ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 366

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
15 ta' Ottubru 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1810 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għas-cyprodinil fil-mirtilli, il-cranberries, il-passolina u r-ribes ( 1 )

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1811 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1812 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

62

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1813 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 fir-rigward tal-istandards armonizzati għat-tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa lill-inġenji tal-ajru, il-krejnijiet, l-għodod għat-tħaffir taħt l-art u makkinarju ieħor abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/27 ( 1 )

109

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Il-Protokoll imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Lulju 2020, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2021.


REGOLAMENTI

15.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1810

tal-14 ta’ Ottubru 2021

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għas-cyprodinil fil-mirtilli, il-cranberries, il-passolina u r-ribes

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi tar-residwi (MRLs) tas-cyprodinil ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva cyprodinil fuq il-mirtilli, il-cranberries, il-passolina u r-ribes, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu modifikati l-MRLs eżistenti.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-applikazzjoni ġiet ivvalutata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta’ valutazzjoni tressaq lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjoni u r-rapport tal-evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn kien rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (2). Hija għaddiet dik l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha rigward id-data u li l-modifika lill-MRLs mitluba mill-applikant kienet aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp Ewropew speċifiku tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanza. L-esponiment tul il-ħajja għas-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom din is-sustanza wera li ma hemm l-ebda riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-istabbiliment ta’ doża akuta ta’ referenza mhuwiex meħtieġ minħabba l-profil baxx tat-tossiċità akuta tas-sustanza.

(6)

Abbażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifika proposta lill-MRLs tissodisfa ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for cyprodinil in blueberries, cranberries, currants and gooseberries. EFSA Journal 2021;19(3):6499.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għas-cyprodinil hija sostitiwita b’dan li ġej:

“Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Cyprodinil (R) (F)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,02  (*1)

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

0,02  (*1)(+)

0120020

Ġewż tal-Brażil

0,04

0120030

Ġewż tal-anakardju

0,04

0120040

Qastan

0,04

0120050

Ġewż tal-Indi

0,04

0120060

Ġellewż

0,04

0120070

Macadamia

0,04

0120080

Ġewż Amerikan

0,04

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

0,04

0120100

Pistaċċi

0,02  (*1)

0120110

Ġewż

0,04

0120990

Oħrajn (2)

0,04

0130000

Pomu

2

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

2

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

3

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

5

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

3

0153020

Tut salvaġġ

0,02  (*1)

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

3

0153990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

8

0154020

Cranberries

8

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

8

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

8

0154050

Warda skoċċiża

3

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

3

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

3

0154080

Frott tas-sebuqa

3

0154990

Oħrajn (2)

3

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

0,02  (*1)

0161020

Tin

0,02  (*1)

0161030

Żebbuġ tal-mejda

0,02  (*1)

0161040

Larinġ tal-qsari

0,02  (*1)

0161050

Karambola

0,02  (*1)

0161060

Kaki

2

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

0,02  (*1)

0161990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,02  (*1)

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

1

0163020

Banana

0,02  (*1)

0163030

Mango

0,02  (*1)

0163040

Papaja

0,02  (*1)

0163050

Rummien

5

0163060

Ċerimoja

0,02  (*1)

0163070

Gwava

1,5

0163080

Ananas

0,02  (*1)

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

0,02  (*1)

0163100

Durian

0,02  (*1)

0163110

Il-frotta tal-annona

0,02  (*1)

0163990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

0211000

(a)

patata

0,02  (*1)

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,02  (*1)

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

1,5

0213020

Zunnarija

1,5

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

0,3

0213040

Għeruq tal-mustarda

1,5

0213050

Artiċokks

0,02  (*1)

0213060

Zunnarija bajda

1,5

0213070

Tursin ta' Hamburg

1,5

0213080

Ravanell

0,3

0213090

Leħjet il-bodbod

1,5

0213100

Swedes

0,02  (*1)

0213110

Lift

0,02  (*1)

0213990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

0,07

0220020

Basal

0,3

0220030

Xalotti

0,07

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

0,8

0220990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

1,5

0231020

Bżar ħelu

1,5

0231030

Brunġiel

1,5

0231040

Bamja

0,02  (*1)

0231990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

0,5

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

0,6

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,02  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,02  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

2

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

0,02  (*1)

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

0,7

0242990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0243000

(c)

brassika bil-weraq

0,02  (*1)

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

0,02  (*1)

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

15

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

15

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,02  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,02  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,06

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

40

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

2

0260020

Fażola (bla mżiewed)

0,08

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

2

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

0,08

0260050

Għads

0,2

0260990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Spraġ

0,02  (*1)

0270020

Kardun

0,02  (*1)

0270030

Krafes

30

0270040

Bużbież ta' Firenze

4

0270050

Qaqoċċ

4

0270060

Kurrat

0,02  (*1)

0270070

Rabarbru

2

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

0,02  (*1)

0270090

Qlub tal-palm

0,02  (*1)

0270990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,02  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,02  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

 

0300010

Fażola

0,2

0300020

Għads

0,02  (*1)

0300030

Piżelli

0,1

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

0,1

0300990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,02  (*1)

0401020

Karawett

0,02  (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,02  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,02  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,02  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,02

0401070

Fażola tas-sojja

0,02  (*1)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,02  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,02  (*1)

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,02  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,02  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,02  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,02  (*1)

0401140

Qannebusa

0,02  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,02  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,02  (*1)

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

4

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,02  (*1)

0500030

Qamħirrum

0,02  (*1)

0500040

Millieġ komuni

0,02  (*1)

0500050

Ħafur

4

0500060

Ross

0,02  (*1)

0500070

Segala

0,5

0500080

Sorgu

0,02  (*1)

0500090

Qamħ

0,5

0500990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

0,1  (*1)

0620000

Kafeni

0,1  (*1)

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

0,1  (*1)

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

0,1  (*1)

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

1,5 (+)

0633010

Valerjana

(+)

0633020

Ġinseng

(+)

0633990

Oħrajn (2)

(+)

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

0,1  (*1)

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,1  (*1)

0650000

Ħarrub

0,1  (*1)

0700000

ĦOPS

0,1  (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,1  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,1  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,1  (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

1,5 (+)

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

1,5 (+)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

1,5 (+)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,1  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,1  (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,1  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,02  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

(+)

1011000

(a)

mill-ħnieżer

0,02  (*1)(+)

1011010

Muskoli

(+)

1011020

Xaħam

(+)

1011030

Fwied

(+)

1011040

Kliewi

(+)

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

(+)

1011990

Oħrajn (2)

(+)

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,02  (*1)(+)

1012020

Xaħam

0,02  (*1)(+)

1012030

Fwied

0,05 (+)

1012040

Kliewi

0,05 (+)

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)(+)

1012990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)(+)

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,02  (*1)(+)

1013020

Xaħam

0,02  (*1)(+)

1013030

Fwied

0,05 (+)

1013040

Kliewi

0,05 (+)

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)(+)

1013990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)(+)

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,02  (*1)(+)

1014020

Xaħam

0,02  (*1)(+)

1014030

Fwied

0,05 (+)

1014040

Kliewi

0,05 (+)

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)(+)

1014990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)(+)

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,02  (*1)(+)

1015020

Xaħam

0,02  (*1)(+)

1015030

Fwied

0,05 (+)

1015040

Kliewi

0,05 (+)

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)(+)

1015990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)(+)

1016000

(f)

mill-pollam

0,02  (*1)(+)

1016010

Muskoli

(+)

1016020

Xaħam

(+)

1016030

Fwied

(+)

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

(+)

1016990

Oħrajn (2)

(+)

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,02  (*1)(+)

1017020

Xaħam

0,02  (*1)(+)

1017030

Fwied

0,05 (+)

1017040

Kliewi

0,05 (+)

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)(+)

1017990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)(+)

1020000

Ħalib

0,02  (*1)(+)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

(+)

1020020

Nagħaġ

(+)

1020030

Mogħoż

(+)

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,02  (*1)(+)

1030010

Tiġieġ

(+)

1030020

Papri

(+)

1030030

Wiżż

(+)

1030040

Summien

(+)

1030990

Oħrajn (2)

(+)

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,02  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,02  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,02  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Cyprodinil (R) (F)

(R)

Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinazzjonijiet tal-pestiċida u n-numri tal-kodiċi li ġejjin: Cyprodinil - il-kodiċi 1000000 għajr 1020000, 1040000: Cyprodinil (is-somma tas-cyprodinil u s-CGA 304075 (ħieles), espressa bħala cyprodinil); Cyprodinil - il-kodiċi 1020000: Cyprodinil (is-Somma tas-cyprodinil u s-CGA 304075 (ħieles u kkonjugat), espressa bħala cyprodinil)

(F)

solubbli fix-xaħam

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat in-nuqqas ta’ xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi u/jew konfermatorji. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk titressaq sal-14 ta’ Marzu 2017, u, jekk dik l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik id-data, se tieħu kont tan-nuqqas tagħha.

0120010 Lewż

0633000 (c) għeruq

0633010 Valerjana

0633020 Ġinseng

0633990 Oħrajn (2)

0840010 Għud is-sus

0840030 Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0840990 Oħrajn (2)

1000000 PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI - ANNIMALI TERRESTRI

1010000 Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

1011000 (a) mill-ħnieżer

1011010 Muskoli

1011020 Xaħam

1011030 Fwied

1011040 Kliewi

1011050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1011990 Oħrajn (2)

1012000 (b) mill-annimali bovini

1012010 Muskoli

1012020 Xaħam

1012030 Fwied

1012040 Kliewi

1012050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1012990 Oħrajn (2)

1013000 (c) min-nagħaġ

1013010 Muskoli

1013020 Xaħam

1013030 Fwied

1013040 Kliewi

1013050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1013990 Oħrajn (2)

1014000 (d) mill-mogħoż

1014010 Muskoli

1014020 Xaħam

1014030 Fwied

1014040Kliewi

1014050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1014990 Oħrajn (2)

1015000 (e) mill-ekwini

1015010 Muskoli

1015020 Xaħam

1015030 Fwied

1015040 Kliewi

1015050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1015990 Oħrajn (2)

1016000 (f) mill-pollam

1016010 Muskoli

1016020 Xaħam

1016030 Fwied

1016050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1016990 Oħrajn (2)

1017000 (g) minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

1017010 Muskoli

1017020 Xaħam

1017030 Fwied

1017040 Kliewi

1017050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1017990 Oħrajn (2)

1020000 Ħalib

1020010 Bhejjem tal-ifrat

1020020 Nagħaġ

1020030 Mogħoż

1030000 Bajd tal-għasafar

1030010 Tiġieġ

1030020 Papri

1030030 Wiżż

1030040 Summien

1030990 Oħrajn (2)”


(*1)  Tindika l-limitu tal-kwantifikazzjoni analitika l-aktar baxx

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.


15.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1811

tal-14 ta’ Ottubru 2021

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2021 minn Euroalliages (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-kalċju-siliċju fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti taħt il-punt (c) jew dawk taħt il-punt (d) tal-Artikolu 10(4) ma ġewx issodisfati.

(4)

Fil-każ inkwistjoni, l-ilmentatur ma talabx reġistrazzjoni u l-Kummissjoni sabet li r-rekwiżiti taħt il-punt (d) ma ġewx issodisfati peress li, minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, wara dan kien hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet. Skont id-data tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas b’86 % fl-ewwel erba’ xhur (jiġifieri minn Marzu sa Ġunju 2021) wara l-bidu tal-investigazzjoni meta mqabbel mal-istess xhur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq bażi ta’ kull xahar, l-importazzjonijiet medji miċ-Ċina matul l-ewwel erba’ xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni naqsu b’74 % meta mqabbla mal-importazzjonijiet medji ta’ kull xahar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma rreġistratx importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni.

1.2.   Il-partijiet interessati

(5)

Fin-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat b’mod speċifiku lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(6)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

(7)

F’dan l-istadju tal-investigazzjoni ma ntalbet l-ebda seduta.

1.3.   Kummenti dwar il-bidu

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar (Wirtschaftsvereinigung Stahl) li talbu t-terminazzjoni tal-investigazzjoni.

(9)

L-Eurofer affermat li r-raġuni ewlenija għall-prestazzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni kienet it-tnaqqis fir-ritmu tal-produzzjoni tal-azzar u mhux l-importazzjonijiet Ċiniżi u, għalhekk, l-ilment naqas milli jistabbilixxi rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-Eurofer argumentat ukoll li l-ilmentatur ma ta l-ebda informazzjoni dwar sa liema punt il-produtturi tal-kalċju-siliċju jistgħu jipproduċu ligi tal-ħadid oħra fuq l-istess makkinarju. Barra minn hekk, l-Eurofer affermat li l-ilmentatur naqas milli janalizza kif xieraq fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li setgħu wasslu għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-kalċju-siliċju fl-Unjoni, bħall-pandemija tal-COVID-19 u r-rabta mal-kapaċità żejda tal-azzar. Barra minn hekk, l-Eurofer sostniet li l-allegati żidiet fl-importazzjonijiet Ċiniżi ma setgħux jiġu rrikonċiljati abbażi tad-data dwar l-importazzjoni tal-Eurostat/COMEXT għall-kodiċi NM 7202 99 80. Skont din id-data, iż-żidiet fl-importazzjoni miċ-Ċina ma kinux viżibbli matul il-PI, filwaqt li ż-żidiet fl-importazzjoni mill-Brażil kienu ħafna aktar b’saħħithom. Barra minn hekk, fir-rigward tal-profittabbiltà, l-Eurofer u l-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar affermaw li t-tnaqqis tagħha kienet il-konsegwenza loġika tal-agħar kriżi ekonomika f’aktar minn għaxar snin. Skont l-Eurofer, is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali wasslet għall-prestazzjoni ħażina tal-ilmentatur, aktar milli għall-importazzjonijiet. B’mod partikolari, fir-rigward tal-kostijiet, l-Eurofer indikat li, għall-kuntrarju tal-allegazzjoni tal-ilmentatur, il-kostijiet tal-enerġija naqsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk ma setgħux jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, skont l-Eurofer, il-kostijiet fissi ma żdidux, minħabba domanda aktar baxxa għall-azzar. Il-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar żiedet li jrid jitqies ukoll li l-produtturi Ċiniżi tal-elementi tal-illigar għandhom vantaġġi ta’ kostijiet komparattivi notevoli fil-produzzjoni tal-ligi minħabba kostijiet aktar baxxi tal-enerġija u lavorattivi u sorsi ta’ materja prima proprja. Dan kollu allegatament wera li t-tnaqqis fil-profittabbiltà ma kienx il-konsegwenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda l-konsegwenza loġika tas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali u l-pandemija tal-COVID-19.

(10)

Fl-ilment, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit abbażi ta’ ċerti tranżazzjonijiet li kienu l-aħjar informazzjoni disponibbli għall-ilmentatur f’dak l-istadju. L-Eurofer ikkritikat dan il-metodu u indikat ukoll li t-twaqqigħ tal-prezz jenħtieġ li jqis jekk il-bejgħ sarx bl-ingrossa jew bħala wajer cored.

(11)

L-analiżi tal-Kummissjoni kkonfermat li l-ebda wieħed mill-elementi msemmija, kemm jekk kien fattwalment korrett kif ukoll jekk le, ma kien biżżejjed biex iqajjem dubji dwar il-konklużjoni li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u dehru li kienu qed jikkawżaw dannu materjali lill-produtturi tal-Unjoni. Dawn l-aspetti kienu ġew stabbiliti abbażi tal-aħjar evidenza disponibbli għall-ilmentatur f’dak iż-żmien, u kienu rappreżentattivi u affidabbli biżżejjed. Barra minn hekk, l-asserzjonijiet imressqa mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar ġew eżaminati fid-dettall matul l-investigazzjoni, u huma indirizzati aktar hawn taħt.

(12)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali, u b’hekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku.

1.4.   Kampjunar

(13)

Fin-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stqarret li din tista’ tieħu kampjun ta’ ċerti tipi ta’ partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   Produtturi tal-Unjoni

(14)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li se tagħmel il-kwestjonarji disponibbli għall-uniċi żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, jiġifieri OFZ, a.s. u Ferropem. Madankollu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lil produtturi oħrajn tal-Unjoni, jekk ikun hemm, biex jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jitolbu kwestjonarju mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu.

(15)

L-ebda produttur ieħor tal-Unjoni ma ppreżenta ruħu lill-Kummissjoni. Għalhekk, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni msemmija jitqiesu li jikkostitwixxu 100 % tal-industrija tal-Unjoni.

1.4.2.   Kampjunar tal-importaturi

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ bidu.

(17)

Erba’ importaturi mhux relatati (Affival SAS, Coftech GmbH, Sider Trading SpA, SKW Stahl-Metallurgie GmbH) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Il-Kummissjoni stiednet lill-erba’ kumpaniji indikati biex jimlew il-kwestjonarju għall-importaturi.

1.4.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(18)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(19)

Tliet produtturi esportaturi fil-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.5.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(20)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-RPĊ (“GTĊ”).

(21)

Barra minn hekk, fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju addizzjonali f’dan ir-rigward lill-Gvern tar-RPĊ.

(22)

Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, għall-utenti, u għall-produtturi esportaturi kienu disponibbli online (3) fil-jum tal-bidu.

(23)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju miż-żewġ produtturi tal-Unjoni, miż-żewġ importaturi tal-Unjoni (Affival u Coftech), miż-żewġ utenti (AFV Acciaierie Beltrame S.p.A. u Filo d.o.o.) u mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw (Ningxia Ketong New Material Technology Co., Ltd., Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd. u n-negozjant relatat tagħha Overseas Metallurgy Co., Ltd. u Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co., Ltd.).

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u kkontroverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”) (4), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li kkooperaw. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:

Produtturi tal-Unjoni

OFZ, a.s., Istebné, is-Slovakkja

Ferropem, Chambéry, Franza

Importaturi

Affival SAS, Solesmes, Franza

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Ningxia Ketong New Material Technology Co., Ltd. (“Ketong”)

Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd. u n-negozjant relatat tagħha Overseas Metallurgy Co., Ltd. (“Shun Tai”)

Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co., Ltd. (“Shenghua”).

1.6.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(25)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(26)

Il-prodott ikkonċernat huwa liga jew kompost kimiku li, skont il-piż, fih 16 % jew aktar ta’ kalċju, 45 % jew aktar ta’ siliċju, inqas minn 14 % ta’ ħadid u mhux aktar minn 10 % ta’ kwalunkwe element ieħor; irrispettivament hux ippreżentat f’forma sfuża jew le, imballat f’boroż jew f’tankijiet tal-azzar, magħluq fi pjanċi tal-azzar (jew wajer bil-qalba tal-metall), jew ippreżentat mod ieħor, li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7202 99 80 u ex 2850 00 60 (kodiċijiet TARIC 7202998030 u 2850006091) (“il-prodott ikkonċernat”). Spiss jissejjaħ kalċju-siliċju jew “CaSi”.

(27)

Il-kalċju-siliċju jintuża fil-manifattura ta’ ligi speċjali tal-metall. Il-ligi tal-CaSi jintużaw bħala deossidatur u desulfuratur fil-manifattura ta’ azzar ta’ grad għoli.

2.2.   Prodott simili

(28)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ, u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(29)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Asserzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

(30)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda asserzjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott.

3.   DUMPING

3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(31)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(32)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi Ċiniż esportaturi kollha biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(33)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, iressqu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma ngħatat l-ebda tweġiba għall-informazzjoni mitluba mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(34)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni stqarret ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(35)

Fis-7 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil u l-Arġentina bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-ilmentatur u mingħand il-produtturi esportaturi Ketong u Shenghua. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (93) sa (119).

(36)

Fl-14 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija rilevanti Rima Industrial S.A. (“Rima Industrial”) fil-pajjiż rappreżentattiv. It-Tieni Nota indirizzat ukoll il-kummenti li waslu dwar l-Ewwel Nota. Waslu kummenti għat-Tieni Nota mingħand l-ilmentatur u mingħand il-produtturi esportaturi Ketong u Shenghua. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (122) sa (136).

3.2.   Valur Normali

(37)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(38)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkulat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(39)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ kif iddikjarat fil-premessa (33), l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(40)

Fl-investigazzjoni reċenti dwar il-ferrosiliċju li joriġina mir-RPĊ, li l-produtturi tiegħu jappartjenu għas-settur tal-ligi tal-ħadid, bl-istess mod għall-produtturi tal-kalċju-siliċju, (5) il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur imsemmi. F’dik l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll.

(41)

F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (6). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-ferrosiliċju, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (7), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (8). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu wkoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fl-allokazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (9). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (10). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-ferrosiliċju fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (11), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (12). Minħabba s-similarità mill-qrib tal-inputs użati u tal-proċess tal-produzzjoni, dawn is-sejbiet japplikaw fil-biċċa l-kbira wkoll għas-settur tal-kalċju-siliċju, dan tal-aħħar jifforma wkoll parti mis-settur tal-ligi tal-ħadid.

(42)

Bħal fl-investigazzjonijiet rigward is-settur tal-ferrosiliċju fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment kif ukoll fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott li qed jiġi investigat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(43)

L-ilment f’dan il-każ irrefera għar-Rapport, b’mod partikolari għad-distorsjonijiet fis-settur tal-enerġija u fir-rigward ta’ ċerti inputs minerali. Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda wkoll studju dwar id-distorsjonijiet tas-suq ikkaġunati mill-Istat fl-industriji Ċiniżi tal-ligi tal-ħadid u tas-siliċju. Dan l-istudju ddokumenta li l-industrija Ċiniża tal-ligi tal-ħadid hija soġġetta għal gwida u interferenza diskrezzjonali ferm mifruxa mill-gvern u kkonkluda li l-kumpaniji Ċiniżi f’din l-industrija “qed joperaw f’ambjent ta’ suq distort li fih il-forzi kompetittivi ma humiex permessi jistrutturaw is-suq domestiku u jallinjawh mas-swieq globali.” Dan l-istudju tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Ma ġie pprovdut l-ebda kumment dwar dan l-istudju minn xi parti interessata, inklużi l-GTĊ u l-produtturi esportaturi. L-ilment kien fih ukoll referenzi għall-Inventarju tal-OECD dwar ir-Restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-Materja Prima Industrijali.

(44)

Fis-settur tal-kalċju-siliċju, ċertu grad ta’ sjieda u kontroll mill-GTĊ jippersisti fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni stabbiliet li wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw - Shenghua - huwa 65 % proprjetà ta’ Shaanxi Metallurgical & Mining Group Co., li min-naħa tagħha hija sussidjarja ta’ Shaanxi Shaanxi Non-ferrous Metals Holding Group Co, proprjetà tal-Istat (13). Il-kumpanija tirrikonoxxi li għadha taħt l-influwenza tal-SOE u tibbenefika mill-appoġġ qawwi tal-gvern (14). Barra minn hekk, filwaqt li ż-żewġ produtturi esportaturi l-oħrajn li kkooperaw jidhru li huma proprjetà privata, wieħed minnhom - Ningxia Shun Tai Smelting - jidher ukoll li għandu relazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali: dan jinsab fil-Park Industrijali ta’ Zhongwei, li jagħti bosta politiki preferenzjali lil kumpaniji stabbiliti, bħal taxxi jew prezzijiet tal-elettriku mnaqqsa (15). Is-sit web tal-Park jiddikjara wkoll li “Il-proġett tal-forn bl-ark mgħaddas tal-liga tas-siliċju-kalċju u l-ġenerazzjoni tal-enerġija mis-sħana mormija ta’ Ningxia Shuntai Smelting Company huwa proġett ewlieni għall-promozzjoni tal-investiment tal-Gvern Muniċipali ta’ Zhongwei.”

(45)

Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn kwalunkwe esportatur Ċiniż ieħor tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat, il-proporzjon preċiż ta’ produtturi privati u tal-Istat tal-kalċju-siliċju ma setax jiġi ddeterminat ulterjorment.

(46)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku li fis-settur tal-elettriku, li huwa l-fattur ewlieni tal-produzzjoni fil-manifattura tal-kalċju-siliċju, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Kif instab mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, is-suq tal-elettriku fiċ-Ċina huwa kkaratterizzat minn involviment qawwi tal-SOEs f’diversi stadji tal-katina tal-provvista, u fl-2017 madwar 50 % tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni kienet proprjetà tal-Istat, filwaqt li l-grilja kollha ta’ trażmissjoni hija proprjetà ta’ żewġ SOEs (16).

(47)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-Partit Kommunista Ċiniż (“CCP”) u mill-inqas kumpanija waħda li timmanifattura l-prodott li qed jiġi investigat. Is-CEO ta’ Shenghua u s-sid ta’ 35 % tas-sehem tal-kumpanija jokkupa fl-istess ħin il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Partit (17).

(48)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-kalċju-siliċju huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida tal-politika. Bħal fi kwalunkwe settur ieħor fir-RPĊ, dawn il-produtturi huma ristretti li jospitaw attivitajiet tal-bini tal-partit u jżommu affiljazzjoni mill-qrib mas-CCP u mal-ideoloġija tiegħu. L-eżempju li ġej juri x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur tal-kalċju-siliċju wkoll. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet estensivi tal-bini tal-partit fil-kumpanija Shenghua. Is-sit web tal-produttur huwa b’mod partikolari espliċitu dwar il-bini tal-partit tas-CCP tal-intrapriża u r-rwol tiegħu fil-kumpanija: “Fis-17 ta’ Lulju, il-kumitat tas-CPC ta’ Shaanxi Shenghua Metallurgical Chemical Co., Ltd. organizza r-raba’ sessjoni ta’ studju tal-grupp taċ-ċentru tal-kumitat tal-Partit. Is-Segretarju tal-Partit u d-Direttur Eżekuttiv Wei Xinhua ppresjeda l-laqgħa. Il-membri tal-kumitat tal-Partit, membri oħrajn tal-kumitati mhux tal-partit kif ukoll segretarji tal-fergħat attendew għal-laqgħa. Fil-laqgħa, Yang Hui, viċi segretarju tal-Kumitat tal-Partit, introduċa l-materjal ta’ studju tal-PPT dwar “Il-Liġi Fundamentali tal-Partit Komunista taċ-Ċina-Il-Kostituzzjoni tal-Partit tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina”, u żgura l-istudju kollettiv tad-diskors tal-President ta’ Metallurgical Group fil-Praise Conference tal-1 ta’ Lulju “Ejjew nallinjaw mal-avvanzati u ningħaqdu u nsaħħu l-forza tat-tidwib.” l-parteċipanti skambjaw il-ħsibijiet tagħhom u ddiskutew kif għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-membri tal-partit u jissodisfaw il-missjonijiet tagħhom. […] [Wei Xinhua] ressaq diversi rekwiżiti għat-tim ta’ tmexxija u għall-comrades tal-membri tal-Partit: 1. Biex wieħed ikompli jara titjib fih innifsu billi jaqra serjament il-Kostituzzjoni tal-Partit, […] 2. Isaħħaħ l-ideoloġija u t-twemmin, jaderixxi bla xkiel mat-tmexxija tal-kumitat tal-Partit tal-kumpanija, imexxi ’l quddiem l-“Ispirtu ta’ Yan’an” u l-“Ispirtu ta’ Nail”, u jiffoka l-enerġija tiegħu fuq il-kompiti biex iwettaq dmirijietu u jiżgura impjieg tajjeb għall-kumpanija. […] 4. Jinvestiga u jikkoreġi l-problema relatata mal-istil ta’ ħidma tiegħu stess f’konformità mal-kostituzzjoni u mad-dixxiplina tal-Partit. Il-fergħat kollha jridu jagħmlu xogħol tajjeb fl-edukazzjoni ideoloġika tal-membri tal-Partit u tal-uffiċjali tal-partit u jtejbu l-ispirtu tal-Partit tagħhom; […] Il-kumitat ta’ spezzjoni tad-dixxiplina tal-kumpanija u l-uffiċċju ta’ spezzjoni u superviżjoni tad-dixxiplina jridu iwettqu b’mod strett id-dmirijiet superviżorji tagħhom” (18).

