ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
22 ta' Ġunju 2021


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1003 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li jagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197 (notifikata bid-dokument C(2021) 4237)

1

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixi Garanzija Ewropea għat-Tfal

14

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni Nru 42-2021 tal-Qorti tal-Awdituri tal-20 ta’ Mejju 2021 li tadotta regoli interni dwar restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-attivitajiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri

24

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1003

tat-18 ta’ Ġunju 2021

li jagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197

(notifikata bid-dokument C(2021) 4237)

(It-testi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bin-Netherlandiż, bil-Portugiż, bis-Slovakk u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti ġuridiċi fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2019/2152, il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovakkja u l-Finlandja ressqu talba debitament motivata għal derogi fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) Nru 2020/1197 (2).

(2)

Mill-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni jidher li t-talbiet għal derogi ta’ dawn l-Istati Membri huma ġġustifikati mill-ħtieġa ta’ adattamenti kbar fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom sabiex jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2019/2152 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1197.

(3)

Jenħtieġ li d-derogi mitluba jingħataw lill-Belġju, lid-Danimarka, lill-Estonja, lill-Irlanda, lil Spanja, lill-Italja, lil Ċipru, lin-Netherlands, lill-Awstrija, lill-Portugall, lis-Slovakkja u lill-Finlandja.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi mir-Regolament (UE) 2019/2152 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197, kif stabbiliti fl-Anness, jingħataw lill-Istati Membri elenkati fihom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka u lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 271, 18.8. 2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS

Derogi mir-Regolament (UE) 2019/2152

L-IRLANDA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness II – Perjodiċità, perjodu ta’ referenza u unità tal-istatistika tat-temi

Dominju 1: Statistika tan-negozju fuq żmien qasir

Tema: Outputs u Prestazzjoni

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Kompilazzjoni tal-varjabbli “Indikatur għal outputs u prestazzjoni”“140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsima F tan-NACE dwar il-perjodiċità trimestrali minflok dwar perjodiċità ta’ kull xahar.

Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197

IL-BELĠJU

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data dwar il-fatturat nett trimestrali, għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023, trid tkompli tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 (1).

ID-DANIMARKA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għad-Diviżjoni tan-NACE N82.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsima F tan-NACE tkun T+2M.

L-ESTONJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sena 1 (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2021)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għat-Taqsima L tan-NACE, id-Diviżjonijiet L68 u N82.

Anness I, Parti B, Tabella 10

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar l-attivitajiet tal-intrapriżi

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli li ġejjin:

 

“220103. Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time”;

 

“220201. Sigħat maħduma mill-impjegati”;

 

“240101. Total tax-xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi”;

 

“250101. Fatturat nett”;

 

“250301. Valur tal-output”;

 

“250401. Valur miżjud”; u

 

“250501. Surplus operatorju gross”

għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima K tan-NACE, id-Diviżjoni K66, il-Gruppi K64.2, K64.3, K64.9, Klassijiet K64.20, K64.30.

Anness I, Parti B, Tabella 11

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar l-attivitajiet tal-intrapriżi disaggregati skont il-klassijiet tad-daqs jew disaggregati skont il-forma ġuridika

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Għall-varjabbli “250101. Fatturat nett” u “250401. Valur miżjud”, ma trid tiġi sottomessa l-ebda data disaggregata skont il-klassijiet tad-daqs għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: Id-Diviżjoni K66, il-Gruppi K64.2, K64.3, K64.9.

Anness I, Parti B, Tabella 14

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar l-intrapriżi skont il-pajjiż tal-kontroll aħħari

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Data disaggregata skont il-kontroll aħħari tal-unità ta’ residenza għall-varjabbli:

 

“240101. Total tax-xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi”;

 

“240102. Xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi għall-bejgħ mill-ġdid”;

 

“240301. Xirjiet totali ta’ oġġetti u ta’ servizzi ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż”;

 

“240302. Xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi għall-bejgħ mill-ġdid ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż”;

 

“250101. Fatturat nett”;

 

“250301. Valur tal-output”;

 

“250401. Valur miżjud”;

 

“250601. Fatturat nett ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż

 

“250701. Valur tal-output ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż”; u

 

“250801. Valur miżjud ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż

għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima K tan-NACE u l-aggregati speċjali li jinkludu t-Taqsima K tan-NACE ma jridux jinkludu d-Diviżjoni K66 u l-Gruppi K64.2, K64.3, K64.9.

Anness I, Parti B, Tabella 21

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar ix-xirjiet mill-intrapriżi

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli “240103. Spejjeż għal servizzi pprovduti permezz ta’ ħaddiema ta’ aġenzija” għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima K tan-NACE, id-Diviżjonijiet K64, K65, K66, il-Gruppi K64.1, K64.2, K64.3, K64.9, K65.1, K65.2, K65.3 u l-Klassijiet K64.11, K64.19, K65.11, K65.12, K65.20 u K65.30.

Anness I, Parti B, Tabella 33

Statistika dwar attivitajiet internazzjonali - kontroll minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur dwar intrapriżi barra mill-pajjiż

tliet (3) snin (2021, 2022 u 2023)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli li ġejjin:

 

“410101. Numru ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”;

 

“420101. Numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom f’intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”; u

 

“440101. Fatturat nett ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”

għad-disaggregazzjoni ġeografika: Livell GEO 2 u l-livell GEO 3 għal “Numru ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”.

L-IRLANDA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 1

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-popolazzjoni tan-negozju

Sena 1 (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2021)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “110102. Fallimenti”.

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għad-diviżjonijiet tan-NACE J59 u M74.

SPANJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet G45, G46 u l-Gruppi G451, G452, G453, G454, G461, G462, G463, G464, G465, G466, G467, G469, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għal G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat f’konformità mad-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett” li għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjoni li ġej: Il-gruppi G451, G452, G453, G454, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479 tan-NACE.

Matul il-perjodu tad-deroga:

għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tkompli tintbagħat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98; u

għad-Diviżjoni G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat skont id-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.

L-ITALJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għad-Diviżjonijiet J58, L68, M74, N79, N82 ta’ NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

ĊIPRU

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 1

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-popolazzjoni tan-negozju

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “110101. Reġistrazzjonijiet” u “110102. Fallimenti” tkun T+120 jum bl-eċċezzjoni li ġejja: għall-varjabbli “110102. Fallimenti”, l-aggregat speċjali “Industrija, kostruzzjoni u servizzi (minbarra amministrazzjoni pubblika, difiża, sigurtà soċjali obbligatorja, attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija, attivitajiet ta’ unitajiet domestiċi bħala impjegaturi u organizzazzjonijiet u korpi extraterritorjali)” l-iskadenza għat-trażmissjoni trid tkun T+40.

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għat-Taqsima L tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għall-aggregat tat-Taqsimiet H+I+J+L+M tan-NACE (minbarra. M701, M72 u M75) + N, u t-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet H, I, J, M tan-NACE (minbarra. M701, M72 u M75) u N, biex jirreferu biss għal indikaturi minn Negozju għal negozju (B2B) minflok minn Negozju għal Kulħadd (B2All).

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet u Diviżjonijiet H, I, J, L, M (minbarra M701, M72, M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet B, C, D tan-NACE (minbarra. D353) tkun T+1M+25 jum.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, u d-Diviżjonijiet G45 u G46.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, u d-Diviżjonijiet G45 u G46.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għat-Taqsimiet u Diviżjonijiet H, I, J, M (minbarra M701, M72 u M75) u N tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet H, I, J, M (minbarra M701, M72 u M75) u N tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għat-Taqsima L tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 38

Statistika dwar attivitajiet internazzjonali – Provvista Internazzjonali ta’ Servizzi skont il-Modalità tal-Provvista – data annwali

L-ewwel tliet (3) snin ta’ applikazzjoni, għal kull wieħed mid-disaggregazzjonijiet 1, 2 u 3 tat-Tabella 38.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 1: Y+sentejn (2), fejn Y hija s-sena tal-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 2: Z+sentejn (2), fejn Z hija s-sena tal-pubblikazzjoni tat-tieni edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 3: Z+erba’ (4) snin, fejn Z hija s-sena tal-pubblikazzjoni tat-tieni edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli “460101. Importazzjonijiet u akkwist ta’ servizzi” u “460201. Esportazzjonijiet u provvista ta’ servizzi” għad-disaggregazzjonijiet: 1. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista u disaggregazzjoni ġeografika”; 2. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista, it-tip ta’ prodott u disaggregazzjoni ġeografika”; u 3. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista, disaggregazzjoni dettaljata tat-tip ta’ prodott u disaggregazzjoni ġeografika” kif definit fit-Tabella 38 tal-Anness I, il-Parti B tar-Regolament (UE) 2020/1197, għall-ewwel tliet snin ta’ referenza tal-applikazzjoni.

