ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1334
tas-27 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allużjonijiet għall-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi għal xorb spirituż fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż ieħor
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2019/787 jistabbilixxi regoli dwar kif jidhru l-allużjonijiet għall-isem ġuridiku ta’ kategoriji ta’ xorb spirituż jew ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb alkoħoliku. |
(2) |
L-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2019/787 ma jirrikjedix li l-isem tax-xarba alkoħolika li tirriżulta jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni. Fejn l-isem tax-xarba alkoħolika jidher f’kamp viżiv differenti mill-allużjoni, il-konsumaturi jistgħu madankollu jaslu biex jemmnu li l-allużjoni hija parti mill-isem tax-xarba alkoħolika, partikolarment fil-każijiet fejn ix-xarba alkoħolika li tirriżulta tkun xarba spirituża. |
(3) |
Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, din l-allużjoni tista’ tapprofitta bla bżonn mir-reputazzjoni ta’ kategoriji ta’ xorb spirituż jew ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, li, meta kkombinati ma’ oġġetti tal-ikel oħra li mhumiex meħtieġa jew permessi fil-produzzjoni tagħhom, jitilfu n-natura tagħhom u ma jkunux jistgħu jibqgħu jiġu ttikkettati bħala tali. Għaldaqstant, il-wiri ta’ dawk l-ismijiet b’mod prominenti fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tax-xarba spirituża li tagħmel allużjoni għalihom, jista’ jirriżulta effettivament f’miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni tagħhom. |
(4) |
L-Artikolu 7(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jirrikjedi li l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida, partikolarment fin-natura u l-identità tal-ikel. L-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, inkluż l-isem tal-oġġett tal-ikel, għandha tiġi pprovduta u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi li l-informazzjoni obbligatorja tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn adegwat, ma titħassarx. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/787, ir-rekwiżiti tal-preżentazzjoni u t-tikkettar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 japplikaw għax-xorb alkoħoliku li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż ma’ oġġetti tal-ikel oħra. Sabiex jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati bl-aħjar mod, partikolarment għax-xorb spirituż li jagħmel allużjoni għal xorb spirituż ieħor, huwa xieraq li jkun rikjest li l-isem ġuridiku tax-xorb spirituż li jirriżulta, jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni ta’ xorb spirituż. Jenħtieġ li dan isir kull darba li l-allużjoni tiġi indikata fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ xarba spirituża. Dan jevita prattiki li jiżgwidaw u jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu infurmati kif xieraq rigward in-natura attwali tax-xarba spirituża li tirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż ma’ oġġetti tal-ikel oħra. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/787 jiġi emendat kif xieraq. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar stabbiliti f’dan ir-Regolament biex jippermetti lix-xorb spirituż ittikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jibqa’ jitqiegħed fis-suq mingħajr il-ħtieġa li jiġi ttikkettat mill-ġdid. |
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ vojt regolatorju, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika retroattivament mill-25 ta’ Mejju 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/787, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. L-allużjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3:
(a) |
ma għandhomx ikunu fuq l-istess linja bħall-isem tax-xarba alkoħolika; u |
(b) |
għandhom jidhru b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika u, fejn jintużaw termini komposti, b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għal tali termini komposti, f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 11(3); u |
(c) |
fil-każ ta’ allużjonijiet fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż, dawn jiġu akkumpanjati dejjem bl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni.”. |
Artikolu 2
Ix-xorb spirituż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2019/787 kif emendat b’dan ir-Regolament, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li ġie ttikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1335
tas-27 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar ta’ xorb spirituż li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża ma’ oġġett tal-ikel wieħed jew aktar
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 jistabbilixxi regoli dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb alkoħoliku miksub permezz tal-kombinazzjoni ta’ kategorija ta’ xorb spirituż jew Indikazzjoni Ġeografika għal xarba spirituża ma’ oġġetti tal-ikel oħra. Tali xarbiet alkoħoliċi huma deskritti b’termini komposti li jikkombinaw jew isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jew l-Indikazzjoni Ġeografika għal xarba spirituża mal-isem ta’ oġġetti tal-ikel oħrajn. |
(2) |
L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 ma jirrikjedix li l-isem tax-xarba alkoħolika li tirriżulta jintwera fil-kamp viżiv bħat-terminu kompost. Dan jista’ jwassal lill-konsumaturi biex jemmnu li t-terminu kompost huwa l-isem proprju tax-xarba alkoħolika billi jabbuża bla bżonn mir-reputazzjoni tal-kategoriji tax-xorb spirituż jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, partikolarment fil-każijiet fejn ix-xarba alkoħolika li tirriżulta tkun xarba spirituża. |
(3) |
L-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jirrikjedi li l-informazzjoni dwar l-ikel ma tiżgwidax, partikolarment fir-rigward tan-natura u l-identità tal-ikel. L-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament jistipula li għandha tingħata informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, inkluż l-isem tal-oġġett tal-ikel, u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi li l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn adegwat, ma titħassarx. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/787, ir-rekwiżiti tal-preżentazzjoni u tat-tikkettar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 japplikaw għax-xorb alkoħoliku li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż ma’ oġġetti tal-ikel oħra. Sabiex jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati bl-aħjar mod, b’mod partikolari għax-xorb spirituż li jirriżulta minn tali kombinazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li l-isem ġuridiku tax-xarba spirituża li tirriżulta jintwera fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost li jiddeskrivi dik il-kombinazzjoni. Jenħtieġ li dan iseħħ kull darba li t-terminu kompost ikun indikat fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ xarba spirituża. Dan jevita prattiki li jiżgwidaw u jiżgura li l-konsumaturi jkunu infurmati kif xieraq dwar in-natura attwali tax-xorb spirituż li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż ma’ oġġetti tal-ikel oħra. |
(5) |
Madankollu, jenħtieġ li dan l-obbligu ma japplikax meta, f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/787, l-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jkun sostitwit b’terminu kompost li jinkludi l-kliem “likur” jew “krema”, sakemm il-prodott finali jkun jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/787 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar stabbiliti f’dan ir-Regolament biex ix-xorb spirituż ittikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ikun jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq mingħajr ma jkun rikjest li dawn jiġu ttikkettati mill-ġdid. |