(49)

Barra minn hekk, ġie stabbilit li fis-settur tal-kalċju-siliċju huma stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(50)

Dik l-industrija, flimkien ma’ sottosetturi oħrajn tal-ligi tal-ħadid li għandhom rwol sinifikanti fil-produzzjoni tal-azzar, hija settur importanti għall-GTĊ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet li s-settur jitqies bħala industrija mħeġġa fil-provinċja ta’ Ningxia, f’konformità mal-Catalogue of encouraged industries in the Western provinces (19). tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) tal-2020.

(51)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-inputs meħtieġa għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju, inħarġu diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn f’diversi livelli. Dan tal-aħħar juri l-livell ta’ interferenza mill-Istat fis-swieq ta’ dawn l-inputs.

(52)

Fir-rigward tal-elettriku, li jirrappreżenta l-akbar sehem mill-kostijiet tal-input, kif stabbilit mill-Kummissjoni fir-Rapport, il-prezzijiet tal-elettriku ma humiex ibbażati fuq is-suq fir-RPĊ u huma affettwati wkoll minn distorsjonijiet sinifikanti (permezz tal-iffissar tal-prezzijiet ċentrali, id-differenzjazzjoni tal-prezzijiet u fil-prattiki diretti ta’ xiri tal-elettriku) (20). Filwaqt li s-suq tal-enerġija fiċ-Ċina għadda minn għadd ta’ bidliet u riformi (21), xi prezzijiet rilevanti għas-sistema tal-enerġija għadhom ma humiex ibbażati fuq is-suq. Il-gvern jirrikonoxxi li l-prezzijiet għadhom fil-biċċa l-kbira kkontrollati mill-Istat: “Il-ġestjoni attwali tal-prezzijiet tal-elettriku għadha bbażata fuq il-prezzijiet tal-gvern. L-aġġustamenti fil-prezzijiet spiss ma jlaħħqux mal-bidliet fil-kostijiet u l-kostijiet tal-użu tal-elettriku huwa diffiċli li jiġu riflessi fil-ħin u b’mod raġonevoli […] Mekkaniżmu kompetittiv effettiv għall-bejgħ tal-elettriku għadu ma ġiex stabbilit, it-tranżazzjonijiet tas-suq bejn l-intrapriżi u l-utenti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku huma limitati u huwa diffiċli li jiġi involut ir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi” (22). Din id-dgħufija tas-suq ikkaġunata mill-Istat hija fl-oriġini ta’ aktar tentattivi biex jiġi ġestit is-suq, li hija riflessa f’għadd ta’ dokumenti amministrattivi sussegwenti. Pereżempju, f’Novembru 2020, l-NDRC ħarġet in-Notifika dwar il-promozzjoni tal-iffirmar ta’ kuntratti tal-elettriku fuq terminu medju sa twil tal-2021 (23). B’mod partikolari, id-dokument jagħti struzzjonijiet biex “isir sforz biex jiġi żgurat li l-volum tal-elettriku kkuntrattat ma jkunx anqas minn 80 % tal-volum medju matul l-aħħar tliet snin”, u fir-rigward tal-ipprezzar biex “jiġi stabbilit mekkaniżmu għas-soluzzjoni tad-devjazzjoni […] fir-regolamenti tas-suq lokali biex jiġu indirizzati d-devjazzjonijiet bejn il-volum tal-enerġija kkuntrattat u l-implimentazzjoni reali” u biex “jittejjeb il-mekkaniżmu tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet fuq terminu medju u fit-tul Il-lokalitajiet kollha għandhom jimplimentaw b’mod strett il-prezzijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija kif approvati mill-gvern.” In-Notifika fiha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ traċċar għall-progress fl-iffirmar tal-kuntratt, jew bit-tisħiħ tal-monitoraġġ, tad-divulgazzjoni u tal-infurzar tal-kuntratti (24). Barra minn hekk, f’Jannar 2021, il-Kunsill tal-Istat ħareġ l-Opinjoni tal-NDRC dwar l-istandardizzazzjoni tal-kostijiet tal-ilma urban, tal-elettriku u tal-provvisti tat-tisħin biex jitrawwem żvilupp ta’ kwalità għolja tas-settur. In-Notifika fiha dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ipprezzar tal-gvern “[…] Għal proġetti soġġetti għall-ipprezzar tal-gvern jew prezzijiet iggwidati mill-gvern, tiġi ddeterminata b’mod raġonevoli l-kompożizzjoni tal-kostijiet, jissaħħu s-superviżjoni u r-rieżami tal-kostijiet, jittejjeb il-mekkaniżmu għall-formazzjoni tal-prezzijiet u jiġi ddeterminat b’mod xjentifiku l-livell tal-prezzijiet. […]” Fost l-“għanijiet ewlenin” tan-Notifika, issir referenza speċifika għall-mekkaniżmu ta’ input tal-gvern fir-rigward tal-ipprezzar, kif ukoll id-differenzjazzjoni settorjali tal-metodi tal-ipprezzar: “Sal-2025, għandhom jinkisbu riżultati ċari fir-regolamentazzjoni u fl-istandardizzazzjoni tat-tariffi fis-settur tal-provvista tal-ilma, tal-provvista tal-enerġija, tal-gass u tat-tisħin. Għandha tiġi stabbilita bażi għal mekkaniżmu ta’ formazzjoni tal-prezzijiet xjentifiku, standardizzat u trasparenti, u l-mekkaniżmu ta’ input tal-gvern għandu jittejjeb aktar. Il-metodi tal-ipprezzar applikabbli għas-setturi relatati, is-superviżjoni tal-kostijiet u l-metodi ta’ rieżami, l-imġiba tal-prezzijiet u l-kopertura komprensiva standard tas-servizzi, kif ukoll il-kwalità u l-effiċjenza tal-provvista tal-ilma, tal-elettriku, tat-tisħin u ta’ prodotti u ta’ servizzi oħrajn għandhom jittejbu b’mod sinifikanti.” (25)

(53)

Il-faħam huwa materja prima oħra użata għall-manifattura tal-kalċju-siliċju. Kif instab mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, is-suq tal-faħam fir-RPĊ huwa soġġett għal distorsjonijiet, b’mod partikolari bħala riżultat tas-sussidjar (26) u permezz tal-ġestjoni u tal-kontroll fuq l-isfruttament tar-riżorsi tal-faħam (27). Barra minn hekk, fl-investigazzjoni dwar il-Glutamat tal-Monosodju li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja, il-Kummissjoni għamlet sejbiet dwar l-interferenza mill-Istat fil-forzi tas-suq fis-settur tal-faħam Ċiniż fil-livell provinċjali, b’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Shandong, permezz ta’ dokumenti ta’ ppjanar li jirregolaw ix-xejriet tal-provvista, tal-lokalizzazzjoni u industrijali (28). Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni stabbiliet aktar elementi ta’ interferenza mill-Istat. F’Mejju 2021, l-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Enerġija (NEA) u l-NDRC ħarġu b’mod konġunt in-Notifika dwar il-miżuri ta’ ġestjoni għall-kapaċità tal-produzzjoni tal-minjieri tal-faħam u l-kriterji ta’ approvazzjoni, bil-għan li jirregolaw il-kapaċitajiet tal-minjieri tal-faħam u jinfurzaw il-limiti rilevanti, ikkalkulati abbażi tan-notifika. (29) Bħala eżempju ieħor ta’ attività li tirregola l-Istat b’firxa wiesgħa fis-suq tal-faħam, f’Diċembru 2020, l-NDRC ħarġet in-Notifika dwar l-iżgurar tal-iffirmar u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti tal-faħam fuq terminu medju u twil fl-2021 (30). In-Notifika tenfasizza b’mod espliċitu l-għan li jiżdiedu l-influwenza u s-superviżjoni tal-Istat fil-proċess kuntrattwali: “Tingħata aktar importanza lir-rwol tal-gvern, jiġi enfasizzat it-tisħiħ tal-bini tas-sistema, jittejbu r-regoli tat-tranżazzjonijiet, tissaħħaħ is-superviżjoni tal-kreditu, u jiġu ggwidati l-partijiet rilevanti biex titqajjem kuxjenza dwar is-sitwazzjoni ġenerali, jittieħdu responsabbiltajiet soċjali, tiġi standardizzata l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, u jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-faħam.” In-notifika tagħti wkoll struzzjonijiet biex “[t]issaħħaħ l-awtodixxiplina tal-industrija. L-assoċjazzjonijiet rilevanti kollha tal-industrija għandhom jiggwidaw lill-intrapriżi biex isaħħu l-awtodixxiplina, jimplimentaw kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil, u ma jużawx is-sitwazzjoni tal-provvista u tad-domanda tas-suq u l-pożizzjoni vantaġġuża tal-industrija biex jiffirmaw kuntratti żbilanċjati. L-intrapriżi fuq skala kbira għandu jkollhom rwol eżemplari, jagħmlu awto-regolazzjoni tal-firem tal-kuntratti, itejbu l-għarfien tagħhom dwar l-issodisfar tal-impenji, jieħdu l-inizjattiva li jieħdu r-responsabbiltà soċjali għall-iżgurar tal-provvista u tal-prezzijiet stabbli, u jippromwovu l-operat bla xkiel tas-suq tal-faħam fil-livell nazzjonali.” Ta’ min jinnota b’mod partikolari d-Direttiva ċara biex ma tintużax is-sitwazzjoni tad-domanda u tal-provvista fis-suq fl-iffirmar tal-kuntratti. F’April 2021, l-NDRC ħarġet Notifika dwar l-iżgurar tas-superviżjoni u l-ġestjoni ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil tal-faħam tal-2021 oħra, li għandha l-għan li tissorvelja aħjar il-konformità tal-kuntratti ta’ bejgħ u li tiżgura l-provvista tal-faħam (b’mod partikolari abbażi tad-dispożizzjonijiet tan-Notifika Nru 902 imsemmija qabel). Fuq dik il-bażi, il-partijiet rilevanti jenħtieġ li b’mod partikolari jiżguraw li r-rata ta’ konformità ta’ kull xahar jenħtieġ li ma tkunx inqas minn 80 %, u r-rata ta’ konformità trimestrali u annwali jenħtieġ li ma tkunx inqas minn 90 % (31).

(54)

L-interventiżmu mill-Istat fis-suq tal-faħam jista’ jiġi nnotat ukoll fid-deċiżjoni reċenti dwar l-estensjoni għal sena oħra taż-żmien tal-operat bi prova għall-minjieri tal-faħam magħluqa bil-għan li jiżdiedu l-produzzjoni u l-provvista, sabiex jiġu miġġielda ż-żidiet fil-prezzijiet tal-komodità (wara li l-produzzjoni tal-minjieri tkun ġiet sospiża qabel) (32).

(55)

Barra minn hekk, żewġ materji primi importanti oħrajn użati għall-manifattura tal-kalċju-siliċju – il-kwarzit u l-ġebla tal-ġir – huma koperti mit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Riżorsi Minerali, u dan jippermetti lill-Istat jiġġestixxi s-swieq ewlenin tar-riżorsi minerali fir-RPĊ kważi fiż-żoni kollha (33). Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat li skont l-edizzjoni tal-2020 tal-Inventarju tal-OECD tar-Restrizzjonijiet tal-Esportazzjoni fuq il-Materja Prima Industrijali, fir-RPĊ, fl-2019, il-kwarzit (kodiċi SA 250590) kien soġġett għal rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni mhux awtomatiku (34), li għandu l-kapaċità li jillimita l-attività ta’ esportazzjoni u b’hekk li joħloq distorsjoni fis-suq.

(56)

Kif wieħed jista’ jinnota mill-eżempji msemmija hawn fuq, il-GTĊ jiġġestixxi l-iżvilupp tas-settur tal-kalċju-siliċju f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fil-funzjonament tas-settur. Din il-gwida u intervent mill-gvern jikkonċernaw ukoll l-inputs ewlenin użati fil-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat. Bħala eżempju, Shenghua tirrikonoxxi li tallinja l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha fuq dokumenti ta’ ppjanar ċentrali u fuq politiki ewlenin tal-Istat, kif deskritti fl-objettivi korporattivi tagħha: “Tistinka biex tibni u tibda topera proġetti bħal kalċju tal-metall ta’ purità kbira, siliċju industrijali ta’ grad kimiku, u linji ta’ produzzjoni metallurġiċi tal-mikromewġ u proġetti oħrajn sa tmiem it-“13-il Pjan ta’ Ħames Snin”” Il-kumpanija tafferma wkoll li hija “tadatta b’mod attiv għan-normalità l-ġdida tal-iżvilupp ekonomiku nazzjonali, taħtaf b’akkuratezza d-direzzjoni l-ġdida tal-politiki ta’ riforma min-naħa tal-provvista, timplimenta bis-sħiħ ir-responsabbiltà ta’ produzzjoni sikura u li hija favur l-ambjent, u, abbażi ta’ tmexxija għaqlija li hija teżerċita fuq l-industrija tal-liga tal-kalċju-siliċju, hija tiddependi fuq il-ġestjoni, it-talenti u r-riċerka xjentifika ta’ Shaanxi Nonferrous Group” (35).

(57)

Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-produtturi tal-kalċju-siliċju huma wkoll benefiċjarji ta’ diversi forom ta’ appoġġ mill-Istat, li jindika b’mod ċar l-interess tal-awtoritajiet f’dan is-settur. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li Ningxia Shun Tai Smelting ibbenefikat minn appoġġ minħabba l-istabbiliment tagħha fil-Park Industrijali ta’ Zhongwei (ara l-Premessa (44), filwaqt li l-kumpanija Ketong ġiet rikonoxxuta bħala “Ċentru tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi tar-Reġjun Awtonomu għall-2020”. Fir-rigward ta’ dan, il-media lokali rrapportat li: “Skont ir-regolamenti rilevanti, iċ-ċentru tat-teknoloġija tal-intrapriżi fil-livell tar-reġjuni awtonomi rikonoxxut bħala tali għall-ewwel darba se jirċievi appoġġ finanzjarju ta’ RMB 1 miljun.” (36) Rapporti oħrajn tal-media lokali kkonfermaw l-appoġġ tal-provinċja lill-kumpanija: “Il-persuna rilevanti inkarigata fid-Dipartiment tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tar-Reġjun Awtonomu indikat li d-distrett tagħna qed jippromwovi b’mod qawwi t-trasformazzjoni strutturali, it-trasformazzjoni ekoloġika, it-trasformazzjoni intelliġenti u t-trasformazzjoni teknoloġika tal-intrapriżi tal-industrija, permezz tal-estensjoni tal-katina tal-industrija, meqjusa bħala prijorità, kif ukoll permezz tat-trasformazzjoni ekoloġika, it-trasformazzjoni intelliġenti u t-trasformazzjoni teknoloġika, meqjusa bħala l-għodod ewlenin, u li qed tippromwovi wkoll l-aġġustament strutturali u t-titjib tal-prodott fl-industrija tal-materja prima. […] Fir-rigward ta’ materjali ta’ ligi speċjali, ir-reġjun tagħna jappoġġa l-iżvilupp ta’ ligi b’temperatura għolja, ligi reżistenti għall-korrużjoni, ligi b’saħħa ultragħolja u materjali oħrajn bi proprjetajiet speċjali u b’funzjonijiet speċjali. Abbażi ta’ intrapriżi bħal Shengyan Industrial, Ketong New Materials, u Jun Magnetic New Materials, se jsiru skoperti fit-teknoloġiji ewlenin biex jiġu żviluppati materjali ta’ ligi b’rekwiżiti speċjali bħar-reżistenza għal temperatura għolja, saħħa kbira u reżistenza kbira għall-korrużjoni, li jintużaw ħafna fil-qasam tal-azzar inossidabbli u tal-azzar speċjali.” (37)

(58)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji mħeġġa, inkluż il-produzzjoni tal-kalċju-siliċju kif ukoll tal-materja prima ewlenija użata fil-manifattura ta’ dan il-prodott. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(59)

Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-kalċju-siliċju msemmi hawn fuq fil-premessa (41) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott li qed jiġi investigat.

(60)

Is-settur tal-kalċju-siliċju huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (41). Dawk id-distorsjonijiet jaffetwaw lis-settur kemm direttament (waqt li jsir il-prodott li qed jiġi investigat jew il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tiegħu), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fir-RPĊ).

(61)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-kalċju-siliċju jkun eżentat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (41). Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(62)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott li qed jiġi investigat, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-kalċju-siliċju jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(63)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-kalċju-siliċju ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali mill-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

(64)

Il-GTĊ ma ppreżenta l-ebda evidenza jew argument kuntrarju. Madankollu, il-produtturi esportaturi Ketong u Shenghua ppreżentaw għadd ta’ kummenti.

(65)

Ketong argumentat li l-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-fini tal-istabbiliment tal-valur normali hija inkompatibbli mad-deċiżjoni tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”), u mal-Korp tad-WTO għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSB”), u għalhekk jenħtieġ li ma tiġix applikata.

(66)

L-ewwel nett, Ketong fakkret li t-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO ppermettiet derogi mill-metodoloġija standard fid-determinazzjoni tal-valur normali u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu VI tal-GATT tal-1994 u tal-ADA, iżda dawn id-derogi kienu limitati fiż-żmien, peress li skadew fil-11 ta’ Diċembru 2016. Skont Ketong, mit-12 ta’ Diċembru 2016, l-Unjoni jenħtieġ li ma tiddevjax mill-metodoloġija standard meta tistabbilixxi l-valur normali tal-produtturi tal-pajjiż esportatur u milli tuża biss il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-pajjiż esportatur, sakemm dispożizzjonijiet oħrajn tal-ftehimiet tad-WTO, inkluż l-ADA, ma jippermettux mod ieħor. Ketong affermat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, sa fejn jippermetti lill-Unjoni tuża data ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq, imur kontra l-impenn tal-Unjoni skont il-ftehimiet tad-WTO, b’mod partikolari l-impenn tagħha skont it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO.

(67)

Ketong argumentat ukoll li l-Artikolu 2 tal-ADA ma jippermettix l-użu ta’ informazzjoni għajr dik fil-pajjiż esportatur sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Anke f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-valur normali jeħtieġ li jinħadem, id-data relatata mal-kost tal-produzzjoni u l-SGA u l-profitti trid tinkiseb mis-sorsi fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Skont Ketong, il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti lanqas biss jeżisti fl-ADA.

(68)

It-tieni, Ketong fakkret li l-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Unjoni Ewropea – il-Miżuri anti-dumping fuq il-bijodiżil mill-Arġentina (38) sab li l-Unjoni aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA billi ma użatx ir-rekords miżmuma mill-produtturi investigati bħala bażi biex tikkalkula l-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Ketong iddikjarat b’mod partikolari li fid-dawl ta’ dik id-deċiżjoni, id-distorsjonijiet fl-Arġentina li kienu qed jikkawżaw differenza bejn il-prezzijiet domestiċi u dawk internazzjonali tal-materja prima ewlenija tal-prodott ikkonċernat ma kinux fihom infushom bażi suffiċjenti skont l-Artikolu 2.2.1.1 għall-konklużjoni li r-rekords tal-produttur ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet tal-materja prima assoċjata mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, jew biex jiġu injorati dawk il-kostijiet meta jinħadem il-valur normali tal-prodott ikkonċernat.

(69)

Bl-istess mod, Shenghua argumentat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mad-dritt tad-WTO.

(70)

L-ewwel nett, Shenghua affermat li l-ADA ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2, li jippermetti biss il-ħdim tal-valur normali jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Shenghua osservat li ma hemm l-ebda artikolu fl-ADA li jippermetti li tintuża data minn pajjiż terz, li ma tistax tirrifletti l-prezzijiet jew il-livell tal-kost tal-pajjiż esportatur, għad-determinazzjoni tal-valur normali. L-ADA għalhekk jirrikjedi li l-valur normali jrid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tal-kostijiet li jirriflettu l-livell tal-prezz jew tal-kost fil-pajjiż ta’ oriġini. Għalhekk, il-prezz maħdum ibbażat fuq il-prezzijiet fil-pajjiż rappreżentattiv ma jistax jirrifletti l-livell tal-prezz u tal-kost fil-pajjiż esportatur.

(71)

It-tieni nett, Shenghua affermat li anke jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti kien konformi mal-liġi tad-WTO, il-valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u l-interpretazzjoni tiegħu mill-Korp tal-Appell tad-WTO fl-UE – Bijodiżil (DS473). Id-distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur ikollhom jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ bejgħ mhux fil-“perkors ordinarju tal-kummerċ” jew “sitwazzjoni partikolari tas-suq.” Shenghua sostniet li minkejja li l-kunċett ta’ “perkors ordinarju tal-kummerċ” ma huwiex iddefinit b’mod espliċitu fl-ADA, l-Artikolu 2.2.1 jipprovdi li l-bejgħ ta’ prodott jista’ jiġi ttrattat bħala li ma jkunx fil-perkors ordinarju tal-kummerċ u injorat “biss jekk […] tali bejgħ isir f’perjodu ta’ żmien estiż fi kwantitajiet sostanzjali u jsir bi prezzijiet li ma jipprevedux l-irkupru tal-kostijiet kollha […]”. F’dan l-isfond, Shenghua affermat li l-Ilmentatur ma kienx wera li l-allegati distorsjonijiet sinifikanti jaqgħu taħt xi waħda mill-kategoriji ta’ bejgħ “mhux fil-perkors ordinarju tal-kummerċ” jew ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq.”

(72)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni u mal-ġurisprudenza ċċitata kemm minn Ketong kif ukoll minn Shenghua. Fir-rigward tal-impenji skont it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, il-Kummissjoni tfakkar li fil-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw il-prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li ma hijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-kostijiet Ċiniżi.

(73)

Fir-rigward tal-każ tal-UE – Bijodiżil, id-deċiżjoni rilevanti ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li l-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Bord tad-WTO u mill-Korp tal-Appell fl-UE – Bijodiżil tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, b’aġġustament dovut meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-ħdim tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-ħdim tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur.

(74)

Fir-rigward tal-asserzjoni li tikkonċerna prova insuffiċjenti mill-Ilmentatur, il-bażi ġuridika u l-evidenza sottostanti fl-ilment kienu jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kif speċifikat fil-Punt 3 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni qieset li l-ilment ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif meħtieġ mill-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku biex tibda l-investigazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit evidenzjarju ieħor tal-allegat tip minn dan il-partit fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(75)

Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjonijiet ta’ Ketong u ta’ Shenghua.

(76)

Ketong sostniet li l-elementi tal-kost jew tal-prezz tagħha, li ma jiġux ipprovati mill-Kummissjoni li huma distorti, jenħtieġ li ma jiġux aġġustati jew stabbiliti fuq bażi differenti.

(77)

Shenghua sostniet li, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, ma jkunx raġonevoli li l-fatturi kollha tal-kostijiet jiġu sostitwiti b’data minn sorsi oħrajn billi, skont il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, huma biss dawk il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li wrew li huma distorti li se jiġu sostitwiti minn prezzijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. B’mod speċifiku, Shenghua kkummentat li l-ilmentatur naqas milli jagħti prova li kien hemm distorsjoni fil-kostijiet lavorattivi fl-industrija tal-kalċju-siliċju taċ-Ċina, u għalhekk il-Kummissjoni kellha tuża l-kostijiet lavorattivi effettivi kif irrapportat mill-produtturi esportaturi. Shenghua ddikjarat li ma kienx raġonevoli li l-kostijiet lavorattivi jiġu sostitwiti ma’ dawk f’pajjiż terz, minħabba li dawn kienu influwenzati minn diversi fatturi, bħar-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ikkonċernat, il-grad ta’ awtomatizzazzjoni fil-produzzjoni u l-livell tal-prezzijiet tal-prodott bażiku fir-reġjun fejn kienu jinsabu l-produtturi. Shenghua żiedet tgħid li l-kostijiet lavorattivi varjaw mhux biss bejn pajjiżi differenti iżda wkoll bejn produtturi Ċiniżi differenti. Shenghua ddikjarat li l-istess jista’ jingħad għall-enerġija, għall-SG&A u għall-profitt.

(78)

Bi tweġiba għall-asserzjoni dwar in-nuqqas ta’ evidenza dwar id-distorsjonijiet fil-kostijiet lavorattivi fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament tagħha fil-premessi (41) u (63). Id-determinazzjoni dwar l-eżistenza reali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) isseħħ biss fil-mument tad-divulgazzjoni provviżorja u/jew definittiva. F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset suffiċjenti l-evidenza sottomessa mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni abbażi ta’ dan. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kostijiet tal-pagi jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor jew anke bejn is-setturi, il-Kummissjoni, bħala riżultat tal-investigazzjoni tagħha sabet li s-suq tax-xogħol fir-RPĊ kien affettwat minn distorsjonijiet fil-livell tal-pajjiż kollu. Il-kwistjonijiet inerenti għas-suq tax-xogħol Ċiniż, inkluż in-nuqqas ta’ trade unions indipendenti mill-gvern u r-restrizzjonijiet tal-mobilità tal-forza tax-xogħol minħabba s-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi għandhom impatt distorsiv fuq il-ħolqien tal-pagi fir-RPĊ għall-operaturi ekonomiċi kollha. Il-fatt li l-kostijiet tal-pagi jistgħu jkunu differenti f’pajjiżi oħrajn jew jistgħu jvarjaw fir-RPĊ ma jbiddilx din is-sejba.

