ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
14 ta' Lulju 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar

1

 

*

Regolament (UE) 2021/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar

7

 

*

Regolament (UE) 2021/1152 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar

15

 

*

Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 ( 1 )

38

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1154 tad-9 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja

82

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1155 tad-9 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għat-tonn f’arċipelagi speċifiċi għal bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera tal-Greċja

85

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1156 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) u r-rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia  ( 1 )

87

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1157 tat-30 ta’ Ġunju 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni b’reazzjoni għad-dikjarazzjoni unilaterali tar-Renju Unit li tistabbilixxi l-prattika li biħsiebu jimplimenta fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta’ Fuq bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Settembru 2021

99

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/1


REGOLAMENT (UE) 2021/1150 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) tiegħu;

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (“ETIAS”) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dak ir-Regolament stabbilixxa l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-ETIAS.

(2)

L-ETIAS tippermetti kunsiderazzjoni dwar jekk il-preżenza ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri tistax toħloq riskju ta’ sigurtà, ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju epidemiku kbir.

(3)

Sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun tista’ twettaq l-ipproċessar tal-fajls ta’ applikazzjoni kif msemmi fir-Regolament (UE) 2018/1240, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, minn naħa waħda, u s-sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali — Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (“ECRIS-TCN”), (“sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE”), u d-data tal-Europol kif definita f’dak ir-Regolament (“data tal-Europol”), min-naħa l-oħra.

(4)

Dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolamenti (UE) 2021/1151 (3) u (UE) 2021/1152 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u d-data tal-Europol u l-kundizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u d-data tal-Europol mill-ETIAS għall-fini li jiġu identifikati l-hits. Riżultat ta’ dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) 2018/1862 (5) u (UE) 2019/818 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u mad-data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li ser tintbagħat bejn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol.

(5)

Fir-rigward tal-interoperabbiltà mal-Eurodac, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240, l-emendi konsegwenzjali neċessarji ser jiġu adottati ladarba r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tiġi adottata.

(6)

Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP), stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u r-Regolament (UE) 2019/818, ser jippermetti li d-data maħżuna fl-ETIAS u d-data maħżuna fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn ikkonċernati tiġi mfittxija b’mod parallel.

(7)

L-arranġamenti tekniċi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jippermettu lill-ETIAS tivverifika regolarment u awtomatikament f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE jekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-fajls tal-applikazzjoni, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1240, għadhomx issodisfati.

(8)

Huwa possibbli li jiġu revokati l-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tal-ETIAS wara li jiddaħħlu fis-SIS allerti ġodda dwar ir-rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn, jew allerti ġodda rigward dokument tal-ivvjaġġar rapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat. Sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun informata awtomatikament mis-SIS dwar allerti ġodda bħal dawn, jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess awtomatiku bejn is-SIS u l-ETIAS.

(9)

Il-kundizzjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-aċċess, li skonthom l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tal-ETIAS jenħtieġ li jiġu salvagwardjati permezz ta’ regoli ċari u preċiżi rigward l-aċċess mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE, it-tipi ta’ tfittxija u l-kategoriji ta’ data, li kollha kemm huma jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijiethom. Bl-istess mod, id-data maħżuna fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS jenħtieġ li tkun viżibbli biss għal dawk l-Istati Membri li joperaw is-sistemi ta’ informazzjoni sottostanti f’konformità mal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tagħhom.

(10)

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tkun responsabbli għall-fażi ta’ tfassil u żvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ETIAS.

(11)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(12)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(13)

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu jirrigwardaw is-SIS, kif irregolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, l-Irlanda qed tieħu sehem f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (11). Barra minn hekk, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu jirrigwardaw lill-Europol, lill-Eurodac u lill-ECRIS-TCN, f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(14)

Fir-rigward ta’ Ċipru u l-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011. Fir-rigward tal-Kroazja, ir-Regolament jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 (12).

(15)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (13), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (14).

(16)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (15), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (16).

(17)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (17) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (18).

(18)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 jiġu emendati skont dan.

(19)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u mad-data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li ser tintbagħat lil u minn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(20)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1862

Ir-Regolament (UE) 2018/1862 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18b

Żamma ta’ reġistri għall-finijiet ta’ interoperabbiltà mal-ETIAS

Ir-reġistri għal kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data mwettqa fi ħdan is-SIS u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) skont l-Artikolu 50b ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”;"

(2)

fl-Artikolu 44(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

l-ipproċessar manwali ta’ applikazzjonijiet tal-ETIAS mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240.”;

(3)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 49a

Aċċess għad-data fis-SIS mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess u ta’ tfittix ta’ data fis-SIS f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 50(4) sa (8) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal tali aċċess u riċerki.

2.   Meta verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tikkonferma li d-data rreġistrata f’fajl ta’ applikazzjoni tal-ETIAS tikkorrispondi għal allert fis-SIS jew meta wara tali verifika jibqgħu dubji, għandhom japplikaw l-Artikoli 23, 24 u 26 ta’ dak ir-Regolament.”;

(4)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 50b

Interoperabbiltà mal-ETIAS

1.   Mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif determinat skont l-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-SIS Ċentrali għandha tiġi konnessa mal-ESP biex jiġu permessi l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament u l-verifiki sussegwenti previsti fl-Artikoli 22, 23 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (a), (d) u (m)(i) tal-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, kif definita fil-punt (25) tal-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament, għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data msemmija fl-Artikolu 11(5) ta’ dak ir-Regolament mad-data fis-SIS, f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tivverifika regolarment jekk allert dwar dokumenti uffiċjali vojta jew dokumenti tal-identità mdaħħla fis-SIS, kif imsemmi fil-punti (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) ta’ dan ir-Regolament, li wassal għar-rifjut, l-annullament jew ir-revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikunx tħassar.

4.   Meta allert ġdid jiddaħħal fis-SIS dwar dokument tal-ivvjaġġar li jkun ġie rrapportat mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat, is-SIS Ċentrali għandha, f’konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tittrażmetti l-informazzjoni dwar dak l-allert, bl-użu ta’ proċess awtomatizzat u tal-ESP, lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, sabiex dik is-sistema tivverifika jekk dak l-allert il-ġdid jikkorrispondix għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/818

Fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2019/818, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1b.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESP għandu jibda jopera, għall-finijiet tal-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 biss, ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 88 ta’ dak ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2021.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ara l-paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ara l-paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(10)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta’ April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).

(13)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(15)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(17)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/7


REGOLAMENT (UE) 2021/1151 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (d) tal-Artikolu 82(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dak ir-Regolament stabbilixxa l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-ETIAS.

(2)

L-ETIAS tippermetti kunsiderazzjoni dwar jekk il-preżenza ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri toħloqx riskju ta’ sigurtà, ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju epidemiku kbir.

(3)

Sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun tista’ twettaq l-ipproċessar tal-fajls ta’ applikazzjoni kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2018/1240, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, minn naħa waħda, u s-sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali - Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (“ECRIS-TCN”) (“sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE”), u d-data tal-Europol kif definita f’dak ir-Regolament (“data tal-Europol”), min-naħa l-oħra.

(4)

Dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolamenti (UE) 2021/1150 (3) u (UE) 2021/1152 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, minn naħa waħda, u sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u d-data tal-Europol, min-naħa l-oħra, u l-kundizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn u tad-data tal-Europol mill-ETIAS għall-fini li jiġu identifikati awtomatikament il-hits. Riżultat ta’ dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) 2019/816 (5) u (UE) 2019/818 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn u mad-data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li se tintbagħat bejn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol.

(5)

Fir-rigward tal-interoperabbiltà mal-Eurodac, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240, l-emendi konsegwenzjali neċessarji ser jiġu adottati ladarba r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tiġi adottata.

(6)

Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP), stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u r-Regolament (UE) 2019/818, ser jippermetti li d-data maħżuna fl-ETIAS u d-data maħżuna fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn kkonċernati tiġi mfittxija b’mod parallel.

(7)

L-arranġamenti tekniċi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jippermettu lill-ETIAS tivverifika regolarment u awtomatikament f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE jekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-fajls tal-applikazzjoni, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1240, għadhomx issodisfati.

(8)

L-Istati Membri diġà jiġbru u jipproċessaw data ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif definit fir-Regolament (UE) 2019/816 għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma jimponi ebda obbligu fuq l-Istati Membri biex jibdlu jew biex jestendu l-kategoriji tad-data ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif definiti fir-Regolament (UE) 2019/816 li diġà qed tinġabar taħt dak ir-Regolament. Għall-fini ta’ talbiet għal informazzjoni tal-ECRIS-TCN mill-ETIAS, jenħtieġ li jiżdiedu biss il-marki li jindikaw li ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif definiti fir-Regolament (UE) 2019/816 ġew ikkundannati għal reat terroristiku jew għal kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1240, jekk ikun punibbli b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali, u l-kodiċijiet tal-Istati Membri tal-kundanna, jenħtieġ li jiżdiedu mar-rekord tad-data ECRIS-TCN.

(9)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/816, u sabiex jiġi appoġġjat l-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà billi tipprovdi għal valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju għas-sigurtà tal-applikanti qabel il-wasla tagħhom fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet validi bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju għas-sigurtà, jenħtieġ li l-ETIAS tkun tista’ tivverifika jekk jeżistux korrispondenza bejn id-data tal-fajls ta’ applikazzjoni tal-ETIAS u d-data maħżuna fl-ECRIS-TCN, fir-rigward ta’ liema Stati Membri għandhom informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif definit fir-Regolament (UE) 2019/816, li ġew ikkundannati fil-25 sena preċedenti ta’ reat terroristiku jew fil-15-il sena preċedenti ta’ kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk ikunu punibbli b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali.

(10)

Il-kundizzjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-aċċess, li skonthom l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tal-ETIAS jenħtieġ li jiġu salvagwardjati permezz ta’ regoli ċari u preċiżi rigward l-aċċess mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE, it-tipi ta’ tfittxija u l-kategoriji ta’ data, li kollha kemm huma jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijiethom. Bl-istess mod, id-data maħżuna fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS jenħtieġ li tkun viżibbli biss għal dawk l-Istati Membri li joperaw is-sistemi ta’ informazzjoni sottostanti f’konformità mal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tagħhom.

(11)

Hit li tiġi rrapportata mill-ECRIS-TCN jenħtieġ li fiha nnifisha ma tkunx tfisser li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat kif definit fir-Regolament (UE) 2019/816 ġie kkundannat fl-Istati Membri indikati. Jenħtieġ li l-eżistenza ta’ kundanni preċedenti tkun ikkonfermata biss abbażi ta’ informazzjoni riċevuta mir-rekords kriminali tal-Istati Membri kkonċernati.

(12)

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tkun responsabbli għall-fażi ta’ tfassil u żvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ETIAS.

(13)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(14)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda tista’ tinnotifika lill-President tal-Kunsill ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(16)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(17)

Ir-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(18)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u mad-data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li ser tintbagħat bejn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(19)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/816

Ir-Regolament (UE) 2019/816 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

il-kundizzjonijiet li bihom id-data fl-ECRIS-TCN tista’ tintuża mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għall-fini tal-appoġġ tal-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà billi tiġi prevista valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju għas-sigurtà tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna, sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet validi bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju għas-sigurtà.

(*)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).’;"

(2)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-identità għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri, għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istati Membri fejn ingħataw tali kundanni. Bl-eċċezzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 5(1), id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi japplikaw ukoll għal ċittadini tal-Unjoni li huma wkoll fil-pussess ta’ ċittadinanza ta’ pajjiż terz u li ġew soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri.

Dan ir-Regolament:

(a)

jappoġġa l-objettiv tal-VIS li tivvaluta jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(b)

jappoġġa l-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240;

(c)

jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.";

(3)

fl-Artikolu 3, il-punt (6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet ċentrali, il-Eurojust, il-Europol, l-UPPE, l-awtoritajiet maħtura tal-VIS kif imsemmija fl-Artikolu 9d u fl-Artikolu 22b(13) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, li għandhom il-kompetenza li jaċċessaw jew jitolbu informazzjoni fl-ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament; ";

(4)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel inċiż tal-punt (a)(iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

in-numru tal-identità, jew it-tip u n-numru tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni tal-persuna, inklużi d-dokumenti tal-ivvjaġġar, kif ukoll l-isem tal-awtorità emittenti,";

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

marka li tindika, għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) 2018/1240, li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie kkundannat fil-25 sena preċedenti għal reat terroristiku jew fil-15-il sena preċedenti għal kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk dawk ir-reati kriminali jkunu punibbli b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali, inkluż il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.";

(b)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-marki u l-kodiċijiet tal-Istati Membri tal-kundanna kif imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu aċċessibbli u għandha tkun tista’ ssir tfittxija tagħhom biss:

(a)

bis-Sistema Ċentrali tal-VIS, kif stabbilit mill-punt (b) tal-Artikolu 2a(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, għall-fini tal-verifiki skont l-Artikolu 7a ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-punt (e) tal-Artikolu 9a(4) jew il-punt (e) tal-Artikolu 22b(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(b)

bis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-fini tal-verifiki skont l-Artikolu 7b ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-punt (n) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 fejn il-hits jiġu rrapportati wara l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-marki u l-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 m’għandhom ikunu viżibbli għal ebda awtorità oħra għajr l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna li tkun ħolqot ir-rekord tad-data immarkat.";

(5)

l-Artikolu 7(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   F’każ ta’ hit, is-sistema ċentrali jew is-CIR għandhom jipprovdu awtomatikament lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar l-Istati Membri li huma fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ir-rekord kriminali dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, flimkien man-numri ta’ referenza assoċjati msemmija fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Tali informazzjoni dwar l-identità għandha tintuża biss għall-fini li tiġi vverifikata l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Ir-riżultat ta’ tfittxija fis-sistema ċentrali għandu jintuża biss għall-fini li:

(a)

issir talba skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI;

(b)

issir talba kif imsemmi fl-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

jiġi appoġġat l-objettiv tal-VIS li jiġi vvalutat jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008; jew

(d)

jiġi appoġġat l-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240.";

(6)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 7b

Użu tal-ECRIS-TCN għall-verifiki tal-ETIAS

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti skont ir-Regolament (UE) 2018/1240 l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess u ta’ tfittix ta’ data tal-ECRIS-TCN. Madankollu, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess biss, f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament, għal dawk ir-rekords tad-data li magħhom żdiedet marka skont il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament.

Id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tintuża biss għall-fini tal-verifika:

(a)

mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1240; jew

(b)

mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-Artikolu 25a(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għall-fini tal-konsultazzjoni tar-rekords kriminali nazzjonali; ir-rekords kriminali nazzjonali għandhom jiġu kkonsultati qabel il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament u, fejn applikabbli, qabel il-valutazzjoni u l-opinjonijiet skont l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Is-CIR għandu jiġi konness mal-ESP biex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jippermetti l-verifiki sussegwenti previsti fl-Artikoli 22 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

Għall-fini tal-proċediment bil-verifiki msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data fl-ETIAS mad-data ECRIS-TCN li magħha tkun żdiedet marka skont il- punt (c) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (UE) 2018/1240, bl-użu tad-data elenkata fit-tabella ta’ korrispondenza stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.";

(7)

l-Artikolu 8(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-marki msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) għandhom jitħassru awtomatikament mal-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew 25 sena wara l-ħolqien tal-marka, f’dak li jirrigwarda l-kundanni relatati ma’ reati terroristiċi jew 15-il sena wara l-ħolqien tal-marka f’dak li jirrigwarda kundanni relatati ma’ reati kriminali oħra, skont liema tiġi l-ewwel.";

(8)

l-Artikolu 24(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-data mdaħħla fis-sistema ċentrali u fis-CIR għandha tkun ipproċessata biss għall-finijiet ta’:

(a)

l-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom fil-pussess tagħhom l-informazzjoni dwar ir-rekords kriminali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(b)

l-appoġġ tal-objettiv tal-VIS li tivvaluta jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jkunx theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008; jew

(c)

l-appoġġ tal-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240.

Id-data mdaħħla fis-CIR għandha tiġi pproċessata wkoll skont ir-Regolament (UE) 2019/818 għall-faċilitazzjoni u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni rreġistrati fis-sistema ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament.";

(9)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 31b

Żamma ta’ reġistrazzjonijiet għall-finijiet tal-interoperabbiltà mal-ETIAS

Għall-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7b ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi rreġistrata kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data tal-ECRIS-TCN imwettqa fi ħdan is-CIR u l-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240.";

(10)

fl-Artikolu 32(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kull xahar, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni statistika relatata mar-reġistrar, il-ħażna u l-iskambju ta’ informazzjoni estratta minn rekords kriminali permezz tal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS, inkluż statistika dwar ir-rekords tad-data li jinkludu marka kif msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1). L-eu-LISA għandha tiżgura li ma jkunx possibbli li l-individwi jiġu identifikati abbażi ta’ dik l-istatistika. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdilha l-istatistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.";

(11)

jiżdied l-anness li ġej:

“ANNESS II

Tabella ta’ korrispondenzi

Data kif imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

Id-data korrispondenti tal-ECRIS-TCN kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament li magħha għandha tiġi mqabbla d-data fl-ETIAS

il-kunjom (isem il-familja)

il-kunjom (isem il-familja)

il-kunjom mat-twelid

ismijiet preċedenti

l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

ismijiet (ismijiet mogħtija)

ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet tas-soltu)

psewdonimi jew laqmijiet

id-data tat-twelid

id-data tat-twelid

il-post tat-twelid

il-post tat-twelid (belt u pajjiż)

il-pajjiż tat-twelid

il-post tat-twelid (belt u pajjiż)

is-sess

il-ġeneru

in-nazzjonalità attwali

in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet

nazzjonalitajiet oħra (jekk hemm)

in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

it-tip ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna

il-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar

isem l-awtorità emittenti

.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/818

Ir-Regolament (UE) 2019/818 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1b.   Għall-fini tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-CIR għandu jaħżen ukoll, separata b’mod loġiku mid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816. Id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816 għandha tkun aċċessibbli biss bil-mod imsemmi fl-Artikolu 5(7) ta’ dak ir-Regolament.";

(2)

fl-Artikolu 68, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1b.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESP għandha tibda l-operazzjonijiet, għall-finijiet tal-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 biss, ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 88 ta’ dak ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.".

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2021.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(10)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/15


REGOLAMENT (UE) 2021/1152 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (“ETIAS”) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dak ir-Regolament stabbilixxa l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-ETIAS.

(2)

L-ETIAS tippermetti kunsiderazzjoni dwar jekk il-preżenza ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri tistax toħloq riskju ta’ sigurtà, ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju epidemiku kbir.

(3)

Sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun tista’ twettaq l-ipproċessar tal-fajls ta’ applikazzjoni kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2018/1240, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, minn naħa waħda, u s-sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali - Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (“ECRIS-TCN”), (“sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE”), u d-data tal-Europol kif definita f’dak ir-Regolament (“data tal-Europol”), min-naħa l-oħra.

(4)

Dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolamenti (UE) 2021/1150 (3) u (UE) 2021/1151 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll, jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, minn naħa waħda, u sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u d-data tal-Europol, min-naħa l-oħra, u l-kundizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u d-data tal-Europol mill-ETIAS għall-fini li jiġu identifikati awtomatikament il-hits. Riżultat ta’ dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 (5), (UE) 2017/2226 (6), (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860 (7), (UE) 2018/1861 (8) u (UE) 2019/817 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn u mad-data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li ser tintbagħat bejn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol.

(5)

Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP), stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/817 u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), ser jippermetti li d-data maħżuna fl-ETIAS u d-data maħżuna fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn ikkonċernati tiġi mfittxija b’mod parallel.

(6)

L-arranġamenti tekniċi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jippermettu lill-ETIAS tivverifika regolarment u awtomatikament f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE jekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-fajls tal-applikazzjoni, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1240, għadhomx issodisfati.

(7)

Bl-għan li jiġi żgurat il-ksib sħiħ tal-objettivi tal-ETIAS, kif ukoll biex jitkomplew l-objettivi tas-SIS stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1860, jeħtieġ li tiġi inkluża fl-ambitu tal-verifiki awtomatizzati kategorija ta’ twissija ġdida introdotta b’dak ir-Regolament, jiġifieri l-allert ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn.

(8)

Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (11) huwa komponent essenzjali tal-isforzi komprensivi biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari u jirrappreżenta raġuni importanti ta’ interess pubbliku sostanzjali.

(9)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tad-data, huwa importanti li jsir rapportar ta’ hits foloz iġġenerati fil-livell tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

(10)

Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti aspetti tekniċi dettaljati tar-Regolament (UE) 2018/1240, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-korrispondenza bejn id-data preżenti f’rekord, allert jew fajl tas-sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE ikkonsultati u d-data preenti fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(11)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-arranġamenti tekniċi għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati maż-żamma tad-data u biex tagħti aktar dettalji dwar ir-regoli relatati mal-appoġġ lit-trasportaturi li għandu jiġi pprovdut mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(12)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi d-dettalji tal-proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika ta’ aċċess għad-data mit-trasportaturi u biex tagħti aktar dettalji dwar ir-regoli relatati mal-appoġġ lit-trasportaturi li għandhom jiġu pprovduti mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(13)

Huwa possibbli li jiġu revokati l--awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tal-ETIAS wara li jiddaħħlu li fis-SIS allerti ġodda għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn, jew allerti ġodda rigward dokument tal-ivvjaġġar irrapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat. Sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun informata awtomatikament mis-SIS dwar allerti ġodda bħal dawn, jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess awtomatiku bejn is-SIS u l-ETIAS.

(14)

Bil-għan li tiġi razzjonalizzata u simplifikata l-ħidma tal-gwardji tal-fruntiera permezz tal-implimentazzjoni ta’ proċess għall-kontroll tal-fruntieri aktar uniformi għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jfittxu li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri għal soġġorn qasir u wara l-adozzjoni tar-Regolamenti (UE) 2017/2226 u (UE) 2018/1240, huwa mixtieq li l-mod kif l-EES u l-ETIAS jaħdmu flimkien jiġi allinjat mal-mod kif l-EES u l-VIS huma integrati wieħed mal-ieħor għall-fini ta’ kontroll tal-fruntieri u u li jirreġistraw l-qsim tal-fruntieri fl-EES.

(15)

Il-kundizzjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-aċċess, li skonthom l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tal-ETIAS jenħtieġ li jiġu salvagwardjati permezz ta’ regoli ċari u preċiżi rigward l-aċċess mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE, it-tipi ta’ tfittxija u l-kategoriji ta’ data, li kollha kemm huma jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijiethom. Jenħtieġ li l-aċċess tal-Istati Membri permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE l-oħrajn ikun f’konformità mal-parteċipazzjoni fl-istrumenti legali rispettivi. Bl-istess mod, id-data maħżuna fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS jenħtieġ li tkun viżibbli biss għal dawk l-Istati Membri li joperaw is-sistemi ta’ informazzjoni sottostanti f’konformità mal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tagħhom.. Bħala eżempju, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mas-SIS u l-VIS jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li għalihom id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE (14), (UE) 2017/733 (15), (UE) 2017/1908 (16) u (UE) 2018/934 (17) dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS u l-VIS huma rilevanti.

(16)

Fejn diffikultajiet tekniċi jagħmluha impossibbli għat-trasportaturi li jaċċessaw is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS permezz tal-gateway tat-trasportaturi, jenħtieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tipprovdi appoġġ operazzjonali lit-trasportaturi sabiex tillimita l-impatt fuq l-ivvjaġġar tal-passiġġieri u t-trasportaturi sa fejn ikun possibbli. Għal dik ir-raġuni, jeħtieġ li jiġu allinjati l-proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika, inkluż appoġġ operazzjonali, previsti fil-VIS, fl-ETIAS u fl-EES.

(17)

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), tkun responsabbli għall-fażi ta’ tfassil u żvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ETIAS.

(18)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

(19)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(20)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fihom, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (20); għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(21)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (21), li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, il-punti A, B, C u G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (22).

(22)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (23) li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, il-punti A, B, C u G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqraw flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (24).

(23)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (25) li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, il-punti A, B, C u G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqraw flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (26).

(24)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-VIS, is-SIS u l-EES jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huma marbutin miegħu, rispettivament, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 li jinqraw flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE, (UE) 2017/733, (UE) 2017/1908 u (UE) 2018/934.

(25)

Jenħtieġ li, għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu emendati skont dan.

(26)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u mad-data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li ser tintbagħat lil u minn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, imma jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(27)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (UE) 2018/1240

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1240

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

“(28)

“sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE” tfisser is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”), stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”), stabbilita bir-Regolament bir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”), stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1860 (*2), (UE) 2018/1861 (*3) u (UE) 2018/1862 (*4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Eurodac, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5)u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali Ewropew – Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (“ECRIS-TCN”), stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).”;

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn qasir, vii għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56)."

