 % |
Densità f’temperatura ta’ 25 °C: |
1,08 sa 1,12 |
Tiqdim fl-arja (Metodu ASTM D 573 (1981)): |
|
70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C: |
Ebusija Shore: varjazzjoni mass. ± 3 Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ro Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ao Piż: tnaqqis ta’ < 1 % |
Immersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM D 471 (1979) Nru 1. Żejt): |
|
70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C: |
Ebusija Shore: varjazzjoni mass. ± 4 Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ao Volum: nefħa ta’ < 5 % |
Immersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM D 471 (1979) Nru 3. Żejt): |
|
70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C: |
Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ao Volum: nefħa ta’ < 20 % |
Immersjoni f’ilma distillat: |
|
Ġimgħa 1 f’temperatura ta’ 70 °C: |
Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 35 % tal-Ro |
|
Elongazzjoni: żieda ta’ < 20 % tal-Ao |
Tabella 4
Karatteristiċi tal-Materjal Assorbenti “B”
Metodu ASTM 2000 (1980) sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor |
|
Ebusija Shore A: |
88 ± 2 f’temperatura ta’ 20 °C ± 5 °C |
Reżistenza fil-waqt tar-rottura: |
Ro ≥ 300 kg/cm2 |
Elongazzjoni minima: |
Ao ≥ 400 % |
Modulu f’elongazzjoni ta’ 100 %: |
≥ 70 kg/cm2 |
Modulu f’elongazzjoni ta’ 300 %: |
≥ 130 kg/cm2 |
Fraġilità f’temperatura baxxa (Metodu D 736 tal-ASTM): |
5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C |
Deformazzjoni permanenti (Metodu B): |
22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C ≤ 45 % |
Densità f’temperatura ta’ 25 °C: |
1,08 sa 1,12 |
Tiqdim fl-arja (Metodu ASTM D 573 (1981)): |
|
70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C: |
Ebusija Shore: varjazzjoni mass. ± 4 Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ao Volum: nefħa ta’ < 5 % |
Immersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM D 471 (1979) Nru 3. Żejt): |
|
70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C: |
Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ao Volum: nefħa ta’ < 20 % |
Immersjoni f’ilma distillat: |
|
Ġimgħa 1 f’temperatura ta’ 70 °C |
Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 35 % tal-Ro |
|
Elongazzjoni: żieda ta’ < 20 % tal-Ao |
(1) Id-dimensjoni għandha tkun ta’ 210 mm b’medda ta’ aġġustament ta’ ±70 mm.
(2) L-indirizz minn fejn jinkisbu l-istandards ASTM rilevanti huwa: ASTM, 1916 Race Street, Philadelphia, USA PA 19 103.
Appendiċi 1 għal Anness 6
Appendiċi 2 għal Anness 6
Arranġament u użu ta’ ankraġġi fuq it-troli tat-test
1.
L-ankraġġi għandhom jiġu ppożizzjonati kif indikat fl-Illustrazzjoni ta’ hawn taħt.
2.
Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategoriji “i-Size” u “għal vetturi speċifiċi” għandhom jużaw il-punti ta’ ankraġġ li ġejjin: H1 u H2.
3.
Għall-ittestjar ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’ċinga tal-irbit ta’ fuq, għandu jintuża l-ankraġġ G1 jew G2.
4.
Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jużaw sieq ta’ appoġġ, is-Servizz Tekniku għandu jagħżel l-ankraġġi li għandhom jintużaw skont il-paragrafu 3. ta’ hawn fuq u bis-sieq ta’ appoġġ aġġustata kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.6.3. ta’ dan ir-Regolament.
5.
L-istruttura li fuqha jkun hemm l-ankraġġi għandha tkun riġida. L-ankraġġi ta’ fuq ma għandhomx jiġu spostati b’aktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta fuqhom tiġi applikata tagħbija ta’ 980 N f’dik id-direzzjoni. It-troli għandu jkun mibni b’tali mod li matul it-test ma tirriżulta l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li fihom jinsabu l-ankraġġi.
Definizzjoni tal-ankraġġi taċ-ċinturin
Tabella 1
Punti ta’ ankraġġ taċ-ċinturin
|
Ankraġġ ta’ Fuq (P) |
Bokkla (A2) |
Esterni inferjuri (A1) |
||||||
Direzzjoni |
X |
Y |
Z |
X |
Y |
Z |
X |
Y |
Z |
Distanza (mm) |
-240 |
-220 |
-630 |
-29 |
200 |
59 |
10 |
-200 |
14,5 |
“Re” tinsab fil-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-ritrattatur
“Re” tinsab fil-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-ritrattatur
Dimensjonijiet f’mm
Appendiċi 3 għal Anness 6
Definizzjoni tal-bieba tal-impatt laterali
1. Definizzjoni tal-pannell tal-bieba
Id-dimensjoni u l-pożizzjoni inizjali tal-bieba tal-impatt fir-rigward tal-bank huma deskritti fl-Illustrazzjonijiet li ġejjin.
L-ebusija u r-reżistenza tal-pannell tal-bieba għandhom ikunu tali li jevitaw oxxillazzjoni eċċessiva jew deformazzjoni sinifikanti matul it-test dinamiku laterali.
Dimensjonijiet f’mm
Dimensjonijiet f’mm
Dimensjonijiet f’mm
2. Speċifikazzjoni tal-padding tal-pannell
2.1. Ġenerali
Il-wiċċ tal-impatt tal-pannell tal-bieba għandu jkun kollu kemm hu miksi b’materjal tal-padding, oħxon 55 mm (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn fuq). Il-materjal għandu jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2.3. (l-Illustrazzjoni 4 ta’ hawn taħt) ta’ dan l-appendiċi meta jiġi ttestjat f’konformità mal-paragrafu 2.2. ta’ dan l-appendiċi.
Kombinazzjoni ta’ materjali li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti hija deskritta fil-paragrafu 2.4. ta’ dan l-appendiċi.
2.2. Proċedura ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-materjal tal-padding tal-pannell
Il-konfigurazzjoni tat-test tikkonsisti f’test sempliċi ta’ twaqqigħ bl-użu ta’ forma ta’ ras sferika. Il-forma tar-ras sferika għandha dijametru ta’ 150 mm u massa ta’ 6 kg (± 0,1 kg). Il-veloċità tal-impatt hija ta’ 4 m/s (± 0,1 m/s). Jenħtieġ li l-istrumentazzjoni tippermetti li jiġi vvalutat il-ħin tal-ewwel kuntatt bejn l-impattur u l-kampjun kif ukoll l-aċċellerazzjoni tal-forma tar-ras tal-anqas fid-direzzjoni tal-impatt (id-direzzjoni-Z).
Jenħtieġ li l-kampjun tal-materjal ikollu d-dimensjonijiet ta’ 400 x 400 mm. Jenħtieġ li l-kampjun jintlaqat fiċ-ċentru tiegħu.
2.3. Kriterji ta’ prestazzjoni għall-materjal tal-padding
Il-ħin tal-ewwel kuntatt bejn il-materjal tal-kampjun u l-forma tar-ras (t0) huwa 0 ms.
L-aċċellerazzjoni tal-impattur ma għandhiex taqbeż 58 g.
Didiskalija:
1 |
- Limitu superjuri ta’ 58 g |
2 |
- Limitu inferjuri għall-quċċata massima f53 g (bejn 11 u 12 ms) |
3 |
- Limitu massimu għat-tnaqqis tal-aċċellerazzjoni (bejn 15 g f’20,5 ms u 10 g f’21,5 ms) |
4 |
- Limitu inferjuri għat-tnaqqis tal-aċċellerazzjoni (bejn 10 g f’20 ms u 7 g f’21 ms) |
2.4. Eżempju ta’ materjal li jissodisfa r-rekwiżiti tat-test:
Fowm taċ-ċelluli tal-lasktu tal-Polikloropren CR4271 bi ħxuna ta’ 35 mm imwaħħal mal-istruttura tal-pannell tal-bieba li magħha mbagħad għandu jitwaħħal saff sussegwenti ta’ Styrodur C2500 bi ħxuna ta’ 20 mm. Is-Styrodur jeħtieġ jinbidel wara kull test.
Appendiċi 4 għal Anness 6
Apparat tal-waqfien tal-impatt frontali
dimensjonijiet (f’mm)
* |
Din id-dimensjoni tista’ tvarja bejn 43 u 49 mm |
Dimensjonijiet f’mm
ANNESS 7
Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin
F’kull każ il-proċeduri ta’ kalibrar u ta’ kejl għandhom jikkorrispondu għal dawk definiti fl-Istandard Internazzjonali ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-data bi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) 60.
Appendiċi 1 għal Anness 7
Impatt frontali
Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin
Impatt frontali — Impuls tat-test 1
Definizzjoni tal-kurvi differenti |
||
Ħin (ms) |
Aċċellerazzjoni (g) Kuritur inferjuri |
Aċċellerazzjoni (g) Kuritur superjuri |
0 |
- |
10 |
20 |
0 |
- |
50 |
20 |
28 |
65 |
20 |
- |
+80 |
- |
28 |
100 |
0 |
- |
120 |
0 |
- |
Is-segment addizzjonali japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni.
Appendiċi 2 għal Anness 7
Impatt minn wara
Kurvi tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin
Impatt minn wara – Impuls tat-test 2
Definizzjoni tal-kurvi differenti |
||
Ħin (ms) |
Aċċellerazzjoni (g) Kuritur inferjuri |
Aċċellerazzjoni (g) Kuritur superjuri |
0 |
- |
21 |
10 |
0 |
|
10 |
7 |
- |
20 |
14 |
- |
37 |
14 |
- |
52 |
7 |
- |
52 |
0 |
|
70 |
- |
21 |
70 |
- |
0 |
Is-segment addizzjonali japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni.
Appendiċi 3 għal Anness 7
Impatt laterali
Kurva tal-veloċità relattiva bejn it-troli u l-pannell tal-bieba bħala funzjoni tal-ħin
Impatt laterali – Kuritur tat-test tal-veloċità 3
Definizzjoni tal-kurvi differenti |
||
Ħin (ms) |
Bejn il-bieba u l-bank Veloċità relattiva (m/s) Kuritur inferjuri |
Bejn il-bieba u l-bank Veloċità relattiva (m/s) Kuritur superjuri |
0 |
6,375 |
7,25 |
15 |
5,5 |
- |
18 |
- |
6,2 |
60 |
0 |
- |
70 |
- |
0 |
Kumment: Il-kuritur għandu jiġi ddefinit abbażi tal-esperjenzi tal-laboratorji tat-testijiet rispettivi.