(79)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, kif deskritt fid-dettal fil-premessi (51) sa (55) li s-swieq għall-inputs użati mill-produtturi tal-kalċju-siliċju fir-RPĊ kienu soġġetti għal diversi distorsjonijiet sinifikanti, mhux biss dawk speċifiċi iżda wkoll ta’ natura trażversali. L-istess sitwazzjoni applikat għall-produtturi ta’ inputs aktar bażiċi użati għall-manifattura tal-kalċju-siliċju kif ukoll għall-materja prima tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-kostijiet kollha tal-inputs użati fil-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat, inkluża l-enerġija, kienu distorti fir-RPĊ. Il-fatt li, kif affermat minn Shenghua, hemm differenzi fil-kostijiet tal-enerġija bejn pajjiżi differenti, ma jbiddilx il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija li qed ikunu distorti fir-RPĊ.

(80)

F’dan ir-rigward, filwaqt li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi, inklużi l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija, jekk jiġu stabbiliti b’mod pożittiv li ma humiex distorti, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tistabbilixxi li d-distorsjonijiet madwar il-pajjiż ma humiex applikabbli għall-produtturi tal-kalċju-siliċju. Għaldaqstant, ma seta’ jintuża l-ebda kost domestiku bħal dan fil-ħdim tal-valur normali.

(81)

Fir-rigward tal-SG&A u tal-profitti, il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ taħdem il-valur normali b’referenza għal prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). Il-Kummissjoni tissottolinja li dan tal-aħħar jirrikjedi wkoll speċifikament li l-valur normali maħdum jinkludi ammont raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u profitti mingħajr distorsjoni. Jekk matul l-investigazzjoni tagħha bbażata fuq l-evidenza kollha fil-fajl, il-Kummissjoni tagħti prova tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prodott ikkonċernat fil-pajjiż tal-esportazzjoni, ifisser li l-kostijiet reali tal-SG&A tal-produtturi esportaturi huma wkoll affettwati minn dawk id-distorsjonijiet.

(82)

Għalhekk, l-asserzjonijiet kemm ta’ Ketong kif ukoll ta’ Shenghua ġew miċħuda.

(83)

Shenghua affermat ukoll li, anke jekk tintuża data minn sorsi oħrajn, ma jkunx raġonevoli li tintuża data ta’ pajjiż terz bħala l-prezz mingħajr distorsjoni. Shenghua rreferiet għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirreferi għall-bażi tad-data tal-Global Trade Atlas (“GTA”) għall-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv u qieset li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hija xtrat il-materja prima kollha għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fuq livell domestiku. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża sors tad-data aktar affidabbli u raġonevoli u, ikun xi jkun is-sors tad-data li jintuża, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti dovuti (bħal għall-ispejjeż tal-konsenja) biex jiġi żgurat li l-allegat prezz mingħajr distorsjoni jkun taħt l-istess termini ta’ xiri mal-materja prima mixtrija minn Shenghua.

(84)

Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni nnotat li, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (41) sa (63), hija tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fl-investigazzjoni attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni hija marbuta li tuża kostijiet mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq biex tiżgura li l-kostijiet applikati ma jkunx affettwati minn distorsjonijiet u jkunu bbażati fuq data disponibbli faċilment, bħad-data dwar l-importazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-GTA. Fin-nuqqas ta’ data pprovduta minn Shenghua biex tissostanzja l-asserzjoni tagħha dwar l-aġġustamenti dovuti (bħal għal spejjeż ta’ konsenja ogħla), il-valuri tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u li jipprovdu stima raġonevoli tal-prezz fil-pajjiż rappreżentattiv, inklużi l-ispejjeż tal-konsenja. Barra minn hekk, billi l-inputs importati jikkompetu fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv f’termini ta’ prezzijiet, il-Kummissjoni qisithom bħala indikatur affidabbli. Jekk ma jitqisux l-ispejjeż kollha tal-konsenja fil-każ ta’ importazzjoni, il-prezz li jirriżulta ma jirriflettix il-prezz mingħajr distorsjoni fis-suq tal-pajjiż rappreżentattiv. Dan imur kontra l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(85)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott li qed jiġi investigat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat tal-interazzjoni libera tal-forzi tas-suq minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.3.   Pajjiż rappreżentattiv

3.3.1.   Kummenti ġenerali

(86)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (39);

Il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv;

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(87)

Kif spjegat fil-premessi (35) u (36), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(88)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Brażil, il-Każakistan, il-Malasja u l-Messiku bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross.

(89)

Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati dwar is-similarità għar-RPĊ tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiżi li identifikat il-Kummissjoni.

(90)

Ketong innotat li r-Russja kienet ikklassifikata wkoll mill-Bank Dinji bħala pajjiż “b’introjtu medju superjuri”, simili għar-RPĊ u talbet lill-Kummissjoni tqis dan il-pajjiż ukoll bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda produttur tal-kalċju-siliċju fir-Russja b’rappreżentant ta’ informazzjoni finanzjarja disponibbli b’mod pubbliku għall-iskop tal-ħdim tal-valur normali tal-prodott li qed jiġi investigat u għalhekk ma vvalutatx aktar dan il-pajjiż.

3.3.3.   Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(91)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil u lill-Arġentina bħala pajjiżi li fihom il-produzzjoni tal-kalċju-siliċju kienet magħrufa li sseħħ. F’din in-nota, il-Kummissjoni kompliet tidentifika l-Każakistan, il-Malasja u l-Messiku bħala pajjiżi li jipproduċu l-ligi tal-ħadid, industrija l-aktar simili għall-industrija tal-kalċju-siliċju f’termini ta’ proċess ta’ produzzjoni u fatturi ta’ produzzjoni, li tista’ tuża f’każ ta’ nuqqas ta’ data xierqa mill-pajjiżi li jipproduċu l-kalċju-siliċju. Waslu kummenti minn Ketong, Shenghua u mill-ilmentatur.

(92)

Il-Kummissjoni identifikat żewġ produtturi tal-kalċju-siliċju fil-Brażil u wieħed fl-Arġentina li għalih kienet disponibbli informazzjoni finanzjarja pubblika. Madankollu, data finanzjarja reċenti (jiġifieri l-2019) kienet disponibbli biss għall-produttur Arġentin u wieħed miż-żewġ produtturi Brażiljani (Rima Industrial S.A.).

(93)

L-ilmentatur innota li l-Brażil baqa’ wieħed mill-pajjiżi rappreżentattivi possibbli u appoġġa l-għażla potenzjali tiegħu bħala pajjiż rappreżentattiv kif kien inizjalment propost fl-ilment.

(94)

Permezz tal-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, kemm Shenghua kif ukoll Ketong affermaw li l-Brażil ma jistax ikun pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba li l-volumi tal-importazzjonijiet ta’ diversi materji primi (bħall-pejst tal-elettrodu u l-blat tas-siliċju/kwarzit) kienu baxxi u, għalhekk, mhux rappreżentattivi.

(95)

Madankollu, għall-pejst tal-elettrodu, l-importazzjonijiet fil-Brażil koprew mill-inqas 10 % tal-konsum irrapportat fiċ-Ċina u, għalhekk, huma kkunsidrati bħala rappreżentattivi. Għall-kwarzit, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-volum baxx tal-importazzjonijiet fil-Brażil ma huwiex rappreżentattiv u reġgħet lura għall-prezz medju tax-xiri mħallas mill-produtturi tal-Unjoni bħala valur referenzjarju xieraq.

(96)

Shenghua affermat li l-prezz tal-elettriku fil-Brażil kien għoli wisq u talbet lill-Kummissjoni tirrifjuta lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv għal din ir-raġuni.

(97)

Il-Kummissjoni nnotat li mkien fil-kriterji għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv stabbiliti fir-Regolament bażiku ma jissemma’ li l-prezzijiet tal-utilitajiet għandhom ikunu f’ċerta firxa. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(98)

Permezz tal-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Ketong affermat li s-suq tal-elettriku fil-Brażil kien soġġett għal distorsjoni minħabba li (1) il-gvern Brażiljan kien l-azzjonist maġġoritarju fil-produttur tal-elettriku Eletrobrás, u (2) il-gvern Brażiljan kien jirregola l-prezz tal-elettriku permezz tal-aġenzija regolatorja Agência Nacional de Energia Elétrica (“ANEEL”). Għalhekk, għal din ir-raġuni, il-Brażil ma jkunx pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(99)

Il-Kummissjoni nnotat li Ketong ma pprovdiet l-ebda evidenza li s-sjieda tal-gvern ta’ Eletrobrás wasslet għal distorsjoni tas-suq tal-elettriku fil-Brażil, u b’mod partikolari li affettwat lill-produtturi tal-kalċju-siliċju rigward il-prezz li ħallsu għall-elettriku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Pereżempju, għalkemm 52 % tal-ishma ta’ Eletrobrás huma proprjetà tal-gvern, il-bqija tal-ishma huma nnegozjati pubblikament. Il-kwistjoni hija kkunsidrata wkoll fil-premessa (133) hawn taħt abbażi ta’ evidenza addizzjonali riċevuta mill-partijiet interessati, u fil-premessa (152).

(100)

Shenghua affermat li l-Brażil kien suq protett ħafna u pajjiż li rrikorra għal “għadd kbir ta’ miżuri potenzjalment restrittivi għall-kummerċ”, li l-Kummissjoni kkonfermat fl-evalwazzjoni tagħha tar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-Brażil (40).

(101)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li ma kienet identifikat l-ebda distorsjoni tal-kummerċ fil-Brażil li taffettwa l-inputs ewlenin għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Shenghua ma wrietx evidenza li tali distorsjonijiet kienu jeżistu la fir-rigward tal-kalċju-siliċju u/jew tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. L-asserzjoni tqieset bħala mhux issostanzjata u, għalhekk, ġiet miċħuda.

(102)

Ketong affermat ukoll li l-produtturi Brażiljani identifikati mill-Kummissjoni kienu attivi f’firxa diversa ta’ attivitajiet ekonomiċi u għalhekk il-kostijiet, id-dħul u l-profitti tagħhom ma kinux jirriflettu dawk ta’ produttur tal-kalċju-siliċju.

(103)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-produtturi Brażiljani kellhom attivitajiet għajr il-manifattura u l-bejgħ tal-kalċju-siliċju u li r-rapportar finanzjarju tagħhom ma ppermettiex allokazzjoni tar-riżultati finanzjarji fuq bażi ta’ prodott bi prodott. Il-Kummissjoni ċċarat li dan fih innifsu ma kienx jimmina r-rappreżentattività tal-kumpaniji u għalhekk setgħet tuża r-riżultati finanzjarji fil-livell tal-kumpaniji biex tistabbilixxi l-valuri referenzjarji għall-SG&A u għall-profitt. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(104)

Shenghua affermat li l-SG&A u l-profitt ta’ kumpanija unika ma kinux affidabbli jew rappreżentattivi għall-fini tal-ħdim tal-valur normali.

(105)

Il-Kummissjoni nnotat li Shenghua ma ssostanzjatx għaliex l-SG&A u l-profitt ta’ produttur uniku ma jkunux affidabbli jew rappreżentattivi għall-ħdim tal-valur normali. Barra minn hekk, Shenghua ma identifikatx produtturi oħrajn fil-Brażil b’informazzjoni finanzjarja pubblika disponibbli faċilment li tista’ tiżdied mas-sett tad-data. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(106)

Ketong affermat ukoll li ma kienx xieraq li tintuża data finanzjarja minn Dun & Bradstreet peress li ma kinitx dettaljata biżżejjed biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkulat b’mod preċiż marġni tad-dumping.

(107)

Il-Kummissjoni nnotat li l-bażi tad-data Global Financials minn Dun & Bradstreet hija l-għodda li tuża sabiex tikseb dikjarazzjonijiet finanzjarji u proporzjonijiet speċifiċi minn kumpaniji f’pajjiżi rappreżentattivi possibbli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li t-termini “kostijiet diretti” u “kostijiet indiretti” użati fil-bażi tad-data ta’ Dun & Bradstreet jirreferu għall-“Kost tal-Prodotti Mibjugħa” (“Cost of Goods Sold”, “COGS”) u għall-“ispejjeż operatorji” rispettivament. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet Ketong, il-Kummissjoni għalhekk għandha data li hija dettaljata biżżejjed biex tkun tista’ ssib l-informazzjoni rilevanti biex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(108)

Kemm Shenghua kif ukoll Ketong affermaw li l-Arġentina ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba d-distorsjonijiet tal-kummerċ fuq is-semikokk, wieħed mill-aktar fatturi tal-produzzjoni importanti, li l-Kummissjoni diġà semmiet fl-Ewwel Nota.

(109)

Il-Kummissjoni qablet li d-distorsjonijiet tal-kummerċ (f’dan il-każ il-liċenzjar u t-taxxa tal-esportazzjoni), jistgħu jispjegaw il-volum baxx tal-importazzjonijiet tas-semikokk fl-Arġentina u, konsegwentement, jagħmlu l-użu tal-prezz tal-importazzjoni mhux adatt bħala prezz referenzjarju.

(110)

Ketong affermat ukoll li jekk il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq għal ħafna mill-inputs fiċ-Ċina kien soġġett għal distorsjoni, trid tqis ukoll li s-suq tal-Arġentina huwa distort, peress li ħafna mill-inputs ewlenin fl-Arġentina joriġinaw miċ-Ċina.

(111)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni billi, għall-kuntrarju ta’ dak li affermat Ketong, il-maġġoranza l-kbira tal-inputs, ħlief għas-semikokk, ġew importati fl-Arġentina minn pajjiżi oħrajn minbarra ċ-Ċina. Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm importazzjonijiet limitati ħafna ta’ semikokk fl-Arġentina li ma kinux importati miċ-Ċina. Għalhekk, f’dak l-istadju, il-Kummissjoni qieset li l-volum tal-importazzjonijiet tas-semikokk fl-Arġentina ma kienx rappreżentattiv. Is-semikokk jirrappreżenta madwar 10 % tal-kost tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat.

(112)

L-ilmentatur afferma wkoll li l-Arġentina ma setgħetx tissodisfa l-kriterji għall-għażla bħala pajjiż rappreżentattiv f’dan l-istadju, filwaqt li titqies l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għall-uniku produttur tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż, li wriet sitwazzjoni ta’ telf.

(113)

Il-Kummissjoni qablet li l-uniku produttur Arġentin tal-CaSi li d-data finanzjarja tiegħu hija disponibbli għall-pubbliku ma setgħetx tintuża bħala valur referenzjarju għal marġni ta’ profitt peress li l-kumpanija kienet qed tagħmel telf fl-2019. F’każ li d-data finanzjarja għall-2020 issir disponibbli fi stadju aktar tard, il-Kummissjoni tista’ tqis mill-ġdid lill-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv.

(114)

Ketong talbet lill-Kummissjoni biex tuża lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv peress li ġiet ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż “b’introjtu medju superjuri”, simili għar-RPĊ, kellha produzzjoni ta’ kalċju-siliċju u mill-inqas produttur wieħed, Kluchevsky Ferroalloy Plant PJSC.

(115)

Il-Kummissjoni analizzat l-asserzjoni minn Ketong fir-rigward tal-użu tar-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Hija eżaminat l-aktar data finanzjarja reċenti ppreżentata minn Ketong fir-rigward tal-produttur Russu ta’ ligi tal-ħadid, Kluchevsky Ferroalloy Plant PJSC, li, skont is-sit web tagħha, allegatament jipproduċi wkoll il-kalċju-siliċju. Id-data kienet tikkonċerna s-sena ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi din id-data wriet profitt kważi żero u spejjeż tal-SG&A baxxi ħafna, il-Kummissjoni qieset li din id-data ma kinitx rappreżentattiva għall-iskop tal-ħdim tal-valur normali tal-prodott li qed jiġi investigat skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(116)

Billi l-Kummissjoni ma setgħetx issib data finanzjarja rappreżentattiva għal produtturi oħrajn possibbli tal-kalċju-siliċju fir-Russja u Ketong lanqas ma pprovdiet tali data, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Russja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan l-istadju.

(117)

Shenghua u Ketong affermaw li la l-Brażil u lanqas l-Arġentina ma huma pajjiżi rappreżentattivi xierqa minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-premessi (94), (96), (98), (100), (102), (104), (106), (108), (110) u (112) u ssuġġerew li minħabba li l-produzzjoni globali tal-kalċju-siliċju hija limitata, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża d-data mill-manifatturi tal-ligi tal-ħadid u/jew mill-produtturi tal-metall tas-siliċju minflok, peress li dawk il-prodotti għandhom struttura tal-kostijiet simili għall-kalċju-siliċju. Huma ssuġġerew li jintuża l-Każakistan, minħabba li huwa wieħed mill-akbar produtturi tal-ligi tal-ħadid b’diversi manifatturi li d-data tal-SG&A u tal-profitt tagħhom tista’ tintuża.

(118)

Il-Kummissjoni nnotat li minħabba l-preżenza ta’ pajjiżi fejn kien hemm il-produzzjoni tal-kalċju-siliċju, f’dan l-istadju l-Każakistan ma kienx meqjus bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, peress li dan ma huwiex produttur tal-kalċju-siliċju u ma hija disponibbli l-ebda data pubblika rilevanti.

(119)

Ketong affermat ukoll li l-kwalità u l-kompletezza tad-data tal-GTA fir-rigward tal-Każakistan u tar-Russja hija inferjuri għad-data tal-ITC (Ċentru Internazzjonali tal-Kummerċ) u ssuġġerew li tintuża minflok il-GTA. Billi l-Kummissjoni ma għandha l-intenzjoni li tuża l-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi bħala pajjiż rappreżentattiv, din l-asserzjoni ma ġietx eżaminata aktar f’dan l-istadju.

(120)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li kellha l-ħsieb li tuża lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u d-data finanzjarja ta’ Rima Industrial S.A. f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(121)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Rima Industrial S.A. bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Waslu kummenti minn Ketong, Shenghua u mill-ilmentatur.

(122)

L-ilmentatur appoġġa l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, u ċaħad lill-Każakistan, lill-Arġentina u lir-Russja bħala pajjiżi rappreżentattivi billi qieshom bħala mhux xierqa. Flimkien mal-kummenti tiegħu, l-ilmentatur ippreżenta l-aktar data finanzjarja reċenti disponibbli taż-żewġ produtturi magħrufa Brażiljani tal-CaSi kif ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ Minas Gerais (41) (42). L-ilmentatur afferma wkoll li l-kumpanija Russa Kluchevsky Ferroalloy Plant PJSC, anke jekk skont is-sit web tagħha allegatament tipproduċi l-kalċju-siliċju, ma pproduċietx CaSi matul l-aħħar sitt snin inkluż il-perjodu ta’ investigazzjoni u ma kellha l-ebda pjan li tipproduċi CaSi fil-futur qrib.

(123)

Shenghua tenniet l-asserzjoni tagħha li l-prezzijiet tal-elettriku tal-Brażil kienu għoljin wisq u għalhekk il-Brażil jenħtieġ li ma jitqiesx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Shenghua affermat li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li mkien fil-kriterji għall-għażla stabbiliti fir-Regolament bażiku ma ssemma li l-prezzijiet tal-utilitajiet għandhom ikunu f’ċerta firxa biex pajjiż jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv kif iddikjarat fil-premessa (97) ma kinitx f’konformità mar-Regolament bażiku u mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping, li jirrikjedi li anke jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tużax il-prezzijiet tal-bejgħ jew il-kostijiet tal-kumpaniji fil-pajjiż tal-oriġini, din jenħtieġ li tuża data ta’ sostituzzjoni raġonevoli biex tistabbilixxi l-valur normali.

(124)

Kif iddikjarat fil-premessa (86), għall-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni tuża l-kriterji rilevanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kriterji kollha ġew issodisfati mill-Brażil. Il-fatt li l-prezzijiet tal-elettriku huma ogħla fil-Brażil milli f’pajjiżi oħra ma jiskwalifikax lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(125)

Ketong affermat li l-unika raġuni għaliex il-Kummissjoni ċaħdet lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv kienet li Kluchevsky Ferroalloy Plant kellu marġni ta’ profitt u spejjeż tal-SG&A mhux rappreżentattivi (jiġifieri baxxi wisq) fl-2019. Barra minn hekk, Ketong affermat li l-marġni ta’ profitt ma kienx jifforma parti mit-test skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv u li d-data kienet teħtieġ biss li tkun disponibbli faċilment. Skont Ketong, l-ebda “test rappreżentattiv” addizzjonali ma jista’ jiġi estrapolat mid-dispożizzjoni legali, u għalhekk ma kienx jikkostitwixxi kriterju biex tiġi vvalutata l-adegwatezza ta’ pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, Ketong argumentat li, anke jekk il-marġni ta’ profitt kien parti mit-test, ma kienx ċar għaliex Rima Industrial S.A. b’marġni ta’ profitt ta’ 3 % biss ikun aħjar mill-marġni ta’ profitt baxx, iżda xorta pożittiv, ta’ Kluchevsky Ferroalloy Plant.

(126)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SGA u għall-profitti. Il-Kummissjoni ma tqisx li marġni ta’ profitt kważi żero huwa “ammont raġonevoli” skont it-tifsira tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(127)

Barra minn hekk, Ketong sostniet li r-Russja kellha data ta’ kwalità aħjar mill-Brażil għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, Rima Industrial għandha attivitajiet aktar diversifikati minn Kluchevsky Ferroalloy Plant, li huwa ffukat fuq il-ligi tal-ħadid. It-tieni, Ketong affermat li l-Kummissjoni ma ssostanzjatx id-dikjarazzjoni tagħha li l-kostijiet diretti ta’ Rima Industrial irrapportati fil-bażi tad-data ta’ Dun&Bradstreet jikkorrispondu għall-COGS u li l-kostijiet indiretti huma spejjeż operatorji. Għall-kuntrarju, id-data ta’ Kluchevsky Ferroalloy Plant ippermettiet li jiġi vvalutat x’kienu jinkludu l-kategoriji differenti tal-kostijiet. It-tielet nett, Kluchevsky Ferroalloy Plant kellu spejjeż aktar dettaljati tal-SG&A.

(128)

Kif spjegat fil-premessa (122), saret disponibbli data finanzjarja aktar reċenti dwar iż-żewġ produtturi Brażiljani identifikati mill-Kummissjoni. Skont din id-data, Rima Industrial S.A. għamlet telf fl-2020. Għall-kuntrarju, Bozel Brasil S.A. għamlet profitti fl-2020. Kif antiċipat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni użat id-data tal-2020, minn meta din saret disponibbli. B’konsegwenza ta’ dan, meta jitqies li, minn naħa waħda, kumpanija li ma tagħmilx profitt ma hijiex rappreżentattiva tas-sitwazzjoni fis-suq domestiku u, min-naħa l-oħra, Bozel Brasil S.A. tipproduċi kważi esklużivament l-kalċju-siliċju, il-Kummissjoni użat id-data ta’ Bozel Brasil. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

(129)

Barra minn hekk, Ketong tenniet l-asserzjoni tagħha li l-importazzjonijiet Brażiljani ta’ kwarzit jistgħu ma jkunux rappreżentattivi, filwaqt li l-istatistika Russa dwar l-importazzjonijiet ta’ kwarzit mill-ITC ipprovdiet valur referenzjarju affidabbli tal-prezz tal-kwarzit għall-użu industrijali.

(130)

Kif spjegat fil-premessi (90) u (115), il-Kummissjoni ma qisitx lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fir-rigward tal-valur referenzjarju għall-kwarzit, fin-nuqqas ta’ volumi rappreżentattivi tal-importazzjonijiet fil-Brażil, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-prezz tal-kwarzit fis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (95). Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(131)

Barra minn hekk, Ketong affermat li, jekk il-Kummissjoni tagħżel lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, trid tagħżel l-aktar kost tal-elettriku preċiż u mingħajr distorsjoni għall-Brażil. B’mod partikolari, Ketong sostniet li fil-Brażil l-elettriku jiġi kkummerċjalizzat f’żewġ ambjenti kuntrattwali differenti: is-suq regolat (“ACR”) u s-suq ħieles (“ACL”). Ketong affermat li peress li x-xerrejja industrijali prinċipalment jixtru l-elettriku fis-suq tal-ACL, is-suq tal-ACL aktar milli s-suq tal-ACR ikun is-sors it-tajjeb tal-prezz rappreżentattiv għall-konsumaturi industrijali tal-elettriku. Dan ikun b’mod partikolari l-każ għal konsumaturi industrijali kbar tal-elettriku inklużi l-produtturi tal-kalċju-siliċju. Fl-opinjoni ta’ Ketong, ikun raġonevoli li produttur tal-kalċju-siliċju b’domanda elettrika li taqbeż it-3 MW (ir-rata tal-enerġija ta’ forn wieħed hija aktar minn 20 MW) jixtri direttament l-elettriku mill-ġeneratur tal-enerġija bi prezz preferenzjali fis-suq tal-ACL. Barra minn hekk, Ketong affermat li l-prezzijiet tal-elettriku tal-kumpanija EDP Brasil użata mill-Kummissjoni fit-Tieni Nota kienu jirriflettu t-tariffa tal-elettriku fis-suq tal-ACR, li ma kinitx tirrappreżenta l-prezzijiet tal-elettriku li bihom il-konsumaturi industrijali kbar, bħall-produtturi tal-CaSi, jixtru l-elettriku. Ketong affermat ukoll li t-tariffa tal-elettriku ta’ EDP Brasil kienet il-prezz massimu rregolat mill-Aġenzija Regolatorja ANEEL u mhux il-prezz reali li bih inbiegħ l-elettriku. B’appoġġ għal din l-asserzjoni, Ketong ippreżentat stqarrija għall-istampa li tiddikjara li ANEEL approvat il-prezz massimu għall-irkant skedat għal Diċembru 2020. Barra minn hekk, Ketong sostniet li d-data operattiva ta’ EDP Brasil uriet li l-prezz reali mħallas mill-klijenti ta’ EDP Brasil, fis-suq tal-ACR jew tal-ACL, kien aktar baxx mit-tariffa u għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża din id-data.

(132)

Il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet tal-elettriku fis-suq tal-ACL jiġu miftiehma b’mod bilaterali u ma jkunux magħmulin pubbliċi (43). Barra minn hekk, meta l-konsumaturi jixtru l-elettriku fis-suq tal-ACL, iridu jiffirmaw żewġ kuntratti: wieħed mal-ġeneratur tal-elettriku li huwa responsabbli għall-produzzjoni tal-elettriku u kuntratt ieħor mad-distributur għall-użu tal-infrastruttura (linji ta’ trażmissjoni) (44). B’mod ġenerali, it-tariffa tal-elettriku tinkludi l-kostijiet għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjonijiet, l-imposti settorjali u t-taxxi. Il-prezzijiet tal-elettriku indikati minn Ketong fir-rapport annwali ta’ EDP Brasil, jinkludu biss il-prezz tal-elettriku għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (idroelettriku u termali), li ma huwiex il-prezz finali mħallas mill-konsumatur u għalhekk ma jistax jintuża bħala valur referenzjarju.

