ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 64 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1237 tat-23 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
29.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1235
tat-12 ta’ Mejju 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni u r-reġistru
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) u (2) u l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/787 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787 jistabbilixxi regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tax-xorb spirituż u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq tax-xorb spirituż fil-qafas legali l-ġdid, u b’mod partikolari biex jiġi ssimplifikat u razzjonalizzat il-funzjonament tas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għax-xorb spirituż, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta’ atti bħal dawn. B’mod partikolari, dan ir-Regolament u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1236 (3) jenħtieġ li jissostitwixxu parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 (4), li għalhekk jenħtieġ li jitħassar. |
(2) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskrutinju tal-Kummissjoni u biex tingħata informazzjoni sħiħa lill-partijiet ikkonċernati fil-proċedura ta’ oppożizzjoni, fejn l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinkludi rekwiżiti speċifiċi dwar l-ippakkjar, id-dokument uniku inkluż fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jkun fih sommarju tal-ġustifikazzjoni li juri għaliex l-ippakkjar irid isir fiż-żona ġeografika definita biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, biex tiġi żgurata l-oriġini jew biex jiġi żgurat il-kontroll tax-xorb spirituż. |
(3) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza tal-proċedura u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskrutinju tal-Kummissjoni, Stat Membru jenħtieġ li jiggarantixxi li d-Dokument Uniku jkun sommarju fidil tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha l-Kummissjoni tista’ toqgħod meta tivvaluta l-applikazzjoni u li fuqha l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati l-oħra jistgħu joqogħdu għall-finijiet tal-infurzar tal-indikazzjoni ġeografika. Għall-istess raġunijiet, ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott inkluża fl-applikazzjoni jew fil-fajl tal-applikazzjoni sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jenħtieġ li tikkonsisti mir-referenza elettronika għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif ippubblikata skont is-sistema amministrattiva tal-Istat Membru. |
(4) |
L-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa sabiex applikazzjoni għall-protezzjoni, applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni jew talba għall-kanċellazzjoni titqies bħala ammissibbli jenħtieġ li tiġi stipulata sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni ta’ tali applikazzjonijiet jew talbiet u biex jitħaffef l-eżaminar tagħhom. |
(5) |
Sabiex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji u biex jiġi żgurat li l-produtturi kollha jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott fit-tul, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jagħtu lill-produtturi perjodi ta’ tranżizzjoni sa 10 snin biex jadattaw għall-bidliet ta’ ċerti regoli dwar l-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
(6) |
Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, filwaqt li l-emendi standard huma approvati mill-Istati Membri jew mill-persuna jew minn korp responsabbli f’pajjiż terz. Għall-effiċjenza tal-proċedura, meta applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni jkun fiha wkoll emendi standard, l-emendi standard jenħtieġ li jitqiesu li mhumiex eżistenti u ma jenħtiġux li jitqiesu bħala approvati fil-kuntest tal-emenda tal-Unjoni. |
(7) |
Il-proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi standard u emendi temporanji jenħtieġ li tiġi stabbilita biex tippermetti li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni xierqa tal-applikazzjonijiet u jiggarantixxu approċċ konsistenti fl-Istati Membri kollha. Il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-valutazzjoni mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu ekwivalenti għall-preċiżjoni u l-kompletezza meħtieġa għall-proċess ta’ valutazzjoni fil-proċedura li tirregola l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika. |
(8) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli biex tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn il-proċeduri għal emendi fi speċifikazzjoni tal-prodott f’każijiet fejn l-applikazzjonijiet li jikkonċernaw emenda tal-Unjoni u emenda standard ikunu pendenti fl-istess ħin quddiem il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, rispettivament. Billi ż-żewġ applikazzjonijiet jemendaw l-istess speċifikazzjoni tal-prodott, filwaqt li jsegwu żewġ proċeduri paralleli differenti bi skeda ta’ żmien differenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jevitaw l-inkonsistenzi. |
(9) |
Ir-regoli dwar il-proċedura għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jiġu supplimentati biex jiġi ċċarat li l-Istati Membri huma fost il-persuni ġuridiċi li jista’ jkollhom interess leġittimu li jissottomettu talba għall-kanċellazzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, u biex jispeċifikaw ir-referenzi eżatti għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn issir il-pubblikazzjoni. |
(10) |
Biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-uniformità fost l-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2019/787 (“ir-reġistru”) u li jiġu adottati regoli ulterjuri dwar il-kontenut u l-forma tar-reġistru. B’mod partikolari, billi d-dokumenti disponibbli u dawk li għandhom isiru disponibbli jvarjaw għal kull isem irreġistrat skont il-bażi ġuridika li taħtha jkunu ġew protetti għall-ewwel darba, ir-rekwiżiti għal dawk id-dokumenti jenħtieġ li jiġu adattati bix-xieraq. Sabiex ikunu jistgħu jiġu ddeterminati dati ta’ prijorità li jikkonċernaw drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali, ir-reġistru jenħtieġ li jindika d-data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u d-data u r-referenza tal-pubblikazzjoni tal-istrument li jipproteġi l-indikazzjoni ġeografika. Ir-reġistru jenħtieġ li jkun bażi ta’ data elettronika mmaniġġjata fi ħdan is-sistemi diġitali magħmula disponibbli mill-Kummissjoni, u jenħtieġ li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjoni introduttorja
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) 2019/787 fir-rigward ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, u b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(a) |
applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni; |
(b) |
emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott; |
(c) |
kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni; |
(d) |
ir-reġistru tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi
TAQSIMA 1
APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI
Artikolu 2
(Setgħa ddelegata Art.41(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/787) Rekwiżiti addizzjonali għad-dokument uniku
Fejn id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 ikun jinkludi rekwiżiti speċifiċi dwar l-ippakkjar, għandu jiġi inkluż ukoll sommarju tal-ġustifikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 3
(Setgħa ddelegata Art.41(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/787) Il-fajl tal-applikazzjoni tal-Istat Membru
Meta jissottometti fajl tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24(7) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiċċertifika li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 23(2)(b) tar-Regolament (UE) 2019/787 ikun sommarju fidil tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe diverġenza materjali bejn id-Dokument Uniku u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jinkludi r-referenza elettronika tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 4
(Setgħa ddelegata Art.41(1)(b) tar-Regolament (UE) 2019/787) Ammissibbiltà tal-applikazzjoni
1. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha titqies bħala ammissibbli jekk tkun ġiet sottomessa f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2019/787 u tkun ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1236, inkluż id-dokument uniku mfassal f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, u jekk ikun komplut.
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha titqies bħala kompluta meta tikkonforma mal-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2019/787 u mal-Artikoli 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament.
2. Jekk il-Kummissjoni tqis li applikazzjoni ma tkunx ammissibbli, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat jew lill-applikant stabbilit f’pajjiż terz, skont il-każ, bir-raġunijiet għall-inammissibbiltà.
Artikolu 5
(Setgħa ddelegata Art.41(1)(b) tar-Regolament (UE) 2019/787) Perjodu ta’ tranżizzjoni nazzjonali
1. Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji, bil-għan fit-tul li jiġi żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, Stat Membru jista’ jagħti perjodu ta’ tranżizzjoni bil-kundizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkummerċjalizzaw legalment ix-xorb spirituż inkwistjoni bl-użu tal-ismijiet ikkonċernati kontinwament għal mill-inqas 5 snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru, u li dawk id-diffikultajiet temporanji jkunu tqajmu fil-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2019/787.
Il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu jibda mid-data li fiha l-fajl tal-applikazzjoni jiġi sottomess lill-Kummissjoni, u għandu jkun qasir kemm jista’ jkun. Dan ma għandux jaqbeż 10 snin.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika li tirreferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz, għajr il-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali.
3. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi indikat fil-fajl tal-applikazzjoni sottomess lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24(7) jew (8) tar-Regolament (UE) 2019/787.
TAQSIMA 2
EMENDI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
Artikolu 6
(Setgħa ddelegata Art.41(2) tar-Regolament (UE) 2019/787) Applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott
Għall-finijiet tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787, applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott għandha tinkludi emendi tal-Unjoni biss. Jekk applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tkun tinkludi wkoll emendi standard jew temporanji, il-proċedura għal emenda tal-Unjoni għandha tapplika biss għall-emenda tal-Unjoni. Emendi standard jew temporanji inklużi fl-applikazzjoni għandhom jitqiesu bħala mhux sottomessi.
Artikolu 7
(Setgħa ddelegata Art.41(2) tar-Regolament (UE) 2019/787) Ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni
1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitqiesu bħala ammissibbli jekk ikunu ġew sottomessi f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787 u kkomunikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1236 u jikkonformaw mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
L-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott għandha tkopri biss l-emendi tal-Unjoni stipulati fl-applikazzjoni nnifisha.
2. Jekk il-Kummissjoni tqis li applikazzjoni ma tkunx ammissibbli, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat jew lill-applikant stabbilit f’pajjiż terz, skont il-każ, bir-raġunijiet għall-inammissibbiltà.
Artikolu 8
(Setgħa ddelegata Art.41(2) tar-Regolament (UE) 2019/787) Emendi standard għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat. L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1), (2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2019/787. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott ma tiġix mill-applikant li jkun issottometta l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem jew tal-ismijiet li għalihom tirreferi l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, l-Istat Membru għandu jagħti lil dak l-applikant l-opportunità li jikkummenta dwar l-applikazzjoni, jekk dak l-applikant ikun għadu jeżisti.
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-emendi standard u turi li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala standard f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787. Għandu jiżdied sommarju tar-raġunijiet li għalihom ikunu meħtieġa l-emendi.
2. Fejn l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dak ir-Regolament huma ssodisfati, huwa jista’ japprova l-emenda standard. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni għandha tinkludi l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonsolidata emendata u, fejn rilevanti, id-dokument uniku kkonsolidat emendat.
Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni għandha tiġi ppubblikata. L-emenda standard approvata għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat mid-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni. L-Istat Membru għandu jikkomunika l-emendi standard lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni nazzjonali. L-Istat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat, kwalunkwe sentenza nazzjonali finali u mhux appellabbli li tħassar deċiżjoni li tapprova emenda standard.
3. Id-deċiżjonijiet li japprovaw emendi standard li jikkonċernaw xorb spirituż li joriġina minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minn grupp applikant li jkollu interess leġittimu, jew direttament lill-Kummissjoni jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, u dan mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni rilevanti.
4. Il-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata lill-Kummissjoni għandha titqies li tkun saret kif xieraq meta tikkonforma mal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1236.
5. Fil-każ li l-emenda standard timplika emenda tad-dokument uniku, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deskrizzjoni tal-emenda standard u d-dokument uniku emendat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, fi żmien 3 xhur mid-data li fiha tkun irċeviet il-komunikazzjoni ta’ dik l-emenda standard.
Fil-każ li l-emenda standard ma timplikax emenda tad-dokument uniku, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tas-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1236, id-deskrizzjoni tal-emenda standard fi żmien 3 xhur mid-data li fiha tkun irċeviet il-komunikazzjoni ta’ dik l-emenda standard.
L-ispeditur ta’ komunikazzjoni ta’ emenda standard għandu jibqa’ responsabbli għall-kontenut tagħha.
6. L-emendi standard għandhom ikunu applikabbli fit-territorju tal-Unjoni mid-data li fiha jkunu ġew ippubblikati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jew ikunu saru pubbliċi skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.
7. Fejn iż-żona ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw il-proċedura għal emendi standard separatament għall-parti taż-żona li taqa’ fit-territorju tagħhom. L-emenda standard għandha tkun applikabbli fit-territorju tal-Istati Membri kkonċernati biss wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta’ approvazzjoni nazzjonali. L-Istat Membru li jkun l-aħħar wieħed li japprova l-emenda standard għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-komunikazzjoni rilevanti mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tiegħu.
Jekk wieħed jew aktar mill-Istati Membri kkonċernati ma jadottawx id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista’ jissottometti dik l-applikazzjoni skont il-proċedura ta’ emenda tal-Unjoni.
8. Il-paragrafu 7 għandu japplika mutatis mutandis fejn parti miż-żona ġeografika kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta’ pajjiż terz.
Artikolu 9
(Setgħa ddelegata Art.41(2) tar-Regolament (UE) 2019/787) Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni u l-emendi standard
1. Fejn tiġi approvata emenda standard li timplika emenda tad-dokument uniku filwaqt li jkun hemm pendenti applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaġġorna d-dokument uniku inkluż fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni bix-xieraq. Jekk l-emenda tal-Unjoni pendenti tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, għall-oppożizzjoni, il-verżjoni aġġornata tad-dokument uniku għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje L, bħala Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni li japprova l-emenda tal-Unjoni.
2. Fejn il-verżjoni emendata tad-dokument uniku inkluż f’applikazzjoni għal emenda standard approvata fil-livell nazzjonali ma tiħux inkunsiderazzjoni l-aħħar emendi tal-Unjoni li jkunu ġew approvati, dik l-emenda standard ma għandhiex tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istat Membru li jkun approva dik l-emenda standard għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-verżjoni konsolidata tad-dokument uniku kif emendat kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-emendi standard għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
(Setgħa ddelegata Art.41(2) tar-Regolament (UE) 2019/787) Emendi temporanji għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott
1. Emendi temporanji għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu approvati u ppubblikati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat. L-emendi temporanji għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet li jappoġġawhom sa mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni nazzjonali. Emenda temporanja għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat mid-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni li tapprova l-emenda.
2. Fejn iż-żona ġeografika tkun tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura għal emendi temporanji għandha tapplika separatament fl-Istati Membri kkonċernati għall-parti taż-żona li taqa’ fi ħdan it-territorju tagħhom.