IN-NETHERLANDS

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għall-aggregat tat-Taqsimiet H+I+J+L+M (minbarra M701, M72 u M75) + N tan-NACE u d-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima L tan-NACE u d-Diviżjonijiet I55, I56, M69, M70, N77 u N81 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet H, I, J, L, M (minbarra M701, M72, M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” għal Jannar 2021 sa Diċembru 2022 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2023 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għal Jannar 2021 sa Diċembru 2022 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2023 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għat-Taqsimiet H, I, J, L, M (minbarra M701, M72, M75) u N tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-Diviżjonijiet tan-NACE fit-Taqsima H (H49, H50, H51, H52, H53), it-Taqsima I, id-Diviżjonijiet tat-Taqsima J (J58, J59, J60, J61, J62, J63), id-Diviżjonijiet tat-Taqsima M (M71, M73, M74), is-somma ta’ (M69 u M702) (M69_M702), id-Diviżjonijiet tat-Taqsima N (N78, N79, N80, N812, N82), id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022 tkompli tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

L-AWSTRIJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 3

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar is-sigħat maħduma u l-pagi u s-salarji

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data aġġustata skont il-kalendarju trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Lulju 2024 għall-varjabbli “120201. Sigħat maħduma mill-impjegati” u “120301. Pagi u salarji” għat-Taqsimiet G, H sa M (minbarra K, M701, M72 u M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

Sena 1 (Jannar 2021 sa Diċembru 2021)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet B, C, D tan-NACE (minbarra. D353) tkun T+1M+25 jum.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ”, għad-Diviżjonijiet G45 u G47 tan-NACE u għad-disaggregazzjonijiet addizzjonali fil-livell tal-Grupp (3 ċifri) li għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2024.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)”, għad-Diviżjonijiet G45 u G47 tan-NACE u għad-disaggregazzjonijiet addizzjonali fil-livell tal-Grupp (3 ċifri), li għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2024.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

IL-PORTUGALL

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 2

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar l-impjiegi

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Ġunju 2024 għall-varjabbli “120101. Numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom” għad-disaggregazzjoni tat-Taqsima G. tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 3

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar is-sigħat maħduma u l-pagi u s-salarji

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Lulju 2024 għall-varjabbli “120201. Sigħat maħduma mill-impjegati” għad-disaggregazzjoni tat-Taqsima G tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 3

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar is-sigħat maħduma u l-pagi u s-salarji

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data aġġustata skont il-kalendarju trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Lulju 2024 għall-varjabbli “120301. Pagi u salarji” għat-Taqsimiet G, H sa M (minbarra K, M701, M72 u M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data aġġustata skont il-kalendarju trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għall-varjabbli li ġejjin:

 

“140301. Fatturat nett (valur)”;

 

“140302. Fatturat domestiku nett (valur)”;

 

“140303. Fatturat mhux domestiku nett (valur)”;

 

“140304. Fatturat mhux domestiku nett (valur) (żona tal-euro) (mhux obbligatorju għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro)”; u

 

“140305. Fatturat mhux domestiku nett (valur) (mhux fiż-żona tal-euro) (mhux obbligatorju għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro)”

għat-Taqsimiet B u C tan-NACE.

IS-SLOVAKKJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 38

Statistika dwar attivitajiet internazzjonali – Provvista Internazzjonali ta’ Servizzi skont il-Modalità tal-Provvista – data annwali

L-ewwel tliet (3) snin ta’ applikazzjoni, għal kull wieħed mid-disaggregazzjoni 1 u 2 tat-Tabella 38.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 1: Y+sentejn (2), fejn Y hija s-sena tal-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 2: Z+sentejn (2), fejn Z hija s-sena tal-pubblikazzjoni tat-tieni edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli “460101. Importazzjonijiet u akkwist ta’ servizzi” u “460201. Esportazzjonijiet u provvista ta’ servizzi” għad-disaggregazzjonijiet: 1. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista u disaggregazzjoni ġeografika”; u 2. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista, it-tip ta’ prodott u disaggregazzjoni ġeografika” kif iddefinita fit-Tabella 38 tal-Anness I, il-Parti B tar-Regolament (UE) 2020/1197, għall-ewwel tliet snin ta’ referenza tal-applikazzjoni.

IL-FINLANDJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: Il-Gruppi G451, G452, G453, G454, G461, G462, G463, G464, G465, G466, G467, G468, G469, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għal G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat f’konformità mad-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: Il-Gruppi G451, G452, G453, G454, G461, G462, G463, G464, G465, G466, G467, G468, G469, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għal G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat f’konformità mad-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/14


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1004

tal-14 ta’ Ġunju 2021

li tistabbilixi Garanzija Ewropea għat-Tfal

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikolu 153(2) u l-Artikolu 153(1)(j) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

(2)

Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tqis il-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(3)

Skont l-Artikolu 151 TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom bħala objettivi l-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn it-tmexxija u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb li jkun hemm livell għoli ta’ impjieg għal żmien twil u li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali. Skont l-Artikolu 153(1), il-punt (j), TFUE, bil-għan li jintlaħqu dawk l-objettivi, l-Unjoni ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

(4)

L-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) jirrikonoxxi li t-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni u għall-kura meħtieġa għall-ġid tagħhom, u li l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi kif ukoll minn istituzzjonijiet privati. L-Artikolu 33 tal-Karta jistipula li l-familja għandha tgawdi minn protezzjoni legali, ekonomika u soċjali.

(5)

L-Artikolu 17 tal-Karta Soċjali Ewropea Riveduta, li saret fi Strasburgu fit-3 ta’ Mejju 1996, jikkonferma l-impenn li tittieħed kull miżura xierqa u meħtieġa biex jiġi żgurat li t-tfal ikollhom il-kura, l-assistenza, l-edukazzjoni u t-taħriġ li jeħtieġu.

(6)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fl-20 ta’ Novembru 1989, li ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni, tistipula fl-Artikoli 2, 3, 6, 12, 18, 24, 27, 28 u 31 li l-Istati Parti għall-Konvenzjoni jirrikonoxxu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja u jagħrfu d-dritt tat-tfal: għall-parteċipazzjoni u l-iżvilupp, inkluż id-dritt għall-protezzjoni minn kull forma ta’ diskriminazzjoni; għall-ħajja; għal smigħ fi proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi; għat-tgawdija tal-ogħla standard ta’ saħħa li jista’ jintlaħaq; għall-aċċess għal servizzi ta’ kura tas-saħħa; għall-għajnuna mill-Istat biex jiġi żgurat livell xieraq ta’ għajxien, edukazzjoni, divertiment, attivitajiet rikreattivi, u għal sehem sħiħ fil-ħajja kulturali u artistika.

(7)

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (1), ratifikata mill-Unjoni u mill-Istati Membri kollha tagħha, jistipula li l-Istati Parti għal dik il-Konvenzjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha adegwati biex jiżguraw it-tgawdija sħiħa mit-tfal b’diżabbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha fuq bażi ugwali ma’ tfal oħra.

(8)

Flimkien mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ li tkun minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż dawk dwar il-qerda tal-faqar, l-iżgurar ta’ ħajja b’saħħitha u l-promozzjoni tal-benesseri, u l-iżgurar ta’ edukazzjoni ta’ kwalità inklużiva u ekwa.

(9)

Fl-20 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni 2013/112/UE (2) intitolata “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ.” Dik ir-Rakkomandazzjoni tistipula approċċ integrat għat-tnaqqis tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali tat-tfal u għat-titjib tal-benesseri tat-tfal li jibni fuq tliet pilastri: l-aċċess għar-riżorsi, l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità, u d-dritt tat-tfal li jipparteċipaw.

(10)

F’Novembru 2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, fejn stipulaw 20 prinċipju biex jiġu appoġġati swieq tax-xogħol u sistemi ta’ protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw sew. Il-prinċipju 11 jipprevedi d-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal li tkun affordabbli u ta’ kwalità tajba, protezzjoni mill-faqar u għal miżuri speċifiċi biex jittejbu l-opportunitajiet indaqs tat-tfal li ġejjin minn kuntest żvantaġġat.