(133)

Il-Kummissjoni tinnota barra minn hekk li Ketong ma pprovdiet l-ebda evidenza għajr is-suppożizzjoni tagħha stess li l-produtturi tal-kalċju-siliċju jiġu fornuti permezz tas-suq tal-ACL minflok is-suq tal-ACR. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li t-tariffi użati mill-Kummissjoni mis-sit web ta’ EDP Brasil, li hija kumpanija privata, huma fil-fatt prezz massimu kif issuġġeriet Ketong u mhux it-tariffi kif imħallsa mill-konsumaturi. L-evidenza ppreżentata f’dan ir-rigward minn Ketong ma tappoġġax din l-allegazzjoni. Dik l-istqarrija għall-istampa sottomessa sempliċiment tiddikjara li l-limitu massimu ġie miżjud minn ANEEL. Fil-fatt, il-Kummissjoni nnotat li t-tariffa medja użata għall-elettriku għall-utenti industrijali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ 391 R$/MWh, filwaqt li r-rapport annwali tal-EDP ippreżentat minn Ketong jgħid li t-tariffa tal-elettriku għall-utent industrijali kienet ta’ 508 R$/MWh fl-aħħar trimestru tal-2020, u għalhekk ħafna ogħla mit-tariffa użata mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur referenzjarju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe data alternattiva xierqa dwar il-fajl, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod provviżorju li tuża l-prezzijiet tariffarji ppubblikati minn EDP Brasil. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(134)

Ketong sostniet li jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tuża d-data finanzjarja ta’ Rima Industrial minn Dun&Bradstreet u minħabba li din id-data ġiet ippreżentata f’forma mhux preċiża u ġenerali li ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-ispejjeż inklużi fil-“kostijiet indiretti”, il-prezz tal-esportazzjoni ma jkunx jista’ jiġi aġġustat bl-ispejjeż tal-bejgħ peress li l-istess spejjeż jiġu inklużi meta jinħadem il-valur normali.,

(135)

Kif iddikjarat fil-premessa (128), il-Kummissjoni se tuża r-rapporti finanzjarji ta’ Bozel Brasil S.A. Għalhekk, din l-asserzjoni ma hijiex rilevanti.

(136)

Shenghua tenniet l-asserzjoni tagħha li l-Każakistan jenħtieġ li jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fil-fatt, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra il-possibbiltà li tqis il-pajjiżi bi produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid, peress li l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju tinsab biss fl-Arġentina u fil-Brażil, u tal-ewwel ġie eskluża mill-Kummissjoni, filwaqt li tal-aħħar ma kienx meqjus adatt minn Shenghua minħabba rati għoljin tal-elettriku kif imsemmi fil-premessa (123).

(137)

Peress li hemm produtturi fil-Brażil b’informazzjoni finanzjarja pubblika disponibbli, ma hemm l-ebda ħtieġa li jitqiesu l-pajjiżi bi produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid, bħall-Każakistan. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

3.3.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(138)

Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.5.   Konklużjoni

(139)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.4.   Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(140)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli minnufih dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

(141)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża d-data tal-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, kif spjegat aktar fil-premessi (151) u (152), il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-istatistika tal-ILO u s-sorsi disponibbli minnufih dwar il-kostijiet lavorattivi fil-Brażil biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni, u s-sorsi disponibbli minnufih għat-tariffi tad-distribuzzjoni industrijali ppubblikati minn fornitur tal-elettriku biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-elettriku.

3.5.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.5.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(142)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul l-RCCs, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni tas-siliċju tal-kalċju

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità fil-Brażil

Valur mingħajr distorsjoni f’CNY

Unità ta’ kejl

Materja prima

Stemming anidru/Tafal tal-kanun anidru

3816 00 11

3816 00 12

3816 00 19

3816 00 21

3816 00 29

3816 00 90

9,8157

kg

Faħam bituminuż

2701 12 00

0,6423

kg

Faħam

2701 19 00

0,6423  (45)

kg

Kokk/semikokk

2704 00 11

2704 00 12

2704 00 90

1,6856

kg

Pejst tal-elettrodu

3801 30 10

3801 30 90

5,9464

kg

Briksa tal-grafit

3801 90 00

46,3942

kg

Ġebla tal-ġir

2521 00 00

0,0858

kg

Kwarzit/blat tas-siliċju

2506 20 00

0,2705  (46)

kg

Prodotti tal-azzar (staneg u vireg oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju)

7215 50 00

11,5350

kg

Manodopera

Kostijiet lavorattivi fis-settur tal-manifattura

[MHUX APPLIKABBLI]

29,7989

siegħa

Enerġija

Elettriku

[MHUX APPLIKABBLI]

0,5289

Kwh

Prodott sekondarju/skart

Gagazza, irmied u residwi

2620 99 90

0,04  (47)

kg

Trab fin preċipitat tas-silika-kalċju

7202 99 90

10,22  (47)

kg

(143)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-metodoloġija biex jiġi stabbilit dan l-ammont hija spjegata kif xieraq fil-premessa (154).

3.5.1.1.   Materja prima u ruttam/prodotti sekondarji

(144)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (85) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-Brażil miċ-Ċina u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi (aktar minn 98 % tal-volumi totali importati lejn il-Brażil). Il-GTA tikkwota l-valuri tal-importazzjoni għall-Brażil fil-livell FOB. Sabiex jintlaħqu l-valuri CIF tal-importazzjoni għall-Brażil, żdiedu 3,1 % mal-valuri FOB, li hija d-differenza bejn il-prezzijiet medji CIF u dawk medji tal-esportazzjoni FOB tas-siliċju tal-kalċju għall-perjodu ta’ investigazzjoni kif irrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw miċ-Ċina.

(145)

Peress li ma hemm l-ebda data dwar l-importazzjoni fil-Brażil u fin-nuqqas ta’ prezz internazzjonali xieraq mingħajr distorsjoni għall-faħam, il-Kummissjoni qieset li l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni għall-faħam bituminuż huwa valur referenzjarju adatt.

(146)

Peress li l-volumi ta’ importazzjonijiet tal-kwarzit fil-Brażil kienu baxxi u għalhekk tqiesu mhux rappreżentattivi, u fin-nuqqas ta’ prezz internazzjonali mingħajr distorsjoni għall-kwarżit, il-Kummissjoni qieset il-prezz medju tax-xiri mħallas mill-produtturi tal-Unjoni bħala valur referenzjarju adatt.

(147)

Produttur esportatur wieħed irrapporta wkoll ir-ramel tal-kwarz bħala fattur tal-produzzjoni. Għal dan il-fattur ta’ produzzjoni, il-kost reali mġarrab mill-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappreżenta sehem negliġibbli tal-kost totali tal-manifattura fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum. Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum bħala frazzjoni tal-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti.

(148)

Il-prodotti sekondarji mikrosilika (ikklassifikat fis-SA bħala gagazza) u t-trab fin ippreċipitat tas-silika-kalċju, skart ikklassifikat taħt l-istess kodiċi SA bħas-siliċju tal-kalċju, irrappreżentaw kull wieħed inqas minn 1 % tal-kost totali tal-manifattura. Billi ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ gagazza fil-Brażil fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz referenzjarju għal dan il-prodott sekondarju abbażi tal-proporzjon bejn il-valur tal-bejgħ domestiku tagħha fir-RPĊ u l-kost materjali totali, u applikat dan il-proporzjon għall-kost materjali totali mingħajr distorsjoni kkalkulat. L-ammont li jirriżulta mbagħad ġie diviż bil-kwantità reali mibjugħa biex wieħed jasal għall-prezz ta’ unità mingħajr distorsjoni kif imsemmi fit-Tabella 1 fil-premessa (142). Għall-prodott sekondarju l-ieħor, l-iskart tal-kalċju-siliċju, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz referenzjarju billi applikat il-proporzjon bejn il-prezz tal-bejgħ tal-prodott sekondarju u l-prezz tal-bejgħ domestiku fir-RPĊ tal-kalċju-siliċju għall-prezz referenzjarju għall-kalċju-siliċju mill-pajjiż rappreżentattiv. Il-valur referenzjarju aġġustat li jirriżulta huwa msemmi fit-Tabella 1.

(149)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv.

(150)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

3.5.1.2.   Manodopera

(151)

Il-manodopera hija fattur importanti tal-produzzjoni li tirrappreżenta madwar 5 sa 10 % tal-kost totali tal-manifattura. Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fil-Brażil. L-istatistika tal-ILO (49) tipprovdi informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-ħaddiema fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Brażil fl-2020. Il-Kummissjoni kkalkulat il-kostijiet lavorattivi ta’ impjegatur fil-Brażil billi użat sorsi pubblikament disponibbli (50) dwar il-kostijiet lavorattivi fil-Brażil.

3.5.1.3.   Elettriku

(152)

Il-Kummissjoni użat l-aħħar prezz tal-elettriku disponibbli faċilment (minn Awwissu 2021) kif mitlub minn EDP Brasil (51). Dan il-prezz ġie aġġustat għall-inflazzjoni biex jinkiseb prezz applikabbli għall-2020. L-informazzjoni disponibbli tippermetti l-identifikazzjoni tal-prezz tal-elettriku u l-prezz għall-użu tas-sistema ta’ distribuzzjoni (modalidade tarifaria azul) mħallsa mill-utenti industrijali. Din saħansitra tipprovdi aktar dettalji dwar il-prezzijiet imħallsa mill-utenti industrijali li għażlu rati differenzjati bbażati fuq il-ħin tal-ġurnata meta jiġi kkonsmat l-elettriku (modalidade tarifaria verde). Jenħtieġ li jiġi nnotat li fil-Brażil, l-awtorità regolatorja ANEEL (52) tobbliga lill-fornituri tal-elettriku jgħollu t-tariffi tagħhom okkażjonalment b’ċertu perċentwal biex jiġi regolat il-konsum tal-elettriku fil-pajjiż. L-ANEEL tuża sistema ta’ indikaturi (53) (aħdar, isfar, aħmar livell 1, aħmar livell 2) biex tissenjala jekk il-prezz tal-elettriku jenħtieġx li jibqa’ kif propost mill-fornitur (aħdar) jew jekk ikollux jiżdied b’0,01343 BRL/kWh (isfar), b’0,04169 BRL/kWh (aħmar livell 1), jew b’0,06243 BRL/kWh (aħmar livell 2) (data tal-2020). L-indikaturi huma ppubblikati minn ANEEL fuq bażi ta’ kull xahar u huma disponibbli faċilment fuq is-sit web ta’ EDP Brasil (54) għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sistema tal-bandiera kienet fil-biċċa l-kbira ħadra. F’Jannar 2020 biss kien hemm bandiera safra u f’Diċembru 2020 kien hemm livell aħmar 2, u għalhekk it-tariffi tal-elettriku kellhom jiżdiedu ftit. B’mod ġenerali, din iż-żieda kellha impatt marġinali fuq it-tariffa.

3.5.1.4.   Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(153)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq.

(154)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u d-deprezzament imġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(155)

Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2020 għal Bozel Brasil S.A. kif estratta mill-Ġurnal ta’ Minas Gerais (55).

3.5.2.   Kalkolu tal-valur normali

(156)

Abbażi tal-prezzijiet u l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(157)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura bbażati fuq il-fatturi ta’ produzzjoni mixtrija minn kull waħda mill-kumpaniji. Imbagħad applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali tal-produzzjoni ta’ kull wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-applikant ġew ivverifikati tul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Tabella 1. Il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet tal-manifattura bil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji.

(158)

Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u d-deprezzament, kif spjegat fil-premessa (154) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(159)

Mal-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż SG&A u l-profitt ta’ Bozel Brasil S.A. L-ispejjeż SG&A li ġew espressi bħala perċentwal tal-COGS u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni kienu jammontaw għal 11,98 %. Il-profitt espress bħala perċentwal tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni ammonta għal 18,96 %.

(160)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.6.   Prezz tal-esportazzjoni

(161)

Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpanija relatata li ma hijiex fl-Unjoni.

(162)

Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.7.   Tqabbil

(163)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq bażi ex-works.

(164)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar, għat-tagħbija u għall-kostijiet anċillari, għall-kostijiet tal-ippakkjar, għall-kostijiet ta’ tal-kreditu, għall-markaturi tan-negozjanti, u għall-imposti bankarji.

3.8.   Marġnijiet tad-dumping

(165)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(166)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping provviżorju

Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd.

73,4  %

Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd.

132,8  %

Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd.

85,9  %

(167)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li kienu ġew stabbiliti abbażi tad-data tal-Eurostat.

(168)

F’dan il-każ, l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 57,5 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-ogħla marġni tad-dumping individwali stabbilit għal tip ta’ prodott rappreżentattiv għal produttur esportatur wieħed li kkoopera.

(169)

Il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping provviżorju

Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd.

73,4  %

Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd.

132,8  %

Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd.

85,9  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

142,3  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(170)

Il-prodott simili kien manifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(171)

Peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet primarjament idderivata minn żewġ produtturi biss tal-Unjoni, iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu huma mogħtija f’firxiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Madankollu, l-indiċijiet huma bbażati fuq data attwali u mhux fuq il-firxiet.

(172)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 1 313 – 1 590 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, u l-aktar importanti, it-tweġibiet għall-kwestjonarji dwar l-anti-dumping mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Kif indikat fil-premessa (15), iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(173)

Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat l-użu downstream tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fil-kuntest tal-produtturi integrati tal-Unjoni.

(174)

Biex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompleta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-kalċju-siliċju u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx iddestinata għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv ma humiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast għal dan, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(175)

Il-Kummissjoni sabet li 7,6 % tal-konsum totali tal-Unjoni kien għall-użu kaptiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif muri fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt. L-użu ristrett bħala frazzjoni tal-konsum totali kien relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u żdied bi 3 % biss. F’dan ir-rigward, il-kalċju-siliċju kien qed jintuża biex jiġu prodotti ligi tal-ħadid downstream mill-produttur ikkonċernat u għalhekk ma sar l-ebda bejgħ fatturat reali.

(176)

Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus.

(177)

Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod li jagħmel sens biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapacità; l-investimenti; l-ishma; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu mill-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(178)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-kalċju-siliċju. Il-bejgħ tal-Unjoni nkiseb mit-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping. Iċ-ċifri tal-importazzjoni tal-Unjoni nkisbu mill-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri kif deskritt fit-Taqsima 4.4.1. ta’ hawn taħt.

(179)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-konsum totali tal-Unjoni

[25 836 – 31 275 ]

[22 248 – 26 931 ]

[17 053 – 20 643 ]

[12 814 – 15 512 ]

Indiċi

100

86

66

50

Suq kaptiv

[1 030 – 1 247 ]

[1 479 – 1 790 ]

[1 582 – 1 916 ]

[1 059 – 1 281 ]

Indiċi

100

144

154

103

Suq ħieles

[24 806 – 30 028 ]

[20 769 – 25 141 ]

[15 470 – 18 727 ]

[11 756 – 14 231 ]

Indiċi

100

84

62

47

Sors: Id-data doganali nazzjonali tal-Istati Membri, it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(180)

Il-konsum totali tal-Unjoni u l-konsum tas-suq ħieles naqsu b’mod stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u laħqu madwar nofs il-livell inizjali tagħhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis fil-konsum kien ir-riżultat ta’ tnaqqis fl-importazzjonijiet b’madwar 25 % u tnaqqis fil-bejgħ domestiku tal-Unjoni b’madwar 75 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif iddikjarat fit-Tabelli 6 u 12 rispettivament. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għat-tnaqqis sostanzjali fil-konsum kienet it-tnaqqis fir-ritmu tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum peress li l-kalċju-siliċju huwa input għall-proċess tal-produzzjoni tal-azzar u l-produzzjoni tal-azzar hija bil-bosta l-akbar suq għall-kalċju-siliċju u l-industrija tal-azzar sa ċertu punt kienet qed tixtri inqas kalċju-siliċju minħabba li kienet qed tuża l-istokkijiet tagħha tal-kalċju-siliċju.

4.4.   Importazzjonijiet mir-RPĊ

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(181)

Fl-ilment, l-istatistika dwar l-importazzjonijiet inkisbet mill-Eurostat taħt il-kodiċijiet NM 7202 99 80 u 2850 00 60 u ġiet aġġustata abbażi tal-prezz tal-importazzjonijiet sabiex jitneħħew il-prodotti li ma humiex il-prodott li qed jiġi investigat. Il-kwalità tad-data dwar l-importazzjoni (f’termini kemm ta’ volum kif ukoll ta’ prezzijiet) użata f’dan l-istadju ġiet ikkritikata mill-Eurofer fis-sottomissjoni tagħha dwar il-bidu tal-investigazzjoni. Madankollu, din kienet l-aktar evidenza affidabbli disponibbli f’dak l-istadju. Madankollu, matul l-investigazzjoni attwali kien possibbli li tinkiseb data aktar preċiża dwar l-importazzjoni li ddeskriviet il-prodott importat għal kull dikjarazzjoni tal-importazzjoni magħmula lill-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni dettaljata dwar l-importazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7202 99 80 u 2850 00 60 minn Franza, mill-Italja, mis-Slovenja u minn Spanja, l-erba’ Stati Membri bl-ogħla volum ta’ importazzjonijiet fl-ilment. Is-servizzi tal-Kummissjoni mbagħad stabbilew il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju għal tlieta minn dawn l-Istati Membri (Franza, is-Slovenja u Spanja) abbażi ta’ analiżi tad-deskrizzjoni tal-prodott irreġistrata fl-informazzjoni li waslet mingħand dawk l-Istati Membri. Għall-Italja, ir-raba’ Stat Membru f’termini ta’ volum ta’ importazzjonijiet, id-data pprovduta ma kinitx fil-format meħtieġ u għalhekk il-Kummissjoni kellha tiddependi mid-data fl-ilment fl-istadju provviżorju. L-ilment wera liema perċentwal kien irrappreżentat minn dawk l-erba’ Stati Membri f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni użat dawn il-perċentwali biex tikkalkula l-volum tal-importazzjonijiet.

(182)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ meta mqabbel mal-volum ta’ konsum fis-suq ħieles kif muri fit-Tabella 2.

(183)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ (56)

[10 009 – 12 116 ]

[10 657 – 12 900 ]

[9 433 – 11 419 ]

[7 789 – 9 428 ]

Indiċi

100

106

94

78

Sehem mis-suq (%)

38,7

47,9

55,3

60,8

Indiċi

100

124

143

157

Sors: Data doganali tal-Istati Membri

(184)

Wara żieda żgħira fl-importazzjonijiet b’6 % mill-2017 sal-2018, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’mod stabbli b’27 % mill-2018 għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, is-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet żdied b’mod stabbli b’57 % bejn l-2017 u l-2020. Bħala tali, għalkemm l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu, it-tnaqqis tagħhom kien ħafna inqas evidenti mit-tnaqqis fil-konsum tal-UE.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u twaqqigħ tal-prezz

(185)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjonijiet mir-RPĊ abbażi tad-data doganali nazzjonali li turi l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju mir-RPĊ kif stabbilit f’konformità mal-premessa (181) ta’ hawn fuq. Dawn il-prezzijiet kienu fil-livell CIF.

(186)

Il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Ir-RPĊ

1 297

1 377

1 458

1 232

Indiċi

100

106

112

95

Sors: Id-data doganali nazzjonali tal-Istati Membri

(187)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’6 % mill-2017 sal-2018 u għal darb’oħra mill-2018 sal-2019, iżda mbagħad naqsu drastikament bi 15,5 % mill-2019 sal-perjodu ta’ investigazzjoni fejn laħqu livell ta’ prezz ta’ 5 % anqas minn dak fl-2017. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni kif irrapportat fit-Tabella 8, b’differenza bejn 15 %-30 % matul il-PI.

(188)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott taż-żewġ produtturi tal-Unjoni miġbura imposti fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mit-tliet produtturi Ċiniżi li kkooperaw lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(189)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ għal-iskontijiet u għall-kummissjonijiet. Din l-analiżi ta’ tip b’tip qieset jekk il-bejgħ sarx bl-ingrossa jew f’wajer cored, kif indikat mill-Eurofer fil-kummenti tagħha dwar il-bidu tal-investigazzjoni deskritta fil-premessa (9). Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-twaqqigħ tal-prezz medju ponderat li nstab kien ta’ 10,6 %. Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-prodott li qiegħed jiġi investigat huwa komodità, dan tqies bħala marġni għoli ta’ twaqqigħ tal-prezz. It-tipi kollha ta’ prodotti tal-produtturi esportaturi li kkooperaw instabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezz. Dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 57 % tal-importazzjonijiet totali.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(190)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(191)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, l-indikaturi kollha kienu bbażati fuq iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li kienu jirrappreżentaw it-totalità tal-industrija tal-Unjoni kif iddikjarat fil-premessa (15).

4.5.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(192)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

[15 011 – 18 172 ]

[14 853 – 17 980 ]

[13 105 – 15 863 ]

[1 313 – 1 590 ]

Indiċi

100

99

87

9

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[24 634 – 29 820 ]

[24 634 – 29 820 ]

[24 634 – 29 820 ]

[25 350 – 30 687 ]

Indiċi

100

100

100

103

Użu tal-kapaċità (%)

60,9

60,3

53,2

5,2

Indiċi

100

99

87

9

Sors: Kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(193)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku b’91 % mill-2017 sal-2020, filwaqt li l-kapaċità żdiedet bi 3 %, li rriżulta fi tnaqqis ta’ 91 % fl-użu tal-kapaċità.

(194)

L-industrija tal-Unjoni tipproduċi l-kalċju-siliċju fuq il-fran, li jista’ jintuża wkoll biex jiġu prodotti ligi tal-ħadid oħrajn. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-produzzjoni tal-Unjoni tal-kalċju-siliċju ma kinitx kontinwa matul il-perjoduli qed jiġi kkunsidrat peress li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jottimizzaw il-profitti jew jimminimizzaw it-telf billi jipproduċu l-aktar prodott ta’ benefiċċju fuq l-istess fran.

(195)

Raġunijiet oħrajn għall-interruzzjonijiet fil-produzzjoni ġew identifikati bħala kwistjonijiet tekniċi bit-tagħmir tal-produzzjoni u l-manutenzjoni essenzjali. Sabiex tforni lill-klijenti ewlenin tagħha matul perjodi li fihom ma jkunx hemm produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet minn stokkijiet u xi drabi minn xiri.

(196)

Il-produzzjoni kienet baxxa matul l-2019 u b’mod speċjali baxxa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-produtturi kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ trażżin tal-prezzijiet minn volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju bi prezz baxx, l-aktar mir-RPĊ, minkejja domanda aktar baxxa fl-Unjoni minħabba tnaqqis fil-produzzjoni tal-azzar u l-pandemija tal-COVID-19.

(197)

Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-enerġija, li jikkostitwixxu proporzjon sinifikanti tal-kostijiet tal-manifattura, kienu għoljin. Peress li Ferropem kienet akkumulat stokkijiet tal-kalċju-siliċju fl-2018 u fl-2019, huma ddeċidew li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-produzzjoni fl-2020.

(198)

Ferropem bħalissa qed twettaq programm sinifikanti ta’ ristrutturar tal-attivitajiet tagħha. Fir-rigward tal-kalċju-siliċju, Ferroglobe (il-kumpanija omm ta’ Ferropem) indikat li hija impenjata li tkompli l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u għandha żewġ proġetti attwali f’dan ir-rigward.

(199)

Il-produttur l-ieħor tal-Unjoni (OFZ) indika li għandu kapaċità ta’ riżerva sostanzjali li tista’ tintuża biex tiżdied il-produzzjoni tal-Unjoni diment li fis-suq jipprevalu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta.

(200)

Il-kapaċità tal-produzzjoni indikata għall-industrija tal-Unjoni hija bbażata fuq il-kapaċità tal-fran, li ntużaw għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, kif intqal mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar fis-sottomissjoni tagħhom fil-bidu tal-investigazzjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawn il-fran intużaw ukoll biex jipproduċu prodotti oħrajn u għalhekk, ir-rati tal-użu tal-kapaċità murija fit-Tabella 5 (li jqisu biss il-kalċju-siliċju) kienu baxxi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, il-kapaċità indikata fl-Unjoni tista’ tiżdied b’mod sostanzjali fi żmien qasir billi jiġi prodott il-kalċju-siliċju fuq il-fran l-oħra, li kienu qed jipproduċu ligi tal-ħadid oħrajn fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda żgħira fil-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet ir-riżultat ta’ titjib fl-effiċjenza.

(201)

Għalhekk, l-investigazzjoni kkonkludiet li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni murija fit-Tabella 5 hija indikattiva tal-kundizzjonijiet prevalenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda li tista’ tiżdied b’mod sostanzjali fuq terminu qasir.

4.5.3.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(202)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Bejgħ fis-suq ħieles

[13 036 – 15 780 ]

[8 574 – 10 379 ]

[5 034 – 6 094 ]

[3 214 – 3 891 ]

Indiċi

100

66

39

25

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

50,5

38,5

29,5

25,1

Indiċi

100

76

59

50

Sors: Kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(203)

It-tabella ta’ hawn fuq turi l-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni tal-produzzjoni proprja. Il-volum ta’ bejgħ fis-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni naqas b’75 % bejn l-2017 u t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-volumi ta’ bejgħ imnaqqsa segwew it-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni muri hawn fuq fit-Tabella 5.

(204)

L-industrija tal-Unjoni tilfet madwar nofs is-sehem mis-suq tagħha bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis fis-sehem mis-suq ma kienx daqshekk evidenti daqs it-tnaqqis fil-volumi ta’ bejgħ, iżda seħħ minħabba l-kontinwazzjoni tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari mir-RPĊ, f’volumi sostanzjali.

4.5.4.   It-tkabbir

(205)

F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet volumi ta’ bejgħ sostanzjali fis-suq tal-Unjoni, iżda wkoll sehem mis-suq. Għalhekk, b’mod ċar, il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqset kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi.

