ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
Rettifika |
Paġna |
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
Rettifika
9.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/1 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-24 ta’ Frar 2021 li tissostitwixxi l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2021/1238]
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 271 tad-29 ta’ Lulju 2021 )
Fil-qoxra, f’paġna 1, fit-titolu:
għal:
“Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-24 ta’ Frar 2021 li tissostitwixxi l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2021/1238]”,
aqra:
“Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 12/21/COL tal-24 ta’ Frar 2021 li tissostitwixxi l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2021/1238]”.
9.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/2 |
Rettifika għad-Deċiżjoni Delegata tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tat-13 ta’ April 2021 li tirrikonoxxi l-istatus ħieles mill-mard tan-Norveġja fir-rigward tal-Brucella melitensis f’annimali ruminanti żgħar [2021/1331]
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 290 tat-12 ta’ Awwissu 2021 )
Fil-qoxra, fil-paġna 3, fit-titolu:
Għal:
“Deċiżjoni Delegata tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tat-13 ta’ April 2021 li tirrikonoxxi l-istatus ħieles mill-mard tan-Norveġja fir-rigward tal-Brucella melitensis f’annimali ruminanti żgħar [2021/1331]”,
Aqra:
“Deċiżjoni Delegata tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 29/21/COL tat-13 ta’ April 2021 li tirrikonoxxi l-istatus ħieles mill-mard tan-Norveġja fir-rigward tal-Brucella melitensis f’annimali ruminanti żgħar [2021/1331]”.
9.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/3 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-21 ta’ April 2021 dwar l-approvazzjoni ta’ status u programmi ta’ eradikazzjoni ħielsa mill-mard u mhux tat-tilqim tan-Norveġja u l-Iżlanda jew ċerti żoni jew kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/689 [2021/1332]
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 290 tat-12 ta’ Awwissu 2021 )
Fil-paġna tal-qoxra, u fil-paġna 5, fit-titolu,
minflok:
“Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tal-21 ta’ April 2021 dwar l-approvazzjoni ta’ status u programmi ta’ eradikazzjoni ħielsa mill-mard u mhux tat-tilqim tan-Norveġja u l-Iżlanda jew ċerti żoni jew kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/689 [2021/1332]”,
aqra:
“Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 32/21/COL tal-21 ta’ April 2021 dwar l-approvazzjoni ta’ status u programmi ta’ eradikazzjoni ħielsa mill-mard u mhux tat-tilqim tan-Norveġja u l-Iżlanda jew ċerti żoni jew kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/689 [2021/1332]”.
9.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/4 |
Rettifika tad-Deċiżjoni Delegata tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tat-22 ta’ April 2021 li tapprova l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-virus tar-rabja (RABV) tan-Norveġja u li temenda d-Deċiżjoni Nru 032/21/COL [2021/1333]
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 290 tat-12 ta’ Awwissu 2021 )
Fil-qoxra, u f’paġna 11, fit-titlu,
minflok:
“Deċiżjoni Delegata tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tat-22 ta’ April 2021 li tapprova l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-virus tar-rabja (RABV) tan-Norveġja u li temenda d-Deċiżjoni Nru 032/21/COL [2021/1333]”,
aqra:
“Deċiżjoni Delegata tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 33/21/COL tat-22 ta’ April 2021 li tapprova l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-virus tar-rabja (RABV) tan-Norveġja u li temenda d-Deċiżjoni Nru 32/21/COL [2021/1333]”.
9.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/5 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tal-14 ta' Ġunju 2018 )
Fil-paġna 46, l-Artikolu 40, il-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu,
minflok:
“Fejn id-delega ta’ kompitu ta’ kontrolli uffiċjali jew kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra tkun ġiet sospiża, il-korpi ta’ kontroll ikkonċernati ma għandhomx joħorġu ċertifikati msemmija fl-Artikolu 35 għal dawk il-partijiet li għalihom tkun ġiet sospiża d-delega. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk kwalunkwe ċertifikat maħruġ mill-korpi ta’ kontroll ikkonċernati qabel id-data ta’ dak l-irtirar parzjali jew totali jibqgħux validi, u għandhom jinformaw lill-operaturi kkonċernati b’dik id-deċiżjoni.”,
aqra:
“Fejn id-delega ta’ kompiti ta’ kontrolli uffiċjali jew kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra tkun ġiet sospiża, il-korpi ta’ kontroll ikkonċernati ma għandhomx joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 35 għal dawk il-partijiet li għalihom tkun ġiet sospiża d-delega. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk kwalunkwe ċertifikat maħruġ mill-korpi ta’ kontroll ikkonċernati qabel id-data ta’ dik is-sospensjoni parzjali jew totali jibqgħux validi, u għandhom jinformaw lill-operaturi kkonċernati b’dik id-deċiżjoni.”.