3. Emendi temporanji li jikkonċernaw xorb spirituż li joriġina minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet li jappoġġawhom, minn grupp applikant li jkollu interess leġittimu, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz, u dan mhux aktar tard minn xahar (1) wara l-approvazzjoni tagħhom.
4. Il-komunikazzjoni ta’ emenda temporanja approvata lill-Kummissjoni għandha titqies li tkun saret kif xieraq meta tikkonforma mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1236.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-komunikazzjoni ta’ emenda temporanja permezz tas-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1236 fi żmien 3 xhur mid-data li fiha tkun irċeviet il-komunikazzjoni ta’ dik l-emenda temporanja. Emenda temporanja għandha tkun applikabbli fit-territorju tal-Unjoni mid-data li fiha tkun ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni.
L-ispeditur ta’ komunikazzjoni ta’ emenda temporanja għandu jibqa’ responsabbli għall-kontenut tagħha.
TAQSIMA 3
KANĊELLAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA
Artikolu 11
(Setgħa ddelegata Art.41(1)(b) tar-Regolament (UE) 2019/787) Proċedura ta’ kanċellazzjoni
1. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, talba għat-tħassir tar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika tista’ tiġi sottomessa mill-Istati Membri fuq inizjattiva tagħhom stess.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-talbiet għall-kanċellazzjoni sottomessi skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-serje C.
Artikolu 12
(Setgħa ddelegata Art.41(1)(b) tar-Regolament (UE) 2019/787) Ammissibbiltà tat-talbiet għall-kanċellazzjoni
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/787, talba għall-kanċellazzjoni għandha titqies bħala ammissibbli jekk:
(a) |
tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1236; u |
(b) |
għal talbiet skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, hija bbażata fuq ir-raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni. |
2. Jekk il-Kummissjoni tqis li t-talba għall-kanċellazzjoni hija inammissibbli, hija għandha tinforma r-raġunijiet għall-inammissibbiltà lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ippreżentat it-talba, skont il-każ.
3. Id-dikjarazzjonijiet motivati ta’ oppożizzjoni fir-rigward tal-kanċellazzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss fejn juru użu kummerċjali mill-isem irreġistrat mill-persuna interessata.
TAQSIMA 4
REĠISTRU
Artikolu 13
(Setgħa ddelegata Art.33(1)(2) tar-Regolament (UE) 2019/787) Reġistru
1. Għandu jiġi stabbilit ir-reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2019/787 (“ir-reġistru”). Dan għandu jkun ibbażat fuq sistemi diġitali mmaniġġjati mill-Kummissjoni u aċċessibbli għall-pubbliku.
2. Mad-dħul fis-seħħ ta’ strument legali li jagħti protezzjoni lill-isem ta’ indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-data li ġejja fir-reġistru:
(a) |
l-isem jew l-ismijiet li għandhom jiġu protetti bħala indikazzjoni ġeografika, inklużi t-traskrizzjonijiet jew it-traslitterazzjonijiet tagħhom bl-ittri Latini, fejn applikabbli. Ismijiet, traskrizzjonijiet u traslitterazzjonijiet multipli għandhom jiġu rreġistrati bħala ismijiet alternattivi, separati bi spazju, oblikwa u spazju ieħor; |
(b) |
il-kategorija tax-xorb spirituż; |
(c) |
in-numru tal-fajl; |
(d) |
it-tip ta’ “indikazzjoni ġeografika”; |
(e) |
isem il-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ oriġini; |
(f) |
id-data tal-applikazzjoni u r-referenza għall-istrument legali li jipproteġi l-isem:
|
(g) |
ir-referenza jew ir-referenzi elettroniċi għall-istrument jew strumenti legali li jikkonċernaw l-indikazzjoni ġeografika sussegwenti għall-istrumenti legali msemmija fil-punt (f); |
(h) |
ir-referenzi għad-dokument uniku, l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew il-fajl tekniku, fejn disponibbli, kif ġej:
|
3. Fejn il-Kummissjoni tapprova emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott jew tirċievi komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata għal speċifikazzjoni tal-prodott li tinvolvi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-reġistru, hija għandha tirreġistra d-data l-ġdida b’effett mid-data tal-applikazzjoni tal-emenda fl-Unjoni. Għandha tiġi rreġistrata wkoll id-data li tikkonċerna l-emendi temporanji.
4. Fejn ir-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika tkun ġiet ikkanċellata, il-Kummissjoni għandha tħassar l-isem mir-reġistru mid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-att ta’ implimentazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/787 u għandha żżomm rekord tal-kanċellazzjoni.
5. L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti mir-regolamenti ta’ implimentazzjoni adottati bejn it-8 ta’ Ġunju 2019 u d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru.
6. Il-Kummissjoni għandha żżomm dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika f’forma diġitali jew stampata għall-perjodu ta’ validità tal-indikazzjoni ġeografika, u f’każ ta’ kanċellazzjoni għal 10 snin wara dan.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 14
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013 huwa mħassar.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1236 tat-12 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, il-proċedura ta’ oppożizzjoni, emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-użu ta’ simbolu u l-kontroll (Ara l-paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).
29.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1236
tat-12 ta’ Mejju 2021
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, il-proċedura ta’ oppożizzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-użu tas-simbolu u l-kontroll
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/787 irrevoka u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787 jistabbilixxi regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tax-xorb spirituż u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tax-xorb spirituż fil-qafas legali l-ġdid u b’mod partikolari biex jiġi ssimplifikat u razzjonalizzat il-funzjonament tas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għax-xorb spirituż, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta’ atti bħal dawn. Dawk l-atti jenħtieġ li jissostitwixxu parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 (3), li hu rrevokat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1235 (4). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/787 jippermetti lil diversi gruppi minn Stati Membri differenti jew minn pajjiżi terzi jressqu applikazzjoni konġunta għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar is-sottomissjoni ta’ tali applikazzjonijiet konġunti li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ proċeduri uniformi u effiċjenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-informazzjoni u l-formoli meħtieġa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott u l-komunikazzjonijiet ta’ emenda standard u temporanja approvati, avviżi u dikjarazzjonijiet motivati ta’ oppożizzjoni, notifiki ta’ tmiem il-konsultazzjoni wara proċedura ta’ oppożizzjoni u talbiet għal kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni. |
(4) |
Iż-żona ġeografika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għalihom qed tintalab il-protezzjoni jenħtieġ li tiġi deskritta fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott b’mod dettaljat, preċiż u inekwivoku li jippermetti lill-produtturi, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi ta’ kontroll joperaw fuq bażijiet ċerti, konklużivi u affidabbli. Barra minn hekk, id-Dokument Uniku jenħtieġ li jkun fih sommarju konċiż taż-żona ġeografika. |
(5) |
L-interessi ta’ partijiet terzi fi Stat Membru jenħtieġ li jiġu protetti f’każ li jsiru bidliet sostanzjali fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ippreżentati mal-applikazzjoni wara l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-iskrutinju mwettaq skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/787. Tali bidliet jenħtieġ li jiġu ppubblikati b’mod adegwat fil-livell tal-Istati Membri sabiex il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom interess leġittimu jkunu jistgħu jippreżentaw oppożizzjoni. |
(6) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali u l-ġestjoni effiċjenti tas-sistema, jenħtieġ li jiġu pprovduti regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-rekwiżiti u l-iskadenzi għall-proċedura ta’ oppożizzjoni, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni, il-komunikazzjonijiet ta’ emendi standard jew temporanji approvati u talbiet għal kanċellazzjoni. |
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, f’każ ta’ avviż ta’ oppożizzjoni li jkun ġie ppreżentat kontra applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika jew applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni jew kontra talba għal kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha taqsam dan l-avviż mal-awtorità, mal-korp jew mal-persuna li ppreżentat l-applikazzjoni jew it-talba. Għal raġunijiet ta’ trasparenza u għall-ekonomija tal-proċedura, dak l-avviż jenħtieġ li jinkludi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-opponent. Hekk, l-applikant ikun jista’ jibda immedjatament konsultazzjoni informali mal-opponent potenzjali u possibbilment jiċċara l-kwistjoni qabel ma l-opponent jibgħat id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni. |
(8) |
Meta avviż ta’ oppożizzjoni jkun segwit minn dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità, lill-korp jew lill-persuna li tkun ippreżentat l-avviż ta’ oppożizzjoni u lill-awtorità, il-korp jew il-persuna li ppreżentaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew l-emenda jew it-talba għal kanċellazzjoni bid-dettalji ta’ kuntatt rispettivi tagħhom, sabiex iż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa f’konformità mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
(9) |
L-isem tal-applikant li jressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni jew l-isem ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun qiegħda tagħmel talba għal kanċellazzjoni f’konformità mal-Artikoli 31 jew 32 tar-Regolament (UE) 2019/787 rispettivament, irid jiġi ppubblikat sabiex jiġu identifikati l-persuni li jkunu attivaw il-proċedura ta’ emenda jew kanċellazzjoni u biex l-opponenti potenzjali jkunu jistgħu jikkontestaw l-interess leġittimu tagħhom. |
(10) |
Il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ emendi standard u temporanji approvati hija meħtieġa biex dik l-emenda ssir pubblika u applikabbli fit-territorju tal-Unjoni f’konformità mas-sistema l-ġdida ta’ kompetenzi għall-emendi msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787. Il-pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata li tirreferi għal indikazzjoni ġeografika li toriġina minn pajjiż terz li tkun ġiet innotifikata minn persuna fiżika jew ġuridika jista’ jkun fiha data personali sabiex tiġi identifikata l-persuna responsabbli li tittrażmetti tali emenda. |
(11) |
Ir-regoli eżistenti dwar ir-riproduzzjoni tas-simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għal prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel kif stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5) jenħtieġ li jiġu replikati biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirrikonoxxu xorb spirituż li jkollu indikazzjoni ġeografika protetta. |
(12) |
Il-valur miżjud ta’ indikazzjoni ġeografika huwa bbażat fuq il-fiduċja tal-konsumatur. L-iskema hija kredibbli biss jekk tkun akkumpanjata b’verifika, b’kontroll u b’awditu effettivi li jinkludu sistema ta’ kontrolli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, ġestita mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 flimkien mal-Artikolu 38(2) ta’ dak ir-Regolament. Għall-funzjonament ottimali tas-suq uniku, huwa importanti li l-produtturi jistgħu juru malajr u faċilment f’diversi kuntesti li huma awtorizzati jużaw l-isem protett, bħal fil-kontrolli mill-uffiċjali tad-dwana, l-ispezzjonijiet tas-suq jew fuq talba mill-operaturi kummerċjali. Is-sistema stabbilita mill-Istati Membri jenħtieġ li tiggarantixxi wkoll li l-produtturi li jikkonformaw mar-regoli jkunu intitolati li jkunu koperti mill-verifika tal-konformità tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
(13) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u formoli fir-rigward ta’ prova ta’ ċertifikazzjoni ta’ xorb spirituż li jkollu indikazzjoni ġeografika relatata ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz. |
(14) |
Fl-interess tal-ġestjoni amministrattiva effettiva u filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba permezz tas-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni, il-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu ssimplifikati u l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi skambjata f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (6) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (7). |
(15) |
Il-Kummissjoni stabbiliet is-sistema ta’ informazzjoni “e-Ambrosia” għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fl-ikel, fl-inbid, fix-xorb spirituż u fl-inbejjed aromatizzati. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkomplu jużaw dik is-sistema fir-rigward ta’ xorb spirituż għall-fini ta’ komunikazzjoni li tikkonċerna l-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, minħabba sistema stretta ta’ akkreditazzjoni, jenħtieġ li dik is-sistema ma tintużax għal komunikazzjonijiet mal-Istati Membri dwar il-proċedura għal talbiet ta’ oppożizzjonijiet u kanċellazzjoni u, sakemm jiġu ssodisfati l-garanziji tas-sigurtà diġitali meħtieġa, jenħtieġ li ma tintużax għal komunikazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi. Minflok, għall-proċeduri għal talbiet ta’ oppożizzjonijiet u ta’ kanċellazzjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-produtturi ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont ir-Regolament (UE) 2019/787 jenħtieġ li jikkomunikaw mal-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika. |
(16) |
Jenħtieġ li jiġi definit il-mod li bih il-Kummissjoni tagħmel l-informazzjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tax-xorb spirituż aċċessibbli għall-pubbliku. |
(17) |
Il-proċeduri għar-reġistrazzjoni, l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż li joriġina mill-Unjoni u l-proċeduri li jikkonċernaw il-kontrolli, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/787, ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 u dan ir-Regolament, jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma responsabbli għal stadji differenti ta’ kull tip ta’ proċedura. L-Istati Membri huma responsabbli għall-ewwel stadju, li jikkonsisti f’li jirċievu l-applikazzjoni mill-grupp ta’ produtturi, u li jivvalutawha, li jinkludi li jmexxu proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni, u, wara r-riżultati tal-valutazzjoni, jressqu l-applikazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-iskrutinju tal-applikazzjonijiet, inkluż it-tmexxija ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni fil-livell dinji, u li tiddeċiedi tagħtix protezzjoni ta;-indikazzjoni ġeografika. Il-Kummissjoni twettaq ukoll il-proċeduri korrispondenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw minn pajjiżi terzi. |
(18) |
Bil-ħsieb li jitnaqqas l-esponiment tad-data personali, id-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati matul il-proċeduri rilevanti jenħtieġ li kemm jista’ jkun jevitaw ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tad-data personali. Madankollu, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jista’ jkollhom bżonn jipproċessaw informazzjoni li jkun fiha data personali bħal ismijiet personali u dettalji ta’ kuntatt. F’każijiet ġustifikati kif dovut, tali data jista’ jkollha tiġi żvelata jew issir pubblika. |
(19) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni matul dawn il-proċeduri. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-Kummissjoni trid titqies bħala kontrollur fis-sens tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri li għalihom hija responsabbli skont ir-Regolament (UE) 2019/787. |
(20) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri matul il-proċeduri rilevanti. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jridu jitqiesu bħala kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri li għalihom huma responsabbli skont ir-Regolament (UE) 2019/787. |
(21) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tax-Xorb Spirituż, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjoni introduttorja
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, u b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(a) |
l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni; |
(b) |
il-proċedura ta’ oppożizzjoni; |
(c) |
l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott; |
(d) |
il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni; |
(e) |
l-użu tas-simbolu tal-Unjoni; |
(f) |
il-kontrolli; |
(g) |
il-komunikazzjonijiet. |
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi
TAQSIMA 1
APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI
Artikolu 2
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(2) tar-R.2019/787) Applikazzjonijiet konġunti
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet konġunti għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2019/787 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kkonċernati. L-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 għandu japplika għall-Istati Membri kollha kkonċernati.