4.5.5.   L-impjiegi u l-produttività

(206)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati (FTE)

[51 – 62 ]

[46 – 55 ]

[51 – 61 ]

[14 – 16 ]

Indiċi

100

89

99

27

Produttività (tunnellati/FTE)

[279 – 338 ]

[309 – 375 ]

[246 – 297 ]

[92 – 111 ]

Indiċi

100

111

88

33

Sors: Kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(207)

L-għadd ta’ impjegati varja matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat u dan jirrifletti r-riallokazzjoni ta’ ċerti impjegati għal prodotti differenti matul perjodi ta’ produzzjoni li tvarja. Bħala tali, l-għadd ta’ impjegati FTE li jaħdmu fil-kalċju-siliċju naqas bi 73 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(208)

Il-produttività żdiedet bi 11 % mill-2017 sal-2018 u mbagħad naqset b’21 % mill-2018 sal-2019 u naqset b’mod sostanzjali bi 63 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-impjiegi murija fit-Tabella 7, ix-xejra segwiet prinċipalment dik tal-produzzjoni, li naqset b’mod sostanzjali matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

4.5.6.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat

(209)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(210)

Din hija l-unika investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.5.7.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(211)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Prezzijiet ta’ bejgħ fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles lil klijenti mhux relatati

[1 367 – 1 654 ]

[1 559 – 1 887 ]

[1 564 – 1 894 ]

[1 435 – 1 737 ]

Indiċi

100

114

114

105

Kost unitarju tal-produzzjoni

[1 213 – 1 468 ]

[1 390 – 1 683 ]

[1 543 – 1 868 ]

[1 836 – 2 223 ]

Indiċi

100

115

127

151

Sors: Kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(212)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdiedu b’14 % mill-2017 sal-2018 u baqgħu f’dak il-livell għall-2019 qabel ma naqsu bi 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu 5 % ogħla milli fl-2017. Fl-2018 u fl-2019, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ kienet konsistenti maż-żieda fil-kostijiet. Hekk kif il-volumi ta’ bejgħ naqsu b’mod sostanzjali, il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni staġnaw fl-2019 u mbagħad naqsu b’mod sinifikanti fl-2020. Il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu affettwati b’mod negattiv mill-importazzjonijiet sostanzjali bi prezz baxx miċ-Ċina kontinwati, li naqqsu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(213)

Il-kostijiet unitarji tal-produzzjoni żdiedu b’mod kostanti b’aktar minn 50 % mill-2017 sal-2020. Dawn iż-żidiet fil-kostijiet kienu, fil-biċċa l-kbira, minħabba t-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni matul il-perjodu taħt investigazzjoni, li seħħ għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (193) sa (197). B’mod partikolari, il-livelli baxxi ta’ produzzjoni fl-2019 u fl-2020 kienu jfissru li l-kostijiet fissi (eż. id-deprezzament) kellhom jiġu rkuprati fuq volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi li jwasslu għal kostijiet unitarji ogħla tal-produzzjoni. Barra minn hekk, kien hemm żidiet f’ċerti kostijiet tal-produzzjoni bħall-enerġija.

4.5.8.   Il-kostijiet lavorattivi

(214)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

[55 032 – 66 618 ]

[67 345 – 81 523 ]

[57 342 – 69 415 ]

[49 188 – 59 543 ]

Indiċi

100

122

104

89

Sors: Kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(215)

Il-kostijiet lavorattivi għal kull impjegat żdiedu bi 22 % mill-2017 sal-2018 u mbagħad naqsu b’27 % bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Din il-varjazzjoni tirriżulta minn differenzi sinifikanti fil-kwantità tal-produzzjoni u fir-rati tal-manodopera taż-żewġ produtturi tal-Unjoni.

4.5.9.   L-inventarji

(216)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Inventarji

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

[1 550 – 1 877 ]

[3 850 – 4 660 ]

[6 604 – 7 995 ]

[1 889 – 2 287 ]

Indiċi

100

248

426

122

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

10,3

25,9

50,4

143,8

Indiċi

100

251

488

1 393

Sors: Kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(217)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq żdiedu b’mod stabbli mill-2017 sal-2019 qabel ma naqsu b’mod sostanzjali mill-2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx il-ħin kollu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda ħadu deċiżjonijiet ta’ produzzjoni skont is-sitwazzjoni tas-suq għall-kalċju-siliċju u ligi tal-ħadid oħrajn u l-livelli tal-kalċju-siliċju fl-istokk. Bħala tali, il-livelli tal-istokkijiet huma ġeneralment ogħla wara l-perjodi ta’ produzzjoni u mbagħad jonqsu matul il-perjodi meta l-produtturi jiddeċiedu li jbigħu mill-istokkijiet.

(218)

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’mod partikolari minħabba t-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni muri fit-Tabella 4.

4.5.10.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(219)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

9,7  % sa 11,7  %

10,3  % sa 12,5  %

0,9  % sa 2,7  %

-25,2  % sa -36,3  %

Indiċi

100

106

16

- 296

Il-fluss tal-flus (EUR)

2 680 005 sa 3 244 217

- 834 797 sa -1 010 543

-3 507 642 sa -4 246 094

3 562 317 sa 4 312 279

Indiċi

100

-31

- 131

133

Investimenti (EUR)

[17 832 – 21 586 ]

[559 138 – 676 851 ]

[1 588 224 – 1 922 586 ]

[6 509 – 7 879 ]

Indiċi

100

3 136

8 907

36

Redditu fuq l-investimenti (%)

48 sa 58

40 sa 48

1 sa 2

-43 sa -52

Indiċi

100

83

3

-89

Sors: Kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(220)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produzzjoni proprja tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Fl-2018, il-profittabbiltà nżammet f’livell simili għal dak tal-2017, minħabba li ż-żidiet fil-kostijiet kienu mqabbla ma’ prezzijiet tal-bejgħ ogħla, għalhekk l-industrija tal-Unjoni kisbet livelli ta’ profitt ta’ bejn 9,7 % u 12,5 % fuq il-fatturat. Madankollu, volumi ta’ bejgħ aktar baxxi, prezzijiet tas-suq staġnati u aktar żidiet fil-kostijiet raw il-profittabbiltà tonqos għal livelli ta’ bejn 0,9 % u 2,7 % fl-2019. Fl-2020, hekk kif il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ komplew jonqsu, il-prezzijiet tas-suq naqsu u l-kostijiet reġgħu żdiedu, u dan irriżulta f’telf kbir ħafna. L-Eurofer użat rapporti annwali ta’ Ferroglobe biex tikkontesta l-marġnijiet ta’ profitt ikkwotati fl-ilment. Madankollu, il-marġnijiet ta’ profitt ta’ hawn fuq huma relatati mal-bejgħ tal-entitajiet produtturi (Ferropem u OFZ) u huma relatati biss mal-kalċju-siliċju, filwaqt li r-rapporti kkwotati jagħtu l-profittabbiltà tal-prodotti kollha manifatturati minn Ferroglobe.

(221)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus kien sostanzjalment pożittiv fl-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u sostanzjalment negattiv fl-2018 u fl-2019. Din ix-xejra kienet ġeneralment konformi mal-bidliet fil-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq. Meta l-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-fluss tal-flus kien pożittiv peress li l-bejgħ sar mill-istokk, filwaqt li fl-2018 u fl-2019 meta żdiedu l-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq, il-fluss tal-flus mill-bejgħ tnaqqas.

(222)

L-investimenti medji matul il-perjodu kkunsidrat kienu baxxi, inqas minn EUR 600 000 fis-sena. Il-livell ogħla ta’ investiment fl-2019 huwa konsistenti maż-żieda żgħira fil-kapaċità fl-2020.

(223)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku tal-investimenti. Filwaqt li l-valur kontabilistiku tal-investimenti żdied bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ir-raġuni ewlenija għat-tnaqqis drammatiku fir-redditu fuq l-investiment fl-2019 u fl-2020 kienet minħabba t-tnaqqis sostanzjali fil-profittabbiltà f’dawk is-snin.

(224)

Għalkemm ma kien ippjanat l-ebda investiment kbir matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jżidu l-kapital kienet tiddeterjora matul dak il-perjodu hekk kif il-livell ta’ profittabbiltà tagħhom naqas.

4.5.11.   Konklużjoni dwar id-dannu

(225)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqsu bi 22 % iżda raw gwadanji konsiderevoli fis-sehem mis-suq hekk kif il-konsum naqas b’50 %. L-importazzjonijiet mir-RPĊ żiedu b’mod sostanzjali s-sehem mis-suq tagħhom (minn 38,7 % għal 60,8 %). Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu b’mod konsistenti baxxi u b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 10,6 %. Bħala tali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod bħalma l-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba l-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(226)

Id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien kombinament ta’ volum u effetti fuq il-prezzijiet. Bosta indikaturi tal-volum urew xejra negattiva sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: il-produzzjoni naqset b’91 %, l-użu tal-kapaċità b’91 %, il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas b’75 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas b’25 punti perċentwali. Barra minn hekk, l-impjiegi naqsu bi 73 %, il-kostijiet lavorattivi medji naqsu bi 11 % u l-produttività naqset b’67 %.

(227)

Il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’5 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-kostijiet tagħha żdiedu b’51 %. Dan kellu impatt drammatiku fuq il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment li naqsu minn livelli raġonevoli fl-2017 u fl-2018 għal sitwazzjoni ta’ telf sostanzjali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-investimenti kienu baxxi matul il-perjodu kollu.

(228)

Ftit indikaturi wrew żvilupp pożittiv. Il-kapaċità wriet xejra kemxejn pożittiva minħabba titjib fl-effiċjenza tal-produzzjoni. Normalment il-kalċju-siliċju jinbiegħ mill-istokk, u kien evidenti li l-iżvilupp tal-fluss tal-flus u tal-istokkijiet kien marbut mill-qrib. Peress li l-istokkijiet inbnew fl-2018 u fl-2019, il-fluss tal-flus kien negattiv, iżda mbagħad fl-2020 meta l-produzzjoni kienet aktar baxxa u kwantitajiet akbar kienu jinbiegħu mill-istokk, il-fluss tal-flus tjieb u sar pożittiv. L-użu kaptiv relattivament limitat żdied bi 3 % matul il-perjodu, iżda dan l-iżvilupp kellu biss impatt marġinali fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija.

(229)

Fil-qosor, il-konsum fis-suq tal-Unjoni kien qed jonqos b’mod rapidu, iżda l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm is-sehem mis-suq tagħha. L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu, bi prezzijiet li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fi tmiem l-2019 u fl-2020, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbigħ bi prezzijiet li ma għadhomx ikopru l-kostijiet tagħha u konsegwentement l-industrija naqqset b’mod sostanzjali l-livelli tal-produzzjoni u tal-bejgħ tagħha. L-akbar produttur tal-Unjoni naqqas il-produzzjoni b’mod sinifikanti fl-2020, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-bejgħ sar fil-biċċa l-kbira mill-istokk. Din is-sitwazzjoni ma kinitx sostenibbli u ġie żviluppat pjan ta’ ristrutturar, li kien jinvolvi l-possibbiltà ta’ għeluq tas-sit użat għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju.

(230)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(231)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-impatt tat-tnaqqis fil-konsum minħabba tnaqqis fid-domanda mill-industrija tal-azzar, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-Unjoni, l-impatt tal-importazzjonijiet biex tiġi ssodisfata d-domanda u l-użu kaptiv.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(232)

Mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas bi 22 % (kif muri fit-Tabella 3). Madankollu, is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied b’57 %, jiġifieri minn 38,7 % għal 60,8 %. Dan kien għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, matul l-istess perjodu (kif muri fit-Tabella 6), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’75 % u s-sehem mis-suq tagħha fis-suq ħieles naqas minn 50,5 % għal 25,1 %, tnaqqis ta’ 50 %.

(233)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqsu b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (kif muri fit-Tabella 4). B’paragun ma’ dan, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdiedu b’6 % matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet Ċiniżi, dejjem aktar preżenti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, saru bi prezzijiet li kontinwament waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(234)

Il-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkawżat ukoll tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet kif muri mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżid il-prezzijiet bl-istess rata bħall-kostijiet. Tabilħaqq, kif muri fit-Tabella 8, matul il-PI, il-kostijiet tal-produzzjoni kienu aktar minn 20 % ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Sal-2019, din il-prevenzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet wasslet biex il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni taqa’ taħt it-3 % li huwa b’mod ċar livell mhux sostenibbli. Matul il-perjodu mill-2017 sal-2019, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu fil-volum b’6 % biss iżda s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 38,7 % għal 55,3 % tas-sehem mis-suq, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 50,5 % għal 29,5 %. Tabilħaqq, minkejja tnaqqis fil-konsum ta’ 34 % bejn l-2017 u l-2019, l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jiksbu sehem mis-suq mingħand l-industrija tal-Unjoni. Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi żdiedu bi 12 % (Tabella 4), filwaqt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu aktar, b’14 %, iżda ħafna inqas mill-kost tal-produzzjoni, li żdied b’27 %. Għalhekk diġà sal-2019, l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(235)

Fl-2020, il-prezzijiet Ċiniżi naqsu b’16 % oħra meta mqabbla mal-2019 u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 55 % għal 61 %, żieda ta’ 10 %. Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 8,2 %, il-kost tal-produzzjoni tagħha żdied bi 19 %, u s-sehem mis-suq tagħha naqas bi 15 %, minn 29,5 % għal 25,1 %. Dan kellu impatt sostanzjali fuq l-industrija tal-Unjoni, li wassal biex il-profittabbiltà tagħha ssir negattiva ħafna fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(236)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dannu bħal dan kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   It-tnaqqis fil-konsum

(237)

L-iżvilupp tal-konsum muri fit-Tabella 2 tqies bħala l-kawża ewlenija tad-dannu mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar fis-sottomissjonijiet tagħhom fil-bidu. Dan naqas b’50 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan l-iżvilupp irrifletta domanda aktar baxxa mis-settur tal-utenti ewlieni (l-industrija tal-azzar). L-industrija tal-azzar naqqset ix-xiri tagħha tal-kalċju-siliċju billi użat l-inventarji tagħha tal-kalċju-siliċju u matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum naqset bi 18 %.

(238)

Fl-2018, il-konsum tal-kalċju-siliċju naqas b’14 % meta mqabbel mal-2017 u l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f’pożizzjoni li taġġusta n-negozju tagħha fid-dawl ta’ dan it-tnaqqis, sabiex il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-kalċju-siliċju tinżamm għal aktar minn 10 %. Madankollu, fl-2019 is-sitwazzjoni ma kinitx aktar sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni, peress li l-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet tfisser li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu għal livelli li ma ppermettewlhiex tkopri l-kostijiet unitarji dejjem jiżdiedu tagħha. Fl-2020, is-sena tal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-konsum naqas b’25 % oħra.

(239)

Ġie argumentat kemm mill-Eurofer kif ukoll mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum kien ir-raġuni ewlenija għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-kalċju-siliċju aktar milli mill-importazzjonijiet Ċiniżi.

(240)

Madankollu, f’dan l-isfond ta’ tnaqqis fil-konsum, is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied b’57 %, jiġifieri minn 38,7 % għal 60,8 % filwaqt li t-tnaqqis fil-produzzjoni, fil-volum ta’ bejgħ, fis-sehem mis-suq, fil-profittabbiltà, fl-impjiegi u fir-redditu fuq l-investiment tal-industrija tal-Unjoni wera tnaqqis akbar milli mill-konsum. Dan għaliex il-penetrazzjoni tas-suq Ċiniż bi prezzijiet baxxi kienet qed tikkawża ħsara sostanzjali lil dawn l-indikaturi tad-dannu.

(241)

Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum ma kisirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif indikat mill-Eurofer, il-pandemija tal-COVID-19 bdiet tħalli impatt fl-2020 filwaqt li kienet diġà nħolqot sitwazzjoni dannuża sal-2019. Għalhekk, il-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li titqies biss bħala fattur aggravanti fl-2020.

5.2.2.   Żidiet fil-kost tal-produzzjoni

(242)

Il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied minħabba żewġ raġunijiet ewlenin. L-ewwel nett, il-kostijiet tal-elettriku użati fil-produzzjoni tal-kalċju-siliċju, li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-kostijiet tal-produzzjoni (sa 40 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni), żdiedu għall-akbar produttur tal-Unjoni b’aktar minn 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(243)

It-tieni nett, il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’mod sostanzjali b’riżultat tal-kwantitajiet aktar baxxi ta’ produzzjoni u bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan kien ifisser li l-kostijiet fissi ġew irkuprati fuq volumi aktar baxxi ta’ produzzjoni u bejgħ, li żiedu l-element tal-kost fiss tal-unità fil-kostijiet unitarji tal-produzzjoni.

(244)

L-Eurofer affermat li t-tieni trimestru tar-Rieżami tan-Negozju tal-2020 indika li kien hemm titjib fil-kostijiet attribwibbli għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija. Madankollu, dan ir-Rieżami tan-Negozju huwa relatat ma’ Ferroglobe, li topera f’diversi pajjiżi, u ma huwiex relatat biss ma’ Ferropem fis-sit tagħha użat għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Għalhekk, l-argument ma setax jiġi aċċettat.

(245)

Fl-2018, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm il-livelli ta’ profitt tagħha ogħla minn 10 % minkejja ż-żidiet fil-kostijiet tal-elettriku, peress li setgħet tgħaddi dawk iż-żidiet fil-kostijiet lill-klijenti tagħha. Madankollu, fl-2019, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha tista’ żżid il-prezzijiet minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi li, sal-2019, kienu qed jiddominaw is-suq (b’sehem mis-suq ta’ 55 %) u kienu qed jaġixxu bħala dawk li jiffissaw il-prezzijiet tagħha. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx issegwi dawn il-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni fl-2019. Dan ikkontribwixxa għad-deċiżjoni ta’ Ferropem li tnaqqas b’mod sinifikanti l-produzzjoni fl-2020.

(246)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġi konkluż li ż-żidiet fil-kost tal-produzzjoni ma kinux kawża ta’ dannu. Kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx, li żiedu s-sehem tagħhom fis-suq tal-Unjoni, anke fis-sitwazzjoni ta’ tnaqqis fil-konsum, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni u impedew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħhom għal livelli profittabbli.

5.2.3.   Ix-xiri tal-kalċju-siliċju li jissostitwixxi l-produzzjoni proprja

(247)

Ix-xiri tal-kalċju-siliċju minn barra l-Unjoni (prinċipalment mill-Arġentina) sar mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-deċiżjoni li jiġi importat il-kalċju-siliċju kinitx ikkawżat dannu lill-industrija tal-Unjoni minħabba l-impatt tagħha fuq il-livelli tal-produzzjoni u tal-bejgħ u, għalhekk, il-profittabbiltà. Dawn l-importazzjonijiet, li varjaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li jirrappreżentaw biss 15 % tal-bejgħ totali f’dak il-perjodu, ġeneralment saru fi żminijiet ta’ kwistjonijiet tekniċi bil-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-Unjoni tagħhom biex jissodisfaw l-ordnijiet tal-klijenti. Għalhekk, dawn ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tissodisfa d-domanda u bħala tali ma jistgħux jitqiesu li kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni Barra minn hekk, dan ix-xiri ma kienx qed isir matul il-PI meta l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat l-aktar dannu sostantiv.

5.2.4.   Il-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn li jissostitwixxu l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju

(248)

L-Eurofer indikat li peress li l-industrija tal-Unjoni pproduċiet il-kalċju-siliċju fuq l-istess tagħmir bħal prodotti oħrajn, bidla għal prodotti oħrajn tipprevjeni l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju.

(249)

Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni kellhom kapaċità ta’ riżerva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni anke meta jitqiesu dawn il-ligi tal-ħadid l-oħrajn. Għalhekk, huwa ċar li l-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn ma ppreżentatx ostaklu għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju u ma kinitx kawża indiretta ta’ dannu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.2.5.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(250)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Il-Brażil

Volum (tunnellati)

[1 130 – 1 368 ]

[614 – 743 ]

[1 157 – 1 401 ]

[1 470 – 1 779 ]

 

Indiċi

100

54

102

130

 

Sehem mis-suq (%)

4,4

2,8

6,8

11,5

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 341

1 439

1 420

1 108

 

Indiċi

100

107

106

83

It-Tajlandja

Volum (tunnellati)

[157 – 190 ]

[545 – 660 ]

[288 – 348 ]

[245 – 297 ]

 

Indiċi

100

347

183

156

 

Sehem mis-suq (%)

0,6

2,5

1,7

1,9

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 210

1 313

1 417

1 112

 

Indiċi

100

109

117

92

L-Arġentina

Volum (tunnellati)

[1 505 – 1 822 ]

[1 828 – 2 212 ]

[1 123 – 1 360 ]

[96 – 116 ]

 

Indiċi

100

121

75

6

 

Sehem mis-suq (%)

5,8

8,2

6,6

0,7

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 587

1 535

1 538

1 248

 

Indiċi

100

97

97

79

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (tunnellati)

0

[29 – 36 ]

[17 – 21 ]

[0 – 2 ]

 

Indiċi

0

0

0

0

 

Sehem mis-suq (%)

0,0

0,1

0,1

0,0

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

0

1 554

2 469

2 254

 

Indiċi

0

0

0

0

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

Volum

(tunnellati)

[2 792 – 3 380 ]

[3 017 – 3 652 ]

[2 585 – 3 129 ]

[1 812 – 2 193 ]

 

Indiċi

100

108

93

65

 

Sehem mis-suq (%)

10,8

13,6

15,2

14,1

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 466

1 476

1 478

1 117

 

Indiċi

100

101

101

76

Sors: Data doganali tal-Istati Membri

(251)

L-importazzjonijiet mill-Brażil żdiedu bi 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 4,4 % għal 11,5 % f’dan il-perjodu. Dawn l-importazzjonijiet kienu bi prezzijiet simili għal dawk miċ-Ċina fil-perjodu mill-2017 sal-2019, iżda waqqgħu l-prezzijiet Ċiniżi b’10 % fl-2020. Għalhekk, l-importazzjonijiet Brażiljani jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala fattur kontributorju għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni speċjalment fl-2020. Din il-kwistjoni tqajmet ukoll mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar fil-kuntest tal-kummenti dwar l-Ilment.

(252)

Madankollu, peress li l-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet dejjem kien mill-inqas 5 darbiet aktar baxx minn dawk miċ-Ċina, huwa ċar li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu fattur ta’ kawżalità aktar importanti.

(253)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu prinċipalment mill-Arġentina, inkluż ix-xiri li sar minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni minn kumpanija relatata, iżda dawn l-importazzjonijiet ma sarux f’volumi u fi prezzijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, kif spjegat fil-premessa (247), dawn ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tissodisfa d-domanda fi żminijiet konkreti ta’ kwistjonijiet tekniċi.

(254)

Għalhekk, filwaqt li l-importazzjonijiet saru fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet baxxi mill-Brażil, dawn ma kinux sinifikanti biżżejjed biex inaqqsu r-rabta kawżali bejn il-kwantitajiet sostanzjali ta’ importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi u d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.6.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(255)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 13

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

 

2017

2018

2019

Il-perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

[2 931 – 3 548 ]

[2 696 – 3 264 ]

[2 119 – 2 565 ]

[1 581 – 1 914 ]

Indiċi

100

92

72

54

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[1 196 – 1 448 ]

[1 490 – 1 804 ]

[1 492 – 1 806 ]

[1 369 – 1 657 ]

Indiċi

100

125

125

114

Sors: Il-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(256)

L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’46 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, li kien konsiderevolment inqas mit-tnaqqis ta’ 75 % fil-volum ta’ bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(257)

Il-prezz medju ta’ dawn l-esportazzjonijiet l-ewwel żdied b’25 % fl-2018. Dan il-livell imbagħad inżamm fl-2019 qabel ma naqas għal livell li kien għadu ferm ogħla mil-livell tal-2017 fil-perjodu ta’ investigazzjoni (+ 14 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-esportazzjonijiet kien kemm kemm aktar baxx minn dak li setgħet kisbet l-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fl-2017, iżda mbagħad il-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni u tal-bejgħ domestiku baqgħu f’livelli simili għall-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(258)

Fid-dawl tal-volumi u tal-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi, u minħabba li l-bejgħ tal-esportazzjoni ma ddeterjorax daqs il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (muri fit-Tabella 6), il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kkontribwiet, iżda biss sa ċertu punt minimu, għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.7.   Użu kaptiv

(259)

L-industrija tal-Unjoni użat il-prodott ikkonċernat b’mod ġustifikat biex tipproduċi ligi tal-ħadid downstream oħrajn. Kif muri fit-Tabella 2, l-użu kaptiv żdied fl-2018 u fl-2019 iżda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni dan żdied biss bi 3 %. Barra minn hekk, is-suq kaptiv kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tas-suq totali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(260)

Għalhekk, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-iżviluppi fis-suq kaptiv ma kellhom l-ebda impatt materjali fuq l-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(261)

L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fl-2019 u fl-2020 minħabba l-penetrazzjoni enormi fis-suq miksuba għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. F’termini ta’ prezzijiet, iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kontinwament waqqgħet dawk tal-industrija tal-Unjoni u ħolqot pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet u evitat iż-żidiet fil-prezzijiet tas-suq li kienu meħtieġa għall-industrija tal-Unjoni biex tikseb livelli ta’ profitt raġonevoli.

(262)

Fatturi oħrajn kellhom ukoll impatt fuq l-industrija tal-Unjoni. L-aktar wieħed importanti minn dawn il-fatturi kien it-tnaqqis fil-konsum minħabba domanda aktar batuta mill-industrija tal-azzar. Madankollu, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis fil-produzzjoni, fil-volum tal-bejgħ, fis-sehem mis-suq u fil-profittabbiltà ferm akbar mit-tnaqqis fil-konsum (50 %), u li f’dan l-isfond ta’ tnaqqis fil-konsum, is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied b’57 %, jiġifieri minn 38,7 % għal 60,8 %, qed jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum kien sempliċement fattur kontribwenti. Il-kawża ewlenija tad-dannu kienet l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu ppenetraw b’mod sinifikanti s-suq tal-Unjoni bi prezzijiet baxxi matul il-perjodu kkunsidrat kollu.

(263)

Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-Brażil, u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni affettwaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dawn il-fatturi kellhom impatt limitat ħafna fuq l-industrija, minħabba li l-importazzjonijiet mill-Brażil kienu bi prezzijiet simili għall-importazzjonijiet Ċiniżi iżda b’volumi ħafna aktar baxxi. L-importazzjonijiet Ċiniżi kbar bi prezzijiet ħafna aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni huma r-raġuni ewlenija għaliex l-industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ u ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità mal-kost tal-produzzjoni tagħha, li wassal għal telf serju.

(264)

B’hekk, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufin kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(265)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa b’mod individwali jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu huwa ċar fl-evoluzzjoni tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(266)

F’dan il-każ, l-ilmentaturi affermaw li kien hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex jiġi vvalutat il-livell xieraq tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw huwiex se jkun ogħla mill-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ tagħhom (ara l-premessi (275) sa (281) ta’ hawn taħt).

6.1.   Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

(267)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz indikattiv fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-regolament bażiku.

(268)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Marġni ta’ profitt bħal dan jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %.

