ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 238

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
6 ta' Lulju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1096 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar applikabbli għall-blends

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1097 tal-1 ta’ Lulju 2021 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP))

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1098 tat-2 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi għar-residwi tal-24-epibrassinolid, tal-estratt tal-basla tal-Allium cepa L., taċ-ċiflumetofen, tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1099 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 )

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1101 tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-erbgħa u sebgħin sessjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa

79

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1102 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li titlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta studju dwar is-sitwazzjoni u l-għażliet tal-Unjoni rigward l-introduzzjoni, l-evalwazzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ aġenti ta’ kontroll bijoloġiku invertebrati fit-territorju tal-Unjoni u proposta, jekk ikun xieraq fid-dawl tar-riżultati tal-istudju

81

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1103 tal-5 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-Brażil għal tranżazzjonijiet derivattivi li jidħlu fihom l-istituzzjonijiet Brażiljani skont ir-regolament tal-Bank Ċentrali tal-Brażil bħala ekwivalenti għal ċerti rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ( 1 )

84

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1104 tal-5 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-Kanada għal tranżazzjonijiet ta’ derivattivi taħt superviżjoni mill-Uffiċċju tas-Supretendent ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji bħala ekwivalenti għal ċerti rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( 1 )

89

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1105 tal-5 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ Singapore għal tranżazzjonijiet ta’ derivattivi taħt superviżjoni mill-Awtorità Monetarja ta’ Singapore bħala ekwivalenti għal ċerti rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( 1 )

94

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1106 tal-5 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-Awstralja għal tranżazzjonijiet ta’ derivattivi taħt superviżjoni mill-Awtorità Awstraljana għar-Regolazzjoni Prudenzjali bħala ekwivalenti għal ċerti rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( 1 )

99

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1107 tal-5 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ Hong Kong għal tranżazzjonijiet ta’ derivattivi taħt superviżjoni mill-Awtorità Monetarja ta’ Hong Kong bħala ekwivalenti għal ċerti rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( 1 )

104

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1108 tal-5 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-Istati Uniti tal-Amerika għal tranżazzjonijiet ta’ derivattivi ssorveljati mill-Bord tal-Gvernaturi tas-Sistema Federali ta’ Riżerva, l-Uffiċċju tal-Kontrollur tal-Munita, il-Korporazzjoni Federali tal-Assigurazzjoni tad-Depożiti, l-Amministrazzjoni tal-Kreditu tal-Azjendi Agrikoli u l-Aġenzija Federali tal-Finanzi tad-Djar bħala ekwivalenti għal ċerti rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ( 1 )

109

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1096

tal-21 ta’ April 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar applikabbli għall-blends

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/787 irriklassifika fid-dettall ċerti dispożizzjonijiet relattivi għall-produzzjoni u għat-tikkettar tax-xorb spirituż u tal-oġġetti tal-ikel miksuba minn xorb spirituż bħala ingredjenti.

(2)

B’mod partikolari, l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 wessa’ d-dispożizzjonijiet fir-rigward tat-tikkettar għat-taħlitiet li jwasslu għal xorb spirituż mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ kategorija ta’ xorb spirituż għal blends li jirriżultaw mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjonijiet Ġeografiċi differenti jew mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjoni ġeografika ma’ xorb spirituż li ma jkun jappartjeni għall-ebda Indikazzjoni Ġeografika.

(3)

Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-ismijiet ġuridiċi previsti għall-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament imsemmi jew għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż jistgħu jiġu indikati biss jekk dawn jidhru f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi li tkun tidher fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tax-xarba spirituża. Dan jimplika li l-kategorija ta’ xorb spirituż li għaliha jkun jappartjeni blend previst minn din id-dispożizzjoni ma jistax jintuża bħala isem ġuridiku. L-unika eċċezzjoni prevista għall-imsemmi artiklu tikkonċerna l-blends magħmula minn xorb spirituż li jkun jappartjeni għall-istess Indikazzjoni Ġeografika jew għall-blends li ebda sorb spirituż tagħhom ma’ jkun jappartjeni għal Indikazzjoni Ġeografika. Għal dawn il-blends, dan ifisser li jistgħu jużaw il-kategorija ta’ xorb spirituż ikkonċernat bħala isem ġuridiku fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tagħhom.

(4)

Madankollu, skont id-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti 11 u 12 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/787, il-blends huma l-kombinazzjoni ta’ żewġ xarbiet spiritużi jew aktar tal-istess kategorija li huma distinti minn xulxin biss permezz ta’ differenzi żgħar fil-kompożizzjoni. Għaldaqstant, ix-xorb spirituż prodott b’dan il-mod jappartjeni neċessarjament għall-istess kategorija ta’ xorb spirituż tax-xorb spirituż inizjali qabel ma jseħħ il-blending. L-Artikolu 10(2) tar-Regolament imsemmi jipprevedi li x-xorb spirituż li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I tar-Regolament imsemmi għandu juża l-isem ta’ din il-kategorija bħala isem ġuridiku. F’konformità ma’ din l-eżiġenza, il-blends kollha, u mhux biss dawk li huma eżentati permezz tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament imsemmi għandhom ikunu awtorizzati jużaw l-isem tal-kategorija li jappartjenu għaliha bħala isem ġuridiku.

(5)

Għaldaqstant, sabiex tiġi kkoreġuta din l-inkoerenza bejn l-obbligi ta’ tikkettar tal-blends li jirriżultaw mill-Artikolu 10(2) u mill-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 u sabiex tiġi ggarantita s-sikurezza puridika għall-produtturi tax-xorb spirituż u l-informazzjoni leġittima għall-konsumaturi, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiġu kkjarifikati fir-rigward tat-tikkettar applikabbli għall-blends, inkluż il-blends li jirriżultaw mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jappartjeni għal Indikazzjonijiet Ġeografiċi differenti jew mill-Kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jappartjeni għal Indikazzjonijiet Ġeografiċi b’xorb spirituż li ma jappartjeni għall-ebda Indikazzjoni Ġeografika. Huwa neċessarju wkoll li jiġu emendati l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 10(7) tar-Regolament imsemmi, li jagħmlu referenza għal dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tikkettar.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/787 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta’ vojt regolatorju, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika retroattivament mill-25 ta’ Mejju 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/787 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 3 tal-Artikolu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3)

“allużjoni” tfisser ir-referenza diretta jew indiretta għal isem ġuridiku wieħed jew iktar previsti għall-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I, jew għal Indikazzjoni Ġeografika waħda jew iktar ta’ xorb spirituż, għajr għal referenza f’terminu kompost jew f’lista ta’ ingredjenti msemmija fl-Artikolu 13(2), (3) u (4) fid-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’:

(a)

oġġett tal-ikel li mhux xarba spirituża, jew

(b)

xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I;”;

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(7) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“7.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11 u 12 u għall-Artikolu 13(2), (3), u (4), huwa pprojbit l-użu tal-ismijiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ kwalunkwe xarba li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-kategoriji stabbiliti fl-Anness I jew tal-Indikazzjoni Ġeografika kkonċernata. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fejn tali ismijiet ġuridiċi jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi jintużaw flimkien ma’ kelmiet jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “bi stil”, “magħmul”, “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor.”;

(3)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3.

Fil-każ ta’ taħlita, l-ismijiet ġuridiċi previsti għall-kategoriji ta’ xorb spirituż elenkati fl-Anness I jew għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż jistgħu jiġu indikati biss jekk dawn jidhru f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi li tkun tidher fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tax-xarba spirituża.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b’tal-inqas wieħed mit-termini msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10(6). Kemm il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kif ukoll it-terminu ta’ akkumpanjament għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tat-taħlita, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku.

Barra minn hekk, il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f’ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta’ alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.

Fil-każ ta’ blend, ix-xarba spirituża li ġġorr l-isem ġuridiku msemmi fil-kategorija tax-xorb spirituż ikkonċernat stabbilit fl-Anness I.

Fil-każ ta’ blends li jkunu irriżultaw mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjonijiet ġeografiċi differenti jew mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjonijiet Ġeografiċi b’xorb spirituż li ma jkun jappartjeni għall-ebda Indikazzjoni Ġeografika, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-blend jistgħu jinkludu l-isem ġuridiku stabbiliti fl-Anness I, jew l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li jikkorrispondu għax-xorb spirituż li jkunu ħarġu minn blend, diment li dawn l-ismijiet jidhru:

(i)

biss f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi kollha li jinsabu bil-blend, u fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tat-taħlita, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku; u

(ii)

tal-inqas darba fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tal-blend;

(b)

il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b’tal-inqas wieħed mit-termini msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 10(6);

(c)

il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f’ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwal bil-volum ta’ alkoħol pur li jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tal-blend.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-25 ta’ Mejju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.


6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1097

tal-1 ta’ Lulju 2021

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Garbanzo de Fuentesaúco” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Spanja għal għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Garbanzo de Fuentesaúco”, reġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Garbanzo de Fuentesaúco” (IĠP), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 tal-14 ta’ Diċembru 2007 li jirreġistra ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO), Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO), Pecorino di Filiano (DPO), Cereza del Jerte (DPO), Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP), Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP), Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP), Skalický trdelník (IĠP)) (ĠU L 330, 15.12.2007, p. 13).

(3)   ĠU C 82, 11.3.2021, p. 14.


6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1098

tat-2 ta’ Lulju 2021

li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi għar-residwi tal-24-epibrassinolid, tal-estratt tal-basla tal-Allium cepa L., taċ-ċiflumetofen, tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi għar-residwi (“MRLs”) tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju, ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs taċ-ciflumetofen ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Ma kinux stabbiliti MRLs speċifiċi għal 24-epibrassinolid u għall-estratt tal-basla Allium cepa L. fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u dawk is-sustanzi lanqas ma kienu ddaħlu fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva ċiflumetofen fuq il-frott taċ-ċitru, fuq il-berquq, fuq il-lanġas, fuq it-tadam, fuq il-brunġiel, fuq il-ħjar u fuq il-ħops, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifikazzjoni tal-MRLs attwali.

(3)

Rigward il-fludioksonil, din l-applikazzjoni tressqet għall-frott tas-sebuqa. Tressqet applikazzjoni bħal din ukoll għall-kurrat salvaġġ, għall-weraq tal-karfus, għat-tursin, għat-timu, għall-ħabaq u fjuri li jittieklu. Rigward il-5-nitrogwajakolat tas-sodju, l-o-nitrofenolat tas-sodju, u l-p-nitrofenolat tas-sodju, din l-applikazzjoni tressqet għaż-żebbuġ tal-mejda u għaż-żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti tal-evalwazzjonijiet intbagħtu lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti tal-evalwazzjonijiet u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi, u fejn rilevanti, ir-riskji għall-annimali, u ħarġet l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (2). Bagħtet dawk l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, u ppubblikathom.

(6)

Fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha, abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi f’27 grupp ta’ konsumaturi Ewropej speċifiċi, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha tad-data kienu ntlaħqu u li l-modifiki għall-MRLs li kienu talbu l-applikanti kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumaturi. Hija qieset l-aktar informazzjoni riċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment għal dawn is-sustanzi tul il-ħajja permezz tal-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom minnhom, u lanqas l-esponiment għal żmien qasir ma wrew li hemm xi riskju li jinqabżu d-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza.

(7)

Fil-kuntest tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva 24-epibrassinolid fid-dossier sommarju ddaħlet applikazzjoni għal MRL f’konformità mal-Artikolu 8(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). F’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament, dik l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u ħarġet konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskji tal-pestiċida tas-sustanza attiva, li fiha rrakkomandat li l-24-epibrassinolid tiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4).

(8)

L-estratt tal-basla tal-Allium cepa L. ġie approvat bħala sustanza bażika bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/81 (5). Mhuwiex mistenni li l-kundizzjonijiet tal-użu tas-sustanza se jwasslu li jkun hemm ir-residwi fil-prodotti bażiċi tal-ikel jew tal-għalf li jistgħu jkunu ta’ riskju għall-konsumaturi. Għalhekk jixraq li l-estratt tal-basla tal-Allium cepa L. jiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(9)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati u tal-konklużjonijiet tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki rispettivi tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for cyflumetofen in various crops. EFSA Journal 2021;19(2):6373.

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fludioxonil in elderberries. EFSA Journal 2020;18(7):6175.

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fluroxypyr in chives, celery leaves, parsley, thyme and basil and edible flowers. EFSA Journal 2020;18(10):6273.

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for sodium 5-nitroguaiacolate, sodium o-nitrophenolate and sodium p-nitrophenolate (sodium nitrocompounds) in table olives and olives for oil production. EFSA Journal 2020;18(11):6313.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(4)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 24-epibrassinolide. EFSA Journal 2020;18(6):6132.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/81 tas-27 ta’ Jannar 2021 li japprova s-sustanza bażika tal-estratt tal-basla tal-Allium cepa L. f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 12).