(11)

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2015 (3), stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu garanzija għat-tfal, b’enfasi fuq it-tfal fil-faqar u l-aċċess tagħhom għas-servizzi. Barra minn hekk, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2021 (4) il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal tinkludi miżuri konkreti ta’ investiment fit-tfal sabiex jinqered il-faqar tat-tfal, inkluż il-ħolqien ta’ Garanzija Ewropea għat-Tfal b’riżorsi xierqa, u biex tippreżenta l-proposta tagħha għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal fl-ewwel trimestru tal-2021, u stieden lill-Istati Membri jinvestu r-riżorsi kollha possibbli, inkluż il-fondi tal-Unjoni, biex jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali tat-tfal u biex jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali ta’ garanzija għat-tfal.

(12)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta intitolata “Overcoming poverty and social exclusion – mitigating the impact of COVID-19 on families – working together to develop prospects for strong children” (Negħlbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali – intaffu l-impatt tal-COVID-19 fuq il-familji – naħdmu flimkien biex niżviluppaw prospetti għal tfal b’saħħithom), iffirmata f’Diċembru 2020 minn 24 Ministru tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, talbet Garanzija Ewropea għat-Tfal ibbażata fuq il-prinċipji u l-approċċ integrat tar-Rakkomandazzjoni 2013/112/UE u tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Ministri affermaw mill-ġdid li l-aċċess għal kura tas-saħħa mingħajr ħlas, edukazzjoni mingħajr ħlas, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal affordabbli, akkomodazzjoni diċenti u nutrizzjoni adegwata huma essenzjali għat-tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali.

(13)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (5) jagħti spinta ġdida biex jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiffissa l-mira bl-2030 bħala orizzont biex l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jitnaqqas bi 15-il miljun, inkluż b’mill-inqas ħames miljuni tifel u tifla.

(14)

L-Istrateġija komprensiva tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (6) tgħin biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tat-tfal fis-soċjetà, tqiegħed l-aħjar interessi tat-tfal f’kunsiderazzjoni primarja, tipproteġi lit-tfal vulnerabbli, inkluż dawk f’riskju ta’ esklużjoni u marġinalizzazzjoni soċjoekonomiċi, tipproteġi d-drittijiet tat-tfal online, trawwem ġustizzja li hija adatta għat-tfal u tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza kontra t-tfal. Din għandha wkoll l-għan li tiġġieled id-diskriminazzjoni kontra t-tfal, inkluż abbażi tas-sess jew tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom jew tal-ġenituri tagħhom.

(15)

L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni hu li tipprevjeni u tiġġieled l-esklużjoni soċjali billi tiggarantixxi l-aċċess tat-tfal fil-bżonn għal sett ta’ servizzi ewlenin, fosthom l-integrazzjoni ta’ perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru, sabiex titqies is-sitwazzjonijiet differenti tal-bniet u s-subien, billi tiġġieled il-faqar fost it-tfal u trawwem opportunitajiet indaqs. Tfal fil-bżonn huma persuni taħt it-18-il sena li huma f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Dan jirreferi għal tfal li jgħixu f’familji f’riskju ta’ faqar, jew li jesperjenzaw deprivazzjoni materjali u soċjali severa, jew b’intensità ta’ xogħol baxxa ħafna.

(16)

Sabiex jipprevedu aċċess effettiv jew aċċess effettiv u mingħajr ħlas għas-servizzi ewlenin, l-Istati Membri, f’konformità maċ-ċirkostanzi u l-approċċi nazzjonali, jenħtieġ li jorganizzaw u jipprovdu tali servizzi jew jipprovdu benefiċċji adegwati sabiex il-ġenituri jew it-tuturi tat-tfal fil-bżonn ikunu f’pożizzjoni li jkopru l-ispejjeż jew il-ħlasijiet ta’ dawk is-servizzi. Hija meħtieġa attenzjoni partikolari biex jiġi evitat li kwalunkwe spiża possibbli ta’ akkumpanjament tifforma xkiel għal tfal fil-bżonn f’familji bi dħul baxx biex ikollhom aċċess sħiħ għas-servizzi ewlenin.

(17)

Kważi 18-il miljun tifel u tifla jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-Unjoni (7), b’differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Il-firxa ta’ fatturi ta’ riskju, li jistgħu jagħmlu lil xi tfal speċjalment vulnerabbli u esposti għall-faqar jew l-esklużjoni soċjali jvarjaw konsiderevolment. Għalhekk, l-approċċi nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jitfasslu skont iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi fuq il-post. Wieħed mid-determinanti ewlenin tal-esklużjoni soċjali tat-tfal huwa l-aċċess mhux ugwali għas-servizzi ewlenin, essenzjali għall-ġid tagħhom u l-iżvilupp tal-ħiliet soċjali, konjittivi u emozzjonali tagħhom. It-tfal li jgħixu fil-faqar jew it-tfal li ġejjin minn kuntest żvantaġġat aktarx li jsibu quddiemhom aktar ostakli fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-edukazzjoni inklużiva, il-kura tas-saħħa, in-nutrizzjoni tajba għas-saħħa u l-akkomodazzjoni adegwata. Dawn jibdew ħajjithom fi żvantaġġ, u dan jista’ jkollu implikazzjonijiet fit-tul għall-iżvilupp u għall-prospetti futuri tagħhom.

(18)

It-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-esklużjoni soċjali tipperikola l-koeżjoni soċjali matul il-ġenerazzjonijiet u tiġġenera kostijiet ogħla għall-istati soċjali tagħna, filwaqt li xxekkel ir-reżiljenza ekonomika u soċjali. It-titjib tal-aċċess ugwali tat-tfal fil-bżonn għas-servizzi ewlenin huwa għaldaqstant mezz importanti biex jiżdiedu l-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Dan jikkontribwixxi wkoll għat-trawwim ta’ opportunitajiet indaqs għat-tfal fil-bżonn u għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal.

(19)

L-indirizzar tal-iżvantaġġ mis-snin bikrija huwa investiment kosteffettiv, inkluż minn perspettiva fit-tul, peress li jikkontribwixxi mhux biss għall-inklużjoni tat-tfal u għall-eżiti soċjoekonomiċi ogħla tagħhom meta jkunu adulti, iżda wkoll għall-ekonomija u għas-soċjetà permezz ta’ integrazzjoni aħjar fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali u titjib fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi – It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (8). L-investiment f’opportunitajiet indaqs għat-tfal jipprovdi s-sisien għal tkabbir sostenibbli u inklużiv, jappoġġja s-soċjetajiet ġusti u reżiljenti u l-konverġenza soċjali ’l fuq. Dan jikkontribwixxi wkoll biex jiġi indirizzat l-impatt ta’ żviluppi demografiċi negattivi billi jitnaqqsu n-nuqqasijiet ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema u tiġi żgurata kopertura territorjali aħjar, filwaqt li jiġu sfruttati l-opportunitajiet li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

(20)

L-aċċess ugwali għal edukazzjoni u kura u edukazzjoni bikrija tat-tfal li tkun ta’ kwalità u inklużiva huwa ċentrali biex titkisser it-trażmissjoni tal-esklużjoni soċjali u biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għat-tfal f’sitwazzjoni żvantaġġata. Madankollu, id-disponibbiltà limitata u l-kostijiet għoljin tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal jistgħu joħolqu ostaklu għal tfal minn familji b’introjtu baxx. Ir-rati ta’ attendenza tagħhom huma konsiderevolment aktar baxxi u jirriżultaw aktar tard f’eżiti edukattivi agħar u f’rati ogħla ta’ tluq bikri mill-iskola, b’mod partikolari għat-tfal li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni jew it-tfal Rom. Is-segregazzjoni u d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni ġenerali minn tfal b’diżabbiltà jew ħtiġijiet edukattivi speċjali jibqgħu ta’ sfida. L-għażla tal-istabbiliment edukattiv jeħtieġ li tirrifletti l-aħjar interessi tat-tfal. L-għadd dejjem jikber ta’ tfal fis-sistemi edukattivi li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni jitlob il-prevenzjoni ta’ ambjenti tal-iskola segregati u l-adattament tal-metodi tat-tagħlim, f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-obbligi tal-Istati Membri skont l-istrumenti internazzjonali rilevanti fil-qasam.