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ vojt regolatorju, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika retroattivament mill-25 ta’ Mejju 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/787, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. It-termini komposti li jiddeskrivu xarba alkoħolika għandhom:
(a) |
jidhru b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur; |
(b) |
ma għandhomx jiġu interrotti b’xi element testwali jew ta’ stampi li ma jifformawx parti minnhom; |
(c) |
ma għandhomx jidhru f’daqs ta’ tipa akbar mid-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika; u |
(d) |
f’każijiet fejn ix-xarba alkoħolika tkun xarba spirituża, dejjem ikunu akkumpanjati mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost, sakemm l-isem ġuridiku ma jiġix sostitwit b’terminu kompost f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (b).”. |
Artikolu 2
Ix-xorb spirituż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2019/787 kif emendat b’dan ir-Regolament iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li jkun ġie ttikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1336
tat-2 ta’ Ġunju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014 fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 40 u l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 40, l-ewwel paragrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi li kwalunkwe pagament magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri lill-benefiċjarji qabel l-aktar data bikrija ta’ pagament possibbli u wara l-aktar data tard ta’ pagament possibbli huma ineliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, ħlief f’ċerti każijiet. |
(2) |
L-Artikoli 5 u 5a tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (2) jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-infiq imwettaq wara l-limiti ta’ żmien għall-pagamenti jiġi kkunsidrat bħala eliġibbli għall-pagamenti tal-Unjoni. |
(3) |
Il-paragrafu 3a iddaħħal fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014 permezz tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/160 (3) sabiex tiġi pprovduta ċ-ċertezza tad-dritt u sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li applikaw għall-pagamenti diretti li saru fis-sena finanzjarja 2015 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (4). Dik id-dispożizzjoni ma għadhiex applikabbli u għalhekk tista’ titħassar. |
(4) |
Għandhom jitwettqu kontrolli dwar il-konformità mal-aħħar skadenzi tal-pagamenti kemm għall-pagamenti fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“FAEG”), kif ukoll għall-pagamenti fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”). Madankollu, il-verifiki dwar il-konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti għall-FAEG jitwettqu darbtejn għal kull sena finanzjarja, jiġifieri fuq l-infiq imwettaq sal-31 ta’ Lulju u l-bqija tal-infiq imwettaq sal-15 ta’ Ottubru, filwaqt li l-konformità mal-iskadenza tal-pagament għall-FAEŻR tiġi vverifikata darba kull sena finanzjarja fir-rigward tal-pagamenti kollha li jkunu saru għal dik is-sena finanzjarja. |
(5) |
Għal raġunijiet ta’ sempliċità u effiċjenza u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ ukoll li tiġi stabbilita verifika waħda dwar il-konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti għas-sena finanzjarja kollha fir-rigward tan-nefqa tal-FAEG. Jenħtieġ li dik il-verifika titwettaq fuq l-infiq imwettaq sal-15 ta’ Ottubru. Madankollu, meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq, jenħtieġ li tkun possibbli għall-Kummissjoni li twettaq verifika addizzjonali fuq l-infiq imwettaq sal-31 ta’ Lulju. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) emenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u estenda l-perjodu tat-tul ta’ żmien tal-programmi tal-iżvilupp rurali appoġġati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali FAEŻR sal-31 ta’ Diċembru 2022, filwaqt li jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibilità li jiffinanzjaw il-programmi estiżi tagħhom mill-allokazzjoni tal-baġit korrispondenti għas-snin 2021 u 2022. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2020/2220 għamel disponibbli r-riżorsi addizzjonali mill-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (“EURI”) fil-programmi estiżi fis-snin 2021 u 2022 biex jiġu ffinanzjati miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 bil-għan li jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u tal-konsegwenzi tagħha għas-settur agrikolu u ż-żoni rurali tal-Unjoni. |
(7) |
Kif stabbilit fil-premessa (24) tar-Regolament (UE) 2020/2220, ir-riżorsi addizzjonali mill-EURI huma soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. Għalhekk jenħtieġ li dawk ir-riżorsi addizzjonali jiġu pprogrammati u mmonitorjati b’mod separat mill-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, filwaqt li jiġu applikati, bħala regola ġenerali, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Għaldaqstant, dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu implimentati permezz tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u jitqiesu fil-qafas ta’ dak ir-Regolament bħala ammonti li jiffinanzjaw il-miżuri li jaqgħu taħt il-FAEŻR. B’konsegwenza ta’ dan, ir-regoli rispettivi dwar il-livelli massimu u tnaqqis stabbiliti fl-Artikolu 5a tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 jenħtieġ li jiġu kkalkulati b’mod separat fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR u r-rigward tar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
(8) |
Skont ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti f’intervalli ta’ xahar jew f’intervalli regolari oħra lill-Istati Membri ibbażati fuq id-dikjarazzjonijiet tal-infiq mibgħuta minn dawn tal-aħħar. Billi tagħmel hekk, jenħtieġ, madankollu li l-Kummissjoni tqis id-dħul riċevut mill-aġenziji tal-pagamenti f’isem il-baġit tal-Unjoni, u ddikjarat mill-Istati Membri fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar tagħhom. Attwalment, fil-qafas tal-FAEG, il-Kummissjoni qed tinnettja l-ammonti tal-infiq mal-ammonti tad-dħul assenjat fid-deċiżjoni tal-pagamenti ta’ kull xahar maħruġa mill-Kummissjoni. Din l-operazzjoni finanzjarja tidderoga mill-mod ta’ kif jiġi ġestit id-dħul assenjat taħt Fondi oħra tal-Unjoni, fejn dan ma jkunx innettjat iżda rkuprat permezz ta’ ordni ta’ rkupru mfassla skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki kontabilistiċi tal-Kummissjoni u, b’mod partikolari, il-mod ta’ kif id-dħul assenjat huwa ġestit, huwa meħtieġ li l-aspett tekniku tal-ġestjoni finanzjarja tal-FAEG jiġi allinjat mal-fluss użat minn Fondi oħra tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet li fihom, id-dħul assenjat fil-qafas tal-FAEG irid jiġi paċut, mingħajr ma titqiegħed f’riskju l-eżekuzzjoni f’waqtha tal-pagamenti lill-Istati Membri. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 5a, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-livelli limiti u t-tnaqqis imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu kkalkulati b’mod separat fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, mingħajr ir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u fir-rigward ta’ dawk ir-riżorsi addizzjonali.”; |
(3) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-pagamenti ta’ kull xahar li għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ tal-infiq iddikjarat minn kull Stat Membri fid-dikjarazzjoni ta’ kull xahar tiegħu, li minnu jitnaqqas id-dħul assenjat li dak l-Istat Membru jkun inkluda fl-istess dikjarazzjoni ta’ nfiq. Din it-tpaċija għandha titqies bħala ekwivalenti għall-ġbir tad-dħul korrispondenti. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament iġġenerati mid-dħul assenjat għandhom ikunu miftuħin ladarba dan id-dħul ikun ġie assenjat għall-intestaturi baġitarji.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/160 tat-28 ta’ Novembru 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 27 3.2.2015, p. 7).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(5) Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 487).