2. L-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew applikant stabbilit f’pajjiż terz li jressaq lill-Kummissjoni applikazzjoni konġunta kif imsemmi fil-paragrafu 1 isir id-destinatarju ta’ kwalunkwe notifika jew deċiżjoni maħruġa mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(2) tar-R.2019/787) Dokument uniku
1. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, id-Dokument Uniku għandu jkun konċiż u ma jaqbiżx l-2 500 kelma, ħlief f’każijiet ġustifikati kif dovut.
2. Fejn l-applikazzjoni tkun relatata ma’ żona ġeografika fi Stat Membru, id-Dokument Uniku għandu jitfassal f’konformità mal-formola li tkun disponibbli fis-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1).
3. Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz, l-awtorità tal-pajjiż terz jew applikant stabbilit f’pajjiż terz għandu juża l-mudell għal dokumenti uniċi stabbilit fl-Anness I. L-informazzjoni hekk fornuta tista’ tiddaħħal mill-Kummissjoni fis-sistemi diġitali tagħha.
4. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għal Dokument Uniku kopert minn talba għall-pubblikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(6) tar-Regolament (UE) 2019/787.
Artikolu 4
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(a) tar-R.2019/787) Żona ġeografika
Iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 għandha tiġi definita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott b’mod preċiż li ma jippreżenta l-ebda ambigwità, b’referenza kemm jista’ jkun għall-konfini fiżiċi jew amministrattivi.
Artikolu 5
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(2) tar-R.2019/787) Proċedura nazzjonali ta’ skrutinju addizzjonali
Jekk, wara l-iskambji msemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, isiru bidliet sostanzjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, dawk il-bidliet għandhom jiġu ppubblikati b’mod adegwat fl-Istat Membru kkonċernat sabiex kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni tkun tista’ tippreżenta oppożizzjoni qabel ma tintbagħat il-verżjoni l-ġdida tad-Dokument Uniku lill-Kummissjoni.
F’każijiet fejn trid titwettaq proċedura nazzjonali addizzjonali ta’ oppożizzjoni, il-Kummissjoni tista’, meta jressaq talba l-Istat Membru kkonċernat, testendi sa 6 xhur id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.
Ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandha tiġi aġġornata u għandha twassal għall-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott proposta.
TAQSIMA 2
PROĊEDURA TA’ OPPOŻIZZJONI
Artikolu 6
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(b) tar-R.2019/787) Regoli proċedurali għall-oppożizzjoni
1. Avviż ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 għandu jkun fih:
(a) |
l-isem ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li għalih tirreferi l-oppożizzjoni; |
(b) |
ir-referenza għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, fejn l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem, l-applikazzjoni għall-emenda tal-Unjoni jew it-talba għall-kanċellazzjoni kkonċernata ġiet ippubblikata; |
(c) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Istat Membru jew tal-awtorità tal-pajjiż terz jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta l-avviż ta’ oppożizzjoni; |
(d) |
id-dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tista’ tikser ir-rekwiżiti tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787. |
Avviż ta’ oppożizzjoni għandu jitfassal f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness II.
2. Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 għandu jkun fiha:
(a) |
l-isem ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li għalih tirreferi l-oppożizzjoni; |
(b) |
ir-referenza għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li fiha ġie ppubblikat l-isem li għalih tirreferi l-oppożizzjoni; |
(c) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità tal-Istat Membru jew tal-awtorità tal-pajjiż terz jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta d-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni; |
(d) |
deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ippreżentat l-avviż ta’ oppożizzjoni; dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal awtoritajiet nazzjonali; |
(e) |
indikazzjoni tar-raġunijiet għall-oppożizzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2019/787: |
(f) |
id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b’appoġġ għall-oppożizzjoni. |
Id-dikjarazzjoni motivata tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn, fejn rilevanti.
Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni għandha titfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness III. B’deroga, il-Kummissjoni tista’ taċċetta dikjarazzjoni motivata li ma tkunx imfassla f’konformità ma’ dak il-mudell, sakemm tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu.
3. Għall-finijiet tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità jew tal-persuna li ppreżentat l-avviż ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità, lil-korp jew lill-persuna li ppreżentat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni jew it-talba għall-kanċellazzjoni.
4. Għall-finijiet tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità jew tal-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u tal-awtorità, tal-korp jew tal-persuna li tkun ippreżentat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni jew it-talba għall-kanċellazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-parti l-oħra.
5. Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 fi żmien xahar mit-tmiem tal-konsultazzjonijiet. Din in-notifika għandu jkun fiha:
(a) |
l-isem ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li għalih tirreferi l-oppożizzjoni; |
(b) |
ir-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C li fih ġie ppubblikat l-isem li għalih tirreferi l-oppożizzjoni; |
(c) |
l-isem tal-opponent jew opponenti; |
(d) |
ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet; |
(e) |
indikazzjoni dwar jekk ikunx ġie emendat id-Dokument Uniku jew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u deskrizzjoni ta’ tali emendi. |
In-notifika ta’ tmiem il-konsultazzjonijiet wara l-proċedura ta’ oppożizzjoni għandha titfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
TAQSIMA 3
EMENDI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
Artikolu 7
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(c) tar-R.2019/787) Applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni
1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għal Speċifikazzjoni tal-Prodott kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787 għandu jkun fiha:
(a) |
l-isem protett li miegħu għandha x’taqsam l-emenda; |
(b) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-applikant u deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-applikant; |
(c) |
l-intestaturi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku affettwati mill-emenda; |
(d) |
spjegazzjoni li l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ emenda tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787; |
(e) |
deskrizzjoni tal-emendi proposti u r-raġunijiet għal kull emenda; |
(f) |
id-Dokument Uniku konsolidat, kif emendat; |
(g) |
ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif emendata; |
(h) |
id-dikjarazzjoni mill-Istat Membru li jqis li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan; |
(i) |
għal applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi biss, prova li l-emenda mitluba tikkonforma mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-seħħ f’dak il-pajjiż terz. |
Id-deskrizzjoni u r-raġunijiet imsemmija fil-punt (e) u d-dokument imsemmi fil-punt (f) ma għandhomx jaqbżu l-2 500 kelma kull wieħed, ħlief f’każijiet ġustifikati kif dovut.
2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għandha tkun konċiża u ma taqbiżx il-5 000 kelma, ħlief f’każijiet ġustifikati kif dovut. Applikazzjoni minn Stat Membru għandha titfassal f’konformità mal-mudell magħmul disponibbli fis-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1). L-applikanti minn pajjiżi terzi għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness V. L-informazzjoni hekk fornuta tista’ tiddaħħal mill-Kummissjoni fis-sistemi diġitali tagħha.
3. Id-Dokument Uniku emendat għandu jitfassal f’konformità mal-Artikolu 3. Applikazzjoni minn pajjiż terz tista’ tinkludi l-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minflok ir-referenza elettronika għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata.
4. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, flimkien mal-Artikolu 26(2) ta’ dak ir-Regolament, flimkien mad-Dokument Uniku, kif emendat, u r-referenza tal-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif emendata, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għal Speċifikazzjoni tal-Prodott.
L-ismijiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew tal-uffiċjali tal-Istat Membru jew tal-pajjiżi terzi li jippreżentaw l-applikazzjoni għandhom jiġu ppubblikati bħala parti minn dik l-applikazzjoni.
Artikolu 8
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(c) tar-R.2019/787) Komunikazzjoni ta’ emenda standard
1. Il-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(3), (7) u (8) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem protett li għalih tirreferi l-emenda standard; |
(b) |
spjegazzjoni li l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787; |
(c) |
deskrizzjoni tal-emenda approvata, li tindika jekk l-emenda twassalx għal emenda tad-Dokument Uniku; |
(d) |
sommarju tar-raġunijiet li għalihom tintalab l-emenda; |
(e) |
id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235; |
(f) |
fejn rilevanti, id-Dokument Uniku konsolidat, kif emendat; |
(g) |
ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif emendata. |
2. Meta l-komunikazzjoni ssir minn Stat Membru, din għandha tinkludi dikjarazzjoni minn dak l-Istat Membru li hu jqis li l-emenda approvata tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan.
3. Fil-każ ta’ xorb spirituż li joriġina minn pajjiżi terzi, il-komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew minn applikant ta’ pajjiż terz li jkollu interess leġittimu għandha tindika l-isem tal-pajjiż terz jew tal-applikant li jibgħat il-komunikazzjoni u għandha tinkludi prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz. Din tista’ tinkludi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata minflok ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tagħha.
4. Komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata minn Stat Membru għandha titfassal f’konformità mal-mudell disponibbli fis-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1). Għall-komunikazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandu jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness VI. L-informazzjoni hekk fornuta tista’ tiddaħħal mill-Kummissjoni fis-sistemi diġitali tagħha.
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235, l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ indikazzjoni ġeografika għandu jiġi ppubblikat bħala parti mill-komunikazzjoni.
Artikolu 9
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(c) tar-R.2019/787) Komunikazzjoni ta’ emenda temporanja
1. Il-komunikazzjoni ta’ emenda temporanja approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’konformità mal-Artikolu 10(1) sa (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem protett li tirreferi għalih; |
(b) |
deskrizzjoni tal-emenda temporanja approvata flimkien mar-raġunijiet għaliha, kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2019/787; |
(c) |
ir-referenza tar-rikonoxximent formali tad-diżastru naturali jew ta’ kundizzjonijiet ħżiena tat-temp mill-awtoritajiet kompetenti jew tal-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji; |
(d) |
ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni nazzjonali li tapprova l-emenda temporanja. |
2. Meta l-komunikazzjoni ssir minn Stat Membru, din għandha tinkludi dikjarazzjoni minn dak l-Istat Membru li hu jqis li l-emenda approvata tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan.
3. Fil-każ ta’ xorb spirituż li joriġina minn pajjiżi terzi, il-komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew mill-applikant tal-pajjiż terz li jkollu interess leġittimu għandha tindika l-isem tal-pajjiż terz jew tal-applikant li jibgħat il-komunikazzjoni u għandha tinkludi prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz. Din tista’ tinkludi d-deċiżjoni nazzjonali li tapprova l-emenda temporanja kif ippubblikata minflok ir-referenza elettronika għar-referenza tal-pubblikazzjoni tagħha.
4. Komunikazzjoni ta’ emenda temporanja approvata minn Stat Membru għandha titfassal f’konformità mal-mudell disponibbli fis-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1). Għall-komunikazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandu jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness VII. L-informazzjoni hekk fornuta tista’ tiddaħħal mill-Kummissjoni fis-sistemi diġitali tagħha.
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 10(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235, l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tippreżenta komunikazzjoni ta’ emenda temporanja approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ indikazzjoni ġeografika għandu jiġi ppubblikat bħala parti mill-komunikazzjoni.
TAQSIMA 4
KANĊELLAZZJONI
Artikolu 10
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(d) tar-R.2019/787) Talbiet għal kanċellazzjoni
1. Talba għal kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/787 għandu jkun fiha:
(a) |
ir-referenza għall-isem protett li għalih tirreferi; |
(b) |
l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika; |
(c) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità jew tal-persuna ġuridika li tkun trid tikkanċella r-reġistrazzjoni. Jekk il-kanċellazzjoni tintalab minn persuna fiżika, l-isem u data personali oħra jistgħu jitħallew barra fit-talba u jintbagħtu lill-Kummissjoni separatament; |
(d) |
deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun trid tikkanċella r-reġistrazzjoni. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal awtoritajiet nazzjonali; |
(e) |
indikazzjoni tar-raġunijiet għall-kanċellazzjoni; |
(f) |
id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b’appoġġ għat-talba għal kanċellazzjoni; |
(g) |
id-dikjarazzjoni mill-Istat Membru li jqis li t-talba għal kanċellazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan. |
It-talba għal kanċellazzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn, fejn rilevanti.
2. Talba għal kanċellazzjoni għandha titfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VIII.
3. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/787, flimkien mal-Artikolu 26(2) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, it-talba għal kanċellazzjoni. L-ismijiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew tal-uffiċjali tal-Istat Membru jew tal-pajjiżi terzi li jippreżentaw talba għal kanċellazzjoni għandhom jiġu ppubblikati bħala parti minn dik it-talba.
TAQSIMA 5
UŻU TAS-SIMBOLU TAL-UNJONI
Artikolu 11
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.20(c) tar-R.2019/787) Simbolu tal-Unjoni
Is-simbolu tal-Unjoni li jindika l-protezzjoni bħala indikazzjoni ġeografika, imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/787, għandu jiġi riprodott kif stabbilit fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014.