(*5)  Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1)."

(*6)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1)."

(2)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

tappoġġa l-objettivi tas-SIS relatati mal-allerti rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn, allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja jew għal finijiet ta’ estradizzjoni, allerti dwar persuni nieqsa, allerti dwar persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja, allerti dwar persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi u allerti dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn;”;

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ea)

tappoġġa l-objettivi tal-EES;”;

(3)

fl-Artikolu 6(paragrafu 2), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da)

kanal ta’ komunikazzjoni sikur bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;”;

(4)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

f’każijiet fejn il-proċess awtomatizzat ta’ applikazzjoni jirrapporta hit, u jivverifika skont l-Artikolu 22 jekk id-data personali tal-applikant tikkorrispondix mad-data personali tal-persuna li tkun iġġenerat dik il-hit fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, f’xi waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE li jiġu kkonsultati, fid-data tal-Europol, f’xi waħda mill-bażijiet ta’ data tal-Interpol imsemmija fl-Artikolu 12, jew l-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 33, u fejn korrispondenza tiġi kkonfermata jew fejn wara li jifdal dubji dwar tali verifika, jagħti bidu għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 26;”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tipprovdi rapporti perjodiċi lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA dwar hits foloz kif msemmi fl-Artikolu 22(4) li jiġu ġġenerati matul il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20(2).”;

(5)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Interoperabbiltà ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u ma’ data tal-Europol

1.   L-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, minn naħa waħda, u sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u data tal-Europol, min-naħa l-oħra, għandha tiġi stabbilita biex tippermetti l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament u għandha tiddependi mill-Portal Ewropew tat-Tfittxija (“ESP”), stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/818 (*7), mid-data msemmija fl-Artikolu 72(1b) tar-Regolament (UE) 2019/817 u fl-Artikolu 68(1b) tar-Regolament (UE) 2019/818.

2.   Għall-fini tal-proċediment tal-verifiki msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 20(2), il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1), għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta l-VIS bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a), (aa), (c) u (d) tal-Artikolu 17(2):

(a)

il-kunjom (isem il-familja);

(b)

il-kunjom mat-twelid;

(c)

l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));

(d)

id-data tat-twelid;

(e)

il-post tat-twelid;

(f)

il-pajjiż tat-twelid:

(g)

is-sess;

(h)

in-nazzjonalità attwali;

(i)

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);

(j)

it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.

3.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 20(2), il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta l-EES bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 17(2):

(a)

il-kunjom (isem il-familja);

(b)

il-kunjom mat-twelid;

(c)

l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));

(d)

id-data tat-twelid;

(e)

is-sess;

(f)

in-nazzjonalità attwali;

(g)

ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);

(h)

l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;

(i)

l-isem/ismijiet tas-soltu;

(j)

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);

(k)

it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.

4.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (c), (m)(ii) u (o) tal-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta s-SIS, kif stabbilit mir-Regolamenti (UE) 2018/1860 u (UE) 2018/1861, bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) u (k) tal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-kunjom (isem il-familja);

(b)

il-kunjom mat-twelid;

(c)

l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));

(d)

id-data tat-twelid;

(e)

il-post tat-twelid;

(f)

is-sess;

(g)

in-nazzjonalità attwali;

(h)

ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);

(i)

l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;

(j)

l-isem/ismijiet tas-soltu;

(k)

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);

(l)

it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(m)

għall-minuri, il-kunjom u l-isem/ismijiet tal-persuna li tkun qed teżerċita l-awtorità tal-ġenitur jew tal-kustodju legali tal-applikant.

5.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (a), (d) u (m)(i) tal-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament, il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta s-SIS, stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/1862, bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) u (k) tal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-kunjom (isem il-familja);

(b)

il-kunjom mat-twelid;

(c)

l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));

(d)

id-data tat-twelid;

(e)

il-post tat-twelid;

(f)

is-sess;

(g)

in-nazzjonalità attwali;

(h)

ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);

(i)

l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;

(j)

l-isem/ismijiet tas-soltu;

(k)

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);

(l)

it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(m)

għall-minuri, il-kunjom u l-isem/ismijiet tal-persuna li tkun qed teżerċita l-awtorità tal-ġenitur jew tal-kustodju legali tal-applikant.

6.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 20(2), il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta l-ECRIS-TCN bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 17(2):

(a)

il-kunjom (isem il-familja);

(b)

il-kunjom mat-twelid;

(c)

l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));

(d)

id-data tat-twelid;

(e)

il-post tat-twelid;

(ea)

il-pajjiż tat-twelid;

(f)

is-sess;

(g)

in-nazzjonalità attwali;

(h)

ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);

(i)

l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;

(j)

l-isem/ismijiet tas-soltu;

(k)

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);

(l)

it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.

7.   Għall-fini ta’ proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 20(2), il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta d-data tal-Europol bid-data msemmija fil-punti (a), (aa), (b), (c), (d), (f), (g), (j), (k) and (m), tal-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 17(8).

8.   Fejn il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikoli 20 u 23 jirrapportaw hit, l-ESP għandu jipprovdi lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS b’aċċess temporanju, f’format li jinqara biss, għar-riżultati ta’ dawk il-verifiki awtomatizzati Fil-każ tal-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, dak l-aċċess għandu jiġi pprovdut fil-fajl tal-applikazzjoni sat-tmiem tal-ipproċessar manwali skont l-Artikolu 22(2). Meta d-data li titqiegħed għad-dispożizzjoni tikkorrispondi ma’ dik tal-applikant jew meta, wara l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikoli 20 u 23, jkun fadal id-dubji, in-numru ta’ referenza uniku tar-rekord fis-sistema ta’ informazzjoni tal-UE kkonsultata tad-data li tkun attivat il-hit għandhom jinżammu fil-fajl tal-applikazzjoni.

Fejn il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20 jirrapportaw hit, dawk il-verifiki awtomatizzati għandhom jirċievi n-notifika xierqa f’konformità mal-Artikolu 21(1a) tar-Regolament (UE) 2016/794.

9.   Hit tinħoloq meta d-data kollha jew xi data mill-fajl tal-applikazzjoni użat għal konsultazzjoni tkun tikkorrispondi b’mod sħiħ jew parzjali għad-data preżenti f’rekord, allert jew fajl tas-sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE ikkonsultati. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-korrispondenza bejn id-data preżenti f’rekord, allert jew fajl tas-sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE ikkonsultati u fajl tal-applikazzjoni.

10.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabblixxi l-arranġamenti tekniċi għall-implimentazzjoni tal-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) relatati maż-żamma tad-data. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2).

11.   Għall-fini tal-Artikoli 25(2), 28(8) u 29(9), meta tiġi rreġistrata d-data relatata ma’ hits fil-fajl tal-applikazzjoni, l-oriġini tad-data għandha tiġi indikata bid-data li ġejja:

(a)

it-tip ta’ allert bl-eċċezzjoni ta’ allerti kif imsemmija fl-Artikolu 23(1);

(b)

is-sors tad-data, jiġifieri s-sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE li minnhom oriġinat id-data jew id-data tal-Europol, kif xieraq;

(c)

in-numru ta’ referenza fis-sistema ta’ informazzjoni tar-rekord tal-UE kkonsultata li jkun ħoloq il-hit u l-Istat Membru li jkun daħħal jew ipprovda d-data li tkun ħolqot il-hit u,

(d)

meta jkunu disponibbili, id-data u l-ħin meta d-data tkun iddaħħlet fis-sistema ta’ informazzjoni tal-UE oħra jew id-data tal-Europol.

Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli u viżibbli biss mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS meta s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma tkunx tista’ tidentifika l-Istat Membru responsabbli.

(*7)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”"

(6)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 11b

Appoġġ għall-objettivi tal-EES

Għall-finijiet tal-Artikoli 6, 14, 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, proċess awtomatizzat, bl-użu tal-kanal tal-komunikazzjoni sikur tal-punt (da) msemmi fl-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament, għandu jikkonsulta u jimporta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2) ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll in-numru tal-applikazzjoni u d-data tal-iskadenza tal- awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, u għandu joħloq jew jaġġorna r-rekord ta’ dħul/ħruġ jew ir-rekord tar-rifjut tad-dħul fl-EES skont dan.;

Artikolu 11c

Interoperabbiltà bejn l-ETIAS u l-EES għall-fini tar-revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS fuq talba ta’ applikant

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 41(8), proċess awtomatizzat, bl-użu tal-kanal ta’ komunikazzjoni sikur imsemmi fil-punt (da) tal-Artikolu 6(2), għandu jikkonsulta s-Sistema Ċentrali tal-EES biex jivverifika li l-applikanti li jitolbu r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tagħhom ma jkunux preżenti fit-territorju tal-Istati Membri.

2.   Meta l-eżitu tal-verifika fis-Sistema Ċentrali tal-EES skont il-paragrafu 1 jindika li l-applikant mhuwiex preżenti fit-territorju tal-Istati Membri ir-revoka għandha tkun effettiva minnufih.

3.   Meta l-eżitu tal-verifika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jindika li l-applikant huwa preżenti fit-territorju tal-Istati Membri, għandu japplika l-Artikolu 41(8). Is-sistema Ċentrali tal-EES għandha tirreġistra l-fatt li notifika trid tintbagħat lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hekk kif ikun inħoloq rekord ta’ dħul/ħruġ li jindika li l-applikant li jkun talab ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikun telaq mit-territorju tal-Istati Membri.”;

(7)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Konsultazzjonijiet tal-bażijiet ta’ data tal-Interpol

1.   Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tikkonsulta l-bażi ta’ data tal-Interpol ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD) u l-bażi ta’ data tal-Interpol ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN).

2.   Kwalunkwe konsultazzjoni u verifika għandha titwettaq b’tali mod li l-ebda informazzjoni ma tkun żvelata lis-sid tal-allert tal-Interpol.

3.   Jekk l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 ma tiġix żgurata, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tikkonsulta l-bażijiet ta’ data tal-Interpol.”;

(8)

fl-Artikolu 17(4), il-punt (a) huwa sostitwit minn dan li ġej:

“(a)

jekk l-applikant ikunx instab ħati fil-25 sena preċedenti ta’ reat terroristiku jew fil-15-il sena ta’ kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness, u jekk ikun il-każ, meta u f’liema pajjiż;”;

(9)

l-Artikolu 20(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibda konsultazzjoni billi tuża l-ESP biex tqabbel id-data relevanti msemmija fil-punti (a), (aa), (b), (c), (d), (f), (g), (j), (k) u (m) tal-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 17(8) mad-data preżenti f’rekord, fajl jew allert irreġistrati f’fajl tal-applikazzjoni maħżun fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, fis-SIS, fl-EES, fil-VIS, f’Eurodac, fl-ECRIS-TCN, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta’ data SLTD u TDAWN tal-Interpol. B’mod partikolari, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika:

(a)

jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS;

(b)

jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrapportat bħala mitluf, misruq jew invalidat fl-SLTD;

(c)

jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar rifjut ta’ dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS;

(d)

jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni fis-SIS;

(e)

jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jikkorrispondux għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar irrifjutata, irrevokata jew annullata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

(f)

jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni li tikkonċerna d-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix għal applikazzjoni oħra għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar assoċjata ma’ data ta’ identità differenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17(2) fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

(g)

jekk l-applikant ikunx f’dak il-mument irrapportat bħala persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn jew jekk l-applikant fil passat kienx ġie rrapportat bħala persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn fl-EES;

(h)

jekk l-applikant huwiex irreġistrat li kien ġie rrifjutat id-dħul fl-EES;

(i)

jekk l-applikant kienx soġġett għal deċiżjoni ta’ rifjut, annullament jew revoka ta’ viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;

(j)

jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data rreġistrata fid-data tal-Europol;

(k)

jekk l-applikant huwiex irreġistrat fil-Eurodac;

(l)

jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irreġistrat f’fajl fit-TDAWN;

(m)

f’każijiet fejn l-applikant ikun minorenni, jekk l-awtorità tal-ġenitur jew tal-kustodju legali tal-applikant:

(i)

hijiex suġġetta għal allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni fis-SIS;

(ii)

hijiex soġġetta għal allert ta’ rifjut ta’ dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS.

(n)

jekk l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-data tagħha ġiet irreġistrata fl-ECRIS TCN u mmarkata f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816; dik id-data għandha tintuża biss għall-fini tal-verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament u għall-fini ta’ konsultazzjoni tar-rekords kriminali nazzjonali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-Artikolu 25a(2) ta’ dan ir-Regolament; l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jikkonsultaw ir-rekords kriminali nazzjonali qabel il-valutazzjonijiet u d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament u, fejn applikabbli, qabel il-valutazzjoni u l-opinjonijiet skont l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament;

(o)

jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar ritorn imdaħħal fis-SIS.”;

(10)

l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta tiġi kkonsultata, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u għal kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni marbut miegħu, kif ukoll għall-hits kollha ġġenerati waqt il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20(2), (3) u (5) u għall-informazzjoni identifikata mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS taħt l-Artikolu 20(7) u (8).”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

id-data preżenti fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Jekk id-data tikkorrispondi għal dik tal-applikant, meta jkun għad fadal dubji rigward l-identità tal-applikant jew meta l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20(4) irrapportaw hit, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata manwalment f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 26.”;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandha żżomm rekords tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data mwettqa mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS għall-fini tal-verifika skont il-paragrafi 2 sa 6. Dawk ir-rekords għandhom jinħolqu u jiddaħħlu awtomatikament fil-fajl tal-applikazzjoni. Huma għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-data marbuta mal-hit irrapportat, il-membru tal-persunal li jkun wettaq l-ipproċessar manwali skont il-paragrafi 2 sa 6, l-eżitu tal-verifika u l-ġustifikazzjoni korrispondenti.”;

(11)

l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

allert dwar persuni għal verifiki diskreti, kontrolli ta’ investigazzjoni jew verifiki speċifiċi.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 1 jirrapporta hit waħda jew aktar, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Meta notifikata, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha aċċess f’konformità mal-Artikolu 11(8) għall-fajl tal-applikazzjoni u kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni marbut, sabiex tivverifika jekk id-data personali tal-applikant tikkorrispondix mad-data personali inkluża fl-allert li jkun ħoloq dik il-hit, u jekk tiġi kkonfermata korrispondenza, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun daħħal l-allert. L-Uffiċċju SIRENE kkonċernat għandu jkompli jivverifika jekk id-data personali tal-applikant tikkorrispondix mad-data personali inkluża fl-allert li jkun ħoloq il-hit u jieħu kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa.”;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta l-hit tkun tikkonċerna allert dwar ritorn, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li daħħal l-allert għandu jivverifika, f’kooperazzjoni mal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tiegħu, jekk huwiex meħtieġ li jitħassar l-allert dwar ritorn f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2018/1860 u li jiddaħħal allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861.”;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit irrapportat skont il-paragrafu 1 fil-fajl tal-applikazzjoni. Dik ir-referenza għandha tkun viżibbli u aċċessibbli biss għall-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Uffiċċju SIRENE notifikati f’konformità mal-paragrafu 3, sakemm ma jkunux previsti limitazzjonijiet oħra f’dan ir-Regolament.”;

(12)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

Użu ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(1), il-persunal awtorizzat kif xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollu aċċess dirett għal sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE, u għandu jkun jista’ jikkonsultahom, f’format li jinqara biss, biex jeżamina applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u jadotta deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 26. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw:

(a)

id-data msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(b)

id-data msemmija fl-Artikoli 9 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)

id-data msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1861 ipproċessata għall-finijiet tal-Artikoli 24, 25 u 26 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

id-data msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1862 ipproċessata għall-finijiet tal-Artikolu 26 u l-punti (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) ta’ dak ir-Regolament;

(e)

id-data msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1860 ipproċessata għall-finijiet tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Dment li hit tirriżulta mill-verifika skont il-punt (n) tal-Artikolu 20(2), il-persunal debitament awtorizzat tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu wkoll ikollhom aċċess direttament jew indirettament, skont il-liġi nazzjonali, għad-data rilevanti mir-rekords kriminali nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom stess sabiex jiksbu l-informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiż terz, kif definit fir-Regolament (UE) 2019/816, ikkundannati għal reat terroristiku jew kwalunkwe reat ieħor elenkat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

(13)

l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

tivvaluta r-riskju ta’ sigurtà jew ta’ immigrazzjoni illegali u tiddeċiedi toħroġx jew tirrifjutax awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar meta l-hit tikkorrispondi għal kwalunkwe verifika msemmija fil-punti (b) u (d) sa (o) tal-Artikolu 20(2).”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Meta l-ipproċessar awtomatizzat skont il-punt (o) tal-Artikolu 20(2) irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha:

(a)

tirrifjuta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-applikant meta l-verifika skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tkun wasslet għat-tħassir tal-allert dwar ritorn u l-inklużjoni ta’ allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;

(b)

tivvaluta r-riskju ta’ sigurtà jew ta’ immigrazzjoni illegali u tiddeċiedi toħroġx jew tirrifjutax awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fil-każijiet l-oħra kollha.

L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun daħħal id-data għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju SIRENE tagħha biex tivverifika jekk it-tħassir tal-allert dwar ritorn skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2018/1860 u, fejn applikabbli, l-inklużjoni ta’ allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 humiex meħtieġa.”;

(c)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta l-ipproċessar awtomatizzat skont il-punt (n) tal-Artikolu 20(2) ikun irrapporta hit, iżda ma jkunux irrapportaw hit skont il-punt (c) ta’ dak il-paragrafu, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tagħti kunsiderazzjoni partikolari lin-nuqqas ta’ tali hit fil-valutazzjoni tagħha tar-riskju ta’ sigurtà sabiex tiddeċiedi toħroġx jew tirrifjutax awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.”;

(14)

fl-Artikolu 28(3), jiżdied is- subparagrafu li ġej:

“Għall-fini tal-ipproċessar manwali skont l-Artikolu 26, l-opinjoni pożittiva jew negattiva ġustifikata għandha tkun viżibbli biss mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru kkonsultat u mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli.”;

(15)

fl-Artikolu 37(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-applikanti li jkunu ġew irrifjutati awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu jkollhom id-dritt ta’ appell. L-appelli għandhom isiru fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Matul il-proċedura ta’ appell, l-appellant għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni fil-fajl tal-applikazzjoni skont ir-regoli dwar protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament. L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tipprovdi lill-applikanti b’informazzjoni dwar il-proċedura ta’ appell. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li tiegħu l-applikant ikun ċittadin.”;

(16)

l-Artikolu 41(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk jiddaħħal allert ġdid fis-SIS rigward rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn, jew rigward dokument tal-ivvjaġġar irrapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat, is-SIS għandha tinforma lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk dak l-allert il-ġdid jikkorrispondix għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Jekk dan ikun il-każ, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun daħħal l-allert. Jekk ikun iddaħħal allert ġdid għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun marbuta ma’ dokument tal-ivvjaġġar irrapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS jew fil-bażi tad-data SLTD tal-Interpol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tipproċessa l-fajl tal-applikazzjoni manwalment.”;

(17)

l-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1), minħabba ħsara fi kwalunkwe parti mis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, it-trasportaturi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jivverifikaw il-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Meta tali ħsara tiġi identifikata mill-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinnotifika lit-trasportaturi u lill-Istati Membri. Għandha wkoll tinnotifika lit-trasportaturi u lill-Istat Membru meta l-ħsara tissewwa. Meta tali ħsara tiġi identifikata mit-trasportaturi, huma jistgħu jinnotifikaw lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien dwar in-notifika tat-trasportaturi.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Meta għal raġunijiet oħra għajr ħsara fi kwalunkwe parti mis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, ikun teknikament impossibbli għal trasportatur li jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) għal perjodu twil ta’ żmien, it-trasportatur għandu jinnotifika lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien dwar in-notifika ta’ dak it-trasportatur.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tipprovdi appoġġ operazzjonali lit-trasportaturi b’rabta mal-paragrafi 1 u 3. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tistabbilixxi proċeduri operazzjonali standard li jistipulaw kif dan l-appoġġ għandu jingħata. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tingħata s-setgħa li tadotta aktar regoli dettaljati dwar l-appoġġ li għandu jingħata u l-mezzi biex jingħata dan l-appoġġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2).”;

(18)

fl-Artikolu 47(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jekk il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, inkluż jekk l-istatus tal-persuna jikkorrispondix għall-istatus imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), u, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata maħruġa skont l-Artikolu 44, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għalih jew għalihom hija valida;”;

(19)

fl-Artikolu 64, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Id-dritt ta’ aċċess għal data personali skont dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1862.”;

(20)

fl-Artikolu 73(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, inkluż il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS, l-NUIs, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, u l-kanal ta’ komunikazzjoni sikur bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-Sistema Ċentrali tal-EES, mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’:

(a)

il-miżuri previsti fl-Artikoli 6(4), 16(10), 17(9), l-Artikolu 31 u l-Artikoli 35(7), 45(2), 54(2), 74(5), 84(2) u 92(8); u

(b)

il-miżuri adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2) li huma meħtieġa għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-NUIs, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, il-kanal ta’ komunikazzjoni sikur bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-Sistema Ċentrali tal-EES u l-portal tat-trasportaturi, b’mod partikolari atti ta’ implimentazzjoni:

(i)

għall-aċċess għad-data skont l-Artikoli 22 sa 29 u l-Artikoli 33 sa 53;

(ii)

għall-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel ta’ data skont l-Artikolu 55;

(iii)

għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet u l-aċċess għalihom skont l-Artikoli 45 u 69;

(iv)

għar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni;

(v)

għall-ispeċifikazzjonijiet għal soluzzjonijiet tekniċi għall-ikkonnettjar tal-punti ta’ aċċess ċentrali skont l-Artikoli 51, 52 u 53.”;

(21)

l-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-emendi meħtieġa għall-atti legali li jistabbilixxu s-sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE li bihom l-interoperabbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, trid tiġi stabbilita bid-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, bl-eċċezzjoni tar-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;”;

(ii)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej;

“(d)

il-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(9) u (10), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), (5) u (6), l-Artikolu 18(4), l-Artikolu 27(3) u (5), l-Artikolu 33(2) u (3), l-Artikolu 36(3), l-Artikolu 38(3), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 45(3), l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 48(4), l-Artikolu 59(4), il-punt (b) tal-Artikolu 73(3), l-Artikolu 83(1), (3), u (4) u l-Artikolu 85(3) ġew adottati;”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-interoperabbiltà, kif imsemmi fl-Artikolu 11, mal-ECRIS-TCN għandha tibda meta s-CIR jibda jopera. L-ETIAS għandha tibda topera irrispettivament minn jekk tkunx ġiet stabbilita l-interoperabbiltà mal-ECRIS-TCN.

7.   L-ETIAS għandha tibda l-operazzjonijiet tagħha irrispettivament minn jekk huwiex possibbli li jiġu kkonsultati l-bażijiet tad-data tal-Interpol imsemmija fl-Artikolu 12.”;

(22)

l-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(4), l-Artikolu 11(9), l-Artikolu 17(3), (5) u (6), l-Artikoli 18(4), 27(3), l-Artikolu 31, l-Artikoli 33(2), 36(4), 39(2), 54(2), l-Artikolu 83(1) u (3) u l-Artikolu 85(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-9 ta’ Ottubru 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6(4), l-Artikolu 11(9), l-Artikolu 17(3), (5) u (6), l-Artikoli 18(4), 27(3), l-Artikolu 31, l-Artikoli 33(2), 36(4), 39(2), 54(2), l-Artikolu 83(1) u (3) u l-Artikolu 85(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 11(9), l-Artikolu 17(3), (5) jew (6), l-Artikoli 18(4), 27(3), l-Artikolu 31, l-Artikoli 33(2), 36(4), 39(2), 54(2), l-Artikolu 83(1) jew (3) jew l-Artikolu 85(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(23)

l-Artikolu 90(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2017/2226. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

(24)

fl-Artikolu 92, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   Sena wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 83(1), u kull erba’ snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsultazzjoni tal-ECRIS-TCN permezz tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk l-evalwazzjonijiet, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta’ Gwida tal-ETIAS dwar id-Drittijiet Fundamentali u kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sabiex jiġu vvalutat sa fejn il-konsultazzjoni tal-ECRIS-TCN permezz tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ikkontribwiet biex jintlaħaq l-objettiv tal-ETIAS, l -evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi l-punti li ġejjin:

(a)

tqabbil tal-għadd ta’ hits simultanji, għall-istess applikazzjoni, fl-ECRIS-TCN relatati ma’ kundanni għal reati terroristiċi kif elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament u fis-SIS relatati ma’ allerti għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;

(b)

tqabbil tal-għadd ta’ hits simultanji, għall-istess applikazzjoni, fl-ECRIS-TCN relatati ma’ kwalunkwe reat kriminali ieħor kif elenkat fl-Anness għal dan ir-Regolament u fis-SIS relatati ma’ allerti għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;

(c)

għal applikazzjonijiet fejn l-unika hit hija fl-ECRIS-TCN, tqabbil tal-għadd ta’ rifjuti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar mal-għadd totali ta’ hits rapportati mill-konsultazzjoni tal-ECRIS-TCN.