ANNESS 8
Deskrizzjoni tal-manikini
1. Ġenerali
1.1. |
Il-manikini preskritti f’dan ir-Regolament huma deskritti f’dan l-anness, fid-disinji tekniċi (1) u fil-manwali għall-utent. Is-sensuri tal-pressjoni addominali preskritti f’dan ir-Regolament huma deskritti f’dan l-anness, fid-disinji tekniċi u fil-manwali għall-utent. |
1.2. |
Jistgħu jintużaw manikini u strumentazzjoni addominali alternattivi sakemm: |
1.2.1. |
L-ekwivalenza tagħhom tista’ tintwera għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u |
1.2.2. |
L-użu tagħhom huwa ddokumentat fir-rapport tat-test, u fil-formola ta’ komunikazzjoni deskritta fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
2. Deskrizzjoni tal-manikini
2.1. |
Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikini Q0, Q1, Q1,5, Q3, Q6 u Q10 deskritti hawn taħt huma bbażati fuq l-antropometrija ta’ tfal tal-50 perċentil ta’ dawk ta’ 0 snin, sena, sena u nofs, tliet snin, sitt snin u għaxar snin u nofs rispettivament. |
2.2. |
Il-manikini jikkonsistu minn skeletru tal-metall u tal-plastik miksi b’biċċiet tal-fowm miksija bil-plastik biex jikkompletaw il-komponenti tal-ġisem. |
3. Kostruzzjoni
3.1. |
Ras
Ir-ras hija fil-biċċa l-kbira magħmula minn materjali sintetiċi. Il-kavità tar-ras hija kbira biżżejjed biex tippermetti l-użu ta’ għadd ta’ strumenti, bħal pereżempju aċċellerometri lineari u sensuri tal-veloċità angolari. |
3.2. |
Għonq
L-għonq huwa flessibbli u jippermetti tiċrit u liwi f’kull direzzjoni. Id-disinn segmentat jippermetti azzjonijiet rotazzjonali realistiċi. L-għonq huwa mgħammar b’kurdun tal-għonq li ma tantx jiġġebbed sabiex tiġi evitata elongazzjoni eċċessiva. Il-kurdun tal-għonq huwa mfassal ukoll biex iservi bħala kurdun tas-sikurezza f’każ li jinqata’ l-lasktu. Fl-interfaċċa bejn l-għonq u r-ras u bejn l-għonq u t-torso tista’ tiġi mmuntata ċellula ta’ tagħbija b’sitt kanali. Il-manikini Q0, Q1 u Q1,5 ma jistgħux jakkomodaw iċ-ċellula tat-tagħbija bejn l-għonq u t-torso. |
3.3. |
Toraċi
It-toraċi tat-tfal huwa rrappreżentat minn par kustilji. Id-deformazzjoni tista’ titkejjel b’potenzjometru tal-qafla fil-manikin Q1 u Q1,5 u b’sensuri IR-TRACC fil-manikin Q3, Q6 u Q10. L-ispallejn huma mqabbda mat-toraċi permezz ta’ ġog flessibbli, li jippermetti deformazzjoni ’l quddiem. |
3.4. |
L-aċċellerometri jistgħu jiġu mmuntati fuq l-ispina tad-dahar biex jitkejlu l-aċċellerazzjonijiet lineari. It-toraċi tal-manikin Q0 għandu disinn simplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għat-torso kollu. |
3.5. |
Addome
L-addome huwa fowm miksi bil-ġilda. Sabiex tiġi ddeterminata l-ebusija meħtieġa intużat data bijomekkanika tat-tfal. L-addome tal-manikin Q0 għandu disinn simplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għat-torso kollu. Għall-impatt frontali, l-addome tal-manikini Q1,5, Q3, Q6 u Q10 huma mgħammra bi strumenti li jużaw Sensuri Doppji tal-Pressjoni Addominali (APTS). |
3.6. |
Sinsla lumbari
Is-sinsla lumbari hija kolonna flessibbli tal-lasktu, li tippermetti tiċrit u liwi f’kull direzzjoni. Bejn is-sinsla lumbari u l-pelvi tista’ tiġi mmuntata ċellula ta’ tagħbija b’sitt kanali, ħlief fil-każ tal-manikin Q0. |
3.7. |
Pelvi
Il-pelvi huwa mibni minn parti li tirrapreżenta l-għadma sakroiljaka miksija b’kisi estern tal-plastik li jissimula l-laħam. Fil-parti li tirrapreżenta l-għadam jiddaħħlu ġogi tal-ġenbejn li jistgħu jitneħħew. Fil-pelvi jista’ jistgħu jiġu mmuntati serje ta’ aċċellerometri. Jeżistu ġogi tal-ġenbejn speċjali li jippermettu li l-manikin jitqiegħed f’pożizzjoni bilwieqfa. Il-pelvi tal-manikin Q0 għandu disinn issimplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għat-torso kollu. |
3.8. |
Riġlejn
Ir-riġlejn huma magħmula minn għadam tal-plastik rinfurzat bil-metall koperti b’partijiet tal-fowm miksija bil-PVC li jirrappreżentaw il-laħam tar-riġel ta’ fuq u ta’ taħt. Il-ġogi tal-irkoppa jistgħu jiġu llokkjati fi kwalunkwe pożizzjoni. Din il-karatteristika tista’ tintuża biex tiffaċilita l-pożizzjonament tal-manikin f’pożizzjoni wieqfa. (Ta min jinnota li l-manikin ma għandux il-kapaċità li joqgħod bilwieqfa mingħajr ebda sostenn estern.) Ir-riġlejn tal-manikin Q0 għandhom disinn issimplifikat b’parti integrali waħda għal kull sieq b’angolu fiss fl-irkoppa. |
3.9. |
Dirgħajn
Id-dirgħajn huma magħmula minn għadam tal-plastik koperti b’partijiet tal-fowm miksija bil-PVC li jirrappreżentaw il-laħam tad-driegħ ta’ fuq u ta’ taħt. Il-ġogi tal-minkbejn jistgħu jiġu llokkjati fi kwalunkwe pożizzjoni. Id-dirgħajn tal-manikin Q0 għandhom disinn simplifikat b’parti integrali waħda għal kull driegħ u b’angolu fiss fil-minkeb. |
4. Karatteristiċi ewlenin
4.1. |
Massa
Tabella 1 Distribuzzjonijiet tal-massa tal-manikin-Q
L-installazzjoni ta’ Sensuri Doppji tal-Pressjoni Addominali (APTS) f’impatt frontali u minn wara tista’ żżid sa 0,2 kg mal-piż tal-manikin Q1,5 u 0,5 kg mal-piż tal-manikini Q3, Q6 u Q10. |
4.2. |
Dimensjonijiet ewlenin |
Tabella 2
Dimensjonijiet tal-manikin-Q
Nru |
|
Q0 |
Q1 |
Q1,5 |
Q3 |
Q6 |
Q10 (miri tad-disinn) |
||||||
|
|
Dimensjonijiet f’mm |
|||||||||||
17 |
Għoli f’pożizzjoni bilqiegħda (ir-ras immejla ’l quddiem) |
355 ± 9 |
479 ± 9 |
499 ± 9 |
544 ± 9 |
601 ± 9 |
733,7 ± 9 |
||||||
18 |
Għoli tal-ispalla (bilqiegħda) |
255 ± 5 |
298 ± 7 |
309 ± 7 |
329 ± 7 |
362 ± 7 |
473 ± 7 |
||||||
|
Statura (ir-ras immejla ’l quddiem) |
- |
740 ± 9 |
800 ± 9 |
985 ± 9 |
1143 ± 9 |
1 453,2 ± 12 |
||||||
5 |
Fond tas-sider |
- |
114 ± 5 |
113 ± 5 |
146 ± 5 |
141 ± 5 |
171 ± 5 |
||||||
15 |
Wisa’ tal-ispallejn |
145 ± 5 |
227 ± 7 |
227 ± 7 |
259 ± 7 |
305 ± 7 |
334,8 ± 7 |
||||||
12 |
Wisa’ tal-ġenbejn |
- |
191 ± 7 |
194 ± 7 |
200 ± 7 |
223 ± 7 |
270 ± 7 |
||||||
1 |
Parti posterjuri tal-warrani sal-parti anterjuri tal-irkoppa |
130 ± 5 |
211 ± 5 |
235 ± 5 |
305 ± 5 |
366 ± 5 |
485,4 ± 6 |
||||||
2 |
Parti posterjuri tal-warrani sal-popliteus |
- |
161 ± 5 |
185 ± 5 |
253 ± 5 |
299 ± 5 |
414,9 ± 6 |
||||||
21 |
Għoli tal-koxxa, f’pożizzjoni bilqiegħda |
|
69 |
72 |
79 |
92 |
114 ± 3 |
||||||
|
Għoli tal-ispazjatur għall-pożizzjonament tal-manikin (1) |
|
229 ± 2 |
237 ± 2 |
250 ± 2 |
270 ± 2 |
359 ± 2 |
||||||
|
Noti:
1. |
Aġġustament tal-ġogi
Jenħtieġ li preferibbilment il-ġogi jiġu aġġustati skont il-proċeduri inklużi fil-manwali tal-manikini-Q. (2) |
2. |
Strumentazzjoni
L-istrumentazzjoni fil-familja ta’ manikini-Q għandha preferibbilment tiġi installata u kkalibrata skont il-proċeduri li hemm fil-manwali tal-manikini-Q1 u fil-manwal tal-APTS. |
(1) Deskrizzjonijiet tal-konfigurazzjonijiet ta’ kull manikin jew sensur tal-pressjoni addominali jinsabu temporanjament fuq is-sit web tal-grupp ta’ ħidma informali dwar is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal: https://www2.unece.org/wiki/display/trans/Q-Dummy+drawings
(1) Id-dijametru tal-għonq jittieħed bħala d-dijametru tal-pjanċa superjuri u inferjuri tal-għonq tal-manikin Q.
Id-disks tan-nofs huma 56,9 mm
(2) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinji dettaljati tal-manikini-Q u tal-APTS, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-aġġustamenti tagħhom għat-testijiet ta’ dan ir-Regolament jinsabu temporanjament fuq is-sit web tal-grupp ta’ ħidma informali dwar is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal (https://www2.unece.org/wiki/display/trans/Q-dummy+drawings) tal-UNECE, Palais de Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera. Meta dan ir-Regolament jiġi adottat mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29), it-test li jillimita l-użu tad-disinji u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jitneħħa mill-paġni individwali u jerġgħu jittellgħu fuq is-sit web imsemmi hawn fuq. Wara perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-Grupp ta’ Ħidma Informali biex jiffinalizza l-eżami tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tad-disinji tal-manikini biex ikopri l-fażi 2 tar-Regolament, id-disinji finali u approvati jiġu rilokati fir-Riżoluzzjoni Reċiproka tal-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998, li jinsabu fuq is-sit web tal-Forum Dinji WP.29.
ANNESS 9
Test tal-impatt frontali ma’ ostaklu
1.1.
Post fejn isir it-testIż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi meħtieġa għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.
1.2.
OstakluL-ostaklu huwa magħmul minn blokka tal-konkrit rinforzat b’wisa’ ta’ mhux inqas minn 3 m fuq quddiem u b’għoli ta’ mhux inqas minn 1,5 m. L-ostaklu għandu jkun oħxon biżżejjed li l-piż tiegħu jkun ta’ mill-inqas 70 tunnellata. Il-parti ta’ quddiem għandha tkun vertikali, perpendikolari għall-assi tal-korsa tar-rankatura, u miksija b’bords tal-plywood bi ħxuna ta’ 20 ± 1 mm u f’kundizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jew ikun ankrat mal-art jew imqiegħed mal-art, jekk meħtieġ, b’apparati addizzjonali li jimmobilizzaw l-ostaklu biex jiġi limitat l-ispostament tiegħu. Jista’ jintuża wkoll ostaklu b’karatteristiċi differenti, imma li jagħti riżultati li tal-inqas iwasslu għall-istess konklużjoni.