TAQSIMA 6
KONTROLLI
Artikolu 12
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(e) tar-R.2019/787) Verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “produttur ta’ xarba spirituża li jkollha indikazzjoni ġeografika” jew “proċessur ta’ xarba spirituża li jkollha indikazzjoni ġeografika”, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “produttur” jew “proċessur”, rispettivament, tfisser operatur li l-attivitajiet tiegħu huma koperti mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika korrispondenti.
2. Kwalunkwe produttur jew proċessur li jikkonforma mar-regoli previsti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787 huwa intitolat li jkun kopert mill-verifika tal-konformità stabbilita f’konformità mal-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament. Produttur jew proċessur għandu jiddikjara l-operat tiegħu lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) 2019/787.
3. Produttur jew proċessur li l-prodott tiegħu, wara l-proċess ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2019/787, jinstab li jikkonforma mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ indikazzjoni ġeografika protetta f’konformità ma’ dak ir-Regolament għandu jew:
(a) |
jingħata ċertifikat, li jista’ jkun kopja ċertifikata, li jiċċertifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Iċ-ċertifikat għandu jkun mill-anqas f’forma elettronika u jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni muri fuq paġna web li għaliha l-produttur jew il-proċessur għandu aċċess u li minnha l-produttur jew il-proċessur jista’ jniżżel iċ-ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara d-data tal-ħruġ tiegħu. Produtturi jew proċessuri ċċertifikati għandhom jagħmlu ċ-ċertifikat tagħhom disponibbli għal kull spettorat tal-kontroll uffiċjali jew awtorità oħra tal-infurzar. Jistgħu anke jagħmlu ċ-ċertifikat tagħhom disponibbli għall-pubbliku jew għal kwalunkwe persuna li tista’ titlob prova taċ-ċertifikazzjoni matul in-negozju. Tali ċertifikat għandu jkun bil-karattri Latini jew għandu jkun akkumpanjat bi traskrizzjoni jew bi traslitterazzjoni f’karattri Latini; jew |
(b) |
ikunu inklużi f’lista ta’ produtturi jew proċessuri approvati stabbilita mill-awtorità kompetenti. L-elenkar, li jista’ jkun l-estratt rilevanti mil-lista kompluta, għandu jkun disponibbli għal kull produttur jew proċessur elenkat b’dan il-mod. Għandha tkun mill-anqas f’forma elettronika u tista’ ssir disponibbli billi tintwera fuq paġna web li l-produttur jew il-proċessur jkollu aċċess għaliha u li minnha l-produttur jew il-proċessur jista’ jniżżel estratt uffiċjali tal-elenku korrispondenti. L-elenkar għandu jiddikjara d-data li fiha tfassal. Meta ssir talba, il-produttur jew il-proċessur għandu jagħmel disponibbli l-elenkar tiegħu lil kwalunkwe spettorat tal-kontroll uffiċjali jew awtorità oħra tal-infurzar. Huma jistgħu jagħmlu l-elenkar disponibbli għall-pubbliku u għal kwalunkwe persuna li tista’ titlob prova tal-elenkar matul in-negozju. L-elenkar għandu jkun bil-karattri Latini jew għandu jkun akkumpanjat bi traskrizzjoni jew traslitterazzjoni f’karattri Latini. |
4. Iċ-ċertifikat u l-elenkar imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu aġġornati perjodikament, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Iċ-ċertifikat u l-elenkar għandu jkun fihom mill-anqas id-data li ġejja:
(a) |
l-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta; |
(b) |
il-kategorija tax-xorb spirituż; |
(c) |
in-numru tal-produttur (fakultattiv); |
(d) |
l-isem tan-negozju u d-dettalji ta’ kuntatt tal-produttur jew tal-proċessur; |
(e) |
l-isem tan-negozju jew l-isem uffiċjali u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll jew l-awtorità responsabbli għall-elenkar; |
(f) |
in-negozju tal-produttur jew tal-proċessur li għalih tapplika ċ-ċertifikazzjoni jew l-elenkar, jiġifieri “produzzjoni”, “proċessar”, “ibbottiljar (imballaġġ)”, u/jew “ieħor” (li jrid jiġi speċifikat); |
(g) |
id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat jew id-data li fiha tfassal l-elenkar; |
(h) |
il-firma, is-siġill jew il-marka tal-korp ta’ kontroll jew l-awtorità responsabbli għall-elenkar, li jistgħu jkunu elettroniċi. |
5. Fil-każ li produttur jew proċessur jiġi deċertifikat jew jitneħħa mil-lista, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produttur jew il-proċessur ma jibqgħux juru jew jużaw iċ-ċertifikat jew l-elenkar.
6. Għall-finijiet tal-iffaċilitar taċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, il-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati u l-awtoritajiet responsabbli għall-elenkar imsemmi fil-paragrafu 3 jistgħu jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness IX.
7. Għall-prodotti magħmulin f’pajjiżi terzi, produttur jew proċessur li l-prodott magħżul mill-indikazzjoni ġeografika rreġistrata jkun importat fl-Unjoni għandu, meta ssirlu talba, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-importatur tal-prodott fl-Unjoni prova ta’ ċertifikazzjoni bħala produttur jew proċessur ta’ prodott magħżul minn dik l-indikazzjoni ġeografika kif ipprovdut mill-awtorità nazzjonali ta’ kontroll jew mill-korp ta’ ċertifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz.
Il-prova taċ-ċertifikazzjoni tista’ tikkonsisti f’ċertifikat jew f’elenkar ta’ produtturi jew proċessuri awtorizzati u tista’ tiġi pprovduta direttament minn dik l-awtorità nazzjonali ta’ kontroll jew korp ta’ ċertifikazzjoni. Il-prova taċ-ċertifikazzjoni tista’ tkun f’forma stampata jew elettronika. Għandha tkun f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni, jew tkun akkumpanjata minn traduzzjoni fiha, u b’karattri li jistgħu jinftiehmu faċilment fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri fejn il-prodott ikun kummerċjalizzat. Ma għandhiex tkun skadiet, f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz, fid-data li fiha tkun saret disponibbli għall-importatur.
8. Meta ssirlu talba, l-importatur għandu jagħmel il-prova taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 disponibbli lill-awtoritajiet doganali jew lil awtoritajiet oħrajn fl-UE involuti fil-verifika tal-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi fuq prodotti ddikjarati għal ċirkolazzjoni libera jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni. L-importatur jista’ jagħmel il-prova taċ-ċertifikazzjoni disponibbli għall-pubbliku jew għal kwalunkwe persuna li titlob prova taċ-ċertifikazzjoni matul in-negozju.
KAPITOLU III
Komunikazzjonijiet
Artikolu 13
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(2) tar-R.2019/787) Komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, pajjiżi terzi u operaturi oħrajn
1. Id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787 u l-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni kif ġej:
(a) |
għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, permezz tas-sistemi diġitali magħmula disponibbli mill-Kummissjoni, soġġett għall-paragrafu 2; |
(b) |
għall-awtoritajiet kompetenti u l-produtturi ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont ir-Regolament (UE) 2019/787, permezz tal-posta elettronika bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Annessi I sa VIII ta’ dan ir-Regolament. |
Il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 għandhom japplikaw għall-komunikazzjonijiet magħmula skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.
2. B’deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-avviż ta’ oppożizzjoni, id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u n-notifika tar-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6, kif ukoll talba għal kanċellazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, permezz tal-posta elettronika.
3. L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-sistemi diġitali magħmula disponibbli mill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. L-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandha tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-gruppi applikanti ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont ir-Regolament (UE) 2019/787 permezz tal-posta elettronika.
4. Għall-komunikazzjonijiet tekniċi uffiċjali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni punt ta’ kuntatt wieħed li jkun fih indirizz dipartimentali u postali, indirizz tal-kaxxa postali elettronika funzjonali, u numru tat-telefon dipartimentali. L-Istati Membri għandhom iżommu dawn il-punti ta’ kuntatt aġġornati. Din id-data għandha tidentifika biss il-funzjonijiet, l-uffiċċji u d-dipartimenti uffiċjali. L-ebda data ma għandha tidentifika lil xi persuna fiżika jew tagħti dettalji personali li jkunu fl-indirizzi, fin-numri ta’ kuntatt jew f’elementi ta’ data oħrajn.
Il-Kummissjoni tista’ żżomm, taħżen, tikkondividi, tippubblika u tiċċirkola perjodikament il-lista sħiħa ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt, inklużi lis-servizzi tagħha stess, lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, u lill-punti ta’ kuntatt kollha fil-lista. Il-Kummissjoni tista’ titlob li din id-data tiġi ppreżentata permezz ta’ sistemi diġitali magħmula disponibbli mill-Kummissjoni.
Artikolu 14
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(2) tar-R.2019/787) Is-sottomissjoni u l-wasla tal-komunikazzjonijiet
1. Il-komunikazzjonijiet u s-sottomissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 għandhom jitqiesu li saru fid-data li fiha jaslu għand il-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonferma l-wasla tal-komunikazzjonijiet kollha riċevuti u l-fajls kollha sottomessi permezz tas-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-sistemi diġitali.
Il-Kummissjoni għandha tattribwixxi numru tal-fajl lil kull applikazzjoni ġdida għar-reġistrazzjoni, lil kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni, komunikazzjoni dwar emendi standard approvati u komunikazzjoni dwar emendi temporanji approvati.
Il-konferma tal-wasla għandu jkun fiha mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
in-numru tal-fajl; |
(b) |
l-isem tal-prodott ikkonċernat; |
(c) |
id-data tal-wasla. |
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika u tagħmel disponibbli informazzjoni u rimarki dwar tali komunikazzjonijiet u sottomissjonijiet permezz tas-sistemi diġitali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1).
3. Għall-komunikazzjonijiet u s-sottomissjonijiet tal-fajls magħmula permezz tal-posta elettronika, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li rċeviet il-fajl permezz tal-posta elettronika.
Għandha tattribwixxi numru tal-fajl lil kull applikazzjoni ġdida għar-reġistrazzjoni, lil kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni, komunikazzjoni dwar emendi standard approvati u komunikazzjoni dwar emendi temporanji approvati.
Il-konferma tal-wasla għandu jkun fiha mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
in-numru tal-fajl; |
(b) |
l-isem tal-prodott ikkonċernat; |
(c) |
id-data tal-wasla. |
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika u tagħmel disponibbli l-informazzjoni u r-rimarki dwar tali komunikazzjonijiet u sottomissjoni permezz tal-posta elettronika.
4. L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u l-Artikoli 1 sa 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-notifika u għad-disponibbiltà tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 15
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(2) tar-R.2019/787) Informazzjoni li trid tkun magħmula pubblika
L-informazzjoni li l-Kummissjoni trid tippubblika f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787, mar-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 u dan ma’ dan ir-Regolament, għandha ssir pubblika permezz tas-sistemi diġitali li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
Data personali
Artikolu 16
(Setgħa ta’ implimentazzjoni Art.42(1)(2) tar-R.2019/787) Data personali
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-data personali li jirċievu matul il-proċeduri għar-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni ta’ emendi, il-kanċellazzjoni u l-kontroll f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/787, ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 u dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 u r-Regolament (UE) 2016/679.
2. Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur fis-sens tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċedura li hija kompetenti għaliha f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/787, ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 u dan ir-Regolament.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri f’konformità mat-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri li huma kompetenti għalihom f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/787, ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1235 u dan ir-Regolament.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1235 tat-12 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni u r-reġistru (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
ANNESS I
DOKUMENT UNIKU (IR-REGOLAMENT (UE) 2019/787)
“ISEM”
GI-XX-XXXX
Data tal-applikazzjoni: XX-XX-XXXX
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inkluż l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). Kwalunkwe data personali ppreżentata f’din il-formola se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) . F’każ ta’ oppożizzjoni, isem l-applikant jiġi kkomunikat lill-opponent sabiex tkun tista’ tibda l-konsultazzjoni xierqa f’konformità mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) . L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni:
…
2. Pajjiż jew pajjiżi terzi li għalihom tappartjeni ż-żona ġeografika:
…
3. Tip ta’ indikazzjoni Ġeografika:
Indikazzjoni Ġeografika
4. Kategorija/kategoriji tax-xarba spirituża:
…
5. Deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża:
…
6. Definizzjoni taż-żona ġeografika:
…
7. Metodu tal-produzzjoni:
…
8. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ:
… [Jekk ma hemmx, ħalli vojt. F’każ ta’ xi restrizzjoni, ikteb ġustifikazzjoni fil-qosor].
9. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
… [Jekk ma hemmx, ħalli vojt. F’każ ta’ xi restrizzjoni, ikteb ġustifikazzjoni fil-qosor].
10. Deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u l-oriġini Ġeografika tagħha, inklużi, fejn xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta’ produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta:
…
----------------------------------------------------
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
…
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS II
Notifika ta’ oppożizzjoni (ir-Regolament (UE) 2019/787)
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inklużi l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). Kwalunkwe data personali ppreżentata f’din il-formola se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). In-notifika ta’ oppożizzjoni, inkluż isem l-opponent, jiġi kkomunikat lill-applikant f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) . L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
…
2. Referenza
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
Numru ta’ referenza:…
Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali:…
3. Notifika ta’ oppożizzjoni
[Isem l-Istat Membru jew il-pajjiż terz jew l-entità ġuridika jew il-persuna fiżika li għandha interess leġittimu u li hija stabbilita f’pajjiż terz li qiegħed jissottometti din in-notifika ta’ oppożizzjoni] iqis/tqis li l-applikazzjoni msemmija fil-punti 1 u 2 tista’ tikser il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u jirriżerva/tirriżerva d-dritt li jibgħat/tibgħat dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2019/787.]
