ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
2 ta' Lulju 2021


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 tal-14 ta’ April 2021 li jissupplementa r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1079 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali

67

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1080 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16, 37 u 41, u l-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju 1, 3 u 9 ( 1 )

90

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1081 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2018/1220 dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

99

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni (UE) [2021/1074] tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2021 dwar l-esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/1306 (BĊE/2021/27) ( ĠU L 230 I, 30.6.2021 )

102

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/1


REGOLAMENT (UE) 2021/1077 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2021

li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 114 u 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-2 140 uffiċċju doganali li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem b’mod effiċjenti u effettiv. Il-ħtieġa ta’ kontrolli doganali adegwati li jagħtu riżultati ekwivalenti hija dejjem iktar urġenti, mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana, li hija li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b’mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li tali kontrolli fuq il-moviment tal-oġġetti bejn il-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh.

(2)

L-unjoni doganali hija waħda mill-pedamenti tal-Unjoni, li hija waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja. Peress li l-unjoni doganali hija essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u għan-negozji u għaċ-ċittadini biex jibbenefikaw minnhom, jenħtieġu passi kontinwi biex l-unjoni doganali tissaħħaħ.

(3)

Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ huwa minħabba differenzi bejn l-Istati Membri kemm mil-lat tal-karatteristiċi ġeografiċi tagħhom kif ukoll tal-kapaċitajiet u r-riżorsi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jirreaġixxu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà, u fuq it-tħaddim tajjeb, ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali modern u affidabbli. L-isfidi, bħaż-żieda tal-kummerċ elettroniku, iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-ħtieġa ta’ titjib fir-reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi, ser iżidu wkoll id-domanda għal kontrolli doganali effettivi. Għalhekk, biex jiġi indirizzat dak l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti ta’ kontroll doganali. Dan ser itejjeb l-ekwivalenza fit-twettiq ta’ kontrolli doganali fl-Istati Membri kollha u b’hekk jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-flussi ta’ oġġetti lejn l-aktar punti dgħajfin fis-sistema tal-kontrolli doganali, ta’ spiss magħrufa bħala ‘l-għażla opportunistika tal-punt ta’ importazzjoni’. Konsegwentement, oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli bbażati fuq ir-riskju f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)(“il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”).

(4)

L-Istati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn appoġġ finanzjarju, u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni u ttejjeb il-koordinazzjoni, u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta’ finanzjament.

(5)

Skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-kontrolli doganali jridu jinftehmu mhux biss bħala l-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali iżda wkoll bħala l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni oħra li tirregola d-dħul, il-ħruġ, it-tranżitu, il-moviment, il-ħżin u l-użu aħħari ta’ oġġetti ttrasportati bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji ’l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, u l-preżenza u l-moviment fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ oġġetti mhux tal-Unjoni u ta’ oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari. Tali leġiżlazzjoni oħra tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet doganali li jwettqu kompiti speċifiċi ta’ kontroll u fiha dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dazji tas-sisa u t-taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar l-aspetti esterni tas-suq intern, dwar il-politika kummerċjali komuni u dwar politiki komuni oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, is-sigurtà ġenerali tal-katina tal-provvista u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(6)

L-appoġġ għall-kisba ta’ livell adegwat u ekwivalenti ta’ riżultati mill-kontrolli doganali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jippermetti l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-unjoni doganali, u b’hekk jagħti appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet doganali li jaġixxu bħala entità waħda għall-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni. Fond tal-Unjoni l ddedikat għat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jikkoreġi l-iżbilanċi li hemm bħalissa jkun jikkontribwixxi għall-koeżjoni ġenerali bejn l-Istati Membri. Dak il-fond iddedikat ikun jieħu kont tal-ħtiġijiet differenti esperjenzati fit-tipi differenti ta’ fruntieri, jiġifieri fruntieri tal-baħar u ta’ passaġġi fuq l-ilma oħrajn, tal-ajru, u fuq l-art, inklużi fruntieri ferrovjarji u tat-triq, kif ukoll iċ-ċentri postali. Meta wieħed iqis l-isfidi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom, b’mod partikolari l-ħtieġa kontinwa li jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha filwaqt li jiġi ffaċilitat il-fluss tal-kummerċ leġittimu, huwa indispensabbli li jkun hemm tagħmir ta’ kontroll modern u affidabbli fil-fruntieri esterni.

(7)

Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit Strument ġdid għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali maħsub li jintuża fit-tipi kollha ta’ fruntieri. L-Istrument jenħtieġ li jappoġġa lill-unjoni doganali u l-ħidma tal-awtoritajiet doganali, b’mod partikolari jgħinhom biex jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza ġewwa l-Unjoni u jipproteġu lill-Unjoni minn kummerċ żleali u illegali, bħall-falsifikazzjoni tal-oġġetti, filwaqt li jiffaċilitaw l-attività kummerċjali leġittima. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għal riżultati adegwati u ekwivalenti mill-kontrolli doganali. Barra minn hekk, it-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-qafas komuni ta’ mmaniġġar tar-riskju kif imsemmi fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Dan l-objettiv jenħtieġ li jintlaħaq permezz tax-xiri trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li huwa rilevanti, tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u affidabbli, b’kont meħud tal-protezzjoni tad-data, ir-reżiljenza ċibernetika u kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ sikurezza, inkluż ir-rimi ekoloġiku tat-tagħmir il-qadim.

(8)

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed ikollhom jassumu għadd dejjem akbar ta’ responsabbiltajiet li qed isiru fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li ta’ spiss jinkludu kompiti fil-qasam tas-sigurtà. Għalhekk huwa importanti li jingħata appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiżguraw li l-kontrolli fil-fruntieri u l-kontrolli doganali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jitwettqu b’mod ekwivalenti. Huwa daqstant ieħor importanti li tiġi promossa, fil-fruntieri tal-Unjoni, fir-rigward tal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni, il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri, bil-ħsieb li jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-kontrolli doganali.

(9)

Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (“il-Fond”).

(10)

Minħabba l-partikolaritajiet legali tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-bażijiet ġuridiċi differenti li japplikaw għall-politiki dwar il-fruntieri esterni u għall-politiki dwar il-kontroll doganali, mhuwiex possibbli mil-lat legali li l-Fond jiġi stabbilit bħala strument uniku.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, magħmul mill-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali (“l-Istrument”), stabbilit b’dan ir-Regolament u mill-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi.

(12)

Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, u f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (4), u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata fil-25 ta’ Settembru 2015, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni li tonfoq mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-baġit tal-Unjoni f’appoġġ għall-objettivi klimatiċi u l-ambizzjoni tal-Unjoni li tonfoq 7,5 % tal-baġit annwali tal-Unjoni fuq il-bijodiversità fl-2024 u 10 % kemm fl-2026 kif ukoll fl-2027, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk tal-bijodiversità.

(13)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perijodu sħiħ tal-Istrument, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (5). Jenħtieġ li jkun possibbli li dak il-pakkett finanzjarju jkopri l-ispejjeż meħtieġa u debitament iġġustifikati ta’ attivitajiet marbuta mal-ġestjoni tal-Istrument u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu, sakemm dawk l-attivitajiet ikunu relatati mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Istrument.

(14)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan l-Istrument. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.

(15)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jkun soġġett għall-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ li jiżgura l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu.

(16)

Ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (il-“Programm Dwana”) sabiex jiġu appoġġati l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali. Sabiex jitħarsu l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni rigward id-dwana u t-tagħmir ta’ kontroll doganali, jixraq li tali azzjonijiet jiġu implimentati taħt att legali wieħed, jiġifieri l-Programm Doganali, li fih sett wieħed ta’ regoli. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istrument jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli ta’ kontroll doganali, filwaqt li l-azzjonijiet l-oħra kollha relatati magħhom, bħall-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet jew it-taħriġ marbut mat-tagħmir ikkonċernat, jenħtieġ li jiġu appoġġat mill-Programm Doganali.

(17)

Barra minn hekk, u meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa wkoll ix-xiri jew l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali għall-ittestjar ta’ unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta’ funzjonalitajiet ġodda ta’ unitajiet individwali eżistenti tat-tagħmir f’kundizzjonijiet operattivi qabel ma l-Istati Membri jibdew jixtru t-tali tagħmir ġdid fuq skala kbira. L-ittestjar f’kundizzjonijiet operattivi jenħtieġ li jagħmel segwitu, b’mod partikolari, għar-riżultati tar-riċerka dwar it-tagħmir ta’ kontroll doganali li titwettaq fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-akkwist u l-ittestjar konġunti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar, li jagħmlu użu mill-għodod ta’ kooperazzjoni taħt il-programm Dwana.

(18)

Il-parti l-kbira tat-tagħmir ta’ kontroll doganali jista’ jkun ugwalment jew inċidentalment tajjeb biex jintuża għall-kontrolli ta’ konformità skont liġi oħra tal-Unjoni, bħal dik dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond ġie maħsub bħala żewġ strumenti komplementari għax-xiri ta’ tagħmir, kull wieħed bi skop distint imma komplementari. Minn naħa waħda, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi ser jappoġġa finanzjarjament biss il-kostijiet tat-tagħmir li l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu jkun il-ġestjoni integrata tal-fruntieri, iżda ser jippermetti wkoll li dak it-tagħmir jintuża għal finijiet oħra, bħal pereżempju l-kontrolli doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit b’dan ir-Regolament ser jappoġġa finanzjarjament biss il-kostijiet tat-tagħmir li l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu jkun il-kontroll doganali, iżda ser jippermetti ukoll li dak it-tagħmir jintuża għal finijiet oħra, bħall-kontrolli fil-fruntieri u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli bejn iż-żewġ strumenti ser irawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), bħala komponent tal-approċċ ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, u b’hekk ser jippermetti lill-awtoritajiet doganali u tal-fruntiera jaħdmu flimkien u jimmassimizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-kondiviżjoni u l-interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll. Il-kondiviżjoni tat-tagħmir bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn tal-fruntieri jenħtieġ li ma tkunx sistematika.

(19)

F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li l-azzjoni tinbeda qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Filwaqt li f’każijiet bħal dawn fil-prinċipju l-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja ma jkunux eliġibbli, dan għandu jkun eċċezzjonalment possibbli fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tardiv ta’ dan ir-Regolament meta mqabbel mal-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni li tkun mgħammra kif suppost biex tiżgura t-tħaddim effiċjenti u effettiv tal-unjoni doganali, jenħtieġ li jkun possibbli għal perijodu ta’ żmien limitat fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, li tiġi prevista fid-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-kostijiet imġarrba fir-rigward tal-azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament li diġà kienu bdew jitqiesu eliġibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk l-azzjonijiet kienu implimentati u dawk il-kostijiet imġarrba qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja.

(20)

B’deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista’ tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni sabiex, fejn xieraq, ikunu jistgħu jsiru u jiġu appoġġati l-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn l-oqsma differenti. Madankollu, f’konformità mal-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit mir-Regolament Finanzjarju, f’tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma humiex permessi jkopru l-istess kostijiet. Jekk Stat Membru jkun diġà ngħata jew irċieva kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-Unjoni biex jakkwista l-istess tagħmir, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ jenħtieġ li jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 191 tar-Regolament Finanzjarju.

(21)

Kwalunkwe finanzjament li jeċċedi l-limitu tar-rati ta’ kofinanzjament jenħtieġ li jingħata biss f’każijiet debitament iġġustifikati, li jistgħu jinkludu każijiet ta’ akkwist konġunt u ta’ ttestjar konġunt ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar.

(22)

Minħabba l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji, tat-theddid u tal-prijoritajiet fil-qasam doganali, jenħtieġ li l-programmi ta’ ħidma ma jkoprux perijodi twal ta’ żmien. Fl-istess ħin, il-programmi annwali ta’ ħidma ma jkunux neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Istrument u jżidu l-piż amministrattiv fuq il-Kummissjoni u fuq l-Istati Membri,. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta’ ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda, iżda mhux iktar minn tlieta.

(23)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(24)

Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv speċifiku li jiġu żgurati riżultati ekwivalenti tal-kontrolli doganali, in-natura teknika ta’ dan l-Istrument tfisser li hija meħtieġa ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet. Dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-awtoritajiet doganali. Jenħtieġ li huma jkunu bbażati fuq metodoloġija ċara li tinkludi għadd minimu ta’ passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża din l-informazzjoni biex tiddetermina l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri, b’kont meħud b’mod partikolari tal-volum tal-kummerċ, ir-riskji rilevanti u l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet doganali li jużaw u jmantnu dan it-tagħmir, bil-ħsieb li jinkiseb l-aktar użu effiċjenti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt l-Istrument. Biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal dixxiplina baġitarja, il-kondizzjonijiet għall-prijoritizzazzjoni tal-għotjiet jenħtieġ li jkunu definiti b’mod ċar u bbażati fuq tali valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

(25)

Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li tali monitoraġġ u rapportar ikunu bbażati fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Ir-rekwiżiti tar-rapportar jenħtieġ li jinkludu rekwiżit li tingħata informazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-tagħmir ta’ kontroll doganali meta l-kost ta’ unità ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali jeċċedi EUR 10 000 mingħajr it-taxxi. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn dik l-informazzjoni u l-informazzjoni li trid tingħata lill-pubbliku inġenerali u lill-media sabiex jiġu promossi l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Istrument.

(26)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11), jenħtieġ li l-Istrument jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għal evalwazzjoni, b’mod komparabbli u komplet, tal-effetti tal-Istrument fil-prattika. L-evalwazzjonijiet interim u finali, li jenħtieġ li jsiru mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni u l-ikkompletar tal-Istrument, rispettivament, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet effiċjenti dwar l-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali taħt l-oqfsa finanzjarji pluriennali li jmiss. Huwa għalhekk tal-akbar importanza li l-evalwazzjonijiet interim u finali jinkludu informazzjoni sodisfaċenti u suffiċjenti u li dawk l-evalwazzjonijiet isiru fi żmien xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinkludi fl-evalwazzjonijiet interim u finali d-dettalji tal-kondiviżjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet tal-fruntieri oħrajn ta’ tagħmir iffinanzjat taħt l-Istrument sa fejn l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet ipprovduta mill-Istati Membri. Minbarra l-evalwazzjonijiet interim u finali tal-Istrument, ir-rapporti ta’ progress annwali jenħtieġ li jinħarġu wkoll, bħala parti mis-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Istrument. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jinkludu sommarju tat-tagħlimiet meħuda u, fejn xieraq, tal-ostakli li tfaċċaw, u tan-nuqqasijiet li nstabu fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Istrument li seħħew matul is-sena inkwistjoni. Dawk ir-rapporti ta’ progress annwali jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(27)

Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar tal-lista indikattiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jista’ jintuża għall-iskopijiet ta’ kontroll doganali u l-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għan speċifiku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti b’mod sħiħ matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (13), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14) u (UE) 2017/1939 (15), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(29)

Jenħtieġ li forom ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jilħqu l-objettiv speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità li mistenni jkun hemm. Dawk il-forom u metodi jenħtieġ li jqisu l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(30)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, li huwa li jistabbilixxi Strument li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom minħabba l-iżbilanċi oġġettivi li jeżistu bejniethom fil-livell ġeografiku, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-livell u l-kwalità ekwivalenti tar-riżultati tal-kontrolli doganali li approċċ ikkoordinat u finanzjament iċċentralizzat ser jgħinu biex jipprovdu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(31)

Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku. Tali informazzjoni jenħtieġ li turi l-valur miżjud tal-Istrument fl-appoġġ tiegħu għall-unjoni doganali, u b’mod partikolari, kif jgħin lill-awtoritajiet doganali jwettqu l-missjonijiet tagħhom, kif ukoll l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura t-trasparenza baġitarja. Barra minn hekk, sabiex tiżgura t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi b’mod regolari informazzjoni lill-pubbliku dwar l-Istrument, l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu, filwaqt li tirreferi, fost oħrajn, għall-programmi ta’ ħidma adottati skont dan ir-Regolament.

(32)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

B’mod konġunt mar-Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, dan ir-Regolament jistabbilixxi Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (il-“Fond”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Bħala parti minn dak il-Fond, dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali (l-“Istrument”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. It-tul ta’ żmien tal-Istrument għandu jkun allinjat mat-tul ta’ żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi tal-Istrument, il-baġit għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(2)

“kontrolli doganali” tfisser il-kontrolli doganali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(3)

“tagħmir ta’ kontroll doganali” tfisser tagħmir maħsub primarjament għat-twettiq tal-kontrolli doganali;

(4)

“tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali” tfisser kull mezz tat-trasport li, minbarra li huwa mobbli, ikun fih innifsu maħsub bħala unità individwali tat-tagħmir ta’ kontroll doganali jew li jkun mgħammar kompletament b’tagħmir ta’ kontroll doganali;

(5)

“manutenzjoni” tfisser l-interventi preventivi, korrettivi u ta’ previżjoni, fosthom il-verifiki operattivi u funzjonali, is-servizzi ta’ manutenzjoni, it-tiswija u t-tiġdid ta’ unità individwali tat-tagħmir ta’ kontroll doganali neċessarji sabiex tinżamm fil-kundizzjoni operattiva speċifikata tagħha jew terġa’ tinġieb fiha, sabiex tinkiseb il-ħajja utli massima tagħha, iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe aġġornament;

(6)

“aġġornament” tfisser l-interventi evoluttivi meħtieġa biex unità individwali eżistenti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali tinġieb minn kundizzjoni operattiva speċifikata antikwata għal kundizzjoni operattiva speċifikata bl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

Artikolu 3

Objettivi tal-Istrument

1.   Bħala parti mill-Fond u bil-ħsieb li jinkiseb l-għan fit-tul tal-applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli doganali mill-Istati Membri, l-objettiv ġenerali tal-Istrument huwa li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali fil-missjoni tagħhom li jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u li l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali filwaqt li tiġi ffaċilitata l-attività kummerċjali leġittima.

2.   L-objettiv speċifiku tal-Istrument huwa li jikkontribwixxi għal riżultati adegwati u ekwivalenti tal-kontrolli doganali permezz tax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament trasparenti ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali rilevanti, affidabbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li huwa wkoll sikur, sigur u ekoloġiku, li b’hekk jgħin lill-awtoritajiet doganali li jaħdmu flimkien biex jipproteġu l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perijodu 2021–2027 għandu jkun ta’ EUR 1 006 407 000 fi prezzijiet kurrenti.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu, evalwazzjoni u ta’ attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u l-evalwazzjoni tal-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Dan jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż marbutin mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, li huma relatati mal-objettivi tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

Artikolu 5

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.   L-Istrument għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.

2.   L-Istrument jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u, b’mod partikolari, permezz ta’ għotjiet.

3.   Meta l-azzjoni li tkun appoġġata taħt l-Istrument tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni biex tiżgura l-interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll doganali mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni, u għalhekk l-użu effiċjenti tiegħu.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 6

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Sabiex l-azzjonijiet ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-Istrument, dawk l-azzjonijiet iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3; u

(b)

jappoġġaw ix-xiri, il-manutenzjoni jew l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali, inkluż tagħmir teknoloġiku ta’ detezzjoni innovattiv, li jkollu wieħed jew iktar mill-iskopijiet ta’ kontroll doganali li ġejjin:

(1)

l-ispezzjoni mhux invażiva;

(2)

l-indikazzjoni ta’ oġġetti moħbija fuq persuni;

(3)

id-detezzjoni ta’ radjazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ nuklidi;

(4)

l-analiżi tal-kampjuni fil-laboratorji;

(5)

it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi tal-kampjuni fuq il-post;

(6)

it-tfittxija b’apparat portabbli.

L-Anness I fih lista indikattiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jista’ jintuża għall-iskopijiet ta’ kontroll doganali msemmija fil-punti (1) sa (6) tal-ewwel subparagrafu.

2.   F’każijiet debitament iġġustifikati, l-azzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jistgħu jkopru wkoll ix-xiri trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali għall-ittestjar ta’ unitajiet ġodda tat-tagħmir jew ta’ funzjonalitajiet ġodda ta’ unitajiet eżistenti ta’ tagħmir f’kundizzjonijiet operattivi.

3.   F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ tardiv ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interess tal-Unjoni li tkun mgħammra kif xieraq biex tiżgura t-tħaddim effiċjenti u effettiv tal-unjoni doganali, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament jistgħu, għal perijodu limitat, eċċezzjonalment jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk dawk l-azzjonijiet ikunu ġew implimentati u dawk il-kostijiet imġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għotja.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna, fejn neċessarju, il-lista indikattiva ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li tinsab fl-Anness I.

5.   It-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jintuża primarjament għall-kontrolli doganali, iżda jista’ jintuża wkoll għal skopijiet addizzjonali, fosthom b’appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-investigazzjonijiet, għall-kontroll tal-persuni. Dan it-tagħmir ta’ kontroll doganali ma għandux jiġi kondiviż b’mod sistematiku bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra tal-fruntieri.

6.   Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-akkwist u l-ittestjar konġunti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar.

Artikolu 7

Entitajiet eliġibbli

B’deroga mill-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, l-entitajiet eliġibbli għandhom ikunu l-awtoritajiet doganali dment li dawn jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Rata ta’ kofinanzjament

1.   L-Istrument jista’ jiffinanzja sa 80 % tal-kostijiet eliġibbli kollha ta’ azzjoni.

2.   Kwalunkwe finanzjament li jeċċedi dan il-limitu massimu għandu jingħata biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati.

Artikolu 9

Kostijiet eliġibbli

Il-kostijiet relatati direttament mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt l-Istrument.

Il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-Istrument:

(a)

il-kostijiet relatati max-xiri ta’ art;

(b)

il-kostijiet relatati mat-taħriġ jew it-titjib tal-ħiliet, għajr it-taħriġ introduttorju inkluż fil-kuntratt ta’ xiri jew ta’ aġġornament;

(c)

il-kostijiet relatati mal-infrastruttura, bħal bini jew faċilitajiet esterni, kif ukoll mal-għamara;

(d)

il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-software u l-aġġornamenti tas-software meħtieġa b’mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta’ kontroll doganali u ħlief għas-software elettroniku u l-ipprogrammar meħtieġ biex is-software eżistenti jkun konness mat-tagħmir ta’ kontroll doganali;

(e)

il-kostijiet tan-networks, bħall-mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri u mhux sikuri, jew abbonamenti, ħlief għan-networks jew l-abbonamenti meħtieġa esklużivament biex jintuża t-tagħmir ta’ kontroll doganali;

(f)

il-kostijiet tal-mezzi tat-trasport, bħall-vetturi, l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti, ħlief għat-tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali;

(g)

il-kostijiet tal-oġġetti tal-konsum għat-tagħmir ta’ kontroll doganali, fosthom materjal ta’ referenza jew ta’ kalibrazzjoni;

(h)

il-kostijiet relatati mat-tagħmir ta’ protezzjoni personali.

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 10

Għoti, komplementarjetà u finanzjament ikkombinat

1.   L-għotjiet li jaqgħu taħt l-Istrument għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Skont il-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-entitajiet li huma eliġibbli taħt l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont l-Istrument tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-programm “Dwana” jew minn programm ieħor tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

4.   Il-ħidma tal-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet stipulati fl-Artikolu 188 ta’ dak ir-Regolament u, b’mod partikolari, fuq il-prinċipji tat-trattament ugwali u tat-trasparenza stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ dak l-Artikolu, kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

5.   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa l-proposti abbażi tal-kriterji tal-għoti, filwaqt li jqis, fejn xieraq, ir-rilevanza tal-azzjoni proposta fid-dawl tal-objettivi segwiti, il-kwalità tal-azzjoni proposta, l-impatt tagħha, inkluż l-impatt ekonomiku, soċjali u dak ambjentali tagħha, u l-baġit u l-kosteffettività tagħha.

KAPITOLU IV

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 11

Programm ta’ ħidma

1.   L-Istrument għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawk il-programmi ta’ ħidma. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.   Il-programmi ta’ ħidma pluriennali għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 permezz tal-azzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-ammont totali tal-pjan ta’ finanzjament għall-azzjonijiet kollha. Barra minn hekk, huma għandhom jistabbilixxu:

(a)

għal kull azzjoni:

(i)

l-objettivi segwiti u r-riżultati mistennija, f’konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3;

(ii)

deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati;

(iii)

fejn xieraq, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni; u

(iv)

il-metodu ta’ implimentazzjoni u skeda ta’ implimentazzjoni indikattiva;

(b)

għall-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 8.

4.   It-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-awtoritajiet doganali. Dik il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tkun ibbażata fuq is-segwenti:

(a)

kategorizzazzjoni komuni tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera;

(b)

deskrizzjoni komprensiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali disponibbli;

(c)

lista komuni tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jenħtieġ li jkun disponibbli, b’referenza għall-kategorija tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera; u

(d)

stima tal-ħtiġijiet finanzjarji.

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tkun ibbażata fuq azzjonijiet li jitwettqu fil-kuntest tal-programm Dwana 2020 li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jew fil-kuntest tal-programm Dwana, u għandha tiġi aġġornata b’mod regolari tal-inqas kull tliet snin.

Artikolu 12

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 14, biex temenda l-Anness II fir-rigward tal-indikaturi meta dan ikun meqjus meħtieġ, kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Istrument jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

4.   Fejn il-kost ta’ unità ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali jkun iktar minn EUR 10 000 mingħajr it-taxxi, ir-rekwiżiti tar-rapportar imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu tal-inqas il-komunikazzjoni annwali tal-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

lista dettaljata tat-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt l-Istrument;

(b)

informazzjoni dwar l-użu tat-tagħmir ta’ kontroll doganali, inkluż kwalunkwe riżultat relatat, u appoġġata, fejn xieraq, mill-istatistika rilevanti.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod f’waqtu sabiex ikunu jistgħu jintużaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   Evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq mill-Kummissjoni ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu ta’ dik l-implimentazzjoni. Fl-evalwazzjoni interim tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Istrument, inkluż aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, u r-rilevanza, kif ukoll is-sinerġiji tiegħu fi ħdan l-Istrument u l-valur miżjud tal-Unjoni.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara tmiem il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u t-tagħlimiet meħuda, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

KAPITOLU V

EŻERĊIZZJU TAD-DELEGA U PROĊEDURA TA’ KUMITAT

Artikolu 14

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(4) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel dik id-data. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(4) u 12(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(4) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-“Kumitat tal-Programm Dwana” stabbilit permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/444.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 16

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-media u lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Istrument, għal azzjonijiet meħuda skont l-Istrument u għar-riżultati miksuba.

3.   Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 17

Dispożizzjoni tranżitorja

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkun għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 67.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (ĠU C 158, 30.4.2021, p. 133) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-27 ta’ Mejju 2021 (ĠU C 227, 14.6.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(4)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(5)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209).


ANNESS I

LISTA INDIKATTIVA TAT-TAGĦMIR TA’ KONTROLL DOGANALI LI JISTA’ JINTUŻA SABIEX JINKISBU L-GĦANIJIET TAL-KONTROLL DOGANALI ELENKATI FIL-PUNT (B) TAL-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 6(1)

SKOP TAL-KONTROLL DOGANALI

TAGĦMIR TA’ KONTROLL DOGANALI

KATEGORIJA

APPLIKAZZJONI

1.

Spezzjoni mhux invażiva

Skanner bir-raġġi X li juża livell għoli ta’ enerġija

Kontejners, trakkijiet, vaguni tal-ferrovija u vetturi

Skanner bir-raġġi X li juża livell baxx ta’ enerġija

Palits, kaxxi u pakketti

Bagalji tal-passiġġieri

 

Vetturi

Retrodiffużjoni tar-raġġi X

Kontejners

Trakkijiet

Vetturi

Tagħmir ieħor

Sistemi ta’ rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-vetturi jew tal-kontejners

Imwieżen għall-vetturi

Forklifts u tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali simili

2.

Indikazzjoni ta’ oġġetti moħbija fuq il-persuni  (1)

Portal tar-retrodiffużjoni bbażat fuq ir-raġġi X

Dan it-tagħmir jintuża l-iktar fl-ajruporti biex jinstabu l-oġġetti moħbija fuq il-persuni (drogi, splussivi, flus kontanti)

Skanner tal-persuna

Skanner tas-sigurtà bbażat fuq mewġ millimetriku

3.

Detezzjoni tar-radjazzjoni u l-identifikazzjoni tan-nuklidi

Detetturi radjoloġiċi u nukleari

Detetturi personali tar-radjazzjoni (PRM)

Detetturi tal-idejn tar-radjazzjoni

Apparat għall-identifikazzjoni tal-isotopi (RIID)

Detetturi portiċi tar-radjazzjoni (RPMs)

Detetturi portiċi spettrometriċi għall-identifikazzjoni tal-isotopi (SPMs)

4.

Analiżi tal-kampjuni fil-laboratorji

Tagħmir għall-identifikazzjoni, kwantifikazzjoni u verifika tal-oġġetti kollha possibbli

Kromatografija b’fażi gassuża u kromatografija b’fażi likwida (GC, LC, HPLC, eċċ.)

Ispettrometrija u tekniki kkombinati magħha (infraħmar, Raman, ultravjola-viżibbli, fluworexxenza, kromatografija b’fażi gassuża/ta’ massa, eċċ.)

Tagħmir bir-raġġi X (fluworexxenza bir-raġġi X, eċċ.)

Ispettrometrija bir-reżonanza manjetika nukleari (NMR) u Analiżi tal-isotopi stabbli

Tagħmir ieħor tal-laboratorju (ispettrometrija tal-assorbiment atomiku, analizzatur tad-distillazzjoni, kalorimetrija differenzjali bl-iskennjar, elettroforeżi, mikroskopju, għadd bix-xintillazzjoni likwida, magna tat-tipjip, eċċ.)

5.

Teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-kampjuni fuq il-post

Id-detezzjoni tat-traċċi abbażi tal-Ispettrometrija tal-Mobbiltà Jonika (IMS)

Tagħmir portabbli li jintuża għad-detezzjoni ta’ traċċi ta’ materjal perikoluż speċifiku

Detezzjoni tat-traċċi bl-użu tal-klieb

Din tintuża l-iktar għal diversi riskji marbutin ma’ oġġetti żgħar u kbar

Teħid ta’ kampjuni

Għodod biex jittieħdu kampjuni, kappoċċ tal-estrattur, glovebox

Laboratorji mobbli

Vetturi li jkun fihom it-tagħmir kollu għall-analiżi tal-kampjuni fuq il-post

Detetturi tal-idejn

Analiżi tal-materjal organiku, tal-metalli u tal-ligi

Testijiet kimiċi kolorimetriċi

Spettroskopija Raman

Spettroskopija bl-infraaħmar

Fluworexxenza bir-raġġi X

Detetturi tal-gass għall-kontejners

6.

It-tiftix b’apparat tal-idejn

Għodod tal-idejn personali

Għodod tal-but

Settijiet ta’ għodod mekkaniċi

Mirja teleskopiċi

Apparat

Endoskopji

Detetturi fissi jew tal-idejn tal-metall

Kameras biex jiġi ċċekkjat qiegħ il-vetturi

Apparat ultrasoniku

Miters għall-kejl tad-densità

Tagħmir ieħor

Tiftix taħt wiċċ l-ilma


(1)  Soġġett għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli u għal rakkomandazzjonijiet oħrajn marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u mar-rispett tal-privatezza.


ANNESS II

INDIKATURI GĦAR-RAPPORTAR DWAR IL-PROGRESS TAL-ISTRUMENT FIL-KISBA TAL-OBJETTIVI ĠENERALI U SPEĊIFIĊI STABBILITI FL-ARTIKOLU 3

Sabiex isir rapport dwar il-progress tal-Istrument fil-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin:

Tagħmir

(a)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera fuq l-art ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbula (skont it-tip ta’ tagħmir)

(b)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bil-baħar ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)

(c)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bl-ajru ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)

(d)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera li huma ċentri postali ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)

(e)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bil-ferrovija ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/18


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1078

tal-14 ta’ April 2021

li jissupplementa r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(9)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tal-Programm InvestEU huwa li jappoġġa operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni stipulati fl-Artikoli 3 u 8 tar-Regolament (UE) 2021/523.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/523, il-Fond InvestEU jopera taħt erba’ twieqi ta’ politika li jirriflettu l-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, jiġifieri, l-infrastruttura sostenibbli, ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, l-intrapriżi żgħar u medji, u l-investiment soċjali u l-ħiliet.

(3)

Bis-saħħa tal-Artikolu 14(1)(d) tar-Regolament (UE) 2021/523, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt kull waħda minn dawk is-sezzjonijiet ta’ politika jridu jkunu konsistenti mal-linji gwida għall-investiment stabbiliti mill-Kummissjoni, sabiex ikunu eliġibbli taħt il-Fond InvestEU. Għal dan il-għan, bis-saħħa tal-Artikolu 24(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/523, il-Kumitat tal-Investiment irid jivverifika li l-proposti għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment ippreżentati mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-linji gwida dwar l-investiment.

(4)

Il-linji gwida għall-investiment jikkonsistu minn parti orizzontali, li tapplika għall-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt il-Fond InvestEU, u parti għat-“twieqi ta’ politika”, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment taħt kull tieqa ta’ politika.

(5)

Bis-saħħa tal-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2021/523, il-Kummissjoni ħejjiet il-linji gwida għall-investiment fi djalogu mill-qrib mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u sħab inkarigati mill-implimentazzjoni potenzjali oħrajn.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-investiment għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment skont il-Fond InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523, kif stipulati fl-Anness, huma b’dan adottati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.


ANNESS

LINJI GWIDA GĦALL-INVESTIMENT GĦALL-FOND INVESTEU

Kontenut

1.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI 22

2.

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI 22

2.1.

Kontribut għall-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u għall-valur miżjud tal-Unjoni 22

2.2.

Fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u addizzjonalità 23

2.3.

Rekwiżiti komuni għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment 23

2.3.1.

Sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, intermedjarji finanzjarji u riċevituri finali 23

2.3.2.

Tipi ta’ prodotti finanzjarji u rekwiżiti għall-iżgurar tal-interess komuni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji 25

2.3.3.

Attivitajiet esklużi 26

2.3.4.

Kunsiderazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat 26

2.4.

Valutazzjoni tar-riskju 26

2.5.

Munita tal-finanzjament 27

2.6.

Prinċipji tal-allokazzjoni għal kull tieqa ta’ politika 28

2.7.

Diversifikazzjoni ġeografika u settorjali 28

2.8.

Kompartimenti tal-Istati Membri fit-twieqi ta’ politika 29

2.9.

Operazzjonijiet ta’ taħlit li jirċievu appoġġ mill-Fond InvestEU 29

2.10.

Investimenti strateġiċi 30

3.

PROMOZZJONI TAL-INVESTIMENTI SOSTENIBBLI 31

3.1.

Traċċar u rappurtar tal-klima u l-ambjent 32

3.2.

Verifika tas-sostenibbiltà 33

3.3.

Skema għal Tranżizzjoni Ġusta fil-qafas tal-InvestEU 33

4.

UŻU TAL-GARANZIJA TAL-UE 34

4.1.

Prodotti finanzjarji ġenerali 35

4.1.1.

Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn 35

4.1.2.

L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità 36

4.2.

Prodotti finanzjarji tematiċi 36

4.2.1.

Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn 36

4.2.2.

L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità 36

5.

FINANZJAMENT IPPROVDUT MIS-SIEĦEB INKARIGAT MILL-IMPLIMENTAZZJONI 36

5.1.

Prodotti finanzjarji ġenerali 37

5.1.1.

Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 37

5.1.2.

Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 37

5.2.

Prodotti finanzjarji tematiċi 38

5.2.1.

Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 38

5.2.2.

Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 38

6.

TWIEQI TA’ POLITIKA 39

6.1.

Tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli 39

6.1.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 39

6.1.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 47

6.2.

It-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni: 49

6.2.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 49

6.2.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 52

6.3.

Tieqa għall-SMEs 55

6.3.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 55

6.3.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 56

6.4.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet 58

6.4.1.

Oqsma ta’ politika ta’ intervent 58

6.4.2.

Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali 62

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dawn il-linji gwida għall-investiment jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-prodotti finanzjarji u għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt it-twieqi ta’ politika tal-Fond InvestEU skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (1) (ir-“Regolament InvestEU”):

(a)

il-prodotti finanzjarji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament InvestEU u l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment imsemmija fl-Artikolu 2(10) ta’ dak ir-Regolament iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament InvestEU u f’dawn il-linji gwida dwar l-investiment;

(b)

il-Kumitat tal-Investiment, meta jiddeċiedi f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament InvestEU, għandu jivverifika l-konformità ma’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

Dawn il-linji gwida għall-investiment jikkonċernaw kemm il-kompartimenti tal-UE kif ukoll dawk tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament InvestEU, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida. Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament InvestEU japplikaw ukoll għal dawn il-linji gwida għall-investiment.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

2.1.   Kontribut għall-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u għall-valur miżjud tal-Unjoni

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati skont il-Fond InvestEU għandhom jiffukaw fuq investimenti li jipprovdu valur miżjud tal-Unjoni. In-natura tal-valur miżjud tal-Unjoni tista’ tvarja fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment skont prodotti finanzjarji speċifiċi kif stabbilit f’kull tieqa ta’ politika fit-Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment. Il-valur miżjud tal-Unjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment taħt prodotti finanzjarji jista’ jirriżulta wkoll mid-diversifikazzjoni tar-riskju fil-livell tal-prodotti finanzjarji madwar diversi setturi jew ġeografiji. Barra minn hekk, il-valur miżjud tal-Unjoni jista’ jinbet ukoll mill-kontribut għar-reżiljenza tal-Unjoni f’oqsma ta’ importanza strateġika kif stabbilit ulterjorment fit-Taqsima 2.10.

Biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-oqsma ta’ politika appoġġati minn InvestEU, kif stabbilit fl-Artikolu 3 u l-Anness II tar-Regolament InvestEU fir-rigward tas-setturi ttrattati fihom, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment jistgħu jikkomplementaw l-għotjiet ta’ finanzjament u appoġġ ieħor b’mod partikolari permezz ta’ operazzjonijiet ta’ taħlit u kombinazzjonijiet. Il-Fond InvestEU jista’, b’mod partikolari, jikkomplementa objettivi relevanti ta’ politika ta’ Orizzont Ewropa (2), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (3) (FNE), il-programm Ewropa Diġitali (4), il-programm għas-Suq Uniku (5), il-programm spazjali Ewropew (6), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (7), il-Fond ta’ Koeżjoni (8), il-Fond Soċjali Ewropew+ (FSE+) (9), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) (10), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (11), il-programm Ewropa Kreattiva (12), il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (13), il-Fond għas-Sigurtà Interna (14), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) (15), il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (16), il-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS (17), il-programm l-UE għas-Saħħa (18), il-Fond għat-Tranżizzjoni Ġusta (JTF) (19) u l-Fond Ewropew għad-Difiża (20).

2.2.   Fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u addizzjonalità

F’konformità mal-Artikolu 209(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju” (21)), il-garanzija tal-UE għandha tindirizza fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u tikseb addizzjonalità, kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness V tar-Regolament InvestEU (22).

2.3.   Rekwiżiti komuni għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment

2.3.1.   Sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, intermedjarji finanzjarji u riċevituri finali

Skont l-Artikolu 2(13) tar-Regolament InvestEU, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni huma kontropartijiet eliġibbli, bħalma huma istituzzjonijiet finanzjarji, li magħhom il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet ftehim ta’ garanzija.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu jipprovdu finanzjament direttament (23) lir-riċevituri finali jew indirettament permezz ta’ intermedjarji finanzjarji privati jew pubbliċi.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu wkoll isiru sħab konsultattivi biex jipprovdu, direttament jew indirettament, assistenza teknika u appoġġ għall-bini tal-kapaċità lill-intermedjarji finanzjarji u lir-riċevituri finali taħt iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU. L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jipprovdu wkoll assistenza teknika u appoġġ għall-bini tal-kapaċità lir-riċevituri finali jew jistgħu jibbenefikaw minnha huma stess.

L-operazzjonijiet diretti jikkonċernaw il-finanzjament dirett mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni lir-riċevituri finali (24).

Għal operazzjonijiet indiretti, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji skont l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta’ finanzjament intermedjat, skont l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju dawn l-intermedjarji finanzjarji jridu jintgħażlu mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni skont proċeduri ekwivalenti għal dawk applikati mill-Kummissjoni. Dawn il-proċeduri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, u jridu jevitaw il-kunflitt ta’ interessi. Dawn jistgħu pereżempju jieħdu l-forma ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess. L-operazzjonijiet indiretti jistgħu jikkonsistu wkoll fil-forniment ta’ finanzjament permezz ta’ pjattaformi ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament InvestEU.

F’konformità mal-Artikoli 209(2)(a) u 219(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment għandhom jipprovdu appoġġ biss lir-riċevituri finali li huma meqjusa ekonomikament vijabbli skont standards aċċettati internazzjonalment fiż-żmien tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

Ir-riċevituri finali eliġibbli jridu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi inklużi:

(a)

entitajiet privati bħalma huma veikoli bi skop speċjali (special-purpose vehicles - SPVs) jew kumpaniji ta’ proġetti, korporattivi kbar, kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, inklużi kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (25), u SMEs

(b)

Entitajiet tas-settur pubbliku (dawk territorjali u dwak li mhumiex, iżda bl-esklużjoni ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment ma’ entitajiet (26) li joħolqu riskju dirett għall-Istat Membru) u entitajiet tat-tip tas-settur pubbliku.

(c)

entitajiet imħalltin, bħal sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) u kumpaniji privati bi skop pubbliku; jew

(d)

organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Ir-riċevituri finali fil-mira taħt prodott finanzjarju se jiġu definiti fil-ftehim ta’ garanzija.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma jridux ikunu f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1) jew (4)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. Fir-rigward tal-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali, l-applikazzjoni tal-Artikolu 136 trid tiġi speċifikata fil-ftehimiet ta’ garanzija. Meta operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment ikunu ta’ benefiċċju għal dawk ir-riċevituri finali li jkunu korporazzjonijiet kbar, entitajiet tas-settur pubbliku u entitajiet tat-tip tas-settur pubbliku li jibbenefikaw minn aċċess aktar faċli għas-swieq kapitali jew għall-finanzjament mill-banek jew li juru livelli aktar baxxi ta’ riskju, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid juri li hemm valur miżjud għoli ta’ politika.