1.3.
Propulsjoni tal-vetturaFil-mument tal-impatt, il-vettura ma għandhiex tkompli tiġi sottoposta għall-azzjoni ta’ xi apparat ta’ kontroll jew ta’ propulsjoni addizzjonali. Għandha tilħaq l-ostaklu f’rotta perpendikolari għall-ħajt tal-kolliżjoni; id-diżallinjament laterali massimu permess bejn il-linja medjana vertikali tal-parti ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta’ ± 30 cm.
1.4.
Stat tal-vettura
1.4.1.
Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha tkun mgħammra bit-tagħmir u bil-komponenti kollha normalment inklużi fil-piż tas-servizz tagħha mingħajr tagħbija jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-komponenti u tat-tagħmir tal-kompartiment tal-passiġġieri u d-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.
1.4.2.
Jekk il-vettura tkun misjuqa minn mezzi esterni, l-installazzjoni tal-fjuwil għandha tkun mimlija sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tagħha bil-fjuwil jew b’likwidu li ma jaqbadx, li jkollu densità u viskożità simili għal dawk tal-fjuwil li normalment jintuża. Is-sistemi l-oħra kollha (il-kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) għandhom ikunu vojta.
1.4.3.
Jekk il-vettura tkun qed tinstaq mill-magna tagħha stess, it-tank tal-fjuwil għandu jkun tal-inqas 90 % mimli. It-tankijiet l-oħra kollha li jżommu xi likwidu għandhom jimtlew sa fuq nett.
1.4.4.
Fuq talba tal-manifattur, is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament tintuża wkoll l-istess vettura użata għat-testijiet preskritti minn Regolamenti oħra (inklużi testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha).
1.5.
Veloċità mal-impattIl-veloċità mal-impatt għandha tkun ta’ 50 + 0/-2 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt ogħla u l-vettura tkun issodisfat il-kundizzjonijiet preskritti, it-test jitqies bħala sodisfaċenti.
1.6.
Strumenti tal-kejlL-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 1.5. ta’ hawn fuq għandu jkollu marġini ta’ preċiżjoni ta’ wieħed fil-mija.
ANNESS 10
Proċedura tat-test tal-impatt minn wara
1. Installazzjonijiet, proċeduri u strumenti tal-kejl
1.1. |
Post fejn isir it-test
Iż-żona fejn isir it-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda s-sistema ta’ propulsjoni tal-impattur u biex tippermetti l-ispostament tal-vettura milquta wara l-impatt kif ukoll l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti fejn iseħħu l-impatt u l-ispostament tal-vettura għandha tkun orizzontali. (Il-gradjent għandu jkun ta’ inqas minn 3 fil-mija mkejjel fuq kull tul ta’ metru.) |
1.2. |
Impattur |
1.2.1. |
L-impattur għandu jkun tal-azzar u jkollu struttura riġida. |
1.2.2. |
Is-superfiċe tal-impatt għandu jkun ċatt, b’wisa’ ta’ mill-inqas 2 500 mm u b’għoli ta’ mill-inqas 800 mm. It-truf tiegħu għandhom ikunu ttundjati b’raġġ tal-kurvatura ta’ bejn 40 u 50 mm. Għandu jkun miksi b’saff tal-plywood oħxon 20 ± 1 mm. |
1.2.3. |
Fil-mument tal-impatt għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin: |
1.2.3.1. |
Is-superfiċe tal-impatt għandu jkun vertikali u perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta; |
1.2.3.2. |
Id-direzzjoni tal-moviment tal-impattur għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta; |
1.2.3.3. |
Id-devjazzjoni laterali massima permessa bejn il-linja medjana vertikali tas-superfiċe tal-impattur u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċe tal-impatt għandu jestendi tul il-wisa’ kollha tal-vettura milquta; |
1.2.3.4. |
L-għoli tat-tarf tal-qiegħ tas-superfiċe tal-impatt mill-art għandu jkun ta’ 175 ± 25 mm. |
1.3. |
Propulsjoni tal-impattur
L-impattur jista’ jew ikun marbut ma’ karru (ostaklu li jiċċaqlaq) jew ikun parti minn pendlu. |
1.4. |
Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli meta jintuża ostaklu li jiċċaqlaq |
1.4.1. |
Jekk l-impattur ikun marbut ma’ karru (ostaklu li jiċċaqlaq) permezz ta’ element tat-trażżin, dak l-element għandu jkun riġidu u ma għandux ikun jista’ jiġi sfigurat mill-impatt; fil-mument tal-impatt, il-karru għandu jkun jista’ jiċċaqlaq liberament mingħajr ma jkun għadu sottopost għall-azzjoni tal-apparat propulsur. |
1.4.2. |
Il-massa kkombinata tal-karru u tal-impattur għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg. |
1.5. |
Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli meta jintuża pendlu |
1.5.1. |
Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-wiċċ tal-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu ma għandhiex tkun inqas minn 5 m. |
1.5.2. |
L-impattur għandu jkun sospiż liberament permezz ta’ dirgħajn riġidi, li jkunu marbuta sew miegħu. Il-pendlu b’hekk kostitwit għandu jkun sostanzjalment inkapaċi li jiġi sfigurat mill-impatt. |
1.5.3. |
Fil-pendlu għandu jkun hemm apparat tal-waqfien inkorporat biex jiġi evitat impatt sekondarju mill-impattur fuq il-vettura tat-test. |
1.5.4. |
Fil-mument tal-impatt, il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun bejn 30 u 32 km/h. |
1.5.5. |
Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (1) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
|
1.5.6. |
Il-massa mnaqqsa “mr” għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg. |
1.6. |
Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-massa u mal-veloċità tal-impattur
Jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt ogħla minn dawk preskritti fil-paragrafu 1.5.4. ta’ hawn fuq u/jew b’massa akbar minn dawk preskritti fil-paragrafi 1.5.3. jew 1.5.6. ta’ hawn fuq, u l-vettura tkun issodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti. |
1.7. |
Stat tal-vettura waqt it-test
Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha tkun mgħammra bit-tagħmir u bil-komponenti kollha normalment inklużi fil-piż tas-servizz tagħha mingħajr tagħbija jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit f’dak li għandu x’jaqsam mad-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha. |
1.8. |
Il-vettura kompluta bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba installata f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għandha titqiegħed fuq wiċċ iebes, ċatt u livell, bill-ħendbrejk imniżżel u f’ger newtrali. Fl-istess test tal-impatt tista’ tiġi ttestjata aktar minn Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waħda. |
(1) Id-distanza “a” hija daqs it-tul tal-pendlu sinkroniku inkwistjoni.
ANNESS 11
Skema tal-approvazzjoni tat-tip (Dijagramma sekwenzjali ISO 9002:2000)
Noti:
0. |
Jew standard ekwivalenti għal dan bl-esklużjoni permissibbli tar-rekwiżiti relatati mal-kunċetti ta’ disinn u ta’ żvilupp; il-punt 7.3. tal-ISO 9002:2000 “Sodisfazzjon tal-klijent u titjib kontinwu” |
1. |
Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu mis-Servizzi Tekniċi |
2. |
Żjara fl-istabbiliment tal-manifattur għal spezzjoni u għal teħid ta’ kampjuni aleatorji mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mis-Servizz Tekniku
|
3. |
Testijiet f’konformità mal-Anness 13
|
ANNESS 12
Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni
1. Testijiet
Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom ikunu meħtieġa juru l-konformità mar-rekwiżiti li fuqhom huma bbażati t-testijiet li ġejjin:
1.1. |
Verifika tal-livell limitu tal-illokkjar u d-durabbiltà tar-ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza
Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4.3. ta’ dan ir-Regolament fid-direzzjoni l-inqas favorevoli stabbilita wara li jkunu ġew sottoposti għat-testijiet tad-durabbiltà kif spjegat fid-dettall fil-paragrafi 7.2.4.2., 7.2.4.4. u 7.2.4.5. ta’ dan ir-Regolament bħala rekwiżit tal-paragrafu 6.7.3.2.6. ta’ dan ir-Regolament. |
1.2. |
Verifika tad-durabbiltà tar-ritrattaturi li jillokkjaw awtomatikament
Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4.2. ta’ dan ir-Regolament supplementati mit-testijiet fil-paragrafi 7.2.4.4. u 7.2.4.5. ta’ dan ir-Regolament bħala rekwiżit tal-paragrafu 6.7.3.1.3. ta’ dan ir-Regolament. |
1.3. |
Test għar-reżistenza taċ-ċineg wara l-kundizzjonament
Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.4.2. ta’ dan ir-Regolament wara l-kundizzjonament skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.5.2.1. sa 7.2.5.2.5. ta’ dan ir-Regolament. |
1.3.1. |
Test għar-reżistenza taċ-ċineg wara l-brix
Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.4.2. ta’ dan ir-Regolament wara l-kundizzjonament skont ir-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 7.2.5.2.6. ta’ dan ir-Regolament. |
1.4. |
Test tal-mikroslip
Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.3. ta’ dan ir-Regolament. |
1.5. |
Assorbiment tal-enerġija
Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6.2. ta’ dan ir-Regolament. |
1.6. |
Verifika tar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba meta din tiġi soġġetta għat-test dinamiku xieraq:
Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.1.3. ta’ dan ir-Regolament bi kwalunkwe bokkla prekundizzjonata skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.7.1.6. ta’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti rispettivi tal-paragrafu 6.6.4. ta’ dan ir-Regolament (għall-prestazzjoni ġenerali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba) u tal-paragrafu 6.7.1.7.1. ta’ dan ir-Regolament (għall-prestazzjoni ta’ kwalunkwe bokkla taħt tagħbija). |
1.7. |
Test tat-temperatura
Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6.5. ta’ dan ir-Regolament. |
2. Frekwenza tat-testijiet u riżultati
2.1. |
L-ittestjar f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi minn 1.1 sa 1.5 u 1.7. ta’ hawn fuq għandu jsir bi frekwenza aleatorja u statistikament ikkontrollata skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità, u għandu jitwettaq mill-inqas darba fis-sena. |
2.2. |
Kundizzjonijiet minimi għall-kontroll tal-konformità tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategoriji “Universali”, fir-rigward tat-testijiet dinamiċi skont il-paragrafu 1.6. ta’ hawn fuq. |
2.2.1. |
Kontroll tal-lott għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
2.2.1.1. |
Id-detentur ta’ approvazzjoni għandu jqassam is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’lottijiet kemm jista’ jkun uniformi fir-rigward tal-materja prima jew tal-prodotti intermedji involuti fil-manifattura tagħhom (kulur tal-qoxra differenti, manifattura differenti taċ-ċinga integrali) kif ukoll fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni. L-għadd f’lott wieħed ma għandux ikun ta’ aktar minn 5 000 unità.
Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mis-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni. |
2.2.1.2. |
Minn kull lott għandu jittieħed kampjun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.4. ta’ hawn taħt. Il-kampjun jista’ jittieħed qabel ma l-lott ikun komplut diment li jkun fih tal-anqas 20 fil-mija tal-kwantità tal-lott. |
2.2.1.3. |
Il-karatteristiċi tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-għadd ta’ testijiet dinamiċi li għandhom jitwettqu huma mogħtija fil-paragrafu 2.2.1.4. ta’ hawn taħt |
2.2.1.4. |
Sabiex jiġi aċċettat, lott ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin.
Tabella 1
|
2.2.1.5. |
Il-kontroll tal-konformità tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jsir l-ewwel fuq l-grupp li jkun ġie manifatturat wara l-ewwel lott sottopost għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni. |
2.2.1.6. |
Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.1.4. ta’ hawn fuq ma għandhomx jaqbżu l-valur ta’ L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni. |
2.2.2. |
Kontroll kontinwu |
2.2.2.1. |
Id-detentur ta’ approvazzjoni huwa obbligat iwettaq kontroll kontinwu tal-kwalità tal-proċess tal-manifattura tiegħu fuq bażi statistika u permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jitwettqu mis-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni li jkun responsabbli għat-traċċabilità tal-prodott. |
2.2.2.2. |
Il-kampjuni għandhom jittieħdu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.2.4. ta’ hawn taħt. |
2.2.2.3. |
Il-karatteristika tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tintgħażel b’mod aleatorju u t-testijiet li għandhom jitwettqu huma deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4. ta’ hawn taħt. |
2.2.2.4. |
Il-kontroll għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Tabella 2
Dan il-pjan ta’ kampjunar doppju jiffunzjona kif ġej:
|
2.2.2.5. |
Il-kontroll kontinwu fuq is-sistemi tat-trażżin għat-tfal jibda wara l-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni. |
2.2.2.6. |
Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4. ta’ hawn fuq ma għandhomx jaqbżu l-valur ta’ L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni. |
2.3. |
Għal ECRS għal Vetturi speċifiċi f’konformità mal-paragrafu 2.1.2.4.1. ta’ hawn fuq, il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jista’ jagħżel il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni skont il-paragrafu 2.2. ta’ hawn fuq, fuq bank tat-test, jew inkella skont il-paragrafi 2.3.1. u 2.3.2. ta’ hawn taħt, f’karozzerija ta’ vettura. |
2.3.1. |
Għal ECRS għal Vetturi speċifiċi, il-frekwenza tat-testijiet għandha tkun ta’ darba kull tmien ġimgħat:
F’kull test għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha skont il-paragrafi 6.6.4. u 6.7.1.7.1. ta’ dan ir-Regolament. Jekk it-testijiet kollha f’sena waħda jagħtu riżultati sodisfaċenti, il-manifattur, wara ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, jista’ jnaqqas il-frekwenzi kif ġej: darba kull 16-il ġimgħa. Madankollu, meta l-produzzjoni annwali tkun ta’ 1 000 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew inqas, għandha tiġi permessa frekwenza minima ta’ test fis-sena. |
2.3.2. |
Meta kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li għalih ikun ġie sottopost, għandu jsir test ieħor għall-istess rekwiżit fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra. Jekk it-test dinamiku ta’ xi wieħed minn dawn tal-aħħar ikun negattiv, il-produzzjoni titqies nonkonformi u l-frekwenza għandha tiżdied għall-ogħla waħda jekk tkun intużat dik aktar baxxa skont il-paragrafu 2.3. ta’ hawn fuq u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex terġa tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni. |
2.4. |
Meta jinstab li l-produzzjoni mhijiex konformi abbażi tal-paragrafi 2.2.1.4., 2.2.2.4. jew 2.3.2. ta’ hawn fuq, id-detentur tal-approvazzjoni jew ir-rappreżentant akkreditat tiegħu għandu: |
2.4.1. |
Jinnotifika lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip, fejn jindika x’passi ttieħdu biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni. |
2.5. |
Il-manifattur għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip fuq bażi trimestrali, dwar il-volum tal-prodotti manifatturati għal kull numru tal-approvazzjoni, billi jipprovdi mezz ta’ kif jiġu identifikati liema prodotti jikkorrispondu ma’ dak in-numru tal-approvazzjoni. |
ANNESS 13
Test tal-materjal li jassorbi l-enerġija
1. Mudell tar-ras
1.1. |
Il-mudell tar-ras għandu jkun magħmul minn emisfera solida tal-injam b’segment sferiku iżgħar miżjud kif muri fl-Illustrazzjoni A ta’ hawn taħt. Dan għandu jkun mibni b’tali mod li jkun jista’ jitwaqqa’ liberament tul l-assi mmarkat u għandu jkollu post fejn jintrama aċċellerometru sabiex titkejjel l-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni tal-waqgħa. |
1.2. |
Il-massa totali tal-mudell tar-ras, inkluż l-aċċellerometru, għandha tkun ta’ 2,75 ± 0,05 kg.
Dimensjonijiet f’mm |
2. Strumentazzjoni
L-aċċellerazzjoni għandha tiġi rreġistrata waqt it-test, bl-użu ta’ tagħmir f’konformità mal-klassi tal-frekwenza tal-kanal 1 000 kif speċifikat fl-aħħar verżjoni tal-istandard ISO 6487.
3. Proċedura
3.1. |
It-trażżin għat-tfal għandu jitqiegħed fiż-żona tal-impatt fuq superfiċe riġidu u ċatt, b’dimensjonijiet minimi ta’ 500 × 500 mm, b’tali mod li d-direzzjoni tal-impatt tkun perpendikolari għas-superfiċe intern tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fiż-żona tal-impatt. |
3.2. |
Għolli l-mudell tar-ras f’għoli ta’ 100 -0/+5 mm imkejjel bejn is-superfiċi superjuri tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba armata u l-aktar punt baxx fuq il-mudell tar-ras, u ħallih jaqa’. Irreġistra l-aċċellerazzjoni esperjenzata mill-mudell tar-ras waqt l-impatt. |
ANNESS 14
Metodu għad-definizzjoni tal-erja tal-impatt tar-ras ta’ apparati b’post fejn jisserraħ id-dahar jew bi lqugħ għall-protezzjoni kontra impatti u għal apparati li jħarsu lura għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-ġwienaħ tal-ġenb
1. Erja tal-impatt tar-ras
1.1. |
Definizzjoni tal-erja tal-impatt ta’ tagħmir b’post fejn isserraħ id-dahar
Poġġi l-apparat fuq il-bank tat-test deskritt fl-Anness 6. L-apparati b’dahar li jista’ jitla u jinżel għandhom jiġu ssettjati bis-sit fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa. Poġġi l-iżgħar manikin fl-apparat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur. Immarka punt “A” fuq id-dahar, fuq l-istess livell orizzontali bħall-ispalla tal-iżgħar manikin f’distanza ta’ 2 cm ’il ġewwa mit-tarf estern tad-driegħ. Is-superfiċi interni kollha ’l fuq mill-pjan orizzontali li jgħaddu mill-punt A, għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 13. Din l-erja għandha tinkludi l-post fejn jisserraħ id-dahar u l-ġwienaħ tal-ġnub, inklużi t-truf ta’ fuq ġewwa (iż-żona tar-raġġ) tal-ġwienaħ tal-ġnub. Fil-każ ta’ kerrikots fejn, minħabba l-karatteristiċi tal-apparat u l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma jkunx possibbli li l-manikin jiġi installat b’mod simetriku, l-erja konformi mal-Anness 13 għandha tkun is-superfiċi interni kollha ’l fuq mill-punt “A”, kif definit qabel, fid-direzzjoni tar-ras, meta mkejla b’dan il-manikin fil-kerrikot fl-agħar pożizzjoni tiegħu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bil-kerrikot imqiegħed fuq il-bank tat-test. Jekk l-installazzjoni simetrika tal-manikin fil-kerrikot tkun possibbli, l-erja interna kollha għandha tkun konformi mal-Anness 13. Għal apparat li jħares lura għandu jkun hemm ġwienaħ tal-ġnub b’fond minimu ta’ 90 mm imkejjel mill-medjan tas-superfiċe tal-post fejn jisserraħ id-dahar. Dawn il-ġwienaħ tal-ġnub għandhom jibdew mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt “A” u jkomplu sal-parti ta’ fuq nett tad-dahar tas-sit tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Minn punt li jinsab 90 mm ’l isfel mill-ogħla parti tad-dahar tas-sit, il-fond tal-ġwienaħ tal-ġnub jista’ jitnaqqas gradwalment. |
1.2. |
Definizzjoni tal-erja tal-impatt tar-ras tal-ilqugħ mill-impatt
L-erja tal-impatt tar-ras tal-ilqugħ mill-impatt hija s-superfiċe superjuri kollu tal-ilqugħ mill-impatt, li jinkludi kwalunkwe superfiċe viżibbli jekk wieħed kellu jħares lejn l-ilqugħ minn fuq. |
ANNESS 15
Deskrizzjoni tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi mqabbda ma’ ċinga
1.
Metodu
1.1.
Qabbad l-aġġustatur sew
1.2.
Biċ-ċinga ppożizzjonata fil-pożizzjoni ta’ referenza deskritta fil-paragrafu 7.2.6., iġbed tal-inqas 50 mm ta’ ċinga minn ġol-aġġustatur billi tiġbed it-tarf liberu taċ-ċinga.
1.3.
Qabbad il-parti taċ-ċinga rregolata bl-aġġustatur mal-apparat tal-ġbid A.
1.4.
Attiva l-aġġustatur (C) u iġbed tal-inqas 150 mm ta’ ċinga minn ġol-aġġustatur. Dan jirrappreżenta nofs ċiklu wieħed u jpoġġi l-apparat tal-ġbid A fil-pożizzjoni ta’ estrazzjoni massima taċ-ċinga.
1.5.
Qabbad it-tarf liberu taċ-ċinga mal-apparat tal-ġbid B.
2.
Iċ-ċiklu huwa:
2.1.
Iġbed B tal-inqas 150 mm filwaqt li A ma teżerċita l-ebda tensjoni fuq iċ-ċinga.
2.2.
Attiva l-aġġustatur (C) u iġbed A filwaqt li B ma jeżerċita ebda tensjoni fuq il-parti libera taċ-ċinga.
2.3.
Fit-tmiem taċ-ċiklu, iddiżattiva l-aġġustatur.
2.4.
Irrepeti ċ-ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.2.7. ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS 16
Apparat tipiku użat għat-test tar-reżistenza tal-bokkla
ANNESS 17
Determinazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni
1.
Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras (HPC)
1.1.
Dan il-kriterju jitqies bħala ssodisfat meta, matul it-test, ir-ras ma tiġix f’kuntatt ma’ xi komponent tal-vettura.
1.2.