4. Dettalji ta’ kuntatt
Kuntatt*:…
Grupp/organizzazzjoni jew awtorità nazzjonali:...
Dipartiment:…
Indirizz:
…
Telefon: +…
Posta elettronika:…
5. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[indirizz tal-posta elettronika:]
[data:]
[firma:]
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS III
Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni (ir-Regolament (UE) 2019/787)
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inklużi l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). Kwalunkwe data personali ppreżentata f’din il-formola se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) . Jekk jinstab li l-oppożizzjoni tkun ammissibbli, isem l-opponent jiġi kkomunikat lill-applikant sabiex tkun tista’ tibda l-konsultazzjoni xierqa f’konformità mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) . L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
…
2. Referenza
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
Numru ta’ referenza:…
Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali:…
3. Isem l-opponent
[Stat Membru, Pajjiż terz, Persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiż terz]
…
4. Dettalji ta’ kuntatt
Kuntatt:
Grupp/organizzazzjoni jew awtorità nazzjonali:
Dipartiment:…
Indirizz:
…
Telefon +…
Posta elettronika:…
5. Interess leġittimu (ma tapplikax għall-awtoritajiet nazzjonali)
[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-opponent. F’każ ta’ oppożizzjoni li tikkonċerna talba għall-kanċellazzjoni, uri l-użu kummerċjali tal-isem irreġistrat (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2021/1235 (3) ). L-awtoritajiet nazzjonali huma eżentati minn dan ir-rekwiżit].
6. Raġunijiet għall-oppożizzjoni:
☐ |
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni jew it-talba għall-kanċellazzjoni hija inkompatibbli mar-regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż minħabba li tkun f’kunflitt mal-Artikolu 3(4) u l-Artikoli 22, 31 jew 32 tar-Regolament (UE) 2019/787 rispettivament u mad-dispożizzjonijiet adottati skont dawn. |
☐ |
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni hija inkompatibbli mar-regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż minħabba li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun f’kunflitt mal-Artikoli 34 jew 35 tar-Regolament (UE) 2019/787. |
☐ |
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni hija inkompatibbli mar-regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż minħabba li r-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta tipperikola l-eżistenza ta’ isem totalment jew parzjalment identiku jew ta’ trademark, jew l-eżistenza ta’ prodotti li kienu legalment fis-suq għal mill-anqas 5 snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
7. Dettalji tal-oppożizzjoni
[Ipprovdi raġunijiet u ġustifikazzjoni sostanzjati kif dovut, dettalji tal-fatti, evidenza u l-kummenti li jappoġġaw l-oppożizzjoni. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f’każ ta’ oppożizzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta’ trademark preċedenti ta’ reputazzjoni u fama (l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2019/787].
8. Lista tad-dokumenti ta’ sostenn [Ipprovdi l-lista tad-dokumenti mibgħuta biex jappoġġjaw l-oppożizzjoni].
9. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon:+]
[indirizz tal-posta elettronika:]
[data:]
[firma:]
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1235 tat-12 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni u r-reġistru (ĠU L XXX, 270).
ANNESS IV
Notifika ta’ tmiem il-konsultazzjonijiet fil-qafas ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni (Ir-Regolament (UE) 2019/787)
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inklużi l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
2. Referenza
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
Numru ta’ referenza:
Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali:
3. Isem l-opponent
[Stat Membru, Pajjiż Terz, Persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f’pajjiż terz]
…
4. Riżultat tal-konsultazzjonijiet
4.1 Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[ehmeż kopji ta’ ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew il-ftehim (l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1))]
4.2 Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) 2019/787]
5. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku
5.1 L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata:
... Iva*…Le
*Jekk “Iva”, ehmeż deskrizzjoni tal-emendi u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata
5.2 Id-Dokument Uniku ġie emendat:
... Iva**... Le
** Jekk “Iva”, ehmeż id-dokument aġġornat
6. Data u firma
_____________________________________________________________
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon:+]
[indirizz tal-posta elettronika:]
[data:]
[firma:]
(1) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS V
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (ir-Regolament (UE) 2019/787)
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inklużi l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). Kwalunkwe data personali ppreżentata f’din il-formola se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) . Għal raġunijiet ta’ trasparenza u sabiex l-opponenti potenzjali jitħallew jikkontestaw ir-rekwiżit tal-interess leġittimu tal-applikant, l-isem tal-applikant għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandu jiġi ppubblikat. L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
2. Applikant u interess leġittimu
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant li jipproponi l-emenda. Fil-każ li l-indirizz, it-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika jikkonċernaw persuna fiżika dawn ma jistgħux jiġu inklużi f’din il-formola u jintbagħtu lill-Kummissjoni separatament.
Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-interess leġittimu tal-applikant.]
3. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
…
4. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku affettwati mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☐ |
Il-kategorija jew l-isem legali tax-xarba spirituża |
☐ |
Link |
☐ |
Restrizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni |
5. Tip ta’ emenda/i
[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda jew emendi jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “emenda tal-Unjoni” kif previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)].
6. Emenda/i
[Ipprovdi deskrizzjoni ta’ kull emenda u r-raġunijiet għaliha. L-applikazzjoni għal emenda trid tkun komprensiva u eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1235 (3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1236 (4)].
7. Annessi
7.1. |
Id-Dokument Uniku kkonsolidat, kif emendat |
7.2. |
Il-verżjoni kkonsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata, jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott |
7.3. |
Prova li d-dokumenti emendati jikkorrispondu mal-indikazzjoni ġeografika fis-seħħ fil-pajjiż terz |
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1235 tat-12 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni u r-reġistru (ĠU L XXX, 270.).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1236 tat-12 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, il-proċedura ta’ oppożizzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-użu tas-simbolu u l-kontroll (ĠU L XXX, 270.).
ANNESS VI
Komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard (ir-Regolament (UE) 2019/787)
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inklużi l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). Kwalunkwe data personali ppreżentata f’din il-formola se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) . Għal raġunijiet ta’ trasparenza, isem l-ispeditur għandu jiġi ppubblikat. L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
2. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
…
3. L-ispeditur
[Produttur uniku jew grupp ta’ produtturi li għandhom interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika (ara l-Artikolu 24(8) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2))]
4. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvati
[Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i standard u dikjarazzjoni li tispjega għalfejn l-emenda/i jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2019/787. Żid sommarju tar-raġunijiet li għalihom huma meħtieġa l-emendi. Indika jekk l-emenda twassalx għal emenda tad-Dokument Uniku jew le.].
5. Annessi
5.1. |
Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard |
5.2. |
Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz |
5.3. |
Id-Dokument Uniku kkonsolidat, kif emendat, fejn rilevanti |
5.4. |
Kopja tal-verżjoni kkonsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott |
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS VII
Komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda temporanja (ir-Regolament (UE) 2019/787)
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inklużi l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). Kwalunkwe data personali ppreżentata f’din il-formola se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) . Għal raġunijiet ta’ trasparenza, isem l-ispeditur għandu jiġi ppubblikat. L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. Isem il-prodott
[kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]
2. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
…
3. L-ispeditur
[Produttur uniku jew grupp ta’ produtturi li għandhom interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika (ara l-Artikolu 24(8) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2))]
4. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvati
[Ipprovdi deskrizzjoni ta’ u r-raġunijiet speċifiċi għall-emenda/i temporanja/i inkluża r-referenza tar-rikonoxximent formali tad-diżastru naturali jew il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp mill-awtoritajiet kompetenti jew tal-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji. Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “emenda temporanja” kif previst fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2019/787].
5. Annessi
5.1. |
L-applikazzjoni tal-emenda temporanja approvata |
5.2. |
Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda temporanja |
5.3. |
Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz |
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 12.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS VIII
Talba għall-Kanċellazzjoni (ir-Regolament (UE) 2019/787)
Avviż importanti: l-applikanti huma avżati biex jeskludu d-data personali kollha (inklużi l-ismijiet tal-persuna) u b’mod partikolari dik li tidher fid-dettalji ta’ kuntatt (bħan-numri tat-telefon personali u l-indirizzi tal-posta elettronika). Kwalunkwe data personali ppreżentata f’din il-formola se tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) . Għal raġunijiet ta’ trasparenza u sabiex l-opponenti potenzjali jitħallew jikkontestaw ir-rekwiżit tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel it-talba għall-kanċellazzjoni, l-isem ta’ dik il-persuna għandu jiġi ppubblikat. L-istqarrija ta’ privatezza hija disponibbli fuq il-paġni web tal-Europa. |
1. L-isem irreġistrat propost biex jiġi kkanċellat
…
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
…
3. Persuna fiżika jew ġuridika, Stat Membru jew Pajjiż Terz li jagħmel it-talba għall-kanċellazzjoni
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi li jitolbu l-kanċellazzjoni. Fil-każ li l-indirizz, it-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika jikkonċernaw persuna fiżika dawn ma jistgħux jiġu inklużi f’din il-formola u jintbagħtu lill-Kummissjoni separatament.
Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li titlob il-kanċellazzjoni (ma japplikax għall-awtoritajiet nazzjonali)].
4. Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni u r-raġunijiet relatati
☐ |
F’konformità mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
|
☐ |
F’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 [Ipprovdi r-raġunijiet dettaljati u, fejn xieraq, evidenza għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-isem f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2019/787.] |
5. Lista ta’ dokumenti ta’ sostenn
[Ipprovdi l-lista tad-dokumentazzjoni mibgħuta biex issostni t-talba għall-kanċellazzjoni, fejn rilevanti.
Għal Stati Membri, jekk jogħġbok ipprovdi d-dikjarazzjoni li t-talba għall-kanċellazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan].
6. Data u firma
_____________________________________________________________
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[data:]
[firma:]
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS IX
ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI JEW ELENKU TA’ PRODUTTURI JEW PROĊESSURI KONFORMI MA’ SPEĊIFIKAZZJONI TA’ PRODOTT TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA (IĠ) FIS-SETTUR TAX-XORB SPIRITUŻ, SKONT L-ARTIKOLU 12(3) TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE)2021/1236 (1)
Dan id-dokument jiddikjara li l-produttur jew il-proċessur huwa ċċertifikat li jinnomina prodott bħala Indikazzjoni Ġeografika (IĠ) protett f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1236 tat-12 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, il-proċedura ta’ oppożizzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-użu tas-simbolu u l-kontroll (ĠU L XXX, 270).