Abbażi tal-informazzjoni rċevuta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-Kumitat tal-Investiment għandu jivverifika li operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment appoġġata minn InvestEU ppreżentata minn xi sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew taħlita ta’ tali operazzjonijiet ippreżentati minn aktar minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni wieħed:

(a)

fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti, ma għandhiex taqbeż il-50 % (27)tal-ispiża totali tal-proġett;

(b)

fil-każ ta’ operazzjonijiet indiretti ta’ ekwità, ma għandhiex taqbeż il-50 % tad-daqs tal-fond (28);

(c)

fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ dejn indirett, mill-inqas 20 % tal-iskopertura għandha tinżamm mill-intermedjarju finanzjarju.

Dawn ir-rekwiżiti japplikaw sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida għall-investiment skont it-Taqsima 5.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet indiretti, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jeżiġi kuntrattwalment li intermedjarju finanzjarju ma jkunx jista’ jinkludi l-istess tranżazzjoni ma’ riċevituri finali jew intermedjarji oħra f’aktar minn portafoll wieħed appoġġat minn InvestEU.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ ekwità indiretta, fir-rigward tar-rekwiżit fil-punt (b) hawn fuq, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jitlob li l-intermedjarji finanzjarji potenzjali jinfurmawh dwar l-intenzjoni tagħhom li jfittxu investiment minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ieħor u/jew intermedjarju finanzjarju ieħor li jibbenefika mill-garanzija tal-UE, soġġett għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità vinkolanti fuq l-intermedjarji finanzjarji potenzjali.

Ir-riċevituri finali għandhom ikunu obbligati kuntrattwalment li jikkonfermaw li t-taħlita ta’ appoġġ mill-Fond InvestEU u minn programmi oħra tal-Unjoni ma taqbiżx il-kost totali tal-proġett, fejn applikabbli, u li l-finanzjament appoġġat minn InvestEU ma jintużax għall-prefinanzjament ta’ għotja mill-programmi tal-Unjoni jew li għotja minn programm tal-Unjoni mhux se tintuża biex jiġi rimborżat l-appoġġ mill-InvestEU.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jiggarantixxu l-viżibbiltà tal-appoġġ InvestEU f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament InvestEU kif speċifikat ulterjorment fil-ftehimiet ta’ garanzija filwaqt li titqies in-natura tal-prodott finanzjarju u tar-riċevituri finali.

2.3.2.   Tipi ta’ prodotti finanzjarji u rekwiżiti għall-iżgurar tal-interess komuni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji

2.3.2.1.   Prijoritizzazzjoni tal-objettivi ta’ politika

Se jiġu stabbiliti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li juru l-kisba tal-prijoritajiet ta’ politika sabiex jiġu prijoritizzati l-objettivi ta’ politika taħt kull prodott finanzjarju. Barra minn hekk, se jintuża wieħed jew aktar mill-mezzi li ġejjin:

(a)

ammonti fil-mira għall-finanzjament mogħti lil ċerti prijoritajiet ta’ politika;

(b)

kriterji speċifiċi ddedikati immirati lejn ir-riċevituri finali rilevanti;

(c)

kopertura differenti mill-garanzija tal-UE tar-riskji għal prijoritajiet speċifiċi ta’ politika;

(d)

limiti ta’ konċentrazzjoni għal kull settur/ġeografija;

(e)

mekkaniżmu debitament ġustifikat ibbażat fuq il-prestazzjoni biex jirrifletti t-twettiq ta’ prijoritajiet speċifiċi ta’ politika;

(f)

definizzjoni ta’ stadji importanti u miri marbuta mal-allokazzjoni ta’ segmenti ta’ garanzija addizzjonali tal-UE għal prodotti finanzjarji ġodda jew eżistenti ta’ sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni; jew

(g)

kwalunkwe mezz ieħor xieraq.

Il-prijoritizzazzjoni u l-mezzi applikabbli se jiġu speċifikati fil-ftehim ta’ garanzija.

Barra minn hekk, se jiġi stabbilit djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jipprovdi direzzjoni politika u janalizza s-sensiela ta’ operazzjonijiet previsti taħt il-Fond InvestEU.

Sabiex jiġu żgurati l-flessibbiltà u r-rispons għall-ħtiġijiet tas-suq u ta’ politika li potenzjalment jinbidlu kif meħtieġ taħt kull tieqa ta’ politika, il-Kummissjoni u l-korpi ta’ governanza rilevanti tal-InvestEU jistgħu jagħtu prijorità lill-oqsma eliġibbli għall-finanzjament stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament InvestEU abbażi tal-mezzi deskritti f’din it-taqsima. Il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari:

(a)

minn żmien għal żmien tanalizza riżerva ta’ proġetti pprovduta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni flimkien magħhom. Ir-riżerva ta’ proġetti tikkonsisti f’informazzjoni aggregata (jew informazzjoni dettaljata, soġġetta għal impenji ta’ kunfidenzjalità fis-seħħ bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali, jekk ikun hemm qbil dwar dan fil-ftehim ta’ garanzija) dwar l-ammont ipprojettat ta’ finanzjament skont l-oqsma ta’ politika rilevanti, fil-livell tas-sottosettur, u l-kopertura ġeografika tal-operazzjonijiet. Ikun meħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni aktar granulari għall-prodotti tematiċi definiti fit-Taqsima 2.3.2.2 u għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jibbenefikaw mit-taħlit definit fit-Taqsima 2.9.

(b)

l-għoti ta’ gwida dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-mezzi ta’ prijoritizzazzjoni msemmija f’dawn il-linji gwida.

(c)

l-analiżi tal-prestazzjoni u l-ambitu tal-prodotti finanzjarji rilevanti sabiex tiġi ottimizzata l-kisba tal-prijoritajiet ta’ politika msemmija f’dawn il-linji gwida.

Fi ħdan il-qafas stabbilit f’din it-Taqsima 2.3.2.1, jistgħu jiġu stabbiliti miri indikattivi li jiffukaw fuq objettivi ta’ politika speċifiċi taħt prodotti finanzjarji ġenerali.

2.3.2.2.   Prodotti finanzjarji

Il-prodotti finanzjarji jistgħu jieħdu l-forma ta’ prodotti finanzjarji ġenerali, prodotti finanzjarji tematiċi, u prodotti finanzjarji konġunti ġenerali jew tematiċi.

Il-prodotti finanzjarji ġenerali għandhom ikunu ta’ appoġġ għal xi qasam ta’ politika wieħed jew aktar koperti taħt kull tieqa ta’ politika kif definit ulterjorment fit-Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

F’każijiet debitament ġustifikati, skont il-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment immirati lejn objettivi ta’ politika speċifiċi, jistgħu jinħolqu prodotti finanzjarji tematiċi taħt it-twieqi ta’ politika.

Prodott finanzjarju tematiku għandu jiffoka fuq qasam ta’ politika ta’ valur miżjud ogħla tal-Unjoni definit b’mod ċar meta l-falliment tas-suq jew is-sitwazzjoni ta’ investiment subottimali ma tkunx tista’ tiġi indirizzata minn prodotti finanzjarji ġenerali minħabba li tiddevja b’mod sinifikanti mit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti finanzjarji ġenerali disponibbli. Dan jista’ jkun b’mod partikolari minħabba l-profil ta’ riskju għoli tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jirrekjedu kopertura ogħla ta’ garanzija tal-UE permezz ta’ kondiviżjoni tar-riskji asimmetrika, limitata jew l-ebda kondiviżjoni tar-riskju mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandha tkun konformi mal-Artikoli 13(4) u (5) tar-Regolament InvestEU fuq bażi ta’ portafoll.

Prodott finanzjarju tematiku għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni ta’ falliment tas-suq jew ta’ sitwazzjoni ta’ investiment subottimali, li għandha tkun proporzjonata għall-karatteristiċi tal-prodott finanzjarju tematiku propost, sal-punt li tali prodott ma kienx diġà kopert minn valutazzjonijiet u studji eżistenti.

Minbarra l-analiżi tar-riżerva, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni speċifika dwar l-eliġibbiltà lill-Kummissjoni dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment taħt prodott tematiku, kif stabbilit fil-ftehim ta’ garanzija.

Prodott finanzjarju ġenerali jew tematiku konġunt jista’ jiġi żviluppat biex jindirizza l-objettivi ta’ politika li jaqgħu taħt aktar minn tieqa ta’ politika waħda b’mod aktar effiċjenti. Dawn il-prodotti għandhom jikkombinaw riżorsi minn żewġ twieqi jew aktar.

2.3.3.   Attivitajiet esklużi

Il-Fond InvestEU ma għandux jappoġġa l-attivitajiet imsemmija fil-punt B tal-Anness V tar-Regolament InvestEU.

2.3.4.   Kunsiderazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat

Ir-riżorsi tal-Istati Membri involuti f’operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati taħt il-Fond InvestEU taħt kompartimenti tal-UE u tal-Istati Membri jistgħu f’ċerti każijiet jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Madankollu, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti, li huma stabbiliti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (29), b’mod partikolari t-taqsima speċifika ta’ InvestEU tiegħu (30), jew f’xi regolament ieħor ta’ eżenzjoni ta’ kategorija (31). Kwalunkwe għajnuna mill-Istat li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’wieħed mir-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-TFUE.

2.4.   Valutazzjoni tar-riskju

Fil-każ tal-operazzjonijiet kollha tat-tip ta’ dejn dirett, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju standard tagħhom, li tinvolvi l-komputazzjoni tal-probabbiltà ta’ inadempjenza u r-rata ta’ rkupru mistennija u l-klassifikazzjoni skont is-sistema interna ta’ klassifikazzjoni jew ta’ gradazzjoni tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, u jirrapportaw lill-Kummissjoni skont dan.

Sabiex jiġi rifless ir-riskju ġenerali tal-operazzjoni, tali komputazzjoni għandha titwettaq mingħajr ma titqies il-garanzija tal-UE u l-kontribuzzjoni finanzjarja mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Madankollu, trid tqis il-fatt li xi operazzjonijiet taħt prodotti tematiċi jistgħu, skont ir-regoli u l-proċeduri tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-metrika tar-riskju regolari tiegħu. F’każijiet bħal dawn, għandha tiġi żviluppata valutazzjoni tar-riskju adegwata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat rappurtar adegwat tar-riskju.

L-informazzjoni dwar il-profil tar-riskju mistenni tal-operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn għandha tiġi ppreżentata wkoll lill-Kumitat tal-Investiment bħala parti mill-applikazzjoni għall-appoġġ mill-Fond InvestEU. Operazzjoni tat-tip ta’ dejn hija operazzjoni li għandha l-karatteristiċi tar-riskju tad-dejn, li tista’ tinkludi strumenti fil-forma ġuridika tad-dejn. Eżempji ta’ dejn jinkludu self, lokazzjonijiet finanzjarji, ipoteki, ittri ta’ kreditu, garanziji, faċilitajiet ta’ kreditu standby, u titoli maħruġa fis-swieq kapitali bħal bonds; dawn jistgħu jkunu superjuri, intermedji jew subordinati u garantiti jew mhux garantiti.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità, il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tappoġġa investimenti f’entitajiet jew proġetti individwali (investimenti tat-tip ta’ ekwità) mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jew permezz ta’ investimenti f’fondi (inklużi fondi ta’ fondi, veikoli ta’ koinvestiment jew tipi oħra ta’ intermedjarji) jew tipi oħra ta’ vetturi ta’ finanzjament li jippreżentaw riskji tal-portafoll tat-tip tal-ekwità (portafoll tat-tip ta’ ekwità).

Operazzjoni tat-tip ta’ ekwità hija operazzjoni li għandha l-karatteristiċi tar-riskju ta’ ekwità. Din tista’ jinkludi strumenti fil-forma legali ta’ ekwità, bħal investimenti f’ishma komuni jew preferuti, u ta’ strumenti ta’ kważi-ekwità jew strumenti ibridi, bħal self subordinat ħafna b’kondiviżjonijiet tal-profitt, finanzjament intermedju, self ta’ riskju, strumenti konvertibbli, warrants jew forom oħra ta’ inċentivi ta’ ekwità meta jesponu lid-detentur għal riskju tat-tip ta’ ekwità. Fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti tat-tip ta’ ekwità, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jwettaq il-valutazzjoni standard tiegħu u jirrapporta dwar dan lill-Kummissjoni. Fil-każ ta’ operazzjonijiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ metrika regolari tal-ekwità, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jiżviluppa metodu adegwat ta’ valutazzjoni f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni sabiex jiżgura rapportar adegwat.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu juża l-valutazzjoni tar-riskju standard tiegħu biex jiddetermina jekk operazzjoni hijiex ikklassifikata bħala tip ta’ ekwità jew tip ta’ dejn, irrispettivament mill-forma ġuridika u n-nomenklatura tagħha, u għandu jirrapportah skont dan lill-Kummissjoni.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet intermedjati, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jistgħu jiddependu fuq il-proċeduri standard tal-intermedjarji finanzjarji fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tar-riċevituri finali jew il-valwazzjoni tal-operazzjoni, skont kif ikun applikabbli. Il-ftehim ta’ garanzija se jipprevedi li l-eżitu tal-analiżi mwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, abbażi tal-input riċevut mill-intermedjarji finanzjarji fil-livell tal-portafoll, għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tivvaluta l-impatt ta’ tali operazzjonijiet fuq ir-riskju merfugħ mill-garanzija tal-UE u l-adegwatezza tal-ħtiġijiet ta’ proviżjonament.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandhom jiġu kklassifikati skont sistema ta’ klassifikazzjoni komuni stabbilita skont l-Artikolu 11(1)(b)(ii) tar-Regolament InvestEU. L-informazzjoni rilevanti dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment għandha tkun disponibbli, għal fini tar-rappurtar, għall-Kumitat tal-Investiment f’konformità mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament InvestEU u għall-Kummissjoni. Ir-rekwiżiti dettaljati għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ garanzija, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-UE bħala l-garanti u jiġi żgurat li tingħata protezzjoni xierqa lill-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni privata u/jew kummerċjalment sensittiva.

2.5.   Munita tal-finanzjament

Il-garanzija tal-UE lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandha tingħata f’EUR.

Il-finanzjament lir-riċevituri finali taħt operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment jista’ jiġi pprovdut fi kwalunkwe munita li jkollha l-istatus ta’ valuta legali f’xi Stat Membru. Tali finanzjament jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ swieq kapitali lokali.

Il-finanzjament jista’ jiġi pprovdut ukoll f’muniti negozjabbli oħra. Madankollu, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw li jesponu lir-riċevituri finali għar-riskju tal-kambju. Bħala regola, il-finanzjament jista’ jiġi pprovdut lir-riċevituri finali f’muniti oħra apparti l-valuta legali tal-Istat fejn ikun stabbilit ir-riċevitur, imma biss meta jkun hemm raġunament ekonomiku sod biex isir dan. F’tali każijiet, il-finanzjament preferebbilment jingħata f’EUR.

2.6.   Prinċipji tal-allokazzjoni għal kull tieqa ta’ politika

Il-prodotti finanzjarji għandhom jiġu stabbiliti taħt it-tieqa ta’ politika xierqa, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti hawn taħt:

(a)

il-prodotti finanzjarji li jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li l-objettiv ewlieni tagħhom jkun li jinkiseb impatt soċjali pożittiv jew l-iżvilupp tal-ħiliet, jaqgħu taħt it-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet;

(b)

il-prodotti finanzjarji għall-appoġġ ta’ portafolli li jikkonsistu esklussivament minn SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja fuq bażi intermedjata fil-forma ta’ dejn jew ekwità jaqgħu taħt it-tieqa għall-SMEs, ħlief għal dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (a). Fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti, il-prodotti finanzjarji li jappoġġaw portafolli li jikkonsistu esklussivament minn SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja bħala qasam ta’ politika ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament InvestEU għandhom jiġu allokati lit-tieqa tal-SMEs, filwaqt li prodotti finanzjarji mmirati lejn oqsma ta’ politika speċifiċi oħra għandhom jiġu allokati għat-tieqa li tkopri dak il-qasam;

(c)

il-prodotti finanzjarji li jappoġġaw l-attivitajiet ta’ riċerka, innovazzjoni jew diġitalizzazzjoni jaqgħu taħt it-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni (RID), ħlief għal dawk imsemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

il-prodotti finanzjarji għall-appoġġ tal-operazzjonijiet tal-infrastruttura, l-assi mobbli relatati, l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi li għalihom ir-riskju huwa prinċipalment fuq it-talba u l-iżvilupp tas-suq speċifiku għas-settur għandhom jaqgħu taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-prodotti finanzjarji relatati mal-infrastruttura soċjali (32) għandhom jiġu allokati għat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet;

(ii)

il-prodotti finanzjarji relatati mal-infrastruttura li għalihom ir-riskju ewlieni jinsab fl-iżvilupp tat-teknoloġija u l-attivitajiet ta’ innovazzjoni għandhom jiġu allokati għat-tieqa tal-RID. Madankollu, il-prodotti finanzjarji relatati ma’ proġetti li li jaħdmu favur objettivi rilevanti tal-politika tal-infrastruttura sostenibbli jistgħu jiġu implimentati u żviluppati wkoll mill-SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli sakemm il-portafolli ma jaqgħux taħt il-punt (b).

L-appoġġ kapitali lill-SMEs f’konformità mal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament InvestEU jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ prodotti finanzjarji li jaqgħu taħt kwalunkwe tieqa ta’ politika.

Il-prodotti finanzjarji konġunti jaqgħu taħt żewġ twieqi jew aktar skont il-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ta’ garanzija rilevanti kif stabbilit fil-ftehimiet ta’ garanzija. Tali mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ta’ garanzija jista’ jikkonsisti f’kondiviżjoni prorata ta’ kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment definita minn qabel fost it-twieqi ta’ politika rilevanti jew ta’ xi mekkaniżmu ieħor.

Kull operazzjoni individwali ta’ finanzjament jew ta’ investiment proposta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandha tiġi allokata lill-prodott finanzjarju rispettiv li jikkorrespondu miegħu. Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment li tissodisfa l-kriterji ta’ aktar minn prodott finanzjarju stabbilit wieħed, tali operazzjoni għandha tiġi allokata lill-prodott finanzjarju li taħtu jaqa’ l-objettiv ewlieni tagħha, f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament InvestEU.

Fis-sottomissjoni tiegħu ta’ operazzjoni speċifika ta’ finanzjament jew ta’ investiment, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jipproponi l-prodott finanzjarju rilevanti taħt it-tieqa ta’ politika li lilha għandha tiġi allokata l-operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment.

2.7.   Diversifikazzjoni ġeografika u settorjali

Il-volum tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti mill-garanzija tal-UE fi kwalunkwe tliet Stati Membri jenħtieġ li ma jkunx jirrappreżenta aktar minn 45 % tal-ammont tal-finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU fost is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kollha, b’mod aggregat fi tmiem il-perjodu ta’ investiment. Dan jeskludi l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment jew il-partijiet rilevanti tagħhom koperti taħt il-kompartimenti tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, irid isir kull sforz biex jiġi żgurat li fi tmiem il-perjodu ta’ investiment tiġi koperta firxa wiesgħa ta’ oqsma eliġibbli elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU. Dan se jinkludi b’mod partikolari swieq ġodda jew sottożviluppati, u se jqis il-prodotti finanzjarji pprovduti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Kwalunkwe qasam eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament InvestEU jista’ jkun kopert minn prodott finanzjarju.

Jistgħu jiġu stabbiliti pjattaformi ta’ investiment biex jippromwovu diversifikazzjoni ġeografika li tikkombina l-isforzi u l-għarfien espert tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma’ banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali b’esperjenza limitata fl-użu ta’ strumenti finanzjarji.

Taħt il-kompartimenti tal-Istati Membri, l-ambitu ġeografiku u d-delimitazzjoni speċifika se jiġu inklużi fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni rispettivi.

2.8.   Kompartimenti tal-Istati Membri fit-twieqi ta’ politika

Jistgħu jiġu stabbiliti kompartimenti tal-Istati Membri biex ikopru xi tieqa ta’ politika applikabbli waħda jew aktar. Dawn se jikkostitwixxu allokazzjonijiet delimitati mill-Istati Membri kontribwenti biex jiġi żgurat it-twettiq tal-objettivi ta’ politika tal-fondi taħt ġestjoni kondiviża, tal-RRF jew għall-finijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, skont l-oriġini tal-ammont kontribwit. Il-kompartimenti tal-Istati Membri jistgħu, fost affarijiet oħra, jipprovdu appoġġ kapitali għall-SMEs skont l-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament InvestEU.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt il-kompartimenti tal-Istati Membri għandhom jitwettqu f’konformità mar-regoli tal-Fond InvestEU u jikkonformaw ma’ dawn il-linji gwida ta’ investiment u ma’ ftehim ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament InvestEU, inklużi l-objettivi tal-programmi kontribwenti.

Kull kompartiment tal-Istati Membri (33) jista’ jipprovdi appoġġ fix-xenarji li ġejjin fir-rigward tal-prodotti finanzjarji stabbiliti fit-Taqsima 2.3.2.2:

(a)

xi prodott finanzjarju eżistenti mfassal għall-kompartiment tal-UE jista’ wkoll jiġi implimentat taħt il-kompartiment tal-Istat Membru. Il-kontribuzzjoni għandha tkun delimitata għall-Istat(i) Membru/i jew reġjun(i) tal-oriġini.

(b)

jistgħu jiġu żviluppati prodotti finanzjarji mfassla apposta biex jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi u riċevituri finali speċifiċi tal-Istat Membru jew reġjun tal-oriġini. Tali prodott finanzjarju jista’ jkun tip ġdid ta’ prodott finanzjarju jew jista’ jvarja b’mod sinifikanti minn prodott finanzjarju eżistenti żviluppat għall-kompartiment tal-UE;

(c)

prodott finanzjarju jista’ jikkombina l-appoġġ mill-kompartimenti tal-UE u tal-Istati Membri b’mod komplementari.

Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kontribuzzjoni konġunta mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament InvestEU.

2.9.   Operazzjonijiet ta’ taħlit li jirċievu appoġġ mill-Fond InvestEU

L-operazzjonijiet ta’ taħlit (34) definiti fl-Artikolu 2(5) u msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament InvestEU jinvolvu appoġġ mill-Fond InvestEU. Proposta għal operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment li tikkostitwixxi parti minn tali operazzjoni ta’ taħlit għandha tiġi ppreżentata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għall-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Investiment.

L-implimentazzjoni tal-operazzjoni ta’ taħlit għandha sseħħ skont ir-regoli tal-InvestEU. L-element imħallat ipprovdut mill-programm settorjali (35) jista’ jieħu l-forma ta’ għotja jew strument finanzjarju u għandu jikkonforma mar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm settorjali. L-element imħallat li jieħu l-forma ta’ strument finanzjarju jista’ jiġi kkombinat u jikkondividi r-riskju mal-garanzija InvestEU kif speċifikat ulterjorment fil-ftehim ta’ garanzija. Il-programm ta’ ħidma rilevanti (36) se jikkostitwixxi d-deċiżjoni ta’ finanzjament dwar l-element imħallat tal-programm settorjali u se jsemmi l-forma, l-objettivi, l-ammont baġitarju tal-programm settorjali li għandu jiġi allokat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit u l-lista tal-entitajiet involuti fl-operazzjoni ta’ taħlit. Deċiżjoni dwar l-element imħallat minn programm settorjali hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Investiment dwar il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament InvestEU.

Fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ta’ taħlit għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-effiċjenza u l-proporzjonalità tal-appoġġ ikkombinat tal-Unjoni. Il-ftehim ta’ garanzija se jindika l-prodott(i) finanzjarju/i li taħtu/hom jistgħu jiġu sottomessi l-operazzjonijiet ta’ taħlit u d-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. Dawn jistgħu jinkludu limiti massimi indikattivi jew obbligatorji tas-segmenti rispettivi tal-appoġġ tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni aggregata (jew jekk ikun hemm qbil dwar dan fil-ftehim ta’ garanzija, l-informazzjoni dettaljata) dwar l-operazzjonijiet ta’ taħlit tista’ tiġi rieżaminata matul id-diskussjonijiet dwar is-sensiela ta’ proġetti mal-Kummissjoni. It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tirrifletti jekk operazzjoni ta’ taħlit tibbenefikax minn komponent ta’ għotja jew strument finanzjarju minn programmi oħra tal-Unjoni.

Minbarra l-analiżi tar-riżerva, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni speċifika dwar l-eliġibbiltà lill-Kummissjoni dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment taħt xi prodott finanzjarju, kif definit fil-ftehim ta’ garanzija. Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament jew investiment indiretti omoġenji, jistgħu jiġu definiti kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà għal tranżazzjonijiet ma’ riċevituri finali fil-ftehim ta’ garanzija, li jistgħu jissostitwixxu l-ħtieġa ta’ tali informazzjoni speċifika.

2.10.   Investimenti strateġiċi

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment taħt InvestEU jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet li huma ta’ importanza strateġika għall-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament InvestEU. Attivitajiet bħal dawn jitqiesu bħala investimenti strateġiċi jekk:

(i)

ikunu jikkonċernaw proġetti u riċevituri finali assoċjati ma’ riskji għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari investimenti fis-setturi tad-difiża u tal-ispazju u ċ-ċibersigurtà:

għad-difiża, l-investimenti fit-teknoloġiji u l-prodotti tad-difiża identifikati fil-programm ta’ ħidma annwali għall-Fond Ewropew għad-Difiża;

fil-każ tal-ispazju, investimenti fil-prodotti li ġejjin:

arloġġi atomiċi (eż. għas-sistemi ta’ pożizzjonament ta’ Galileo);

vetturi strateġiċi tal-isparar fl-ispazju (jiġifieri vetturi tal-isprar fl-ispazju għal sistemi spazjali kkontrollati mill-Unjoni); kif ukoll

prodotti spazjali definiti f’lista deċiża mill-Kummissjoni fuq bażi annwali u kkomunikati lill-Bord ta’ Tmexxija;

fil-każ taċ-ċibersigurtà, investimenti li jiffukaw biss fuq l-iżvilupp u l-użu ta’ għodod u soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà, inkluż meta dawn ikunu parti mill-introduzzjoni jew l-aġġornament ta’ netwerks diġitali u infrastruttura tad-data;

jew

(ii)

jikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-Unjoni f’oqsma ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, kif definit fit-taqsimiet 6.1.1.8, 6.2.1.1 u 6.4.1.1, billi jsostni u jsaħħaħ il-ktajjen tal-valur strateġiċi u jżomm u jsaħħaħ l-attivitajiet ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, inklużi Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (Projects of Common European Interest - IPCEI), fl-oqsma tal-infrastruttura kritika, it-teknoloġiji trasformattivi, l-innovazzjonijiet li jbiddlu l-pass tal-iżvilupp u l-inputs għan-negozji u l-konsumaturi.

Għal operazzjonijiet diretti, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jiżgura li l-investimenti strateġiċi jirrispettaw il-limitazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi ta’ hawn taħt. Għal operazzjonijiet indiretti, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jesiġi kuntrattwalment li l-intermedjarju finanzjarju jiżgura l-konformità mal-istess limitazzjonijiet.

Japplikaw limitazzjonijiet għar-riċevituri finali li jaqgħu taħt il-punt (i) fl-ewwel paragrafu, ħlief fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti ta’ inqas minn EUR 10 000 000 u tranżazzjonijiet taħt operazzjonijiet indiretti ta’ inqas minn EUR 10 000 000.

Għall-finijiet tal-limitazzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima:

(a)

“kontroll” tfisser il-kapaċità li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità ġuridika b’mod dirett jew indirett permezz ta’ entità ġuridika intermedja waħda jew aktar;

(b)

“struttura maniġerjali eżekuttiva” tfisser korp ta’ entità ġuridika maħtur f’konformità mad-dritt nazzjonali, u, fejn applikabbli, li jirrapporta lill-uffiċjal kap eżekuttiv, jew lil kwalunkwe persuna oħra b’setgħa deċiżjonali komparabbli, li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità ġuridika, u li jissorvelja u jimmonitorja t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-maniġment;

(c)

entità ta’ “pajjiż terz” tfisser entità stabbilita f’pajjiż terz jew li, fejn tkun stabbilita fl-Unjoni, ikollha l-istruttura eżekuttiva maniġerjali tagħha f’pajjiż terz; Il-post tal-istabbiliment tal-entità ġuridika huwa ddeterminat mill-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħha.

Riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ma għandux ikun ikkontrollat minn xi pajjiż terz jew minn entitajiet ta’ pajjiż terz u għandu jkollu l-ġestjoni eżekuttiva tiegħu fl-Unjoni.

Jekk ir-riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ikun involut f’investiment strateġiku fil-qasam tal-konnettività 5G, il-miżuri u l-pjanijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju, skont l-Għodod taċ-Ċibersigurtà tal-5G (37) għandhom japplikaw ukoll għall-fornituri tiegħu. Tali fornituri, partikolarment bejjiegħa u manifatturi ta’ apparat tat-telekomunikazzjoni u fornituri terzi oħra, bħall-fornituri tal-infrastruttura tal-cloud, fornituri ta’ servizzi ġestiti, integraturi tas-sistemi, il-kuntratturi tas-sigurtà u tal-manutenzjoni, il-manifatturi tat-tagħmir tat-trażmissjoni.

Meta r-riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ikun involut f’investiment strateġiku fil-qasam tad-difiża, din il-limitazzjoni għandha tapplika wkoll għall-fornituri u s-sottokuntratturi tiegħu.

Il-limitazzjonijiet li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ kontroll minn pajjiż terz jew entità ta’ pajjiż terz stabbiliti fit-tliet paragrafi ta’ hawn fuq ma japplikawx għal xi operazzjoni partikolari ta’ finanzjament u investiment fejn ir-riċevitur finali li jaqa’ taħt il-punt (i) ikun jista’ juri li huwa entità ġuridika li għaliha l-Istat Membru li fih ikun stabbilit ikun approva garanzija f’konformità mal-prinċipji dwar l-entitajiet eliġibbli stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża (“EDF”) (38) jew l-eżenzjoni tal-Kummissjoni mogħtija f’konformità mal-prinċipji dwar l-entitajiet eliġibbli stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament dwar l-Ispazju (39). Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga mogħtija għal-limitazzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima 2.10.

Ir-riċevituri finali li jaqgħu taħt il-punt (i) ma għandhomx jilliċenzjaw jew jittrasferixxu b’mod esklussiv id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal teknoloġiji ta’ importanza kritika u teknoloġiji strumentali għas-salvagwardja tal-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jirriżultaw direttament minn dawk l-investimenti strateġiċi lil pajjiżi terzi jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi, sakemm ma jkunux approvati mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit ir-riċevitur finali.

Din il-limitazzjoni għandha tieqaf tapplika ħames (5) snin wara d-data tal-iżborż finali tal-finanzjament.

3.   PROMOZZJONI TAL-INVESTIMENTI SOSTENIBBLI

InvestEU, bħala parti importanti tal-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli/il-Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku (40), se jgħin fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta. Se jikkontribwixxi wkoll għall-bini tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni.

Ir-Regolament InvestEU fih rekwiżiti legali speċifiċi li jikkonċernaw il-kontribut għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, kif ukoll għas-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jirċievu l-appoġġ tal-garanzija tal-UE. Fil-kuntest InvestEU, is-sostenibbiltà tirreferi għall-impatt fuq it-tliet dimensjonijiet imsemmija fir-Regolament InvestEU: il-klima, l-ambjent u s-soċjetà.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU, il-proġetti inkonsistenti mal-objettivi klimatiċi, skont il-prinċipji stabbiliti fil-gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ.

L-għamla tal-prodotti finanzjarji taħt InvestEU għandha tqis il-kontribut għall-objettivi tas-sostenibbiltà inkluż permezz taż-żieda fis-suq tal-bonds ekoloġiċi u tal-bonds ta’ sostenibbiltà; l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli fl-oqsma tal-ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija, l-ekonomija blu, l-ikel u t-tibdil fil-klima; il-protezzjoni tal-ambjent u l-kapital naturali (l-arja, l-ilma, in-natura, l-art u l-bijodiversità); it-tranżizzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija, inkluż permezz ta’ investimenti f’teknoloġiji diġitali u sistemi ċirkolari; setturi li jeħtieġu appoġġ biex jiġu allinjati mal-objettivi tal-klima tal-Unjoni Ewropea għall-2030 u l-2050; il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-impatti negattivi relatati li jista’ jkollhom effett negattiv b’mod partikolari fuq iċ-ċittadini vulnerabbli, inklużi dawk li jeħtieġu titjib tal-ħiliet jew taħriġ mill-ġdid u adattament għal forom ġodda ta’ xogħol u reġjuni li għadhom lura f’termini ta’ ħolqien ta’ industriji u servizzi sostenibbli; kif ukoll il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza għal raġunijiet oħra.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni huma mħeġġa jappoġġaw attivitajiet ekonomiċi li huma allinjati mal-kriterji tar-Regolament (UE) 2020/852 (41).

Jistgħu jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza dedikati lill-promoturi tal-proġetti, lill-intermedjarji finanzjarji jew lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni (42), speċjalment biex tinbena l-kapaċità li jiġu ttrattati r-rekwiżiti ta’ verifika tas-sostenibbiltà u biex tinbena sensiela ta’ proġetti li jindirizzaw l-objettivi ta’ hawn fuq.

3.1.   Traċċar u rappurtar tal-klima u l-ambjent

F’konformità mal-Premessa 10 tar-Regolament InvestEU, il-volum aggregat tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment huwa mistenni li jikkontribwixxi mill-inqas 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm InvestEU għall-għanijiet klimatiċi. Barra minn hekk, mira speċifika ta’ mill-inqas 60 % tal-volum aggregat tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment fuq objettivi relatati mal-klima u l-ambjent taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli hija stabbilita fl-Artikolu 8(8) tar-Regolament InvestEU għall-kompartiment tal-UE. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment huma mistennija wkoll li jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali tal-Unjoni għall-bijodiversità.

Il-miri klimatiċi u ambjentali għandhom japplikaw kemm għall-kompartiment tal-UE kif ukoll għal dak tal-Istati Membri tal-Fond InvestEU. Madankollu, il-kisba tal-miri (43) għandha tiġi kkalkulata u mmonitorjata separatament għall-kompartimenti tal-UE u tal-Istati Membri.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom ikejlu l-kontribut għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jippreżentaw lill-Kumitat tal-Investiment, f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni dwar it-traċċar tal-klima u tal-ambjent imsemmija fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament InvestEU. It-traċċar tal-klima u tal-ambjent skont il-Fond InvestEU se jibni fuq sistema koerenti għall-ġbir, l-immarkar u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni rilevanti mis-sħab kollha inkarigati mill-implimentazzjoni, filwaqt li jiżgura l-kompatibbiltà ma’ metodoloġija usa’ ta’ traċċar tal-klima applikabbli għall-programmi rilevanti kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Din is-sistema se jkollha tuża b’mod xieraq il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tkunx ambjentalment sostenibbli f’konformità mar-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (44).

Sabiex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-mira klimatika ta’ 30 % u l-mira klimatika u/jew ambjentali kumulattiva ta’ 60 % għat-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli, fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ proposta lill-Kummissjoni, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi ttraċċat il-kontribut għal dawn il-miri, f’konformità mal-gwida maħruġa mill-Kummissjoni. L-istess informazzjoni tiġi ppreżentata wkoll lill-Kumitat tal-Investiment bħala parti mill-applikazzjoni għall-appoġġ mill-Fond InvestEU.

Il-ftehimiet ta’ garanzija se jirrikjedu li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni, f’livell aggregat, dwar l-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-miri klimatiċi u ambjentali u, jekk applikabbli, b’mod separat għal kull fond kontribwenti b’ġestjoni kondiviża fil-kompartiment tal-Istati Membri. Dan ir-rappurtar se jinkludi indikaturi rilevanti, fejn applikabbli.

3.2.   Verifika tas-sostenibbiltà

F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU, l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandhom jiġu skrinjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk jappoġġawx proġetti li jaqbżu ċertu daqs (45) u, f’tali każ, jekk għandhomx xi impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali sinifikanti. Jekk dan ikun il-każ, huma għandhom ikunu soġġetti għal verifika tas-sostenibbiltà f’konformità mal-gwida żviluppata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mas-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni. Fejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonkludi li ma għandha titwettaq l-ebda verifika tas-sostenibbiltà, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jkun responsabbli għat-twettiq tal-verifika tas-sostenibbiltà abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġetti u f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni. Meta japplikaw għall-appoġġ tal-InvestEU, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jipprovdu sommarju ta’ verifika tas-sostenibbiltà, kif applikabbli. B’kunsiderazzjoni xierqa għar-regoli u l-prattiki rigward informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva, inkluża l-proprjetà intellettwali, is-sommarju dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għandu jsir pubbliku wara li l-Kumitat tal-Investiment ikun approva l-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjoni speċifika.

Il-gwida tal-Kummissjoni se tiġi żviluppata b’mod li jkun konsistenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni, u abbażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti (46), ta’ linji gwida, għodod u l-aħjar prattiki eżistenti biex tiġi żgurata r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u jiġu vvalutati l-esternalitajiet ambjentali (47), u billi jitqiesu, b’mod xieraq, il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika hijiex ambjentalment sostenibbli, kif definit mir-Regolament (UE) 2020/852, inkluż il-prinċipju ta’ “tagħmilx ħsara sinifikanti”. Il-verifika għandha tikkontribwixxi wkoll biex jiġi vverifikat li l-operazzjonijiet ta’ investiment ta’ InvestEU jenħtieġ li jkollhom l-għan li jeliminaw l-inugwaljanzi, jew tal-inqas ma jikkontribwux biex jinżammu jew jiżdiedu l-inugwaljanzi eżistenti.

3.3.   Skema għal Tranżizzjoni Ġusta fil-qafas tal-InvestEU

Bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli/mill-Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-InvestEU se jikkontribwixxi għall-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, bi skema ddedikata għal tranżizzjoni ġusta fil-qafas tal-InvestEU (InvestEU Just Transition Scheme, InvestEU JTS), implimentata permezz ta’ prodotti finanzjarji tal-InvestEU. L-InvestEU JTS għandha tappoġġa investimenti li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn l-ilħuq tal-mira tal-Unjoni għall-klima għall-2030 u l-mira tagħha li tikseb newtralità klimatika sal-2050. Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-InvestEU JTS, fil-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-setturi u l-attivitajiet previsti li għandhom jirċievu għajnuna, f’konformità mal-prinċipji li jikkonċernaw il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ir-Regolament dwar il-JTF) (48).

L-InvestEU JTS għandha tappoġġa investimenti ekonomikament vijabbli minn entitajiet tas-settur privat u tas-settur pubbliku allinjati mal-objettivi ta’ tranżizzjoni ġusta. Il-proġetti jew ir-riċevituri finali għandhom ikunu jinsabu f’territorji koperti minn pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta approvat fil-qafas tar-Regolament dwar il-JTF. Barra minn hekk, il-proġetti jew ir-riċevituri finali li ma jinsabux f’dawn it-territorji imma li jikkontribwixxu biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tagħhom jistgħu jiġu appoġġati, dment li l-finanzjament għal tali proġetti jkun kruċjali għat-tranżizzjoni tat-territorji bi pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta. Pereżempju, jistgħu jiġu koperti proġetti ta’ infrastruttura li jtejbu l-konnettività tar-reġjuni tat-tranżizzjoni ġusta.

L-InvestEU JTS għandha tappoġġa investimenti f’konformità mal-objettivi (l-Artikolu 3 tar-Regolament InvestEU) u mal-prijoritajiet tal-investiment (l-Artikolu 8(1) u l-Anness II tar-Regolament InvestEU) stabbiliti fir-Regolament InvestEU u f’dawn il-linji gwida għall-investiment.

L-InvestEU JTS tista’ tiġi implimentata permezz ta’ kwalunkwe prodott finanzjarju tal-InvestEU fil-qafas tal-erba’ twieqi ta’ politika. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tat-territorji tat-tranżizzjoni ġusta (eż. inugwaljanzi ekonomiċi, l-istruttura tas-suq tax-xogħol, il-kapaċità tal-assorbiment eċċ.) u l-impatt fuq il-prospettiva ekonomika minħabba l-pandemija tal-COVID-19, hi mistennija domanda ogħla għall-finanzjament fil-qafas ta’ xi prodotti finanzjarji u l-ebda domanda jew waħda limitata f’oħrajn. Meta jitqiesu dawn il-fatturi, jistgħu jiġu offruti inċentivi ddedikati lis-sħab ta’ implimentazzjoni u lill-intermedjarji finanzjarji. Jekk ikun ġustifikat, dawn jistgħu jkunu fil-forma ta’ arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju aktar vantaġġużi għall-portafolli tal-investiment bejn l-UE u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, remunerazzjoni aktar baxxa tal-garanzija tal-UE jew kopertura parzjali tal-kostijiet amministrattivi fil-qafas tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-InvestEU JTS skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament InvestEU jew forma oħra miftiehma fi ftehim ta’ garanzija fil-kuntest ta’ prodott finanzjarju wieħed jew aktar. Fejn ikun xieraq jista’ jiġi offrut appoġġ ta’ konsulenza dedikat lill-promoturi rilevanti tal-proġetti jew lill-intermedjarji finanzjarji insostenn tal-iżvilupp ta’ riżerva vijabbli ta’ proġetti.

Kull tnaqqis tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE għandu jibbenefika għalkollox lir-riċevituri finali.

Il-kontribuzzjoni mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta’ investiment għall-InvestEU JTS tista’ tvarja skont in-natura tal-prodott finanzjarju kkonċernat.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jittraċċaw u jirrapportaw dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment, jew il-komponenti rilevanti tagħhom, li jappoġġaw lill-proġetti jew lir-riċevituri finali fil-qafas tal-InvestEU JTS. Wara l-adozzjoni ta’ pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti, dawn l-operazzjonijiet jew il-komponenti rilevanti tagħhom għandhom jgħoddu bħala investiment mobilizzat fil-qafas tal-InvestEU JTS anki jekk ikunu ġew approvati qabel l-adozzjoni tal-pjan, dment li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jivverifika li jikkonformaw mal-objettivi tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti.

Il-finanzjament fil-qafas tal-InvestEU JTS ma għandux jiġi kkombinat mal-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku (49) (pilastru 3), ħlief għall-appoġġ konsultattiv.