Jekk dan ma jkunx il-każ, isir kalkolu tal-valur tal-HPC, abbażi tal-aċċellerazzjoni (a), (1) permezz tal-espressjoni li ġejja:
Fejn:
1.2.1.
It-terminu “a” huwa l-aċċellerazzjoni riżultanti li titkejjel f’unitajiet ta’ gravità, g (1 g = 9,81 m/s2);
1.2.2.
Jekk il-fażi inizjali tal-kuntatt tar-ras tkun tista’ tiġi determinata b’mod sodisfaċenti, t1 u t 2 huma ż-żewġ istanti tal-ħin, espressi f’sekondi, li jiddefinixxu intervall bejn il-bidu tal-kuntatt tar-ras u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għaliha l-valur tal-HPC huwa l-massimu;
1.2.3.
Jekk il-fażi inizjali tal-kuntatt tar-ras ma tkunx tista’ tiġi determinata, t1 u t2 huma ż-żewġ istanti tal-ħin, espressi f’sekondi, li jiddefinixxu intervall ta’ ħin bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalih il-valur tal-HPC huwa l-massimu;
1.2.4.
Il-valuri tal-HPC li għalihom l-intervall tal-ħin (t1 - t2) huwa aktar minn 15 ms jiġu injorati għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur massimu.
1.3.
Il-valur tal-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras matul impatt frontali li jinqabeż għal 3 ms b’mod kumulattiv jiġi kkalkulat mill-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras.
(1) L-aċċellerazzjoni (a) li tirreferi għaċ-ċentru tal-gravità tiġi kkalkulata mill-komponenti triassjali tal-aċċellerazzjoni mkejla b’CFC ta’ 1 000.
ANNESS 18
Dimensjonijiet ġeometriċi tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba
Tabella 1
Applikabbli għall-ECRS kollha |
|
Dimensjonijiet interni addizzjonali għal ECRS b’sistemi ta’ lqugħ mill-impatt |
||||||||
|
Min |
Min |
Min |
Min |
Mass |
Min |
Mass |
Min |
Mass |
|
Statura cm |
Għoli f’pożizzjoni bilqiegħda cm |
Wisa’ tal-ispalla cm |
Wisa’ tal-ġenbejn cm |
Għoli tal-ispalla cm |
Għoli tal-ispalla cm |
Fond tal-addome cm |
Fond tal-addome cm |
Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm |
Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm |
|
A |
B |
C |
D |
E1 |
E2 |
F1 |
F2 |
G1 |
G2 |
|
|
95%il |
95%il |
95%il |
5%il |
95%il |
5%il |
95%il |
5%il |
95%il |
|
≤40 |
|
|
|
< 27,4 |
|
|
Mhux permess għal dawn id-dimensjonijiet u għal staturi taħt is-76 cm |
|||
45 |
39,0 |
12,1 |
14,2 |
27,4 |
29,0 |
|||||
50 |
40,5 |
14,1 |
14,8 |
27,6 |
29,2 |
|||||
55 |
42,0 |
16,1 |
15,4 |
27,8 |
29,4 |
|||||
60 |
43,5 |
18,1 |
16,0 |
28,0 |
29,6 |
|||||
65 |
45,0 |
20,1 |
17,2 |
28,2 |
29,8 |
|||||
70 |
47,1 |
22,1 |
18,4 |
28,3 |
30,0 |
|||||
75 |
49,2 |
24,1 |
19,6 |
28,4 |
31,3 |
12,5 |
15,1 |
5,7 |
8,4 |
|
80 |
51,3 |
26,1 |
20,8 |
29,2 |
32,6 |
12,7 |
15,7 |
5,8 |
8,4 |
|
85 |
53,4 |
26,9 |
22,0 |
30,0 |
33,9 |
12,9 |
16,2 |
5,9 |
8,5 |
|
90 |
55,5 |
27,7 |
22,5 |
30,8 |
35,2 |
13,1 |
16,8 |
6,2 |
8,5 |
|
95 |
57,6 |
28,5 |
23,0 |
31,6 |
36,5 |
13,3 |
17,8 |
6,5 |
8,9 |
|
100 |
59,7 |
29,3 |
23,5 |
32,4 |
37,8 |
13,5 |
18,2 |
6,5 |
9,6 |
|
105 |
61,8 |
30,1 |
24,9 |
33,2 |
39,1 |
13,6 |
18,8 |
6,6 |
10,3 |
|
110 |
63,9 |
30,9 |
26,3 |
34,0 |
40,4 |
13,9 |
19,6 |
6,6 |
10,3 |
|
115 |
66,0 |
32,1 |
27,7 |
35,5 |
41,7 |
13,9 |
19,9 |
6,6 |
10,4 |
|
Applikabbli għall-ECRS kollha |
|
Dimensjonijiet interni addizzjonali għal ECRS b’sistemi ta’ lqugħ mill-impatt |
||||||||
|
Min |
Min |
Min |
Min |
Mass |
|
Min |
Mass |
Min |
Mass |
Statura cm |
Għoli f’pożizzjoni bilqiegħda cm |
Wisa’ tal-ispalla cm |
Wisa’ tal-ġenbejn cm |
Għoli tal-ispalla cm |
Għoli tal-ispalla cm |
|
Fond tal-addome cm |
Fond tal-addome cm |
Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm |
Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm |
A |
B |
C |
D |
E1 |
E2 |
|
F1 |
F2 |
G1 |
G2 |
|
95 %il |
95 %il |
95 %il |
5 %il |
95 %il |
|
5 %il |
95 %il |
5 %il |
95 %il |
120 |
68,1 |
33,3 |
29,1 |
37,0 |
43,0 |
|
14,3 |
20,2 |
6,8 |
10,5 |
125 |
70,2 |
33,3 |
29,1 |
38,5 |
44,3 |
14,7 |
20,7 |
7,5 |
10,9 |
|
130 |
72,3 |
33,3 |
29,1 |
40,0 |
46,1 |
Mhux permess għal dawn id-dimensjonijiet u għal staturi ta’ aktar minn 125 cm |
||||
135 |
74,4 |
33,3 |
29,1 |
41,5 |
47,9 |
|||||
140 |
76,5 |
34,2 |
29,6 |
43,0 |
49,7 |
|||||
145 |
78,6 |
35,3 |
30,8 |
44,5 |
51,5 |
|||||
150 |
81,1 |
36,4 |
32,0 |
46,3 |
53,3 |
Id-dimensjonijiet laterali kollha jitkejlu taħt forza ta’ kuntatt ta’ 50 N bl-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness u jiġu applikati t-tolleranzi li ġejjin:
|
Għoli Minimu f’Pożizzjoni Bilqiegħda:
|
|
Għoli minimu tal-ispalla (5 perċentil): E1 -2 +0 cm |
|
Għoli massimu tal-ispalla (95 perċentil): E2 -0 +2 cm |
Il-massa tal-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness għandha tkun
10 kg +/- 1 kg
Id-dimensjonijiet kollha huma f’mm
Id-dimensjonijiet kollha huma f’mm
Metodu ta’ valutazzjoni tal-ġeometrija interna
Dan il-metodu jiddeskrivi l-mod kif għandha ssir il-valutazzjoni tal-ġeometrija interna, kif meħtieġ mill-paragrafu 6.3.2.1., biex tiġi vverifikata l-medda tal-istaturi tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ddikjarata mill-manifattur.
Din il-valutazzjoni għandha ssir għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
Għal kull orjentazzjoni tal-ECRS (eż. li tħares lura u li tħares ’il quddiem); |
(b) |
Għal kull tip ta’ ECRS (eż. integrali u mhux integrali); |
(c) |
Għal kull inserzjoni li tista’ titneħħa (eż. għall-użu kif deskritt mill-istruzzjonijiet tal-manifattur); |
(d) |
Għal kull metodu ta’ trażżin tal-okkupant (eż. rbit u lqugħ). |
Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-ġeometrija interna titwettaq bl-ECRS imqiegħda fuq superfiċe ċatt jew imqabbda ma’ bażi fil-każ ta’ moduli tal-ECRS.
Għal ECRS integrali jew mhux integrali għandu jintuża l-apparat muri fl-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 18.
Għal ECRS bi lqugħ mill-impatt għandu jintuża l-apparat muri fl-Illustrazzjoni 3 tal-Anness 18.
Il-massa tal-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 għandha tkun ta’ 10 kg +/- 1 kg.
1.
Determinazzjoni tad-Daqs Minimu tal-OkkupantJenħtieġ li l-ECRS tiġi aġġustata biex takkomoda l-iżgħar okkupant (jiġifieri l-għoli tal-headrest, aġġustament tal-għoli taċ-ċinga integrali, inserzjoni preċiża, padding intern, il-pożizzjoni tal-ilqugħ tal-impatt), filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO kif definit fil-paragrafu 6.3.2.2.
Imbagħad l-apparat tal-kejl għandu jitqiegħed fl-ECRS. L-apparat għandu jiġi allinjat ċentralment mal-ECRS.
Il-kejl kollu għandu jittieħed bil-bażi tal-apparat f’kuntatt mal-magħqad is-sit tal-ECRS u bid-dahar tal-apparat f’kuntatt mad-dahar tal-ECRS. Id-dimensjonijiet laterali kollha għandhom jitkejlu taħt forza ta’ kuntatt ta’ 50 N bl-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness.
Il-kejl għandu jittieħed fl-ordni li ġejja:
1.1.
Għoli Minimu tal-Ispalla (E1)
1.1.1.
Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali:Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mal-aktar slot fil-baxx taċ-ċinga integrali. Għal dan l-allinjament, il-parti ta’ fuq taċ-ċilindru tal-ispalla għandha tiġi allinjata b’mod perpendikolari għall-iżbokk taċ-ċinturin fid-dahar tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.
Minn dan il-kejl tista’ titnaqqas tolleranza sabiex l-ispallejn tal-okkupant ikunu ta’ hawn taħt mill-islots taċ-ċinga tal-ispalla.
Jew:
(a) |
Jekk il-manwal tal-istruzzjonijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-tfal Imtejba pprovdut mill-manifattur jikkwantifika d-distanza li l-ispalla tat-tfal tista’ tkun taħt l-islots taċ-ċinga, allura din id-distanza għandha titnaqqas mill-kejltal-għoli minimu tal-ispalla; |
(b) |
Jekk ma jkunx hemm distanza speċifikata, tista’ titnaqqas tolleranza ta’ 2 cm mill-kejl tal-għoli minimu tal-ispalla. |
1.1.2.
Għal ECRS mhux integraliDan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-aktar parti baxxa tal-headrest. Tista’ titnaqqas tolleranza ta’ 2 cm mill-kejl tal-għoli minimu tal-ispalla.
1.1.3.
Għal ECRS bi lqugħ mill-impatt:Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-aktar parti baxxa tal-headrest. Tista’ titnaqqas tolleranza ta’ 2 cm mill-kejl tal-għoli minimu tal-ispalla.
1.2.
Ħxuna Minima tal-Parti ta’ Fuq tar-Riġel (G1)Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt.
Filwaqt li tinżamm il-pożizzjoni tal-għoli minimu tal-ispalla (E1), il-kejl minimu tar-riġel għandu jitkejjel meta l-apparat jiġi aġġustat sabiex il-koxox simulati jkunu f’kuntatt mal-parti t’isfel tal-ilqugħ mill-impatt.