(21)

Parti importanti mit-tagħlim, inkluż il-kisba ta’ ħiliet soċjali, isseħħ permezz ta’ attivitajiet sportivi, kulturali jew ta’ divertiment. Hemm provi li tali attivitajiet huma ta’ benefiċċju, speċjalment għal tfal li ġejjin minn kuntest żvantaġġat. Madankollu, huma wisq għaljin għal ċerti gruppi ta’ tfal jew il-parteċipazzjoni tagħhom fihom hija mxekkla minn nuqqas ta’ infrastruttura xierqa, minn aċċessibbiltà dgħajfa jew minn problemi lingwistiċi.

(22)

It-tfal fil-bżonn huma ġeneralment imxekkla milli jaċċessaw ċerti servizzi tal-kura tas-saħħa, bħall-kura dentali jew apparat ta’ sostenn, bħal ħadid tas-snien, lentijiet korrettivi jew nuċċalijiet. Dawn it-tfal għandhom ukoll inqas opportunitajiet u riżorsi biex jibbenefikaw minn programmi ta’ prevenzjoni tal-mard u ta’ promozzjoni tas-saħħa. Il-faqar ta’ introjtu u determinanti soċjali oħra jaffettwaw b’mod sinifikanti l-iżvilupp u s-saħħa ġenerali, inkluż is-saħħa mentali, tat-tfal u jżidu r-riskju ta’ mard fis-snin ta’ wara. L-intervent bikri u l-prevenzjoni huma essenzjali, flimkien ma’ aċċess aħjar għall-programmi ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa pubblika, inkluż it-tilqim, u l-appoġġ għat-trobbija tat-tfal, li jistgħu jgħinu biex jinkisbu riżultati aħjar.

(23)

L-aċċess għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u sostenibbli huwa sfida b’mod partikolari għal familji b’introjtu baxx. Programmi ta’ ikel u nutrizzjoni tajbin għas-saħħa jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati problemi bħal dieta ħażina, nuqqas ta’ attività fiżika, obeżità jew użu ta’ alkoħol u tabakk, u b’hekk jitnaqqsu l-malnutrizzjoni u n-nutrizzjoni ħażina, li huma aktar prevalenti fost tfal li ġejjin minn kuntest żvantaġġat. L-esperjenza tal-pandemija tal-COVID-19 uriet l-importanza ta’ skemi tal-ikliet tal-iskola għal xi tfal, li f’daqqa waħda sfaw imċaħħda minn sors affidabbli ta’ nutrizzjoni matul il-lockdown (9). L-iżgurar tal-aċċess tat-tfal fil-bżonn għal mill-inqas ikla waħda tajba għas-saħħa kull jum tal-iskola huwa għalhekk ta’ importanza kbira u jista’ jinkiseb jew billi jingħataw tali ikliet jew billi jiġi żgurat li l-ġenituri jew it-tuturi, jew it-tfal, ikunu f’pożizzjoni li jieħdu ħsieb l-ikliet, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet lokali speċifiċi.

(24)

Tfal minn familji b’introjtu baxx, li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni jew ta’ oriġini minoranza etnika huma f’riskju ogħla ta’ privazzjoni severa ta’ akkomodazzjoni, ta’ affollament eċċessiv u ta’ faqar enerġetiku u huma aktar esposti għall-fenomenu tal-persuni mingħajr dar. In-nefqa fuq l-akkomodazzjoni hija ta’ piż kbir għal unitajiet domestiċi b’sors ta’ dħul wieħed, speċjalment dawk immexxija min-nisa. L-għoti ta’ akkomodazzjoni adegwata u l-iżgurar li t-tfal u l-familji tagħhom jirċievu akkomodazzjoni temporanja adegwata huma mekkaniżmi importanti biex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali tat-tfal u jiġi mminimizzat ir-riskju li jisfaw mingħajr dar. Bil-għan tad-deistituzzjonalizzazzjoni tat-tfal, għandha tiġi promossa l-kura ta’ kwalità bbażata fil-komunità jew f’familja It-tqegħid tat-tfal fil-kura istituzzjonali għandu jsir biss meta dan ikun fl-aħjar interessi tat-tfal, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ġenerali tat-tfal u l-ħtiġijiet individwali tat-tfal. L-għoti ta’ appoġġ lit-tfal li jħallu l-kustodja istituzzjonali jew il-foster care huwa kruċjali biex l-għajxien indipendenti u l-integrazzjoni soċjali tagħhom jiġu appoġġati.

(25)

Il-kriżi li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19 jista’ jkollha effetti estensivi fuq il-benesseri ekonomiku u soċjali tal-familji u tat-tfal, u x’aktarx taffettwa b’mod sproporzjonat lit-tfal li ġejjin minn kuntest żvantaġġat. Gruppi b’introjtu baxx u medju jħabbtu wiċċhom ma’ riskju ogħla ta’ telf ta’ introjtu, b’impatt potenzjalment sinifikanti fuq l-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi minħabba żieda fil-qgħad u tnaqqis fil-possibiltajiet ta’ telexogħol. Il-kriżi mistennija li żżid l-inugwaljanzi eżistenti u x’aktarx li ser tirriżulta f’żieda fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. Din tqiegħed ukoll pressjoni sinifikanti fuq id-disponibbiltà tas-servizzi. It-tfal li jesperjenzaw diversi forom ta’ żvantaġġ huma fost l-aktar milquta mill-kriżi. It-tagħlim mill-bogħod kien diffiċli għal ħafna tfal li jgħixu f’unitajiet domestiċi mingħajr appoġġ mill-familja, ħiliet jew tagħmir adegwat, inkluż għal tfal li jgħixu f’territorji remoti jew rurali b’infrastruttura diġitali inadegwata.

(26)

L-indirizzar tal-esklużjoni soċjali tat-tfal u t-tnaqqis tal-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 jeħtieġu approċċ integrat, iffukat fuq il-persuna u multidimensjonali u qafas ta’ politika ta’ abilitazzjoni. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn is-servizzi f’diversi livelli jiggarantixxi prevenzjoni effettiva u jappoġġja l-inklużjoni soċjali tat-tfal. Flimkien mal-iżgurar tal-aċċess għal servizzi ewlenin, fir-reġjuni u fit-territorji kollha, inkluż permezz ta’ investiment fl-infrastruttura tas-servizzi u fil-forza tax-xogħol, huwa meħtieġ ukoll li jittejbu l-effettività u r-rilevanza tal-politiki relatati, jiġu kkombinati miżuri preventivi u ta’ rimedju u li jinkiseb l-aħjar benefiċċju mill-istrumenti eżistenti tal-Unjoni.

(27)

Il-proċess ta’ koordinazzjoni ekonomika u tal-impjiegi tas-Semestru Ewropew, appoġġat mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali (10), enfasizza l-isfida tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali fost it-tfal, b’għadd ta’ Stati Membri li rċevew rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi jenfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat l-aċċess għal kulħadd, inkluż it-tfal, għal ċerti servizzi, bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, u tali aċċess iservi bħala kundizzjoni meħtieġa biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs.

(28)

Il-fondi tal-Unjoni huma disponibbli biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal u miżuri ta’ appoġġ ulterjuri. Fil-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-Istati Membri kollha ser jallokaw ammont xieraq biex jiġu indirizzati l-faqar jew l-esklużjoni soċjali tat-tfal. Għall-Istati Membri, li fihom ir-rata ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali tkun ogħla mill-medja tal-Unjoni, dan l-ammont għandu jkun mill-inqas 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus tagħhom. Skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u InvestEU ser jappoġġjaw ukoll investimenti fl-infrastruttura ta’ abilitazzjoni, bħall-akkomodazzjoni soċjali u l-faċilitajiet tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, kif ukoll tagħmir u aċċess għal servizzi ġenerali u ta’ kwalità. Bħala parti mill-Pjan ta’ Rkupru għall-Ewropa u l-istrument “Next Generation EU”, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza toffri finanzjament addizzjonali mill-Unjoni għal riformi, investiment u politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet, li għandhom jiġu inklużi fi pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru u reżiljenza (11). L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jista’ jappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, il-ġustizzja u s-saħħa, inkluż riformi transsettorjali li jindirizzaw il-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali.

(29)

L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-iskema tal-UE 2017-2023 tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib fl-iskola biex jagħmlu prodotti tajbin għas-saħħa aktar disponibbli għat-tfal u jtejbu l-fehim tagħhom dwar il-benefiċċji ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u sostenibbli.

(30)

Din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali. Dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali jenħtieġ li jidentifikaw tfal fil-bżonn u l-ostakli li jiffaċċjaw biex jaċċessaw u jieħdu s-servizzi koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni. Għal dan il-għan, hu rakkomandat li l-Istati Membri jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu d-drittijiet tat-tfal. Il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ ukoll li jiġi mmonitorjat regolarment pereżempju, bħala parti mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ monitoraġġ rilevanti.