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1337
tat-18 ta’ Ġunju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 46(6) u l-Artikolu 104 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2) jistabbilixxi r-regoli ġenerali applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-infiq u d-dħul assenjat iddikjarati mill-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward ta’ xahar partikolari. Fil-mument li jiġu stabbiliti l-pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis il-korrezzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni skont l-approvazzjoni tal-kontijiet u l-approvazzjoni tal-konformità. Għaldaqstant, minħabba li l-ammonti li jikkorrispondu għal dawn il-korrezzjonijiet huma magħrufa mill-Kummissjoni, ma hemmx ħtieġa speċifika li l-Istati Membri jinkluduhom fid-dikjarazzjoni ta’ kull xahar u jiddikjarawhom lill-Kummissjoni. Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura fir-rigward tal-ammonti li għandhom jiġu ddikjarati mill-Istati Membri, jenħtieġ li dak ir-rekwiżit jitħassar. |
(2) |
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li meta tiddeċiedi li tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri r-riżorsi meħtieġa biex ikopru l-infiq li ser jiġi ffinanzjat skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“EAGF”). Madankollu, hija u tagħmel dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis id-dħul riċevut mill-aġenziji tal-pagamenti f’isem il-baġit tal-Unjoni. Bħalissa, skont il-FAEG, il-Kummissjoni qed tinnettja l-ammonti tan-nefqa mal-ammonti tad-dħul assenjat direttament fid-deċiżjoni ta’ pagament ta’ kull xahar maħruġa mill-Kummissjoni. Din l-operazzjoni finanzjarja tidderoga mill-mod ta’ kif jiġi ġestit id-dħul assenjat skont Fondi oħra tal-Unjoni, fejn dan ma jkunx innettjat imma rkuprat permezz ta’ ordni ta’ rkupru mfassla skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki kontabilistiċi tal-Kummissjoni u, b’mod partikolari, il-mod kif id-dħul assenjat jiġi ġestit, huwa meħtieġ li dan l-aspett tekniku tal-ġestjoni finanzjarja tal-FAEG jiġi allinjat mal-fluss użat minn Fondi oħra tal-Unjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi emendat il-mod kif għandu jiġi paċut id-dħul affettwat skont il-FAEG. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u estenda l-perjodu għat-tul ta’ żmien tal-programmi tal-iżvilupp rurali appoġġati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”) sal-31 ta’ Diċembru 2022, filwaqt li ta l-possibilità lill-Istati Membri li jiffinanzjaw il-programmi estiżi tagħhom mill-allokazzjoni baġitarja korrispondenti għas-snin 2021 u 2022. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2020/2220 għamel ir-riżorsi addizzjonali mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (“EURI”) disponibbli fil-programmi estiżi fis-snin 2021 u 2022 biex jiġu ffinanzjati miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha għas-settur agrikolu u ż-żoni rurali tal-Unjoni. |
(4) |
Kif stabbilit fil-premessa (24) tar-Regolament (UE) 2020/2220, ir-riżorsi addizzjonali mill-EURI huma soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. Jenħtieġ għalhekk li dawk ir-riżorsi addizzjonali jiġu pprogrammati u mmonitorjati b’mod separat mill-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, filwaqt li jiġu applikati, b’mod ġenerali, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk ir-riżorsi addizzjonali jiġu implimentati permezz tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u jitqiesu fil-qafas ta’ dak ir-Regolament bħala ammonti li jiffinanzjaw il-miżuri skont il-FAEŻR. Bħala konsegwenza, jenħtieġ li r-regoli rispettivi ta’ implimentazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu adattati. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-previżjoni tal-bżonnijiet tal-iffinanzjar, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri u l-kalkolu tal-ammont li għandu jitħallas fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR, jiġu aġġustati. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 11(1), il-punt (c), titħassar l-aħħar sentenza; |
(2) |
fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta l-pagamenti li għandhom isiru mill-Kummissjoni jwasslu għal ammont negattiv għal Stat Membru, it-tnaqqis żejjed għandu jiġi riportat għax-xhur ta’ wara.”; |
(3) |
fl-Artikolu 21, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għal kull programm ta’ żvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), u f’konformità mal-Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, darbtejn fis-sena, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu, il-previżjonijiet tagħhom tal-ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FAEŻR għas-sena finanzjarja. Dawk il-previżjonijiet għandhom jindikaw separatament l-ammonti previsti għar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jibagħtu stima aġġornata tat-talbiet għall-finanzjament tagħhom għas-sena finanzjarja ta’ wara. (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 487).’;" |
(4) |
fl-Artikolu 22(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-aġenziji ta’ pagament għandhom jiddikjaraw in-nefqa għal kull programm għall-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Għal kull miżura ta’ żvilupp rurali, l-aġenziji ta’ pagament għandhom jispeċifikaw f’dikjarazzjoni tan-nefqa l-ammont imsemmi fl-Artikolu 58(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 58a(2) ta’ dak ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”; |
(5) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Mingħajr preġudizzju għal-limitu massimu previst fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, meta t-total ikkombinat tal-kontribut tal-Unjoni imħallas għall-programm ta’ żvilupp rurali jaqbeż it-total ipprogrammat għal miżura ta’ żvilupp rurali, l-ammont li għandu jitħallas, għandu jitnaqqas kif ġej:
Kull kontribut tal-Unjoni eskluż b’riżultat ta’ dan jista’ jitħallas aktar tard diment li jkun tressaq pjan aġġustat ta’ finanzjament mill-Istat Membru u jiġi aċċettat mill-Kummissjoni.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255 28.8.2014, p. 59).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 487).
