ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 219I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
21 ta' Ġunju 2021

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/996 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal- Belarussja

1

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/997 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

3

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/998 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

45

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/999 tal-21 ta' Ġunju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

55

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1000 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

57

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1001 tal-21 ta' Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

67

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

70

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/996

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal- Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jipprevedi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u jipprojbixxi li fondi jew riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom b’xi mod ieħor idgħajfu serjament lid-demokrazija jew lill-istat tad-dritt fil-Belarussja jew li jappoġġaw ir-reġim ta’ Lukashenka jew jibbenefikaw minnu. Jipprojbixxi wkoll l-għoti ta’ assistenza teknika marbuta mal-oġġetti u mat-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea jew marbuta mal-forniment, mal-manifattura, mal-manutenzjoni u mal-użu ta’ tali oġġetti. Ir-Regolament jimponi l-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna fil-konfront ta’ kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja, u jipprojbixxi l-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati. Barra minn hekk, jipprojbixxi lit-trasportaturi tal-ajru Belarussi milli jitilqu mit-territorju tal-Unjoni, milli jinżlu fih jew milli jtiru fuqu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 (3) tintroduċi ċerti deżinjazzjonijiet li għandhom fil-mira l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Mejju 2021 wara l-inżul ta’ emerġenza illegali ta’ titjira intra-UE ta’ Ryanair f’Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta’ Mejju 2021. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1001 (4) temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK billi tintroduċi ċerti derogi ġodda għall-iffriżar ta’ fondi u l-projbizzjoni li fondi jew riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ persuni jew entitajiet elenkati sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa ta’ dawk id-deżinjazzjonijiet ġodda. Dawk id-derogi jikkonċernaw titjiriet għal skopijiet umanitarji, għall-evakwazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ persuni, jew għal inizjattivi li jipprovdu appoġġ lill-vittmi ta’ diżastri naturali, nukleari jew kimiċi, għall-attendenza f'laqgħat bl-objettiv li tinstab soluzzjoni għall-kriżi fil-Belarussja jew li jiġu promossi l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, u titjiriet ta’ emerġenza kif ukoll kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-ajru. Dawk id-derogi jeħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 765/2006, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni elenkati fl-Anness I u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li jsiru li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ imposta meħtieġa għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-operat ta’ titjiriet għal skopijiet umanitarji, għall-evakwazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ persuni, jew għal inizjattivi li jipprovdu appoġġ lill-vittmi ta’ diżastri naturali, nukleari jew kimiċi;

(ii)

l-operat ta’ titjiriet fil-qafas ta’ proċeduri ta’ adozzjoni injternazzjonali;

(iii)

l-operat ta’ titjiriet meħtieġa għall-attendenza f’laqgħat bl-objettiv li tinstab soluzzjoni għall-kriżi fil-Belarussja jew li jiġu ppromossi l-objettivi politċi tal-miżuri ristrettivi; jew

(iv)

inżul, tlugħ jew titjir li jgħaddi minn fuq it-territorju minn trasportatur tal-ajru tal-UE, f’każ ta’ emerġenza; jew

(e)

meħtieġa biex jiġu indirizzati kwistjonijiet urġenti u identifikati b’mod ċar dwar is-sikurezza tal-ajru u wara konsultazzjoni minn qabel mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (Belarussja) (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ara paġna 70 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1001 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ara paġna 67 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/997

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Fid-9 ta' Awwissu 2020, il-Belarussja wettqet elezzjonijiet presidenzjali, li nstab li kienu inkonsistenti mal-istandards internazzjonali u li kienu mxekkla mir-repressjoni ta' kandidati indipendenti u repressjoni brutali fuq dimostranti paċifiċi wara dawk l-elezzjonijiet. Fil-11 ta' Awwissu 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni li tqis li l-elezzjonijiet la kienu liberi u lanqas ma kienu ġusti. Ġie ddikjarat ukoll li setgħu jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, l-arresti mhux ġustifikati u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni.

(3)

Minħabba l-eskalazzjoni tal-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, u r-repressjoni vjolenti tas-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti kif ukoll ta' persuni li jagħmlu parti minn minoritajiet nazzjonali, jenħtieġ li jiġu adottati deżinjazzjonijiet addizzjonali ta' persuni u entitajiet.

(4)

Fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna b'mod qawwi l-inżul furzat ta' titjira tar-Ryanair f'Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta' Mejju 2021 fejn ġiet ipperikolata s-sikurezza tal-avjazzjoni, u d-detenzjoni mill-awtoritajiet Belarussi tal-ġurnalist Raman Pratasevich u ta' Sofia Sapega. Il-Kunsill Ewropew appella lill-Kunsill biex jadotta elenkar addizzjonali ta’ persuni u entitajiet mill-aktar fis possibbli abbażi tal-qafas ta’ sanzjonijiet rilevanti.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li 78 persuna u 7 entitajiet jinżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) 765/2006 huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella "A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)":

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“89.

Natallia Mikhailauna BUHUK

Natalia Mikhailovna BUGUK

Наталля Мiхайлаўна БУГУК

Наталья Михайловна БУГУК

Imħallef tal-qorti tad-distrett ta' Fruzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 19.12.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Fruzensky f'Minsk, Natallia Buhuk hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti u dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar ta' Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

21.6.2021

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

90.

Alina Siarhieeuna KASIANCHYK

Alina Sergeevna KASYANCHYK

Алiна Сяргееўна КАСЬЯНЧЫК

Алина Сергеевна КАСЬЯНЧИК

Assistent Prosekutur tal-Qorti tad-Distrett ta' Fruzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 12.03.1998

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala assistent prosekutur fil-Qorti tad-Distrett ta' Fruzensky f'Minsk, Alina Kasianchyk irrappreżentat ir-reġim ta' Lukashenka f'kawżi politikament motivati kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti. B'mod partikolari, hija ħarrket lill-ġurnalisti Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova talli rreġistraw protesti paċifiċi, fuq l-akkużi bla bażi ta' "reat ta' assoċjazzjoni" u "ksur tal-ordni pubbliku". Hija ħarrket ukoll membri tas-soċjetà ċivili Belarussa eż. talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi, u sellmu lid-dimostrant maqtul Aliaksandr Taraikousky. Hija kontinwament talbet lill-imħallef għal sentenzi ta' ħabs fit-tul.

91.

Ihar Viktaravich KURYLOVICH

Igor Viktorovich KURILOVICH

Iгар Вiĸтаравiч КУРЫЛОВIЧ,

Игорь Викторович КУРИЛОВИЧ

Investigatur Għoli tad-Dipartiment Distrettwali ta' Frunzensky tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 26.09.1990

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Investigatur Għoli tal-Qorti tad-Distrett ta' Fruzensky f'Minsk, Ihar Kurylovich kien involut fit-tħejjija ta' kawża kriminali politikament motivata kontra l-ġurnalisti Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova. Il-ġurnalisti, li rreġistraw protesti paċifiċi, ġew akkużati bi ksur tal-ordni pubbliku u ngħataw sentenza ta' sentejn ħabs.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

92.

Siarhei Viktaravich SHATSILA

Sergei Viktorovich SHATILO

Сяргей Вiĸтаравiч ШАЦIЛА

Сергей Виĸторович ШАТИЛО

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk

Data tat-twelid: 13.08.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk, Siarhei Shatsila huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar ta' Natallia Hersche, Dzmitry Halko u Dzmitry Karatkevich, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

93.

Anastasia Vasileuna ACHALAVA

Anastasia Vasilievna ACHALOVA

Анастасiя Васiльеўна АЧАЛАВА

Анастасия Васильевна АЧАЛОВА

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk

Data tat-twelid: 15.10.1992

Post tat-twelid: Minsk, Belarussja

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk, Anastasia Achalava hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar tal-membru tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni Dzmitry Kruk, kif ukoll kontra persunal mediku u ċittadini anzjani. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta' dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda anonimi.

21.6.2021

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

94.

Mariya Viachaslavauna YAROKHINA

Maria Viacheslavovna YEROKHINA

Марыя Вячаславаўна ЯРОХIНА

Мария Вячеславовна ЕРОХИНА

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 04.07.1987

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk, Mariya Yerokhina hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti tat-trade unions, sportivi u dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar tal-ġurnalist Uladzimir Hrydzin.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

95.

Yuliya Aliaksandrauna BLIZNIUK

Yuliya Aleksandrovna BLIZNIUK

Юлiя Аляĸсандраўна БЛIЗНЮК

Юлия Алеĸсандровна БЛИЗНЮК

Viċi President/imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 23.09.1971

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk, Yuliya Blizniuk hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar tal-attivisti Artsiom Khvashcheuski, Artsiom Sauchuk, Maksim Pauliushchyk. Dawn il-persuni huma meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

96.

Anastasia Dzmitreuna KULIK

Anastasia Dmitrievna KULIK

Анастасiя Дзмiтрыеўна КУЛIК

Анастасия Дмитриевна КУЛИК

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk

Data tat-twelid: 28.07.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk, Anastasia Kulik hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari għas-sentenzjar ta' Aliaksandr Zakharevich, meqjus priġunier politiku minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

97.

Maksim Leanidavich TRUSEVICH

Maksim Leonidovich TRUSEVICH

Маĸсiм Леанiдавiч ТРУСЕВIЧ

Маĸсим Леонидович ТРУСЕВИЧ

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk

Data tat-twelid: 12.08.1989

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk, Maksim Trusevich huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

98.

Tatsiana Yaraslavauna MATYL

Tatiana Yaroslavovna MOTYL

Тацяна Яраславаўна МАТЫЛЬ

Татьяна Ярославовна МОТЫЛЬ

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Moskovsky f'Minsk

Data tat-twelid: 20.01.1968

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Moskovsky f'Minsk, Tatsiana Matyl hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari għas-sentenzjar tal-politiku tal-oppożizzjoni Mikalai Statkevich u l-ġurnalist Alexander Borozenko. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

99.

Aliaksandr Anatolevich RUDZENKA

Aleksandr Anatolevich RUDENKO

Аляĸсандр Анатольевiч РУДЗЕНКА

Алеĸсандр Анатольевич РУДЕНКО

Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk

Data tat-twelid: 01.12.1981

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk, Aliaksandr Rudzenka huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari l-immultar ta' dimostrant anzjan u b'diżabbiltà, kif ukoll is-sentenzjar ta' Lyudmila Kazak – l-avukat ta' Mariya Kalesnikava, mexxej tal-oppożizzjoni tal-Belarussja. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

21.6.2021

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

100.

Aliaksandr Aliaksandravich VOUK

Aleksandr Aleksandrovich VOLK

Аляĸсандр Аляĸсандравiч ВОЎК

Алеĸсандр Алеĸсандрович ВОЛК

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk

Data tat-twelid: 01.08.1979

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk, Aliaksandr Vouk huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari s-sentenzjar tal-aħwa Anastasia u Victoria Mirontsev, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

101.

Volha Siarheeuna NIABORSKAIA

Olga Sergeevna NEBORSKAIA

Вольга Сяргееўна НЯБОРСКАЯ

Ольга Сергеевна НЕБОРСКАЯ

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk

Data tat-twelid: 14.02.1991

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk, Volha Niaborskaya hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti, b'mod partikolari s-sentenzjar ta' Sofia Malashevich u Tikhon Kliukach, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

102.

Marina Sviataslavauna ZAPASNIK

Marina Sviatoslavovna ZAPASNIK

Марына Святаславаўна ЗАПАСНIК

Марина Святославовна ЗАПАСНИК

Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk

Data tat-twelid: 28.03.1982

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk, Marina Zapasnik hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari is-sentenzjar tal-attivisti Vladislav Zenevich, Olga Pavlova, Olga Klaskovskaya, Viktar Barushka, Sergey Ratkevich, Aleksey Charvinskiy, Andrey Khrenkov, l-istudent Viktor Aktistov, u l-minorenni Maksim Babich. Kollha huma rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

103.

Maksim Yurevich FILATAU

Maksim Yurevich FILATOV

Максiм Юр'евiч Фiлатаў

Максим Юрьевич ФИЛАТОВ

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Lida

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Lida, Maksim Filatau huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari s-sentenzjar tal-attivist Vitold Ashurok, li huwa rikonoxxut bħala priġunier politiku minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

104.

Andrei Vaclavavich HRUSHKO

Andrei Vatslavovich GRUSHKO

Андрэй Вацлававiч ГРУШКО

Андрей Вацлавович ГРУШКО

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky ta' Brest

Data tat-twelid: 24.01.1979

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky ta' Brest, Andrei Hrushko huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari bis-sentenzjar ta' attivisti, rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi, u ta' minorenni.

105.

Dzmitry Iurevich HARA

Dmitry Iurevich GORA

Дзмiтрый Юр'евiч ГАРА

Дмитрий Юрьевич ГОРА

President tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja (maħtur fil-11 ta' Marzu 2021)

Eks Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja (sal-11 ta' Marzu 2021)

Data tat-twelid: 04.05.1970

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali sa Marzu 2021, Dzmitry Hara jġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Is-Sur Hara kien involut ukoll fit-tnedija ta' proċedimenti kriminali politikament motivati kontra Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya.

21.6.2021

Post tat-twelid: Tbilisi, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Georgia)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Bħala l-Kap tal-Kummissjoni Intergovernattiva maħluqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali biex jiġu investigati l-ilmenti taċ-ċittadini dwar l-abbuż ta' poter minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, Dzmitry Hara huwa responsabbli għan-nuqqas ta' azzjoni ta' din l-istituzzjoni, peress li mhuwa magħruf ebda każ ta' tali investigazzjoni, minkejja applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' kawżi kriminali li jilmentaw l-użu tal-vjolenza, it-trattament ħażin u t-tortura.

Minn Marzu 2021, huwa l-President tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja. F'din il-pożizzjoni huwa responsabbli għall-prosekuzzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u parteċipanti fi protesti paċifiċi.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika

106.

Aliaksei Kanstantsinavich STUK

Alexey Konstantinovich STUK

Аляĸсей Канстанцiнавiч СТУК

Алеĸсей Константинович СТУК

Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja

Data tat-twelid: 1959

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali, Aliaksei Stuk iġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra l-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Huwa responsabbli għall-issikkar tal-kontroll mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-attivitajiet taċ-ċittadini fil-lokalitajiet u fil-postijiet tax-xogħol u huwa responsabbli għall-applikazzjoni ta' responsabbiltajiet legali eċċessivi fuq parteċipanti fi protesti paċifiċi. Huwa qal pubblikament li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ser jaħdem biex jidentifika assoċjazzjonijiet ''illegali'' taċ-ċittadini u jrażżan l-attivitajiet tagħhom.

21.6.2021

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

107.

Genadz Iosifavich DYSKO

Gennadi Iosifovich DYSKO

Генадзь Iосiфавiч ДЫСКО

Геннадий Иосифович ДЫСКО

Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja, Konsulent tal-Istat għall-Ġustizzja tat-tielet klassi Data tat-twelid: 22.03.1964

Post tat-twelid: Oshmyany, reġjun ta' Hrodna, (eks Unjoni Sovjetika) illum il-Belarussja

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali, Genadz Dysko jġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra l-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Huwa kien involut ukoll fit-tnedija ta' proċedimenti kriminali politikament motivati kontra Siarhei Tsikhanousky - attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidata presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

108.

Sviatlana, Anatoleuna LYUBETSKAYA

Svetlana Anatolevna LYUBETSKAYA

Святлана Анатольеўна ЛЮБЕЦКАЯ

Светлана Анатольевна ЛЮБЕЦКАЯ

Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi

Data tat-twelid: 03.06.1971

Post tat-twelid: eks Unjoni Sovjetika (illum l-Ukrajna)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Sviatlana Lyubetskaya hija responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż għat-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

21.6.2021

109.

Aliaksei Uladzimiravich IAHORAU

Alexei Vladimirovich YEGOROV

Аляксей Уладзiмiравiч ЯГОРАЎ

Алексей Владимирович ЕГОРОВ

Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, Viċi President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi

Data tat-twelid: 16.12.1969

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Aliaksei Iahorau huwa responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż għat-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

21.6.2021

Post tat-twelid: Novosokolniki, reġjun ta' Pskov, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

110.

Aliaksandr Paulavich AMELIANIUK

Aleksandr Pavlovich OMELYANYUK

Аляксандр Паўлавiч АМЕЛЬЯНЮК

Александр Павлович ОМЕЛЬЯНЮК

Data tat-twelid: 06.03.1964

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Aliaksandr Amelianiuk huwa responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż it-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

21.6.2021

Post tat-twelid: Kobrin, Reġjun/ Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

111.

Andrei Mikalaevich MUKAVOZCHYK

Andrei Nikolaevich MUKOVOZCHYK

Андрэй Мiĸалаевiч МУКАВОЗЧЫК

Андрей Ниĸолаевич МУКОВОЗЧИК

Osservatur politiku ta' "Belarus Today" ("Sovietskaia Belarus - Belarus Segodnya")

Data tat-twelid: 13.06.1963

Post tat-twelid: Novosibirsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa)

Andrei Mukavozchyk huwa wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta' Lukashenka li jippubblika f'"Belarus Today", il-gazzetta uffiċjali tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. Fl-artikli tiegħu, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jiġu sistematikament deskritti b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata. Hu wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

21.6.2021

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: MP 3413113 u MP 2387911

F'Mejju 2020, Mukavozchyk ingħata l-premju tal-"Pinna tad-Deheb" minn organizzazzjoni favur il-gvern il-Union Belarussa tal-Ġurnalisti. F'Diċembru 2020, ingħata l-premju "Ittra tad-Deheb", mingħand ir-rappreżentanti tal-Ministeru għall-Informazzjoni tal-Belarussja. F'Jannar 2021, Lukashenka ffirma digriet fejn ta midalja lil Mukavozchyk "Għal merti ta' xogħol".

Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

112.

Siarhei Aliaksandravich GUSACHENKA

Sergey Alexandrovich GUSACHENKO

Сяргей Аляксандравiч ГУСАЧЭНКА

Сергей Александрович ГУСАЧЕНКО

Viċi President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat(Belteleradio Company)

Data tat-twelid: 05.11.1983

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Nru tat-telefon tal-uffiċċju: (+375-17) 369 90 15

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi President ta' Belteleradiocompany, it-Televiżjoni tal-Istat, awtur u preżentatur tal-programm televiżiv ta' propaganda ta' kull ġimgħa "Glavnyy efir", Siarhei Gusachenka qiegħed intenzjonalment jipprovdi lill-pubbliku Belarussu informazzjoni falza dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet, il-protesti u r-repressjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet statali. Huwa direttament responsabbli għall-mod li bih it-Televiżjoni tal-Istat tippreżenta l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b'hekk jagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż Lukashenka.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

113.

Genadz Branislavavich DAVYDZKA

Gennadi Bronislavovich DAVYDKO

Генадзь Бранiслававiч ДАВЫДЗЬКА

Геннадий Брониславович ДАВЫДЬКO

Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti, President tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Media

President tal-organizzazzjoni politika Belarussa Belaya Rus

Data tat-twelid: 29.09.1955

Bħala l-President ta' Belaya Rus, organizzazzjoni ewlenija favur Lukashenka, Genadz Davydzka huwa wieħed mill-propagandisti prinċipali tar-reġim. Fl-appoġġ tiegħu għal Lukashenka, sikwit juża lingwaġġ xewwiexi, u ħeġġeġ il-vjolenza tal-apparat tal-istat fuq dimostranti paċifiċi.

Post tat-twelid: villaġġ ta' Popovka, Senno/Sjanno, Reġjun ta' Vitebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Passaport MP2156098

114.

Volha Mikalaeuna CHAMADANAVA

Olga Nikolaevna CHEMODANOVA

Вольга Мiĸалаеўна ЧАМАДАНАВА

Ольга Ниĸолаевна ЧЕМОДАНОВА

Segretarju tal-Istampa tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja

Data tat-twelid: 13.10.1977

Post tat-twelid: reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Kurunell

Passaport: MC1405076

Billi hija l-persuna ewlenija għall-media tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, Volha Chamadanava għandha rwol ewlieni fit-tgħawwiġ ta', u d-devjazzjoni tal-attenzjoni mill-fatti tal-vjolenza kontra d-dimostranti, kif ukoll fit-tixrid ta' informazzjoni falza dwarhom. Hija heddet lid-dimostranti paċifiċi u tkompli tiġġustifika l-vjolenza kontrihom.

Peress li hija parti mill-apparat tas-sigurtà u titkellem f'ismu, hija għaldaqstant qed tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

115.

Siarhei Ivanavich SKRYBA

Sergei Ivanovich SKRIBA

Сяргей Iванавiч СКРЫБА

Сергей Иванович СКРИБА

Viċi Kanċillier tal-Università Ekonomika Statali Belarussa għall-Ħidma Edukattiva

Data tat-twelid: 21.11.1964 / 1965

Post tat-twelid: Kletsk, Reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Indirizz elettroniku: skriba_s@bseu.by

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kanċillier tal-Università Ekonomika Statali Belarussa (BSEU) għall-ħidma edukattiva, Siarhei Skryba hu responsabbli għas-sanzjonijiet li ttieħdu kontra studenti għas-sehem tagħhom fi protesti paċifiċi, inkluż it-tkeċċija tagħhom mill-università.

Xi wħud minn dawn is-sanzjonijiet ittieħdu wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

Hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

116.