ANNESS

L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonni tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju huma sostitwiti b’dan li ġej:

Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Fludioksonil (R) (F)

Flurossipir (is-somma tal-flurossipir, l-imlieħ, l-esteri u l-konjugati tiegħu espressa bħala flurossipir) (R) (A)

5-nitrogwajakolat tas-sodju, o-nitrofenolat tas-sodu u p-nitrofenolat tas-sodju (Is-somma tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, l-o-nitrofenolat tas-sodu u l-p-nitrofenolat tas-sodju esoressa bħala 5-nitrogwajakolat tas-sodju)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

0100000

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

 

 

0110000

Frott taċ-ċitru

10

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0110010

Grejpfrut

 

 

 

0110020

Larinġ

 

 

 

0110030

Lumi

 

 

 

0110040

Xkomp (lajm)

 

 

 

0110050

Mandolin

 

 

 

0110990

Oħrajn (2)

 

 

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0120010

Lewż

0,01  (*1)

 

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

0,01  (*1)

 

 

0120030

Kexjus jew ġwież tal-anakardju

0,01  (*1)

 

 

0120040

Qastan

0,01  (*1)

 

 

0120050

Ġewż tal-Indi (coconut)

0,01  (*1)

 

 

0120060

Ġellewż

0,01  (*1)

 

 

0120070

Macadamia

0,01  (*1)

 

 

0120080

Ġewż Amerikan (pecans)

0,01  (*1)

 

 

0120090

Ġwież tal-arznu (pine nuts)

0,01  (*1)

 

 

0120100

Pistaċċi

0,2

 

 

0120110

Ġewż

0,01  (*1)

 

 

0120990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0130000

Pomu

5

 

0,03  (*1)

0130010

Tuffieħ

 

0,05  (*1)(+)

 

0130020

Lanġas

 

0,01  (*1)

 

0130030

Sfarġel

 

0,01  (*1)

 

0130040

Naspli

 

0,01  (*1)

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0,01  (*1)

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0140010

Berquq

5

 

 

0140020

Ċiras (ħelu)

5

 

 

0140030

Ħawħ

10

 

 

0140040

Għanbaqar

5

 

 

0140990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0151000

(a)

għeneb

 

 

 

0151010

Għeneb tal-mejda

5

 

 

0151020

Għeneb għall-inbid

4

 

 

0152000

(b)

frawli

4

 

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

5

 

 

0153010

Tut

 

 

 

0153020

Tut salvaġġ

 

 

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

 

 

0153990

Oħrajn (2)

 

 

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

 

 

0154010

Mirtill

2

 

 

0154020

Cranberries

2

 

 

0154030

Ribes (abjad, aħmar u iswed)

3

 

 

0154040

Ribes bix-xewk (aħdar, aħmar u isfar)

2

 

 

0154050

Warda Skoċċiża

0,01  (*1)

 

 

0154060

Ċawsli (abjad u iswed)

0,01  (*1)

 

 

0154070

Azarole (naspla Mediterranja)

0,01  (*1)

 

 

0154080

Frott tas-sebuqa

4

 

 

0154990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin

 

0,01  (*1)

 

0161000

(a)

b'qoxra li tittiekel

0,01  (*1)

 

 

0161010

Tamal

 

 

0,03  (*1)

0161020

Tin

 

 

0,03  (*1)

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

 

0,12

0161040

Larinġ tal-qsari

 

 

0,03  (*1)

0161050

Karambola

 

 

0,03  (*1)

0161060

Kaki

 

 

0,03  (*1)

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

 

0,03  (*1)

0161990

Oħrajn (2)

 

 

0,03  (*1)

0162000

(b)

b'qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

 

0,03  (*1)

0162010

Frott tal-kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

15

 

 

0162020

Liċċi

0,01  (*1)

 

 

0162030

Frott tal-Passjoni

0,01  (*1)

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk

0,01  (*1)

 

 

0162050

Tuffieħ stilla

0,01  (*1)

 

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

0,01  (*1)

 

 

0162990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0163000

(c)

b'qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

 

0,03  (*1)

0163010

Avokado

1,5

 

 

0163020

Banana

0,01  (*1)

 

 

0163030

Mango

2

 

 

0163040

Papaja

0,01  (*1)

 

 

0163050

Rummien

3

 

 

0163060

Ċerimoja

0,01  (*1)

 

 

0163070

Gwava

0,5

 

 

0163080

Ananas

7

 

 

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

0,01  (*1)

 

 

0163100

Durian

0,01  (*1)

 

 

0163110

Frott tal-annona

0,01  (*1)

 

 

0163990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

 

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0211000

(a)

patata

5

 

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

 

 

0212010

Għeruq tal-kassava

0,01  (*1)

 

 

0212020

Patata ħelwa

10

 

 

0212030

Jammijiet

10

 

 

0212040

Ararut

0,01  (*1)

 

 

0212990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0213000

(c)

ħxejjex oħrajn tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

 

 

0213010

Pitravi

1

 

 

0213020

Zunnarija

1

 

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

0,2

 

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

1

 

 

0213050

Artiċokks

0,01  (*1)

 

 

0213060

Zunnarija bajda

1

 

 

0213070

Tursin ta’ Hamburg

1

 

 

0213080

Ravanell

0,3

 

 

0213090

Leħjet il-bodbod

1

 

 

0213100

Swedes/rutabaga

0,01  (*1)

 

 

0213110

Lift

0,01  (*1)

 

 

0213990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

 

0,03  (*1)

0220010

Tewm

0,5

0,05  (*1)(+)

 

0220020

Basal

0,5

0,05  (*1)(+)

 

0220030

Xalotti

0,5

0,05  (*1)(+)

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

5

0,01  (*1)

 

0220990

Oħrajn (2)

0,5

0,01  (*1)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

 

 

0231010

Tadam

3

 

 

0231020

Bżar ħelu

1

 

 

0231030

Brunġiel

0,4

 

 

0231040

Bamja

0,01  (*1)

 

 

0231990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

0,4

 

 

0232010

Ħjar

 

 

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

 

 

0232030

Zukkini

 

 

 

0232990

Oħrajn (2)

 

 

 

0233000

(c)

kukurbiti b'qoxra li ma tittikilx

0,3

 

 

0233010

Bettieħ

 

 

 

0233020

Qara’ aħmar

 

 

 

0233030

Dulliegħ

 

 

 

0233990

Oħrajn (2)

 

 

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01  (*1)

 

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01  (*1)

 

 

0240000

Ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0241000

(a)

brassika li tagħmel il-fjuri

 

 

 

0241010

Brokkli

0,7

 

 

0241020

Pastard

0,01  (*1)

 

 

0241990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

 

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

0,01  (*1)

 

 

0242020

Kaboċċi kkapoċċati

2

 

 

0242990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

 

 

0243010

Kaboċċa Ċiniża ċatta

10

 

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

0,01  (*1)

 

 

0243990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0244000

(d)

ġdur

0,01  (*1)

 

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/Insalata tal-qamħ Taljan/Valerjanella

20

 

 

0251020

Ħass

40

 

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

20

 

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

20

 

 

0251050

Krexxuni tal-art

20

 

 

0251060

Aruka

20

 

 

0251070

Mustarda ħamra

20

 

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

20

 

 

0251990

Oħrajn (2)

20

 

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0252010

Spinaċi

30

 

 

0252020

Burdlieq

20

 

 

0252030

Weraq tas-selq

20

 

 

0252990

Oħrajn (2)

20

 

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

10

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,02

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

20

 

0,06  (*1)

0256010

Maxxita

 

0,02  (*1)

 

0256020

Kurrat salvaġġ

 

0,5

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0,3

 

0256040

Tursin

 

0,3

 

0256050

Salvja

 

0,02  (*1)

 

0256060

Klin

 

0,02  (*1)

 

0256070

Timu

 

2(+)

 

0256080

Ħabaq u l-fjuri li jittieklu

 

0,3

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0,02  (*1)

 

0256100

Stregun

 

0,02  (*1)

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0,02  (*1)

 

0260000

Legumi

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

1

 

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

0,4

 

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

1

 

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

0,3

 

 

0260050

Għads

0,05

 

 

0260990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

 

0,03  (*1)

0270010

Spraġ

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0270020

Kardun

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0270030

Krafes

1,5

0,01  (*1)

 

0270040

Bużbież ta’ Firenze

1,5

0,01  (*1)

 

0270050

Qaqoċċ

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0270060

Kurrat

0,01  (*1)

0,3 (+)

 

0270070

Rabarbru

0,7

0,01  (*1)

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0270090

Qlub tal-palm

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0270990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

 

 

0290000

Algi u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

 

0,01  (*1)

0,03  (*1)

0300010

Fażola

0,5

 

 

0300020

Għads

0,4

 

 

0300030

Piżelli

0,4

 

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

0,4

 

 

0300990

Oħrajn (2)

0,4

 

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0,01  (*1)

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

 

0,03  (*1)

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,3

 

 

0401020

Karawett

0,01  (*1)

 

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  (*1)

 

 

0401040

Ġulġlien

0,3

 

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01  (*1)

 

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,3

 

 

0401070

Fażola tas-sojja

0,2

 

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,3

 

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,01  (*1)

 

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

0,01  (*1)

 

 

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

0,01  (*1)

 

 

0401120

Żerriegħa tal-fidloqqom

0,3

 

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,3

 

 

0401140

Qannebusa

0,3

 

 

0401150

Fażola tar-riġnu

0,01  (*1)

 

 

0401990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0402000

Frott taż-żejt

0,01  (*1)

 

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

 

0,12

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

 

0,03  (*1)

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

 

0,03  (*1)

0402040

Kapok

 

 

0,03  (*1)

0402990

Oħrajn (2)

 

 

0,03  (*1)

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

 

0,03  (*1)

0500010

Xgħir

 

0,1 (+)

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0,01  (*1)

 

0500030

Qamħirrum

 

0,05  (*1)(+)

 

0500040

Millieġ komuni

 

0,01  (*1)

 

0500050

Ħafur

 

0,1 (+)

 

0500060

Ross

 

0,01  (*1)

 

0500070

Segala

 

0,1 (+)

 

0500080

Sorgu

 

0,05  (*1)(+)

 

0500090

Qamħ

 

0,1 (+)

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

 

0,15  (*1)

0610000

Tejiet

0,05  (*1)

0,05  (*1)

 

0620000

Kafeni

0,05  (*1)

0,05  (*1)

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin

 

 

 

0631000

(a)

fjuri

0,05  (*1)

2(+)

 

0631010

Kamumella

 

(+)

 

0631020

Ibisku

 

(+)

 

0631030

Ward

 

(+)

 

0631040

Ġiżimin

 

(+)

 

0631050

Tilju

 

(+)

 

0631990

Oħrajn (2)

 

(+)

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

0,05  (*1)

0,05  (*1)

 

0632010

Frawli

 

 

 

0632020

Rooibos

 

 

 

0632030

Matè/te tal-Paragwaj

 

 

 

0632990

Oħrajn (2)

 

 

 

0633000

(c)

għeruq

 

0,05  (*1)

 

0633010

Valerjana

1

 

 

0633020

Ġinseng

4

 

 

0633990

Oħrajn (2)

1

 

 

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

0,05  (*1)

0,05  (*1)

 

0640000

Żerriegħa tal-kawkaw

0,05  (*1)

0,05  (*1)

 

0650000

Ħarrub

0,05  (*1)

0,05  (*1)

 

0700000

Ħops

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,3  (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

 

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

 

 

0810020

Kemmun iswed

 

 

 

0810030

Karfus

 

 

 

0810040

Kosbor

 

 

 

0810050

Kemmun

 

 

 

0810060

Xibt

 

 

 

0810070

Bużbież

 

 

 

0810080

Fienu

 

 

 

0810090

Noċemuskata

 

 

 

0810990

Oħrajn (2)

 

 

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

 

 

0820030

Karwija

 

 

 

0820040

Kardamomu

 

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

 

 

0820060

Boċċi tal-bżar (bojod, ħodor u suwed)

 

 

 

0820070

Vanilja

 

 

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

 

 

0820990

Oħrajn (2)

 

 

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0830010

Kannella

 

 

 

0830990

Oħrajn (2)

 

 

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

 

 

0840010

Għud is-sus

1

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

 

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

1

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

 

 

0840990

Oħrajn (2)

1

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

 

 

0850020

Kappar

 

 

 

0850990

Oħrajn (2)

 

 

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0860010

Żagħfran

 

 

 

0860990

Oħrajn (2)

 

 

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,15  (*1)

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

 

 

0870990

Oħrajn (2)

 

 

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

 

0,03  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0,01  (*1)

 

0900020

Kannamieli

 

0,05  (*1)(+)

 

0900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 

0,01  (*1)

 

0900990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

 

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin

 

 

0,03  (*1)

1011000

(a)

ħnieżer

 

 

 

1011010

Muskoli

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1011020

Xaħam

0,02

0,04 (+)

 

1011030

Fwied

0,1

0,04 (+)

 

1011040

Kliewi

0,1

0,06 (+)

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

0,06 (+)

 

1011990

Oħrajn (2)

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1012000

(b)

annimali bovini

 

 

 

1012010

Muskoli

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1012020

Xaħam

0,02

0,06 (+)

 

1012030

Fwied

0,1

0,07 (+)

 

1012040

Kliewi

0,1

0,3 (+)

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

0,3 (+)

 

1012990

Oħrajn (2)

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1013000

(c)

nagħaġ

 

 

 

1013010

Muskoli

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1013020

Xaħam

0,02

0,06 (+)

 

1013030

Fwied

0,1

0,07 (+)

 

1013040

Kliewi

0,1

0,3 (+)

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

0,3 (+)

 

1013990

Oħrajn (2)

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1014000

(d)

mogħoż

 

 

 

1014010

Muskoli

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1014020

Xaħam

0,02

0,06 (+)

 

1014030

Fwied

0,1

0,07 (+)

 

1014040

Kliewi

0,1

0,3 (+)

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

0,3 (+)

 

1014990

Oħrajn (2)

0,02

0,01  (*1)(+)

 

1015000

(e)

ekwini

 

 

 

1015010

Muskoli

0,02

0,01  (*1)

 

1015020

Xaħam

0,02

0,06

 

1015030

Fwied

0,1

0,07

 

1015040

Kliewi

0,1

0,3

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

0,3

 

1015990

Oħrajn (2)

0,02

0,01  (*1)

 

1016000

(f)

pollam

 

0,01  (*1)

 

1016010

Muskoli

0,01  (*1)

 

 

1016020

Xaħam

0,01  (*1)

 

 

1016030

Fwied

0,1

 

 

1016040

Kliewi

0,1

 

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

 

 

1016990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

1017000

(g)

annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

 

 

1017010

Muskoli

0,02

0,01  (*1)

 

1017020

Xaħam

0,02

0,06

 

1017030

Fwied

0,1

0,07

 

1017040

Kliewi

0,1

0,3

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,1

0,3

 

1017990

Oħrajn (2)

0,02

0,01  (*1)

 

1020000

Ħalib

0,04

0,06 (+)

0,03  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

(+)

 

1020020

Nagħaġ

 

(+)

 

1020030

Mogħoż

 

(+)

 

1020040

Żwiemel

 

(+)

 

1020990

Oħrajn (2)

 

(+)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,02

0,01  (*1)

0,03  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

 

 

1030020

Papri

 

 

 

1030030

Wiżż

 

 

 

1030040

Summien

 

 

 

1030990

Oħrajn (2)

 

 

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,15  (*1)

1050000

Anfibji u rettili

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,03  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,03  (*1)

1070000

Annimali terrestri vertebrati slavaġ

0,02

0,01  (*1)

0,03  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

 

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

 

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

 

 

Fludioksonil (R) (F)

(R) Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet ta’ numri tal-kodiċi li ġejjin: Fludioksonil - kodiċi 1000000 minbarra 1040000: is-somma tal-fludioksonil u l-metaboliti ossidizzati għall-metabolit 2,2-difluworo-benżo [1,3] diossol-4 aċidu karbossiliku, espressa bħala fludioksonil

(F) Solubbli fix-xaħam

Flurossipir (is-somma tal-flurossipir, l-imlieħ, l-esteri u l-konjugati tiegħu espressa bħala flurossipir) (R) (A)

(R) Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet ta’ numri tal-kodiċi li ġejjin: Flurossipir - kodiċi 1000000 minbarra 1040000: Flurossipir (is-somma tal-flurossipir u l-imlieħ tiegħu espressa bħala flurossipir)

(A) Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE identifikaw li l-istandard referenzjarju għall-konjugati tal-flurossipir mhumiex disponibbli kummerċjalment. Meta tkun qiegħda tirrieżamina l-MRL il-Kummissjoni se tqies id-disponibbiltà kummerċjali tal-istandard referenzjali msemmi fl-ewwel sentenza sal-1 ta’ Lulju 2016, jew jekk dak l-istandard referenzjali jkun għadu mhux disponibbli kummerċjalment sa dik id-data, tqis li ma jkunx disponibbli.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni li kienet nieqsa dwar il-metodi analitiċi u liema metodu analitiku ntuża fil-provi tar-residwi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sal-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk dik l-informazzjoni tkun għadha ma tressqitx sa dik id-data, tqis li għadha ma waslitilhiex.