(31)

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkomplementa r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE, tikkostitwixxi riżultat tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u tikkomplementa l-Istrateġija komprensiva tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

(32)

Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-liġi proċedurali nazzjonali u t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri u ma tinvolvix estensjoni tas-setgħat tal-Unjoni,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

GĦAN U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tipprevjeni u tiġġieled l-esklużjoni soċjali billi jiġi ggarantit l-aċċess tat-tfal fil-bżonn għal sett ta’ servizzi ewlenin, biex b’hekk tikkontribwixxi wkoll għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal billi tiġġieled il-faqar tat-tfal u trawwem opportunitajiet indaqs.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għat-tfal fil-bżonn.

DEFINIZZJONIJIET

3.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)

“tfal fil-bżonn” tfisser persuni taħt it-18-il sena li huma f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali;

(b)

“tfal li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni” tfisser tfal ċittadini ta’ pajjiż terz, irrispettivament mill-istatus ta’ migrazzjoni tagħhom, u tfal b’nazzjonalità ta’ Stat Membru li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni minn pajjiż terz permezz ta’ mill-inqas wieħed mill-ġenituri tagħhom imwieled barra mill-pajjiż;

(c)

“tfal f’sitwazzjonijiet prekarji tal-familja” tfisser tfal esposti għal diversi fatturi ta’ riskju li jistgħu jwasslu għall-faqar jew għall-esklużjoni soċjali. Dan jinkludi tfal li jgħixu f’unità domestika b’sors ta’ dħul wieħed; tfal li jgħixu ma’ ġenitur b’diżabbiltà; tfal li jgħixu f’unità domestika fejn hemm problemi ta’ saħħa mentali jew mard fit-tul; tfal li jgħixu f’unità domestika fejn hemm abbuż ta’ sustanzi, jew vjolenza domestika; tfal ta’ ċittadin tal-Unjoni li mar jgħix fi Stat Membru ieħor filwaqt li t-tfal infushom baqgħu fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom; tfal li għandhom omm adoloxxenti jew li huma omm adoloxxenti; u tfal li għandhom ġenitur il-ħabs;

(d)

“aċċess effettiv” tfisser sitwazzjoni fejn is-servizzi jkunu faċilment disponibbli, affordabbli, aċċessibbli, ta’ kwalità tajba, ipprovduti f’waqthom u fejn l-utenti potenzjali jkunu jafu bl-eżistenza tagħhom, kif ukoll bl-intitolament li għandhom biex jużawhom;

(e)

“aċċess effettiv u mingħajr ħlas” tfisser sitwazzjoni li fiha s-servizzi jkunu faċilment disponibbli, aċċessibbli, ta’ kwalità tajba, ipprovduti fil-ħin u fejn l-utenti potenzjali jkunu jafu bl-eżistenza tagħhom, kif ukoll bl-intitolament li għandhom biex jużawhom, u pprovduti mingħajr ħlas, jew billi jiġu organizzati u pprovduti tali servizzi jew b’benefiċċji adegwati biex ikopru l-ispejjeż jew it-tariffi tas-servizzi, jew b’tali mod li ċ-ċirkostanzi finanzjarji ma joħolqux ostakolu għall-aċċess ugwali;

(f)

“attivitajiet ibbażati fl-iskola” tfisser tagħlim permezz ta’ attivitajiet sportivi, kulturali jew ta’ divertiment li jseħħu waqt il-ħinijiet regolari tal-iskola, jew barra minnhom, u li jkunu organizzati mill-komunità tal-iskola;

(g)

“ikla tajba għas-saħħa” jew “nutrizzjoni tajba għas-saħħa” tfisser konsum bilanċjat ta’ ikel, li jipprovdi lit-tfal bin-nutrijenti meħtieġa għall-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom u għall-attività fiżika li tikkonforma mal-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom;

(h)

“akkomodazzjoni adegwata” tfisser akkomodazzjoni li tissodisfa l-istandards tekniċi nazzjonali attwali, li tinsab fi stat raġonevoli ta’ manutenzjoni, tipprovdi livell raġonevoli ta’ kumdità termali u tkun disponibbli u aċċessibbli b’kost affordabbli.

F’KONFORMITÀ MAL-KOMPETENZI, IĊ-ĊIRKOSTANZI U L-PRATTIKI NAZZJONALI U B’RISPETT SĦIĦ GĦALL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ, B’DAN JIRRAKKOMANDA DAN LI ĠEJ:

RAKKOMANDAZZJONIJIET EWLENIN

4.

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiggarantixxu għat-tfal fil-bżonn:

(a)

aċċess effettiv u mingħajr ħlas għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja, għall-edukazzjoni u l-attivitajiet ibbażati fl-iskola, mill-inqas ikla waħda tajba għas-saħħa kull jum tal-iskola u l-kura tas-saħħa;

(b)

aċċess effettiv għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u akkomodazzjoni adegwata.

5.

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jidentifikaw it-tfal fil-bżonn u fi ħdan dan il-grupp iqisu, fejn xieraq fit-tfassil tal-miżuri integrati nazzjonali tagħhom, żvantaġġi speċifiċi esperjenzati, b’mod partikolari, billi:

(a)

tfal mingħajr dar jew tfal li jesperjenzaw privazzjoni ta’ akkomodazzjoni severa;

(b)

tfal b’diżabbiltà;

(c)

tfal bi kwistjonijiet tas-saħħa mentali;

(d)

tfal li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni jew minn minoranza etnika (b’mod partikolari r-Rom);

(e)

Tfal f’kura alternattiva, speċjalment dik istituzzjonali;

(f)

tfal f’sitwazzjonijiet prekarji tal-familja.

QAFAS TA’ POLITIKA TA’ ABILITAZZJONI

6.

Filwaqt li jqiegħdu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jibnu qafas ta’ politika integrat u ta’ abilitazzjoni biex jindirizzaw l-esklużjoni soċjali tat-tfal, waqt li jiffokaw fuq it-tkissir taċ-ċikli interġenerazzjonali tal-faqar u tal-iżvantaġġ u fuq it-tnaqqis tal-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19. Għal dan il-għan, meta jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:

(a)

jiżguraw konsistenza tal-politiki soċjali, tal-edukazzjoni, tas-saħħa, tan-nutrizzjoni u tal-akkomodazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u, fejn possibbli, itejbu r-rilevanza tagħhom għall-appoġġ tat-tfal, b’mod integrat;

(b)

ikomplu u fejn meħtieġ iżidu l-investiment fl-edukazzjoni, f’sistemi adegwati tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali sabiex jindirizzaw b’mod effettiv il-ħtiġijiet tat-tfal u tal-familji tagħhom, b’mod partikolari ta’ dawk esposti għall-esklużjoni soċjali;

(c)

jiżguraw politiki u riżorsi adegwati, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, miżuri ta’ appoġġ għall-ġenituri jew it-tuturi u appoġġ għall-introjtu għall-familji u l-unitajiet domestiċi, sabiex l-ostakli finanzjarji ma jwaqqfux lit-tfal milli jaċċessaw servizzi ta’ kwalità;

(d)

jindirizzaw id-dimensjoni territorjali tal-esklużjoni soċjali, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal skont żoni urbani, rurali, remoti u żvantaġġati distinti, abbażi ta’ approċċ integrat u multidixxiplinari;

(e)

isaħħu l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-involviment magħhom, mal-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu d-drittijiet tat-tfal, mat-tfal infushom u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, fit-tfassil, fit-twettiq u fil-monitoraġġ tal-politiki u tas-servizzi ta’ kwalità għat-tfal;

(f)

jieħdu miżuri biex jippromwovu l-inklużjoni u biex jevitaw u jindirizzaw id-diskriminazzjoni u l-istigmatizzazzjoni tat-tfal fil-bżonn;

(g)

jappoġġjaw investiment strateġiku f’servizzi ta’ kwalità għat-tfal, inkluż fl-infrastruttura ta’ abilitazzjoni u l-forza tax-xogħol kwalifikata;

(h)

jiddedikaw riżorsi adegwati u jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u fejn xieraq REACT-EU, InvestEU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku;

(i)

iqisu l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qafas abilitanti kollu.