1.3.
Fond Minimu tal-addome (F1)Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt
Dan il-kejl għandu jittieħed filwaqt li tinżamm il-pożizzjoni tal-kejl tal-ħxuna minima tar-riġel (G1) u l-pożizzjoni tal-għoli minimu tal-ispalla (E1).
Il-qiegħ tal-addome simulat tal-apparat għandu jiġi allinjat mal-parti ta’ fuq tal-koxox simulati.
Il-fond tal-addome għandu jiġi mkejjel meta l-addome simulat jiġi f’kuntatt mal-ilqugħ.
2.
Determinazzjoni tad-Daqs Massimu tal-OkkupantIs-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali għandha tiġi aġġustata biex takkomoda l-akbar okkupant (jiġifieri l-għoli tal-headrest, aġġustament tal-għoli taċ-ċinga integrali, il-pożizzjoni tal-ilqugħ tal-impatt), filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO kif definit fil-paragrafu 6.3.2.2.1.
Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali għandha tiġi aġġustata biex takkomoda tfal bi statura ta’ 135 cm jew fl-akbar daqs tal-medda tal-istaturi ddikjarata tagħha jekk il-limitu massimu jkun inqas minn 135 cm (jiġifieri l-headrest), filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO kif definit fil-paragrafu 6.3.2.2.2.
Imbagħad, l-apparat tal-kejl għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. L-apparat għandu jiġi allinjat ċentralment mal-ECRS.
Il-kejl kollu għandu jittieħed bil-bażi tal-apparat f’kuntatt mal-magħqad is-sit tal-ECRS u bid-dahar tal-apparat f’kuntatt mad-dahar tal-ECRS. Id-dimensjonijiet laterali kollha għandhom jitkejlu taħt forza ta’ kuntatt ta’ 50 N bl-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u l-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness
Il-kejl għandu mbagħad jittieħed fl-ordni li ġejja:
2.1.
Għoli f’Pożizzjoni Bilqiegħda (B)Dan il-kejl għandu jittieħed sal-ogħla parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li hija l-headrest effettiv (kuxxinett għar-ras jew id-dahar).
Ma dan il-kejl tiżdied tolleranza sabiex parti mir-ras tkun tista’ tisporġi ’l barra mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba:
(a) |
+5 fil-mija għal meded tal-istaturi taħt 87 cm; |
(b) |
+10 fil-mija għal meded tal-istaturi ta’ aktar minn 87 cm. |
2.2.
Wisa’ tal-Ġenbejn (D)Il-kejl tal-wisa’ tal-ġenbejn għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli tal-pożizzjoni bilqiegħda (B).
Il-kejl tal-wisa’ tal-ġenbejn għandu jittieħed waqt li tiġi applikata forza ta’ kuntatt ta’ 50 N fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.
Jekk il-forza ta’ 50 N ma tkunx tista’ tinkiseb, minħabba li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tillimita l-ispazju fil-parti tal-koxox simulati, allura jenħtieġ li l-kejl jittieħed fil-punt li fih il-koxox simulati jiġu f’kuntatt mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. L-apparat tal-kejl ma għandux jikkawża deformazzjoni laterali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.
2.3.
Għoli Massimu tal-Ispalla (E2)Il-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli tal-pożizzjoni bilqiegħda (B) u tal-wisa’ tal-ġenbejn (D).
2.3.1.
Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integraliDan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mal-ogħla slot taċ-ċinga integrali filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO. Għal dan l-allinjament, il-parti ta’ fuq taċ-ċilindru tal-ispalla għandha tiġi allinjata b’mod perpendikolari għall-iżbokk taċ-ċinturin fid-dahar tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.
Ma’ dan il-kejl tista’ tiżdied tolleranza sabiex l-ispallejn tal-okkupant ikunu aktar ’il fuq mill-islots taċ-ċinga tal-ispalla. Madankollu, jekk ikun hemm restrizzjoni fiżika kkawżata mid-disinn tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba (eż. il-headrest) li minħabba fiha tfal bi spallejn ogħla ma jiffittjawx, jenħtieġ li din it-tolleranza ma tiżdiedx.
Jekk ma jkun hemm l-ebda interferenza possibbli allura jistgħu jiżdiedu t-tolleranzi li ġejjin:
(a) |
Jekk il-manwal tal-istruzzjonijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-tfal Imtejba pprovdut mill-manifattur jikkwantifika d-distanza li l-ispalla tat-tfal tista’ tkun ’il fuq mill-islots taċ-ċinga integrali, allura din id-distanza għandha tiżdied mill-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla; |
(b) |
Jekk ma jkunx hemm distanza speċifikata, tista’ tiżdied tolleranza ta’ 2 cm mal-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla. |
2.3.2.
Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integraliDan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-parti inferjuri tal-headrest, inkluż kwalunkwe gwida minn fejn jgħaddi ċ-ċinturin.
Ma għandha tiżdied l-ebda tolleranza ma’ dan il-kejl.
2.3.3.
Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impattDan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-parti inferjuri tal-headrest, inkluż kwalunkwe gwida minn fejn jgħaddi ċ-ċinturin.
Ma għandha tiżdied l-ebda tolleranza ma’ dan il-kejl.
2.4.
Ħxuna Massima tal-Parti ta’ Fuq tar-Riġel (G2)Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt.
Dan il-kejl għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli tal-pożizzjoni bilqiegħda (B), tal-wisa’ tal-ġenbejn (D) u tal-għoli massimu tal-ispalla (E2).
Il-kejl tal-ħxuna massima tal-parti ta’ fuq tar-riġel għandu jittieħed meta l-apparat jiġi aġġustat sabiex il-koxox simulati jkunu f’kuntatt mal-parti t’isfel tal-ilqugħ mill-impatt.
2.5.
Fond Massimu tal-Addome (F2)Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt.
Dan il-kejl għandu jittieħed filwaqt li tinżamm il-pożizzjoni tal-kejl tal-ħxuna massima tal-parti ta’ fuq tar-riġel (G2), tal-għoli massimu tal-ispalla (E2), tal-wisa’ tal-ġenbejn (D) u tal-pożizzjoni tal-għoli bilqiegħda (B).
Il-qiegħ tal-addome simulat tal-apparat għandu jiġi allinjat mal-parti ta’ fuq tal-koxox simulati.
Il-fond tal-addome għandu jiġi mkejjel meta l-addome simulat jiġi f’kuntatt mal-ilqugħ.
2.6.
Wisa’ tal-Ispalla (C)Il-kejl tal-wisa’ tal-ispalla għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli bilqiegħda (B) u tal-wisa’ tal-ġenbejn (D).
Il-wisa’ tal-ECRS fil-pożizzjoni tal-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla għandha titkejjel waqt li tiġi applikata forza ta’ kuntatt ta’ 50 N fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.
Jekk ma jkunx hemm struttura ta’ ġwienaħ fil-ġenb tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fl-għoli massimu tal-ispalla (E2), il-kejl tal-wisa’ tal-ispallejn għandu jittieħed f’għoli, li jqarreb l-aktar l-għoli massimu tal-ispalla, bi struttura ta’ ġwienaħ fil-ġenb.
Jekk il-wisa’ bejn il-kejl tal-għoli minimu u massimu tal-ispalla tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma tkunx wisa’ konsistenti, jiġifieri tkun ferm idjaq f’xi punt bejn il-kejl E1 u E2, għandu jittieħed kejl intermedju tal-wisa’ tal-ispalla.
3.
Kalkolu tal-IstaturaIl-kejl meħud fit-Taqsimiet 1 u 2 għandu mbagħad jitqabbel mal-valuri murija fit-Tabella 1 tal-Anness 18.
L-interpolazzjoni bejn il-valuri murija fit-tabella hija permessa f’intervalli ta’ ċentimetru.
Għal kull kejl, għandha tiġi kkalkulata l-istatura li tikkorrispondi għall-eqreb ċentimetru inferjuri sħiħ.
Statura massima
Għall-kejl B, C, D, E2, F2 u G2, il-valur imkejjel irid ikun akbar minn jew daqs il-valur muri fit-tabella biex jissodisfa r-rekwiżit tal-istatura.
Pereżempju biex tiġi ddikjarata statura ta’ 105 cm, l-għoli mkejjel f’pożizzjoni bilqiegħda wara l-applikazzjoni tat-tolleranzi jrid jkun ta’ 61,8 cm jew aktar.
L-istatura massima hija l-iżgħar statura kkalkulata mill-kejl B, C, D, E2, F2 u G2.
Statura minima
Għall-kejl E1, F1 u G1, il-valur imkejjel irid ikun inqas minn jew daqs il-valur muri fit-tabella biex jissodisfa r-rekwiżit tal-istatura.
Pereżempju biex tiġi ddikjarata statura ta’ 100 cm l-għoli mkejjel tal-ispalla wara l-applikazzjoni tat-tolleranzi jrid ikun ta’ 32,4 cm jew inqas.
L-istatura minima hija l-akbar statura kkalkulata mill-kejl E1, F1 u G1.