0500010 Xgħir

0500030 Qamħirrum

0500050 Ħafur

0500070 Segala

0500080 Sorgu

0500090 Qamħ

0900020 Kannamieli

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni li kienet nieqsa dwar il-metodi analitiċidwar il-metaboliżmu u dwar il-metodu analitiku ntuża fil-provi tar-residwi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sal-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk dik l-informazzjoni tkun għadha ma tressqitx sa dik id-data, tqis li għadha ma waslitilhiex.

0270060 Kurrat

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat li kienet nieqsa xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi, dwar il-metaboliżmu, il-PHI u l-provi tar-residwi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sal-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk dik l-informazzjoni tkun għadha ma tressqitx sa dik id-data, tqis li għadha ma waslitilhiex.

0220010 Tewm

0220030 Xalotti

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat li kienet nieqsa xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi, il-metaboliżmu, l-istabbiltà fil-ħżin u l-provi tar-residwi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sal-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk dik l-informazzjoni tkun għadha ma tressqitx sa dik id-data, tqis li għadha ma waslitilhiex.

0220020 Basal

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat li kienet nieqsa xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi, dwar l-istabbiltà fil-ħżin, dwar il-PHI u dwar il-provi tar-residwi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sal-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk dik l-informazzjoni tkun għadha ma tressqitx sa dik id-data, tqis li għadha ma waslitilhiex.

0130010 Tuffieħ

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni li kienet nieqsa dwar l-istabbiltà fil-ħżin u dwar il-metaboliżmu. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sal-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk dik l-informazzjoni tkun għadha ma tressqitx sa dik id-data, tqis li għadha ma waslitilhiex.

1011000 (a) ħnieżer

1011010 Muskoli

1011020 Xaħam

1011030 Fwied

1011040 Kliewi

1011050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1011990 Oħrajn (2)

1012000 (b) annimali bovini

1012010 Muskoli

1012020 Xaħam

1012030 Fwied

1012040 Kliewi

1012050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1012990 Oħrajn (2)

1013000 (c) nagħaġ

1013010 Muskoli

1013020 Xaħam

1013030 Fwied

1013040 Kliewi

1013050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1013990 Oħrajn (2)

1014000 (d) mogħoż

1014010 Muskoli

1014020 Xaħam

1014030 Fwied

1014040 Kliewi

1014050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1014990 Oħrajn (2)

1020000 Ħalib

1020010 Bhejjem tal-ifrat

1020020 Nagħaġ

1020030 Mogħoż

1020040 Żwiemel

1020990 Oħrajn (2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat li kienet nieqsa xi informazzjoni dwar il-metodu analitiku li ntuża fil-provi tar-residwi. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk tkun ġiet sottomessa sal-1 ta’ Lulju 2017, jew jekk dik l-informazzjoni tkun għadha ma tressqitx sa dik id-data, tqis li għadha ma waslitilhiex.

0256070 Timu

0631000 (a) fjuri

0631010 Kamumella

0631020 Ibisku

0631030 Ward

0631040 Ġiżimin

0631050 Tilju

0631990 Oħrajn (2)

(2)

Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonna taċ-ċiflumetofen hija sostitwita b’dan li ġej:

Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (2)

Ċiflumetofen

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,5

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp (lajm)

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01  (*2)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

0,4

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,3

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

0,3

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,6

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

0,6

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (abjad, aħmar u iswed)

 

0154040

Ribes bix-xewk (aħdar, aħmar u isfar)

 

0154050

Warda Skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (abjad u iswed)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,4

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin

 

0161000

(a)

qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

0,4

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b'qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-Passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b'qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Frott tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħrajn tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta’ Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,4

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

0,4

0231040

Bamja

 

0231990

Oħrajn (2)

 

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

0,4

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b'qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċi kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċa Ċiniża ċatta

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

 

0254000

(d)

krexxuni

 

0255000

(e)

ċikwejra

 

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat salvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u l-fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta’ Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Algi u organiżmi prokarjoti

 

0300000

BUS U ĦEMES

 

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

 

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fidloqqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

0401990

Oħrajn (2)

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin

 

0631000

(a)

fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawli

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

Ħops

30

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

 

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

 

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (bojod, ħodor u suwed)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

 

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

 

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

 

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

 

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

 

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

 

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

 

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin

 

1011000

(a)

ħnieżer

 

1011010

Muskoli

0,01  (*2)

1011020

Xaħam

0,01  (*2)

1011030

Fwied

0,02

1011040

Kliewi

0,02

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1011990

Oħrajn (2)

0,01  (*2)

1012000

(b)

annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,01  (*2)

1012020

Xaħam

0,01  (*2)

1012030

Fwied

0,02

1012040

Kliewi

0,02

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1012990

Oħrajn (2)

0,01  (*2)

1013000

(c)

nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,01  (*2)

1013020

Xaħam

0,01  (*2)

1013030

Fwied

0,02

1013040

Kliewi

0,02

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1013990

Oħrajn (2)

0,01  (*2)

1014000

(d)

mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,01  (*2)

1014020

Xaħam

0,01  (*2)

1014030

Fwied

0,02

1014040

Kliewi

0,02

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1014990

Oħrajn (2)

0,01  (*2)

1015000

(e)

ekwini

 

1015010

Muskoli

0,01  (*2)

1015020

Xaħam

0,01  (*2)

1015030

Fwied

0,02

1015040

Kliewi

0,02

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1015990

Oħrajn (2)

0,01  (*2)

1016000

(f)

pollam

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,01  (*2)

1017020

Xaħam

0,01  (*2)

1017030

Fwied

0,02

1017040

Kliewi

0,02

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02

1017990

Oħrajn (2)

0,01  (*2)

1020000

Ħalib

0,01  (*2)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

 

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

 

1050000

Anfibji u rettili

 

1060000

Annimali terrestri invertebrati

 

1070000

Annimali terrestri vertebrati slavaġ

 

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(3)

Fl-Anness IV, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f’ordni alfabetika: “24-epibrassinolid” u “l-estratt tal-basla tal-“Allium cepa L.“.


(*1)  Tindika limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika aktar baxx

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.

(*2)  Tindika limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika aktar baxx

(2)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.


6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1099

tal-5 ta’ Lulju 2021

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza 4-[(tetraidro-2H-piran-2-il)ossi]fenol (isem komuni: deossiarbutin, isem INCI: Tetraidropiranilossi Fenol), attwalment mhux irregolata fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tirriżulta fir-rilaxx ta’ 1,4-Diidrossibenżen (isem INCI: Idrokinon). L-idrokinon huwa inkluż fost is-sustanzi pprojbiti għall-użu fil-prodotti kożmetiċi, elenkati fl-entrata 1339 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, bl-eċċezzjoni tal-entrata 14 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-użu tad-deossiarbutin fil-prodotti kożmetiċi ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS). Fl-opinjoni tiegħu adottata fit-25 ta’ Ġunju 2015 (2), l-SCCS ikkonkluda li minħabba tħassib dwar is-sikurezza li tqajjem fir-rigward taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li fihom dik is-sustanza, l-użu tad-deossiarbutin sa 3 % fil-kremi tal-wiċċ ma jistax jitqies bħala sikur (3).

(3)

Abbażi ta’ dik l-opinjoni, jenħtieġ li d-deossiarbutin jiġi pprojbit għall-użu fil-prodotti kożmetiċi u jiżdied mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(4)

Is-sustanza 1,3-Diidrossi-2-propanon (isem INCI: Diidrossiaċeton) hija ingredjent kożmetiku bil-funzjonijiet irrapportati tal-kundizzjunar u s-smurija tal-ġilda. Id-diidrossiaċeton attwalment mhuwiex irregolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(5)

Fl-opinjoni tiegħu adottata fit-3-4 ta’ Marzu 2020 (4), l-SCCS qies id-diidrossiaċeton bħala sikur meta jintuża bħala ingredjent taż-żebgħa tax-xagħar fl-applikazzjonijiet li ma jitlaħalħux (mhux ossidattivi) sa konċentrazzjoni massima ta’ 6,25 %. Barra minn hekk, f’dik l-opinjoni l-SCCS ikkonkluda li l-użu tad-diidrossiaċeton bħala ingredjent taż-żebgħa tax-xagħar fl-applikazzjonijiet li ma jitlaħalħux (mhux ossidattivi) sa konċentrazzjoni massima ta’ 6,25 % flimkien mal-użu ta’ lozjonijiet biex tismar mingħajr ix-xemx u krema tal-wiċċ li fihom sa konċentrazzjoni massima ta’ 10 % diidrossiaċeton huwa wkoll meqjus sikur.

(6)

Abbażi ta’ dawk il-konklużjonijiet, huwa meħtieġ li tiżdied entrata ġdida fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 li se tippermetti użu ristrett tad-diidrossiaċeton fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi u fi prodotti u fi prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx biss, f’konċentrazzjoni massima sa 6,25 % u 10 % rispettivament.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(8)

Huwa xieraq li jiġu previsti perjodi raġonevoli ta’ żmien sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-użu tad-diidrossiaċeton fil-prodotti kożmetiċi u biex jitwaqqfu gradwalment it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on deoxyarbutin - Tetrahydropyranyloxy Phenol, il-25 ta’ Ġunju 2015, SCCS/1554/15.

(3)  Ara l-punt 4 tal-opinjoni.

(4)  SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on Dihydroxyacetone - DHA, it-3-4 ta’ Marzu 2020, SCCS/1612/19.


ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness II tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’

referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

1657

4-[(tetraidro-2H-piran-2-il)ossi]fenol (Deossiarbutin, Tetraidropiranilossi Fenol)

53936-56-4”

 

(2)

Fl-Anness III tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

d

h

321

1,3-Diidrossi-2-propanon

Diidrossiaċeton

96-26-4

202-494-5

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi  (*1)

(b)

Prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx  (*1)

(a)

6,25 %

(b)

10 %

 

 


(*1)  Mis-26 ta’ Jannar 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx li jkun fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-22 ta’ April 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx li jkun fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni.”


6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1100

tal-5 ta’ Lulju 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor (“HRFS” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mit-Turkija (“il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mit-Turkija (3).

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Wara talba mill-ilmentatur appoġġata mill-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1686 (4) (“ir-Regolament ta’ reġistrazzjoni”) skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

1.3.   Miżuri proviżorji

(4)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fis-17 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proviżorji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u l-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessi (215) u (216) tar-Regolament proviżorju, il-kummenti sottomessi mill-partijiet ma wasslux għal bidla fil-marġnijiet peress li dawn ma kinux ikkunsidrati ta’ natura klerikali.

(5)

Fis-7 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping proviżorju mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/9 (5) (“ir-Regolament proviżorju”).

1.4.   Il-proċedura sussegwenti

(6)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping proviżorju (“divulgazzjoni proviżorja”), l-ilmentaturi, Konsorzju li jirrappreżenta l-interessi ta’ xi utenti, utent li importa prodotti tal-azzar twal, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, importatur relatat ma’ wieħed mill-produtturi esportaturi, l-assoċjazzjoni Torka tal-Esportaturi tal-Azzar (“ÇİB”) u l-Gvern tat-Turkija (“GOT”) għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li għamlu l-fehmiet tagħhom magħrufa dwar is-sejbiet proviżorji. Żewġ produtturi esportaturi talbu u rċevew aktar dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dannu tagħhom.

(7)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti mat-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mal-GOT.

(8)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għall-konklużjonijiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni qieset il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet proviżorji tagħha meta xieraq.

(9)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

(10)

Il-partijiet li talbu dan ingħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Saru seduti mat-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun talab l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(11)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni sabet żball klerikali fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping definittiv ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, intbagħtet divulgazzjoni finali addizzjonali lill-produttur esportatur inkwistjoni, li għamel aktar kummenti dwar id-divulgazzjoni addizzjonali li rċieva.

(12)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u ġew ikkunsidrati fejn xieraq f’dan ir-Regolament.