4.   UŻU TAL-GARANZIJA TAL-UE

Il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tkopri segmenti differenti ta’ riskju tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment fil-qafas tal-prodotti finanzjarji differenti jew portafolli ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fil-qafas tal-prodotti finanzjarji. Id-dettalji tal-użu tal-garanzija tal-UE għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim tal-garanzija.

Il-garanzija tal-UE tista’ tkun pari passu mal-pożizzjoni ta’ riskju meħuda mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew tista’ tkopri segment tal-ewwel telf, pereżempju biċċa tal-ewwel telf (first loss piece, FLP) jew segment intermedju. Għall-ftehimiet ta’ garanzija li jkopru aktar minn tieqa ta’ politika waħda, it-telf imġarrab fil-qafas tal-prodotti finanzjarji jista’ jiġi mutwalizzat fi ħdan tieqa ta’ politika waħda jew aktar, b’kont meħud tal-istruttura tal-kondiviżjoni tar-riskju definita fil-ftehim ta’ garanzija.

Is-sehem tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fl-FLP jgħodd għall-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament InvestEU. Il-kondiviżjoni tar-riskju f’forom oħra, bħas-sehem tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni f’segment intermedju, tista’ titqies fil-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet u għall-metodoloġija tal-kalkolu stipulati fil-ftehimiet ta’ garanzija.

It-tul tal-ħajja ta’ prodott finanzjarju u l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tiegħu għandhom jiġu definiti fil-ftehim ta’ garanzija. Jekk ikun xieraq, fil-qafas ta’ prodott finanzjarju fil-livell tal-operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment tista’ tkun prevista l-possibbiltà ta’ ħruġ mill-investimenti jew taċ-ċediment ta’ skoperturi qabel tmiem il-ħajja tal-investimenti sottostanti jekk il-kisba tal-objettivi ta’ politika tista’ tiġi ggarantita, waqt li jiġu osservati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti f’din it-Taqsima 4 li għandhom japplikaw mutatis mutandis, il-ħxuna tas-segment subordinat jew intermedju tista’ tiġi stabbilita wkoll permezz ta’ mekkaniżmu tar-rata ta’ trasferiment, li jiġi speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija. Dan jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata ta’ trasferiment individwali għal kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ kontribuzzjoni, għal dik l-operazzjoni, għal tali segment subordinat jew intermedju mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u mill-garanzija tal-UE.

Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu tal-garanzija tal-UE, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida għall-investiment taħt it-Taqsima rilevanti tat-tieqa ta’ politika. Għall-kompartiment tal-Istat Membru, il-ħxuna tal-FLP jew tas-segment intermedju tista’ tkun differenti mill-prinċipji stabbiliti f’din it-Taqsima 4, kif speċifikat fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni rilevanti ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.

4.1.   Prodotti finanzjarji ġenerali

4.1.1.   Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn

Bħala prinċipju, skont id-dispożizzjonijiet fit-Taqsimiet minn 4.1.1.1 sa 4.1.1.3, għall-portafolli li jappoġġaw operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn fil-qafas tal-prodotti finanzjarji, jekk il-garanzija tal-UE tkopri FLP, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP.

4.1.1.1.   Kopertura tal-operazzjonijiet individwali

Din it-Taqsima 4.1.1.1 tapplika biss għall-operazzjonijiet diretti.

Il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tkopri parzjalment operazzjoni individwali fuq bażi pari passu. F’dan il-każ, il-garanzija tal-UE fuq operazzjoni individwali ma tistax taqbeż il-50 % tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkun obbligat li jżomm sehem pari passu ta’ mill-inqas 20 % fuq operazzjoni individwali għall-fini tal-allinjament tal-interessi.

Il-garanzija tal-UE jista’ jkollha wkoll forma oħra, fosthom pożizzjoni subordinata fir-rigward ta’ operazzjoni individwali. F’dan il-każ, il-garanzija tal-UE fuq operazzjoni individwali tkun limitata għal 25 % tal-ammont totali tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (50). Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid ikollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fil-pożizzjoni subordinata.

4.1.1.2.   Kopertura ta’ portafolji tal-operazzjonijiet għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 4.1.1.3

Il-garanzija tal-UE tista’ tkopri wkoll FLP jew segment intermedju fir-rigward tal-portafoll rilevanti tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment iffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Jekk il-garanzija tal-UE tkun tkopri l-FLP, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid ikollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP.

Il-ħxuna tal-FLP tkun ibbażata fuq il-profil tar-riskju mistenni tal-operazzjonijiet fil-qafas tal-portafoll iggarantit. Għandha tkun limitata għal 30 % tal-ammont totali tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas ta’ prodott finanzjarju. Fil-qafas tat-tieqa ta’ Investiment Soċjali u Ħiliet, il-ħxuna tal-FLP tista’ tiżdied b’referenza għal porzjon xieraq tal-ammont totali tal-finanzjament.

4.1.1.3.   Kopertura tal-portafolji ta’ garanziji limitati u mhux limitati

Għall-finanzjament intermedjat b’dejn, kemm fil-forma ta’ garanziji limitati kif ukoll fil-forma ta’ garanziji mhux limitati, meta r-remunerazzjoni mill-intermedjarji finanzjarji ma tkunx biżżejjed għal remunerazzjoni adegwata tar-riskju tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-garanzija tal-UE jista’ jkollha sehem ta’ massimu ta’ 100 % fl-FLP iffissat fil-livell tat-telf mistenni. Għal tali finanzjament intermedjat tad-dejn fil-forma ta’ garanziji limitati, il-ħxuna tal-FLP koperta mill-garanzija tal-UE tista’ tkun stabbilita sa 100 % tal-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-garanzija tal-UE tista’ tkopri telf ’il fuq mit-telf mistenni għal garanziji mhux limitati offruti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-porzjon tat-telf mhux mistenni kopert mill-garanzija tal-UE għandu jiġi pprezzat, kif speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija.

F’każijiet eċċezzjonali ta’ valur politiku għoli, il-ħxuna tal-FLP koperta mill-garanzija tal-UE tista’ tiġi stabbilita f’livell ogħla mit-telf mistenni f’każ ta’ garanziji limitati offruti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-porzjon tat-telf mhux mistenni kopert mill-garanzija tal-UE għandu jiġi pprezzat, kif speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija.

4.1.2.   L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità

Fil-prinċipju, fir-rigward tal-portafolji li jappoġġaw operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jridu jinvestu fuq bażi pari passu f’kull operazzjoni tal-finanzjament jew tal-investiment b’riskju proprju għal sehem li jiżgura allinjament suffiċjenti tal-interessi, kif definit ex ante taħt kull prodott finanzjarju. Bħala aggregat, il-parti tal-finanzjament koperta mill-garanzija tal-UE għandha tirrappreżenta sa 70 % tal-finanzjament totali fil-forma ta’ ishma azzjonarji pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (li jista’ jitqies fil-livell tal-grupp) fuq bażi pari passu fil-qafas tal-prodotti finanzjarji differenti u l-finanzjament ta’ riskju proprju għandu jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-finanzjament totali fil-forma ta’ ishma azzjonarji pprovdut pari passu mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-ftehimiet tal-kondiviżjoni tar-riskju bejn is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-Kummissjoni jistgħu jkunu fuq bażi li mhijiex pari passu. Pereżempju, għall-beni pubbliċi b’fallimenti sistemiċi tas-suq jew biex il-falliment jipprezza b’mod xieraq l-esternalitajiet, bħal operazzjonijiet tal-ewwel tip jew il-ħolqien ta’ suq ġdid, jista’ jkun permess użu subordinat tal-garanzija tal-UE.

F’każijiet eċċezzjonali biss, fosthom jekk ikun hemm konċentrazzjoni għolja tar-riskju, il-garanzija tal-UE tista’ tkopri sa 100 % tal-FLP (li mhux se tkun ogħla minn 50 % tal-finanzjament globali pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas ta’ portafoll bħal dan). Fil-każijiet kollha, il-qsim tal-profitti bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u l-Kummissjoni għandu jkun proporzjonat għall-iskopertura tagħhom għar-riskju.

4.2.   Prodotti finanzjarji tematiċi

4.2.1.   Użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn

Il-garanzija tal-UE tista’ tkopri FLP fir-rigward tal-portafoll rilevanti ta’ operazzjonijiet tat-tip ta’ dejn iffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Minħabba l-karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji bħal dawn, il-ħxuna tal-FLP tista’ tkun ogħla minn 50 % tal-finanzjament fil-mira pprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP biex ikun żgurat l-allinjament tal-interessi. F’każijiet debitament ġustifikati, l-allinjament tal-interessi jista’ jiġi ggarantit permezz ta’ mezzi finanzjarji oħra speċifikati fil-ftehim relevanti ta’ garanzija.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-kontribuzzjoni tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-kopertura tat-telf żgurata mill-FLP tista’ tiġi pprovduta b’mod progressiv, waqt li l-portafoll jimmatura u jitnaqqaslu r-riskju. Din il-kontribuzzjoni tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dħul li joriġina mill-portafoll/portafolji ggarantit(i) jew oħrajn, jew permezz ta’ mekkaniżmi xierqa u innovattivi oħrajn.

4.2.2.   L-użu tal-garanzija tal-UE għal operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità

Il-garanzija tal-UE tista’ tkopri FLP fir-rigward tal-portafoll rilevanti ta’ operazzjonijiet tat-tip ta’ ekwità ffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni; il-ħxuna tal-FLP tista’ tkun akbar minn 50 % fir-rigward tal-portafoll rilevanti ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jkollu sehem ta’ mill-inqas 5 % fl-FLP biex ikun żgurat l-allinjament tal-interessi. F’każijiet debitament ġustifikati, l-allinjament tal-interessi jista’ jiġi ggarantit permezz ta’ mezzi finanzjarji oħra speċifikati fil-ftehim relevanti ta’ garanzija.

F’każijiet debitament ġustifikati, il-kontribuzzjoni tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-kopertura tat-telf żgurata mill-FLP tista’ tiġi pprovduta b’mod progressiv, waqt li l-portafoll jimmatura u jitnaqqaslu r-riskju. Din il-kontribuzzjoni tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dħul li joriġina mill-portafoll/portafolji ggarantit(i) jew oħrajn, jew permezz ta’ mekkaniżmi xierqa u innovattivi oħrajn.

5.   FINANZJAMENT IPPROVDUT MIS-SIEĦEB INKARIGAT MILL-IMPLIMENTAZZJONI

Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida għall-investiment taħt it-Taqsima rilevanti tat-tieqa ta’ politika.

5.1.   Prodotti finanzjarji ġenerali

5.1.1.   Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

5.1.1.1.   Finanzjament b’dejn ġenerali

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jipprovdi finanzjament direttament lir-riċevituri finali, jiġifieri fil-forma ta’ self dirett jew forom oħra ta’ finanzjament dirett b’dejn, jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

5.1.1.2.   Garanziji limitati u mhux limitati

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet tal-finanzjament u tal-investiment magħmula fil-qafas tal-kompartiment tal-UE:

(a)

il-garanzija tal-UE tista’ tkun offruta lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex dawn jipprovdu garanzija limitata jew mhux limitata għal portafoll ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament stabbiliti ġodda li joriġinaw minn intermedjarju finanzjarju. It-tranżazzjonijiet b’riċevituri finali li huma soġġetti għal proċeduri kollettivi ta’ insolvenza jew li jissodisfaw il-kriterji skont il-liġi domestika tagħhom biex ikunu inklużi fi proċeduri kollettivi ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri tagħhom, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-inklużjoni f’dawn il-portafolli;

(b)

fil-każ ta’ garanzija tal-portafoll limitata, ir-rata tal-limitu massimu għandha tkun stabbilita fil-livell tat-telf mistenni tal-portafoll il-ġdid u għandha tkun iddeterminata individwalment għal kull ftehim ta’ garanzija tal-portafoll iffirmat mal-intermedjarju finanzjarju (51). It-telf mistenni għandu jiġi ddeterminat u ddokumentat fuq il-bażi ta’ data storika u stimi li jħarsu ’l quddiem. Jekk ma tkunx teżisti data rilevanti, ir-rata tal-limitu massimu għandha tiġi stabbilita f’livell miftiehem minn qabel u tiġi stipulata fil-ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Ir-rata tal-limitu massimu permissibbli għandha tkun ta’ 25 %. Għat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, ir-rata tal-limitu massimu permissibbli tista’ tkun ogħla;

(c)

f’każijiet debitament ġustifikati, il-kopertura tal-garanzija sal-livell tat-telf mistenni tista’ tiġi pprovduta mingħajr ħlas (kemm għal garanziji limitati kif ukoll għal dawk mhux limitati) filwaqt li t-teħid ta’ riskju ’l fuq mit-telf mistenni jrid jiġi pprezzat mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kif jista’ jiġi definit fil-ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Fiż-żewġ każijiet, it-tnaqqis tar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE għandu jibbenefika għalkollox lir-riċevituri finali;

(d)

ir-rata tal-garanzija għat-tranżazzjonijiet individwali tal-finanzjament inklużi fil-portafoll il-ġdid għandha tipikament tkun 50 % imma dan il-perċentwal jista’ jiżdied għal tranżazzjonijiet li għandhom valur politiku speċifiku;

(e)

l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun obbligat iżomm minimu ta’ 20 % tal-iskopertura b’rabta ma’ kull tranżazzjoni ta’ finanzjament li tikklassifika pari passu mal-garanzija pprovduta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. F’każijiet debitament ġustifikati, jista’ jiġi speċifikat perċentwal aktar baxx fil-ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jekk dan ikun konsistenti jew konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fit-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, l-iskopertura minima tista’ titnaqqas għal 5 % f’każijiet debitament ġustifikati;

(f)

fir-rigward tal-irkupru tat-telf, il-garanzija pprovduta mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandha tikklassifika pari passu mal-intermedjarju finanzjarju. Fil-każ ta’ garanziji limitati, jekk l-ammont tat-telf jaqbeż l-ammont tal-limitu massimu tal-garanzija, ammont korrispondenti ta’ rkupru ta’ telf jistal-ewwel jiġi allokat għall-iskoperturi aktar superjuri; b’mod alternattiv tista’ tiġi applikata rata ta’ rkupru stmata ex-ante;

(g)

il-maturità minima tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament li jistgħu jiġu inklużi fil-portafolji hija ffissata għal 12-il xahar, ħlief fil-qafas tat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet fejn tista’ tkun inqas.

5.1.2.   Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-finanzjament mill-ekwità u ta’ kważi ekwità jista’ jiġi pprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni lir-riċevituri finali direttament (52) jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, bħal fondi dedikati u strumenti ta’ investiment, inklużi strumenti ta’ koinvestiment. Il-fondi intermedjarji jew l-istrumenti ta’ investiment għandhom tipikament jimmiraw parteċipazzjonijiet minoritarji fir-riċevituri finali.

Il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom japplikaw għall-investimenti magħmula fl-ambitu tal-kompartiment tal-UE għal intermedjarji finanzjarji, kif stabbilit aktar fil-ftehimiet ta’ garanzija mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u, biex jiġi evitat kull dubju, japplikaw għall-finanzjament ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-InvestEU (operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment), inklużi l-partijiet koperti mill-garanzija tal-UE u mill-kontribuzzjoni finanzjarja tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni:

(a)

intermedjarju finanzjarju li jirċievi investiment fil-qafas tal-InvestEU (operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment) għandu, bħala parti mill-istrateġija tal-investiment tiegħu, jimpenja ruħu li jinvesti f’riċevituri finali li huma eliġibbli skont ir-Regolament InvestEU ammont li hu ugwali mill-inqas għall-ogħla wieħed minn dawn:

(i)

50 % tal-ammonti investiti aggregati tal-intermedjarju; u

(ii)

darbtejn l-ammont prelevat taħt l-investiment appoġġat mill-UE għal skopijiet ta’ investiment, b’limitu massimu ta’ 80 % tal-ammonti investiti aggregati tal-intermedjarju.

(b)

l-investimenti f’fondi mwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom tipikament ma jirrappreżentawx aktar minn 25 % tad-daqs tal-fond. F’każijiet b’valur miżjud politiku għoli, jistgħu jiġu permessi investimenti li jirrappreżentaw sa 50 % tad-daqs tal-fond, ħlief fil-qafas tat-tieqa tal-Investiment Soċjali u l-Ħiliet jew f’każijiet eċċezzjonali ta’ fondi tat-trasferiment tat-teknoloġija fil-qafas ta’ twieqi ta’ politika oħra, fejn dawn jistgħu jkunu sa 75 % tad-daqs tal-fond. F’każ ta’ fond ta’ fondi, dawn il-limiti japplikaw fil-livell tal-fondi tad-destinatarji ta’ investiment;

(c)

investimenti f’fondi ddedikati għall-investimenti ekoloġiċi u diġitali fil-livell Ewropew minn tliet sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jew aktar jistgħu jkunu aggregati sa 75 % tad-daqs tal-fond;

(d)

għal strumenti u skemi ta’ koinvestiment, fil-ftehimiet ta’ garanzija mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni se tiġi stipulata ġabra speċifika ta’ regoli;

(e)

l-investimenti mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-InvestEU għandhom isiru fuq bażi pari passu ma’ investituri pubbliċi u privati oħra u fuq bażi ta’ konformità mas-suq. Il-konformità mas-suq teħtieġ li minimu ta’ 30 % tal-investimenti kollha f’fond jew fil-proġetti sottostanti tal-fond għandhom isiru minn investituri privati f’sitwazzjoni komparabbli mal-investituri li jifdal u fuq bażi pari passu (53) Ir-rekwiżiti f’dan il-paragrafu ma jistgħux japplikaw għall-fini ta’ investiment f’oqsma ta’ rilevanza politika speċifika għall-UE, kif elaborat aktar fil-ftehim ta’ garanzija rilevanti ma’ sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(f)

l-investiment f’fondi mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-qafas tal-InvestEU għandu normalment isir fl-ewwel għeluq tal-fond; investimenti f’għeluq sussegwenti huma possibbli biss fejn ikun debitament ġustifikat;

(g)

l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandhom ikunu fit-tul u jkollhom durata tipika ta’ bejn 5 snin u 20 sena;

(h)

l-investimenti f’riċevituri finali li huma eliġibbli f’konformità mal-prodott finanzjarju rilevanti għandhom jieħdu l-forma ta’ investimenti primarji (54). L-investimenti sekondarji jistgħu wkoll jitqiesu eliġibbli fejn debitament ġustifikat, kif speċifikat fil-ftehim ta’ garanzija.

5.2.   Prodotti finanzjarji tematiċi

5.2.1.   Finanzjament b’dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jipprovdi finanzjament lir-riċevituri finali fil-forma ta’ self dirett jew forom oħra ta’ finanzjament dirett b’dejn jew permezz ta’ intermedjarji tal-finanzjament biex jiġi mmirat il-qasam ta’ politika b’valur miżjud ogħla għall-Unjoni.

5.2.2.   Finanzjament mill-ekwità mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-finanzjament mill-ekwità u ta’ kważi ekwità jista’ jiġi pprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni lir-riċevituri finali direttament (55) jew permezz ta’ fondi dedikati u strumenti ta’ investiment. F’każijiet debitament ġustifikati, l-investiment f’fondi jew strumenti oħra ta’ investiment, u pjattaformi appoġġati mill-garanzija tal-UE jistgħu jikklassifikaw ukoll b’mod subordinat meta mqabbla ma’ investituri oħra.

6.   TWIEQI TA’ POLITIKA

6.1.   Tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli

6.1.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

It-tieqa għall-infrastruttura sostenibbli għandha l-għan li tappoġġa l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fl-infrastruttura sostenibbli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament InvestEU. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-attivitajiet esklużi (it-Taqsima 2.3.3 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment) u l-prinċipji tal-allokazzjoni tal-Fond InvestEU stabbiliti fit-Taqsima 2.6, kwalunkwe qasam rilevanti marbut mal-infrastruttura sostenibbli elenkat fl-Anness II tar-Regolament InvestEU huwa eliġibbli għall-appoġġ fil-qafas tat-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli. Dak l-appoġġ huwa prinċipalment relatat mal-punti 1, 2, 3, 4, 9, 10, 11, 13(d), 14 u 15 tal-Anness II tar-Regolament InvestEU, u wħud minnhom huma deskritti aktar b’mod mhux eżawrjenti u indikattiv fit-Taqsimiet 6.1.1.1 sa 6.1.1.8. L-oqsma eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità skont it-Taqsima 2.3.2.1.

Filwaqt li jirrispetta l-mira ġenerali li 60 % tal-investiment jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, il-finanzjament ipprovdut mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandu jfittex li jiżgura livell suffiċjenti ta’ diversifikazzjoni bejn is-setturi waqt li jqis il-prodotti finanzjarji implimentati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

It-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli tista’ wkoll tidderieġi l-appoġġ mill-programmi settorjali (it-Taqsima 2.9 dwar il-finanzjament imħallat). Barra minn hekk, l-appoġġ għall-investimenti fil-qafas tat-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli jista’ jiġi kkombinat b’appoġġ minn fondi taħt ġestjoni kondiviża jew mill-RRF.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli mistenni jżid il-valur billi jipprovdi aċċess għall-finanzjament f’xi waħda minn dawn l-istanzi:

(a)

il-ksib tal-miri u tal-objettivi politiċi relatati mal-iżvilupp sostenibbli definiti fuq skala Ewropea. Pereżempju, dan jirrigwarda l-promozzjoni simultanja ta’ objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali, bħall-konformità mal-prinċipji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (environmental, social, and governance, ESG) (56);

(b)

appoġġ għall-iżvilupp tal-infrastruttura bħala klassi tal-assi permezz tal-promozzjoni tal-applikazzjoni konsistenti ta’ standards għoljin ta’ sostenibbiltà (inkluża l-aċċessibbiltà (57)), it-trasparenza u l-komparabbiltà fl-oqsma tat-tħejjija tal-proġetti, tekniki u prodotti ta’ finanzjament, il-monitoraġġ u d-data;

(c)

il-promozzjoni ta’ proġetti li għandhom impatt makroreġjonali u/jew transfruntier, fejn il-kostijiet u l-benefiċċji jitqassmu fost bosta Stati Membri jew fejn il-kostijiet jiġġarrbu f’livell nazzjonali jew lokali, filwaqt li l-benefiċċji jitwettqu b’mod transkonfinali jew fuq skala tal-Unjoni;

(d)

appoġġ għall-proġetti li jinternalizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji ambjentali u soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-prijoritajiet tal-politika tal-UE. Dan ikun jirrelata, pereżempju, ma’ kontribuzzjonijiet għall-bidla modali u l-użu ta’ karburanti sostenibbli fit-trasport, il-kontribuzzjoni għall-effiċjenza tal-materjali u tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, titjib fil-kwalità tal-arja jew tal-ilma, il-ħarsien tal-ambjent, il-promozzjoni tal-ħarsien fit-tul u tar-restawr tal-bijodiversità, l-infrastruttura sostenibbli u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, appoġġ għall-bijoekonomija, tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-ġestjoni tal-wirt kulturali, it-turiżmu, il-prestazzjoni enerġetika tal-bini, eċċ. Dan ikun jinkludi wkoll appoġġ għat-tiġdid u l-modifika tas-soluzzjonijiet għall-mezzi mobbli tat-trasport;

(e)

il-promozzjoni tal-infrastruttura tan-network trans-Ewropew, tagħmir u teknoloġiji innovattivi li jservu pereżempju, bħala ben pubbliku għas-sistema tal-enerġija u tat-trasport eċċ. Proġetti bħal dawn jistgħu wkoll ikunu faċilitaturi ewlenin għal livelli ogħla ta’ investiment fis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, fl-effiċjenza enerġetika u fir-rispons tad-domanda, fil-kura tas-saħħa (eż. is-soluzzjonijiet tas-saħħa u tal-kura elettronika), l-amministrazzjoni pubblika (bħas-servizzi pubbliċi elettroniċi) u l-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata u b’sorsi ta’ enerġija alternattivi;

(f)

il-promozzjoni tal-konnettività diġitali sostenibbli u pjattaformi u infrastrutturi tad-data madwar l-Unjoni u proġetti li jappoġġaw firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, li jippromwovu l-konnettività internazzjonali tal-UE jekk ikun meħtieġ, fejn is-sostenibbiltà tinkludi attenzjoni għaċ-ċirkolarità tal-infrastruttura u tat-tagħmir;

(g)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u tat-tħaddim ta’ infrastruttura spazjali sostenibbli (fl-orbitu u bbażata fuq l-art) li tippermetti servizzi u applikazzjonijiet spazjali;

(h)

il-promozzjoni ta’ proġetti fejn il-benefiċċji jiddependu fuq investimenti oħra fil-katina jew fin-network tal-valur jew tal-provvista u/jew jinvolvu riskju għoli għal “min jidħol l-ewwel”;

(i)

il-promozzjoni tal-interoperabbiltà fl-infrastruttura u fis-servizzi transfruntieri, fosthom fil-pjattaformi u fis-servizzi diġitali;

(j)

il-promozzjoni tal-varar ta’ infrastruttura tar-riċerka, u s-sinerġiji magħha, fosthom l-infrastruttura elettronika, madwar l-Unjoni. Din trid tiffoka fuq l-iżvilupp tas-suq ta’ faċilitajiet, riżorsi u servizzi li jintużaw mill-komunitajiet għat-trawwim tal-innovazzjoni;

(k)

l-indirizzar tal-funzjonament effiċjenti tas-suq intern billi jiġi promoss l-investiment ibbażat fuq is-suq taħt diversi reġimi regolatorji (58);

(l)

il-ksib ta’ massa kritika kif ukoll gruppi u proġetti aggregati biex jiġu attirati investituri privati.

L-appoġġ għall-oqsma ta’ politika deskritti fit-Taqsimiet 6.1.1.1 sa 6.1.1.8 jista’ jiġi kkomplementat minn miżuri ta’ akkumpanjament li għandhom l-għan li jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-promoturi tal-proġetti biex jiżviluppaw il-kapaċità għad-definizzjoni tal-istrateġiji tal-investiment, il-finanzjament imħallat, l-ippjanar u r-raggruppament tal-proġetti.

6.1.1.1.   Żvilupp tas-settur tal-enerġija

L-appoġġ għall-ġenerazzjoni, għall-provvista jew għall-użu ta’ enerġija rinnovabbli sostenibbli u nadifa għandu jiffoka fuq proġetti b’riskju perċepit u intensità ta’ kapital għoljin li jippermettu l-integrazzjoni ulterjuri tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha (il-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, it-trasport) kif ukoll sorsi u soluzzjonijiet tal-enerġija oħrajn b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero. B’mod indikattiv jista’ jinkludi proġetti ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ta’ natura transfruntiera jew offshore (ara wkoll it-Taqsima 6.1.1.7), proġetti li jimmiraw lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-binjiet, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fi proċessi industrijali, il-produzzjoni u l-provvista (fuq skala kummerċjali) ta’ gass b’karbonju baxx (bħall-idroġenu jew il-bijometan nadif u b’karbonju baxx, b’mod konformi mal-Istrateġija dwar l-Idroġenu (59)), il-bijokarburanti avvanzati, il-bijomassa u proġetti oħra ta’ karburanti alternattivi sostenibbli kif ukoll il-ħżin fuq is-sit. Jenħtieġ li jingħata wkoll appoġġ lil proġetti lokali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bħal dawk immexxija minn komunitajiet tal-enerġija, li spiss ikunu integrati ma’ titjib fl-effiċjenza enerġetika. L-appoġġ għas-settur tal-enerġija jista’ jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq, għall-objettivi tad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (“RED II” (60)) u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (“ir-Regolament dwar il-Governanza” (61)), kif ukoll jippromwovi l-effiċjenza enerġetika f’deċiżjonijiet tal-investiment, inkluż permezz tal-mekkaniżmu tal-Unjoni ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli (62).

L-appoġġ fil-qafas tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija se jinkludi proġetti f’konformità mal-impenji tal-Unjoni skont l-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta’ Pariġi, u jsegwi l-objettivi fid-Direttiva 2012/27/UE (63) (it-tnaqqis tad-domanda tal-enerġija permezz ta’ miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u l-ġestjoni tad-domanda, l-applikazzjoni ta’ prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, l-appoġġ għat-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni tal-enerġija fi proġetti tal-koġenerazzjoni li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u li jipprevjenu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta’ sustanzi niġġiesa oħra). L-appoġġ se jinkludi proġetti konformi mal-Istrateġija Mewġa ta’ Innovazzjoni (64), b’mod partikolari t-tliet oqsma ta’ prijorità tagħha: l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u l-bini bl-agħar prestazzjoni; ir-rinnovazzjoni ta’ binjiet pubbliċi, bħal faċilitajiet amministrattivi, edukattivi u tal-kura tas-saħħa u d-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ. Jenħtieġ li jiġu appoġġati proġetti li jimmodernizzaw is-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini billi dawn huma essenzjali għad-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini fl-UE. L-iżvilupp tal-potenzjal lokali tal-enerġija rinnovabbli wkoll huwa kruċjali biex tonqos id-dipendenza tal-UE fuq il-karburanti fossili importati. Fosthom se jkun hemm ir-rinnovazzjoni tal-binjiet eżistenti għall-effiċjenza enerġetika li tikseb jew timmira li tikseb titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija kif iddeterminat permezz ta’ xi kriterju wieħed jew aktar minn wieħed stipulati fl-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (65), eż. permezz tat-titjib miksub bis-saħħa ta’ rinnovazzjoni bħal din billi jitqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ qabel u ta’ wara r-rinnovazzjoni, u l-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda b’effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija dment li jkunu jeċċedu l-istandards nazzjonali tal-binjiet b’użu ta’ kważi żero enerġija (minħabba l-iskadenza legali biex il-binjiet il-ġodda kollha fl-UE jkunu binjiet b’użu ta’ kważi żero enerġija mill-31 ta’ Diċembru 2020), inkluża l-modernizzazzjoni tal-binjiet bis-saħħa ta’ teknoloġiji smart ready u l-integrazzjoni tagħhom f’sistema konnessa tal-enerġija, tal-ħżin, diġitali u tat-trasport, fosthom bil-varar ta’ infrastruttura għall-elettromobbiltà skont id-Direttiva 2010/31/UE (66). L-appoġġ jinkludi wkoll proġetti li jindirizzaw ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kif ukoll proġetti li japplikaw Level(s), il-qafas ta’ indikaturi Ewropej għall-binjiet sostenibbli (67). Jimmira wkoll lejn tnaqqis fl-intensità enerġetika tal-intrapriżi permezz ta’ effiċjenza mtejba tal-proċessi jew bil-produzzjoni ta’ prodotti b’impronta tal-karbonju iżgħar kif ukoll bl-iżvilupp ta’ sistemi innovattivi tal-provvista tas-sħana b’emissjonijiet żero u baxxi, u bil-produzzjoni kkombinata tal-elettriku u tas-sħana.

L-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli u l-interventi li jrenduha intelliġenti għandhom jimmiraw lejn il-livell ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni. Se jinkludu wkoll appoġġ għal proġetti ta’ interess komuni, kif stabbiliti fir-Regolament dwar il-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (68), id-diġitalizzazzjoni u l-immodernizzar tal-grilji tal-enerġija għall-faċilitazzjoni ta’ adozzjoni akbar tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll proġetti relatati mal-flessibbiltà tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija.

L-appoġġ mill-InvestEU se jippromwovi wkoll l-użu ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi: proġetti li jinkludu teknoloġiji għall-qbid, it-trasport, il-ħżin u/jew l-użu tad-diossidu tal-karbonju (CCUS) u l-infrastruttura għall-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli, is-sħana u l-kesħa, gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju (bħall-idroġenu) jew proċessi industrijali, kif ukoll l-impjanti tal-bijoenerġija u l-faċilitajiet tal-manifattura għat-tranżizzjoni enerġetika jew it-tneħħija tal-karbonju.

6.1.1.2.   Żvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport sostenibbli, tagħmir u teknoloġiji innovattivi

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport, ta’ tagħmir u teknoloġiji innovattivi sostenibbli se jiġi dirett għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasport sostenibbli u sikuri, ta’ sovrastrutturi, ta’ soluzzjonijiet u tagħmir għall-mobbiltà u ta’ teknoloġiji innovattivi, f’konformità mal-prijoritajiet tat-trasport tal-Unjoni, mal-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (69) u mal-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dan se jinkludi proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), ir-riabilitazzjoni u l-aġġornament tal-infrastruttura eżistenti u tal-komponenti tal-livelli ta’ interkonnessjoni fil-modi kollha, fosthom in-nodi urbani, il-portijiet marittimi u interni, l-ajruporti, it-terminals multimodali u l-konnessjoni tagħhom man-networks ewlenin u l-applikazzjonijiet telematiċi stipulati fir-Regolament tat-TEN-T (70);

Bħala prijorità, l-appoġġ se jiġi assenjat għal proġetti fin-network ewlieni TEN-T identifikati fil-pjanijiet ta’ ħidma b’rabta mal-kurituri tan-network ewlieni li jindirizzaw ir-rabtiet neqsin, l-effetti lembut jew il-konnessjonijiet transfruntieri. Meta jkun rilevanti, dan se jinkludi: ir-riabilitazzjoni u l-aġġornament tal-infrastruttura ferrovjarja, tat-toroq, marittima u tal-avjazzjoni eżistenti, aġġornamenti tas-sikurezza, l-użu tal-proċeduri xierqa ta’ ġestjoni tas-sikurezza, u aġġornamenti tal-prestazzjoni ambjentali, fosthom l-iskjerament ta’ sistemi diġitali tal-ġestjoni tat-trasport bħall-ITS (71), l-RIS (72), l-ERTMS (73), is-SESAR, inkluż it-tagħmir abbord, u l-infrastruttura diġitali tat-trasport għall-kondiviżjoni interoperabbli tad-data u r-rapportar fil-modi u s-setturi kollha. Se jinkludi wkoll l-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji u servizzi ġodda tat-trasport, eż. f’relazzjoni ma’ modi tat-trasport konnessi u awtonomi, mal-ħruġ ta’ biljetti integrat u ma’ mezzi tat-trasport interni u marittimi li jniġġsu inqas (inkluża l-prevenzjoni ta’ tixrid ta’ żejt mill-vapuri). Se jinkludi wkoll appoġġ biex in-network TEN-T jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari, sal-punt li din l-infrastruttura tkun tissodisfa l-ħtiġijiet tal-iskopijiet ċivili kif ukoll militari (użu doppju).

L-appoġġ se jkun assenjat ukoll għal proġetti infrastrutturali tat-TEN-T li jipprevedu l-użu ta’ mill-inqas żewġ modi differenti ta’ trasport, b’mod partikolari terminals tal-merkanzija multimodali u pjattaformi loġistiċi, u ċentri tat-trasport tal-passiġġieri. L-appoġġ se jindirizza wkoll il-konnessjonijiet multimodali u s-sezzjonijiet tal-aħħar mil li jippermettu li t-traffiku tal-merkanzija jew tal-passiġġieri jitmexxa għal modi tat-trasport aktar sostenibbli bħat-trasport bil-ferrovija, it-trasport pubbliku/kollettiv, in-navigazzjoni interna jew it-trasport marittimu fuq distanzi qosra.

Jista’ jingħata appoġġ għal proġetti tal-mobbiltà urbana intelliġenti u sostenibbli, b’mod partikolari ċentri multimodali għat-trasport tal-passiġġieri, modi attivi, passaġġi fuq l-ilma interni u soluzzjonijiet tal-mobbiltà innovattivi, l-infrastruttura diġitali tat-trasport diġitali għall-konnessjoni bla xkiel u effettiva tal-modi tal-ivvjaġġar, l-infrastruttura għall-mobbiltà attiva u mingħajr emissjonijiet. Il-proġetti li jimmiraw li jippromwovu l-bidla għal modi sostenibbli ta’ trasport iridu jiffokaw fuq it-titjib tas-sikurezza tal-utenti u l-aċċessibbiltà mhux diskriminatorja, fosthom fir-rigward tal-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa. Il-proġetti se jimmiraw ukoll li jtejbu s-sikurezza fit-toroq, b’mod konformi mal-objettiv tal-Unjoni li jiġu eliminati l-imwiet u l-korrimenti serji fit-toroq Ewropej sal-2050, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-utenti vulnerabbli tat-triq bħaċ-ċiklisti u l-persuni mexjin.

It-tiġdid u l-modifika retroattiva tal-assijiet mobbli tat-trasport iridu jagħtu prijorità lill-proġetti mhux diskriminatorji għax-xiri ta’ vetturi ferrovjarji u bastimenti għall-użu fit-trasport ferrovjarju, fil-passaġġi fuq l-ilma interni u marittimu. Għan-navigazzjoni interna u ferrovjarja se jkunu inklużi wkoll investimenti fil-vetturi ferrovjarji u l-bastimenti eżistenti, eż. tagħmir diġitali tal-RIS, it-tnaqqis tal-istorbju, l-attrezzatura bl-ERTMS u b’akkoppjaturi awtomatiċi diġitali. Se jinkludi wkoll proġetti fl-avjazzjoni, fit-tbaħħir, fil-passaġġi fuq l-ilma marittimi u interni, f’setturi li jqisu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u bl-iskop tat-tranżizzjoni lejn karburanti alternattivi sostenibbli, tat-tnaqqis tat-tniġġis ta’ kwalunkwe tip u li jgħinu lill-industrija tikkonforma mal-impenji li ġejjin relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, fosthom il-backup għall-vapuri b’emissjonijiet żero u s-sostituzzjoni ta’ inġenji tal-ajru u bastimenti qodma b’oħrajn tal-ġenerazzjoni l-ġdida, li jiksbu tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, fuq il-bażi tal-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ. Barra minn hekk huma eliġibbli bastimenti u vetturi tat-triq b’emissjonijiet żero jew baxxi (ara l-paragrafu hawn taħt dwar l-infrastruttura tal-karburanti alternattivi).

Jista’ jingħata appoġġ għall-infrastruttura ferrovjarja, proġetti ferrovjarji oħra, għall-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni, għal proġetti ta’ tranżitu tal-massa u għal portijiet marittimi u awtostradi tal-baħar jekk dawn l-investimenti jipprevjenu jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tas-sustanza niġġiesa, jew inaqqsu l-istorbju. Dawn l-investimenti jistgħu jimmiraw ukoll il-faċilitajiet portwarji ta’ akkoljenza u mezzi oħra li jippermettu miżuri ta’ ħarsien tal-ambjent, u investimenti f’infrastruttura sostenibbli kkombinata, inkluż il-varar ta’ infrastruttura fuq skala żgħira għal karburanti alternattivi u soluzzjonijiet oħra li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju totali tal-portijiet. Jistgħu jiġu appoġġati investimenti fl-ekoloġizzazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruporti u tas-servizzi relatati (bħas-servizzi u l-operazzjonijiet tat-traffiku fuq l-art, l-inġenji tal-ajru fuq l-art) li jipprevjenu jew inaqqsu l-emissjonijiet jew l-istorbju.

Jista’ jingħata appoġġ għall-varar ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment bl-elettriku, bl-idroġenu u b’gass naturali kkompressat jew likwifikat imħallat ħafna mal-bijometan (> 50 %) għall-modi kollha tat-trasport, l-iskjerament ta’ vetturi tat-trasport bit-triq b’emissjonijiet baxxi jew żero, u pjattaformi għall-konnettività intelliġenti u għas-servizzi interoperabbli. Meta jiġġeddu l-flotot tal-vetturi tat-triq, jenħtieġ li dawn ikunu jissodisfaw ukoll l-istandards għoljin ta’ sikurezza applikabbli. Meta jiġu varati permezz ta’ modifika retroattiva, dawn il-vetturi jridu jiġu modifikati b’mod retroattiv għall-istandard ta’ emissjonijiet żero fl-iżbokk tal-egżost. Jista’ jingħata appoġġ għall-varar ta’ bastimenti u flotot b’livell ta’ emissjonijiet baxxi u żero li jużaw karburanti alternattivi sostenibbli (inkluż l-LNG) u inġenji tal-ajru li jużaw sorsi tal-enerġija sostenibbli. Il-modifika retroattiva tal-bastimenti se tippermetti li t-tbaħħir marittimu u intern juża karburanti alternattivi sostenibbli jew l-elettriku. Il-prijorità għal investimenti relatati se tingħata (i) lill-varar ta’ infrastruttura tar-riforniment u tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, waqt li jitqiesu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari; (ii) lill-infrastruttura tar-riforniment u tal-iċċarġjar biex tintuża mill-flotot tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-operaturi għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku fil-qafas ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi; u (iii) lill-varar, fil-flotot tas-servizz pubbliku u privati, ta’ vetturi ħfief jew tqal b’emissjonijiet żero jew baxxi, bastimenti u flotot b’emissjonijiet żero jew baxxi li jaħdmu b’karburanti alternattivi sostenibbli, jew inġenji tal-ajru b’emissjonijiet baxxi li jaħdmu b’sorsi tal-enerġija sostenibbli. L-infrastruttura tat-toroq trid tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr limitazzjoni u se tkun prevista l-possibbiltà ta’ pagamenti ad hoc faċli (eż. pagamenti bil-karta tal-bank) biex l-utenti jkunu jistgħu jiċċarġjaw mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu f’kuntratt ta’ servizz mal-operatur ikkonċernat. Barra minn hekk, id-data statika u dinamika se tkun disponibbli permezz ta’ punti ta’ aċċess komuni jew nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà pubblika mhux se japplikaw fil-każ ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar jew tal-mili f’depożiti ġestiti jew operati privatament li jaqdu flotta ristretta. Jista’ jingħata appoġġ għall-infrastruttura tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tal-forniment ta’ karburanti alternattivi sostenibbli għall-avjazzjoni, għat-trasport fuq l-art u fuq l-ilma, bl-implimentazzjoni ta’ politiki tal-UE tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport (bħal ReFuelEU Aviation jew FuelEU Maritime).

Jista’ jingħata appoġġ għal proġetti oħra tal-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli f’żoni urbani u rurali, li jindirizzaw is-sikurezza fit-toroq; l-aċċessibbiltà; l-emissjonijiet u t-tnaqqis tal-istorbju; u l-iżvilupp u l-varar ta’ teknoloġiji u servizzi ġodda tat-trasport, pereżempju fir-rigward ta’ modi tat-trasport konnessi u awtonomi, jew il-ħruġ ta’ biljetti integrat.