Il-Bord ta’ Gwida tal-ETIAS dwar id-Drittijiet Fundamentali għandu jipprovdi opinjonijiet fir-rigward tal-evalwazzjonijiet msemmija f’dan il-paragrafu.

L-evalwazzjonijiet jistgħu jkunu akkumpanjati, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.”;

(25)

fl-Artikolu 96, jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:

“L-Artikolu 11b għandu japplika minn 3 ta’ Awwissu 2021.”.

KAPITOLU II

EMENDI GĦAL STRUMENTI OĦRA TAL-UNJONI

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-aċċess għall-VIS sabiex tiġi kkonsultata d-data għandu jiġi riżervat esklussivament għall-persunal awtorizzat kif xieraq ta’:

(a)

l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-Unjoni li huma kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 22, l-Artikoli 22 g sa 22 m, u l-Artikolu 45e ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, deżinjati skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-finijiet tal-Artikoli 18c u 18d ta’ dan ir-Regolament u għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2018/1240; u

(c)

l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-Unjoni li huma kompetenti għall-finijiet tal-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/817.

Tali aċċess għandu jkun limitat sal-punt li d-data tkun meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet u l-korpi tal-Unjoni skont dawk il-finijiet, u proporzjonat għall-objettivi segwiti.”;

(2)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 18b

Interoperabbiltà mal-ETIAS

1.   Mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif determinat f’konformità mal-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-VIS għandha tiġi konnessa mal-ESP biex tippermetti l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandu jippermetti l-verifiki previsti fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament u l-verifiki sussegwenti previsti fl-Artikoli 22 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data maħżuna fl-ETIAS mad-data maħżuna fil-VIS, f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament, bl-użu tad-data fit-tabella ta’ korrispondenza stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18c

Aċċess għad-data tal-VIS mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha d-dritt li taċċessa u tfittex data rilevanti tal-VIS f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Meta verifika mill-Unita Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tikkonferma korrispondenza bejn data rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u data tal-VIS jew meta wara tali verifika jibqgħu dubji, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 18d

L-użu tal-VIS għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS

1.   L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandhom jikkonsultaw il-VIS bl-użu tal-istess data alfanumerika bħal dik użata għall-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom aċċess temporanju biex jikkonsultaw il-VIS, f’format li jinqara biss, għall-fini li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fl-Artikoli 9 sa 14 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Wara konsultazzjoni tal-VIS mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, persunal awtorizzat b’mod xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jirreġistra r-riżultat tal-konsultazzjoni biss fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS.”;

(3)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 34a

Iż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet għall-finijiet tal-interoperabbiltà mal-ETIAS

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data mwettqa fi ħdan il-VIS u l-ETIAS skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandha tinżamm skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240.”;

(4)

l-Anness jiġi nnumerat bħala Anness I u jiżdied l-anness li ġej:

“ANNESS II

Tabella ta’ korrispondenza

Data kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

Id-data tal-VIS korrispondenti msemmija fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament li magħha għandha titqabbel id-data fl-ETIAS

il-kunjom (isem il-familja)

il-kunjomijiet

il-kunjom mat-twelid

il-kunjom mat-twelid (isem/ismijiet il-familja ta’ qabel)

l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

l-isem/ismijiet

id-data tat-twelid

id-data tat-twelid

il-post tat-twelid

il-post tat-twelid

il-pajjiż tat-twelid

il-pajjiż tat-twelid

is-sess

is-sess

in-nazzjonalità attwali

in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet attwali u n-nazzjonalità mat-twelid

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm)

in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet attwali u n-nazzjonalità mat-twelid

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar

il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2226

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(k)

tappoġġa l-għanijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8).

(*8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”;"

(2)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 8a

Proċess awtomatizzat mal-ETIAS

1.   Proċess awtomatizzat, bl-użu tal-kanal ta’ komunikazzjoni sikur imsemmi fil-punt (da) tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jippermetti lill-EES toħloq jew taġġorna r-rekord tad-dħul/ħruġ jew ir-rifjut tar-rekord tad-dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz eżenti mill-ħtieġa ta’ viża fl-EES skont l-Artikoli 14, 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament.

Meta jinħoloq rekord ta’ dħul/ħruġ jew rekord ta’ rifjut ta’ dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz eżenti mill-ħtieġa ta’ viża, il-proċess awtomatizzat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-EES:

(a)

li tikkonsulta u li timporta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, in-numru ta’ applikazzjoni u d-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS;

(b)

li taġġorna r-rekord ta’ dħul/ħruġ fl-EES skont l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament; u

(c)

li taġġorna r-rekord ta’ rifjut ta’dħul fl-EES skont il-punt b tal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Proċess awtomatizzat, bl-użu tal-kanal ta’ komunikazzjoni sikur imsemmi fil-punt (da) tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jippermetti lill-EES tipproċessa konsultazzjonijiet li jaslu mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u tibgħat it-tweġibiet korrispondenti skont l-Artikolu 11c u l-Artikolu 41(8) ta’ dak ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ, is-sistema Ċentrali tal-EES għandha tirreġistra l-fatt li notifika trid tintbagħat lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS hekk kif rekord ta’ dħul/ħruġ li jindika li l-applikant li jkun talab ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikun telaq mit-territorju tal-Istati Membri jkun inħoloq.

Artikolu 8b

Interoperabbiltà mal-ETIAS

1.   Mid-data tal-bidu tal-operat tal-ETIAS, kif determinat f’konformità mal-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-EES għandha tiġi konnessa mal-ESP biex tippermetti l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jippermetti l-verifiki previsti fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament u l-verifiki sussegwenti previsti fl-Artikoli 22 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data maħżuna fl-ETIAS mad-data fl-EES, f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament, bl-użu tat-tabella ta’ korrispondenzi stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Il-verifiki msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikolu 24(3) ta’ dak ir-Regolament.”;

(3)

fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-persunal awtorizzat b’mod xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, deżinjati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollu aċċess għall-EES biex jikkonsulta d-data fl-EES f’format li jinqara biss.”;

(4)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika għat-trasportaturi li jaċċessaw id-data

1.   Meta jkun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bil-verifika msemmija fl-Artikolu 13(3), minħabba ħsara fi kwalunkwe parti tal-EES, it-trasportaturi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jivverifikaw jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu viża għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet ikunx diġà uża l-għadd ta’ daħliet awtorizzati mill-viża tiegħu. Meta tali ħsara tiġi identifikata mill-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinnotifika lit-trasportaturi u lill-Istati Membri. Għandha tinnotifika wkoll lit-trasportaturi u lill-Istati Membri meta l-ħsara tissewwa. Meta tali ħsara tiġi identifikata mit-trasportaturi, jistgħu jinnotifikaw lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien dwar in-notifika tat-trasportaturi.

2.   Meta, għal raġunijiet oħra għajr ħsara fi kwalunkwe parti mill-EES, ikun teknikament impossibbli għal trasportatur li jipproċedi bil-verifika msemmija fl-Artikolu 13(3) għal perjodu twil ta’ żmien, it-trasportatur għandu jinnotifika lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien dwar in-notifika ta’ dak it-trasportatur.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi d-dettalji tal-proċeduri ta’ riżerva msemmija f’dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

4.   L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tipprovdi appoġġ operazzjonali lit-trasportaturi b’rabta mal-paragrafi 1 u 2. L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tistabbilixxi proċeduri operazzjonali standard li jistipulaw kif dan l-appoġġ għandu jingħata. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta aktar regoli dettaljati dwar l-appoġġ li għandu jingħata u l-mezzi biex jingħata dan l-appoġġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).”;

(5)

fl-Artikolu 17(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Id-data li ġejja għandha tiddaħħal ukoll fir-rekord tad-dħul/ħruġ:

(a)

in-numru tal-applikazzjoni tal-ETIAS;

(b)

id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS;

(c)

fil-każ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS b’validità territorjali limitata, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għalih jew għalihom hija valida.”;

(6)

fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-ħtieġa ta’ viża, id-data alfanumerika meħtieġa skont l-Artikolu 17(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament;”;

(7)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 25a

Aċċess għad-data tal-EES mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha d-dritt għall-aċċess u t-tfittix tad-data tal-EES skont l-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Meta verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tikkonferma korrispondenza bejn id-data rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u d-data tal-EES jew meta wara vtali verifika jibqgħu dubji, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 25b

Użu tal-EES għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS

1.   L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif imsemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandhom jikkonsultaw l-EES bl-użu tal-istess data alfanumerika bħal dik użata għall-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom aċċess għall-EES u jistgħu jikkonsultawha, f’format li jinqara biss, għall-fini tal-eżami tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fl-Artikoli 16 sa 18 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

3.   Wara konsultazzjoni tal-EES mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, persunal awtorizzat b’mod xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jirreġistra r-riżultat tal-konsultazzjoni biss fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS.”;

(8)

l-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Iż-żamma ta’ data miksuba mill-EES

Id-data miksuba mill-EES skont l-Artikoli 24, 25, 26 u 27 tista’ tinżamm f’fajls nazzjonali u d-data miksuba mill-EES skont l-Artikoli 25a u 25b tista’ tinżamm fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS biss meta jkun meħtieġ f’każ individwali, skont il-fini li għalih inkisbet u skont id-dritt tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, u mhux għal aktar minn dak li hu strettament meħtieġ f’dak il-każ individwali.”;

(9)

fl-Artikolu 46(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Ir-reġistrazzjonijiet ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data mwettqa fi ħdan l-EES u l-ETIAS skont l-Artikoli 8a, 8b u 25a ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240.”;

(10)

jiżdied l-anness li ġej:

“ANNESS III

Tabella ta’ korrispondenza

Data kif imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

Id-data korrispondenti tal-EES imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament li magħha għandha titqabbel id-data fl-ETIAS

il-kunjom (isem il-familja)

il-kunjomijiet

il-kunjom mat-twelid

il-kunjomijiet

l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

l-ewwel isem jew ismijiet (ismijiet mogħtija)

ismijiet oħra (psewdonimu/psewdonimi, l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi, l-isem/ismijiet tas-soltu)

l-ewwel isem jew ismijiet (ismijiet mogħtija)

id-data tat-twelid

id-data tat-twelid

is-sess

is-sess

in-nazzjonalità attwali

in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm)

in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar

il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) 2018/1860

Fir-Regolament (UE) 2018/1860, l-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Applikabbiltà tar-Regolament (UE) 2018/1861

Dment li ma jkunux stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-dħul, l-ipproċessar u l-aġġornament ta’ allerti, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u ta’ eu-LISA, il-kondizzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-allerti u l-perjodu ta’ rieżami tagħhom, l-ipproċessar tad-data, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ u l-istatistika, kif stipulat fl-Artikoli 6 sa 19, l-Artikolu 20(3) u (4), l-Artikoli 21, 23, 32 u 33, l-Artikolu 34(5) u l-Artikoli 36a, 36b, 36c u 38 sa 60 tar-Regolament (UE) 2018/1861, għandhom japplikaw għal data mdaħħla u pproċessata fis-SIS skont dan ir-Regolament.”.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1861

Ir-Regolament (UE) 2018/1861 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 18b

Żamma ta’ reġistri għall-finijiet tal-interoperabbiltà mal-ETIAS

Ir-reġistri ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data mwettqa fi ħdan is-SIS u l-ETIAS skont l-Artikoli 36a u 36b ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).

(*9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”;"

(2)

fl-Artikolu 34(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

l-ipproċessar manwali ta’ applikazzjonijiet tal-ETIAS mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240.”;

(3)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 36b

Aċċess għad-data tas-SIS mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għandu jkollha id-dritt ta’ aċċess u ta’ tfittix ta’ data rilevanti mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 36(4) sa (8) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dak l-aċċess u tfittix.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240, meta verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament tikkonferma korrispondenza bejn id-data rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u allert fis-SIS jew meta wara tali verifika jibqgħu dubji, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 36c

Interoperabbiltà mal-ETIAS

1.   Mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-SIS Ċentrali għandha tiġi konnessa mal-ESP biex tippermetti l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament u l-verifiki sussegwenti previsti fl-Artikoli 22 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (c), (m)(ii) u (o) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data msemmija fl-Artikolu 11(4) ta’ dak ir-Regolament ma’ data fis-SIS skont l-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tivverifika regolarment jekk allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn imdaħħal fis-SIS, li wassal għar-rifjut, l-annullament jew ir-revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikunx tħassar.

4.   Skont l-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, meta allert ġdid għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn jiddaħħal fis-SIS, is-SIS Ċentrali għandha tittrażmetti d-data msemmija fil-punti (a) sa (d), (f) sa (i) u (s) sa (v) tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament, lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, bl-użu tal-ESP, sabiex tivverifika jekk dak l-allert il-ġdid jikkorrispondix għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida.”.

Artikolu 6

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/817

Fl-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2019/817, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1b.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESP għandha tibda l-operazzjonijiet għall-finijiet tal-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 biss, ladarba l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 88 ta’ dak ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.”.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2021.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ara paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn qasir, vii għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).

(11)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta’ April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta’ Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(19)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(21)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(23)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(25)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/38


REGOLAMENT (UE) 2021/1153 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 172 u 194 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi u biex tirrispetta impenji fit-tul ta’ dekarbonizzazzjoni, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija reċenti, multimodali u bi prestazzjoni għolja fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali li tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u l-gżejjer u r-reġjuni kollha tagħha, inklużi dawk ir-reġjuni tagħha li huma mbegħdin, ultraperiferiċi, periferali, muntanjużi kif ukoll dawk b’popolazzjoni baxxa. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Jenħtieġ li n-networks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva u sostenibbli kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(2)

L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-“FNE”) huwa li tħaffef l-investiment fil-qasam tan-networks trans-Ewropej u li tagħti spinta lill-fondi mis-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li żżid iċ-ċertezza legali u tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Jenħtieġ li l-FNE tagħti lok kemm jista’ jkun għal sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, biex b’hekk tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u jiġu minimizzati l-kostijiet tal-implimentazzjoni.

(3)

Jenħtieġ li l-FNE tikkontribwixxi wkoll għall-azzjoni tal-Unjoni kontra t-tibdil fil-klima u tappoġġa proġetti sostenibbli mill-aspett ambjentali u soċjali, inkluż, fejn xieraq, azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. B’mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħu l-kontribut tal-FNE għall-kisba tal-miri u tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (4) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”) kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 u l-għan tad-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(4)

Il-FNE għandha tiggarantixxi livell għoli ta’ trasparenza u tiżgura konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

(5)

Dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa maħsub li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ azzjonijiet b’mira klimatika u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ mill-inqas 30 % tal-infiq baġitarju tal-Unjoni b’appoġġ għall-għanijiet klimatiċi. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi lejn l-ambizzjoni li jiġu impenjati 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-“QFP”) 2021-2027 għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027 għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u l-2027 filwaqt li jittieħed kont tas-sovrapożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità. Permezz tal-azzjonijiet tagħha, il-FNE għandha tikkontribwixxi 60 % tal-pakkett finanzjarju globali tagħha għall-għanijiet klimatiċi, abbażi fost l-oħrajn koeffiċjenti li ġejjin: (i) 100 % għan-nefqa relatata mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-infrastruttura tal-iċċarġjar, mal-fjuwils alternattivi u sostenibbli, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasport tas-CO2 u mal-enerġija rinnovabbli; (ii) 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali, kif ukoll għall-infrastruttura tal-gass, bil-kondizzjoni li dan jagħti lok għal żieda fl-użu tal-idroġenu rinnovabbli jew tal-bijometan. Jenħtieġ li l-koeffiċjenti applikati għat-traċċar tal-infiq dettaljat fuq il-klima jkunu konsistenti ma’ dawk stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), fejn applikabbli. L-azzjonijiet rilevanti ser jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FNE, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta’ rieżami rilevanti. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal effetti potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-FNE jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika, fejn rilevanti, skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b’mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni trid timmira li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa. Jenħtieġ li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll l-ugwaljanza fid-drittijiet u l-opportunitajiet għal kulħadd, u l-integrazzjoni ta’ dawk l-objettivi, jkunu kkunsidrati kif ukoll promossi, matul il-valutazzjoni, it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ kollha tal-FNE.

(7)

Sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi ta’ rapportar, fir-rigward tal-użu ta’ fondi tal-Unjoni biex jiġu appoġġati l-miżuri meħuda bil-għan li jkun hemm konformità mal-għanijiet tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jenħtieġ li tiġi ntraċċata n-nefqa relatata mat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew tal-inkwinanti tal-arja skont dik id-Direttiva.

(8)

Għan importanti tal-FNE huwa li jinħolqu aktar sinerġiji u kumplimentarjetà bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-FNE tipprevedi l-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta’ intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata jew il-karburanti alternattivi sostenibbli. L-attivazzjoni tal-komunikazzjoni diġitali tista’ tikkostitwixxi parti integrali ta’ proġett ta’ interess komuni fil-qasam tal-enerġija u tat-trasport. Barra minn hekk, f’kull settur, jenħtieġ li l-FNE tipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti sinerġetiċi li jagħmlu parti minn settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet, kif ukoll permezz ta’ żieda fil-kofinanzjament.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi linji gwida għan-network trans-Ewropew tat-trasport (“TEN-T”) (“linji gwida tat-TEN-T”) li jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw ir-rekwiżiti li jridu jissodisfaw u jipprevedu miżuri għall-implimentazzjoni tat-TEN-T. B’mod partikolari, dawk il-linji gwida jipprevedu t-tlestija tan-network ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida kif ukoll l-aġġornament u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-network.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-konnettività fl-Unjoni kollha, l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni fis-settur tat-trasport li huma ffinanzjati mill-FNE, jenħtieġ li jibnu fuq il-komplementarjetà tal-modi kollha tat-trasport sabiex jipprevedu networks effiċjenti, interkonnessi u multimodali. Dan jenħtieġ li jinkludi toroq f’dawk l-Istati Membri fejn għad hemm ħtieġa sinifikanti għal investiment sabiex jitlesta n-network tat-toroq ewlieni TEN-T tagħhom.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ir-“Regolament Finanzjarju”), tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, l-ispejjeż imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja mhumiex eliġibbli, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-appoġġ tal-Unjoni li tista’ tkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli, għal perijodu limitat ta’ żmien fil-bidu tal-QFP 2021-2027, li l-ispejjeż imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament li jkunu diġà bdew jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk l-ispejjeż ikunu ġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja.

(12)

Sabiex jitwettqu l-għanijiet stabbiliti fil-linji gwida tat-TEN-T, jenħtieġ li jiġu appoġġati, bħala prijorità, il-proġetti tat-TEN-T li għaddejjin, kif ukoll il-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin u li jiġi żgurat, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġati huma konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mal-iżvilupp ġenerali tan-network rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà.

(13)

B’mod partikolari, l-użu sħiħ tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”, European Rail Traffic Management System) fuq in-network ewlieni sal-2030, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, teħtieġ li jiżdied l-appoġġ fil-livell Ewropew u li tiġi inċentivata l-parteċipazzjoni ta’ investituri privati.

(14)

Barra minn hekk, il-konnessjoni tal-ajruporti man-network ewlieni TEN-T hija prekondizzjoni importanti għat-tlestija b’suċċess tan-network ewlieni TEN-T u sabiex tkun żgurata l-intermodalità effettiva. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-istabbiliment ta’ tali konnessjonijiet fejn dawn huma nieqsa.

(15)

Għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet transfruntiera, jenħtieġ livell għoli ta’ integrazzjoni fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni. Mingħajr ma tingħata prijorità lill-ebda wieħed mill-eżempji li ġejjin, din l-integrazzjoni tista’ tintwera permezz tal-istabbiliment ta’ kumpannija bi proġett uniku, struttura ta’ governanza konġunta, impriża konġunta, qafas legali bilaterali, qafas legali bbażat fuq att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, jew kwalunkwe forma oħra ta’ kooperazzjoni. L-istabbiliment ta’ strutturi ta’ ġestjoni integrata, inkluż impriżi konġunti, jenħtieġ li jiġu mħeġġa, anki permezz ta’ livell ogħla ta’ kofinanzjament.

(16)

Miżuri ta’ simplifikazzjoni biex imexxu ’l quddiem it-twettiq tat-TEN-T, li bħalissa qed jiġu żviluppati, jenħtieġ li jappoġġaw l-implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tat-trasport.

(17)

Sabiex jirrifletti ż-żieda fil-flussi tat-trasport u l-evoluzzjoni tat-TEN-T, jenħtieġ li jiġi adattat l-allinjament tal-kurituri tan-network ewlieni u s-sezzjonijiet tagħhom identifikati minn qabel. Tali adattamenti għall-kurituri tan-network ewlieni jenħtieġ li ma jaffettwawx it-tlestija tan-network ewlieni sal-2030, jenħtieġ li jtejbu l-kopertura tal-kurituri tat-territorju tal-Istati Membri u jenħtieġ li jkunu proporzjonati sabiex jippreservaw il-konsistenza u l-effiċjenza tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kurituri. Għal dan il-għan, it-tul tal-kurituri tan-network ewlieni jenħtieġ li ma jiżdiedx b’iktar minn 15 %. Fi żmien debitu, l-allinjament tal-kurituri tan-network ewlieni jenħtieġ li jqis ir-riżultati tal-analiżi tal-implimentazzjoni tan-network ewlieni kif previst mir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. L-analiżi jenħtieġ li tqis il-konnessjonijiet ferrovjarji reġjonali transfruntiera tat-TEN-T li ġew abbandunati jew żarmati, kif ukoll bidliet oħra fuq in-network komprensiv u l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(18)

Huwa meħtieġ li jiġu promossi investimenti pubbliċi u privati fil-mezzi tat-trasport kollha sabiex tkun promossa mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura fl-Unjoni kollha. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-31 ta’ Mejju 2017 intitolata “L-Ewropa attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd”, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela wiesgħa ta’ inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kondizzjonijiet u ħinijiet ta’ mistrieħ xierqa għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawk l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz tal-FNE.

(19)

Il-linji gwida tat-TEN-T jirrikjedu, fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, li t-TEN-T jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija u l-użu ta’ karburanti alternattivi filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) tistabbilixxi qafas komuni ta’ miżuri għall-installazzjoni ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi għall-modi kollha tat-trasport fl-Unjoni sabiex tiġi mnaqqsa kemm jista’ jkun id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u jittaffa l-impatt ambjentali tat-trasport. Dik id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-punti tal-iċċarġjar jew ta’ riforniment aċċessibbli lill-pubbliku jsiru disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2025. Kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2017 intitolata “It-twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha”, huwa meħtieġ sett komprensiv ta’ miżuri għall-promozzjoni ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi, inkluż l-appoġġ finanzjarju fejn il-kondizzjonijiet tas-suq ma jipprovdux inċentiv suffiċjenti.

(20)

Fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Mejju 2018 intitolata “Mobilità Sostenibbli għall-Ewropa: sikura, konnessa u nadifa”, il-Kummissjoni ssottolinjat li l-vetturi awtomatizzati u s-sistemi ta’ konnettività avvanzata ser jagħmlu l-vetturi iktar sikuri, iktar faċli biex ikunu kondiviżi u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, inkluż dawk li jistgħu jkunu maqtugħin mis-servizzi tal-mobilità llum, bħall-anzjani u l-persuni b’mobilità mnaqqsa. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni pproponiet ukoll “Pjan ta’ Azzjoni Strateġika tal-UE dwar is-Sikurezza tat-Toroq” u l-emenda tad-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(21)

Sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija ta’ proġetti tat-trasport f’partijiet inqas żviluppati tan-network, jenħtieġ li mill-Fond ta’ Koeżjoni regolat mir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) tiġi ttrasferita allokazzjoni lill-FNE għall-finanzjament ta’ proġetti tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni. F’fażi inizjali, fir-rigward ta’ 70 % tal-pakkett trasferit, l-allokazzjoni għal proġetti eliġibbli għall-finanzjament jenħtieġ li tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni. It-30 % li jifdal mill-pakkett ittrasferit jenħtieġ li jkunu allokati fuq bażi kompetittiva għall-ikbar numru possibbli ta’ proġetti fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, bi prijorità għall-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu trattati ugwalment, u jenħtieġ li jittieħed debitament kont ta’ żvantaġġi li jirriżultaw minn vulnerabbiltajiet ġeografiċi permanenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw sensiela xierqa ta’ proġetti eliġibbli, b’mod partikolari billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati.