Siarhei Piatrovich, RUBNIKOVICH

Sergei Petrovich RUBNIKOVICH

Сяргей Пятровiч РУБНIКОВIЧ Сергей Петрович РУБНИКОВИЧ

Rettur tal-Università Medika Statali Belarussa Data tat-twelid: 1974

Post tat-twelid: Sharkauschyna, Reġjun/Oblast ta' Vitebsk/ Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Medika Statali Belarussa, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Siarhei Rubnikovich huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

117.

Aliaksandr Henadzevich BAKHANOVICH

Aleksandr Gennadevich BAKHANOVICH

Аляĸсандр Генадзевiч БАХАНОВIЧ

Алеĸсандр Геннадьевич БАХАНОВИЧ

Rettur tal-Università Teknika Statali ta' Brest

Data tat-twelid: 1972

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Teknika Statali ta' Brest, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Aliaksandr Bakhanovich huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

Bakhanovich hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

118.

Mikhail Ryhoravich BARAZNA

Mikhail Grigorevich BOROZNA

Мiхаiл Рыгоравiч БАРАЗНА

Михаил Григорьевич БОРОЗНА

Rettur tal-Akkademja tal-Arti Statali Belarussa (BSAA)

Data tat-twelid: 20.11.1962

Post tat-twelid: Rakusheva, Reġjun/ Oblast ta' Mahileu/ Mogiliev, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Akkademja tal-Arti Statali Belarussa (BSAA), Mikhail Barazna huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Universita li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi.

L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

Mikhail Barazna hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

119.

Maksim Uladzimiravich RYZHANKOU

Maksim Vladimirovich RYZHENKOV

Максiм Уладзiмiравiч РЫЖАНКОЎ

Максим Владимирович РЫЖЕНКОВ

L-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali

Data tat-twelid: 19.06.1972

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, Maksim Ryzhankou huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għal aktar minn 20 sena tal-karriera tiegħu fis-servizz ċivili tal-Belarussja huwa kellu għadd ta' karigi, fosthom fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u diversi ambaxxati. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

120.

Dzmitry Aliaksandravich LUKASHENKA

Dmitry Aleksandrovich LUKASHENKO

Дзмiтрый Аляксандравiч ЛУКАШЭНКА

Дмитрий Александрович ЛУКАШЕНКО

Negozjant, president tal-Klabb Sportiv tal-President

Data tat-twelid: 23.03.1980

Post tat-twelid: Mogilev/Mahiliou eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Dzmitry Lukashenka huwa iben Aliaksandr Lukashenka u negozjant. Ilu president tal-Assoċjazzjoni Statali-Pubblika l-"Klabb Sportiv Presidenzjali" mill-2005 u fl-2020 reġà ġie elett f'din il-kariga. Permezz ta' din l-entità, huwa jagħmel negozju u jikkontrolla għadd ta' intrapriżi. Kien preżenti għall-inawgurazzjoni sigrieta ta' Aliaksandr Lukashenka f'Settembru 2020. Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

21.6.2021

121.

Liliya Valereuna LUKASHENKA (SIAMASHKA)

Liliya Valerevna LUKASHENKO (SEMASHKO)

Лiлiя Валер'еўна ЛУКАШЭНКА (СЯМАШКА)

Лилия Валерьевна ЛУКАШЕНКО (СЕМАШКО)

Negozjant, direttur ta' gallerija tal-arti

Data tat-twelid: 1978 jew 1979

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Liliya Lukashenka hija mart Viktar Lukashenka u bint tar-rispett ta' Aliaksandr Lukashenka. Hija kienet marbuta mill-qrib ma' għadd ta' kumpanniji ta' profil għoli, li bbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka, fosthom Dana Holdings / Dana Astra, Belkhudozhpromysly concern u Eastleigh trading Ltd. Kienet preżenti, flimkien ma' żewġha Viktar Lukashenka, għall-inawgurazzjoni sigrieta ta' Aliaksandr Lukashenka f'Settembru 2020. Għaldaqstant qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah

21.6.2021

122.

Valeri Valerevich IVANKOVICH

Valery Valerevich IVANKOVICH

Валерый Валер'евiч IВАНКОВIЧ

Валерий Валерьевич ИВАНКОВИЧ

Direttur Ġenerali ta' OJSC "MAZ".

Data tat-twelid: 1971

Post tat-twelid: Novopolotsk, Repubblika Sovjetika Soċjalista Belarussa (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta' OJSC "MAZ", Valeri Ivankavich iġorr responsabbiltà għad-detenzjoni ta' ħaddiema tal-MAZ fil-bini tal-MAZ mill-forzi tas-sigurtà, u għat-tkeċċija mix-xogħol ta' impjegati tal-MAZ li kienu qed jieħdu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

Huwa nħatar minn Lukashenka bħala membru tal-kummissjoni bil-kompitu li tabbozza emendi għall-kostituzzjoni tal-Belarussja. Għaldaqstant hu jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

123.

Aliaksandr Yauhenavich SHATROU

Alexander (Alexandr) Evgenevich SHATROV

Аляксандр Яўгенавiч ШАТРОЎ Александр Евгеньевич ШАТРОВ

Negozjat, Sid u Uffiċjal Kap Eeżekuttiv ta' LLC Synesis

Data tat-twelid:

Post tat-twelid: Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa, Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-uffiċjal kap eżekuttiv u s-sid ta' LLC Synesis, Alexander Shatrov huwa responsabbli għad-deċiżjoni ta' din il-kumpannija li tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi pjattaforma ta' sorveljanza, Kipod, li tista' tfittex f'filmati u tanalizzahom, u tuża software ta' rikonoxximent tal-wiċċ. Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat.

21.6.2021

Synesis LLC u s-sussidjarja tagħha Panoptes jibbenefikaw mis-sehem tagħhom fis-Sistema ta' Monitoraġġ tas-Sikurezza Repubblikana. Kumpanniji oħrajn li huma proprjetà jew proprjetà konġunta ta' Shatrov, bħal BelBet u Synesis Sport, ukoll jibbenefikaw minn kuntratti tal-gvern.

Huwa għamel stqarrijiet pubbliċi fejn ikkritika lil dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim ta' Lukashenka u qiegħed f'perspettiva n-nuqqas ta' demokrazija fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u jappoġġah.

124.

Siarhei Siamionavich TSIATSERYN

Sergei Semionovich TETERIN

Сяргей Сямёнавiч ЦЯЦЕРЫН

Сергей Семёнович ТЕТЕРИН

Negozjant, sid ta' BELGLOBALSTART, koproprjetarju ta' VIBEL, President tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis

Data tat-twelid: 07.01.1961

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Siarhei Tsiatseryn huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b'interessi ta' negozju fid-distribuzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi (permezz tal-kumpannija tiegħu "Belglobalstart"), prodotti tal-ikel u għamara. Huwa parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' Lukashenko.

Fl-2019, Belglobalstart ingħatat opportunità li tibda l-bini ta' ċentru multifunzjonali ta' negozju quddiem il-palazz presidenzjali f'Minsk. Huwa koproprjetarju tal-kumpannija VIBEL li tbigħ reklami fuq għadd ta' stazzjonijiet televiżivi nazzjonali Belarussi. Huwa l-president tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis u eks assistent ta' Lukashenka għal kwistjonijiet sportivi.

21.6.2021

Għamel kummenti pubbliċi li fihom ikkundanna lill-isportivi tal-Belarussja talli esprimew il-protesti tagħhom kontra r-reġim ta' Lukashenka, fejn ipprotestaw kontra l-vjolenza fuq u l-persekuzzjoni ta' dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem. Pubblikament talab lil dawn l-isportivi jagħtu lura l-flus kollha li l-istat kien investa fihom.

Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u jappoġġah.

125.

Mikhail Safarbekovich GUTSERIEV

Микаил (Михаил) Сафарбекович ГУЦЕРИЕВ

Negozjant, sid tal-kumpanniji Safmar, Slavkali u Slavneft

Data tat-twelid: 09.05.1958

Post tat-twelid: Akmolinsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Każakistan)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Mikhail Gutseriev huwa negozjant prominenti Russu, b'interessi ta' negozju fil-Belarussja fis-setturi tal-enerġija, tal-potassa, tal-ospitalità u oħrajn. Huwa ilu żmien twil ħabib ta' Aliaksandr Lukashenka u bis-saħħa ta' din l-assoċjazzjoni akkumula ġid u influwenza sinifikanti fost l-elit politiku fil-Belarussja. "Safmar", kumpannija kkontrollata minn Gutseriev, kienet l-unika ditta taż-żejt Russa li kompliet tforni ż-żejt lir-raffineriji Belarussi waqt il-kriżi tal-enerġija bejn il-Belarussja u r-Russja fil-bidu tal-2020.

21.6.2021

Gutseriev appoġġa wkoll lil Lukashenka f'tilwim mar-Russja dwar il-kunsinni taż-żejt. Gutseriev huwa s-sid tal-kumpannija "Slavkali", li qed tibni l-impjant ta' tħaffir u proċessar tal-klorur tal-potassju ta' Nezhinsky ibbażat fuq id-depożitu ta' melħ potassiku ta' Starobinskiy qrib Lyuban. Huwa l-akbar investiment fil-Belarussja, b'valur ta' $2 biljun. Lukashenka wiegħed li jibdel l-isem tal-belt ta' Lyuban għal Gutserievsk biex jagħtih ġieħ. In-negozji l-oħrajn tiegħu fil-Belarussja jinkludu l-istazzjonijiet tal-fjuwil u d-depożiti taż-żejt "Slavneft", lukanda, ċentru tan-negozju u terminal tal-ajruport f'Minsk. Lukashenka ddefenda lil Gutseriev wara li nbdiet investigazzjoni kriminali kontrih fir-Russja. Lukashenka rringrazzja wkoll lil Gutseriev għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-karità u l-investimenti ta' biljuni ta' dollari fil-Belarussja. Gutseriev huwa rrappurtat li rregala lil Lukashenka rigali lussużi.

Huwa ddikjara wkoll li huwa s-sid ta' residenza, li de facto tappartjeni lil Lukashenka, u b'hekk għattielu meta l-ġurnalisti bdew jinvestigaw l-assi ta' Lukashenka. Gutseriev huwa rrappurtat li attenda l-inawgurazzjoni sigrieta ta' Lukashenka fit-23 ta' Settembru 2020. F'Ottubru 2020, Lukashenka u Gutseriev it-tnejn dehru fil-ftuħ ta' knisja ortodossa, li dan tal-aħħar sponsorja. Skont rapporti tal-media, meta l-impjegati tal-media tal-istat Belarussa li kienu qed jistrajkjaw tkeċċew f'Awwissu 2020, ħaddiema tal-media Russi twasslu lejn il-Belarussja abbord inġenji tal-ajru li jappartjenu lil Gutseriev sabiex jissostitwixxu l-ħaddiema mkeċċija, u qagħdu fil-lukanda Minsk Renaissance li tappartjeni lil Gutseriev. Għaldaqstant Mikhail Gutseriev qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

126.

Aliaksey Ivanavich ALEKSIN

Alexei Ivanovich OLEKSIN

Аляксей Iванавiч АЛЕКСIН

Алексей Иванович ОЛЕКСИН

Negozjant, Koproprjetarju tal-Grupp Bremino,

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Aliaksei Aleksin huwa wieħed min-negozjanti ewlenin fil-Belarussja, b'interessi ta' negozju fis-setturi taż-żejt u l-enerġija, il-proprjetà immobbli, l-iżvilupp, il-loġistika, it-tabakk, il-bejgħ bl-imnut, il-finanzi u oħrajn. Huwa jgawdi minn relazzjoni mill-qrib ma' Aliaksandr Lukashenka u ma' ibnu u l-eks Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali Viktar Lukashenka. Huwa attiv fil-moviment tal-motoċiklisti fil-Belarussja, passatemp li jaqsam ma' Viktar Lukashenka. Il-kumpannija tiegħu hija s-sid ta' proprjetà f'"Alexandria 2" (reġjun ta' Mogilev), magħruf bħala "residenza presidenzjali", li Aliaksandr Lukashenka jżur spiss.

21.6.2021

Huwa il-koproprjetarju ta' "Bremino Group" – l-inizjatur u koamministratur tal-proġett taż-żona ekonomika speċjali Bremino-Orsha maħluqa permezz ta' digriet presidenzjali ffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Il-kumpannija rċeviet appoġġ statali għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa u benefiċċji oħra. Aleksin u sidien oħra ta' Bremino Group irċevew appoġġ minn Viktar Lukashenka.

Il-kumpanniji "Inter Tobacco" u "Energo-Oil", li jappartjenu lil Aleksin u membri familjari stretti tiegħu, ingħataw privileġġi esklussivi biex jimportaw prodotti tat-tabakk lejn il-Belarussja, abbażi ta' digriet iffirmat minn Aliaksandr Lukashenka, u rċevew appoġġ mill-istat għall-ħolqien ta' kiosks Tabakierka. Huwa kien allegatament involut fit-twaqqif tal-ewwel kumpannija militari privata approvata mill-gvern fil-Belarussja "GardServis", b'rabtiet irrappurtati mal-apparat tas-sigurtà tal-Belarussja. Għaldaqstant huwa qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

127.

Aliaksandr Mikalaevich ZAITSAU

Alexander (Alexandr) Nikolaevich ZAITSEV

Аляксандр Мiкалаевiч ЗАЙЦАЎ

Александр Николаевич ЗАЙЦЕВ

Negozjant, koproprjetarju tal-Grupp Bremino u l-Grupp Sohra

Data tat-twelid: 22.11.1976 jew 22.11.1975

Post tat-twelid: Ruzhany, Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Aliaksandr Zaitsau huwa l-eks assistent ta' Viktar Lukashenka, iben u eks Konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali għal Aliaksandr Lukashenka. Permezz ta' aċċess għall-familja Lukashenka Zaitsau jikseb kuntratti ta' valur għoli għan-negozji tiegħu. Huwa s-sid tal-Grupp Sohra li ngħata d-dritt li jesporta l-produzzjoni ta' intrapriżi proprjetà tal-istat (tratturi, trakkijiet) fil-pajjiżi tal-Golf u Afrikani. Huwa wkoll koproprjetarju tal-Grupp Bremino. Il-kumpannija rċeviet appoġġ statali għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa u benefiċċji oħra. Zaitsau u sidien oħra ta' Bremino Group irċevew appoġġ minn Viktar Lukashenka.

21.6.2021

Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u jappoġġah.

128.

Ivan Branislavavich MYSLITSKI

Ivan Bronislavovich MYSLITSKIY

Iван Бранiслававiч МЫСЛIЦКI

Иван Брониславович МЫСЛИЦКИЙ

L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 23.10.1976

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Ivan Myslitski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

21.6.2021

Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

129.

Aleh Mikalaevich, BELIAKOU

Oleg Nikolaevich BELIAKOV

Алег Мiĸалаевiч БЕЛЯКОЎ

Олег Ниĸолаевич БЕЛЯКОВ

Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Aleh Beliakou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

130.

Uladzislau Aliakseevich MANDRYK

Vladislav Alekseevich MANDRIK

Уладзiслаў Аляксеевiч МАНДРЫК

Владислав Алексеевич МАНДРИК

Data tat-twelid: 04.07.1971

Post tat-twelid:

Karta tal-identità nazzjonali: 3040771A125PB2; Passaport: MP3810311.

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Uladzislau Mandryk huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

131.

Andrei Mikalaevich DAILIDA

Andrei Nikolaevich DAILIDA

Андрэй Мiкалаевiч ДАЙЛIДА

Андрей Ниĸолаевич ДАЙЛИДА

Data tat-twelid: 01.07.1974

Post tat-twelid:

Passaport: KH2133825

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Andrei Dailida huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenko ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

21.6.2021

Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għall-ħidma tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, f'Diċembru 2020 huwa ngħata l-Ordni Presidenzjali għas-servizz lill-Art tat-twelid u għalhekk ibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

132.

Aleh Mikalaevich LASHCHYNOUSKI

Oleg Nikolaevich LASHCHINOVSKII

Алег Мiкалаевiч ЛАШЧЫНОЎСКI

Олег Николаевич ЛАЩИНОВСКИЙ

Eks Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 12.05.1963

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Aleh Lashchynouski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

21.6.2021

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet Belarussi u l-miżuri ta' repressjoni meħuda hemmhekk, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali.

133.

Zhana Uladzimirauna BATURYTSKAIA

Zhanna Vladimirovna BATURITSKAYA

Жана Уладзiмiраўна БАТУРЫЦКАЯ

Жанна Владимировна БАТУРИЦКАЯ

Kap tad-Direttorat għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 20.04.1972

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha ta' Kap tad-Direttorat għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Zhana Baturitskaia hija responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

21.6.2021

Fil-pożizzjoni tagħha, iġġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet ta' detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat, tortura brutali.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

134.

Dzmitry Mikalaevich STREBKOU

Dmitry Nikolaevich STREBKOV

Дзмiтрый Мiкалаевiч СТРЭБКОЎ

Дмитрий Николаевич СТРЕБКОВ

Kap tal-Ħabs Nru. 8 f'Zhodino

Data tat-twelid: 19.03.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tal-Ħabs Nru 8 f'Zhodino, Dzmitry Strebkou huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi fiċ-ċentru ta' detenzjoni u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni, inkluż fiċ-ċentru ta' detenzjoni temporanju tagħha, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

135.

Yauhen Andreevich SHAPETSKA

Evgeniy Andreevich SHAPETKO

Яўген Андрэевiч ШАПЕЦЬКА

Евгений Андреевич ШАПЕТЬКО

Kap taċ-ċentru ta' iżolament għat-trasgressuri f'Akrestina

Data tat-twelid: 30.03.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap taċ-Ċentru ta' Iżolament għat-Trasgressuri f'Akrestina, Yauhen Shapetska huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi fiċ-ċentru ta' iżolament u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

136.

Ihar Ryhoravich KENIUKH

Igor Grigorevich KENIUKH

Iгар Рыгоравiч КЕНЮХ

Игорь Григорьевич КЕНЮХ

Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina

Data tat-twelid: 21.01.1980

Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta' Gomel, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina, Ihar Keniukh huwa responsabbli għal kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

21.6.2021

Għamel pressjoni fuq il-persunal mediku biex jitneħħew it-tobba li jissimpatizzaw mad-dimostranti. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha," l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura.

137.

Hleb Uladzimiravich DRYL

Gleb Vladimirovich DRIL

Глеб Уладзiмiравiч ДРЫЛЬ

Глеб Владимирович ДРИЛЬ

Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina

Data tat-twelid: 12.05.1980

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju, Hleb Dryl huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

21.6.2021

Skont ix-xhieda tax-xhud, xi nisa detenuti mid-9 sat-12 ta' Awwissu 2020 ġew msawta b'mod aħrax fiċ-ċentri tad-detenzjoni. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha", l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura.

138.

Uladzimir Iosifavich LAPYR

Vladimir Yosifovich LAPYR

Уладзiмiр Iосiфавiч ЛАПЫР

Владимир Иосифович ЛАПЫРЬ

Data tat-twelid: 21.08.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina, Uladzimir Lapyr huwa responsabbli għal kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha," l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura.

139.

Aliaksandr Uladzimiravich VASILIUK

Alexander (Alexandr) Vladimirovich VASILIUK

Аляксандр Уладзiмiравiч ВАСIЛЮК

Александр Владимирович ВАСИЛЮК

Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 08.05.1975

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksandr Vasiliuk huwa responsabbli għal persekuzzjonijiet u detenzjoni politikament motivati, b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni, inkluż il-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa Mariya Kalesnikava li hija meqjusa priġunier politiku minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa responsabbli wkoll għad-detenzjoni ta' diversi rappreżentanti tal-media tal-oppożizzjoni.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

140.

Yauhen Anatolevich ARKHIREEU

Evgeniy Anatolevich ARKHIREEV

Яўген Анатольевiч АРХIРЭЕЎ

Евгений Анатольевич АРХИРЕЕВ

Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet, Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 1.07.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Yauhen Arkhireeu huwa responsabbli għall-ftuħ ta' proċedimenti kriminali politikament motivati u l-investigazzjoni tagħhom, b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni u dimostranti oħrajn. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom l-għan li jintimidaw id-dimostranti, kif ukoll li jikkriminalizzaw il-parteċipazzjoni f'dimostrazzjonijiet paċifiċi.

141.

Aliaksei Iharavich KAURYZHKIN

Alexey Igorovich KOVRYZHKIN

Аляĸсей Iгаравiч КАЎРЫЖКIН

Алеĸсей Игоревич КОВРИЖКИН

Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet fid-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 03.11.1981

Post tat-twelid: Bobruisk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksei Kauryzhkin huwa responsabbli għal persekuzzjonijiet u detenzjoni politikament motivati, b'mod partikolari tal-membri tat-tim tal-kampanja presidenzjali ta' Viktar Babarika u tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni, inkluż l-avukat Maksim Znak li huwa meqjus priġunier politiku minn organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

142.

Aliaksandr Dzmitryevich AHAFONAU

Alexander (Alexandr) Dmitrievich AGAFONOV

Аляксандр Дзмiтрыевiч АГАФОНАЎ

Александр Дмитриевич АГАФОНОВ

L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet, Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 13.03.1982

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksandr Ahafonau huwa responsabbli għall-persekuzzjonijiet u l-arresti politikament motivati tal-kandidat presidenzjali Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u żewġ il-kandidata presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya u attivisti politiċi oħrajn, inkluż Mikalai Statkevich u Dzmitry Kazlou. Siarhei Tsikhanousky, Dzmitry Kazlou u Mikalai Statkevich huma rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

143.