L-appoġġ tal-Fond InvestEU jista’ jingħata għal miżuri mfassla biex jaġġornaw, jiksbu jew iżommu konformità mal-istandards, fosthom mal-istandards ambjentali u tas-sikurezza, u proġetti għall-manutenzjoni jew għall-aġġornament tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti, għar-riabilitazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti jew żoni u faċilitajiet ta’ parkeġġ sikuri.

6.1.1.3.   Ambjent u riżorsi

Il-Fond InvestEU mistenni li jimmobilizza investimenti relatati mal-kapital naturali u mal-ekonomija ċirkolari (74). F’dan ir-rigward, minbarra l-ekoloġizzazzjoni tal-investimenti f’oqsma tradizzjonali tal-infrastruttura elenkati f’din it-Taqsima 6.1.1.3, l-investimenti jinkludu pereżempju proġetti tal-mobbiltà li jindirizzaw it-tniġġis tal-arja u l-istorbju, in-natura, il-konsum tal-enerġija u l-aċċidenti.

Appoġġ għall-ilma, fosthom il-provvista u s-sanitazzjoni tal-ilma tax-xorb, il-protezzjoni kontra l-għargħar, l-effiċjenza tan-networks, it-tnaqqis tat-tnixxijiet, l-infrastruttura għall-ġbir u għat-trattament tal-ilma mormi, l-infrastruttura kostali u infrastruttura ħadra oħra relatata mal-ilma, inklużi proġetti tal-investiment u servizzi assoċjati li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki ambjentali tal-Unjoni dwar ir-riżorsi tal-ilma fuq l-art u marini u s-servizzi tal-ekosistema relatati li huma stabbiliti, pereżempju, fid-Direttivi 2008/56/KE (75), 2000/60/KE (76) u 2007/60/KE (77), fid-Direttivi tal-Kunsill 98/83/KE (78), 91/271/KEE (79) u 91/676/KEE (80), fir-Regolament (UE) 2019/1009 (81) u fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (82). Trid tingħata importanza partikolari (i) lill-iżgurar tal-aċċess għall-provvista tal-ilma u s-sanità għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni bit-tlestija u bil-manutenzjoni tal-infrastruttura għall-ilma tax-xorb u għat-trattament tal-ilma mormi, li tikkonforma mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika u mal-kriterji tal-prevenzjoni tat-tnixxija, u (ii) lill-iżgurar tal-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) u mad-Direttiva dwar l-Għargħar (2007/60/KE), inklużi l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara u fil-pjanijiet tal-ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar, speċjalment investimenti li jiżguraw status ekoloġiku tajjeb tax-xmajjar, ir-rinnovazzjoni jew l-aġġornament tal-enerġija idroelettrika eżistenti biex tiżdied l-effiċjenza u jonqos l-impatt ekoloġiku, u t-tnaqqis tat-tniġġis diffuż mill-agrikoltura, mill-akkwakultura u mis-sorsi industrijali, soluzzjonijiet tal-effiċjenza tal-ilma, tal-użu mill-ġdid tal-ilma f’kull settur u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura biex jonqsu r-riskji ta’ għargħar.

Appoġġ għall-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart, jiġifieri l-infrastruttura meħtieġa biex tiġi sostnuta t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari fl-Istati Membri, speċjalment l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart tal-UE, bil-prevenzjoni tal-iskart fil-qofol tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kriterji ta’ esklużjoni stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament InvestEU, jenħtieġ li l-proġetti tal-investiment ikunu jkopru l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-ġestjoni tal-iskart u tal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart (fuq il-bażi tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE emendata (83)), l-istabbiliment u s-sostenn ta’ networks tal-użu mill-ġdid u tat-tiswija, u t-twaqqif ta’ skemi funzjonali għas-separazzjoni u għall-ġbir tal-iskart u ta’ faċilitajiet tar-riċiklaġġ (anki għall-iskart organiku u tat-tessuti muniċipali għall-ġbir separat tagħhom).

Investiment fit-titjib u fir-restawr tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom, li jrid jiffoka fuq proġetti li jippromwovu l-konservazzjoni, ir-restawrazzjoni, il-ġestjoni u t-titjib tal-kapital naturali għall-bijodiversità u l-benefiċċji tal-adattament, fosthom permezz ta’ proġetti tal-infrastruttura ħodor u blu. Se jinkludi soluzzjonijiet għall-isfidi fuq il-bażi tal-ekosistemi, bħal dawk relatati mas-sistemi tal-arja u tal-klima, mal-baħar, mal-art, mal-ħamrija, mal-forestrija, mal-agrikoltura, mal-ilma u mal-iskart, u mat-trasport u mal-enerġija. L-appoġġ se jinkludi wkoll miżuri li għandhom l-għan li jaħdmu fuq il-miri tal-istrateġiji tal-“bijodiversità” (84) u “mill-għalqa sal-platt” (85) permezz tat-titjib tal-ktajjen tal-valur tal-produzzjoni tal-ikel (jekk dawn ma jkunux jaqgħu fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs). Għandhom jiġu mħeġġa b’mod partikolari l-proġetti transfruntieri kif ukoll proġetti li jippromwovu l-wirt kulturali sostenibbli. L-appoġġ jista’ jinkludi wkoll ir-riabilitazzjoni ta’ siti industrijali (inklużi siti kontaminati) u r-restawrazzjoni għall-użu sostenibbli.

Appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli f’żoni urbani, rurali, kostali, ’l barra fuq il-baħar u l-bijoekonomija aktar wiesgħa – dan għandu jinvolvi proġetti infrastrutturali mhux koperti f’oqsma oħra u ffokati fuq żona ġeografika, inkluż investimenti fin-natura f’soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li jkollhom l-għan li jipprevjenu jew li jikkontrollaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ta’ sustenzi tossiċi li jniġġsu, l-istorbju u impatti oħra jew dipendenzi kapitali naturali filwaqt li jippromwovu t-trasformazzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Dan se jinkludi proġetti ta’ infrastruttura mmirati lejn il-promozzjoni ta’ bliet intelliġenti inklużivi u aċċessibbli u n-networks, ir-reġjuni u s-setturi tagħhom. Dan se jinkludi wkoll proġetti mmirati lejn it-trawwim tal-bijoekonomija permezz ta’ investiment f’industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi, soluzzjonijiet tal-baħar u terrestri li jissostitwixxu l-materjali intensivi fl-enerġija jew fossili, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija blu u ħadra. L-appoġġ jista’ jikkonċerna wkoll l-ibħra u l-oċeani, permezz tal-qasam tal-ekonomija blu u l-prinċipji ta’ finanzjament tagħha, b’mod partikolari permezz tal-enerġija tal-baħar rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari.

L-appoġġ taħt l-azzjonijiet tat-tibdil fil-klima, l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri naturali, se jinkludi proġetti ta’ infrastruttura mmirati lejn l-adattament għat-tibdil fil-klima u ż-żieda tar-reżiljenza għall-klima attwali u futura. Dan se jinkludi, fost l-oħrajn, il-protezzjoni ta’ żoni baxxi, żoni kostali u miżuri oħra relatati maż-żieda fil-livell tal-baħar, il-prevenzjoni tal-għargħar, l-użu mtejjeb u sostenibbli tal-provvista tal-ilma u l-prevenzjoni tan-nixfa, u l-adattament tal-infrastruttura għal temperatura estrema. Dan jista’ jinkludi wkoll teknoloġiji innovattivi li jikkontribwixxu għall-objettivi tar-reżiljenza klimatika ambjentali jew tas-sostenibbiltà soċjali tal-Unjoni, jew għat-tnejn li huma, u li jissodisfaw l-istandards ta’ sostenibbiltà ambjentali jew soċjali tal-Unjoni.

Appoġġ għal proġetti u intrapriżi li jimplimentaw sistemi tal-ekonomija ċirkolari, inkluż l-użu sostenibbli tal-materja prima, f’konformità mal-għanijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari (86). Dan l-appoġġ se jinkludi, fost l-oħrajn, proġetti li jintegraw aspetti tal-effiċjenza fir-riżorsi fil-produzzjoni u fil-ħajja tal-prodott u l-istrateġiji kollha mmirati biex jiżguraw li l-valur u t-tul tal-ħajja ta’ prodotti, tal-assi u tar-riżorsi materjali jiġu massimizzati, kif ukoll infrastruttura u servizzi li jrawmu simbjożi industrijali u kondiviżjoni tal-assi bejn l-impjanti industrijali fis-setturi u fil-komunitajiet urbani u rurali kollha. Dan għandu jinkludi wkoll l-applikazzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari li jwasslu għad-dematerjalizzazzjoni, is-servitizzazzjoni u użu aktar intensiv u effiċjenti ta’ prodotti u riżorsi, l-internalizzazzjoni jew l-eliminazzjoni ta’ esternalitajiet negattivi. Il-proġetti ta’ investiment jenħtieġ li jinkludu wkoll azzjonijiet li jkopru l-katina tal-valur kollha tal-materja prima sekondarja, inklużi sistemi b’ ċirku magħluq, l-eliminazzjoni ta’ sustanzi kimiċi u sustanzi tossiċi u problematiċi antiki mill-ipproċessar tal-materja prima sar-riċiklaġġ. Se tingħata attenzjoni partikolari lis-setturi li jużaw l-aktar riżorsi u fejn il-potenzjal għaċ-ċirkolarità huwa għoli, jiġifieri l-elettronika u t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), il-batteriji u l-vetturi, l-imballaġġ, il-plastik, it-tessuti, il-kostruzzjoni u l-binjiet, u l-ikel, l-ilma u n-nutrijenti.

Appoġġ għall-operazzjonijiet li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni u t-tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet tal-industriji intensivi fl-enerġija, inkluż is-sistemi b’ċirku magħluq u l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju inkluż il-ħżin tal-enerġija, il-qbid, it-trasport, il-ħżin u/jew l-użu tal-karbonju (CCUS) kif ukoll operazzjonijiet li jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija u tal-katina tad-distribuzzjoni billi jeliminaw gradwalment l-użu tal-faħam u ż-żejt, u s-sostituzzjoni gradwali tal-gass naturali b’gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju. Dan għandu jippromwovi wkoll sistemi ċirkolari b’ċirku magħluq fl-ipproċessar intensiv tal-enerġija ta’ materjali, bħall-azzar, l-aluminju, il-plastik u s-siment, biex jiġu eliminati impuritajiet li jirriżultaw f’telf ta’ valur f’materjali riċiklati.

6.1.1.4.   Żvilupp ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali sostenibbli u sigura

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali sostenibbli u sigura jrid jiffoka fuq proġetti li jappoġġaw firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dan l-appoġġ jista’ jinkludi, pereżempju, proġetti li jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ infrastruttura universali (jiġifieri li jinkludu żoni rurali/periferali), l-implimentazzjoni ta’ networks diġitali b’kapaċità għolja ħafna, inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi ta’ konnessjoni bil-fili u bla fili, inklużi sistemi ta’ konnessjoni tal-fibra u tal-5G, u investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-konnettività diġitali tal-Unjoni kif definiti fil-Komunikazzjoni dwar il-Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv (87).

Dan se jimmira wkoll lejn proġetti li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-networks tal-Unjoni (eż. networks ta’ komunikazzjoni b’sigurtà kbira, konnettività interreġjonali u internazzjonali, inkluż permezz ta’ kejbils terrestri u sottomarini, sistemi satellitari, ċentri tad-data u networks tal-protezzjoni pubblika u tal-għajnuna f’każ ta’ diżastru), u li jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi pubbliċi ewlenin.

Dan se jimmira wkoll għall-introduzzjoni ta’ infrastrutturi tal-cloud interkonnessi sostenibbli u ta’ kapaċità għolja fl-UE (bħall-iskjerament ta’ infrastrutturi definiti mis-softwer għall-ibbilanċjar tal-ammont ta’ xogħol tal-ottimizzazzjoni fost il-clouds u; networks ta’ konnettività ekoloġika għall-interkonnessjoni tal-infrastrutturi tal-cloud) kif ukoll irawmu ċentri tad-data Ewropej li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija bl-aħjar kwalità appoġġati mill-modifika ta’ ċentri tad-data kemm għall-kumpaniji l-kbar kif ukoll għal dawk żgħar (bħal sistemi ġodda ta’ tkessiħ u soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-enerġija).

L-infrastrutturi tal-konnettività diġitali, pereżempju dawk li jimmiraw lejn l-ottimizzazzjoni tal-infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija, li jottimizzaw il-konsum tal-enerġija fil-bini, inaqqsu l-iskart u t-tniġġis u jottimizzaw l-użu tar-riżorsi naturali permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali, se jikkostitwixxu wkoll miri ta’ investiment xierqa.

Meta jsir dan, jenħtieġ li jimmira lejn proġetti li għandhom l-għan li jnaqqsu jew jevitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li jimplimentaw infrastruttura li tkun imfassla biex tkun durabbli, tissewwa, aġġornabbli u riċiklabbli, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

6.1.1.5.   Żvilupp ta’ infrastruttura spazjali sostenibbli

Appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli u l-modernizzazzjoni ta’ infrastruttura ġdida u eżistenti fl-orbita u fl-art. Dan se jippermetti li l-industrija spazjali ssir aktar ekoloġika għal lanċjaturi u inġenji spazjali (eż. satelliti) u segmenti terrestri assoċjati. Dan jinkludi l-faċilitajiet ta’ manifattura, assemblaġġ, ittestjar, tħaddim, manutenzjoni u llanċjar lejn l-iżvilupp ta’ vetturi spazjali, sistemi ta’ llanċjar u faċilitajiet assoċjati aktar ekoloġiċi. Użu aktar nadif tal-ispazju permezz tat-tneħħija mill-orbita u d-dekummissjonar tal-inġenji spazjali huwa inkluż ukoll.

Appoġġ għall-komponenti tal-programm spazjali tal-Unjoni u servizzi relatati, kif ukoll appoġġ għall-objettivi tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa (88) biex jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni. Dan se jippermetti l-iżvilupp ta’ servizzi u applikazzjonijiet iddedikati li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti eżistenti u emerġenti inkluż fl-oqsma prijoritarji tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, il-konnettività u s-sigurtà.

6.1.1.6.   Żvilupp ta’ infrastruttura turistika sostenibbli

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi tat-turiżmu sostenibbli jrid jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività fit-tul tas-settur billi jappoġġa proġetti li jrawmu l-bidla lejn turiżmu sostenibbli, innovattiv u diġitali.

6.1.1.7.   Żvilupp offshore għad-dekarbonizzazzjoni

L-appoġġ f’dawn l-oqsma jrid jikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni tal-elettriku offshore biex tiġi ssodisfata d-domanda futura għall-enerġija. Irid ukoll ittaffi d-domandi multipli fuq ir-riżorsi tal-art tal-UE billi jtejjeb il-produttività tar-riżorsi akkwatiċi u tal-baħar bħal pereżempju, il-produzzjoni u l-użu tal-alka, u sorsi ġodda oħra ta’ proteina li għandhom il-potenzjal li jtaffu l-pressjoni fuq l-art agrikola.

L-appoġġ irid jiffoka fuq il-varar ta’:

(a)

parks eoliċi li jżommu f’wiċċ l-ilma;

(b)

l-iżviluppi għall-konverżjoni ta’ portijiet minn nodi tat-trasport għal ċentri ta’ manutenzjoni tal-industrija offshore;

(c)

il-kejbils għal sistema ta’ distribuzzjoni fil-baħar b’enfasi partikolari fuq il-konnessjonijiet AC mit-turbini sal-hubs li mbagħad jużaw interkonnetturi DC sal-kosta;

(d)

apparat għall-enerġija mill-mewġ u mill-marea;

(e)

akkwakultura offshore.

6.1.1.8.   Investiment strateġiku fl-infrastruttura kritika

L-investiment strateġiku taħt it-tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli jista’ jimmira lejn proġetti li jikkontribwixxu għall-istabbiltà, is-sigurtà operazzjonali u r-reżiljenza tal-partijiet tal-infrastruttura kritika, kemm fiżiċi kif ukoll virtwali, jew il-ktajjen tal-provvista għall-infrastruttura kritika, jew direttament għall-elementi kritiċi tal-infrastruttura, b’mod partikolari fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni.

L-operazzjonijiet appoġġati jistgħu wkoll ikunu mmirati lejn kumpaniji, inklużi SMEs, li jipproduċu prodotti u servizzi strumentali għat-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-prijoritajiet tal-infrastruttura kritika kif elenkati f’din it-Taqsima 6.1.1.8.

L-operazzjonijiet ta’ investiment li jikkonċernaw l-infrastruttura kritika jistgħu jkunu mmirati lejn l-operazzjonijiet definiti bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (89), kif magħżula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3 tagħha. L-appoġġ jista’ jimmira lejn il-ktajjen tal-provvista għall-enerġija nadifa, jiġifieri l-kapaċità tal-manifattura tat-tagħmir għat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli (bħall-enerġija solari fotovoltajka, l-enerġija mir-riħ, l-enerġija idroelettrika, l-idroġenu rinnovabbli, eċċ.).

L-operazzjonijiet appoġġati jistgħu wkoll ikunu mmirati lejn il-ktajjen tal-provvista għall-avjazzjoni Ewropea, għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq, fl-ilmijiet navigabbli interni u t-tbaħħir marittimu, inkluż l-appoġġ għall-investiment fl-integrazzjoni tal-modi u l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni.

Għall-infrastruttura diġitali, l-investimenti strateġiċi huma dawk marbuta mill-qrib mal-objettivi ta’ forniment reżiljenti u sigur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni diġitali, inklużi elementi kritiċi ta’ konnettività b’kapaċità għolja ħafna u networks 5G, il-komunikazzjoni kwantistika, l-Internet tal-oġġetti, il-midja, il-pjattaformi ta’ servizzi online, il-cloud computing sigur, l-ipproċessar u ħżin tad-data, u mal-ktajjen ta’ valur sottostanti wara dawn l-infrastrutturi u s-servizzi. Minħabba d-diversi arkitetturi u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi li qed jevolvu b’mod kostanti, inklużi dawk rilevanti għaċ-ċibersigurtà (90), huwa meħtieġ li jiġu skrinjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu tat-tranżizzjoni diġitali u d-dimensjonijiet rilevanti tas-sigurtà u tal-awtonomija teknoloġika u tar-reżiljenza ta’ tali tranżizzjoni relatati mat-trasferimenti, l-użu u l-ħżin tad-data. L-appoġġ għal proġetti relatati mal-infrastruttura elettorali diġitali u l-faċilitajiet sensittivi għandu jkollu bħala l-objettiv ewlieni s-sigurtà, ir-reżiljenza u l-protezzjoni msaħħa tagħhom kontra azzjonijiet malizzjużi u fixkiela, inkluż b’mod partikolari d-diżinformazzjoni, is-serq tad-data, u l-attakki ċibernetiċi.

L-investimenti fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni u tal-midja huma wkoll meqjusa strateġiċi sal-punt li jikkontribwixxu għall-produzzjoni indipendenti Ewropea tal-kontenut f’konformità mal-objettiv li jiġu protetti l-valuri demokratiċi tal-Unjoni u s-sovranità tal-Istati Membri fl-era diġitali, kif ukoll il-produzzjoni, il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-monetizzazzjoni tal-kontenut Ewropew globalment.

Il-proġetti relatati mal-infrastruttura kritika għall-ispazju jridu jappoġġaw l-aġġornament tal-komponenti eżistenti tal-programm spazjali tal-Unjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi spazjali ġodda tal-Unjoni. Din għandha b’mod partikolari timmira lejn: (i) aċċess awtonomu, affidabbli u kosteffettiv għall-ispazju u l-użu tiegħu permezz ta’ lanċaturi Ewropej, inklużi kunċetti innovattivi bħall-użu mill-ġdid, il-manifattura avvanzata, u sistemi ġodda ta’ trasport fl-ispazju; (ii) is-sorveljanza tal-ispazju u l-protezzjoni tal-assi, (iii) il-komunikazzjoni u l-konnettività bis-satellita, (iv) ħtiġijiet oħra li qed jevolvu.

L-operazzjonijiet appoġġati jistgħu wkoll ikunu mmirati lejn ir-reżiljenza u l-kompetittività tas-sistemi u t-teknoloġiji spazjali, u jindirizzaw il-vulnerabbiltà tal-ktajjen tal-valur.

L-appoġġ għall-infrastruttura tal-industrija tad-difiża jista’ jinkludi t-titjib ta’ infrastrutturi eżistenti jew l-installazzjoni ta’ infrastrutturi ġodda meħtieġa biex jappoġġaw minn perspettiva teknoloġika u industrijali ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ teknoloġiji u prodotti tad-difiża jew faċilitajiet ta’ taħriġ. Dawn l-infrastrutturi jirreferu mhux biss għall-oqsma tradizzjonali tal-ajru, tal-art u tal-baħar, iżda wkoll għal dawk emerġenti bħall-informazzjoni, l-ispazju u ċ-ċibernetika. Dawn jistgħu jintużaw ukoll għar-R&Ż, id-dimostrazzjoni, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni ta’ sistemi jew teknoloġiji tad-difiża, inkluż dawk żviluppati fil-kuntest tal-Fond Ewropew għad-Difiża, kif ukoll sistemi u teknoloġiji b’użu doppju. Jenħtieġ li jiġu appoġġati proġetti multinazzjonali miftuħa għal utenti minn Stati Membri oħra.. L-appoġġ jista’ jkun immirat ukoll lejn proġetti orjentati għall-implimentazzjoni ta’ kapaċitajiet diġitali u ċibernetiċi u l-infrastruttura pan-Ewropej relatati, pereżempju, mal-ambjenti ta’ żvilupp tal-inġinerija virtwali, bankijiet tat-testijiet u laboratorji diġitali, ambjent ġdid ta’ kumbatt kollaborattiv, supercomputing, intelliġenza artifiċjali (IA) u ħiliet diġitali avvanzati relatati mad-difiża (eż. tarzna diġitali; mudell jew tewmi diġitali, ta’ sistemi militari).

Fil-qasam tal-materja prima kritika (CRM - Critical Raw Materials) l-investimenti appoġġati jistgħu jinkludu proġetti u benefiċjarji li jikkontribwixxu għal aktar awtonomija u reżiljenza tal-Unjoni fl-ekosistemi industrijali għall-mobbiltà elettronika, il-batteriji, l-enerġiji rinnovabbli, il-farmaċewtiċi, l-applikazzjonijiet diġitali u d-difiża. L-oqsma ta’ investiment prijoritarji marbuta mas-CRM jistgħu jinkludu l-iżvilupp tal-kalamiti, l-irkupru ta’ materjali tal-art rari mill-kalamiti użati, l-irfinar tal-materjali tal-art rari, minerali primarji u l-iskart tal-minjieri riċiklat (boksajt, mineral tal-ħadid, skart tal-faħam). Fil-futur jistgħu jitfaċċaw ħtiġijiet oħra ta’ CRM.

Sabiex tiġi żgurata provvista tal-ikel sikura u sostenibbli, jistgħu jiġu appoġġati investimenti rilevanti pereżempju fit-trasport, il-loġistika, l-infrastruttura deċentralizzata tal-katina alimentari u l-istabbiliment ta’ raggruppamenti fil-qasam tal-provvista tal-ikel.

6.1.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

L-appoġġ taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli se joffri finanzjament superjuri u subordinat fil-forma ta’ dejn, garanziji, kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament jew titjib tal-kreditu, kważi-ekwità u finanzjament mill-ekwità. Dan se jkollu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għal proġetti eliġibbli u l-finanzjament korporattiv. Il-prodotti finanzjarji jridu jkunu disponibbli orizzontalment għad-diversi oqsma koperti minn din is-sezzjoni ta’ politika jew jistgħu jiġu ddedikati għal prijoritajiet ta’ politika speċifiċi inkluż taħt prodotti finanzjarji tematiċi.

Il-prodotti finanzjarji jridu jiġu żviluppati skont il-prijoritizzazzjoni tal-politika u l-ħtiġijiet tas-suq.

6.1.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jista’ japplika kwalunkwe tip ta’ intermedjarju finanzjarju, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u intermedjarji oħra bi sjieda pubblika, banek kummerċjali, soċjetajiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, u kumpaniji ta’ lokazzjoni, li jkunu kapaċi jipprovdu finanzjament fl-oqsma koperti mit-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

(b)    għal finanzjament ta’ ekwità:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji pubbliċi jew privati, jew entitajiet li għandhom jiġu inkorporati, fondi ta’ fondi, fondi ta’ ekwità privata, fondi ta’ kapital ta’ riskju, strumenti ta’ koinvestiment, fondi ta’ dejn b’riskju, li huma kapaċi jipprovdu finanzjament ta’ ekwità fl-oqsma koperti mit-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli u mar-rekwiżit rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

Il-maniġers, il-konsulenti jew persuni simili oħra assoċjati ma’ tali intermedjarji (inklużi maniġers jew konsulenti debuttanti) jridu juru l-kapaċità u l-ħiliet biex iwettqu investimenti bħal dawn fl-oqsma li fihom beħsiebhom jinvestu taħt it-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli, l-abbiltà li jiġbru fondi u jattiraw kapital privat, u l-kapaċità li jipproduċu redditi, li jattiraw aktar investimenti privati f’din il-klassi ta’ assi.

6.1.2.2.   Riċevituri finali fil-mira

L-enfasi tat-tieqa tal-Infrastruttura Sostenibbli hija li tappoġġa l-investiment fl-infrastruttura u fit-tagħmir relatat promoss, fost l-oħrajn, minn:

(a)

promoturi awtonomi;

(b)

intrapriżi privati, pubbliċi u semipubbliċi;

(c)

SPVs.

6.1.2.3.   Prodotti finanzjarji ġenerali

Il-prodotti finanzjarji ġenerali jrid ikollhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament għal proġetti individwali jew proġetti iżgħar raggruppati, permezz ta’ finanzjament ipprovdut direttament jew indirettament (pereżempju permezz ta’ strumenti ta’ investiment) mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

Il-prodotti finanzjarji ġenerali jistgħu jappoġġaw firxa diversifikata ta’ riċevituri finali bi profili tar-riskju differenti, bħal pereżempju dan li ġej:

(a)

proġetti minn entitajiet regolati fuq bażi korporattiva jew mhux ta’ rikors, inklużi PPPs (eż. enerġija, trasport, skart, ilma u utilitajiet tal-ilma mormi u maniġers tal-infrastruttura kbar) jew minn intrapriżi pubbliċi jew semipubbliċi, li tipikament jippreżentaw riskju baxx.

(b)

proġetti minn entitajiet mhux regolati fuq bażi korporattiva jew mhux ta’ rikors, inklużi l-PPPs (eż. il-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-ħżin tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika għall-industriji intensivi fl-enerġija, il-konċessjonarji tal-awtostradi, l-operaturi tat-terminals tal-ajruporti/portijiet u tal-linji ferrovjarji, it-trasport marittimu ekoloġiku, l-infrastruttura tal-broadband u tal-ispazju) li tipikament jippreżentaw riskju medju sa għoli.

(c)

l-użu ta’ proġetti li jappoġġaw il-beni pubbliċi, inklużi proġetti implimentati mill-SMEs fl-oqsma tal-mobbiltà elettronika, l-effiċjenza enerġetika, il-kapital naturali jew soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura mill-awtoritajiet lokali jew l-investituri filantropiċi, u l-ispazju, li tipikament jippreżentaw riskju għoli.

(d)

portafolli ta’ tranżazzjonijiet f’oqsma bħall-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli għall-unitajiet domestiċi jew l-SMEs, l-ekoloġizzazzjoni tal-assi mobbli.

Għall-finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni:

 

Il-garanzija tal-UE tista’ tiġi pprovduta għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment inkluż fil-forma ta’:

(a)

self superjuri, bonds, kuntratti ta’ lokazzjoni u linji ta’ kreditu, inkluż dejn superjuri għal proġetti b’riskors limitat;

(b)

self subordinat inkluż f’forma ta’ finanzjament intermedju;

(c)

garanziji (iffinanzjati jew mhux iffinanzjati) lil finanzjaturi terzi u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju ma’ intermedjarji finanzjarji;

(d)

titjib tal-kreditu għal investimenti ġodda (għal bonds tal-proġetti, self bankarju jew kombinazzjoni tat-tnejn), inkluż fil-forma ta’ prodotti subordinati.

Il-finanzjament subordinat jista’ jintuża wkoll sabiex jingrana l-finanzjament privat u d-diversifikazzjoni mill-banek għall-finanzjament tas-suq kapitali.

Il-garanzija tal-UE tista’ tintuża għall-iżvilupp ta’ prodotti finanzjarji li jappoġġaw l-użu ta’ bonds ekoloġiċi.

6.1.2.4.   Prodotti finanzjarji tematiċi

L-appoġġ minn prodotti finanzjarji tematiċi se jkun immirat lejn, fost l-oħrajn:

(a)

fil-qasam tat-trasport, proġetti ta’ riskju għoli fil-qasam tal-mobilità sostenibbli, it-trasport intelliġenti u aktar sikur.

(b)

fil-qasam tas-sorsi rinnovabbli, attivitajiet speċifiċi ta’ riskju għoli bħal:

(i)

garanziji innovattivi personalizzati taħt il-kompartiment tal-Istati Membri li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-kost tal-kapital tal-investiment fl-enerġija rinnovabbli f’tali Stat Membru;

(ii)

prodotti ta’ garanzija b’riskju għoli biex jitrawwem is-suq tal-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Enerġija Korporattiva minn Sorsi Rinnovabbli, li jgħinu biex jiġu żgurati livelli ogħla ta’ finanzjament privat fit-tul għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli;

(c)

fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, l-attivitajiet speċifiċi ta’ riskju għoli bħal:

(i)

binjiet residenzjali: l-istrument ta’ garanzija jista’ jiġi kkombinat ma’ għotjiet biex jiġi sfruttat il-finanzjament privat u biex l-unitajiet domestiċi jiġu xprunati biex jindirizzaw id-diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament fir-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali, b’mod partikolari rinnovazzjonijiet estensivi;

(ii)

ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u Kumpaniji tas-Servizzi tal-Enerġija (ESCOs): strument ta’ garanzija u fond rotanti għall-ESCOs biex jiġu indirizzati l-ostakli u jiġi sfruttat il-finanzjament għall-iżvilupp ta’ kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal proġetti tal-effiċjenza enerġetika;

(iii)

irrispettivament mir-riċevitur finali, it-tisħiħ tal-kreditu b’rabta ma’ bonds ekoloġiċi biex jinkludi lill-investituri istituzzjonali f’finanzjament ġdid għall-effiċjenza enerġetika, u fl-istess ħin jippromwovi l-espansjoni tad-daqs tas-suq tal-bonds ekoloġiċi, li bħalissa huwa limitat;

(d)

fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-elettriku u f’interventi li jagħmluha intelliġenti, proġetti li jippromwovu:

(i)

mudelli kummerċjali ġodda għall-iskjerament ta’ sorsi ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija;

(ii)

sorsi tal-enerġija deċentralizzati u fuq skala żgħira żviluppati minn parteċipanti ġodda u komunitajiet tal-enerġija fi swieq ġodda.

(e)

proġetti li jippromwovu l-użu fis-suq ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju: proġetti li jinkludu l-qbid, it-trasport, il-ħżin u/jew l-użu tal-karbonju (CCUS) relatati mal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ, gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju (bħall-idroġenu) jew proċessi industrijali, il-ħżin tal-enerġija, kif ukoll impjanti tal-bijoenerġija u faċilitajiet tal-manifattura li jippermettu t-tranżizzjoni tal-enerġija u s-sostituzzjoni ta’ prodotti intensivi fl-użu tal-karbonju;

(f)

proġetti jew programm ta’ investiment ekoloġiku sostenibbli b’riskju għoli li jippromwovi approċċ komprensiv ibbażat fuq il-kapital naturali relatat mal-protezzjoni u r-restawrazzjoni tal-ambjent u l-ġestjoni tat-tranżizzjoni lejn bijoekonomija ċirkolari, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b’emissjonijiet baxxi u t-tkattir ta’ tneħħija tal-karbonju;

(g)

fis-settur diġitali, proġetti b’riskju finanzjarju għoli, b’mod partikolari l-iskjeramenti tal-konnettività f’żoni bojod u griżi (jiġifieri bl-ebda vijabbiltà kummerċjali immedjata) jew li jippreżentaw avvanz teknoloġiku sinifikanti (eż. mhux aġġornamenti inkrimentali iżda l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-aħħar ġenerazzjoni, inkluż l-użu ta’ networks sostenibbli u infrastrutturi tad-data);

(h)

portafolli b’riskju għoli fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u l-ekoloġizzazzjoni tal-assi mobbli;

(i)

fis-settur spazjali, proġetti b’riskju għoli jew b’użu estensiv tal-kapital marbuta mal-infrastruttura spazjali u servizzi relatati, kif ukoll kunċetti ġodda għall-infrastruttura spazjali u soluzzjonijiet fl-ispazju u fuq l-art.

6.2.   It-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni:

6.2.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

L-appoġġ taħt it-tieqa tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni (RID) għandu jiffaċilita u jaċċellera l-aċċess għall-finanzjament għall-proġetti, il-promoturi, in-negozji tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), u entitajiet innovattivi oħra u jistimula t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, tas-swieq u tal-Istati Membri skont l-Artikoli 3(2)(b) u 8(1)(b) tar-Regolament InvestEU. F’konformità mal-objettiv InvestEU li jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni, it-tieqa tar-RID se jkollha impatt xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku u soċjali billi ssaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni bl-għan aħħari li twettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u tipprovdi appoġġ għat-tkabbir ta’ kumpaniji innovattivi u l-introduzzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji. L-investimenti taħt it-tieqa tar-RID se jipprovdu l-mezzi biex l-Ewropa tiżviluppa r-reżiljenza f’setturi industrijali ewlenin.

L-oqsma eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment taħt it-tieqa tar-RID huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU, u b’mod partikolari fil-punti 5 u 6 tiegħu. Kwalunkwe qasam rilevanti ieħor għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU, bħall-punti 13 u l-14, u li jaqgħu taħt attivitajiet tar-RID ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament taħt it-tieqa tar-RID. Dawn l-oqsma jistgħu jinkludu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp tal-prodotti, tad-dimostrazzjoni, tal-innovazzjoni u diġitalizzazzjoni fis-setturi li jkopru s-setturi tal-enerġija, tal-industrija intensiva fl-enerġija, tal-ambjent, tal-ekonomija blu, marittimu, tat-trasport, tas-saħħa, tax-xjenzi tal-ħajja, tal-bijoteknoloġija, agroalimentari, tad-difiża, tal-ispazju u kulturali u kreattivi, fost l-oħrajn. L-oqsma eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità f’konformità mat-Taqsima 2.3.2.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

L-ambitu tal-investiment tat-tieqa jkopri l-attivitajiet ta’ riċerka, innovazzjoni, dimostrazzjoni u diġitalizzazzjoni, inklużi investimenti relatati mat-tnedija ta’ prodotti u teknoloġiji ġodda fis-suq, li għaddew mill-istadju tar-riċerka u żvilupp (R&Ż), kif ukoll l-innovazzjoni organizzattiva u tal-proċessi, inklużi mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi. Dan jinkludi wkoll operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment fil-qasam tar-riċerka fundamentali u applikata għas-sistema attwali ppruvata f’ambjent operattiv (91).

Ir-R&Ż huma definiti bħala ħidma sistematika mwettqa biex tiżdied il-ħażna tal-għarfien u biex jitfasslu applikazzjonijiet ġodda għall-għarfien disponibbli. L-attività trid tkun ġdida, kreattiva, inċerta fl-eżitu tagħha, u ssegwi metodi sistematiċi, trasferibbli u riproduċibbli (92).

L-innovazzjoni tirreferi għall-innovazzjoni tal-prodott, tal-proċessi u tal-organizzazzjoni, li tinkludi l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni, l-implimentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u l-adozzjoni ta’ prodott jew proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti (inkluż il-mudell tan-negozju) jew servizz, li joħloq valur għall-konsumatur u/jew għas-soċjetà.

Id-diġitalizzazzjoni tirreferi għar-R&I, id-dimostrazzjoni, l-ittestjar, l-iskjerament u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u servizzi diġitali u għall-investimenti, li jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni diġitali tal-intrapriżi, l-industriji u l-oqsma ta’ interess pubbliku tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-appoġġ taħt it-tieqa tar-RID se jkollu l-għan li jikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jkun immirat lejn proġetti b’benefiċċji klimatiċi u ambjentali. Fost l-oħrajn, din it-tieqa tista’ timmira lejn proġetti li għandhom l-għan li jevitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tniġġis minn industriji intensivi fl-enerġija, u mill-ekonomija diġitali u l-effiċjenza materjali tagħhom. Se tkun immirata lejn proġetti li jużaw teknoloġiji, servizzi u soluzzjonijiet diġitali biex jevitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, it-tniġġis u l-iskart f’setturi oħra tal-ekonomija, inkluż (iżda mhux limitat għal) l-industrija, it-trasport, l-enerġija u l-agrikoltura. Se jingħata wkoll appoġġ għal investimenti b’kontribut sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari f’setturi ewlenin li jużaw l-aktar riżorsi u fejn il-potenzjal għaċ-ċirkolarità huwa għoli.

L-investimenti fl-ekosistema spazjali għandhom jappoġġaw l-objettivi tal-istrateġija spazjali għall-Ewropa li jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni billi jkun hemm mira fuq proġetti li: (i) jaċċelleraw l-iskjerament ta’ applikazzjonijiet u servizzi diġitali bbażati fuq data spazjali; (ii) jintegraw data u servizzi spazjali fi prodotti innovattivi f’segmenti oħra tas-suq, eż. vetturi awtonomi jew networks ta’ konnettività; u (iii) iżidu l-użu kummerċjali u l-manifattura tat-teknoloġija spazjali, inkluż l-aċċess għall-ispazju (93).

It-tieqa tar-RID tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tal-industrija tad-difiża, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-kumpaniji li jipparteċipaw fi proġetti ta’ innovazzjoni fis-settur tad-difiża u teknoloġiji b’użu doppju relatati mill-qrib u permezz ta’ appoġġ għall-katina tal-provvista tas-settur tad-difiża.

It-tieqa tar-RID se tappoġġa wkoll il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni kif stabbiliti fi programmi oħra bħal Orizzont Ewropa, il-programm Ewropa Diġitali, il-programm Ewropa Kreattiva, il-programm spazjali Ewropew, il-Fond Ewropew għad-Difiża, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali eċċ.

It-tieqa tar-RID tista’ wkoll tidderieġi fondi minn programmi settorjali, bħall-Fond għall-Innovazzjoni stabbilit taħt l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u programmi u fondi oħra tal-Unjoni u nazzjonali. Investimenti bħal dawn jistgħu jiġu kkombinati ma’ finanzjament ipprovdut taħt programmi tal-UE jew dawk stabbiliti taħt il-politika ta’ koeżjoni (ġestjoni kondiviża) jew programmi nazzjonali.

L-appoġġ taħt it-tieqa tar-RID huwa stabbilit biex iżid il-valur tal-politika billi jipprovdi aċċess għall-finanzjament għar-RID fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni tal-investiment fir-R&I biex tissaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni, tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni industrijali, inklużi investimenti f’teknoloġiji ewlenin, u jitwettqu l-objettivi u l-missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa;

(b)

l-appoġġ tat-trasformazzjoni diġitali tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;

(c)

l-appoġġ ta’ proġetti ta’ diġitalizzazzjoni u innovazzjoni li jżidu l-interoperabbiltà u jindirizzaw id-diskrepanzi fil-livell ta’ diġitalizzazzjoni u innovazzjoni madwar l-Istati Membri, il-kumpaniji u s-setturi kollha;

(d)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-iskjerament ta’ kapaċitajiet u teknoloġiji diġitali strateġiċi, inkluż soluzzjonijiet diġitali siguri ċibernetiċi li jirriżultaw f’mudelli ta’ negozju innovattivi u mhux ippruvati li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà (pereżempju soluzzjonijiet diġitali għas-sostenibbiltà) u li jikkontribwixxu għar-reżiljenza, iċ-ċirkolarità u l-awtonomija;

(e)

l-appoġġ ta’ investimenti fi prodotti, teknoloġiji, soluzzjonijiet jew mudelli ta’ negozju li jwasslu benefiċċji ambjentali u klimatiċi meta mqabbla ma’ soluzzjonijiet alternattivi, b’mod li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali;

(f)

l-appoġġ ta’ investimenti ta’ riskju, inklużi dawk transfruntiera, marbuta mat-teknoloġija, mas-suq, mad-dimostrazzjoni, mal-implimentazzjoni u man-negozju, li jinvolvu riskju ogħla minħabba l-inċertezza tas-suċċess tal-eżitu tagħhom, jew tal-benefiċċju finanzjarju finali għall-entità kkonċernata;

(g)

il-promozzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ dimostrazzjoni bikrija li għalihom l-investituri privati huma avversi għar-riskju, jiffaċċjaw redditi imprevedibbli jew volatilità tas-suq;

(h)

il-promozzjoni ta’ operazzjonijiet li jingranaw l-investiment privat fir-RID biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE;

(i)

il-promozzjoni tat-trasferiment u l-amplifikar tar-riżultati tar-R&I kif ukoll tat-teknoloġiji għas-suq u l-appoġġ tal-iskjerament industrijali tagħhom, b’mod li jiġu appoġġati l-faċilitaturi tas-suq u l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi;

(j)

l-appoġġ ta’ investimenti tar-R&I minn istituti ta’ riċerka, universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka, b’mod li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ Orizzont Ewropa u Erasmus+ u jsaħħu l-konnessjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi tar-R&Ż (istituzzjonijiet akkademiċi, ċentri ta’ riċerka, eċċ.) u l-intrapriżi;

(k)

l-appoġġ ta’ kumpaniji innovattivi li qed jikbru malajr u li qed ifittxu finanzjament biex jikkummerċjalizzaw innovazzjonijiet lil hinn mill-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-passat;

(l)

il-provvista ta’ ekonomiji ta’ skala u l-ikkomplementar tal-investimenti fil-livell nazzjonali, interreġjonali u reġjonali fir-RID, inkluż l-adozzjoni ta’ prodotti, teknoloġiji jew mudelli ta’ negozju ġodda fir-reġjuni kollha fi ħdan l-Istati Membri;

(m)

l-appoġġ għal pjattaformi ta’ investiment tematiku u prodotti finanzjarji innovattivi oħra (b’kunsiderazzjoni xierqa tal-ekonomiji ta’ skala); jew

(n)

il-promozzjoni ta’ finanzjament alternattiv u soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi bħall-finanzjament kollettiv, l-investimenti informali, u l-filantropija ta’ riskju, b’mod li jitrawwem it-trasferiment tal-aħjar prattiki bejn l-intermedjarji finanzjarji bil-għan li jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ offerta wiesgħa ta’ prodotti għall-attivitajiet tar-RID.