1.5.   Il-kampjunar

(13)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi (7) sa (18) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

1.6.   Eżami individwali

(14)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-premessa (19) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

1.7.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(15)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”) u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-premessa (27) tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

1.8.   Bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u fl-allegazzjonijiet proċedurali

(16)

Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) ma baqgħux jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dan ir-regolament huwa bbażat fuq data għall-Unjoni Ewropea mingħajr ir-Renju Unit (“EU27”). Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-ilmentatur u lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jissottomettu ċerti partijiet tat-tweġibiet oriġinali tagħhom għall-kwestjonarju b’data għall-EU27 biss. L-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun issottomettew id-data mitluba. Peress li d-differenza bejn l-indikaturi makroekonomiċi ppubblikati fir-Regolament proviżorju u d-data makroekonomika għall-EU27 hija dovuta għall-esklużjoni tad-data minn produttur wieħed tar-Renju Unit, ċerti tabelli f’dan ir-Regolament huma pprovduti f’firxiet sabiex ma tiġix żvelata informazzjoni kunfidenzjali relatata ma’ dik il-parti interessata.

(17)

Fir-rigward tad-dumping, il-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun lejn l-EU27 biss tqies li jikkalkula l-marġnijiet tad-dumping definittivi.

(18)

Fl-aħħar nett, għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni staqsiet ukoll dwar l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju sottomessi mill-utenti u mill-importaturi, jiġifieri Marcegaglia Carbon Steel SpA, San Polo Lamiere u dawk irrappreżentati mill-grupp Network Steel. San Polo Lamiere ma rreaġixxietx għat-talba tal-Kummissjoni. Il-partijiet l-oħra ddikjaraw li l-ħruġ tar-Renju Unit ma kellu l-ebda impatt fuq l-informazzjoni li kienu diġà pprovdew.

(19)

Fit-12 ta’ Jannar 2021, permezz ta’ nota għall-fajl (6), il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji u lill-assoċjazzjonijiet mir-Renju Unit li ma kinux se jibqgħu jikkwalifikaw bħala partijiet interessati fi proċedimenti ta’ difiża kummerċjali. Hija biss l-International Steel Trade Association, parti bbażata fir-Renju Unit li tirrappreżenta l-interessi tal-importaturi u tal-utenti li kienet irreġistrata bħala parti interessata, li rreaġixxiet għan-nota billi ssottomettiet talba sostanzjata biex tibqa’ parti interessata f’dan il-proċediment. Billi l-parti għandha ċentru fil-Ġermanja li jirrappreżenta n-negozji rilevanti tal-UE fl-EU27, il-Kummissjoni qablet mat-talba tagħha.

(20)

Il-GOT qies li l-ħruġ tar-Renju Unit għamel il-miżuri proviżorji imposti fis-7 ta’ Jannar 2021 mhux sostanzjati u illegali minħabba li kienu bbażati fuq data tal-EU28. Fid-29 ta’ Jannar 2021, il-GOT talab lill-Kummissjoni ttemm il-miżuri proviżorji u twettaq analiżi bbażata fuq id-data li teskludi r-Renju Unit. Il-Kummissjoni sabet li t-talba tal-GOT kienet infondata peress li l-miżuri proviżorji kienu derivati mis-sejbiet żvelati minn qabel lill-partijiet interessati fl-2020, fi żmien meta l-Unjoni kien għad kellha 28 Stat Membru.

(21)

Barra minn hekk, il-GOT u tnejn mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sostnew li kwalunkwe miżura proviżorja jenħtieġ li tibqa’ fis-seħħ għal aktar minn tliet xhur fid-dawl tal-Artikolu 11(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ ta’ prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (“il-Ftehim bejn it-Turkija u l-KEFA”) (7). Madankollu, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn it-Turkija u l-KEFA huma rilevanti biss jekk dan l-Artikolu jiġi invokat speċifikament mill-Parti li tkun ġarrbet id-dannu. F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma invokatx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 jew 11 tal-Ftehim bejn it-Turkija u l-KEFA u, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa timponi miżuri proviżorji għal perjodu iqsar minn sitt xhur, kif previst fir-Regolament bażiku.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Affermazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

(22)

Fl-istadju proviżorju, manifattur ta’ forklifts u komponenti għal trakkijiet forklifts u magni tal-kostruzzjoni talab l-esklużjoni ta’ prodotti tal-azzar bi żbarra twila llaminati bis-sħana mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod proviżorju li l-prodotti tal-azzar bi żbarra twila llaminati bis-sħana jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni minħabba li żbarra twila ta’ 6-12 m illaminata bis-sħana hija prodott twil u mhux prodott tal-azzar ċatt.

(23)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-parti tenniet it-talba tagħha. Hija nnotat li l-prodotti inkwistjoni kienu għadhom koperti mid-definizzjoni tal-prodott u, għaldaqstant, soġġetti għal miżuri. Għalhekk, hija talbet l-esklużjoni ta’ “prodotti li huma itwal minn 6 000 mm” bil-għan li jiġu esklużi l-istess prodotti, jiġifieri ċerti prodotti bi żbarra twila llaminati bis-sħana li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7226 91 91, wieħed mill-kodiċijiet NM soġġetti għall-miżuri. Il-Kummissjoni sabet li l-esklużjoni kif proposta mill-parti ma kinitx applikabbli peress li kienet tinkludi ċerti prodotti tal-HRFS li kellhom l-għan li jkunu koperti mill-miżuri. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur innota li tul ta’ 10 000 mm jista’ japplika għall-koljaturi tal-HRFS u anke għal ċerti prodotti tal-HRFS maqtugħin skont id-daqs u għalhekk ma kienx esklużivament karatteristika tal-prodotti fit-talba għall-esklużjoni. Madankollu, l-ilmentatur qabel li l-prodotti tal-azzar bi żbarra twila llaminati bis-sħana inkwistjoni ma kinux maħsuba li jkunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni.

(24)

Il-Kummissjoni sabet li l-prodotti fit-talba tal-manifattur tal-forklifts għandhom karatteristiċi bażiċi differenti mill-HRFS mhux minħabba t-tul tagħhom, iżda pjuttost fir-rigward tal-ħxuna u l-wisa’ tagħhom, li jagħmluhom prodotti differenti, b’użu differenti. Għalhekk, ingħatat esklużjoni lil “prodotti li (a) l-wisa’ tagħhom hija sa u tinkludi 350 mm, u (b) li l-ħxuna tagħhom hija ta’ 50 mm jew aktar, irrispettivament mit-tul tal-prodott”.

(25)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Erdemir Romania S.R.L. talbet l-esklużjoni tal-hekk imsejħa prodotti tas-siliċju mhux bil-granijiet orjentati llaminati bis-sħana “manjetiċi” li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7225 19 10 peress li hija tixtri tali prodotti biss mill-kumpanija omm tagħha Erdemir fit-Turkija, minħabba l-allegati prattiki tal-produtturi tal-Unjoni (jiġifieri prezzijiet għoljin u provvista limitata) u l-allegat nuqqas ta’ kompetizzjoni mal-produtturi tal-Unjoni. Erdemir Romania S.R.L sostniet li, jekk il-prodotti inkwistjoni ma jiġux esklużi, ikun hemm impatt negattiv fuq il-kumpanija nnifisha u fuq l-ekonomija Rumena ġenerali.

(26)

It-talba għall-esklużjoni ta’ hawn fuq tikkonċerna l-provvista tal-input tal-HRFS lil manifattur tal-azzar elettriku fir-Rumanija mill-kumpanija omm tiegħu Erdemir fit-Turkija. Il-Kummissjoni sabet li tali materjali ta’ input ma humiex distinti iżda għandhom l-istess karatteristiċi bħal tipi oħra ta’ HRFS soġġetti għal miżuri f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi tagħhom, l-użi finali u l-interkambjabbiltà tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għall-esklużjoni ta’ prodotti tas-siliċju mhux bil-granijiet orjentati llaminati bis-sħana “manjetiċi” li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7225 19 10. Barra minn hekk, diversi produtturi tal-Unjoni jipproduċu prodotti tas-siliċju mhux bil-granijiet orjentati llaminati bis-sħana “manjetiċi”, li huma f’kompetizzjoni diretta ma’ prodotti importati. Fir-rigward tal-impatt fuq il-parti rikjedenti, il-Kummissjoni naqset milli tara għaliex in-nuqqas ta’ esklużjoni jkun “katastrofiku”, kif sostniet il-parti, minħabba l-livell tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-kumpanija omm.

2.2.   Konklużjoni

(27)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (28) sa (33) tar-Regolament proviżorju, kif rivedut fil-premessa (24) ta’ hawn fuq.

3.   DUMPING

(28)

Wara d-divulgazzjonijiet proviżorji u finali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti bil-miktub mit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-ilmentatur dwar is-sejbiet proviżorji u dawk tad-dumping definittiv.

3.1.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku

(29)

Id-dettalji tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għall-informazzjoni pprovduta minn żewġ produtturi esportaturi relatati, dwar il-kostijiet tat-trasport irrapportati fir-rigward tal-bejgħ fis-suq domestiku, ġew stabbiliti fil-premessi (26) u (56) sa (59) tar-Regolament proviżorju.

(30)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, iż-żewġ produtturi esportaturi relatati opponew l-applikazzjoni proviżorja tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport domestiku tagħhom u sostnew li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu ma kinux issodisfati f’dan il-każ. Huma argumentaw ukoll li, li kieku l-Kummissjoni kkonkludiet mod ieħor, hija setgħet biss tagħmel aġġustament għall-kostijiet tat-trasport domestiku ta’ dawk ir-rotot ta’ konsenja li għalihom l-informazzjoni tal-kumpanija tqieset bħala mhux korretta.

(31)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjoni tal-produtturi esportaturi u appoġġa l-applikazzjoni proviżorja tal-Kummissjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport imġarrba mill-produtturi esportaturi inkwistjoni.

(32)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produtturi esportaturi inkwistjoni tennew l-affermazzjonijiet tagħhom. L-ewwel nett, huma argumentaw li l-identifikazzjoni tal-kostijiet imġarrba għat-trasport tal-HRFS bejn produttur u kumpanija oħra fil-grupp ma kinitx aktar meħtieġa peress li l-Kummissjoni ddeċidiet li twettaq kalkoli separati tal-marġni tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi fil-grupp. It-tieni, huma sostnew li l-Kummissjoni kellha tuża l-informazzjoni pprovduta bi tweġiba għall-ittra tal-Artikolu 18 u kellha tadatta biss il-kost tat-trasport għar-rotot ta’ konsenja li kienu jinvolvu maħżen/port ta’ kumpanija relatata fi ħdan il-grupp bħala punt ta’ bejgħ intermedjarju jew ta’ konsenja. F’dan ir-rigward, il-kumpanija talbet ukoll l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta, u fis-6 ta’ Mejju 2021 saret seduta.

(33)

Il-Kummissjoni analizzat l-affermazzjoni u kkonkludiet li l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport domestiku mġarrba mill-produtturi esportaturi kienet iġġustifikata. L-ewwel nett, għalkemm saru kalkoli separati għaż-żewġ kumpaniji wara l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni provviżorja, il-kumpaniji baqgħu partijiet relatati u għalhekk il-kostijiet tat-trasport intern kienu għadhom rilevanti. It-tieni, id-dokumenti sottomessi mill-kumpaniji b’appoġġ għall-affermazzjoni tagħhom ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni ġdida, u ma pprovdewx diżaggregazzjoni ċara u sħiħa tar-rotot kollha ta’ konsenja involuti fil-bejgħ domestiku tal-prodott li qed jiġi investigat li tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika b’mod ċar – u għalhekk tikkontroverifika – it-tranżazzjonijiet kollha fejn maħżen/port ta’ kumpanija relatata kien involut bħala punt ta’ bejgħ intermedjarju jew bħala punt ta’ distribuzzjoni. Mill-informazzjoni fil-fajl, ma setax jiġi eskluż b’ċertezza suffiċjenti li ma kien hemm l-ebda rotta oħra ta’ konsenja fejn xi kostijiet tat-trasport intern ikollhom jiġu esklużi wkoll.

(34)

Minbarra r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid il-proporzjonalità tal-aġġustament li sar għall-kostijiet tat-trasport domestiku tal-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni nnotat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kienet tikkonċerna biss għadd limitat ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ fis-suq domestiku (madwar 10 % għal produttur esportatur wieħed, madwar 20 % għall-produttur esportatur l-ieħor fi ħdan il-grupp) u l-Kummissjoni kkoreġiet biss it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ ikkonsenjati lill-klijent. Għaldaqstant, il-konċessjonijiet għall-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ domestiku baqgħu mhux affettwati. Barra minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni applikat il-fatti disponibbli, hija ma rrifjutatx kompletament il-konċessjoni għall-kostijiet tat-trasport. Minflok, hija użat id-data reali pprovduta mill-kumpaniji biex tistma l-kostijiet tat-trasport għal rotot fejn l-involviment ta’ punt intermedjarju relatat ma kienx ċar. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat li, minħabba l-fatti u l-ħtieġa li l-produtturi esportaturi jissostanzjaw il-konċessjonijiet iddikjarati, l-approċċ meħud fir-rigward tad-determinazzjoni tal-konċessjoni tal-kost tat-trasport għal tranżazzjonijiet ta’ bejgħ domestiku kien proporzjonat u mhux irraġonevoli.

(35)

Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda, u l-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (56) sa (59) tar-Regolament proviżorju.

3.2.   Valur normali

(36)

Id-dettalji għall-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi (38) sa (49) tar-Regolament proviżorju.

(37)

Produttur esportatur wieħed sostna li meta stabbiliet il-kost tal-produzzjoni tiegħu, il-Kummissjoni kellha tirrikonċilja l-kost ikkalkulat mill-ġdid ta’ input mixtri mar-rekords kontabilistiċi tiegħu.

(38)

Il-Kummissjoni vvalutat l-affermazzjoni u sabet li din kienet iġġustifikata. Il-metodoloġija li l-Kummissjoni applikat fl-istadju proviżorju għar-riallokazzjoni tal-kost tal-input mixtri sabiex tirrifletti d-differenza fil-kost li tirriżulta mid-differenzi fil-karatteristiċi tekniċi tagħha wasslet għal kost totali ogħla ta’ dak l-input li ma kienx jaqbel mar-rekords kontabilistiċi tal-produttur esportatur. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet aċċettata u l-Kummissjoni rrevediet il-kost tal-input mixtri kif xieraq fil-kalkolu definittiv.