EDUKAZZJONI U KURA BIKRIJA TAT-TFAL, EDUKAZZJONI INKLUŻIVA U ATTIVITAJIET IBBAŻATI FL-ISKOLA, U IKLA TAJBA GĦAS-SAĦĦA KULL JUM TAL-ISKOLA

7.

Bil-ħsieb li jiġi ggarantit aċċess effettiv u mingħajr ħlas għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja, edukazzjoni u attivitajiet ibbażati fl-iskola u ikla tajba għas-saħħa kull jum tal-iskola għat-tfal il-bżonn, huwa rrakkomandat li l-Istati:

(a)

jidentifikaw u jindirizzaw l-ostakli finanzjarji u mhux finanzjarji għall-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, fl-edukazzjoni, u fl-attivitajiet ibbażati fl-iskola;

(b)

jieħdu miżuri biex jipprevjenu u jnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola, waqt li jqisu l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, biex jerġgħu jinvolvu lit-tfal li huma f’riskju li jitilqu jew li telqu mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ, billi fost l-oħrajn jipprovdu gwida personalizzata u jsaħħu l-kooperazzjoni mal-familji;

(c)

jipprovdu appoġġ għat-tagħlim lit-tfal b’diffikultajiet fit-tagħlim biex jikkumpensaw għan-nuqqasijiet lingwistiċi, konjittivi u edukattivi tagħhom;

(d)

jadattaw faċilitajiet u materjali edukattivi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u tal-istabbilimenti edukattivi u jipprovdu l-aktar rispons adegwat għall-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali u tat-tfal b’diżabbiltà, bl-użu ta’ metodi ta’ tagħlim inklużiv; għal dan il-għan jiżguraw li jkun hemm għalliema kwalifikati u professjonisti oħra, bħal psikologi, terapisti tat-taħdit, riabilitaturi, assistenti soċjali jew assistenti tat-tagħlim;

(e)

jistabbilixxu miżuri biex jappoġġjaw l-edukazzjoni inklużiva u jevitaw klassijiet segregati fi stabbilimenti tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal u fi stabbilimenti edukattivi; dan jista’ jinkludi wkoll li tingħata prijorità lit-tfal fil-bżonn jew, meta meħtieġ, li dawn jingħataw aċċess bikri;

(f)

jipprovdu mill-inqas ikla waħda tajba għas-saħħa kull jum tal-iskola;

(g)

jiżguraw il-proviżjoni ta’ materjali edukattivi, inkluż għodod edukattivi diġitali, kotba, uniformijiet jew kwalunkwe lbies meħtieġ, fejn applikabbli;

(h)

jipprovdu konnettività ta’ veloċità għolja, servizzi diġitali u tagħmir adegwat meħtieġ għat-tagħlim mill-bogħod sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-kontenut edukattiv online, kif ukoll biex jitjiebu l-ħiliet tat-tfal fil-bżonn u tal-għalliema u jinvestu kif meħtieġ biex jindirizzaw il-forom kollha tad-distakk diġitali;

(i)

jipprovdu trasport lejn stabbilimenti tal-edukazzjoni u tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal, fejn applikabbli;

(j)

jiżguraw aċċess ugwali u inklużiv għal attivitajiet ibbażati fl-iskola, inkluż il-parteċipazzjoni f’ħarġiet tal-iskola u f’attivitajiet ta’ sportivi, kulturali u ta’ divertiment;

(k)

jiżviluppaw qafas għall-kooperazzjoni tal-istabbilimenti edukattivi, il-komunitajiet lokali, is-servizzi soċjali, tas-saħħa u tal-protezzjoni tat-tfal, il-familji u l-atturi tal-ekonomija soċjali biex jappoġġjaw l-edukazzjoni inklużiva, jipprovdu l-kura wara l-iskola u opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ sportivi, kulturali u ta’ divertiment, u jibnu u jinvestu fi stabbilimenti edukattivi bħala ċentri ta’ inklużjoni u parteċipazzjoni.

IL-KURA TAS-SAĦĦA

8.

Bil-ħsieb li jiġi ggarantit aċċess effettiv u mingħajr ħlas għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għat-tfal fil-bżonn, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:

(a)

jiffaċilitaw is-sejbien bikri u t-trattament ta’ mard u problemi tal-iżvilupp, inkluż dawk relatati mas-saħħa mentali, jiżguraw aċċess għal eżamijiet mediċi perjodiċi, inkluż dawk dentali u oftalmoloġiċi, u programmi ta’ skrinjar; jiżguraw segwitu f’waqtu ta’ kura u riabilitazzjoni, inkluż aċċess għal mediċini, trattamenti u appoġġ, u aċċess għal programmi ta’ tilqim;

(b)

jipprovdu servizzi mmirati ta’ riabilitazzjoni u ta’ abilitazzjoni għat-tfal b’diżabbiltà;

(c)

jimplimentaw programmi aċċessibbli ta’ promozzjoni tas-saħħa u ta’ prevenzjoni tal-mard immirati lejn it-tfal fil-bżonn u l-familji tagħhom, kif ukoll professjonisti li jaħdmu mat-tfal.

NUTRIZZJONI TAJBA GĦAS-SAĦĦA

9.

Bil-għan li jiġi ggarantit aċċess effettiv għal nutrizzjoni suffiċjenti u tajba għas-saħħa għat-tfal fil-bżonn, inkluż permezz tal-iskema tal-UE tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib fl-iskola, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:

(a)

jappoġġjaw l-aċċess għal ikliet tajbin għas-saħħa anki barra mill-jiem tal-iskola, inkluż permezz ta’ appoġġ in natura jew finanzjarju, b’mod partikolari f’ċirkostanzi eċċezzjonali bħall-għeluq tal-iskejjel;

(b)

jiżguraw li l-istandards ta’ nutrizzjoni fl-istabbilimenti tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u tal-edukazzjoni jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi tad-dieta;

(c)

jillimitaw ir-reklami ta’ ikel b’kontenut għoli ta’ xaħam, melħ u zokkor u jirrestrinġu d-disponibbiltà tiegħu fi stabbilimenti tal-edukazzjoni bikrija u tal-kura tat-tfal u stabbilimenti edukattivi;

(d)

jipprovdu informazzjoni adegwata għat-tfal u għall-familji dwar nutrizzjoni tajba għas-saħħa għat-tfal.

AKKOMODAZZJONI ADEGWATA

10.

Bil-ħsieb li jiġi ggarantit aċċess effettiv għal akkomodazzjoni adegwata għat-tfal fil-bżonn, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:

(a)

jiżguraw li t-tfal mingħajr dar u l-familji tagħhom jirċievu akkomodazzjoni adegwata, trasferiment minnufih minn akkomodazzjoni temporanja għal waħda permanenti u provvista ta’ servizzi soċjali u ta’ pariri rilevanti;

(b)

jivvalutaw u jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, il-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-akkomodazzjoni u jieħdu azzjoni biex jiżguraw li l-interessi tal-familji bit-tfal fil-bżonn jitqiesu kif xieraq, inkluż billi jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u bil-prevenzjoni tar-riskju li t-tfal jispiċċaw bla dar; tali valutazzjoni u reviżjoni għandha tinkludi wkoll l-akkomodazzjoni soċjali jew il-politiki ta’ assistenza għall-akkomodazzjoni u l-benefiċċji għall-akkomodazzjoni u titjib ulterjuri fl-aċċessibbiltà għat-tfal b’diżabbiltà;

(c)

jipprovdu aċċess ta’ prijorità u f’waqtu għall-akkomodazzjoni soċjali jew għall-assistenza għall-akkomodazzjoni għat-tfal fil-bżonn u għall-familji tagħhom;

(d)

iqisu l-aħjar interessi tat-tfal kif ukoll is-sitwazzjoni ġenerali u l-ħtiġijiet individwali tat-tfal meta jqiegħdu lit-tfal f’kustodja istituzzjonali jew f’foster care; jiżguraw tranżizzjoni tat-tfal minn kustodja istituzzjonali jew minn foster care għal kura ta’ kwalità bbażata fil-komunità jew f’familja u jappoġġjaw l-għajxien indipendenti u l-integrazzjoni soċjali tagħhom.

GOVERNANZA U RAPPORTAR

11.