(269)

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Fl-2017 u fl-2018, qabel ma l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali, ir-rata tal-profittabbiltà medja ponderata tal-industrija tal-Unjoni kienet bejn 9,7 % u 12,5 % fuq il-fatturat kif muri fit-Tabella 11. Dan il-marġni ta’ profitt tqies bħala l-profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni f’din l-investigazzjoni.

(270)

Billi wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma pproduċiex kwantitajiet sinifikanti ta’ kalċju-siliċju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet tiegħu ma kinux meqjusa affidabbli u xierqa għall-finijiet tal-istabbiliment tal-prezz indikattiv. Peress li l-bejgħ ta’ dan il-produttur fil-biċċa l-kbira sar minn stokkijiet immanifatturati fl-2019, il-kost tal-produzzjoni ta’ dik is-sena tqies xieraq għal din l-investigazzjoni.

(271)

Abbażi ta’ dan, il-prezz mhux dannuż huwa ta’ bejn EUR 1 650 u EUR 1 750/tunnellata, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ bejn 9,7 % u 12,5 % għall-kost medju peżat tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(272)

F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet li l-ebda kost addizzjonali għall-industrija tal-Unjoni ma kien japplika f’dan ir-rigward.

(273)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tal-bejgħ taħt il-prezz abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

(274)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-Premessa (168)).

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping (%)

Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz (%)

Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd.

73,4

31,5

Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd.

132,8

43,3

Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd.

85,9

32,8

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

142,3

50,6

(275)

Billi l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz hekk ikkalkulat kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni wettqet l-eżami kif meħtieġ skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

6.2.1.   Id-distorsjonijiet fil-materja prima

(276)

Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Skont l-evidenza fl-ilment, l-elettriku, li jammonta għal 20 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa soġġett għal skema ta’ pprezzar doppju fir-RPĊ. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kopriet l-eżami tal-allegati distorsjonijiet u kwalunkwe distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ.

(277)

Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali, inkluża l-enerġija, użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull produttur esportatur li kkoopera. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-elettriku huwa l-unika materja prima li tirrappreżenta aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(278)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk l-elettriku huwiex soġġett għal distorsjoni minn skema ta’ pprezzar doppju jew minn kwalunkwe miżura oħra elenkata fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni fl-ilment kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Kif spjegat fil-premessa (21), il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju f’dan ir-rigward lill-GTĊ. Il-GTĊ ma weġibx għal dan il-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Marzu 2021 li għandu mnejn ikollha tapplika l-fatti disponibbli f’dan ir-rigward f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ lanqas ma wieġeb għal din l-ittra.

(279)

Fl-ilment, l-ilmentatur allega li l-prezz tal-elettriku fil-provinċji tat-Tramuntana tar-RPĊ huwa soġġett għal distorsjoni minħabba skema ta’ pprezzar doppju. Biex tiġi appoġġata l-allegazzjoni, l-ilment kien fih tqabbil tal-prezzijiet tal-elettriku fil-provinċji tat-Tramuntana tar-RPĊ, fejn hemm l-esportaturi ewlenin tal-CaSI, u l-prezz tal-esportazzjoni tal-elettriku esportat mill-istess provinċji, li juri li b’mod konsistenti li dan tal-aħħar huwa ferm ogħla.

(280)

L-investigazzjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ skema ta’ pprezzar doppju jew ta’ kwalunkwe miżura oħra msemmija fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma jinsab fir-reġjuni tat-Tramuntana identifikati fl-ilment. Tnejn mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iddikjaraw li xtraw l-elettriku bir-rata tas-suq fil-provinċja tagħhom; wieħed minnhom ipprovda evidenza li r-rati tal-elettriku huma ħafna ogħla fir-reġjun tiegħu milli f’dawk identifikati fl-ilment.

(281)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li, abbażi tal-evidenza fil-fajl f’dan l-istadju tal-investigazzjoni u taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, l-elettriku ma kienx soġġett għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.3.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

(282)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:

Kumpanija

Id-dazju anti-dumping provviżorju

Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd.

31,5  %

Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd.

43,3  %

Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd.

32,8  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

50,6  %

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(283)

Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti bħall-manifatturi tal-wajers cored u l-industrija tal-azzar.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(284)

L-industrija tal-Unjoni tirrappreżenta l-produzzjoni kollha tal-Unjoni f’din l-investigazzjoni. Kombinament ta’ fatturi, inkluża ż-żieda fil-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi, ħoloq kundizzjonijiet tas-suq diffiċli fl-2019 u din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fl-2020 b’aktar penetrazzjoni tal-importazzjonijiet u tnaqqis fil-konsum ikkawżati parzjalment minħabba l-pandemija tal-COVID-19. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis drammatiku fil-produzzjoni, fil-volum ta’ bejgħ, fl-impjiegi u fil-profittabbiltà.

(285)

Ferropem, l-akbar produttur tal-Unjoni, kien imġiegħel jibda jimplimenta pjan ta’ ristrutturar, li kien jinvolvi l-possibbiltà ta’ għeluq tas-sit ewlieni tal-kalċju-siliċju f’Chateau Feuillet. L-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tippermetti lil Ferropem terġa’ tibda l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju f’sit ieħor fl-Unjoni. L-impjiegi fis-sit Chateau Feuillet kienu ta’ madwar 250 FTE, li proporzjon sinifikanti minnhom kien relatat mal-kalċju-siliċju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(286)

Il-miżuri jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għaż-żewġ produtturi tal-Unjoni, peress li dawn jgħinuhom jirkupraw is-sehem mis-suq mitluf u l-pressjoni fuq il-prezzijiet titneħħa jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi jkunu ogħla minħabba d-dazji anti-dumping. Il-miżuri jiffaċilitaw ukoll l-implimentazzjoni ta’ Ferropem tal-pjan ta’ ristrutturar tagħha.

(287)

In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jpoġġi lill-industrija tal-Unjoni f’riskju minħabba li kwalunkwe kontinwazzjoni tas-sitwazzjoni mhux sostenibbli fis-suq fl-2019 u fl-2020 thedded il-produzzjoni futura tal-kalċju-siliċju fl-Unjoni.

(288)

Barra minn hekk, il-profittabbiltà, u anke l-eżistenza, tal-produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid oħrajn ikunu mhedda jekk tali prodotti jużaw l-istess faċilitajiet bħall-kalċju-siliċju. Dan minħabba li s-siti tal-ligi tal-ħadid jiddependu mill-kondiviżjoni tal-kostijiet fissi għal kostijiet unitarji aktar baxxi tal-produzzjoni sabiex is-siti jkunu profittabbli.

(289)

Jidher biċ-ċar li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess kemm tal-industrija tal-kalċju-siliċju kif ukoll tas-settur usa’ tal-ligi tal-ħadid.

7.2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati u ta’ manifatturi tal-wajers cored

(290)

L-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kienu f’forma ta’ trab jew ta’ biċċiet u normalment ġew ittrasformati fi prodotti tal-wajers cored fl-Unjoni qabel ma jinbiegħu lill-akbar industrija tal-utenti finali, lill-industrija tal-azzar. Għalhekk, l-interess tal-manifatturi tal-wajers cored jitqies hawnhekk flimkien mal-importaturi.

(291)

Kif imsemmi hawn fuq, żewġ importaturi ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju wara d-deċiżjoni li ma jiġix applikat kampjunar. Dawn kienu Affival SAS fi Franza u Coftech G.m.b.H. fil-Ġermanja. Manifattur ieħor tal-wajers cored, Filo D.o.o. fis-Slovenja, ikkoopera billi ppreżenta kwestjonarju tal-utenti peress li dan ma importax direttament huwa nnifsu.

(292)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-wajers cored jimmanifatturaw ukoll prodotti oħrajn fil-wajer cored. Għall-kooperaturi msemmija hawn fuq, il-fatturat tal-prodotti li fihom il-kalċju-siliċju meta mqabbel mal-fatturat totali varja minn inqas minn 10 % għal kważi 50 %.

(293)

Il-produtturi tal-wajers cored jiksbu l-kalċju-siliċju mill-pajjiż ikkonċernat, minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-industrija tal-Unjoni. It-tħassib ewlieni tagħhom kien li l-miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi jfixklu s-suq tal-kalċju-siliċju fl-Unjoni u jistgħu jillimitaw l-importazzjonijiet minn wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ provvista tagħhom.

(294)

Madankollu, ta’ min ifakkar li jeżistu sorsi oħrajn ta’ provvista madwar id-dinja, dawk ewlenin huma l-Brażil u l-Arġentina fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-miżuri huma maħsuba biex ireġġgħu lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-benefiċċju tal-atturi kollha f’dak is-suq. Jekk ma jiġux imposti miżuri, dan jista’ jhedded il-provvista tal-kalċju-siliċju miż-żewġ produtturi tal-Unjoni li jkun ta’ detriment għall-parteċipanti kollha fil-katina tal-provvista tal-kalċju-siliċju.

7.3.   L-interess tal-utenti finali

(295)

L-informazzjoni fl-ilment turi li l-industrija tal-utenti ewlenija hija s-settur tal-azzar. Madankollu, il-kalċju-siliċju jintuża wkoll fil-fonderiji u fis-settur kimiku.

(296)

Produttur wieħed biss tal-azzar, AFV Acciaierie Beltrame S.p.A., lesta kwestjonarju. Barra minn hekk, l-Eurofer u l-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar (Wirtschaftsvereinigung Stahl) għamlu sottomissjonijiet rilevanti għall-investigazzjoni.

(297)

L-Eurofer u l-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar sostnew li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ma kinitx fl-interess tal-Unjoni u li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għall-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping. It-tħassib ewlieni kien relatat mad-disponibbiltà tal-provvista lis-settur tal-azzar. Ġie affermat li l-industrija tal-Unjoni qatt ma kienet ipprovdiet aktar minn 42 % tal-konsum apparenti tal-Unjoni.

(298)

Barra minn hekk, ġie affermat li ċ-ċifri tal-kapaċità ppubblikati minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni indikaw biss ammont limitat ta’ kapaċità libera. Għalhekk, ikun hemm dubji kbar dwar jekk l-industrija tal-Unjoni tkunx tista’ tipprovdi lill-utenti jekk jiġu applikati dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi.

(299)

Barra minn hekk, huma argumentaw li ma kien hemm l-ebda sors alternattiv li jista’ jissostitwixxi l-volumi Ċiniżi u li d-dazji kienu diġà imposti fl-Unjoni bħala dazji doganali fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(300)

F’dan ir-rigward, l-industrija tal-Unjoni sostniet li ma kellhiex dubju li jenħtieġ li jkun hemm spazju għal sorsi differenti ta’ provvista, sakemm tali importazzjonijiet isiru bi prezzijiet ġusti. Madankollu, għalissa l-importazzjonijiet mir-RPĊ isiru f’livelli dannużi li jpoġġu l-produzzjoni tal-Unjoni f’periklu.

(301)

F’termini ta’ sorsi ta’ provvista, il-Kummissjoni kkonkludiet li attwalment jeżistu diversi sorsi ta’ forniment, inkluż il-produtturi tal-Unjoni, li għandhom kapaċità ta’ riżerva abbundanti, u l-importazzjonijiet miċ-Ċina, mill-Brażil u mill-Arġentina. Madankollu, ma kienx fl-interess tal-Unjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping ikomplu jitħallew jheddu l-eżistenza tal-industrija tal-Unjoni tal-kalċju-siliċju li tradizzjonalment forniet porzjon kbir tas-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ miżuri, jinħolqu b’mod evidenti problemi ta’ provvista għall-industrija tal-azzar peress li l-produzzjoni fl-Unjoni tista’ ma tibqax possibbli aktar.

(302)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-impatt finanzjarju probabbli tal-miżuri fuq l-industrija tal-azzar jekk jiġu imposti miżuri. Skont l-ilmentatur, ir-restawr ta’ kundizzjonijiet tas-suq ġusti ma jiġix bi spiża sproporzjonata għall-industrija downstream. L-informazzjoni fir-rispons ta’ AFV Acciaierie Beltrame S.p.A. uriet li x-xiri tal-kalċju-siliċju jirrappreżenta perċentwal baxx ħafna tal-kostijiet tiegħu (inqas minn 0,5 %). Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-industrija tal-azzar se jkollha impatt finanzjarju marġinali fuq l-industrija.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(303)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jiġi kkunsidrat li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(304)

Abbażi tal-konklużjonijiet preliminari li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji biex jimpedixxu li jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(305)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz u l-marġnijiet tad-dumping kif iddikjarat fil-premessa (275) ta’ hawn fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tal-bejgħ taħt il-prezz.

(306)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Id-dazju anti-dumping provviżorju

RPĊ

Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd.

31,5  %

RPĊ

Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd.

43,3  %

RPĊ

Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd.

32,8  %

RPĊ

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

50,6  %

(307)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(308)

Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(309)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(310)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(311)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

9.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

(312)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(313)

Ma waslu l-ebda kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(314)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(315)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7202 99 80 u ex 2850 00 60 (kodiċi TARIC 7202998030 u 2850006091), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Id-dazju anti-dumping provviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd., iż-Żona Industrijali ta’ Hongguozi, id-Distrett ta’ Huinong, il-Belt ta’ Shizuishan, il-Provinċja ta’ Ningxia

31,5  %

C721

RPĊ

Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd., il-Park Industrijali ta’ Zhongwei, il-Belt ta’ Zhongwei, il-Provinċja ta’ Ningxia

43,3  %

C722

RPĊ

Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd., il-Park Ekoindustrijali ta’ Yangxian, il-Belt ta’ Hanzhong, il-Provinċja ta’ Shaanxi

32,8  %

C723

RPĊ

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

50,6  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert b’din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 58, 18.2.2021, p. 60).

(3)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2514

(4)  Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/909 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 208, 1.7.2020, p. 2).

(6)  Ibid, Premessi 54-60 u 111-115.

(7)  Ibid, Premessi 61-64.

(8)  Ibid, Premessi 66-69. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-asserzjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-kalċju-siliċju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(9)  Ibid, Premessi 70-80.

(10)  Ibid, Premessi 81-86.

(11)  Ibid, Premessi 87-90.

(12)  Ibid, Premessi 91-110.

(13)  Ara s-sit web tal-kumpanija: http://www.sxshyh.com/html/guanyuwomen/ (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021). “Huwa kkontrollat minn Shaanxi Nonferrous Metallurgical Mining, sussidjarja tal-intrapriża tal-Istat fuq skala kbira Shaanxi Nonferrous Group. Il-kumpanija għandha ċentru tat-teknoloġija tal-intrapriżi rikonoxxut fil-livell provinċjali; hija intrapriża komprensiva għat-tidwib, għall-ipproċessar, għar-riċerka u l-iżvilupp, u għan-negozjar tal-esportazzjoni tal-metall mhux ferruż u tal-ligi tal-ħadid. Hija “intrapriża ta’ teknoloġija avvanzata” nazzjonali, “intrapriża ta’ dimostrazzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika” fil-livell tal-Provinċja ta’ Shaanxi, “intrapriża ta’ parametraġġ referenzjarju tal-kwalità” fil-livell tal-Provinċja ta’ Shaanxi, u Direttur tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Ligi tal-Ħadid taċ-Ċina u Direttur tal-Istitut Provinċjali tal-Metalli ta’ Shaanxi”.

(14)  Ara b’mod partikolari s-silta li ġejja: “Shaanxi Shenghua Metallurgical & Chemical Co., Ltd. ġiet stabbilita f’Novembru 2007. Wara r-riorganizzazzjoni tal-assi fl-2013, din saret sussidjarja ta’ Shaanxi Nonferrous Metals. Taħt it-tmexxija b’saħħitha tal-kumpanija tal-grupp u l-appoġġ qawwi tal-gvern u tas-soċjetà kollha, l-uffiċjali tal-partit u l-impjegati kollha tal-kumpanija ngħaqdu flimkien, ħadmu bla heda, u kisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti, u rebħu l-ewwel premju fil-kompetizzjoni tal-Premju fix-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ Shaanxi u bosta unuri oħrajn […]. Hija tappartjeni għar-raba’ lott ta’ intrapriżi tal-ligi tal-ħadid approvat mill-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, u għandha d-dritt li timporta u li tesporta”. http://sxshyh.cn/index/index/about

(15)  Ara s-sit web tal-Park - Artikolu 68: “L-intrapriżi li jidħlu f’parks industrijali ta’ kapaċità għolja ddeterminati mir-Reġjun Awtonomu jistgħu jibbenefikaw minn politiki preferenzjali dwar l-elettriku mħabbra regolarment mir-Reġjun Awtonomu”. http://www.gdsnxsh.com/h-nd-226.html (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).

(16)  Fl-2017, l-akbar ħames ġeneraturi tal-enerġija għall-ġenerazzjoni tal-elettriku kienu jirrappreżentaw 45,5 % (Huaneng, Huadian, Guodian, Datang u State Power Investment). Jekk jiżdiedu ġeneraturi tal-enerġija oħrajn tal-Istat, bħal China Yangtze Power Co. Ltd u CGN, iċ-ċifra probabbilment taqbeż il-50 %. Sors: http://www.wusuobuneng.cn/archives/22266 (aċċessat fil-25 ta’ Awwissu 2017). Skont id-data għall-2015 tal-Yearbook Statistiku taċ-Ċina tal-2016, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika taċ-Ċina, 97 % tal-produzzjoni u l-provvista aggregati tal-potenza elettrika u l-potenza tat-tisħin kienu proprjetà tal-Istat (97 % mill-assi u 83 % f’termini tal-għadd ta’ intrapriżi). Ara r-Rapport, p. 218.

(17)  http://www.sxshyh.com/html/guanyuwomen/lingdaotuandui/

(18)  Ara l-artiklu tal-20 ta’ Lulju 2020 fuq is-sit web tal-kumpanija: http://www.sxshyh.com/html/xinwenzixun/gongsixinwen/301.html (aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Lulju 2021). Kontijiet oħrajn bħal dawn ta’ ħidma tal-bini tal-Partit huma disponibbli. Ara wkoll id-deskrizzjoni ta’ laqgħa oħra fi Frar 2018: “L-avveniment kien ospitat mis-Segretarju tal-Partit tal-kumpanija u mill-Maniġer Ġenerali Comrade Wei Xinhua. Fil-laqgħa, Comrade Yang Hui, Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, Segretarju tal-Kumitat Dixxiplinari, u President tat-Trade Union f’Shenghua Metallurgical Chemical Industry Co., Ltd. mexxa s-suġġett ta’ Investigazzjoni Speċjali ta’ Non-Ferrous Group “Żvilupp Żbilanċjat u Insuffiċjenti”, u ċċara l-iskop u l-importanza tad-diskussjoni: sabiex jiġi implimentat bir-reqqa l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, f’konformità mad-dokumenti u r-rekwiżiti tal-Kumitat tal-Partit ta’ Nonferrous Metals Group Corporation u tal-Kumitat tal-Partit ta’ Metallurgical Group, bl-aspetti tal-ħidma tal-bini tal-Partit, il-produzzjoni u l-operat, il-ġestjoni tal-kontroll intern, ir-riforma u l-innovazzjoni bħala bidu, u janalizzaw bir-reqqa s-sintomi u l-kawżi tal-iżbilanċi u n-nuqqasijiet tal-iżvilupp tal-kumpanija stess u jipproponu soluzzjonijiet u miżuri.” http://www.sxshyh.com/html/dangqungongzuo/dangjiangongzuo/2018/0205/211.html (aċċessat fis-27 ta’ Lulju 2021).

(19)  Ara l-punt IX.5 tal-Katalgu. https://www.ndrc.gov.cn/yjzxDownload/20200812xbdqgllcyfzml.pdf (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).

(20)  Ir-Rapport – Kapitolu 10, p. 221-230.

(21)  Pereżempju, ir-riformi fl-2002 neħħew il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn networks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni u t-tnejn issa huma operati minn entitajiet separati.

(22)  Opinions Regarding the Deepening of the Power Sector’s Reform maħruġa f’Marzu 2015 mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u mill-Kunsill tal-Istat..

(23)  https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202012/t20201202_1252094.html?code=&state=123 (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).

(24)  B’mod partikolari, “Id-dipartimenti tal-gvern lokali għandhom, f’koordinazzjoni mal-entità sekondata tal-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Enerġija, jirrapportaw lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u lill-Amministrazzjoni tal-Enerġija tal-Istat b’mod f’waqtu dwar l-iffirmar ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil kif ukoll dwar kwistjonijiet rilevanti, u jiżguraw ir-rabta tal-iffirmar tal-kuntratti fuq terminu medju u twil mal-enerġija spot.”

(25)  http://www.gov.cn/zhengce/content/2021-01/06/content_5577440.htm (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).

(26)  Ir-Rapport – Kapitolu 10.

(27)  Ir-Rapport – Kapitolu 12, p. 269.

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/633 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021. p. 63), il-Premessa 81.

(29)  Disponibbli fuq is-sit web tal-NEA: www.nea.gov.cn/2021-05/18/c_139953498.htm (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).

(30)  In-Notifika tal-NDRC Nru 902 (2020) https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202012/t20201207_1252389.html?code=&state=123 (aċċessat fil-5 ta’ Awwissu 2021).

(31)  In-Notifika 338 (2021). www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202104/t20210429_1278643.html (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).

(32)  Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ Nasdaq (oriġinali minn Reuters Beijing Newsroom). China grants one-year trial extensions at 15 coal mines to boost output. 4 ta’ Awwissu 2021. https://www.nasdaq.com/articles/china-grants-one-year-trial-extensions-at-15-coal-mines-to-boost-output-2021-08-04

(33)  Ir-Rapport – Taqsima 12.3.1.1. Il-ġebla tal-ġir u l-kwarzit huma inklużi b’mod partikolari fl-Anness 4 tal-Pjan dwar l-istandards tad-disinn għall-iskala minima tal-estrazzjoni tal-minerali ewlenin.

(34)  Disponibbli fuq: https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials

(35)  Is-sit web tal-kumpanija. http://www.sxshyh.com/html/guanyuwomen/

(36)  Ara l-artiklu f’Ningxia News: Ningxia Autonomous Region adds 5 more enterprise technology centers. 27 ta’ Ottubru 2020. http://www.nxnews.net/sz/nxdj/202010/t20201027_6904926.html (aċċessat fis-6 ta’ Awwissu 2021).

(37)  Ara l-artiklu f’Ningxia Daily: Ningxia strengthens, extends and expands the supply chain and to create an upgraded raw material industry. 11 ta’ Settembru 2020. http://nx.cnr.cn/xwdd/20200911/t20200911_525250053.shtml (aċċessat fil-5 ta’ Awwissu 2021).

(38)  L-Unjoni Ewropea – il-Miżuri anti-dumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina, ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, WT/DS473/AB/R, §6.23.

(39)  Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(40)  https://ec.europa.eu/trade/policy/countries-and-regions/countries/brazil/

(41)  https://www.jornalminasgerais.mg.gov.br/?dataJornal=2021-03-25#caderno-jornal

(42)  https://www.jornalminasgerais.mg.gov.br/?dataJornal=2021-03-13#caderno-jornal

(43)  https://www.agora-energiewende.de/fileadmin/Projekte/2019/Brazil_Country_Profile/155_CountryProf_Brazil_EN_WEB.pdf (paġna 31)

(44)  ACR e ACL: as diferenças entre os ambientes de contratação (esferaenergia.com.br)

(45)  L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (145).

(46)  L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (146).

(47)  L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (148).

(48)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(49)  https://www.ilo.org/ilostat/faces/oracle/webcenter/portalapp/pagehierarchy/Page21.jspx?_afrLoop=2007202804813928&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=ejmgka3iz_63#!%40%40%3F_afrWindowId%3Dejmgka3iz_63%26_afrLoop%3D2007202804813928%26_afrWindowMode%3D0%26_adf.ctrl-state%3Dejmgka3iz_119

(50)  https://www.jornalcontabil.com.br/quanto-custa-um-funcionario-aprenda-a-calcular/ jew https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee.

(51)  http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/tarifas-aplicadas-a-clientes-atendidos-em-alta-e-media-tensao-(grupo-a)

(52)  http://www.aneel.gov.br/a-aneel

(53)  http://www.aneel.gov.br/bandeiras-tarifarias

(54)  http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/bandeira-tarifaria

(55)  https://www.jornalminasgerais.mg.gov.br/?dataJornal=2021-03-13#caderno-jornal

(56)  Iċ-ċifri tal-volum tal-importazzjonijiet ikkwotati hawn fit-Tabella 3 ġew estrapolati. L-erba’ Stati Membri rrappreżentaw 82,6 % fl-2017, 72,7 %, fl-2018, 95,2 % fl-2019 u 94,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.


15.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/62


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1812

tal-14 ta’ Ottubru 2021

li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fis-17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2021 minn Graphite Cova GmbH, Showa Denko Carbon Holding GmbH u Tokai ErftCarbon GmbH (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti taħt il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 10(4) ma ġewx issodisfati.

(4)

Wieħed minn dawn ir-rekwiżiti, kif indikat fl-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, huwa li addizzjonalment għal-livell tal-importazzjonijiet li jkunu kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkun hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw fir-RPĊ urew tnaqqis ta’ 59,1 % fl-erba’ xhur ta’ wara l-bidu (mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2021) meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2020). Id-data li segwiet wara l-bidu tqabblet mal-importazzjonijiet medji ta’ kull xahar mir-RPĊ għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sorsi tad-data huma l-bażi tad-data Comext (Eurostat) u l-Bażi tad-Data ta’ Sorveljanza. Sar aġġustament bil-għan li jiġi dedott liema prodotti ma jaqgħux fid-definizzjoni tal-prodott (ara l-premessa (187)).

(5)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma għamlitx l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, peress li l-kundizzjoni fl-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, jiġifieri żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet, ma ġietx issodisfata.

1.3.   Il-partijiet interessati

(6)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lil importaturi, fornituri, utenti u negozjanti magħrufa, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw.

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(7)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

(8)

Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”), Eurofer, Misano, Sangraf, Trasteel u l-ilmentaturi talbu smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn għamlu talba sal-iskadenzi stipulati u ngħataw opportunità li jinstemgħu.