(39)

Produttur esportatur wieħed sostna li meta stabbiliet il-kost tal-produzzjoni tiegħu, il-Kummissjoni kellha taċċetta l-kumpens għall-elettriku li kienet irrapportat. Huwa argumenta li fil-konklużjonijiet proviżorji tagħha, il-Kummissjoni fehmet ħażin ir-rwol tal-kumpanija fis-suq tal-elettriku Tork u l-funzjonament ġenerali tas-sistema YEKDEM, mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli fit-Turkija. Il-produttur esportatur spjega li l-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli jinbiegħ lill-parteċipanti fis-suq mill-operatur tas-suq (EPIAS) b’ċertu prezz. Madankollu, jekk il-prezz tas-suq li bih l-EPIAS kienet xtrat dan l-elettriku sussegwentement irriżulta li kien aktar baxx, id-differenza kienet tiġi rimborżata lix-xerrejja tal-elettriku. Għalhekk, il-kumpanija sostniet li huwa meħtieġ kumpens għall-elettriku biex jirrifletti l-kost nett tal-elettriku tagħha, filwaqt li jitqies ir-rimborż.

(40)

Il-Kummissjoni analizzat l-ispjegazzjonijiet il-ġodda pprovduti u kkonkludiet li l-affermazzjoni kienet iġġustifikata. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet aċċettata u l-kumpens għall-elettriku ġie inkluż fil-kost tal-produzzjoni fil-kalkolu tad-dumping definittiv tal-kumpanija.

(41)

Produttur esportatur wieħed sostna li, għall-kalkolu tal-kost tal-produzzjoni għall-HRFS, il-Kummissjoni kellha tqis biss il-kost tal-HRFS mibjugħ domestikament, li kienet ipprovdiet b’mod separat mill-kost tal-HRFS esportat lejn l-Unjoni, minflok ma stabbiliet kost tal-produzzjoni uniku tal-HRFS billi amalgamat iż-żewġ settijiet ta’ data dwar il-kostijiet ipprovduti. Il-kumpanija sostniet li approċċ bħal dan injora l-fatt li t-taħlita tal-prodott fi ħdan tip ta’ prodott wieħed definit fin-Numru ta’ Kontroll tal-Prodott (“PCN”) tista’ tkun differenti skont id-destinazzjoni tas-suq.

(42)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjoni tal-produttur esportatur li tiddikjara li jekk żewġ prodotti jew aktar jaqgħu taħt l-istess PCN, dawn jenħtieġ li jkollhom l-istess kost tal-produzzjoni, anke jekk il-produttur iqis li dawn huma differenti fis-sistema kontabilistika tal-kostijiet tiegħu stess. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu rrapportati fl-istess tabella tal-kost tal-produzzjoni.

(43)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur tenna l-affermazzjoni li l-kost tal-produzzjoni għall-bejgħ domestiku biss, li ġie rrapportat separatament mill-kost tal-produzzjoni għall-bejgħ lill-Unjoni, kellu jitqies fil-kalkolu tal-valur normali.

(44)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-produttur esportatur ma wera l-ebda differenza fattwali fil-kost tal-produzzjoni għal kull destinazzjoni tas-suq li tiġġustifika kalkolu separat tal-kost. L-allegati differenzi fil-kostijiet irriżultaw minħabba li l-kumpanija pprovdiet kostijiet tal-produzzjoni abbażi tal-kodifikazzjoni interna tagħha minflok abbażi tal-PCNs. Il-Kummissjoni kkunsidrat li ma hemm l-ebda raġuni biex issir distinzjoni bejn il-kost tal-produzzjoni għall-prodotti mibjugħa domestikament u esportati jekk ma jkunx hemm differenzi fattwali fil-proċess tal-produzzjoni. Billi l-produttur esportatur ma pprovda l-ebda evidenza li l-proċess tal-produzzjoni għall-esportazzjoni u għall-bejgħ domestiku fl-istess PCN kien differenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setgħetx taċċetta żewġ settijiet ta’ kostijiet. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(45)

It-tliet produtturi esportaturi għamlu kummenti dwar il-kalkolu tal-SGA domestiku tagħhom, b’mod partikolari dwar l-esklużjoni jew ir-riallokazzjoni proviżorja ta’ xi entrati finanzjarji bħal introjtu finanzjarju, qligħ u telf mill-kambju u dħul u telf straordinarju għall-fini tal-kalkolu tal-SGA.

(46)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li jiddikjaraw li l-ammonti esklużi ma kinux marbuta mal-produzzjoni jew mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat iżda kienu r-riżultat ta’ attivitajiet oħra mwettqa mill-kumpaniji bħad-depożiti bankarji u l-operazzjonijiet ta’ rivalwazzjoni.

(47)

Wara d-divulgazzjoni finali, it-tliet produtturi esportaturi tennew l-affermazzjonijiet tagħhom rigward il-kalkolu tal-SGA.

(48)

Żewġ produtturi esportaturi relatati esprimew dubji dwar il-fatt li l-Kummissjoni kklassifikat mill-ġdid xi spejjeż mill-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa lill-SGA jew għall-kost tal-produzzjoni (bħall-ispejjeż ta’ kapaċità mhux użata, il-provvista ta’ materjal mhux attiv) filwaqt li ma għamlitx l-istess fil-każ ta’ ċerti spejjeż oħra rrapportati taħt il-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa. Il-kumpaniji argumentaw ukoll li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra l-qligħ/t-telf realizzat mill-kambju kif ukoll dak li jirriżulta minn differenzi fil-valutazzjoni. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji sostnew li r-riklassifikazzjoni parzjali tal-ispejjeż tal-SGA relatati mat-trasport għal spejjeż ġenerali tal-SGA ma kellhiex issir għan-negozjant relatat fil-grupp peress li ma ġarrabx kostijiet tat-trasport intern. Din l-affermazzjoni tal-aħħar kienet imtennija wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali. B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi sostnew li l-kwistjoni ma setgħetx tikkonċerna n-negozjant relatat billi kienet l-aħħar parti fil-fluss tat-trasport.

(49)

Fir-rigward tar-riklassifikazzjoni tal-ispejjeż irrapportati taħt il-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa, il-kumpanija kienet irrapportat ċerti spejjeż, li la kienu inklużi fil-kost tal-produzzjoni u lanqas fl-SGA. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonstatat li dawn l-ispejjeż jiġu esklużi b’mod żbaljat mid-determinazzjoni tal-valur normali jekk ma jiġux ikklassifikati mill-ġdid taħt waħda minn dawn il-kategoriji. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawk l-ispejjeż, li ma ġewx ikklassifikati mill-ġdid, jew ma kinux relatati mal-produzzjoni u/jew mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat (eż. tranżazzjonijiet ta’ derivattivi) jew ir-rabta mal-produzzjoni u/jew mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat ma kinitx ċara (eż. differenzi fil-prezzijiet tal-materja prima).

(50)

Fir-rigward tal-qligħ/tat-telf mill-kambju, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-qligħ/t-telf mill-valutazzjoni kienu riżultat ta’ operazzjonijiet ta’ għeluq u, għalhekk, ma kinux marbuta mal-produzzjoni u/jew mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, il-kumpaniji spjegaw li l-qligħ/t-telf mill-kambju rriżulta minn operazzjonijiet f’EUR jew f’TRY peress li l-munita tal-kontabbiltà tagħhom kienet il-USD. Billi l-bejgħ domestiku sar f’USD, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-qligħ/t-telf realizzat mill-kambju ma setax jiġi attribwit għall-bejgħ domestiku u għaldaqstant kellu jitqies meta jiġi ddeterminat l-SGA użat fit-test tal-andament normali tal-kummerċ.

(51)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-riklassifikazzjoni tal-kostijiet tat-trasport intern, li għalihom ġew applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kif spjegat fil-premessi (29) sa (35) ta’ hawn fuq, sa fejn jikkonċerna n-negozjant relatat, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kwistjoni bħala fil-livell tal-grupp ta’ kumpanija, inklużi l-operazzjonijiet tan-negozjant relatat. Fir-rigward tan-negozjant relatat, il-Kummissjoni nnutat li l-kumpanija kellha l-bini tagħha f’erba’ postijiet. Għalhekk, ma setax jiġi eskluż li l-oġġetti ġew ittrasportati għall-ewwel darba lejn wieħed mill-postijiet l-oħra qabel ma ntbagħtu jew ġew miġbura mill-klijent.

(52)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat l-approċċ tagħha fl-istadju proviżorju u ċaħdet l-affermazzjonijiet ippreżentati miż-żewġ produtturi esportaturi relatati.

(53)

Produttur esportatur wieħed ma qabilx mar-rifjut tal-Kummissjoni tal-qligħ/it-telf mill-kambju, l-introjtu straordinarju, u l-introjtu finanzjarju li l-kumpanija rrapportat fl-SGA tagħha. Barra minn hekk, hija sostniet li l-Kummissjoni neħħiet l-introjtu finanzjarju iżda mhux l-ispejjeż finanzjarji mill-SGA.

(54)

Skont il-prattiki kontabilistiċi tagħha, il-kumpanija inkwistjoni ma kinitx kapaċi tirrapporta b’mod separat qligħ/telf realizzat mill-kambju, li huwa direttament marbut mal-produzzjoni u/jew mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina l-ammont reali tal-qligħ/telf tal-kambju rrapportat li seta’ jitqies fil-kalkolu tal-SGA.

(55)

Fir-rigward tal-introjtu straordinarju, il-Kummissjoni nnotat li fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni proviżorja, il-kumpanija sostniet li l-introjtu straordinarju kien jikkonċerna l-bejgħ u l-attivitajiet ta’ produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza li tissostanzja din l-affermazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċċarat li hija rrifjutat biss l-element wieħed irrapportat taħt l-introjtu straordinarju, li n-natura tiegħu ma setgħetx tiġi stabbilita abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija.

(56)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkunsidrat bir-reqqa wkoll l-informazzjoni rrapportata taħt l-introjtu finanzjarju u l-ispiża finanzjarja. Il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni tal-kumpanija taħt introjtu finanzjarju billi ma kinitx relatata mal-attivitajiet ta’ kuljum ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-kumpanija, iżda pjuttost ma’ operazzjonijiet finanzjarji mhux relatati mal-produzzjoni u/jew mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Għall-kuntrarju ta’ dan, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ispejjeż finanzjarji mġarrba mill-kumpanija kienu jikkonċernaw l-attivitajiet tagħha ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-HRFS.

(57)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat l-approċċ tagħha fl-istadju proviżorju u ċaħdet l-affermazzjonijiet ippreżentati mill-produttur esportatur.

(58)

Produttur esportatur wieħed sostna li l-Kummissjoni ma kellhiex twarrab l-informazzjoni li ressqet fl-istadju proviżorju, billi ma hemm l-ebda eċċezzjoni temporali li tippermetti lill-Kummissjoni tagħmel dan, sakemm l-informazzjoni tiġi ppreżentata fil-limiti taż-żmien tal-investigazzjoni u l-parti interessata li ressqet tali informazzjoni tkun qed tikkoopera mal-Kummissjoni.

(59)

Fl-istadju proviżorju, il-produttur esportatur inkwistjoni kkontesta l-korrezzjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni li saru lill-SGA kontroverifikat tiegħu, u ppreżenta aktar dettalji f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni kienet allokat mill-ġdid ċerti spejjeż SGA li l-kumpanija kienet inizjalment allokat għal prodotti oħra, inklużi inputs fil-produzzjoni ta’ HRFS immanifatturati mill-kumpanija nnifisha. Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-informazzjoni addizzjonali pprovduta u kkonkludiet li din l-informazzjoni ma wrietx li l-metodu użat mill-Kummissjoni għar-riallokazzjoni tal-SGA ma kienx raġonevoli jew mhux xieraq, speċjalment minħabba l-fatt li l-produttur ma kienx żvela u alloka korrettament dawn l-ispejjeż tal-SGA matul il-kontroverifika remota (remote cross-check, RCC), u li fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni proviżorja kien qabel li l-SGA li kien relatat mal-inputs użati fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat jista’ jiġi allokat lill-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(60)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi oppona d-deċiżjoni proviżorja li d-data dwar il-kost u l-bejgħ taż-żewġ entitajiet produtturi tiġi amalgamata fil-grupp għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping tal-grupp. Hija sostniet li minflok, il-Kummissjoni kellha l-ewwel tikkalkula l-marġnijiet tad-dumping individwali għaż-żewġ produtturi relatati abbażi tal-valuri normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom stess, u mbagħad kellha tikkalkula marġni medju ponderat ta’ dumping wieħed għall-grupp kollu fuq dik il-bażi.

(61)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjoni tal-produttur esportatur li tiddikjara li l-Kummissjoni kienet korretta fit-trattament tal-kumpaniji bħala entità waħda minħabba n-natura tal-attivitajiet ekonomiċi tal-grupp.

(62)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li, peress li kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi fil-grupp ipprovda d-data dwar il-kost u l-bejgħ tiegħu stess b’mod li ppermetta li ssir distinzjoni u li jiġi segwit il-fluss tal-kostijiet u tal-bejgħ tal-prodotti manifatturati minn kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi individwalment, kien possibbli u aktar preċiż li jiġu kkalkulati żewġ marġnijiet tad-dumping separati u f’dak il-punt biss jiġu amalgamati f’marġni medju ponderat ta’ dumping wieħed għall-grupp kollu. Għalhekk, it-talba tal-grupp ġiet aċċettata u l-marġni tad-dumping tiegħu ġie kkalkulat skont dan.

(63)

Produttur esportatur wieħed sostna li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta inkludiet b’mod proviżorju xi spejjeż ta’ kapaċità mhux użata fil-kost tal-produzzjoni tiegħu, u sostna li dawn l-ispejjeż kienu jikkonċernaw biss prodotti għajr il-prodott li qed jiġi investigat.