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1338
tal-11 ta’ Awwissu 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kanali ta’ rapportar bejn l-organizzazzjonijiet, u r-rekwiżiti għal servizzi meteoroloġiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(1)(a) u (f), l-Artikolu 62(15)(a) u (c) u l-Artikolu 72(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali u għas-sorveljanza tagħhom. |
(2) |
F’konformità mal-punt 5.1(g) tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-fornituri tas-servizzi għandhom jistabbilixxu sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tagħhom sabiex jikkontribwixxu għat-titjib kontinwu tas-sikurezza. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit essenzjali u l-implimentazzjoni uniformi tiegħu, kif ukoll biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jirriżultaw ikunu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Fis-7 ta’ Marzu 2018 u fid-9 ta’ Marzu 2020, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) adottat l-Emenda 78 u l-Emenda 79, rispettivament, għall-Anness 3 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata fis-7 ta’ Diċembru 1944 f’Chicago (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”) bl-għan, fost affarijiet oħra, li ssaħħaħ u ttejjeb l-armonizzazzjoni fir-rigward tal-iskambju ta’ osservazzjonijiet u rapporti meteoroloġiċi (rapporti meteoroloġiċi ta’ rutina tal-ajrudrom (METAR)/rapporti meteoroloġiċi speċjali tal-ajrudrom (SPECI)), tbassir tal-ajrudrom (TAF), tagħrif dwar il-fenomeni tat-temp tul ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru (SIGMET), il-fenomeni tat-temp tul ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru f’livell baxx (AIRMET), tagħrif ta’ twissija dwar l-irmied vulkaniku u ċ-ċikluni tropikali, tagħrif ta’ twissija dwar it-temp mill-ispazju, eċċ., f’ambjent konformi tal-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha (SWIM). Dawk l-emendi huma applikabbli fl-Istati Kontraenti tal-ICAO mit-8 ta’ Novembru 2018 u mill-5 ta’ Novembru 2020, rispettivament, għajr il-format METAR, li d-data tal-applikazzjoni tiegħu hija allinjata mad-data tal-applikazzjoni, it-12 ta’ Awwissu 2021, għall-format il-ġdid tar-rapportar globali (“GRF”) għall-kundizzjonijiet tas-superfiċe tar-runway. Dawk l-istandards u l-prattiki rakkomandati internazzjonali jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373, b’mod partikolari fir-rekwiżiti speċifiċi tal-organizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi stabbiliti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Wieħed mill-elementi abilitanti għall-implimentazzjoni tal-GRF għall-kundizzjonijiet tas-superfiċe tar-runway huwa l-format SNOWTAM, li l-istruzzjonijiet għat-tlestija tiegħu jenħtieġ li jkunu konformi mal-aħħar Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Ġestjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika (4), u jenħtieġ li jkunu konsistenti wkoll mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (6). |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2021 (7) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 75(2)(b) u (c) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, III, V u VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huma emendati f’konformità mal-Annessi I sa V ta’ dan ir-Regolament, rispettivament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 32 tal-Anness IV u tal-Anness V għandu japplika mit-12 ta’ Awwissu 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
(4) Il-Proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Ġestjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika, id-Dok. 10066.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
(7) L-Opinjoni Nru 01/2021 tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-okkorrenzi u r-rekwiżiti għas-servizzi meteoroloġiċi, https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt (37) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
il-punt (107) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
il-punt (168) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
jiżdiedu l-punti (264) sa (266) li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt ATM/ANS.AR.A.020 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ATM/ANS.AR.A.020 Informazzjoni lill-Aġenzija
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”" |
(2) |
il-punt ATM/ANS.AR.B.001 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
il-punt ATM/ANS.AR.B.010 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ATM/ANS.AR.B.010 Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni
|
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).””