(*1) * oqsma obbligatorji
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
29.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1237
tat-23 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1), il-punt (a) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (2) jikkostitwixxi eżenzjoni importanti mir-regola ġenerali li l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe pjan biex jagħtu għajnuna ġdida qabel ma jimplimentawh, sakemm ċerti kundizzjonijiet iddefiniti minn qabel ikunu ġew sodisfatti. |
(2) |
Fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji li kellha l-pandemija tal-COVID-19 fuq l-impriżi u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-rispons politiku ġenerali adottat mill-Kummissjoni, speċjalment fil-perjodu 2020-2021, ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jiġi adattata. L-impriżi li saru impriżi f’diffikultà b’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 għal perjodu limitat, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Minbarra dan, il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-investiment reġjonali, li keċċew persunal temporanjament jew permanentament minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, ma għandhomx jitqiesu li kisru l-obbligu li jżommu dawk l-impjiegi fil-qasam ikkonċernat għal perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha l-pożizzjoni tkun imtliet għall-ewwel darba, jew tliet snin fil-każ ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). |
(3) |
L-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“SEI”) koperti mill-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew fi proġetti tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) koperti mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew mir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ftit għandu impatt fuq il-kompetizzjoni, b’mod partikolari, fid-dawl tar-rwol pożittiv li l-għajnuna għandha fil-kondiviżjoni tal-għarfien, speċjalment għall-komunitajiet lokali u tal-biedja, kif ukoll in-natura ta’ spiss kollettiva tal-għajnuna, u l-iskala relattivament żgħira tagħha. In-natura ta’ dawn il-proġetti hija integrata, b’diversi atturi u b’diversi setturi, u dan jista’ jwassal għal ċerti diffikultajiet għall-klassifikazzjoni tagħhom skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat. Minħabba n-natura lokali tal-proġetti individwali tal-Grupp Operazzjonali SEI u tas-CLLD, magħżula abbażi ta’ strateġija multiannwali għall-iżvilupp lokali determinata u implimentata minn sħubija pubblika-privata u l-orjentazzjoni tagħhom lejn l-interess komunitarju, soċjali, ambjentali u klimatiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza ċerti diffikultajiet iffaċċjati mill-Grupp Operazzjonali SEI u l-proġetti tas-CLLD sabiex jiffaċilita l-konformità tagħhom mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(4) |
Minħabba l-effett limitat fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ta’ ammonti żgħar ta’ għajnuna mogħtija lill-SMEs li jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI u tas-CLLD, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli sempliċi għal każijiet fejn l-ammont aggregat ta’ għajnuna għal kull proġett ma jaqbiżx ċertu limitu. |
(5) |
L-impriżi li jipparteċipaw fil-proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (“KTE”) koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew mir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ta’ spiss jesperjenzaw diffikultajiet fil-finanzjament tal-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-kooperazzjoni bejn sħab li jinsabu f’reġjuni differenti u fi Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi. Minħabba l-importanza tal-KTE għall-politika ta’ koeżjoni, li tipprovdi qafas għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti u skambji ta’ politika bejn atturi nazzjonali, reġjonali u lokali minn Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi, ċerti diffikultajiet iffaċċjati mill-proġetti tal-KTE jenħtieġ li jiġu indirizzati sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tagħhom mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni, ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li japplika għall-għajnuna għall-proġetti KTE, irrispettivament mid-daqs tal-impriżi benefiċjarji. |
(6) |
Barra minn hekk, minħabba l-effett limitat fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ta’ ammonti żgħar ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi li jipparteċipaw fil-proġetti tal-KTE, b’mod partikolari, fejn dawk l-impriżi jirċievu dik l-għajnuna indirettament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli sempliċi għal każijiet fejn l-ammont aggregat ta’ għajnuna għal kull impriża għal kull proġett ma jaqbiżx ċertu limitu. |
(7) |
Proġetti ta’ riċerka u żvilupp jew studji ta’ fattibbiltà mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza wara evalwazzjoni u klassifikazzjoni mwettqa minn esperti indipendenti, li huma meqjusa eċċellenti u li jixirqilhom li jirċievu finanzjament pubbliku, iżda li ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt il-Programm Qafas Orizzont minħabba nuqqas ta’ baġit disponibbli, jistgħu jiġu appoġġati minn riżorsi nazzjonali inklużi riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-perjodu-2014-2020, u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew+ għall-perjodu 2021-2027. L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil tali proġetti ta’ riċerka u żvilupp li jitwettqu minn SMEs jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandux ikun meħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà diġà vvalutati fil-livell tal-Unjoni skont ir-regoli tal-programm Qafas Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa qabel l-għoti tat-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza. Il-karattru għall-profitt jew mhux għall-profitt tal-entitajiet li jwettqu l-proġetti mhuwiex kriterju rilevanti skont il-liġi tal-kompetizzjoni. |
(8) |
L-għajnuna mill-Istat mogħtija biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ ċerti networks tal-broadband fissi u effiċjenti u l-għajnuna mill-Istat mogħtija biex tappoġġa t-tnedija ta’ ċerti networks mobbli passivi u effiċjenti jenħtieġ li jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex jgħinu biex jitnaqqas id-distakk diġitali f’żoni ta’ falliment tas-suq, filwaqt li jiġu limitati r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ esklużjoni tal-investiment privat. |
(9) |
L-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ vawċer tal-konnettività għall-konsumaturi sabiex jiġu ffaċilitati s-servizzi tat-telexogħol, tal-edukazzjoni online u tat-taħriġ kif ukoll għall-SMEs għandha titqies kompatibbli mas-suq intern u tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali f’żoni ta’ falliment tas-suq, filwaqt li jiġu limitati r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ esklużjoni tal-investiment privat. |
(10) |
L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil ċerti proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali f’żoni ta’ falliment tas-suq, filwaqt li tillimita r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ esklużjoni tal-investiment privat. |
(11) |
Għotjiet mogħtija lil riċerkaturi taħt il-Prova tal-Kunċett tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (“ERC”) u taħt l-azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie (“MSCA”) li jikkwalifikaw bħala attivitajiet ekonomiċi jenħtieġ li wkoll jitqiesu kompatibbli mas-suq intern meta jibbenefikaw minn tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza. |
(12) |
Finanzjament pubbliku kkombinat minn riżorsi nazzjonali u riżorsi ġestiti direttament mill-Unjoni għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp (bħal dawk implimentati taħt Sħubija istituzzjonalizzata Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-Trattat jew azzjoni kofinanzjata tal-programm kif definit fil-programm Qafas Orizzont Ewropa) jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tar-riċerka u l-iżvilupp Ewropej, billi tali proġetti ta’ riċerka u żvilupp jitqiesu li jilħqu l-għanijiet ta’ interess komuni Ewropew u jindirizzaw fallimenti tas-suq ben definiti. Dan huwa kkunsidrat bħala l-każ fejn proġetti bħal dawn jiġu magħżula fuq il-bażi tal-evalwazzjoni u l-klassifikazjoni magħmula minn esperti indipendenti f’konformità mar-regoli tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, wara sejħiet transnazzjonali, fejn jipparteċipaw mill-inqas tliet Stati Membri (żewġ Stati Membri fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ Ħolqien ta’ Timijiet), jew inkella żewġ Stati Membri u mill-inqas pajjiż assoċjat wieħed. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istati Membri, inklużi r-riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-perjodu 2014-2020, u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew+ għall-perjodu 2021-2027, għal dawk il-proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp jenħtieġ li jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u jkunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandux ikun meħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà diġà vvalutati fil-livell transnazzjonali skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa minn esperti indipendenti qabel l-għażla tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp. |
(13) |
Il-programmi Qafas Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa jiddefinixxu liema azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni huma eliġibbli għall-finanzjament. F’dan ir-rigward, l-azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni, kif definita taħt il-Programm Qafas Orizzont, normalment tikkorrispondi għal attivitajiet ta’ riċerka fundamentali u riċerka industrijali, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 651/2014. Barra minn hekk, l-azzjoni ta’ innovazzjoni appoġġata taħt il-Programm Qafas Orizzont normalment tikkorrispondi mad-definizzjoni ta’ attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014. Is-simplifikazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp jenħtieġ li, madankollu, ma jintużawx biex jintroduċu miżuri ta’ għajnuna li jiffinanzjaw attivitajiet li mhumiex eliġibbli skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp, jiġifieri, attivitajiet li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali. Għal dan il-għan, id-definizzjonijiet dwar il-Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika (“TRL”) jistgħu jitqiesu wkoll mill-Istati Membri. L-għajnuna mill-Istat għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-livell TRL 9 titqies li tmur lil hinn mill-ambitu tad-definizzjoni ta’ żvilupp sperimentali u konsegwentement jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014. |
(14) |
L-appoġġ għal miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija f’ċerti binjiet jista’ jiġi kkombinat, taħt il-Fond InvestEU u suġġett għal kundizzjonijiet simplifikati, b’appoġġ għall-produzzjoni fuq il-post tal-enerġija rinnovabbli u l-ħażna tagħha, għal punti ta’ ċċarġjar fuq il-post għall-vetturi u għad-diġitalizzazzjoni ta’ dawn il-binjiet. Dan l-appoġġ kombinat taħt kundizzjonijiet simplifikati huwa possibbli għal bini residenzjali, bini ddedikat għall-provvista ta’ edukazzjoni jew servizzi soċjali, bini ddedikat għal attivitajiet relatati mal-amministrazzjoni pubblika jew il-ġustizzja, il-pulizija jew is-servizzi tat-tifi tan-nar, u bini li fih l-attivitajiet ekonomiċi jokkupaw inqas minn 35 % tal-erja interna tal-art. Minħabba n-natura tal-attivitajiet li jseħħu f’tali bini, l-appoġġ għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ tali bini għandu impatt aktar limitat fuq il-kompetizzjoni. Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti tal-proġetti ffinanzjati mill-Fond InvestEU u minn riżorsi purament nazzjonali, huwa xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 dwar l-għajnuna għall-investiment għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u li jiġu introdotti kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-iffaċilitar tal-kombinazzjoni taħt l-istess proġett ta’ investimenti f’miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija ma’ investimenti li jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (jiġifieri installazzjonijiet integrati fuq il-post li jiġġeneraw enerġija rinnovabbli, tagħmir fuq il-post għall-iċċarġjar mill-ġdid ta’ vetturi elettriċi tal-utenti tal-bini), u investimenti għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari biex jiżdied il-potenzjal ta’ intelliġenza tiegħu. Għal dak il-għan, il-kost sħiħ tal-investiment tal-miżura tal-effiċjenza fl-enerġija u d-diversi biċċiet ta’ tagħmir jenħtieġ li jikkostitwixxu l-kostijiet eliġibbli filwaqt li tkun tapplika intensità massima uniformi tal-għajnuna. |
(15) |
Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti bejn il-proġetti ffinanzjati bl-appoġġ tal-Fond InvestEU u dawk b’riżorsi purament nazzjonali, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 billi jiġu introdotti kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna għall-investiment għal ċerti tipi ta’ infrastruttura għall-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi għall-vetturi tat-triq. L-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment ta’ fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku għal vetturi tat-triq jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm tippermetti livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali u ma tfixkilx il-kompetizzjoni indebitament. Fir-rigward tal-infrastruttura ta’ riforniment tal-fjuwil, fin-nuqqas ta’ definizzjoni armonizzata ta’ idroġenu b’livell baxx ta’ karbonju, għandha tkun koperta mill-eżenzjoni ta’ kategorija biss l-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tar-riforniment tal-fjuwil li tissupplixxi vetturi tat-triq b’idroġenu rinnovabbli. Il-Kummissjoni se tikkunsidra li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti biex tinkludi wkoll l-idroġenu b’livell baxx ta’ karbonju ladarba tiġi adottata definizzjoni armonizzata. Barra minn hekk, kemm għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid kif ukoll għar-riforniment tal-fjuwil, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti salvagwardji biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà jenħtieġ li b’mod partikolari jiżguraw li l-appoġġ jiġġenera investimenti addizzjonali u jindirizza l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, li l-iżvilupp tas-suq ma jiġix imfixkel bl-appoġġ u b’mod partikolari li jkun hemm aċċess miftuħ u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Barra minn hekk, l-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil jenħtieġ li tingħata abbażi ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità u jiġi minimizzat it-tfixkil fis-suq tal-infrastruttura. Fl-aħħar nett, sabiex tiġi stimulata kompetizzjoni effettiva, l-għajnuna mogħtija lill-istess benefiċjarju taħt kull miżura jenħtieġ li tiġi limitata. |
(16) |
Il-prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU jistgħu jinvolvu fondi kkontrollati mill-Istati Membri, inklużi fondi tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża, kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jew kontribuzzjonijiet oħra mill-Istati Membri, sabiex iżidu l-ingranaġġ u jappoġġaw investimenti addizzjonali fl-Unjoni. Pereżempju, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu parti mill-fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-Unjoni jew mir-riżorsi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-garanzija tal-UE taħt il-Fond InvestEU. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw il-prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-fondi tagħhom stess jew tal-banek promozzjonali nazzjonali. Dan il-finanzjament jista’ jikkwalifika bħala “riżorsi tal-Istat” u jista’ jkun imputabbli lill-Istat jekk l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni dwar l-użu ta’ dawk ir-riżorsi. Min-naħa l-oħra, meta l-Istati Membri ma jkollhom l-ebda diskrezzjoni dwar l-użu tar-riżorsi jew jaġixxu f’konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, l-użu ta’ dawk il-fondi ma jistax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
(17) |
Fejn il-fondi nazzjonali, inklużi l-fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-Unjoni, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett ta’ kundizzjonijiet li abbażi tagħhom l-għajnuna tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU. |
(18) |
It-tfassil tal-Fond InvestEU jinkorpora għadd ta’ salvagwardji importanti għall-kompetizzjoni, bħall-appoġġ tal-investimenti li jwasslu għal objettivi tal-politika tal-Unjoni u l-valur miżjud tal-Unjoni u r-rekwiżit li l-Fond InvestEU jkun addizzjonali u jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment. Barra minn hekk, is-sistema ta’ governanza u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jiżguraw, qabel ma toħoroġ il-garanzija tal-UE, li l-operazzjonijiet appoġġati mill-InvestEU jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq. Fl-aħħar nett, l-appoġġ ipprovdut mill-Fond InvestEU se jkun trasparenti u l-effetti tiegħu se jiġu evalwati. Għalhekk l-għajnuna mill-Istat involuta fil-prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit tan-notifika bbażat fuq sett limitat ta’ kundizzjonijiet. |
(19) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 hu emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 6(5), jiżdiedu l-punti (i), (j), (k) u (l) li ġejjin:
|
(6) |