ANNESS 19
Volumi ta’ valutazzjoni għas-saqajn ta’ appoġġ u għall-qiegħ is-saqajn ta’ appoġġ i-Size
Didiskalija:
1. |
Fixture tat-Trażżin għat-Tfal Imtejjeb (CRF). |
2. |
Żbarra tal-ankraġġi inferjuri ISOFIX. |
3. |
Pjan magħmul mis-superfiċe inferjuri tas-CRF, li huwa parallel għall-pjan X'-Y' tas-sistema ta’ koordinati u 15 mm taħtu. |
4. |
Pjan Z'-Y' tas-sistema ta’ koordinati. |
5. |
Il-parti ta’ fuq tal-volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ, li turi l-limitazzjonijiet dimensjonali fid-direzzjoni X' u Y', il-limitu superjuri tal-għoli fid-direzzjoni Z', kif ukoll il-limitu inferjuri tal-għoli fid-direzzjoni Z' għall-komponenti riġidi tas-sieq ta’ appoġġ mhux aġġustabbli fid-direzzjoni Z'. |
Nota:
1. |
Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali. |
(dimensjonijiet f’mm)
Nota:
1. |
Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali. |
Didiskalija:
1. |
Fixture tat-Trażżin għat-tfal (CRF) |
2. |
Żbarra tal-ankraġġi inferjuri ISOFIX |
3. |
Pjan magħmul mis-superfiċe inferjuri tas-CRF, li huwa parallel għall-pjan X'-Y' tas-sistema ta’ koordinati u 15 mm taħtu |
4. |
Pjan Z'-Y' tas-sistema ta’ koordinati |
5. |
Il-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ, li juri l-medda tal-aġġustamenti meħtieġa tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ fid-direzzjoni Z', kif ukoll il-limitazzjonijiet dimensjonali fid-direzzjoni X' u Y' |
6. |
Volumi addizzjonali juru l-medda permissibbli ta’ aġġustamenti addizzjonali fid-direzzjoni Z' għall-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ |
Nota:
1. |
Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali. |
(dimensjonijiet f’mm)
Nota:
1. |
Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali. |
ANNESS 20
Lista minima tad-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni
|
Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “i-Size” jew “i-Size booster seat” jew “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali” jew “Sit ta’ Sostenn Universali” |
Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “sits ta’ sostenn” jew “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura” jew “booster seats” jew “ISOFIX għal vetturi speċifiċi” |
Paragrafu |
Dokumenti ġenerali |
Ittra ta’ applikazzjoni/talba |
Ittra ta’ applikazzjoni/talba |
3.1. |
|
Deskrizzjoni teknika tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
Deskrizzjoni teknika tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
3.2.1. |
|
Struzzjonijiet għall-installazzjoni tar-ritrattaturi |
Struzzjonijiet għall-installazzjoni tar-ritrattaturi |
3.2.1. |
|
Dikjarazzjoni dwar it-tossiċità |
Dikjarazzjoni dwar it-tossiċità |
3.2.1. |
|
Dikjarazzjoni dwar il-fjammabbiltà |
Dikjarazzjoni dwar il-fjammabbiltà |
3.2.1. |
|
Struzzjonijiet u dettalji dwar l-imballaġġ |
Struzzjonijiet u dettalji dwar l-imballaġġ |
3.2.6. |
|
Speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-partijiet komponenti |
Speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-partijiet komponenti |
2.46. u 2.2.1.1. tal-Anness 12 |
|
Struzzjonijiet għall-assemblaġġ tal-partijiet li jistgħu jitneħħew |
Struzzjonijiet għall-assemblaġġ tal-partijiet li jistgħu jitneħħew |
6.2.3. |
|
Dokumentazzjoni dwar l-informazzjoni għall-utenti |
Dokumentazzjoni dwar l-informazzjoni għall-utenti, inkluża referenza għall-vettura/i applikabbli |
14. |
|
|
Lista tal-mudell(i) tal-vettura |
Anness 1 |
|
Dokumenti ta’ approvazzjoni tas-COP inkluż organigramma tal-kumpanija, reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ, dikjarazzjoni dwar l-impjant tal-produzzjoni, ċertifikat dwar is-sistema tal-kwalità, dikjarazzjoni dwar il-proċedura tas-COP |
Dokumenti tal-approvazzjoni tas-COP inkluż organigramma tal-kumpanija, reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ, dikjarazzjoni dwar l-impjant tal-produzzjoni, ċertifikat dwar is-sistema ta’ kwalità, dikjarazzjoni dwar il-proċedura tas-COP u dikjarazzjoni dwar il-proċeduri għall-kampjunar skont it-tip ta’ prodott |
3.1. u Anness 11 |
Disinji/ immaġini |
Dijagramma kompożittiva tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u disinji tal-partijiet rilevanti kollha tagħha |
Dijagramma kompożittiva tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u disinji tal-partijiet rilevanti kollha tagħha |
3.2.1. u Anness 1 |
|
Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni |
Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni |
3.2.1. |
|
|
Disinji jew immaġini dwar il-kombinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-karozza jew il-pożizzjoni bilqiegħda ISOFIX u l-ambjent rilevanti tal-karozza (1) |
3.2.3. |
|
|
Disinji tal-istruttura tal-vettura u tas-sit, tas-sistema ta’ regolazzjoni u tal-partijiet ta’ twaħħil (1) |
Anness 1 |
|
Ritratti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba |
Ritratti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tfal u/jew tal-istruttura tal-vettura u tas-sit |
Anness 1 |
|
F’każ li l-kampjun jew il-kampjuni ma jkunux immarkati meta jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni: Eżempju ta’ marka bl-isem tal-manifattur, l-inizjali jew il-marka kummerċjali tiegħu, is-sena tal-produzzjoni, l-orjentazzjoni, tikketti ta’ twissija, il-logo i-Size, il-medda ta’ daqsijiet, il-massa tal-okkupant u marki addizzjonali. |
F’każ li l-kampjun jew il-kampjuni ma jkunux immarkati meta jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni: Eżempju ta’ marka bl-isem tal-manifattur, l-inizjali jew il-marka kummerċjali tiegħu, is-sena tal-produzzjoni, l-orjentazzjoni, tikketti ta’ twissija, il-logo i-Size, il-medda ta’ daqsijiet, il-massa tal-okkupant, il-marka ISOFIX għal vetturi speċifiċi u marki addizzjonali. |
4. |
(1) F’każ li t-test sar fuq troli tat-test f’karozzerija ta’ vettura f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. jew f’vettura kompluta f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS 21
Apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija
Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija I
Tabella 1
Nru |
Numru tal-Part |
Isem |
Informazzjoni |
Kwantità |
1 |
PV000009,1 |
Ċinturin tar-ras – 39 mm |
- |
1 |
2 |
PV000009,2 |
Ċinturin tal-ispalla lh-rh – 39 mm |
- |
2 |
3 |
PV000009,3 |
Ċinturin ta’ bejn il-koxox – 39 mm |
- |
1 |
4 |
PV000009,4 |
Ċinturin tal-ġenbejn – 39 mm |
- |
1 |
5 |
102 18 31 |
Tip ta’ punti tal-ħjata (30 × 17) |
Punt: 77, ħajt: 30, kulur: Griż SABA |
8 |
6 |
PV000009,5 |
Bokkla tal-plastik |
|
2 |
7 |
PV000009,6 |
Tip ta’ punti tal-ħjata (2 × 37) |
Punt: 77, ħajt: 30, kulur: Griż SABA |
2 |
Tabella 2
Elastiċità |
(±5 mm) |
|
|
|
|
|
|
Manikin Q 0 |
Q 1 |
Q 1.5 |
Q 3 |
Q 6 |
Q 10 |
Ċinturin tar-ras |
1 000 mm |
1 000 mm |
1 000 mm |
1 200 mm |
1 200 mm |
1 200 mm |
Ċinturin tal-ispalla |
750 mm |
850 mm |
950 mm |
1 000 mm |
1 100 mm |
1 300 mm |
Ċinturin ta’ bejn il-koxox |
300 mm |
350 mm |
400 mm |
400 mm |
450 mm |
570 mm |
Ċinturin tal-ġenbejn |
400 mm |
500 mm |
550 mm |
600 mm |
700 mm |
800 mm |
Dimensjoni X |
120 mm |
130 mm |
140 mm |
140 mm |
150 mm |
160 mm |
Tabella 3
Ċinturin |
|||
Wisa’ |
Ħxuna |
Espansjoni |
Veloċità |
39 mm ± 1 mm |
1 mm ± 0,1 mm |
5,5 - 6,5 % |
Min. 15 000 N |
Tabella 4
Disinn tal-punti tal-ħjata |
Forza minima meħtieġa |
12 × 12 mm |
3,5 kN |
30 × 12 mm |
5,3 kN |
30 × 17 mm |
5,3 kN |
30 × 30 mm |
7,0 kN |
raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm
Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija II
Tabella 5
Nru |
Isem |
Informazzjoni |
Kwantità |
1 |
Ċinturin ewlieni – 39 mm |
- |
1 |
2 |
Ċinturin tal-ġenbejn (superjuri/inferjuri) – 39 mm |
- |
2 |
3 |
Tip ta’ punti tal-ħjata (30 × 17) |
Punt77, ħajt 30 |
4 |
Tabella 6
Elastiċità (+/- 5 mm) |
|||||
|
Q 0 |
Q 1 |
Q 1.5 |
Q 3 |
Q 6 |
Ċinturin ewlieni (A) |
1 740 mm |
1 850 mm |
1 900 mm |
2 000 mm |
2 000 mm |
Ċinturin tal-ġenbejn (B) |
530 mm |
560 mm |
600 mm |
630 mm |
660 mm |
L-iżgħar dimensjoni (C) |
125 mm |
150 mm |
150 mm |
170 mm |
200 mm |
Dimensjoni intermedja (D) |
270 mm |
300 mm |
350 mm |
380 mm |
380 mm |
Tabella 7
Ċinturin |
|||
Wisa’ |
Ħxuna |
Espansjoni |
Veloċità |
39 mm ± 1 mm |
1 mm ± 0,1 mm |
5,5 - 6,5 % |
Min, 15 000 N |
Tabella 8
Disinn tal-punti tal-ħjata |
Forza minima meħtieġa |
12 × 12 mm |
3,5 kN |
30 × 12 mm |
5,3 kN |
30 × 17 mm |
5,3 kN |
30 × 30 mm |
7,0 kN |
raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm
Id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri (mm)
ANNESS 22
Fjammabbiltà tal-materjali maħsuba biex jintużaw fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrati
1. Definizzjonijiet
“Spazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant” tfisser l-ispazju fil-kompartiment tal-okkupant li normalment ikun fih arja li tista’ tiġġedded.
2. Għażla tal-materjal (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt)
2.1. |
Kull parti minn materjal uniku jew minn materjal kompożitu li tkun f’distanza ta’ mhux aktar minn 13-il mm mill-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant, għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Paragrafu 6.1.6. |
2.1.1. |
Kull materjal li ma jeħilx ma’ materjal jew ma’ materjali oħra f’kull punt ta’ kuntatt għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6., meta jiġi ttestjat separatament |
2.1.2. |
Kull materjal li jeħel ma’ materjali oħra f’kull punt ta’ kuntatt għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6., meta jiġi ttestjat bħala materjal kompożitu mal-materjal jew mal-materjali l-oħra.
Il-materjal A għandu interfaċċa li ma teħilx mal-materjal B u jiġi ttestjat separatament. Parti mill-materjal B hija f’distanza ta’ mhux aktar minn 13-il mm mill-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant, u l-materjali B u C jeħlu f’kull punt ta’ kuntatt; għalhekk, il-materjali B u C jiġu ttestjati bħala materjali kompożiti. Il-qatgħa hija fil-materjal C kif muri fl-Illustrazzjoni 1 biex jinkiseb kampjun bi ħxuna ta’ 13-il mm.
|
3. Il-proċedura tat-test
3.1. |
It-test isir f’kontenitur tal-metall, biex il-kampjuni tat-test jiġu protetti mill-kurrenti tal-arja. Id-dimensjonijiet interni tal-kontenitur huma ta’ 381 mm fit-tul, 203 mm fil-fond, u 356 mm fl-għoli. Il-kompartiment għandu tieqa ta’ osservazzjoni tal-ħġieġ fuq quddiem, ftuħ li jista’ jingħalaq biex jippermetti l-inserzjoni tal-ħowlder tal-kampjun, u toqba li minnha jgħaddu t-tubi għall-burner tal-gass. Għall-ventilazzjoni, għandu spazju liberu ta’ 13-il mm madwar il-parti ta’ fuq tal-kompartiment, għaxar toqbiet fil-bażi tal-kontenitur, b’kull toqba b’dijametru ta’ 19-il mm u saqajn biex jgħollu l-qiegħ tal-kontenitur b’10 mm, kollha ppożizzjonati kif muri fl-Illustrazzjoni 2. |
3.2. |
Qabel l-ittestjar, kull kampjun jiġi kkundizzjonat għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 21 °C, u f’umdità relattiva ta’ 50 fil-mija, u t-test jitwettaq f’dawk il-kundizzjonijiet ambjentali. |
3.3. |
Il-kampjun tat-test jiddaħħal bejn żewġ frejms pariġġ tal-metall f’forma ta’ U, wiesgħa 25 mm u għoljin 10 mm.