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS III REKWIŻITI KOMUNI GĦALL-FORNITURI TAL-ATM/ANS (Part-ATM/ANS.OR) |
(2) |
il-punt ATM/ANS.OR.A.065 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ATM/ANS.OR.A.065 Rapportar ta’ okkorrenzi
|
ANNESS IV
L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt MET.OR.115 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.115 Bullettini meteoroloġiċi Il-fornitur ta’ servizzi meteoroloġiċi responsabbli għaż-żona kkonċernata għandu jipprovdi bullettini meteoroloġiċi lill-utenti rilevanti.”; |
(2) |
il-punt MET.OR.120 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.120 Notifika ta’ diskrepanzi liċ-ċentri ta’ tbassir taż-żoni madwar id-dinja (WAFC) Il-fornitur ta’ servizzi meteoroloġiċi li juża tbassir ta’ SIGWX tad-WAFS għandu jinnotifika immedjatament lid-WAFC ikkonċernat jekk jinstabu jew jiġu rrappurtati diskrepanzi sinifikanti fir-rigward tat-tbassir ta’ SIGWX tad-WAFS dwar:
|
(3) |
il-punt MET.OR.200 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.200 Rapporti meteoroloġiċi u informazzjoni oħra
|
(4) |
il-punt MET.OR.240 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.240 Informazzjoni għall-użu minn operatur jew ekwipaġġ tat-titjira Uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom għandu jipprovdi lill-operaturi u lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira bl-iktar verżjoni aġġornata:
|
(5) |
il-punt MET.OR.242 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fil-punt MET.OR.245, il-punt (f)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
fil-punt MET.OR.250, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
fil-punt MET.OR.255, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
il-punt MET.OR.260 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.260 Tbassiriet taż-żona għal titjiriet f’livell baxx Uffiċċju ta’ osservazzjoni meteoroloġika għandu jiżgura li:
|
(10) |
it-titolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 4 — Rekwiżiti għaċ-ċentri ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku (VAACs)”; |
(11) |
fil-punt MET.OR.265, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(12) |
it-titolu tal-Kapitolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 5 — Rekwiżiti għaċ-ċentri ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali (TCACs)”; |
(13) |
fil-punt MET.OR.270, il-frażi introduttorja u l-punt (a) huma sostitwiti b’dan li ġej: “Fil-qasam ta’ responsabbiltà tiegħu, il-TCAC għandu joħroġ:
|
(14) |
it-titolu tal-Kapitolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 6 — Rekwiżiti għaċ-ċentri tat-tbassir taż-żoni madwar id-dinja (WAFCs)”; |
(15) |
fil-punt MET.OR.275, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(16) |
il-punt MET.TR.115 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.115 Bullettini meteoroloġiċi
|
(17) |
il-punt MET.TR.200 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.200 Rapporti meteoroloġiċi u informazzjoni oħra
|
(18) |
il-punt MET.TR.205 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
il-punt MET.TR.210 huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
il-punt MET.TR.215 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
il-punt MET.TR.220 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
fil-punt MET.TR.225, il-punt (c) huwa emendat kif ġej:
|
(23) |
fil-punt MET.TR.235, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(24) |
il-punt MET.TR.250 huwa emendat kif ġej:
|
(25) |
il-punt MET.TR.255 huwa emendat kif ġej:
|
(26) |
il-punt MET.TR.260 huwa emendat kif ġej:
|
(27) |
it-titolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 4 — Rekwiżiti tekniċi għaċ-ċentri ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku (VAACs)”; |
(28) |
il-punt MET.TR.265 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.265 Responsabbiltajiet taċ-ċentru ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku L-informazzjoni ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku għandha tinħareġ f’konformità mal-mudell muri fl-Appendiċi 6. Meta ma jkun hemm ebda abbrevjazzjoni disponibbli, għandu jintuża kliem b’lingwaġġ ċar bl-Ingliż, li għandu jinżamm għall-minimu possibbli.”; |
(29) |
il-punt MET.TR.270 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.270 Responsabbiltajiet taċ-ċentru ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali L-informazzjoni ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali għandha tinħareġ f’konformità mal-mudell muri fl-Appendiċi 7 għal ċikluni tropikali meta l-massimu tal-veloċità medja fuq 10 minuti tar-riħ qrib l-art ikun mistenni li jilħaq jew jaqbeż 34 kt matul il-perjodu kopert min-notifika.” |
(30) |
it-titolu tal-Kapitolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 5 — Rekwiżiti tekniċi għaċ-ċentri ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali (TCACs)”; |
(31) |
il-punt MET.TR.275 huwa emendat kif ġej:
|
(32) |
L-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 1
|
(33) |
L-Appendiċi 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 3
|
(34) |
L-Appendiċi 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 4
|
(35) |
L-Appendiċi 5 A huwa sostitwit b’dan li ġej: ““Appendiċi 5
|
(36) |
L-Appendiċi 5B jitħassar; |
(37) |
L-Appendiċi 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 6
|
(38) |
L-Appendiċi 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 7
|
(39) |
L-Appendiċi 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: ““Appendiċi 8
|
(1) Meta element meteoroloġiku jkun temporanjament nieqes, jew il-valur tiegħu jitqies temporanjament bħala mhux korrett, dan jiġi sostitwit b’solidus (“/”) għal kull ċifra tal-abbrevjazzjoni tal-messaġġ miktub u jiġi indikat bħala nieqes biex tiġi żgurata traduzzjoni affidabbli f’forom oħra ta’ kodiċi.
(2) Għandha tiġi inkluża jekk il-viżibbiltà jew il-medda viżwali tar-runway tkun < 1 500 m għal massimu ta’ erba’ runways.
(3) “Qawwi” jintuża biex jindika “tromba” jew “tromba tal-ilma”; “moderat” (ebda kwalifikatur) biex jindika “sħaba tromba li ma tmissx mal-art”.
(4) Għar-rapporti awtomatizzati biss.
(5) Fil-każ ta’ rapporti awtomatizzati, is-solidi (“///”) jistgħu jissostitwixxu t-tip ta’ sħab rilevanti, kif ikun xieraq, skont il-kapaċità tas-sistema ta’ osservazzjoni awtomatika. Barra minn hekk, is-solidi jistgħu jissostitwixxu l-ammont ta’ sħab u/jew l-għoli tas-sħab tas-saff CB jew TCU rrapportat.
(6) Għandha tiġi inkluża kull meta jkun applikabbli. Ebda kwalifikatur għal intensità moderata.
(7) Sa erba’ saffi tas-sħab.
(8) Ikun fiha sa massimu ta’ erba’ temperaturi (żewġ temperaturi massimi u żewġ temperaturi minimi).