L-azzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (n) tat-12-il paragrafu ta’ din it-Taqsima 6.2.1 jistgħu jiġu kkomplementati:

(a)

mill-ġbir ta’ data madwar l-UE dwar il-fallimenti tas-suq tar-RID jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, it-traċċar ta’ bidliet teknoloġiċi u industrijali, l-identifikazzjoni ta’ ktajjen tal-valur strateġiċi emerġenti futuri, u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ tali intelligence; kif ukoll

(b)

bl-għoti ta’ assistenza teknika u t-titjib tal-bankabbiltà tal-proġetti tar-RID f’setturi differenti.

6.2.1.1.   Investimenti strateġiċi taħt it-tieqa tar-RID

L-investimenti strateġiċi taħt it-tieqa tal-RID jistgħu jappoġġaw l-iskjerament industrijali ta’ teknoloġiji ppruvati tal-UE, irawmu s-swieq tagħhom u jippromwovu l-industrija tal-UE bħala mexxejja globali f’konformità mal-objettivi tal-“istrateġija industrijali ġdida għall-Ewropa” (94) u l-istrateġiji sottostanti speċifiċi għas-settur, inkluża l-istrateġija diġitali (“Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (95)), il-White Paper dwar l-IA (96), “l-istrateġija Ewropea dwar id-data (97)” (inklużi l-ispazji komuni Ewropej tad-data pereżempju għas-saħħa u l-finanzi) u “l-istrateġija Ewropea għall-vaċċini” (98). Dawn iridu jkunu mmirati lejn it-espansjoni industrijali u l-manifattura ta’ dawn it-teknoloġiji u innovazzjonijiet abilitanti, trasformattivi, ekoloġiċi u diġitali fis-setturi koperti mit-tieqa tar-RID lil hinn mill-istadju tar-riċerka, l-innovazzjoni u d-dimostrazzjoni.

Jista’ jingħata appoġġ għall-investiment f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ u tal-manifattura għall-produzzjoni ta’ komponenti u apparat tal-ICT fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-innovazzjoni, is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza u l-awtonomija tal-industrija Ewropea tal-ICT u s-subsetturi u l-ktajjen tal-valur tagħha. Proġetti bħal dawn jistgħu jkunu relatati ma’ kwalunkwe wieħed mill-oqsma tal-manifattura tal-ICT li ġejjin: komponenti elettroniċi (semikondutturi u mikroproċessuri), kompjuters u tagħmir periferali, tagħmir tal-komunikazzjoni, elettronika għall-konsumatur, mezzi manjetiċi u ottiċi, tagħmir u partijiet elettroniċi u tat-telekomunikazzjoni, softwer, ipprogrammar, ipproċessar tad-data, hosting u attivitajiet relatati u oħrajn.

Fil-qasam tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet appoġġati jridu jkunu mmirati lejn prodotti tal-kura tas-saħħa ġodda effettivi u aċċessibbli, inklużi r-RID u l-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, vaċċini, apparat mediku, dijanjostika u prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata, prodotti antimikrobiċi ġodda u proċess tal-iżvilupp innovattivi li ma jinvolvux l-ittestjar fuq l-annimali, u l-kompetittività tal-industrija farmaċewtika tal-Unjoni kollha kemm hija, inkluża l-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi u ingredjenti farmaċewtiċi attivi.

Fil-qasam tad-difiża, l-investiment relatat mat-teknoloġija u/jew l-investiment produttiv (eż. il-modernizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-estensjoni ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni ġodda), il-proġetti jistgħu jkunu relatati ma’ oqsma strateġiċi, fejn l-investimenti se jikkontribwixxu għall-awtonomija teknoloġika u industrijali tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u b’hekk jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika u r-reżiljenza tagħha. Jista’ jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji tad-difiża kritiċi u fixkiela mill-kumpaniji innovattivi. L-investimenti jistgħu jgħinu wkoll biex iġibu b’suċċess proġetti ewlenin li għalihom il-fażi R&Ż diġà tkun ġiet appoġġata pereżempju taħt il-FEŻ u l-programmi prekursuri tiegħu fil-fażijiet ta’ wara r-R&Ż jew jappoġġaw il-ktajjen tal-provvista involuti fi proġetti bħal dawn.

Il-proġetti jistgħu jinvolvu wkoll is-salvagwardja u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet kritiċi fil-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni b’rabta ma’ oqsma strateġiċi u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq pajjiżi terzi.

6.2.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

6.2.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jista’ japplika kwalunkwe tip ta’ intermedjarju finanzjarju, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u intermedjarji oħra bi sjieda pubblika, banek kummerċjali, soċjetajiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, u kumpaniji ta’ lokazzjoni, li jkunu kapaċi jipprovdu finanzjament fl-oqsma koperti mit-tieqa tar-RID f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

(b)    Għal finanzjament ta’ ekwità:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji pubbliċi jew privati, jew entitajiet li għandhom jiġu inkorporati, fondi ta’ fondi, fondi ta’ ekwità privata, fondi ta’ kapital ta’ riskju, strumenti ta’ koinvestiment, fondi ta’ dejn b’ riskju, fondi ta’ investiment informali, fondi ta’, fondi għat-trasferiment tat-teknoloġija li huma kapaċi jipprovdu finanzjament ta’ ekwità fl-oqsma koperti mit-tieqa tar-RID f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

Il-maniġers, il-konsulenti jew persuni simili oħra assoċjati ma’ tali intermedjarji (inklużi maniġers jew konsulenti għall-ewwel darba) jridu juru l-kapaċità u l-ħiliet biex iwettqu investimenti bħal dawn fl-oqsma li fihom beħsiebhom jinvestu taħt it-tieqa tar-RID, l-abbiltà li jiġbru fondi u jattiraw kapital privat, u l-kapaċità li jipproduċu redditi, li jattiraw aktar investimenti privati f’din il-klassi ta’ assi.

6.2.2.2.   Riċevituri finali fil-mira

L-enfasi tat-tieqa tar-RID hija li tappoġġa l-attivitajiet tar-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni promossi permezz ta’:

(a)

promoturi awtonomi;

(b)

intrapriżi privati, pubbliċi u semipubbliċi, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;

(c)

SPVs;

(d)

universitajiet, uffiċċji għat-trasferiment tat-teknoloġija u ċentri ta’ edukazzjoni għolja;

(e)

ċentri tar-riċerka;

(f)

infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija;

(g)

aġenziji ta’ innovazzjoni u diġitalizzazzjoni, aċċeleraturi, inkubaturi, ċentri, raggruppamenti;

(h)

promoturi oħrajn xprunati minn RID (eż. persuni fiżiċi, fondazzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka).

Is-segmentazzjoni tas-suq u l-identifikazzjonijiet tal-gruppi fil-mira se jsiru fuq bażi settorjali (marbuta mal-oqsma li fihom se jiġu implimentati l-prijoritajiet ta’ politika) u fuq il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett jew tal-kumpanija (abbażi tal-valutazzjoni tas-suq).

L-operazzjonijiet taħt il-Fond InvestEU li huma appoġġati permezz ta’ kontribuzzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni tal-EU ETS għandhom jirrispettaw ir-regoli tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla li jinsabu fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE (99) u l-atti delegati adottati dwar dik id-dispożizzjoni.

6.2.2.3.   Prodotti finanzjarji ġenerali

L-appoġġ mogħti taħt din it-tieqa tar-RID se joffri finanzjament superjuri u subordinat fil-forma ta’ dejn jew garanziji, kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament inkluż dejn u lokazzjoni b’riskju jew titjib tal-kreditu, kważi-ekwità u finanzjament ta’ ekwità, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għal proġetti u kumpaniji tar-RID. Il-prodotti finanzjarji jistgħu jkunu disponibbli orizzontalment għad-diversi oqsma koperti mit-tieqa ta’ politika jew jistgħu jiġu ddedikati għal prijoritajiet speċifiċi taħt prodotti finanzjarji tematiċi.

L-appoġġ minn prodotti finanzjarji ġenerali jista’ fost l-oħrajn ikun dirett lejn:

(a)

infrastrutturi ta’ riċerka u teknoloġija: promossa minn organizzazzjonijiet tar-riċerka pubbliċi jew privati (pereżempju istituti ta’ riċerka u universitajiet), inklużi l-faċilitajiet relatati direttament mar-R&I u l-attività diġitali, bħal laboratorji jew ċentri tal-computing ta’ prestazzjoni għolja.

(b)

proġetti kbar tar-RID: it-titjib tal-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju għal proġetti RID kbar li joriġinaw minn ditti akbar; PPPs; u SPVs jew proġetti individwali.

(c)

SMEs innovattivi, kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja sabiex jappoġġaw l-attivitajiet tar-RID li jikkontribwixxu għat-tkabbir.

(d)

intrapriżi li qed jikbru malajr jew xprunati mir-RID, infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija, investimenti fir-R&I minn organizzazzjonijiet tar-riċerka pubbliċi jew privati (bħall-istituti tar-riċerka u l-universitajiet) li jinsabu fl-Istati Membri, li huma mmarkati bħala “innovaturi moderati” u “innovaturi modesti” fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea.

(a)    għall-finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-garanzija tal-UE tista’ tiġi pprovduta għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment inkluż fil-forma ta’:

(a)

self dirett (inkluż self subordinat), self mhux garantit, self mhux kollateralizzat, finanzjament intermedju, self superjuri u linji ta’ kreditu;

(b)

(kontro)garanziji, garanziji fuq self ta’ fondi mislufa, garanziji ffinanzjati u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal skemi ta’ garanzija implimentati minn intermedjarji finanzjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(c)

garanziji diretti u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal intermedjarji finanzjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(d)

titjib tal-kreditu għal investimenti ġodda (għal bonds tal-proġetti, self bankarju jew kombinazzjoni tat-tnejn);

(e)

investiment dirett f’intermedjarju finanzjarju jew flimkien miegħu, kemm jekk ikun fond ta’ investiment, skema ta’ (ko)investiment jew veikolu bi skop speċjali li jinvesti direttament jew indirettament f’dejn superjuri jew subordinat jew ekwità ta’ dejn ibrida.

Il-garanzija tal-UE se timmira li tnaqqas id-diffikultajiet partikolari li l-entitajiet vijabbli jaffaċċaw fl-aċċess għall-finanzjament prinċipalment minħabba r-riskju ogħla perċepit tagħhom jew in-nuqqas ta’ kollateral suffiċjenti jew il-kapaċità limitata tal-fornituri finanzjarji kummerċjali biex jivvalutaw il-proġett sottostanti jew il-mudell kummerċjali.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

L-investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità għandhom isiru b’mod partikolari fil-forma ta’:

(a)

ekwità diretta fir-riċevituri finali;

(b)

koinvestimenti u skemi ta’ koinvestiment (inklużi pjattaformi ta’ investiment);

(c)

ekwità u garanziji lil intermedjarji finanzjarji li jinvestu direttament f’entitajiet fi kwalunkwe stadju tal-iżvilupp tagħhom jew garanziji għall-investituri f’tali intermedjarji finanzjarji;

(d)

investiment u/jew arranġament ta’ kondiviżjoni tar-riskju fi strutturi ta’ fondi ta’ dejn;

(e)

investiment fi strutturi ta’ fond ta’ fondi.

6.2.2.4.   Prodotti finanzjarji tematiċi

L-appoġġ minn prodotti finanzjarji tematiċi jista’ jkun immirat lejn:

(a)

faċilitajiet finanzjarji tematiċi li jipprovdu finanzjament ta’ dejn u/jew ekwità għal oqsma bħal:

(i)

proġetti innovattivi ta’ dimostrazzjoni bikrija u proġetti ta’ diġitalizzazzjoni ta’ oqsma tematiċi ta’ riskju għoli bħall-industrija b’livell baxx ta’ karbonju, it-trasport, l-enerġija u l-ispazju;

(ii)

l-iżvilupp kliniku, il-validazzjoni u d-dħul fis-suq fil-qasam tal-mard infettiv, il-mard rari u kumpless, il-mard newrodeġenerattiv u mard ieħor;

(iii)

l-ekonomija blu sostenibbli u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, pereżempju l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija blu;

(iv)

is-sistemi tal-ikel, sistemi b’bażi bijoloġika, u bijoekonomija usa’;

(v)

l-ekonomija ċirkolari, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-kapital naturali;

(vi)

it-teknoloġiji, is-servizzi u l-adattament b’rabta mat-tibdil fil-klima.

L-oqsma tematiċi se jintgħażlu abbażi tal-prijoritajiet ta’ politika u l-valutazzjoni msemmija fit-Taqsima 2.3.2.2 ta’ dawn il-linji gwida ta’ investiment.

(b)

arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju bħal pjattaformi ta’ investiment biex jikkatalizzaw il-finanzjament minn partijiet terzi f’oqsma speċifiċi ta’ importanza strateġika tal-politika tar-RID f’komplementarjetà u f’sinerġija ma’ investiment mis-sistemi ta’ finanzjament nazzjonali, lokali u pubbliċi eżistenti. Dawn il-pjattaformi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jipprovdu aċċess għall-finanzjament permezz ta’ prodotti ta’ dejn u/jew ekwità għal proġetti f’oqsma tematiċi speċifiċi u għandhom jiġu ġestiti minn intermedjarji finanzjarji jew maniġers ta’ fondi magħżula permezz ta’ proċeduri kif deskritti fit-Taqsima 2.3.1;

(ii)

jipprovdu appoġġ għad-diġitalizzazzjoni ġenerali tal-industrija u t-teknoloġiji tal-Unjoni definiti fl-Anness II, il-punt 6 tar-Regolament InvestEU, u oqsma eliġibbli oħra;

(iii)

jappoġġaw teknoloġiji, prodotti jew mudelli ta’ negozju li jaffaċċaw riskju akbar minħabba l-innovazzjoni teknoloġika tagħhom jew minħabba li qed jaħdmu fuq swieq ġodda jew minħabba tfixkil sinifikanti fis-suq;

(iv)

jimmiraw lejn l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ dimostrazzjoni bikrija u ta’ produzzjoni industrijali li għandhom l-għan li jimplimentaw proċessi rivoluzzjonarji, li joħolqu swieq u li jkunu innovattivi ħafna jew il-produzzjoni ta’ prodotti ġodda b’kontenut għoli ta’ innovazzjoni li joħloq is-suq fil-qasam speċifiku.

6.3.   Tieqa għall-SMEs

6.3.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs irid jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u d-disponibbiltà tiegħu primarjament għall-SMEs, iżda wkoll għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, u jtejjeb il-kompetittività globali tagħhom, f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom, b’mod partikolari għal dawk li huma perċepiti bħala ta’ riskju għoli u li ma għandhomx biżżejjed kollateral, speċjalment fl-istadji bikrija tal-iżvilupp tagħhom.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs irid ikollu l-għan ukoll li jipprovdi sorsi aktar diversifikati ta’ finanzjament, inkluż dejn subordinat, ekwità u finanzjament ta’ kważi-ekwità, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-SMEs u tal-kumpaniji ż-żgħar b’kapitalizzazzjoni medja biex jiffinanzjaw il-ħolqien, it-tkabbir, l-iżvilupp u t-trasferiment tagħhom, ikunu jifilħu għal reċessjonijiet ekonomiċi, u jikkontribwixxu għar-reżiljenza tal-ekonomija u tas-sistema finanzjarja matul ir-reċessjonijiet jew ix-xokkijiet. Dan jista’ jipprovdi appoġġ għall-investiment u għall-kapital operatorju, kif ukoll għall-finanzjament tar-riskju mill-istadji tal-bidu sal-espansjoni biex tiġi ggarantita tmexxija teknoloġika f’setturi innovattivi u sostenibbli, b’mod partikolari billi jiġu mmirati l-SMEs li l-attivitajiet tagħhom jiffokaw fuq assi intanġibbli minħabba attivitajiet tal-RID jew minħabba speċifiċitajiet tas-settur bħas-settur kulturali u kreattiv (100). Meta jkun meħtieġ jista’ jipprovdi finanzjament għall-akkwist ta’ negozju jew għall-parteċipazzjoni f’negozju mill-impjegati. Iż-żoni eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità kif deskritt fit-taqsima 2.3.2.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment. Il-prodotti fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs se jiġu żviluppati f’konformità mal-prijoritajiet u l-oqsma deskritti fl-lstrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (101).

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs se jkun komplementari għall-inizjattivi tal-Unjoni meħuda fil-kuntest tal-unjoni tas-swieq kapitali.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs mistenni li jżid il-valur billi jappoġġa l-finanzjament tad-dejn primarjament lill-SMEs (kif ukoll kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja) f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investimenti subottimali ma jkunux qed jiġu indirizzati b’mod adegwat (f’termini ta’ volumi, kopertura jew predispożizzjoni għar-riskju jew perjodu ta’ żmien) permezz ta’ strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell reġjonali jew nazzjonali; dan jista’ jinkludi l-istabbiliment ta’ skemi li jipprovdu effettività, effiċjenza jew ekonomiji ta’ skala akbar peress li jista’ jkun li l-Istati Membri joqogħdu lura milli joħolqu skemi ta’ appoġġ waħedhom minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ kosteffiċjenza;

(b)

intrapriżi li joperaw f’setturi ekonomiċi definiti b’mod ċar li mhumiex moqdijin tajjeb (eż. f’xi każijiet is-setturi kulturali u kreattivi, inkluż is-settur tal-media), u b’hekk jikkontribwixxu biex jinkisbu l-prijoritajiet ta’ politika tal-UE;

(c)

il-ħtieġa li jitħaffef l-aġġustament tal-intrapriżi għal bidliet strutturali identifikati b’mod ċar u b’hekk jikkontribwixxu biex jinkisbu l-prijoritajiet ta’ politika tal-UE;

(d)

soluzzjonijiet ta’ finanzjament li jgħinu biex jinkisbu l-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali, fosthom dawk li jingħataw fuq bażi transfruntiera;

(e)

it-trasferiment tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha (li jista’ jinkludi wkoll l-provvediment ta’ assistenza teknika) li jsir bejn l-intermedjarji finanzjarji bil-ħsieb li tingħata spinta lill-ħolqien ta’ offerta wiesgħa ta’ prodotti għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tal-SMEs b’riskju ogħla li jkunu adattati għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament speċifiċi tagħhom.

Barra minn hekk, l-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-SMEs huwa mistenni li jżid il-valur tal-politika billi jappoġġa fondi li jipprovdu soluzzjonijiet speċifiċi għall-finanzjament tad-dejn u l-finanzjament ta’ ekwità jew kważi-ekwità għall-SMEs u għal kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-intermedjarji finanzjarji jiġġeneraw fondi jew jinvestu jew jipprovdu finanzjament fuq bażi transfruntiera, li jappoġġa d-diversifikazzjoni tar-riskju u jattira l-kapital privat;

(b)

l-investiment jappoġġa l-ħolqien ta’ fondi akbar li għandhom il-kapaċità li jirrealizzaw redditi suffiċjenti sabiex jattiraw investituri privati;

(c)

fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investimenti subottimali ma jkunux qed jiġu indirizzati b’mod adegwat (f’termini ta’ volumi, kopertura tal-istadju tal-iżvilupp jew perjodu ta’ żmien) permezz ta’ strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell reġjonali jew nazzjonali. Dan jista’ jinkludi l-istabbiliment ta’ skemi li jipprovdu effettività, effiċjenza jew ekonomiji ta’ skala msaħħa peress li jista’ jkun li l-Istati Membri joqogħdu lura milli joħolqu skemi ta’ appoġġ waħedhom minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ kosteffiċjenza;

(d)

l-intervent għandu effetti ta’ dimostrazzjoni u/jew katalitiċi u jikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-UE, fosthom dawk tal-unjoni tas-swieq kapitali;

(e)

l-intervent iżid id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament ibbażati fuq is-suq u speċifiċi għall-SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja;

(f)

it-trasferiment tal-aħjar prattiki fl-Unjoni kollha, bil-ħsieb li jibdew joħorġu maniġers/timijiet ta’ ġestjoni ġodda tal-fondi biex iwessgħu u japprofondixxu s-suq tal-kapital ta’ riskju fl-UE. Dan jista’ jinkludi appoġġ għal finanzjament alternattiv u soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi bħall-finanzjament kollettiv, l-investituri informali u l-filantropija ta’ riskju.

6.3.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

6.3.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jista’ japplika kull tip ta’ intermedjarju finanzjarju, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u intermedjarji oħra bi sjieda pubblika, banek kummerċjali, soċjetajiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, u kumpaniji ta’ lokazzjoni, li jkollu l-mira li jiġġenera portafolli ġodda ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ SMEs b’riskju ogħla u/jew ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, inklużi tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tad-dejn speċifiċi li jimmiraw lejn setturi ekonomiċi li mhumiex moqdijin biżżejjed, f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji stabbiliti, jew entitajiet li għadhom se jiġu stabbiliti, inklużi fondi ta’ ekwità privata u dawk intermedji, strumenti ta’ investiment konġunt, fondi ta’ dejn b’riskju, fondi ta’ kapital b’riskju, fondi ta’ investituri informali, fond ta’ fondi, fondi crossover, li huma kapaċi jipprovdu finanzjament ta’ ekwità u kważi ekwità f’oqsma koperti mit-tieqa għall-SMEs f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

Il-maniġers, il-konsulenti jew entitajiet simili oħra assoċjati ma’ tali intermedjarji, li għandhom jinkludu wkoll maniġers jew konsulenti debuttanti, iridu juru l-kapaċità u l-ħiliet biex iwettqu investimenti bħal dawn, l-abbiltà li jiġġeneraw fondi u jattiraw kapital privat, u l-abbiltà prospettiva li jipproduċu redditi, inkluż permezz ta’ strateġija ta’ investiment soda, li tattira aktar investimenti privati f’din il-klassi ta’ assi.

6.3.2.2.   Riċevituri finali previsti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

L-appoġġ għall-finanzjament tad-dejn se jsir disponibbli permezz ta’ intermedjarji jew direttament mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jiffinanzja l-aktar lill-SMEs, kif ukoll lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja kif definit fir-Regolament InvestEU, li ma jirċevux finanzjament mis-suq jew li ma jirċevux appoġġ sal-istess punt minħabba, fost l-oħrajn, ir-riskju ogħla perċepit, in-nuqqas ta’ kollateral (suffiċjenti) jew minħabba li n-negozju huwa attiv f’qasam ekonomiku definit b’mod li mhuwiex moqdi tajjeb jew huwa involut f’attivitajiet ta’ prijoritajiet ta’ politika tal-UE.

Fejn ikun ġustifikat, jista’ jingħata aktar appoġġ dedikat lil negozji f’settur speċifiku jew li jkunu involuti f’qasam ta’ orjentazzjoni politika speċifika, inkluża t-tranżizzjoni ġusta. F’każijiet bħal dawn, se jiġu fformulati kriterji ta’ eliġibbiltà ċari u mhux ambigwi fil-prodotti finanzjarji rispettivi għall-SMEs innovattivi u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar operazzjonali se jagħmluha possibbli li jiġi identifikat l-appoġġ ipprovdut għal tali settorjali jew orjentazzjoni ta’ politika.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità:

Fil-kompartiment tal-UE, l-appoġġ għall-finanzjament tal-ekwità għandu jkun disponibbli permezz ta’ intermedjarji (inkluż permezz ta’ strumenti ta’ investiment konġunt) għall-SMEs u għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja skont id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament InvestEU, u b’mod aktar speċifiku għal dawk l-attivitajiet li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament InvestEU.

L-immirar jista’ jsir abbażi tal-istrateġija ta’ investiment tal-maniġer tal-fond b’attenzjoni fuq setturi jew attivitajiet ta’ prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni u skont iċ-ċiklu tal-ħajja tal-kumpanija, abbażi ta’ valutazzjonijiet tas-suq.

6.3.2.3.   Karatteristiċi tal-prodotti finanzjarji

Il-prodotti finanzjarji jkunu komplementari għall-użu li l-Istati Membri jagħmlu mill-istrumenti finanzjarji għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali f’konformità mar-rekwiżiti tal-addizzjonalità f’konformità mal-Anness V tar-Regolament InvestEU.

(a)    għal finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-garanzija tal-UE tista’ tingħata għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jieħdu l-forma ta’:

(a)

self dirett mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(b)

kontrogaranziji, garanziji fuq self ta’ fondi u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal skemi ta’ garanzija implimentati minn intermedjarji finanzjarji jew minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

(c)

garanziji diretti u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal intermedjarji finanzjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

(d)

investiment dirett f’intermedjarju finanzjarju, jew flimkien miegħu, li jkun fond ta’ investiment, skema ta’ (ko)investiment jew entità bi skop speċjali li tinvesti direttament jew indirettament f’dejn superjuri jew subordinat.

Permezz ta’ tali arranġamenti, il-garanzija tal-UE għandha timmira li tnaqqas id-diffikultajiet partikolari li jiffaċċaw l-intrapriżi vijabbli biex ikollhom aċċess għall-finanzjament minħabba r-riskju ogħla perċepit tagħhom jew in-nuqqas ta’ (biżżejjed) kollateral. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ appoġġ, fost l-oħrajn, għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

finanzjament tal-bidu;

(b)

tranżazzjonijiet ta’ finanzjament b’rekwiżiti ta’ kollateral imnaqqsa b’mod sinifikanti jew mingħajr rekwiżiti (għoti ta’ self mhux garantit);

(c)

finanzjament subordinat;

(d)

tranżazzjonijiet ta’ finanzjament b’kundizzjonijiet jew ta’ ripagament li mhumiex tipikament ma jipprovduhomx l-intermedjarji finanzjarji.

L-eliġibbiltà tal-proposta ta’ intermedjarju finanzjarju għall-bini ta’ portafoll ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament se tiġi ddeterminata għal kull intermedjarju u, fil-każ ta’ finanzjament dirett, għal kull sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali eżistenti tiegħu. Fil-prinċipju, il-garanzija tal-UE hija maħsuba li twassal biex l-intermedjarju finanzjarju jew is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jwessa’ l-attività tan-negozju tiegħu billi jiffinanzja tranżazzjonijiet li ma kienx jiffinanzja fin-nuqqas tal-garanzija tal-UE minħabba l-profil ta’ riskju ogħla ta’ portafoll bħal dan. Meta intermedjarju finanzjarju diġà jkollu stabbilit prodott ta’ finanzjament iddedikat għall-SMEs b’riskju ogħla iżda l-kapaċità tiegħu li jaqdi d-domanda tas-suq tkun ristretta, il-garanzija tal-UE tista’ tintuża biex tappoġġa żieda sinifikanti fil-volumi ta’ tali prodott ta’ finanzjament għall-SMEs b’riskju ogħla.

It-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament, li jistgħu jiġu inklużi fil-portafolli se jinkludu, fost l-oħrajn, self għal investiment, faċilitajiet ta’ kapital operatorju (fosthom dawk ċirkolanti), faċilitajiet ta’ finanzjament tal-kummerċ, self (inkluż dak inkorporat f’kont kurrenti jew marbut miegħu), garanziji bankarji, tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni, self subordinat, u self ta’ ħruġ ta’ dejn superjuri u subordinat.

(b)    għal finanzjament mill-ekwità pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-garanzija tal-UE se tintuża biex tiggarantixxi investimenti f’fondi intermedjarji ta’ kapital ta’ riskju, fosthom fondi ta’ fondi u strumenti ta’ investiment konġunt li jipprovdu ekwità u kważi-ekwità lill-SMEs u lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom u fondi li jipprovdu finanzjament tad-dejn lill-SMEs u lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja.

Żviluppi ta’ prodotti addizzjonali possibbli:

It-tieqa għall-SMEs se tkun disponibbli wkoll għall-ħolqien ta’ prodotti finanzjarji pilota biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali jew biex jiġi attirat aktar investiment privat (eż. billi jingħataw garanziji għall-investituri). Tali skemi pilota, jekk jirnexxu, jistgħu sussegwentement jiġu estiżi fuq bażi kompleta. F’każijiet debitament ġustifikati, abbażi ta’ valutazzjonijiet tas-suq, dawn il-proġetti pilota jistgħu jiddevjaw mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

6.4.   It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet

6.4.1.   Oqsma ta’ politika ta’ intervent

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet irid jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti li jsaħħu d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni kif enfasizzat fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-enfasi fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet huwa li jiġi ġġenerat impatt soċjali pożittiv. B’mod partikolari, l-azzjonijiet fil-kuntest ta’ din it-tieqa għandhom l-għan ta’ konverġenza ’l fuq, li jnaqqsu l-inugwaljanzi, li jżidu r-reżiljenza u l-inklużività permezz tal-promozzjoni tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet fosthom l-imprenditorija u l-impjieg indipendenti, l-intrapriżi soċjali, l-ekonomija soċjali u l-inklużjoni soċjali, u li jtejbu s-saħħa, il-benessri u l-kwalità ġenerali tal-ħajja taċ-ċittadini; li jagħtu spinta lill-eżiti tal-edukazzjoni u l-provvediment tal-ħiliet u jappoġġaw tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. L-azzjonijiet għandhom ukoll l-għan li l-intrapriżi soċjali jkollhom aktar aċċess għall-mikrofinanzjament u għall-finanzjament u dawn ikunu aktar disponibbli għalihom, li jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment relatati mal-investiment soċjali, mal-kompetenzi u mal-ħiliet, u li jiżviluppaw u jikkonsolidaw is-swieq tal-investiment soċjali, fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8(1)(d) u f’konformità mal-Artikolu 3(2)(d) tar-Regolament InvestEU. It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tiffaċilita l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-kompetenzi ewlenin, it-tlaqqigħ, l-implimentazzjoni u l-użu akbar ta’ ħiliet permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ, inkluż it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u attivitajiet relatati bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-“Aġenda Ewropea għall-Ħiliet” (102), ir-“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali” (103), iż-“Żona Ewropea tal-Edukazzjoni” (104) u l-“Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027” (105).

L-oqsma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament InvestEU, b’mod partikolari fil-punt 12. Iż-żoni eliġibbli jistgħu jingħataw prijorità f’konformità mat-Taqsima 2.3.2.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tappoġġa lill-mikrofinanzjament u lill-intrapriżi soċjali. Fil-każ tal-mikrofinanzjament, il-mikroself (jew il-mikrokreditu) ifisser self sa EUR 50 000. Se jiġi inkoraġġit b’mod partikolari l-provvediment ta’ ammonti ta’ investiment sa EUR 500 000 għall-impriżi soċjali, filwaqt li ammonti akbar sa EUR 2 000 000 se jkunu destinati wkoll biex jintużaw għat-trawwim tal-espansjoni u t-tkabbir tagħhom.

L-appoġġ se jinkludi wkoll miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza għal raġunijiet oħra, l-inklużjoni soċjali, il-provvista u d-domanda għall-ħiliet, l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-servizzi relatati inkluż għall-iżvilupp ta’ infrastruttura soċjali sostenibbli f’żoni urbani kif ukoll rurali. It-tieqa se tappoġġa wkoll l-infrastruttura soċjali (inkluż l-infrastruttura tas-saħħa u tal-edukazzjoni kif ukoll l-akkomodazzjoni soċjali u tal-istudenti), il-proġetti li jinvolvu l-innovazzjoni soċjali, is-servizzi tas-saħħa, it-tixjiħ u l-kura fit-tul, l-aċċess għall-prevenzjoni, it-trattamenti innovattivi u l-opzjonijiet tas-saħħa elettronika, l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà, kif ukoll l-attivitajiet kulturali u kreattivi b’għan soċjali.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tiffoka wkoll fuq il-provvediment ta’ finanzjament sostenibbli u etiku għall-benefiċjarji finali li jkunu qed jiffaċċaw restrizzjonijiet jew ostakli li jaffettwaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom. B’mod partikolari, se timmira lejn proġetti li jinvolvu livell raġonevoli ta’ vijabbiltà finanzjarja (prospettiva), iżda li ma jitwettqux (jew ma jitwettqux b’mod suffiċjenti) mis-suq minħabba riskji ogħla, nuqqas ta’ kollateral, li ma jilħqux skala ottimali mingħajr sostenn mis-settur pubbliku jew ostakli oħra għas-suq. Il-proġetti appoġġati jridu jikkontribwixxu biex jattiraw investiment privat biex jissodisfa eżiġenzi li altrimenti jibqgħu mingħajr ma jiġu ssodisfati.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment se jkollhom l-għan li jipprovdu infrastruttura soċjali u servizzi konnessi li jistgħu jappartjenu għal:

(a)

edukazzjoni u taħriġ inklużivi, fosthom l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, u l-infrastruttura u s-servizzi edukattivi relatati magħhom, l-indukrar tat-tfal alternattiv u inklużiv, l-akkomodazzjoni tal-istudenti u t-tagħmir diġitali, li jkunu aċċessibbli għal kulħadd, il-promozzjoni tal-profiċjenza diġitali mis-snin bikrija tal-edukazzjoni, l-iskjerament universali tal-ICT u l-aċċess għalihom fl-istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll l-għodod u l-pjattaformi għall-aċċess remot u tat-tagħlim mill-bogħod;

(b)

akkomodazzjoni soċjali affordabbli;

(c)

il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, inklużi l-kliniċi, l-isptarijiet, il-kura tas-saħħa primarja, is-servizzi fid-djar u l-kura bbażata fil-komunità;

(d)

proġetti ta’ infrastruttura tas-saħħa li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ network strateġiku u ġeografikament ibbilanċjat ta’ infrastruttura ta’ prevenzjoni u ta’ kura tas-saħħa modernizzata, diġitalizzata u reżiljenti, li kapaċi tiggarantixxi aċċess universali għall-infrastruttura u s-servizzi tal-kura tas-saħħa kritiċi madwar l-UE. Il-proġetti appoġġati jistgħu jindirizzaw ukoll ħtiġijiet speċifiċi urġenti ta’ kura tas-saħħa u rispons ta’ emerġenza (106) permezz tal-iżvilupp ta’ stazzjonijiet mediċi mobbli u fuq il-post jew trasport mediku;

(e)

l-iffaċilitar tas-servizzi soċjali pprovduti fil-livell komunitarju u, fejn fattibbli, b’mod integrat.

L-infrastruttura soċjali, tipikament iffinanzjata minn entitajiet tas-settur pubbliku jew entitajiet dipendenti, qed tiffaċċa diskrepanzi kbar fil-finanzjament. Il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 komplew jaggravaw dawn il-ħtiġijiet.

L-investimenti fl-infrastruttura soċjali, skont it-tifsira tal-punt 12(d) tal-Anness II tar-Regolament InvestEU, immirati biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali jistgħu jinkludu operazzjonijiet ma’ entitajiet tas-settur pubbliku. F’tali sitwazzjoni, jista’ jsir qbil fuq prodott finazjarji ddedikat lejn l-investiment fl-infrastruttura soċjali promoss minn entitatjiettas-settur pubbliku skont it-Tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet fi ftehim ta’ garanzija biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq li ssir referenza għalihom fil-punt 2(f) tat-Taqsima A tal-Anness V tar-Regolament InvestEU. L-operazzjoni ta’ finanzjar u investiment skont tali prodott finanzjarju jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Anness V tar-Regolament InvestEU.

Il-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali rilevanti tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali, kif applikabbli, hija rekwiżit għall-appoġġ tal-operazzjonijiet fil-qafas tal-Fond InvestEU. Jenħtieġ li l-interventi jirrispettaw għalkollox il-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi jikkomplementaw, fejn dawn ikunu jeżistu, l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali u reġjonali. Fejn applikabbli, is-servizzi li jipprovdu l-proġetti appoġġati jridu jingħataw fil-livell lokali bbażat fil-komunità. Fir-rigward tal-infrastruttura fil-qasam tas-saħħa, l-enfasi trid tkun fuq l-iżvilupp ta’ mudelli li jimxu mill-kura istituzzjonali għall-prevenzjoni, il-kura primarja u l-kura bbażata fil-komunità u s-servizzi li jappoġġaw il-kura integrata ċċentrata fuq il-persuna u l-għajxien indipendenti, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà.

Fir-rigward tal-investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali affordabbli, se tingħata attenzjoni partikolari lill-offerta ta’ soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni li jsegwu l-objettiv li joħorġu liċ-ċittadini mill-esklużjoni soċjali f’komplementarjetà ma’ skemi ta’ appoġġ nazzjonali jew reġjonali, fejn dawn jeżistu. Għall-fini tal-investimenti appoġġati mill-Fond InvestEU, jenħtieġ li akkomodazzjoni soċjali affordabbli (107) tinftiehem bħala dik li tkun immirata lejn persuni żvantaġġati jew gruppi soċjalment inqas vantaġġjati (108) li, minħabba introjtu jew restrizzjonijiet soċjali jgħixu fi privazzjoni ta’ akkomodazzjoni gravi jew ma jistgħux jiksbu akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq. Meta jkun speċifikat għal persuni li jidħlu fl-ambitu tad-definizzjoni ETHOS ta’ kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u esklużjoni mill-akkomodazzjoni, il-provvediment tal-akkomodazzjoni soċjali jenħtieġ li, kemm jista’ jkun, isegwi approċċ ibbażat fuq l-akkomodazzjoni. Jenħtieġ li l-infrastruttura u s-servizzi jirrispettaw l-istandards ta’ kwalità applikabbli u l-konvenzjonijiet tan-NU u ma għandhomx iwasslu għas-segregazzjoni jew l-iżolament ta’ gruppi speċifiċi.

Minbarra s-soluzzjonijiet ta’ finanzjament ipprovduti minn intermedjarji finanzjarji tradizzjonali, il-provvediment ta’ servizzi in natura jista’ jikkwalifika wkoll lill-organizzazzjonijiet, bħal istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ, jew fornituri ta’ servizzi sanitarji u soċjali u tal-kura, biex jibbenefikaw indirettament mill-garanzija tal-UE permezz ta’ sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tpoġġi enfasi partikolari fuq l-inklużività ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u l-aċċess tagħhom għal servizzi ta’ kwalità, anki għall-inklużjoni, u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà u għall-anzjani.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jappoġġa wkoll il-provvediment ta’ edukazzjoni u taħriġ inklużivi, fosthom it-taħriġ vokazzjonali, u servizzi relatati, li jkopru l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi, inkluż għall-adulti, u l-innovazzjoni tal-organizzazzjoni u l-proċessi, inklużi mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi. It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tappoġġa wkoll soluzzjonijiet sanitarji innovattivi, bħas-servizzi tas-saħħa elettroniċi u mudelli ġodda tal-kura. L-appoġġ se jkollu l-mira li jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza għal raġunijiet oħra, li jwessa’ l-impjieg indipendenti u l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Trid tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali u l-attivitajiet tagħhom, bħal inizjattivi ta’ tkabbir, it-trawwim tal-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali u intraprenditorjali għal gruppi żvantaġġati biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi bejn il-ġeneri u diskrepanzi oħra fid-diversità f’dawn l-oqsma. L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jindirizza l-fallimenti tas-suq fl-Unjoni fil-finanzjament tal-intrapriżi soċjali u tal-impatt soċjali, il-mikrofinanzjament, is-saħħa, it-tixjiħ, l-edukazzjoni u d-diskrepanzi fil-finanzjament tal-akkomodazzjoni u l-innovazzjoni billi jwassal għal intervent aktar b’saħħtu mill-Unjoni u ttestjar tas-suq aktar effiċjenti bil-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni.

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se tappoġġa d-domanda u l-provvista tal-ħiliet, u tindirizza n-nuqqasijiet fil-ħiliet tal-benefiċjarji finali jew ittejjeb l-użu tal-ħiliet u trawwem is-swieq tal-investiment fil-ħiliet.

L-appoġġ konsultattiv jista’ jikkontribwixxi wkoll biex jiġu esplorati modi ġodda għall-provvediment ta’ servizzi soċjali u b’mod ġenerali jgħin biex għall-iżvilupp tal-provvista u d-domanda tal-ħiliet, f’konformità mar-Regolament InvestEU.

Fir-rigward tal-mikrofinanzjament, l-objettiv ta’ politika huwa li jiġu promossi l-impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli kif ukoll l-inklużjoni soċjali billi jingħata appoġġ lill-ħolqien tal-impjiegi u lill-attivitajiet li jiġġeneraw l-introjtu, b’mod partikolari għal persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż li jaħdmu għal rashom. Barra minn hekk, l-intermedjarji finanzjarji attivi fl-ispazju tal-mikrofinanzjament iridu jiggarantixxu l-provvediment, direttament jew indirettament, ta’ servizzi mhux finanzjarji bħal servizzi ta’ żvilupp kummerċjali (mentoraġġ, ikkowċjar u taħriġ) li huma parti integrali mill-mikrofinanzjament. Kundizzjonijiet bħall-kost tat-teħid b’self (inkluża r-rata tas-self) u r-rekwiżiti kollaterali għall-mikrofinanzjament appoġġati direttament jew indirettament fil-qafas tal-InvestEU jridu jirriflettu l-benefiċċju li jiġi mill-appoġġ u jridu jkunu ġustifikabbli fir-rigward tar-riskji sottostanti u l-kost attwali tal-finanzjament relatat ma’ kreditu.

Bħala prekundizzjoni għall-appoġġ tal-Fond InvestEU, l-intermedjarji finanzjarji li jipprovdu l-mikrofinanzjament iridu jaderexxu mal-kodiċi Ewropew ta’ kondotta tajba għall-provvediment ta’ mikrokreditu” (109) (fil-każ ta’ dawk li mhumiex banek) jew japprovawh (fil-każ tal-banek) il-“biex jiggarantixxu standards għoljin ta’ self etiku f’termini ta’, fost l-oħrajn, governanza, ġestjoni u protezzjoni tal-konsumatur. L-intermedjarji finanzjarji għandhom ifittxu li jipprevjenu lill-individwi u lill-intrapiżi milli jkollhom dejn eċċessiv billi, fost l-oħrajn, iqisu l-kapaċità tagħhom ta’ ħlas lura u jiggarantixxu kost tas-self affordabbli.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jkun konformi mal-objettivi tal-FSE+, inkluż fl-objettivi operazzjonali proposti tiegħu li jappoġġa l-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvediment ta’ finanzjament lill-intrapriżi soċjali u ta’ mikrofinanzjament lill-mikrointrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp, b’mod partikolari dawk li jimpjegaw persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Fl-ambitu tal-FSE+, il-Kummissjoni se tipprovdi gwida għall-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali (inkluż l-akkomodazzjoni kif ukoll għas-saħħa, l-indukrar tat-tfal, il-kura fit-tul u l-edukazzjoni u t-taħriġ) meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Madankollu, il-parteċipazzjoni fl-FSE+ mhijiex prekundizzjoni għall-aċċess tal-appoġġ tal-Fond InvestEU.