Kanstantsin Fiodaravich BYCHAK

Konstantin Fedorovich BYCHEK

Канстанцiн Фёдаравiч БЫЧАК

Константин Фёдорович БЫЧЕК

Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tal-KGB

Data tat-twelid: 20.09.1985

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tal-KGB, Kanstantin Bychak issorvelja l-investigazzjoni politikament motivata tal-kandidat presidenzjali Viktar Babarika. Il-kandidatura ta' Babarika ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq rapport mill-KGB u dikjarazzjonijiet televiżivi uffiċjali li fihom Bychak iddikjara li Babarika kien ħati ta' ħasil tal-flus waqt li l-investigazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin.

21.6.2021

Fis-26 ta' Ottubru 2020, Bychak hedded lid-dimostranti paċifiċi fuq it-televiżjoni tal-gvern billi ddikjara li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiġu kklassifikati bħala atti ta' terroriżmu.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili demokratika.

144.

Andrei Siarheevich BAKACH

Andrei Sergeevich BAKACH

Андрэй Сяргеевiч БАКАЧ

Андрей Сергеевич БАКАЧ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaysky ta' Minsk

Data tat-twelid: 19.11.1983

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Pervomaysky f'Minsk (minn Diċembru 2019), Andrei Bakach huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi tal-pulizija li jappartjenu għal din iż-żona tal-pulizija u għall-azzjonijiet li seħħew fl-għassa tal-pulizija. Matul il-mandat tiegħu ta' Kap, id-dimostranti paċifiċi f'Minsk ġew soġġetti għal trattament kiefer, inuman u degradanti fl-għassa tal-pulizija taħt il-kontroll tiegħu.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

145.

Aliaksandr Uladzimiravich, PALULEKH

Aleksandr Vladimirovich POLULEKH

Аляксандр Уладзiмiравiч ПАЛУЛЕХ

Александр Владимирович ПОЛУЛЕХ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk

Data tat-twelid: 25.06.1979

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Direttorat tal-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Palulekh huwa responsabbli għar-repressjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija f'dan id-distrett kontra d-dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari bil-maltrattament, inkluż tortura, tad-dimostranti paċifiċi li ġew detenuti fl-għassa tal-pulizija taħt il-kontroll tiegħu.

146.

Aliaksandr Aliaksandravich ZAKHVITSEVICH

Aleksandr Aleksandrovich ZAKHVITSEVICH

Аляксандр Аляксандравiч ЗАХВIЦЭВIЧ

Александр Александрович ЗАХВИЦЕВИЧ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk

Data tat-twelid: 01.01.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Zakhvitsevich jissorvelja l-pulizija tas-sigurtà pubblika u huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Distrett ta' Frunzenskiy wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi f'dan id-distrett. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni ta' Zakhvitsevich użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti.

147.

Siarhei Uladzimiravich USHAKOU

Sergei Vladimirovich USHAKOV

Сяргей Уладзiмiравiч УШАКОЎ

Сергей Владимирович УШАКОВ

Data tat-twelid: 22.08.1980

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, li jissorvelja l-pulizija kriminali, Siarhei Ushakou huwa responsabbli mill-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, speċjalment it-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Distrett ta' Frunzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni diretta ta' Ushakou użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti.

148.

Siarhei Piatrovich ARTSIOMENKA

Sergei Petrovich ARTEMENKO / ARTIOMENKO

Сяргей Пятровiч АРЦЁМЕНКА

Сергей Петрович АРТЁМЕНКО

Viċi Kap tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk

Data tat-twelid: 26.03.1973

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk, fejn jissorvelja l-pulizija tas-sigurtà pubblika, Siarhei Artemenko huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, mis-subordinati tiegħu fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaiskiy f'Minsk li seħħ wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. Eżempju wieħed huwa l-maltrattament ta' Maksim Haroshin, sid ħanut tal-fjuri, li ġie arrestat wara li ta fjuri lill-parteċipanti tal-Marċ tan-Nisa fit-13 ta' Ottubru 2020. Artemenko għamel pressjoni fuq iċ-ċittadini biex ma jiħdux sehem fid-dimostrazzjonijiet paċifiċi.

21.6.2021

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

149.

Aliaksandr Mikhailavich RYDZETSKI

Aleksandr Mikhailovich RIDETSKIY

Аляксандр Мiхайлавiч РЫДЗЕЦКI

Александр Михайлович РИДЕЦКИЙ

Ex-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali ta' Oktyabrskiy ta' Minsk, Kap tad-Direttorat tas-sigurtà interna tal-Kumitat tal-Eżami Forensiku tal-Istat

Data tat-twelid: 14.08.1978

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabersky ta' Minsk, Aliaksandr Rydzetski kien responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, mis-subordinati tiegħu fuq ċittadini detenuti f'dak id-distrett wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

150.

Dzmitry Iauhenevich BURDZIUK

Dmitry Evgenevich BURDIUK

Дзмiтрый Яўгеньевiч БУРДЗЮК

Дмитрий

Евгеньевич БУРДЮК

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky, Eks Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk

Data tat-twelid: 31.01.1980

Post tat-twelid: Reġjun ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum Belarussja)

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni li kellu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk, Dzmitry Burdziuk kien responsabbli għas-superviżjoni tas-swat gravi u t-tortura fuq dimostranti paċifiċi u persuni fil-qrib f'dak id-distrett wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

F'Diċembru 2020 ġie maħtur Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabersky.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

Nazzjonalità: Belarussa

Identifikazzjoni personali: 3310180C009PB7

Numru tal-passaport: MP3567896

151.

Vital Vitalevich KAPILEVICH

Vitaliy Vitalevich KAPILEVICH

Вiталь Вiтальевiч КАПIЛЕВIЧ

Виталий Витальевич КАПИЛЕВИЧ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 26.11.1988

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk, Vital Kapilevich huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fid-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky. Id-detenuti ġew miċħuda l-għajnuna medika; il-paramediċi li waslu fid-Dipartiment ġew intimidati biex ma titħalliex tingħata l-assistenza medika lid-detenuti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

21.6.2021

152.

Kiryl Stanislavavich KISLOU

Kirill Stanislavovich KISLOV

Кiрыл Станiслававiч КIСЛОЎ

Кирилл Станиславович КИСЛОВ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 02.01.1979

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk, Kiryl Kislou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini ta' din l-għassa tal-pulizija. Huwa responsabbli wkoll għar-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib, mis-subordinati tiegħu.

153.

Siarhei Aliaksandravich VAREIKA

Sergey Aleksandrovich VAREIKO

Сяргей Аляĸсандравiч ВАРЭЙКА

Сергей Алеĸсандрович ВАРЕЙКО

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Moskovski ta' Minsk, eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 01.02.1980

Post tat-twelid:

Fil-pożizzjoni li kellu bħala Viċi Kap tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky Siarhei Vareika huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Huwa responsabbli wkoll għall-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, li ħadu sehem fir-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib.

21.6.2021

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-21 ta' Diċembru 2020 ġie maħtur Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Moskovsky ta' Minsk.

154.

Siarhei Feliksavich DUBAVIK

Sergey Feliksovich DUBOVIK

Сяргей Фелiĸсавiч ДУБАВIК

Сергей Фелиĸсович ДУБОВИК

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 01.02.1974

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky, Siarhei Dubavik huwa responsabbli għal trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Id-detenuti ġew miċħuda l-għajnuna medika; il-paramediċi li waslu fid-Dipartiment ġew intimidati biex ma titħalliex tingħata l-assistenza medika lid-detenuti.

21.6.2021

Huwa responsabbli wkoll għall-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, li ħadu sehem fir-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib.

155.

Aliaksandr Mechyslavavich ANDRYEUSKI

Alexander (Alexandr) Mechislavovich ANDRIEVSKII

Аляĸсандр Мечыслававiч АНДРЫЕЎСКI

Алеĸсандр Мечиславович АНДРИЕВСКИЙ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk

Data tat-twelid: 29.04.1982

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Andryeuski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Fruzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Id-detenuti kienu għarkopptejhom b'rashom baxxuta għal sigħat sħaħ, imsawwta b'mod vjolenti, u ngħataw xokkijiet bit-taser.

156.

Vital Mikhailavich MAKRYTSKI

Vitalii Mikhailavich MAKRITSKII

Вiталь Мiхайлавiч МАКРЫЦКI

Виталий

Михайлович МАКРИЦКИЙ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky ta' Minsk (Sas-17 ta' Diċembru 2020). Mis-17 ta' Diċembru 2020 - Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk

Data tat-twelid: 17.02.1975

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni li kellu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky ta' Minsk, Vital Makrytski kien responsabbli għas-superviżjoni tas-swat gravi u t-tortura fuq dimostranti paċifiċi u persuni fil-qrib miżmuma fil-bini ta' dan id-dipartiment tal-pulizija, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

F'Diċembru 2020 ġie promoss għall-kariga ta' Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk.

157.

Yauhen Aliakseevich URUBLEUSKI

Evgenii Alekseevich VRUBLEVSKII

Яўген Аляĸсеевiч УРУБЛЕЎСКI

ЕвгенийАлеĸсеевич ВРУБЛЕВСКИЙ

Uffiċjal Anzjan tal-Pulizija taċ-Ċentru ta' Iżolament għad-Delinkwenti f'Akrestina

Data tat-twelid: 28.01.1966

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-pulizija taċ-Ċentru ta' Iżolament għad-Delinkwenti f'Akrestina. Yauhen Urubleuski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tad-Delinkwenti. Skont xhieda u rapporti fil-media, f'Awwissu 2020 ħa sehem personalment fis-swat brutali fuq ċivili detenuti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

21.6.2021

158.

Mikalai Mikalaevich KARPIANKAU

Nikolai Nikolaevich KARPENKOV

Мiĸалай Мiĸалаевiч КАРПЯНКОЎ

Ниĸолай Ниĸолаевич КАРПЕНКОВ

Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Eks Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 06.09.1968

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Mikalai Karpiankau huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti fuq ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u għall-arrest arbitrarju u d-detenzjoni tagħhom. Għadd kbir ta' testimonjanzi u evidenza b'ritratti u vidjo juru l-grupp taħt il-kmand tiegħu isawwat u jarresta dimostranti paċifiċi, jheddidhom b'armi tan-nar.

21.6.2021

Fis-6 ta' Settembru 2020, Karpiankou ġie ffilmjat ikisser b'lembuba l-bieb tal-ħġieġ tal-kafetterija fejn dimostranti paċifiċi kienu qed jinħbew u jarrestahom b'mod brutali. Ġie ppubblikat filmat fejn sostna li d-dipartiment tiegħu kien ser juża armi tan-nar kontra d-dimostranti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

159.

Mikhail Viachaslavavich HRYB

Mikhail Viacheslavovich GRIB

Мiхаiл Вячаслававiч ГРЫБ

Михаил Вячеславович ГРИБ

Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk

Data tat-twelid: 29.07.1980

Mikhail Hryb kien Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Interni fil-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta' Vitebsk minn Marzu 2019 sa Ottubru 2020, wara ġie maħtur Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk u ġie assenjat it-titlu ta' maġġur ġeneral tal-milizzja (forzi tal-pulizija).

21.6.2021

F'din il-kapaċità, huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi tal-pulizija, rispettivament fir-reġjun ta' Vitebsk sa Ottubru 2020 u f'Minsk sa minn Ottubru 2020, inkluż ir-repressjoni vjolenti ta' dimostranti paċifiċi u ksur tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u tal-libertà tal-kelma, mwettqa mill-forzi tal-pulizija f'Vitebsk u Minsk, wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

160.

Viktar Genadzevich KHRENIN

Viktor Gennadievich KHRENIN

Вiктар Генадзевiч ХРЭНIН

Виктор Геннадиевич ХРЕНИН

Ministru għad-Difiża

Data tat-twelid: 01.08.1971

Post tat-twelid: Navahrudak/ Novogrudek, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Logutenent Ġeneral

Numru tal-passaport tal-BY: KH2594621

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għad-Difiża tal-Belarussja mill-20 ta' Jannar 2020, Viktar Khrenin huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta' Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta' emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

21.6.2021

Identifikazzjoni personali: 3010871K003PB1

Huwa għamel diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn iddikjara li kien lest juża l-armata kontra dimostranti paċifiċi f'Awwissu 2020 u xebbah l-użu mid-dimostranti tal-bandiera storika bajda ħamra u bajda mal-kollaboraturi Nazisti.

Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

161.

Ihar Uladzimiravich HOLUB

Igor Vladimirovich GOLUB

Iгар Уладзiмiравiч ГОЛУБ

Игорь Владимирович ГОЛУБ

Kmandant tal-Forza tal-Ajru u d-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati

Data tat-twelid: 19.11.1967

Post tat-twelid: Chernigov, oblast ta' Chernigovskaya, eks USSR (issa l-Ukrajna)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Maġġur Ġeneral

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta' Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta' emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021.

Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

21.6.2021

Numru tal-passaport tal-BY: KH2187962

Identifikazzjoni personali: 3191167E003PB1

Wara l-inċident, Ihar Holub għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport tal-Belarussja Artem Sikorsky li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

162.

Andrei Mikalaevich GURTSEVICH

Andrei Nikolaevich GURTSEVICH

Андрэй Мiкалаевiч ГУРЦЕВИЧ

Андрей Николаевич ГУРЦЕВИЧ

Kap tal-Persunal Prinċipali, l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru

Data tat-twelid: 27.07.1971

Post tat-twelid: Baranovich, Reġjun/ Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Maġġur Ġeneral

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal Ewlieni u l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati, Andrei Gurtsevich huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta' Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta' emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021.

21.6.2021

Numru tal-passaport tal-BY: MP3849920

Identifikazzjoni personali: 3270771C016PB2

Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

163.

Leanid Mikalaevich CHURO

Leonid Nikolaevich CHURO

Леанiд Мiкалаевiч ЧУРО

Леонид Николаевич ЧУРО

Direttur Ġenerali ta' BELAERONAVIGATSIA Intrapriża tal-Istat

Data tat-twelid: 08.07.1956

Post tat-twelid:

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: P4289481

Identifikazzjoni personali: 3080756A068PB5

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat ta' BELAERONAVIGATSIA, Leanid Churo huwa responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

164.

Aliaksei Mikalaevich AURAMENKA

Alexey Nikolaevich AVRAMENKO

Аляксей Мiкалаевiч АЎРАМЕНКА

Алексей Николаевич АВРАМЕНКО

Il-Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

Data tat-twelid: 11.05.1977

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: MP3102183

Identifikazzjoni personali: 3110577A020PB2

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Aliaksei Auramenka huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

165.

Artsiom Igaravich SIKORSKI

Artem Igorevich SIKORSKIY

Арцём Iгаравiч СIКОРСКI

Артем Игоревич СИКОРСКИЙ

Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

Data tat-twelid: 1983

Post tat-twelid: Soligorsk, Minsk Reġjun/Oblast, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Artsiom Sikorski huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta' Mejju 2021 mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika tal-Belarussja.

21.6.2021

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: MP3785448

Identifikazzjoni personali: 3240483A023PB7

Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mal-Kmandant tal-Forza tal-Ajru u l-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub, li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

166.

Aleh Siarheevich HAIDUKEVICH

Oleg Sergeevich GAIDUKEVICH

Алег Сяргеевiч ГАЙДУКЕВIЧ

Олег Сергеевич ГАЙДУКЕВИЧ

Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

Data tat-twelid: 26.03.1977

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Aleh Haidukevich huwa l-Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn faħħar id-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata ttieħdet mingħajr ġustifikazzjoni xierqa u kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

21.6.2021”

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Identifikazzjoni personali: 3260377A081PB9

Numru tal-passaport: MP2663333

Barra minn hekk, Aleh Haidukevich għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li jissuġġerixxu li l-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa jistgħu jiġu detenuti barra mill-pajjiż u jiġu ttrasportati lejn il-Belarussja "f'bagoll ta' karozza", u b'hekk appoġġa r-repressjoni kontinwa tal-forzi tas-sigurtà fuq l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti Belarussi.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

(2)

il-persuni ġuridiċi li ġejjin jiżdiedu mat-tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)":

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

8.

Sohra Group / Sohra LLC

ООО Сохра

Indirizz: Revolucyonnaya 17/19, office no. 22, 220030 Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 192363182

Il-kumpannija Sohra tappartjeni lil Aliaksandr Zaitsau, wieħed mill-aktar negozjanti influwenti fil-Belarussja, persuna b'rabta mill-qrib mal-klassi politika Belarussa u kollaboratur strett tat-tifel il-kbir ta' Lukashenko, Viktor. Sohra tippromwovi prodotti industrijali Belarussi fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani. Hija kofondatriċi tal-kumpannija tad-difiża BSVT-New Technologies li taħdem fil-produzzjoni tal-armi u l-immodernizzar tal-missili. Filwaqt li tuża il-pożizzjoni privileġġjata tagħha, Sohra sservi bħala intermedjarju bejn il-klassi politika u l-intrapriżi tal-istat Belarussi u s-sħab barranin fl-Afrika u l-Lvant Nofsani. Hija taħdem ukoll fl-estrazzjoni tad-deheb f'pajjiżi Afrikani abbażi ta' konċessjonijiet miksuba mir-reġim ta' Lukashenko.

21.6.2021

Sit web: http://sohra.by/

Indirizz elettroniku: info@sohra.by

Għaldaqstant Sohra Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka

9.

BREMINO GROUP, LLC

ООО "Бремино групп"

Numru ta' reġistrazzjoni: (УНН/ИНН): 691598938

Indirizz: Niamiha 40, Minsk 220004, Belarus; Orsha region, Bolbasovo village, Zavodskaya 1k, Belarus

Bremino Group huwa l-inizjatur u koamministratur tal-proġett taż-żona ekonomika speċjali Bremino-Orsha maħluqa permezz ta' digriet presidenzjali ffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Il-kumpannija rċeviet appoġġ statali għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa a benefiċċji oħra. Is-sidien ta' Bremino-Orsha - Aliaksandr Zaitsau, Mikalai Varabei u Aliaksei Aleksin - jiffurmaw parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' negozjanti marbuta ma' Lukashenka u jżommu kuntatti mill-qrib ma' Lukashenka u l-familja tiegħu.

21.6.2021

Sit web: http://www.bremino.by

Indirizz elettroniku: office@bremino.by; marketing@bremino.by

Għaldaqstant Bremino Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

10.

Globalcustom Management, LLC

ООО "Глобалкастом-менеджмент"

Indirizz: Nemiga 40/301, Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 193299162

Sit web: https://globalcustom.by/

Indirizz elettroniku: info@globalcustom.by

Globalcustom Management hija assoċjata mal-Presidential Affairs Management, immexxija minn Victor Sheiman, li ilu elenkat mill-UE mill-2004. Il-kumpannija hija involuta fil-kuntrabandu ta' merkanzija lejn ir-Russja, li ma jkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata wkoll fuq l-appoġġ tar-reġim. Globalcustom Management kienet l-ewwel sid ta' GardService, l-unika kumpannija privata li ngħatat il-permess għall-użu tal-armi minn Lukashenko. Għaldaqstant Globalcustom Management qiegħda tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

11.

Belarusski Avtomobilnyi Zavod (BelAZ) / OJSC "BELAZ"

Belarussu: ААТ "БЕЛАЗ"

Russu: ОАО " БЕЛАЗ"

Indirizz: 40 let Octyabrya street 4, 222161, Zhodino, Minsk region, Republic of Belarus

Sit web: https://belaz.by

OJSC "Belaz" hija fost l-intrapriżi tal-istat ewlenin fil-Belarussja u waħda mill-akbar manifatturi ta' trakkijiet kbar u trakkijiet kbar tal-iskart fid-dinja. Hija sors ta' dħul sinifikanti għar-reġim ta' Lukashenka. Lukashenka sostna li l-gvern dejjem ser jappoġġa l-kumpannija, u ddeskriviha bħala "marka Belarussa" u "parti mill-legat nazzjonali". OJSC BelAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim. Għaldaqstant OJSC "Belaz" tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

21.6.2021

Il-ħaddiema ta' OJSC "Belaz" li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew mhedda bi tkeċċijiet u intimidati mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' ħaddiema ġie msakkar ġewwa minn OJSC "Belaz" biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma dimostranti oħra. Il-maniġment tal-kumpannija ppreżenta lis-strajk lill-media bħala laqgħa tal-membri tal-persunal. Għaldaqstant OJSC "Belaz" hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim Lukashenka.

12.

Minskii Avtomobilnyi Zavod (MAZ) / OJSC "MAZ"

Belarussu: ААТ "Мiнскi аўтамабiльны завод"

Russu: ОАО "Минский автомобильный завод"

Data ta' reġistrazzjoni: 16.07.1944

Indirizz: Belarus, 220021, Minsk, Socialisticheskaya 2

Tel. +375 17 217 22 22; +8000 217 22 22

OJSC Minsk Automobile Plant hija waħda mill-akbar intrapriżi tal-istat li jimmanifatturaw karozzi fil-Belarussja. Lukashenka ddeskriviha bħala "waħda mill-aktar intrapriżi industrijali importanti tal-pajjiż". Hija sors ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. OJSC MAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim. Għaldaqstant OJSC "MAZ" tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

21.6.2021

Il-ħaddiema ta' OJSC "MAZ" li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u aktar tard mkeċċija mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' ħaddiema ġie msakkar ġewwa minn OJSC MAZ biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma' dimostranti oħra. Għaldaqstant MAZ hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim Lukashenka.