(9) Jintuża biss meta jinħareġ SIGMET/AIRMET biex jindika li jkun qed isir test jew eżerċizzju. Meta tiġi inkluża l-kelma “TEST” jew l-abbrevjazzjoni “EXER”, il-messaġġ jista’ jkun fih informazzjoni li ma għandhiex tintuża b’mod operazzjonali jew inkella tispiċċa immedjatament wara l-kelma “TEST”.
(10) Jintuża għal ċikluni tropikali mingħajr isem.
(11) Fil-każ ta’ sħaba ta’ rmied vulkaniku li tkopri iktar minn żona waħda fi ħdan il-FIR, dawn l-elementi jistgħu jiġu ripetuti, kif meħtieġ. Kull post u pożizzjoni mbassra għandhom ikunu preċeduti minn ħin osservat jew imbassar.
(12) Fil-każ ta’ sħab kumulonimbu assoċjat ma’ ċiklun tropikali li jkopri iktar minn żona waħda fi ħdan il-FIR, dawn l-elementi jistgħu jiġu ripetuti, kif meħtieġ. Kull post u pożizzjoni mbassra jridu jiġu preċeduti minn ħin osservat jew imbassar.
(13) Għas-SIGMET għal sħab radjuattiv, fi ħdan (WI) biss għandu jintuża għall-elementi “post” u “pożizzjoni mbassra”.
(14) L-għadd ta’ koordinati għandu jinżamm għall-minimu u normalment ma għandux ikun iktar minn sebgħa.
(15) Għal SIGMET għal ċikluni tropikali biss.
(16) Għal SIGMET għal sħab radjuattiv biss. Għandu jiġi applikat raġġ sa 30 kilometru (jew 16-il mil nawtiku) mis-sors u firxa vertikali mill-wiċċ (SFC) sal-limitu superjuri tar-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir/reġjun superjuri ta’ informazzjoni dwar it-titjir (FIR/UIR) jew żona ta’ kontroll (CTA).
(17) L-elementi “ħin imbassar” u “pożizzjoni mbassra” ma għandhomx jintużaw flimkien mal-element “ċaqliq jew ċaqliq mistenni”.
(18) Għas-SIGMET għal sħab radjuattiv, wieqaf (STNR) biss għandu jintuża għall-element “ċaqliq jew ċaqliq mistenni”.
(19) It-terminu “CB” għandu jintuża meta tiġi inkluża l-pożizzjoni mbassra għas-sħab kumulonimbu.
(20) Il-pożizzjoni mbassra għal sħab kumulonimbu (CB) li jseħħ flimkien ma’ ċikluni tropikali hija relatata mal-ħin previst tal-pożizzjoni taċ-ċentru taċ-ċiklun tropikali, mhux mat-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-SIGMET.
(21) Għal SIGMET għal irmied vulkaniku biss.
(22) Għandu jintuża għal iktar minn sħaba waħda ta’ rmied vulkaniku jew sħaba kumulonimbu assoċjati ma’ ċiklun tropikali li jaffettwaw fl-istess ħin il-FIR ikkonċernat.
(23) Jintuża biss meta l-messaġġ jinħareġ biex jindika li jkun qed isir test jew eżerċizzju. Meta tiġi inkluża l-kelma “TEST” jew l-abbrevjazzjoni “EXER”, il-messaġġ jista’ jkun fih informazzjoni li ma għandhiex tintuża b’mod operazzjonali jew inkella tispiċċa immedjatament wara l-kelma “TEST”.
(24) It-terminu “sospiż mill-ġdid” għandu jintuża għad-depożiti ta’ rmied vulkaniku mgħollija mir-riħ.
(25) Jekk tiġi rrapportata sħaba ta’ rmied vulkaniku (eż. AIREP) iżda din ma tkunx identifikabbli mid-data satellitari.
(26) Linja dritta bejn żewġ punti fuq mappa fil-projezzjoni tal-Mercator jew linja dritta bejn żewġ punti li taqsam il-linji ta’ lonġitudni f’angolu kostanti.
(27) Sa erba’ saffi magħżulin.
(28) Jintuża biss meta l-messaġġ jinħareġ biex jindika li jkun qed isir test jew eżerċizzju. Meta tiġi inkluża l-kelma “TEST” jew l-abbrevjazzjoni “EXER”, il-messaġġ jista’ jkun fih informazzjoni li ma għandhiex tintuża b’mod operazzjonali jew inkella tispiċċa immedjatament wara l-kelma “TEST”.
(29) Fil-każ ta’ sħab CB assoċjat ma’ ċiklun tropikali li jkopri iktar minn żona waħda fi ħdan iż-żona ta’ responsabbiltà, dan l-element jista’ jiġi ripetut, kif meħtieġ.
(30) L-għadd ta’ koordinati għandu jinżamm għall-minimu u normalment ma għandux ikun iktar minn sebgħa.
(31) Mhux dimensjonali.