L-appoġġ fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet se jiġi indirizzat ukoll lejn l-innovazzjoni soċjali, li tista’ tinkludi soluzzjonijiet u skemi soċjali innovattivi li għandhom l-għan li jippromwovu l-impatti u l-eżiti soċjali sabiex jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika ta’ dik it-tieqa.

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, għandha tiġi mħeġġa l-kombinazzjoni tal-appoġġ mill-Fond InvestEU ma’ kontribuzzjonijiet minn donaturi, filantropi, fondazzjonijiet u atturi oħra mis-settur privat. Il-Fond InvestEU se jfittex li jsaħħaħ l-involviment tas-settur privat biex jgħin biex jagħti riżultati fil-kuntest tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jappoġġa, fost l-oħrajn, l-impjiegi ta’ kwalità, l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi, is-saħħa, l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà kif ukoll l-aċċessibbiltà u l-inklużività tad-diżabbiltà. L-atturi tas-settur privat se jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti (donazzjonijiet, forom ta’ appoġġ rimborsabbli u mhux rimborsabbli) u/jew koinvestimenti fil-proġetti jew intermedjarji finanzjarji appoġġati indirettament mill-Fond InvestEU.

Bl-istess mod, huwa mħeġġeġ ir-raggruppament ta’ proġetti iżgħar, peress li ħafna proġetti fl-ispazju soċjali huma żgħar wisq biex jattiraw l-interess minn investituri privati jew biex jagħmlu użu aktar effiċjenti mill-fondi pubbliċi. Pereżempju, il-qasam tar-riformi tal-politika soċjali jista’ jinvolvi l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura u servizzi soċjali, bħal mudelli ġodda soċjali, tal-kura, u tal-kura tas-saħħa, f’diversi postijiet fil-ġuriżdizzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew reġjonali permezz ta’ għadd ta’ proġetti żgħar. Jista’ jkun meħtieġ li proġetti żgħar jinġabru fi proposta ta’ investiment waħda biex jiżdied l-interess mill-investituri. Raggruppament jista’ jinvolvi:

(a)

ir-raggruppament ta’ proġetti żgħar ta’ infrastruttura soċjali jew teknoloġiċi jew ta’ servizzi soċjali fi proposta ta’ investiment waħda li tinvolvi għadd ta’ subproġetti f’postijiet differenti;

(b)

ir-raggruppament tal-ħtiġijiet tal-investimenti għall-infrastruttura soċjali, it-teknoloġija u s-servizzi soċjali fi proġett wieħed jew proposta ta’ investiment waħda. Dan jista’ jirrikjedi t-taħlit ta’ sorsi jew ta’ strumenti ta’ finanzjament;

(c)

ir-raggruppament tal-ħtiġijiet tal-investimenti għall-infrastruttura u għas-servizzi soċjali fi strument ta’ investiment akbar għat-tiġdid jew l-iżvilupp urban jew rurali, immirat lejn l-inklużjoni soċjali jew fl-ambitu ta’ skemi ta’ “finanzjament simetriku ċiviku”.

L-azzjonijiet deskritti fil-punti minn (a) sa (c) tal-paragrafu preċedenti jistgħu jiġu kkomplementati minn miżuri ta’ akkumpanjament li jkollhom l-għan li (i) jgħinu lill-promoturi tal-proġetti u lill-intermedjarji finanzjarji jiżviluppaw ħiliet biex jikkonfiguraw l-istrateġiji ta’ investiment, il-finanzjament imħallat jew ibridu, l-ippjanar u l-proġetti ta’ raggruppament; (ii) jappoġġaw l-iżvilupp tal-innovaturi soċjali, l-intrapriżi soċjali, l-investituri b’impatt soċjali, u filantropi, fosthom filantropi ta’ riskju; u (iii) joħolqu network pan-Ewropew ta’ ċentri ta’ trażmissjoni u kkowċjar ta’ impatt soċjali u ta’ innovazzjoni soċjali, servizzi innovattivi ta’ edukazzjoni u taħriġ, bħal fornituri ta’ gwida, tbassir tal-ħiliet, servizzi ta’ valutazzjoni u validazzjoni tal-ħiliet jew servizzi li jgħinu biex iqabblu d-domanda mal-provvista ta’ ħiliet kif ukoll sħubijiet bejn is-sistemi edukattivi u l-intrapriżi u ċ-ċentri ta’ eċċellenza, fosthom iċ-ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu kkomplementati wkoll bil-ġbir ta’ data mill-UE kollha dwar fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali fl-oqsma ta’ politika marbuta mat-tieqa għall-investiment soċjali u l-ħiliet u billi din tkun disponibbli għall-pubbliku.

6.4.1.1.   Investimenti strateġiċi fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet

L-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ se jimmira b’mod partikolari lejn proġetti li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni u t-taħriġ, fosthom il-promozzjoni tal-profiċjenza diġitali mis-snin bikrija tal-edukazzjoni, l-iskjerament universali tal-ICTs u l-aċċess għalihom fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-għodod u l-pjattaformi għall-aċċess remot u tat-tagħlim mill-bogħod. L-azzjonijiet appoġġati jenħtieġ li jikkonċentraw ukoll fuq programmi oħra ta’ diġitalizzazzjoni, b’enfasi fuq l-aċċess tul il-ħajja u l-aċċess inklużiv kif ukoll l-appoġġ tal-ħiliet u s-soluzzjonijiet diġitali għall-gruppi soċjali u għall-etajiet kollha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ jiffaċilita l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda u t-tisħiħ tal-ħiliet stabbiliti li jkunu jiggarantixxu l-funzjonament effettiv tal-attivitajiet strateġiċi u kritiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 6.1.1.8 u 6.2.1.1 ta’ dawn il-linji gwida għall-investiment.

6.4.2.   Karatteristiċi ta’ prodotti finanzjarji potenzjali

6.4.2.1.   Intermedjarji finanzjarji li għandhom ikunu involuti

(a)    għall-finanzjament tad-dejn:

Jistgħu japplikaw intermedjarji finanzjarji, fosthom banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, banek kummerċjali, soċjetajiet u istituzzjonijiet ta’ garanzija, fondi ta’ dejn diversifikati li jipprovdu finanzjament superjuri u subordinat, istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament, kumpaniji ta’ lokazzjoni, pjattaformi ta’ self kollettiv u ta’ “ekwità kollettiva”, SPVs, strumenti ta’ finanzjament simetriku, fondi jew skemi ta’ investiment konġunt, istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji inklużi fondi ta’ self, fornituri ta’ kapital paċenzjuż bħal kooperattivi, unjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, fondi ta’ Ekwità Privata/Investituri Informali u fondi ta’ fondi.

Huma eliġibbli wkoll il-faċilitaturi tas-suq tal-investiment soċjali (inklużi l-intermedjarji ta’ tħejjija għall-investiment u ta’ bini tal-kapaċità attivi fl-ispazju tal-mikrofinanzjament u tal-finanzjament intrapriżi soċjali, kumpaniji FinTech, istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, universitajiet, ċentri ta’ riċerka u Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-EIT, fondazzjonijiet, pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inklużi ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali u sħubijiet bejn is-sistemi edukattivi u l-intrapriżi). Gruppi oħra ta’ investituri inklużi investituri korporattivi, investituri b’impatt soċjali, investituri informali (soċjali), imprendituri edukattivi (eż. korsijiet onlajn miftuħa massivi, “MOOCs”), filantropi ta’ riskju u filantropi jistgħu japplikaw ukoll.

Jistgħu japplikaw intermedjarji oħra bi sjieda pubblika u dawk li joperaw fl-infrastruttura soċjali, il-finanzjament tal-intrapriżi soċjali u l-ispazju tal-ekonomija soċjali (bħal banek etiċi jew alternattivi, banek kooperattivi), li huma kapaċi jipprovdu finanzjament fl-oqsma eliġibbli koperti mit-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli u mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

L-intermedjarji finanzjarji pubbliċi potenzjali li jirreferu għalihom dawn il-linji gwida jista’ wkoll ikollhom rwol fil-kombinazzjoni tal-appoġġ tal-Fond InvestEU ma’ programmi ta’ finanzjament ċentrali oħra tal-Unjoni u fondi b’ġestjoni kondiviża.

(b)    għall-finanzjament tal-ekwità:

L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, banek kummerċjali, soċjetajiet u istituzzjonijiet ta’ garanzija, fondi ta’ self, fondi ta’ dejn, fondi tal-pensjonijiet, istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament, kumpaniji ta’ lokazzjoni, pjattaformi ta’ self kollettiv u ta’ ekwità kollettiva, SPVs, strumenti ta’ finanzjament simetriku, fondi jew skemi ta’ investiment konġunt.

L-intermedjarji finanzjarji eliġibbli għall-finanzjament tal-ekwità jistgħu jinkludu wkoll istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji inklużi fornituri ta’ kapital paċenzjuż bħal kooperattivi, unjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni kif ukoll entitajiet li għandhom jiġu inkorporati, fondi ta’ fondi, fondi ta’ ekwità privata, fondi ta’ kapital ta’ riskju, fondi ta’ investituri informali, fondi ta’ trasferiment tat-teknoloġija, fondi jew skemi ta’ investiment konġunt, fondi ta’ dejn ta’ riskju, arranġamenti jew skemi oħra li jipprovdu investimenti f’ekwità, kważi-ekwità, finanzjament ibridu ta’ dejn-ekwità u forom oħra ta’ finanzjament intermedju.

Faċilitaturi tas-suq tal-investiment soċjali (inklużi intermedjarji li jaħdmu fit-tħejjija għall-investiment u għall-bini tal-kapaċità attivi fl-ispazju ta’ mikrofinanzjament u tal-finanzjament tal-intrapriżi soċjali, kumpaniji FinTech, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, universitajiet, ċentri ta’ riċerka u Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-EIT, fondazzjonijiet, pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inklużi ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali u sħubijiet bejn is-sistemi edukattivi u l-intrapriżi) jistgħu jkunu eliġibbli wkoll. Gruppi oħra ta’ investituri inklużi investituri korporattivi, investituri b’impatt soċjali, investituri informali (soċjali), imprendituri edukattivi (eż. MOOCs), filantropi ta’ riskju u filantropi jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji finanzjarji f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli meta jkunu jistgħu jiġġeneraw proġetti jew portafolli ta’ investiment fl-oqsma koperti mit-tieqa għall-investimenti soċjali u l-ħiliet.

Il-maniġers tal-intermedjarji finanzjarji (inklużi l-maniġers jew il-konsulenti debuttanti) iridu juru l-kapaċità u l-esperjenza biex iwettqu investimenti bħal dawn fil-qasam tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet kif ukoll l-abbiltà li jiġġeneraw fondi u jattiraw kapital privat, u l-kapaċità prospettiva li jsiru finanzjarjament vijabbli (inkluż permezz ta’ strateġija ta’ investiment soda), sabiex jattiraw aktar investimenti privati fil-klassi tal-assi speċifika.

6.4.2.2.   Riċvituri finali previsti

It-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet tiffoka fuq l-interventi ta’ appoġġ f’diversi oqsma ta’ politika, u għalhekk timmira lejn firxa wiesgħa ta’ benefiċjarji finali, li jistgħu jinkludu:

(a)

persuni fiżiċi:

(i)

persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli (bħal persuni li jesperjenzaw esklużjoni soċjali jew ikunu f’riskju tagħha, inklużi persuni mingħajr dar jew li jgħixu f’deprivazzjoni ta’ abitazzjoni gravi, persuni li tilfu jew li jinsabu f’riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultajiet biex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni minn minoranzi, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, persuni f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi tagħhom stess);

(ii)

it-tfal, il-ġenituri, l-għalliema u l-amministraturi tal-iskejjel;

(iii)

studenti u apprendisti potenzjali jew attwali (inklużi studenti adulti).

(b)

intrapriżi:

(i)

mikrointrapriżi, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom, speċjalment mikrointrapriżi li jimpjegaw persuni vulnerabbli;

(ii)

intrapriżi soċjali;

(iii)

intrapriżi pubbliċi;

(iv)

SMEs;

(v)

Kumpaniji oħra tas-settur privat.

(c)

fornituri ta’ edukazzjoni, taħriġ u servizzi relatati, inklużi Universitajiet Ewropej, skejjel, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali u fornituri ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal;

(d)

SPVs;

(e)

assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet, soċjetajiet ta’ għajnuna reċiproka u kooperattivi;

(f)

organizzazzjonijiet nongovernattivi;

(g)

awtoritajiet pubbliċi;

(h)

awtoritajiet tas-saħħa, fornituri tas-servizzi tas-saħħa, fornituri tas-servizzi soċjali, fornituri tat-teknoloġija, professjonisti tal-kura tas-saħħa, pazjenti, individwi privati;

(i)

fil-qasam tal-infrastruttura soċjali, ir-riċevituri finali previsti jistgħu jkunu promoturi ta’ proġetti, intrapriżi pubbliċi, operaturi ta’ bini/maniġers ta’ faċilitajiet, fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali, PPPs.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment se jappoġġaw ukoll proġetti minn organizzazzjonijiet tas-settur privat u pubbliku attivi fl-ispazju tal-investiment soċjali jew li jeħtieġu tali investiment.

Dawn l-organizzazzjonijiet jinkludu, fost l-oħrajn, SMEs, korporazzjonijiet kbar, kooperattivi, fondazzjonijiet, filantropi ta’ riskju, intrapriżi xprunati mill-impatt, istituzzjonijiet u fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, intrapriżi b’għan aħħari triplu, awtoritajiet lokali u muniċipali.

L-attivitajiet tagħhom ikopru setturi u sottosetturi differenti, inkluż fost l-oħrajn il-mobbiltà intelliġenti u inklużiva, it-tiġdid urban, il-bini tal-komunità u s-solidarjetà interġenerazzjonali bbażati fuq ir-rivitalizzazzjoni soċjoekonomika rurali, il-komunitajiet inklużivi, il-problema ta’ persuni mingħajr dar, l-integrazzjoni ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi persuni b’diżabbiltà, diffikultajiet fis-saħħa mentali u d-dimenzja, l-iżvilupp tal-komunità, l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jindirizzaw l-isfidi demografiċi u migratorji u l-integrazzjoni ta’ popolazzjonijiet ġodda, u l-inklużività diġitali u l-ħiliet intraprenditorjali.

6.4.2.3.   Prodotti finanzjarji ġenerali

L-appoġġ mill-Fond InvestEU se jkun mirfud minn garanzija baġitarja unika tal-UE li tkopri prodotti finanzjarji li jindirizzaw portafoll diversifikat ta’ riskji. Dan jista’ jinkludi, fost l-oħrajn, garanziji bankarji, self, ekwità, dejn intermedju, fondi dedikati u pjattaformi ta’ investiment (li jista’ jkollhom struttura b’saffi ta’ FLP, segment intermedju u dejn superjuri), appoġġ għall-investiment fi skemi u sħubijiet kuntrattwali tal-eżiti soċjali, kapital operatorju, appoġġ għall-akkwist ta’ assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll tranżazzjonijiet ta’ lokazzjoni. It-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament għandu jkollhom maturità minima ta’ 12-il xahar, madankollu għal segmenti speċifiċi b’maturità tipika iqsar mill-medja, eż. il-mikrofinanzjament, il-maturità minima tista’ titnaqqas sa tliet (3) xhur. Se tingħata attenzjoni partikolari għall-provvediment ta’ kapital paċenzjuż li jirrinunzja r-redditi immedjati bl-aspettattiva ta’ ħolqien ta’ valur fit-tul.

Dan jista’ jsir, fost l-oħrajn, permezz ta’ strumenti ta’ investiment iddedikati, li jistgħu jipprovdu self, kapital ta’ ekwità, kapital ibridu u strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal intermedjarji jew finanzjament dirett lir-riċevituri finali.

Il-garanziji se jippermettu lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u lill-intermedjarji biex jimmiraw lill-benefiċjarji finali identifikati fit-Taqsima 6.4.2.2 b’kundizzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji aħjar milli kien ikollhom mingħajr il-garanzija, u b’hekk jgħaddu l-benefiċċju li jirriżulta mill-intervent tal-UE. Tnaqqis tal-primjum tar-riskju mitlub lill-benefiċjarji finali jista’ jitqies b’mod partikolari għall-operazzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet. Barra minn hekk, f’konformità mal-profil tar-riskju tal-assi (spiss ta’ natura intanġibbli) fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, se tkun possibbli l-kopertura tal-FLP mill-garanzija.

Jistgħu jiġu appoġġati skemi pilota ta’ kuntrattar b’eżiti soċjali, inklużi investimenti fi skemi ta’ pagament skont ir-riżultat u bonds b’impatt soċjali f’oqsma speċifiċi, li fihom korpi tal-akkwist pubbliku (jew korpi privati wkoll) jaħdmu favur impatti soċjali bbażati fuq eżiti soċjali predefiniti, jekk jirriżultaw f’addizzjonalità skont l-Anness V tar-Regolament InvestEU. Dawn se jinvolvu t-teħid ta’ riskju mis-settur privat u ma għandhomx jaqgħu fil-ambitu ta’ servizzi soċjali essenzjali li għalihom ikollhom jintervjenu l-awtoritajiet pubbliċi f’każ ta’ falliment. Sakemm dan ikun il-każ, oqsma possibbli ta’ intervent jistgħu jinkludu l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa u l-kura, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, is-servizzi tal-impjiegi, it-titjib tal-ħiliet u s-servizzi soċjali. Meta fil-mira jkun hemm is-servizzi soċjali, jistgħu jiġu mnedija skemi ta’ kkuntrattar polita dwar riżultati soċjali biex jiġi ttestjat jekk xi intervent innovattiv ikunx effettiv u skalabbli. Tali skemi jenħtieġ li jkunu trasparenzi fejn jidħlu l-istabbiliment, il-funzjonament u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom.

(a)    għal finanzjament tad-dejn ipprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

L-istrumenti ta’ dejn appoġġati mill-garanzija tal-UE permezz tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji se jkollhom fil-mira b’mod predominanti proġetti li qed ikollhom diffikultà biex jiksbu finanzjament tad-dejn fis-suq minħabba, fost l-oħrajn, in-nuqqas ta’ kollateral, storja ta’ kreditu jew profil ta’ riskju għoli jew redditi mistennija baxxi.

Il-garanzija tal-UE tista’ tingħata għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment fil-forma ta’:

(a)

self dirett (inkluż self subordinat), bonds, self mhux garantit, self mhux kollateralizzat, self korporattiv, investimenti intermedji, self superjuri u linji ta’ kreditu;

(b)

titjib tal-kreditu għal investimenti ġodda (għal bonds tal-proġetti, self bankarju jew kombinazzjoni tat-tnejn) u self għal proġetti ta’ infrastruttura soċjali u edukattiva, self korporattiv, jew dejn superjuri u self subordinat lil SPVs u strutturi PPP (fi skemi ta’ finanzjament ta’ proġetti);

(c)

dejn intermedju inkluż self qafas żborżat permezz ta’ intermedjarji finanzjarji u li jinvolvi benefiċjarji finali multipli;

(d)

(kontro)garanziji, garanziji fuq self, garanziji ffinanzjati u arranġamenti oħra ta’ kondiviżjoni tar-riskju għal skemi implimentati minn intermedjarji finanzjarji u garanziji (iffinanzjati u mhux iffinanzjati) lil finanzjaturi terzi;

(e)

prodotti ta’ garanzija li jkopru self oriġinat ġdid li jistgħu, soġġetti għar-regolamenti applikabbli u għall-kunsens tar-regolaturi nazzjonali rilevanti jekk applikabbli, jipprovdu tnaqqis ta’ piż regolatorju fuq il-kapital għall-intermedjarji finanzjarji;

(f)

mekkaniżmi ta’ garanzija speċifiċi li jistgħu jitfasslu biex jippermettu u jappoġġaw investimenti soċjali mill-bażi ta’ dotazzjoni ta’ fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet filantropiċi, li jikkontribwixxu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ investimenti bħal dawn u biex jiġi segwit ċertu livell ta’ redditu. Dawn ta’ hawn fuq se jkunu tipikament marbuta mal-impenn li r-redditi ġġenerati min-naħa tal-investituri mill-użu tal-garanzija jintefqu fuq għotjiet u assistenza mhux ripagabbli allinjati mal-oqsma ta’ finanzjament prijoritarji tal-InvestEU.

(b)    għal finanzjament mill-ekwità pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Il-finanzjament tal-ekwità jrid jintuża biex tintlaħaq massa kritika u tingħata l-flessibbiltà fl-istrutturi ta’ finanzjament tipikament assoċjati mas-self mill-banek. L-operazzjonijiet ta’ ekwità jistgħu jattiraw firxa ta’ kapital paċenzjuż, użat fl-istadji preliminari ta’ negozji ġodda qabel l-involviment tal-banek fis-setturi kollha, jippermettu lill-impriżi soċjali jitbiegħdu gradwalment minn approċċ ta’ finanzjament ibbażat fuq l-għotjiet u jsaħħu l-potenzjal tagħhom ta’ innovazzjoni u tkabbir.

Prodotti ta’ ekwità potenzjali li jistgħu jkunu koperti mill-garanzija tal-UE jinkludu:

(a)

investimenti (in)diretti ta’ ekwità u kważi ekwità, finanzjament ibridu ta’ dejn-ekwità u forom oħra ta’ finanzjament intermedju f’fondi ta’ ekwità privati jew pubbliċi, fondi ta’ dejn privat, fondi ta’ kapital ta’ riskju, intermedjarji finanzjarji bħal istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament u fornituri ta’ finanzjament soċjali (eż. għal skopijiet ta’ bini ta’ kapaċità, bħala appoġġ għal fondi marbuta ma’ inkubaturi, aċċeleraturi jew il-forniment ta’ servizzi ta’ inkubazzjoni lil impriżi soċjali u lil innovaturi soċjali, fosthom l-edukazzjoni u t-taħriġ innovattivi, u l-fornituri ta’ servizzi relatati, jew għal investimenti konġunt ma’ investituri soċjali informali u filantropi ta’ riskju kif ukoll għal appoġġ għal ċerti soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi). F’ċerti ċirkostanzi speċjali, it-tbegħid mill-prinċipju tradizzjonali ta’ pari passu lejn mudell asimetriku ta’ tqassim ta’ kondiviżjoni ta’ riskju u redditu jista’ jiġi kkunsidrat ukoll;

(b)

parteċipazzjonijiet diretti ta’ ekwità, ekwità tal-azzjonisti, self konvertibbli tal-azzjonisti u kombinazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ parteċipazzjonijiet ta’ ekwità maħruġa lill-investituri. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbiltà li jiġu permessi redditi u kondiviżjoni tar-riskji asimetriċi;

(c)

parteċipazzjonijiet ta’ ekwità miftuħa, parteċipazzjonijiet inattivi, self tal-azzjonisti u kombinazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ parteċipazzjonijiet ta’ ekwità maħruġa lill-investituri kif ukoll donazzjonijiet, inklużi forom ta’ appoġġ bil-quddiem ripagabbli u mhux ripagabbli. Dawn il-prodotti ma għandhomx jinvolvu drittijiet ta’ vot jew ta’ ġestjoni għall-investituri (inklużi l-koinvestituri).

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE jenħtieġ li jikklassifikaw mill-inqas pari passu ma’ investituri oħra. Madankollu, fil-qafas tat-tieqa għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, meta debitament ġustifikat, il-prinċipju pari passu jista’ ma japplikax, jiġifieri l-investimenti tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li qed jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE jistgħu jkunu f’pożizzjoni subordinata kif ukoll asimetriċi fir-rigward tar-riskju u d-dħul fis-sekwenza.

L-aggregazzjoni ta’ investituri disposti li jinvestu fl-istrumenti soċjali bħalissa hija limitata fid-dawl tar-redditu u l-perċezzjonijiet tar-riskju. B’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-programm mhux se jkollha l-għan li timmassimizza r-redditi, iżda pjuttost li tikseb livell ta’ redditu li jkun biżżejjed biex jiggarantixxi l-allinjament tal-inċentivi u l-parteċipazzjoni tal-investituri. Peress li l-enfasi se tkun fuq il-ġenerazzjoni ta’ redditu soċjali aktar milli redditu finanzjarju, ir-rata ta’ redditu tal-portafoll speċifiku għal operazzjoni jista’ jkun saħansitra 0 %.

6.4.2.4.   Prodotti finanzjarji tematiċi

Prodotti bħal dawn jieħdu l-forma ta’ prodotti u pjattaformi finanzjarji pilota biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, jaċċelleraw l-iżvilupp tas-suq tal-investimenti soċjali jew jattiraw aktar investiment privat u jikkontribwixxu għal soluzzjonijiet finanzjarji mfassla apposta għall-impatt soċjali (110).

Fil-każ ta’ finanzjament mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jappoġġa lill-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji u lill-fornituri tal-finanzjament soċjali għall-finijiet tal-bini tal-kapaċità tagħhom, ir-rekwiżit għas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li jipprovdi kontribuzzjoni ta’ 5 % mir-riżorsi proprji lill-FLP kif imsemmi fit-Taqsima 4.2.2 hawn fuq ma japplikax.


(1)  ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(7)  Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari.

(8)  Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari.

(9)  Ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

(13)  Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

(14)  Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3). u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa - EU4Health”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).

(19)  Ir-Regolament dwar il-Fond għal Tranżazzjoni Ġusta għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-firma tal-Att.

(20)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

(21)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li tħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(22)  F’konformità mal-aħħar paragrafu tat-Taqsima A tal-Anness V tar-Regolament InvestEU, l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ma għandhomx jiġu appoġġati mill-garanzija tal-UE ħlief f’ċirkostanzi speċifiċi eċċezzjonali u ġġustifikati sew. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jkopru portafolli eżistenti li jaqgħu taħt din l-eċċezzjoni jistgħu jiġu stabbiliti biss inizjalment fi ħdan skema pilota b’baġit limitat taħt tieqa ta’ politika rispettiva u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament InvestEU u stabbiliti ulterjorment fil-ftehim ta’ garanzija.

(23)  Il-finanzjament ta’ ekwità diretta u kważi ekwità m’għandux ikun permess taħt il-kompartiment tal-UE tat-tieqa għall-SMEs.

(24)  Operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment li tieħu l-forma ta’, jew li tinkludi, garanzija mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lil finanzjatur ta’ parti terza b’rabta ma’ proġetti speċifiċi vvalutati u magħżula mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, tiġi trattata daqslikieku operazzjoni diretta.

(25)  Il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja huma kumpaniji li jimpjegaw sa 3 000 impjegat, iżda li ma jkunux SMEs. Kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja huma entitajiet kif definiti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament InvestEU.

(26)  jiġifieri korpi tal-gvern jew korpi ggarantiti totalment mill-Istat Membru.

(27)  fil-każ ta’ proġetti b’valur miżjud għoli ta’ politika u meta jkun essenzjali li jiġu attirati investituri privati addizzjonali permezz ta’ strutturi ta’ finanzjament (bħal self sindakat), iċ-ċifra tista’ titla’ sa 70 % tal-kost totali tal-proġett, kif stabbilit ulterjorment fil-ftehim ta’ garanzija.

(28)  Jistgħu japplikaw eċċezzjonijiet fir-rigward tal-limitu ta’ 50 % relatat mad-daqs tal-fond f’każ li jintuża l-kompartiment tal-Istat Membru. It-Taqsima 5.1.2 tistabbilixxi regoli ulterjuri għall-investimenti f’fondi ta’ ekwità.

(29)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1)

(30)  Għadu mhux adottat.

(31)  Meta tkun involuta l-għajnuna mill-Istat, l-Artikolu 1(4)(c) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jiddikjara li r-Regolament ma japplikax għal impriżi f’diffikultà.

(32)  L-infrastruttura soċjali fil-kuntest tat-Tieqa ta’ Investiment Soċjali u Ħiliet tirreferi għall-infrastruttura li tappoġġa l-forniment ta’ servizzi soċjali u servizzi magħżula ta’ interess ġenerali (l-edukazzjoni u s-saħħa) kif definit mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizzi Soċjali ta’ Interess Ġenerali u s-Servizzi ta’ Interess Ġenerali (COM(2007) 725 finali u COM (2006)177) finali). B’mod aktar speċifiku, l-infrastruttura soċjali fil-qasam tas-servizzi soċjali tappoġġa l-forniment ta’ servizzi ta’ sostenn li jgħinu lin-nies, permezz ta’ appoġġ personalizzat, biex jegħlbu s-sitwazzjonijiet soċjali negattivi li jkunu fihom, biex jiżguraw l-inklużjoni fis-soċjetà u biex itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Din it-tip ta’ infrastruttura tipikament titwassal fuq livell lokali u timplika twassil integrat u forniment ibbażat fuq il-komunità.

(33)  Il-kompartiment tal-Istat Membru jista’ jiġi ffinanzjat minn kwalunkwe wieħed mill-fondi ta’ ġestjoni kondiviża li ġejjin: Il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FSE+, il-FAEŻR u l-FEMS; jew permezz ta’ kontribuzzjoni fi flus kontanti minn xi Stat Membru, inklużi dawk appoġġati mill-RRF.

(34)  Operazzjoni ta’ taħlit ma għandhiex tiġi ttrattata bħala operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment, kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament InvestEU, li tikkostitwixxu parti minn tali operazzjoni ta’ taħlit.

(35)  Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida ta’ investiment, “programmi settorjali” tfisser programmi tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament InvestEU. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima 2.9, huma rilevanti biss il-programmi settorjali li għalihom tkun inkluża klawżola korrispondenti ta’ abilitazzjoni fil-bażi ġuridika.

(36)  Fil-każ ta’ taħlit mal-Fond ta’ Innovazzjoni tal-ETS, id-deċiżjoni rilevanti adottata f’konformità mal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(37)  NIS Cooperation Group, Cybersecurity of 5G networks EU Toolbox of risk mitigating measures, 01/2020, https://ec.europa.eu/newsroom/dae/document.cfm?doc_id=64468.

(38)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

(39)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

(40)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa Sostenibbli/Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM (2020) 21 final).

(41)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088, ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13), u l-atti delegati rilevanti.

(42)  L-appoġġ konsultattiv lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni se jkun komplementari għall-assistenza teknika pprovduta mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

(43)  30 % għall-klima, u 60 % għall-klima u l-ambjent taħt it-tieqa għall-Infrastruttura Sostenibbli.

(44)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(45)  Il-limiti speċifiċi li għandhom jiġu applikati se jiġu definiti fil-gwida dwar is-sostenibbiltà maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament InvestEU.

(46)  Pereżempju: Id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1), kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). Id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1); Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(47)  ‘Climate change and major projects. Outline of the climate change related requirements and guidance for major projects in the 2014-2020 programming period: ensuring resilience to the adverse impact of climate change and reducing the emission of greenhouse gases’, il-Kummissjoni Ewropea (25.8.2016) https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/major_projects_en.pdf; kif ukoll ‘Integrating Climate Change Information and Adaptation in Project Development: Emerging Experience from Practitioners’, European Union Financial Institutions Working Group on Adaptation to Climate Change (EUFIWACC) (Mejju 2016) https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/integrating_climate_change_en.pdf

(48)  Ir-Regolament dwar il-Fond għal Tranżazzjoni Ġusta għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-firma tal-Att.

(49)  Ir-Regolament dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku għadu mhux ippubblikat. Ir-Regolament qed jistenna l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

(50)  Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment fil-forma ta’ garanzija mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lill-finanzjatur terz, japplika l-limitu ta’ 25 % għall-finanzjament ipprovdut mill-finanzjatur terz.

(51)  F’każijiet debitament ġustifikati, ir-rata tal-limitu massimu tista’ eċċezzjonalment tkun stabbilita f’livell ogħla minn dak tat-telf mistenni fil-qafas tal-kompartiment tal-Istat Membru tat-tieqa għall-SMEs.

(52)  Il-finanzjament dirett mill-ekwità jew ta’ kważi ekwità ma għandux ikun permess fil-qafas tal-kompartiment tal-UE tat-tieqa għall-SMEs.

(53)  Għat-tieqa għall-SMEs, il-minimu ta’ finanzjament ta’ 30 % minn investituri privati huwa meħtieġ fil-livell tal-fond. Fil-każ ta’ strumenti ta’ koinvestiment, il-parteċipazzjoni privata tista’ sseħħ ukoll fil-livell tal-investiment f’kull riċevitur finali.

(54)  Investiment primarju jfisser investiment dirett jew indirett (inkluż fil-forma ta’ dejn) f’riċevitur finali li jirriżulta fi fluss dirett jew indirett ta’ finanzjament għand ir-riċevitur finali.

(55)  Il-finanzjament dirett mill-ekwità jew ta’ kważi ekwità ma għandux ikun permess fil-qafas tal-kompartiment tal-UE tat-tieqa għall-SMEs.

(56)  Ara, pereżempju, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli (COM(2018) 97 final) u l-kontribut ipprovdut mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli permezz tar-rapport finali tiegħu ppubblikat fil-31 ta’ Jannar 2018, online fuq <https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/180131-sustainable-finance-final-report_en.pdf>.

(57)  F’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(58)  L-Istati Membri għandhom varjetà wiesgħa ta’ oqfsa regolatorji li jappoġġaw l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, b’għadd kbir ta’ riskji relatati mat-tfassil tal-politika u tas-suq u riskji regolatorji, li jaffettwaw il-kost tal-kapital tal-investimenti.

(59)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima (COM(2020) 301 final).

(60)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(61)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(62)  Il-mekkaniżmu tal-Unjoni ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli huwa stabbilit bl-Artikolu 33 tar-Regolament dwar il-Governanza.

(63)  Id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(64)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa – l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja (COM(2020) 662 final).

(65)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(66)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(67)  https://ec.europa.eu/environment/topics/circular-economy/levels_mt.

(68)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(69)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020) 789 final).

(70)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(71)  Is-sistema ta’ trasport intelliġenti.

(72)  Is-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar.

(73)  Is-sistema Ewropea tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju.

(74)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss (COM(2020) 456 final).

(75)  Id-Direttiva 2008/56/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(76)  Id-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma) (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(77)  Id-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (Direttiva dwar l-Għargħar) (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(78)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma) (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(79)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi) (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(80)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (Direttiva dwar in-Nitrati) (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(81)  Ir-Regolament (UE) 2019/1009 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (Regolament dwar il-Fertilizzanti) (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).

(82)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti) (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(83)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3), kif emendata bid-Direttiva 2018/851/UE (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109).

(84)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 — Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM(2020) 380 final).

(85)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM(2020) 381 final).

(86)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari – Għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva (COM(2020) 98 final).

(87)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits (COM(2016) 587 final).

(88)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa (COM(2016) 705 final).

(89)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75)

(90)  Ir-riskji marbutin maċ-ċibersigurtà għandhom jiġu vvalutati skont il-liġi u l-gwida rilevanti tal-UE u nazzjonali, inkluż is-Sett ta’ Għodod tal-UE għas-Sigurtà tal-5G.

(91)  Livelli ta’ Tħejjija Teknoloġika.

(92)  OECD, Frascati Manual 2015 - Guidelines for Collecting and Reporting Data on Research and Experimental Development p. 44-45, https://read.oecd-ilibrary.org/science-and-technology/frascati-manual-2015_9789264239012-en.

(93)  F’konformità mal-aħħar aġġornament tal-lista ta’ azzjonijiet dwar it-Teknoloġiji Kritiċi tal-Ispazju għan-nondipendenza strateġika Ewropea stabbilita mit-Task Force Konġunta (TFK) tal-Kummissjoni, tal-ESA u tal-EDA.

(94)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa (COM(2020) 102 final).

(95)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020) 67 final).

(96)  Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020) 65 final).

(97)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020) 66 final).

(98)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19 (COM(2020) 245 final).

(99)  Id-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(100)  Kif deskritt fil-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament InvestEU.

(101)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (COM (2020) 103 final) (taqsima 4. Titjib fl-aċċess għall-finanzjament).

(102)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020) 274 final).

(103)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2020/C 417/01tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1).

(104)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni” (COM(2020) 625 final).

(105)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027: Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali, (COM(2020)624 final).

(106)  Ara, pereżempju, Overview of Natural and Man-Made Disasters and Risks the European Union may face https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/285d038f-b543-11e7-837e-01aa75ed71a1

(107)  Proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali affordabbli jistgħu jikkonsistu f’operazzjonijiet bħal:

(a)

il-provvediment ta’ stokk ta’ djar soċjali għall-kiri, ġdid, mhux segregat u aċċessibbli permezz ta’ waħda jew aktar minn dawn l-azzjonijiet:

il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda;

ir-rinnovament jew it-trasformazzjoni ta’ binjiet eżistenti;

l-akkwist ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni individwali mis-suq tad-djar privati (permezz ta’ xiri jew medjazzjoni);

(b)

it-twaqqif ta’ aġenzija tal-kiri soċjali;

(c)

il-provvediment ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-akkomodazzjoni, li jikkombinaw il-forniment ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni għall-kiri ma’ servizzi ta’ appoġġ abilitanti fil-qrib (jiġifieri fornuti fil-post jew faċilment aċċessibbli);

(d)

l-adattament tal-istokk ta’ akkomodazzjoni soċjali eżistenti għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità, inkluża l-akkomodazzjoni okkupata mis-sidien;

(e)

appoġġ speċifiku għall-komunitajiet emarġinati li jesperjenzaw deprivazzjoni gravi fil-kundizzjonijiet attwali tal-akkomodazzjoni tagħhom, inklużi dawk l-akkomodazzjonijiet fejn l-okkupant huwa s-sid.

(108)  Kif definit fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, kif applikabbli, u/jew skont il-kuntesti ekonomiċi u soċjali.

(109)  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=mt&pubId=8312&furtherPubs=yes

(110)  eż. billi jingħataw garanziji għall-investituri, jiġu stabbiliti faċilitajiet ta’ aċċellerazzjoni għall-maniġers tal-istrumenti b’impatt soċjali, jew jitfasslu mekkaniżmi li jinċentivaw l-impatt soċjali għall-intrapriżi soċjali).


2.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/67


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1079

tal-24 ta’ Ġunju 2021

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(6), 4(12), 5(3) u 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi implimentat kif xieraq ir-Regolament (UE) 2019/880, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ liċenzjar tal-importazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ beni kulturali elenkati fil-Parti B tal-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli rigward sistema ta’ dikjarazzjoni tal-importatur għall-kategoriji elenkati fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880.

(3)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli rigward l-eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti biex tinkiseb liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi sottomessa dikjarazzjoni tal-importatur skont ċerti kundizzjonijiet.

(4)

Jenħtieġ li s-salvagwardja ta’ beni kulturali li huma f’riskju imminenti ta’ qerda jew telf f’pajjiż terz issir f’rifuġji fl-Unjoni sabiex jiġu ggarantiti s-sikurezza, iż-żamma f’kundizzjoni tajba u r-ritorn sikur tagħhom meta s-sitwazzjoni tkun tippermetti dan. Sabiex jiġi żgurat li l-beni kulturali fdati għas-salvagwardja ma jiġux iddevjati fl-Unjoni u jitqiegħdu fis-suq, jenħtieġ li r-rifuġji jiġu ssorveljati jew operati minn entitajiet pubbliċi u jenħtieġ li l-beni kulturali jibqgħu taħt is-superviżjoni diretta tagħhom f’kull ħin.

(5)

Jenħtieġ li l-beni kulturali fdati għas-salvagwardja f’rifuġju fi Stat Membru jitqiegħdu taħt proċeduri doganali xierqa, li jiggarantixxu l-ħażna tagħhom għal perjodu ta’ żmien indeterminat, u jentħieġ li jsiru arranġamenti f’każ li s-sitwazzjoni tar-riskju fil-pajjiż terz tkun mistennija li tippersisti lil hinn mill-futur prevedibbli. Sabiex il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jibbenefika mill-preżenza temporanja ta’ dawn il-beni kulturali fit-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun permess il-wiri tagħhom f’bini operat mill-istess entità li topera r-rifuġju rilevanti, soġġett għall-kunsens minn qabel tal-pajjiż terz u, meta l-beni jkunu tqiegħdu f’ħażna doganali, għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-dwana f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Jenħtieġ li t-trasferiment tal-beni lejn il-bini tal-wiri jkun permess biss jekk ikunu jistgħu jiġu żgurati s-sikurezza u ż-żamma tagħhom f’kundizzjoni tajba.

(6)

L-eżenzjoni mill-ħtieġa li tinkiseb liċenzja tal-importazzjoni jew li tiġi sottomessa dikjarazzjoni tal-importatur lid-dwana fil-każ ta’ ammissjoni temporanja ta’ beni kulturali għall-finijiet tal-edukazzjoni, ix-xjenza, il-konservazzjoni, ir-restawr, il-wiri, id-diġitalizzazzjoni, l-arti tal-ispettaklu, ir-riċerka mwettqa minn istituzzjonijiet akkademiċi jew il-kooperazzjoni bejn mużewijiet jew istituzzjonijiet simili jenħtieġ li tiġi organizzata b’tali mod li jiġi żgurat li l-beni kulturali jintużaw għal dawk il-finijiet biss. L-istabbilimenti u l-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku jitqiesu affidabbli fir-rigward tal-użu tal-beni kulturali importati temporanjament; għalhekk, jenħtieġ li dawn jintalbu jirreġistraw fis-sistema elettronika biss. L-istituzzjonijiet jew l-istabbilimenti regolati mil-liġi privata jew kemm mil-liġi privata kif ukoll mil-liġi pubblika jenħtieġ li jitħallew jibbenefikaw mill-eżenzjoni, dment li r-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema elettronika tiġi sussegwentement ikkonfermata mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li din l-eżenzjoni tiġi implimentata wkoll b’mod li jiġi żgurat li l-istess beni ammessi temporanjament ikunu dawk li jiġu riesportati fi tmiem il-proċedura u li d-dwana tkun tista’ tidentifika faċilment l-istabbilimenti benefiċjarji permezz tas-sistema elettronika ċentralizzata.