fl-Artikolu 7(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “L-ammonti tal-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu kkalkulati skont l-għażliet tal-kostijiet simplifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), jew ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), liema minnhom ikun applikabbli sakemm l-operazzjoni tkun iffinanzjata mill-inqas parzjalment permezz ta’ fond tal-Unjoni li jippermetti l-użu ta’ dawk l-għażliet ta’ kostijiet simplifikati u l-kategorija ta’ kostijiet tkun eliġibbli skont id-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni rilevanti. (*) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”;" (**) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).”;" |
(7) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri, jew fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont l-Artikolu 20, alternattivament l-Istat Membru li fih tinsab l-Awtorità ta’ Ġestjoni, kif definita fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jew l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/1059, skont liema jkun applikabbli, għandu jittrażmetti lill-Kummissjoni:
Dan l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, kif ukoll għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“SEI”) u għal proġetti mmexxija mill-komunità għall-iżvilupp lokali (“CLLD”) kif imsemmi fl-Artikolu 19b. (*) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxu regoli dettaljata dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Tratttat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).”;" |
(10) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-għajnuna eżentata min-notifika b’dan ir-Regolament, l-Istati Membri, jew alternattivament, fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20, l-Istat Membru li fih tinsab l-Awtorità ta’ Ġestjoni, għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament huma sodisfatti. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema. Dan l-ewwel suboparagrafu ma għandux japplika fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, kif ukoll għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà tal-Agrikoltura u għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità (“CLLD”) kif imsemmi fl-Artikolu 19b.”; |
(11) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet globali tal-proġett ta’ żvilupp urban sal-punt li dawn jikkonformaw mal-Artikoli 37 u 65 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) 2021/1060, skont liema jkun applikabbli.”; |
(13) |
jiddaħħlu l-Artikoli 19 a u 19b li ġejjin: “Artikolu 19a L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) jew tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà (“SEI”) 1. Għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, indikati bħala żvilupp lokali LEADER skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, koperti mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew ir-Regolament (UE) 2021/1060, kif ukoll għall-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI koperti mill-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mill-ħtieġa ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. Il-kostijiet li ġejjin stabbiliti fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, skont liema minnhom ikun applikabbli, għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tas-CLLD u tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI:
3. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi ta’ kofinanzjament previsti fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond li jappoġġaw il-Gruppi Operazzjonali tas-CLLD u tas-SEI. Artikolu 19b Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-SMEs li jibbenefikaw minn żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) jew mill-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea ta’ Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà (“SEI”) 1. Għajnuna lil impriżi li jipparteċipaw fi, jew li jibbenefikaw minn, proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-CLLD jew tas-SEI, kif imsemmi fl-Artikolu 19a(1), għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mill-ħtieġa ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. L-ammont totali ta’ għajnuna mogħti skont dan l-Artikolu għal kull proġett ma għandux jaqbeż EUR 200 000 għall-proġetti tas-CLLD, u EUR 350 000 għall-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI.”; |
(14) |
wara l-Artikolu 19b, jiddaħħal it-titolu tat-taqsima segwenti: “TAQSIMA 2a Għajnuna għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea” |
(15) |
L-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 20 Għajnuna għall-kostijiet imġarrba minn impriżi li jipparteċipaw fil-proġett tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea 1. L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-impriżi li jipparteċipaw fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew mir-Regolament (UE) 2021/1059 għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. Sal-punt li huma marbuta mal-proġett ta’ kooperazzjoni, il-kostijiet li ġejjin, li għandu jkollhom it-tifsira attribwita lilhom fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 (*), jew l-Artikoli 38 sa 44 tar-Regolament (UE) 2021/1059, skont liema minnhom ikun applikabbli, għandhom ikunu kostijiet eliġibbli:
3. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rata massima ta’ kofinanzjament prevista fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew fir-Regolament (UE) 2021/1060 u/jew fir-Regolament (UE) 2021/1059, skont liema minnhom ikun applikabbli. (*) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).”;" |
(16) |
jiddaħħal l-Artikolu 20 a li ġej: “Artikolu 20a Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-impriżi għall-parteċipazzjoni fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea 1. L-għajnuna għall-impriżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew mir-Regolament (UE) 2021/1059 għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. L-ammont totali ta’ għajnuna skont dan l-Artikolu mogħti lil impriża għal kull proġett ma għandux jaqbeż EUR 20 000.”; |
(17) |
fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, inklużi proġetti ta’ riċerka u żvilupp li rċevew tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa u proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp u, fejn applikabbli, għajnuna għal azzjonijiet kofinanzjati tal-Ħolqien ta’ Timijiet, għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.”; |
(18) |
jiddaħħlu l-Artikoli 25a sa 25d li ġejjin: “Artikolu 25a Għajnuna għal proġetti mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza 1. L-għajnuna għall-SMEs għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp kif ukoll studji ta’ fattibbiltà mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programm Orizzont 2020 jew il-programm Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew l-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, esklużi attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali. 3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew tal-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. 4. L-ammont massimu tal-għajnuna ma għandux jaqbeż EUR 2,5 miljun għal kull SME għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà. 5. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għal dak il-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Artikolu 25b Għajnuna għall-azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie u azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC 1. L-għajnuna għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata min-notifika tar-rekwiżit tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. 3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. 4. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut għal kull azzjoni megħjuna ma għandux jaqbeż il-livell massimu ta’ appoġġ previst fil-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Artikolu 25c Għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp 1. Għajnuna mogħtija lil proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà (inklużi proġetti ta’ riċerka u żvilupp implimentati taħt Sħubija istituzzjonalizzata Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-Trattat jew azzjoni kofinanzjata ta’ programm, kif definit fir-regoli tal-programm Orizzont Ewropa) li tiġi implimentata minn mill-inqas tliet Stati Membri, jew alternattivament żewġ Stati Membri u mill-inqas pajjiż assoċjat wieħed, u magħżula fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni magħmula minn esperti indipendenti wara sejħiet tranżnazzjonali f’konformità mar-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew l-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, esklużi attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali. 3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. 4. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew l-istudju ta’ fattibbiltà wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. 5. Il-finanzjament ipprovdut mill-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa għandu jkopri mill-inqas 30 % tal-kostijiet eliġibbli totali ta’ azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni jew azzjoni ta’ innovazzjoni kif definit skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Artikolu 25d Għajnuna għall-azzjonijiet ta’ Ħolqien ta’ Timijiet 1. L-għajnuna mogħtija għall-azzjonijiet kofinanzjati tal-Ħolqien ta’ Timijiet, li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri u magħżula fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni magħmula minn esperti indipendenti wara sejħiet transnazzjonali skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni kofinanzjata tal-Ħolqien ta’ Timijiet għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. L-attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali huma esklużi. 3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett għandhom ikunu eliġibbli. 4. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-azzjoni ta’ Ħolqien ta’ Timijiet wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, għall-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-70 % tal-kostijiet tal-investiment. 5. Għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi taħt azzjoni ta’ Ħolqien ta’ Timijiet għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
|
(19) |
jiddaħħal l-Artikolu 36a li ġej: “Artikolu 36a Għajnuna għall-investiment għal infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku għal vetturi tat-triq b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero 1. L-għajnuna għat-tnedija ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment ta’ fjuwil għall-provvista ta’ enerġija lil vetturi tat-triq b’emissjonijiet żero jew emissjonijiet baxxi għall-finijiet tat-trasport għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. Dan l-Artikolu għandu jkopri biss l-għajnuna mogħtija għat-tnedija ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil li jipprovdu lill-vetturi bl-elettriku jew bl-idroġenu rinnovabbli għall-finijiet tat-trasport. L-Istat Membru għandu jiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżit għall-provvista tal-idroġenu rinnovabbli matul il-ħajja ekonomika tal-infrastruttura. 3. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil. Dawn jistgħu jinkludu l-kostijiet tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil innifisha, l-installazzjoni jew it-titjib ta’ komponenti elettriċi jew oħrajn, inklużi transformers tal-elettriku li huma meħtieġa għall-konnessjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil mal-grilja jew ma’ unità lokali tal-produzzjoni jew tal-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu, kif ukoll tagħmir tekniku relatat, xogħlijiet tal-inġinerija ċivili, adattamenti tal-art jew tat-toroq, kostijiet tal-installazzjoni u kostijiet għall-kisba ta’ permessi relatati. Il-kostijiet tal-produzzjoni lokali jew tal-unitajiet tal-ħażna li jiġġeneraw jew jaħżnu l-elettriku u l-kostijiet tal-unitajiet lokali tal-produzzjoni tal-idroġenu huma esklużi. 4. L-għajnuna skont dan l-Artikolu tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji u l-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli. 5. L-għajnuna mogħtija lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed ma għandhiex taqbeż l-40 % tal-baġit kumplessiv tal-iskema kkonċernata. 6. L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata biss għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku u li tipprovdi aċċess mhux diskriminatorju lill-utenti, inkluż fir-rigward tat-tariffi, l-awtentikazzjoni u l-metodi ta’ pagament u termini u kundizzjonijiet oħra tal-użu. 7. Il-ħtieġa ta’ għajnuna biex jiġi inċentivat it-tnedija ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil tal-istess kategorija (pereżempju, għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid: enerġija normali jew għolja) għandha tiġi vverifikata permezz ta’ konsultazzjoni pubblika miftuħa ex ante jew studju tas-suq indipendenti. B’mod partikolari, għandu jiġi vverifikat li l-ebda infrastruttura bħal din x’aktarx ser tiġi skjerata fuq termini kummerċjali fi żmien tliet snin mill-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna. 8. B’deroga mill-paragrafu 7, il-ħtieġa ta’ għajnuna għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil tista’ tiġi preżunta meta l-vetturi elettriċi tal-batterija (għall-infrastrutturi tal-iċċarġjar mill-ġdid) jew il-vetturi tal-idroġenu (għall-infrastrutturi tar-riforniment tal-fjuwil) jirrappreżentaw rispettivament inqas minn 2 % tal-għadd totali ta’ vetturi tal-istess kategorija rreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief għandhom jitqiesu bħala parti mill-istess kategorija ta’ vetturi. 9. Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex topera l-infrastruttura appoġġata tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil għandha tiġi assenjata fuq bażi kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja, filwaqt li jitqiesu kif xieraq ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist.”; |
(20) |
l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
L-Artikolu 52 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 52 Għajnuna għal networks fissi tal-broadband 1. L-għajnuna għat-tnedija ta’ network tal-broadband fiss għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I. 2. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet kollha għall-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operat ta’ network fiss tal-broadband. L-ammont massimu ta’ għajnuna għal proġett għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiva kif stabbilit fil-paragrafu 6, il-punt (a). Fejn investiment jitwettaq skont il-paragrafu 6, il-punt (b) mingħajr proċess ta’ għażla kompetittiv, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u l-profitt operattiv tal-investiment. Il-profitt operattiv għandu jitnaqqas mill-kostijiet eliġibbli ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex-post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru. 3. It-tipi alternattivi ta’ investiment li ġejjin huma eliġibbli:
4. L-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
5. Il-proġett megħjun għandu jġib titjib sinifikanti (qabża sostanzjali) meta mqabbel man-networks preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħat-tnedija tan-network sussidjat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, f’konformità mal-paragrafu 4. Issir qabża sostanzjali ’l quddiem jekk, bħala riżultat tal-intervent sussidjat, isir investiment sinifikanti ġdid fin-network tal-broadband u n-network sussidjat iġib miegħu kapaċitajiet sinifikanti ġodda fis-suq f’termini ta’ disponibbiltà u kapaċità tas-servizz tal-aċċess tal-Internet bil-broadband, veloċitajiet u kompetizzjoni mqabbla man-networks attwali jew li huma ippjanati b’mod kredibbli. Il-proġett għandu jinkludi investimenti sostanzjali f’infrastruttura passiva li jmorru lil hinn mill-investimenti marġinali relatati sempliċement mat-titjib tal-elementi attivi tan-network. 6. L-għajnuna għandha tingħata kif ġej:
7. It-tħaddim tan-network issussidjat għandu joffri l-akbar aċċess bl-ingrossa attiv u passiv possibbli, skont l-Artikolu 2, il-punt (139) b’kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji, inkluża s-separazzjoni fiżika. Proġett jista’ joffri separazzjoni virtwali minflok separazzjoni fiżika jekk il-prodott tal-aċċess virtwali jiġi ddikjarat bħala ekwivalenti għas-separazzjoni fiżika mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-aċċess attiv bl-ingrossa għandu jingħata għal mill-inqas seba’ snin u l-aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura fiżika inklużi kanali jew arbli m’għandux ikun limitat fiż-żmien. L-istess kondizzjonijiet ta’ aċċess għandhom japplikaw għan-network issussidjat kollu kemm hu, inkluż fuq il-partijiet tan-network fejn intużaw infrastrutturi eżistenti. L-obbligi ta’ aċċess għandhom jiġu infurzati irrispettivament minn kwalunkwe bidla fis-sjieda, fil-ġestjoni jew fl-operat tan-network sussidjat. Fil-każ ta’ għajnuna għall-bini tal-kanali, il-kanali għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jipprovdu għal mill-anqas tliet networks u topoloġiji differenti tan-networks. 8. Il-prezz tal-aċċess bl-ingrossa għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-punti ta’ referenza li ġejjin: (i) il-medja tal-prezzijiet bl-ingrossa ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru jew tal-Unjoni; jew (ii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati, il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew (iii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati jew regolati, l-ipprezzar għandu jikkonforma mal-orjentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija meħtieġa skont il-qafas regolatorju settorjali. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. 9. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru jekk l-ammont ta’ għajnuna mogħtija lill-proġett jaqbeż EUR 10 miljun.”; |
(23) |