(22)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill Ewropew qabel li, fil-kuntest usa’ tal-QFP 2021-2027, għandu jintuża ammont ta’ EUR 1 384 000 000 (fi prezzijiet tal-2018) mill-FNE għat-tlestija ta’ konnessjonijiet ferrovjarji transkonfinali kbar neqsin bejn il-pajjiżi ta’ koeżjoni biex jiġi appoġġat il-funzjonament tas-suq intern u li r-regoli ta’ kofinanzjament tat-trasferiment mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-FNE għandhom japplikaw għal dak l-ammont.

(23)

Wara l-Komunikazzjoni Konġunta tal-10 ta’ Novembru 2017 intitolata “Intejbu l-Mobilità Militari fl-Unjoni Ewropea”, il-Komunikazzjoni Konġunta tat-28 ta’ Marzu 2018 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari enfasizzat li l-politika dwar l-infrastruttura tat-trasport toffri opportunità ċara biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet ta’ difiża u t-TEN-T, bl-għan ġenerali li titjieb il-mobilità militari madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-bilanċ ġeografiku u l-benefiċċji potenzjali għall-protezzjoni ċivili. Fl-2018, skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari, il-Kunsill qies u vvalida r-rekwiżiti militari b’rabta mal-infrastruttura tat-trasport u, fl-2019, is-servizzi tal-Kummissjoni identifikaw il-partijiet tat-TEN-T li huma xierqa għal użu doppju, inkluż l-aġġornamenti neċessarji tal-infrastruttura eżistenti. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ użu doppju jiġi implimentat permezz tal-FNE abbażi ta’ programmi ta’ ħidma, b’kont meħud tar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari u ta’ kwalunkwe lista indikattiva oħra ta’ proġetti ta’ prijorità li jiġu identifikati mill-Istati Membri skont dak il-Pjan.

(24)

Il-linji gwida tat-TEN-T jirrikonoxxu li n-network komprensiv jiżgura l-aċċessibbiltà u l-konnettività tal-gżejjer u r-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni li huma mbegħdin u ultraperiferiċi. Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta’ Ottubru 2017 intitolata “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tal-enerġija u diġitali tat-trasport fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jingħata finanzjament adegwat mill-Unjoni biex dawk il-ħtiġijiet jiġu sodisfatti, inkluż permezz tal-FNE billi jiġu applikati r-rati ta’ kofinanzjament sa massimu ta’ 70 %.

(25)

Meta jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ investiment sinifikanti li jridu jiġu sodisfatti biex isir progress biex jitlesta n-network ewlieni TEN-T sal-2030 (stmat għal EUR 350 biljun matul l-2021-2027), biex jitlesta in-network komprensiv TEN-T sal-2050 u l-investimenti għad-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni urbani (stmati ta’ EUR 700 biljun matul l-2021-2027), jixraq li jsir l-aktar użu effiċjenti mid-diversi programmi u strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni, u b’hekk jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-investimenti appoġġati mill-Unjoni. Dan jinkiseb permezz ta’ proċess ta’ investiment razzjonalizzat, li jsaħħaħ il-viżibbiltà tar-riżerva ta’ proġetti tat-trasport u l-konsistenza fost programmi rilevanti tal-Unjoni, speċifikament il-FNE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Programm InvestEU. B’mod partikolari, jenħtieġ li jitqiesu, fejn rilevanti, il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kif iddettaljati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(26)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jidentifika l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jeħtieġu jiġu implimentati sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, jidentifika l-proġetti ta’ interess komuni neċessarji biex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet u jistipula miżuri rigward l-għoti ta’ permessi, l-involviment pubbliku u regolamentazzjoni sabiex titħaffef u/jew tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dawk il-proġetti, inkluż kriterji għall-eliġibbiltà ta’ tali proġetti għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. L-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni b’mod konformi ma’ dak ir-Regolament ser tkompli ssegwi l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, bil-proġetti jiġu vvalutati fuq il-bażi ta’ xenarji ta’ domanda għall-enerġija li huma kompletament konsistenti mal-miri tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija u l-klima.

(27)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta’ abilitazzjoni li jinkludi l-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b’referenza espliċita għall-abilitazzjoni ta’ azzjonijiet li jappoġġaw il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

(28)

Filwaqt li t-tlestija tal-infrastruttura tan-network tibqa’ l-prijorità sabiex jinkiseb l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni ta’ kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp ta’ sistema tal-enerġija intelliġenti u effiċjenti li tinkludi soluzzjonijiet ta’ ħżin u ta’ rispons għad-domanda li jgħinu biex jibbilanċjaw il-grilja jirriflettu l-approċċ adottat skont il-pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha b’responsabbiltà kollettiva biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kuntest ta’ politika mibdul, li jiżgura tranżizzjoni ġusta u adegwata, b’għanijiet ambizzjużi ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(29)

Teknoloġiji infrastrutturali innovattivi li jippermettu t-tranżizzjoni lejn sistemi ta’ enerġija u ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi u li jtejbu s-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jfittxu li jiksbu aktar indipendenza fl-enerġija għall-Unjoni, huma essenzjali fid-dawl tal-aġenda tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. B’mod partikolari, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-23 ta’ Novembru 2017 intitolata “It-tisħiħ tan-networks tal-enerġija tal-Ewropa”, il-Kummissjoni enfasizzat li, minħabba li l-enerġija rinnovabbli ser tikkostitwixxi nofs il-ġenerazzjoni tal-elettriku sal-2030, ir-rwol tal-elettriku ser ikun aktar u aktar li jmexxi ’l quddiem id-dekarbonizzazzjoni tas-setturi li s’issa kienu ddominati mill-karburanti fossili, bħat-trasport, l-industrija u t-tisħin u t-tkessiħ u li għaldaqstant, l-attenzjoni taħt il-politika tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea trid tkun fuq proġetti ta’ interkonnessjonijiet tal-elettriku, ta’ ħażniet tal-elettriku, ta’ grilji intelliġenti, u investimenti fl-infrastruttura għall-gass. It-teknoloġiji u l-proġetti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjoni xierqa u prijorità bħala sostenn tal-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni, l-integrazzjoni tas-suq intern u s-sigurtà tal-provvista. Il-Kummissjoni ser timmira li żżid in-numru ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti transfruntiera, ta’ ħażna innovattiva kif ukoll proġetti ta’ trasport ta’ CO2 li għandhom jiġu appoġġati taħt il-FNE.

(30)

Proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jippermettu l-użu kosteffikaċi ta’ enerġija rinnovabbli fl-Unjoni u l-kisba tal-mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32 % ta’ enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u għandhom jikkontribwixxu għall-adozzjoni strateġika ta’ teknoloġiji innovattivi fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Eżempji illustrattivi ta’ teknoloġiji eliġibbli jinkludu l-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli minn enerġija mir-riħ u mix-xemx kemm fuq l-art kif ukoll barra mix-xtut, bijomassa sostenibbli, enerġija mill-oċeani, enerġija ġeotermika jew taħlita ta’ dawn, il-konnessjoni tagħhom mal-grilja u elementi addizzjonali bħal faċilitajiet ta’ ħżin jew ta’ konverżjoni. L-azzjoni eliġibbli mhix biss limitata għas-settur tal-elettriku u tista’ tkopri portaturi oħra tal-enerġija u akkoppjament potenzjali tas-settur, pereżempju, mat-tisħin u t-tkessiħ, il-gass bl-elettriku, il-ħżin u t-trasport. Din il-lista mhix eżawrjenti sabiex tinżamm il-flessibbiltà fir-rigward tal-progress u l-iżviluppi teknoloġiċi. Proġetti bħal dawn ma jinvolvux neċessarjament konnessjoni fiżika bejn l-Istati Membri li jkunu qed jikkooperaw. Dawk il-proġetti jistgħu jinsabu fit-territorju ta’ wieħed biss mill-Istati Membri involuti, dment li jkunu japplikaw il-kriterji ġenerali tal-parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament.

(31)

Sabiex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u d-dħul fis-suq tal-proġetti, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Fis-settur tal-enerġija, fin-nuqqas ta’ dħul suffiċjenti fis-suq ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-baġit mhux użat previst għal proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jintuża biex jitwettqu l-għanijiet tan-networks tal-enerġija trans-Ewropej għal azzjonijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess komuni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel ma jiġi kkunsidrat użu possibbli tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(32)

Huwa meħtieġ appoġġ għall-proġetti tal-grilja intelliġenti li jintegraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-konsum tal-elettriku billi jużaw il-ġestjoni ta’ sistema f’ħin reali u jinfluwenzaw il-flussi transfruntiera tal-enerġija. L-appoġġ mill-FNE għal tali proġetti jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-rwol ċentrali tal-grilji intelliġenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jenħtieġ li jgħin biex jingħelbu l-lakuni fil-finanzjament li bħalissa qed jostakolaw l-investiment favur l-użu fuq skala kbira tat-teknoloġija tal-grilji intelliġenti.

(33)

Fil-kuntest tal-appoġġ tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-interkonnessjonijiet transfruntiera tal-enerġija, inkluż dawk meħtieġa biex tintlaħaq il-mira tal-interkonnessjoni tal-elettriku ta’ 10 % għall-2020 u l-mira ta’ 15 % għall-2030 stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1999. L-użu tal-interkonnetturi tal-elettriku huwa kruċjali għall-integrazzjoni tas-swieq u sabiex jintemm l-iżolament enerġetiku billi tkun ammessa aktar enerġija rinnovabbli fis-sistema u b’hekk jinkisbu benefiċċji mill-portafoll differenti tagħhom f’termini ta’ domanda u ta’ provvista tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll min-networks ta’ enerġija mir-riħ barra ix-xtut u l-grilji intelliġenti u għall-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha f’suq tal-enerġija flessibbli u kompetittiv.

(34)

Il-kisba tas-Suq Uniku Diġitali tiddependi fuq l-infrastruttura ta’ konnettività diġitali sottostanti. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-modernizzazzjoni ta’ setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika tiddependi fuq l-aċċess universali għal networks affidabbli, affordabbli, kemm ta’ kapaċità għolja kif ukoll ta’ kapaċità għolja ħafna. Il-konnettività diġitali saret waħda mill-fatturi deċiżivi għall-għeluq ta’ distakki ekonomiċi, soċjali u territorjali, billi tappoġġa l-modernizzazzjoni ta’ ekonomiji lokali u tirfed id-diversifikazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent tal-FNE fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali jenħtieġ li jkun aġġustat sabiex jirrifletti ż-żieda fl-importanza tiegħu għall-ekonomija u għas-soċjetà b’mod ġenerali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proġetti ta’ infrastruttura tal-konnettività diġitali ta’ interess komuni meħtieġa biex jitwettqu l-għanijiet tas-Suq Uniku Diġitali tal-Unjoni u li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(35)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 intitolata “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (l-“Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits”) tistabbilixxi għanijiet strateġiċi għall-2025 bil-għan li jiġi ottimizzat l-investiment fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) timmira fost l-oħrajn li toħloq ambjent regolatorju li jinċentiva l-investimenti privati fin-networks ta’ konnettività diġitali. Madankollu huwa ċar li l-użu tan-network ser jibqa’ kummerċjalment mhux vijabbli f’ħafna żoni madwar l-Unjoni minħabba diversi fatturi bħad-distanza u speċifiċitajiet territorjali jew ġeografiċi u densità tal-popolazzjoni baxxa u diversi fatturi soċjoekonomiċi, u għalhekk jeħtieġ b’mod urġenti attenzjoni aktar mill-qrib. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-FNE tiġi aġġustata biex tikkontribwixxi għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet strateġiċi stipulati fl-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits li jimmiraw li jikkontribwixxu għal bilanċ bejn l-iżviluppi rurali u urbani, u, b’mod li tikkomplementa l-appoġġ ipprovdut għall-użu ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna minn programmi oħra, b’mod partikolari l-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Programm InvestEU.

(36)

Filwaqt li n-networks ta’ konnettività diġitali kollha li huma konnessi mal-Internet huma intrinsikament trans-Ewropej, li huwa dovut prinċipalment għall-funzjonament tal-applikazzjonijiet u s-servizzi li jabilitaw, il-prijorità għall-appoġġ permezz tal-FNE jenħtieġ li tingħata lil azzjonijiet bl-ogħla impatt mistenni fuq is-Suq Uniku Diġitali, fost l-oħrajn permezz tal-allinjament tagħhom mal-għanijiet tal-Istrateġija għal Soċjetà tal-Gigabits, kif ukoll fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà, b’kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet tas-suq u tal-ostakli għall-implimentazzjoni osservati.

(37)

L-iskejjel, l-universitajiet, il-libreriji, l-amministrazzjonijiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, il-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi, l-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi, iċ-ċentri tat-trasport u impriżi diġitalment intensivi, huma entitajiet u postijiet li jistgħu jinfluwenzaw żviluppi soċjoekonomiċi importanti fiż-żoni li jinsabu fihom, inkluż iż-żoni rurali u ż-żoni b’popolazzjoni baxxa. Dawn il-muturi soċjoekonomiċi jenħtieġ li jkunu fil-quċċata tal-konnettività Gigabit sabiex jipprovdu aċċess għall-aqwa servizzi u applikazzjonijiet għall-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-komunitajiet lokali fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-FNE tappoġġa l-aċċess lin-networks b’kapaċità għolja ħafna, inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata li jkunu jistgħu jipprovdu l-konnettività Gigabit għal dawk il-muturi soċjoekonomiċi bl-għan li jimmassimizza l-effetti sekondarji pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà usa’ fiż-żoni tagħhom, inkluż bil-ħolqien ta’ domanda usa’ għall-konnettività u s-servizzi.

(38)

It-territorji mhux konnessi fiż-żoni kollha fl-Unjoni kollha kemm hi, jirrappreżentaw ostakli u potenzjal mhux sfruttat għas-Suq Uniku Diġitali. F’ħafna miż-żoni rurali u mbiegħda, il-konnettività tal-Internet ta’ kwalità għolja jista’ jkollha rwol essenzjali biex jiġi evitat id-distakk, l-iżolament u d-depopolazzjoni diġitali billi jonqsu l-ispejjeż għat-twassil tal-oġġetti u s-servizzi u fil-kumpens parzjali għad-distanza. Il-konnettività tal-Internet ta’ kwalità għolja hija meħtieġa għal opportunitajiet ekonomiċi ġodda bħall-biedja ta’ preċiżjoni jew l-iżvilupp ta’ bijoekonomija f’żoni rurali. Jenħtieġ li l-FNE tikkontribwixxi biex tipprovdi lill-unitajiet domestiċi kollha fl-Unjoni, kemm rurali jew urbani, konnettività fissa jew bla fili ta’ kapaċità għolja ħafna, billi tiffoka fuq dak l-użu li fir-rigward tiegħu huwa osservat grad ta’ nuqqas tas-suq li jista’ jkun indirizzat bl-użu ta’ għotjiet ta’ intensità baxxa. Jenħtieġ li s-sinerġiji tal-azzjonijiet appoġġati mill-FNE jiġu massimizzati, filwaqt li jitqiesu b’mod debitu l-livell ta’ konċentrazzjoni tal-muturi soċjoekonomiċi f’żona speċifika u l-livell ta’ finanzjament meħtieġ biex tiġi ġġenerata l-kopertura. Barra minn hekk, il-FNE jenħtieġ li jkollha l-għan li tikseb kopertura komprensiva tal-unitajiet domestiċi u tat-territorji, peress li ma jkunx ekonomiku li jiġu indirizzati l-lakuni f’qasam li diġà ġie kopert fi stadju aktar tard.

(39)

Barra minn hekk, fuq il-passi tas-suċċess tal-inizjattiva WiFi4EU, jenħtieġ li l-FNE tkompli tappoġġa l-provvediment ta’ konnettività lokali bla fili, bla ħlas, sikura u ta’ kwalità għolja f’ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż l-entitajiet b’missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri ta’ servizzi pubbliċi, kif ukoll fl-ispazji miftuħa aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, sabiex tippromwovi l-viżjoni diġitali tal-Unjoni fil-komunitajiet lokali.

(40)

L-infrastruttura diġitali hija opportunità importanti għall-innovazzjoni. Sabiex timmassimizza l-impatt tagħha, jenħtieġ li l-FNE tiffoka fuq il-finanzjament tal-infrastruttura diġitali. Is-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali individwali, bħal dawk li jinvolvu diversi teknoloġiji tar-reġistru distribwit jew li japplikaw l-intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li għalhekk ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FNE u minflok jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti oħra bħall-Programm Ewropa Diġitali, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), kif xieraq. Huwa importanti wkoll li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-programmi differenti.

(41)

Il-vijabbiltà tal-ġenerazzjoni li jmiss antiċipata ta’ servizzi diġitali, bħas-servizzi tal-“Internet tal-Oġġetti”, u applikazzjonijiet diġitali, li huma mistennija li jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti f’diversi setturi u għas-soċjetà inġenerali, ser tkun teħtieġ kopertura transfruntiera mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G, b’mod partikolari biex l-utenti u l-oġġetti jkunu jistgħu jibqgħu konnessi meta jkunu mobbli. Madankollu, x-xenarji tal-qsim tal-ispejjeż għall-użu tal-5G f’dawk is-setturi għadhom mhux ċari, u r-riskji perċepiti tal-użu kummerċjali f’ċerti oqsma ewlenin huma għoljin ħafna. Il-kurituri tat-toroq u l-konnessjonijiet ferrovjarji huma mistennija li jkunu oqsma ewlenin għall-ewwel fażi tal-applikazzjonijiet il-ġodda fil-qasam tal-mobilità konnessa u għalhekk jikkostitwixxu proġetti transfruntiera vitali għall-finanzjament taħt il-FNE.

(42)

L-installazzjoni ta’ networks ċentrali ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż kejbils sottomarini li jgħaqqdu t-territorji Ewropej ma’ pajjiżi terzi f’kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu l-gżejjer Ewropej, ir-reġjuni ultraperiferiċi jew il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej, inkluż permezz tal-ilmijiet territorjali tal-Unjoni u ż-żoni ekonomiċi esklużivi tal-Istati Membri, huwa meħtieġ sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-networks diġitali tal-Unjoni u biex jingħata kontribut għall-koeżjoni tat-territorju. Madankollu, tali proġetti spiss ma jkunux kummerċjalment vijabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun disponibbli appoġġ biex ir-riżorsi tal-informatika Ewropej bi prestazzjoni għolja jiġu kkomplementati b’konnessjonijiet b’kapaċità terabit adegwati.

(43)

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura ta’ konnettività diġitali jenħtieġ li jużaw l-aqwa teknoloġija xierqa disponibbli għall-proġett speċifiku, li toffri l-aqwa bilanċ bejn it-teknoloġiji l-iktar avvanzati f’termini ta’ kapaċità ta’ fluss tad-data, sigurtà tat-trażmissjoni, reżiljenza tan-network u kosteffiċjenza. Tali użi għandhom jiġu pprijoritizzati bħala programmi ta’ ħidma, b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-użu ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna jista’ jinkludi infrastruttura passiva, bl-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi kif ukoll ambjentali. Fl-aħħar nett, meta jiġu prijoritizzati azzjonijiet, ir-riperkussjonijiet pożittivi potenzjali f’termini ta’ konnettività ser jiġu kkunsidrati, pereżempju meta proġett implimentat jista’ jtejjeb l-argument għall-vijabbiltà għal użu futur li jwassal għal aktar kopertura ta’ territorji u popolazzjonijiet f’żoni li jkunu għadhom mhux koperti.

(44)

L-Unjoni żviluppat it-teknoloġija tagħha stess ta’ Pożizzjonament, Navigazzjoni u Sinkronizzazzjoni (PNT, Positioning, Navigation and Timing) (il-programmi Galileo u EGNOS), kif ukoll il-programm tagħha stess ta’ Osservazzjoni u monitoraġġ tad-dinja (Copernicus). Il-programmi Galileo u EGNOS kif ukoll il-programm Copernicus joffru servizzi avvanzati li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi importanti lill-utenti pubbliċi u privati. Għaldaqstant, kull infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija jew diġitali ffinanzjata mill-FNE, li tuża s-servizzi ta’ PNT jew ta’ Osservazzjoni tad-dinja, jenħtieġ li tkun teknikament kompatibbli ma’ dawk il-programmi.

(45)

Ir-riżultati pożittivi tal-ewwel sejħa għal proposti għall-finanzjament imħallat imnedija fil-qafas tal-programm attwali fl-2017, ikkonfermaw ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-użu tal-għotjiet tal-Unjoni għat-taħlit ma’ finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn Banek Promozzjonali Nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi, u ta’ żvilupp oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament tas-settur privat u minn investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. It-taħlit jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġi attirat l-investiment privat u biex jiġi pprovdut il-leverage tal-kontribuzzjoni ġenerali tas-settur pubbliku, f’konformità mal-miri tal-Programm InvestEU. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-FNE tkompli tappoġġa azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati billi jiġu kkombinati għotjiet tal-Unjoni u sorsi oħra ta’ finanzjament.

(46)

Fis-settur tat-trasport, l-ammonti użati għall-operazzjonijiet ta’ taħlit jenħtieġ li ma jaqbżux l-10 % tal-ammont mill-Intestatura 1(2) tal-QFP 2021-2027. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw operazzjonijiet ta’ taħlit, pereżempju, għal azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura.

(47)

L-għanijiet ta’ politika tal-FNE ser jiġu indirizzati wkoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja fil-qasam ta’ politika tal-Programm InvestEU. L-azzjonijiet tal-FNE għandhom jintużaw biex tingħata spinta lill-investiment billi jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr ma jiġi rduppjat jew soppress il-finanzjament privat, b’mod partikolari fejn l-azzjonijiet mhumiex kummerċjalment vijabbli iżda fejn għandhom valur miżjud ċar tal-Unjoni.

(48)

Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp integrat taċ-ċiklu tal-innovazzjoni, hemm bżonn li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn is-soluzzjonijiet innovattivi żviluppati fil-kuntest tal-programmi qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni u s-soluzzjonijiet innovattivi implimentati b’appoġġ mill-FNE. Għal dan il-għan, is-sinerġiji mal-Programm Orizzont Ewropa, stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), għandhom jiżguraw li l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-setturi tat-trasport, dak tal-enerġija u diġitali fl-Unjoni jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess ta’ ppjanar strateġiku ta’ Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropea għandhom jiżguraw li l-FNE tappoġġa l-introduzzjoni u l-użu fuq skala kbira ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali, b’mod partikulari dawk li jirriżultaw minn Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa għandhom jiżguraw li l-iskambju ta’ informazzjoni u data bejn Orizzont Ewropa u l-FNE ser jiġi ffaċilitat, pereżempju billi jiġu enfasizzati teknoloġiji minn Orizzont Ewropa bi tħejjija għolja tas-suq li jkunu jistgħu jiġu implimentati aktar permezz tal-FNE.

(49)

Jenħtieġ li d-durata tal-FNE tkun allinjata mad-durata tal-QFP. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perijodu kollu 2021-2027, li ser jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (19), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja.

(50)

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas li fih jiġu identifikati l-prijoritajiet ta’ riforma nazzjonali u tiġi mmonitorata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawk il-prijoritajiet ta’ riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma ta’ kull sena, bħala mod kif jiġu strutturati u koordinati l-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li jkunu ser jiġu appoġġati b’finanzjament nazzjonali jew tal-Unjoni, jew tat-tnejn li huma. Jenħtieġ li jservu wkoll biex jintuża l-finanzjament tal-Unjoni b’mod koerenti, u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun ser jasal speċifikament mingħand il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, il-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti, il-Programm InvestEU u l-FNE, fejn rilevanti. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża wkoll b’mod konsistenti mal-pjanijiet enerġetiċi u klimatiċi tal-Unjoni u nazzjonali, fejn rilevanti.

(51)

Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(52)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom biex jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u biex iwasslu riżultati, filwaqt li jqisu, b’mod partikulari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Meta jsiru dawn l-għażliet, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(53)

Jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni jkunu jistgħu jipparteċipaw fuq bażi reċiproka fi programmi ekwivalenti ta’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-FNE.