Bil-ħsieb ta’ governanza, monitoraġġ u rappurtar sodi u filwaqt li jitqiesu l-istrutturi u l-mekkaniżmi nazzjonali eżistenti, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:

Koordinaturi Nazzjonali tal-Garanzija għat-Tfal

(a)

jinnominaw Koordinatur nazzjonali tal-Garanzija għat-Tfal, mgħammar b’riżorsi u mandat adegwati li jippermettu l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ effettivi tal-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni;

Identifikazzjoni tat-tfal fil-bżonn

(b)

bil-ħsieb li l-miżuri jolqtu lit-tfal fil-bżonn bl-aktar mod effettiv, u filwaqt li jitqiesu l-organizzazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali, jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-identifikazzjoni tat-tfal fil-bżonn u l-ostakli li għandhom quddiemhom biex jaċċessaw u jieħdu s-servizzi koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni;

Pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali

(c)

fi żmien disa’ xhur mill-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, jippreżentaw pjan ta’ azzjoni lill-Kummissjoni, li jkopri l-perijodu sal-2030, biex jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll l-azzjonijiet u l-miżuri ta’ politika eżistenti li jappoġġjaw lit-tfal fil-bżonn. Il-pjan ta’ azzjoni jenħtieġ li jinkludi b’mod partikolari:

(i)

kategoriji tat-tfal fil-bżonn li jridu jintlaħqu minn miżuri integrati korrispondenti mmirati lejhom;

(ii)

miri kwantitattivi u kwalitattivi li jridu jintlaħqu f’termini ta’ tfal fil-bżonn li jridu jintlaħqu minn miżuri korrispondenti, b’kont meħud tad-differenzi reġjonali u lokali;

(iii)

miżuri ppjanati jew meħuda fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u r-riżorsi finanzjarji u l-iskedi ta’ żmien meħtieġa;

(iv)

miżuri oħra ppjanati jew meħuda biex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali tat-tfal u biex jitkissru ċikli ta’ żvantaġġ interġenerazzjonali, ibbażati b’mod partikolari fuq l-abilitazzjoni tal-qafas ta’ politika previst fil-paragrafu 6;

(v)

qafas nazzjonali għall-ġbir, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-data ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, ukoll bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ komuni, kif imsemmi fil-paragrafu 12, fil-punt (d);

Sensibilizzazzjoni

(d)

jiżviluppaw miżuri effettivi ta’ sensibilizzazzjoni għat-tfal fil-bżonn u għall-familji tagħhom, b’mod partikolari fil-livell reġjonali u lokali u permezz ta’ stabbilimenti edukattivi, assistenti soċjali mħarrġa, servizzi ta’ appoġġ għall-familja, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ekonomija soċjali, bil-għan li titqajjem kuxjenza u titħeġġeġ u tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tas-servizzi koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni;

Involviment tal-partijiet ikkonċernati

(e)

jiżguraw il-parteċipazzjoni ta’ awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet rilevanti oħra, tfal u partijiet ikkonċernati rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet mhux governattivi, stabbilimenti edukattivi u korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni u l-integrazzjoni soċjali, id-drittijiet tat-tfal, l-edukazzjoni inklużiva u n-nondiskriminazzjoni, inkluż korpi nazzjonali tal-ugwaljanza matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;

Rapportar lill-Kummissjoni

(f)

jirrapportaw kull sentejn lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali msemmi fis-fil-punt (c).

IMPLIMENTAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

12.

Il-Kunsill jilqa’ l-għan tal-Kummissjoni li:

(a)

timmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, inkluż l-eżiti tagħha u l-impatt fuq it-tfal fil-bżonn, anke bħala parti mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u tipproponi, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż lill-Istati Membri;

(b)

taħdem b’mod konġunt mal-Istati Membri, mal-Koordinaturi nazzjonali tal-Garanzija għat-Tfal u mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, taqsam l-esperjenzi, tiskambja prattiki tajbin u ssegwi l-azzjonijiet meħuda b’rispons għal din ir-Rakkomandazzjoni kif stabbilit fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali rilevanti;

(c)

tirrapporta regolarment lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, abbażi tar-rapporti mill-Istati Membri;

(d)

taħdem flimkien mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali biex:

(i)

tistabbilixxi qafas komuni ta’ monitoraġġ bl-użu ta’ sorsi ta’ data u indikaturi eżistenti u, jekk meħtieġ, tiżviluppa indikaturi komuni ulterjuri tar-riżultati kwantitattivi u kwalitattivi biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni;

(ii)

bil-għan li jiġi infurmat it-tfassil tal-politika, ittejjeb id-disponibbiltà, il-kamp ta’ applikazzjoni u r-rilevanza ta’ data komparabbli fil-livell tal-Unjoni, inkluż dwar tfal fil-bżonn u l-aċċess tagħhom għas-servizzi, u l-adegwatezza u l-kopertura tal-benefiċċji mmirati lejn it-tfal;

(e)

tirrieżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u tirrapporta lill-Kunsill sa ħames snin wara l-adozzjoni tagħha;

(f)

issaħħaħ is-sensibilizzazzjoni u l-isforzi ta’ komunikazzjoni u żżid it-tixrid tar-riżultati u tal-eżempji ta’ prattika tajba fil-livell tal-Unjoni u fost l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. MENDES GODINHO


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(2)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE tal-20 ta’ Frar 2013 “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ” (ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5).

(3)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b’enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (2014/2237(INI)).

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2021/2523(RSP)).

(5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali”, COM(2021)102 final.

(6)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal”, COM(2021) 142 final.

(7)  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Children_at_risk_of_poverty_or_social_exclusion

(8)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi – It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (ĠU C 372, 4.11.2020, p. 1).

(9)  Rieżami Annwali tal-2020 mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali (MPPS) u l-iżviluppi fil-politiki tal-protezzjoni soċjali. Rapport dwar l-isfidi soċjali ewlenin u l-messaġġi prinċipali, p. 58.

(10)  https://ec.europa.eu/eurostat/web/european-pillar-of-social-rights/indicators/social-scoreboard-indicators

(11)  F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).


REGOLI TA' PROĊEDURA

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/24


DEĊIŻJONI Nru 42-2021 TAL-QORTI TAL-AWDITURI

tal-20 ta’ Mejju 2021

li tadotta regoli interni dwar restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas tal-attivitajiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI,

WARA LI KKUNSIDRAT it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”);

WARA LI KKUNSIDRAT ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ir-“Regolament”), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 u l-Kapitolu VI tiegħu;

WARA LI KKUNSIDRAT id-diskussjonijiet li saru mill-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tagħha tal-20 ta’ Mejju 2021;

WARA LI KKONSULTAT lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament, li ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta’ Settembru 2019;

 

BILLI fil-qafas tal-attivitajiet tagħha, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-“Qorti”) tipproċessa bosta kategoriji ta’ data personali u hija marbuta li tirrispetta d-drittijiet ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali rikonoxxuti mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 16(1) TFUE;

BILLI f’ċerti ċirkustanzi, jeħtieġ li jiġu rrikonċiljati d-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont ir-Regolament mal-ħtiġijiet tal-kompiti u l-attivitajiet tal-Qorti. Għal dak il-għan, l-Artikolu 25 tar-Regolament jipprevedi, taħt kundizzjonijiet stretti, il-possibbiltà li tiġi ristretta l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 20, 35 u 36, kif ukoll tal-Artikolu 4;

BILLI jenħtieġ li l-Qorti tapplika restrizzjonijiet biss meta dawn jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u jkunu miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika. Jenħtieġ li l-Qorti tittratta r-restrizzjonijiet kollha b’mod trasparenti u tipprovdi informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ restrizzjoni lis-suġġett tad-data;

BILLI jenħtieġ li l-Qorti tneħħi r-restrizzjoni hekk kif il-kundizzjonijiet li jiġġustifikawha ma jibqgħux japplikaw, u tivvaluta dawk il-kundizzjonijiet fuq bażi regolari;

BILLI jenħtieġ li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Qorti (l-“UPD”) jiġi infurmat fi żmien debitu dwar kwalunkwe restrizzjoni li tkun qed tiġi applikata u jwettaq rieżaminar indipendenti tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet, bil-ħsieb li tiġi żgurata konformità ma’ din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIDIET:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kundizzjonijiet li permezz tagħhom il-Qorti, abbażi tal-Artikolu 25 tar-Regolament, tista’ tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 20, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 tiegħu.