(64)

Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur u sabet li l-affermazzjoni kienet iġġustifikata. Fil-fatt, l-inklużjoni proviżorja ta’ dawn l-ispejjeż ta’ kapaċità mhux użata fil-kost tal-prodott li qed jiġi investigat kienet ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ fehim fir-rigward tal-kategorija ta’ prodotti li magħhom kienu relatati dawn l-ispejjeż. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet aċċettata u l-ispejjeż ta’ kapaċità mhux użata relatati tneħħew mill-kost tal-produzzjoni tal-produttur esportatur.

(65)

Produttur esportatur wieħed tenna l-affermazzjoni li jitqies il-kost effettiv tal-produzzjoni taċ-ċangaturi (materjal ta’ input għall-HRFS) kif imġarrab mill-fornitur relatat tiegħu, aktar milli l-prezz tax-xiri mitlub mill-fornitur relatat. Barra minn hekk, il-kumpanija nnotat li approċċ bħal dan kien xieraq peress li fl-istadju proviżorju l-Kummissjoni amalgamat id-data pprovduta miż-żewġ produtturi relatati u wettqet kalkolu wieħed tal-marġni tad-dumping.

(66)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjoni tal-produttur esportatur li tiddikjara li l-kost taċ-ċangaturi jenħtieġ li jiġi rrapportat kif imġarrab mill-produttur esportatur. Minħabba li ċ-ċangaturi ma ġewx ittrasferiti fil-livell tal-kost iżda f’livell ogħla minn hekk, il-kunsiderazzjoni tal-kost taċ-ċangaturi tal-fornitur relatat twassal biss għal tfixkil.

(67)

Il-Kummissjoni nnotat li skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, il-kostijiet użati fil-kalkolu tal-valur normali għandhom jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat kif irreġistrati fir-rekords kontabilistiċi tal-kumpanija. Fir-rekords kontabilistiċi tal-produttur esportatur li jagħmel l-affermazzjoni, il-kost taċ-ċangaturi ġie rreġistrat fil-livell tal-prezz tax-xiri mħallas lill-fornitur relatat. Il-prezz tal-bejgħ taċ-ċangaturi għall-produttur esportatur kien komparabbli mal-prezz tal-bejgħ għal partijiet mhux relatati u għaldaqstant il-Kummissjoni qieset li dawn jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset iż-żewġ produtturi bħala entitajiet separati u wettqet żewġ kalkoli separati tad-dumping, u għaldaqstant l-argument addizzjonali dwar il-kalkolu amalgamat fl-istadju proviżorju sar irrilevanti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet li saru fl-istadju proviżorju.

(68)

Produttur esportatur wieħed sostna li l-Kummissjoni kienet żbaljata fl-aġġustament proviżorju tal-kost tal-pellets tal-mineral tal-ħadid meta kienet qed tistabbilixxi l-kost tal-produzzjoni tagħha għall-HRFS – aġġustament li sar minħabba li l-kost ta’ dawk il-pellets kien ibbażat fuq il-prezzijiet tax-xiri minn partijiet relatati, jiġifieri ma jirriflettix il-prezz effettiv tas-suq. Il-produttur esportatur sostna wkoll li, jekk kellu jsir aġġustament, parti biss mill-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw tista’ tiġi allokata għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat peress li l-pellets tal-mineral tal-ħadid jintużaw ukoll fil-produzzjoni ta’ prodotti oħra.

(69)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjoni tal-produttur esportatur u appoġġa l-aġġustament tal-Kummissjoni għall-kost tal-pellets tal-mineral tal-ħadid minħabba li l-prezzijiet tax-xiri mħallsa lil entitajiet relatati ma kinux distakkati.

(70)

Il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni proviżorja tagħha li, skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, kien meħtieġ aġġustament għall-kost tal-produttur esportatur tal-pellets tal-mineral tal-ħadid minħabba li dawn inxtraw kważi esklużivament minn partijiet relatati bi prezzijiet li nstabu li ma kinux distakkati. Għalhekk, dawn ġew issostitwiti bil-prezz tax-xiri mhux relatat, kif ipprovdut mill-kumpanija. L-affermazzjoni li parti biss mill-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw jenħtieġ li tiġi allokata għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat ma ġietx riflessa fit-tweġiba tal-kumpanija għall-kwestjonarju u l-akkuratezza ta’ tali informazzjoni ma setgħetx tiġi kkontroverifikata fi stadju daqshekk tard tal-investigazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(71)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur tenna l-argument li l-prezz tax-xiri tal-pellets tal-mineral tal-ħadid minn partijiet relatati kien distakkat, u kkontesta l-mod li bih il-Kummissjoni kkalkulat dan l-aġġustament billi allokat il-kostijiet addizzjonali kollha għall-prodott li qed jiġi investigat, filwaqt li sostna li l-pellets tal-mineral tal-ħadid jintużaw ukoll fil-produzzjoni ta’ prodotti oħra. Fir-rigward ta’ dan l-aħħar punt, il-kumpanija kkontestat ukoll il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-informazzjoni pprovduta għall-allokazzjoni tal-ispejjeż kienet ġdida u ma setgħetx tiġi kontroverifikata.

(72)

Il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid bir-reqqa l-argumenti u l-informazzjoni mogħtija mill-kumpanija fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni osservat li l-fornitur relatat tal-pellets tal-mineral tal-ħadid tabilħaqq biegħ il-materja prima lill-produttur esportatur b’żieda fil-valur. Madankollu, il-valwazzjoni pożittiva kienet ferm taħt il-livell iddikjarat mill-produttur esportatur u ferm inqas mill-valwazzjoni pożittiva applikata għall-bejgħ bejn il-kumpaniji tal-grupp f’konformità mal-politika tal-ipprezzar ta’ trasferiment tal-grupp u għalhekk ma kenitx tidher li tirrifletti l-valwazzjoni pożittiva ta’ tranżazzjoni distakkata. Minbarra dan, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza ulterjuri biex turi li din iż-żieda fil-valur kienet tirrifletti livell raġonevoli mitlub minn kumpanija kummerċjali indipendenti. Fir-rigward tas-sehem tal-pellets tal-mineral tal-ħadid mixtrija użati fil-produzzjoni tal-HRFS, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpanija rrapportat separatament ix-xiri ta’ mineral tal-ħadid f’diversi forom. Madankollu, il-kost tal-mineral tal-ħadid użat fil-produzzjoni tal-HRFS ġie rrapportat mill-kumpanija mingħajr aktar diżaggregazzjoni u għaldaqstant ma kienx possibbli li jiġi kkonfermat il-konsum aktar granulari ta’ pellets tal-mineral tal-ħadid fil-produzzjoni tal-HRFS. Barra minn hekk, id-data fir-Rapport tal-kapaċità ppreżentata mill-produttur esportatur bħala anness għat-tweġiba inizjali tiegħu għall-kwestjonarju ssuġġeriet li l-pellets kollha tal-mineral tal-ħadid mixtrija ntużaw kollha għall-produzzjoni tal-HRFS fil-kwantità rrapportata mill-kumpanija. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni b’mod definit.

(73)

Wara d-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed sostna li l-Kummissjoni ma kellhiex iżżid spejjeż SGA addizzjonali għall-bejgħ domestiku tiegħu li sar permezz ta’ produttur relatat fil-grupp, biex tirrifletti l-involviment ta’ negozjant relatat. B’mod partikolari, dan il-produttur esportatur sostna li l-kumpanija relatata involuta f’dak il-bejgħ domestiku ħarġet fatturi għall-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali mġarrba inkluża żieda fil-valur, f’konformità mal-politika tal-ipprezzar ta’ trasferiment tal-grupp. Għalhekk, skont il-produttur esportatur, il-kostijiet imġarrba min-negozjant relatat kienu diġà riflessi fl-SGA tiegħu. Għal dan il-għan, il-produttur esportatur irrefera għal kost ta’ servizz ta’ grupp mitlub mill-kumpanija relatata.

(74)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li biex tirrifletti l-SGA ta’ negozjant involut fil-bejgħ domestiku, ħadet approċċ konservattiv billi ma użatx l-SGA reali tal-produttur esportatur relatat iżda l-SGA ta’ kumpanija relatata oħra fil-grupp, li aġixxiet bħala negozjant pur għal ċerti tranżazzjonijiet ta’ bejgħ domestiku. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-SGA tal-produttur esportatur relatat ikun għoli b’mod sproporzjonat, filwaqt li l-SGA tan-negozjant relatat jista’ jitqies bħala fil-livell raġonevoli għall-funzjonijiet li twettqu mill-produttur relatat fuq il-bejgħ domestiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-produttur esportatur relatat fil-fatt talab lill-produttur esportatur inkwistjoni għal servizzi tal-grupp. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk is-servizzi fatturati lill-produttur esportatur kinux tabilħaqq jikkonċernaw il-kostijiet imġarrba fil-bejgħ mill-ġdid tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku, peress li t-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet u/jew il-fatturi maħruġa kienu kollha mmarkati bħala servizzi tal-grupp biss. Barra minn hekk, l-ispejjeż għas-servizzi tal-grupp irreġistrati fil-kontijiet tal-produttur esportatur u allokati lill-prodott li qed jiġi investigat kienu jirrappreżentaw frazzjoni negliġibbli tal-bejgħ nett. Fid-dawl tal-inċertezza dwar in-natura tas-servizzi tal-grupp irreġistrati fil-kontijiet tal-produttur esportatur inkwistjoni u l-approċċ konservattiv meħud mill-Kummissjoni mill-bidu, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(75)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (50) sa (51) tar-Regolament proviżorju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet proviżorji tagħha.

3.4.   Tqabbil

(76)

Id-dettalji dwar it-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (52) sa (68) tar-Regolament proviżorju.

(77)

Produttur esportatur wieħed tenna l-affermazzjoni tiegħu li huwa jikkostitwixxi entità ekonomika waħda man-negozjant relatat tiegħu li jinsab fit-Turkija, li biegħ il-prodott li qed jiġi investigat lill-Unjoni matul il-PI, u għalhekk ikkontesta l-aġġustamenti magħmula b’mod proviżorju għall-prezz tal-esportazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija għamlet referenza għal kawżi preċedenti tal-Qorti, b’mod partikolari fir-rigward tal-preżenza ta’ xi esportazzjonijiet diretti limitati mill-produttur, filwaqt li sostniet li dawn ma kinux biżżejjed biex tiġi miċħuda l-affermazzjoni ta’ entità ekonomika waħda. Il-kumpanija sostniet ukoll li l-preżenza ta’ bejgħ domestiku dirett mill-produttur hija irrilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk entità ekonomika waħda teżistix fuq in-naħa tal-esportazzjoni, u li l-fatt li l-produttur jikkontrolla n-negozjant relatat huwa aspett essenzjali li għandu jitqies meta tiġi vvalutata l-affermazzjoni.

(78)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjoni tal-produttur esportatur li tiddikjara li l-eżistenza ta’ bejgħ dirett mill-entità produttur uriet li n-negozjant jaġixxi bħala rivenditur relatat, u appoġġa l-aġġustamenti tal-Kummissjoni għall-prezz tal-esportazzjoni.

(79)

Il-Kummissjoni analizzat il-kummenti u l-evidenza bil-miktub, b’mod partikolari l-kuntratt qafas bejn il-produttur u n-negozjant relatat tiegħu. Il-Kummissjoni nnotat li dan il-kuntratt qafas jistabbilixxi kummissjoni li għandha titħallas fuq oġġetti mibjugħa u nnotat li d-dazji normalment assoċjati ma’ dipartiment tal-bejgħ inżammu mill-manifattur, filwaqt li d-dazji tan-negozjant relatat kienu jikkorrispondu ma’ dawk ta’ aġent li jwettaq servizz li jikkonċerna l-esportazzjonijiet tal-manifattur. Dan kien ukoll konsistenti mal-ispejjeż tal-bejgħ relattivament ogħla mġarrba mill-produttur esportatur. Ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni ulterjuri dwar ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-produttur u n-negozjant relatat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kuntratt qafas kien fih klawżoli inkonsistenti mal-affermazzjoni li r-realtà ekonomika tar-relazzjoni bejn in-negozjant relatat u l-manifattur kienet tirrifletti r-relazzjoni bejn manifattur u dipartiment tal-bejgħ intern. Minflok, il-manifattur kien qed jittratta l-bejgħ direttament, filwaqt li n-negozjant relatat wettaq attivitajiet li jikkonċernaw l-esportazzjonijiet f’isem il-manifattur u bi skambju għal tariffa ta’ kummissjoni. Meta titqies flimkien mas-sejbiet fl-istadju proviżorju li l-manifattur għamel ukoll bejgħ dirett, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-affermazzjoni ta’ entità ekonomika waħda kellha tiġi miċħuda. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet proviżorji tagħha kif stabbiliti fil-premessi (54) sa (55) tar-Regolament proviżorju.

(80)

Fir-rigward tar-rilevanza tal-bejgħ dirett għall-esportazzjoni, wara d-divulgazzjoni definittiva, il-produttur esportatur bażikament tenna l-argumenti li saru fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni proviżorja, li ġew indirizzati fil-premessa (54) tar-Regolament proviżorju u fil-premessa (79) ta’ hawn fuq.

(81)

Il-produttur esportatur indika wkoll li dak il-bejgħ għall-esportazzjoni, fil-biċċa l-kbira tiegħu, ma jikkostitwixxix bejgħ għall-esportazzjoni reali iżda jsir lil xerrejja domestiċi fl-ambitu ta’ reġimi legali jew doganali speċjali. Il-Kummissjoni nnotat li s-sistema legali marbuta mal-bejgħ għall-esportazzjoni mhijiex determinanti għall-valutazzjoni ta’ jekk il-bejgħ jikkostitwixxix bejgħ għall-esportazzjoni, u li l-fatt li tali bejgħ dirett sar, minbarra dak magħmul fis-suq domestiku, kien evidenza li l-produttur żamm il-funzjonijiet tal-bejgħ.

(82)

Barra minn hekk, il-produttur esportatur sostna li l-bejgħ domestiku kollu sar direttament mill-produttur mingħajr l-involviment tan-negozjant relatat, kien irrilevanti biex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda fil-bejgħ għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li dan il-fatt wera li l-produttur għandu dipartiment tal-bejgħ intern sħiħ, li huwa fattur rilevanti u li ġie rikonoxxut bħala tali mill-Qorti Ġenerali (8).