13.

Logex

ООО "ЛОГЕКС"

Indirizz: 24 Kommunisticheskaya Str., office 2, Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 192695465

Sit web: http://logex.by/

Indirizz elettroniku: info@logex.by

Logex hija assoċjata ma' Aliaksandr Shakutsin, negozjant viċin tar-reġim ta' Lukashenka, li ġie elenkat mill-Unjoni Ewropea.

Il-kumpannija hija involuta fl-esportazzjoni ta' fjuri lejn il-Federazzjoni Russja bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li ma tkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata fuq l-appoġġ tar-reġim. Il-fornituri Belarussi ewlenin ta' fjuri maqtugħa huma l-kumpanniji li għandhom rabta mill-qrib mat-tmexxija tar-repubblika.

Għaldaqstant Logex qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

14.

JSC "NNK" (Novaia naftavaia Kampania)/New Oil Company

Belarussu: ЗАТ "ННК" (Новая нафтавая кампанiя)

Russu: ЗАО "ННК" (Новая нефтяная компания)–

Indirizz: Rakovska str. 14W room 7, 5th floor, Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 193402282

Novaya Neftnaya Kompaniya (NNK), New Oil Company, hija entità mwaqqfa f'Marzu 2020. Hija l-unika kumpannija privata intitolata li tesporta prodotti taż-żejt mill-Belarussja - indikazzjoni ta' rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet u l-ogħla livell ta' privileġġi tal-istat. NNK hija proprjetà ta' Interservice, kumpannija li tappartjeni lil Mikalai Varabei li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka u li jappoġġawh. NNK huwa rrappurtat ukoll li huwa konness ma' Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti ieħor Belarussu li jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. Skont ir-rapporti tal-media Aleksin kien il-fundatur tal-NNK flimkien ma' Varabei. NNK intużat ukoll mill-awtoritajiet Belarussi biex jadattaw l-ekonomija tal-Belarussja għal miżuri restrittivi introdotti mill-UE.

21.6.2021

Għaldaqstant NNK qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/45

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/998

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

Fid-29 ta' April 2021, il-Kunsill, b'kont meħud tal-attivitajiet li għaddejjin li qed jipperikolaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll ir-repressjoni brutali u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/711 (2) li ġeddet il-miżuri restrittivi fis-seħħ, inkluż id-deżinjazzjonijiet kollha.

(3)

Minħabba s-sitwazzjoni gravi li għadha tippersisti fil-Myanmar/Burma, tmien persuni u erba' entitajiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/711 tad-29 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (ĠU L 147, 30.4.2021, p. 17).

ANNESS

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu fil-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4a”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“36.

Soe Htut

Data tat-twelid: 29 ta' Marzu 1960;

Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Logutenent Ġeneral Soe Htut hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wkoll membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Soe Htut inħatar Ministru għall-Affarijiet Interni fl-1 ta' Frar 2021.

21.6.2021

Il-Ministru għall-Affarijiet Interni huwa responsabbli mill-Forza tal-Pulizija, is-Servizz tat-Tifi tan-Nar u s-Servizz tal-Ħabs tal-Myanmar. Il-funzjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni jinkludu s-Sigurtà tal-Istat u l-Liġi u l-Ordni. F'dik il-kapaċità, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Pulizija tal-Myanmar sa mill-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar 2021, inkluż il-qtil ta' ċivili u dimostranti mhux armati, ksur tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, arresti arbitrarji u detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u dimostranti paċifiċi u ksur tal-libertà ta' espressjoni.

Barra minn hekk, bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar

37.

Tun Tun, Naung

(magħruf ukoll bħala Tun Tun Naing; magħruf ukoll bħala Htun Htun Naung)

Data tat-twelid: 30 ta' April 1963;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Logutenent Ġeneral Tun Tun Naung huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u qabel kien Kmandant. Huwa l-Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri u membru tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà.

Fl-2013, Tun Tun Naung kien il-Kmandant tat-Tramuntana li kien qed jissorvelja l-kunflitt tal-forzi militari ta' Burma mal-Armata tal-Indipendenza ta' Kachin. F'dan il-kunflitt, it-truppi tal-Myanmar taħt il-kmand ta' Tun Tun Naung wettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali.

Fl-2017, Tun Tun Naung kien uffiċjal kmandant tal-"Ewwel Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali". Taħt il-kmand tiegħu, it-truppi wettqu atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kontra minoranzi etniċi fl-istat ta' Rakhine matul l-"operazzjonijiet ta' tneħħija tar-Rohingya". Dawn l-operazzjonijiet bdew fil-25 ta' Awwissu 2017 u involvew qtil arbitrarju, abbuż fiżiku, tortura, vjolenza sesswali, u detenzjoni ta' persuni Rohingya. Bħala Kmandant fl-2013 u l-2017, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-Myanmar/Burma.

21.6.2021

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Matul dawn l-avvenimenti, fl-1 ta' Frar 2021 Tun Tun Naung aċċetta ħatra bħala Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri fil-Gvern tal-Unjoni u b'hekk ħa siġġu fil-Kunsill tad-Difiża u s-Sigurtà Nazzjonali.

Bħala membru tal-Gvern tal-Unjoni u Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar u azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż.

38.

Win Shein

(magħruf ukoll bħala U Win Shein)

Data tat-twelid: 31 ta' Lulju 1957;

Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Indirizz: Myananyadanar, Naypyitaw, Myanmar/Burma;

Win Shein huwa l-Ministru għall-Ippjanar, il-Finanzi u l-Industrija fil-Gvern tal-Unjoni, maħtur mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing fl-1 ta' Frar 2021.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing.

21.6.2021

Numru tal-passaport: DM001478 (Myanmar/Burma) maħruġ fl-10 ta' Settembru 2012, jiskadi fid-09 ta' Settembru 2022;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 12DAGANA011336

Billi aċċetta n-nomina tiegħu bħala Ministru għall-Ippjanar, il-Finanzi u l-Industrija tal-Gvern tal-Unjoni, u permezz tar-rwol importanti tiegħu fil-politika ekonomika tar-reġim, Win Shein huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

39.

Khin Maung Yi (magħruf ukoll bħala Khin Maung Yee; Magħruf ukoll bħala U Khin Maung Yi)

Data tat-twelid: 15 ta' Frar 1965;

Post tat-twelid: Rangoon, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Kurunell Khin Maung Yi huwa l-Ministru attwali għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Huwa kien Segretarju Permanenti f'dan id-dipartiment taħt il-gvern elett demokratikament.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Il-Kurunell Khin Maung Yi nħatar Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) fit-2 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

21.6.2021

Skont il-liġi tal-Myanmar, il-MONREC huwa unikament responsabbli għall-ġestjoni tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, u għandu rwol kruċjali fl-isfruttament u l-kummerċ ta', fost l-oħrajn, riżorsi bħall-ġemmi, il-perli u riżorsi minerali oħra kif ukoll il-forestrija. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-MONREC jikkontrolla lil Myanmar Pearl Enterprise (MPE), lil Myanmar Gems Enterprise (MGE) u lil Myanmar Timber Enterprise (MTE), li għandhom drittijiet esklużivi fuq il-produzzjoni u l-kummerċ ta' riżorsi fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom.

Billi aċċetta n-nomina tiegħu għall-Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent u permezz tar-rwol tiegħu fl-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, Khin Maung Yi jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-reġim militari, u għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

40.

Tin Aung San

Data tat-twelid: 16 ta' Ottubru 1960;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Karta tal-Identità Nazzjonali: 12/La Ma Na (N) 089 489

L-Ammirall Tin Aung San huwa l-Kap Kmandant tal-Flotta Navali tal-Myanmar u jservi bħala l-Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Huwa wkoll membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

L-Ammirall Tin Aung San inħatar Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fit-3 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Bħala Ministru tal-Gvern, huwa responsabbli għall-komunikazzjoni u n-networks u b'hekk jieħu deċiżjonijiet u jimplimenta politiki li jiddefinixxu l-libertà tal-aċċess għad-data online. Minn meta ħa f'idejh il-ministeru, kien hemm għadd kbir ta' waqfien u tnaqqis intenzjonali tal-internet, kif ukoll ordnijiet għall-fornituri biex jipprevjenu li Facebook, Twitter u Instagram ikunu online. Għalhekk huwa direttament responsabbli għal-limitazzjoni tal-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni online u b'hekk qed idgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Bħala membru tal-SAC, Tin Aung San kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar.

41.

Thida Oo

magħrufa ukoll bħala Daw Thida Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Mara

Thida Oo ilha l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni tal-Myanmar mit-2 ta' Frar 2021, meta nħatret mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) Min Aung Hlaing. Hija membru tal-Kummissjoni tal-Investiment tal-Myanmar (MIC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar billi ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

21.6.2021

Thida Oo ilha parti mill-gvern li rriżulta mill-kolp ta' stat mill-ewwel jum tiegħu, fejn użat is-setgħa mogħtija permezz tal-liġi tal-2010 rigward l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni biex tipproċedi bi proċessi politikament motivati u d-detenzjoni arbitrarja sussegwenti u biex taġixxi bħala forza li tippermetti l-abbużi mwettqa mir-reġim militari. Għaldaqstant hija impenjata f'azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.6.2021

42.

Aung Lin Tun

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jservi bħala Viċi Ministru għad-Difiża.

Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun inħatar Viċi Ministru għad-Difiża fil-11 ta' Mejju 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing. Qabel il-promozzjoni tiegħu, kien parti mill-Uffiċċju tal-Kap Kmandant tal-Armata u kien involut fl-azzjonijiet repressivi kollha meħuda mill-SAC u t-Tatmadaw sa mill-kolp ta' stat.

Bħala Viċi Ministru għad-Difiża, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa impenjat f'politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. Barra minn hekk, bħala membru tar-reġim militari, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà kontra dimostranti paċifiċi.

43.

Zaw Min Tun

Post tat-twelid: Yenanchaung, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun huwa l-Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u l-Viċi Ministru għall-Informazzjoni. Huwa kien l-eks Kap tat-Tim tal-Informazzjoni tat-True News tat-Tatmadaw.

Inħatar Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-SAC fil-5 ta' Frar 2021 u Viċi Ministru għall-Informazzjoni fis-7 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Bħala kelliem tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat, il-Brigadier Ġenerali Zaw Min Tun ippresieda l-konferenzi stampa kollha tal-SAC, li għandhom l-għan li jwasslu u jiġġustifikaw in-narrattivi tal-SAC dwar il-kolp ta' stat u l-azzjonijiet tal-ġunta minn dak iż-żmien 'l hawn.

21.6.2021”;

Bħala Viċi Ministru tal-Gvern għall-Informazzjoni, huwa għandu responsabbiltà diretta għall-media tal-istat u għaldaqstant għax-xandir u l-pubblikazzjoni ta' aħbarijiet uffiċjali. Minn mindu nħatru Chit Naing bħala Ministru għall-Informazzjoni u Zaw Min Tung bħala viċi tiegħu, il-gazzetti mtlew b'artikli favur il-forzi militari. Għalhekk, Zaw Min Tun iġorr ir-responsabbiltà għall-propaganda tal-ġunta u t-tixrid tad-diżinformazzjoni permezz tal-media tal-istat li mhumiex qed jirrappurtaw b'mod preċiż. Huwa jġorr ir-responsabbiltà wkoll għad-deċiżjonijiet li wasslu għar-repressjoni tal-media tal-Myanmar. Dawn jinkludu direttivi, li ordnaw lill-media indipendenti biex ma jużawx "kolp ta' stat", "reġim militari" u "ġunta", u li wasslu għall-projbizzjoni ta' aġenziji tal-aħbarijiet lokali fil-pajjiż u għall-arrest ta' ġurnalisti domestiċi u barranin. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, huwa jappoġġa pubblikament il-kolp ta' stat militari. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija fil-Myanmar/Burma billi llimita l-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni kemm online kif ukoll offline.

Bħala membru kemm tal-SAC kif ukoll tal-gvern tal-ġunta, il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun huwa impenjat fi u jipprovdi appoġġ lil azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

(2)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu fil-lista intitolata “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“3.

Myanmar Gems Enterprise (magħrufa wkoll bħala Myanmar Gems Enterprise)

Indirizz: NO.70-072, Yarza, Thingaha Road, Thapyaygone Ward, Zabuthiri Township, Naypyitaw, Myanmar;

Tip ta' entità: Intrapriża tal-istat;

Myanmar Gems Enterprise (MGE) hija intrapriża tal-istat ikkontrollata mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), responsabbli għall-abbozzar ta' regoli u regolamenti u għas-superviżjoni u l-għoti ta' permessi lil imprendituri privati lokali, l-organizzazzjoni ta' emporji u bejgħ speċjali għall-bejgħ tal-ġada u tal-ħaġar prezzjuż. MGE topera taħt l-istruzzjonijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC), li l-Ministru tiegħu nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

21.6.2021

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar;

Sit web: http://www.mehl.com.mm/

Il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) għal żmien twil kellhom interessi sinifikanti fil-ġada u u l-ħaġar prezzjuż, speċjalment permezz tat-tmexxija tal-MGE, li tikkonsisti kważi kompletament minn eks uffiċjali militari, u attivitajiet imwettqa minn żewġ konglomerati militari (Myanmar Economic Holdings Limited (MEHL) u Myanmar Economic Corporation Limited (MEC)). Il-kolp ta' stat tal-1 ta' Frar 2021 poġġa l-MGE lura taħt il-kontroll militari, u b'hekk ippermetta lit-Tatmadaw jikkontrollaw b'mod sinifikanti s-settur tal-ħaġar prezzjuż. MGE tiġġenera dħul għal dipartimenti differenti tal-Istat tal-Myanmar u permezz tad-diversi attivitajiet tagħhom deskritti hawn fuq, it-Tatmadaw jistgħu jibbenefikaw direttament jew indirettament mid-dħul iġġenerat minn dan is-settur, u dan għaldaqstant jikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

4.

Myanma Timber Enterprise

(magħrufa wkoll bħala Myanmar Timber Enterprise)

Indirizz:

Uffiċċju Prinċipali: Gyogone Forest Compound, Bayint Naung Road, Insein Township, Yangin, Myanmar

Uffiċċju tal-fergħa: No 72/74 Shawe Dagon Pagoda Road, Dagon Township, Yangon, Myanmar;

Tip ta' entità: Intrapriża tal-istat;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar;

Numru tat-telefon: 01-3528789

Sit web: http://www.mte.com.mm/index.php/en

Myanma Timber Enterprise (MTE) hija intrapriża tal-istat li topera taħt il-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). MTE għandha drittijiet esklużivi fuq il-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-injam fil-Myanmar/Burma.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta' Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-SAC u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq u jibbenefika minn intrapriżi tal-istat, inkluż MTE. Għalhekk Myanma Timber Enterprise u s-sussidjarji tagħha huma kkontrollati minn u jiġġeneraw dħul għat-Tatmadaw, u b'hekk jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

21.6.2021

5.

Forest Products Joint Venture Corporation Limited

Indirizz:

422/426(Rm 2), 2nd Flr, Strand Rd., Corner of Botahtaung Pagoda St., FJVC Center, Ward (4), BTHG;

Tip ta' entità: Impriża konġunta;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar;

Numru tat-telefon: 01-9010742; 01-9010744; 09-443250050

Posta elettronika: fjv.md@gmail.com

Forest Products Joint Venture Corporation Limited (FPJVC) topera fl-industrija tal-injam fil-Myanmar billi tipproċessa l-injam teak u l-injam iebes. Minkejja li hija kumpanija pubblika, FPJVC hija kkontrollata mill-Istat, li (i) għandu l-maġġoranza tal-ishma tal-FPJVC permezz tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) (10 %) u l-Myanma Timber Enterprise (MTE) proprjetà tal-istat (45 %), u (ii) għandu d-dritt li jaħtar il-maġġoranza tal-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-FPJVC (bi tliet membri maħtura minn kull wieħed minn MONREC u MTE, rispettivament, minn ħdax-il membru).

21.6.2021

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta' Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-SAC u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq u jibbenefika minn intrapriżi tal-istat, inkluż FPJVC. Għaldaqstant FPJVC hija kkontrollata minn u tiġġenera dħul għat-Tatmadaw, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

6.

Organizzazzjoni tal-Veterani tal-Gwerra tal-Myanmar

Indirizz: Thukhuma Road, Datkhina Thiri Tsp, Naypyitaw Division, Myanmar;

Tip ta' entità: Organizzazzjoni Mhux Governattiva;

Post ta' reġistrazzjoni: Yangon, Myanmar;

Data ta' reġistrazzjoni: 1973;

Numru tat-telefon: (067) 30485

Sit web: https://www.mwvo.org/Home/About

L-Organizzazzjoni tal-Veterani tal-Gwerra tal-Myanmar (MWVO) hija organizzazzjoni mhux governattiva li għandha l-għan li tipprovdi appoġġ lil eks membri tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Hija l-organizzazzjoni ewlenija li tinfluwenza l-kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi relatati mal-forzi militari fil-pajjiż.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

21.6.2021”.

Skont il-mandat tal-MWVO, l-organizzazzjoni mhux governattiva taġixxi bħala forza ta' riżerva tat-Tatmadaw u tieħu sehem fit-tfassil tal-politika nazzjonali tad-difiża u s-sigurtà. Barra minn hekk, l-MWVO torganizza dimostrazzjonijiet favur ir-reġim u tipprattika l-milizzja tal-poplu, u b'hekk tappoġġa lit-Tatmadaw fit-twettiq ta' attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt tal-Myanmar/Burma.

Il-grupp patrun ċentrali tal-MWVO huwa rrappreżentat minn figuri ta' livell għoli tat-Tatmadaw bħall-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win. Il-membri tal-MWVO huma parti mill-istruttura ta' governanza tal-konglomerati mmexxija mill-forzi militari, il-Myanmar Economic Holdings Limited (MEHL) u l-Myanmar Economic Corporation Limited (MEC). Għalhekk, l-MWVO hija assoċjata ma' persuni u entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2013/184 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013.

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/55

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/999

tal-21 ta' Ġunju 2021

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja.

(2)

Fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna b'mod qawwi l-inżul furzat ta' titjira tar-Ryanair f'Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta' Mejju 2021 fejn ġiet ipperikolata s-sikurezza tal-avjazzjoni, u d-detenzjoni mill-awtoritajiet Belarussi tal-ġurnalist Raman Pratasevich u ta' Sofia Sapega. Appella lill-Kunsill biex jadotta elenkar addizzjonali ta’ persuni u entitajiet mill-aktar fis possibbli abbażi tal-qafas ta’ sanzjonijiet rilevanti.

(3)

Fid-dawl tal-gravità ta’ dak l-inċident, jenħtieġ li entità oħra tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entità li ġejja tiżdied mat-tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)":

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

"15.

Belaeronavigatsia

intrapriża tal-istat

Belarussu: Белаэронавiгация

Дзяржаўнае прадпрыемства

Indirizz: 19 Korotkevich Str., Minsk, 220039, Repubblika tal-Belarussja

Tel.: +375 (17) 215-40-51

L-intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA hija responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk hija responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kienet immirata lejn l-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalista tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarus.

21.6.2021”

Russu: Белаэронавигация

Государственное предприятие

Faks: +375 (17) 213-41-63

Sit web: http://www.ban.by/

Email: office@ban.by

Data tar-reġistrazzjoni: 1996

L-intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA hija għalhekk responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

DEĊIŻJONIJIET

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/57

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1000

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1).

(2)

Fit-22 ta' Marzu 2021 u fid-19 ta' April 2021, il-Kunsill iddeżinja 21 persuna u żewġ entitajiet b'reazzjoni għall-kolp ta' stat militari li seħħ fil-Myanmar/Burma fl-1 ta' Frar 2021 u r-repressjoni militari u tal-pulizija fuq il-popolazzjoni ċivili u d-dimostranti paċifiċi sussegwenti.

(3)

Fid-29 ta' April 2021, il-Kunsill, b'kont meħud tal-attivitajiet li għaddejjin li qed jipperikolaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll ir-repressjoni brutali u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/711 (2) li ġeddet il-miżuri restrittivi fis-seħħ, inkluż id-deżinjazzjonijiet kollha.

(4)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi li qed tippersisti fil-Myanmar/Burma, jenħtieġ li tmien persuni u erba' entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/711 tad-29 ta' April 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (ĠU L 147, 30.4.2021, p. 17).

ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(1)”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“36.

Soe Htut

Data tat-twelid: 29 ta' Marzu 1960;

Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Logutenent Ġeneral Soe Htut hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wkoll membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Soe Htut inħatar Ministru għall-Affarijiet Interni fl-1 ta' Frar 2021.

21.6.2021

Il-Ministru għall-Affarijiet Interni huwa responsabbli mill-Forza tal-Pulizija, is-Servizz tat-Tifi tan-Nar u s-Servizz tal-Ħabs tal-Myanmar. Il-funzjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni jinkludu s-Sigurtà tal-Istat u l-Liġi u l-Ordni. F'dik il-kapaċità, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Pulizija tal-Myanmar sa mill-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar 2021, inkluż il-qtil ta' ċivili u dimostranti mhux armati, ksur tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, arresti arbitrarji u detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u dimostranti paċifiċi u ksur tal-libertà ta' espressjoni.