ANNESS V
L-Appendiċi 3 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Appendiċi 3
FORMAT TA’ SNOWTAM
STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-FORMAT TA’ SNOWTAM
1. Ġenerali
(a) |
Meta tirrapporta fuq iktar minn runway waħda, irrepeti l-Attributi B sa H (sezzjoni tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan). |
(b) |
L-ittri jintużaw sabiex jiġi indikat li l-attributi jintużaw biss għall-fini ta’ referenza u ma għandhomx jiġu inklużi fil-messaġġi. L-ittri M (obbligatorji), C (kondizzjonali) u O (fakultattivi) jimmarkaw l-użu u l-informazzjoni u għandhom jiġu inklużi kif spjegat hawn taħt. |
(c) |
Għandhom jintużaw l-unitajiet metriċi u ma għandhiex tiġi rrapportata l-unità tal-kejl. |
(d) |
Il-validità massima tas-SNOWTAM hija ta’ tmien sigħat. Għandu jinħareġ SNOWTAM ġdid kull meta jiġi riċevut rapport ġdid dwar il-kundizzjoni tar-runway. |
(e) |
SNOWTAM jikkanċella SNOWTAM preċedenti. |
(f) |
L-intestatura mqassra “TTAAiiii CCCC MMYYGGgg (BBB)” hija inkluża sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar awtomatiku tal-messaġġi tas-SNOWTAM f’banek tad-data tal-kompjuter. L-ispjegazzjoni ta’ dawn is-simboli hija:
Korrezzjoni, fil-każ ta’ żball, għal messaġġ tas-SNOWTAM preċedentement imqassam bl-istess numru tas-serje = COR. Il-parentesi f’(BBB) għandhom jintużaw sabiex jindikaw li dan il-grupp huwa fakultattiv. Meta jiġi rrapportat fuq iktar minn runway waħda u d-dati/l-ħinijiet individwali ta’ osservazzjoni/valutazzjoni jkunu indikati b’Attribut B ripetut, l-aħħar data/ħin ta’ osservazzjoni/valutazzjoni għandhom jiddaħħlu fl-intestatura mqassra (MMYYGGgg). |
(g) |
It-test “SNOWTAM” fil-Format tas-SNOWTAM u n-numru tas-serje tas-SNOWTAM fi grupp b’erba ċifri għandhom ikunu separati bi spazju, eż. SNOWTAM 0124. |
(h) |
Għall-finijiet ta’ leġibbiltà għall-messaġġ tas-SNOWTAM, għandu jitħalla spazju ta’ linja wara n-numru tas-serje tas-SNOWTAM, wara l-Attribut A, u wara s-sezzjoni ta’ kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan. |
(i) |
Meta tirrapporta dwar iktar minn runway waħda, irrepeti l-informazzjoni fis-sezzjoni ta’ kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan mid-data u mill-ħin tal-valutazzjoni għal kull runway qabel l-informazzjoni fis-sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni. |
(j) |
L-informazzjoni obbligatorja hija:
|
2. Sezzjoni ta’ kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan
Attribut A |
– |
Indikatur tal-post tal-ajrudrom (indikatur tal-post b’erba’ ittri). |
||||||||
Attribut B |
– |
Data u ħin tal-valutazzjoni (grupp tad-data/tal-ħin bi tmien ċifri li jagħtu l-ħin ta’ osservazzjoni bħala xahar, jum, siegħa u minuta f’UTC). |
||||||||
Attribut C |
– |
Numru tad-deżinjatur tar-runway inferjuri (nn[L] jew nn[C] jew nn[R]). Deżinjatur tar-runway wieħed biss għandu jiddaħħal għal kull runway u dejjem in-numru inferjuri. |
||||||||
Attribut D |
– |
Kodiċi tal-kundizzjoni tar-runway għal kull terz tar-runway. Tiddaħħal ċifra waħda biss (0, 1, 2, 3, 4, 5 jew 6) għal kull terz tar-runway, separata b’linja djagonali (n/n/n). |
||||||||
Attribut E |
– |
Kopertura perċentwali għal kull terz tar-runway. Meta tkun ipprovduta, daħħal 25, 50, 75 jew 100 għal kull terz tar-runway, separat b’linja djagonali ([n]nn/[n]nn/[n]nn). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss meta l-kundizzjoni tar-runway għal kull terz tar-runway (Attribut D) tkun ġiet irrapportata bħala differenti minn 6 u jkun hemm deskrizzjoni tal-kundizzjoni għal kull terz tar-runway (Attribut G) li ġiet irrapportata għajr “DRY” (“NIEXFA”). Meta l-kundizzjonijiet ma jkunux irrapportati, dan għandu jintwera billi tiddaħħal “NR” għat-terz(i) tar-runway xierqa. |
||||||||
Attribut F |
– |
Fond tal-kontaminant mhux imwaħħal għal kull terz tar-runway. Meta jkun ipprovdut, daħħal f’millimetri għal kull terz tar-runway, separat b’linja djagonali (nn/nn/nn jew nnn/nnn/nnn). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss għat-tipi ta’ kontaminazzjoni li ġejjin:
Meta l-kundizzjonijiet ma jkunux irrapportati, dan għandu jintwera billi tiddaħħal “NR” għat-terz(i) tar-runway xierqa. |
||||||||
Attribut G |
– |
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni għal kull terz tar-runway. Għandha tiddaħħal kwalunkwe waħda mid-deskrizzjonijiet tal-kundizzjonijiet li ġejjin għal kull terz tar-runway, separata b’linja djagonali. BORRA KOMPATTA BORRA NIEXFA BORRA NIEXFA FUQ BORRA KOMPATTA BORRA NIEXFA FUQ IS-SILĠ ĠLATA SILĠ IMXARRBA LI TIŻLOQ SILĠ MAĦLUL RUNWAY IPPREPARATA APPOSTA GĦAX-XITWA ILMA QIEGĦED ILMA FUQ BORRA KOMPATTA IMXARRAB/IMXARRBA SILĠ IMXARRAB BORRA MXARRBA BORRA MXARRBA FUQ BORRA KOMPATTA BORRA MXARRBA FUQ IS-SILĠ NIEXFA (irrapportata biss meta ma jkun hemm l-ebda kontaminant) Meta l-kundizzjonijiet ma jkunux irrapportati, dan għandu jintwera billi tiddaħħal “NR” għat-terz(i) tar-runway xierqa. |
||||||||
Attribut H |
– |
Wisa’ tar-runway li għalih japplikaw il-kodiċijiet tal-kundizzjonijiet tar-runway. Għandu jiddaħħal il-wisa’ f’metri, jekk inqas mill-wisa’ tar-runway ippubblikat. |
3. Sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni
L-elementi fis-sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni għandhom jintemmu b’punt.
L-elementi fis-sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni li għalihom ma teżisti l-ebda informazzjoni, jew meta ma jkunux issodisfati ċ-ċirkostanzi kondizzjonali għall-pubblikazzjoni, għandhom jitħallew barra għalkollox.