Jiddaħħlu l-Artikoli 52a, 52b u 52c li ġejjin: “Artikolu 52a Għajnuna għan-networks mobbli 4G u 5G 1. L-għajnuna għall-introduzzjoni tan-network mobbli 4G u 5G għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet kollha għall-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operat ta’ network mobbli passiv. L-ammont massimu ta’ għajnuna għal proġett għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiva kif stabbilit fil-paragrafu 7, il-punt (a). Fejn investiment jitwettaq skont il-paragrafu 7, il-punt (b) mingħajr proċess ta’ għażla kompetittiv, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u l-profitt operattiv tal-investiment. Il-profitt operattiv għandu jitnaqqas mill-kostijiet eliġibbli ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex-post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru. 3. L-investiment tal-5G għandu jkun f’żoni fejn in-networks mobbli ma jkunux ġew imnedija jew fejn ikunu disponibbli biss networks mobbli li jkunu kapaċi jappoġġaw servizzi mobbli sa 3G u fejn ma jkunx hemm networks mobbli 4G u 5G preżenti jew mhumiex ippjanati b’mod kredibbli biex ikunu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħat-tnedija tan-network sussidjat. li m’għandux ikun iqsar minn sentejn, li għandu jiġi vverifikat permezz ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 4. L-investiment 4G għandu jkun f’żoni fejn ma jkunux ġew imnedija n-networks ċellulari jew fejn ikunu disponibbli biss networks mobbli li jkunu kapaċi jappoġġaw servizzi mobbli sa 2G u fejn ma jkunx hemm networks mobbli 3G, 4G jew 5G preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli biex jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħat-tnedija tan-network sussidjat, li m’għandux ikun iqsar minn sentejn. Dan għandu jiġi vverifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 4. 4. L-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
5. L-infrastruttura megħjuna ma għandhiex titqies biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kopertura tal-operaturi tan-networks mobbli li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru 4G u 5G. 6. Il-proġett appoġġat għandu jġib titjib sinifikanti (qabża sostanzjali) meta mqabbel man-networks mobbli preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu implimentati fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħall-implimentazzjoni tan-network sussidjat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, f’konformità mal-paragrafu 4. Isseħħ qabża ’l quddiem jekk, bħala riżultat tal-intervent sussidjat, isir investiment sinifikanti ġdid fin-network mobbli u n-network sussidjat iġib miegħu kapaċitajiet sinifikanti ġodda fis-suq f’termini ta’ disponibbiltà, kapaċità, veloċitajiet u kompetizzjoni tas-servizz mobbli meta mqabbel man-networks attwali jew ippjanati b’mod kredibbli. Il-proġett irid jinkludi investimenti sostanzjali f’infrastruttura passiva li jmorru lil hinn mill-investimenti marġinali relatati sempliċement mat-titjib tal-elementi attivi tan-network. 7. L-għajnuna għandha tingħata kif ġej:
8. It-tħaddim tan-network issussidjat għandu joffri l-akbar aċċess bl-ingrossa attiv u passiv possibbli, skont il-punt (139) tal-Artikolu 2, b’kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji. L-aċċess attiv bl-ingrossa għandu jingħata għal mill-inqas seba’ snin u l-aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura fiżika inklużi kanali jew arbli m’għandux ikun limitat fiż-żmien. L-istess kondizzjonijiet ta’ aċċess għandhom japplikaw fuq in-network issussidjat kollu kemm hu, inkluż fuq il-partijiet ta’ tali network fejn intużaw infrastrutturi eżistenti. L-obbligi ta’ aċċess għandhom jiġu infurzati irrispettivament minn kwalunkwe bidla fis-sjieda, fil-ġestjoni jew fl-operat tan-network sussidjat. Fil-każ ta’ għajnuna għall-kostruzzjoni tal-kanali, il-kanali għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jipprovdu tal-anqas għall-operaturi tan-networks mobbli eżistenti kollha. 9. Il-prezz tal-aċċess bl-ingrossa għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-punti ta’ referenza li ġejjin: (i) il-medja tal-prezzijiet bl-ingrossa ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru jew tal-Unjoni; jew (ii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati, il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew (iii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati jew regolati, l-ipprezzar għandu jikkonforma mal-orjentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. 10. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru jekk l-ammont ta’ għajnuna mogħtija għall-proġett jaqbeż EUR 10 miljun. 11. L-użu tal-4G jew tan-network 5G iffinanzjati pubblikament biex jipprovdu servizzi tal-aċċess fiss bla fili għandu jkun permess biss kif ġej:
Artikolu 52b Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea 1. L-għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 jew mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti. 2. Il-proġetti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali kumulattivi kollha ta’ kompatibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 3. Barra minn hekk, għandhom jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji ta’ proġetti eliġibbli stabbiliti fil-paragrafu 4 u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifiċi kollha ta’ kompatibbiltà għall-kategorija rilevanti stabbilita f’dak il-paragrafu. Huma biss il-proġetti li jirreferu biss għall-elementi u l-entitajiet speċifikati taħt kull kategorija rilevanti fil-paragrafu 4 li għandhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni fil-paragrafu 1. 3. Il-kundizzjonijiet ġenerali kumulattivi ta’ kompatibbiltà għandhom ikunu dawn li ġejjin:
4. Il-kategoriji tal-proġetti eliġibbli u l-kundizzjonijiet kumulattivi speċifiċi ta’ kompatibbiltà applikabbli għalihom għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Artikolu 52c Vawċers ta’ Konnettività 1. L-għajnuna fil-forma ta’ skema ta’ vawċers għall-konnettività għall-konsumaturi sabiex jiġu ffaċilitati s-servizzi tat-telexogħol, tal-edukazzjoni online, tat-taħriġ jew għall-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I. 2. It-tul ta’ żmien tal-iskema ta’ vawċers ma għandux jaqbeż l-24-il xahar. 3. Il-kategoriji li ġejjin ta’ skemi ta’ vawċers għandhom ikunu eliġibbli:
4. Il-vawċers għandhom ikopru sa 50 % tal-kostijiet totali tal-istabbiliment u t-tariffa ta’ kull xahar għall-abbonament għal servizz ta’ aċċess għall-Internet bil-broadband bil-veloċitajiet speċifikati fil-paragrafu 3, kemm jekk fuq bażi awtonoma kif ukoll jekk bħala parti minn pakkett ta’ servizzi, li jinkludu mill-inqas it-tagħmir terminali meħtieġ (modem/router) għall-aċċess għall-Internet bil-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3. Il-vawċer għandu jitħallas mill-awtoritajiet pubbliċi direttament lill-utenti finali jew direttament lill-fornitur tas-servizzi magħżul mill-utenti finali, f’liema każ l-ammont tal-vawċer għandu jitnaqqas mill-fattura tal-utenti finali. 5. Il-vawċers għandhom ikunu disponibbli għall-konsumaturi jew l-SMEs biss f’żoni fejn hemm mill-inqas network eżistenti wieħed li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli l-veloċitajiet speċifikati fil-paragrafu 3, li għandhom jiġu vverifikati permezz ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika. L-eżerċizzju ta’ mmappjar u l-konsultazzjoni pubblika għandu jidentifika ż-żoni ġeografiċi fil-mira koperti minn mill-inqas network wieħed li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli l-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3 għat-tul tal-iskema ta’ vawċers, il-fornituri eliġibbli preżenti fiż-żona u jiġbor informazzjoni biex jiġi kkalkulat is-sehem mis-suq tagħhom. L-immappjar għandu jitwettaq (i) għan-networks fissi bbażati fuq il-wajers fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi u (ii) għal networks fissi b’aċċess bla fili jew għan-networks mobbli fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini li jkun għadda minnu jew abbażi ta’ grilji ta’ massimu ta’ 100x100 metru. L-immappjar għandu dejjem jiġi vverifikat permezz ta’ konsultazzjoni pubblika. Il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-miżura ppjanata u l-lista taż-żoni ġeografiċi fil-mira identifikati fl-eżerċizzju tal-immappjar fuq sit web xieraq, inkluż fil-livell nazzjonali. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar l-abbozz tal-miżura u biex jissottomettu informazzjoni sostanzjata rigward in-networks eżistenti tagħhom li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli l-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum mill-inqas 30 jum. 6. L-iskema ta’ vawċers għandha tikkonforma mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, fis-sens li l-vawċers jistgħu jintużaw għal abbonamenti għal servizzi ta’ kwalunkwe operatur li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli l-veloċitajiet speċifikati fil-paragrafu 3 fuq network eżistenti tal-broadband, irrispettivament mit-teknoloġiji użati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-għażla tal-konsumaturi jew l-SMEs, il-lista ta’ fornituri eliġibbli għal kull żona ġeografika fil-mira għandha tiġi ppubblikata onlajn u kull fornitur interessat għandu jkun jista’ japplika biex jiġi inkluż fuq il-bażi ta’ kriterji miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorji. 7. Sabiex ikun eliġibbli, f’każijiet fejn il-fornitur tas-servizz tal-aċċess għall-Internet bil-broadband ikun integrat vertikalment u jkollu sehem mis-suq tal-konsumaturi ta’ aktar minn 25 %, dan għandu joffri fis-suq tal-aċċess bl-ingrossa korrispondenti lil kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika mill-inqas prodott wieħed tal-aċċess bl-ingrossa li jkun jista’ jiżgura li min ifittex aċċess ikun jista’ jipprovdi servizz bl-imnut b’mod affidabbli bil-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3, b’kundizzjonijiet miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorji. Il-prezz tal-aċċess bl-ingrossa għandu jkun stabbilit fuq wieħed mill-punti ta’ riferiment li ġejjin: (i) il-medja tal-prezzijiet bl-ingrossa ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru jew tal-Unjoni; jew (ii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati, il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew (iii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati jew regolati, l-ipprezzar għandu jikkonforma mal-orjentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. (*) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1)." (**) ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).”" |
(24) |
It-Taqsima 16 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 56c: “TAQSIMA 16 Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU Artikolu 56d Kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet komuni 1. Din it-Taqsima għandha tapplika għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU li jipprovdu għajnuna lill-imsieħba inkarigati mill-implimentazzjoni, lill-intermedjarji finanzjarji jew lill-benefiċjarji finali. 2. L-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I, f’dan l-Artikolu, u, jew fl-Artikolu 56e jew fl-Artikolu 56f, ikunu sodisfatti. 3. L-għajnuna għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/523 u l-Linji Gwida dwar l-Investiment tal-InvestEU stabbiliti fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 (*). 4. Il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikoli 56e u 56f għandhom japplikaw għall-finanzjament totali pendenti, safejn dak il-finanzjament ipprovdut taħt kwalunkwe prodott finanzjarju appoġġat mill-Fond InvestEU, ikun fih l-għajnuna. Il-limiti massimi għandhom japplikaw:
5. L-għajnuna ma għandhiex tingħata fil-forma ta’ rifinanzjament ta’ jew garanziji fuq portafolji eżistenti ta’ intermedjarji finanzjarji. Artikolu 56e Il-kundizzjonijiet għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU 1. L-għajnuna lill-benefiċjarju finali taħt prodott finanzjarju appoġġat mill-Fond InvestEU għandha:
2. Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 jew mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament għandha tingħata biss lil proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha ta’ kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 52b. L-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 150 miljun. 3. Għajnuna għal investimenti f’networks fissi tal-broadband biex jiġu konnessi biss ċerti muturi soċjoekonomiċi eliġibbli għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
4. L-għajnuna għall-produzzjoni tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
5. L-għajnuna għall-infrastruttura u l-attivitajiet tal-wirt soċjali, edukattiv, kulturali u naturali għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
6. L-għajnuna għat-trasport u għall-infrastrutturi tat-trasport għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
7. L-għajnuna għall-infrastrutturi l-oħra għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
8. L-għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent, inkluż il-ħarsien tal-klima, għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
9. L-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
10. L-SMEs jew, fejn applikabbli, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu, minbarra l-kategoriji ta’ għajnuna previsti fil-paragrafi 2 sa 9, jirċievu wkoll għajnuna fil-forma ta’ finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU sakemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfata:
Artikolu 56f Il-kundizzjonijiet għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji intermedjati mmexxija kummerċjalment sostnuti mill-Fond InvestEU 1. Il-finanzjament lill-benefiċjarji finali għandu jiġi pprovdut minn intermedjarji finanzjarji kummerċjali li għandhom jintgħażlu b’mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi ta’ kriterji oġġettivi. 2. L-intermedjarju finanzjarju kummerċjali li jipprovdi finanzjament lill-benefiċjarju finali għandu jżomm skopertura minima għar-riskju ta’ 20 % ta’ kull tranżazzjoni ta’ finanzjament. 3. L-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kull benefiċjarju finali permezz tal-intermedjarju finanzjarju kummerċjali ma għandux jaqbeż is-EUR 7,5 miljun. (*) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 tal-14 ta’April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU (ĠU L 234,2.7.2021, p. 18)." (**) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39)." (***) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).”;" |
(25) |
Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej: “3a. Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u t-2 ta’ Awwissu 2021 skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kif applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija qabel l-1 ta’ Lulju 2014 skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9, kif applikabbli qabel jew wara l-10 ta’ Lulju 2017, jew qabel jew wara t-3 ta’ Awwissu 2021, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.” |
(26) |
Fl-Anness II, il-Parti II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ it-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320-469).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).
ANNESS
“PARTI II
trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11
Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tal-GBER hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.
Objettiv primarju - Objettivi Ġenerali (elenka) |
Objettivi (elenka) |
L-intensità massima tal-għajnuna f’% jew Ammont massimu tal-għajnuna annwali fil-munita nazzjonali (f’ammonti sħaħ) |
SMEs - bonuses f’% |
||||||||||||||||
Għajnuna reġjonali - għajnuna għall-investiment (1) (Art. 14) |
|
…% |
…% |
||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna reġjonali - għajnuna operatorja (Art. 15) |
|
…% |
…% |
||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…. munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna għall-SMEs (Art. 17 - 19b) |
|
…% |
…% |
||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna għal Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art. 20 - 20a) |
|
…% |
…% |
||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna għall-SMEs - aċċess tal-SMEs għal finanzjament (Art. 21 - 22) |
|
…munita nazzjonali |
…% |
||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…%; f’każ li l-miżura tal-għajnuna tieħu l-forma ta’ għajnuna għall-bidu ta’ negozju: …munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 25 - 30) |
Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp-(Art. 25) |
|
…% |
…% |
|||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b’diżabilità (Art. 32 - 35) |
|
…% |
…% |
||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna għall-Protezzjoni Ambjentali (l-Art. 36 - 49) |
|
…% |
…% |
||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
L-intensità massima tal-għajnuna |
…% |
…% |
||||||||||||||||
Tip ta’ diżastru naturali |
|
||||||||||||||||||
Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali |
jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
||||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||
…% |
…% |
||||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
|
…% |
…% |
|||||||||||||||||
Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU (Art. 56d - 56f) |
Art. 56e |
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…% |
|||||||||||||||||
|
…munita nazzjonali |
…%”. |
(1) Fil-każ ta’ għajnuna reġjonali ad hoc li tissupplimenta għajnuna mogħtija skont skema/i ta’ għajnuna, jekk jogħġbok indika kemm l-intensità tal-għajnuna mogħtija bl-iskema kif ukoll l-intensità tal-għajnuna ad hoc.
(2) Skont l-Artikolu 11(1), ir-rappurtar dwar l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 19b mhuwiex obbligatorju. Ir-rappurtar dwar għajnuna bħal din huwa, għalhekk, sempliċiment fakultattiv.
(3) Skont l-Artikolu 11(1), ir-rappurtar dwar l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 20a mhuwiex obbligatorju. Ir-rappurtar dwar għajnuna bħal din huwa, għalhekk, sempliċiment fakultattiv.