Barra minn hekk, bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar

37.

Tun Tun, Naung

(magħruf ukoll bħala Tun Tun Naing; magħruf ukoll bħala Htun Htun Naung)

Data tat-twelid: 30 ta' April 1963;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Logutenent Ġeneral Tun Tun Naung huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u qabel kien Kmandant. Huwa l-Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri u membru tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà.

Fl-2013, Tun Tun Naung kien il-Kmandant tat-Tramuntana li kien qed jissorvelja l-kunflitt tal-forzi militari ta' Burma mal-Armata tal-Indipendenza ta' Kachin. F'dan il-kunflitt, it-truppi tal-Myanmar taħt il-kmand ta' Tun Tun Naung wettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali.

Fl-2017, Tun Tun Naung kien uffiċjal kmandant tal-"Ewwel Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali". Taħt il-kmand tiegħu, it-truppi wettqu atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kontra minoranzi etniċi fl-istat ta' Rakhine matul l-"operazzjonijiet ta' tneħħija tar-Rohingya". Dawn l-operazzjonijiet bdew fil-25 ta' Awwissu 2017 u involvew qtil arbitrarju, abbuż fiżiku, tortura, vjolenza sesswali, u detenzjoni ta' persuni Rohingya. Bħala Kmandant fl-2013 u l-2017, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-Myanmar/Burma.

21.6.2021

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Matul dawn l-avvenimenti, fl-1 ta' Frar 2021 Tun Tun Naung aċċetta ħatra bħala Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri fil-Gvern tal-Unjoni u b'hekk ħa siġġu fil-Kunsill tad-Difiża u s-Sigurtà Nazzjonali.

Bħala membru tal-Gvern tal-Unjoni u Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar u azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż.

38.

Win Shein

(magħruf ukoll bħala U Win Shein)

Data tat-twelid: 31 ta' Lulju 1957;

Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Indirizz: Myananyadanar, Naypyitaw, Myanmar/Burma;

Win Shein huwa l-Ministru għall-Ippjanar, il-Finanzi u l-Industrija fil-Gvern tal-Unjoni, maħtur mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing fl-1 ta' Frar 2021.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing.

21.6.2021

Numru tal-passaport: DM001478 (Myanmar/Burma) maħruġ fl-10 ta' Settembru 2012, jiskadi fid-09 ta' Settembru 2022;

Karta tal-Identità Nazzjonali: 12DAGANA011336

Billi aċċetta n-nomina tiegħu bħala Ministru għall-Ippjanar, il-Finanzi u l-Industrija tal-Gvern tal-Unjoni, u permezz tar-rwol importanti tiegħu fil-politika ekonomika tar-reġim, Win Shein huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

39.

Khin Maung Yi (magħruf ukoll bħala Khin Maung Yee; Magħruf ukoll bħala U Khin Maung Yi)

Data tat-twelid: 15 ta' Frar 1965;

Post tat-twelid: Rangoon, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Kurunell Khin Maung Yi huwa l-Ministru attwali għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Huwa kien Segretarju Permanenti f'dan id-dipartiment taħt il-gvern elett demokratikament.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Il-Kurunell Khin Maung Yi nħatar Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) fit-2 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

21.6.2021

Skont il-liġi tal-Myanmar, il-MONREC huwa unikament responsabbli għall-ġestjoni tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, u għandu rwol kruċjali fl-isfruttament u l-kummerċ ta', fost l-oħrajn, riżorsi bħall-ġemmi, il-perli u riżorsi minerali oħra kif ukoll il-forestrija. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-MONREC jikkontrolla lil Myanmar Pearl Enterprise (MPE), lil Myanmar Gems Enterprise (MGE) u lil Myanmar Timber Enterprise (MTE), li għandhom drittijiet esklużivi fuq il-produzzjoni u l-kummerċ ta' riżorsi fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom.

Billi aċċetta n-nomina tiegħu għall-Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent u permezz tar-rwol tiegħu fl-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, Khin Maung Yi jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-reġim militari, u għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

40.

Tin Aung San

Data tat-twelid: 16 ta' Ottubru 1960;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Karta tal-Identità Nazzjonali: 12/La Ma Na (N) 089 489

L-Ammirall Tin Aung San huwa l-Kap Kmandant tal-Flotta Navali tal-Myanmar u jservi bħala l-Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Huwa wkoll membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

21.6.2021

L-Ammirall Tin Aung San inħatar Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fit-3 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Bħala Ministru tal-Gvern, huwa responsabbli għall-komunikazzjoni u n-networks u b'hekk jieħu deċiżjonijiet u jimplimenta politiki li jiddefinixxu l-libertà tal-aċċess għad-data online. Minn meta ħa f'idejh il-ministeru, kien hemm għadd kbir ta' waqfien u tnaqqis intenzjonali tal-internet, kif ukoll ordnijiet għall-fornituri biex jipprevjenu li Facebook, Twitter u Instagram ikunu online. Għalhekk huwa direttament responsabbli għal-limitazzjoni tal-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni online u b'hekk qed idgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Bħala membru tal-SAC, Tin Aung San kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar.

41.

Thida Oo

magħrufa ukoll bħala Daw Thida Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Mara

Thida Oo ilha l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni tal-Myanmar mit-2 ta' Frar 2021, meta nħatret mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) Min Aung Hlaing. Hija membru tal-Kummissjoni tal-Investiment tal-Myanmar (MIC).

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar billi ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

21.6.2021

Thida Oo ilha parti mill-gvern li rriżulta mill-kolp ta' stat mill-ewwel jum tiegħu, fejn użat is-setgħa mogħtija permezz tal-liġi tal-2010 rigward l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni biex tipproċedi bi proċessi politikament motivati u d-detenzjoni arbitrarja sussegwenti u biex taġixxi bħala forza li tippermetti l-abbużi mwettqa mir-reġim militari. Għaldaqstant hija impenjata f'azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

42.

Aung Lin Tun

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jservi bħala Viċi Ministru għad-Difiża.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

21.6.2021

Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun inħatar Viċi Ministru għad-Difiża fil-11 ta' Mejju 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing. Qabel il-promozzjoni tiegħu, kien parti mill-Uffiċċju tal-Kap Kmandant tal-Armata u kien involut fl-azzjonijiet repressivi kollha meħuda mill-SAC u t-Tatmadaw sa mill-kolp ta' stat.

Bħala Viċi Ministru għad-Difiża, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa impenjat f'politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. Barra minn hekk, bħala membru tar-reġim militari, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà kontra dimostranti paċifiċi.

43.

Zaw Min Tun

Post tat-twelid: Yenanchaung, Myanmar;

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Ġeneru: Raġel

Il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun huwa l-Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u l-Viċi Ministru għall-Informazzjoni. Huwa kien l-eks Kap tat-Tim tal-Informazzjoni tat-True News tat-Tatmadaw.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Inħatar Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-SAC fil-5 ta' Frar 2021 u Viċi Ministru għall-Informazzjoni fis-7 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.

Bħala kelliem tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat, il-Brigadier Ġenerali Zaw Min Tun ippresieda l-konferenzi stampa kollha tal-SAC, li għandhom l-għan li jwasslu u jiġġustifikaw in-narrattivi tal-SAC dwar il-kolp ta' stat u l-azzjonijiet tal-ġunta minn dak iż-żmien 'l hawn.

21.6.2021”;

Bħala Viċi Ministru tal-Gvern għall-Informazzjoni, huwa għandu responsabbiltà diretta għall-media tal-istat u għaldaqstant għax-xandir u l-pubblikazzjoni ta' aħbarijiet uffiċjali. Minn mindu nħatru Chit Naing bħala Ministru għall-Informazzjoni u Zaw Min Tung bħala viċi tiegħu, il-gazzetti mtlew b'artikli favur il-forzi militari. Għalhekk, Zaw Min Tun iġorr ir-responsabbiltà għall-propaganda tal-ġunta u t-tixrid tad-diżinformazzjoni permezz tal-media tal-istat li mhumiex qed jirrappurtaw b'mod preċiż. Huwa jġorr ir-responsabbiltà wkoll għad-deċiżjonijiet li wasslu għar-repressjoni tal-media tal-Myanmar. Dawn jinkludu direttivi, li ordnaw lill-media indipendenti biex ma jużawx "kolp ta' stat", "reġim militari" u "ġunta", u li wasslu għall-projbizzjoni ta' aġenziji tal-aħbarijiet lokali fil-pajjiż u għall-arrest ta' ġurnalisti domestiċi u barranin. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, huwa jappoġġa pubblikament il-kolp ta' stat militari. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija fil-Myanmar/Burma billi llimita l-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni kemm online kif ukoll offline.

Bħala membru kemm tal-SAC kif ukoll tal-gvern tal-ġunta, il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun huwa impenjat fi u jipprovdi appoġġ lil azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

(2)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu fil-lista intitolata “B. Persuni fiżiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)”:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“3.

Myanmar Gems Enterprise (magħrufa wkoll bħala Myanmar Gems Enterprise)

Indirizz: NO.70-072, Yarza, Thingaha Road, Thapyaygone Ward, Zabuthiri Township, Naypyitaw, Myanmar;

Tip ta' entità: Intrapriża tal-istat;

Myanmar Gems Enterprise (MGE) hija intrapriża tal-istat ikkontrollata mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), responsabbli għall-abbozzar ta' regoli u regolamenti u għas-superviżjoni u l-għoti ta' permessi lil imprendituri privati lokali, l-organizzazzjoni ta' emporji u bejgħ speċjali għall-bejgħ tal-ġada u tal-ħaġar prezzjuż. MGE topera taħt l-istruzzjonijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC), li l-Ministru tiegħu nħatar mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

21.6.2021

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar;

Sit web: http://www.mehl.com.mm/

Il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) għal żmien twil kellhom interessi sinifikanti fil-ġada u u l-ħaġar prezzjuż, speċjalment permezz tat-tmexxija tal-MGE, li tikkonsisti kważi kompletament minn eks uffiċjali militari, u attivitajiet imwettqa minn żewġ konglomerati militari (Myanmar Economic Holdings Limited (MEHL) u Myanmar Economic Corporation Limited (MEC)). Il-kolp ta' stat tal-1 ta' Frar 2021 poġġa l-MGE lura taħt il-kontroll militari, u b'hekk ippermetta lit-Tatmadaw jikkontrollaw b'mod sinifikanti s-settur tal-ħaġar prezzjuż. MGE tiġġenera dħul għal dipartimenti differenti tal-Istat tal-Myanmar u permezz tad-diversi attivitajiet tagħhom deskritti hawn fuq, it-Tatmadaw jistgħu jibbenefikaw direttament jew indirettament mid-dħul iġġenerat minn dan is-settur, u dan għaldaqstant jikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

4.

Myanma Timber Enterprise

(magħrufa wkoll bħala Myanmar Timber Enterprise)

Indirizz:

Uffiċċju Prinċipali: Gyogone Forest Compound, Bayint Naung Road, Insein Township, Yangin, Myanmar

Uffiċċju tal-fergħa: No 72/74 Shawe Dagon Pagoda Road, Dagon Township, Yangon, Myanmar;

Tip ta' entità: Intrapriża tal-istat;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar;

Numru tat-telefon: 01-3528789

Sit web: http://www.mte.com.mm/index.php/en

Myanma Timber Enterprise (MTE) hija intrapriża tal-istat li topera taħt il-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). MTE għandha drittijiet esklużivi fuq il-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-injam fil-Myanmar/Burma.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta' Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-SAC u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq u jibbenefika minn intrapriżi tal-istat, inkluż MTE. Għalhekk Myanma Timber Enterprise u s-sussidjarji tagħha huma kkontrollati minn u jiġġeneraw dħul għat-Tatmadaw, u b'hekk jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

21.6.2021

5.

Forest Products Joint Venture Corporation Limited

Indirizz:

422/426(Rm 2), 2nd Flr, Strand Rd., Corner of Botahtaung Pagoda St., FJVC Center, Ward (4), BTHG;

Tip ta' entità: Impriża konġunta;

Post ta' reġistrazzjoni: Myanmar;

Numru tat-telefon: 01-9010742; 01-9010744; 09-443250050

Posta elettronika: fjv.md@gmail.com

Forest Products Joint Venture Corporation Limited (FPJVC) topera fl-industrija tal-injam fil-Myanmar billi tipproċessa l-injam teak u l-injam iebes. Minkejja li hija kumpanija pubblika, FPJVC hija kkontrollata mill-Istat, li (i) għandu l-maġġoranza tal-ishma tal-FPJVC permezz tal-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) (10 %) u l-Myanma Timber Enterprise (MTE) proprjetà tal-istat (45 %), u (ii) għandu d-dritt li jaħtar il-maġġoranza tal-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-FPJVC (bi tliet membri maħtura minn kull wieħed minn MONREC u MTE, rispettivament, minn ħdax-il membru).

21.6.2021

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta' Frar 2021, ir-reġim militari ħatar kabinett ġdid, inkluż ministru ġdid għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Permezz tal-SAC u l-kabinett il-ġdid, ir-reġim militari kiseb kontroll fuq u jibbenefika minn intrapriżi tal-istat, inkluż FPJVC. Għaldaqstant FPJVC hija kkontrollata minn u tiġġenera dħul għat-Tatmadaw, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt.

6.

Organizzazzjoni tal-Veterani tal-Gwerra tal-Myanmar

Indirizz: Thukhuma Road, Datkhina Thiri Tsp, Naypyitaw Division, Myanmar;

Tip ta' entità: Organizzazzjoni Mhux Governattiva;

Post ta' reġistrazzjoni: Yangon, Myanmar;

Data ta' reġistrazzjoni: 1973;

Numru tat-telefon: (067) 30485

Sit web: https://www.mwvo.org/Home/About

L-Organizzazzjoni tal-Veterani tal-Gwerra tal-Myanmar (MWVO) hija organizzazzjoni mhux governattiva li għandha l-għan li tipprovdi appoġġ lil eks membri tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Hija l-organizzazzjoni ewlenija li tinfluwenza l-kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi relatati mal-forzi militari fil-pajjiż.

Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, ħatfu l-poter mill-Gvern ċivili leġittimu permezz ta' kolp ta' stat u stabbilew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) biex jeżerċita s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

21.6.2021”.

Skont il-mandat tal-MWVO, l-organizzazzjoni mhux governattiva taġixxi bħala forza ta' riżerva tat-Tatmadaw u tieħu sehem fit-tfassil tal-politika nazzjonali tad-difiża u s-sigurtà. Barra minn hekk, l-MWVO torganizza dimostrazzjonijiet favur ir-reġim u tipprattika l-milizzja tal-poplu, u b'hekk tappoġġa lit-Tatmadaw fit-twettiq ta' attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt tal-Myanmar/Burma.

Il-grupp patrun ċentrali tal-MWVO huwa rrappreżentat minn figuri ta' livell għoli tat-Tatmadaw bħall-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win. Il-membri tal-MWVO huma parti mill-istruttura ta' governanza tal-konglomerati mmexxija mill-forzi militari, il-Myanmar Economic Holdings Limited (MEHL) u l-Myanmar Economic Corporation Limited (MEC). Għalhekk, l-MWVO hija assoċjata ma' persuni u entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2013/184 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013.

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/67

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1001

tal-21 ta' Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja.

(2)

Fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bil-qawwa l-inżul furzat ta' titjira tar-Ryanair f'Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta' Mejju 2021 fejn ġiet ipperikolata s-sikurezza tal-avjazzjoni, u d-detenzjoni mill-awtoritajiet Belarussi tal-ġurnalist Raman Pratasevich u ta' Sofia Sapega. Huwa appella lill-Kunsill biex jadotta elenkar addizzjonali ta' persuni u entitajiet mill-aktar fis possibbli abbażi tal-qafas ta' sanzjonijiet rilevanti.

(3)

Fid-dawl tal-gravità ta' dak l-inċident, jenħtieġ li entità oħra tiġi inkluża fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa ta' dan l-elenkar, huwa meħtieġ li tiġi emendata l-lista ta' każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza derogi għall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal persuni jew entitajiet elenkati.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 5

1.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a)

meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' kwalunkwe persuna elenkata fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnha, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li jsiru li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni tal-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;

(e)

biex jitħallsu fi jew jinħargu minn, kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali;

(f)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' imposta meħtieġa għal:

(i)

l-operat ta' titjiriet għal skopijiet umanitarji, għall-evakwazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ persuni, jew għal inizjattivi li jipprovdu appoġġ lill-vittmi ta’ diżastri naturali, nukleari jew kimiċi;

(ii)

l-operat ta’ titjiriet fil-qafas ta’ proċeduri ta’ adozzjoni injternazzjonali;

(iii)

l-operat ta' titjiriet meħtieġa għall-attendenza f'laqgħat bl-objettiv li tinstab soluzzjoni għall-kriżi fil-Belarussja jew li jiġu promossi l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi; jew

(iv)

inżul, tlugħ jew titjir li jgħaddi minn fuq it-territorju minn trasportatur tal-ajru tal-UE, f'każ ta' emerġenza; jew

(g)

meħtieġa biex jiġu indirizzati kwistjonijiet urġenti u identifikati b'mod ċar dwar is-sikurezza tal-ajru u wara konsultazzjoni minn qabel tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."

(2)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).

ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

il-persuna ġuridika li ġejja tiżdied mat-tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)"

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

"15.

Belaeronavigatsia

Intrapriża tal-istat

Belarussu: Белаэронавiгация

Дзяржаўнае прадпрыемства

Russu: Белаэронавигация

Государственное предприятие

Indirizz: 19 Korotkevich Str., Minsk, 220039, Repubblika tal-Belarussja

Tel.: +375 (17) 215-40-51

Faks: +375 (17) 213-41-63

Sit web: http://www.ban.by/

Email: office@ban.by

Data ta' reġistrazzjoni: 1996

L-intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA hija responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk hija responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

L-intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA hija għalhekk responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021”

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/70

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1002

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(2)

Fid-9 ta' Awwissu 2020, il-Belarussja wettqet elezzjonijiet presidenzjali, li nstab li kienu inkonsistenti mal-istandards internazzjonali u li kienu mxekkla mir-repressjoni ta' kandidati indipendenti u repressjoni brutali fuq dimostranti paċifiċi wara dawk l-elezzjonijiet. Fil-11 ta' Awwissu 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni li tqis li l-elezzjonijiet la kienu liberi u lanqas ma kienu ġusti. Ġie ddikjarat ukoll li setgħu jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, l-arresti mhux ġustifikati u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni.

(3)

Fit-2 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2020/1388 (2) li ddeżinjat 40 persuna identifikati bħala responsabbli għar-repressjoni u l-intimidazzjoni ta' dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja, kif ukoll għat-tmexxija ħażina tal-proċess elettorali għal dawk l-elezzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali.

(4)

Fis-6 ta' Novembru 2020, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2020/1650 (3), li ddeżinjat lil Aliaksandr Lukashenka u 14-il persuna oħra, fosthom persuni qrib ħafna tiegħu.

(5)

Fis-17 ta' Diċembru 2020, fid-dawl tar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2020/2130 (4), li ddeżinjat 29 persuna u 7 entitajiet.

(6)

Minħabba l-eskalazzjoni tal-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, u r-repressjoni vjolenti tas-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti kif ukoll ta' persuni li jagħmlu parti minn minoritajiet nazzjonali, jenħtieġ li jiġu adottati deżinjazzjonijiet addizzjonali ta' persuni u entitajiet.

(7)

Fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bil-qawwa l-inżul furzat tat-titjira tar-Ryanair f'Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta' Mejju 2021 li pperikola s-sikurezza tal-avjazzjoni, u d-detenzjoni mill-awtoritajiet Belarussi tal-ġurnalist Raman Pratasevich u Sofia Sapega. Huwa appella lill-Kunsill biex jadotta elenkar addizzjonali ta' persuni u entitajiet mill-aktar fis possibbli abbażi tal-qafas ta' sanzjonijiet rilevanti.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li 78 persuna u 7 entitajiet jinżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1388 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 319I , 2.10.2020, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1650 tas-6 ta’ Novembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 370I , 6.11.2020, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 426I, 17.12.2020, p. 14).

ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella "A. Persuni msemmijin fl-Artikoli 3(1) u 4(1)":

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“89.

Natallia Mikhailauna BUHUK

Natalia Mikhailovna BUGUK

Наталля Мiхайлаўна БУГУК

Наталья Михайловна БУГУК

Imħallef tal-qorti tad-distrett ta' Fruzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 19.12.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Fruzensky f'Minsk, Natallia Buhuk hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta' Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

90.

Alina Siarhieeuna KASIANCHYK

Alina Sergeevna KASYANCHYK

Алiна Сяргееўна КАСЬЯНЧЫК

Алина Сергеевна КАСЬЯНЧИК

Assistent Prosekutur tal-Qorti tad-Distrett ta' Fruzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 12.03.1998

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala assistent prosekutur fil-Qorti tad-Distrett ta' Fruzensky f'Minsk, Alina Kasianchyk irrappreżentat ir-reġim ta' Lukashenka f'kawżi politikament motivati kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti. B'mod partikolari, hija ħarrket lill-ġurnalisti Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova talli rreġistraw protesti paċifiċi, fuq l-akkużi bla bażi ta' "reat ta' assoċjazzjoni" u "ksur tal-ordni pubbliku". Hija ħarrket ukoll membri tas-soċjetà ċivili Belarussa eż. talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi, u sellmu lid-dimostrant maqtul Aliaksandr Taraikousky. Hija kontinwament talbet lill-imħallef għal sentenzi ta' ħabs fit-tul.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

91.