Artikolu 2

Restrizzjonijiet

1.   Skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament, il-Qorti tista’ tirrestrinġi, fuq bażi ta’ każ b’każ, l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 20, 35 u 36, kif ukoll tal-Artikolu 4 tiegħu, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 20, meta:

(a)

jitwettqu awditi, abbażi tal-Artikolu 287 TFUE. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(c), (g), (h) tar-Regolament;

(b)

jitwettqu inkjesti amministrattivi, proċedimenti predixxiplinari, dixxiplinari u ta’ sospensjoni, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u skont l-Anness IX tagħhom. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(b), (c), (d), (f), (g), (h) tar-Regolament;

(c)

jiġu pproċessati lmenti interni u esterni kontra membru tal-persunal jew Membru tal-QEA. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament;

(d)

jitwettqu attivitajiet preliminari relatati ma’ każijiet ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(b), (c), (h) tar-Regolament;

(e)

jiġi żgurat li l-membri tal-persunal tal-Qorti jistgħu jipprovdu b’mod kunfidenzjali informazzjoni dwar irregolaritajiet serji li jsiru jafu bihom fil-qadi ta’ dmirijiethom, f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti biex tiġi pprovduta informazzjoni fil-każ ta’ irregolaritajiet serji (żvelar ta’ informazzjoni protetta). Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(f), (h) tar-Regolament;

(f)

jiġi żgurat li l-membri tal-persunal tal-Qorti li jqisu lilhom infushom li kienu suġġetti għal fastidju jistgħu jfittxu b’mod kunfidenzjali konsulenza u appoġġ minn maniġer, persuna ta’ kuntatt, l-uffiċjal mediku jew medjatur, f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 26-2017 tal-Qorti dwar il-politika għaż-żamma ta’ ambjent sodisfaċenti tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u sesswali. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(f), (h) tar-Regolament;

(g)

jitwettqu awditi interni, skont id-Deċiżjoni Nru 38-2016 tal-Qorti li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(c), (g), (h) tar-Regolament;

(h)

jiġi żgurat l-aċċess, skont l-Artikolu 26a tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 16 u 91 tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra, tas-suġġetti tad-data għal data medika ta’ natura psikoloġika jew psikjatrika li tikkonċernahom, fejn l-aċċess dirett għal tali data x’aktarx li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tas-suġġett tad-data, jew għal data medika meta l-eżerċizzju ta’ dak id-dritt ikun jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew ta’ suġġetti oħra. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament;

(i)

tiġi żgurata s-sigurtà interna fil-Qorti, jiġifieri s-sigurtà tal-persuni, l-assi u l-informazzjoni, inkluż it-twettiq ta’ inkjesti dwar is-sigurtà interna, eventwalment b’involviment estern (CERT-UE, awtoritajiet tal-pulizija nazzjonali, eċċ.). Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(a), (b), (c), (d), (g), (h) tar-Regolament;

(j)

jiġi żgurat li l-UPD jista’ jwettaq investigazzjonijiet skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(d), (g), (h) tar-Regolament;

(k)

tingħata assistenza u kooperazzjoni lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lil aġenziji oħra tal-Unjoni, kif ukoll meta l-assistenza u l-kooperazzjoni jiġu riċevuti mingħandhom. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(c), (d), (g), (h) tar-Regolament;

(l)

tingħata assistenza u kooperazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE, lill-pajjiżi terzi u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq talba tagħhom jew fuq inizjattiva proprja, kif ukoll meta l-assistenza u l-kooperazzjoni jiġu riċevuti mingħandhom. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(c), (g), (h) tar-Regolament;

(m)

tiġi pproċessata data personali f’dokumenti miksuba mill-partijiet jew mill-intervenjenti fil-kuntest ta’ proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ir-restrizzjonijiet rilevanti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament;

2.   Il-kategoriji ta’ data jinkludu d-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, l-informazzjoni ta’ kuntatt, ir-rwoli u l-kompiti professjonali, l-informazzjoni dwar l-imġiba u l-prestazzjoni privata u professjonali, u d-data finanzjarja.

3.   Kwalunkwe restrizzjoni għandha tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali f’soċjetà demokratika u għandha tkun meħtieġa u proporzjonata.

4.   Qabel ma jiġu applikati r-restrizzjonijiet, għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità mill-kontrollur u mill-UPD fuq bażi ta’ każ b’każ. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti.

5.   Il-Qorti għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjonijiet applikati, il-bażi ġuridika, il-valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tista’ tkun suġġetta għal restrizzjonijiet, u l-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni. Ir-rekord u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jkun fihom elementi fattwali u legali sottostanti għandhom ikunu parti minn reġistru ad hoc, li għandu jsir disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“EDPS”) fuq talba. Id-dokumentazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet għall-fajl mediku għandha tiġi rreġistrata biss fil-fajl mediku rilevanti.

6.   Meta tipproċessa data personali skambjata ma’ organizzazzjonijiet oħra fil-kuntest tal-kompiti tagħha, il-Qorti għandha tikkonsulta u għandha tiġi kkonsultata minn dawk l-organizzazzjonijiet dwar ir-raġunijiet rilevanti possibbli għall-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet u n-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet, sakemm dan ma jkunx jipperikola l-attivitajiet tal-Qorti.

Artikolu 3

Monitoraġġ tar-restrizzjonijiet u rieżaminar

1.   Ir-restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 għandhom ikomplu japplikaw sakemm iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikawhom jibqgħu applikabbli.

2.   Il-Qorti għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħha. Irid isir ukoll rieżaminar meta l-elementi essenzjali ta’ każ jinbidlu.

Artikolu 4

Salvagwardji

1.   Il-Qorti għandha timplimenta salvagwardji biex tipprevieni l-abbuż jew l-aċċess jew it-trasferiment illegali ta’ data personali li tista’ tkun suġġetta għal restrizzjonijiet. Dawn is-salvagwardji għandhom jinkludu miżuri tekniċi u organizzazzjonali u għandhom jiġu spjegati fid-dettall, kif meħtieġ, fid-deċiżjonijiet, fil-proċeduri u fir-regoli ta’ implimentazzjoni interni tal-Qorti. Is-salvagwardji għandhom jinkludu:

(a)

definizzjoni adegwata tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-passi proċedurali;

(b)

jekk ikun applikabbli, ambjent elettroniku sigur li jipprevieni l-aċċess jew it-trasferiment illegali jew aċċidentali ta’ data elettronika lil persuni mhux awtorizzati;

(c)

jekk ikun applikabbli, il-ħażna u l-ipproċessar siguri ta’ dokumenti tal-karti.

Artikolu 5

Informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-UPD u rrieżaminata minnu

1.   L-UPD għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed kull meta d-drittijiet tas-suġġett tad-data jiġu ristretti skont din id-Deċiżjoni u għandu jingħata aċċess għar-rekord u għal kwalunkwe dokument li jkun fih elementi fattwali u ġuridiċi sottostanti.

2.   L-UPD jista’ jippreżenta talba għal rieżaminar tal-applikazzjoni ta’ restrizzjoni. Il-Qorti għandha tinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tat-talba.

3.   L-involviment tal-UPD fil-proċedura tar-restrizzjonijiet, inklużi l-iskambji ta’ informazzjoni, għandu jkun dokumentat f’forma xierqa.

Artikolu 6

Informazzjoni pprovduta lis-suġġetti tad-data dwar restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom

1.   Il-Qorti għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni ġenerali dwar ir-restrizzjonijiet tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data deskritti fl-Artikolu 2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni, ir-raġunijiet sottostanti u d-durata potenzjali għandhom jiġu spjegati.

2.   Fejn il-Qorti tapplika l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, hija għandha tinforma lis-suġġetti tad-data, mingħajr dewmien żejjed u bil-miktub, dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni, u dwar id-dritt tas-suġġetti tad-data li jressqu lment mal-EDPS u li jfittxu rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Qorti tista’ tiddifferixxi, tħalli barra jew tiċħad l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjoni msemmijin fil-paragrafu 2 sakemm dan ikun jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni. Din il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ.

Artikolu 7

Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġetti tad-data

Meta l-Qorti tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament, hija għandha żżomm rekord u tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni skont l-Artikolu 2(5) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika

1.   Il-Qorti, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, tista’ tirrestrinġi d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament. F’dan il-każ, il-Qorti għandha tiddeskrivi ċ-ċirkustanzi, ir-raġunijiet, ir-riskji rilevanti u s-salvagwardji relatati f’regoli interni speċifiċi.

2.   Meta l-Qorti tirrestrinġi d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, hija għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħha għat-talba ta’ dan tal-aħħar, dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni, u dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem l-EDPS jew li jfittex rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Qorti tista’ tiddifferixxi, tħalli barra jew tiċħad l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjoni msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 sakemm dan iħassar l-effett tar-restrizzjoni. Din il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Mejju 2021.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

Il-President


(1)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).