(9)

Diversi partijiet interessati kkummentaw dwar il-bidu. Il-kummenti kkonċernaw b’mod speċjali d-definizzjoni tal-prodott, in-numru tal-kontroll tal-prodott, id-dannu tal-industrija tal-Unjoni, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-interess tal-Unjoni mhuwiex kriterju rilevanti biex jiġi vvalutat jekk ilment jiġġustifikax il-bidu ta’ proċediment anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawk il-kummenti ma ġewx ikkunsidrati fir-rigward tal-pretensjonijiet dwar il-bidu tal-proċedimenti. Barra minn hekk, il-kummenti li waslu wara l-iskadenza għall-kummenti kif stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu lanqas ma ġew ikkunsidrati f’dan l-istadju u se jiġu indirizzati fl-istadju definittiv. Il-pretensjonijiet dwar id-definizzjoni tal-prodott u t-talbiet għall-esklużjoni tal-prodott ġew indirizzati fit-Taqsima 2.3 ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Rigward il-pretensjonijiet dwar id-dannu u l-kawżalità, l-ilmentaturi, abbażi tad-data TARIC urew iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-tnaqqis fil-prezz tagħhom. Huma wrew kemm il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet waqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw ukoll li t-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiegħel lill-industrija tal-UE tbaxxi l-prezz tagħha taħt il-kost tal-produzzjoni. Dan wassal għal tnaqqis fil-bejgħ u l-profitabbiltà, u b’hekk poġġa lill-industrija f’sitwazzjoni ta’ dannu. Abbażi taċ-ċifri tal-industrija, huma komplew juru li, minn nofs l-2019 ’il quddiem, il-produtturi tal-Unjoni naqqsu b’mod sinifikanti l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, kif ukoll il-prezzijiet u l-profitti tagħhom.

(11)

Bosta partijiet interessati semmew li l-produtturi Ċiniżi ma kinux preżenti ħafna fis-suq tal-elettrodi tal-grad UHP. Allegatament, iċ-Ċina kienet prinċipalment fis-suq tal-gradi HP/SHP, fejn l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tipproduċi fi kwantitajiet suffiċjenti. Dan allegatament kiser ir-rabta kawżali. Madankollu, l-ilmentaturi pprovdew biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet Ċiniżi dejjem aktar kienu jinkludu l-gradi UHP ukoll, u dan ġie kkonfermat mill-investigazzjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

1.5.   Kampjunar

(12)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tal-produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 55 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u aktar minn 65 % tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun magħżul b’mod proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment.

1.5.2.   Kampjunar tal-importaturi

(14)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(15)

Għaxar importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet importaturi mhux relatati abbażi tal-akbar volum ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni. Il-kampjun jammonta għal 64 % tal-volum totali tal-bejgħ irrapportat tal-prodott li qed jiġi investigat mill-importaturi li kkooperaw u 34,7 % tal-volum totali stmat tal-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment.

1.5.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(16)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, f’dak il-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(17)

Sitta u tletin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. Barra minn hekk, il-kumpaniji magħżula biegħu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott li qed jiġi investigat, fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dan il-kampjun ikopri 33 % tal-volum totali stmat tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea mir-RPĊ fil-perjodu ta’ investigazzjoni (ara l-premessa (24)). F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment.

1.6.   L-eżami individwali

(18)

Tnax-il produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, inklużi t-tliet produtturi inklużi fil-kampjun imsemmija hawn fuq. Madankollu, l-ebda produttur esportatur għajr għall-dawk fil-kampjun, ma ppreżenta kwestjonarju komplut sal-iskadenza. Għalhekk, ma setgħet titqies l-ebda talba għal eżami individwali.

1.7.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(20)

Barra minn hekk, l-ilmentaturi pprovdew biżżejjed evidenza fl-ilment, ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ.

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi esportaturi/lill-grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lit-tliet importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (3) fil-jum tal-bidu.

(22)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju minn tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, tliet importaturi mhux relatati, tmin utenti u tliet produtturi esportaturi. Sangraf Italy inizjalment ipprovdiet kwestjonarju għall-utent. Eventwalment Sangraf Italy tqieset bħala produttur u bħala tali, parti mill-industrija tal-Unjoni (ara l-Premessi (183) u (184)).

(23)

Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fl-istadju proviżorju. Minflok, il-Kummissjoni kontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-konstatazzjonijiet proviżorji tagħha f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (4). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

GrafTech France S.N.C., Franza

Showa Denko Carbon Spain S.A., Spanja

Tokai Erftcarbon GmbH, il-Ġermanja

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd

Fangda Carbon New Material Co., Ltd

Nantong Yangzi Carbon Co., Ltd

1.8.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(24)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(25)

Fil-bidu, il-prodott ikkonċernat kien definit bħala elettrodi tal-grafit tat-tip użat għal fran tal-elettriku, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 7,0 μ.Ω.m jew inqas, u bżieżel użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk importati flimkien kif ukoll jekk b’mod separat, li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8545 11 00 u ex 8545 90 90 (kodiċijiet TARIC 8545110010, 8545110015, 8545909010 u 8545909015).

(26)

Wara t-talba għall-esklużjoni tal-bżieżel mid-definizzjoni tal-prodott (ara t-Taqsima 2.3 hawn taħt), il-Kummissjoni rrevediet id-definizzjoni tal-prodott u ddefiniet il-prodott ikkonċernat bħala elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u reżistenza elettrika ta’ 7,0 μ.Ω.m jew inqas, kemm jekk mgħammra bil-bżieżel kif ukoll jekk le, li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (il-kodiċijiet TARIC 8545110010 u 8545110015).

(27)

L-elettrodi tal-grafit huma prodotti tal-konsum użati l-aktar fil-produzzjoni tal-azzar tal-forn b’ark elettriku. Bħala tali, l-elettrodi tal-grafit huma komponent essenzjali għall-industrija tar-riċiklaġġ fid-dinja peress li huma l-uniku prodott li jista’ joffri konduttività tal-enerġija u jiflaħ għas-sħana meħtieġa biex jinħall ir-ruttam. Għalhekk, l-elettrodi tal-grafit jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tat-tnaqqis tal-użu tal-materja prima kif ukoll permezz tat-tnaqqis tal-kwantità ta’ skart mhux trattat.

2.2.   Prodott simili

(28)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(29)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Pretensjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott u t-talba għall-esklużjoni tal-prodott

(30)

Erba’ pretensjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott waslu għand produttur tal-Unjoni (Sangraf Italy), utent (NLMK Verona), importatur mhux relatat (CTPS Srl) u l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina (“CCCME”) rispettivament.

(31)

Sangraf Italy talbet li teskludi l-bżieżel (jew il-pinnijiet ta’ konnessjoni) mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni peress li l-bżieżel ma għadhomx jiġu prodotti fl-Unjoni. Sangraf sostniet li ma tistax tixtrihom mingħand il-kompetituri tagħha.

(32)

Huwa mfakkar li l-bżieżel huma parti integrali u neċessarja mis-sistema ta’ elettrodi tal-grafit. Madankollu, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-bżieżel għandhom karatteristiċi differenti mill-korpi tal-elettrodi tal-grafit. Il-Kummissjoni ħadet nota wkoll li ma hemmx aktar produzzjoni ta’ bżieżel fl-Unjoni u li ma hemm l-ebda suq kompetittiv distint għall-bżieżel. Il-bżieżel jinbiegħu lill-utent finali (il-produtturi tal-azzar) jew imwaħħlin mal-elettrodu tal-grafit jew okkażjonalment bħala spare part għall-utent finali. Madankollu, il-bżieżel huma speċifiċi għal kwalunkwe korp partikolari ta’ elettrodu tal-grafit u ma jinbigħux mill-fornituri ta’ sistemi ta’ elettrodi tal-grafit lil fornituri oħra bħal dawn.

(33)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-definizzjoni tal-prodott jenħtieġ li tiġi definita bħala elettrodi tal-grafit, kemm jekk mgħammra bil-bżieżel kif ukoll jekk le, kif deskritt fil-premessa (26) hawn fuq.

(34)

NLMK Verona, produttur tal-azzar, talab li jiġu esklużi l-elettrodi b’dijametru ta’ 350 mm mid-definizzjoni tal-prodott. NLMK issostni li l-industrija tal-Unjoni ma tipprovdix provvista stabbli ta’ elettrodi b’tali dijametru, peress li l-industrija tal-Unjoni qed tiffoka fuq elettrodi b’dijametru akbar, li huma aktar profittabbli. COMAP SAS, importatur tal-elettrodi tal-grafit, ressqet argumenti simili għal elettrodi żgħar (b’dijametru bejn 130 u 250 mm). Bl-istess mod, is-CCCME talbet l-esklużjoni ta’ elettrodi b’dijametru ta’ inqas minn 450 mm.

(35)

Il-Kummissjoni qieset li dawn l-elettrodi tal-grafit għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi, irrespettivament mid-daqs tagħhom. Għaldaqstant, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(36)

CTPS Srl, importatur mhux relatat, talab l-esklużjoni tal-elettrodi HP (5)mid-definizzjoni tal-prodott. CTPS Srl iddikjarat li ma hemmx biżżejjed produzzjoni fl-Unjoni ta’ elettrodi HP. Barra minn hekk, CTPS Srl indikat li l-elettrodi HP u UHP ivarjaw fir-rigward tal-materja prima tagħhom, il-karatteristiċi tekniċi tagħhom u l-użi tagħhom. Misano S.p.A. żviluppat argumenti simili fis-sottomissjoni tagħha. Is-CCCME ressqet pretensjonijiet simili u talbet li jiġu esklużi l-elettrodi tal-grafit li mhumiex ta’ grad UHP.

(37)

L-ilmentaturi, min-naħa l-oħra, sostnew li ma hemm l-ebda distinzjoni ċara bejn il-gradi tal-elettrodi tal-grafit. Ma hemm l-ebda standard uffiċjali tal-industrija, li jippermetti distinzjoni ċara bejn l-elettrodi tal-grafit HP u UHP. Barra minn hekk, huma sostnew li, għal xi daqsijiet, gradi differenti ta’ elettrodi jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli.

(38)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn l-elettrodi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi u li hemm ċertu livell ta’ trikkib fl-użu ta’ gradi differenti, li d-deskrizzjoni tagħhom fi kwalunkwe każ hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq awtodikjarazzjoni mill-produttur minħabba li ma hemm l-ebda standard tal-industrija rikonoxxut b’mod komuni għall-klassifikazzjoni. L-esklużjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn it-tipi għalhekk timmina l-effettività ta’ kull miżura anti-dumping u tiffaċilita l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni. It-talbiet biex jiġu esklużi l-gradi HP u mhux UHP għalhekk ma ntlaqgħux.

3.   DUMPING

3.1.   Il-Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(39)

L-evidenza disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(40)

Sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ elettrodi tal-grafit. Tnejn u tletin produttur esportatur issottomettew l-informazzjoni rilevanti.

(41)

Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(42)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, pajjiż rappreżentattiv xieraq possibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jista’ jkun il-Messiku. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(43)

Fit-22 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ħarġet l-Ewwel Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“l-Ewwel Nota” (6)) li fiha infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li hija kellha l-intenzjoni li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Ġew analizzati tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli: il-Messiku, il-Malasja u l-Federazzjoni Russa. Abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand Fangda Carbon New Material Co., LTD., Liaoning Dantan Technology Group Co., LTD., mill-produtturi esportaturi rrappreżentati mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”), kif ukoll mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafit.

(44)

Fis-17 ta’ Ġunju 2021, u wara li analizzat il-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni ħarġet it-Tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“it-Tieni Nota” (7)) (l-Ewwel Nota u t-Tieni Nota huma kollettivament imsejħa n-“Noti”). Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża l-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u profitti bbażati fuq dikjarazzjonijiet finanzjarji pubblikament disponibbli ta’ produttur attiv fin-negozju refrattorju mhux tat-tafal fil-Messiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand Fangda Carbon New Material Co., LTD., Liaoning Dantan Technology Group Co., LTD., mill-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCME, kif ukoll mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafit.

(45)

Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-Messiku kien għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.4 ta’ hawn taħt.

3.2.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku

(46)

Mal-bidu tal-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet żewġ kwestjonarji dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet lill-GTĊ. Madankollu, il-GTĊ ma ppreżenta l-ebda tweġiba. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ b’Note Verbale fil-15 ta’ Ġunju 2020 li kellha l-ħsieb li tagħmel użu mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku Ċiniż għall-elettrodi tal-grafit skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, u l-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet tal-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTĊ sabiex jippreżenta l-kumment tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Ma wasal l-ebda kumment.

3.3.   Valur normali

(47)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur.”.

(48)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

(49)

Fil-kummenti tagħhom dwar in-Noti, Fangda Carbon New Material Co., LTD., Liaoning Dantan Technology Group Co., LTD., u l-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCME argumentaw li:

(1)

l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mal-Artikolu 2.2 u 2.2.1.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) u mal-ġurisprudenza tad-WTO;

(2)

hemm nuqqas ta’ evidenza fir-rigward tal-allegati “distorsjonijiet sinifikanti” fir-rigward tal-industrija Ċiniża tal-elettrodi tal-grafit. Għall-kuntrarju, l-industrija Ċiniża tal-elettrodi tal-grafit qed topera taħt kundizzjonijiet orjentati lejn is-suq.

(50)

B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-partijiet indikaw li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti ma jeżistix fl-ADA. Huma sostnew li l-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 2 tal-ADA ma tippermettix l-użu ta’ informazzjoni għajr dik fil-pajjiż esportatur sabiex jiġi stabbilit il-valur normali u li ma hemm xejn fl-ADA li jippermetti li jiġu injorati l-kostijiet u l-prezzijiet tal-produttur esportatur jew ta’ dawk eżistenti fil-pajjiż esportatur, u minflok jissostitwuhom bi prezzijiet jew valuri referenzjarji allegatament mingħajr distorsjoni f’dak l-hekk imsejjaħ pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-partijiet irreferew ukoll għat-tilwim tad-WTO DS473 Unjoni Ewropea – Miżuri anti-dumping dwar il-bijodiżil mill-Arġentina u DS494 Unjoni Ewropea – Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Kost u Ċerti miżuri Anti-dumping dwar l-Importazzjonijiet mir-Russja, filwaqt li fakkru li skont dawk id-deċiżjonijiet, għall-finijiet tal-kalkolu tal-kostijiet sabiex jinkiseb il-valur normali tal-prodott ikkonċernat meta ma jkunx jista’ jintuża l-prezz domestiku fil-pajjiż esportatur, l-awtoritajiet investigattivi ma humiex permessi jevalwaw il-kostijiet irrapportati fir-rekords miżmuma mill-esportatur/produttur skont valur referenzjarju mhux relatat mal-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini.

(51)

Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ evidenza dwar “distorsjonijiet sinifikanti”, il-partijiet qiesu l-ewwel li r-rapport dwar il-pajjiż li jikkonċerna r-RPĊ (minn issa ’l quddiem “ir-Rapport”) (8) jonqos milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u l-evidenza ta’ valur probattiv suffiċjenti peress li tħejja mill-Kummissjoni, tfassal biex jiffaċilita l-preżentazzjoni tal-ilmenti u għalhekk iħalli barra b’mod deliberat iċ-ċirkostanzi, l-elementi u l-konklużjonijiet fattwali, li jikkontradixxu jew jimminaw dan l-għan. Barra minn hekk, ir-Rapport huwa, fil-fehma tal-partijiet, skadut u għalhekk ma jistax jirrifletti l-allegati distorsjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jew fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, ir-Rapport ma jindirizzax speċifikament is-settur tal-elettrodi tal-grafit li jqajjem dubji dwar ir-rilevanza tiegħu għal din l-investigazzjoni. It-tieni, il-partijiet sostnew li s-settur Ċiniż tal-elettrodi tal-grafit huwa orjentat ħafna lejn is-suq, bi preżenza limitata biss ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”), li joperaw abbażi ta’ prinċipji tas-suq u kummerċjali u mingħajr regolamenti jew politiki speċifiċi adottati mill-GTĊ biex “jinkoraġġixxu” l-produzzjoni jew l-esportazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafit.

(52)

Konsegwentement, il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni ma għandhiex tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku iżda minflok jenħtieġ li taċċetta l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi rapportati fir-RPĊ. Madankollu, f’każ li l-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 2(6a), il-partijiet qiesu li l-valutazzjoni jenħtieġ li ssir separatament għal kull produttur esportatur, u għal kull fattur tal-produzzjoni.

(53)

It-Taqsima 3.3.1. hawn taħt tiddiskrivi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Din il-valutazzjoni tindirizza l-kummenti speċifiċi tal-partijiet dwar l-allegat nuqqas ta’ evidenza fir-rigward tad-distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-elettrodi tal-grafit fiċ-Ċina. Rigward il-pretensjoni ġenerali li r-Rapport huwa bbażat fuq għanijiet speċifiċi u għalhekk mhux imparzjali u oġġettiv, il-Kummissjoni l-ewwel nett tinnota li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inkluża leġiżlazzjoni Ċiniża, regolamenti u dokumenti uffiċjali oħrajn ta’ politika ppubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Dan sar disponibbli għall-pubbliku f’Diċembru 2017 u għalhekk kwalunkwe parti interessata jkollha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha. Peress li l-partijiet ma ppreżentaw l-ebda prova li tirribatti s-sustanza u l-evidenza li tinsab fir-Rapport, ħlief li indikaw in-nuqqasijiet astratti tar-Rapport f’termini tal-valur probattiv tiegħu, il-Kummissjoni jkollha tirrifjuta l-argument. Bl-istess mod, l-argument li r-Rapport huwa skadut wisq u ġeneriku wisq biex jirrifletti l-allegati distorsjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jew fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat ma jistax jiġi aċċettat. Il-leġiżlazzjoni u l-politiki li għandhom x’jaqsmu ma’ oqsma usa’ tal-ekonomija Ċiniża jew mal-pajjiż kollu b’mod ġenerali ma jistgħux jitqiesu irrilevanti sempliċiment minħabba li għandhom mnejn ma jsemmux speċifikament il-prodott li qed jiġi investigat. Bl-istess mod, sakemm il-leġiżlazzjoni applikabbli u l-politiki tal-gvern jibqgħu fis-seħħ, dawn ikunu rilevanti għal din l-investigazzjoni, irrispettivament minn meta jkunu ġew promulgati jew imsemmija fir-Rapport. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-analiżi fit-Taqsima 3.3.1. tiddependi minn għadd ta’ sorsi, li fosthom ir-Rapport jirrappreżenta biċċa evidenza waħda biss.

(54)

Fir-rigward tal-argumenti tal-partijiet dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CCCME. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjonijiet tad-WTO f’DS473 u DS494 ma kinux jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Bord tad-WTO u mill-Korp tal-Appell f’DS473, tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-bini tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) jipprevedi l-bini tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kawża DS494, il-Kummissjoni tfakkar ukoll li kemm l-Unjoni kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw għas-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tad-WTO, billi dawn ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima kkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tilwima.

(55)

Fir-rigward tal-pretensjoni tal-partijiet li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet jenħtieġ li tiġi vvalutata għal kull produttur esportatur u kull fattur ta’ produzzjoni b’mod individwali, il-Kummissjoni tfakkar li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ tibni l-valur normali bl-użu ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a)(a) jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li ma humiex soġġetti għal distorsjoni. Madankollu, l-ebda kost tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat ma seta’ jiġi stabbilit bħala wieħed mingħajr distorsjoni fid-dawl tal-evidenza disponibbli dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(56)

Għal dawn ir-raġunijiet ta’ hawn fuq u kif spjegat aktar hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.3.1.1.   Introduzzjoni

(57)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali mill-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(58)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw attenzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(59)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur.”.

(60)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Rapport li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f'ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll f'setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(61)

L-ilment kien fih informazzjoni addizzjonali għas-sejbiet tar-Rapport. Kien jikkwota sorsi addizzjonali, inkluż ir-Rapport tal-Istati Uniti tal-2019 dwar il-konformità taċ-Ċina mad-WTO (9), li jindika distorsjonijiet f’livelli differenti tal-ekonomija Ċiniża. L-ilment kompla jissottolinja li s-settur tal-elettrodi tal-grafit ġie investigat mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħrajn li sabu irregolaritajiet fis-settur (10). L-ilment barra minn hekk indika li għadd kbir ta’ manifatturi ewlenin tal-elettrodi tal-grafit huma SOEs, inklużi: Sinosteel Engineering & Technology (li qabel kienet Sinosteel Jilin Carbon), Shanxi Jinneng Group, Henan General Machinery, Jilin Songjiang Carbon u Kaifeng Carbon. Dan indika wkoll li hemm inizjattivi biex jinħolqu produtturi kbar ta’ elettrodi tal-grafit fiċ-Ċina, pereżempju Shanghai Baosteel Chemical, sussidjarja ta’ Baosteel Group, issieħbet mal-manifattur ewlieni privat tal-elettrodi tal-grafit Fangda Carbon biex ġiet stabbilita Baofang Carbon Material Technology, impriża konġunta li għandha l-għan li tipproduċi l-elettrodi tal-grafit tal-UHP fiż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Lanzhou, fil-Provinċja ta’ Gansu bl-ammont ta’ 100 000 tunnellata fis-sena (11). Fir-rapport annwali tagħha, Fangda Carbon, għalkemm hija proprjetà privata, tissottolinja li hija tallinja mill-qrib l-attivitajiet tagħha mal-għanijiet tal-GTĊ (“l-operazzjonijiet normali tan-negozju tagħha huma relatati mill-qrib mal-politika nazzjonali”, filwaqt li tkompli tinsisti fuq il-fatt li “l-kumpanija se tiffoka mill-qrib fuq l-għan li tibni l-ewwel u l-akbar intrapriża b’saħħitha fil-karbonju tad-dinja, u (…) timplimenta bis-sħiħ l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina”, kif ukoll tiżgura li “se taderixxi mal-gwida tal-era l-ġdida ta’ soċjaliżmu ta’ Xi Jinping b’karatteristiċi Ċiniżi” (12)).

(62)

L-ilment ikompli jispjega li anki l-intrapriżi privati spiss ikunu taħt influwenza diretta tal-gvern, pereżempju l-fergħa muniċipali tal-SASAC għandha sehem minoritarju f’Fushun Carbon, l-akbar produttur tal-elettrodi tal-grafit f’Liaoning, li jfisser li għandha influwenza diretta fuq il-kumpanija. Bl-istess mod, kumpanija ta’ investiment tal-Istat CITIC għandha sehem minoritarju f’Heifei Carbo, produttur importanti tal-elettrodi tal-grafit.

(63)

L-ilment indika wkoll li l-produtturi tal-materja prima ewlenija, il-kokk aċikulari (needle coke), huma wkoll fil-biċċa l-kbira SOEs. Skont l-ilment, il-produttur ewlieni tal-kokk aċikulari bbażat fuq il-petroleum u fuq il-faħam fiċ-Ċina huwa s-CNPC Jinzhou Petrochemical Company, sussidjarja ta’ PetroChina, li l-uniku azzjonist ta’ kontroll tagħha huwa ċ-China National Petroleum Corporation (CNPC), intrapriża kbira tal-Istat ġestita mill-SASAC. Barra minn hekk, Shanghai Baosteel Chemical, sussidjarja tal-kumpanija tal-Istat China Baowu Steel Group hija produttur ewlieni tal-kokk aċikulari.

(64)

L-ilment indika wkoll li l-produtturi ewlenin tal-elettrodi tal-grafit, kemm jekk SOEs kif ukoll jekk kumpaniji privati, huma membri tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Karbonju taċ-Ċina, li hija ssorveljata direttament mill-SASAC u mill-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili. Din l-organizzazzjoni għandha l-għan li ssegwi l-kmandament tal-Partit u timplimenta l-għanijiet u l-kompiti ewlenin iddeterminati mid-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista.

(65)

L-ilment ikkwota wkoll għadd ta’ eżempji ta’ konnessjonijiet personali bejn il-ġestjoni tal-produtturi tal-elettrodi tal-grafit u l-Partit Kommunista Ċiniż, (is-“CCP”), inkluża l-preżenza ta’ membri tas-CCP fost l-amministrazzjoni f'livell ogħla tal-produtturi tal-elettrodi tal-grafit, inkluż f’Fushun Carbon, Fangda Carbon, CIMM Group u fil-kumpaniji li jipproduċu materja prima ewlenija, bħal Ansteel Chemical u Shaanxi Coal and Chemical Industry Group.

(66)

L-ilment semma wkoll espansjoni kbira tal-kapaċità fil-Mongolja Interna (13).

(67)

L-ilment jelenka wkoll dokumenti ta’ gwida li jiggwidaw l-iżvilupp tal-industrija tal-elettrodi tal-grafit, inklużi: il-verżjoni tal-2013 u tal-2019 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali - miżura ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, li tipprovdi l-appoġġ għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit tal-UHP b’dijametru ta’ 600 mm u aktar; Il-Katalogu dwar il-Prodotti u s-Servizzi Ewlenin tal-Industriji Emerġenti Strateġiċi u l-Klassifikazzjoni tal-2018 tal-Industriji Emerġenti Strateġiċi, li jinkludu l-elettrodi tal-grafit fid-dispożizzjonijiet tal-“materjali l-ġodda”; It-13-il FYP għall-industrija tal-kimika tal-Provinċja ta’ Shanxi; It-13-il FYP tal-Provinċja ta’ Shanxi dwar l-Industrija tal-Materjali Ġodda u t-13-il FYP tal-Provinċja ta’ Shanxi dwar l-Iżvilupp Industrijali u tal-Informazzjoni; Pjan ta’ Ħames Snin għall-Punent ta’ Henan 2019-2025; Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni tal-Mongolja Interna għall-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Emerġenti fir-Reġjun Awtonomu; Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Proġett tal-Bini ta’ Bażi Nazzjonali Ġdida għall-Materja Prima fil-Provinċja ta’ Liaoning jew il-Pjan ta’ Kostruzzjoni għat-Tisħiħ tal-Industrija tal-Provinċja ta’ Heilongjiang; Magħmul fiċ-Ċina 2025. Għadd ta’ dokumenti għandhom fil-mira l-kokk aċikulari, inkluż il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija u l-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali tal-2019 u fil-livell provinċjali. It-13-il FYP għal Żvilupp ta’ Industrija ta’ Materjal Ġdid ta’ Shanxi jimmira direttament lejn il-kokk aċikulari li huwa definit bħala industrija mħeġġa. Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Provinċja ta’ Shanxi dwar l-Iżvilupp Industrijali u tal-Informazzjoni jimmira lejn il-kokk aċikulari fir-rigward tal-għan tiegħu li jaċċellera t-trasformazzjoni tal-industriji tradizzjonali u li jħaffef l-iżvilupp tal-industrija potenzjali.

(68)

Kif indikat fil-premessa (46), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentaturi, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(69)

Waslu kummenti f’dan ir-rigward mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (51), il-produtturi esportaturi affermaw li s-settur Ċiniż tal-elettrodi tal-grafit huwa orjentat ħafna lejn is-suq, bi preżenza limitata biss ta’ SOEs, li joperaw abbażi ta’ prinċipji tas-suq u kummerċjali u mingħajr regolamenti jew politiki speċifiċi adottati mill-GTĊ biex “jinkoraġġixxu” l-produzzjoni jew l-esportazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafit.

(70)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi faċilment disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

3.3.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

(71)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dan il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (14). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (15).

(72)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is]-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (16) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(73)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (17). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(74)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet xorta waħda jinkludu miri espliċiti tal-output, li kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt) (18).