(83)

Il-produttur esportatur qajjem diversi argumenti fir-rigward tal-ftehim qafas li kkonkluda man-negozjant relatat tiegħu. Huwa argumenta li r-raġuni għaliex jeżisti kuntratt bħal dan bejn il-produttur esportatur u n-negozjant relatat hija “li jkun hemm evidenza dokumentarja fil-każ ta’ awditi governattivi/tat-taxxa u regoli dwar il-prezzijiet tat-trasferiment”. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li, filwaqt li l-ftehim bejn il-produttur esportatur u n-negozjant relatat tiegħu jista’ jkun ukoll ta’ rilevanza għal raġunijiet ta’ taxxa, dan ma jmurx kontra l-fatt li l-ftehim jistipula b’mod ċar li n-negozjant relatat wettaq servizzi ta’ esportazzjoni kontra l-ħlas ta’ kummissjoni fuq il-bażi tal-bejgħ li sar. Il-produttur esportatur ikkonferma wkoll li l-ftehim jistipula b’mod ċar li hija r-responsabbiltà tal-produttur esportatur (il-manifattur) li jakkwista klijenti u li jagħmel il-kuntratti u l-arranġamenti meħtieġa ma’ dawn il-klijenti. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan wera li l-produttur esportatur għandu d-dipartiment tal-bejgħ tiegħu stess li jiffunzjona bis-sħiħ għall-bejgħ għall-esportazzjoni u li, għalhekk, in-negozjant relatat ma kienx qed jopera bħala d-dipartiment intern tal-bejgħ tal-produttur esportatur. Barra minn hekk, l-argument tal-produttur esportatur deher li jimplika li aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku seta’ jitwettaq biss f’sitwazzjonijiet fejn in-negozjant relatat huwa inkarigat bis-sett ta’ attivitajiet sħaħ normalment imwettqa minn dipartiment tal-bejgħ. Dan ma huwiex korrett. L-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku jittratta “kummissjonijiet imħallsa fir-rigward ta’ bejgħ ikkunsidrat” (f’dan il-każ il-bejgħ għall-esportazzjoni) mingħajr ebda kwalifika ulterjuri dwar it-tip ta’ servizzi mwettqa. L-għan ta’ aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku huwa li jiżgura li kwalunkwe kummissjoni mħallsa lil aġent għall-bejgħ għall-esportazzjoni biex jitħallsu s-servizzi mwettqa minn dak l-aġent fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet ta’ bejgħ, irrispettivament minn dawk is-servizzi xi jkunu, tiġi aġġustata kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà mal-bejgħ domestiku. L-affermazzjoni għalhekk kienet rifjutata.

(84)

Il-produttur esportatur sostna wkoll li d-dispożizzjoni fil-kuntratt li kwalunkwe profitt jew telf mill-operazzjonijiet relatati mal-esportazzjoni tal-prodotti ma jistax jibqa’ fi ħdan in-negozjant relatat ma setgħetx tiġi rrikonċiljata mal-kunċett li n-negozjant relatat ikollu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni, peress li aġent ma jaċċettax li l-profitti (sħaħ) tiegħu jiġu ttrasferiti lura lejn il-kumpanija tal-produzzjoni u li jkun ikkumpensat biss għal spejjeż marbuta mal-kontroll ta’ ittri ta’ kreditu, l-arranġament ta’ dokumenti għal żdoganar tal-merkanzija, it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni tal-esportazzjoni meħtieġa, u l-iżgurar tal-ġbir tal-ħlas. Il-Kummissjoni nnotat li l-arranġamenti finanzjarji bejn il-produttur esportatur u n-negozjant relatat jirriflettu l-attivitajiet u l-funzjonijiet li n-negozjant relatat, skont il-ftehim, impenja ruħu li jagħmel bi ħlas. L-aġġustament imwettaq mill-Kummissjoni, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku b’analoġija, ġie kkalibrat biex jaħseb għal dawn il-funzjonijiet u jirrifletti r-remunerazzjoni xierqa għas-servizz mogħti fuq bażi ta’ distakkament. Għalhekk, jekk in-negozjant relatat jiġix remunerat fuq il-bażi ta’ tariffa ta’ kummissjoni li tkopri s-servizzi ta’ esportazzjoni mogħtija lill-produttur esportatur juri li n-negozjant relatat iwettaq is-servizzi miftiehma f’isem il-produttur esportatur iżda mingħajr remunerazzjoni adegwata li tinkludi profitt raġonevoli. L-affermazzjoni għalhekk kienet rifjutata.

(85)

Il-produttur esportatur sostna wkoll li l-fatt li żamm xi dazji normalment assoċjati ma’ dipartiment tal-bejgħ ma jżommx milli tinstab l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda. Skont il-produttur esportatur, tkun il-ġurisprudenza li ilha teżisti li manifattur u kumpanija kummerċjali jistgħu xorta jikkostitwixxu entità ekonomika waħda anke meta l-manifattur iwettaq ċerti funzjonijiet ta’ bejgħ huwa stess. Il-Kummissjoni nnotat li, skont it-termini tal-ftehim, il-produttur esportatur effettivament żamm il-biċċa l-kbira tad-dazji normalment assoċjati ma’ dipartiment tal-bejgħ, jekk mhux id-dazji kollha. Kif diġà ssemma fil-premessa (83) ta’ hawn fuq, dan jikkontradixxi l-affermazzjoni tal-produttur esportatur li n-negozjant relatat għandu jiġi ttrattat bħala d-dipartiment tal-bejgħ intern tiegħu. Minflok, in-negozjant relatat, kif imfakkar mill-produttur esportatur innifsu, iwettaq funzjonijiet addizzjonali dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni bi ħlas jew kummissjoni. Kien għal dawn il-kummissjonijiet li sar l-aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku.

(86)

Il-Kummissjoni nnotat li l-produttur esportatur għamel referenzi ripetuti għaċ-ċirkostanzi fattwali prevalenti fl-investigazzjoni u s-sentenza ta’ Musim Mas(9) Essenzjalment, il-produttur esportatur deher li qed jimplika li, minħabba li s-sitwazzjoni fattwali tiegħu ma hijiex simili għal dik ta’ Musim Mas, l-aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku ma huwiex iġġustifikat. Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-merti ta’ aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku jeħtieġ li jiġu eżaminati fuq il-bażi tal-fatti prevalenti f’kull każ, u fuq il-bażi tat-totalità tal-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni. Is-sentenza Musim Mas ma stabbilietx standard minimu li jkun jeħtieġ li jintlaħaq f’kull każ. Minflok, f’Musim Mas il-Qorti qablet mal-valutazzjoni mwettqa mill-Kunsill abbażi tal-fatti osservati f’dak il-każ. Fi kwalunkwe każ, kif imfakkar hawn fuq, bosta fatti rilevanti preżenti f’Musim Mas huma preżenti wkoll fis-sitwazzjoni tal-produttur esportatur u l-aktar rilevanti l-eżistenza ta’ ftehim li huwa inkompatibbli mal-fehma li n-negozjant relatat de facto jkun id-dipartiment tal-bejgħ intern tal-grupp.

(87)

Il-produttur esportatur sostna wkoll li l-eżistenza ta’ kontroll mill-produttur esportatur fuq in-negozjant relatat, il-fatt li n-negozjant relatat ma jixtrix minn fornituri mhux relatati, u li l-produttur esportatur u n-negozjant relatat jinsabu fl-istess indirizz, jikkostitwixxu fatturi rilevanti fid-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda.

(88)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li mhux il-fatturi kollha meħuda individwalment jeħtieġ li juru n-nuqqas ta’ entità ekonomika waħda bejn il-produttur esportatur u n-negozjant relatat. Pjuttost, hija t-totalità tal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u n-negozjant relatat li trid tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni. L-eżistenza ta’ kontroll mhijiex dispożittiva għal sejba li n-negozjant relatat mhuwiex dipartiment tal-bejgħ intern iżda pjuttost jipprovdi tipi differenti ta’ servizzi fi ħdan il-grupp, f’dan il-każ servizzi relatati mal-esportazzjoni. Li n-negozjant relatat jipprovdi servizzi ta’ esportazzjoni bi skambju ta’ kummissjoni esklussivament għall-produttur esportatur kif ukoll il-post tiegħu juri biss li n-negozjant relatat ma jwettaqx l-istess servizzi għal klijenti oħra f’dan l-istadju. Da ma jfissirx li n-negozjant relatat huwa d-dipartiment intern tal-bejgħ tal-produttur esportatur.

(89)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, f’dan il-każ, il-Kummissjoni għalhekk qieset li n-negozjant relatat kien qed iwettaq il-funzjonijiet ta’ aġent li jittratta l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tal-produttur esportatur, b’mod partikolari billi jiċċekkja l-ittri ta’ kreditu riċevuti, jirranġa u jsegwi d-dokumenti relatati mal-iżdoganar u t-tagħbija, iħejji d-dokumenti ta’ esportazzjoni meħtieġa wara t-tagħbija u jwettaq proċeduri relatati mal-esportazzjoni bħall-iżgurar tal-ġbir tal-ispiża tal-oġġetti. Il-kummerċjant relatat tħallas permezz ta’ kummissjoni abbażi tal-bejgħ li għamel. Peress li din ir-remunerazzjoni kienet affettwata mir-relazzjoni intragrupp, u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku b’analoġija, tqies xieraq li jintuża marġni ta’ profitt raġonevoli sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett ta’ distorsjoni li jista’ jirriżulta minn arranġamenti interni bejn il-produttur esportatur u n-negozjant relatat (10).

(90)

Bħala konklużjoni, għar-raġunijiet kollha stabbiliti fil-premessa (54) tar-Regolament proviżorju u fil-premessi (79) sa (88) ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(91)

Żewġ produtturi esportaturi tennew l-affermazzjoni li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula d-dumping fuq bażi trimestrali.

(92)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjonijiet tal-produtturi esportaturi billi ddikjara li kalkolu tad-dumping trimestrali ma kienx mistħoqq f’dan il-każ peress li l-eżistenza ta’ fluttwazzjonijiet żgħar fil-kostijiet, kif ukoll l-inflazzjoni u d-deprezzament tal-lira Torka, ma kinux jiġġustifikaw l-użu ta’ approċċ trimestrali.

(93)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li, billi ż-żewġ kumpaniji ma pprovdew l-ebda evidenza ġdida li tissostanzja l-affermazzjoni tagħhom li tbiddel il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, is-sejbiet proviżorji stabbiliti fil-premessi (64) sa (68) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati u l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(94)

Wara d-divulgazzjoni finali, it-talba għal kalkolu ta’ dumping trimestrali ġiet ripetuta minn produttur esportatur wieħed. Barra minn hekk, il-kumpanija qabblet iċ-ċaqliq fil-kostijiet, u r-rati medji tal-inflazzjoni u l-iżvalutazzjoni tal-lira Torka mal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet misjuba, biex turi s-sinifikat allegat tal-ewwel. Fl-aħħar nett, il-kumpanija nnotat li filwaqt li l-Kummissjoni tipprevedi mekkaniżmu ta’ indiċjar tal-prezzijiet tal-materja prima fi kwalunkwe proċedura ta’ impenn, dawn il-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet ma kinux ikkunsidrati f’dan il-każ għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping.

(95)

Il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda informazzjoni ġdida biex tissostanzja l-affermazzjoni tagħha. Kif ġie stabbilit fil-premessa (68) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkunsidrat li, għall-kuntrarju tat-talba tal-produttur esportatur, il-fluttwazzjoni fil-kost tal-produzzjoni trimestrali affettwat l-aktar kwart tal-PI, filwaqt li l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat sar matul il-PI kollu, u li l-fluttwazzjoni ġenerali fil-kostijiet, ir-rata tal-inflazzjoni u l-iżvalutar tal-lira Torka ma kinux ta’ tali daqs li jiddevjaw mill-prattika konsistenti tal-Kummissjoni biex tikkalkula l-marġni tad-dumping fuq bażi annwali. It-tqabbil li sar mill-produttur esportatur bejn il-livell tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u d-differenzi fil-kostijiet, l-inflazzjoni u d-devalwazzjoni matul il-PI ma kienx validu, billi kien jikkonċerna żewġ valutazzjonijiet totalment differenti li ma kinux direttament relatati ma’ xulxin. Fir-rigward tal-mekkaniżmi ta’ indiċjar tal-prezzijiet fl-impenji, il-Kummissjoni tinnota li dawn huma meħtieġa sabiex jinżamm prezz minimu xieraq għall-importazzjoni sabiex jiġu evitati l-abbuż u ċ-ċirkomvenzjoni, u b’hekk jiġu eliminati b’mod adegwat id-dumping u l-ħsara stabbiliti. L-istabbiliment ta’ dumping u ħsara jikkonċerna eżami ta’ perjodu li għadda u ż-żewġ sitwazzjonijiet għalhekk mhumiex komparabbli.

(96)

Produttur esportatur wieħed u żewġ produtturi esportaturi relatati kkontestaw ir-rifjut proviżorju ta’ aġġustament tal-konverżjoni tal-munita, li huma talbu minħabba kuntratti ta’ ħħeġġjar relatati mal-bejgħ tagħhom lill-Unjoni. L-affermazzjoni tikkonċerna r-rata tal-kambju li għandha tintuża meta l-valur tal-bejgħ f’muniti barranin (f’dan il-każ l-euro) jiġi kkonvertit fil-munita tal-pajjiż esportatur (lira Torka jew TRY). Il-kumpaniji invokaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku li “(…) meta bejgħ ta’ munita barranija fuq is-swieq bil-quddiem ikun marbut b’mod dirett mal-bejgħ involut għall-esportazzjoni, ir-rata tal-kambju fil-bejgħ bil-quddiem għandha tintuża”.

(97)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li jiddikjaraw li l-iħħeġġjar huwa proċess intern, u l-kumpaniji ma jistgħux jargumentaw li mingħajr l-iħħeġġjar il-prezz tal-bejgħ kien ikun ogħla minħabba li ma huwiex evidenti li l-klijenti kienu jħallsu prezz ogħla.