(54)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (20) (il-“Ftehim taż-ŻEE”), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta’ deċiżjoni adottata taħt dak il-Ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem ukoll abbażi ta’ strumenti legali oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika li tirrikjedi li pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(55)

Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi r-regoli rigward l-għoti tal-għotjiet. Sabiex titqies l-ispeċifiċità tal-azzjonijiet appoġġati mill-FNE u biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti fost is-setturi koperti mill-FNE, hemm bżonn li jiġu pprovduti indikazzjonijiet addizzjonali rigward il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti. L-għażla tal-operazzjonijiet u l-finanzjament tagħhom jenħtieġ li jkunu soġġetti biss għall-kondizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament Finanzjarju. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li jkun possibbli li l-programmi ta’ ħidma jipprevedu proċeduri simplifikati.

(56)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti huma stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma. Fis-settur tat-trasport, il-kwalità u r-rilevanza ta’ proġett jenħtieġ li jiġu vvalutati wkoll filwaqt li jitqies l-impatt mistenni tal-proġett fuq il-konnettività Ewropea, il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u l-istrateġija tiegħu fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni fil-futur.

(57)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (22), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (23) u (UE) 2017/1939 (24), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluża l-frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ pieni amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk sarx frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa taħt ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(58)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (26), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-FNE u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(59)

Jenħtieġ li l-Unjoni tfittex koerenza u sinerġiji mal-programmi tal-Unjoni għall-politiki esterni, inkluża l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni skont l-impenji meħudin fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2018 intitolata “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent”.

(60)

Meta pajjiżi terzi jew entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi jipparteċipaw f’azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni jew proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, l-appoġġ finanzjarja jenħtieġ li jkun disponibbli biss jekk ikun essenzjali għall-kisba tal-għanijiet ta’ dawk il-proġetti. Rigward il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li l-kooperazzjoni bejn Stat Membru jew diversi Stati Membri u pajjiż terz (inkluża l-Komunità tal-Enerġija) tirrispetta l-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttiva (UE) 2018/2001 rigward il-ħtieġa għal konnessjoni fiżika mal-Unjoni.

(61)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017 intitolata “Nagħmlu l-Akkwist Pubbliku jaħdem fl-Ewropa u għaliha”, il-Kummissjoni tinnota li l-Unjoni hija l-aktar suq miftuħ fid-dinja għall-akkwist, iżda li pajjiżi oħrajn mhux dejjem jirreċiprokaw billi jagħtu aċċess lill-kumpanniji tal-Unjoni għas-swieq tagħhom għall-akkwisti. Għalhekk, il-benefiċjarji tal-FNE jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet strateġiċi ta’ akkwist offruti mid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

(62)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (28), hemm bżonn li l-FNE tiġi evalwata abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, bħal dwar it-traċċar tal-klima, filwaqt li jiġu evitati piż amministrattiv, partikolarment fuq l-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet u tikkomunikahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex tiġi vvalutata l-effettività u l-effiċjenza tal-finanzjament u l-impatt tiegħu fuq l-għanijiet ġenerali tal-FNE u tagħmel kwalunkwe modifika meħtieġa.

(63)

Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri trasparenti, responsabbli u adegwati ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar, inklużi indikaturi li jistgħu jitkejlu, sabiex jiġi vvalutat u rrappurtat il-progress tal-FNE lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati f’dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-kisbiet tal-FNE jiġu rikonoxxuti. Din is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FNE u r-riżultati tagħha huma adatti għal analiżi fil-fond tal-progress li jkun sar u tad-diffikultajiet li jqumu u li dik id-data u dawk ir-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Hemm bżonn li jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar fuq dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni sabiex tinġabar id-data rilevanti għall-FNE.

(64)

Jenħtieġ li l-FNE tiġi implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma. Jenħtieġ li sal-15 ta’ Ottubru 2021 il-Kummissjoni tadotta l-ewwel programmi ta’ ħidma pluriennali, li jenħtieġ li jinkludu l-iskeda ta’ żmien tas-sejħiet għall-proposti għall-ewwel tliet snin tal-FNE, is-suġġetti u l-baġit indikattiv tagħhom, kif ukoll qafas prospettiv li jkopri l-perijodu ta’ programmazzjoni kollu.

(65)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi bejn il-partijiet dwar il-kofinanzjament ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli; sabiex jiġu speċifikati, fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet infrastrutturali b’użu doppju u l-proċedura ta’ evalwazzjoni rigward l-azzjonijiet konnessi ma’ azzjonijiet ta’ infrastruttura b’użu doppju; l-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma; u l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

(66)

Sabiex, fejn xieraq, jiġu adattati l-indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-FNE, il-perċentwali indikattivi tar-riżorsi baġitarji allokati għal kull għan speċifiku fis-settur tat-trasport, u d-definizzjoni tal-kurituri tan-network ewlieni tat-trasport, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Partijiet I, II u III tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(67)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jinbnew, jiġu żviluppati, jiġu modernizzati u jitlestew in-networks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(68)

Jenħtieġ għalhekk li jitħassru r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u r-Regolament (UE) Nru 283/2014. Madankollu, jenħtieġ li jibqgħu jinżammu l-effetti tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) fir-rigward tal-lista ta’ kurituri tat-trasport tal-merkanzija.

(69)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fl-oqsma ta’ politika rilevanti u biex l-implimentazzjoni tkun tista’ tinbeda mill-bidu tal-QFP 2021-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-“FNE”) għall-perijodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-“QFP”) 2021-2027.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-FNE, il-baġit għaliha għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata dan il-finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“azzjoni” tfisser kwalunkwe attività li ġiet identifikata li hija finanzjarjament u teknikament indipendenti, li għandha skeda ta’ żmien stabbilita, u li hija neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ proġett;

(b)

“karburanti alternattivi” tfisser karburanti alternattivi għall-modi kollha ta’ trasport kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE;

(c)

“benefiċjarju” tfisser entità b’personalità ġuridika li magħha ġie ffirmat ftehim ta’ għotja;

(d)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet sostnuti mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk f’faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2 punt (6) tar-Regolament Finanzjarju li jikkombinaw forom ta’ sostenn li mhumiex rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ sostenn rimborżabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri;

(e)

“network komprensiv” tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(f)

“network ewlieni” tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(g)

“kurituri tan-network ewlieni” tfisser strumenti li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tan-network ewlieni kif previst fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u kif elenkati fil-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(h)

“konnessjoni transfruntiera” tfisser, fis-settur tat-trasport, proġett ta’ interess komuni li jiżgura l-kontinwità tat-TEN-T bejn Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż terz;

(i)

“konnessjoni nieqsa” tfisser sezzjoni tat-TEN-T nieqsa mill-modi kollha tat-trasport jew sezzjoni tat-trasport li qiegħda tipprovdi l-konnessjoni ta’ networks ewlenin jew komprensivi mal-kurituri tat-TEN-T li tostakola l-kontinwità tat-TEN-T jew li fiha konġestjonijiet, waħda jew aktar, li jaffettwaw il-kontinwità tat-TEN-T;

(j)

“infrastruttura b’użu doppju” tfisser infrastruttura tan-network tat-trasport li tindirizza kemm il-ħtiġijiet ċivili kif ukoll dawk ta’ difiża;

(k)

“proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli” tfisser proġett magħżul jew eliġibbli biex jintgħażel skont ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew arranġamenti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 fl-ippjanar jew fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli, skont il-kriterji stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(l)

“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser il-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fl-Artikolu 2, punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(m)

“infrastruttura tal-konnettività diġitali” tfisser networks ta’ kapaċità għolja ħafna, sistemi 5G, konnettività lokali bla fili u networks ċentrali ta’ kwalità għolja ħafna, kif ukoll pjattaformi diġitali operazzjonali direttament assoċjati mal-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija;

(n)

“sistemi 5G” tfisser sett ta’ elementi ta’ infrastruttura diġitali bbażati fuq standards miftiehma fuq livell globali għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u bla fili użat għal servizzi ta’ konnettività u ta’ valur miżjud b’karatteristiċi ta’ prestazzjoni avvanzata bħal rati ta’ data u kapaċità għoljin ħafna, komunikazzjonijiet b’latenza baxxa, affidabbiltà estremament għolja jew appoġġ għal għadd kbir ta’ apparati konnessi;

(o)

“kuritur 5G” tfisser mogħdija tat-trasport, triq, linja ferrovjarja jew passaġġ fuq l-ilmijiet interni, koperti kompletament b’infrastruttura ta’ konnettività diġitali u b’mod partikolari b’sistemi 5G, li tippermetti l-forniment mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi diġitali ta’ sinerġija bħal mobilità konnessa u awtomatizzata jew servizzi ta’ mobilità intelliġenti simili għal-linji ferrovjarji jew konnettività diġitali fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern;

(p)

“pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija” tfisser riżorsi ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fiżiċi u virtwali, li joperaw permezz tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, li jappoġġaw il-fluss, il-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ data tal-infrastruttura tat-trasport jew tal-enerġija, jew tat-tnejn li huma;

(q)

“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett identifikat fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jew fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jew fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament;

(r)

“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta’ implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, kartografiċi, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż fil-forma ta’ software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;

(s)

“muturi soċjoekonomiċi” tfisser entitajiet li, minħabba l-missjoni, in-natura jew il-post tagħhom, jistgħu jiġġeneraw b’mod dirett jew indirett benefiċċji soċjoekonomiċi importanti għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-komunitajiet lokali fit-territorju tal-madwar, jew fiż-żona ta’ influwenza tagħhom;

(t)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(u)

“networks ta’ kapaċità għolja ħafna” tfisser networks ta’ kapaċità għolja ħafna kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(v)

“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u t-tħaddim ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta’ proġett.

Artikolu 3

Għanijiet

1.   L-għanijiet ġenerali tal-FNE huma li tibni, tiżviluppa, timmodernizza u tlesti n-networks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali u li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, b’kont meħud tal-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul u tal-għanijiet għaż-żieda fil-kompetittività Ewropea; it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; il-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika; u l-aċċess għas-suq intern u l-integrazzjoni tiegħu, b’enfasi fuq l-iffaċilitar tas-sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali.

2.   L-għanijiet speċifiċi tal-FNE huma:

(a)

fis-settur tat-trasport:

(i)

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni marbutin ma’ networks u infrastruttura effiċjenti, interkonnessi u multimodali għal mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura f’konformità mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013; u

(ii)

li tadatta partijiet tan-network tat-TEN-T għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport bil-għan li jittejbu kemm il-mobilità ċivili kif ukoll dik militari;

(b)

fis-settur tal-enerġija:

(i)

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati ma’ aktar integrazzjoni ta’ suq intern tal-enerġija effiċjenti u kompetittiv, l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-networks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista; u

(ii)

li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli;

(c)

fis-settur diġitali: li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mat-tħaddim ta’, u mal-aċċess għal, networks diġitali sikuri u siguri, b’kapaċità għolja ħafna, inklużi sistemi 5G, u għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-networks ċentrali diġitali fit-territorji tal-Unjoni billi tgħaqqadhom ma’ territorji fil-madwar, kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-networks tat-trasport u tal-enerġija.

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FNE għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 huwa stabbilit għal EUR 33 710 000 000 (32) fi prezzijiet attwali.

F’konformità mal-għan tal-Unjoni li l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati fil-politiki settorjali tal-Unjoni u l-fondi tal-Unjoni, il-FNE għandha tikkontribwixxi, permezz tal-azzjonijiet tagħha, 60 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tagħha għall-għanijiet klimatiċi.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqassam kif ġej:

(a)

EUR 25 807 000 000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), li minnhom:

(i)

EUR 12 830 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 1(2), Investiment Strateġiku Ewropew;

(ii)

EUR 11 286 000 000 trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jintefqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(iii)

EUR 1 691 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 5(13), għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(2).

(b)

EUR 5 838 000 000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), li minnhom 15 %, soġġett għad-dħul fis-suq, għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, u jekk jintlaħaq il-limitu ta’ 15 %, il-Kummissjoni għandha żżid dak il-limitu sa 20 %, soġġett għad-dħul fis-suq;

(c)

EUR 2 065 000 000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2).

3.   Il-Kummissjoni ma għandhiex titbiegħed mill-ammont imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 2.

4.   Sa 1 % mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal għajnuna teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FNE u tal-linji gwida speċifiċi għas-settur, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inkluż sistemi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija korporattivi. Dak l-ammont jista’ jintuża wkoll biex jiffinanzja miżuri ta’ akkumpanjament għat-tħejjija ta’ proġetti b’mod partikolari biex jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-promoturi ta’ proġetti li jikkonċernaw opportunitajiet ta’ finanzjament sabiex jiġu assistiti fl-istrutturar tal-finanzi tal-proġetti tagħhom.

5.   L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fi ħlasijiet parzjali annwali, fuq sentejn jew aktar.

6.   F’konformità mal-Artikolu 193(2), it-tieni subparagrafu, punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ f’data aktar tard ta’ dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-kontinwità, għal perijodu limitat, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk ikunu mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja.

7.   L-ammont trasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni għandu jkun implimentat skont dan ir-Regolament, soġġett għall-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 15(2).

8.   Fir-rigward tal-ammonti trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, 30 % minn dawk l-ammonti għandhom isiru disponibbli, minnufih fuq bażi kompetittiva, lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bi prijorità mogħtija għall-appoġġ tal-akbar numru possibbli ta’ konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward ta’ 70 % mir-riżorsi trasferiti. Mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-riżorsi trasferiti lill-FNE li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta’ infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

9.   Fir-rigward tal-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross (ING) per capita tagħhom, imkejjel fi standards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS, purchasing power standards) għall-perijodu 2015-2017, huwa inqas minn 60 % tal-medja tal-ING per capita tal-UE-27, għandhom jiġu garantiti, sal-31 ta’ Diċembru 2024, 70 % tas-70 % tal-ammont li dawk l-Istati Membri jkunu ttrasferew lill-FNE.

10.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-ammont totali allokat, mill-ammont imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu (2), għal azzjonijiet fi Stat Membru eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jaqbeż il-170 % tas-sehem ta’ dak l-Istat Membru fl-ammont totali trasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni.

11.   Sabiex jiġu appoġġati l-Istati Membri li huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni u li jistgħu jgħaddu minn diffikultajiet fit-tfassil ta’ proġetti li huma ta’ maturità u kwalità suffiċjenti, jew it-tnejn li huma, u li għandhom valur miżjud suffiċjenti tal-Unjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-għajnuna teknika mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi b’relazzjoni mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati f’dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha kollha biex tagħmilha possibbli għall-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni li jiksbu, sa tmiem il-perijodu 2021-2027, l-ogħla assorbiment possibbli tal-ammont trasferit għall-FNE, inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta’ sejħiet addizzjonali.

Barra minn hekk, għandhom jingħataw attenzjoni partikolari u appoġġ lil dawk l-Istati Membri li l-ING per capita tagħhom, imkejjel f’PPS għall-perijodu 2015-2017, ikun inqas minn 60 % tal-medja tal-ING per capita tal-UE-27.

12.   L-ammont trasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jintuża għall-finanzjament ta’ programmi ta’ ħidma transsettorjali u operazzjonijiet ta’ taħlit.

13.   Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lill-FNE, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

14.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu, fis-settur diġitali, ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba ta’ dawk l-Istati Membri, jiġu ttrasferiti lill-FNE, anki biex jikkomplementaw il-finanzjament ta’ azzjonijiet eliġibbli taħt l-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament, sa 100 % tal-kost eliġibbli totali, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament stabbilit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju u għar-Regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw biss għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati fil-FNE

1.   Il-FNE għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-ŻEE, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(b)

il-pajjiżi fil-proċess ta’ adeżjoni mal-Unjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi oħra, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li dak il-ftehim:

(i)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-FNE, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(iii)

ma jagħtix lill-pajjiż terz kwalunkwe setgħa deċiżjonali fir-rigward tal-programm tal-Unjoni;

(iv)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha;

(v)

jipprovdi għal reċiproċità fl-aċċess għal programmi simili fil-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, punt (d)(ii), ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, il-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-entitajiet stabbiliti f’dawk il-pajjiżi, ma jistgħux jirċievu għajnuna finanzjarja taħt dan ir-Regolament għajr meta tkun indispensabbli biex jitwettqu l-għanijiet ta’ proġett speċifiku ta’ interess komuni jew ta’ proġett skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament u taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.   Il-FNE għandha tiġi implimentata b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-FNE tista’ tipprovdi finanzjament fil-forom ta’ għotjiet u ta’ akkwist kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju. Tista’ wkoll tikkontribwixxi għal operazzjonijiet ta’ taħlit f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) u mat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta’ taħlit fis-settur tat-trasport ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-ammont baġitarju indikat fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. Fis-settur tat-trasport, l-operazzjonijiet ta’ taħlit jistgħu jintużaw għal azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tiddelega s-setgħa ta’ implimentazzjoni ta’ parti mill-FNE lil aġenziji eżekuttivi skont l-Artikolu 69 tar-Regolament Finanzjarju, bil-ħsieb tal-ġestjoni ottimali tal-FNE u tar-rekwiżiti tagħha ta’ effiċjenza fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali.

4.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu li huma garanzija suffiċjenti taħt ir-Regolament Finanzjarju. Għandu japplika l-Artikolu 33(7) tar-Regolament (UE) 2021/695.

Artikolu 7

Proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

1.   Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u t-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista. Dawk il-proġetti għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew arranġamenti bejn Stat Membru wieħed jew aktar, u pajjiż terz wieħed jew aktar, kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Dawk il-proġetti għandhom jilħqu l-għanijiet, il-kriterji ġenerali u l-proċedura stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità l-Artikolu 26 li, mingħajr preġudizzju għall-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 14, jistabbilixxu kriterji speċifiċi tal-għażla u d-dettalji tal-proċess tal-għażla tal-proġetti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-proġett għall-kriterji ġenerali u għall-produzzjoni tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji speċifikati fil-Parti IV tal-Anness.

3.   L-istudji li huma mmirati lejn l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

4.   Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli huma eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni għal xogħlijiet jekk jissodisfaw il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a)

l-analiżi speċifika tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għall-proġett skont il-punt 3 tal-Parti IV tal-Anness tkun obbligatorja għall-proġetti appoġġati kollha u tqis kwalunkwe dħul li jirriżulta minn skemi ta’ appoġġ, tkun twettqet b’mod trasparenti, komprensiv u sħiħ u tkun tipprovdi evidenza dwar l-eżistenza ta’ spejjeż iffrankati jew ta’ benefiċċji sinifikanti, jew tat-tnejn, f’termini tal-integrazzjoni tas-sistema, is-sostenibbiltà ambjentali, is-sigurtà tal-provvista jew l-innovazzjoni; u

(b)

l-applikant juri li l-proġett ma jitwettaqx fin-nuqqas tal-għotja, jew li l-proġett ma jistax ikun kummerċjalment vijabbli fin-nuqqas tal-għotja.

5.   L-ammont tal-għotja għax-xogħlijiet għandu:

(a)

ikun proporzjonat mal-ispejjeż iffrankati jew il-benefiċċji msemmija fil-punt 2(b) tal-Parti IV tal-Anness, jew it-tnejn li huma,

(b)

ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat li l-proġett iseħħ jew isir kummerċjalment vijabbli; u

(c)

ikun konformi mal-Artikolu 15(3).

6.   Il-FNE għandha tipprevedi l-possibbiltà ta’ finanzjament koordinat mal-qafas ta’ abilitazzjoni għall-użu tal-enerġija rinnovabbli msemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tal-kofinanzjament mal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

7.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod regolari l-użu tal-fondi għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli vis-à-vis l-ammont ta’ referenza fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. Wara dik il-valutazzjoni, fin-nuqqas ta’ dħul suffiċjenti fis-suq ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-baġit mhux użat previst għal dawk il-proġetti għandu jintuża biex jitwettqu l-għanijiet tan-networks tal-enerġija trans-Ewropej stabbiliti fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament għall-azzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-Regolament u, mill-2024, jistgħu jintużaw ukoll għall-kofinanzjament tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-kofinanzjament bejn il-partijiet fi proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli taħt il-FNE u skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali

1.   Il-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura ta’ konnettività diġitali huma dawk il-proġetti li jagħtu kontribut importanti biex jitwettqu l-għanijiet tal-Unjoni għall-konnettività strateġika u/jew li jipprovdu l-infrastruttura tan-network li tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà, kif ukoll is-Suq Uniku Diġitali tal-Unjoni.

2.   Il-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-proġett jikkontribwixxi biex jitwettaq l-għan speċifiku previst fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2); u

(b)

il-proġett iħaddem l-aħjar teknoloġija disponibbli u l-aktar xierqa għal dak il-proġett speċifiku, li jipproponi l-aħjar bilanċ f’termini tal-kapaċità ta’ fluss ta’ data, tas-sigurtà tat-trasmissjoni, tar-reżiljenza tan-network, taċ-ċibersigurtà u tal-kosteffiċjenza.

3.   L-istudji li huma mmirati lejn l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 14, il-prijorità għall-finanzjament għandha tiġi ddeterminata waqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(a)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħaddim ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna u għall-aċċess għalihom, inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata, f’konformità mal-miri ta’ konnettività strateġika tal-Unjoni f’żoni fejn il-muturi soċjoekonomiċi għandhom jingħataw klassifikazzjoni ta’ prijorità filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ konnettività ta’ dawk iż-żoni u l-kopertura addizzjonali ġġenerata għaż-żona, inkluż għall-unitajiet domestiċi, skont il-punt 1 tal-Parti V tal-Anness; it-tħaddim awtonomu għal muturi soċjoekonomiċi għandu jkun eliġibbli għall-finanzjament, dment li dak it-tħaddim ikun ekonomikament proporzjonat u fiżikament prattikabbli;

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-forniment ta’ konnettività lokali bla fili ta’ kwalità għolja ħafna f’komunitajiet lokali skont il-punt 2 tal-Parti V tal-Anness;

(c)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħaddim ta’ kurituri 5G tul mogħdijiet ewlenin ta’ trasport, inkluż fuq in-network TEN-T, bħal dawk elenkati fil-punt 3 tal-Parti V tal-Anness, għandhom jingħataw klassifikazzjoni ta’ prijorità biex tiġi żgurata kopertura tul dawk il-mogħdijiet ewlenin ta’ trasport, li jippermettu l-forniment mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi diġitali ta’ sinerġija, waqt li titqies ir-rilevanza soċjoekonomika tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika attwalment installata f’approċċ li jħares ’il quddiem;

(d)

proġetti ta’ interess komuni li huma mmirati lejn it-tħaddim jew it-titjib sinifikanti ta’ networks ċentrali transfruntiera li jgħaqqdu l-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u li jsaħħu l-konnessjonijiet bejn in-networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fit-territorju tal-Unjoni, inkluż kejbils sottomarini, għandhom jingħataw prijorità skont sa liema punt jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-prestazzjoni miżjuda, ir-reżiljenza u l-kapaċità ħafna ogħla ta’ dawk in-networks ta’ komunikazzjoni elettroniċi;

(e)

proġetti ta’ interess komuni li jħaddmu pjattaformi diġitali operazzjonali għandhom jagħtu prijorità lil azzjonijiet ibbażati fuq l-aktar teknoloġiji avvanzati, waqt li jitqiesu aspetti bħall-interoperabbiltà, iċ-ċibersigurtà, il-privatezza u l-użu mill-ġdid tad-data.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 9

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament dawk l-azzjonijiet biss li jikkontribwixxu biex jitwettqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jittieħed kont tal-impenji fit-tul tad-dekarbonizzazzjoni. Tali azzjonijiet jinkludu studji, xogħlijiet u miżuri oħra magħhom meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FNE u l-linji gwida speċifiċi għas-settur. L-istudji għandhom ikunu eliġibbli biss jekk ikunu relatati ma’ proġetti eliġibbli taħt il-FNE.