Ihar Viktaravich KURYLOVICH

Igor Viktorovich KURILOVICH

Iгар Вiĸтаравiч КУРЫЛОВIЧ,

Игорь Викторович КУРИЛОВИЧ

Investigatur Għoli tad-Dipartiment Distrettwali ta' Frunzensky tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 26.09.1990

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Investigatur Għoli tal-Qorti tad-Distrett ta' Fruzensky f'Minsk, Ihar Kurylovich kien involut fit-tħejjija ta' kawża kriminali politikament motivata kontra l-ġurnalisti Katsiaryna Bakhvalava (Andreyeva) u Darya Chultsova. Il-ġurnalisti, li rreġistraw protesti paċifiċi, ġew akkużati bi ksur tal-ordni pubbliku u ngħataw sentenza ta' sentejn ħabs.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

92.

Siarhei Viktaravich SHATSILA

Sergei Viktorovich SHATILO

Сяргей Вiĸтаравiч ШАЦIЛА

Сергей Виĸторович ШАТИЛО

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk

Data tat-twelid: 13.08.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f’Minsk, Siarhei Shatsila huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta' Natallia Hersche, Dzmitry Halko u Dzmitry Karatkevich, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

93.

Anastasia Vasileuna ACHALAVA

Anastasia Vasilievna ACHALOVA

Анастасiя Васiльеўна АЧАЛАВА

Анастасия Васильевна АЧАЛОВА

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk

Data tat-twelid: 15.10.1992

Post tat-twelid: Minsk, Belarussja

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f’Minsk, Anastasia Achalava hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Dzmitry Kruk, kif ukoll kontra persunal mediku u ċittadini anzjani. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda anonimi.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

94.

Mariya Viachaslavauna YAROKHINA

Maria Viacheslavovna YEROKHINA

Марыя Вячаславаўна ЯРОХIНА

Мария Вячеславовна ЕРОХИНА

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 04.07.1987

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f’Minsk, Mariya Yerokhina hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti tat-trade unions, sportivi u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-ġurnalist Uladzimir Hrydzin.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

95.

Yuliya Aliaksandrauna BLIZNIUK

Yuliya Aleksandrovna BLIZNIUK

Юлiя Аляĸсандраўна БЛIЗНЮК

Юлия Алеĸсандровна БЛИЗНЮК

Viċi President/imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk

Data tat-twelid: 23.09.1971

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Frunzensky f'Minsk, Yuliya Blizniuk hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-attivisti Artsiom Khvashcheuski, Artsiom Sauchuk, Maksim Pauliushchyk. Dawn il-persuni huma meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

96.

Anastasia Dzmitreuna KULIK

Anastasia Dmitrievna KULIK

Анастасiя Дзмiтрыеўна КУЛIК

Анастасия Дмитриевна КУЛИК

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk

Data tat-twelid: 28.07.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f’Minsk, Anastasia Kulik hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta' Aliaksandr Zakharevich, meqjus priġunier politiku minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

97.

Maksim Leanidavich TRUSEVICH

Maksim Leonidovich TRUSEVICH

Маĸсiм Леанiдавiч ТРУСЕВIЧ

Маĸсим Леонидович ТРУСЕВИЧ

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk

Data tat-twelid: 12.08.1989

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk, Maksim Trusevich huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

98.

Tatsiana Yaraslavauna MATYL

Tatiana Yaroslavovna MOTYL

Тацяна Яраславаўна МАТЫЛЬ

Татьяна Ярославовна МОТЫЛЬ

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Moskovsky f'Minsk

Data tat-twelid: 20.01.1968

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Moskovsky f’Minsk, Tatsiana Matyl hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-politiku tal-oppożizzjoni Mikalai Statkevich u l-ġurnalist Alexander Borozenko. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

99.

Aliaksandr Anatolevich RUDZENKA

Aleksandr Anatolevich RUDENKO

Аляĸсандр Анатольевiч РУДЗЕНКА

Алеĸсандр Анатольевич РУДЕНКО

Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk

Data tat-twelid: 01.12.1981

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk, Aliaksandr Rudzenka huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, attivisti u dimostranti, b'mod partikolari l-immultar ta' dimostrant anzjan u b'diżabbiltà, kif ukoll is-sentenzjar ta' Lyudmila Kazak – l-avukat ta' Mariya Kalesnikava, mexxej tal-oppożizzjoni tal-Belarussja. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

100.

Aliaksandr Aliaksandravich VOUK

Aleksandr Aleksandrovich VOLK

Аляĸсандр Аляĸсандравiч ВОЎК

Алеĸсандр Алеĸсандрович ВОЛК

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk

Data tat-twelid: 01.08.1979

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Sovetsky f'Minsk, Aliaksandr Vouk huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari s-sentenzjar tal-aħwa Anastasia u Victoria Mirontsev, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt ta' proċess ġust.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

101.

Volha Siarheeuna NIABORSKAIA

Olga Sergeevna NEBORSKAIA

Вольга Сяргееўна НЯБОРСКАЯ

Ольга Сергеевна НЕБОРСКАЯ

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk

Data tat-twelid: 14.02.1991

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta' Oktyabrsky f'Minsk, Volha Niaborskaya hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti, b'mod partikolari s-sentenzjar ta' Sofia Malashevich u Tikhon Kliukach, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

102.

Marina Sviataslavauna ZAPASNIK

Marina Sviatoslavovna ZAPASNIK

Марына Святаславаўна ЗАПАСНIК

Марина Святославовна ЗАПАСНИК

Viċi President tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk

Data tat-twelid: 28.03.1982

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Viċi President u mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky f'Minsk, Marina Zapasnik hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari is-sentenzjar tal-attivisti Vladislav Zenevich, Olga Pavlova, Olga Klaskovskaya, Viktar Barushka, Sergey Ratkevich, Aleksey Charvinskiy, Andrey Khrenkov, l-istudent Viktor Aktistov, u l-minorenni Maksim Babich. Kollha huma rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

103.

Maxim Yurevich FILATAU

Maxim Yurevich FILATOV

Максiм Юр'евiч Фiлатаў

Максим Юрьевич ФИЛАТОВ

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Lida

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Lida, Maksim Filatau huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari s-sentenzjar tal-attivist Vitold Ashurok, li huwa rikonoxxut bħala priġunier politiku minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa favur id-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

104.

Andrei Vaclavavich HRUSHKO

Andrei Vatslavovich GRUSHKO

Андрэй Вацлававiч ГРУШКО

Андрей Вацлавович ГРУШКО

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky ta' Brest

Data tat-twelid: 24.01.1979

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Leninsky ta' Brest, Andrei Hrushko huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b'mod partikolari bis-sentenzjar ta' attivisti, rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi, u ta' minorenni.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

105.

Dzmitry Iurevich HARA

Dmitry Iurevich GORA

Дзмiтрый Юр'евiч ГАРА

Дмитрий Юрьевич ГОРА

President tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja (maħtur fil-11 ta' Marzu 2021)

Eks Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja (sal-11 ta' Marzu 2021)

Data tat-twelid: 04.05.1970

Post tat-twelid: Tbilisi, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Georgia)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali sa Marzu 2021, Dzmitry Hara jġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Is-Sur Gora kien involut ukoll fit-tnedija ta' proċedimenti kriminali politikament motivati kontra Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya.

Bħala l-Kap tal-Kummissjoni Intergovernattiva maħluqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali biex jiġu investigati l-ilmenti taċ-ċittadini dwar l-abbuż ta' poter minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, Dzmitry Hara huwa responsabbli għan-nuqqas ta' azzjoni ta' din l-istituzzjoni, peress li mhuwa magħruf ebda każ ta' tali investigazzjoni, minkejja applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' kawżi kriminali li jilmentaw l-użu tal-vjolenza, it-trattament ħażin u t-tortura.

Minn Marzu 2021, huwa l-President tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja. F'din il-pożizzjoni huwa responsabbli għall-prosekuzzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u parteċipanti fi protesti paċifiċi.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika

21.6.2021

106.

Aliaksei Kanstantsinavich STUK

Alexey Konstantinovich STUK

Аляĸсей Канстанцiнавiч СТУК

Алеĸсей Константинович СТУК

Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja

Data tat-twelid: 1959

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali, Aliaksei Stuk iġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra l-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Huwa responsabbli għall-issikkar tal-kontroll mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-attivitajiet taċ-ċittadini fil-lokalitajiet u fil-postijiet tax-xogħol u huwa responsabbli għall-applikazzjoni ta' responsabbiltajiet legali eċċessivi fuq parteċipanti fi protesti paċifiċi. Huwa qal pubblikament li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ser jaħdem biex jidentifika assoċjazzjonijiet ''illegali'' taċ-ċittadini u jrażżan l-attivitajiet tagħhom.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

107.

Genadz Iosifavich DYSKO

Gennadi Iosifovich DYSKO

Генадзь Iосiфавiч ДЫСКО

Геннадий Иосифович ДЫСКО

Viċi Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja, Konsulent tal-Istat għall-Ġustizzja tat-tielet klassi Data tat-twelid: 22.03.1964

Post tat-twelid: Oshmyany, reġjun ta' Hrodna, (eks Unjoni Sovjetika) illum il-Belarussja

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Prosekutur Ġenerali, Genadz Dysko jġorr ir-responsabbiltà għal kawżi kriminali politikament motivati kontra l-oppożizzjoni, ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u ċittadini regolari. Huwa kien involut ukoll fit-tnedija ta' proċedimenti kriminali politikament motivati kontra Siarhei Tsikhanousky - attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidata presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

108.

Sviatlana, Anatoleuna LYUBETSKAYA

Svetlana Anatolevna LYUBETSKAYA

Святлана Анатольеўна ЛЮБЕЦКАЯ

Светлана Анатольевна ЛЮБЕЦКАЯ

Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi

Data tat-twelid: 03.06.1971

Post tat-twelid: eks Unjoni Sovjetika (illum l-Ukrajna)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha bħala President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Sviatlana Lyubetskaya hija responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż għat-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

21.6.2021

109.

Aliaksei Uladzimiravich IAHORAU

Alexei Vladimirovich YEGOROV

Аляксей Уладзiмiравiч ЯГОРАЎ

Алексей Владимирович ЕГОРОВ

Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, Viċi President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi

Data tat-twelid: 16.12.1969

Post tat-twelid: Novosokolniki, reġjun ta' Pskov, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Aliaksei Iahorau huwa responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż għat-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

21.6.2021

110.

Aliaksandr Paulavich AMELIANIUK

Aleksandr Pavlovich OMELYANYUK

Аляксандр Паўлавiч АМЕЛЬЯНЮК

Александр Павлович ОМЕЛЬЯНЮК

Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja, Viċi President tal-Kummissjoni Permanenti dwar il-Liġi

Data tat-twelid: 06.03.1964

Post tat-twelid: Kobrin, Reġjun/ Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni Parlamentari dwar il-Liġi, Aliaksandr Amelianiuk huwa responsabbli għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Ksur Amministrattiv ġdid (daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2021) li jawtorizza arresti arbitrarji u impona aktar responsabbiltà għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti tal-massa, inkluż it-turija ta' simboli politiċi. Permezz ta' dawn l-attivitajiet leġiżlattivi, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt ta' għaqda paċifika, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Dawn l-attivitajiet leġiżlattivi jdgħajfu serjament ukoll id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

21.6.2021

111.

Andrei Mikalaevich MUKAVOZCHYK

Andrei Nikolaevich MUKOVOZCHYK

Андрэй Мiĸалаевiч МУКАВОЗЧЫК

Андрей Ниĸолаевич МУКОВОЗЧИК

Osservatur politiku ta' "Belarus Today" ("Sovietskaia Belarus - Belarus Segodnya")

Data tat-twelid: 13.06.1963

Post tat-twelid: Novosibirsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: MP 3413113 u MP 2387911

Andrei Mukavozchyk huwa wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta’ Lukashenka li jippubblika f'“Belarus Today”, il-gazzetta uffiċjali tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. Fl-artikli tiegħu, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jiġu sistematikament deskritti b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata. Hu wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

F'Mejju 2020, Mukavozchyk ingħata l-premju tal-"Pinna tad-Deheb" minn organizzazzjoni favur il-gvern il-Union Belarussa tal-Ġurnalisti. F'Diċembru 2020, ingħata l-premju "Ittra tad-Deheb", mingħand ir-rappreżentanti tal-Ministeru għall-Informazzjoni tal-Belarussja. F'Jannar 2021, Lukashenka ffirma digriet fejn ta midalja lil Mukavozchyk "Għal merti ta' xogħol".

Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

21.6.2021

112.

Siarhei Aliaksandravich GUSACHENKA

Sergey Alexandrovich GUSACHENKO

Сяргей Аляксандравiч ГУСАЧЭНКА

Сергей Александрович ГУСАЧЕНКО

Viċi President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u r-Radju tal-Istat(Belteleradio Company)

Data tat-twelid: 05.11.1983

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Nru tat-telefon tal-uffiċċju: (+375-17) 369 90 15

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi President ta' Belteleradiocompany, it-Televiżjoni tal-Istat, awtur u preżentatur tal-programm televiżiv ta' propaganda ta' kull ġimgħa "Glavnyy efir", Siarhei Gusachenka qiegħed intenzjonalment jipprovdi lill-pubbliku Belarussu informazzjoni falza dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet, il-protesti u r-repressjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet statali. Huwa direttament responsabbli għall-mod li bih it-Televiżjoni tal-Istat tippreżenta l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b'hekk jagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż Lukashenka.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

113.

Genadz Branislavavich DAVYDZKA

Gennadi Bronislavovich DAVYDKO

Генадзь Бранiслававiч ДАВЫДЗЬКА

Геннадий Брониславович ДАВЫДЬКO

Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti, President tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Media

President tal-organizzazzjoni politika Belarussa Belaya Rus

Data tat-twelid: 29.09.1955

Post tat-twelid: villaġġ ta' Popovka, Senno/Sjanno, Reġjun ta' Vitebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Passaport MP2156098

Bħala l-President ta' Belaya Rus, organizzazzjoni ewlenija favur Lukashenka, Genadz Davydzka huwa wieħed mill-propagandisti prinċipali tar-reġim. Fl-appoġġ tiegħu għal Lukashenka, sikwit juża lingwaġġ xewwiexi, u ħeġġeġ il-vjolenza tal-apparat tal-istat fuq dimostranti paċifiċi.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

114.

Volha Mikalaeuna CHAMADANAVA

Olga Nikolaevna CHEMODANOVA

Вольга Мiĸалаеўна ЧАМАДАНАВА

Ольга Ниĸолаевна ЧЕМОДАНОВА

Segretarju tal-Istampa tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja

Data tat-twelid: 13.10.1977

Post tat-twelid: reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Kurunell

Passaport: MC1405076

Billi hija l-persuna ewlenija għall-media tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Belarussja, Volha Chamadanava għandha rwol ewlieni fit-tgħawwiġ ta', u d-devjazzjoni tal-attenzjoni mill-fatti tal-vjolenza kontra d-dimostranti, kif ukoll fit-tixrid ta' informazzjoni falza dwarhom. Hija heddet lid-dimostranti paċifiċi u tkompli tiġġustifika l-vjolenza kontrihom.

Peress li hija parti mill-apparat tas-sigurtà u titkellem f'ismu, hija għaldaqstant qed tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

115.

Siarhei Ivanavich SKRYBA

Sergei Ivanovich SKRIBA

Сяргей Iванавiч СКРЫБА

Сергей Иванович СКРИБА

Viċi Kanċillier tal-Università Ekonomika Statali Belarussa għall-Ħidma Edukattiva

Data tat-twelid: 21.11.1964 / 1965

Post tat-twelid: Kletsk, Reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Indirizz elettroniku: skriba_s@bseu.by

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kanċillier tal-Università Ekonomika Statali Belarussa (BSEU) għall-ħidma edukattiva, Siarhei Skryba hu responsabbli għas-sanzjonijiet li ttieħdu kontra studenti għas-sehem tagħhom fi protesti paċifiċi, inkluż it-tkeċċija tagħhom mill-università.

Xi wħud minn dawn is-sanzjonijiet ittieħdu wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

Hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

116.

Siarhei Piatrovich, RUBNIKOVICH

Sergei Petrovich RUBNIKOVICH

Сяргей Пятровiч РУБНIКОВIЧ Сергей Петрович РУБНИКОВИЧ

Rettur tal-Università Medika Statali Belarussa Data tat-twelid: 1974

Post tat-twelid: Sharkauschyna, Reġjun/Oblast ta' Vitebsk/ Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Medika Statali Belarussa, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Siarhei Rubnikovich huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

Hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

117.

Aliaksandr Henadzevich BAKHANOVICH

Aleksandr Gennadevich BAKHANOVICH

Аляĸсандр Генадзевiч БАХАНОВIЧ

Алеĸсандр Геннадьевич БАХАНОВИЧ

Rettur tal-Università Teknika Statali ta' Brest

Data tat-twelid: 1972

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Teknika Statali ta' Brest, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Aliaksandr Bakhanovich huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

Bakhanovich hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

118.

Mikhail Ryhoravich BARAZNA

Mikhail Grigorevich BOROZNA

Мiхаiл Рыгоравiч БАРАЗНА

Михаил Григорьевич БОРОЗНА

Rettur tal-Akkademja tal-Arti Statali Belarussa (BSAA)

Data tat-twelid: 20.11.1962

Post tat-twelid: Rakusheva, Reġjun/ Oblast ta' Mahileu/ Mogiliev, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala r-Rettur tal-Akkademja tal-Arti Statali Belarussa (BSAA), Mikhail Barazna huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Universita li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi.

L-ordnijiet ta' tkeċċija ngħataw wara s-sejħa ta' Lukashenka fis-27 ta' Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks.

Mikhail Barazna hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

119.

Maxim Uladzimiravich RYZHANKOU

Maxim Vladimirovich RYZHENKOV

Максiм Уладзiмiравiч РЫЖАНКОЎ

Максим Владимирович РЫЖЕНКОВ

L-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali

Data tat-twelid: 19.06.1972

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, Maxim Ryzhankou huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għal aktar minn 20 sena tal-karriera tiegħu fis-servizz ċivili tal-Belarussja huwa kellu għadd ta' karigi, fosthom fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u diversi ambaxxati. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

120.

Dzmitry Aliaksandravich LUKASHENKA

Dmitry Aleksandrovich LUKASHENKO

Дзмiтрый Аляксандравiч ЛУКАШЭНКА

Дмитрий Александрович ЛУКАШЕНКО

Negozjant, president tal-Klabb Sportiv tal-President

Data tat-twelid: 23.03.1980

Post tat-twelid: Mogilev/Mahiliou eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Dzmitry Lukashenka huwa iben Aliaksandr Lukashenka u negozjant. Ilu president tal-Assoċjazzjoni Statali-Pubblika l-"Klabb Sportiv Presidenzjali" mill-2005 u fl-2020 reġà ġie elett f'din il-kariga. Permezz ta' din l-entità, huwa jagħmel negozju u jikkontrolla għadd ta' intrapriżi. Kien preżenti għall-inawgurazzjoni sigrieta ta' Aliaksandr Lukashenka f'Settembru 2020. Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

21.6.2021

121.

Liliya Valereuna LUKASHENKA (SIAMASHKA)

Liliya Valerevna LUKASHENKO (SEMASHKO)

Лiлiя Валер'еўна ЛУКАШЭНКА (СЯМАШКА)

Лилия Валерьевна ЛУКАШЕНКО (СЕМАШКО)

Negozjant, direttur ta' gallerija tal-arti

Data tat-twelid: 1978 jew 1979

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Liliya Lukashenka hija mart Viktar Lukashenka u bint tar-rispett ta' Aliaksandr Lukashenka. Hija kienet marbuta mill-qrib ma' għadd ta' kumpanniji ta' profil għoli, li bbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenka, fosthom Dana Holdings / Dana Astra, Belkhudozhpromysly concern u Eastleigh trading Ltd. Kienet preżenti, flimkien ma' żewġha Viktar Lukashenka, għall-inawgurazzjoni sigrieta ta' Aliaksandr Lukashenka f'Settembru 2020. Għaldaqstant qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah

21.6.2021

122.

Valeri Valerevich IVANKOVICH

Valery Valerevich IVANKOVICH

Валерый Валер'евiч IВАНКОВIЧ

Валерий Валерьевич ИВАНКОВИЧ

Direttur Ġenerali ta' OJSC "MAZ".

Data tat-twelid: 1971

Post tat-twelid: Novopolotsk, Repubblika Sovjetika Soċjalista Belarussa (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta' OJSC "MAZ", Valeri Ivankavich iġorr responsabbiltà għad-detenzjoni ta' ħaddiema tal-MAZ fil-bini tal-MAZ mill-forzi tas-sigurtà, u għat-tkeċċija mix-xogħol ta' impjegati tal-MAZ li kienu qed jieħdu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

Huwa nħatar minn Lukashenka bħala membru tal-kummissjoni bil-kompitu li tabbozza emendi għall-kostituzzjoni tal-Belarussja. Għaldaqstant hu jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

123.