Attribut I |
– |
Tul imnaqqas tar-runway. Għandhom jiddaħħlu d-deżinjatur applikabbli tar-runway u t-tul disponibbli f’metri (eż. RWY nn [L] jew nn [C] jew nn [R] REDUCED TO [n]nnn). Din l-informazzjoni hija kondizzjonali meta NOTAM ikun ġie ppubblikat b’sett ġdid ta’ distanzi ddikjarati. |
Attribut J |
– |
Borra tiċċaqlaq fuq ir-runway. Meta tiġi rrapportata, “DRIFTING SNOW” għandha tiddaħħal bi spazju “DRIFTING SNOW” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] DRIFTING SNOW). |
Attribut K |
– |
Ramel mhux imwaħħal fuq ir-runway. Meta jiġi rrapportat ramel mhux imwaħħal fuq ir-runway, id-deżinjatur tar-runway inferjuri għandu jiddaħħal bi spazju “LOOSE SAND” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] LOOSE SAND). |
Attribut L |
– |
Trattament kimiku fuq ir-runway. Meta trattament kimiku jiġi rrapportat bħala li ġie applikat, id-deżinjatur tar-runway inferjuri għandu jiddaħħal bi spazju “CHEMICALLY TREATED” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] CHEMICALLY TREATED). |
Attribut M |
– |
Munzelli ta’ borra fuq ir-runway. Meta munzelli ta’ borra jiġu rrapportati preżenti fuq ir-runway, id-deżinjatur tar-runway inferjuri għandu jiddaħħal bi spazju “SNOWBANK” u bi spazju fuq ix-xellug “L” jew fuq il-lemin “R” jew fuq it-tnejn “LR”, segwiti mid-distanza f’metri mil-linja taċ-ċentru separata bi spazju “FM CL” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] SNOWBANK Lnn jew Rnn jew LRnn FM CL). |
Attribut N |
– |
Munzelli ta’ borra fuq taxiway. Meta jkunu preżenti munzelli ta’ borra fuq taxiway(s), id-deżinjatur(i) tat-taxiway(s) għandu/għandhom jiddaħħal/jiddaħħlu bi spazju “SNOWBANKS” (TWY [nn]n jew TWYS [nn]n/[nn]n/[nn]n… jew ALL TWYS SNOWBANKS). |
Attribut O |
– |
Munzelli ta’ borra maġenb ir-runway. Meta munzelli ta’ borra jiġu rrapportati preżenti, filwaqt li jippenetraw il-profil tal-għoli fil-pjan tal-ajrudrom għall-borra, għandhom jiddaħħlu d-deżinjatur tar-runway inferjuri u “ADJ SNOWBANKS” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] ADJ SNOWBANKS). |
Attribut P |
– |
Kundizzjonijiet tat-taxiway. Meta l-kundizzjonijiet tat-taxiway jiġu rrapportati bħala li jiżolqu jew li huma batuti, għandu jiddaħħal id-deżinjatur tat-taxiway segwit minn spazju “POOR” (TWY [n jew nn] POOR jew TWYS [n jew nn]/[n jew nn]/[n jew nn] POOR… jew ALL TWYS POOR). |
Attribut R |
– |
Kundizzjonijiet tal-art asfaltata fl-ajrudrom. Meta l-kundizzjonijiet tal-art asfaltata fl-ajrudrom jiġu rrapportati bħala li jiżolqu jew li huma batuti, għandu jiddaħħal id-deżinjatur tal-art asfaltata fl-ajrudrom segwit minn spazju “POOR” (APRON [nnnn] POOR jew APRONS [nnnn]/[nnnn]/[nnnn] POOR jew ALL APRONS POOR). |
Attribut S |
– |
(NR) Mhux rapportat. |
Attribut T |
– |
Rimarki b’lingwaġġ sempliċi. |
DEĊIŻJONIJIET
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/53 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1339
tal-11 ta’ Awwissu 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 fir-rigward tal-istandard armonizzat għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kontenut ta’ siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom li huma stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017) 2585, is-CEN, is-Cenelec u l-ETSI emendaw l-istandard armonizzat EN 301 549 v2.1.2 (2018-08), liema referenzi huma inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2048 (3). Dak irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard Ewropew armonizzat emendat, EN 301 549 v.3.2.1 (2021-03).L-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, rekwiżiti tekniċi dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web u l-applikazzjonijiet għall-apparati mobbli u jinkludi mmappjar tad-dispożizzjonijiet rilevanti mill-istandard għar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2102. |
(3) |
L-istandard armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) jaġġorna, fost l-oħrajn, l-immappjar fit-tabelli A.1 u A.2 tal-Anness A u jipprovdi l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2102. Fl-Anness E, l-istandard jinkludi wkoll gwida dwar l-użu tiegħu u fl-Anness F jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-bidliet. |
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, mas-Cenelec u mal-ETSI, ivvalutat jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) imwassal mis-CEN, mis-Cenelec u mill-ETSI jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017) 2585. |
(5) |
Ir-riżultat tal-valutazzjoni huwa li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru, u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017) 2585. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-referenzi tal-istandard armonizzat EN 301 549 v2.1.2 (2018-08) għandhom jiġu rtirati mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li ġie emendat mill-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03). |
(7) |
Sabiex jingħata biżżejjed żmien għat-tħejjija tal-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 301 549 V3.2.1 (2021-03), huwa meħtieġ li l-applikazzjoni tal-irtirar tal-istandard armonizzat EN 301 549 v2.1.2 (2018-08) tiġi differita. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mit-12 ta’ Frar 2022.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2048 tal-20 ta’ Diċembru 2018 dwar l-istandards armonizzati għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 21.12.2018, p. 84).
ANNESS
It-tabella fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/2048 hija emendata kif ġej:
(1) |
Titħassar ir-ringiela 1. |
(2) |
Tiddaħħal ir-ringiela 2 li ġejja:
|