2.   Fis-settur tat-trasport, l-azzjonijiet li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet relatati ma’ networks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-linji tal-ferrovija, tat-toroq, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u dik marittima:

(i)

azzjonijiet li jimplimentaw in-network ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera u konnessjonijiet neqsin, bħal dawk elenkati fil-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament, kif ukoll nodi urbani, pjattaformi loġistiċi multimodali, portijiet marittimi, portijiet interni, terminals ferrovjarji u konnessjonijiet mal-ajruporti tan-network ewlieni kif definit fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013; azzjonijiet li jimplimentaw in-network ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-network komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

azzjonijiet relatati mal-konnessjonijiet transfruntiera tan-network komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, bħal dawk elenkati fil-punt 2 tal-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament, l-azzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament, l-azzjonijiet relatati mal-istudji għall-iżvilupp tan-network komprensiv u l-azzjonijiet relatati mal-portijiet marittimi u interni tan-network komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iii)

azzjonijiet li jistabbilixxu mill-ġdid il-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali neqsin fuq it-TEN-T li kienu ġew abbandunati jew li żżarmaw;

(iv)

azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-network komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni, it-terminals ferrovjarji, il-konnessjonijiet mal-ajruporti u l-pjattaformi loġistiċi multimodali, tan-network komprensiv kif definit fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(v)

azzjonijiet li jappoġġaw proġetti ta’ interess komuni sabiex jgħaqqdu lin-network trans-Ewropew ma’ networks ta’ infrastruttura ta’ pajjiżi ġirien kif definit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(b)

azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura:

(i)

azzjonijiet li jappoġġaw l-awtostradi tal-baħar kif previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b’attenzjoni speċjali lit-trasport marittimu transfruntier fuq distanzi qosra;

(ii)

azzjonijiet li jappoġġaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, għall-modi rispettivi tat-trasport, inkluż b’mod partikolari:

għall-ferroviji: l-ERTMS,

għall-passaġġi fuq l-ilma interni: is-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS, River Information Services),

għat-trasport bit-triq: Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS, Intelligent Transport Systems),

għat-trasport marittimu: Sistema għall-Monitoraġġ u l-Informazzjoni dwar it-Traffiku tal-Bastimenti (VTMIS, Vessel Traffic Monitoring and Information Systems) u servizzi marittimi elettroniċi, inklużi servizzi ta’ tieqa unika bħas-single window marittima, sistemi tal-komunità tal-port u sistemi rilevanti ta’ informazzjoni doganali,

għat-trasport bl-ajru: sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mis-sistema tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR, Single European Sky ATM Research);

(iii)

azzjonijiet li jappoġġaw servizzi sostenibbli tat-trasport tal-merkanzija skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u azzjonijiet biex jitnaqqas l-istorbju mill-ferroviji tal-merkanzija;

(iv)

azzjonijiet li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, inkluż l-awtomatizzazzjoni, servizzi ta’ trasport imtejba, integrazzjoni modali u infrastruttura ta’ karburanti alternattivi għall-modi kollha tat-trasport skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(v)

azzjonijiet li jneħħu l-ostakli għall-interoperabbiltà kif definita fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, speċjalment l-ostakli għall-effett ta’ kuritur/network, inkluż azzjonijiet li jippromwovu żieda fit-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija u f’faċilitajiet awtomatiċi għat-tibdil tal-wisa’ għall-binarji;

(vi)

azzjonijiet li jneħħu l-ostakli għall-interoperabbiltà, partikolarment f’nodi urbani fis-sens tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(vii)

azzjonijiet li jimplimentaw infrastruttura u mobilità sikuri u siguri, inkluż is-sikurezza fit-toroq, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(viii)

azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza tal-infrastruttura tat-trasport, b’mod partikolari r-reżiljenza tagħha għat-tibdil fil-klima u għad-diżastri naturali u għat-theddid għaċ-ċibersigurtà;

(ix)

azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà għall-infrastruttura tat-trasport fil-modi kollha tat-trasport għall-utenti kollha, speċjalment l-utenti b’mobilità mnaqqsa, skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(x)

azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal finijiet ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni ċivili u azzjonijiet li jadattaw l-infrastruttura tat-trasport għall-finijiet ta’ kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni bil-għan li jiġu ffaċilitati l-flussi tat-traffiku;

(c)

taħt l-għan speċifiku msemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(2), u skont l-Artikolu 12, azzjonijiet jew attivitajiet speċifiċi fi ħdan azzjoni, li jappoġġaw partijiet ġodda jew eżistenti tat-TEN-T adatti għat-trasport militari, sabiex jadattaw it-TEN-T għar-rekwiżiti tal-infrastruttura b’użu doppju.

3.   Fis-settur tal-enerġija, l-azzjonijiet li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess komuni kif stipulat fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

(b)

azzjonijiet li jappoġġaw proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, inkluż soluzzjonijiet innovattivi kif ukoll il-ħżin tal-enerġija rinnovabbli, u ħolqien tagħhom, kif definit fil-Parti IV tal-Anness, dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 jkunu ssodisfati.

4.   Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet li jappoġġaw it-tħaddim ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna, u l-aċċess għalihom, inkluż sistemi 5G li kapaċi jipprovdu konnettività f’Gigabit f’żoni fejn jinsabu l-muturi soċjoekonomiċi;

(b)

azzjonijiet li jappoġġaw il-forniment f’komunitajiet lokali ta’ konnettività lokali bla fili ta’ kwalità għolja ħafna li tkun bla ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji;

(c)

azzjonijiet li jimplimentaw il-kopertura mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G tal-mogħdijiet ewlenin kollha tat-trasport, inkluż it-TEN-T, bħall-azzjonijiet elenkati fil-punt 3 tal-Parti V tal-Anness;

(d)

azzjonijiet li jappoġġaw it-tħaddim ta’ networks ċentrali ġodda jew l-aġġornament sinifikanti ta’ networks ċentrali eżistenti, inkluż b’kejbils sottomarini, fl-Istati Membri u bejniethom u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, bħall-azzjonijiet elenkati fil-punt 3 tal-Parti V tal-Anness, kif ukoll azzjonijiet oħrajn li jappoġġaw it-tħaddim tan-networks ċentrali msemmijin f’dak il-punt;

(e)

azzjonijiet li jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali relatati ma’ proġetti transfruntiera fl-oqsma tat-trasport jew tal-enerġija jew li jappoġġaw pjattaformi diġitali operazzjonali assoċjati direttament ma’ infrastrutturi tat-trasport jew tal-enerġija, jew tat-tnejn li huma.

Artikolu 10

Sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali

1.   Azzjonijiet li jikkontribwixxu simultanjament biex jitwettqu l-għanijiet, wieħed jew aktar, ta’ mill-inqas żewġ setturi, kif previst fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(2), għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament u li jibbenefikaw minn rata ogħla ta’ kofinanzjament, skont l-Artikolu 15. Tali azzjonijiet għandhom ikunu implimentati permezz ta’ programmi ta’ ħidma li jindirizzaw mill-inqas żewġ setturi u li jinkludu kriterji tal-għoti speċifiċi, u għandhom ikunu ffinanzjati b’kontribuzzjonijiet tal-baġit mis-setturi involuti.

2.   F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, l-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 9 jistgħu jinkludu elementi sinerġetiċi relatati ma’ kwalunkwe settur mill-oħrajn, li ma jkunux relatati ma’ azzjonijiet eliġibbli previsti fl-Artikolu 9(2), (3) jew (4) rispettivament, dment li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-kost tal-elementi sinerġetiċi ma jaqbiżx l-20 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni;

(b)

l-elementi sinerġetiċi jkunu relatati mas-setturi tat-trasport, tal-enerġija jew diġitali; u

(c)

l-elementi sinerġetiċi jippermettu li jsir titjib sinifikanti fil-benefiċċji soċjoekonomiċi, klimatiċi jew ambjentali tal-azzjoni.

Artikolu 11

Entitajiet eliġibbli

1.   Fir-rigward tal-entitajiet, il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   L-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

(a)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:

(i)

Stat Membru, inkluż negozji bi sħab;

(ii)

pajjiż terz assoċjat fil-FNE; jew

(iii)

pajjiż jew territorju extra-Ewropew;

(b)

entitajiet ġuridiċi istitwiti taħt il-liġi tal-Unjoni u, jekk previst fil-programmi ta’ ħidma, organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.   Persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli.

4.   Il-programmi ta’ ħidma jistgħu jipprevedu li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi terzi assoċjati fil-FNE f’konformità mal-Artikolu 5, u l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni iżda direttament jew indirettament ikkontrollati minn pajjiżi terzi jew minn persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew minn entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi, ma jkunux eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha, jew f’xi wħud minnhom, taħt l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) għal raġunijiet ta’ sigurtà debitament ġustifikati. F’tali każijiet, is-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għal entitajiet stabbiliti, jew meqjusa li huma stabbiliti, fi Stati Membri u direttament jew indirettament ikkontrollati minn Stati Membri jew minn persuni ta’ nazzjonalità ta’ Stati Membri.

5.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat fil-FNE għandhom ikunu eċċezzjonalment eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt il-FNE fejn dan ikun indispensabbli biex jitwettqu l-għanijiet ta’ proġett speċifiku ta’ interess komuni fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali jew ta’ proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

6.   Sabiex ikunu eliġibbli, il-proposti għandhom jiġu ppreżentati:

(a)

min Stat Membru, wieħed jew aktar; jew

(b)

bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, jew minn impriżi jew korpi pubbliċi jew privati, inklużi l-awtoritajiet reġjonali jew lokali.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jaqbilx ma’ preżentazzjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, huwa għandu jikkomunika dik l-informazzjoni kif adatt.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li, għal programm ta’ ħidma speċifiku jew għal kategoriji speċifiċi ta’ applikazzjonijiet, il-proposti jistgħu jitressqu mingħajr il-qbil tiegħu. F’tali każ, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, dan għandu jkun indikat fil-programm ta’ ħidma rilevanti u fis-sejħa għal tali proposti.

Artikolu 12

Regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà li jikkonċernaw azzjonijiet relatati mal-adattament tat-TEN-T għal użu doppju ta’ difiża u dak ċivili

1.   Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-adattament tan-network ewlieni, jew tan-network komprensiv, tat-TEN-T kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, bil-għan li jippermettu użu doppju ta’ difiża u dak ċivili tal-infrastruttura, għandhom ikunu soġġetti għar-regoli ta’ eliġibbiltà addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-proposti għandhom jitressqu minn Stat Membru wieħed jew aktar jew, bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, minn entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati Membri;

(b)

l-azzjonijiet għandhom ikunu relatati mas-sezzjonijiet jew in-nodi identifikati mill-Istati Membri fl-Annessi għar-Rekwiżiti Militari għall-Mobilità Militari fl-Unjoni u lil hinn minnha kif adottati mill-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2018, jew kwalunkwe lista sussegwenti adottata aktar tard, u kwalunkwe lista indikattiva oħra ta’ proġetti ta’ prijorità li jiġu identifikati mill-Istati Membri skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari;

(c)

l-azzjonijiet jistgħu jkunu relatati kemm mat-titjib tal-komponenti eżistenti tal-infrastruttura jew mal-bini ta’ komponenti ġodda tal-infrastruttura b’kont meħud tar-rekwiżiti tal-infrastruttura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

l-azzjonijiet li jimplimentaw livell ta’ rekwiżit ta’ infrastruttura li jmur lil hinn mil-livell meħtieġ għall-użu doppju għandhom ikunu eliġibbli; madankollu, il-kost tagħhom għandu jkun eliġibbli biss sal-livell ta’ kostijiet li jikkorrispondi għal-livell ta’ rekwiżiti meħtieġa għall-użu doppju; l-azzjonijiet relatati ma’ infrastruttura użata biss għal skopijiet militari ma għandhomx ikunu eliġibbli;

(e)

l-azzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu ffinanzjati biss mill-ammont skont il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika, fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet infrastrutturali b’użu doppju u l-proċedura ta’ evalwazzjoni rigward l-azzjonijiet konnessi ma’ azzjonijiet ta’ infrastruttura b’użu doppju. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

3.   Sussegwentement għall-evalwazzjoni interim tal-FNE prevista fl-Artikolu 23(2), il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-awtorità baġitarja biex din tittrasferixxi l-flus li ma jkunux ġew impenjati mill-punt (a)(iii) tal-Artikolu 4(2), għall-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(2).

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 13

Għotjiet

L-għotjiet taħt il-FNE għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 14

Kriterji tal-għoti

1.   Il-kriterji tal-għoti trasparenti għandhom jiġu stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 20 u fis-sejħiet għall-proposti, filwaqt li jitqiesu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin biss:

(a)

l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali, inkluż l-impatt klimatiku (il-benefiċċji u l-kostijiet taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-proġett), u kemm l-analiżi tkun tajba, komprensiva u trasparenti;

(b)

l-aspetti ta’ innovazzjoni u diġitalizzazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà u aċċessibbiltà, inkluż għall-persuni b’mobilità mnaqqsa;

(c)

id-dimensjoni transfruntiera, l-integrazzjoni tan-network u l-aċċessibbiltà territorjali, inkluż għall-gżejjer Ewropej u r-reġjuni ultraperiferiċi;

(d)

il-valur miżjud tal-Unjoni;

(e)

is-sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali;

(f)

il-maturità tal-azzjoni fid-dawl tal-iżvilupp tal-proġett;

(g)

l-għaqal tal-istrateġija tal-manutenzjoni proposta għall-proġett komplut;

(h)

l-għaqal tal-pjan ta’ implimentazzjoni propost;

(i)

l-effett katalitiku tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fuq l-investiment;

(j)

il-ħtieġa li jingħelbu l-ostakli finanzjarji bħal dawk ikkawżati mill-vijabbiltà kummerċjali insuffiċjenti, il-kostijiet għolja bil-quddiem jew in-nuqqas ta’ finanzjament mis-suq;

(k)

il-potenzjal għal użu doppju fil-kuntest tal-mobilità militari;

(l)

il-konsistenza mal-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni u dawk nazzjonali, inkluż il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel.

2.   Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tqis, fejn rilevanti, ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima permezz ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskji klimatiċi, inkluż il-miżuri ta’ adattament rilevanti.

3.   Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tiżgura, fejn rilevanti, kif speċifikat fil-programmi ta’ ħidma, li l-azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jinkludu t-teknoloġija tal-PNT ikunu teknikament kompatibbli mal-programmi Galileo u EGNOS u mal-programm Copernicus.

4.   Rigward l-azzjonijiet relatati mas-settur tat-trasport, il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tiżgura, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet proposti huma konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri u l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, u li jqisu l-opinjoni konsultattiva tal-Koordinatur Ewropew responsabbli skont l-Artikolu 45(8) tal-istess Regolament. Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll jekk l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-FNE toħloqx ir-riskju li l-fluss tal-merkanzija jew tal-passiġġieri jitħarbat fis-sezzjoni tal-linja kkonċernata mill-proġett u jekk dawk ir-riskji tnaqqsux.

5.   Rigward l-azzjonijiet relatati ma’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-kriterji tal-għoti għandhom iqisu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(4).

6.   Rigward l-azzjonijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-konnettività diġitali, il-kriterji tal-għoti stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma u s-sejħiet għall-proposti għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 15

Rati ta’ kofinanzjament

1.   Għall-istudji, l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli. Għall-istudji ffinanzjati bl-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta’ Koeżjoni kif speċifikat fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

2.   Għal xogħlijiet fis-settur tat-trasport, għandhom japplikaw dawn ir-rati massimi ta’ kofinanzjament li ġejjin:

(a)

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli; madankollu, ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 50 % għall-azzjonijiet:

(i)

relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera skont il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu;

(ii)

li jappoġġaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi;

(iii)

li jappoġġaw l-interoperabbiltà ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew ta’ ferroviji;

(iv)

li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni;

(v)

li jappoġġaw titjib fl-infrastruttura għas-sikurezza; u

(vi)

li jadattaw l-infrastruttura tat-trasport għall-finijiet tal-kontroll tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni;

(b)

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli; madankollu, ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu għal massimu ta’ 85 % jekk ir-riżorsi meħtieġa jiġu ttrasferiti għall-FNE skont l-Artikolu 4(13);

(c)

rigward l-ammonti trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament ma għandhomx jaqbżu l-85 % tal-kostijiet totali eliġibbli;

(d)

rigward l-ammonti mill-intestatura tal-Investiment Strateġiku Ewropew ta’ EUR 1 559 800 000, kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Parti II tal-Anness, għat-tlestija ta’ konnessjonijiet ferrovjarji transkonfinali kbar neqsin bejn l-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament ma għandhomx jaqbżu l-85 % tal-kostijiet totali eliġibbli;

(e)

rigward l-azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament miżjuda kif previst fil-punti (a), (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu jistgħu japplikaw biss għall-azzjonijiet li juru grad għoli ta’ integrazzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-azzjoni għall-fini tal-kriterju tal-għoti msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1), pereżempju permezz tal-istabbiliment ta’ kumpannija ta’ proġett wieħed, struttura ta’ governanza konġunta, qafas ġuridiku bilaterali jew b’att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013; barra minn hekk, ir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-proġetti mwettqa minn strutturi ta’ ġestjoni integrata, inkluż l-impriżi konġunti, skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(2), tista’ tiżdied b’5 %.

3.   Għal xogħlijiet fis-settur tal-enerġija, għandhom japplikaw dawn ir-rati massimi ta’ kofinanzjament li ġejjin:

(a)

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli;

(b)

ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 75 % tal-kost totali eliġibbli għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni li, abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, jagħtu livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista fuq livell reġjonali jew fl-Unjoni kollha, isaħħu s-solidarjetà tal-Unjoni jew joffru soluzzjonijiet ferm innovattivi.

4.   Għal xogħlijiet fis-settur diġitali, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament li ġejjin għandhom japplikaw: għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli.

Ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu:

(a)

sa 50 % għal azzjonijiet b’dimensjoni transfruntiera qawwija, bħall-kopertura mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G tul mogħdijiet ta’ trasport ewlenin jew it-tħaddim ta’ networks ċentrali bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi; u

(b)

sa 75 % għall-azzjonijiet li jimplimentaw il-konnettività f’Gigabit tal-muturi soċjoekonomiċi.

L-azzjonijiet ta’ forniment tal-konnettività lokali bla fili fil-komunitajiet lokali, meta implimentati permezz ta’ għotjiet ta’ valur baxx jistgħu jiġu ffinanzjati b’appoġġ finanzjarju tal-Unjoni li jkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kofinanzjament.

5.   Ir-rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) għandha tkun l-ogħla rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għas-setturi kkonċernati. Barra minn hekk, ir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għal dawk l-azzjonijiet tista’ tiżdied b’10 %.

6.   F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, fir-rigward ta’ xogħlijiet imwettqa fir-reġjuni ultraperiferiċi, għandha tapplika rata massima speċifika ta’ kofinanzjament ta’ 70 %.

Artikolu 16

Kostijiet eliġibbli

Il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kostijiet li ġejjin għandhom japplikaw, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

hija eliġibbli biss in-nefqa mġarrba fl-Istati Membri, għajr fejn il-proġett ta’ interess komuni jew il-proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jkun jinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament, jew l-ibħra internazzjonali, u fejn l-azzjoni tkun indispensabbli sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat;

(b)

il-kost għal tagħmir, faċilitajiet u infrastruttura li l-benefiċjarju jgħodd bħala nefqa kapitali huwa kollu kemm hu eliġibbli;

(c)

in-nefqa relatata max-xiri ta’ art mhijiex spiża eliġibbli, ħlief għall-fondi ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni fis-settur tat-trasport skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(d)

il-kost eliġibbli ma għandux jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud.

Artikolu 17

Taħlit tal-għotjiet ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament

1.   L-għotjiet jistgħu jintużaw b’mod kombinat ma’ finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn Banek Promozzjonali Nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra pubbliċi u ta’ żvilupp, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament tas-settur privat u minn investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta’ sħubiji pubbliċi-privati.

2.   L-użu ta’ għotjiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun implimentat permezz ta’ sejħiet għal proposti ddedikati.

Artikolu 18

Tnaqqis jew terminazzjoni tal-għotjiet

1.   Minbarra r-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 131(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont tal-għotja jista’, għajr għall-każijiet debitament ġustifikati, jitnaqqas għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

għall-istudji, l-azzjoni ma tkunx inbdiet fi żmien sena, wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim ta’ għotja;

(b)

għax-xogħlijiet, l-azzjoni ma tkunx bdiet fi żmien sentejn wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim ta’ għotja;

(c)

wara rieżami tal-progress tal-azzjoni, jiġi stabbilit li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-azzjoni tant kien serju li l-għanijiet tal-azzjoni x’aktarx li ma jitwettqux;

2.   Il-ftehim ta’ għotja jista’ jiġi emendat jew terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

3.   Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni rigward it-tnaqqis jew it-terminazzjoni ta’ għotja, il-każ għandu jkun eżaminat b’mod komprensiv u l-benefiċjarji kkonċernati għandhom jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien raġonevoli.

4.   L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu distribwiti lil programmi ta’ ħidma oħra proposti skont il-pakkett finanzjarju korrispondenti kif stabbilit fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 19

Finanzjament kumulattiv u alternattiv

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni taħt il-FNE tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni, inkluż minn fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

2.   It-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza għandha tingħata lill-azzjonijiet li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt il-FNE;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji;

Għandu jkun possibbli għal azzjonijiet li ngħataw it-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza f’konformità mal-ewwel subparagrafu li jirċievu appoġġ mill-FEŻR f’konformità mal-Artikolu 67(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, mingħajr kwalunkwe valutazzjoni ulterjuri, u dment li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet u mar-regoli tal-Fond ikkonċernat.

KAPITOLU IV

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 20

Programmi ta’ ħidma

1.   Il-FNE għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Sabiex tipprovdi trasparenza u prevedibbiltà u ttejjeb il-kwalità tal-proġetti, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-15 ta’ Ottubru 2021 l-ewwel programmi ta’ ħidma pluriennali. Dawk l-ewwel programmi ta’ ħidma pluriennali għandhom jinkludu l-iskeda tas-sejħiet għall-proposti għall-ewwel tliet snin tal-FNE, is-suġġetti u l-baġit indikattiv tagħhom, kif ukoll qafas prospettiv li jkopri l-perijodu ta’ programmazzjoni kollu.

3.   Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

4.   Meta tadotta programmi ta’ ħidma fis-settur tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni partikolari lill-proġetti ta’ interess komuni u l-azzjonijiet relatati li għandhom l-għan li jintegraw iżjed is-suq intern tal-enerġija, itemmu l-iżolament enerġetiku u jeliminaw l-ostakli minħabba kapaċità limitata għall-interkonnessjoni tal-elettriku, b’enfasi fuq dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira ta’ interkonnessjoni ta’ mill-inqas 10 % sal-2020 u 15 % sal-2030, kif ukoll għall-proġetti li jikkontribwixxu għas-sinkronizzazzjoni tas-sistemi tal-elettriku man-networks tal-Unjoni.

5.   F’konformità mal-Artikolu 200(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, fejn xieraq, jorganizza l-proċedura tal-għażla f’żewġ stadji, kif ġej:

(a)

l-applikanti għandhom jippreżentaw fajl issimplifikat li jkun fih informazzjoni relattivament fil-qosor għall-fini tal-għażla minn qabel tal-proġett abbażi ta’ sett limitat ta’ kriterji

(b)

l-applikanti li jintgħażlu f’lista finali fl-ewwel stadju għandhom jippreżentaw fajl sħiħ wara li jingħalaq l-ewwel stadju.

Artikolu 21

Għoti ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni

1.   Sussegwentement għal kull sejħa għal proposti abbażi tal-programmi ta’ ħidma msemmijin fl-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju li għandu jingħata lill-proġetti magħżula jew lil partijiet minnhom u li jispeċifika l-kundizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

2.   Matul l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja, il-benefiċjarji u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu infurmati mill-Kummissjoni dwar bidliet fl-ammonti tal-għotja u l-ammonti finali mħallsa.

3.   Il-benefiċjarji għandhom jippreżentaw rapporti kif definit fil-ftehimiet ta’ għotja rispettivi mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’aċċess għar-rapporti rigward azzjonijiet li jinsabu fit-territorji tagħhom.

Artikolu 22

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi biex jiġi rrappurtat il-progress tal-FNE lejn it-twettiq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 jinsabu fil-Parti I tal-Anness.

2.   Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-FNE lejn it-twettiq tal-għanijiet tagħha, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-Parti I tal-Anness fir-rigward tal-indikaturi fejn jitqies meħtieġ kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-FNE tkun xierqa għal analiżi bir-reqqa tal-progress miksub, inkluż għat-traċċar tal-klima, u li din tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar lil dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, lill-Istati Membri.

4.   Il-Kummissjoni għandha ttejjeb is-sit web iddedikat, billi tippubblika, f’ħin reali, mappa bil-proġetti li jkunu qed jiġu implimentati, flimkien ma’ informazzjoni rilevanti, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt u l-valur, il-benefiċjarju, l-entità ta’ implimentazzjoni u s-sitwazzjoni attwali tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha wkoll tippreżenta rapporti ta’ progress kull sentejn. Dawk ir-rapporti ta’ progress għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FNE, skont l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tagħha stabbiliti fl-Artikolu 3, u jiċċaraw jekk is-setturi differenti humiex mexjin sew, jekk l-impenn baġitarju totali huwiex konformi mal-ammont totali allokat, jekk il-proġetti li għaddejjin ikunux tlestew b’mod suffiċjenti, u jekk għadhomx fattibbli u adatti li jitwettqu.