(98)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli f’sitwazzjonijiet fejn hija meħtieġa konverżjoni tal-munita għall-finijiet ta’ tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Hija l-prattika stabbilita li jsir tali tqabbil fil-munita tal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, f’dan il-każ, il-Kummissjoni użat il-lira Torka bħala l-munita tat-tqabbil. Iż-żewġ kumpaniji li affermaw l-aġġustament tal-konverżjoni tal-munita ħħeġġjaw dawk it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ għall-esportazzjoni li ġew iddenominati f’euro. Ir-riskju ta’ konverżjoni tal-munita li jirriżulta minn dawk it-tranżazzjonijiet kien fil-każijiet kollha ħħeġġjat kontra d-dollaru Amerikan. Peress li t-tqabbil sar fil-lira Torka u t-tranżazzjonijiet kollha f’euro ġew ikkonvertiti f’lira Torka direttament mingħajr konverżjoni intermedja għal dollaru Amerikan, l-istess bħall-bejgħ domestiku kollu li sar fil-lira Torka, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u d-dollaru Amerikan miftiehma fil-kuntratti tal-iħħeġġjar kienet irrilevanti għall-fini ta’ tqabbil. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi.

(99)

Wara d-divulgazzjoni finali, it-tliet produtturi esportaturi rrepetew it-talbiet tagħhom għal aġġustament tal-konverżjoni tal-munita fuq il-bejgħ lill-Unjoni, biex jitqiesu l-operazzjonijiet ta’ ħħeġġjar tar-riskju tal-munita li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f’euro. Huma rrepetew l-argument li, irrispettivament mill-munita użata għat-tqabbil tal-prezzijiet, il-qligħ jew it-telf li jirriżulta mir-rata ta’ konverżjoni fil-mument tal-iħħeġġjar għandu impatt sinifikanti fuq it-tqabbil tal-prezzijiet. B’mod partikolari, huma taw eżempju teoretiku ta’ ordni ta’ bejgħ domestiku bi prezz ta’ unità f’USD miftiehem f’jum partikolari u ordni ta’ bejgħ għall-esportazzjoni bl-istess prezz ta’ unità f’ekwivalenti ta’ EUR miftiehem fl-istess jum. Il-kalkolu tal-kumpaniji wera li meta dawk l-ordnijiet tal-bejgħ jiġu kkonsenjati fl-istess jum u l-valur fatturat jiġi kkonvertit direttament mill-munita tal-fattura għal TRY, it-tqabbil jirriżulta f’dumping għalkemm il-prezz miftiehem fiż-żewġ ordnijiet tal-bejgħ kien l-istess fid-data tal-ordnijiet tal-bejgħ. Imbagħad sostnew li aġġustament għall-iħħeġġjar jenħtieġ li jsir jew abbażi tal-Artikolu 2(10)(j) jew l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku.

(100)

Il-Kummissjoni analizzat l-affermazzjoni, b’mod partikolari l-eżempju teoretiku, li allegatament wera li r-rata tal-kambju fil-kuntratti ta’ ħħeġġjar jenħtieġ li titqies għall-fini tat-tqabbil tal-prezzijiet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm l-eżempju kien matematikament korrett, dan ma kienx jirrifletti r-realtà tal-attivitajiet kummerċjali tal-kumpaniji jew tal-kalkoli tal-marġni tad-dumping. B’mod partikolari, l-eżempju implika li l-marġni tad-dumping huwa kkalkulat bi tqabbil ta’ żewġ tranżazzjonijiet individwali mwettqa fl-istess ħin, li ma huwiex il-każ peress li l-Kummissjoni tqabbel il-valur normali medju u l-prezz medju tal-esportazzjoni kif determinat matul il-PI għal kull tip ta’ prodott. It-tieni, l-eżempju assuma li l-ordnijiet kollha tal-bejgħ konklużi f’jum partikolari jiġu ssodisfati f’ħin simili, li ntwera li ma kienx korrett. Fil-fatt, wieħed mill-produtturi esportaturi għamel affermazzjoni separata li ż-żmien ta’ tħejjija bejn il-finalizzazzjoni tal-produzzjoni u l-ġbir tal-oġġetti mill-klijent kien ħafna itwal fis-suq domestiku meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni. Għalhekk, instab li l-eżempju mogħti mill-kumpaniji ma kienx akkurat għas-sitwazzjoni inkwistjoni. Minbarra dan, l-ebda waħda mill-kumpaniji ma pprovdiet evidenza li t-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom denominati f’EUR kienu oriġinarjament innegozjati fuq il-prezz f’USD tagħhom. Għall-kuntrarju, il-kuntratti tal-bejgħ u/jew l-ordnijiet tal-bejgħ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ għall-esportazzjoni kienu denominati direttament f’EUR mingħajr ebda referenza għal USD. Konverżjoni minn EUR għal TRY permezz tal-USD għalhekk tqieset bħala irrilevanti. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-aġġustament affermat fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku.

(101)

Barra minn hekk, għalkemm il-kumpaniji sostnew li kienu kapaċi jorbtu t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma’ operazzjonijiet ta’ ħħeġġjar individwali, dawn setgħu, u f’ħafna każijiet kienu, aġġustati wara l-bejgħ skont kif żviluppat il-perspettiva finanzjarja u sabiex jimmassimizzaw ir-redditu tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni għalhekk ma kkunsidratx li l-ħeġġ seta’ jkun marbut direttament mal-bejgħ tal-esportazzjoni involut, u li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-prezz tal-bejgħ bil-quddiem kien jirriskja li jgħawweġ il-prezz tal-esportazzjoni attwali.

(102)

Il-Kummissjoni ċaħdet ukoll il-pretensjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(k), peress li l-kumpaniji ma pprovdew l-ebda evidenza li l-attivitajiet ta’ ħħeġġjar tagħhom wasslu biex il-konsumaturi konsistentement iħallsu prezzijiet differenti fis-suq domestiku.

(103)

Żewġ produtturi esportaturi opponew ir-rifjut proviżorju ta’ xi aġġustamenti li kienu talbu fuq il-bejgħ domestiku, wieħed relatat mal-eżistenza ta’ skema ta’ restituzzjoni tad-dazji, u ieħor dwar aġġustament fil-kost riportat tal-inventarju. Wieħed minnhom ikkontesta wkoll it-termini ta’ ħlas użati mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-kostijiet ta’ kreditu domestiċi tiegħu.

(104)

Fil-kummenti tiegħu sottomessi wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-ilmentatur oppona l-affermazzjonijiet tal-produtturi esportaturi. Fir-rigward tar-restituzzjoni tad-dazji, huwa ddikjara li l-kostijiet purament teoretiċi ma jistgħux jintużaw bħala aġġustament peress li ma huwiex possibbli li tiġi stabbilita rabta ċara bejn il-prodotti esportati u d-dazji mhux imħallsa fuq l-inputs importati. Fir-rigward tal-kost riportat tal-inventarju, l-ilmentatur appoġġa r-rifjut tal-Kummissjoni ta’ tali aġġustament minħabba li l-kumpanija kkonċernata naqset milli tistabbilixxi li l-prezzijiet domestiċi huma ogħla għall-prodotti li jqattgħu aktar żmien fil-maħżen.

(105)

Billi l-kumpaniji ma pprovdew l-ebda evidenza ġdida dwar l-aġġustament fir-restituzzjoni tad-dazji li tbiddel il-valutazzjoni proviżorja tal-Kummissjoni, is-sejbiet stabbiliti fil-premessi (60) sa (63) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati u l-affermazzjoni ġiet miċħuda. L-aġġustament fil-kost riportat tal-inventarju mitlub minn produttur esportatur wieħed skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, huwa relatat mal-fatt li, għal parti mill-bejgħ domestiku tiegħu, il-klijenti ma ġabrux l-oġġetti fil-ħin, li għalhekk baqgħu għal żmien itwal fil-maħżen tal-kumpanija. Fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li peress li l-kumpanija ma setgħetx torbot dan l-allegat kost ma’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ individwali jew ma’ klijenti speċifiċi, lanqas ma setgħet turi li l-prezzijiet domestiċi kienu affettwati mill-kost riportat tal-inventarju, l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. Fir-rigward tat-termini ta’ ħlas użati fil-kalkolu tal-kostijiet ta’ kreditu domestiċi, il-kumpanija affettwata ma pprovdiet l-ebda evidenza ġdida li tbiddel l-approċċ proviżorju tal-Kummissjoni, jiġifieri li tissostitwixxi t-termini ta’ ħlas irrapportati, li matul l-RCC instabu li kienu inkonsistenti mat-termini miftiehma dwar il-kuntratti ta’ bejgħ relatati, b’sett aktar preċiż ta’ termini ta’ ħlas ipprovduti mill-kumpanija u kontroverifikati matul l-RCC. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(106)

Wara d-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed tenna l-affermazzjoni li jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti għar-restituzzjoni tad-dazji u fil-kostijiet riportati tal-inventarju fir-rigward tal-bejgħ domestiku tiegħu, u reġa’ kkontesta t-termini ta’ ħlas użati mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-kostijiet ta’ kreditu domestiċi tiegħu.

(107)

Fir-rigward tal-aġġustament għar-restituzzjoni tad-dazji, huwa tenna l-argument li irrispettivament minn jekk fil-fatt ikunx tħallas jew le dazju tal-importazzjoni, l-eżistenza ta’ dazju tal-importazzjoni fuq materjal ta’ input ikollha effett fuq il-prezz mitlub mill-fornituri domestiċi ta’ dak il-materjal ta’ input.

(108)

Fir-rigward tal-aġġustament fil-kostijiet riportati tal-inventarju, il-kumpanija tenniet l-argument li aġġustament għal dawn il-kostijiet huwa simili għal aġġustament għall-kostijiet ta’ kreditu peress li t-tnejn huma marbuta ma’ dewmien fil-ħlas. Hija argumentat ukoll li r-rifjut ta’ tali konċessjoni domestika kien inkonsistenti mal-aċċettazzjoni ta’ konċessjoni għall-esportazzjoni għall-kostijiet tal-kontrostallija fuq il-bejgħ tagħha lill-Unjoni, bl-argument li fiż-żewġ każijiet hemm dewmien fil-wasla tal-oġġetti li jirriżulta f’kostijiet addizzjonali.

(109)

Fir-rigward tat-termini ta’ ħlas użati għall-kalkolu tal-kostijiet ta’ kreditu domestiċi, il-kumpanija tenniet li l-Kummissjoni kellha tikkalkula l-kostijiet ta’ kreditu abbażi tat-termini ta’ ħlas miftiehma u mhux abbażi ta’ meta fil-fatt iseħħu l-ħlasijiet, minħabba li t-termini ta’ ħlas miftiehma biss jista’ jkollhom impatt fuq id-determinazzjoni tal-prezz.

(110)

Bi tweġiba għal dawn il-kummenti, dwar l-allegat aġġustament għar-restituzzjoni tad-dazji, wara l-kunsiderazzjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni li ma jistax jitqies kost teoretiku fil-kalkolu, deher li, kuntrarju għall-allegazzjonijiet tal-kumpanija, il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku mitluba mill-produttur esportatur ma kkunsidrawx l-ammont tar-restituzzjoni tad-dazji mitlub, li altrimenti jwassal biex il-bejgħ jagħmel it-telf. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(111)

Fir-rigward tal-aġġustament fil-kostijiet riportati tal-inventarju, il-Kummissjoni nnotat li, filwaqt li l-ispejjeż tal-maħżen addizzjonali għal oġġetti li jinġabru tard mill-klijenti diġà huma inklużi fil-kost totali tal-bejgħ, l-aġġustament mitlub biex ikopri l-pagament differit li jirriżulta, li l-kumpanija qabblet ma’ aġġustament għall-kostijiet ta’ kreditu, ma jistax jiġi approvat minħabba li l-kumpanija la qieset id-dewmien possibbli fil-ġbir meta kkonkludiet il-kuntratt ta’ bejgħ u lanqas ma setgħet torbtu ma’ xi klijent jew ma’ xi tranżazzjoni speċifika, b’hekk ġie kkonfermat li l-aġġustament mitlub ma kienx rifless fil-prezz tal-bejgħ. Għall-kuntrarju tal-kostijiet tal-kontrostallija, li kienu allokati mill-kumpanija biss għal dawk it-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni fejn it-tariffi tal-kontrostallija kienu fil-fatt tħallsu, il-kumpanija ma setgħet turi l-ebda korrispondenza bejn il-kostijiet riportati tal-inventarju affermati u liema tranżazzjonijiet kienu allegatament milquta. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(112)

Fir-rigward tat-termini ta’ ħlas użati għall-kalkolu tal-kostijiet ta’ kreditu domestiċi, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-termini ta’ ħlas reali pprovduti mill-kumpanija kienu aktar preċiżi, billi t-termini ta’ ħlas li ġew irrapportati bħala dawk miftiehma fl-ordnijiet tal-bejgħ instabu li kienu inkonsistenti mat-termini ta’ ħlas effettivament miftiehma fl-ordnijiet tal-bejgħ relatati għal kampjun ta’ tranżazzjonijiet. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(113)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi oppona r-rifjut proviżorju tat-talba għal aġġustament fil-kontijiet fuq il-bejgħ domestiku li sar skont l-Artikolu 2(10)(c) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġu riflessi r-ribassi li allegatament ingħataw wara l-ħruġ tal-fatturi.

(114)

Matul l-investigazzjoni, inkluż meta mitlub matul l-RCC, il-kumpanija spjegat li ma setgħetx torbot l-aġġustament fil-kontijiet irreġistrat fil-kontijiet tagħha ma’ tranżazzjonijiet individwali. Pereżempju, ma setgħetx tidentifika noti ta’ kreditu jew ta’ debitu relatati mal-fatturi speċifiċi li l-valur tagħhom kellu jiġi kkoreġut mill-aġġustamenti fil-kontijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aġġustament mitlub ma kienx issostanzjat biżżejjed u kkonfermat ir-rifjut tal-affermazzjoni.