(7)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-beni kulturali ammessi temporanjament f’eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli rigward id-deskrizzjoni ta’ dawk il-beni li jenħtieġ li jittellgħu fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Għall-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/880 u sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi u jiġi evitat l-użu ħażin tal-eżenzjoni minn postijiet tal-bejgħ permanenti bħal djar tal-irkant, ħwienet u galleriji tal-antikità, fieri tal-arti kummerċjali, jenħtieġ li dawn jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet fir-rigward tat-tul ta’ żmien, l-iskop u l-aċċessibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, kif ukoll il-pubbliċità mogħtija lilhom.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/880 dwar il-liċenzji tal-importazzjoni, huma meħtieġa regoli li jirregolaw it-tfassil, is-sottomissjoni u l-eżami tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ u l-validità tal-liċenzji rilevanti permezz tas-sistema elettronika ċentralizzata.

(10)

Sabiex jiġi evitat l-użu irregolari ta’ liċenzja tal-importazzjoni li tkun ġiet revokata minn awtorità kompetenti, jenħtieġ li tiġi skattata twissija fis-sistema elettronika għall-importazzjoni ta’ beni kulturali msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/880, li tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet doganali u kompetenti ta’ Stati Membri oħra.

(11)

Il-provenjenza leċita ta’ ben kulturali li jkun ġie importat fil-passat fl-Unjoni skont liċenzja tal-importazzjoni diġà ġiet eżaminata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dik il-valutazzjoni u biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ, jenħtieġ li applikazzjoni ġdida għar-riimportazzjoni tal-istess ben kulturali tkun soġġetta għal rekwiżiti simplifikati.

(12)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/880, il-perjodu ta’ 90 jum għal awtorità kompetenti biex tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jibda minn meta dik l-awtorità tirċievi applikazzjoni kompluta. Sabiex jiġu żgurati t-trattament ugwali u l-ipproċessar espedjenti tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji, fejn informazzjoni addizzjonali għal dik sottomessa mill-applikant mal-applikazzjoni elettronika tiegħu titqies li hija meħtieġa biex tintwera esportazzjoni legali, jenħtieġ li l-perjodu ta’ 90 jum jibda biss minn meta l-applikant ikun issottometta l-informazzjoni addizzjonali mitluba billi jtellagħha fis-sistema elettronika. Peress li l-applikant għandu l-oneru tal-provi biex juri esportazzjoni legali, meta l-informazzjoni addizzjonali mitluba ma tkunx ġiet sottomessa lill-awtorità kompetenti fi żmien l-iskadenza stabbilita, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda bħala mhux kompluta.

(13)

Sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ beni kulturali esportati illegalment minn pajjiż terz, ċerti dokumenti jew informazzjoni li tiċċertifika l-esportazzjoni legali mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, li tidentifika b’mod adegwat il-ben kulturali u li tinvolvi r-responsabbiltà tal-importatur, jenħtieġ li dejjem jiġu sottomessi ma’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jew tkun fil-pussess tad-dikjarant li jissottometti dikjarazzjoni tal-importatur, f’każ li l-awtoritajiet doganali jitolbu l-preżentazzjoni tagħha.

(14)

Sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jagħtu prova tal-provenjenza legali fil-każ fejn il-pajjiż li fih ikun inħoloq jew ġie skopert il-ben ma kellux sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-esportazzjoni fil-mument tal-esportazzjoni, jenħtieġ li, b’sostenn għall-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja tal-importazzjoni jew ikollhom fil-pussess tagħhom, l-operaturi jitħallew jissottomettu taħlita ta’ forom oħra ta’ evidenza, f’każ li dawn id-dokumenti jintalbu mid-dwana. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu lill-operatur jipprovdi kemm jista’ jkun tipi differenti ta’ evidenza, inklużi l-istorja u s-sjieda tal-beni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu ddeterminati l-awtentiċità u s-sjieda tiegħu.

(15)

Sabiex jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet tal-importatur, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2019/880, ikunu uniformi, huma meħtieġa regoli li jirregolaw it-tfassil tad-dikjarazzjoni ffirmata fis-sistema elettronika ċentralizzata u l-kontenut tad-deskrizzjoni standardizzata tal-ben kulturali.

(16)

Minbarra kontrolli każwali, id-dwana għandha twettaq kontrolli ibbażati primarjament fuq analiżi tar-riskju. Sabiex jiġi żgurat li l-oġġett ippreżentat lid-dwana jkun dak li għalih tkun inkisbet il-liċenzja tal-importazzjoni jew li tkun tfasslet id-dikjarazzjoni tal-importatur, jenħtieġ li d-dwana twettaq kontrolli billi tapplika l-kriterji tal-ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikoli 46 sa 49 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(17)

Ir-Regolament (UE) 2019/880 jipprevedi l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta’ sistema elettronika ċentralizzata għall-ġestjoni tal-importazzjoni ta’ beni kulturali minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati dwar l-operazzjoni, l-użu, l-aċċess, id-dispożizzjonijiet ta’ kontinġenza u s-sigurtà ta’ dik is-sistema u tal-informazzjoni maħżuna jew skambjata permezz tas-sistema.

(18)

Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ sigurtà ta’ mezzi elettroniċi ta’ identifikazzjoni u ċertifikazzjoni elettronika u sabiex il-proċessi jiġu ddiġitalizzati u armonizzati, jenħtieġ li l-liċenzji tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-importatur jissodisfaw l-istandards għall-firem elettroniċi, is-siġilli elettroniċi u l-kronogrammi elettroniċi fil-livelli differenti ta’ assigurazzjoni tal-identità tagħhom stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 (4).

(19)

L-aċċess għall-kontenut tal-liċenzji tal-importazzjoni, l-applikazzjonijiet tagħhom, id-dikjarazzjonijiet tal-importatur u kwalunkwe informazzjoni jew dokument sottomess insostenn tagħhom jenħtieġ li jiġi riżervat biss għall-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/880 u għall-applikanti u d-dikjaranti nfushom. Madankollu, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ, bħal fil-każ ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ ben kulturali importat, jenħtieġ li d-detenturi tal-liċenzji tal-importazzjoni jew l-inizjaturi tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur jitħallew jagħtu aċċess lil partijiet terzi għal-liċenzji jew għad-dikjarazzjonijiet tagħhom stess.

(20)

L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-għadd ta’ uffiċċji doganali li jistgħu jipproċessaw il-formalitajiet tal-importazzjoni tal-beni kulturali. Sabiex l-importaturi jkunu jafu liema huma l-uffiċċji doganali adegwati biex iwettqu l-formalitajiet tal-importazzjoni, jenħtieġ li din l-informazzjoni ssir disponibbli għalihom u tiġi aġġornata regolarment fis-sistema elettronika ċentralizzata.

(21)

Ir-Regolament (UE) 2019/880 jipprevedi li l-Artikoli 3(2) sa (5), (7) u (8), l-Artikolu 4(1) sa (10), l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 8(1) tiegħu għandhom japplikaw mid-data li fiha s-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8 tiegħu ssir operazzjonali jew sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2025. Għalhekk, id-data minn meta jenħtieġ li jibda japplika dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ddifferita kif xieraq.

(22)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta’ April 2021.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Oġġetti Kulturali (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“rifuġju” tfisser faċilità ta’ ħażna sikura fit-territorju doganali tal-Unjoni, li tinħatar minn Stat Membru għas-salvagwardja ta’ beni kulturali li huma ta’ importanza arkeoloġika, preistorika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika u li huma taħt theddida serja u imminenti ta’ qerda jew telf kieku kellhom jibqgħu fil-post attwali tagħhom;

(2)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 1(11) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (7);

(3)

“pajjiż ta’ interess” tfisser il-pajjiż terz fejn il-ben kulturali li għandu jiġi importat inħoloq jew ġie skopert jew l-aħħar pajjiż fejn il-ben kulturali kien jinsab għal perjodu ta’ aktar minn ħames snin għal finijiet oħra minbarra użu temporanju, tranżitu, riesportazzjoni jew trażbord, f’konformità mal-Artikoli 4(4) u 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/880;

(4)

“sistema ICG” tfisser is-sistema elettronika għall-importazzjoni ta’ beni kulturali msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/880;

(5)

“TRACES” tfisser is-sistema msemmija fl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(6)

“firma elettronika” tfisser firma elettronika kif definita fl-Artikolu 3(10) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(7)

“siġill elettroniku avvanzat” tfisser siġill elettroniku li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506;

(8)

“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kif definit fl-Artikolu 3(27) tar-Regolament (UE) 910/2014;

(9)

“kronogramma elettronika kwalifikata” tfisser kronogramma elettronika kif definita fl-Artikolu 3(34) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(10)

“numru EORI” tfisser in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi, kif definit fl-Artikolu 1(18) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

KAPITOLU II

ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAL EŻENZJONI MIR-REKWIŻITI DOKUMENTARJI

Artikolu 2

Salvagwardja

1.   L-Istati Membri li jimportaw beni kulturali għall-fini ta’ salvagwardja għandhom joħolqu rifuġji għall-ħażna tagħhom. Dawk il-faċilitajiet ta’ ħażna għandhom ikunu mgħammra speċifikament biex jirċievu beni kulturali u jiżguraw is-sikurezza u ż-żamma tagħhom f’kundizzjoni tajba. Iż-żoni ħielsa kif imsemmija fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) 952/2013 ma jistgħux jiġu nnominati bħala rifuġju.

2.   Meta Stat Membru joħloq rifuġju, dan għandu jinnomina awtorità pubblika biex toperah jew tissorvelja l-operazzjoni tiegħu u għandu jtella’ d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità fis-sistema ICG. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq l-internet.

3.   L-Istati Membri jistgħu jinnominaw biss awtoritajiet jew korpi statali, reġjonali jew lokali regolati mil-liġi pubblika peress li dawk huma definiti fl-Artikolu 2(1) u (4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), bħala awtoritajiet pubbliċi biex joperaw jew jissorveljaw l-operazzjoni ta’ rifuġju.

4.   Beni kulturali li jappartjenu għall-kategoriji elenkati fil-Partijiet B u C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880, li huma ta’ importanza arkeoloġika, preistorika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika jistgħu jitqiegħdu temporanjament f’rifuġju fit-territorju doganali tal-Unjoni biex tiġi evitata l-qerda jew it-telf tagħhom minħabba kunflitt armat, diżastru naturali jew sitwazzjonijiet oħra ta’ emerġenza li jaffettwaw lill-pajjiż terz inkwistjoni.

5.   L-importazzjoni tal-beni kulturali għall-iskop imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880 tirrikjedi l-aċċettazzjoni minn qabel ta’ talba uffiċjali għas-salvagwardja sottomessa minn awtorità pubblika tal-pajjiż terz, li jkollu jew iżomm il-beni kulturali, lill-awtorità pubblika fl-Unjoni li ġiet maħtura biex topera jew tagħmel superviżjoni tal-operazzjoni tar-rifuġju li fih għandhom jitqiegħdu l-oġġetti kulturali.

6.   Fin-nuqqas ta’ arranġament speċifiku bejn il-partijiet, il-kostijiet tal-ħażna u ż-żamma tal-beni kulturali mqiegħda f’rifuġju għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jospita dak ir-rifuġju.

7.   Dan li ġej għandu japplika fir-rigward tal-proċedura doganali li permezz tagħha l-beni kulturali jistgħu jitqiegħdu waqt li jinħażnu f’rifuġju:

(a)

L-entità li topera r-rifuġju għandha tiddikjara l-beni kulturali għat-tqegħid skont il-proċedura ta’ ħażna doganali privata f’konformità mal-Artikolu 240 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, dment li dik l-entità jkollha awtorizzazzjoni biex topera maħżen doganali privat fil-bini ta’ dak ir-rifuġju.

(b)

Inkella, l-entità li topera r-rifuġju tista’ tiddikjara l-beni kulturali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera b’eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 42 sa 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1186/2009 (10).

(c)

L-entità li topera r-rifuġju tista’ inizjalment tqiegħed il-beni kulturali taħt il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja. Meta tintgħażel din il-proċedura doganali, għandhom isiru arranġamenti biex il-beni jitqiegħdu sussegwentement taħt waħda mill-proċeduri skont il-punt (a) jew (b), f’każ li jiskadi l-perjodu massimu ta’ dħul temporanju allokat skont l-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-estensjoni tiegħu ma tingħatax, filwaqt li r-ritorn sikur tal-beni lejn il-pajjiż terz ikun għadu mhux possibbli.

8.   Il-beni kulturali jistgħu jiġu mċaqalqa temporanjament mill-bini tar-rifuġju sabiex jintwerew lill-pubbliku, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pajjiż terz li minnu jkunu ġew importati l-beni kulturali jkun ta l-kunsens tiegħu;

(b)

l-awtoritajiet doganali jkunu awtorizzaw iċ-ċaqliq f’konformità mal-Artikolu 240(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(c)

il-bini magħżul għall-iskop ta’ wiri joffri l-kundizzjonijiet xierqa biex jiġu żgurati l-protezzjoni, il-konservazzjoni u ż-żamma tal-beni.

Artikolu 3

Ammissjoni temporanja għall-edukazzjoni, ix-xjenza jew ir-riċerka

1.   L-ammissjoni temporanja ta’ beni kulturali skont l-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) 2019/880 għandha tkun permessa mingħajr liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur għall-finijiet li ġejjin:

(a)

l-użu esklużiv tal-beni kulturali minn stabbilimenti pubbliċi xjentifiċi, tat-tagħlim jew tat-taħriġ vokazzjonali fit-tagħlim, fit-taħriġ vokazzjonali jew fir-riċerka xjentifika u taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b)

is-self temporanju minn mużewijiet u istituzzjonijiet simili f’pajjiżi terzi, ta’ beni kulturali li jappartjenu għall-kollezzjonijiet permanenti tagħhom lil mużew pubbliku jew istituzzjoni simili fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-għan li dawk il-beni kulturali jintwerew lill-pubbliku minn din tal-aħħar jew li jintużaw f’wirjiet artistiċi;

(c)

id-diġitalizzazzjoni, jiġifieri l-preservazzjoni tal-immaġnijiet jew tal-ħsejjes tagħhom f’forma xierqa għat-trażmissjoni u għall-ipproċessar tal-kompjuter, permezz ta’ stabbiliment mgħammar b’mod xieraq għal dan il-għan u taħt ir-responsabbiltà u s-superviżjoni ta’ mużew pubbliku jew istituzzjoni simili;

(d)

ir-restawr jew il-konservazzjoni minn esperti professjonali taħt ir-responsabbiltà ta’ mużew pubbliku jew istituzzjoni simili, dment li tali trattament jew immaniġġjar ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jissewwew il-beni kulturali, jiġu rrestawrati f’kundizzjoni tajba jew biex jiġu ppreservati f’kundizzjoni tajba.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istabbiliment jew l-istituzzjoni kkonċernata għandha toffri l-garanziji kollha meqjusa meħtieġa biex il-ben kulturali jiġi rritornat fl-istess kundizzjoni lill-pajjiż terz u li l-ben kulturali jista’ jiġi deskritt jew immarkat b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda dubju, fil-mument tad-dħul temporanju, li l-ben li qed jiġi importat huwa l-istess wieħed li se jiġi riesportat fi tmiem il-proċedura.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni lil stabbilimenti jew istituzzjonijiet privati jew semiprivati fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) 2019/880 għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li joffru l-garanziji meħtieġa li l-ben kulturali se jiġi ritornat f’kundizzjoni tajba lill-pajjiż terz fi tmiem il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja.

4.   Sabiex jibbenefikaw minn eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-istabbilimenti u l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-istabbilimenti jew l-istituzzjonijiet privati jew semiprivati awtorizzati għandhom jirreġistraw fis-sistema ICG. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għad-dwana fl-Unjoni permezz tas-sistema ICG.

Artikolu 4

Traċċabbiltà

Id-detenturi ta’ beni kulturali eżentati mir-rekwiżiti dokumentarji stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880 għandhom jipprovdu deskrizzjoni ġenerali standardizzata tal-beni fis-sistema ICG qabel ma jressqu d-dikjarazzjoni doganali korrispondenti.

Id-deskrizzjoni ġenerali għandha timtela skont id-dizzjunarju tad-data stabbilit fl-Anness I f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-beni għandhom jiġu importati.

Artikolu 5

Dħul temporanju ta’ beni kulturali offruti għall-bejgħ fil-fieri tal-arti kummerċjali

1.   Sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/880, il-fiera tal-arti kummerċjali li fiha l-beni għandhom jiġu ppreżentati għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tkun avveniment ta’ negozju b’ħin limitat, għajr irkant pubbliku, fejn il-beni kulturali jintwerew bil-ħsieb ta’ bejgħ possibbli;

(b)

tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, irrispettivament minn jekk dak il-pubbliku jkollux l-intenzjoni li jixtri jew le;

(c)

tkun ġiet irreklamata qabel permezz ta’ midja elettronika jew konvenzjonali ta’ ċirkolazzjoni mifruxa, bħal gazzetti, perjodiċi jew katalogi tal-wiri.

2.   Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/880, ben kulturali għandu jiġi deskritt jew immarkat b’tali mod li fil-mument tad-dħul temporanju ma jistax ikun hemm dubju li l-ben li jkun qed jiġi importat huwa l-istess wieħed li se jiġi riesportat jew imqiegħed taħt proċedura doganali oħra msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2019/880 fit-tmiem il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja.

3.   Għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 251(1) tar-Regolament (UE) 952/2013, il-perjodu li matulu l-beni kulturali jistgħu jibqgħu taħt il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet doganali filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ għall-finijiet tal-wiri u l-ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni, fil-każ li l-beni għandhom jibqgħu fit-territorju doganali tal-Unjoni wara t-tmiem tal-fiera tal-arti kummerċjali.

4.   F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/880, l-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-ben kulturali kien importat għall-ewwel darba u tqiegħed taħt ammissjoni temporanja.

KAPITOLU III

ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAL-LIĊENZJA TAL-IMPORTAZZJONI

Artikolu 6

Prinċipji ġenerali

1.   Il-validità ta’ liċenzja tal-importazzjoni għandha tiskadi fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-ben kulturali jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(b)

il-liċenzja tal-importazzjoni ntużat biss biex il-ben kulturali jitqiegħed taħt waħda jew aktar mill-proċeduri doganali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2019/880 u l-ben kulturali sussegwentement jiġi riesportat mit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.   Għandha tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni separata għal kull ben kulturali.

Madankollu, meta konsenja tkun tikkonsisti minn diversi beni kulturali, l-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina jekk liċenzja waħda tal-importazzjoni għandhiex tkopri ben kulturali wieħed jew aktar f’dik il-konsenja.

3.   Qabel ma toħroġ liċenzja tal-importazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-beni kulturali li għandhom jiġu importati jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha għal spezzjoni fiżika fl-uffiċċju doganali jew f’bini ieħor fil-ġurisdizzjoni tagħha, fejn il-beni jinżammu f’ħażna temporanja. Fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti u jekk jitqies meħtieġ, l-ispezzjoni fiżika tista’ ssir permezz ta’ konnessjoni bil-vidjow mill-bogħod.

4.   Kwalunkwe kost relatat ma’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għandu jitħallas mill-applikant.

5.   Awtorità kompetenti tista’ tirrevoka liċenzja tal-importazzjoni li tkun ħarġet, jekk il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tkun ingħatat ma jibqgħux issodisfati. Id-deċiżjoni amministrattiva li tirrevoka l-liċenzja tal-importazzjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet u informazzjoni dwar il-proċedura ta’ appell, għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-liċenzja tal-importazzjoni permezz tas-sistema ICG. Ir-revoka ta’ liċenzja tal-importazzjoni għandha tiskatta twissija fis-sistema ICG, li tinforma lill-awtoritajiet doganali u kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

6.   L-użu ta’ liċenzji tal-importazzjoni ma għandux jaffettwa l-obbligi relatati mal-formalitajiet doganali tal-importazzjoni jew dokumenti relatati.

Artikolu 7

Konsistenza tal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa

1.   Id-detentur ta’ ben kulturali li għalih tkun inħarġet liċenzja tal-importazzjoni qabel l-esportazzjoni jew ir-riesportazzjoni tiegħu mill-Unjoni jista’ jirreferi għal dik il-liċenzja fi kwalunkwe applikazzjoni ġdida għall-importazzjoni.

2.   L-applikant għandu juri li l-beni kulturali jkun ġie esportat jew riesportat mit-territorju doganali tal-Unjoni, u li l-beni kulturali li għalih tkun saret applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni huwa l-istess bħal dak liċenzjat qabel. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati u għandha toħroġ liċenzja tal-importazzjoni ġdida, ibbażata fuq l-elementi ta’ dik preċedenti, dment li ma jkollhiex dubji raġonevoli dwar l-esportazzjoni legali tal-ben kulturali mill-pajjiż ta’ interess, abbażi ta’ informazzjoni ġdida.

Artikolu 8

Lista ta’ dokumenti ta’ sostenn biex tingħata prova tal-provenjenza leċita f’applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni

1.   L-applikant għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li l-ben kulturali inkwistjoni jkun ġie esportat mill-pajjiż ta’ interess f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew għandu jipprovdi evidenza tan-nuqqas ta’ tali liġijiet u regolamenti fiż-żmien meta l-ben kulturali jkun ittieħed barra mit-territorju tiegħu. B’mod partikolari:

(a)

L-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata li biha l-applikant jassumi b’mod espliċitu r-responsabbiltà għall-veraċità tad-dikjarazzjonijiet kollha li jsiru fl-applikazzjoni u jiddikjara li huwa eżerċita d-diliġenza dovuta kollha biex jiżgura li l-ben kulturali li jkun beħsiebu jimporta jkun ġie esportat legalment mill-pajjiż ta’ interess.

(b)

Meta l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ interess jissuġġettaw l-esportazzjoni ta’ beni kulturali mit-territorju tiegħu għall-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, l-applikant għandu jtella’ fis-sistema ICG kopji taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni jew tal-liċenzji tal-esportazzjoni rilevanti maħruġa mill-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż ta’ interess, li jiċċertifikaw li l-esportazzjoni tal-ben kulturali inkwistjoni kienet awtorizzata kif xieraq minnhom.

(c)

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ritratti bil-kulur tal-ben fuq sfond newtrali, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

(d)

Tipi oħra ta’ dokumenti li għandhom jiġu sottomessi insostenn ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jkunu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin:

(i)

dokumentazzjoni doganali li tipprovdi evidenza dwar movimenti preċedenti tal-ben kulturali;

(ii)

fatturi tax-xiri;

(iii)

dokumenti tal-assigurazzjoni;

(iv)

dokumenti tat-trasport;

(v)

rapporti dwar il-kundizzjoni;

(vi)

titoli ta’ proprjetà, inklużi testmenti notarili jew testmenti miktuba bl-idejn iddikjarati validi skont il-liġijiet tal-pajjiż fejn kienu ġew stabbiliti;

(vii)

dikjarazzjonijiet taħt ġurament tal-esportatur, tal-bejjiegħ jew ta’ parti terza oħra, li jkunu saru f’pajjiż terz u f’konformità mal-liġijiet tiegħu, li jixhdu d-data li fiha l-beni kulturali jkun telaq mill-pajjiż terz fejn ikun inħoloq jew ġie skopert jew avvenimenti oħra li jappoġġaw il-provenjenza leċita tiegħu;

(viii)

valutazzjonijiet tal-esperti;

(ix)

pubblikazzjonijiet ta’ mużewijiet, katalogi tal-wiri; artikli f’perjodiċi relatati;

(x)

katalogi tal-irkant, reklamar u materjal promozzjonali ieħor tal-bejgħ;

(xi)

evidenza fotografika jew ċinematografika, li tappoġġa l-legalità tal-esportazzjoni tal-ben kulturali mill-pajjiż ta’ interess jew tippermetti li jiġi ddeterminat meta kien jinsab hemmhekk jew meta ħareġ mit-territorju tiegħu.

2.   Id-dokumenti u r-rekords l-oħra ta’ informazzjoni elenkati taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati liberament mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u r-riskju perċepit ta’ kummerċ illeċitu f’kull każ.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-applikant itella’ traduzzjonijiet uffiċjali tad-dokumenti msemmija fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1 f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 9

Regoli proċedurali dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel diversi talbiet għal informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2019/880 fil-limitu ta’ żmien ta’ 21 jum stabbilit f’dik id-dispożizzjoni.

2.   L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba fi żmien 40 jum, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda. Ladarba l-applikant ikun issottometta l-informazzjoni mitluba, l-awtorità kompetenti għandha teżaminaha u tieħu deċiżjoni fi żmien 90 jum. Jekk l-awtorità kompetenti tkun għamlet diversi talbiet għal informazzjoni, il-perjodu ta’ 90 jum għandu jibda mis-sottomissjoni tal-aħħar biċċa informazzjoni mill-applikant.

3.   Meta applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni tiġi sottomessa lil Stat Membru differenti minn dak li fih ikun stabbilit l-applikant, is-sistema ICG għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant.

4.   Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi n-notifika jkollha fil-pussess tagħha kwalunkwe informazzjoni li tqis rilevanti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni, din għandha tibgħat din l-informazzjoni permezz tas-sistema ICG lill-awtorità kompetenti li lilha tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni.

5.   F’każ li l-applikazzjoni ma tiġix sottomessa lill-awtorità li hija kompetenti biex toħroġ il-liċenzja tal-importazzjoni skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/880, l-awtorità li tkun irċeviet l-applikazzjoni għandha tibgħatha lill-awtorità kompetenti xierqa mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Kontrolli tal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   Meta jwettaq kontrolli doganali f’konformità mal-Artikoli 46 sa 49 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-uffiċċju doganali li lilu titressaq id-dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni tal-beni kulturali għandu jiżgura li l-beni ppreżentati jikkorrispondu għal dawk deskritti fil-liċenzja tal-importazzjoni u li ssir referenza għal dik il-liċenzja fid-dikjarazzjoni doganali.

2.   Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali msemmija fl-Artikolu 240 tar-Regolament (UE) 952/2013, in-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni doganali.

3.   Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa, il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-uffiċċju doganali kompetenti li lilu tiġi ppreżentata l-liċenzja tal-importazzjoni f’konformità mal-Artikolu 245(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Id-detentur tal-beni għandu jindika n-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC mal-preżentazzjoni tagħhom lid-dwana.

KAPITOLU IV

ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAD-DIKJARAZZJONI TAL-IMPORTATUR

Artikolu 11

Prinċipji ġenerali

1.   Id-dikjarazzjonijiet tal-importatur għandhom jitfasslu permezz tal-formola prevista għal dan l-iskop fis-sistema ICG, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-ben kulturali għandu jiġi importat u sottomess lid-dwana.

2.   Bl-eċċezzjoni tal-muniti tal-kategorija (e) tal-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880, għandha titfassal dikjarazzjoni separata tal-importatur għal kull ben kulturali li għandu jiġi importat. Aktar minn munita waħda tal-istess denominazzjoni, kompożizzjoni materjali u oriġini tista’ tkun koperta taħt l-istess dikjarazzjoni tal-importatur, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3.   Dikjarazzjoni tal-importatur għandha titfassal u tiġi sottomessa għal kull riimportazzjoni sussegwenti tal-istess beni kulturali, dment li ma tkunx tapplika eżenzjoni stabbilita fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880.

Artikolu 12

Lista ta’ dokumenti ta’ sostenn biex tingħata prova tal-provenjenza leċita li jenħtieġ li jkunu fil-pussess tad-dikjarant

1.   Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata li biha l-importatur jassumi r-responsabbiltà u jiddikjara b’mod espliċitu li jkun eżerċita d-diliġenza dovuta kollha biex jiżgura li l-ben kulturali li jkun beħsiebu jimporta jkun ġie esportat legalment mill-pajjiż ta’ interess.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni standardizzata li tiddeskrivi l-ben kulturali f’biżżejjed dettall biex jiġi identifikat mid-dwana, inklużi ritratti bil-kulur tal-beni kulturali fuq sfond newtrali, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

3.   Meta l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ interess jissuġġettaw l-esportazzjoni ta’ beni kulturali mit-territorju tiegħu għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, l-importatur għandu jkollu fil-pussess tiegħu d-dokumenti tal-permess rilevanti maħruġa mill-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż ta’ interess, li jiċċertifikaw li l-esportazzjoni tal-ben kulturali inkwistjoni kienet awtorizzata kif xieraq minnha. Fuq talba, dik id-dokumentazzjoni għandha tiġi ppreżentata lid-dwana.

4.   Tipi oħra ta’ dokumenti li d-detentur tal-beni jista’ jkollu fil-pussess tiegħu biex jappoġġa, jekk jintalab jagħmel dan, id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni tiegħu jistgħu jkunu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

dokumentazzjoni doganali li tipprovdi evidenza dwar movimenti preċedenti tal-ben kulturali;

(b)

fatturi tax-xiri;

(c)

dokumenti tal-assigurazzjoni;

(d)

dokumenti tat-trasport;

(e)

rapporti dwar il-kundizzjoni;

(f)

titoli ta’ proprjetà, inklużi testmenti notarili jew testmenti miktuba bl-idejn iddikjarati validi skont il-liġijiet tal-pajjiż fejn kienu ġew stabbiliti;

(g)

dikjarazzjonijiet taħt ġurament tal-esportatur, tal-bejjiegħ jew ta’ parti terza oħra, li jkunu saru f’pajjiż terz u f’konformità mal-liġijiet tiegħu, li jixhdu d-data li fiha l-beni kulturali jkun telaq mill-pajjiż terz fejn ikun inħoloq jew ġie skopert jew avvenimenti oħra li jappoġġaw il-provenjenza leċita tiegħu;

(h)

valutazzjonijiet tal-esperti;

(i)

pubblikazzjonijiet ta’ mużewijiet, katalogi tal-wiri; artikli f’perjodiċi relatati;

(j)

katalogi tal-irkant, reklamar u materjal promozzjonali ieħor tal-bejgħ;

(k)

evidenza fotografika jew ċinematografika, li tappoġġa l-legalità tal-esportazzjoni tal-ben kulturali mill-pajjiż ta’ interess jew tippermetti li jiġi ddeterminat meta kien jinsab hemmhekk jew meta ħareġ mit-territorju tiegħu.

5.   Id-dokumenti u rekords oħra tal-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 4 għandhom jiġu vvalutati liberament, abbażi taċ-ċirkostanzi u billi jitqies ir-riskju perċepit ta’ kummerċ illeċitu f’kull każ.

6.   L-awtorità doganali tista’ titlob mid-detentur tal-beni li jtella’ traduzzjonijiet uffiċjali tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 13

Kontrolli tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur

1.   Meta jwettaq kontrolli doganali f’konformità mal-Artikoli minn 46 sa 49 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-uffiċċju doganali li lilu titressaq id-dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni tal-beni kulturali għandu jiżgura li l-beni ddikjarati jikkorrispondu ma’ dawk deskritti fid-dikjarazzjoni tal-importatur u li ssir referenza għal dik id-dikjarazzjoni fid-dikjarazzjoni doganali.

2.   Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, in-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni doganali.

3.   Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa, il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-uffiċċju doganali li lilu tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-importatur f’konformità mal-Artikolu 245(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Id-detentur tal-beni għandu jindika n-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC mal-preżentazzjoni tagħhom lid-dwana.

KAPITOLU V

ARRANĠAMENTI U REGOLI DETTALJATI GĦAS-SISTEMA ELETTRONIKA GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ BENI KULTURALI

Artikolu 14

Varar tal-ICG

Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tiżviluppa s-sistema ICG bħala modulu indipendenti ta’ TRACES;

(b)

tiżgura l-funzjonament, il-manutenzjoni, l-appoġġ u kwalunkwe aġġornament jew żvilupp meħtieġ tas-sistema ICG;

(c)

ikollha aċċess għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha fis-sistema ICG bil-għan li tipproduċi rapporti annwali u għall-iżvilupp, għall-funzjonament u għall-manutenzjoni tas-sistema;

(d)

tiżgura l-interkonnessjoni bejn is-sistema ICG u s-sistemi doganali nazzjonali, permezz tal-Ambjent ta' Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana.

Artikolu 15

Punti ta' Kuntatt

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt għall-finijiet tal-ġestjoni, it-tmexxija tal-iżvilupp tal-operazzjoni korretta tas-sistema ICG, l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet għaliha u l-monitoraġġ tagħha.

2.   Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jżomm u jaġġorna lista tal-punti ta’ kuntatt kollha u jagħmilha disponibbli għall-punti ta’ kuntatt l-oħra.

Artikolu 16

Użu tan-numru EORI

Id-detenturi ta’ beni kulturali li japplikaw għal liċenzja tal-importazzjoni jew jissottomettu dikjarazzjoni tal-importatur għandhom jużaw numru EORI biex jidentifikaw lilhom infushom.

Artikolu 17

Liċenzji elettroniċi tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet elettroniċi għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jimtlew skont id-dizzjunarju tad-data fl-Anness I u għandhom jiġu ffirmati mid-detentur tal-beni bil-firma elettronika tiegħu.

2.   Il-liċenzji elettroniċi tal-importazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti bil-firma elettronika tiegħu, issiġillati b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti emittenti, u mbagħad jiġu ssiġillati mis-sistema ICG b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat.

3.   Il-passi li ġejjin fil-proċess tal-ħruġ ta’ liċenzja elettronika tal-importazzjoni għandhom jiġu mmarkati bi kronogramma elettronika kwalifikata:

(a)

is-sottomissjoni tal-applikazzjoni mid-detentur tal-beni;

(b)

kwalunkwe talba mill-awtorità kompetenti għal informazzjoni nieqsa jew addizzjonali mill-applikant f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2019/880;

(c)

kwalunkwe sottomissjoni ta’ informazzjoni jew dokument addizzjonali mill-applikant, wara talba mill-awtorità kompetenti;

(d)

kwalunkwe deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(e)

l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 90 jum wara li tasal l-applikazzjoni kompluta, mingħajr deċiżjoni mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 18

Dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-importatur

1.   Id-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-importatur għandhom jitfasslu permezz tas-sistema ICG f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-beni jitqiegħdu għall-ewwel darba taħt waħda mill-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2019/880. Dawn għandhom jimtlew wara d-dizzjunarju tad-data fl-Anness I.

2.   Id-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-importatur għandhom jiġu ffirmati mid-detentur tal-beni bil-firma elettronika tiegħu u għandhom jiġu ssiġillati permezz ta’ Traces b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat.

Artikolu 19

Aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni, id-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-deskrizzjonijiet ġenerali fis-sistema ICG

1.   Kull detentur tal-beni għandu jkollu aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni tiegħu stess, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u għad-deskrizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 4, fis-sistema ICG.

2.   L-awtoritajiet doganali u kompetenti għandu jkollhom aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u għad-deskrizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 4.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 14, awtoritajiet li ma kinux involuti fl-immaniġġjar, fil-produzzjoni jew fit-trażmissjoni ta’ data, informazzjoni jew dokumenti fis-sistema ICG, jew persuni li ma kinux involuti fl-operazzjonijiet ta’ importazzjoni rilevanti, ma għandux ikollhom aċċess għal tali data, informazzjoni jew dokumenti.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, id-detenturi tal-beni jistgħu jipprovdu aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni tagħhom, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur jew għad-deskrizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 4 lil detentur sussegwenti tal-beni permezz tas-sistema ICG.

Artikolu 20

Kontroll konġunt

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tal-ipproċessar tad-data personali neċessarja għall-istabbiliment, għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-sistema ICG.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli li:

(a)

tiddetermina u timplimenta l-mezzi tekniċi tas-sistema ICG biex tinforma lis-suġġetti tad-data u tabilitahom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom;

(b)

tiżgura is-sigurtà tal-ipproċessar;

(c)

tiddetermina l-kategoriji tal-persunal u l-fornituri esterni tagħha li lilhom jista’ jingħata aċċess għas-sistema;

(d)

tinnotifika u tikkomunika kwalunkwe vjolazzjoni ta’ data personali tas-sistema ICG lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u lis-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament rispettivament;

(e)

tiżgura li l-persunal u l-fornituri esterni tagħha huwa mħarrġa b’mod adegwat biex jwettqu l-kompiti tagħhom fis-sistema ICG f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725;

3.   L-awtoritajiet doganali u kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li:

(a)

jiżguraw li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jkunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u ma’ dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data personali skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679;

(c)

jiddeżinjaw il-persunal u l-esperti li għandu jkollhom aċċess għas-sistema ICG;

(d)

jiżguraw li l-persunal u l-fornituri esterni li jkollhom aċċess għas-sistema ICG ikunu mħarrġa b’mod adegwat biex jwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, u meta rilevanti, mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidħlu f’arranġament ta’ kontrollur konġunt f’forma ta’ ftehim sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Aġġornament tal-listi tal-uffiċċji doganali deżinjati

L-Istati Membri għandhom iżommu s-sistema ICG aġġornata b’listi tal-uffiċċji doganali kompetenti biex jimmaniġġjaw l-importazzjoni ta’ beni kulturali, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/880.

Artikolu 22

Disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet operazzjonali li jistabbilixxu r-rekwiżiti prattiċi għad-disponibbiltà u għall-prestazzjoni tas-sistema ICG kif ukoll għall-kontinwità tan-negozju.

2.   Is-sistema ICG għandha tinżamm disponibbli b’mod permanenti, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a)

f’każijiet speċifiċi relatati mal-użu tas-sistema elettronika stabbilit fil-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew fil-livell nazzjonali, fin-nuqqas ta’ dawk il-ftehimiet;

(b)

fil-każ ta’ force majeure.

Artikolu 23

Arranġamenti ta’ kontinġenza

1.   Il-punti ta’ kuntatt tas-sistema ICG għandhom iżommu repożitorju pubbliku online li jkun fih mudell elettroniku li jkun jista’ jiġi editjat tad-dokumenti kollha li jistgħu jinħarġu fis-sistema ICG.

2.   Meta s-sistema ICG, jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħha ma tkunx disponibbli għal aktar minn tmien sigħat, l-utenti jistgħu jużaw il-mudell elettroniku li jista’ jiġi editjat imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-dettalji operazzjonali nazzjonali tagħhom għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni matul kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema ICG.

4.   Ladarba s-sistema ICG jew il-funzjonalità mhux disponibbli jerġgħu jsiru disponibbli, l-operaturi għandhom jużaw id-dokumenti maħluqa f’konformità mal-paragrafu 2, biex jirreġistraw l-istess informazzjoni fis-sistema.

Artikolu 24

Sigurtà tas-sistema ICG

1.   Meta jiżviluppaw, iżommu u jużaw is-sistema ICG, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti ta’ sigurtà adegwati għall-operazzjoni effettiva, affidabbli u sikura tagħha. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm fis-seħħ miżuri biex jiġi vverifikat is-sors tad-data u biex id-data tiġi protetta kontra r-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat, telf, tibdil jew qerda.

2.   Kull input, modifikazzjoni u tħassir tad-data għandu jiġi rreġistrat flimkien ma’ informazzjoni li tagħti r-raġuni u l-ħin eżatt ta’ tali pproċessar u li tidentifika l-persuna li tkun wettqet dan.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-operatur ikkonċernat dwar il-ksur kollu reali jew issuspettat tas-sigurtà tas-sistema ICG.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data msemmija fl-Artikolu 16(2)(b) tar-Regolament (UE) 2019/880.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 151, 7.6.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(6)  L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (ĠU L 39 tal-10.02.2009, p. 1).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 07.04.2017, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94 tat-28.3.2014, p. 65).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


ANNESS I

Dizzjunarju tad-data u speċifikazzjonijiet għat-tfassil ta’ deskrizzjonijiet ġenerali, liċenzji tal-importazzjoni u dikjarazzjonijiet tal-importatur

L-entrati speċifikati f’din it-taqsima għandhom jikkostitwixxu d-dizzjunarju tad-data għat-tlestija tad-deskrizzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 4, il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fil-Kapitolu III u d-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fil-Kapitolu IV.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor jew stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-entrati u l-kaxxi kollha japplikaw għad-deskrizzjonijiet ġenerali, il-liċenzji tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-importatur elettroniċi.

Il-kaxxi kollha huma obbligatorji, ħlief dawk indikati b’asterisk (*).

Kaxxa

Deskrizzjoni

PARTI I

Detentur tal-beni

 

Tip ta’ dokument

 

Agħżel it-tip ta’ dokument: deskrizzjoni ġenerali, liċenzja tal-importazzjoni, dikjarazzjoni tal-importatur

I.1

Numru ta’ referenza

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat lid-dokument mis-sistema ICG.

I.2

Status

 

Dan huwa l-istatus tad-dokument fis-sistema ICG.

I.3

Kodiċi QR

 

Din hija t-tikketta ottika unika li tinqara minn magna assenjata mis-sistema ICG, li hija iperlink għall-verżjoni elettronika tad-dokument.

I.4

Referenza Nazzjonali (*)

 

L-awtorità kompetenti tista’ tuża din il-kaxxa biex tindika l-kodiċi alfanumeriku nazzjonali uniku assenjat lid-dokument.

I.5

Referenza Lokali (*)

 

Id-detentur tal-ben jista’ juża din il-kaxxa biex jindika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat lid-dokument għall-użu intern tad-detentur.

I.6

Pajjiż tal-importazzjoni u l-awtorità kompetenti jew l-uffiċċju doganali

 

Agħżel l-Istat Membru tal-importazzjoni, jiġifieri l-Istat Membru fejn il-ben kulturali għandu jiġi importat għall-ewwel darba, u

Għal liċenzja tal-importazzjoni:

Agħżel l-awtorità kompetenti xierqa fl-Istat Membru tal-importazzjoni

Għal dikjarazzjoni tal-importatur:

Agħżel Uffiċċju Doganali

I.7

Derogi (*)

 

Għal dikjarazzjoni tal-importatur biss

Uża din il-kaxxa f’każ li l-beni kulturali jkunu soġġetti għad-deroga li ġejja:

Importazzjoni (proċedura ta’ ammissjoni temporanja) għal fiera tal-arti kummerċjali

I.8

Destinazzjoni

 

Għal dikjarazzjoni tal-importatur biss

Agħżel l-Istat Membru fejn il-beni kulturali għandhom ikunu ammessi temporanjament meta tiġi applikata d-deroga.

Indika l-isem tal-fiera tal-arti u l-indirizz tal-post tal-fiera tal-arti.

I.9

Tul tal-proċedura ta’ ammissjoni temporanja mogħtija (*)

 

Għad-dikjarazzjoni tal-importatur biss.