(75)

It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom jeħtieġ li jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.8 ta’ hawn taħt) (19). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (20).

(76)

It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex iddefinita, li għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (21). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (22).

(77)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżultaw fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (23).

3.3.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(78)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(79)

Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (24). Inkambju, l-SOEs igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (25). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-elettrodi tal-grafit huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.3.1.4 ta' hawn taħt.

(80)

Speċifikament fis-settur tal-elettrodi tal-grafit, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ, kif indikat fl-ilment u deskritt fil-premessa (61). L-investigazzjoni kkonfermat li għadd kbir ta’ kumpaniji, inklużi dawk elenkati fl-ilment huma tabilħaqq SOEs u li minkejja li ma teżisti l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar il-qasma eżatta bejn kumpaniji privati u SOEs, il-preżenza ta’ SOEs fis-settur tal-elettrodi tal-grafit hija sostanzjali, inkluż, fost l-oħrajn, l-entitajiet li ġejjin: Shanxi Jinneng Group Co., Ltd., Henan General Machinery, Kaifeng Carbon. Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-preżenza fis-settur ta’ impriżi konġunti bejn kumpaniji privati u tal-Istat, bħal fil-każ ta’ Baofang Carbon Material Technology (ikkontrollata 51 % mill-Grupp Baowu proprjetà tal-Istat u 49 % minn Fangda Carbon New Material Co., LTD (26)) jew ta’ Fushun Carbon (b’65,5 % proprjetà ta' Fangda Carbon New Material Co., LTD u 34,5 % proprjetà ta' Fushun Longsheng State-owned Capital Operation Group Co., Ltd.).

(81)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li diversi SOEs, bħas-CNPC Jinzhou Petrochemical (27) u Shanghai Baosteel (28) Chemical, huma involuti fil-produzzjoni tal-kokk aċikulari, materja prima essenzjali għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Barra minn hekk, SOE oħra, Ordos Weiyi High-Tech Materials (29), sussidjarja ta’ Baotou, hija involuta fi proġett ta’ espansjoni tal-kapaċità tal-kokk aċikulari fil-Mongolja Interna.

(82)

Minħabba l-livell għoli ta’ intervent mill-gvern fl-industrija tal-elettrodi tal-grafit u l-preżenza sinifikanti ta’ SOEs fis-settur, kif ukoll fil-livell upstream, anki l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-elettrodi tal-grafit huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt.

3.3.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(83)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (30), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (31)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex jipprijoritizzaw il-“patrijottiżmu” u biex jikkonformaw mad-dixxiplina tal-partit (32). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (33). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-elettrodi tal-grafit u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(84)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu “General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era” (“il-Linji Gwida”) (34), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nżidu aktar il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (35).

(85)

Speċifikament fis-settur tal-elettrodi tal-grafit, kif diġà ġie indikat, ħafna mill-produtturi huma proprjetà tal-Istat u jiddikjaraw l-impenn tagħhom li jaderixxu mal-politiki industrijali tal-gvern, kif ukoll mar-rwol ewlieni tas-CCP. Pereżempju, il-kumpanija kummerċjali tal-Istat Henan General Machinery u l-produttur Kaifeng Carbon ilhom jenfasizzaw l-importanza tal-gwida tas-CCP għal bosta snin, b’Henan General Machinery tiddikjara li “iggwidata mill-kunċett xjentifiku ta’ żvilupp, [se] nimplimenta b’mod profond l-ispirtu tat-18-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” (36) u Kaifeng Carbon jirrapporta dwar l-ewwel kungress tal-Partit tal-kumpanija li kellu suċċess diġà fl-2016 (37). Madankollu, l-influwenza tal-Istat u tal-Partit mhijiex limitata għal kumpaniji tal-istat iżda sseħħ ukoll f’kumpaniji privati, u dan jikkonferma l-influwenza dejjem tikber tas-CCP fis-settur privat deskritta fil-premessa hawn fuq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-President tal-bord ta’ Fangda Carbon New Material Co., LTD., huwa wkoll membru tas-CCP (38). Barra minn hekk, il-kumpanija tiddikjara dan li ġej fir-rigward tal-attivitajiet tal-bini tal-Partit: “Fangda Carbon, bħala waħda mill-intrapriżi ewlenin tal-karbonju fid-dinja, timplimenta b’mod attiv il-kultura korporattiva filwaqt li tikkunsidra “il-Bini tal-Partit bħala r-Ruħ”. Matul is-snin, il-kumpanija ffukat mill-qrib fuq l-istrateġija ta’ żvilupp korporattiv tal-“bini ta’ Partit b’saħħtu biex tikber b’saħħitha”, integrat il-bini tal-Partit b’mod sod fil-produzzjoni u fl-operat tan-negozju tal-kumpanija, u ġabret enerġija pożittiva b’saħħitha għall-iżvilupp b’saħħtu u rapidu tal-kumpanija. […] Matul is-snin, Fangda Carbon kontinwament saħħet il-bini tal-organizzazzjoni tal-Partit […]. Il-kumitat tal-Partit tal-kumpanija rċieva l-premju ta’ “Pijunier Nazzjonali għall-Organizzazzjoni Avvanzata tal-Partit tal-Massa” […]” (39) Bl-istess mod, il-kumpanija Jilin Carbon Co. LTD., parti mill-Grupp Zhongze, tiddikjara: “L-organizzazzjonijiet tal-partiti fil-livelli kollha ta’ Zhongze Group iwettqu b’mod attiv sensiela ta’ attivitajiet ta’ bini tal-partit biex jiċċelebraw id-99 anniversarju tat-twaqqif tal-Partit Komunista taċ-Ċina, […] dimostrazzjoni tad-determinazzjoni, it-twemmin u r-responsabbiltà tal-intrapriżi privati li dejjem jaderixxu mat-tmexxija tal-Partit biex jgħinu fil-bini ta’ ekonomija soċjalista. […] Il-kumpaniji kollha f'Zhongze Group dejjem komplew jagħmlu biċċa xogħol tajba fil-bini tal-Partit, b’attivitajiet bħall-iżvilupp ta’ lezzjonijiet tal-Partit u, l-organizzazzjoni ta’ lezzjonijiet dwar l-istorja tal-Partit, u l-istabbiliment ta’ mudelli avvanzati, il-wirt tal-ġene l-aħmar u ż-żamma tal-aspirazzjoni oriġinali.” (40)

(86)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Karbonju taċ-Ċina, jiġifieri l-assoċjazzjoni tal-industrija tas-settur tal-elettrodi tal-grafit li tagħha Fangda Carbon New Material Co., LTD. hija membru u Viċi President, u Liaoning Dantan Technology Group hija membru u direttur permanenti, (41) jiddikjara b’mod ċar li l-iskop proprju tal-assoċjazzjoni huwa “li timplimenta l-linja tal-partit, il-linji gwida, u l-politiki” u li l-assoċjazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi l-organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tiżviluppa attivitajiet tal-partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit” (42).

(87)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (43). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-elettrodi tal-grafit u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u mal-kostijiet.

3.3.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: ordni jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(88)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti l-aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (44).

(89)

L-industrija tal-elettrodi tal-grafit titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffukati fuq l-elettrodi tal-grafit, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali.

(90)

Kif indikat fl-ilment u fil-premessa (67) ta' hawn fuq, jeżistu għadd kbir ta’ dokumenti ta’ gwida politika għall-industrija tal-elettrodi tal-grafit u għall-kokk aċikulari, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Ir-riċerka tal-Kummissjoni kkonfermat l-informazzjoni pprovduta fl-ilment f’dak ir-rigward. Pereżempju, l-elettrodi tal-grafit huma elenkati bħala industrija mħeġġa fil-punt VIII.2 tal-Katalogu ta’ Gwida tal-NDRC tal-2019 għall-Aġġustamenti tal-Industrija. Din id-dispożizzjoni tirreferi għal “elettrodi tal-enerġija b’potenza għolja ħafna b’dijametru ta’ 600 mm u aktar, briksijiet tal-karbonju mikroporużi u ultramikroporużi għall-fran tal-blast, grafit speċjali (b’qawwa għolja, densità għolja, purità għolja, modulu għoli), katodu tal-grafit (ta’ kwalità tajba), l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-fran tal-grafitizzazzjoni interna” (45). L-istess taqsima tal-Katalogu ta’ Gwida telenka wkoll il-kokk aċikulari: “L-użu tar-riżorsi tal-likwidu tal-iskart tad-desulfurizzazzjoni, it-trattament avvanzat u l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi tal-kokk, il-qatran tal-faħam u l-materjali bbażati fuq il-karbonju, il-kokk aċikulari miż-żift tal-faħam, l-użu b’valur miżjud għoli tal-gass tal-forn tal-kokk, il-gass mhux ipproċessat u l-ammonijaka ċirkolanti, eċċ.” B’mod simili, fuq il-livell provinċjali, it-tħaffif tat-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-industrija tal-faħam jirrappreżentaw waħda mill-prijoritajiet iddeżinjati tat-13-il FYP tal-provinċja ta’ Shanxi dwar l-Iżvilupp Industrijali u tal-Informazzjoni. Skont dak il-pjan, li jirreferi kemm għall-elettrodi tal-grafit kif ukoll għall-kokk aċikulari, il-provinċja jenħtieġ li: “tkompli tiżviluppa b’mod attiv is-sustanzi kimiċi tal-ipproċessar fin ta’ segwitu taż-żejt tal-ħasil, taż-żejt tal-fenol, taż-żejt tan-naftalen, taż-żejt tal-antraċene u ta’ frazzjonijiet oħra, li jiffokaw fuq il-promozzjoni ta’ kokk aċikulari abbażi ta’ żift u ta’ elettrodi tal-grafit tal-enerġija b’potenza għolja ħafna, iswed tal-karbonju speċjali, grafit nukleari, u materjali tal-karbonju b’valur miżjud għoli abbażi ta’ żift bħall-fibra tal-karbonju. Tippromwovi l-formazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni fuq skala kbira.” (46) Fil-livell muniċipali, eżempju jirrappreżenta l-Park Industrijali Xishe taż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku ta’ Jishan f’Datong (Shanxi) fejn proġett ta’ elettrodi tal-grafit tal-enerġija b’potenza għolja ħafna mibni ġdid b’output annwali ta’ 60 000 tunnellata ta’ dijametru ta’ 600 mm u aktar b’investiment totali ta’ RMB 1,2 biljun qed jitqies bħala proġett provinċjali ewlieni. (47) Ir-riċerka tal-Kummissjoni kkonfermat ukoll li l-pjan ta’ Henan tal-Punent għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament tal-industrija u għall-bini ta’ żoni ta’ dimostrazzjoni, (48) il-pjan ta’ implimentazzjoni tal-Mongolja Interna għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industriji emerġenti fir-reġjun awtonomu (49), il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Proġett tal-Bini ta’ Bażi Nazzjonali Ġdida ta’ Materja Prima fil-Provinċja ta’ Liaoning, (50) kif ukoll il-Pjan ta’ Kostruzzjoni għat-Tisħiħ tal-Industrija tal-Provinċja ta’ Heilongjiang (51) jidhru fost id-dokumenti tal-politika industrijali mmirati lejn is-settur tal-elettrodi tal-grafit.

(91)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi attivi fis-settur tal-elettrodi tal-grafit jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-kokk aċikulari bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.3.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(92)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin proprji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (52).

(93)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (53). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (54). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (55).

(94)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-elettrodi tal-grafit huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta ditti insolventi jiġu miżmuma ħajjin u meta d-drittijiet għall-użu tal-art jiġu allokati fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anki fis-settur tal-elettrodi tal-grafit.

(95)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-elettrodi tal-grafit, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

3.3.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi

(96)

Ma huwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (56). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (57). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (58). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(97)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-elettrodi tal-grafit mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk is-settur tal-elettrodi tal-grafit huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

3.3.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(98)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(99)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (59), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (60) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (61). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (62).

(100)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(101)

Pereżempju, il-GTĊ dan l-aħħar iċċara li anki d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni fil-kumpaniji (63). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (64).

(102)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (65).

(103)

Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (66). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(104)

It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(105)

It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fil-valur referenzjarju jew taħtu għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa mill-aħħar tal-2018 (67). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel.” (68) Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(106)

It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(107)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali.

(108)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-elettrodi tal-grafit se jkun eżentat mill-intervent mill-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.3.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(109)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.2 - 3.3.1.5, kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.3.1.6 - 3.3.1.8 ta’ hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport.

(110)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-elettrodi tal-grafit, hija meħtieġa firxa ta’ inputs, bħal, fost l-oħrajn, il-kokk petroliferu, il-kokk petroliferu aċikulari, il-kokk taż-żift aċikulari, kif ukoll l-elettriku (ara t-Taqsima 2.1). Skont l-evidenza fil-fajl, ir-RPĊ hija wieħed mill-produtturi ewlenin tal-kokk aċikulari — il-materja prima ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit u l-produtturi esportaturi fil-kampjun kisbu l-biċċa l-kbira tal-inputs tagħhom fir-RPĊ (jiġifieri aktar minn 70 % f’termini tal-valur tax-xiri). Meta l-produtturi tal-elettrodi tal-grafit jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(111)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-elettrodi tal-grafit ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju.

3.3.1.10.   Konklużjoni

(112)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.3.1.2. sa 3.3.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-elettrodi tal-grafit uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent sostanzjali mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti mill-produtturi esportaturi li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti (ara l-premessa (69)) u kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(113)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.3.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.3.2.1.   Kummenti ġenerali

(114)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (69);

Il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

Fejn hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(115)

Kif spjegat fil-premessi (43) u (44), il-Kummissjoni ħarġet u poġġiet fuq il-fajl żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. In-Noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej.

3.3.2.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina u l-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat

(116)

Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat il-pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Bank Dinji kklassifika lil dawn il-pajjiżi bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Madankollu, produzzjoni mdaqqsa tal-prodott li qed jiġi investigat instabet li teżisti biss fi tliet pajjiżi, jiġifieri l-Malasja, il-Messiku u r-Russja.

(117)

Wara t-Tieni Nota, is-CCCME u Fangda Carbon New Material Co., LTD affermaw li l-Malasja, il-Messiku u r-Russja ma humiex għażliet xierqa għall-pajjiż rappreżentattiv, u rrakkomandaw pajjiżi possibbli oħrajn, b’mod partikolari l-Ukrajna u l-Indja. Iż-żewġ partijiet innotaw li l-Kummissjoni, fi proċediment reċenti, għażlet lill-Indja bħala l-pajjiż rappreżentattiv (70).

(118)

Fir-rigward tal-investigazzjoni msemmija hawn fuq mill-partijiet, il-Kummissjoni użat lill-Indja bħala pajjiż rappreżentattiv peress li l-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni deher li ġie prodott biss fl-Indja u fl-Istati Uniti tal-Amerka. Barra minn hekk, peress li din l-investigazzjoni kienet rieżami ta’ skadenza li fiha l-kwistjoni kienet jekk id-dumping kienx probabbli li jkompli jew li jerġa’ jseħħ irrispettivament mil-livell attwali ta’ dumping, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk l-Indja setgħetx b’mod eċċezzjonali tikkostitwixxi l-bażi biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ.

(119)

Barra minn hekk, in-Noti fihom anness speċifiku biex jiggwida lill-partijiet fil-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar pajjiżi u/jew kumpaniji rappreżentattivi addizzjonali possibbli għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Iż-żewġ partijiet naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni għall-istandard u l-livell ta’ dettall meħtieġa preskritti mill-imsemmi anness.

(120)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Indja u l-Ukrajna għandhom livell ta’ żvilupp ekonomiku inferjuri għal dak tar-RPĊ kif definit mill-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji filwaqt li l-Malasja, il-Messiku u r-Russja għandhom livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak tar-RPĊ. Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2 (6a)(a) tar-Regolament bażiku, li jordna li l-valur normali jiġi stabbilit abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, dawn il-pajjiżi tqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali xierqa, u ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġu kkunsidrati pajjiżi b’livell aktar baxx ta’ żvilupp ekonomiku bħall-Indja u l-Ukrajna. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet.

3.3.2.3.   Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(121)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi li fihom il-prodott ikkonċernat qed jiġi prodott, jiġifieri l-Malasja, il-Messiku u r-Russja, id-disponibbiltà tad-data pubblika kellha tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(122)

Fir-rigward tal-Federazzjoni Russa, ir-rapporti finanzjarji tal-produtturi identifikati kienu jikkonċernaw biss l-2019. Barra minn hekk, kumpanija waħda fir-Russja kienet qed tagħmel it-telf. Barra minn hekk, fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ distorsjonijiet eżistenti fis-suq Russu li kellhom impatt fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat u mminaw lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv adattat.

(123)

Fir-rigward tal-Malasja, ir-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku datati lura għall-2017, jagħmluhom skaduti meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, kien hemm żewġ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-Malasja, għalkemm kellhom impatt immaterjali fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat li jirrappreżenta madwar 1 % tal-kost tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Sadanittant, il-Kummissjoni kisbet aċċess għal rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku għall-2020 ta’ Showa Denko Malaysia (71) iżda l-kumpanija kienet qed tagħmel telf għal dik is-sena. B’riżultat ta’ dan, peress li ma kien hemm l-ebda produttur profittabbli f’dan il-pajjiż b’data faċilment disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ma qisitx li l-Malasja kienet pajjiż rappreżentattiv adattt.

(124)

Fir-rigward tal-Messiku, il-Kummissjoni identifikat produttur wieħed, jiġifieri GrafTech Mexico S.A. de C.V (“GrafTech Mexico”). Għalkemm ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija ma kinux disponibbli faċilment, il-Kummissjoni identifikat ir-Rapport Annwali ta’ GrafTech Group (“GrafTech International”) għall-2020 li kien fih ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, kollox ma’ kollox, din dehret li kienet l-aħjar data faċilment disponibbli. Fl-aħħar nett, fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-Messiku kellu r-rekwiżiti tal-importazzjoni fuq l-elettrodi tal-grafit (kodiċijiet tariffarji 8545 11 u 8545 90) fil-forma ta’ rekwiżiti tat-tikkettar. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti ta’ tikkettar mhumiex speċifiċi għall-prodott iżda japplikaw għall-prodotti kollha importati fil-Messiku. Ir-regolament rilevanti tal-Messiku (72) jipprevedi regoli ġenerali li jiżguraw li t-tikketti ma jqarrqux bil-konsumaturi jew bl-utenti finali fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u bħala tali ma jikkostitwixxux restrizzjoni fuq l-importazzjoni. Għalhekk, dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx impatt importanti fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(125)

Wara l-Ewwel Nota, fis-sottomissjonijiet tagħhom, Fangda Carbon New Material Co., Ltd., Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. u s-CCCME sostnew li GrafTech Mexico ma kinitx għażla adattata. L-ewwel nett, peress li l-uniċi rapporti finanzjarji disponibbli kienu kontijiet konsolidati li jikkonsistu mhux biss mill-Messiku, iżda wkoll mis-sussidjarji l-oħra madwar id-dinja, dawn il-kontijiet konsolidati kienu jinkorporaw kumpaniji minn pajjiżi li ma setgħux jitqiesu fl-istess livell ta’ żvilupp bħaċ-Ċina u li ma kinux jirriflettu l-ispejjeż ġenerali fissi tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt tal-Messiku, jekk il-Messiku kellu jsir il-pajjiż rappreżentattiv għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. sostniet li, jekk il-Messiku jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv, il-profitt ta’ GrafTech International Ltd irid jiġi aġġustat biex jirrifletti l-livell raġonevoli ta’ profitt tal-operazzjoni tal-elettrodi tal-grafit, peress li l-livell ta’ profitt konsolidat ta’ GrafTech International Ltd huwa għoli b’mod eċċessiv, li jirriżulta min-natura kompletament integrata vertikalment tal-operazzjoni ta’ GrafTech, fejn il-kumpanija tipproduċi l-kokk petroliferu aċikulari tagħha stess minflok tiddependi minn fornituri ta’ partijiet terzi. Fl-aħħar nett, is-CCCME qajmet dubji dwar l-oġġettività ġenerali ta’ kull data kif ipprovduta minn GrafTech Mexico, minħabba li GrafTech International Ltd hija parti li qed tappoġġa l-Ilment.

(126)

Fl-aħħar nett, Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. ressqet osservazzjoni aktar ġenerali, jiġifieri li l-profittabbiltà għall-2020 se titnaqqas ħafna meta mqabbla mal-2019 minħabba l-fenomenu ċikliku ta’ din l-industrija u l-effetti tal-pandemija globali dan l-aħħar. Għalhekk, sakemm ma ssirx disponibbli d-data finanzjarja individwali ta’ GrafTech Mexico fl-2020, il-Messiku ma jissodisfax ir-rekwiżit bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a).

(127)

Kif iddikjarat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni sabet online ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ GrafTech International Ltd. Fl-Ewwel Nota dawn kienu jikkonċernaw is-sena fiskali 2019, (73) , filwaqt li fit-Tieni Nota – is-sena fiskali 2020 (74)..

(128)

Fir-rigward tal-pretensjoni li l-kontijiet konsolidati ta’ GrafTech International Ltd. jinkorporaw kumpaniji li ma jirriflettux l-ispejjeż ġenerali fissi tal-manifattura, SG&A u l-profitt tal-Messiku, id-data disponibbli minn GrafTech International Ltd. hija speċifika għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, peress li l-uniku prodott li jimmanifattura l-grupp huwa l-elettrodi tal-grafit. Fi kliem ieħor, id-data finanzjarja kkonsolidata tal-grupp tirrifletti kemm il-prestazzjoni tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit kif ukoll l-ispejjeż fissi ġenerali tal-manifattura tiegħu, l-SG & A u l-profitt tal-elettrodi tal-grafit billi l-grupp ma jimmanifattura l-ebda prodott ieħor għajr l-elettrodi tal-grafit. GrafTech International ltd. kienet qed tagħmel profitt ukoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, GrafTech Mexico hija wkoll kumpanija ta’ daqs simili għall-kumpaniji Ċiniżi u għandha wkoll produzzjoni importanti tal-prodott ikkonċernat.

(129)

Fl-aħħar nett, id-data minn kwalunkwe produttur ieħor ikkunsidrat minn pajjiżi oħrajn ma setgħetx tintuża għar-raġunijiet spjegati u l-ebda waħda mill-partijiet li ppreżentaw kummenti wara l-Ewwel Nota ma ppreżentat alternattivi.

(130)

Madankollu, fid-dawl ta’ dawn il-kummenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga wkoll jekk kienx hemm xi produtturi fl-istess kategorija jew f’kategoriji simili ta’ prodotti bħall-prodott li qed jiġi investigat fil-Messiku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-profitt iddikjarat fil-kontijiet konsolidati tal-2020 ta’ GrafTech International kien tabilħaqq straordinarjament għoli (35,5 % espress fuq bażi ta’ dħul). Fost il-produtturi Messikani li jipproduċu l-istess prodotti jew kategoriji ta’ prodotti simili għall-prodott li qed jiġi investigat, f’dan l-istadju l-Kummissjoni identifikat kumpanija waħda biss li kellha data disponibbli għall-2020. Jiġifieri Reotix Materiales Refractarios, S.A. de C.V (“Reotix Materiales Refractarios”), kumpanija attiva fin-negozju refrattorju mhux tat-tafal. Il-profitt miksub minn dik il-kumpanija fl-2020 kien ta’ 4,7 %. Fin-nuqqas ta’ kull data affidabbli oħra faċilment disponibbli f’dan l-istadju, il-Kummissjoni qieset li dan il-profitt jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn produttur fil-Messiku tal-prodott li qed jiġi investigat.

(131)

Min-naħa l-oħra, l-SG & A ta’ Reotix Materiales Refractarios, dehru li kienu ta’ 39,0 % fuq bażi ta’ dħul. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni sabet li huwa aktar raġonevoli li tiddependi fuq l-SG & A rrappurtati fir-Rapport Annwali għall-2020 ta’ GrafTech International Ltd, li kienu 5,9 % fuq bażi ta’ dħul, peress li dawn kienu relatati mal-prodott ikkonċernat, u, parzjalment, ma’ GrafTech Mexico.

(132)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, fin-nuqqas ta’ kull data affidabbli oħra, il-Kummissjoni qieset li l-ammont ta’ SG & A ta’ GrafTech International Ltd u l-profitt miksub minn Reotix Materiales Refractores mhumiex distorti u huma raġonevoli skont it-tifsira tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(133)

B’reazzjoni għat-Tieni Nota, is-CCCME u Fangda Carbon New Material Co., LTD u Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd opponew l-użu tal-SG&A miksuba minn GrafTech International Ltd peress li ġew mid-data finanzjarja konsolidata ta’ diversi kumpaniji stabbiliti f’pajjiżi b’livell differenti ta’ introjtu, inklużi pajjiżi b'introjtu għoli, madankollu, mingħajr ma ppreżentaw argumenti ġodda meta mqabbla ma’ argumenti simili li tressqu wara l-Ewwel Nota, jew xi evidenza f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u Fangda Carbon New Material Co., LTD appoġġaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża profitt raġonevoli.

(134)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra jew tas-sottomissjoni ta’ kull data oħra faċilment disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li s-sorsi li pproponiet li tuża għall-SG & A u l-profitt huma mingħajr distorsjoni u huma raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) l-aħħar paragrafu tar-Regolament bażiku.

3.3.2.4.   Il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(135)

Wara li ġie stabbilit li l-Messiku kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.5.   Konklużjoni

(136)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(137)

Fil-kummenti tagħhom, Fangda Carbon New Material Co., Ltd., Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. u s-“CCCME” saħqu li jrid jinstab ir-raba’ pajjiż rappreżentattiv alternattiv. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn il-partijiet ma pproponiet pajjiż rappreżentattiv alternattiv. Hawnhekk jenħtieġ li jiġi ssottolinjat li, tabilħaqq, mill-pajjiżi kollha bi żvilupp ekonomiku komparabbli mar-RPĊ, il-Kummissjoni identifikat, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, li l-Messiku, il-Malasja u r-Russja biss kellhom il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, minn dawn it-tliet pajjiżi, kien biss fil-Messiku li d-data rilevanti kienet faċilment disponibbli.

(138)

Fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u l-fatti rilevanti kollha meqjusa fit-totalità tagħhom, il-Kummissjoni b’mod proviżorju ddeċidiet li tuża lill-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv adattat għall-fini li tistabbilixxi l-valur normali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kumpanija GrafTech Mexico ibbażata fil-Messiku f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

3.3.3.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni

(139)

Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-partijiet interessati u ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, fl-Ewwel Nota l-Kummissjoni stabbiliet lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni bħal materjali, enerġija u manodopera użati għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.