Aliaksandr Yauhenavich SHATROU

Alexander (Alexandr) Evgenevich SHATROV

Аляксандр Яўгенавiч ШАТРОЎ Александр Евгеньевич ШАТРОВ

Negozjat, Sid u Uffiċjal Kap Eeżekuttiv ta' LLC Synesis

Data tat-twelid:

Post tat-twelid: Unjoni Sovjetika (illum il-Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa, Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-uffiċjal kap eżekuttiv u s-sid ta' LLC Synesis, Alexander Shatrov huwa responsabbli għad-deċiżjoni ta' din il-kumpannija li tipprovdi lill-awtoritajiet Belarussi pjattaforma ta' sorveljanza, Kipod, li tista' tfittex f'filmati u tanalizzahom, u tuża software ta' rikonoxximent tal-wiċċ. Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-istat.

Synesis LLC u s-sussidjarja tagħha Panoptes jibbenefikaw mis-sehem tagħhom fis-Sistema ta' Monitoraġġ tas-Sikurezza Repubblikana. Kumpanniji oħrajn li huma proprjetà jew proprjetà konġunta ta' Shatrov, bħal BelBet u Synesis Sport, ukoll jibbenefikaw minn kuntratti tal-gvern.

Huwa għamel stqarrijiet pubbliċi fejn ikkritika lil dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim ta' Lukashenka u qiegħed f'perspettiva n-nuqqas ta' demokrazija fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.

21.6.2021

124.

Siarhei Siamionavich TSIATSERYN

Sergei Semionovich TETERIN

Сяргей Сямёнавiч ЦЯЦЕРЫН

Сергей Семёнович ТЕТЕРИН

Negozjant, sid ta' BELGLOBALSTART, koproprjetarju ta' VIBEL, President tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis

Data tat-twelid: 07.01.1961

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Siarhei Tsiatseryn huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b'interessi ta' negozju fid-distribuzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi (permezz tal-kumpannija tiegħu "Belglobalstart"), prodotti tal-ikel u għamara. Huwa parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' Lukashenko.

Fl-2019, Belglobalstart ingħatat opportunità li tibda l-bini ta' ċentru multifunzjonali ta' negozju quddiem il-palazz presidenzjali f'Minsk. Huwa koproprjetarju tal-kumpannija VIBEL li tbigħ reklami fuq għadd ta' stazzjonijiet televiżivi nazzjonali Belarussi. Huwa l-president tal-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis u eks assistent ta' Lukashenka għal kwistjonijiet sportivi.

Għamel kummenti pubbliċi li fihom ikkundanna lill-isportivi tal-Belarussja talli esprimew il-protesti tagħhom kontra r-reġim ta' Lukashenka, fejn ipprotestaw kontra l-vjolenza fuq u l-persekuzzjoni ta' dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem. Pubblikament talab lil dawn l-isportivi jagħtu lura l-flus kollha li l-istat kien investa fihom.

Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.

21.6.2021

125.

Mikhail Safarbekovich GUTSERIEV

Микаил (Михаил) Сафарбекович ГУЦЕРИЕВ

Negozjant, sid tal-kumpanniji Safmar, Slavkali u Slavneft

Data tat-twelid: 09.05.1958

Post tat-twelid: Akmolinsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Każakistan)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Mikhail Gutseriev huwa negozjant prominenti Russu, b'interessi ta' negozju fil-Belarussja fis-setturi tal-enerġija, tal-potassa, tal-ospitalità u oħrajn. Huwa ilu żmien twil ħabib ta' Aliaksandr Lukashenka u bis-saħħa ta' din l-assoċjazzjoni akkumula ġid u influwenza sinifikanti fost l-elit politiku fil-Belarussja. "Safmar", kumpannija kkontrollata minn Gutseriev, kienet l-unika ditta taż-żejt Russa li kompliet tforni ż-żejt lir-raffineriji Belarussi waqt il-kriżi tal-enerġija bejn il-Belarussja u r-Russja fil-bidu tal-2020.

Gutseriev appoġġa wkoll lil Lukashenka f'tilwim mar-Russja dwar il-kunsinni taż-żejt. Gutseriev huwa s-sid tal-kumpannija "Slavkali", li qed tibni l-impjant ta' tħaffir u proċessar tal-klorur tal-potassju ta' Nezhinsky ibbażat fuq id-depożitu ta' melħ potassiku ta' Starobinskiy qrib Lyuban. Huwa l-akbar investiment fil-Belarussja, b'valur ta' $2 biljun. Lukashenka wiegħed li jibdel l-isem tal-belt ta' Lyuban għal Gutserievsk biex jagħtih ġieħ. In-negozji l-oħrajn tiegħu fil-Belarussja jinkludu l-istazzjonijiet tal-fjuwil u d-depożiti taż-żejt "Slavneft", lukanda, ċentru tan-negozju u terminal tal-ajruport f'Minsk. Lukashenka ddefenda lil Gutseriev wara li nbdiet investigazzjoni kriminali kontrih fir-Russja. Lukashenka rringrazzja wkoll lil Gutseriev għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-karità u l-investimenti ta' biljuni ta' dollari fil-Belarussja. Gutseriev huwa rrappurtat li rregala lil Lukashenka rigali lussużi.

Huwa ddikjara wkoll li huwa s-sid ta’ residenza, li de facto tappartjeni lil Lukashenka, u b'hekk għattielu meta l-ġurnalisti bdew jinvestigaw l-assi ta' Lukashenka. Gutseriev huwa rrappurtat li attenda l-inawgurazzjoni sigrieta ta' Lukashenka fit-23 ta' Settembru 2020. F’Ottubru 2020, Lukashenka u Gutseriev it-tnejn dehru fil-ftuħ ta' knisja ortodossa, li dan tal-aħħar sponsorja. Skont rapporti tal-media, meta l-impjegati tal-media tal-istat Belarussa li kienu qed jistrajkjaw tkeċċew f’Awwissu 2020, ħaddiema tal-media Russi twasslu lejn il-Belarussja abbord inġenji tal-ajru li jappartjenu lil Gutseriev sabiex jissostitwixxu l-ħaddiema mkeċċija, u qagħdu fil-lukanda Minsk Renaissance li tappartjeni lil Gutseriev. Għaldaqstant Mikhail Gutseriev qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah.

21.6.2021

126.

Aliaksey Ivanavich ALEKSIN

Alexei Ivanovich OLEKSIN

Аляксей Iванавiч АЛЕКСIН

Алексей Иванович ОЛЕКСИН

Negozjant, Koproprjetarju tal-Grupp Bremino,

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Aliaksei Aleksin huwa wieħed min-negozjanti ewlenin fil-Belarussja, b'interessi ta' negozju fis-setturi taż-żejt u l-enerġija, il-proprjetà immobbli, l-iżvilupp, il-loġistika, it-tabakk, il-bejgħ bl-imnut, il-finanzi u oħrajn. Huwa jgawdi minn relazzjoni mill-qrib ma’ Aliaksandr Lukashenka u ma' ibnu u l-eks Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali Viktar Lukashenka. Huwa attiv fil-moviment tal-motoċiklisti fil-Belarussja, passatemp li jaqsam ma’ Viktar Lukashenka. Il-kumpannija tiegħu hija s-sid ta' proprjetà f'"Alexandria 2" (reġjun ta' Mogilev), magħruf bħala "residenza presidenzjali", li Aliaksandr Lukashenka jżur spiss.

Huwa il-koproprjetarju ta' "Bremino Group" – l-inizjatur u koamministratur tal-proġett taż-żona ekonomika speċjali Bremino-Orsha maħluqa permezz ta' digriet presidenzjali ffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Il-kumpannija rċeviet appoġġ statali għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa u benefiċċji oħra. Aleksin u sidien oħra ta' Bremino Group irċevew appoġġ minn Viktar Lukashenka.

Il-kumpanniji "Inter Tobacco" u "Energo-Oil", li jappartjenu lil Aleksin u membri familjari stretti tiegħu, ingħataw privileġġi esklussivi biex jimportaw prodotti tat-tabakk lejn il-Belarussja, abbażi ta' digriet iffirmat minn Aliaksandr Lukashenka, u rċevew appoġġ mill-istat għall-ħolqien ta' kiosks Tabakierka. Huwa kien allegatament involut fit-twaqqif tal-ewwel kumpannija militari privata approvata mill-gvern fil-Belarussja "GardServis", b'rabtiet irrappurtati mal-apparat tas-sigurtà tal-Belarussja. Għaldaqstant huwa qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

127.

Aliaksandr Mikalaevich ZAITSAU

Alexander (Alexandr) Nikolaevich ZAITSEV

Аляксандр Мiкалаевiч ЗАЙЦАЎ

Александр Николаевич ЗАЙЦЕВ

Negozjant, koproprjetarju tal-Grupp Bremino u l-Grupp Sohra

Data tat-twelid: 22.11.1976 jew 22.11.1975

Post tat-twelid: Ruzhany, Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Aliaksandr Zaitsau huwa l-eks assistent ta' Viktar Lukashenka, iben u eks Konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali għal Aliaksandr Lukashenka. Permezz ta' aċċess għall-familja Lukashenka Zaitsau jikseb kuntratti ta' valur għoli għan-negozji tiegħu. Huwa s-sid tal-Grupp Sohra li ngħata d-dritt li jesporta l-produzzjoni ta' intrapriżi proprjetà tal-istat (tratturi, trakkijiet) fil-pajjiżi tal-Golf u Afrikani. Huwa wkoll koproprjetarju tal-Grupp Bremino. Il-kumpannija rċeviet appoġġ statali għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa u benefiċċji oħra. Zaitsau u sidien oħra ta' Bremino Group irċevew appoġġ minn Viktar Lukashenka.

Għaldaqstant huwa jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah.

21.6.2021

128.

Ivan Branislavavich MYSLITSKI

Ivan Bronislavovich MYSLITSKIY

Iван Бранiслававiч МЫСЛIЦКI

Иван Брониславович МЫСЛИЦКИЙ

L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 23.10.1976

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Ivan Myslitski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

129.

Aleh Mikalaevich, BELIAKOU

Oleg Nikolaevich BELIAKOV

Алег Мiĸалаевiч БЕЛЯКОЎ

Олег Ниĸолаевич БЕЛЯКОВ

Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Aleh Beliakou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

130.

Uladzislau Aliakseevich MANDRYK

Vladislav Alekseevich MANDRIK

Уладзiслаў Аляксеевiч МАНДРЫК

Владислав Алексеевич МАНДРИК

Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 04.07.1971

Post tat-twelid:

Karta tal-identità nazzjonali: 3040771A125PB2; Passaport: MP3810311.

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Uladzislau Mandryk huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

131.

Andrei Mikalaevich DAILIDA

Andrei Nikolaevich DAILIDA

Андрэй Мiкалаевiч ДАЙЛIДА

Андрей Ниĸолаевич ДАЙЛИДА

Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 01.07.1974

Post tat-twelid:

Passaport: KH2133825

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Andrei Dailida huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenko ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

Fil-pożizzjoni tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali. Għall-ħidma tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, f'Diċembru 2020 huwa ngħata l-Ordni Presidenzjali għas-servizz lill-Art tat-twelid u għalhekk ibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

132.

Aleh Mikalaevich LASHCHYNOUSKI

Oleg Nikolaevich LASHCHINOVSKII

Алег Мiкалаевiч ЛАШЧЫНОЎСКI

Олег Николаевич ЛАЩИНОВСКИЙ

Eks Viċi Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 12.05.1963

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Aleh Lashchynouski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu, iġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet Belarussi u l-miżuri ta' repressjoni meħuda hemmhekk, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat u tortura brutali.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

133.

Zhana Uladzimirauna BATURYTSKAIA

Zhanna Vladimirovna BATURITSKAYA

Жана Уладзiмiраўна БАТУРЫЦКАЯ

Жанна Владимировна БАТУРИЦКАЯ

Kap tad-Direttorat għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 20.04.1972

Post tat-twelid:

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tagħha ta' Kap tad-Direttorat għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni b'awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni, Zhana Baturitskaia hija responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, f'konformità mad-diskors li Lukashenka ta lill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern.

Fil-pożizzjoni tagħha, iġġorr responsabbiltà għall-kondizzjonijiet ta' detenzjoni fil-ħabsijiet Belarussi, inkluż il-kategorizzazzjoni tal-ħabsin skont it-tipi differenti ta' maltrattament u tortura li d-detenuti jiġu soġġetti għalihom, bħal abbuż verbali, iżolament punittiv, tiċħid ta' telefonati u żjarat, mutilazzjoni, swat, tortura brutali.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

134.

Dzmitry Mikalaevich STREBKOU

Dmitry Nikolaevich STREBKOV

Дзмiтрый Мiкалаевiч СТРЭБКОЎ

Дмитрий Николаевич СТРЕБКОВ

Kap tal-Ħabs Nru. 8 f'Zhodino

Data tat-twelid: 19.03.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tal-Ħabs Nru 8 f'Zhodino, Dzmitry Strebkou huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi fiċ-ċentru ta' detenzjoni u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni, inkluż fiċ-ċentru ta' detenzjoni temporanju tagħha, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

135.

Yauhen Andreevich SHAPETSKA

Evgeniy Andreevich SHAPETKO

Яўген Андрэевiч ШАПЕЦЬКА

Евгений Андреевич ШАПЕТЬКО

Kap taċ-ċentru ta' iżolament għat-trasgressuri f'Akrestina

Data tat-twelid: 30.03.1989

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap taċ-Ċentru ta' Iżolament għat-Trasgressuri f'Akrestina, Yauhen Shapetska huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi fiċ-ċentru ta' iżolament u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u ġew detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

136.

Ihar Ryhoravich KENIUKH

Igor Grigorevich KENIUKH

Iгар Рыгоравiч КЕНЮХ

Игорь Григорьевич КЕНЮХ

Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina

Data tat-twelid: 21.01.1980

Post tat-twelid: Reġjun/Oblast ta' Gomel, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina, Ihar Keniukh huwa responsabbli għal kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

Għamel pressjoni fuq il-persunal mediku biex jitneħħew it-tobba li jissimpatizzaw mad-dimostranti. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha," l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

137.

Hleb Uladzimiravich DRYL

Gleb Vladimirovich DRIL

Глеб Уладзiмiравiч ДРЫЛЬ

Глеб Владимирович ДРИЛЬ

Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina

Data tat-twelid: 12.05.1980

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju, Hleb Dryl huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

Skont ix-xhieda tax-xhud, xi nisa detenuti mid-9 sat-12 ta' Awwissu 2020 ġew msawta b'mod aħrax fiċ-ċentri tad-detenzjoni. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha", l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

138.

Uladzimir Iosifavich LAPYR

Vladimir Yosifovich LAPYR

Уладзiмiр Iосiфавiч ЛАПЫР

Владимир Иосифович ЛАПЫРЬ

Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina

Data tat-twelid: 21.08.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap taċ-Ċentru ta' Detenzjoni Temporanju f'Akrestina, Uladzimir Lapyr huwa responsabbli għal kundizzjonijiet atroċi u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż swat u tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti f'din il-faċilità ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Skont ix-xhieda ta' bosta nisa inkluża fir-rapport taċ-Ċentru għall-Promozzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa, "Id-Drittijiet Tagħha," l-aktar trattament inuman seħħ fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Akrestina f'Minsk, fejn il-pulizija tal-OMON kienu partikolarment kefrin u użaw it-tortura.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

139.

Aliaksandr Uladzimiravich VASILIUK

Alexander (Alexandr) Vladimirovich VASILIUK

Аляксандр Уладзiмiравiч ВАСIЛЮК

Александр Владимирович ВАСИЛЮК

Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 08.05.1975

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksandr Vasiliuk huwa responsabbli għal persekuzzjonijiet u detenzjoni politikament motivati, b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni, inkluż il-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa Mariya Kalesnikava li hija meqjusa priġunier politiku minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa responsabbli wkoll għad-detenzjoni ta' diversi rappreżentanti tal-media tal-oppożizzjoni.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

140.

Yauhen Anatolevich ARKHIREEU

Evgeniy Anatolevich ARKHIREEV

Яўген Анатольевiч АРХIРЭЕЎ

Евгений Анатольевич АРХИРЕЕВ

Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet, Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 1.07.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Yauhen Arkhireeu huwa responsabbli għall-ftuħ ta' proċedimenti kriminali politikament motivati u l-investigazzjoni tagħhom, b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni u dimostranti oħrajn. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom l-għan li jintimidaw id-dimostranti, kif ukoll li jikkriminalizzaw il-parteċipazzjoni f'dimostrazzjonijiet paċifiċi.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

141.

Aliaksei Iharavich KAURYZHKIN

Alexey Igorovich KOVRYZHKIN

Аляĸсей Iгаравiч КАЎРЫЖКIН

Алеĸсей Игоревич КОВРИЖКИН

Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet fid-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 03.11.1981

Post tat-twelid: Bobruisk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Tim tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksei Kauryzhkin huwa responsabbli għal persekuzzjonijiet u detenzjoni politikament motivati, b'mod partikolari tal-membri tat-tim tal-kampanja presidenzjali ta' Viktar Babarika u tal-membri tal-Kunsill ta' Koordinazzjoni tal-oppożizzjoni, inkluż l-avukat Maxim Znak li huwa meqjus priġunier politiku minn organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

142.

Aliaksandr Dzmitryevich AHAFONAU

Alexander (Alexandr) Dmitrievich AGAFONOV

Аляксандр Дзмiтрыевiч АГАФОНАЎ

Александр Дмитриевич АГАФОНОВ

L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet, Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 13.03.1982

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu tal-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjonijiet tal-Kumitat Investigattiv tal-Belarussja, Aliaksandr Ahafonau huwa responsabbli għall-persekuzzjonijiet u l-arresti politikament motivati tal-kandidat presidenzjali Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u żewġ il-kandidata presidenzjali Svetlana Tsikhanouskaya u attivisti politiċi oħrajn, inkluż Mikalai Statkevich u Dzmitry Kazlou. Siarhei Tsikhanousky, Dzmitry Kazlou u Mikalai Statkevich huma rikonoxxuti bħala priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

143.

Kanstantsin Fiodaravich BYCHAK

Konstantin Fedorovich BYCHEK

Канстанцiн Фёдаравiч БЫЧАК

Константин Фёдорович БЫЧЕК

Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tal-KGB

Data tat-twelid: 20.09.1985

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tal-KGB, Kanstantin Bychak issorvelja l-investigazzjoni politikament motivata tal-kandidat presidenzjali Viktar Babarika. Il-kandidatura ta' Babarika ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq rapport mill-KGB u dikjarazzjonijiet televiżivi uffiċjali li fihom Bychak iddikjara li Babarika kien ħati ta' ħasil tal-flus waqt li l-investigazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin.

Fis-26 ta' Ottubru 2020, Bychak hedded lid-dimostranti paċifiċi fuq it-televiżjoni tal-gvern billi ddikjara li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiġu kklassifikati bħala atti ta' terroriżmu.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili demokratika.

21.6.2021

144.

Andrei Siarheevich BAKACH

Andrei Sergeevich BAKACH

Андрэй Сяргеевiч БАКАЧ

Андрей Сергеевич БАКАЧ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaysky ta' Minsk

Data tat-twelid: 19.11.1983

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Pervomaysky f'Minsk (minn Diċembru 2019), Andrei Bakach huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi tal-pulizija li jappartjenu għal din iż-żona tal-pulizija u għall-azzjonijiet li seħħew fl-għassa tal-pulizija. Matul il-mandat tiegħu ta' Kap, id-dimostranti paċifiċi f'Minsk ġew soġġetti għal trattament kiefer, inuman u degradanti fl-għassa tal-pulizija taħt il-kontroll tiegħu.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

145.

Aliaksandr Uladzimiravich, PALULEKH

Aleksandr Vladimirovich POLULEKH

Аляксандр Уладзiмiравiч ПАЛУЛЕХ

Александр Владимирович ПОЛУЛЕХ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk

Data tat-twelid: 25.06.1979

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Direttorat tal-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Palulekh huwa responsabbli għar-repressjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija f'dan id-distrett kontra d-dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari bil-maltrattament, inkluż tortura, tad-dimostranti paċifiċi li ġew detenuti fl-għassa tal-pulizija taħt il-kontroll tiegħu.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

146.

Aliaksandr Aliaksandravich ZAKHVITSEVICH

Aleksandr Aleksandrovich ZAKHVITSEVICH

Аляксандр Аляксандравiч ЗАХВIЦЭВIЧ

Александр Александрович ЗАХВИЦЕВИЧ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk

Data tat-twelid: 01.01.1977

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Zakhvitsevich jissorvelja l-pulizija tas-sigurtà pubblika u huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Distrett ta' Frunzenskiy wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi f'dan id-distrett. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni ta' Zakhvitsevich użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

147.

Siarhei Uladzimiravich USHAKOU

Sergei Vladimirovich USHAKOV

Сяргей Уладзiмiравiч УШАКОЎ

Сергей Владимирович УШАКОВ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk

Data tat-twelid: 22.08.1980

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk, li jissorvelja l-pulizija kriminali, Siarhei Ushakou huwa responsabbli mill-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, speċjalment it-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Distrett ta' Frunzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni diretta ta' Ushakou użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

148.