Din il-kaxxa timtela awtomatikament mis-sistema ICG abbażi tal-proċedura ta’ ammissjoni temporanja mogħtija mill-awtoritajiet doganali fis-sistemi doganali nazzjonali.

I.10

Links għal dokumenti oħra (*)

 

Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mis-sistema ICG fuq il-bażi ta’ dokumenti oħra marbuta ma’ dan (eż. beni kulturali soġġetti għal liċenzja tal-importazzjoni, importati fl-Unjoni skont deroga għal fiera tal-arti kummerċjali b’dikjarazzjoni tal-importatur, u li għandhom jiġu sottomessi biss għal proċedura ta’ liċenzjar fi stadju aktar tard).

I.11

Pajjiż ta’ interess

 

Indika l-pajjiż ta’ interess, kif definit fl-Artikolu 1(3).

Indika wkoll jekk:

(a)

dan huwa l-pajjiż fejn inħoloq u/jew ġie skopert il-ben kulturali jew,

(b)

f’każ li l-pajjiż fejn ikun inħoloq u/jew skopert il-ben kulturali ma jkunx magħruf jew ikun magħruf iżda l-beni kulturali jkun ġie esportat minn hemm qabel l-24 ta’ April 1972, jekk ikun l-aħħar pajjiż fejn il-ben kulturali kien jinsab legalment għal aktar minn ħames snin qabel ma ntbagħat lejn l-Unjoni.

I.12

Kategorija tal-oġġett

 

Indika l-kategorija tal-ben kulturali skont il-Parti B jew C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880.

Deskrizzjoni tal-beni kulturali (Taqsima)

 

Din it-taqsima tinkludi l-kaxxi I.13 sa I.16.

Għal-liċenzja tal-importazzjoni:

Din it-taqsima għandha tiġi ripetuta u timtela separatament għal kull oġġett f’kunsinna.

Għal dikjarazzjoni tal-importatur:

Kull dikjarazzjoni tal-importatur għandha tikkonsisti f’taqsima waħda biss għad-deskrizzjoni tal-ben kulturali. Bl-eċċezzjoni tal-muniti tal-kategorija (e) tal-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880 li huma tal-istess denominazzjoni, kompożizzjoni tal-materjal u oriġini, meta kunsinna tikkonsisti f’aktar minn ben kulturali wieħed, għandhom jitfasslu dikjarazzjonijiet separati tal-importatur għal kull wieħed minnhom.

I.13

ID unika tal-ben kulturali

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mis-sistema ICG lil kull ben kulturali individwali.

I.14

Kodiċi tat-TARIC

 

Indika l-kodiċi ta’ klassifikazzjoni TARIC xieraq għall-ben kulturali importat.

I.15

Deskrizzjoni tal-ben kulturali

 

Indika l-informazzjoni segwenti dwar il-ben kulturali:

Tip ta’ ben kulturali: indika t-tip, eż. skultura, pittura, ktieb, eċċ.

Materjali: indika liema materjali ntużaw biex isir il-ben kulturali.

Teknika/i: indika t-teknika/i użata/i biex isir il-ben kulturali.

Titlu tal-ben kulturali: indika t-titlu jew l-isem li bihom huwa magħruf il-ben kulturali (jekk magħruf).

Suġġett: indika s-suġġett/il-ġeneru/it-tema tal-ben kulturali.

Datazzjoni: Fejn ma tkun magħrufa l-ebda data preċiża għall-kategoriji elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880, indika s-seklu u parti mis-seklu (l-ewwel trimestru, l-ewwel nofs) jew il-millennju.

Għall-beni kulturali antiki elenkati fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880 li għalihom mhuwiex biżżejjed li jiġi indikat is-seklu, speċifika sena, anki jekk approssimattiva (pereżempju, madwar l-1790, madwar l-1660).

Fil-każ ta’ settijiet (arkivji u libreriji), indika d-dati l-aktar kmieni u l-aktar tard.

Fil-każ ta’ beni kulturali ta’ interess paleontoloġiku, indika l-era ġeoloġika (jekk magħrufa).

Manifattur: indika l-manifattur tal-ben kulturali. Jekk il-manifattur ma jkunx magħruf indika “Mhux magħruf”.

Oriġini: indika l-oriġini storika tal-ben kulturali, eż. għal statwa ta’ Mesopotamja wieħed jista’ jimmarka “Babylon, Imperu Achaemenid”

Deskrizzjoni: deskrizzjoni qasira tal-ben kulturali, inkluża kwalunkwe informazzjoni addizzjonali.

Valur doganali: għal-liċenzji tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-importatur, indika l-valur tal-ben kulturali għall-finijiet doganali.

I.16

Ritratti u kejl

 

Ipprovdi ritratti tal-ben kulturali fi:

tliet kwarti, fejn xieraq (oġġetti 3-dimensjonali);

quddiem;

in-naħa tax-xellug, fejn xieraq (oġġetti 3-dimensjonali);

in-naħa tal-lemin, fejn xieraq (oġġetti 3-dimensjonali);

wara;

fuq, fejn xieraq (oġġetti 3-dimensjonali);

isfel, fejn xieraq (oġġetti 3-dimensjonali).

Għall-beni kulturali li jippreżentaw karatteristiċi distintivi, ipprovdi ritratt tal-karatteristika distintiva u deskrizzjoni testwali.

Għall-beni kulturali li jippreżentaw marki, ipprovdi ritratt u deskrizzjoni testwali tal-marka.

Għall-beni kulturali li jippreżentaw skrizzjonijiet, ipprovdi ritratt tal-iskrizzjoni, u t-test tal-iskrizzjoni bil-lingwa oriġinali tagħha u, jekk possibbli, traduzzjoni.

Qisien:

Indika l-piż, il-forma u l-kejl tal-ben kulturali. Fil-każ ta’ muniti, indika wkoll l-għadd ta’ biċċiet li jistgħu jkunu koperti minn dikjarazzjoni tal-importatur waħda.

I.17

Dokumenti ta’ prova (*)

 

Uża din il-kaxxa biex ittella’ dokumenti ta’ prova fis-sistema ICG.

I.18

Detentur tal-beni

 

Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż, il-kodiċi tal-pajjiż ISO alfa-2 u n-numru EORI tad-detentur tal-beni.

I.19

Sid il-beni kulturali (*)

 

Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż, il-kodiċi tal-pajjiż ISO alfa-2 tas-sid tal-beni kulturali.

I.20

Dikjarazzjoni tad-detentur tal-beni

 

Għal-liċenzja tal-importazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-importatur.

B’dan niddikjara taħt piena għal ksur tal-liġi li l-informazzjoni kollha sottomessa hija korretta, kompluta u veritiera u li, sa fejn naf jien, il-beni kulturali li biħsiebni nimporta fl-Unjoni Ewropea ġie esportat skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ < pajjiż ta’ interess kif indikat fil-kaxxa I.11 >”.

Għal dikjarazzjoni tal-importatur:

Indika jekk il-pajjiż ta’ interess jeħtieġx liċenzja, awtorizzazzjoni jew tip ieħor ta’ permess għall-ben kulturali inkwistjoni biex jiġi esportat legalment mit-territorju tiegħu u, jekk iva, indika jekk tali dokument huwiex fil-pussess tiegħek.

Għal-liċenzja tal-importazzjoni:

Indika jekk il-pajjiż ta’ interess jeħtieġx liċenzja, awtorizzazzjoni jew tip ieħor ta’ permess għall-ben kulturali inkwistjoni biex jiġi esportat legalment mit-territorju tiegħu u, jekk iva, tella’ d-dokument inkwistjoni.

Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata bil-firma elettronika tad-detentur tal-beni, ittimbrata bid-data u ssiġillata elettronikament b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tas-sistema ICG.

I.21

Tweġiba għal talba (talbiet) għal informazzjoni addizzjonali (*)

 

Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss, obbligatorja f’każ li l-awtorità kompetenti titlob informazzjoni addizzjonali fil-kaxxa II.1.

Indika liema informazzjoni ġiet ipprovduta bi tweġiba għal talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti.

Wara li timtela din il-kaxxa, il-liċenzja trid terġa’ tiġi ffirmata.

PARTI II

Awtorità Kompetenti

II.1

Talba għal informazzjoni addizzjonali (*)

 

Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss.

Din il-kaxxa tista’ tintuża mill-awtorità kompetenti biex titlob informazzjoni addizzjonali mingħand id-detentur tal-beni -applikant.

II.2

Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni

 

Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss.

Indika jekk il-liċenzja tal-importazzjoni ngħatatx jew le.

Jekk l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni tkun irrifjutata, indika r-raġunijiet għar-rifjut, kif previst fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE)Nru2019/880.

II.3

Firma elettronika u siġill elettroniku

 

Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss.

Firma elettronika tal-uffiċjal awtorizzanti tal-awtorità kompetenti magħżula fil-kaxxa I.6.

Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti magħżula fil-kaxxa I.6.

Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tas-sistema ICG.

Kronogramma elettronika.

NOTI SPJEGATTIVI

(1)

Waqt il-verifika tal-provenjenza ta’ ben kulturali, għandu jitqies l-aspett ta’ mġiba debitament diliġenti tal-applikant, jiġifieri jekk l-applikant eżerċitax l-attenzjoni u d-diliġenza dovuta fil-kisba tal-oġġetti. Minbarra d-disponibbiltà ta’ ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni xierqa, aspetti oħra li għandhom jitqiesu huma n-natura tal-partijiet fi tranżazzjoni, il-prezz imħallas jew iddikjarat, ir-riskju assoċjat mal-pajjiż tal-esportazzjoni jew il-kategorija partikolari tal-oġġetti u jekk l-applikant ikkonsultax kwalunkwe reġistru aċċessibbli ta’ oġġetti kulturali misruqa u kwalunkwe informazzjoni rilevanti li setgħet raġonevolment tinkiseb, jew ħax kwalunkwe pass ieħor li persuna raġonevoli kienet tieħu fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

(2)

Evalwazzjonijiet ta’ esperti fil-forma ta’ determinazzjoni sostanzjata ta’ provenjenza minn espert rikonoxxut u indipendenti, bħal individwu affiljat ma’ università jew istituzzjoni ta’ riċerka, konsulent għall-proċedimenti tal-qorti jew approvat bi proċess ġudizzjarju, jew espert approvat u rikonoxxut jistgħu jitqiesu bħala evidenza sodisfaċenti tal-oriġini jew l-istorja tal-ben kulturali, dment li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess perċepit. Dikjarazzjoni taħt ġurament jew dikjarazzjoni ffirmata simili magħmula minn partijiet terzi, bħall-esportatur jew il-bejjiegħ, skont il-liġi ta’ pajjiż terz tista’ tiġi kkunsidrata sakemm tkun ikkorroborata minn forom oħra ta’ evidenza u sakemm is-sottoskritt ikun konxju tal-konsegwenzi ta’ dikjarazzjoni falza. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japprezzaw liberament u jużaw il-ġudizzju tagħhom meta jiżnu l-evidenza ppreżentata, skont iċ-ċirkostanzi partikolari u r-riskju perċepit ta’ kummerċ illeċitu f’kull każ.

ANNESS II

Mudelli għal-liċenzja tal-importazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-importatur

Nota:

Is-sekwenza tal-kaxxi fil-mudell kif ukoll id-daqs u l-forma tagħhom huma indikattivi.

LIĊENZJA TAL-IMPORTAZZJONI GĦALL-BENI KULTURALI

I.1

Numru ta’ Referenza

 

I.2

Status:

I.3

KODIĊI QR

I.4

Referenza Nazzjonali

 

I.5

Referenza Lokali

 

I.6

Il-pajjiż tal-importazzjoni u l-awtorità kompetenti

I.10

Rabtiet ma’ dokumenti oħra:

I.11

Pajjiż ta’ interess:

DESKRIZZJONI TAL-BEN KULTURALI

I.12

Kategorija tal-beni kulturali f'konformità mal-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880:

☐ kategorija (c)

☐ kategorija (d)

I.13

ID uniku tal-ben kulturali:

I.14

Kodiċi TARIC:

I.15

Deskrizzjoni tal-ben(i) kulturali

Tip ta’ ben kulturali:

 

Materjali:

 

Teknika/i:

 

Titlu tal-ben kulturali:

 

Suġġett:

 

Datazzjoni:

 

Manifattur:

 

Oriġini:

 

Deskrizzjoni:

 

Valur doganali:

 

I.16

Ritratti u kejl

Ritratt (tliet kwarti)

Kejl (jenħtieġ li jaqbel mar-ritratti)

Ritratt (quddiem)

Ritratt (xellug)

Ritratt (lemin)

Ritratt (wara)

Ritratt (fuq)

Ritratt (isfel)

Ritratt(i) (addizzjonali)

Kejl (jenħtieġ li jaqbel mar-ritratti)

Ritratt(i) (markaturi)

Tip ta’ markatura:

Ritratt(i) (karatteristiċi distintivi)

Tip ta’ karatteristika distintiva

Deskrizzjoni:

Ritratt(i) (Skrizzjonijiet)

It-test oriġinali:

 

Test tradott:

I.17

Dokumenti ta’ prova:

I.18

Detentur tal-beni:

Isem

Triq u numru:

Belt

Kodiċi postali

Pajjiż

Numru tal-EORI

I.19

Sid il-beni kulturali:

Isem

Triq u numru:

Belt

Kodiċi postali

Pajjiż

I.20

Dikjarazzjoni:

B’dan niddikjara taħt piena għal ksur tal-liġi li l-informazzjoni kollha sottomessa hija korretta, kompluta u veritiera u li, sa fejn naf jien, il-beni kulturali li biħsiebni nimporta fl-Unjoni Ewropea ġie esportat skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’

Li ma jeħtieġx liċenzja/ċertifikat/permess tal-esportazzjoni

Li jeħtieġ liċenzja/ /ċertifikat/permess,

li applowdjajt fis-sistema ICG

li ma applowdjajtx fis-sistema ICG

Firma elettronika tad-detentur tal-beni

Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tas-sistema ICG

Data (kronogramma)

I.21

Rispons għal talba/iet għal informazzjoni addizzjonali

PARTI II

Awtorità kompetenti

II.1

Talba għal informazzjoni addizzjonali

II.2

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni

II.3

Firma elettronika u siġill elettroniku

Firma elettronika tal-uffiċjal awtorizzanti tal-awtorità kompetenti magħżula fil-kaxxa I.6.

Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti magħżula fil-kaxxa I.6.

Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tas-sistema ICG.

DIKJARAZZJONI TAL-IMPORTATUR GĦALL-BENI KULTURALI

I.1

Numru ta’ Referenza

 

I.2

Status:

I.3

KODIĊI QR

I.4

Referenza Nazzjonali

 

I.5

Referenza Lokali

 

I.6

Il-pajjiż tal-importazzjoni u l-awtorità kompetenti

I.7

Derogi:

Fiera tal-arti kummerċjali ☐

I.8

Destinazzjoni:

I.9

Tul tal-proċedura ta’ ammissjoni temporanja mogħtija:

I.10

Rabtiet ma’ dokumenti oħra:

I.11

Pajjiż ta’ interess:

DESKRIZZJONI TAL-BENI KULTURALI

I.12

Kategorija tal-beni kulturali f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/880:

Parti B ☐

kategoriji

Parti C ☐

kategoriji

I.13

ID uniku tal-ben kulturali:

I.14

Kodiċi TARIC:

I.15

Deskrizzjoni tal-ben(i) kulturali

Tip ta’ ben kulturali:

 

Materjali:

 

Teknika/i:

 

Titlu tal-ben kulturali:

 

Suġġett:

 

Datazzjoni:

 

Manifattur:

 

Oriġini:

 

Deskrizzjoni:

 

Valur doganali:

 

I.16

Ritratti u kejl

Ritratt (tliet kwarti)

Kejl (jenħtieġ li jaqbel mar-ritratti)

Ritratt (quddiem)

Ritratt (xellug)

 

Ritratt (lemin)

 

Ritratt (wara)

 

Ritratt (fuq)

 

Ritratt (isfel)

 

Ritratt(i) (addizzjonali)

Kejl (jenħtieġ li jaqbel mar-ritratti)

Ritratt(i) (markaturi)

Tip ta’ markatura:

Ritratt(i) (karatteristiċi distintivi)

Tip ta’ karatteristika distintiva

Deskrizzjoni:

Ritratt(i) (Skrizzjonijiet)

It-test oriġinali:

 

Test tradott:

I.17

Dokumenti ta’ prova:

I.18

Detentur tal-beni:

Isem

Triq u numru:

Belt

Kodiċi postali

Pajjiż

Numru tal-EORI

I.19

Sid il-beni kulturali:

Isem

Triq u numru:

Belt

Kodiċi postali

Pajjiż

I.20

Dikjarazzjoni:

B’dan niddikjara taħt piena għal ksur tal-liġi li l-informazzjoni kollha sottomessa hija korretta, kompluta u veritiera u li, sa fejn naf jien, il-beni kulturali li biħsiebni nimporta fl-Unjoni Ewropea ġie esportat skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’

Li ma jeħtieġx liċenzja/ċertifikat/permess tal-esportazzjoni

Li jeħtieġ liċenzja tal-esportazzjoni/ /ċertifikat/permess, li għandi fil-pussess tiegħi

Firma elettronika tad-detentur tal-beni

Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tas-sistema ICG

Data (kronogramma)


2.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/90


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1080

tat-28 ta’ Ġunju 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16, 37 u 41, u l-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju 1, 3 u 9

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika diversi emendi minuri għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standard, IAS) 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir, l-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, u l-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (International Financial Reporting Standards, IFRS) 3 Kombinamenti ta’ Negozji. Dawn l-emendi jipprovdu aktar kjarifiki għal applikazzjoni aktar konsistenti tal-istandards, jew jaġġornaw ir-referenzi.

(3)

Fl-14 ta’ Mejju 2020, l-IASB ħareġ ukoll Annual Improvements to IFRS Standards 2018–2020 Cycle fil-qafas tal-proċess ta’ titjib regolari tiegħu. It-titjib annwali għandu l-għan li jissimplifika u jiċċara l-istandards eżistenti. L-objettiv tat-titjib annwali huwa li jiġu indirizzati kwistjonijiet mhux urġenti, iżda neċessarji, diskussi mill-IASB waqt iċ-ċiklu tal-proġett rigward oqsma ta’ inkonsistenza fl-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju jew fejn tkun meħtieġa kjarifika tat-test. It-titjib annwali fih emendi għall-IAS 41 Agrikoltura, l-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju, u l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

(4)

Wara l-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-emendi għall-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir, l-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, l-IAS 41 Agrikoltura, l-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju, l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, u l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Istandard Internazzjonali ta’ Kontabilità (IAS) 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(c)

l-IAS 41 Agrikoltura huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(e)

l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(f)

l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).


ANNESS

Emendi għall-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

Emenda għall-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

Emendi għall-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji

Titjib annwali għall-Istandards tal-IFRS Iċ-ċiklu 2018-2020

Emendi għall-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

Il-paragrafi 17 u 74 huma emendati; jiżdiedu l-paragrafi 20 A, 74 A, 80D u 81N. Ir-rekwiżiti li qabel kienu fil-paragrafu 74(d) ma ġewx emendati iżda tmexxew għall-paragrafu 74 A(a).

KEJL MAR-RIKONOXXIMENT

...

Elementi ta’ spiża

...

17.

Eżempji ta’ spejjeż direttament attribwibbli huma:

...

(e)

l-ispejjeż tal-ittestjar dwar jekk l-assi jkunx qed jaħdem tajjeb (jiġifieri jiġi vvalutat jekk il-prestazzjoni teknika u fiżika tal-assi tkunx tali li jkun jista’ jintuża fil-produzzjoni jew fil-provvista ta’ prodotti jew servizzi, għall-kiri lil oħrajn, jew għal finijiet amministrattivi); kif ukoll

...

...

20 A

Entrati jistgħu jiġu prodotti filwaqt li jinġieb oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex dan ikun jista’ jaħdem bil-mod intenzjonat mill-maniġment (bħal kampjuni prodotti waqt l-ittestjar ta’ jekk l-assi huwiex qed jiffunzjona kif suppost). Entità tirrikonoxxi r-rikavat mill-bejgħ ta’ kull oġġett bħal dan, u l-ispiża ta’ dawn l-entrati, fi profitt jew telf skont l-Istandards applikabbli. L-entità tkejjel l-ispiża ta’ dawk l-entrati li japplikaw ir-rekwiżiti ta’ kejl tal-IAS 2.

...

ŻVELAR

...

74.

Ir-rapporti finanzjarji għandhom isemmu wkoll:

...

(b)

l-ammont ta’ nfiq rikonoxxut fl-ammont miżmum fil-kotba ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir matul iż-żmien tal-kostruzzjoni tiegħu; kif ukoll

(c)

l-ammont ta’ impenji kuntrattwali għall-akkwiżizzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir

74 A

Jekk mhux ippreżentati separatament fir-rapport tad-dħul komplessiv, ir-rapporti finanzjarji għandhom isemmu wkoll:

(a)

l-ammont ta’ kumpens minn terzi persuni għal entrati ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li ġew indeboliti, mitlufa jew mogħtija, li huwa inkluż fi profitt jew telf; kif ukoll

(b)

l-ammonti ta’ rikavati u spejjeż inklużi fil-profitt jew it-telf skont il-paragrafu 20 A li huma relatati ma’ entrati prodotti li mhumiex output mill-attivitajiet ordinarji tal-entità, u liema entrata(i) fir-rapport tad-dħul komprensiv tinkludi/jinkludu tali rikavati u spejjeż bħal dawn.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

...

80D

Proprjetà, Impjant u Tagħmir - Ir-rikavat qabel l-Użu Maħsub, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafi 17 u 74 u żied il-paragrafi 20 A u 74 A. Entità għandha tapplika dawn l-emendi retrospettivament, iżda biss għal oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir li jinġiebu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bil-mod intenzjonat mill-maniġment fl-aktar perjodu bikri jew wara, ippreżentat fir-rapporti finanzjarji li fihom l-entità tapplika għall-ewwel darba l-emendi. L-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif jixraq) fil-bidu tal-perjodu bikri ppreżentat.

DATA EFFETTIVA

...

81N

Proprjetà, Impjant u Tagħmir - Ir-Rikavat qabel l-Użu Maħsub, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafi 17 u 74, u żied il-paragrafi 20 A, 74 A u 80D. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew l-1 ta’ Jannar 2022, jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt.

Emenda għall-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

Jiżdiedu l-paragrafi 68 A, 94 A u 105 u l-paragrafu 69 huwa emendat. Il-paragrafu 68 mhuwiex emendat iżda huwa inkluż hawnhekk għal referenza faċli.

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA’ RIKONOXXIMENT U TA’ KEJL

...

Kuntratti onerużi

...

68.

Dan l-Istandard jiddefinixxi kuntratt oneruż bħala kuntratt li fih l-ispejjeż inevitabbli biex jiġu ssodisfati l-obbligi fil-kuntratt jeċċedu l-benefiċċji ekonomiċi mistennija li jkunu riċevuti permezz tiegħu. L-ispejjeż inevitabbli minħabba l-kuntratt jirriflettu l-inqas spiża netta biex wieħed joħroġ minn kuntratt, li huwa l-inqas bejn l-ispiża għat-twettiq tiegħu u ta’ kull kumpens jew penali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ twettiq tiegħu.

68 A

L-ispiża tat-twettiq ta’ kuntratt tinkludi l-ispejjeż relatati direttament mal-kuntratt. L-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu direttament ma’ kuntratt jikkonsistu kemm:

(a)

mill-ispejjeż inkrimentali biex jitwettaq dak il-kuntratt - pereżempju, xogħol dirett u materjali; kif ukoll

(b)

mill-allokazzjoni ta’ spejjeż oħra li għandhom x’jaqsmu direttament mat-twettiq ta’ kuntratti - pereżempju, allokazzjoni tat-tariffa għad-deprezzament għal oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir użat fit-twettiq ta’ dak il-kuntratt, fost oħrajn.

69.

Qabel ikun stabbilit provvediment separat għal kuntratt oneruż, entità tirrikonoxxi kull telf minn indeboliment li jkun seħħ fuq assi użati biex jitwettaq il-kuntratt (ara l-IAS 36).

...

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

...

94 A

Kuntratti Onerużi - L-ispiża biex Jitwettaq Kuntratt, maħruġ f’Mejju 2020, żied il-paragrafu 68 A u emenda l-paragrafu 69. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal kuntratti li għalihom tkun għadha ma ssodisfatx l-obbligi kollha tagħha fil-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar annwali li fih tapplika l-emendi għall-ewwel darba (id-data tal-applikazzjoni inizjali). L-entità ma għandhiex terġa’ tiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva. Minflok, il-kerrej jirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif jixraq, fid-data tal-applikazzjoni inizjali.

DATA EFFETTIVA

...

105.

Kuntratti Onerużi - L-ispiża biex Jitwettaq Kuntratt, maħruġ f’Mejju 2020, żied il-paragrafi 68 A u 94 A u emenda l-paragrafu 69. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2022, jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji

Il-paragrafu 11 huwa emendat u n-nota ta’ qiegħ il-paġna għall-Qafas għat-Tħejjija u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji fil-paragrafu 11 hija mħassra. Il-paragrafi 14, 21, 22 u 23 huma emendati u jiżdiedu l-paragrafi 21 A, 21B, 21C, 23 A u 64Q. Tiżdied intestatura fuq il-paragrafu 21 A u huma emendati l-intestaturi taħt il-paragrafu 21 u fuq il-paragrafu 22. Il-paragrafu 10 mhuwiex emendat iżda huwa inkluż għal referenza faċli.

IL-METODU TAL-AKKWIŻIZZJONI

...

Rikonoxximent u kejl ta’ assi identifikabbli akkwistati, ta’ obbligazzjonijiet merfugħa u ta’ kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit

Prinċipju ta’ rikonoxximent

10.

Sa mid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi, separatament mill-avvjament, l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet merfugħa u kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit. Ir-rikonoxximent tal-assi identifikabbli akkwistati u tal-obbligazzjonijiet merfugħa huwa soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 11 u 12.

Kundizzjonijiet tar-rikonoxximent

11.

Biex jikkwalifikaw għar-rikonoxximent bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jridu jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet fil-Qafas għat-Tħejjija ta’ Rapporti Finanzjarji fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, spejjeż li l-akkwirent jistenna iżda mhuwiex obbligat li jġarrab fil-futur biex iwettaq il-pjan tiegħu biex joħroġ minn attività tal-akkwiżit jew biex jittermina l-impjieg jew jagħmel rilokazzjoni tal-impjegati tal-akkwiżit mhumiex obbligazzjonijiet fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għalhekk, l-akkwirent ma jirrikonoxxix dawn l-ispejjeż bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni. Minflok, l-akkwirent jirrikonoxxi dawk l-ispejjeż fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament skont IFRSs oħrajn.

...

14.

Il-paragrafi B31 - B40 jipprovdu gwida dwar ir-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli. Il-paragrafi 21 A-28B jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu uħud li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent.

...

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl

21.

Dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipji tiegħu tar-rikonoxximent u tal-kejl. Il-paragrafi 21 A-31 A jispeċifikaw kemm l-entrati li għalihom huma pprovduti eċċezzjonijiet kif ukoll in-natura ta’ dawn l-eċċezzjonijiet. L-akkwirent għandu jikkontabbilizza dawn l-entrati billi japplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 21 A-31 A, bir-riżultat li xi entrati jiġu:

(a)

rikonoxxuti jew billi jiġu applikati l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent flimkien ma’ dawk fil-paragrafi 11 u 12 jew billi jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ IFRSs oħrajn, b’riżultati li jvarjaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent.

(b)

mkejla b’ammont differenti mill-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Eċċezzjoni għall-prinċipju tar-rikonoxximent

Obbligazzjonijiet u obbligazzjonijiet kontinġenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 37 jew tal-IFRIC 21

21 A

Il-paragrafu 21B japplika għal obbligazzjonijiet u obbligazzjonijiet kontinġenti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jew IFRIC 21 Imposti jekk ikunu saru separatament aktar milli assunti f’kombinament ta’ negozji.

21B

Il-Qafas Kunċettwali għar-Rappurtar Finanzjarju jiddefinixxi obbligazzjoni bħala “obbligu preżenti tal-entità li titrasferixxi riżorsa ekonomika bħala riżultat ta’ avvenimenti fl-imgħoddi”. Għal provvediment jew obbligazzjoni kontinġenti li jkun fl-ambitu tal-IAS 37, l-akkwirent għandu japplika l-paragrafi 15-22 tal-IAS 37 biex jiddetermina jekk fid-data tal-akkwiżizzjoni jeżistix obbligu preżenti bħala riżultat ta’ avvenimenti fl-imgħoddi. Għal imposta li tkun fl-ambitu tal-IFRIC 21, l-akkwirent għandu japplika l-IFRIC 21 biex jiddetermina jekk l-avveniment li jobbliga li jwassal għal obbligazzjoni biex titħallas l-imposta seħħx fid-data tal-akkwiżizzjoni.

21C

Obbligu preżenti identifikat skont il-paragrafu 21B jista’ jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni kontinġenti stabbilita fil-paragrafu 22(b). Jekk ikun hekk, il-paragrafu 23 japplika għal din l-obbligazzjoni kontinġenti.

Obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti

22.

L-IAS 37 jiddefinixxi obbligazzjoni kontinġenti bħala:

(a)

obbligu possibbli li jinħoloq minn avvenimenti fl-imgħoddi u li l-eżistenza tiegħu tiġi kkonfermata biss meta jseħħ jew ma jseħħx avveniment futur inċert, wieħed jew aktar, li mhuwiex/mhumiex fil-kontroll sħiħ tal-entità; jew

(b)

obbligazzjoni preżenti li toriġina minn avvenimenti li seħħew fil-passat iżda mhux rikonoxxuta għax:

(i)

mhux probabbli li jkun meħtieġ ħruġ ta’ riżorsi li jkun fihom benefiċċji ekonomiċi biex isir is-saldu tal-obbligu; jew

(ii)

l-ammont tal-obbligu ma jistax jitkejjel b’biżżejjed affidabbiltà.

23.

L-akkwirent għandu jirrikonoxxi sa mid-data tal-akkwiżizzjoni obbligazzjoni kontinġenti li jkun ħa fuqu f’kombinament ta’ negozji jekk tkun obbligazzjoni preżenti li tirriżulta minn avvenimenti fil-passat u l-valur ġust tagħha jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-paragrafi 14(b), 23, 27, 29 u 30 tal-IAS 37, l-akkwirent jirrikonoxxi obbligazzjoni kontinġenti li jkun ħa fuqu f’kombinament ta’ negozji fid-data tal-akkwiżizzjoni anki jekk ma jkunx probabbli li se jkun meħtieġ ħruġ ta’ riżorsi li jirrappreżentaw benefiċċji ekonomiċi biex titħallas l-obbligazzjoni. Il-paragrafu 56 ta’ dan l-IFRS jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għall-obbligazzjonijiet kontinġenti.

23 A

L-IAS 37 jiddefinixxi assi kontinġenti bħala “assi possibbli li jirriżulta minn avvenimenti li seħħew fl-imgħoddi u li l-eżistenza tiegħu tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment futur inċert wieħed jew aktar li ma huwiex għal kollox fil-kontroll tal-entità”. L-akkwirent ma għandux jirrikonoxxi assi kontinġenti fid-data tal-akkwiżizzjoni.

...

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

Data effettiva

...

64Q

Referenza għall-Qafas Kunċettwali, maħruġa f’Mejju 2020, emendat il-paragrafi 11, 14, 21, 22 u 23 u żiedet il-paragrafi 21 A, 21B, 21C u 23 A. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rappurtar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. L-applikazzjoni iktar kmieni hija permessa jekk fl-istess waqt entità tapplika wkoll l-emendi l-oħra li saru mill-Emendi għar-Referenzi tal-Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS, maħruġa f’Marzu 2018.

Emenda għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ standards internazzjonali ta’ rappurtar finanzjarju

Jiżdied il-paragrafu 39AG u, fl-Appendiċi D, jiżdied il-paragrafu D13 A. Il-paragrafu D1(f) huwa emendat.

DATA EFFETTIVA

...

39AG

Titjib Annwali għall-Istandards IFRS 2018-2020, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafu D1(f) u żied il-paragrafu D13 A. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2022, jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dan.

Appendiċi D

Eżenzjoni minn IFRSs oħrajn

Dan l-appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS.

D1

Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet:

...

(f)

differenzi kumulattivi fil-qlib (il-paragrafi D12-D13 A);

...

Differenzi kumulattivi fil-qlib

...

D13 A

Minflok ma tapplika l-paragrafu D12 jew il-paragrafu D13, sussidjarja li tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D16(a) tista’ tagħżel, fir-rapporti finanzjarji tagħha, li tkejjel id-differenzi kumulattivi fil-qlib għall-operazzjonijiet barranin kollha bl-ammont riportat li jkun inkluż fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija prinċipali, fuq il-bażi tad-data ta’ tranżizzjoni tal-kumpanija prinċipali għall-IFRSs, jekk ma jkunux saru aġġustamenti għall-proċeduri ta’ konsolidazzjoni u għall-effetti tal-kombinazzjoni ta’ negozji li fiha l-kumpanija prinċipali tkun akkwistat lis-sussidjarja. Elezzjoni simili hija disponibbli għal kumpanija assoċjata jew impriża bi sħab li tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D16(a).

...

Emenda għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

Jiżdiedu l-paragrafu 7.1.9, il-paragrafu 7.2.35 u l-intestatura tiegħu, u l-paragrafu B3.3.6 A. Il-paragrafu B3.3.6 huwa emendat. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu B3.3.6 A ma ġewx emendati iżda ġew trasferiti mill-paragrafu B3.3.6.

Kapitolu 7 Data effettiva u tranżizzjoni

7.1.   DATA EFFETTIVA

...

7.1.9.

Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRS - 2018-2020, maħruġ f’Mejju 2020, żied il-paragrafi 7.2.35 u B3.3.6 A u emenda l-paragrafu B3.3.6. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi ta’ rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2022, jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dan.

7.2.   TRANŻIZZJONI

...

Tranżizzjoni għal Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRS

7.2.35.

Entità għandha tapplika t-Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRS 2018–2020 għal obbligazzjonijiet finanzjarji li jkunu mmodifikati jew skambjati fil-bidu tal-perjodu annwali ta’ rapportar jew wara li fih l-entità tapplika l-emenda għall-ewwel darba.

Appendiċi B

Gwida għall-Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-Istandard.

...

RIKONOXXIMENT U RTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT (KAPITOLU 3)

...

Irtirar tar-rikonoxximent ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji (it-Taqsima 3.3)

...

B3.3.6

Għall-finijiet tal-paragrafu 3.3.2, it-termini jkunu sostanzjalment differenti jekk il-valur preżenti skontat tal-flussi tal-flus taħt it-termini l-ġodda, inklużi kwalunkwe miżati mħallsin netti ta’ kwalunkwe miżati riċevuti u skontati bl-użu tar-rata tal-imgħax effettiva oriġinali, ikun mill-inqas 10 fil-mija differenti mill-valur preżenti skontat tal-bqija tal-flussi tal-flus tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali. Fid-determinazzjoni ta’ dawn it-tariffi mħallsa netti mill-ħlasijiet riċevuti, mutwatarju jinkludi biss tariffi mħallsa jew riċevuti bejn il-mutwatarju u l-mutwanti, fosthom tariffi mħallsa jew riċevuti jew minn mutwatarju jew minn mutwanti f’isem ħaddieħor.

B3.3.6 A

Jekk skambju ta’ strumenti ta’ dejn jew modifika fit-termini hi mniżżla bħala fidi, kull spiża jew dritt imġarrba huma rikonoxxuti bħala parti mill-qligħ jew telf marbut mal-fidi. Jekk l-iskambju jew il-modifika ma tiġix imniżżla bħala fidi, kull spiża jew dritt imġarrba jaġġustaw l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni u huma amortizzati fuq il-bqija tat-terminu tal-obbligazzjoni modifikata.

...

Emenda għall-IAS 41 Agrikoltura

Il-paragrafu 22 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 65.

RIKONOXXIMENT U KEJL

...

22.

Entità ma tinkludi ebda flussi ta’ flus mill-finanzjament ta’ assi, tassazzjoni, jew stabbiliment mill-ġdid ta’ assi bijoloġiċi wara l-ħsad (pereżempju, l-ispiża biex jerġgħu jitħawwlu siġar f’foresta ta’ pjantaġġun wara l-ħsad).

...

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

...

65.

Titjib Annwali għall-Istandards tal-IFRS, 2018-2020, maħruġ f’Mejju 2020, emenda l-paragrafu 22. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal tranżazzjonijiet li fihom hija tikseb kontroll bi sħab fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rappurtar annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2022 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dan.

DEĊIŻJONIJIET

2.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/99


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1081

tat-28 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2018/1220 dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, li tħassar ir-Regolament (UE, Euratom) nru 966/2012, b’mod partikolari l-artikolu 143, paragrafu 4 tiegħu (1),

billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1220 (2) tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(2)

Il-Kummissjoni iffissat l-1 ta’ Ġunju 2021 bħala d-data li fiha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jassumi l-kompiti investigattivi u ta’ prosekuzzjoni (3) konferiti lilu mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (4). Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-arranġamenti prattiċi għal kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Bord u l-Uffiċċju, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni stabbiliti bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 103, paragrafu 1 ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-funzjonament tal-bord u konsegwentement is-sostenibbiltà tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-president tal-bord għandu jkompli jeżerċita l-mandat tiegħu sakemm jiġi sostitwit b’mod effettiv, jew tal-anqas fl-ewwel xhur wara t-tmiem tal-mandat.

(4)

Il-kundizzjonijiet minimi ta’ funzjoni jew grad meħtieġa għas-sostituti tal-membri tal-korp li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu allinjati ma’ dawk meħtieġa għall-membri li jirrappreżentaw lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-grupp tal-funzjoni ta’ kap tal-unità jew ekwivalenti.

(5)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-bord imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(6)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (UE) 2018/1220 tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/1220 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2, paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-president tal-Bord huwa maħtur mill-Kummissjoni għal mandat ta’ ħames snin li ma jiġġeddidx, f’konformità mal-Artikolu 143, paragrafu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, wara sejħa għal espressjoni ta’ interess. Il-mandat tiegħu jibda jiddekorri fid-data indikata għal dan il-għan fl-att tal-ħatra. Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali - Serje Ċ.

Fi tmiem il-mandat tiegħu, sal-punt meħtieġ biex ikun jista’ jiffunzjona l-Bord, il-President għandu jibqa’ fil-kariga sakemm jiġi sostitwit. Dan il-perjodu ma jistax jaqbeż sitt xhur.”

2.

L-Artikolu 5, paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-Direttur tas-Servizz Finanzjarju Ċentrali fid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit ikun wieħed miż-żewġ membri permanenti tal-Bord li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 143 pargrafu 2. b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Id-Direttur Ġenerali għall-Baġit għandu jaħtar uffiċjal mill-inqas fil-grupp ta’ funzjoni tal-Kap tal-Unità jew ekwivalenti biex jissostitwixxi lil dan il-membru permanenti.

Id-Direttur Ġeneral tal-baġit jipproċedi għall-ħatra ad personam tat-tieni membru permanenti li jirrappreżenta lill-Kummissjoni fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni li jkollhom mill-anqas grad AD 14. Id-Direttur Ġenerali għall-Baġit għandu jaħtar uffiċjal mill-inqas fil-grupp ta’ funzjoni tal-Kap tal-Unità jew ekwivalenti biex jissostitwixxi lil dan il-membru permanenti.”

3.

Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   F’każijiet fejn l-informazzjoni jew it-talba tal-awtorità tar-rinviju hija bbażata, b’mod partikolari, fuq informazzjoni mogħtija mill-OLAF, ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun preżenti għal-laqgħat tal-Bord, jipparteċipa fil-proċedimenti orali u bil-miktub. Huwa jista’ jippreżenta osservazzjonijiet fuq talba tal-President.

F’każijiet fejn it-talba tal-awtorità tar-rinviju tkun ibbażata kompletament jew parzjalment fuq informazzjoni trażmessa mill-uffiċċju tal-proeskutur pubbliku, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni minn dan tal-aġħar u l-parteċipazzjoni tiegħu bħala osservatur għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim imsemmija fl-Artikolu 103, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939.

4.   Fil-każijiet oħra, l-OLAF jista’ jiġi mistieden biex jipprovdi informazzjoni jew pariri, fuq talba tal-President. L-uffiċċju tal-proeskutur pubbliku jista’ jintalab ukoll jipprovdi informazzjoni jew opinjonijiet, fuq talba tal-President, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 103, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939.”

4.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Kooperazzjoni mal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku

L-arranġamenti għall-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim imsemmija fl-Artikolu 103, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939.”

5.

L-Artikolu 10, paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   It-talba għar-rakkomandazzjoni jenħtieġ li jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 142, paragrafu 3, tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Jenħtieġ li jkollha wkoll l-informazzjoni relevanti l-oħra rilevanti msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament imsemmi qabel, inklużi fejn applikabbli, ir-rapporti tal-OLAF u l-informazzjoni trażmessa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jidħlu fis-seħħ il-miżuri xierqa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għandu jkollha skeda informattiva debitament kompluta.”

6.

L-Artikolu 26 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Notifika tal-opinjoni u r-rakkomandazzjoni

Il-Bord jinnotifika mingħajr dewmien l-opinjoni lill-awtorità ta’ konsultazzjoni, lill-uffiċjal kompetenti u lill-osservaturi. Fil-każ li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġi mistieden bħala osservatur, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 103, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1220 tas-6 ta’ Settembru 2018 dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 226, 7.9.2018, p. 7).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/856 tal-25 ta’ Mejju 2021 li tiddetermina d-data minn meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jassumi l-kompiti ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni tiegħu (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 100).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 283, 30.10.2017, p. 1).


Rettifika

2.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/102


Rettifika għad-Deċiżjoni (UE) [2021/1074] tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2021 dwar l-esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/1306 (BĊE/2021/27)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 230 I tat-30 ta’ Ġunju 2021 )

Fil-paġna tal-qoxra u fil-paġna 1, it-titolu tad-Deċiżjoni,

minflok:

Deċiżjoni (UE) [2021/1074] tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2021 dwar l-esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/1306 (BĊE/2021/27) ”,

aqra:

Deċiżjoni (UE) [2021/1074] tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2021 dwar l-esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/1306 (BĊE/2021/27) ”.