Artikolu 23

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex ir-riżultati tagħhom jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   Għandha ssir evalwazzjoni interim tal-FNE ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-FNE, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-FNE.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-FNE, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-FNE.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 24

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-FNE, li jista’ jiltaqa’ f’formazzjonijiet differenti skont is-suġġett rispettiv. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 25

Atti delegati

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi:

(a)

tistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni abbażi tal-indikaturi kif stipulati fil-Parti I tal-Anness;

(b)

tistabbilixxi regoli dwar l-għażla ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli addizzjonali għal dawk fil-Parti IV tal-Anness, u tistabbilixxi u taġġorna lista ta’ proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

2.   Soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 172 TFUE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

biex temenda l-Parti III tal-Anness rigward id-definizzjoni tal-kurituri tan-networks ewlenija għas-settur tat-trasport kif ukoll is-sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-network komprensiv;

(b)

biex temenda l-Parti V tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ konnettività diġitali ta’ interess komuni.

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 25 tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7(2), l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 25 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha simultanjament.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 7(2), l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata mmirata lejn diversi udjenzi, inklużi l-mezzi tax-xandir u l-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-FNE, ma’ azzjonijiet meħudin taħt il-FNE u mar-riżultati miksuba. Ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-FNE għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

3.   It-trasparenza u l-konsultazzjoni pubblika għandhom jiġu żgurati f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali.

Artikolu 28

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-FNE permezz ta’ deċiżjoni adottata taħt ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jitwettqu investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 29

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 huma b’dan imħassra.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika ta’ azzjonijiet mibdija taħt ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, li għandu jibqa’ japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

3.   Il-pakkett finanzjarju għall-FNE jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-FNE u l-miżuri adottati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

4.   Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(5), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li ma jitlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2027, skont dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 191.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 173.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (ĠU C 158, 30.4.2021, p. 884) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-14 ta’ Ġunju 2021 (ĠU C 276, 9.7.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id- Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(19)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(20)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(21)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344 19.12.2013, p. 1).

(27)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar network ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).

(32)  Il-pakkett finanzjarju tal-FNE għall-perijodu 2021-2027 fi prezzijiet kostanti tal-2018 huwa EUR 29 896 000 000, u huwa mqassam kif ġej: (a) trasport: EUR 22 884 000 000, li minnhom (i) EUR 11 384 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 1(2), Investiment Strateġiku Ewropew; (ii) EUR 10 000 000 000 trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni; (iii) EUR 1 500 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 5(13), Difiża; (b) enerġija: EUR 5 180 000 000; (c) diġitali: EUR 1 832 000 000.

(33)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).


ANNESS

PARTI I

INDIKATURI

Il-FNE ser tiġi mmonitorjata mill-qrib abbażi ta’ sett ta’ indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-FNE ikunu twettqu u bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-piż u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, ser tinġabar data fir-rigward tas-sett ta’ indikaturi ewlenin li ġejjin:

Setturi

Għanijiet Speċifiċi

Indikaturi Ewlenin

Trasport

Networks u infrastruttura effiċjenti, interkonnessi u multimodali għal mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura

L-għadd ta’ konnessjonijiet transfruntiera u neqsin indirizzati bl-appoġġ tal-FNE (inklużi azzjonijiet relatati ma’ nodi urbani, konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali, pjattaformi loġistiċi multimodali, portijiet marittimi, portijiet interni, konnessjonijiet għall-ajruporti u terminals ferrovjarji tan-network ewlieni, u tan-network komprensiv, tat-TEN-T)

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport, b’mod partikolari permezz tal-użu tal-ERTMS, RIS, ITS, VTMIS/servizzi Marittimi elettroniċi u SESAR

L-għadd ta’ punti ta’ provvista ta’ karburant alternattiv mibnija jew imtejba bl-appoġġ tal-FNE

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għas-sikurezza tat-trasport

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għall-aċċessibbiltà tat-trasport għall-persuni b’mobilità mnaqqsa

Numru ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-istorbju mill-ferroviji tal-merkanzija

Adattament għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport

L-għadd ta’ komponenti tal-infrastruttura tat-trasport adattati għar-rekwiżiti tal-użu doppju

Enerġija

Kontribuzzjoni għall-interkonnettività u l-integrazzjoni ta’ swieq

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li jipprovdu interkonnessjoni bejn in-networks tal-Istati Membri u jneħħu r-restrizzjonijiet interni

Sigurtà fil-provvista

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li jiżguraw network reżiljenti tal-gass

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu biex il-grilji jsiru intelliġenti u diġitalizzati u biex iżidu l-kapaċità tal-ħażna tal-enerġija

Żvilupp sostenibbli billi tkun tista’ ssir id-dekarbonizzazzjoni

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li permezz tagħhom ikun hemm penetrazzjoni akbar tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tal-enerġija

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

Diġitali

Kontribuzzjoni għall-użu ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali madwar l-Unjoni

Il-konnessjonijiet ġodda ma’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna għal muturi soċjoekonomiċi u konnessjonijiet ta’ kwalità għolja ħafna għall-komunitajiet lokali

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li permezz tagħhom ikun hemm kopertura 5G tul il-mogħdijiet ewlenin tat-trasport

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li permezz tagħhom ikun hemm konnessjonijiet ġodda ma’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tas-setturi tal-enerġija u tat-trasport

PARTI II

PERĊENTWALI INDIKATTIVI GĦAS-SETTUR TAT-TRASPORT

Ir-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(2) għandhom jitqassmu kif ġej:

60 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ networks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali” li minnhom EUR 1 559 800 000 (1) għandhom jiġu allokati, bi prijorità u fuq bażi kompetittiva, għat-tlestija ta’ konnessjonijiet ferrovjarji transkonfinali kbar neqsin bejn l-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;

40 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura”.

Ir-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 4(2) għandhom jitqassmu kif ġej:

85 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ networks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali”;

15 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura”.

Għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2), 85 % tar-riżorsi baġitarji għandhom ikunu allokati għal azzjonijiet fuq in-network ewlieni u 15 % għal azzjonijiet fuq in-network komprensiv.

PARTI III

KURITURI TAN-NETWORKS EWLENIJA TAT-TRASPORT U KONNESSJONIJIET TRANSFRUNTIERA FUQ IN-NETWORK KOMPRENSIV

1.

Kurituri tan-networks ewlenija u lista indikattiva ta’ konnessjonijiet transfruntiera, u konnessjonijiet nieqsa, identifikati minn qabel

Kuritur tan-network ewlieni “Atlantiku”

Allinjament

Gijón – León – Valladolid

A Coruña – Vigo – Orense – León

Zaragoza – Pamplona/Logroño – Bilbao

Tenerife/Gran Canaria – Huelva/Sanlúcar de Barrameda – Sevilla – Córdoba

Algeciras – Bobadilla – Madrid

Sines/Lisboa – Madrid – Valladolid

Lisboa – Aveiro – Leixões/Porto – Ix-xmara Douro

Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Baile Átha Cliath jew Dublin/Corcaigh jew Cork – Le Havre – Rouen – Paris

Aveiro – Valladolid – Vitoria-Gasteiz – Bergara – Bilbao/Bordeaux – Toulouse/Tours – Paris – Metz – Mannheim/Strasbourg

Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Baile Átha Cliath jew Dublin/Corcaigh jew Cork – Saint Nazaire – Nantes – Tours – Dijon

Konnessjonijiet transfruntiera

Évora – Mérida

Ferrovija

Vitoria-Gasteiz – San Sebastián – Bayonne – Bordeaux

Aveiro – Salamanca

Ix-xmara Douro (Via Navegável do Douro)

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Linji ferrovjarji interoperabbli fil-Peniżola Iberika mingħajr il-qisien standard tal-UIC

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Baltiku – Adrijatiku”

Allinjament

Gdynia – Gdańsk – Katowice/Sławków

Gdańsk – Warszawa – Katowice/Kraków

Katowice – Ostrava – Brno – Wien

Szczecin/Świnoujście – Poznań – Wrocław – Ostrava

Katowice – Bielsko-Biała – Žilina – Bratislava – Wien

Wien – Graz– Villach – Udine – Trieste

Udine – Venezia – Padova – Bologna – Ravenna – Ancona

Graz – Maribor – Ljubljana – Koper/Trieste

Konnessjonijiet

transfruntiera

Katowice/Opole – Ostrava – Brno

Katowice – Žilina

Bratislava – Wien

Graz – Maribor

Venezia – Trieste – Divača – Ljubljana

Ferrovija

Katowice – Žilina

Brno – Wien

Toroq

Konnessjonijiet nieqsa

Gloggnitz – Mürzzuschlag: Mina ta’ bażi ta’ Semmering

Graz – Klagenfurt: Linja ferrovjarja u mina ta’ Koralm

Koper – Divača

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Mediterran”

Allinjament

Algeciras – Bobadilla –Madrid – Zaragoza – Tarragona

Madrid – Valencia – Sagunto – Teruel – Zaragoza

Sevilla – Bobadilla – Murcia

Cartagena – Murcia – Valencia – Tarragona/Palma de Mallorca – Barcelona

Tarragona – Barcelona – Perpignan – Narbonne - Toulouse/Marseille – Genova/Lyon – La Spezia/Torino – Novara – Milano – Bologna/Verona – Padova – Venezia – Ravenna/Trieste/Koper – Ljubljana – Budapest

Ljubljana/Rijeka – Zagreb – Budapest – fruntiera UA

Konnessjonijiet transfruntiera

Barcelona – Perpignan

Ferrovija

Lyon – Torino: mina ta’ bażi u rotot ta’ aċċess

Nice – Ventimiglia

Venezia – Trieste – Divača – Ljubljana

Ljubljana – Zagreb

Zagreb – Budapest

Budapest – Miskolc – fruntiera UA

Lendava – Letenye

Toroq

Vásárosnamény – fruntiera UA

Konnessjonijiet nieqsa

Almería — Murcia

Ferrovija

Linji ferrovjarji interoperabbli fil-Peniżola Iberika mingħajr il-qisien standard tal-UIC

Perpignan – Montpellier

Koper – Divača

Rijeka – Zagreb

Milano – Cremona – Mantova – Porto Levante/Venezia – Ravenna/Trieste

Passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Baltiku”

Allinjament

Luleå – Helsinki – Tallinn – Rīga

Ventspils – Rīga

Rīga – Kaunas

Klaipėda – Kaunas – Vilnius

Kaunas – Warszawa

Fruntiera mal-Belarussja – Warszawa – Łódź – Poznań – Frankfurt (Oder) – Berlin – Hamburg – Kiel

Łódź – Katowice/Wrocław

Fruntiera UA – Rzeszów – Katowice – Wrocław – Falkenberg – Magdeburg

Szczecin/Świnoujście – Berlin – Magdeburg – Braunschweig – Hannover

Hannover – Bremen – Bremerhaven/Wilhelmshaven

Hannover – Osnabrück – Hengelo – Almelo – Deventer – Utrecht

Utrecht – Amsterdam

Utrecht – Rotterdam – Antwerpen

Hannover/Osnabrück – Köln – Antwerpen

Konnessjonijiet transfruntiera

Tallinn – Rīga – Kaunas – Warszawa: Linja ferrovjarja ġdida ta’ Rail Baltic b’qisien standard tal-UIC kompletament interoperabbli

Ferrovija

Świnoujście/Szczecin – Berlin

Ferrovija u passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur Via Baltica EE-LV-LT-PL

Toroq

Konnessjonijiet nieqsa

Kaunas – Vilnius: parti mil-linja ferrovjarja l-ġdida ta’ Rail Baltic b’qisien standard tal-UIC kompletament interoperabbli

Ferrovija

Warszawa/Idzikowice – Poznań/Wrocław, inkluż konnessjonijiet mal-Hub tat-Trasport Ċentrali ppjanat

Kanal ta’ Nord-Ostsee

Passaġġi fuq l-ilma interni

Berlin – Magdeburg – Hannover; Mittellandkanal; kanali fil-Ġermanja tal-Punent

Ix-xmara Rhin, ix-xmara Waal

Noordzeekanaal, IJssel, Twentekanaal

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Mediterran”

Allinjament

Fruntiera mar- Renju Unit – Baile Átha Cliath jew Dublin – Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Corcaigh jew Cork

Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Baile Átha Cliath jew Dublin/Corcaigh jew Cork – Le Havre/Calais/Dunkerque/Zeebrugge/Terneuzen/Gent/Antwerpen/Rotterdam/Amsterdam

Fruntiera mar-Renju Unit – Lille – Brussel jew Bruxelles

Amsterdam – Rotterdam – Antwerpen – Brussel jew Bruxelles – Lussemburgu

Lussemburgu – Metz – Dijon – Mâcon – Lyon – Marseille

Lussemburgu – Metz – Strasbourg – Basel

Antwerpen/Zeebrugge – Gent – Calais/Dunkerque/Lille – Paris– Rouen – Le Havre

Konnessjonijiet transfruntiera

Brussel jew Bruxelles – Lussemburgu – Strasbourg

Ferrovija

Terneuzen – Gent

Passaġġi fuq l-ilma interni

Ix-xmara Seine – in-Network tax-xmara Scheldt u l-baċini relatati tax-xmajjar Seine, Scheldt u Meuse

Kuritur Rin-Scheldt

Konnessjonijiet nieqsa

Albertkanaal/Canal Albert u Kanaal Bocholt-Herentals

Passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur tan-network ewlieni “Orjent/Lvant tal-Mediterran”

Allinjament

Hamburg – Berlin

Rostock – Berlin – Dresden

Bremerhaven/Wilhelmshaven – Magdeburg – Dresden

Dresden – Ústí nad Labem – Mělník/Praha – Lysá nad Labem/Poříčany – Kolín

Kolín – Pardubice – Brno – Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Timişoara – Craiova – Calafat – Vidin – Sofia

Sofia – fruntiera RS/fruntiera MK

Sofia – Plovdiv – Burgas/fruntiera TR

Fruntiera TR – Alexandroupoli – Kavala – Thessaloniki – Ioannina – Kakavia/Igoumenitsa

Fruntiera MK – Thessaloniki

Sofia – Thessaloniki – Athina – Piraeus/Ikonio – Irakleio – Lemesos (Vasiliko) – Lefkosia/Larnaka

Athina – Patra/Igoumenitsa

Konnessjonijiet transfruntiera

Dresden – Praha/Kolín

Ferrovija

Wien/Bratislava – Budapest

Békéscsaba – Arad – Timişoara

Craiova – Calafat – Vidin – Sofia – Thessaloniki

Sofia – fruntiera RS/fruntiera MK

Fruntiera TR – Alexandroupoli

Fruntiera MK – Thessaloniki

Ioannina – Kakavia (fruntiera AL)

Toroq

Drobeta Turnu Severin/Craiova – Vidin – Montana

Sofia – fruntiera RS

Hamburg – Dresden – Praha – Pardubice

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Igoumenitsa – Ioannina

Praha – Brno

Thessaloniki – Kavala – Alexandroupoli

Timişoara – Craiova

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Alpi”

Allinjament

Genova – Milano – Lugano – Basel

Genova – Novara – Brig – Bern – Basel – Karlsruhe – Mannheim – Mainz – Koblenz – Köln

Köln – Düsseldorf – Duisburg – Nijmegen/Arnhem – Utrecht – Amsterdam

Nijmegen – Rotterdam – Vlissingen

Köln – Liège – Brussel jew Bruxelles – Gent

Liège – Antwerpen – Gent – Zeebrugge

Konnessjonijiet

transfruntiera

Zevenaar – Emmerich – Oberhausen

Ferrovija

Karlsruhe – Basel

Milano/Novara – fruntiera CH

Basel – Antwerpen/Rotterdam – Amsterdam

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Genova – Tortona/Novi Ligure

Ferrovija

 

Zeebrugge – Gent

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Danubju”

Allinjament

Strasbourg – Stuttgart – München – Wels/Linz

Strasbourg – Mannheim – Frankfurt am Main – Würzburg – Nürnberg – Regensburg – Passau – Wels/Linz

München/Nürnberg – Praha – Ostrava/Přerov – Žilina – Košice – fruntiera UA

Wels/Linz – Wien – Bratislava – Budapest – Vukovar

Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Moravita/Brasov/Craiova – București – Giurgiu/Constanta – Sulina

Konnessjonijiet transfruntiera

München – Praha

Ferrovija

Nürnberg – Plzeň

München – Mühldorf – Freilassing - Salzburg

Strasbourg – Kehl Appenweier

Hranice – Žilina

Košice – fruntiera UA

 

Wien – Bratislava/Budapest

Bratislava – Budapest

Békéscsaba – Arad – Timişoara – fruntiera RS

București – Giurgiu - Rousse

Ix-xmara Danubju (Kehlheim – Constanța/Midia/Sulina) u l-baċini relatati magħha tax-xmajjar Váh, Sava u Tisza

Passaġġi fuq l-ilma interni

Zlín – Žilina

Toroq

Timişoara – fruntiera RS

Konnessjonijiet nieqsa

Stuttgart – Ulm

Ferrovija

Salzburg – Linz

Craiova – București

Arad - Sighişoara – Brasov - Predeal

Kuritur tan-network ewlieni “Skandinavu – Mediterran”

Allinjament

Fruntiera mar-Russja – Hamina/Kotka – Helsinki – Turku/Naantali – Stockholm – Örebro(Hallsberg)/Linköping – Malmö

Narvik/Oulu – Luleå – Umeå – Stockholm/Örebro(Hallsberg)

Oslo – Göteborg – Malmö – Trelleborg

Malmö – København – Fredericia – Aarhus – Aalborg - Hirtshals/Frederikshavn

København – Kolding/Lübeck – Hamburg – Hannover

Bremerhaven – Bremen – Hannover – Nürnberg

Rostock – Berlin – Halle/Leipzig – Erfurt - München

Nürnberg – München – Innsbruck – Verona – Bologna – Ancona/Firenze

Livorno/La Spezia – Firenze – Roma – Napoli – Bari – Taranto – Valletta/Marsaxlokk

Cagliari – Napoli – Gioia Tauro – Palermo/Augusta – Valletta/Marsaxlokk

Konnessjonijiet transfruntiera

Fruntiera RU – Helsinki

Ferrovija

København – Hamburg: Rotot ta’ aċċess għall-konnessjoni fissa tal-Istrett ta’ Fehmarn

München – Wörgl – Innsbruck – Fortezza – Bolzano – Trento – Verona: mina ta’ bażi ta’ Brenner u r-rotot ta’ aċċess għaliha

Göteborg – Oslo

København – Hamburg: Linja fissa tal-Istrett ta’ Fehmarn

Ferrovija/Toroq

2.

Lista indikattiva ta’ konnessjonijiet transfruntiera identifikati minn qabel fin-network komprensiv

Is-sezzjonijiet transfruntiera tan-network komprensiv imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 9(2) jinkludu b’mod partikolari s-sezzjonijiet li ġejjin:

Baile Átha Cliath jew Dublin/Letterkenny – fruntiera mar-Renju Unit

Toroq

Pau – Huesca

Ferrovija

Lyon – fruntiera CH

Ferrovija

Athus – Mont – Saint-Martin

Ferrovija

Breda – Venlo – Viersen – Duisburg

Ferrovija

Antwerpen – Duisburg

Ferrovija

Mons – Valenciennes

Ferrovija

Gent – Terneuzen

Ferrovija

Heerlen – Aachen

Ferrovija

Groningen – Bremen

Ferrovija

Stuttgart – fruntiera CH

Ferrovija

Gallarate/Sesto Calende – fruntiera CH

Ferrovija

Berlin – Rzepin/Horka – Wrocław

Ferrovija

Praha – Linz

Ferrovija

Villach – Ljubljana

Ferrovija

Pivka – Rijeka

Ferrovija

Plzeň – České Budějovice – Wien

Ferrovija

Wien – Győr

Ferrovija

Graz – Celldömölk – Győr

Ferrovija

Neumarkt – Kallham – Mühldorf

Ferrovija

Kuritur tal-Ambra PL-SK-HU

Ferrovija

Kuritur ta’ Via Carpathia fruntiera BY/UA – PL-SK-HU-RO

Toroq

Focșani – fruntiera mal-Moldova

Toroq

Budapest – Osijek – Svilaj (fruntiera BA)

Toroq

Faro – Huelva

Ferrovija

Porto – Vigo

Ferrovija

Giurgiu – Varna

Ferrovija

Svilengrad – Pithio

Ferrovija

3.

Komponenti tan-network komprensiv li jinsabu fi Stati Membri li ma għandhomx fruntiera fuq l-art ma’ Stat Membru ieħor.

PARTI IV

GĦAŻLA TA’ PROĠETTI TRANSFRUNTIERA FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

1.

L-għan tal-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jippromwovu kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ippjanar, l-iżvilupp u l-isfruttar kosteffikaċi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom permezz ta’ faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija u bil-għan li jikkontribwixxu għall-istrateġija ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul tal-Unjoni.

2.

Kriterji ġenerali

Biex jikkwalifika bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, proġett għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali kollha li ġejjin:

(a)

il-proġett għandu jkun inkluż fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar, u pajjiż terz wieħed jew aktar, kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)

il-proġett għandu jipprovdi ffrankar ta’ spejjeż fl-użu tal-enerġija rinnovabbli jew benefiċċji għall-integrazzjoni tas-sistema, sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew innovazzjoni, jew it-tnejn, meta mqabbel ma’ proġett simili jew proġett fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli implimentat minn wieħed mill-Istati Membri parteċipanti waħdu;

(c)

il-benefiċċji globali potenzjali ta’ kooperazzjoni jisbqu l-kostijiet tiegħu, inkluż fit-tul, kif ivvalutat fuq il-bażi tal-analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji kif imsemmi fil-punt 3 ta’ din il-Parti u bl-applikazzjoni tal-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.

Analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji

(a)

il-kostijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;

(b)

il-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema;

(c)

il-kostijiet tal-appoġġ;

(d)

l-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(e)

is-sigurtà tal-provvista;

(f)

it-tniġġis tal-arja u tniġġis lokali ieħor, bħall-effetti fuq in-natura lokali u l-ambjent;

(g)

l-innovazzjoni.

4.

Proċedura

(a)

Il-promoturi, inklużi l-Istati Membri, ta’ proġett li potenzjalment ikun eliġibbli għall-għażla bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli taħt ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta’ arranġament bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u li jkun maħsub jikseb l-istatus ta’ proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-għażla bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti biex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-proġett skont il-kriterji stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ din il-Parti, f’konformità mal-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-promoturi jingħataw l-opportunità li japplikaw għall-istatus ta’ proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli tal-anqas darba fis-sena.

(b)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippresiedi grupp għal proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u wieħed mill-Kummissjoni. Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprji tiegħu.

(c)

Mill-anqas darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha torganizza l-proċess għall-għażla bħala proġetti transfruntiera. Sussegwentement għall-evalwazzjoni tal-proġetti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-grupp imsemmi fil-punt (c) ta’ dan il-punt lista ta’ proġetti eliġibbli fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 u fil-punt (d) ta’ dan il-punt

(d)

Il-grupp imsemmi fil-punt (b) għandu jingħata l-informazzjoni rilevanti, sakemm ma tkunx sensittiva mil-lat kummerċjali, dwar il-proġetti eliġibbli inklużi fil-lista ppreżentata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

(i)

konferma tal-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għażla għall-proġetti kollha;

(ii)

informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni li miegħu għandu x’jaqsam il-proġett u informazzjoni rigward sa liema punt proġett ikollu l-appoġġ ta’ Stat Membru jew diversi Stati Membri;

(iii)

deskrizzjoni tal-għan tal-proġett, inkluż il-kapaċità stmata (f’kW) u, fejn disponibbli, il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli (f’kW kull sena), kif ukoll il-kostijiet totali tal-proġett u l-kostijiet eliġibbli msemmija, f’euro;

(iv)

informazzjoni dwar il-valur miżjud tal-Unjoni li huwa mistenni, skont il-punt 2, (b), ta’ din il-Parti u dwar il-kostijiet u l-benefiċċji mistennija u l-valur miżjud tal-Unjoni li huwa mistenni, skont il-punt 2(c), ta’ din il-Parti.

(e)

Il-grupp jista’ jistieden għal-laqgħat tiegħu, kif xieraq, lill-promoturi ta’ proġetti eliġibbli, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi involuti fi proġetti eliġibbli u lil kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra.

(f)

Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni, il-grupp għandu jaqbel dwar abbozz ta’ lista ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, li għandhom jiġu adottati skont il-punt (g).

(g)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista finali tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ att delegat abbażi ta’ abbozz ta’ lista msemmija fil-punt (f) u b’kont meħud tal-punt (i). Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll, fis-sit web tagħha, il-lista tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Dik il-lista għandha tiġi riveduta kif meħtieġ u tal-anqas kull sentejn.