Siarhei Piatrovich ARTSIOMENKA

Sergei Petrovich ARTEMENKO / ARTIOMENKO

Сяргей Пятровiч АРЦЁМЕНКА

Сергей Петрович АРТЁМЕНКО

Viċi Kap tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk

Data tat-twelid: 26.03.1973

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Viċi Kap tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaisky f'Minsk, fejn jissorvelja l-pulizija tas-sigurtà pubblika, Siarhei Artemenko huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, mis-subordinati tiegħu fil-konfront ta' ċittadini detenuti fid-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Pervomaiskiy f'Minsk li seħħ wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. Eżempju wieħed huwa l-maltrattament ta' Maxim Haroshin, sid ħanut tal-fjuri, li ġie arrestat wara li ta fjuri lill-parteċipanti tal-Marċ tan-Nisa fit-13 ta' Ottubru 2020. Artemenko għamel pressjoni fuq iċ-ċittadini biex ma jiħdux sehem fid-dimostrazzjonijiet paċifiċi.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

149.

Aliaksandr Mikhailavich RYDZETSKI

Aleksandr Mikhailovich RIDETSKIY

Аляксандр Мiхайлавiч РЫДЗЕЦКI

Александр Михайлович РИДЕЦКИЙ

Ex-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali ta’ Oktyabrskiy ta’ Minsk, Kap tad-Direttorat tas-sigurtà interna tal-Kumitat tal-Eżami Forensiku tal-Istat

Data tat-twelid: 14.08.1978

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabersky ta' Minsk, Aliaksandr Rydzetski kien responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, mis-subordinati tiegħu fuq ċittadini detenuti f'dak id-distrett wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

150.

Dzmitry Iauhenevich BURDZIUK

Dmitry Evgenevich BURDIUK

Дзмiтрый Яўгеньевiч БУРДЗЮК

Дмитрий

Евгеньевич БУРДЮК

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky, Eks Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk

Data tat-twelid: 31.01.1980

Post tat-twelid: Reġjun ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Identifikazzjoni personali: 3310180C009PB7

Numru tal-passaport: MP3567896

Fil-pożizzjoni li kellu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk, Dzmitry Burdziuk kien responsabbli għas-superviżjoni tas-swat gravi u t-tortura fuq dimostranti paċifiċi u persuni fil-qrib f'dak id-distrett wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

F’Diċembru 2020 ġie maħtur Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabersky.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

151.

Vital Vitalevich KAPILEVICH

Vitaliy Vitalevich KAPILEVICH

Вiталь Вiтальевiч КАПIЛЕВIЧ

Виталий Витальевич КАПИЛЕВИЧ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 26.11.1988

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk, Vital Kapilevich huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fid-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky. Id-detenuti ġew miċħuda l-għajnuna medika; il-paramediċi li waslu fid-Dipartiment ġew intimidati biex ma titħalliex tingħata l-assistenza medika lid-detenuti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

21.6.2021

152.

Kiryl Stanislavavich KISLOU

Kirill Stanislavovich KISLOV

Кiрыл Станiслававiч КIСЛОЎ

Кирилл Станиславович КИСЛОВ

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 02.01.1979

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk, Kiryl Kislou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini ta' din l-għassa tal-pulizija. Huwa responsabbli wkoll għar-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib, mis-subordinati tiegħu.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

21.6.2021

153.

Siarhei Aliaksandravich VAREIKA

Sergey Aleksandrovich VAREIKO

Сяргей Аляĸсандравiч ВАРЭЙКА

Сергей Алеĸсандрович ВАРЕЙКО

Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Moskovski ta' Minsk, eks Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 01.02.1980

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni li kellu bħala Viċi Kap tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky Siarhei Vareika huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Zavodsky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Huwa responsabbli wkoll għall-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, li ħadu sehem fir-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib.

Fil-21 ta' Diċembru 2020 ġie maħtur Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Moskovsky ta' Minsk.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

21.6.2021

154.

Siarhei Feliksavich DUBAVIK

Sergey Feliksovich DUBOVIK

Сяргей Фелiĸсавiч ДУБАВIК

Сергей Фелиĸсович ДУБОВИК

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky ta' Minsk

Data tat-twelid: 01.02.1974

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky, Siarhei Dubavik huwa responsabbli għal trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Leninsky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Id-detenuti ġew miċħuda l-għajnuna medika; il-paramediċi li waslu fid-Dipartiment ġew intimidati biex ma titħalliex tingħata l-assistenza medika lid-detenuti.

Huwa responsabbli wkoll għall-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, li ħadu sehem fir-repressjonijiet tal-massa kontra dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ħaddiema, rappreżentanti tal-komunità akkademika u persuni fil-qrib.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

155.

Aliaksandr Mechyslavavich ANDRYEUSKI

Alexander (Alexandr) Mechislavovich ANDRIEVSKII

Аляĸсандр Мечыслававiч АНДРЫЕЎСКI

Алеĸсандр Мечиславович АНДРИЕВСКИЙ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta' Frunzensky ta' Minsk

Data tat-twelid: 29.04.1982

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Frunzensky ta' Minsk, Aliaksandr Andryeuski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fil-bini tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Fruzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Id-detenuti kienu għarkopptejhom b'rashom baxxuta għal sigħat sħaħ, imsawwta b'mod vjolenti, u ngħataw xokkijiet bit-taser.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

156.

Vital Mikhailavich MAKRYTSKI

Vitalii Mikhailavich MAKRITSKII

Вiталь Мiхайлавiч МАКРЫЦКI

Виталий

Михайлович МАКРИЦКИЙ

Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky ta' Minsk (Sas-17 ta' Diċembru 2020). Mis-17 ta' Diċembru 2020 - Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk

Data tat-twelid: 17.02.1975

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni li kellu ta' Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Oktyabrsky ta' Minsk, Vital Makrytski kien responsabbli għas-superviżjoni tas-swat gravi u t-tortura fuq dimostranti paċifiċi u persuni fil-qrib miżmuma fil-bini ta' dan id-dipartiment tal-pulizija, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

F'Diċembru 2020 ġie promoss għall-kariga ta' Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Partizanski ta' Minsk.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

157.

Yauhen Aliakseevich URUBLEUSKI

Evgenii Alekseevich VRUBLEVSKII

Яўген Аляĸсеевiч УРУБЛЕЎСКI

ЕвгенийАлеĸсеевич ВРУБЛЕВСКИЙ

Uffiċjal Anzjan tal-Pulizija taċ-Ċentru ta’ Iżolament għad-Delinkwenti f'Akrestina

Data tat-twelid: 28.01.1966

Post tat-twelid:

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-pulizija taċ-Ċentru ta’ Iżolament għad-Delinkwenti f'Akrestina. Yauhen Urubleuski huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tad-Delinkwenti. Skont xhieda u rapporti fil-media, f'Awwissu 2020 ħa sehem personalment fis-swat brutali fuq ċivili detenuti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

21.6.2021

158.

Mikalai Mikalaevich KARPIANKAU

Nikolai Nikolaevich KARPENKOV

Мiĸалай Мiĸалаевiч КАРПЯНКОЎ

Ниĸолай Ниĸолаевич КАРПЕНКОВ

Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni, Eks Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni

Data tat-twelid: 06.09.1968

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Mikalai Karpiankau huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti fuq ċittadini li ħadu sehem fi protesti paċifiċi u għall-arrest arbitrarju u d-detenzjoni tagħhom. Għadd kbir ta' testimonjanzi u evidenza b'ritratti u vidjo juru l-grupp taħt il-kmand tiegħu isawwat u jarresta dimostranti paċifiċi, jheddidhom b'armi tan-nar.

Fis-6 ta' Settembru 2020, Karpiankou ġie ffilmjat ikisser b'lembuba l-bieb tal-ħġieġ tal-kafetterija fejn dimostranti paċifiċi kienu qed jinħbew u jarrestahom b'mod brutali. Ġie ppubblikat filmat fejn sostna li d-dipartiment tiegħu kien ser juża armi tan-nar kontra d-dimostranti.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

159.

Mikhail Viachaslavavich HRYB

Mikhail Viacheslavovich GRIB

Мiхаiл Вячаслававiч ГРЫБ

Михаил Вячеславович ГРИБ

Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk

Data tat-twelid: 29.07.1980

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Mikhail Hryb kien Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Interni fil-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta' Vitebsk minn Marzu 2019 sa Ottubru 2020, wara ġie maħtur Kap tad-Dipartiment Prinċipali għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk u ġie assenjat it-titlu ta' maġġur ġeneral tal-milizzja (forzi tal-pulizija).

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi tal-pulizija, rispettivament fir-reġjun ta' Vitebsk sa Ottubru 2020 u f'Minsk sa minn Ottubru 2020, inkluż ir-repressjoni vjolenti ta' dimostranti paċifiċi u ksur tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u tal-libertà tal-kelma, mwettqa mill-forzi tal-pulizija f'Vitebsk u Minsk, wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

160.

Viktar Genadzevich KHRENIN

Viktor Gennadievich KHRENIN

Вiктар Генадзевiч ХРЭНIН

Виктор Геннадиевич ХРЕНИН

Ministru għad-Difiża

Data tat-twelid: 01.08.1971

Post tat-twelid: Navahrudak/ Novogrudek, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Logutenent Ġeneral

Numru tal-passaport tal-BY: KH2594621

Identifikazzjoni personali: 3010871K003PB1

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għad-Difiża tal-Belarussja mill-20 ta’ Jannar 2020, Viktar Khrenin huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta’ emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Huwa għamel diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn iddikjara li kien lest juża l-armata kontra dimostranti paċifiċi f’Awwissu 2020 u xebbah l-użu mid-dimostranti tal-bandiera storika bajda ħamra u bajda mal-kollaboraturi Nazisti.

Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

161.

Ihar Uladzimiravich HOLUB

Igor Vladimirovich GOLUB

Iгар Уладзiмiравiч ГОЛУБ

Игорь Владимирович ГОЛУБ

Kmandant tal-Forza tal-Ajru u d-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati

Data tat-twelid: 19.11.1967

Post tat-twelid: Chernigov, oblast ta' Chernigovskaya, eks USSR (issa l-Ukrajna)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Maġġur Ġeneral

Numru tal-passaport tal-BY: KH2187962

Identifikazzjoni personali: 3191167E003PB1

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta’ emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021.

Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Wara l-inċident, Ihar Holub għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport tal-Belarussja Artem Sikorsky li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

162.

Andrei Mikalaevich GURTSEVICH

Andrei Nikolaevich GURTSEVICH

Андрэй Мiкалаевiч ГУРЦЕВИЧ

Андрей Николаевич ГУРЦЕВИЧ

Kap tal-Persunal Prinċipali, l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru

Data tat-twelid: 27.07.1971

Post tat-twelid: Baranovich, Reġjun/ Oblast ta' Brest, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Grad: Maġġur Ġeneral

Numru tal-passaport tal-BY: MP3849920

Identifikazzjoni personali: 3270771C016PB2

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal Ewlieni u l-Ewwel Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati, Andrei Gurtsevich huwa responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul ta’ emerġenza tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021.

Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

163.

Leanid Mikalaevich CHURO

Leonid Nikolaevich CHURO

Леанiд Мiкалаевiч ЧУРО

Леонид Николаевич ЧУРО

Direttur Ġenerali ta’ BELAERONAVIGATSIA Intrapriża tal-Istat

Data tat-twelid: 08.07.1956

Post tat-twelid:

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: P4289481

Identifikazzjoni personali: 3080756A068PB5

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat ta’ BELAERONAVIGATSIA, Leanid Churo huwa responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

164.

Aliaksei Mikalaevich AURAMENKA

Alexey Nikolaevich AVRAMENKO

Аляксей Мiкалаевiч АЎРАМЕНКА

Алексей Николаевич АВРАМЕНКО

Il-Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

Data tat-twelid: 11.05.1977

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: MP3102183

Identifikazzjoni personali: 3110577A020PB2

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Aliaksei Auramenka huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. Għaldaqstant huwa responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

21.6.2021

165.

Artsiom Igaravich SIKORSKI

Artem Igorevich SIKORSKIY

Арцём Iгаравiч СIКОРСКI

Артем Игоревич СИКОРСКИЙ

Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

Data tat-twelid: 1983

Post tat-twelid: Soligorsk, Minsk Reġjun/Oblast, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport tal-BY: MP3785448

Identifikazzjoni personali: 3240483A023PB7

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Artsiom Sikorski huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta’ Mejju 2021 mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika tal-Belarussja.

Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mal-Kmandant tal-Forza tal-Ajru u l-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub, li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.

Għaldaqstant hu responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u qed jappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

166.

Aleh Siarheevich HAIDUKEVICH

Oleg Sergeevich GAIDUKEVICH

Алег Сяргеевiч ГАЙДУКЕВIЧ

Олег Сергеевич ГАЙДУКЕВИЧ

Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

Data tat-twelid: 26.03.1977

Post tat-twelid: Minsk, eks Unjoni Sovjetika (illum il-Belarussja)

Sess: Raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Identifikazzjoni personali: 3260377A081PB9

Numru tal-passaport: MP2663333

Aleh Haidukevich huwa l-Viċi President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Internazzjonali fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali, membru tad-delegazzjoni tal-Assemblea Nazzjonali għall-kuntatti mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn faħħar id-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata ttieħdet mingħajr ġustifikazzjoni xierqa u kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Barra minn hekk, Aleh Haidukevich għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li jissuġġerixxu li l-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa jistgħu jiġu detenuti barra mill-pajjiż u jiġu ttrasportati lejn il-Belarussja “f’bagoll ta' karozza”, u b’hekk appoġġa r-repressjoni kontinwa tal-forzi tas-sigurtà fuq l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti Belarussi.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

(2)

il-persuni ġuridiċi li ġejjin jiżdiedu mat-tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)":

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

8.

Sohra Group / Sohra LLC

ООО Сохра

Indirizz: Revolucyonnaya 17/19, office no. 22, 220030 Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 192363182

Sit web: http://sohra.by/

Indirizz elettroniku: info@sohra.by

Il-kumpannija Sohra tappartjeni lil Aliaksandr Zaitsau, wieħed mill-aktar negozjanti influwenti fil-Belarussja, persuna b'rabta mill-qrib mal-klassi politika Belarussa u kollaboratur strett tat-tifel il-kbir ta' Lukashenko, Viktor. Sohra tippromwovi prodotti industrijali Belarussi fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani. Hija kofondatriċi tal-kumpannija tad-difiża BSVT-New Technologies li taħdem fil-produzzjoni tal-armi u l-immodernizzar tal-missili. Filwaqt li tuża il-pożizzjoni privileġġjata tagħha, Sohra sservi bħala intermedjarju bejn il-klassi politika u l-intrapriżi tal-istat Belarussi u s-sħab barranin fl-Afrika u l-Lvant Nofsani. Hija taħdem ukoll fl-estrazzjoni tad-deheb f'pajjiżi Afrikani abbażi ta' konċessjonijiet miksuba mir-reġim ta' Lukashenko.

Għaldaqstant Sohra Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka

21.6.2021

9.

BREMINO GROUP, LLC

ООО "Бремино групп"

Numru ta' reġistrazzjoni: (УНН/ИНН): 691598938

Indirizz: Niamiha 40, Minsk 220004, Belarus; Orsha region, Bolbasovo village, Zavodskaya 1k, Belarus

Sit web: http://www.bremino.by

Indirizz elettroniku: office@bremino.by; marketing@bremino.by

Bremino Group huwa l-inizjatur u koamministratur tal-proġett taż-żona ekonomika speċjali Bremino-Orsha maħluqa permezz ta' digriet presidenzjali ffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Il-kumpannija rċeviet appoġġ statali għall-iżvilupp taż-żona Bremino-Orsha, kif ukoll għadd ta' vantaġġi finanzjarji u tat-taxxa a benefiċċji oħra. Is-sidien ta' Bremino-Orsha - Aliaksandr Zaitsau, Mikalai Varabei u Aliaksei Aleksin - jiffurmaw parti miċ-ċirku ta' ġewwa ta' negozjanti marbuta ma' Lukashenka u jżommu kuntatti mill-qrib ma' Lukashenka u l-familja tiegħu.

Għaldaqstant Bremino Group qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

10.

Globalcustom Management, LLC

ООО "Глобалкастом-менеджмент"

Indirizz: Nemiga 40/301, Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 193299162

Sit web: https://globalcustom.by/

Indirizz elettroniku: info@globalcustom.by

Globalcustom Management hija assoċjata mal-Presidential Affairs Management, immexxija minn Victor Sheiman, li ilu elenkat mill-UE mill-2004. Il-kumpannija hija involuta fil-kuntrabandu ta' merkanzija lejn ir-Russja, li ma jkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata wkoll fuq l-appoġġ tar-reġim. Globalcustom Management kienet l-ewwel sid ta' GardService, l-unika kumpannija privata li ngħatat il-permess għall-użu tal-armi minn Lukashenko. Għaldaqstant Globalcustom Management qiegħda tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

11.

Belarusski Avtomobilnyi Zavod (BelAZ) / OJSC "BELAZ"

Belarussu: ААТ «БЕЛАЗ»

Russu: ОАО " БЕЛАЗ"

Indirizz: 40 let Octyabrya street 4, 222161, Zhodino, Minsk region, Republic of Belarus

Sit web: https://belaz.by

OJSC "Belaz" hija fost l-intrapriżi tal-istat ewlenin fil-Belarussja u waħda mill-akbar manifatturi ta' trakkijiet kbar u trakkijiet kbar tal-iskart fid-dinja. Hija sors ta' dħul sinifikanti għar-reġim ta' Lukashenka. Lukashenka sostna li l-gvern dejjem ser jappoġġa l-kumpannija, u ddeskriviha bħala "marka Belarussa" u "parti mill-legat nazzjonali". OJSC BelAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim. Għaldaqstant OJSC "Belaz" tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

Il-ħaddiema ta' OJSC "Belaz" li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew mhedda bi tkeċċijiet u intimidati mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' ħaddiema ġie msakkar ġewwa minn OJSC "Belaz" biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma dimostranti oħra. Il-maniġment tal-kumpannija ppreżenta lis-strajk lill-media bħala laqgħa tal-membri tal-persunal. Għaldaqstant OJSC "Belaz" hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim Lukashenka.

21.6.2021

12.

Minskii Avtomobilnyi Zavod (MAZ) / OJSC "MAZ"

Belarussu: ААТ «Мiнскi аўтамабiльны завод»

Russu: ОАО "Минский автомобильный завод"

Data ta' reġistrazzjoni: 16.07.1944

Indirizz: Belarus, 220021, Minsk, Socialisticheskaya 2

Tel. +375 17 217 22 22; +8000 217 22 22

OJSC Minsk Automobile Plant hija waħda mill-akbar intrapriżi tal-istat li jimmanifatturaw karozzi fil-Belarussja. Lukashenka ddeskriviha bħala "waħda mill-aktar intrapriżi industrijali importanti tal-pajjiż". Hija sors ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. OJSC MAZ offriet il-bini u t-tagħmir tagħha biex tiġi organizzata dimostrazzjoni politika favur ir-reġim. Għaldaqstant OJSC "MAZ" tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah.

Il-ħaddiema ta' OJSC "MAZ" li ħadu sehem fl-istrajks u fil-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frawdolenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u aktar tard mkeċċija mill-maniġment tal-kumpannija. Grupp ta' ħaddiema ġie msakkar ġewwa minn OJSC MAZ biex dawn ma jitħallewx jingħaqdu ma' dimostranti oħra. Għaldaqstant MAZ hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim Lukashenka.

21.6.2021

13.

Logex

ООО "ЛОГЕКС"

Indirizz: 24 Kommunisticheskaya Str., office 2, Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 192695465

Sit web: http://logex.by/

Indirizz elettroniku: info@logex.by

Logex hija assoċjata ma' Aliaksandr Shakutsin, negozjant viċin tar-reġim ta' Lukashenka, li ġie elenkat mill-Unjoni Ewropea.

Il-kumpannija hija involuta fl-esportazzjoni ta' fjuri lejn il-Federazzjoni Russja bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li ma tkunx possibbli mingħajr il-kunsens tar-reġim, li jikkontrolla l-gwardji tal-fruntieri u d-dwana. Il-pożizzjoni privileġġata fis-settur tal-esportazzjoni tal-fjuri lejn ir-Russja, li minnha tibbenefika l-kumpannija, hija kundizzjonata fuq l-appoġġ tar-reġim. Il-fornituri Belarussi ewlenin ta' fjuri maqtugħa huma l-kumpanniji li għandhom rabta mill-qrib mat-tmexxija tar-repubblika.

Għaldaqstant Logex qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.

21.6.2021

14.

JSC “NNK” (Novaia naftavaia Kampania)/New Oil Company

Belarussu: ЗАТ "ННК” (Новая нафтавая кампанiя)

Russu: ЗАО "ННК" (Новая нефтяная компания)–

Indirizz: Rakovska str. 14W room 7, 5th floor, Minsk, Belarus

Numru ta' reġistrazzjoni: 193402282

Novaya Neftnaya Kompaniya (NNK), New Oil Company, hija entità mwaqqfa f’Marzu 2020. Hija l-unika kumpannija privata intitolata li tesporta prodotti taż-żejt mill-Belarussja - indikazzjoni ta’ rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet u l-ogħla livell ta’ privileġġi tal-istat. NNK hija proprjetà ta’ Interservice, kumpannija li tappartjeni lil Mikalai Varabei li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenka u li jappoġġawh. NNK huwa rrappurtat ukoll li huwa konness ma’ Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti ieħor Belarussu li jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka. Skont ir-rapporti tal-media Aleskin kien il-fundatur tal-NKK flimkien ma’ Varabei. NNK intużat ukoll mill-awtoritajiet Belarussi biex jadattaw l-ekonomija tal-Belarussja għal miżuri restrittivi introdotti mill-UE.