Id-dimensjonijiet interni tal-frejms f’forma ta’ U huma ta’ 51 mm fil-wisa’ u 330 mm fit-tul. Appoġġi magħmulin minn wajers irqaq u reżistenti għas-sħana jitpoġġew tul il-wisa’ tal-frejm f’forma ta’ U taħt il-kampjun, f’intervalli ta’ 25 mm, b’mod li l-kampjun jinżamm f’pożizzjoni orizzontali fil-każ li t-tarf tiegħu jirtab u jitgħawweġ hu u jinħaraq, li jista’ jikkawża ħruq erratiku. Apparat li jista’ jintuża għall-appoġġ ta’ dan it-tip ta’ materjal huwa frejm f’forma ta’ U addizzjonali, usa’ mill-frejm f’forma ta’ U li fih jinżamm il-kampjun, li minn fuqu jgħaddu wajers ta’ ħxuna ta’ 10 mils magħmulin minn materjal reżistenti għas-sħana u mdaħħlin f’intervalli ta’ 25 mm, fuq il-frejm f’forma ta’ U tal-qiegħ. |
3.4. |
Jintuża Bunsen burner b’tubu b’dijametru intern ta’ 10 mm.
Il-valv tar-regolatur tal-gass jiġi ssettjat biex, bit-tubu vertikali, jipproduċi fjamma b’għoli ta’ 38 mm. Il-fetħa tal-arja għall-burner tiġi magħluqa. |
3.5. |
Il-gass fornut lill-berner għandu temperatura tal-fjamma ekwivalenti għal dik tal-gass naturali. |
4. Preparazzjoni tal-kampjuni
4.1. |
Kull kampjun ta’ materjal li se jiġi ttestjat għandu jkollu forma rettangolari b’wisa’ ta’ 102 mm u b’tul ta’ 356 mm, kull fejn dan ikun possibbli.
Il-ħxuna tal-kampjun hija dik tal-materjal uniku jew tal-materjal kompożitu użat fil-vettura, ħlief jekk il-ħxuna tal-materjal taqbeż it-13-il mm, il-ħxuna tal-kampjun titnaqqas għall-ħxuna mkejla mis-superfiċe tal-kampjun li jkun l-eqreb għall-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant. Meta minħabba l-kurvatura tas-superfiċe ma jkunx possibbli li jinkiseb kampjun ċatt, il-kampjun għandu jinqata’ b’tali mod li fi kwalunkwe punt l-ħxuna tiegħu ma taqbiżx it-13-il mm. Meta d-dimensjonijiet tal-kampjun ikunu inqas minn 356 mm jew 102 mm jintuża t-tul jew il-wisa’ massimu disponibbli tiegħu. |
4.2. |
Il-kampjun jiġi prodott billi l-materjal jiġi maqtugħ f’direzzjoni lonġitudinali kif ukoll trasversali.
Il-kampjun jiġi orjentat b’tali mod li s-superfiċe l-aktar viċin tal-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant ikun wiċċu ’l isfel fuq il-frejm tat-test. |
4.3. |
Il-materjal b’wiċċ bil-pil jew bit-trofof jitqiegħed fuq superfiċe ċatt u jiġi mimxut darbtejn kontra l-fil b’moxt li jkollu bejn 7 u 8 sinniet lixxi u ttondjati kull 25 mm. |
5. Test
5.1. |
Poġġi l-kampjun b’tali mod li ż-żewġ naħat u tarf minnhom ikunu miżmuma mill-frejm f’forma ta’ U. Jekk il-kampjun ikun inqas minn 51 mm, u l-ġnub tiegħu ma jkunux jistgħu jinżammu fil-frejm f’forma ta’ U, poġġi l-kampjun fuq il-wajers ta’ sostenn kif deskritt fil-paragrafu 2.3, b’tarf wieħed miżmum mit-tarf magħluq tal-frejm f’forma ta’ U. |
5.2. |
Poġġi l-kampjun immuntat f’pożizzjoni orizzontali, fiċ-ċentru tal-kontenitur. |
5.3. |
Bil-fjamma aġġustata skont il-paragrafu 2.4, ippożizzjona l-bunsen burner u l-kampjun b’tali mod li ċ-ċentru tal-quċċata tal-burner ikun 19-il mm taħt iċ-ċentru tat-tarf inferjuri tal-estremità miftuħa tal-kampjun. |
5.4. |
Esponi l-kampjun għall-fjamma għal 15-il sekonda. |
5.5. |
Ibda żomm il-ħin (mingħajr ma tqis il-perjodu tal-applikazzjoni tal-fjamma tal-burner) meta l-fjamma mill-kampjun jinħaraq tilħaq punt 38 mm mill-estremità miftuħa tal-kampjun. |
5.6. |
Kejjel il-ħin li l-fjamma tieħu biex tipprogressa sa punt 38 mm mill-estremità kklampjata tal-kampjun. Jekk il-fjamma ma tilħaqx il-punt finali speċifikat, kejjel il-ħin li tkun ħadet biex tasal sal-punt fejn tieqaf taqbad. |
5.7. |
Ikkalkula r-rata tal-ħruq permezz ta’ din il-formula:
Fejn:
|
ANNESS 23
Ċinturin tas-sikurezza standard
1.
Iċ-ċinturin tas-sikurezza għat-test dinamiku u għar-rekwiżiti tat-tul massimu għandu jkun magħmul skont id-definizzjoni murija fl-Illustrazzjoni 1. Dawn huma sistema ta’ ċinturini b’ritrattatur bi tliet ankraġġi.
2.
Iċ-ċinturin b’ritrattatur bi tliet ankraġġi għandu l-partijiet riġidi li ġejjin: ritrattatur (R), taljola (P), żewġ punti ta’ ankraġġ (A1 u A2) (ara l-Illustrazzjoni 1), u parti ċentrali (N, fid-dettall fl-Illustrazzjoni 3). Ir-ritrattatur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 16 (il-paragrafu 6.2.5.2.2.) għall-forza tar-ritrazzjoni. Id-dijametru tar-rukkell tar-ritrattatur huwa ta’ 33 ± 0,5 mm (eżempju ta’ dan jinstab fir-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 1 (M.R.1)).
3.
Iċ-ċinturin b’ritrattatur għandu jiġi installat mal-ankraġġi fuq il-bank tat-test, kif deskritt fl-Appendiċi 2 tal-Anness 6, kif ġej:
(a) |
L-ankraġġ taċ-ċinturin A1 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-troli B0 (estern); |
(b) |
L-ankraġġ taċ-ċinturin A2 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-troli A (intern); |
(c) |
It-taljola taċ-ċinturin P għandha titwaħħal mal-ankraġġ tat-troli C; |
(d) |
Ir-ritrattatur taċ-ċinturin R għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-troli b’tali mod li l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tkun fuq Re. |
Il-valur ta’ X fl-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt huwa ta’ 200 ± 5 mm. It-tul effettiv taċ-ċinga bejn A1 u l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-ritrattatur Re (meta ċ-ċinturin ikun maħlul kompletament inkluż it-tul minimu ta’ 150 mm għall-ittestjar tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba) għandu jkun ta’ 2 820 ± 5 mm meta mkejjel f’linja dritta mingħajr tagħbija u fuq superfiċe orizzontali. Meta s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun installata, it-tul minimu ta’ċinga fuq ir-rukkell tar-ritrattatur għandu jkun ta’ mill-inqas 150 mm.
4.
Iċ-ċinga għaċ-ċinturin għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
Materjal: poliester, spinnblack; |
(b) |
Wisa’: 48 ± 2 mm b’10 000 N; |
(c) |
Ħxuna: 1,0 ± 0,2 mm; |
(d) |
Elongazzjoni: 8 ± 2 fil-mija b’10 000 N. |
ANNESS 24
Partijiet ta’ twaħħil addizzjonali meħtieġa biex jorbtu sew Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura li tagħmel parti mill-kategorija “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi”, f’vetturi bil-mutur
1.
Dan l-anness japplika biss għall-ankraġġi addizzjonali għall-installazzjoni ta’ Trażżin għat-Tfal Imtejjeb li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ trażżin “Li Jintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi” jew għall-iżbarri jew oġġetti speċjali oħra li jintużaw biex iqabbdu apparati tat-trażżin għat-tfal mal-karozzerija, kemm jekk jużawx jew le r-Regolament tan-NU Nru 14 jew ir-Regolament tan-NU Nru 144 dwar is-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u l-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size.
2.
L-ankraġġi għandhom jiġu ddeterminati mill-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal u d-dettalji għandhom jiġu ppreżentati lis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet għall-approvazzjoni tiegħu.Is-Servizzi Tekniċi jistgħu jqisu l-informazzjoni miksuba mingħand il-manifattur tal-vettura.
3.
Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi l-parts meħtieġa għall-installazzjoni tal-ankraġġi u pjanta speċjali għal kull vettura li turi l-pożizzjoni eżatta tagħhom.
4.
Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jindika jekk l-ankraġġi meħtieġa biex it-trażżin jintrabat mal-istruttura tal-karrozza humiex f’konformità mar-rekwiżiti dwar il-pożizzjoni u r-reżistenza tal-paragrafu 3. u l-paragrafi segwenti fir-rakkomandazzjoni mogħtija lill-Gvernijiet li biħsiebhom jadottaw rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta’ ankraġġi għat-trażżin għat-tfal użati fil-karozzi tal-passiġġieri.
ANNESS 25
Apparat biex jitkejjel l-għoli tas-sit ta’ sostenn
[id-dimensjonijiet kollha huma f’mm]
Kalibrar tal-iskala tal-kejl
Għall-ikkalibrar tar-riga tal-istrument tal-kejl, l-istruttura tiegħu għandu jkun imiss mas-superfiċe ta’ sostenn (Dettall A). F’din il-konfigurazzjoni, l-iskala għandha turi l-valur ta’ kalibrar ta’ 78,7 cm (Dettall B).
L-ikkalibrar tar-riga huwa bbażat fuq l-għoli f’pożizzjoni bilqiegħda tal-manikin Hybrid III tal-ħames perċentil bilqiegħda fuq il-bank tat-test definit fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Meta dan il-manikin jitpoġġa bilqiegħda fuq il-bank tat-test, il-parti ta’ fuq tar-ras tkun 77,0 cm mill-assi Cr. L-għoli nominali tal-manikin bilqiegħda huwa ta’ 78,7 cm. Għalhekk, 78,7 cm jintuża bħala l-valur tal-ikkalibrar.
ANNESS 26
Test tal-blokka tal-parti t’isfel tat-torso
Materjal: Polistiren estiż (EPS) (40 sa 45 g/l) jew materjal mhux deformabbli alternattiv
[id-dimensjonijiet kollha huma f’mm]