(h)

Il-grupp għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-proġetti fuq il-lista finali u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jingħeleb dewmien possibbli fl-implimentazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, il-promoturi tal-proġetti magħżula għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom.

(i)

Meta tagħżel il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-mira tal-Kummissjoni għandha tkun li tiżgura bilanċ ġeografiku xieraq fl-għażla ta’ tali proġetti. Ir-raggruppamenti reġjonali jistgħu jintużaw għall-għażla tal-proġetti.

(j)

Proġett ma għandux jintgħażel bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, jew, jekk jintgħażel, għandu jkollu dan l-istatus irtirat, jekk l-informazzjoni li kienet fattur deċiżiv fl-evalwazzjoni tkun żbaljata, jew jekk il-proġett ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni.

PARTI V

PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA TAL-KONNETTIVITÀ DIĠITALI TA’ INTERESS KOMUNI

1.

Konnettività f’Gigabits, inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata, għal muturi soċjoekonomiċi.

L-azzjonijiet għandhom jingħataw prijorità billi jitqiesu l-funzjoni tal-muturi soċjoekonomiċi, ir-rilevanza tas-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali li jkunu jistgħu jsiru bil-provvista tal-konnettività sottostanti għalihom, u l-benefiċċji soċjoekonomiċi potenzjali għaċ-ċittadini, in-negozji u l-komunitajiet lokali, inkluża ż-żona ta’ kopertura addizzjonali maħluqa, f’termini ta’ unitajiet domestiċi. Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b’mod ġeografikament bilanċjat fost l-Istati Membri.

Għandha tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-konnettività f’Gigabit inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata, fir-rigward ta’:

(a)

sptarijiet u ċentri mediċi, f’konformità mal-isforzi biex tiġi diġitalizzata s-sistema tal-kura tas-saħħa, bil-ħsieb li jiżdied il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni u jinbidel il-mod li bih jingħataw is-servizzi tas-saħħa u tal-kura lill-pazjenti;

(b)

ċentri edukattivi u ta’ riċerka, fil-kuntest tal-isforzi li jiffaċilitaw l-użu, fost l-oħrajn, ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja, l-applikazzjonijiet fuq il-cloud u l-big data, l-eliminazzjoni tad-differenzi diġitali u l-innovazzjoni tas-sistemi edukattivi, it-titjib fir-riżultati tat-tagħlim, it-tisħiħ tal-ekwità u t-titjib fl-effiċjenza;

(c)

il-kopertura broadband bla fili tal-5G mingħajr interruzzjoni għaż-żoni urbani kollha sal-2025.

2.

Konnettività bla fili fil-komunitajiet lokali

L-azzjonijiet li l-mira tagħhom hija li jipprovdu l-konnettività bla fili lokali f’ċentri tal-ħajja pubblika lokali, fosthom l-ispazji fil-beraħ aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin sabiex jirċievu finanzjament:

(a)

jiġu implimentati minn korp tas-settur pubbliku kif imsemmi fit-tieni paragrafu, li jkun kapaċi jippjana u jissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili fil-magħluq jew fil-beraħ fl-ispazji pubbliċi kif ukoll jiżgura l-finanzjament tal-kostijiet operattivi għal mill-anqas tliet snin;

(b)

jibnu fuq networks diġitali ta’ kapaċità għolja ħafna biex ikunu jistgħu jwasslu lill-utenti esperjenza tal-Internet ta’ kwalità għolja ħafna lil utenti li:

(i)

tkun mingħajr ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji, faċli li tiġi aċċessata, hija sikura u tuża l-aħħar u l-aħjar tagħmir disponibbli, u tkun kapaċi twassal konnettività b’veloċità għolja lill-utenti tiegħu; u

(ii)

tappoġġa aċċess mifrux u nondiskriminatorju għal servizzi diġitali innovattivi;

(c)

jużaw l-identità viżiva komuni li għandha tingħata mill-Kummissjoni u jintrabtu mal-għodod multilingwi online assoċjati magħha;

(d)

bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji u tiżdied il-kapaċità u titjieb l-esperjenza tal-utenti, jiffaċilitaw l-użu ta’ punti ta’ aċċess bla fili f’żoni żgħar li jkunu lesti għall-5G, kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/1972; u

(e)

jieħdu l-impenn li jakkwistaw it-tagħmir meħtieġ u/jew is-servizzi ta’ installazzjoni relatati skont il-liġi applikabbli sabiex jiżguraw li l-proġetti ma jfixklux wisq il-kompetizzjoni.

L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandu jkun disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li f’konformità mal-liġi nazzjonali, huma responsabbli li jipprovdu l-konnettività lokali bla fili bla ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji bl-installazzjoni ta’ punti tal-aċċess lokali bla fili.

L-azzjonijiet iffinanzjati ma għandhomx jidduplikaw l-offerti bla ħlas privati jew pubbliċi li diġà jeżistu li jkollhom karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess spazju pubbliku.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b’mod ġeografikament bilanċjat fost l-Istati Membri.

Kull fejn ikun rilevanti, għandhom jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mal-azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jippromwovu l-aċċess ta’ muturi soċjoekonomiċi għal networks ta’ kapaċità għolja ħafna li kapaċi jipprovdu konnettività f’Gigabit inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata.

3.

Lista indikattiva tal-kurituri 5G u tal-konnessjonijiet ċentrali transfruntiera eliġibbli għall-finanzjament

Bi qbil mal-għanijiet tas-soċjetà tal-Gigabit stipulati mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-mogħdijiet terrestri tat-trasport ewlenin ikollhom kopertura tal-5G mingħajr interruzzjoni sal-2025, l-azzjonijiet li jimplimentaw il-kopertura bla interruzzjoni ma’ sistemi 5G skont il-punt (c) tal-Artikolu 9(4), jinkludu, bħala l-ewwel pass, azzjonijiet dwar is-sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-mobilità konnessa u awtomatizzata (MKA) u, bħala t-tieni pass, azzjonijiet fuq sezzjonijiet aktar estensivi bil-ħsieb ta’ użu fuq skala ikbar tal-MKA tul il-kurituri, kif indikat fit-tabella ta’ hawn isfel (lista indikattiva). Il-kurituri tan-network tat-TEN-T jintużaw bħala bażi għal dan il-għan, iżda l-użu tal-5G mhuwiex neċessarjament limitat għal dawk il-kurituri (3).

Barra minn hekk, azzjonijiet li jappoġġaw l-użu ta’ networks ċentrali, inkluż permezz ta’ kejbils sottomarini minn Stat Membru għal ieħor u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej, skont il-punt (d) tal-Artikolu 9(4), huma appoġġati wkoll sabiex jipprovdu r-ridondanza meħtieġa infrastruttura tant kruċjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-networks diġitali tal-Unjoni.

Kuritur tan-network ewlieni “Atlantiku”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Porto – Vigo

Mérida – Évora

Paris - Amsterdam - Frankfurt am Main

Aveiro – Salamanca

San Sebastián - Biarritz

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Metz – Paris - Bordeaux – Bilbao – Vigo – Porto – Lisboa

Bilbao – Madrid – Lisboa

Madrid - Mérida - Sevilla - Tarifa

It-tħaddim ta’ networks ċentrali, inkluż b’kejbils sottomarini

Il-Gżejjer Açores/Madeira – Lisboa

Kuritur tan-network ewlieni “Baltiku – Adrijatiku”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

 

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Gdańsk – Warszawa – Brno – Vienna – Graz – Ljubljana - Koper/Trieste

Kuritur tan-network ewlieni “Mediterran”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

 

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Budapest – Zagreb – Ljubljana – Rijeka – Split – Dubrovnik

Ljubljana – Zagreb – Slavonski Brod – Bajakovo (fruntiera RS)

Slavonski Brod – Đakovo – Osijek

Montpellier - Narbonne - Perpignan - Barcelona - Valencia - Malaga – Tarifa b’estensjoni ma’ Narbonne – Toulouse

It-tħaddim ta’ networks ċentrali, inkluż b’kejbils sottomarini

Networks b’kejbils sottomarini, Lisboa – Marsilja – Milano

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Baltiku”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Warszawa – Kaunas – Vilnius

Kaunas – Klaipėda

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Tallinn – Rīga – Kaunas – fruntiera LT/PL – Warsaw

Fruntiera BY/LT – Vilnius – Kaunas – Klaipėda

Via Carpathia:

Klaipėda – Kaunas – Ełk – Białystok – Lublin – Rzeszów – Barwinek – Košice

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Mediterranju”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Metz-Merzig-Lussemburgu

Rotterdam-Antwerpen-Eindhoven

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Amsterdam - Rotterdam – Breda – Lille – Paris

Brussel jew Bruxelles – Metz – Basel

Mulhouse – Lyon – Marseille

Kuritur tan-network ewlieni “Orjent/Lvant tal-Mediterran”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Sofia-Thessaloniki-Beograd

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Berlin – Praha – Brno – Bratislava – Timişoara – Sofia – fruntiera TR

Bratislava – Košice

Sofia – Thessaloniki – Athina

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Alpi”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Bologna-Innsbrück-München (Kuritur Brenner)

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Rotterdam – Oberhausen – Frankfurt am Main

Basel – Milano – Genova

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Danubju”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

 

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Frankfurt am Main – Passau – Wien – Bratislava – Budapest – Osijek - Vukovar - București – Constanta

București – Iasi

Karlsruhe – München – Salzburg – Wels

Frankfurt am Main – Strasbourg

Kuritur tan-network ewlieni “Skandinavu – Mediterran”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Oulu - Tromsø

Oslo - Stockholm - Helsinki

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Turku – Helsinki – fruntiera mar-Russja

Oslo – Malmö - København – Hamburg - Würzburg - Nürnberg – München – Rosenheim – Verona – Bologna – Napoli – Catania – Palermo

Stockholm - Malmö

Napoli – Bari – Taranto

Aarhus – Esbjerg – Padborg


(1)  EUR 1 384 000 000 fi prezzijiet tal-2018.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(3)  Is-sezzjonijiet bil-korsiv jinsabu barra mill-kurituri tan-network ewlieni tat-Ten-T, iżda huma inklużi fil-kurituri 5G.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/82


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1154

tad-9 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2021.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tat-tonn li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2021.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2021 għall-Greċja għall-istokk tat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Greċja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus Sinkevičius

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).


ANNESS

Nru

12/TQ92

Stat Membru

Il-Greċja

Stokk

BFT/AE45WM (inkluż BFT/*641, BFT/*643, BFT/*8301, BFT/*8302 u BFT/*8303F)

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

Data tal-għeluq

28.4.2021


14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/85


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1155

tad-9 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għat-tonn f’arċipelagi speċifiċi għal bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera tal-Greċja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2021.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tat-tonn li l-bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera tal-Greċja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għamlu f’arċipelagi speċifiċi eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2021.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2021 għall-Greċja għall-istokk tat-tonn f’arċipelagi speċifiċi msemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera tal-Greċja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).


ANNESS

Nru

11/TQ92

Stat Membru

Il-Greċja (bastimenti tas-sajd artiġjanali)

Stokk

BFT/AVARCH

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

Arċipelagi speċifiċi fil-Greċja (il-Gżejjer Jonji), fi Spanja (il-Gżejjer Kanarji) u fil-Portugall (l-Azores u Madeira)

Data tal-għeluq

22.3.2021


14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/87


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1156

tat-13 ta’ Lulju 2021

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) u r-rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel u l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew parti interessata.

(4)

Fi Frar 2018, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-addittiv tal-ikel glikosidi tal-istevjol (E 960). I-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjoni għad-disponibbiltà tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

L-ispeċifikazzjonijiet attwali jistipulaw li l-glikosidi tal-istevjol (E 960) għandu jkun fihom mhux inqas minn 95 % tal-ħdax-il glikosidu tal-istevjol li ġejjin: stevjosidu, rubososidu, dulkosidu A, stevjolbijosidu u r-rebawdjosidi A, B, C, D, E, F u M, fuq bażi niexfa, fi kwalunkwe kombinazzjoni u proporzjon. Il-proċess tal-manifattura ta’ dan l-addittiv tal-ikel jinkludi żewġ fażijiet ewlenin, l-ewwel waħda li tinvolvi l-estrazzjoni tal-ilma mill-weraq tal-pjanta Stevia rebaudiana Bertoni u l-purifikazzjoni preliminari tal-estratt, u t-tieni waħda li tinvolvi r-rikristallizzazzjoni tal-glikosidi tal-istevjol.

(6)

L-applikant talab emenda tal-ispeċifikazzjonijiet tal-glikosidi tal-istevja (E 960) biex jiġi inkluż metodu ġdid għall-produzzjoni tar-rebawdjosidu M, li huwa glikosidu minuri preżenti f’livelli baxxi ħafna (< 1 %) fil-werqa tal-istevja, li għandha profil tat-togħma li huwa aktar riflettiv tas-sukrożju meta mqabbel mal-glikosidi ewlenin (jiġifieri stevjosidu u rebawdjosidu A).

(7)

Il-proċess il-ġdid jinvolvi l-bijokonverżjoni tal-estratt tal-werqa tal-istevja purifikat (≥ 95 % tal-glikosidi tal-istevjol) permezz ta’ proċess enżimatiku fi stadji multipli bl-enżimi mħejjija fl-ewwel stadju tal-proċess. Ir-rebawdjosidu M li jirriżulta jgħaddi minn serje ta’ stadji ta’ purifikazzjoni u ta’ iżolament li jipproduċu r-rebawdjosidu M finali (≥ 95 %).

(8)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-emenda proposta tal-ispeċifikazzjonijiet tal-addittiv tal-ikel tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) u adottat l-opinjoni tagħha fl-24 ta’ Settembru 2019 (4). L-Awtorità qieset li l-proċess tal-istadji enżimatiċi applikat għall-produzzjoni tar-rebawdjosidu M jista’ jirriżulta f’impuritajiet, differenti minn dawk li jistgħu jkunu preżenti fil-glikosidi tal-istevjol (E 960) miksuba mill-estrazzjoni tal-ilma tal-weraq tal-Stevia rebaudiana segwita mir-rikristallizzazzjoni. Għalhekk, l-Awtorità qieset li huma meħtieġa speċifikazzjonijiet separati għar-ribawdjosidu M prodott b’dan il-proċess. Barra minn hekk, ikkonkludiet li l-Konsum Aċċettabbli ta’ Kuljum (Acceptable Daily Intake/ADI) eżistenti ta’ 4 mg/kg bw kuljum jista’ jiġi applikat ukoll għar-ribawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol. L-Awtorità qieset li l-esponiment għar-rebawdjosidu M (espress bħala ekwivalenti tal-istevjol) mhux se jkun ogħla mill-esponiment għall-glikosidi tal-istevjol (E 960) jekk jiġi sostitwit mir-rebawdjosidu M prodott permezz tal-proċess tal-istadji enżimatiċi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li r-rebawdjosidu M prodott mill-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol, bl-użu tal-enżimi UDP-glukosiltransferażi u tas-sintażi tas-sukrożju prodotti mill-ħmira modifikata ġenetikament K. phaffii UGT-a u K. phaffii UGT-b, ma jkunux ta’ tħassib għas-sikurezza għall-istess użi proposti u fl-istess livelli ta’ użu bħall-glikosidi tal-istevjol (E 960).

(9)

Għalhekk, jixraq li jiġi awtorizzat l-użu tar-ribawdjosidu M prodott permezz tal-proċess tal-istadji enżimatiċi bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa fil-kategoriji tal-ikel fejn attwalment huma awtorizzati l-glikosidi tal-istevjol (E 960).

(10)

Meta jitqies il-proċess li għaddej bħalissa għall-emenda tas-Sistema Internazzjonali tan-Numerazzjoni għall-addittivi tal-ikel tal-Codex Alimentarius, jixraq li għall-finijiet ta’ tikkettar l-addittiv tal-ikel il-ġdid jiġi inkluż bħala “glikosidi tal-istevjol E 960c prodotti b’mod enżimatiku” fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Fl-interess taċ-ċarezza u tal-koerenza, jenħtieġ li l-addittiv tal-ikel attwalment awtorizzat “glikosidi tal-istevjol (E 960)” jingħata l-isem ġdid ta’ “glikosidi tal-istevjol minn Stevia (E 960a)”. Billi dawk l-addittivi tal-ikel jistgħu jiġu rregolati kombinati, jenħtieġ li jiddaħħal grupp ġdid għall-glikosidi tal-istevjol, li jinkludihom it-tnejn, fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, u jenħtieġ li l-annotazzjonijiet kollha għall-glikosidi tal-istevjol (E 960) fil-Parti E tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament jiġu sostitwiti skont dan, filwaqt li jinżammu l-użi u l-livell massimu applikabbli bħalissa għall-użi u l-livelli tal-użu awtorizzati.

(11)

Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet għar-ribawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 b’mod parallel mal-inklużjoni tal-“E 960c glikosidi tal-istevjol prodotti b’mod enzimatiku” fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan.

(13)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jadattaw għar-regoli l-ġodda, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li matulu l-addittiv tal-ikel “glikosidi tal-istevjol minn Stevia (E 960a)” u l-ikel li fih dan l-addittiv jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq bħala “glikosidi tal-istevjol (E 960)”.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-addittiv tal-ikel “glikosidi tal-istevjol” (E 960) u l-ikel li fih dan l-addittiv, li huma ttikkettati jew imqiegħda fis-suq sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2019;17(10):5867, p. 19.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti B2 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

“E 960a

Glikosidi tal-istevjol minn Stevia

(2)

L-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 960a:

“E 960c

Glikosidi tal-istevjol E 960c prodotti b’mod enżimatiku”

(b)

Fil-punt (5) tal-Parti C, il-punt (v) ġdid li ġej jiddaħħal wara l-punt (u) għal E 626–635: Ribonukleotidi:

“(v)

E 960a – 960c: Glikosidi tal-istevjol

Numru E

Isem

E 960a

Glikosidi tal-istevjol minn Stevia

E 960c

Glikosidi tal-istevjol E 960c prodotti bmod enżimatiku ”

(c)

Il-Parti E huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentati mogħtija t-togħma inklużi prodotti trattati bis-sħana), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

prodotti b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(2)

Fil-Kategorija 03 (Silġ li jittiekel), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

prodotti b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(3)

Fil-Kategorija 04.2.2 (Frott u ħxejjex fil-ħall, fiż-żejt jew fl-ilma mielaħ), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

priservi b’togħma ħelwa-qarsa tal-frott u l-ħxejjex biss”

(4)

Fil-Kategorija 04.2.4.1 (Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluża zalza tal-frott), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa biss”

(5)

Fil-Kategorija 04.2.5.1 (Ġamm ekstra u ġelatini ekstra kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

ġammijiet, ġelatini u marmellati li huma b’enerġija mnaqqsa biss”

(6)

Fil-Kategorija 04.2.5.2 (Ġamm, ġelatini u marmellati u purè tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

ġammijiet, ġelatini u marmellati li huma b’enerġija mnaqqsa biss”

(7)

Fil-Kategorija 04.2.5.3 (Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

pejsts tal-frott u tal-ħaxix u pejsts għall-ħobż abbażi ta' frott imnixxef, li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(8)

Fil-Kategorija 05.1 (Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata koperti bid-Direttiva 2000/36/KE), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(9)

Fil-Kategorija 05.2 ( Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs), l-annotazzjonijiet għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

pejsts tal-ħobż abbażi ta’ kawkaw, ħalib, frott imnixxef jew xaħam, li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

350

(1) (60)

ħelu mingħajr zokkor miżjud biss

ħelu iebes b’enerġija mnaqqsa biss (ħelu u lollies)

ħelu artab (ħelu li tomogħdu, gums tal-frott, u prodotti taz-zokkor tar-ragħwa/marshmallows) li huma b’enerġija mnaqqsa biss

għud is-sus b’enerġija mnaqqsa biss

qubbajt b’enerġija mnaqqsa biss”

marżipan b’enerġija mnaqqsa biss”

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

2 000

(1) (60)

ħelu żgħir li jiffriskaw in-nifs li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

670

(1) (60)

mustardini b’togħma qawwija li jiffriskaw il-griżmejn li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(10)

Fil-Kategorija 05.3 (Chewing gum), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

3300

(1) (60)

mingħajr zokkor miżjud biss”

(11)

Fil-Kategorija 05.4 (Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4) l-annotazzjonijiet għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

ħelu mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef, li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(12)

Fil-Kategorija 06.3 (Ċereali u prodotti taċ-ċereali), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

ċereali tal-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 % u li fihom tal-anqas 20 % granza, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(13)

Fil-Kategorija 07.2 (Oġġetti fini tal-forn), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

essoblaten — wafer paper biss”

(14)

Fil-Kategorija 09.2 (Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

priservi b’togħma ħelwa-qarsa u semipriservi ta’ ħut u ta’ marinati tal-ħut, tal-krustaċji u tal-molluski”

(15)

Fil-Kategorija 11.4.1 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’forma likwida), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

quantum satis

(1) (60)”

 

(16)

Fil-Kategorija 11.4.2 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’forma ta’ trab), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

quantum satis

(1) (60)”

 

(17)

Fil-Kategorija 11.4.3 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’pilloli), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

quantum satis

(1) (60)”

 

(18)

Fil-Kategorija 12.4 (Mustarda), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

120

(1) (60)”

 

(19)

Fil-Kategorija 12.5 (Soppa u brodu) l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

40

(1) (60)

sopop b’enerġija mnaqqsa biss”

(20)

Fil-Kategorija 12.6 (Zlazi), l-annotazzjonijiet għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

120

(1) (60)

għajr iz-zalza tas-sojja (iffermentata u mhux iffermentata)

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

175

(1) (60)

Zalza tas-sojja (iffermentata u mhux iffermentata) biss”

(21)

Fil-Kategorija 13.2 (Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definiti mid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)”

 

(22)

Fil-Kategorija 13.3 (Ikel djetetiku għal dieti ta’ kontroll tal-piż maħsuba biex jissostitwixxu l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta’ kuljum totali kollha jew parti minnha) l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)”

 

(23)

Fil-Kategorija 14.1.3 (Nettari tal-frott kif iddefiniti mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u nettari tal-ħaxix u prodotti simili), (i) l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(24)

Fil-Kategorija 14.1.4 (Xarbiet mogħtija t-togħma), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

80

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(25)

Fil-Kategorija 14.1.5.2 (Oħrajn), l-annotazzjonijiet għal E 960 (glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

30

(1) (60) (93)

kafè, te u xarbiet magħmula minn infużjonijiet erbali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

30

(1) (60) (93)

kafè istantanju bit-togħma u prodotti ta’ kappuċċino instantanju, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

20

(1) (60) (93)

xarbiet ibbażati fuq ix-xgħir u bit-togħma taċ-ċikkulata/kappuċċino, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(26)

Fil-Kategorija 14.2.1 (Birra u xarbiet tax-xgħir), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

70

(1) (60)

birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix 1,2 % vol. biss; “Bière de table/Tafelbier/Table beer” (kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) ħlief “Obergäriges Einfachbier”; birer b’aċidità minima ta’ 30 milliekwivalenti espressi bħala NaOH; Birer kannella tat-tip “oud bruin” biss”

(27)

Fil-Kategorija 14.2.8 (Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

150

(1)(60)”

 

(28)

Fil-Kategorija 15.1 (Ikliet ħfief abbażi ta’ patata, ċereali, dqiq jew lamtu), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

20

(1) (60)”

 

(29)

Fil-Kategorija 15.2 (Ġewż ipproċessat), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

20

(1) (60)”

 

(30)

Fil-Kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1,3 u 4), l-annotazzjoni għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(31)

Fil-Kategorija 17.1 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’għamla solida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar), l-annotazzjonijiet għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

670

(1) (60)

 

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

1800

(1) (60)

supplimenti tal-ikel f’għamla li tintmagħad biss”

(32)

Fil-Kategorija 17.2 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’għamla likwida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar), l-annotazzjonijiet għal E 960 (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

 

 

E 960a – 960c

Glikosidi tal-istevjol

1800

(1) (60)

supplimenti tal-ikel f’għamla ta’ ġulepp biss”


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-annotazzjoni għal E 960 Glikosidi tal-istevjol, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

E 960a GLIKOSIDI TAL-ISTEVJOL MINN STEVIA

(2)

L-annotazzjoni ġdida li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 960:

E 960c(i) REBAWDJOSIDU M PRODOTT PERMEZZ TAL-MODIFIKA ENŻIMATIKA TAL-GLIKOSIDI TAL-ISTEVJOL MINN STEVIA

Sinonimi

 

Definizzjoni

Ir-rebawdjosidu M huwa glikosidu tal-istevjol k